|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 453 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 453/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8264 — Michelin/Limagrain/Exotic Systems) ( 1 ) |
|
|
2016/C 453/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8225 — GeoPost/Corfin 14/BRT) ( 1 ) |
|
|
2016/C 453/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8218 — Egeria Industrials/Clondalkin) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2016/C 453/04 |
||
|
2016/C 453/05 |
||
|
2016/C 453/06 |
||
|
2016/C 453/07 |
||
|
2016/C 453/08 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 453/09 |
||
|
2016/C 453/10 |
||
|
2016/C 453/11 |
Lista ta’ liġijiet tal-Unjoni fil-qasam tat-trasport li ma għadhomx validi |
|
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2016/C 453/12 |
Avviż tal-Gvern tar-Renju Unit dwar id-Direttiva Nru 94/22/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi ( 1 ) |
|
|
2016/C 453/13 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 453/14 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8291 — PSA/Aramis) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 453/15 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 453/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8264 — Michelin/Limagrain/Exotic Systems)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 453/01)
Fit-28 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8264. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
|
3.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 453/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8225 — GeoPost/Corfin 14/BRT)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 453/02)
Fil-24 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8225. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
|
3.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 453/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8218 — Egeria Industrials/Clondalkin)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 453/03)
Fit-30 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8218. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
3.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 453/3 |
Komunikazzjoni mir-Renju tal-Iżvezja skont l-Artikolu 8 tal-Ewwel Protokoll dwar l-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980
(2016/C 453/04)
Fid-dawl tal-emendi magħmula fl-ordni ġuridiku tar-Renju tal-Iżvezja permezz ta’:
|
— |
l-Att (2010:1408) dwar l-Emendi għall-Istrument tal-Gvern, b’mod speċifiku rigward il-Kapitolu 11 Taqsima 1 tal-Istrument tal-Gvern, |
|
— |
l-Att (2016:193) biex jiġi revokat l-Att dwar it-Tribunal għall-Affarijiet Ekonomiċi (1970:417), rigward ir-revoka tal-“Marknadsdomstolen”, |
SKONT l-Artikolu 8 tal-EWWEL PROTOKOLL dwar l-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980 anness għall-Konvenzjoni ta’ Ruma,
JENĦTIEĠ LI JSIRU L-EMENDI LI ĠEJJIN GĦALL-PROTOKOLL TAD-19 TA’ DIĊEMBRU 1988 ANNESS GĦALL-KONVENZJONI TA’ RUMA:
|
(a) |
L-erbatax-il inċiż tal-Artikolu 2(a) għandu jaqra kif ġej: “fl-Iżvezja, ‘Högsta domstolen’, ‘Högsta förvaltningsdomstolen’ u ‘Arbetsdomstolen’,”. |
|
3.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 453/3 |
Komunikazzjoni mill-Irlanda skont l-Artikolu VI tal-Protokoll anness għall-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968 dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali
(2016/C 453/05)
Fid-dawl tal-emendi magħmula fl-ordni ġuridiku tal-Irlanda permezz tat-Taqsima 8 tal-Att tal-Qorti tal-Appell tal-2014 rigward il-ġurisdizzjoni ġenerali tal-Qorti tal-Appell,
SKONT l-Artikolu VI tal-Protokoll anness għall-Konvenzjoni ta’ Brussell tas-27 ta’ Settembru 1968 u għall-finijiet tal-Artikolu 64(e) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell,
JENĦTIEĠ LI JSIRU L-EMENDI LI ĠEJJIN GĦALL-KONVENZJONI TA’ BRUSSELL:
|
(a) |
il-ħames inċiż tal-Artikolu 37(2) għandu jaqra kif ġej: “fl-Irlanda, permezz ta’ appell fuq punt ta’ liġi lill-Qorti tal-Appell,” |
|
(b) |
ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 41 għandu jaqra kif ġej: “fl-Irlanda, permezz ta’ appell fuq punt ta’ liġi lill-Qorti tal-Appell,”. |
|
3.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 453/4 |
Komunikazzjoni mir-Renju tal-Iżvezja skont l-Artikolu VI tal-Protokoll anness mal-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968 dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali
(2016/C 453/06)
Fid-dawl tal-emendi magħmula fis-sistema legali tar-Renju tal-Iżvezja permezz ta’:
|
— |
l-Att (2014:921) li jistabbilixxi dispożizzjonijiet supplimentari dwar il-ġurisdizzjoni tal-qrati u r-rikonoxximent u l-infurzar internazzjonali ta’ ċerti deċiżjonijiet, |
|
— |
ir-Regolament (2014:1517) dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ ċerti sentenzi barranin fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, |
F’KONFORMITÀ mal-Artikolu VI tal-Protokoll anness mal-Konvenzjoni ta’ Brussell tas-27 ta’ Settembru 1968 u għall-finijiet tal-Artikolu 64(e) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell,
JENĦTIEĠ LI JSIRU L-EMENDI LI ĠEJJIN GĦALL-KONVENZJONI TA’ BRUSSELL:
|
(a) |
l-erbatax-il inċiż tal-Artikolu 32(1) jenħtieġ li jaqra kif ġej: “fl-Iżvezja, lit-‘tingsrätt’,” |
|
(b) |
l-erbatax-il inċiż tal-Artikolu 37(1) jenħtieġ li jaqra kif ġej: “fl-Iżvezja, fit-‘tingsrätt’,” |
|
(c) |
it-tmien inċiż tal-Artikolu 37(2) jenħtieġ li jaqra kif ġej: “fl-Iżvezja, permezz ta’ appell fil-‘hovrätt’ u l-‘Högsta domstolen’,” |
|
(d) |
l-erbatax-il inċiż tal-Artikolu 40(1) jenħtieġ li jaqra kif ġej: “fl-Iżvezja, lit-‘tingsrätt’,” |
|
(e) |
it-tmien inċiż tal-Artikolu 41 jenħtieġ li jaqra kif ġej: “fl-Iżvezja, permezz ta’ appell fil-‘hovrätt’ u l-‘Högsta domstolen’,”. |
|
3.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 453/4 |
Komunikazzjoni mill-Irlanda skont l-Artikolu 11 tal-Protokoll dwar l-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Konvenzjoni tas-27 ta’ Settembru 1968 dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali
(2016/C 453/07)
Fid-dawl tal-emendi magħmula fl-ordni ġuridiku tal-Irlanda permezz tat-Taqsima 8 tal-Att tal-Qorti tal-Appell tal-2014 rigward il-ġurisdizzjoni ġenerali tal-Qorti tal-Appell,
SKONT l-Artikolu 11 tal-Protokoll dwar l-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Konvenzjoni tas-27 ta’ Settembru 1968 dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali anness għall-Konvenzjoni ta’ Brussell,
JENĦTIEĠ LI JSIRU L-EMENDI LI ĠEJJIN GĦALL-PROTOKOLL TAT-3 TA’ ĠUNJU 1971 ANNESS GĦALL-KONVENZJONI TA’ BRUSSELL:
|
(a) |
is-seba’ inċiż tal-Artikolu 2(1) għandu jaqra kif ġej: “fl-Irlanda: il-Qorti tal-Appell u l-Qorti Suprema,”. |
|
3.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 453/5 |
Komunikazzjoni mir-Renju tal-Iżvezja skont l-Artikolu 11 tal-Protokoll dwar l-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Konvenzjoni tas-27 ta’ Settembru 1968 dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali
(2016/C 453/08)
Fid-dawl tal-emendi magħmula fl-ordni ġuridiku tar-Renju tal-Iżvezja permezz ta’:
|
— |
l-Att (2010:1408) dwar l-Emendi għall-Istrument tal-Gvern, b’mod speċifiku fir-rigward tal-Kapitolu 11 Taqsima 1 tal-Istrument tal-Gvern, |
|
— |
l-Att (2016:193) biex jirrevoka l-Att dwar it-Tribunal għall-Affarijiet Ekonomiċi (1970:417), rigward ir-revoka ta’ “Marknadsdomstolen”, |
SKONT l-Artikolu 11 tal-Protokoll dwar l-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Konvenzjoni tas-27 ta’ Settembru 1968 dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali anness għall-Konvenzjoni ta’ Brussell,
JENĦTIEĠ LI JSIRU L-EMENDI LI ĠEJJIN GĦALL-PROTOKOLL TAT-3 TA’ ĠUNJU 1971 ANNESS GĦALL-KONVENZJONI TA’ BRUSSELL:
|
(a) |
l-erbatax-il inċiż tal-Artikolu 2(1) għandu jaqra kif ġej: “fl-Iżvezja, ‘Högsta domstolen’, ‘Högsta förvaltningsdomstolen’ u ‘Arbetsdomstolen’,”. |
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 453/6 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-2 ta’ Diċembru 2016
(2016/C 453/09)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0642 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
121,20 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4398 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,84303 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,7983 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0751 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,9860 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,058 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
313,93 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4892 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5095 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,7747 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4333 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4157 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,2534 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,4990 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5140 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 247,36 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,9853 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,3310 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5445 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 388,31 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7384 |
|
PHP |
Peso Filippin |
52,858 |
|
RUB |
Rouble Russu |
68,2570 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,907 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,6909 |
|
MXN |
Peso Messikan |
22,1158 |
|
INR |
Rupi Indjan |
72,6380 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
3.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 453/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-15 ta’ Novembru 2016
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fil-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra, fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li tadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu
(2016/C 453/10)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 101(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 126 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u l-Kosovo (*1), min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), jistabbilixxi Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni. |
|
(2) |
L-Artikolu 127(2) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. |
|
(3) |
L-Artikolu 129(1) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni jkun megħjun minn Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni (“il-Kumitat”). |
|
(4) |
L-Artikolu 129(2) tal-Ftehim jipprevedi wkoll li l-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni, fir-regoli ta’ proċedura tiegħu, jiddetermina d-doveri tal-Kumitat u li l-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni jista’ jiddelega xi poteri minn tiegħu lill-Kumitat. |
|
(5) |
L-Artikolu 131 tal-Ftehim jipprevedi li l-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi xi kumitati jew korpi speċjali oħra li jistgħu jassistuh fit-twettiq tad-dmirijietu. Dan jipprevedi wkoll li l-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni, fir-regoli ta’ proċedura tiegħu, jiddetermina l-konfigurazzjoni u d-dmirijiet ta’ tali kumitati u korpi, u kif jiffunzjonaw, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, fil-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Artikolu 126 tal-Ftehim fir-rigward tad-Deċiżjoni ta’ dan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li tadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, anness mad-Deċiżjoni (UE) 2016/1232 tat-18 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra, dwar Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li tadotta r-regoli ta’ poċedura tiegħu (1).
Emendi minuri għal din id-Deċiżjoni jistgħu jintlaqgħu mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kummissjoni.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Johannes HAHN
Membru tal-Kummissjoni
(*1) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(1) ĠU L 202, 28.7.2016, p. 27.
|
3.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 453/8 |
Lista ta’ liġijiet tal-Unjoni fil-qasam tat-trasport li ma għadhomx validi
(2016/C 453/11)
Lista ta’ atti li għandhom jitneħħew mill-acquis attiv
(Is-sikurezza fuq il-baħar u l-prevenzjoni tat-tniġġis minn bastimenti)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2158/93
(Is-sikurezza tal-avjazzjoni)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 103/2007
(It-trasport bit-triq)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3298/94
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
3.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 453/9 |
Avviż tal-Gvern tar-Renju Unit dwar id-Direttiva Nru 94/22/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 453/12)
Avviż tar-Renju Unit — Konċessjoni ta’ liċenzjar supplimentari għat-tiftix taż-żejt u l-gass lill hin mill-kosta
L-Awtorità taż-Żejt u tal-Gass
L-Att tal-Petroleum tal-1998
Konċessjoni Supplimentari lil hinn mill-kosta 2016
|
1. |
L-Awtorità għall-attivitajiet taż-Żejt u l-Gass tistieden lill-persuni interessati biex japplikaw għal Liċenzji għall-Produzzjoni ta’ Idrokarburi (Seaward Production Licences) f’żona speċifika tal-Blata Kontinentali tar-Renju Unit. |
|
2. |
Id-dettalji kollha tal-offerta, inklużi listi u mapep taż-żona ikonċernata tal-offerta flimkien ma’ tagħrif dwar il-liċenzji, it-termini li se jinkludu dawk il-liċenzji, u kif wieħed għandu japplika, huma disponibbli fis-sit web gov.uk (ara hawn taħt). |
|
3. |
L-applikazzjonijiet kollha se jiġu ddeterminati, fejn applikabbli, skont it-termini tal-Hydrocarbons Licensing Directive Regulations 1995 (S.I. 1995 Nru 1434), il-Petroleum Licensing (Applications) Regulations 2015 (SI 2015 No. 766) u l-Offshore Petroleum Licensing (Offshore Safety Directive) Regulations 2015 (SI 2015 No. 385). Il-funzjonijiet tas-Segretarju tal-Istat f’dan ir-rigward ġew trasferiti lill-Awtorità għall-attivitajiet taż-Żejt u tal-Gass fl-1 ta’ Ottubru 2016 konformi ma’ The Energy (Transfer of Functions, Consequential Amendments and Revocation) Regulations 2016 (http://www.legislation.gov.uk/uksi/2016/912/pdfs/uksi_20160912_en.pdf). Filwaqt li tinnota li kull ma jsir (jew li għandu effett bħallikieku sar) mis-Segretarju tal-Istat jew b’rabta miegħu fir-rigward ta’ tali funzjonijiet trasferiti għandu effett, safejn meħtieġ biex jitkompla l-effett ta’ dan wara l-1 ta’ Ottubru 2016, daqslikieku sar mill-Awtorità għall-attivitajiet taż-Żejt u l-Gass jew b’rabta magħha. Aktar għajnuna fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sikurezza u dawk ambjentali jinsabu kollha fuq www.hse.gov.uk/osdr/assets/docs/osd-licensing-operatorship-safety-environmental-aspects%20.pdf. L-għażliet isiru fil-kuntest tal-ħtieġa kontinwa għal tiftix rapidu, effiċjenti u sikur sabiex ikunu identifikati r-riżorsi taż-żejt u tal-gass tar-Renju Unit filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-aspetti ambjentali. |
Qafas innovattiv
|
4. |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji se jiġu kkunsidrati fid-dawl ta’ approċċ innovattiv adottat għall-Programmi ta’ Ħidma tal-Perjodu Inizjali għal-liċenzji (“Programmi ta’ Ħidma”), li juża l-flessibilità pprovduta skont il-Klawsoli Mudell fis-seħħ. Dawn il-Programmi ta’ Ħidma se jinkorporaw il-kombinament flessibbli ta’ mhux aktar minn tliet fażijiet (A, B u C) fil-Perjodu Inizjali. Dan se jgħin biex jiġi żgurat li l-Programmi ta’ Ħidma għall-blokka (blokok) li għaliha (għalihom) qed issir l-applikazzjoni huma xierqa għall-isfidi ġeotekniċi u ta’ tipi oħra li jridu jiġu indirizzati f’żona, filwaqt li jiġu ottimizzati l-fatturi elenkati fil-Paragrafu 3. Il-flessibilità li qed tingħata mill-kombinament ta’ mhux aktar minn tliet fażijiet tippermetti li l-applikanti jfasslu Programm ta’ Ħidma li jkun xieraq għall-pjanijiet u għall-ħtiġiet partikolari tagħhom. Il-Fażi A tal-Programm ta’ Ħidma tinkludi perjodu li fih se jitwettqu Studji Ġeotekniċi u Riproċessar Ġeofiżiku tad-Dejta; Il-Fażi B tal-Programm ta’ Ħidma se tkun perjodu fejn se tinġabar Dejta Siżmika Ġdida; Il-Fażi C tal-Programm ta’ Ħidma se tkun għat-tħaffir esploratorju u/jew ta’ evalwazzjoni. L-applikanti jistgħu jiddeċiedu l-kombinament tal-Fażijiet, jekk isirux it-tliet Fażijiet kollha, jinbediex ix-xogħol direttament bil-Fażi B segwita mill-Fażi C, jinbediex ix-xogħol direttament bil-Fażi C, inkella direttament bil-Fażi A segwita mill-Fażi C. Il-Fażi A u l-Fażi B mhumiex obbligatorji u jistgħu ma jkunux adattati f’ċirkostanzi partikolari, iżda kull applikazzjoni trid tipproponi Fażi C, ħlief meta l-applikant ma jaħsibx li hija meħtieġa xi esplorazzjoni u jipproponi li jmur direttament għall-iżvilupp (jiġifieri “direttament għat-tieni perjodu”). Il-liċenzji kollha mogħtija f’dan iċ-ċiklu se jkollhom Perjodu Inizjali ta’ mhux iktar minn disa’ snin u jista’ jkun fihom dispożizzjonijiet għaċ-ċediment skont il-klawsola 5 tal-Klawsoli Mudell attwali. |
|
5. |
L-applikazzjonijiet li l-Fażi tal-bidu tagħhom hija l-Fażi A jew B se jiġu ġġudikati abbażi tal-kriterji li ġejjin:
Skont il-Klawsoli Mudell attwali, il-liċenzji b’Fażi B għandhom jispeċifikaw perjodu ta’ żmien skont il-klawsola 4(2) biex il-liċenzja tiskadi fi tmiem din il-fażi jekk id-Detentur tal-liċenżja ma jkunx issodisfa d-DECC bil-kapaċità teknika u finanzjarja tiegħu biex itemm il-programm ta’ ħidma. Għal liċenzji li għandhom il-Fażi A iżda mhux il-Fażi B, il-liċenzja għandha tispeċifika wkoll perjodu skont il-klawsola 4(2) biex il-liċenzja tiskadi fi tmiem din il-fażi jekk id-Detentur tal-liċenżja ma jkunx issodisfa d-DECC bil-kapaċità teknika u finanzjarja tiegħu biex itemm il-Programm ta’ Ħidma. |
|
6. |
L-applikazzjonijiet li jibdew bil-Fażi C se jiġu ġġudikati abbażi tal-kriterji li ġejjin:
|
Gwida
|
7. |
Tinsab aktar għajnuna fuq is-sit web tal-Gvern tar-Renju Unit: https://www.ogauthority.co.uk/licensing-consents/licensing-rounds/ |
Offerti għal-Liċenzji
|
8. |
Sakemm ma jkunx hemm bżonn ta’ Valutazzjoni Xierqa għal xi Blokka partikolari (ara l-Paragrafu 11 iktar ‘l isfel), kull offerta mill-Awtorità għall-attivitajiet taż-Żejt u l-Gass ta’ liċenzja skont din l-istedina se ssir fi żmien tmintax-il xahar mid-data ta’ dan l-Avviż. |
|
9. |
L-Awtorità għall-attivitajiet taż-Żejt u l-Gass ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għall-ebda spiża mġarrba mill-applikant waqt il-kunsiderazzjoni jew il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni. |
Evalwazzjonijiet Ambjentali
|
10. |
Is-Segretarju tal-Istat wettaq Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (VAS) skont id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-Istima tal-Effetti ta’ Ċerti Pjanijiet u Programmi fuq l-Ambjent taż-żoni kollha li se jiġu offruti f’din il-Konċesjoni. Ir-riżultati ta’ dik il-VAS jinsabu fuq is-sit web tal-Gvern tar-Renju Unit iddedikat għall-VAS tal-enerġija offshore: https://www.gov.uk/offshore-energy-strategic-environmental-assessment-sea-an-overview-of-the-sea-process |
|
11. |
Il-liċenzji skont din l-istedina se jiġu offruti biss jekk, skont id-Direttiva dwar il-Ħabitat (id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa):
|
|
12. |
Kuntatt: Ricki Kiff, Oil and Gas Authority, 21 Bloomsbury Street, London WC1B 3HF, ir-Renju Unit. (Tel. +44 3000671637). Is-sit web gov.uk: https://www.ogauthority.co.uk/licensing-consents/licensing-rounds/ |
|
3.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 453/12 |
Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tan-Netherlands skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi
(2016/C 453/13)
Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi b’dan qed javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-prospettar għall-idrokarburi fil-blokka P1, kif indikat fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 tar-Regolament Minerarju (Mijnbouregeling) (Stcrt. 2002, nr.245).
Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi b’dan jistieden lill-partijiet interessati biex jibagħtu applikazzjonijiet kompetittivi għall-awtorizzazzjoni tal-prospettar għall-idrokarburi fil-blokka P1 tal-blata kontinentali tan-Netherlands, b’referenza għad-Direttiva msemmija u l-Artikolu 15 tal-Att Minerarju (Mijnbouwwet) (Stb. 2002, 542).
Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att Minerarju (Stb. 2002, Nru 542).
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu għal 13-il ġimgħa mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jiġu indirizzati lil:
|
De Minister van Economische Zaken |
|
ter attentie van de heer D.W.H. Joanknecht, directie Energie en Omgeving |
|
Bezuidenhoutseweg 73 |
|
Postbus 20401 |
|
2500 EK Den Haag |
|
NEDERLAND |
L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.
Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu.
Aktar tagħrif jinkiseb mingħand is-Sur E.J. Hoppel, fuq in-numru tat-telefown: +31 703797762.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 453/13 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8291 — PSA/Aramis)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 453/14)
|
1. |
Fit-28 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriża Atomobiles Peugeot SA (France) li tappartjeni lill-grupp PSA takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Celor SAS (France), li tmexxi l-grupp Aramis permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għall-grupp PSA: il-kostruzzjoni, id-distribuzzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ vetturi kif ukoll l-iffinanzjar ta’ vetturi fid-dinja kollha, — għall-grupp Aramis: id-distribuzzjoni ta’ vetturi kummerċjali tat-turiżmu, fil-maġġoranza tagħhom użati, esklużivament fi Franza. |
|
3. |
Wara eżami preliminari u mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali tagħha dwar dan il-punt, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Skont in-Notifika mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’din in-Notifika. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din in-Notifika. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8291 — PSA/Aramis, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ħarġa Speċjali bil-Malti, Kap. 08, Vol. 003, p. 40) (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 453/14 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2016/C 453/15)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONIJIET PROTETTI TAL-ORIĠINI/INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“ESTEPA”
Nru tal-UE: ES-DPO-0105-01321 – 12.3.2015
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Consejo regulador de la Denominación de Origen Protegida “Estepa”
|
Indirizz: |
|
||||
|
Tel. |
+34 955912630–607436353 |
||||
|
E-mail: |
secretaria@doestepa.es |
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Spanja
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwat mill-emenda(i)
|
— |
☐ |
L-isem tal-prodott |
|
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
☐ |
Żona ġeografika |
|
— |
☐ |
Prova tal-oriġini |
|
— |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
— |
☒ |
Rabta |
|
— |
☒ |
Tikkettar |
|
— |
☐ |
Oħrajn [għandhom ikunu speċifikati] |
4. Tip ta’ emenda(i)
|
— |
☒ |
Emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP rreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
|
— |
☐ |
Emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkunx ġie ppubblikat Dokument Uniku (jew ekwivalenti) li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
5. Emenda(i)
5.1. Taqsima B. tal-ispeċifikazzjoni – Deskrizzjoni tal-prodott - hija emendata kif ġej:
|
— |
Iż-żieda taż-żejt taż-żebbuġa monovarjetaliArbequina prodott fil-comarca ta’ Estepa. Dan huwa żejt taż-żebbuġa straverġni b’karatteristiċi speċifiċi li ġie prodott fiż-żona għal aktar minn 35 sena. Il-fatturi naturali - l-art, l-orografija, l-altitudni, il-ħamrija, il-klima, eċċ - u l-prattiki ta’ kultivazzjoni tradizzjonali speċifiċi għall-comarca ta’ Estepa jagħtu liż-żejt taż-żebbuġa straverġni monovarjetali Arbequina, profil karatteristiku li jiddistingwih minn żjut taż-żebbuġa straverġni Arbequina prodotti f’postijiet oħra. Iż-żejt taż-żebbuġa monovarjetali Arbequina għandu l-istess karatteristiċi distintivi bħad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta taż-żjut taż-żebbuġa “Estepa”. Għandu medja ta’ togħma ta’ frott ta’ mill-inqas 4,5, huwa rikk f’komposti fenoliċi u għalhekk huwa stabbli ħafna, huwa iktar morr u punġenti minn żjut oħra magħmula minn din il-varjetà ta’ żebbuġa u fih aktar pigmenti, speċifikament klorofilli u karoteni. Il-karatteristiċi li jiddefinixxu ż-żejt taż-żebbuġa straverġni monovarjetali Arbequina huma: Huwa 100 % Arbequina, jiġifieri jinkiseb biss minn żebbuġ tal-varjetà Arbequina. Għandu togħma ta’ frott ta’ żebbuġ aħdar aktar milli dak misjur, b’togħma morra u punġenti bbilanċjata fuq il-palat. Valur medju tat-togħma ta’ frott: ≥ 4,5 Valur medju ta’ togħma morra: ≥ 3 u ≤ 6 Valur medju ta’ togħma punġenti: ≥ 3 u ≤ 6 Aċidità (%): ≤ 0,3 Indiċi tal-perossidu (mEq O2/Kg): ≤ 15 K270: ≤ 0,18 Il-kulur taż-żejt jista’ jvarja fuq l-iskala BTBfil-medda ta’: 2/3 - 3/3 - 2/4 - 3/4 - 2/5 - 3/5. Polifenoli: ≥ 250 ppm Stabbiltà tal-ossidazzjoni: ≥ 43,6 h f’100 °C u ≥ 7 h f’120 °C Tokoferoli: ≥ 261,1 ppm |
|
— |
Sabiex il-profili organolettiċi taż-żjut taż-żebbuġa DOP “Estepa” jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni attwali, fid-deskrizzjoni tal-prodott ġew inklużi l-attributi pożittivi ta’ tat-togħma morra u punġenti u ġie speċifikat il-valur medju: Valur medju ta’ togħma morra: ≥ 3 u ≤ 6 Valur medju ta’ togħma punġenti: ≥ 3 u ≤ 6 |
|
— |
Barra minn hekk, biex jikkonformaw mal-Liġi Nru 2/2011 tal-Gvern ta’ Andalucia tal-24 ta’ Marzu 2011 dwar is-sajd u l-kwalità tal-ikel, ippubblikata fil- Boletín Oficial de la Junta de Andalucía Nru 70 tat-8 ta’ April 2011, ġew stabbiliti l-metodi ta’ analiżi għall-valutazzjoni tal-antiossidanti naturali, tal-polifenoli (espressi f’aċidu kafejku), tal-istabbiltà tal-ossidazzjoni u tat-tokoferoli mhux inklużi fil-leġiżlazzjoni attwali:
|
|
— |
Il-valuri massimi stipulati fl-ispeċifikazzjoni għall-polifenoli, l-istabbiltà tal-ossidazzjoni u t-tokoferoli tħassru minħabba li ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni għal limitu massimu, billi l-valuri ogħla jtejbu l-freskezza, il-kontenut ta’ antiossidant u l-istabbiltà taż-żjut, u l-kriterju għall-evalwazzjoni tal-kontenut ta’ tokoferol ġie mmodifikat:
|
|
— |
L-avvanzi fl-għarfien xjentifiku wrew li għadd ta’ parametri effettivament jiddeterminaw l-istess karatteristiċi, li jwasslu għal duplikazzjoni tal-kontrolli u joħolqu spejjeż addizzjonali bla bżonn għall-operaturi. L-ittestjar għalhekk ġie rrazzjonalizzat u ċerti testijiet ġew eliminati (K225, il-klorofilla u l-kontenut tal-karotina u l-aċidu olejku/linolejku u l-proporzjon ta’ aċidu grass monoinsaturat/poliinsaturat), filwaqt li ġew introdotti aktar parametri rappreżentattivi, għalkemm il-karatteristiċi oriġinali ma nbidlux:
|
|
— |
Aġġustament tal-proporzjonijiet tal-varjetajiet differenti f’kull tip ta’ żejt sabiex ikollhom il-karatteristiċi organolettiċi stipulati għaż-żjut taż-żebbuġa “Estepa”. Iż-żejt taż-żebbuġa straverġni huwa meraq tal-frott naturali u huwa affettwat b’mod partikolari mill-klima, iżda wkoll mill-prattiki attwali tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ. It-tixjiħ tas-siġar, l-inkorporazzjoni ta’ żjut minn imsaġar ġodda, il-fatt li ħafna mill-imsaġar issa qegħdin jissaqqew, speċjalment dawk imħawla bil-varjetajiet inkwistjoni, l-użu ta’ tekniki ġodda għall-ħarsien tal-pjanti u ż-żmien tal-ħsad huma fost il-ħafna fatturi li jidħlu fis-seħħ. Dawn il-prattiċi, imfassla biex itejbu l-imsaġar taż-żebbuġ, l-ambjent u l-profitabbiltà tal-azjendi, ibiddlu l-profili taż-żjut miksuba, sabiex il-proporzjon ta’ kull varjetà jeħtieġ li jiġi aġġustat sabiex il-prodott finali jkollu l-profil meħtieġ. Fir-rigward tal-perċentwali tal-varjetajiet ta’ żebbuġ fiż-żejt, l-ispeċifikazzjoni stipulat:
It-test issa jinqara kif ġej:
|
5.2. Taqsima E tal-ispeċifikazzjoni – Metodu ta’ Produzzjoni – huwa emendat kif ġej:
|
— |
Il-perjodu tal-ħsad ġie estiż bi 15-il jum mingħajr ma naqqas il-kwalità. Filwaqt li l-ħsad qabel kien jintemm fil-15 ta’ Diċembru għaż-żebbuġ Arbequina u fit-30 ta’ Diċembru għal varjetajiet oħra, issa jdum sat-30 ta’ Diċembru għall-Arbequina u sal-15 ta’ Jannar għal varjetajiet oħra. L-esperjenza tas-snin riċenti wriet li din l-estensjoni bl-ebda mod ma tagħmel ħsara lill-kwalità taż-żjut, kif muri mill-fatt li l-parametri tal-kwalità li għandhom x’jaqsmu mal-ġbir kmieni (it-togħma punġenti, morra u ta’ frott) inżammu b’mod konsistenti fl-ispeċifikazzjoni. |
|
— |
Sabiex jadattaw l-ispeċifikazzjoni biex jiġu koperti s-sistemi ta’ kultivazzjoni issa fis-seħħ fil-comarca ta’ Estepa, li jinkorporaw tekniki agronomiċi avvanzati li huma aktar favur il-prodott u l-ambjent, ġew imħassra t-testi tal-punti a) Parametri fissi u b) Tekniki ta’ kultivazzjoni tat-Taqsima E) Metodu ta’ Produzzjoni, kif stipulati hawn taħt: “a) Parametri fissi — Id-distanzi ta’ tħawwil u n-numru ta’ zkuk. Id-densità medja għal kull masġar tvarja ferm madwar il-comarca: speċifikament, il-medji jvarjaw minn madwar 75-100 siġra għal kull ettaru fl-imsaġar antiki għal 100-200 siġra għal kull ettaru fil-ġodda. Rigward in-numru ta’ zkuk, 12 % biss tal-imsaġar taż-żebbuġ Estepa huma mħawla bis-siġar li għandhom zokk wieħed, filwaqt li aktar minn 77 % huma mħawla b’siġar li jkollhom tliet zkuk jew aktar. Huwa importanti li wieħed jinnota li ħafna mill-imsaġar intensivi fil-comarca nżergħu b’siġar żgħażagħ li għandhom zokk wieħed, miksuba billi jkabbru l-għeruq ta’ biċċiet tal-injam fil-boroż, jew billi jkabbru l-għeruq ta’ biċċiet tal-injam semi-iebes taħt ir-raxx u mbagħad jiġu ttrapjantati f’basktijiet tal-plastik, metodu imħeġġeġ mill-awtoritajiet fil-pjanijiet ta’ ristrutturar tal-imasġar taż-żebbuġ tagħhom. Rigward id-distanzi ta’ tħawwil, hemm:
(b) Tekniki ta’ kultivazzjoni — L-applikazzjoni ta’ fertilizzant L-art tingħażaq fix-xitwa – wara l-ħsad – u fis-sajf permezz ta’ vibrokultivaturi f’fond li ma jaqbiżx l-10 cm; b’kollox dan isir bejn erba’ u ħames darbiet fis-sena. Iċ-ċrieki tal-art taħt is-siġar taż-żebbuġ li ma jissaqqewx jinżammu mingħajr ħaxix ħażin, u fl-imsaġar li jissaqqew tinżamm strixxa bejn is-siġar, li wkoll tinżamm taħt kontroll permezz ta’ erbiċidi li jipprevjenu l-ġerminazzjoni. Fl-imsaġar li jissaqqew il-fertilizzant jiġi applikat bit-taħlit ibbilanċjat ta’ fertilizzant likwidu kompost bl-ilma tat-tisqija, permezz ta’ formuli li huma kondiviżi bejn il-produtturi stess taż-żebbuġ jew irrakkomandati minn speċjalisti li jaħdmu fiż-żona. Il-provvisti ta’ fertigazzjoni prinċipalment in-nitroġenu, il-fosfru u l-potassju, kif ukoll il-mikroelementi biex jikkoreġu d-defiċjenzi li jinstabu jew viżivament jew permezz ta’ għadd kbir ta’ analiżijiet tal-weraq imwettqa. Hemm ħafna biċċiet ta’ art fejn din issa qed titħalla mhux maħduma - preċedentement il-ħamrija kienet sempliċement titħalla għerija iżda fis-snin riċenti nżammet kopertura tal-art, l-aktar veġetazzjoni spontanja, li titneħħa bi strimmers fl-aħħar tax-xitwa. — Tisqija. Ħafna mill-imsaġar taż-żebbuġ mhumiex imsaqqija. Iżda, kien hemm żieda fit-tisqija, speċjalment fl-aħħar għaxar snin, prinċipalment għaliex l-imsaġar issa huma mħawla b’mod aktar intensiv. Is-sistemi ta’ tisqija fil-każijiet kważi kollha huma sistemi lokalizzati, li jfornu ammonti varjabbli ta’ ilma għal kull ettaru, skont id-disponibbiltà. L-imsaġar li jissaqqew jinsabu madwar il-comarca; dawn mhumiex ikkonċentrati f’żona partikolari. — Iż-żbir Il-forma tas-siġar taż-żebbuġ fil-comarca ta’ Estepa hija determinata mit-tip ta’ żbir, li f’dan il-qasam jinvolvi t-tneħħija ta’ biċċiet kbar ta’ injam miz-zokk, u huwa magħruf bħala “poda de Lucena” jew “poda en Cabeza”. Ġie introdott ukoll żbir razzjonali tat-tip “Jaen”, li huwa anqas aggressiv. Fiż-żewġ każijiet, l-għan huwa li jkun hemm kuruna ta’ fergħat li jikbru ‘l ġewwa u ‘l barra, li żżid il-wiċċ produttiv tas-siġra. Qed tingħata attenzjoni wkoll għall-proporzjon tal-weraq u l-injam, bħala indikatur tal-kapaċità produttiva. Ħafna drabi, minħabba li ħafna mill-uċuħ tar-raba’ taż-żona jintużaw biex jipproduċu żebbuġ tal-mejda, qed isir aktar tqaċċit intensiv sabiex jinkiseb frott akbar. Fl-imsaġar taż-żebbuġ intensivi ġodda, hemm aktar siġar għal kull ettaru u għandhom zokk wieħed, li huwa l-aktar tip adattat għall-ħsad mekkaniku bil-makkinarju disponibbli bħalissa. Meta l-kuruna tkun laħqet kapaċità produttiva tajba u t-tkabbir ikun folt ħafna, jitwettaq żbir ħafif biex sabiex “iħaffef” u biex jiddefinixxi gradwalment l-istruttura tal-fergħa. — L-użu ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti Il-popolazzjonijiet tal-organiżmi ta’ ħsara u l-mard ewlenin taż-żebbuġ huma kkontrollati u evalwati mill-ispeċjalisti tal-ATRIAS u l agronomisti użati minn ħafna mill-entitajiet li huma assoċjati mad-Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta ta’ “Estepa”. Huma jistabbilixxu limiti ta’ trattament fl-istazzjonijiet tal-kontroll stabbiliti f’postijiet strateġiċi madwar il-comarca u għandhom diversi modi (bullettini ta’ kull ġimgħa, programmi tar-radju u tat-televiżjoni, eċċ) biex iżommu l-produtturi taż-żebbuġ infurmati dwar meta għandha tittieħed azzjoni, u liema tip ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti awtorizzat għandhom jintużaw, sabiex ma ssirx ħsara lill-fawna utli u li ma jħallu l-ebda residwi fiż-żebbuġ; ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom huma segwiti prattikament mill-produtturi kollha. Mill-organiżmi ta’ ħsara u l-mard li jaffettwaw iż-żebbuġ li jikber fil-comarca tagħna, se nsemmu biss dawk ewlenin li l-impatt tagħhom fuq il-kwalità jeħtieġ trattament preventiv estensiv. Dawn huma: id-dubbiena taż-żebbuġ, l-insett bil-qoxra sewda, il-ħanfusa tal-qxur taż-żebbuġa u l-kamla taż-żebbuġ. L-ewwel waħda, id-dubbiena taż-żebbuġ, hija ttrattata bl-applikazzjoni mill-ajru tad-dimetoat, jew l-applikazzjoni fuq l-art f’każijiet meta n-numri jaqbżu l-limiti stabbiliti. It-tieni, l-insett tal-qoxra s-sewda, huwa trattat permezz tal-carbaril u l-piriprossifen; il-kwantitajiet użati huma dejjem rakkomandati u kkontrollati mill-ispeċjalisti tal-ATRIAS. L-istess japplika fil-każ tal-ħanfusa tal-qxur taż-żebbuġ, li hija ttrattata bil-piretrina jew bid-dimetoat. Il-kamla taż-żebbuġa hija ttrattata bid-dimetoat u t-trattament jirdoppja meta n-numri jaqbżu l-limitu stabbilit. Għandu jiġi enfasizzat li l-użu ta’ dawn il-prodotti huwa dejjem issorveljat mill-ispeċjalisti tal-ATRIAS. Dan ix-xogħol importanti huwa ġeneralment aċċettat u apprezzat mill-produtturi taż-żebbuġ u qed jiżgura li jiġi fornut lill-imtieħen frott tal-aqwa kwalità. Flimkien mal-ħidma ta’ dawn il-gruppi ta’ kontroll, qed jitwaqqfu fiż-żona gruppi ta’ produzzjoni integrati (Agrupaciones de Producción Integrada - APIs) li qegħdin jaħdmu fl-imtieħen biex jiżguraw li ż-żjut prodotti joffru livell għoli ta’ sikurezza fl-ikel, billi kull API għandu speċjalisti li jissorveljaw direttament il-proċess ta’ produzzjoni kollu mill-masġar sal-mitħna, billi jżommu rekord ta’ kull fażi fir-reġistru li kull produttur taż-żebbuġ għandu għall- azjenda tiegħu, u b’hekk jiżguraw it-traċċabilità massima tal-prodotti miksuba.” Ġie miżjud it-test li ġej: “Sabiex jiksbu ż-żejt taż-żebbuġa straverġni ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Estepa”, il-bdiewa għandhom jikkonformaw mal-prattiki stabbiliti fil-mudell ta’ produzzjoni għall-produzzjoni taż-żebbuġ integrat fl-Andalusia (Ordni tal-15 ta’ April 2008 li jadotta r-Regolament Speċifiku għall-Produzzjoni Integrata taż-Żebbuġ – produzzjoni organika) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91. Jekk dawn id-dispożizzjonijiet jitħassru, il-bdiewa għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li jissostitwixxuhom.” |
5.3. Taqsima F tal-Ispeċifikazzjoni (Rabta maż-żona ġeografika) ġiet emendata. Taħt il-punt F.2 – Speċifiċità tal-prodott – ir-referenza għal α-tokoferol tneħħiet u issa ġie miżjud livell għoli ta’ togħma ta’ frott bħala karatteristika speċifika taż-żejt taż-żebbuġa “Estepa”.
|
— |
Billi t-taqsima korrispondenti tal-ispeċifikazzjoni ġiet emendata u issa tagħti ċifra għat-tokoferoli totali minflok ċifri separati għat-tokoferoli alfa-, beta- u gamma-, ma għadx hemmx lok li jissemmew it-tokoferoli alfa fit-taqsima dwar l-ispeċifiċitajiet taż-żjut taż-żebbuġa “Estepa”. |
|
— |
Ġie inkluż livell ta’ togħma ta’ frott ta’ aktar minn 4,5 bħala speċifiċità tal-prodott. It-togħma ta’ frott hija waħda mill-karatteristiċi li jiddefinixxu ż-żjut “Estepa”, u hija elenkata bħala tali fit-taqsima rilevanti, li ma ġietx emendata. L-unika bidla li saret issa, minħabba li l-istruttura tal-punt 5 tad-dokument uniku ġiet riveduta biex tiġi adattata għar-regoli attwali (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014), hija biex it-togħma ta’ frott tiġi elenkata bħala karatteristika oħra b’rabta ċara mal-oriġini tal-prodott li bla dubju tiddistingwih miż-żjut Ewropej l-oħra kollha. Żewġ kwalifikaturi proposti preċedentement, “bla paragun” u “wieħed mill-ogħla rekwiżiti fl-Unjoni Ewropea”, tneħħew fl-interessi tal-oġġettività. |
5.4. Tikkettar.
Is-sentenzi li ġejjin inżammu: “It-tikketti kummerċjali ta’ kull operatur irreġistrat għandhom ikunu approvati mill-Bord Regolatorju”; u “l-ippakkjar kollu li fih jitqiegħed iż-żejt għall-konsum għandu jkollu siġill ta’ garanzija u tikketta nnumerata jew tikketta sekondarja maħruġa mill-Bord Regolatorju, skont il-Manwal tal-Kwalità u l-Proċeduri, imwaħħla fil-maħżen, fil-mitħna jew fl-impjant tal-ippakkjar irreġistrat b’tali mod li ma jkunx jista’ jerġa’ jintuża”. Dawn id-dikjarazzjonijiet ġew inklużi għal darba oħra fid-dokument uniku u fl-ispeċifikazzjoni. Barra minn hekk, it-test issa jinkludi dan li ġej: “L-azzjonijiet tal-Bord Regolatorju rigward l-użu ta’ dawn is-siġilli, it-tikketti u t-tikketti sekondarji ma għandhom qatt jiddiskriminaw kontra l-ebda operatur li jikkonforma mal-Iispeċifikazzjoni.”
DOKUMENT UNIKU
“ESTEPA”
Nru tal-UE: ES-DPO-0105-01321 – 12.3.2015
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Isem
“Estepa”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott:
Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Żejt taż-żebbuġa straverġni miksub mill-frott tal-varjetajiet tas-siġra taż-żebbuġ (Olea europaea, L.) imsemmija hawn taħt. Hemm erba’ tipi ta’ żejt:
|
— |
Hojiblanca, Arbequina, Manzanilla, Picual u Lechín de Sevilla. |
|
— |
Hojiblanca u Arbequina. |
|
— |
Hojiblanca. |
|
— |
Arbequina. |
Iż-żjut taż-żebbuġa straverġni kollha għandhom jinkisbu biss permezz ta’ mezzi mekkaniċi jew fiżiċi li ma jagħmlux ħsara liż-żejt, sabiex jikkonservaw it-togħma, l-aroma u l-karatteristiċi tal-frotta li minnha jiġu prodotti.
Iż-żebbuġ għandu jkun ġej mill-varjetajiet awtorizzati, maħsud direttament mis-siġra meta jkun laħaq il-grad ta’ maturità li jagħti żjut bit-togħma ta’ frott bil-karatteristiċi meħtieġa.
Il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi taż-żjut:
Valur medju tat-togħma ta’ frott: ≥ 4,5
Valur medju ta’ togħma morra: ≥ 3 u ≤ 6
Valur medju ta’ togħma punġenti: ≥ 3 u ≤ 6
Aċidità (%): ≤ 0,3
Indiċi tal-perossidu (mEq O2/Kg): ≤ 15
K270: ≤ 0,18
Il-kulur taż-żejt jista’ jvarja fuq l-iskala BTBfil-medda ta’: 2/3 – 3/3 – 2/4 – 3/4 – 2/5 – 3/5.
Polifenoli: ≥ 405 ppm għaż-żjut kollha, minbarra ż-żejt monovarjetali Arbequina, li għalih ir-rekwiżit huwa ≥ 250 ppm.
Stabbiltà tal-ossidazzjoni: ≥ 43,6 h f’100 °C u ≥ 7 h f’120 °C.
Tokoferoli: ≥ 261,1 ppm.
Metodi ta’ analiżi:
Polifenoli: kromatografija likwida b’detezzjoni ultravjola permezz ta’ dijodi(ppm aċidu kafejku).
Stabbiltà tal-ossidazzjoni: il-valur ta’ Rancimat bi fluss ta’ arja ta’ 10 l/siegħa f’110 °C u 120 °C (sigħat).
Tokoferoli: kromatografija likwida b’detezzjoni tal-fluworexxenza (ppm).
B’riżultat tal-ħsad bikri dawn iż-żjut ikollhom togħma ta’ frott simili għal dik ta’ żebbuġ bejn aħdar u misjur, bil-karatteristika predominanti taż-żebbuġ aħdar.
Il-karatteristiċi taż-żjut ivarjaw skont iż-żebbuġ użat:
— Hojiblanca, Arbequina, Manzanilla, Picual u Lechín de Sevilla.
Żejt magħmul minn:
|
— |
Minimu ta’ 15 % Arbequina. |
|
— |
Minimu ta’ 35 % Hojiblanca. |
|
— |
Minimu ta’ 5 % tal-varjetajiet l-oħra. |
Dan it-tip ta’ żejt għandu t-togħma ta’ frott ta’ żebbuġ aħdar aktar milli misjur b’intensità medja. Għandu togħma morra u punġenti tipika taż-żjut miksuba fil-bidu tal-istaġun.
— Hojiblanca u Arbequina.
Iż-żejt magħmul minn bejn 20 % u 80 % Hojiblanca u 80 % u 20 % Arbequina.
Dan it-tip ta’ żejt għandu t-togħma ta’ frott taż-żebbuġ aħdar aktar milli misjur. Għandu togħma morra u punġenti tipika taż-żjut miksuba fil-bidu tal-istaġun.
— Hojiblanca.
100 % Hojiblanca, jiġifieri żejt magħmul biss minn żebbuġ tal-varjetà Hojiblanca.
Dan it-tip ta’ żejt għandu t-togħma ta’ frott taż-żebbuġ aħdar aktar milli misjur. Għandu togħma morra u punġenti tipika taż-żjut miksuba fil-bidu tal-istaġun.
— Arbequina.
100 % Arbequina, jiġifieri żejt magħmul biss minn żebbuġ tal-varjetà Arbequina.
Iż-żejt taż-żebbuġa straverġni monovarjetali Arbequina tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Estepa” għandu t-togħma ta’ frott taż-żebbuġ aħdar aktar milli misjur, b’togħma morra u punġenti bbilanċjata fil-palat.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-produzzjoni.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Il-kliem Denominación de Origen Protegida “Estepa” għandu jidher fuq it-tikketti u t-tikketti sekondarji.
It-tikketti kummerċjali ta’ kull operatur irreġistrat għandhom ikunu approvati mill-Bord Regolatorju. L-ippakkjar kollu li fih jitqiegħed iż-żejt għall-konsum għandu jkollu siġill ta’ garanzija u tikketta nnumerata jew tikketta sekondarja maħruġa mill-Bord Regolatorju, skont il-Manwal tal-Kwalità u l-Proċeduri, imwaħħla fil-maħżen, fil-mitħna jew fl-impjant tal-ippakkjar irreġistrat b’tali mod li ma jkunx jista’ jerġa’ jintuża.
L-azzjonijiet tal-Bord Regolatorju rigward l-użu ta’ dawn is-siġilli, it-tikketti u t-tikketti sekondarji ma għandhom qatt jiddiskriminaw kontra l-ebda operatur li jikkonforma mal-ispeċifikazzjoni.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona tinkludi ħdax-il muniċipalità fil-provinċja ta’ Sevilja: Aguadulce, Badolatosa, Casariche, Estepa, Gilena, Herrera, Lora de Estepa, Marinaleda, Pedrera, La Roda de Andalucía u El Rubio, u muniċipalità waħda fil-provinċja ta’ Córdoba: Puente Genil, speċifikament iż-żona magħrufa bħala Miragenil.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Speċifiċità taż-żona ġeografika
Il-ħamrija tal-ġebel tal-ġir, l-iskarsezza tal-ilma u l-klima kontinentali bi sjuf moderati u xtiewi kesħin huma kollha fatturi li jaċċelleraw il-maturazzjoni taż-żebbuġ.
F’dan l-ambjent ġeografiku, fejn proporzjon sinifikanti tal-imsaġar taż-żebbuġ jipproduċu żebbuġ tal-mejda – madwar 30 % tal-produzzjoni totali taż-żebbuġ huwa għall-industrija taż-żebbuġ tal-mejda – il-ħsad tradizzjonalment jibda kmieni ħafna. Dan huwa r-riżultat, l-ewwel nett, ta’ fatturi naturali, billi l-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima jwasslu biex il-frott jimmatura aktar malajr, u, it-tieni, tal-prattika tal-ħsad mhux interrott, billi l-ħsad taż-żebbuġ tal-mejda li jibda f’Settembru jaħbat mal-ħsad taż-żebbuġ użat għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa jew jippreċedih.
Dawn il-prattiki jgħinu biex jipproduċu żjut b’karatteristiċi kimiċi u organolettiċi distinti.
Speċifiċità tal-prodott
|
— |
Iż-żjut taż-żebbuġa DOP “Estepa” għandhom togħma morra qawwija, b’valur medju ta’ bejn 3 u 6. |
|
— |
Minimu ta’ togħma ta’ frott ta’ 4,5. |
|
— |
Dawn huma aktar rikki fil-komposti fenoliċi minn żjut miksuba minn varjetajiet oħra u mill-istess varjetajiet imkabbra f’postijiet oħra. |
|
— |
Stabbiltà tal-ossidazzjoni għolja. |
|
— |
Kontenut għoli tal-pigmenti misjuba fiż-żejt taż-żebbuġa, speċifikament klorofilli u karoteni (skala BtB). |
Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-karatteristiċi tal-prodott
Hemm żewġ fatturi: fatturi naturali (l-ekosistema) u fatturi umani. Dawn il-fatturi agroloġiċi jispjegaw għaliex iż-żjut miksuba jkollhom kontenut ta’ polifenol u tokoferol ogħla, kif stipulat fl-ispeċifikazzjoni
Il-ħamrija tar-reġjun hija fqira fil-materja organika u l-pajsaġġ huwa kkaratterizzat predominantement mill-ġebla tal-ġir. Dan jiddetermina l-għażla tal-uċuħ tar-raba’ – is-siġar taż-żebbuġ u ċerti varjetajiet ta’ pjanti b’saħħithom u reżistenti, li huma adattati għal dawn il-kundizzjonijiet aktar minn oħrajn. Fil-comarca ta’ Estepa 95 % tal-art agrikola hija mħawla bis-siġar taż-żebbuġ.
Il-fatt li ħafna mis-siġar taż-żebbuġ, speċjalment il-Hojiblanca iżda wkoll il-varjetajiet awtorizzati l-oħra, huma mħawla fuq il-ħamrija tal-ġebla tal-ġir jispjega għaliex, meta jitqiesu l-karatteristiċi partikolari ta’ dawn il-varjetajiet, iż-żjut miksuba jkollhom kwalitajiet organolettiċi distinti u jkollhom aktar togħma ta’ frott minn żjut oħrajn.
L-istudji juru li din it-tip ta’ ħamrija tal-ġir tippromwovi livelli ogħla ta’ antiossidanti li huma ta’ interess partikolari mil-lat nutrittiv: tokoferoli.
Fattur ieħor naturali li għandu impatt deċiżiv fuq iż-żjut tagħna huwa l-klima lokali, billi l-istress tal-ilma kkawżat mill-iskarsezza tal-ilma fil-comarca ta’ Estepa jagħti liż-żjut togħma morra aktar qawwija minn dik fiż-żjut prodotti f’postijiet oħra, inklużi dawk miksuba mill-istess varjetajiet ta’ żebbuġ.
Barra dan, il-volum baxx tax-xita flimkien mal-fatt li s-sjuf huma aktar moderati miż-żoni tal-madwar, karatteristika tipika ta’ klimi kontinentali, jaċċelleraw il-maturazzjoni taż-żebbuġ u għalhekk jinħasad kmieni.
Fl-aħħar nett, il-fattur uman huwa ta’ importanza deċiżiva. Il-fatt li proporzjon sinifikanti tal-imsaġar taż-żebbuġ fil-comarca ta’ Estepa jipproduċu żebbuġ tal-mejda – madwar 30 % tal-produzzjoni totali taż-żebbuġ hija għall-industrija taż-żebbuġ tal-mejda – ifisser li l-ħsad tradizzjonalment jibda aktar kmieni meta mqabbel ma’ kwalunkwe żona oħra tad-dinja. Dan huwa r-riżultat, l-ewwel nett, ta’ fatturi naturali, billi l-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima jwasslu biex il-frott jimmatura aktar malajr, u, it-tieni, tal-prattika tal-ħsad mhux interrott, billi l-ħsad taż-żebbuġ tal-mejda li jibda f’Settembru jaħbat mal-ħsad taż-żebbuġ użat għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa jew jippreċedih. Dawn il-prattiki jgħinu biex jipproduċu żjut b’karatteristiċi kimiċi u organolettiċi distinti.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq:
http://www.juntadeandalucia.es/agriculturaypesca/portal/export/sites/default/comun/galerias/galeriaDescargas/cap/industrias-agroalimentarias/denominacion-de-origen/Pliegos/PliegoEstepamodificado.pdf
jew permezz tal-paġna ewlenija tal-Consejería de Agricultura, Pesca y Desarrollo Rural
(http://www.juntadeandalucia.es/agriculturaypesca/portal),
billi wieħed jidħol kif ġej:
“Áreas de actividad”/“Industrias Agroalimentarias”/“Calidad y Promoción”/“Denominaciones de Calidad”/“Aceite de Oliva Virgen Extra”. L-ispeċifikazzjoni tinsab taħt l-isem tad-Denominazzjoni tal-Kwalità.
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.