| ISSN 1977-0987 | ||
| Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea | C 451 | |
|   | ||
| Edizzjoni bil-Malti | Informazzjoni u Avviżi | Volum 59 | 
| Avviż Nru | Werrej | Paġna | 
| 
 | IV Informazzjoni | |
| 
 | INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA | |
| 
 | Il-31 sessjoni saret f’Windhoek (in-Namibja) mit-13 sal-15 ta’ Ġunju 2016. | |
| 2016/C 451/01 | ||
| 2016/C 451/02 | ||
| 2016/C 451/03 | 
| TIFSIRA TAS-SIMBOLI UŻATI 
 (It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att) ABBREVJAZZJONIJIET UŻATI GĦALL-KUMITATI PARLAMENTARI 
 ABBREVJAZZJONIJIET UŻATI GĦALL-GRUPPI POLITIĊI 
 | 
| MT | 
 | 
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-31 sessjoni saret f’Windhoek (in-Namibja) mit-13 sal-15 ta’ Ġunju 2016.
| 2.12.2016 | MT | Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea | C 451/1 | 
ASSEMBLEA PARLAMENTARI KONĠUNTA TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA KONKLUŻ BEJN IL-MEMBRI TAL-GRUPP TA’ STATI AFRIKANI, TAL-KARIBEW U TAL-PAĊIFIKU, MINN NAĦA, U L-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MIN-NAĦA L-OĦRA
MINUTI TAS-SEDUTA TAT-TNEJN, 13 TA’ ĠUNJU 2016
(2016/C 451/01)
Werrej
| Seduta inawgurali formali | 1 | 
| Seduta tal-Assemblea Parlamentari Konġunta | 2 | 
| Kompożizzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta | 2 | 
| 1. | Adozzjoni tal-aġenda (AP102.023) | 2 | 
| 2. | Approvazzjoni tal-minuti tal-aħħar seduta tat-30 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta (ĠU C 179, 18.5.2016) | 2 | 
| 3. | Avviżi tal-Kopresidenti, inklużi deċiżjonijiet li ttieħdu fil-laqgħa tal-Bureau tat-12 ta’ Ġunju 2016 | 2 | 
| 4. | Dikjarazzjoni ta’ Neven Mimica, Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kooperazzjoni internazzjonali u l-iżvilupp | 2 | 
| 5. | Dibattitu ma’ Neven Mimica, Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kooperazzjoni internazzjonali u l-iżvilupp – proċedura “catch-the eye” | 2 | 
| 6. | Ħin għall-Mistoqsijiet lill-Kummissjoni | 3 | 
| 7. | Azzjoni meħuda mill-Kummissjoni dwar ir-riżoluzzjonijiet adottati waqt it-30 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta | 3 | 
| 8. | Prevenzjoni u ġestjoni tal-epidemiji | 3 | 
| 9. | Rapport tas-sħab ekonomiċi u soċjali | 3 | 
MINUTI TAS-SEDUTA TAT-TNEJN, 13 TA’ ĠUNJU 2016
(Is-seduta bdiet fil-11.15)
Seduta inawgurali formali
Indirizzaw l-Assemblea dawn li ġejjin:
Peter Hitjitevi Katjavivi, Speaker tal-Assemblea Nazzjonali tan-Namibja, Michèle Rivasi, Aġent Kopresident tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, Netty Baldeh, Kopresident tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, u Nickey Iyambo, Viċi President tar-Repubblika tan-Namibja.
(Il-laqgħa ġiet aġġornata f’12.35 u tkompliet fit-15.12.)
IPPRESEDIET: Netty BALDEH
Kopresident
Seduta tal-Assemblea Parlamentari Konġunta
Il-Kopresident tat merħba lill-parteċipanti kollha.
Kompożizzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta
Il-Kopresident ħabbret li l-lista tal-membri tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, kif imgħoddija mill-awtoritajiet tal-Istati AKP u l-Parlament Ewropew, kienet se tkun mehmuża mal-minuti.
1. Adozzjoni tal-aġenda (AP102.023)
L-aġenda ġiet adottata kif tidher f’dawn il-minuti.
2. Approvazzjoni tal-minuti tal-aħħar seduta tat-30 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta (ĠU C 179, 18.5.2016)
Il-minuti ġew approvati.
3. Avviżi tal-Kopresidenti, inklużi deċiżjonijiet li ttieħdu fil-laqgħa tal-Bureau tat-12 ta’ Ġunju 2016
Il-Kopresident irrapportat dwar ir-riżultati tal-laqgħa tal-Bureau tat-12 ta’ Ġunju 2016.
Ittieħdu d-deċiżjonijiet li ġejjin:
| (a) | Bejn it-13 u l-15 ta’ Lulju 2016 se ssir missjoni ta’ ġbir ta’ informazzjoni lejn Lampedusa. | 
| (b) | F’Awwissu 2016 se jsiru missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali lejn il-Gabon u ż-Żambja, soġġett għall-istediniet li jintbagħtu lill-Assemblea mill-awtoritajiet kompetenti fiż-żewġ pajjiżi. | 
| (c) | Il-postijiet tat-13-il laqgħa reġjonali mill-21 sat-23 ta’ Settembru u t-32 Sessjoni mid-19 sal-21 ta’ Diċembru 2016 fl-Afrika Ċentrali se jiġu komunikati qabel il-15 ta’ Lulju 2016. | 
4. Dikjarazzjoni ta’ Neven Mimica, Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kooperazzjoni internazzjonali u l-iżvilupp
Neven Mimica, Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kooperazzjoni internazzjonali u l-iżvilupp, iffoka d-dikjarazzjoni tiegħu fuq il-futur tal-Ftehim Cotonou, li se jintemm fl-2020. Filwaqt li rrikonoxxa n-natura unika tal-Ftehim, il-Kummissarju ssottolinja l-ħtieġa li jiġi adattat għall-ambjent li qed jinbidel u għall-emerġenza tal-isfidi globali bħat-tibdil fil-klima u l-migrazzjoni. Il-Kummissarju ppreżenta r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika u informa wkoll li l-UE dalwaqt se tirreżamina l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp sabiex tintegra bis-sħiħ fil-politika tal-iżvilupp l-aġenda tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u l-eżitu tal-Konferenza COP 21.
5. Dibattitu ma’ Neven Mimica, Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kooperazzjoni internazzjonali u l-iżvilupp – proċedura “catch-the eye”
Kelliema: Jean-Luc Schaffhauser, Purmanund Jhugroo (Mauritius), Norbert Neuser, Michèle Rivasi, Agathon Rwasa (il-Burundi), Joyce Laboso Abonyo (il-Kenja), Adjedoue Weidou (iċ-Chad), Abdoulaye Toure (il-Kosta tal-Avorju), Babiker Mohamed Toum (is-Sudan) u Michael Gahler.
L-iskambju ta’ fehmiet iffoka fuq il-futur tas-sħubija AKP-UE u l-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika. Il-Membri qajmu wkoll mistoqsijiet dwar ir-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp, il-kundizzjonalità tal-għajnuna, it-traffikar ta’ bnedmin, il-konsegwenzi tal-possibbiltà ta’ Brexit fuq il-finanzjament tal-FEŻ u l-Alleanza l-ġdida dwar is-Sigurtà tal-Ikel u n-Nutrizzjoni. Il-ħtieġa għal rabta aħjar bejn il-programmi ta’ żvilupp u l-assistenza umanitarja ġiet imtennija.
Il-Kummissarju Mimica wieġeb il-mistoqsijiet imqajma mill-Membri billi segwa l-ordni tal-proċedura “catch-the-eye”.
6. Ħin għall-Mistoqsijiet lill-Kummissjoni
Total ta’ 22 mistoqsija tressqu lill-Kummissjoni Ewropea.
Preċedentement, il-Kummissjoni kienet wieġbet il-mistoqsijiet bil-miktub. Il-Kummissarju Mimica ta tweġibiet orali lill-mistoqsijiet supplimentari relatati mal-kwistjonijiet oriġinali li ġejjin:
| 
 | Mistoqsija nru 3 imressqa minn Cécile Kashetu Kyenge dwar il-kampijiet tar-rifuġjati fl-Afrika | 
| 
 | Mistoqsija nru 5 imressqa minn Pedro Silva Pereira dwar il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (FSE) mal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC) | 
| 
 | Mistoqsija nru 15 imressqa minn David Martin issostitwit minn Maria Arena dwar id-djalogu politiku mal-Burundi. | 
| 
 | Mistoqsija nru 16 imressqa minn Spès-Caritas Njebarikanuye (il-Burundi) ssostitwita minn Agathon Rwasa dwar il-futur tal-AKP-UE | 
| 
 | Mistoqsija nru 17 imressqa minn Marlene Mizzi dwar iċ-ċiklun tropiku Winston f’Fiġi | 
| 
 | Mistoqsija nru 22 imressqa minn Michèle Rivasi dwar il-finanzjament tal-infrastrutturi tas-saħħa mill-Ewropa wara t-tifqigħa tal-virus Ebola | 
L-awtur tal-mistoqsija nru 2 ma kellu l-ebda mistoqsija supplimentari.
L-awturi tal-mistoqsijiet nru 1, 4, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13, 14, 18, 19, 20 u 21 ma kinux preżenti.
7. Azzjoni meħuda mill-Kummissjoni dwar ir-riżoluzzjonijiet adottati waqt it-30 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta
Fid-dossiers ġie inkluż dokument dwar l-azzjoni meħuda mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar ir-riżoluzzjonijiet adottati mill-Assemblea Parlamentari Konġunta fi Brussell f’Diċembru 2015.
8. Prevenzjoni u ġestjoni tal-epidemiji
Dibattitu mingħajr riżoluzzjoni
Dr Quazi Monirul Islam, rappreżentant mid-WHO għan-Namibja, issottolinja l-aħħar żviluppi u l-progress reċenti li sar dwar il-ġlieda kontra erba’ mardiet trażmissibbli importanti li jaffettwaw l-aktar il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jiġifieri l-marda tal-virus Ebola, id-deni l-isfar, il-marda tal-virus Zika u l-malarja.
Kelliema: Joachim Zeller, Cécile Kashetu Kyenge, Lucie Milebou Aubusson (il-Gabon), Arne Gericke, Pavel Telička, Tesfaye Daba Wakjira (l-Etjopja), Michèle Rivasi, Ibrahim Rassin Bundu (Sierra Leone), Gatoloaifaana Amataga Gidlow (is-Samoa), Piernicola Pedicini, Adjedoue Weidou (iċ-Chad), Francesc Gambus, Amos Fish Mahlalela (l-Afrika t’Isfel), Maria Noichl, Purmanund Jhugroo (Mauritius) and Domenico Rosa (il-Kummissjoni).
Il-membri saħqu li d-dritt għas-saħħa huwa dritt fundamentali li jrid jiġi ggarantit u li għandu relazzjoni ta’ kawża u effett ċara mal-kundizzjonijiet tal-għajxien deċenti. Il-kwistjonijiet tas-saħħa jridu jiġu indirizzati globalment u bir-reqqa, b’mod partikolari peress li l-virusijiet jistgħu jinfirxu matul il-kontinenti fi ftit sigħat. Kien hemm rabta ċara bejn is-saħħa u l-ġid, u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp trid tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ kundizzjonijiet għal sistemi tal-kura tas-saħħa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Ġew deskritti wkoll koerenza politika u koordinazzjoni aħjar fost il-ministeri, peress li kundizzjonijiet soċjoekonomiċi mtejba (b’mod partikolari fir-rigward tal-ilma, is-sanità, in-nutrizzjoni u l-akkomodazzjoni) kellhom effett manifestat fuq kundizzjonijiet aħjar tas-saħħa. Il-problema ta’ reżistenza antibijotika miżjuda, li kienet qed issir emerġenza globali, ġiet imqajma.
Dr Quazi Monirul Islam għalaq id-dibattitu.
9. Rapport tas-sħab ekonomiċi u soċjali
Preżentazzjoni ta’ Yves Somville, President tal-Kumitat ta’ Segwitu tal-AKP, Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Yves Somville, President tal-Kumitat ta’ Segwitu tal-AKP, Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, għamel preżentazzjoni fuq ir-rapport ta’ attività tal-Kumitat, b’fokus partikolari fuq ir-riflessjoni kontinwa dwar il-proċess ta’ wara Cotonou.
Kelliema: Domenico Rosa (Kummissjoni) u Michael Gahler.
(Is-seduta ntemmet fis-18.40)
Netty BALDEH
Michèle RIVASI(Aġent)
Kopresidenti
Leonard-Emile OGNIMBA(Aġent)
Luis Marco AGUIRIANO NALDA
Kosegretarji Ġenerali
| 2.12.2016 | MT | Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea | C 451/5 | 
ASSEMBLEA PARLAMENTARI KONĠUNTA TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA KONKLUŻ BEJN IL-MEMBRI TAL-GRUPP TA’ STATI AFRIKANI, TAL-KARIBEW U TAL-PAĊIFIKU, MINN NAĦA, U L-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MIN-NAĦA L-OĦRA
MINUTI TAS-SEDUTA TAT-TLIETA, 14 TA’ ĠUNJU 2016
(2016/C 451/02)
Werrej
| 1. | Dikjarazzjoni minn Lilianne Ploumen, Ministru għall-Kummerċ Barrani u l-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (in-Netherlands), President fil-Kariga tal-Kunsill tal-UE | 5 | 
| 2. | Dikjarazzjoni minn Ingrid Olga Ghislaine Ebouka-Babackas, Ministru tal-Ippjanar, l-Istatistika u l-Integrazzjoni Reġjonali (ir-Repubblika tal-Kongo), President fil-Kariga tal-Kunsill AKP | 6 | 
| 3. | Ħin għall-Mistoqsijiet lill-Kunsill | 6 | 
| 4. | Dibattitu mal-Kunsill – proċedura “catch-the-eye” | 6 | 
| 5. | Żona kontinentali ta’ kummerċ ħieles fl-Afrika – il-prospetti biex jitrawwem il-kummerċ fi ħdan l-Afrika u l-benefiċċji potenzjali tiegħu għall-AKP | 7 | 
| 6. | Rapport dwar it-12-il laqgħa reġjonali (l-Afrika tan-Nofsinhar) li saret f’Gaborone (il-Botswana) mill-20 sat-22 ta’ April 2016 – rapport tal-Kopresidenti | 7 | 
| 7. | Avviżi tal-Kopresidenti, inklużi deċiżjonijiet li ttieħdu fil-laqgħa tal-Bureau tat-12 ta’ Ġunju 2016 (kontinwazzjoni) | 7 | 
| 8. | Tema urġenti Nru 1: Is-sitwazzjoni ta’ qabel l-elezzjoni u tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo | 8 | 
| 9. | Titjib tal-governanza parteċipattiva permezz tad-deċentralizzazzjoni u t-tisħiħ tal-governanza lokali | 8 | 
| 10. | Sinteżi tar-rapporti mil-laqgħat tas-sessjonijiet ta’ ħidma | 8 | 
| 11. | L-impatt tat-tnaqqis fil-prezz taż-żejt u materji primi strateġiċi oħra fuq l-ekonomiji tal-AKP | 9 | 
| 12. | Tema urġenti Nru 2: L-istupru u l-vjolenza fuq in-nisa u t-tfal f’kunflitti armati | 9 | 
MINUTI TAS-SEDUTA TAT-TLIETA, 14 TA’ ĠUNJU 2016
(Is-seduta bdiet fid-9.15)
IPPRESEDIET: Michèle RIVASI
Aġent Kopresident
1. Dikjarazzjoni minn Lilianne Ploumen, Ministru għall-Kummerċ Barrani u l-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (in-Netherlands), President fil-Kariga tal-Kunsill tal-UE
Lilianne Ploumen, Ministru għall-Kummerċ Barrani u l-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (in-Netherlands), President fil-Kariga tal-Kunsill tal-UE, enfasizzat il-kisbiet ewlenin fl-2015: l-Aġenda 2030 u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli l-ġodda, l-Aġenda ta’ Azzjoni ta’ Addis Ababa dwar il-finanzjament għall-iżvilupp, u COP 21, il-ftehim globali l-ġdid dwar it-tibdil fil-klima. Issa wasal iż-żmien biex dawn l-aġendas u l-impenji jiġu implimentati u mmonitorjati, li jrid jiġi rifless fil-politiki tal-UE, kemm interni kif ukoll esterni.
Il-President fil-Kariga sejjħet biex titkompla u tissaħħaħ il-kooperazzjoni AKP-UE fir-rigward ta’ sfidi konġunti futuri, b’mod partikolari enfasizzat il-migrazzjoni, il-paċi u s-sigurtà, u l-kummerċ. L-UE qed tivvaluta l-kisbiet u d-dgħufijiet tal-Ftehim Cotonou, tipprepara għażliet għall-qafas tal-isħubija AKP-UE futura bil-għan li tippreżenta r-rakkomandazzjonijiet tagħha lejn tmiem l-2016. L-Assemblea Parlamentari Konġunta kienet waħda mill-forums ewlenin f’dan il-proċess, u l-ideat kollha li jikkontribwixxu għall-bini ta’ sħubija futura moderna u ekwa ġew milqugħa.
2. Dikjarazzjoni minn Ingrid Olga Ghislaine Ebouka-Babackas, Ministru tal-Ippjanar, l-Istatistika u l-Integrazzjoni Reġjonali (ir-Repubblika tal-Kongo), President fil-Kariga tal-Kunsill AKP
Ingrid Olga Ghislaine Ebouka-Babackas, Ministru tal-Ippjanar, l-Istatistika u l-Integrazzjoni Reġjonali (ir-Repubblika tal-Kongo), President fil-Kariga tal-Kunsill AKP, iddeskriviet il-proċess tal-AKP fil-preparazzjoni tar-relazzjonijiet futuri AKP-UE. Ir-rapport tal-Grupp ta’ Persuni Eminenti ppreżentat għat-8 Summit tal-Kapijiet ta’ Stat u tal-Gvern f’Port Moresby, Papua New Guinea, li sar bejn it-30 ta’ Mejju u l-1 ta’ Ġunju 2016, sejjaħ għal tisħiħ tar-relazzjonijiet AKP-UE u enfasizza għadd ta’ sfidi tal-AKP futuri, inkluż l-Aġenda 2030 u li jinstabu riżorsi adegwati ta’ finanzjament biex tiġi ffinanzjata, il-promozzjoni ta’ tkabbir b’saħħtu, inklużiv, ekonomiku u ġust, il-migrazzjoni, it-theddid għall-istabbiltà u s-sigurtà, u l-impatt negattiv tal-flussi finanzjarji illeċiti. Il-kelliema kompliet tiffoka dwar kwistjonijiet kummerċjali kemm multilaterali kif ukoll tal-AKP-UE, notevolment il-ħtieġa għal aktar rekwiżiti flessibbli fil-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika biex jippermettu lill-Inqas Pajjiżi Żviluppati jaċċessawhom. Il-grupp tal-AKP jixtieq jara l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp jinżamm u r-relazzjonijiet AKP-UE approfonditi u msaħħa, u kienu wkoll tal-fehma li l-Grupp AKP għandu jkompli jibni fuq il-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u l-kooperazzjoni trijangolari.
3. Ħin għall-Mistoqsijiet lill-Kunsill
13-il mistoqsija tressqu lill-Kunsill tal-AKP u 13 oħra lill-Kunsill tal-UE.
Ingrid Olga Ghislaine Ebouka-Babackas wieġbet f’isem il-Kunsill tal-AKP għall-mistoqsijiet li ġejjin u għal mistoqsija supplimentari:
| 
 | Mistoqsija nru 10 ta’ Michèle Rivasi dwar is-sħubijiet pubbliċi-privati fl-agrikoltura fl-Afrika | 
Il-mistoqsijiet li ġejjin ingħataw tweġiba iżda ma ġewx segwiti b’mistoqsija supplimentari:
| 
 | Mistoqsija nru 2 imressqa minn David Martin (issostitwit minn Maria Arena) dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-Burundi | 
| 
 | Mistoqsija nru 4 minn Marlene Mizzi dwar it-tifqigħa tal-virus Zika | 
| 
 | Mistoqsija nru 11 minn Enrique Guerrero Salom (issostitwit minn Norbert Neuser) dwar is-Summit Umanitarju Dinji | 
L-awturi tal-mistoqsijiet nru 1, 3, 5, 6, 7, 8, 9, 12 u 13 ma kienux preżenti.
Lilianne Ploumen wieġbet f’isem il-Kunsill tal-UE għall-mistoqsijiet li ġejjin u għal dawk supplimentari:
| 
 | Mistoqsija nru 15 imressqa minn David Martin (issostitwit minn Maria Arena) dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-Burundi | 
| 
 | Mistoqsija nru 16 minn Cécile Kashetu Kyenge dwar l-elezzjonijiet fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo | 
| 
 | Mistoqsija nru 23 minn Enrique Guerrero Salom (issostitwit minn Norbert Neuser) dwar is-Summit Umanitarju Dinji | 
Il-mistoqsija li ġejja ngħatat tweġiba iżda ma ġietx segwita b’mistoqsija supplimentari:
| 
 | Mistoqsija nru 17 minn Marlene Mizzi dwar it-tifqigħa tal-virus Zika | 
L-awturi tal-mistoqsijiet nru 14, 18, 19, 20, 21, 22, 24, 25 u 26 ma kienux preżenti.
4. Dibattitu mal-Kunsill – proċedura “catch-the-eye”
Kelliema: Norbert Neuser, Jean-Luc Schaffhauser, Agathon Rwasa (il-Burundi), Michael Gahler, Juan Fernando López Aguilar, Jean Marie Kilosho Bulambo (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo), Magnus Kofi Amoatey (il-Ghana), Maria Arena, Babiker Mohamed Toum (is-Sudan), Sithembile Mlotshwa (iż-Żimbabwe), Netty Baldeh (il-Gambja), Michèle Rivasi u Jomo Mfanawemakhosi Dlamini (is-Swaziland).
Il-Membri ffukaw prinċipalment fuq il-kummerċ u l-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika, u ressqu mistoqsijiet dwar is-salvagwardji, l-appoġġ finanzjarju għall-adattament, il-bini tal-kapaċità u t-telf tad-dħul doganali. Kwistjonijiet oħra li tqajmu inkludew relazzjonijiet futuri AKP-UE, l-elezzjonijiet fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, id-djalogu politiku mal-Burundi, il-flussi finanzjarji illeċiti u l-elettrifikazzjoni tal-Afrika.
5. Żona kontinentali ta’ kummerċ ħieles fl-Afrika – il-prospetti biex jitrawwem il-kummerċ fi ħdan l-Afrika u l-benefiċċji potenzjali tiegħu għall-AKP
Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ
Korapporteurs: Jean-Marie Bulambo (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) u Marielle de Sarnez
Jean-Marie Bulambo (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) u Petr Ježek (jissostitwixxi lil Marielle de Sarnez) ippreżentaw ir-rapport.
Kelliema: Michael Gahler, Agathon Rwasa (il-Burundi), Louis-Joseph Manscour, Tesfaye Daba Wakjira (l-Etjopja), Pavel Telička, Maria Heubuch, Piernicola Pedicini, Jean-Luc Schaffhauser, Sir Louis H. Straker (Saint Vincent u l-Grenadini), Francesc Gambus, Babiker Mohamed Toum (is-Sudan), Maria Arena, Gberi Kombo (il-Kamerun), Marlene Mizzi u Domenico Rosa (Kummissjoni Ewropea).
Il-membri kkunsidraw iż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Kontinentali (CFTA) fl-Afrika bħala proġett ambizzjuż ħafna li se jkun jeħtieġ impenn politiku b’saħħtu mill-pajjiżi involuti. Dan jirrappreżenta opportunità tajba għall-Afrika biex jissaħħaħ il-kummerċ fi ħdan l-Afrika sabiex jiżdied it-tkabbir ekonomiku, peress li l-kummerċ ħieles huwa għodda b’saħħitha biex jiġi miġġieled il-faqar. Madankollu, ġie enfasizzat li l-liberaliżmu u l-ekonomija tas-suq għandhom jippermettu wkoll it-tkabbir li jirriżulta f’ridistribuzzjoni ta’ natura ġusta. Il-kostruzzjoni tal-Ewropa – il-proġett Ewropew kien ukoll beda bħala komunità ekonomika u kummerċjali – għandha sservi ta’ eżempju għas-CFTA. Ġie espress xi tħassib dwar il-ftuħ tal-fruntieri u l-effetti negattivi tal-liberaliżmu fuq l-ekonomiji li qed jiżviluppaw.
Jean Marie Bulambo (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) u Petr Ježek għalqu d-dibattitu.
6. Rapport dwar it-12-il laqgħa reġjonali (l-Afrika tan-Nofsinhar) li saret f’Gaborone (il-Botswana) mill-20 sat-22 ta’ April 2016 – rapport tal-Kopresidenti
L-aġent Kopresident Michèle Rivasi ppreżentat rapport orali dwar it-12-il laqgħa reġjonali, fejn enfasizzat is-suġġetti ewlenin li ġew diskussi.
Kelliema: Co-President Netty Baldeh (il-Gambja), Gilbert Shimane Mangole (il-Botswana) u Juan Fernando López Aguilar
Il-Membri rringrazzjaw u kkongratulaw lill-Botswana tal-organizzazzjoni ta ’ suċċess tal-laqgħa. Id-dibattiti ffokaw, fost l-oħrajn, fuq l-importanza tal-integrazzjoni reġjonali, il-migrazzjoni, il-ġestjoni tar-riżorsi naturali, l-enerġija u l-vjolenza sesswali. Iż-żewġ laqgħat ta’ ħidma dwar it-tfal vulnerabbli u ċ-ċentru meteoroloġiku kienu partikolarment apprezzati.
7. Avviżi tal-Kopresidenti, inklużi deċiżjonijiet li ttieħdu fil-laqgħa tal-Bureau tat-12 ta’ Ġunju 2016 (kontinwazzjoni)
L-aġent Kopresident Rivasi rrappurtat dwar din id-deċiżjoni meħuda mill-Bureau fil-laqgħa tiegħu tat-12 ta’ Ġunju 2016.
Il-kumitati permanenti se jabbozzaw ir-rapporti li ġejjin:
| 
 | Kumitat għall-Affarijiet Politiċi 
 | 
| 
 | Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ 
 | 
| 
 | Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent 
 | 
(Il-laqgħa ġiet aġġornata f’12.36 u tkompliet fit-15.08)
IPPRESEDIET: Netty BALDEH
Kopresident
8. Tema urġenti Nru 1: Is-sitwazzjoni ta’ qabel l-elezzjoni u tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
Kelliema: Vicky Katumwa Mukalay (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo), Maria Arena, Kristin de Peyron (Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna), Joachim Zeller, Alpha Ousmane (il-Burkina Faso), Abdoulaye Touré (il-Kosta tal-Avorju), Javier Nart, Ahamada Soukouna (il-Mali), Michèle Rivasi, Isabella Adinolfi, Adjedoue Weidou (iċ-Chad), Jean-Luc Schaffhauser, Joyce Laboso (il-Kenja), Michael Gahler, Cécile Kashetu Kyenge, Maria Noichl u Jo Leinen.
Il-Membri laqgħu b’mod unanimu l-qbil milħuq dwar soluzzjoni ta’ kompromess, u enfasizzaw l-importanza tal-paċi u l-istabbiltà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, għall-popli tagħha u għar-reġjun tal-Lagi l-Kbar kollu. Huma saħqu wkoll dwar il-ħtieġa li jiġu rrispettati l-prinċipji bażiċi tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt, u li jiġu protetti ċ-ċittadini Kongoliżi. F’dan ir-rigward, huma appellaw għal djalogu politiku inklużiv, demokratiku u ffokat li jwassal għal elezzjonijiet ħielsa, trasparenti u miftuħa f’ambjent politiku u soċjali ta’ paċi. L-elezzjonijiet għandhom jikkonċidu mat-tmiem tal-mandat tal-President fil-kariga, sabiex ma jipperikolawx il-progress demokratiku tal-pajjiż.
Il-Membri esprimew tħassib rigward l-abbużi kontinwi tad-drittijiet tal-bniedem, il-vjolenza politika dejjem akbar u kuntest ta’ deterjorament għal-libertajiet bażiċi, mitqiesa kruċjali f’sitwazzjoni ta’ qabel l-elezzjoni, inkluża l-libertà ta’ espressjoni, ta’ assoċjazzjoni u ta’ assemblea.
9. Titjib tal-governanza parteċipattiva permezz tad-deċentralizzazzjoni u t-tisħiħ tal-governanza lokali
Kumitat għall-Affarijiet Politiċi
Korapporteurs: James Kembi-Gitura (il-Kenja) u Aymeric Chauprade
Arne Gericke (jissostitwixxi lil Aymeric Chauprade) u Joyce Laboso (tissostitwixxi lil James Kembi-Gitura (il-Kenja)) ppreżentaw ir-rapport.
Kelliema: Isabella Adinolfi, Francesc Gambus, Alpha Ousmane (il-Burkina Faso), Carlos Zorrinho, Agathon Rwasa (il-Burundi), Neena Gill, Peter Ježek, Tesfaye Daba Wakjira (l-Etjopja), Worlea Saywah Dunah (il-Liberja), Bodil Valero, Ahamada Soukouna (il-Mali), Ousmane Kaba (il-Guinea), Amadou Dioffo (in-Niġer), Jean-Luc Schaffhauser, Adjedoue Weidou (iċ-Chad), Davor Ivo Stier, Cécile Kashetu Kyenge, Louis H. Straker, Joachim Zeller, Amos Fish Mahlalela (l-Afrika t’Isfel), Doru-Claudian Frunzulică, Babiker Mohamed Toum (is-Sudan) u Domenico Rosa (Kummissjoni Ewropea).
Matul id-dibattitu, l-aġent Kopresident Michèle Rivasi ċediet il-Presidenza lil
Cécile Kashetu Kyenge.
Fil-biċċa l-kbira tagħhom il-Membri rrikonoxxew is-sussidjarjetà bħala element importanti tal-governanza demokratika, li tiffaċilita l-parteċipazzjoni ċivika fil-livell lokali. Gvern deċentralizzat għandu jkun imfassal bir-reqqa u għandu jinkludi l-minoranzi, in-nisa u ż-żgħażagħ u jieħu kont tal-ħtiġijiet lokali. Sabiex jiġi żgurat livell suffiċjenti ta’ awtonomija, għandhom ukoll jiġu allokati l-mezzi meħtieġa lill-awtoritajiet nazzjonali, kemm minn finanzjament dirett mil-livell ċentrali kif ukoll billi jkunu kompetenti biex jgħollu t-taxxi taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Il-Membri qablu li d-deċentralizzazzjoni tista’ ssegwi mudelli differenti. Membri minn diversi pajjiżi tal-AKP spjegaw kif id-deċentralizzazzjoni hija implimentata f’pajjiżhom. Kien enfasizzat li l-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE għandha wkoll tilħaq u tinvolvi l-entitajiet lokali u l-popolazzjonijiet fil-programmazzjoni, aktar milli sserraħ esklussivament fuq il-gvern ċentrali.
Joyce Laboso (il-Kenja) għalqet id-dibattitu.
10. Sinteżi tar-rapporti mil-laqgħat tas-sessjonijiet ta’ ħidma
Norbert Neuser ippreżenta rapport orali tas-sessjoni ta’ ħidma dwar “L-Enerġija Rinnovabbli: Noħolqu il-futur sostenibbli tagħna”. Huwa nnota li bħalissa n-Namibja impurtat 66 % tal-enerġija tagħha u li hija kienet adottat master plan tal-elettrifikazzjoni rurali, bil-ħsieb li jiġi sfruttat il-potenzjal enormi tal-enerġija rinnovabbli, inkluża l-bijomassa, l-enerġija mir-riħ u żieda fl-użu tal-enerġija solari.
Uladi Mussa (il-Malawi) ippreżenta rapport orali tas-sessjoni ta’ ħidma dwar “Riżervi bħala għodda biex tippromwovi programm ta’ għajxien sostenibbli”, li kien ipprovda informazzjoni diretta dwar il-ġestjoni tar-riżorsi naturali bbażata fuq il-komunità tan-Namibja li tinvolvi l-komunitajiet lokali fil-protezzjoni tal-ispeċi selvaġġi u l-iżvilupp tat-turiżmu u tipprovdi appoġġ lill-bdiewa u lir-rgħajja ta’ sussistenza li ġew affettwati b’mod negattiv minn annimali selvaġġi.
IPPRESEDIET: Michèle RIVASI
Aġent Kopresident
Kelliema: Juan Fernando López Aguilar.
11. L-impatt tat-tnaqqis fil-prezz taż-żejt u materji primi strateġiċi oħra fuq l-ekonomiji tal-AKP
Kelliema: Domenico Rosa (Kummissjoni Ewropea), Abdoulaye Touré (il-Kosta tal-Avorju), Carlos Zorrinho, Ousmane Kaba (il-Guinea), Jean Christophe Owono Nguema (il-Gabon), Worlea Saywah Dunah (il-Liberja), Malement Lihasoa (il-Madagascar), Maria Heubuch, Adjedoue Weidou (iċ-Chad), Jean-Luc Schaffhauser, Amos Fish Mahlalela (l-Afrika t’Isfel), Michael Gahler, A Misiekaba (is-Suriname), Purmanund Jhugroo (Mauritius), Theodor D. Stolojan, Jo Leinen u Michèle Rivasi.
Il-Membri ddiskutew l-impatt tal-waqgħa drammatika fil-prezzijiet tal-materja prima, u b’mod partikolari ż-żejt, fuq il-pajjiżi tal-AKP, u enfasizzaw l-effetti differenti tagħhom. L-impatt negattiv fuq pajjiżi li jesportaw iż-żejt u l-effetti sekondarji ġew ukoll enfasizzati, filwaqt li xi Membri ġibdu l-attenzjoni wkoll għall-effetti pożittivi tal-importazzjonijiet irħas. Il-biċċa l-kbira qablu li l-volatilità tal-prezz tal-komoditajiet hija riskju għall-istabbiltà ta’ ħafna pajjiżi AKP u li għal darb’oħra wriet il-ħtieġa għad-diversifikazzjoni u għat-titjib tal-ekonomiji tal-AKP biex jipproċessaw il-materja prima u jimmanifatturaw u jnaqqsu d-dipendenza fuq iż-żejt kemm f’pajjiżi li jipproduċu kif ukoll f’dawk li jimpurtaw sabiex jadattaw għat-tendenzi fuq terminu twil u t-tibdil fil-klima.
12. Tema urġenti Nru 2: L-istupru u l-vjolenza fuq in-nisa u t-tfal f’kunflitti armati
Kelliema: Kristin de Peyron (Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna), Davor Ivo Stier, Cécile Kashetu Kyenge, Arne Gericke, Pavel Telička, Adjedoue Weidou (iċ-Chad), Mémounatou Ibrahima (it-Togo), Bodil Valero, Amos Fish Mahlalela (l-Afrika t’Isfel), Laura Agea, Jean-Luc Schaffhauser, Purmanund Jhugroo (Mauritius), Krzyszyof Hetman, Maria Noichl, Neena Gill u Michèle Rivasi.
Il-Membri kkundannaw l-istupru u l-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal, u sejħu għal miżuri aktar b’saħħithom biex jipproteġu l-vittmi potenzjali, itemmu l-impunità billi jressqu lill-awturi quddiem il-ġustizzja, jiġġieldu l-istigmatizzazzjoni tal-vittmi, u jiżguraw il-provvista tal-assistenza medika, ġuridika u psikoloġika u kura lill-vittmi. L-involviment okkażjonali ta’ truppi għaż-żamma tal-paċi f’atti ta’ abbuż sesswali ġie wkoll indirizzat. Ġew espressi fehmiet diverġenti ħafna dwar il-kwistjoni tad-dritt tal-vittmi tal-istupru li jkollhom l-għażla ta’ abort sikur.
(Is-seduta ntemmet fis-18.51)
Netty BALDEH
Michèle RIVASI(Aġent)
Kopresidenti
Leonard-Emile OGNIMBA(Aġent)
Luis Marco AGUIRIANO NALDA
Kosegretarji Ġenerali
| 2.12.2016 | MT | Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea | C 451/10 | 
ASSEMBLEA PARLAMENTARI KONĠUNTA TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA KONKLUŻ BEJN IL-MEMBRI TAL-GRUPP TA’ STATI AFRIKANI, TAL-KARIBEW U TAL-PAĊIFIKU, MINN NAĦA, U L-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MIN-NAĦA L-OĦRA
MINUTI TAS-SEDUTA TAL-ERBGĦA, 15 TA’ ĠUNJU 2016
(2016/C 451/03)
Werrej
| 1. | Migrazzjoni bejn il-pajjiżi AKP u l-Istati Membri tal-UE: il-kawżi, il-konsegwenzi u l-istrateġiji għall-ġestjoni komuni | 10 | 
| 2. | Il-futur tas-sħubija AKP-UE ta’ wara Cotonou | 11 | 
| 3. | Approvazzjoni tal-minuti tas-seduta ta’ wara nofsinhar tat-Tnejn, 13 ta’ Ġunju 2016 | 11 | 
| 4. | It-tibdil tal-kunflitti u tat-theddid għas-sigurtà globali – l-impatt fuq il-paċi u l-istabbiltà globali | 11 | 
| 5. | L-ekonomija, il-kummerċ u n-negozju fir-reġjun tal-Afrika t’Isfel | 12 | 
| 6. | Approvazzjoni tal-minuti tas-seduti ta’ filgħodu u ta’ waranofsinhar tat-Tlieta, 14 ta’ Ġunju 2016 | 12 | 
| 7. | Votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għar-riżoluzzjonijiet inklużi fir-rapporti mressqa mit-tliet kumitati permanenti | 12 | 
| 8. | Votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni urġenti | 13 | 
| 9. | Kwistjonijiet varji | 14 | 
| 10. | Data u post tat-32 Sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta | 14 | 
| ANNESS I — | LISTA ALFABETIKA TAL-MEMBRI TAL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI KONĠUNTA | 15 | 
| ANNESS II — | REĠISTRU TA’ ATTENDENZA FIS-SESSJONI F’WINDHOEK (IN-NAMIBJA) MIT-13 SAL-15 TA’ ĠUNJU 2016 | 19 | 
| ANNESS III — | TESTI ADOTTATI | 23 | 
| — | RIŻOLUZZJONI dwar it-titjib tal-governanza parteċipattiva permezz tad-deċentralizzazzjoni u t-tisħiħ tal-governanza lokali | 23 | 
| — | RIŻOLUZZJONI dwar żona kontinentali ta' kummerċ ħieles għall-Afrika — il-prospetti biex jitrawwem il-kummerċ intra-Afrikan u l-benefiċċji potenzjali tiegħu għall-AKP | 29 | 
| — | RIŻOLUZZJONI dwar il-migrazzjoni bejn il-pajjiżi AKP u l-Istati Membri tal-UE: il-kawżi, il-konsegwenzi u l-istrateġiji għall-ġestjoni komuni | 34 | 
| — | RIŻOLUZZJONI dwar is-sitwazzjoni ta’ qabel l-elezzjoni u tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo | 42 | 
| — | RIŻOLUZZJONI dwar l-istupru u l-vjolenza fuq in-nisa u t-tfal f’kunflitti armati | 46 | 
MINUTI TAS-SEDUTA TAL-ERBGĦA, 15 TA’ ĠUNJU 2016
(Is-seduta bdiet fid-9.05)
IPPRESEDIET: Michèle RIVASI
Aġent Kopresident
1. Migrazzjoni bejn il-pajjiżi AKP u l-Istati Membri tal-UE: il-kawżi, il-konsegwenzi u l-istrateġiji għall-ġestjoni komuni
Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent
Korapporteurs: Magnus Kofi Amoatey (il-Ghana) u Norbert Neuser
Magnus Kofi Amoatey (il-Ghana) u Norbert Neuser ippreżentaw ir-rapport.
Kelliema: Michael Gahler, Agathon Rwasa (il-Burundi), Alhagie Sillah (il-Gambja), Tesfaye Daba Wakjira (l-Etjopja), Cécile Kashetu Kyenge, Pavel Telička, Ahamada Soukouna (il-Mali), Bodil Valero, Amadou Dioffo (in-Niġer), Laura Agea, Adjedoue Weidou (iċ-Chad), Jean-Luc Schaffhauser, Krzysztof Hetman, Amos Fish Mahlalela (l-Afrika t’Isfel), Pedro Silva Pereira, Babiker Mohamed Toum (is-Sudan), Francesc Gambus, Marlene Mizzi, György Hölvenyi, Juan Fernando Lopez Aguilar, Ole Christensen, Kristin de Peyron (Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna) and Domenico Rosa (Kummissjoni Ewropea).
Il-Membri enfasizzaw il-ħtieġa li jinħolqu modi sikuri u ġuridiċi għall-migranti biex jidħlu fl-UE bħala l-uniku mod effiċjenti biex jiġġieldu l-kuntrbandu u t-traffikar tal-bnedmin. Il-kawżi fundamentali għandhom jiġu indirizzati b’mod konġunt mill-UE u l-pajjiżi Afrikani. Ir-rilokazzjoni fi ħdan l-UE għandha tkun ħafna aktar effikaċi, li tippermetti għal integrazzjoni bla xkiel u possibilitajiet aħjar għall-edukazzjoni, l-akkomodazzjoni u l-impjiegi għal dawk li qed ifitxxu l-asil. F’dak li jikkonċerna l-approċċ għall-integrazzjoni, kien issuġġerit il-mudell Ġermaniż, filwaqt li l-mudell Taljan kien issuġġerit għar-relokazzjoni interna tal-migranti f’numri żgħar għal komunitajiet żgħar.
Il-korapporteurs għalqu d-dibattitu.
IPPRESEDIET: Netty BALDEH
Kopresident
2. Il-futur tas-sħubija AKP-UE ta’ wara Cotonou
Dibattitu prinċipali
Adekeye Adebajo, Direttur taċ-Ċentru għar-Riżoluzzjoni tal-Kunflitti, introduċa d-dibattitu.
Kelliema: Davor Ivo Stier, Tesfaye Daba Wakjira (l-Etjopja), Ashneel Sudhakar (Fiġi), Worlea Saywah Dunah (il-Liberja), Norbert Neuser, Javier Nart, Adekeye Adebajo, Malement Lihasoa (il-Madagascar), Michèle Rivasi, A. Misiekaba (is-Suriname), Piernicola Pedicini, Jean-Luc Schaffhauser, Michael Gahler, Cécile Kashetu Kyenge, Maria Heubuch, Purmanund Jhugroo (Mauritius), Krzysztof Hetman, Louis-Joseph Manscour, Carlos Zorrinho, Joe Koim (Papua New Guinea), Pedro Silva Pereira, Ole Christensen, Domenico Rosa (Kummissjoni Ewropea) u Kristin de Peyron (Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna).
Il-Membri enfasizzaw li s-sħubija għandha tibqa’ teżisti, fuq bażi ta’ att legalment vinkolanti. Ir-rwol konsultattiv tal-Assemblea għandu jissaħħaħ. Għandhom jiġu mfittxija aktar sinerġiji u koordinazzjoni ma’ atturi interreġjonali oħra bħall-Unjoni Afrikana. Il-proċess ta’ konsultazzjoni għadu għaddej, u għandu jiġi estiż għall-parlamenti nazzjonali u għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ). L-OSĊ għandu jkollhom rwol akbar fis-sħubija ta’ wara Cotonou.
Adekeye Adebajo rrisponda għall-mistoqsijiet u għalaq id-dibattitu.
IPPRESEDIET: Cécile Kashetu KYENGE
Aġent Kopresident
3. Approvazzjoni tal-minuti tas-seduta ta’ wara nofsinhar tat-Tnejn, 13 ta’ Ġunju 2016
Il-minuti ġew approvati.
4. It-tibdil tal-kunflitti u tat-theddid għas-sigurtà globali — l-impatt fuq il-paċi u l-istabbiltà globali
Dibattitu ma’ Joaquim Chissano, ex President tal-Mozambique
Joaquim Chissano, ex President tal-Mozambique, ipprovda stampa sħiħa u vivida dwar l-evoluzzjoni tat-theddid għas-sigurtà. Kważi l-gwerer kollha fl-Afrika huma gwerer intrastatali iżda l-globalizzazzjoni u d-dgħufija tal-istrutturi statali ppermettew ukoll lill-atturi mhux statali bħal gruppi kriminali jew terroristiċi biex jheddu l-istabbiltà. Id-diskussjoni ffokat fuq il-kawżi fundamentali tal-kunflitti, inkluż il-faqar u l-esklużjoni li jwasslu għar-radikalizzazzjoni, in-nuqqas ta’ governanza u l-korruzzjoni, it-tibdil fil-klima li jwassal għal skarsezza ta’ art li tinħadem u l-migrazzjoni, it-traffikar illegali tal-armi u l-leġiżlazzjoni dgħajfa dwar dan.
Kelliema: Michael Gahler, Alpha Ousmane (il-Burkina Faso), Cécile Kashetu Kyenge, Javier Nart, Ahamada Soukouna (il-Mali), Adjedoue Weidou (iċ-Chad), Bodil Valero, Amos Fish Mahlalela (l-Afrika t’Isfel), Joachim Zeller, Purmanund Jhugroo (Mauritius), Juan Fernando Lopez Aguilar and Kristin de Peyron (Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna).
Il-Membri enfasizzaw is-suċċess tal-kooperazzjoni fis-sigurtà mal-Unjoni Afrikana permezz tal-Faċilità Afrikana għall-Paċi.
Joaquim Chissano rrisponda għall-mistoqsijiet u għalaq id-dibattitu.
(Il-laqgħa ġiet aġġornata fis-13.18 u tkompliet fit-14.42)
IPPRESEDIET: Cécile Kashetu KYENGE
Aġent Kopresident
5. L-ekonomija, il-kummerċ u n-negozju fir-reġjun tal-Afrika t’Isfel
Skambju ta’ fehmiet ma’ Calle Schlettwein, Ministru tal-Finanzi (in-Namibja)
Calle Schlettwein, Ministru tal-Finanzi (in-Namibja), għamel preżentazzjoni dwar l-aġenda ta’ żvilupp tan-Namibja fil-kuntest tal-arranġamenti tal-kummerċ globalizzati. Ikklassifikat mill-Bank Dinji bħala pajjiż bi dħul medju, in-Namibja huwa pajjiż żgħir, iżda b’ekonomija miftuħa li tgawdi minn tkabbir ekonomiku b’saħħtu li għenet biex jitnaqqas il-faqar iżda tbati minn dipendenza fuq komoditajiet minerali u kundizzjonijiet tat-temp erratiċi, inugwaljanzi fid-dħul u qgħad, kif ukoll minn nuqqas ta’ ħaddiema tas-sengħa. Ir-riżultat prinċipali tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (FSE) SADC-UE, iffirmat ftit ġranet qabel il-laqgħa, huwa pożittiv b’mod partikolari fir-rigward tal-esportazzjonijiet b’“aċċess ħieles mid-dazju u mill-kwoti” (“duty-free quota-free”) min-Namibja għall-UE, iżda huwa diffiċli għall-pajjiżi SADC oħra li qed jiżviluppaw.
Kelliema: Michael Gahler, Neena Gill, Davor Ivo Stier u Calle Schlettwein.
Il-Membri wrew interess fl-esperjenza tal-Ministru bħala n-negozjatur Namibjan ewlieni tal-FSE u staqsew dwar l-artikulazzjoni bejn l-FSE u l-proċess tal-integrazzjoni reġjonali fl-Afrika, kif ukoll dwar id-dispożizzjonijiet li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom jinnegozjaw sabiex tkun evitata ħsara għall-ekonomija tagħhom, jiġifieri klawżoli ta’ salvagwardja u listi ta’ eċċezzjonijiet mil-liberalizzazzjoni.
6. Approvazzjoni tal-minuti tas-seduti ta’ filgħodu u ta’ waranofsinhar tat-Tlieta, 14 ta’ Ġunju 2016
Il-minuti ġew approvati.
7. Votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għar-riżoluzzjonijiet inklużi fir-rapporti mressqa mit-tliet kumitati permanenti
Il-Kopresident fakkret lill-Assemblea dwar il-proċeduri ta’ votazzjoni.
| — | It-titjib tal-governanza parteċipattiva permezz tad-deċentralizzazzjoni u t-tisħiħ tal-governanza lokali Kumitat għall-Affarijiet Politiċi Rapport minn James Kembi-Gitura (il-Kenja) u Aymeric Chauprade Emenda adottata: 1 Ir-riżoluzzjoni kif emendata ġiet adottata unanimament. | 
| — | Żona kontinentali ta’ kummerċ ħieles għall-Afrika – il-prospetti biex jitrawwem il-kummerċ fi ħdan l-Afrika u l-benefiċċji potenzjali tiegħu għall-AKP Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ Rapport minn Jean-Marie Bulambo (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) u Marielle de Sarnez Emenda adottata: 1 Votazzjoni maqsuma u votazzjoni separata b’kulleġġi separati dwar il-paragrafu 3 ġew mitluba mill-Gruppi ALDE u ECR, u l-paragrafu sħiħ ġie adottat. Ir-riżoluzzjoni kif emendata ġiet adottata unanimament. | 
| — | Migrazzjoni bejn il-pajjiżi AKP u l-Istati Membri tal-UE: il-kawżi, il-konsegwenzi u l-istrateġiji għall-ġestjoni komuni Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent Rapport minn Magnus Kofi Amoatey (il-Ghana) u Norbert Neuser Emendi adottati: 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 7 Ġiet mitluba votazzjoni b’kulleġġi separati dwar l-emendi 1, 3, 4, 5 u 7 mill-Grupp PPE, u l-emendi kollha ġew adottati. Ġiet mitluba votazzjoni b’kulleġġi separati dwar l-emendi 30 u 31 u l-kunsiderazzjoni 29 mill-Grupp PPE, u l-paragrafi kollha ġew adottati. Ġiet mitluba votazzjoni minn kulleġġi separati dwar il-paragrafu 18 mill-Grupp S&D, u l-paragrafu 18 ġie miċħud mill-Membri tal-PE. Ir-riżoluzzjoni kif emendata ġiet adottata b’50 vot favur u 7 voti kontra. | 
8. Votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni urġenti
| — | Is-sitwazzjoni ta’ qabel l-elezzjoni u tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo Ma tressqet l-ebda emenda. Ir-riżoluzzjoni ġiet adottata unanimament. | 
| — | L-istupru u l-vjolenza fuq in-nisa u t-tfal f’kunflitti armati Ġiet mitluba votazzjoni separata b’kulleġġi separati dwar il-paragrafu 8 u l-premessa G mill-Grupp PPE, u kemm il-paragrafu 8 kif ukoll il-premessa G ġew adottati. Emendi miċħuda: 1, 2, u 3 Ġiet mitluba votazzjoni b’kulleġġi separati dwar l-emendi 1 u 3 mill-Gruppi S&D u Verts/ALE, u ż-żewġ emendi ġew miċħuda. Ir-riżoluzzjoni kif emendata ġiet adottata b’50 vot favur, 3 kontra u 4 astensjonijiet. | 
9. Kwistjonijiet varji
L-ebda
10. Data u post tat-32 Sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta
It-32 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta se ssir mid-19 sal-21 ta’ Diċembru 2016. Il-post se jiġi kkomunikat fi stadju aktar tard.
Il-Kopresident irringrazzjat lill-awtoritajiet tan-Namibja għall-organizzazzjoni effikaċi tas-sessjoni, u għall-Membri u l-kosegretarjat għall-kontribuzzjoni tagħhom.
(Is-seduta ntemmet fl-16.00)
Netty BALDEH
Cécile Kashetu KYENGE(Aġent)
Kopresidenti
Leonard-Emile OGNIMBA(Aġent)
Luis Marco AGUIRIANO NALDA
Kosegretarji Ġenerali
ANNESS I
LISTA ALFABETIKA TAL-MEMBRI TAL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI KONĠUNTA
| Rappreżentanti tal-AKP | Rappreżentanti tal-PE | 
| BALDEH (IL-GAMBJA), Kopresident | MICHEL, Kopresident | 
| L-ANGOLA ANTIGUA U BARBUDA IL-BAHAMAS IL-BARBADOS (VP) IL-BELIZE IL-BENIN IL-BOTSWANA IL-BURKINA FASO IL-BURUNDI IL-KAMERUN CAPE VERDE IR-REPUBBLIKA ĊENTRU-AFRIKANA IĊ-CHAD (VP) COMOROS IL-KONGO (ir-Repubblika Demokratika ta’) IL-KONGO (ir-Repubblika ta’) IL-GŻEJJER COOK IL-KOSTJA TAL-AVORJU IL-DJIBOUTI DOMINICA IR-REPUBBLIKA DOMINICANA IL-GUINEA EKWATORJALI (*1) L-ERITREA (VP) L-ETJOPJA FIĠI IL-GABON (VP) IL-GAMBJA IL-GHANA GRENADA IL-GUINEA IL-GUINEA-BISSAU IL-GUYANA IL-HAITI IL-KENJA KIRIBATI IL-LESOTO IL-LIBERJA MADAGASCAR IL-MALAWI (VP) IL-MALI IL-GŻEJJER MARSHALL (ir-Repubblika ta’) IL-MAURITANIA MAURITIUS IL-MIKRONEŻJA (l-Istati Federali ta’) IL-MOZAMBIQUE (VP) IN-NAMIBJA (VP) NAURU IN-NIĠER IN-NIĠERJA NIUE (VP) PALAU PAPUA NEW GUINEA IR-RWANDA SAINT KITTS U NEVIS SAINT LUCIA SAINT VINCENT U L-GRENADINI SAMOA SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE IS-SENEGAL IS-SEYCHELLES SIERRA LEONE (VP) IL-GŻEJJER SOLOMON IS-SOMALJA (VP) L-AFRIKA T’ISFEL IS-SUDAN (*1) IS-SURINAME (VP) IS-SWAZILAND IT-TANZANIJA TIMOR LESTE IT-TOGO (VP) TONGA (VP) TRINIDAD U TOBAGO TUVALU L-UGANDA VANUATU IŻ-ŻAMBJA IŻ-ŻIMBABWE | ADINOLFI AGEA ALIOT ARENA BAY BEARDER CAMPBELL BANNERMAN CASA CHAUPRADE CHRISTENSEN CORRAO CZESAK (VP) DANCE DELAHAYE DE SARNEZ ENGSTRÖM ESTARÀS FERRAGUT FERRARA FERREIRA (VP) FLAŠÍKOVÁ BEŇOVÁ FLORENZ GABRIEL GÁL GARDIAZABAL RUBIAL GERICKE GERINGER DE OEDENBERG GIRAUTA VIDAL GIUFFRIDA GOERENS GRIESBECK GUERRERO SALOM HANNAN (VP) HERRANZ GARCÍA HETMAN HEUBUCH KARSKI KYENGE (VP) LÓPEZ AGUILAR (VP) LÖSING MCAVAN MANSCOUR (VP) MARUSIK MIZZI MUSELIER (VP) MUSSOLINI NART (VP) NEGRESCU NEUSER NOICHL OMARJEE PAPADIMOULIS PEDICINI (VP) POGLIESE POREBA PREUSS PUNSET RIVASI (VP) ROLIN ROSATI RUAS (VP) SALVINI SARGENTINI SCHREIJER-PIERIK SENRA RODRÍGUEZ STIER STOLOJAN THOMAS VAIDERE VALERO WENTA WERNER WIELAND WIŚNIEWSKA (VP) ZÁBORSKÁ ZELLER ZORRINHO ZWIEFKA | 
               
            
KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET POLITIĊI
| Membri tal-AKP | Membri tal-PE | 
| TOURÉ (il-Kosta tal-Avorju) KOUA (IR-REPUBBLIKA TAL-KONGO), VP SUDHAKAR (FIĠI), VP | GOERENS, Kopresident ZELLER, VP GUERRERO SALOM, VP | 
| XIRIMBIMBI (L-ANGOLA) IL-BENIN MANGOLE (IL-BOTSWANA) OUSMANE (IL-BURKINA FASO) KOMBO (IL-KAMERUN) IR-REPUBBLIKA ĊENTRU-AFRIKANA KATUMWA (RDK) GOUMANEH (IL-DJIBOUTI) GELETA (L-ETJOPJA) IL-GUYANA IL-HAITI IL-ĠAMAJKA IL-LIBERJA SOUKOUNA (IL-MALI) IL-GŻEJJER MARSHALL NAURU SAINT VINCENT U L-GRENADINI IS-SUDAN IT-TANZANIJA TIMOR LESTE IT-TOGO TUVALU L-UGANDA SHUMBA (IŻ-ŻIMBABWE) | ADINOLFI CASA CEBALLOS CORRAO DANCE DUDA ENGSTRÖM GABRIEL GAHLER GAL GEBHARDT KARSKI KYENGE LEWER LÖSING LÓPEZ AGUILAR MICHEL PHILIPPOT POGLIESE RUAS WERNER WIELAND ZORRINHO ZWIEFKA | 
               
            
KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU, IL-FINANZI U L-KUMMERĊ
| Membri tal-AKP | Membri tal-PE | 
| Forde (TRINIDAD U TOBAGO, jissostitwixxi l-Kopresident) | FERRARA, Kopresident ESTARÀS FERRAGUT, VP MANSCOUR, VP | 
| BARBADOS RWASA (IL-BURUNDI) CAPE VERDE COMOROS KILISHO BULAMBO (IR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-KONGO) NGUEMA MANANA (IL-GUINEA EKWATORJALI) (*2) MILEBOU AUBUSSON (IL-GABON) KABA (IL-GUINEA) IL-GUINEA-BISSAU OMAR ADEN (IL-KENJA) KIRIBATI SEKATLE (IL-LESOTO) JHUGROO (MAURITIUS) VAQUINA (IL-MOZAMBIQUE) IRIASE (IN-NIĠERJA) NIUE IR-RWANDA SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE SALL (IS-SENEGAL) IL-GŻEJJER SOLOMON FISH MAHLALELA (L-AFRIKA T’ISFEL) SAINT KITTS U NEVIS SAINT LUCIA MISIEKABA (IS-SURINAME) TONGA TRINIDAD U TOBAGO IŻ-ŻAMBJA | ARENA BAY CAMPBELL BANNERMAN DE SARNEZ DELAHAYE FLAŠÍKOVÁ BEŇOVÁ FLORENZ GRIESBECK HANNAN MIZZI MUSELIER NEGRESCU OMARJEE PAPADIMOULIS PEDICINI PUNSET ROSATI SALVINI SARGENTINI SCHREIJER-PIERIK STOLOJAN THOMAS WENTA | 
               
            
KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET SOĊJALI U L-AMBJENT
| Membri tal-AKP | Membri tal-PE | 
| GIDLOW (SAMOA, issostitwixxiet lill-Kopresident) | RIVASI, Kopresident AGEA, VP MUSSOLINI, VP | 
| ANTIGUA U BARBUDA IL-BAHAMAS PEYREFITTE (IL-BELIZE) WEIDOU (IĊ-CHAD) IL-GŻEJJER COOK DOMINICA IR-REPUBBLIKA DOMINICANA NAIB (L-ERITREA) OWONO NGUEMA (IL-GABON) SILLAH (IL-GAMBJA) AMOATEY (IL-GHANA) GRENADA MALEMENT (MADAGASCAR) MUSSA (IL-MALAWI) SOUEID AHMED (IL-MAURITANIA) IL-MIKRONEŻJA (L-ISTATI FEDERALI TA’) NAMUTENYA CALEY (IN-NAMIBJA) KORE HASSANE (IN-NIĠER) PALAU PAPUA NEW GUINEA POOL (IS-SEYCHELLES) BUNDU (SIERRA LEONE) IS-SOMALJA DLAMINI (IS-SWAZILAND) VANUATU | ALIOT BEARDER CHRISTENSEN FERREIRA GARDIAZÁBAL RUBIAL GERICKE GERINGER DE OEDENBERG GIUFFRIDA HERRANZ GARCÍA HETMAN HEUBUCH MARUSIK MCAVAN NART NEUSER NOICHL ROLIN SENRA RODRÍGUEZ STIER VAIDERE WIŚNIEWSKA ZABORSKA | 
(*1) Bħala osservatur.
(*2) Bħala osservatur.
ANNESS II
REĠISTRU TA’ ATTENDENZA FIS-SESSJONI F’WINDHOEK (IN-NAMIBJA) MIT-13 SAL-15 TA’ ĠUNJU 2016
| BALDEH (IL-GAMBJA), Kopresident | RIVASI, Aġent Kopresident | 
| PEREIRA (L-ANGOLA) THOMPSON (BARBADOS) (VP) PEYREFITTE (IL-BELIZE) GBIAN (IL-BENIN) MANGOLE (IL-BOTSWANA) OUSMANE (IL-BURKINA FASO) RWASA (IL-BURUNDI) KOMBO (IL-KAMERUN) BORGES (CAPE VERDE) NGON-BABA (IR-REPUBBLIKA ĊENTRU-AFRIKANA) WEIDOU (IĊ-CHAD) (VP) LUHONGE KABINDA NGOY (IL-KONGO, IR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TA’) (VP) KOUA (IL-KONGO, IR-REPUBBLIKA TA’f) PUNA (IL-GŻEJJER COOK) TOURÉ (IL-KOSTA TAL-AVORJU) GOUMANEH (IL-DJIBOUTI) ISHMAEL (DOMINICA) JIMÉNEZ (IR-REPUBBLIKA DOMINICANA) NGUEMA MANANA (IL-GUINEA EKWATORJALI) (*1) NAIB (L-ERITREA) (VP) GEMEDA (L-ETJOPJA) SUDHAKAR (FIĠI) MILEBOU (IL-GABON) (VP) SILLAH (IL-GAMBJA) AMOATEY (IL-GHANA) KABA (IL-GUINEA) SAIEGH (IL-GUINEA-BISSAU) MC DONALD (IL-GUYANA) CYPRIEN (IL-HAITI) McNISH (IL-ĠAMAJKA) LABOSO (IL-KENJA) SEKATLE (IL-LESOTO) DUNAH (IL-LIBERJA) RAZAFINDRAVELO (MADAGASCAR) MUSSA (IL-MALAWI) SOUKOUNA (IL-MALI) SOUEID AHMED (IL-MAURITANIA) JHUGROO (MAURITIUS) VAQUINA (IL-MOZAMBIQUE) (VP) NEKUNDI (IN-NAMIBJA) (VP) DIOFFO (IN-NIĠER) IRIASE (IN-NIĠERJA) KOIM (PAPUA NEW GUINEA) UWIMANIMPAYE (IR-RWANDA) LONG (SAINT LUCIA) STRAKER (SAINT VINCENT U L-GRENADINI) GIDLOW (SAMOA) SALL (IS-SENEGAL) POOL (IS-SEYCHELLES) BUNDU (SIERRA LEONE) (VP) MOSE (IL-GŻEJJER SOLOMON) HASSAN (IS-SOMALJA) (VP) MAHLALELA (L-AFRIKA T’ISFEL) TOUM (IS-SUDAN) (VP) (*1) MISIEKABA (IS-SURINAME) (VP) DLAMINI (IS-SWAZILAND) FILIPE (TIMOR LESTE) IBRAHIMA (IT-TOGO) (VP) FORDE (TRINIDAD U TOBAGO) TAUSI (TUVALU) OULANYAH (L-UGANDA) TCHAMAKO MAHE (VANUATU) KABWE (IŻ-ŻAMBJA) SHUMBA (IŻ-ŻIMBABWE) | ADINOLFI AGEA CHRISTENSEN CZARNECKI FRUNZULICA GAHLER GAMBUS GERICKE GILL HETMAN HEUBUCH HÖLVENYI JEŽEK KARSKI KYENGE LEINEN MANSCOUR (VP) MIZZI NART (VP) NEUSER NOICHL PEDICINI (VP) SCHAFFHAUSER SILVA PEREIRA STIER STOLOJAN TELIČKA VALERO ZELLER ZORRINHO | 
Preżenti wkoll:
L-ANGOLA
XIRIMBIMBI
TEIXEIRA
BERNARDO
SIMBRÃO DE CARVALHO
BARBADOS
CHANDLER
IL-BELIZE
VERNON
BORLAND
IL-BENIN
AHONOUKOUN
DJIMAN
KASSA
ALLAGBE
GBENONCHI
IL-BOTSWANA
NGAKA
MODISE
IL-BURKINA FASO
SOME
COMPAORE
LANKANDE
IL-BURUNDI
NAHAYO
HAKIZIMANA
SUKUNOBA
BARAMPAMA
UWIMANA
BANIGWANINZIGO
CAPE VERDE
ANDRADE
IL-KAMERUN
OWONA KONO
AWUDU MBAYA
DAOUDA
IR-REPUBBLIKA ĊENTRU-AFRIKANA
NOUGANGA
COMOROS
OMAR
IL-KONGO (IR-REPUBBLIKA TA’)
DOUMA
EKUIR MINKO
IL-KONGO (IR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TA’)
MABAYA GIZI AMINE
KILOSHO BULAMBO
MOLIWA MOLEKO
MAKA BASIALA
KATUMWA
INIER LATEBO EKWA
KILUFYA KANFWA
LUBINGA
MUKENDI KABAMBI
AIMA TSHANDIA
SILUVANGI LUMBA
NGINDU KABUNDI BIDUAYA
ENGUNDA LITUABA
BULAMBO KILOSHO
IL-KOSTJA TAL-AVORJU
FLANIZARA TOURÉ
COULIBALY
SANGA TOURÉ
KUBA
DURÁN
IL-DJIBOUTI
GOUMANEH
GOUMANEH
SAID
DOMINICA
ISHMAEL
L-ERITREA
HAGOS
IL-GUINEA EKWATORJALI
GUADALUPE
OBAM NSUE
NZE NFUMU
L-ETJOPJA
WAKJIRA
FIĠI
SARAN
IL-GABON
OWONO NGUEMA
JOUMAS dit SALAMBA
MANGOUALA
MBA NDUTUME
MBA ALLOUMBA
ONGOUORI NGOUBILI
IL-GAMBJA
SILLAH
NJIE
KT JAMMEH
JAITEH
CAMARA
IL-GHANA
ASAMOAH
NSIAH
OKAIKOE
IL-GUINEA
SYLLA
DIALLO
IL-GUINEA-BISSAU
BRAIMA MANE
DIAS
IL-GUYANA
DONALD
IL-HAITI
CYPRIEN
JEAN
GESTE
GUERRIER
IL-ĠAMAJKA
MULLINGS-WILLIAMS
IL-KENJA
KEMBI GITURA
OMAR ADEN
NYEGENYE
IL-LESOTO
MAHASE-MOILOA
MAPHIKE
IL-LIBERJA
BARCLAY
DAKEL
MADAGASCAR
LIHASOA
RAKOTOMANJATO
NORBERT RICHARD
IL-MALAWI
KALEBE
MWANYULA
IL-MALI
DIARRASSOUBA
TOURÉ
DIARRA
CISSE
IL-MAURITANIA
CHEIN
SAMBA
MARRAKCHY
WANE
MAURITIUS
MARIE
IL-MOZAMBIQUE
SITHOLE
NAMBURETE
NEMBA UAIENE
IN-NAMIBJA
VENAANI
CALEY
MBUENDE
APOLLUS
IN-NIĠER
MAHAMANÉ
DILLÉ
CHEKOU KORÉ
AMADOU
IN-NIĠERJA
LIDANI
OGBUOJI
OLATUNBOSUN
YUNUSA
OKORIE
NSIEGBE
RABIU
IR-RWANDA
RUGEMA
MUSARE
NTIBITURA
NTWARAMUHETO
SAMOA
LUTERU
IS-SENEGAL
TALL
BALLA LO
DIALLO
IS-SEYCHELLES
PILLAY
SIERRA LEONE
LEWALLY
KUYEMBEH
SORIE
BANGALI
IL-GŻEJJER SOLOMON
MOSES MOSE
FAYE MOSE
IS-SOMALJA
IBROW
FAQI
L-AFRIKA T’ISFEL
MAMPURU
BERGMANN
ROTHKEGEL
IS-SUDAN
AHMED
ABU-AGLA
AL-HILOU
ATEM
ABDELRAHMAN
IS-SURINAME
NELSON
IS-SWAZILAND
NHLEKO
IĊ-CHAD
ADJI
TEKILIO
AFONO
TIMOR LESTE
FILIPE
IT-TOGO
ABIGUIME
TIGNOKPA
FABRE
LAWSON
TRINIDAD U TOBAGO
BROOKS
TUVALU
LEUELU
L-UGANDA
KIWANDA
NABBANJA
BAOOLE
VANUATU
JOY
IŻ-ŻIMBABWE
ZINDI
MLOTSHWA
CHIFAMBA
KUNSILL AKP
INGRID OLGA EBOUKA BABAKAS, Ministru tal-Ippjanar, l-Istatistika u l-Integrazzjoni Reġjonali (ir-Repubblika tal-Kongo), President fil-Kariga tal-Kunsill AKP
KUNSILL TAL-UE
LILIANNE PLOUMEN, Ministru għall-Kummerċ Barrani u l-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (in-Netherlands), President fil-Kariga tal-Kunsill tal-UE
KUMMISSJONI EWROPEA
NEVEN MIMICA, Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kooperazzjoni internazzjonali u l-iżvilupp
SERVIZZ EWROPEW GĦALL-AZZJONI ESTERNA
DE PEYRON, Kap tad-Diviżjoni, Affarijiet Pan-Afrikani
KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW
VERBOVEN
SEGRETARJAT TAL-AKP
OGNIMBA (Aġent Kosegretarju Ġenerali)
SEGRETARJAT TAL-UE
AGUIRIANO NALDA, Kosegretarju Ġenerali
(*1) Bħala osservatur.
(1) Preżenti fit-13 ta’ Ġunju 2016.
(2) Preżenti fl-14 ta’ Ġunju 2016.
(3) Preżenti fil-15 ta’ Ġunju 2016.
ANNESS III
TESTI ADOTTATI
RIŻOLUZZJONI (1)
dwar it-titjib tal-governanza parteċipattiva permezz tad-deċentralizzazzjoni u t-tisħiħ tal-governanza lokali
L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,
| — | li ltaqgħet f’Windhoek (in-Namibja) bejn it-13 u l-15 ta’ Ġunju 2016, | 
| — | wara li kkunsidrat l-Artikolu 18(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha, | 
| — | wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif rivedut mit-Trattat ta’ Lisbona, adottat fit-13 ta’ Diċembru 2007 u, b’mod partikolari, l-Artikolu 3(b) tiegħu, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Protokoll fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u, b’mod partikolari, l-Artikoli 2 u 5 tiegħu, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Protokoll fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar servizzi ta’ interess ġenerali u, b’mod partikolari, l-Artikolu 1 tiegħu, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Ftehim ta’ Sħubija ta’ Cotonou bejn l-UE u l-pajjiżi AKP iffirmat fit-23 ta’ Ġunju 2000 f’Cotonou u rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 u f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 u, b’mod partikolari, l-Artikoli 1, 2, l-Artikolu 5, 8, 9, 20 u l-Artikoli 33(3)(f) u (4)(d), u l-Artikolu 5(4) tal-Anness IV tiegħu, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Ottubru 2015 (2) dwar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Karta Ewropea dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp b’appoġġ għall-governanza lokali, approvata mill-Kunsill tal-Ministri tal-UE fl-10 ta’ Novembru 2008, | 
| — | wara li kkunsidrat il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE tat-22 ta’ Lulju 2013 dwar l-awtoritajiet lokali fl-iżvilupp, | 
| — | wara li kkunsidrat il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Mejju 2013 bit-titolu “Responsabbilizzazzjoni tal-Awtoritajiet Lokali fil-pajjiżi msieħba għal governanza aħjar u aktar effettiva tal-eżiti tal-iżvilupp”, | 
| — | wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-22 ta’ April 2009 bit-titolu “L-awtoritajiet lokali: atturi għall-iżvilupp”, | 
| — | wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni tal-Port Moresby tal-2014 dwar Pacific Futures: Building our Local Communities (Il-Ġejjieni fil-Paċifiku: Nibnu l-Komunitajiet Lokali tagħna), | 
| — | wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni tal-Port ta’ Spanja tal-Forum tal-Karibew ta’ Awtoritajiet tal-Gvern Lokali, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta’ kull Forma ta’ Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (3) tal-25 ta' Settembru 2015 bit-titolu “Tranforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development” (Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, u b’mod partikolari l-Għan tal-Iżvilupp Sostenibbli Nru 16.7 “Niżguraw teħid tad-deċiżjonijiet risponsiv, inklużiv, parteċipattiv u rappreżentattiv fil-livelli kollha”, | 
| — | wara li kkunsidrat l-eżiti tal-21 Sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21), | 
| — | wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni (4) adottata fis-26 ta’ Settembru 2013 mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-gvern lokali u d-drittijiet tal-bniedem, | 
| — | wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, | 
| — | wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 25 tal-Assemblea tal-Unjoni Afrikana (5) tat-30 ta’ Jannar 2007 għat-trasformazzjoni tal-Konferenza Ministerjali tal-Afrika Kollha dwar id-Deċentralizzazzjoni u l-Iżvilupp Lokali (AMCOD) f’organu tal-Unjoni Afrikana, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni adottata mill-Ministri responsabbli mid-deċentralizzazzjoni u l-iżvilupp lokali fit-tieni summit tal-bliet Afrikani f’Windhoek, | 
| — | wara li kkunsidrat id-dikjarazzjoni adottata mill-Ministri responsabbli mid-deċentralizzazzjoni u l-iżvilupp lokali fit-tielet summit tal-bliet Afrikani f’Yaoundé, | 
| — | wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni ta’ Yaoundé tad-29 ta’ Ottubru 2005, li tħeġġeġ lill-Gvernijiet Afrikani “jieħdu azzjoni miftiehma u kkoordinata sabiex ipoġġu d-deċentralizzazzjoni u l-iżvilupp lokali fiċ-ċentru tal-politiki dwar il-governanza u l-iżvilupp tal-pajjiżi tagħhom”, | 
| — | wara li kkunsidrat l-Istrateġija Konġunta bejn l-Afrika u l-Ewropa (JAES) adottata mill-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern fit-tieni Summit bejn l-UE u l-Afrika fl-2007, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti (6) tad-29 ta’ Jannar 2007 bit-titolu “Participatory governance and citizens’ engagement in policy development, service delivery and budgeting” (Il-governanza parteċipattiva u l-involviment taċ-ċittadini fl-iżvilupp tal-politika, il-kunsinna tas-servizzi u l-ibbaġitjar), | 
| — | wara li kkunsidrat il-konklużjonijiet tal-Forum ta’ Governanza tal-Internet 2015 u tas-Summit Dinji dwar is-Soċjetà tal-Informazzjoni 2015, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Linji Gwida Internazzjonali dwar id-Deċentralizzazzjoni u t-Tisħiħ tal-Awtoritajiet Lokali, approvati mill-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Insedjamenti Umani (UN-HABITAT) fl-20 ta’ April 2007, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza, adottata mill-Unjoni Afrikana f’Jannar 2007, b’mod partikolari l-Preambolu, l-Artikolu 3 u l-Artikolu 34 tagħha, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Karta Afrikana dwar il-Valuri u l-Prinċipji tad-Deċentralizzazzjoni, il-Governanza Lokali u l-Iżvilupp Lokali, adottata fis-27 ta’ Ġunju 2014, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Protokoll tal-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli dwar id-Drittijiet tan-Nisa fl-Afrika, adottat fil-11 ta’ Lulju 2003, b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, | 
| — | wara li kkunsidrat l-istabbiliment tal-Pjattaforma tal-Gvern Lokali AKP f’Mejju 2001 matul il-35 Konferenza Dinjija tal-Unjoni Internazzjonali tal-Awtoritajiet Lokali (IULA) li saret f’Rio de Janeiro, | 
| — | wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni Konġunta AKP-UE dwar l-Aġenda għall-Iżvilupp wara l-2015 tal-20 ta’ Ġunju 2014, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi (AKP-UE/101967/16), | 
| A. | billi l-governanza lokali hija sett ta’ istituzzjonijiet, mekkaniżmi u proċessi li matulhom iċ-ċittadini jistgħu jesprimu l-interessi u l-ħtiġijiet tagħhom, jimmedjaw id-differenzi u jeżerċitaw id-drittijiet u l-obbligi tagħhom fil-livell lokali; | 
| B. | billi d-deċentralizzazzjoni tista’ tieħu diversi forom, bħal dekonċentrazzjoni, fejn is-setgħa amministrattiva tiġi ttrasferita minn awtorità ċentrali lill-awtoritajiet lokali; delega, fejn ir-responsabbiltà għal funzjonijiet definiti speċifiċi tiġi assenjata lil awtorità ddelegata; u devoluzzjoni, fejn jinħolqu żewġ livelli jew aktar tal-gvern b’setgħat, funzjonijiet u finanzi assenjati kostituzzjonalment jew legalment; | 
| C. | billi r-riformi fis-settur pubbliku li jinvolvu kemm deċentralizzazzjoni vertikali kif ukoll orizzontali huma msejsa fuq żvilupp iċċentrat fuq in-nies li jiffoka fuq ir-responsabbilizzazzjoni tan-nies sabiex jipparteċipaw fil-governanza u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja tagħhom; | 
| D. | billi l-governanza parteċipattiva fil-livell lokali għandha tiġi żgurata u strutturata b’tali mod li ttejjeb l-organizzazzjoni ta’ stat sabiex tissaħħaħ il-kwalità tad-demokrazija, tal-ġustizzja soċjali, tal-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ċiviku u l-protezzjoni tal-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem; | 
| E. | billi l-parteċipazzjoni pubblika fil-proċessi ta’ teħid tad-deċiżjonijiet tippromwovi l-protezzjoni tal-interessi tal-minoranzi u tal-gruppi emarġinati, u tiżgura l-governanza korretta, trasparenti u responsabbli u l-iżvilupp sostenibbli; | 
| F. | billi l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju enfasizzaw ir-rwol kruċjali tal-awtoritajiet lokali fil-ġlieda kontra l-faqar u fil-għoti ta’ servizzi komunitarji, bħall-ilma u s-servizzi sanitarji, il-kura tas-saħħa primarja u l-edukazzjoni; | 
| G. | billi d-deċentralizzazzjoni għandha tippermetti l-aċċess ugwali għar-rwoli pubbliċi u t-tiġdid tal-klassi politika permezz tal-promozzjoni tal-eżerċitar ta’ governanza parteċipattiva min-nisa u mill-ġenerazzjonijiet iżgħar; | 
| H. | billi d-deċentralizzazzjoni tikkontribwixxi ħafna sabiex iġġib l-ekwità permezz ta’ distribuzzjoni ekwitabbli tar-riżorsi lejn iż-żoni emarġinati u sottożviluppati u sabiex tagħti lin-nies l-opportunità li jieħdu deċiżjonijiet dwar suġġetti li jaffettwawhom; | 
| I. | billi r-riforma tad-deċentralizzazzjoni u t-trasferiment tal-poter għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà sabiex tiġi żgurata governanza aħjar, fejn id-deċiżjonijiet jittieħdu fl-aktar livell baxx possibbli, u billi taħt is-sussidjarjetà l-unitajiet ċentrali għandhom jintervjenu biss fil-livell lokali fejn jintwera li dan huwa neċessarju u meta jkunu jistgħu jaġixxu b’mod aktar effettiv mill-unitajiet deċentralizzati; | 
| J. | billi l-governanza demokratika tinkludi mhux biss gvernijiet nazzjonali iżda wkoll unitajiet deċentralizzati u atturi mhux statali, li għandhom rwoli kruċjali biex jinsġu rabtiet bejn iċ-ċittadini u l-gvern u jiżguraw sjieda demokratika u wiesgħa tal-politiki pubbliċi tal-pajjiżi; billi l-unitajiet deċentralizzati huma interfaċċja b’saħħitha bejn il-komunitajiet u l-awtoritajiet nazzjonali li tippermetti d-demokrazija fil-livell lokali abbażi tal-involviment fil-komunità lokali u l-espressjoni demokratika tagħha; | 
| K. | billi l-unitajiet deċentralizzati jgawdu minn ċertu grad ta’ awtonomija mill-gvernijiet ċentrali fil-kostitwenza territorjali tagħhom skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, bil-għan li jilleġiżlaw f’oqsma speċifiċi u jipprovdu servizzi pubbliċi liċ-ċittadini fil-livell lokali; | 
| L. | billi governanza tajba fil-livell lokali hija kkaratterizzata mill-kwalità, l-effettività u l-effiċjenza tal-amministrazzjoni lokali u l-għoti ta’ servizz pubbliku; il-kwalità tal-politika pubblika lokali u tal-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-inklużività, it-trasparenza u r-responsabbiltà tagħhom; u l-mod kif jiġu eżerċitati l-poter u l-awtorità fil-livell lokali; | 
| M. | billi trasferiment reali tas-setgħa politika mill-gvern ċentrali u d-deċentralizzazzjoni fiskali li minnha jibbenifikaw l-unitajiet deċentralizzati jikkontribwixxu għall-awtonomija finanzjarja ta’ dawn tal-aħħar; | 
| N. | billi d-deċentralizzazzjoni tista’ ma tirnexxix f’sitwazzjonijiet fejn l-istituzzjonijiet pubbliċi huma dgħajfa u nieqsa fil-kapaċità, li jistgħu jwasslu għat-trasferiment ta’ dawn l-ineffiċjenzi għal-livell lokali; | 
| O. | billi soċjetà ċivili vibranti u attiva, bil-libertà ta’ espressjoni u assoċjazzjoni, hija kruċjali għal gvern lokali effettiv, trasparenti u responsabbli u għal governanza deċentralizzata tajba; | 
| P. | billi fin-nuqqas ta’ mekkaniżmi effettivi ta’ monitoraġġ u sorveljanza fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali, id-deċentralizzazzjoni tista’ tirriżulta f’korruzzjoni, ħela ta’ fondi pubbliċi u self mhux ikkontrollat, li mbagħad jaffettwaw b’mod negattiv il-baġits nazzjonali u l-governanza; | 
| Q. | billi hemm bżonn ta’ impenn kontinwu u konsultazzjoni bejn il-gvern ċentrali u l-unitajiet deċentralizzati, b’mod partikolari fil-konċepiment, id-disinn u l-implimentazzjoni ta’ proġetti u programmi minn livell wieħed tal-gvern li jistgħu jaffettwaw direttament jew indirettament il-funzjonijiet tal-livell l-ieħor tal-gvern; | 
| R. | billi n-nisa ftit li xejn huma rrappreżentati fl-istrutturi ta’ governanza u fl-isfera politika, u d-demokrazija u l-governanza tajba jistgħu jinkisbu biss permezz tal-ugwaljanza bejn is-sessi u rappreżentanza aktar ugwali, li d-deċentralizzazzjoni trid tippromwovi; | 
| S. | billi s-Sħubija ta’ Busan tipprovdi forum f’espansjoni għall-atturi l-ġodda fil-qasam tal-iżvilupp, bħall-atturi lokali u reġjonali; | 
| T. | billi t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (TIK) joħolqu ħafna toroq ġodda għall-parteċipazzjoni politika, l-inklużjoni elettronika, it-trasparenza u l-kontabbiltà fil-governanza deċentralizzata; | 
| 1. | Tħeġġeġ lill-Istati AKP u tal-UE jippromwovu d-deċentralizzazzjoni bħala mod kif itejbu l-iżvilupp, joħolqu ġid ġdid fil-livell lokali u reġjonali, jippromwovu eżerċizzju demokratiku u responsabbli tas-setgħa, irawmu unità nazzjonali billi jirrikonoxxu d-diversità, jagħtu setgħat ta’ awto-governanza lill-poplu, sabiex b’hekk tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħhom fl-eżerċizzju tas-setgħat tal-istat u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet li jaffettwawhom, jirrikonoxxu d-dritt tal-komunitajiet li jimmaniġġjaw l-affarijiet tagħhom stess u jissoktaw bl-iżvilupp, il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-interessi u d-drittijiet tal-minoranzi u tal-komunitajiet emarġinati, kif ukoll jiggarantixxu qsim ekwu tar-riżorsi lokali u nazzjonali; | 
| 2. | Temmen bis-sħiħ li d-deċentralizzazzjoni u l-gvernanza parteċipattiva fil-livell lokali għandhom jitfasslu b’tali mod li jimmassimizzaw il-ġustizzja soċjali sabiex jiġi żgurat li l-inugwaljanzi soċjo-ekonomiċi kollha jiġu indirizzati b’mod effettiv fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet; | 
| 3. | Tenfasizza li l-linji gwida ġodda stipulati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet lokali u dwar ir-rikonoxximent tar-rwol tagħhom bħala atturi statali jirrappreżentaw pass kbir ‘il quddiem għall-aġenda għall-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea; tenfasizza l-ħtieġa li dawn il-linji gwida ġodda jissarrfu fl-implimentazzjoni effettiva tal-kooperazzjoni Ewropea, b’mod partikolari għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ); | 
| 4. | Tfakkar li l-proċess ta’ deċentralizzazzjoni jikkontribwixxi għat-titjib tal-governanza parteċipattiva permezz tat-tisħiħ tas-sjieda u tad-djalogi ma’ bosta partijiet interessati u atturi, permezz ta’ koordinazzjoni tal-programm u tal-politika fil-livell subnazzjonali; | 
| 5. | Tistieden lill-Istati AKP u tal-UE, b’kooperazzjoni mal-korpi ta’ integrazzjoni reġjonali tal-AKP, sabiex jippromwovu approċċ komprensiv għad-deċentralizzazzjoni u sabiex isaħħu r-rwol tal-komunitajiet lokali, tal-organizzazzjonijiet ibbażati fil-komunità u tal-NGOs sabiex jinfluwenzaw u jimmonitorjaw il-proċessi ta’ riforma tad-deċentralizzazzjoni; tistieden lill-Istati AKP u tal-UE jistabbilixxu mekkaniżmi għal djalogu regolari mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għal dan il-għan; | 
| 6. | Tistieden lill-Istati AKP u tal-UE jippromwovu l-kooperazzjoni deċentralizzata bħala mod kif jimplimentaw il-qafas ta’ żvilupp wara l-2015; għal dan il-għan, tistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel id-deċentralizzazzjoni settur ta’ finanzjament ewlieni għall-istrumenti tagħha ta’ finanzjament tal-għajnuna esterna; tistieden lill-Istati Membri tal-UE jagħtu rwol xieraq fil-programmi ta’ żvilupp tagħhom għad-deċentralizzazzjoni u jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom ma’ dawk tal-Kummissjoni, ta’ Stati Membri u pajjiżi AKP oħrajn u ta’ organizzazzjonijiet reġjonali; | 
| 7. | Tenfasizza r-rwol importanti tal-Unjoni Afrikana, b’mod partikolari l-AMCOD, fl-iżvilupp ta’ linji politiċi dwar id-deċentralizzazzjoni; | 
| 8. | Tirrikonoxxi li l-istrutturi ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali għandhom rwol essenzjali f’termini ta’ għoti ta’ appoġġ tekniku u metodoloġiku għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet lokali billi jiffaċilitaw l-iskambju tal-għarfien sabiex jappoġġjaw il-proċess ta’ deċentralizzazzjoni u l-forniment ta’ servizzi bażiċi; tqis li dawn huma wkoll forum xieraq għad-djalogu politiku u sabiex isemmgħu l-vuċi tal-awtoritajiet lokali fil-livelli kollha tal-gvern; | 
| 9. | Tħeġġeġ lill-Istati AKP u tal-UE jieħdu passi biex isaħħu l-parteċipazzjoni tan-nisa, tal-kulturi lokali, tal-popli indiġeni u tal-minoranzi, inkluż billi jsaħħu l-kapaċità ta’ dawn il-gruppi li jipparteċipaw fl-iżvilupp lokali u reġjonali u fl-ippjanar tal-investiment, kif ukoll tinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ pjattaformi ta’ konsultazzjoni lokali għall-proċess tat-tfassil tal-politika; | 
| 10. | Tenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat l-involviment wiesa’ tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tal-awtoritajiet lokali u tal-awtoritajiet nazzjonali, sabiex tiġi żgurata l-governanza korretta, trasparenti u responsabbli; | 
| 11. | Tenfasizza li proċess effettiv ta’ deċentralizzazzjoni jeħtieġ riformi fis-settur pubbliku, bħat-trasferiment tal-poter, tal-funzjonijiet u tar-riżorsi, kif ukoll il-pluraliżmu tal-atturi politiċi u l-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini direttament u permezz tar-rappreżentanti tagħhom fl-ippjanar parteċipattiv u fl-ibbaġitjar; | 
| 12. | Tħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti jadottaw miżuri li jippromwovu amministrazzjoni ta’ ġustizzja aktar b’saħħitha li, flimkien mal-aġenziji tat-taxxa, għandu jkollhom mekkaniżmi għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni (fondi suffiċjenti, mekkaniżmi kontra l-frodi u l-awtoritajiet, eċċ); | 
| 13. | Tenfasizza l-ħtieġa li jinħolqu modalitajiet għat-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku permezz ta’ edukazzjoni ċivika biex tinbena l-kapaċità taċ-ċittadini kollha dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom f’governanza tajba; tappella għall-istabbiliment ta’ arranġamenti ta’ sħubija bejn l-awtoritajiet lokali fl-Istati AKP u tal-UE f’oqsma bħat-taħriġ u l-kapaċità umana, l-għoti ta’ appoġġ tekniku u metodoloġiku għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet lokali u l-iffaċilitar tal-iskambju tal-għarfien; tinsisti fuq l-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja, tal-edukazzjoni formali, mhux formali u informali dwar iċ-ċittadinanza u tad-djalogu interkulturali, fl-għoti liċ-ċittadini tal-għodod għall-parteċipazzjoni fil-governanza lokali u fil-bini ta’ settur tas-soċjetà ċivili vibranti; | 
| 14. | Tfakkar li għandhom jiġu żgurati l-libertà tal-kelma u l-libertà tal-mezzi ta’ komunikazzjoni sabiex ikun jista’ jkun hemm parteċipazzjoni pubblika ħielsa, ġusta u miftuħa fil-governanza lokali miċ-ċittadini kollha, irrispettivament mill-komunitajiet u l-gruppi tagħhom; | 
| 15. | Tappella sabiex isiru elezzjonijiet regolari, trasparenti, ħielsa u ġusti sabiex tiġi istituzzjonalizzata l-awtorità leġittima tal-korpi lokali rappreżentattivi u l-bidla demokratika tagħhom, kif ukoll sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni aħjar tad-demokrazija fil-livell lokali; | 
| 16. | Tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali jiżguraw trasferiment ekwu tar-riżorsi tal-baġit nazzjonali tagħhom lil unitajiet deċentralizzati, sub-reġjuni, bliet u muniċipalitajiet; tenfasizza, għal dan il-għan, li għandu jingħata appoġġ ikbar lit-tisħiħ tal-kapaċità għall-amministrazzjoni tajba tal-assi pubbliċi u l-kapaċitajiet finanzjarji u baġitarji tal-unitajiet deċentralizzati sabiex dawn ikunu jistgħu jipprovdu servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja, jiggarantixxu l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u jibnu koeżjoni soċjali; tistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-mobilizzazzjoni ta’ sorsi innovattivi ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni deċentralizzata, inklużi strumenti ta’ taħlit tal-għoti ta’ self imfassla għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-unitajiet deċentralizzati; | 
| 17. | Tenfasizza l-importanza kbira li wieħed jiffoka aktar mill-qrib fuq il-kontroll tar-riżorsi fiskali kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak lokali fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; tilqa’ l-introduzzjoni gradwali ta’ osservatorji tal-finanzi lokali; tqis li dawn l-osservatorji jixirqilhom appoġġ ikbar mill-Unjoni Ewropea; | 
| 18. | Tenfasizza li d-deċentralizzazzjoni għandha tkun mezz effettiv fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-livelli kollha, inkluża l-korruzzjoni li toriġina minn kumpaniji multinazzjonali; tħeġġeġ lill-Istati AKP u tal-UE u lill-korpi reġjonali sabiex jagħtu prijorità lill-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet governattivi li jistgħu jwasslu biex id-deċentralizzazzjoni tirriżulta f’korruzzjoni, inklużi evażjoni tat-taxxa u flussi finanzjarji illeċiti, kif ukoll sabiex jieħdu miżuri effettivi bil-għan li jevitaw konsegwenzi negattivi; tappella, għalhekk, għal appoġġ adegwat għall-kapaċitajiet tal-monitoraġġ u għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt sabiex jiġu miġġielda dawn il-problemi severi; | 
| 19. | Tenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tad-deċentralizzazzjoni sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet bħall-ġestjoni tal-iskart u l-faqar urban, l-indirizzar tal-esklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-inugwaljanzi, ir-responsabbilizzazzjoni taċ-ċittadini, il-ġlieda kontra l-inugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, id-disinn ta’ infrastruttura innovattiva, il-forniment tas-servizzi, il-ġestjoni tal-art, it-tnaqqis tar-riskji ta’ diżastri naturali u l-użu tal-enerġija, eċċ.; | 
| 20. | Tilqa’ l-mobilizzazzjoni u l-impenn tal-bliet AKP u tal-UE fit-tħejjijiet għall-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti Habitat III dwar l-Akkomodazzjoni u l-Iżvilupp Urban Sostenibbli; | 
| 21. | Tenfasizza li t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali jheddu t-tnaqqis tal-faqar u jikkostitwixxu sfida kbira għall-awtoritajiet lokali, minħabba li jaffettwaw lill-komunitajiet lokali fl-ewwel istanza; tappella lill-Istati AKP u tal-UE u lill-korpi reġjonali sabiex jiżguraw li l-unitajiet deċentralizzati jkunu involuti b’mod sħiħ fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima; | 
| 22. | Tistieden lill-Istati AKP u tal-UE jippromwovu l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà bejn l-unitajiet nazzjonali u deċentralizzati, u ta’ ekwitabbiltà bħala mod aktar effettiv ta’ kif tittieħed azzjoni fil-livell lokali; | 
| 23. | Tirrikonoxxi l-inadegwatezza ta’ mudell uniformi ta’ deċentralizzazzjoni għall-pajjiżi kollha u tappella għar-rispett għall-kulturi u t-tradizzjonijiet u għall-inventività inerenti taċ-ċittadini; | 
| 24. | Tenfasizza l-importanza tal-promozzjoni ta’ governanza tajba fil-livell lokali billi tippromwovi l-prinċipji ta’ responsabbiltà, trasparenza, parteċipazzjoni u rispons, u billi tiżgura li jiġi mħares l-istat tad-dritt u li jiġu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; | 
| 25. | Tenfasizza l-ħtieġa għall-inkorporazzjoni tat-TIK fil-governanza lokali, kull fejn possibbli, u għat-twettiq ta’ inizjattivi li jippromwovu l-litteriżmu elettroniku u l-aċċess għat-teknoloġija u l-Internet; | 
| 26. | Tirrikonoxxi r-rwol kruċjali tal-awtoritajiet lokali fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u t-terroriżmu; tistieden lill-Istati AKP u tal-UE u lill-korpi reġjonali jiżguraw li l-awtoritajiet lokali jista’ jkollhom rwol ċentrali fil-promozzjoni tal-integrazzjoni bejn il-komunitajiet u l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni jew ta’ forom oħrajn ta’ emarġinazzjoni; tappella għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmu għall-iskambju ta’ għarfien f’dan il-qasam bejn l-Istati AKP u tal-UE; | 
| 27. | Tenfasizza r-rwol kruċjali tal-governanza lokali fil-kuntest ta’ rikonċiljazzjoni wara l-kunflitti, billi l-awtoritajiet lokali huma l-ewwel faċilitatur fl-istabbiliment mill-ġdid tal-preżenza tal-istat fil-livell lokali u r-rispons aktar effettiv għall-kundizzjonijiet lokali, kif ukoll fil-prevenzjoni tal-kunflitti permezz tal-ġestjoni tat-tensjonijiet fil-grupp, iż-żieda tar-rappreżentanza u l-parteċipazzjoni u t-titjib fl-għoti tas-servizzi; | 
| 28. | Tenfasizza l-importanza tal-inklużjoni tan-nisa, taż-żgħażagħ, tal-persuni b’diżabilità, tal-persuni l-aktar vulnerabbli, kif ukoll tal-persuni kollha, irrispettivament mill-isfond kulturali u soċjo-ekonomiku tagħhom fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi u amministrattivi u l-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza sħaħ tagħhom fil-livelli kollha tal-governanza, speċjalment fil-livell lokali; tappella għall-implimentazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fuq bażi ta’ parità; | 
| 29. | Tinsisti li d-deċentralizzazzjoni għandha tkun opportunità sabiex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi bejn is-sessi u sabiex jiżdiedu r-rappreżentanza u l-viżibbiltà tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet fl-isferi politiċi u ekonomiċi; | 
| 30. | Tqis li d-deċentralizzazzjoni għandha tippermetti u tiffaċilita l-parteċipazzjoni fil-governanza lokali miż-żgħażagħ, li għandhom ikunu rrappreżentati fit-teħid tad-deċiżjonijiet; | 
| 31. | Tħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti jeliminaw kwalunkwe duplikazzjoni fl-amministrazzjoni tal-istat u jevitaw kompetenzi li jikkoinċidu bejn il-gvern lokali u dak reġjonali; | 
| 32. | Tenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ l-amministrazzjoni elettronika u l-mezzi li jirriżultaw minn teknoloġiji ġodda sabiex tinħoloq amministrazzjoni aktar trasparenti, biex b’hekk tiġi evitata kull forma ta’ prattika ħażina, jiġi ffaċilitat l-aċċess għaċ-ċittadini u tiġi żgurata l-kontabbiltà; | 
| 33. | Tappella għal kooperazzjoni mtejba bejn l-Istati AKP u tal-UE u organizzazzjonijiet reġjonali tal-AKP, bħall-UA, il-CARICOM u l-PIF, fl-istabbiliment u t-tisħiħ tal-kapaċità tal-mekkaniżmi ta’ sorveljanza fuq ir-riżorsi devoluti lill-unitajiet deċentralizzati sabiex jiġġieldu l-korruzzjoni u jwaqqfu l-ħela; tenfasizza li għandha tiġi intensifikata l-kooperazzjoni internazzjonali sabiex jiġu indirizzati l-flussi finanzjarji illeċiti bil-għan li jkunu żgurati kundizzjonijiet ekwi fil-qasam tat-tassazzjoni tal-kumpaniji lokali u internazzjonali; | 
| 34. | Tenfasizza l-importanza li jinħoloq, bħala parti mill-kooperazzjoni AKP-UE, djalogu politiku ġenwin bejn l-awtoritajiet lokali, li jagħmilha possibbli li jiġu vvalutati l-progress attwali, id-diffikultajiet u l-prospetti għat-titjib tal-effettività tal-assistenza fil-livell lokali; | 
| 35. | Tagħti istruzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha biex jibagħtu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Unjoni Afrikana, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-Istati AKP u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. | 
RIŻOLUZZJONI (7)
dwar żona kontinentali ta’ kummerċ ħieles għall-Afrika — il-prospetti biex jitrawwem il-kummerċ intra-Afrikan u l-benefiċċji potenzjali tiegħu għall-AKP
L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,
| — | li ltaqgħet f’Windhoek (in-Namibja) bejn it-13 u l-15 ta’ Ġunju 2016, | 
| — | wara li kkunsidrat l-Artikolu 18(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (il-Ftehim ta’ Cotonou) (1), b’mod partikolari, l-Artikolu 21 tiegħu, u r-reviżjonijiet tal-Ftehim ta’ Cotonou fl-2005 u fl-2010, (2), | 
| — | wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjonijiet tagħha tad-19 ta’ Frar 2004 dwar Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (FSE): Problemi u Prospetti, (3) tat-23 ta’ Novembru 2006 dwar ir-Reviżjoni tan-Negozjati dwar il-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (4), tad-9 ta’ April 2009 dwar il-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika u l-impatt tagħhom fuq l-Istati AKP (5), u tad-19 ta’ Ġunju 2013 dwar il-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika – Il-Passi li Jmiss (6), | 
| — | wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tad-19 ta’ Marzu 2014 dwar l-Integrazzjoni Reġjonali u l-Modernizzazzjoni tad-Dwana għal Żvilupp Sostenibbli fil-pajjiżi AKP, b’Kooperazzjoni mal-UE (7), | 
| — | wara li kkunsidrat il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Jannar 2012 bit-titolu “Il-Kummerċ, it-Tkabbir u l-Iżvilupp: It-Tfassil tal-Politika tal-Kummerċ u tal-Investiment għal dawk il-Pajjiżi l-aktar fil-Bżonn” (COM(2012) 22 final), | 
| — | wara li kkunsidrat il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2015 bit-titolu “Sħubija Globali għall-Qerda tal-Faqar u l-Iżvilupp Sostenibbli wara l-2015” (COM(2015) 44 final), | 
| — | wara li kkunsidrat id-dokument finali tal-Aġenda għall-Iżvilupp Wara l-2015 bit-titolu “Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli” adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti f’Settembru 2015, | 
| — | wara li kkunsidrat it-tielet Konferenza Internazzjonali tan-NU dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp li saret f’Addis Ababa bejn it-13 u s-16 ta’ Lulju, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Pjan ta’ Azzjoni 2012 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Afrika tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECA) għaż-żieda tal-kummerċ ġewwa l-Afrika, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Karta tal-Organizzazzjoni tal-Unità Afrikana (OUA) adottata f’Addis Ababa fil-25 ta’ Mejju 1963, | 
| — | wara li kkunsidrat l-Att Kostituttiv tal-Unjoni Afrikana adottat f’Lomé, it-Togo, fil-11 ta’ Lulju 2000, | 
| — | wara li kkunsidrat id-deċiżjoni tat-22 ta’ Ottubru 2008 tas-Summit Tripartitiku ta’ Kampala li tiġi stabbilita żona ta’ kummerċ ħieles bejn is-Suq Komuni għall-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar (COMESA), il-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC) u l-Komunità tal-Afrika tal-Lvant (EAC), | 
| — | wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ Abuja tat-3 ta’ Ġunju 1991 li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Afrikana, b’mod partikolari l-Artikoli 6 u 88 tiegħu, | 
| — | wara li kkunsidrat id-deċiżjoni tat-18-il Sessjoni tal-Assemblea tal-Unjoni Afrikana li saret f’Addis Ababa mit-23 sat-30 ta’ Jannar 2012, | 
| — | wara li kkunsidrat il-pjanijiet ta’ azzjoni għall-iżvilupp ekonomiku tal-Afrika, adottati fl-1980 u fl-2012 f’Lagos, | 
| — | wara li kkunsidrat l-Aġenda 2063, li tnediet fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-Unjoni Afrikana f’Addis Ababa f’Mejju 2013 u ġiet adottata waqt l-24 sessjoni ordinarja tal-Assemblea tal-Unjoni Afrikana f’Addis Ababa fil-31 ta’ Jannar 2015, | 
| — | wara li kkunsidrat it-22 summit tal-Kapijiet tal-Istat tal-Unjoni Afrikana bejn it-30 u l-31 ta’ Jannar 2014, | 
| — | wara li kkunsidrat id-deċiżjonijiet tat-Tielet Summit Tripartitiku organizzat f’Sharm el-Sheikh mis-6 sal-10 ta’ Ġunju 2015, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-rapport tal-2013 tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD) dwar il-Kummerċ Intra-Afrikan: L-Isfruttament tad-Dinamiżmu tas-Settur Privat, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-Rapport tal-2015 tal-Forum Ekonomiku Dinji dwar il-Kompetittività tal-Afrika, | 
| A. | billi l-ħolqien ta’ żona kontinentali ta’ kummerċ ħieles (CFTA) għall-Afrika huwa l-espressjoni tar-rieda politika tal-kapijiet tal-Istat tal-Unjoni Afrikana li ltaqgħu f’Addis Ababa fl-2012; | 
| B. | billi s-CFTA hija rikonoxxuta fl-Aġenda 2063 tal-Unjoni Afrikana bħala pass importanti fit-triq lejn l-għan aħħari tal-ħolqien ta’ Suq Komuni Afrikan u r-realizzazzjoni ta’ Komunità Ekonomika Afrikana kif previst fit-Trattat ta’ Abuja u fl-Att Kostituttiv tal-Unjoni Afrikana; | 
| C. | billi s-sehem tal-kummerċ globali tal-Afrika huwa baxx ħafna – madwar 3 % – u l-Afrika għadha l-kontinent li jinnegozja l-inqas miegħu nnifsu, bil-kummerċ intra-kontinentali jammonta biss għal madwar 12 % tal-kummerċ Afrikan, kontra madwar 55 % fl-Asja u aktar minn 70 % fl-Ewropa; | 
| D. | billi f’Ġunju 2015 l-Unjoni Afrikana nediet uffiċjalment in-negozjati għat-twaqqif tas-CFTA sal-2017, li għandu jiġi segwit mill-ħolqien ta’ Unjoni Doganali Afrikana sal-2019; | 
| E. | billi s-CFTA ser trawwem relazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali u kulturali intra-Afrikani aktar mill-qrib u ser iżżid il-kapaċità tal-provvista u l-kompetittività bejn il-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u mal-Unjoni Ewropea; | 
| F. | billi ż-żieda fil-kummerċ intra-Afrikan għandha tkun ta’ benefiċċju għall-Afrikani kollha u tgħin lill-Afrika ssir parti integrali mis-sistemi ta’ kummerċ globali; | 
| G. | billi r-reġjonaliżmu orjentat lejn l-iżvilupp jista’ jkollu benefiċċji konsegwenzjali f’termini tat-trawwim tal-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà politika fuq il-kontinent; | 
| H. | billi l-konklużjoni tas-CFTA teħtieġ armonizzazzjoni tal-ħafna u d-diversi impenji kummerċjali mwettqa mill-maġġoranza tal-pajjiżi Afrikani fil-livelli bilaterali, reġjonali u multilaterali; | 
| I. | billi d-diskrepanza strutturali bejn il-provvista domestika u d-domanda ta’ prodotti u servizzi ta’ spiss twassal għal importazzjonijiet għaljin; | 
| J. | billi l-kummerċ transkonfinali jseħħ bejn pajjiżi li ta’ spiss ikunu abitati mill-istess popli, iżda dawn il-flussi sinifikanti mhumiex rikonoxxuti fil-kummerċ bejn Stati Afrikani; | 
| K. | billi din l-ekonomija parallela tevadi t-tassazzjoni fl-Istat u xxekkel l-isforzi għall-appoġġ u l-iżvilupp tas-settur privat; | 
| L. | billi l-frodi, il-kuntrabandu, l-evażjoni tat-taxxa u l-eżenzjonijiet mit-taxxa jċaħħdu lill-Istati minn riżorsi finanzjarji, Stati li diġà jistgħu jkunu affettwati minn tnaqqis fid-dazji doganali minħabba l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ; billi l-ammont kolossali ta’ kapital finanzjarju illeċitu li joħroġ mill-kontinent Afrikan huwa ostakolu għat-tkabbir u l-iżvilupp tiegħu; | 
| M. | wara li kkunsidrat il-valur miżjud ta’ proġetti ta’ integrazzjoni kbar b’effetti multiplikaturi, bħall-iskemi kontra t-tnixxif tal-Lag Ċad, għall-estrazzjoni tal-gass metan mil-Lag Kivu u għall-isfruttament tal-potenzjal idroelettriku tal-baċir tax-xmara Kongo u tas-sit ta’ Inga fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo; | 
| 1. | Tinnota li s-CFTA eventwalment tinkludi 54 pajjiż Afrikan, li jirrappreżentaw PDG ikkombinat ta’ USD 1,2 triljun, tikkostitwixxi suq ta’ aktar minn biljun ruħ sal-2050 u żżid il-kummerċ intra-Afrikan b’xejn inqas minn USD 35 biljun fis-sena; | 
| 2. | Jiddispjaċiha li bħalissa 12 % biss tal-flussi kummerċjali Afrikani huma interni, u tinsisti fuq il-promozzjoni neċessarja tal-kummerċ intra-kontinentali billi jitneħħew l-ostakoli tariffarji u mhux tariffarji u tiġi indirizzata l-frammentazzjoni attwali tas-suq Afrikan; tfakkar li l-flussi kummerċjali miżjuda għandhom jgħinu, fuq perjodu ta’ żmien qasir u medju, sabiex il-PDG tal-Afrika jiżdied b’madwar 4,5 sa 5 %; | 
| 3. | Tenfasizza l-ħtieġa li jiġu appoġġjati l-proċessi ta’ integrazzjoni reġjonali fl-Afrika sabiex tinbena r-reżiljenza ekonomika u l-ekonomiji tal-kontinent jiġu protetti minn xokkijiet esterni; tqis li dan it-tkabbir permezz tal-kummerċ reġjonali, partikolarment minħabba l-kooperazzjoni u t-trasferiment tat-teknoloġija Nofsinhar-Nofsinhar, għandu jintuża għal rilokazzjoni mill-ġdid aħjar tar-riżorsi u għal tnaqqis tal-inugwaljanzi fl-iżvilupp fil-kontinent Afrikan; f’dan is-sens, tinsisti fuq l-involviment taċ-ċittadini u ta’ partijiet ikkonċernati oħrajn f’diskussjonijiet sinċiera u miftuħa sabiex jintlaħaq kunsens dwar l-istrateġija li trid tiġi segwita fir-rigward tal-promozzjoni tal-interessi tal-politika pubblika nazzjonali; | 
| 4. | Tirrimarka li l-konnessjoni bejn liberalizzazzjoni tal-kummerċ u t-tnaqqis tal-faqar bl-ebda mod ma hija awtomatika u li s-CFTA tagħmel biss kontribut sostenibbli għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-Afrikani jekk dan jinvolvi politika ta’ żvilupp ambizzjuża, inkella l-inugwaljanzi profondi madwar il-kontinent jibqgħu mhux ivverifikati; | 
| 5. | Tqis li s-CFTA għandha tiġi implimentata gradwalment, permezz tal-federazzjoni tad-diversi żoni ta’ kummerċ ħieles u komunitajiet ekonomiċi diġà eżistenti, jiġifieri l-konklużjoni tal-ftehim tripartitiku bejn l-SADC, COMESA u l-EAC; | 
| 6. | Tqis li huwa meħtieġ ukoll ambjent internazzjonali favorevoli sabiex jikkumplimenta l-proċess ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali ġewwa l-Afrika, inkluż permezz tal-għoti lill-Afrika ta’ rappreżentanza u parteċipazzjoni ikbar fit-teħid tad-deċiżjonijiet fl-istituzzjonijiet finanzjarji, tal-kummerċ u tal-iżvilupp internazzjonali; tappella lill-UE sabiex tappoġġja lill-pajjiżi Afrikani f’dawn it-talbiet sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod ugwali fir-riforma globali tar-regoli internazzjonali eżistenti; | 
| 7. | Titlob li jissaħħu l-iżvilupp ekonomiku u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Komunitajiet Ekonomiċi Reġjonali (REC), li l-integrazzjoni u l-esperjenza tagħhom bla dubju ser ikunu sors ta’ ispirazzjoni għar-realizzazzjoni tas-CFTA; | 
| 8. | Tirrimarka li l-Komunitajiet Ekonomiċi Reġjonali tal-Afrika huma mistennija li jinnegozjaw mal-bqija tad-dinja taħt diversi sistemi ta’ kummerċ internazzjonali, fosthom aċċess ħieles mid-dazju u mill-kwoti (DFQF) għall-pajjiżi l-inqas żviluppati (LDC) u Sistema Ġenerali ta’ Preferenzi jew ftehimiet reċiproċi ta’ kummerċ ħieles għall-pajjiżi li mhumiex LDC; tenfasizza l-ħtieġa għall-pajjiżi Afrikani li jikkonsolidaw l-iskemi eżistenti ta’ aċċess għas-suq f’waħda li tkun konsistenti ma’ CFTA sabiex jitrawmu l-integrazzjoni reġjonali u d-diversifikazzjoni tal-kummerċ; f’dan l-isfond, tqis li huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (FSE) jgħinu sabiex titrawwem ir-realizzazzjoni tas-CFTA; | 
| 9. | Tenfasizza l-importanza tas-sorveljanza demokratika tal-parlamenti nazzjonali u tas-soċjetà ċivili, kemm fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-FSE, kif ukoll fil-proċess tat-twaqqif ta’ CFTA għall-Afrika; tappella, għalhekk, għall-involviment sistematiku tagħhom fil-ħidma li għaddejja, bħala parti minn approċċ parteċipattiv u bit-tama li tiġi żgurata trasparenza massima; | 
| 10. | Tfakkar li l-aċċess imtejjeb għas-suq mingħajr il-kapaċità li jiġu manifatturati prodotti u servizzi jonqos milli jipproduċi żvilupp ekonomiku; minn issa ‘l quddiem, titlob li, bħala prijorità, is-CFTA taġġusta l-iżbilanċ strutturali tal-provvista Afrikana ta’ prodotti u servizzi b’rabta mad-domanda, sabiex ikollha impatt effettiv fuq il-kummerċ; barra minn hekk, tistieden lill-UE sabiex tappoġġja l-inizjattivi ta’ integrazzjoni reġjonali eżistenti, inkluża s-CFTA, permezz tal-għodda ta’ Għajnuna għall-Kummerċ, li għandhom jgħinu sabiex jiffaċilitaw l-istabbiliment jew l-iżvilupp ta’ kapaċità produttivi domestika, inaqqsu l-inugwaljanza tad-dħul fl-Afrika u jassistu bid-diversifikazzjoni ekonomika u t-trasferimenti tat-teknoloġija; | 
| 11. | Tistieden lill-gvernijiet Afrikani sabiex ikomplu jtejbu l-kummerċ intra-Afrikan billi joħolqu l-qafas regolatorju xieraq għall-kummerċ; tenfasizza l-importanza tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet nazzjonali, l-investiment fl-infrastruttura relatata mal-kummerċ u l-iffaċilitar ta’ kummerċ effiċjenti; | 
| 12. | Tistieden lis-CFTA sabiex tgħin fit-treġġigħ lura, fil-konsolidazzjoni u fl-iżvilupp tal-qafas ekonomiku tal-Afrika, sabiex jissaħħu l-integrazzjoni tas-suq, il-produzzjoni industrijali u l-kompetittività, jittejjeb il-kummerċ, isir investiment fl-infrastruttura u tingħata spinta lill-konsum billi tissaħħaħ il-kapaċità tal-akkwist; | 
| 13. | Tenfasizza l-importanza tal-innovazzjoni sabiex tistimola l-produzzjoni, b’mod partikolari fis-settur primarju u fin-netwerk tad-distribuzzjoni tiegħu; | 
| 14. | Temmen li s-CFTA għandha tkun forza li twassal għall-implimentazzjoni ta’ proġetti transkonfinali kbar – pereżempju, l-infrastruttura tat-trasport u tal-komunikazzjoni jew l-elettrifikazzjoni tal-kontinent — sabiex jiġu żgurati konnessjonijiet aħjar bejn l-Istati ġirien u bliet ewlenin u jiġu promossi opportunitajiet ta’ żvilupp ġodda; | 
| 15. | Tittama li s-CFTA tippermetti lill-Afrika tinvolvi ruħha fil-ġestjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi naturali tagħha li, flimkien ma’ demografija favorevoli, jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u għat-tnaqqis tad-diskrepanzi fl-iżvilupp bejn il-pajjiżi Afrikani permezz ta’ ridistribuzzjoni tal-ġid; għal dan il-għan, tistieden lill-Istati Afrikani sabiex iżidu t-trasparenza u l-kontabbiltà fil-kuntratti tar-riżorsi, fir-rapportar finanzjarju tal-kumpaniji u fl-awditjar; tappella bl-istess mod lill-UE sabiex iżżid l-appoġġ tagħha biex tgħin lill-pajjiżi li għandhom ħafna riżorsi jimplimentaw il-prinċipji tal-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI) għal trasparenza u kontabbiltà ikbar fis-setturi taż-żejt, tal-gass u tat-tħaffir fil-minjieri; | 
| 16. | Tfakkar li s-settur privat jipprovdi 90 % tal-impjiegi fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, inkluż fl-Afrika; temmen li s-CFTA tista’ toħloq opportunitajiet ġodda għan-negozji Afrikani billi toħloq il-kundizzjonijiet neċessarji u l-ambjent għall-intraprenditorija, l-investiment u l-ħolqien tal-impjiegi; tħeġġeġ sabiex tingħata attenzjoni partikolari lill-SMEs u lill-SMIs — li jifformaw in-nisġa ta’ ekonomija lokali dinamika u varjata — b’mod partikolari permezz tal-ħolqien ta’ oqsma ta’ tkabbir ta’ prijorità; | 
| 17. | Tixtieq tara l-implimentazzjoni ta’ politika prattika li tassisti lill-SMEs, l-SMIs u l-proġetti u l-kumpaniji taż-żgħażagħ lokali permezz ta’ ħelsien mit-taxxa u appoġġ minn esperti fl-oqsma tal-kontabbiltà u tat-taxxa u kumpaniji approvati ta’ konsulenza fil-maniġment sabiex jiżviluppaw il-kapaċità tagħhom li joħolqu l-ġid u l-impjiegi; | 
| 18. | Tirrikonoxxi li l-inċentivi fiskali ġeneralment mogħtija mill-pajjiżi Afrikani sabiex jattiraw l-IDB f’industriji estrattivi jċaħħduhom minn riżorsi finanzjarji kritiċi; temmen, għaldaqstant, li l-linji politiċi dwar it-tassazzjoni b’rabta mal-industriji estrattivi għandhom jiġu riveduti sabiex ikunu mħarsal-interessi soċjo-ekonomiċi tal-pajjiżi ospitanti; tħeġġeġ lill-UE sabiex tiżgura d-distribuzzjoni ġusta tad-drittijiet tat-tassazzjoni waqt li tkun qed tinnegozja t-trattati dwar it-taxxa u l-investiment mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; għal dan l-għan, tappella lill-UE sabiex tinnegozja Trattati dwar it-Taxxa mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw abbażi tal-mudell tat-trattat tal-Kumitat tat-Taxxa tan-Nazzjonijiet Uniti, li jagħti drittijiet aktar b’saħħithom għat-tassazzjoni f’ras il-għajn; tfakkar, barra minn hekk, fir-responsabbiltà tal-UE li tiġġieled ir-regoli fiskali li jiffaċilitaw l-evitar tat-taxxa minn individwi u korporazzjonijiet transnazzjonali u li tgħin lil pajjiżi terzi jirripatrijaw il-fondi illeċiti u jħarrku lit-trasgressuri; | 
| 19. | Hija tal-fehma li s-CFTA għandha tagħti spinta mhux biss lill-kummerċ intra-Afrikan ta’ prodotti u servizzi, iżda wkoll lill-moviment liberu tal-persuni u tal-kapital; | 
| 20. | Tappella sabiex jittieħdu azzjonijiet konkreti u malajr li jikkumpensaw għat-tnaqqis fid-dħul tal-baġit bħala riżultat tat-tneħħija ta’ ostakoli doganali u li jippreservaw is-swieq ta’ produzzjoni lokali; | 
| 21. | Tenfasizza li l-aċċess għall-finanzjament fl-Afrika għadu limitat wisq u li sabiex tiġi rrimedjata din is-sitwazzjoni, jeħtieġ li jitfasslu soluzzjonijiet ġodda u innovattivi fil-qafas tas-CFTA; | 
| 22. | Tinsab konvinta li s-settur agrikolu jista’ jkun mezz b’saħħtu ta’ appoġġ fit-twaqqif tas-CFTA għall-Afrika, sakemm il-liberalizzazzjoni tkun akkumpanjata minn regoli tas-suq li jistgħu jipproteġu lil produtturi żgħar; tappella, għalhekk, lill-Istati Afrikani sabiex jonoraw l-impenn illi għamlu fl-2003 f’Maputo li jallokaw mill-inqas 10 % tal-baġits nazzjonali tagħhom għall-biedja; | 
| 23. | Tfakkar li l-agrikoltura tikkostitwixxi 37 % tal-PDG tal-Afrika, bil-bdiewa żgħar jammontaw għal aktar minn 90 % tal-produzzjoni agrikola tal-Afrika; titlob, f’kuntest fejn l-azjendi agrikoli mmexxija minn familji u l-bdiewa żgħar ikunu wrew l-abbiltà tagħhom li jipprovdu prodotti ddiversifikati u li jżidu l-produzzjoni tal-ikel b’mod sostenibbli, permezz tal-użu ta’ prattiki agro-ekoloġiċi, li jiżdied il-finanzjament għall-bdiewa żgħar bil-għan li tiġi żgurata s-sigurtà alimentari tal-kontinent u jinbnew ħażniet ta’ produzzjoni għall-benefiċċju tal-popolazzjoni lokali; | 
| 24. | Tistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Afrikani biex jaħdmu flimkien sabiex jiżviluppaw strateġija li żżid il-kompetittività agrikola tal-Afrika li tindirizza kwistjonijiet ta’ żvilupp rurali, limitazzjonijiet marbuta ma’ miżuri sanitarji u fitosanitarji u aċċess għal mikrofinanzjament bil-għan li jissaħħaħ il-kummerċ intra-kontinentali ta’ prodotti agrikoli, jiġi protett l-għajxien ta’ bdiewa żgħar u tiġi żgurata s-sigurtà alimentari; | 
| 25. | Tappella għal enfasi aktar qawwija fuq l-edukazzjoni tal-irġiel u tan-nisa u fuq inizjattivi li jiddedikaw biżżejjed riżorsi għall-inkoraġġiment tal-kreattività u l-innovazzjoni, li huma meħtieġa għall-promozzjoni tal-kompetittività u d-diversifikazzjoni tal-esportazzjoni; | 
| 26. | Tappella sabiex is-CFTA proposta tibni fuq l-esperjenza ta’ 40 sena ta’ relazzjonijiet AKP-UE, tuża l-punti ta’ saħħa tal-Ftehim ta’ Cotonou u tibbaża fuq in-negozjati li għaddejjin bħalissa fuq il-ftehim ġdid għall-perjodu wara l-2020; | 
| 27. | Tinkoraġġixxi lill-pajjiżi Afrikani tal-AKP ikunu kkoordinati ċentralment sabiex ikunu magħqudin fin-negozjati mal-imsieħba kummerċjali tagħhom, inkluża l-Unjoni Ewropea; | 
| 28. | Tistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Afrika sabiex jifformaw sħubija bbażata fuq politika ta’ tkabbir u kożvilupp inklużivi u sostenibbli fuq livell konġunt li tiffoka fuq l-isfidi u l-interessi komuni; tinsisti fuq l-importanza ta’ skambju ta’ prattika tajba bejn iż-żewġ kontinenti, b’mod partikolari fuq it-titjib tal-infrastruttura nazzjonali u tal-kapaċità istituzzjonali sabiex is-CFTA tiġi appoġġjata b’mod effettiv; | 
| 29. | Tirrikonoxxi li s-CFTA ser tieħu żmien twil sabiex tiġi implimentata u li ser tkun tirrikjedi l-involviment politiku qawwi mill-partijiet ikkonċernati kollha; tappella għat-twaqqif ta’ sistema ta’ monitoraġġ b’saħħitha sabiex tivvaluta l-progress lejn l-implimentazzjoni tal-impenji tas-CFTA; | 
| 30. | Tirrikonoxxi li s-CFTA ma tkunx ta’ benefiċċju mingħajr ma ssir bidla strutturali qawwija li tiżgura t-tranżizzjoni meħtieġa tal-istrutturi Afrikani tal-produzzjoni u tal-esportazzjoni mill-komoditajiet primarji għall-manifattura; | 
| 31. | Temmen li s-CFTA għandu jkollha kapaċità reali li taġixxi, partikolarment biex tidderieġi l-għajnuna, is-sussidji u riżorsi Komunitarji oħrajn, bil-għan li jinqered il-faqar fl-Afrika u tinkiseb konverġenza fil-livelli ta’ żvilupp tal-pajjiżi; tistieden lill-partijiet jiżviluppaw mekkaniżmu li jikseb bilanċ bejn id-distribuzzjoni tal-qligħ fost il-pajjiżi Afrikani sabiex il-pajjiżi li huma ekonomikament aktar dgħajfa jiġu integrati u jibbenefikaw b’mod ekwu mis-CFTA; | 
| 32. | Tappella għall-ħolqien ta’ qafas għall-esperti tekniċi madwar il-kontinent sabiex jaqsmu ideat, esperjenzi u l-aqwa prassi fil-promozzjoni tas-CFTA; | 
| 33. | Tirrikonoxxi li s-CFTA weħidha mhux ser tkun tista’ tindirizza l-isfidi kollha li qed tiffaċċja l-Afrika bħalissa, iżda ser toffri lill-kontinent prospetti reali għal żvilupp sostenibbli u inklużiv billi tiftħu għal gruppi ekonomiċi oħrajn, bħalma huma l-Unjoni Ewropea u ż-żoni fil-Paċifiku u fil-Karibew; | 
| 34. | Tfakkar li huwa essenzjali li l-Afrika tibni fuq l-iżvilupp tagħha stess u tiddefendi l-mudell tagħha billi tikseb il-mezzi neċessarji kollha biex taħdem favur tkabbir li jkun ta’ benefiċċju għall-Afrikani kollha; | 
| 35. | Tagħti istruzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha biex jibagħtu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill Ewropew, lill-Unjoni Afrikana, lill-Parlament Pan-Afrikan, lill-parlamenti reġjonali u nazzjonali u lill-organizzazzjonijiet reġjonali relatati mal-pajjiżi AKP, kif ukoll lill-Bank Ewropew tal-Investiment. | 
RIŻOLUZZJONI (8)
dwar il-migrazzjoni bejn il-pajjiżi AKP u l-Istati Membri tal-UE: il-kawżi, il-konsegwenzi u l-istrateġiji għall-ġestjoni komuni
L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,
| — | li ltaqgħet f’Windhoek (in-Namibja) bejn it-13 u l-15 ta’ Ġunju 2016, | 
| — | wara li kkunsidrat l-Artikolu 18(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjonijiet preċedenti tagħha, b’mod partikolari dik tad-9 ta’ Diċembru 2015 dwar il-migrazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem u r-refuġjati umanitarji, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (il-Ftehim ta’ Cotonou) (8), b’mod partikolari, l-Artikolu 13 tiegħu, u r-reviżjonijiet tal-Ftehim ta’ Cotonou adottati fl-2005 u fl-2010 (9), | 
| — | wara li kkunsidrat il-ħolqien tal-Osservatorju AKP dwar il-Migrazzjoni, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-Rapport dwar id-djalogu tal-2011-2012 dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp approvat mill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE waqt is-37 sessjoni tiegħu, li saret fl-14 ta’ Ġunju 2012 f’Port Vila, Vanuatu, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Proċess ta’ Kartum (l-Inizjattiva dwar ir-Rotta tal-Migrazzjoni bejn l-UE u l-Qarn tal-Afrika) u l-Proċess ta’ Rabat (id-Djalogu Ewro-Afrikan dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp), | 
| — | wara li kkunsidrat il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (PCD): Rapport tal-UE għall-2015 tas-26 ta’ Ottubru 2015, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Marzu 2016 dwar is-sitwazzjoni tar-refuġjati nisa u l-persuni li qed ifittxu l-ażil fl-UE (10), | 
| — | wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa għal approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni (11), tad-29 ta’ April 2015 dwar l-aħħar traġedji fil-Mediterran u l-politiki tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-ażil (12), u tal-10 ta’ Settembru 2015 dwar il-migrazzjoni u r-refuġjati fl-Ewropa (13), | 
| — | wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li timplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (14), | 
| — | wara li kkunsidrat id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2015/1601 tat-22 ta’ Settembru 2015 u (UE) 2015/1523 tal-14 ta’ Settembru 2015, li t-tnejn jistabbilixxu miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja, | 
| — | wara li kkunsidrat il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill tad-29 ta’ Settembru 2015 bit-titolu “Il-ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati: miżuri operazzjonali, baġitarji u legali immedjati skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni” (COM(2015)0490), | 
| — | wara li kkunsidrat il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tat-7 ta’ Diċembru 2000, | 
| — | wara li kkunsidrat l-Istrateġija Konġunta UE-Afrika, | 
| — | wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Pjan ta’ Azzjoni, adottati fis-Summit UE-Afrika dwar il-Migrazzjoni, li sar bejn il-11 u t-12 ta’ Novembru 2015, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Pjan ta’ Azzjoni Reġjonali ta’ Saħel għall-2015-2020, adottat mill-Kunsill fl-20 ta’ April 2015, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Assemblea tan-NU tal-25 ta’ Settembru 2015 bit-titolu “Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli” (A/RES/70/1), | 
| — | wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tal-1951 dwar l-istatus tar-refuġjati u l-Protokoll tagħha tal-1967, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familji tagħhom, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Karta Afrikana (Banjul) dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, adottata mill-Organizzazzjoni tal-Assemblea tal-Unità Afrikana fis-27 ta’ Ġunju 1981, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-Riżoluzzjoni 2240 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tad-9 ta’ Ottubru 2015 b’rabta mal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni riċenti ta’, u t-tqegħid fil-periklu ta’ ħajjiet minħabba, il-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-persuni fl-ibħra miftuħa tal-Mediterran, | 
| — | wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-10 ta’ Diċembru 1948, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta’ kull Forma ta’ Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa, | 
| — | wara li kkunsidrat l-eżiti tal-21 Sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21), | 
| — | wara li kkunsidrat il-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Beijing tan-NU u d-Dikjarazzjoni ta’ Beijing, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul), | 
| — | wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent (AKP-UE/101.911v01-00), | 
| A. | billi l-gwerer, il-vjolenza terribbli (imwettqa minn, fost oħrajn, gruppi terroristiċi bħal Boko Haram u ISIS), l-attivitajiet u t-theddidiet dejjem jiżdiedu tal-organizzazzjonijiet terroristiċi, l-instabbiltà politika, soċjali u ekonomika, it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, il-faqar, il-governanza ħażina, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, l-estremiżmu reliġjuż u l-mibegħda, il-qgħad, il-korruzzjoni, l-indħil politiku u r-ripressjoni, il-kriżijiet umanitarji, it-tibdil fil-klima, id-diżastri naturali, id-degradazzjoni ambjentali, in-nuqqas ta’ opportunitajiet għaż-żgħażagħ u d-disparitajiet dejjem jikbru fil-kundizzjonijiet ekonomiċi u tal-għajxien huma l-ixprunaturi ewlenin wara l-migrazzjoni u ċ-ċaqliq sfurzat tal-popolazzjoni; | 
| B. | billi l-flussi migratorji mħallta Nofsinhar-Nofsinhar huma ferm aktar sinifikanti mill-flussi lejn it-Tramuntana u ilhom għaddejjin għal diversi snin, speċjalment fl-Afrika; | 
| C. | billi l-UNHCR ipproġetta li kien hemm 15-il miljun ruħ affettwati minn ċaqliq fl-Afrika fl-2015, u billi, minkejja dawn in-numri għoljin, id-dritt għat-tfittxija u t-tgawdija ta’ protezzjoni internazzjonali huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu rrispettat fl-Afrika; | 
| D. | billi t-tibdil fil-klima ser iwassal biex miljuni ta’ nies jitilqu minn pajjiżhom, u l-pajjiżi tal-UE u AKP għandhom jimpenjaw ruħhom li jevitaw l-impatt negattiv tat-tibdil fil-klima u li jindirizzaw il-konsegwenzi tiegħu; | 
| E. | billi l-instabbiltà reġjonali u l-kunflitti persistenti wasslu għal kriżi umanitarja bla preċedent li min-naħa tagħha wasslet għaċ-ċaqliq sfurzat ta’ 59,5 miljun ruħ fl-2014, imqabbel ma’ 51,2 miljun fl-2013, u billi hemm indikazzjonijiet li ċ-ċifra għall-2015 ser taqbeż is-60 miljun għall-ewwel darba; | 
| F. | billi n-nisa u t-tfal jammontaw għal aktar minn 55 % tar-refuġjati kollha li jitilqu lejn l-Ewropa u ħafna minn dawn huma f’riskju ta’ traffikar tal-persuni, vjolenza u abbuż sesswali; billi nofs ir-refuġjati tad-dinja huma tfal; billi fl-2014 waslu fl-UE 25 000 refuġjat minorenni mhux akkumpanjati u 10 000 refuġjat minorenni huma rrapportati li nstabu neqsin fl-UE fl-2016; | 
| G. | billi l-migranti u r-refuġjati huma soġġetti għal status differenti skont il-liġi internazzjonali, minħabba li l-migranti, speċjalment dawk ekonomiċi, jagħżlu li jiċċaqilqu minn pajjiżhom biex itejbu ħajjithom, filwaqt li r-refuġjati jiġu sfurzati jaħarbu biex isalvaw ħajjithom jew jippreservaw il-libertà tagħhom; | 
| H. | billi l-koerenza tal-politika u l-koordinazzjoni bejn il-politiki tal-UE dwar l-azzjoni esterna, is-sigurtà, id-difiża, il-kummerċ, l-esportazzjonijiet tal-armi, it-tassazzjoni, l-agrikoltura, l-għajnuna umanitarja, il-migrazzjoni, l-ażil u l-kooperazzjoni fl-iżvilupp huma ta’ importanza kruċjali, iżda jibqgħu fil-biċċa l-kbira tagħhom mhux imwettqa; | 
| I. | billi hemm ħtieġa ċara għal approċċ komuni sabiex tiġi ttrattata ż-żieda bla preċedent fil-migrazzjoni u ċ-ċaqliq sfurzat, b’koordinazzjoni fl-UE, fir-reġjuni AKP u bejn l-UE u l-pajjiżi AKP; billi s-Summit tal-Belt Valletta, li sar fil-11 u t-12 ta’ Novembru 2015, kien pass kuraġġjuż f’din id-direzzjoni u għandu jwassal għal riżultati tanġibbli; | 
| J. | billi l-UE, il-pajjiżi AKP u l-komunità internazzjonali għandhom ikomplu jimpenjaw ruħhom li jiggarantixxu d-drittijiet fundamentali universali tal-migranti u tar-refuġjati u jiżguraw it-titjib tal-kundizzjonijiet bażiċi u tal-kapaċitajiet tal-għajxien tal-kampijiet tar-refuġjati, sabiex jevitaw il-ħruġ massiv ta’ migranti li qegħdin ifittxu kundizzjonijiet ta’ għajxien aħjar; | 
| K. | billi s-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil titlob li l-Istati Membri kollha jipprovdu kundizzjonijiet ta’ akkoljenza xierqa u ugwali għar-refuġjati; | 
| L. | billi diversi Stati Membri bħalissa jinsabu f’ġirja lejn l-iktar livell baxx f’dan il-qasam billi, pereżempju, iżommu lir-refuġjati mal-wasla tagħhom; | 
| M. | billi fil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha, adottat fis-summit tal-Belt Valletta, l-UE esprimiet l-intenzjonijiet tagħha li tkompli tintegra l-objettivi ta’ żvilupp ewlenin fil-kooperazzjoni tal-migrazzjoni esterna tagħha mal-pajjiżi Afrikani; | 
| N. | billi n-netwerks kriminali organizzati qegħdin jisfruttaw lill-immigranti billi jitolbu somom kbar ta’ flus bil-wegħda ta’ tranżitu mingħajr periklu tul il-Mediterran sabiex jidħlu fl-UE mill-fruntieri tan-nofsinhar tagħha, li ta’ spiss jirriżulta fl-imwiet traġiċi ta’ ħafna immigranti; billi l-aħjar mod biex jiġu eliminati t-traffikar tal-bnedmin u n-netwerks kriminali huwa li jiġu stabbiliti mezzi ta’ migrazzjoni legali u sikuri lejn l-Ewropa billi jingħata aċċess għall-proċeduri tal-ażil u tal-viża, inklużi viżi “umanitarji” għall-migranti minn pajjiżi li għaddejjin minn kunflitt jew kriżi umanitarja, bl-iffaċilitar tar-riunifikazzjoni tal-familja u bil-ftuħ ta’ rotot ta’ migrazzjoni legali għall-ħaddiema; | 
| O. | billi, skont l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, fl-2015 kien hemm ‘il fuq minn 3 771 persuna li ġew irrapportati mejtin jew neqsin fil-baħar Mediterran; billi t-tfal jirrappreżentaw 30 % tal-imwiet kollha rreġistrati fil-Baħar Eġew; | 
| P. | billi l-Approċċ Globali tal-UE għall-Migrazzjoni, bis-Sħubiji tal-Mobbiltà tiegħu, għandu l-għan li jiffaċilita l-mobbiltà legali, bejn u fil-kontinenti tagħna, speċjalment ta’ studenti, professuri u riċerkaturi, iżda wkoll tal-ħaddiema u għall-iskop ta’ riunifikazzjoni tal-familja, u wera li huwa xprunatur b’saħħtu għall-iżvilupp u t-tnaqqis tal-faqar, u jippreżenta kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi għall-partijiet kollha kkonċernati; | 
| Q. | billi l-wirt kolonjali, l-attrazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u tal-benefiċċji f’ħafna ekonomiji tal-UE żviluppati ħafna, id-domanda għax-xogħol tas-sengħa, il-prospett ta’ impjiegi mħallsin aħjar u l-inkoraġġiment mogħti mid-dijaspora ta’ ħafna popli Afrikani lil familja u ħbieb biex isiru migranti, huma wħud mill-fatturi ta’ attrazzjoni li jikkawżaw il-migrazzjoni mill-Istati Afrikani lejn l-UE; | 
| R. | billi d-dmir tal-Istati huwa li jippromwovu u jipproteġu b’mod effettiv id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tal-migranti kollha f’konformità mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, mal-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Istatus tar-Refuġjati u mal-istrumenti internazzjonali li għalihom huma parti; | 
| S. | billi ħafna Stati Membri tal-UE għandhom ukoll ħtieġa reali ta’ immigrazzjoni għal raġunijiet demografiċi u ekonomiċi u għall-promozzjoni ta’ rabtiet kulturali; billi l-Ewropa bbenefikat ħafna mill-migrazzjoni u l-ażil f’termini ta’ diversità kulturali, skambju interkulturali u produttività; billi jeħtieġ li jsir ħafna aktar fl-UE u fl-Istati Membri tagħha sabiex tinkiseb inklużjoni olistika, ekonomika, soċjali u kulturali ikbar tal-migranti u r-refuġjati li jaslu; | 
| T. | billi l-Forum Globali dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp (GFMD) iqis il-promozzjoni tal-migrazzjoni ċirkolari bħala wieħed mill-mezzi ewlenin sabiex jiżdied il-kontribut tal-migrazzjoni internazzjonali għall-iżvilupp, minħabba li tipprovdi gwadanji lill-pajjiżi ta’ oriġini u tad-destinazzjoni, kif ukoll lill-migranti nfushom; | 
| U. | billi l-migranti u r-refuġjati, partikolarment nisa u tfal, huma vulnerabbli għall-isfruttament minn gruppi responsabbli mit-traffikar tal-bnedmin; | 
| 1. | Temmen li huwa dritt inaljenabbli ta’ kull persuna li temigra biex taħrab mill-persekuzzjoni jew biex tfittex kundizzjonijiet ta’ għajxien aħjar għaliha nnifisha u għal dawk qrib tagħha, skont l-Artikolu 13 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 12 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi; tenfasizza li, filwaqt li dan huwa dritt fundamentali li kulħadd għandu jibbenefika minnu bil-libertà kollha, bħalissa huma biss ċerti ċittadini li jistgħu jeżerċitawh; | 
| 2. | Tikkundanna bil-qawwa kollha l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li qed jitwettaq fil-konfront tal-migranti, b’mod partikolari atti ta’ vjolenza, koerċizzjoni mhux ġustifikata u detenzjoni arbitrarja; tafferma li l-politiki kollha dwar il-migrazzjoni u l-ażil għandhom ipoġġu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-qalba tagħhom, fi sforz sabiex jevitaw il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-delitti tal-gwerra li ta’ spiss iwasslu għal ċaqliq sfurzat tal-popolazzjoni, kif ukoll jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem tar-refuġjati u tal-migranti li jkunu ċċaqilqu minn pajjiżhom; | 
| 3. | Tħeġġeġ lill-UE u lill-pajjiżi AKP jingħaqdu flimkien biex jipprovdu rispons ġenwin għall-kriżi tal-migrazzjoni attwali u tevita kriżijiet futuri, li jista’ jinkiseb biss permezz tal-indirizzar tal-kawżi fundamentali, fosthom il-faqar, l-instabbiltà, il-vjolenza ġeneralizzata, il-gwerer, il-persekuzzjoni, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-diżastri naturali, kif ukoll billi jiġi rikonoxxut u mifhum li l-migranti ekonomiċi, il-vittmi ta’ persekuzzjoni soċjali jew politika u l-migranti tal-gwerra jikkawżaw sfidi differenti, li jirrikjedu rispons differenti; | 
| 4. | Tilqa’ l-adozzjoni, f’Settembru 2015, tal-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli, inklużi l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha, u l-impenn tal-Istati kollha sabiex “jiffaċilitaw il-migrazzjoni u l-mobbiltà ordnati, sikuri, regolari u responsabbli tal-persuni permezz tal-implimentazzjoni ta’ politiki ppjanati u ġestiti tajjeb dwar il-migrazzjoni”; temmen li l-implimentazzjoni tal-SDGs ser tkun opportunità għall-promozzjoni tal-koerenza ma’ objettivi ta’ żvilupp aktar fit-tul; tħeġġeġ, għalhekk, lill-UE u lill-pajjiżi AKP jadottaw u jimplimentaw b’mod sħiħ l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli, biex b’dan il-mod jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni permezz ta’ approċċ olistiku u integrat li jiggarantixxi l-inklużjoni u r-responsabbilizzazzjoni ta’ dawk l-aktar vulnerabbli; tistieden lill-komunità internazzjonali biex tadotta indikaturi li jistgħu jitkejlu għall-SDGs dwar il-migrazzjoni, kif ukoll biex tiġbor u tippubblika dejta diżaggregata dwar l-aċċess tal-migranti għal xogħol deċenti, għall-kura tas-saħħa u għall-edukazzjoni, speċjalment fil-pajjiżi ta’ destinazzjoni li għadhom qegħdin jiżviluppaw, sabiex titjieb il-governanza tal-migrazzjoni; | 
| 5. | Tħeġġeġ lill-UE u lill-pajjiżi AKP iżommu lura milli joħolqu ostakoli għall-persuni b’diżabilità fil-politiki kollha relatati mal-migrazzjoni, b’kunsiderazzjoni taż-żieda tal-vulnerabbiltajiet u l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni b’diżabilità qabel, waqt u wara l-migrazzjoni; tappella lill-UE sabiex tiżgura l-aċċessibbiltà u l-inklużività tal-linji politiċi tagħha dwar il-migrazzjoni għall-persuni b’diżabilità, skont l-Osservazzjonijiet Konklużivi dwar l-UE tal-Kumitat tan-NU għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità; | 
| 6. | Tappella lill-UE sabiex terġa’ tivvaluta l-assistenza għall-iżvilupp tagħha lill-pajjiżi li huma sors ta’ migrazzjoni ekonomika u sabiex tgħin fil-ħolqien ta’ kundizzjonijiet tajbin sabiex in-nies ikunu jistgħu jibqgħu u jkollhom għajxien xieraq fil-pajjiżi tal-oriġini tagħhom; | 
| 7. | Tinnota li l-istabbiliment ta’ miżuri ta’ rilokazzjoni urġenti huwa pass fid-direzzjoni t-tajba; jiddispjaċiha, madankollu, li l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri miexja bil-mod wisq, li hemm nuqqas ta’ riżorsi suffiċjenti biex tiġi indirizzata l-kriżi tar-refuġjati u nuqqas ta’ rieda min-naħa tal-Istati Membri sabiex jipparteċipaw b’mod attiv fil-proċess ta’ rilokazzjoni; tistieden lill-Istati Membri kollha jissodisfaw l-obbligi tagħhom mill-aktar fis possibbli; | 
| 8. | Tistieden lill-partijiet jelaboraw politika dwar il-migrazzjoni konkreta u strateġija fit-tul definita tajjeb dwar ir-riammissjoni u r-risistemazzjoni, kif ukoll li jikkooperaw ma’ pajjiżi terzi fl-indirizzar tal-kawżi primarji taċ-ċaqliq, bħall-kunflitti, it-terroriżmu, id-diskriminazzjoni, il-faqar, id-degradazzjoni ambjentali, il-ħtif tal-art, in-nuqqas ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva, il-korruzzjoni u l-governanza ħażina, sabiex jilħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli; tiddeplora l-approċċ żbilanċjat tal-UE għall-migrazzjoni, li jikkonsisti fil-prijoritizzazzjoni tal-ġlieda kontra l-migrazzjoni “irregolari”, waqt li ma tagħtix biżżejjed attenzjoni lill-opportunitajiet ta’ mobbiltà u migrazzjoni legali; | 
| 9. | Tenfasizza l-ħtieġa kbira għal miżuri effettivi sabiex jiġu indirizzati l-kuntrabandu u t-traffikar tal-migranti, kif ukoll sabiex in-netwerks kriminali involuti f’dawn il-fenomeni jitressqu quddiem il-qrati tal-ġustizzja; | 
| 10. | Tqis li huwa possibbli u neċessarju li tiġi llimitata t-tbatija kontinwa u li jiġi evitat it-telf inaċċettabbli ta’ ħajjiet billi jitwaqqfu u jiġu implimentati malajr modi legali u sikuri ta’ dħul għar-refuġjati; | 
| 11. | Tilqa’ t-tnedija ta’ pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar ir-ritorn, li jistabbilixxi strateġija għat-titjib tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi dwar il-ftehimiet ta’ ritorn u riammissjoni; tinsisti li l-kooperazzjoni tal-UE mal-pajjiżi AKP għandha tiffoka kemm fuq it-tisħiħ tal-kapaċità ta’ dawn tal-aħħar li jwieġbu malajr għat-talbiet ta’ riammissjoni, kif ukoll fuq l-iffaċilitar tal-identifikazzjoni taċ-ċittadini rispettivi tagħhom; tfakkar li l-ftehimiet ta’ riammissjoni għandhom jimxu id f’id mar-riintegrazzjoni sostenibbli tal-persuni rimpatrijati u tħeġġeġ, għalhekk, lill-UE u lill-pajjiżi AKP sabiex jinvestu aktar f’miżuri li jtejbu l-kapaċitajiet tal-pajjiżi tal-oriġini f’dak li għandu x’jaqsam mar-riammissjoni u r-riintegrazzjoni taċ-ċittadini tagħhom; | 
| 12. | Tfakkar li l-għan finali ta’ kwalunkwe politika komuni dwar il-migrazzjoni ma għandux ikun biss li tindirizza l-isfidi tal-migrazzjoni irregolari, iżda, aktar importanti minn hekk, li tieħu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet li joffru l-flussi tal-migrazzjoni legali kemm lill-pajjiżi tal-oriġini kif ukoll lill-pajjiżi tad-destinazzjoni; | 
| 13. | Tenfasizza l-importanza tal-mobbiltà, speċjalment għal finijiet ta’ edukazzjoni u impjiegi, fil-kuntest tal-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, speċjalment b’rabta mat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet; tfakkar li l-migranti jistgħu jikkontribwixxu direttament għall-iżvilupp tal-pajjiż tal-oriġini tagħhom permezz tat-trasferiment tal-għarfien, tal-kompetenzi u tal-ħiliet li kisbu u tinkoraġġixxi, f’dan ir-rigward, lill-Istati AKP u tal-UE sabiex jikkunsidraw li jikkonkludu ftehimiet dwar il-migrazzjoni ċirkolari; tappella, għalhekk, lill-UE sabiex tiżgura li l-kunċett ta’ Sħubiji għall-Mobbiltà tal-UE jkun strument mhux biss għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, iżda wkoll għat-tisħiħ tal-koerenza bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp; | 
| 14. | Tfakkar li l-promozzjoni tal-iskemi ta’ migrazzjoni ċirkolari u l-iffirmar ta’ ftehim dwar il-faċilitazzjoni tal-viżi, speċjalment għal studenti, professuri, riċerkaturi u għall-fini ta’ riunifikazzjoni tal-familja, huma l-aħjar mod kif tiġi miġġielda l-problema tal-isfruttar tal-migranti min-netwerks kriminali organizzati; | 
| 15. | Tenfasizza l-importanza tad-drittijiet tal-migranti u tal-ħaddiema migranti li jevitaw l-isfruttament fil-forom kollha tiegħu, inklużi t-traffikar tal-bnedmin u x-xogħol sfurzat u, f’dan ir-rigward, tenfasizza l-ħtieġa li l-uffiċjali tal-fruntieri u tal-infurzar tal-liġi jingħataw taħriġ sabiex ikunu kapaċi jagħrfu s-sinjali ta’ sfruttament u jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jindirizzawh, kemm fil-pajjiżi riċeventi kif ukoll fil-pajjiżi mittenti; tiddikjara, f’dan ir-rigward, li t-traffikanti tal-bnedmin joffru stampa mgħawġa lil ħafna migranti u refuġjati; ittenni l-importanza tal-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, l-eradikazzjoni tal-fluss tal-flus u ż-żarmar tan-netwerks, minħabba li dan ikollu effett pożittiv fuq is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tar-refuġjati u tal-migranti f’pajjiżi terzi; | 
| 16. | Tħeġġeġ approċċ ikkoordinat fil-mobilizzazzjoni tar-riżorsi meħtieġa sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni mwiegħra tal-migranti u tar-refuġjati fl-Istati Membri tal-UE jew fi triqithom lejhom, billi tingħata attenzjoni partikolari lil gruppi aktar vulnerabbli, bħal minorenni mhux akkumpanjati u persuni b’diżabilità; tenfasizza l-importanza li jinħolqu rotot sikuri u faċilitajiet ta’ akkoljenza u pproċessar xierqa għar-refuġjati u għall-migranti tul il-vjaġġ tagħhom u mal-wasla tagħhom fl-UE, li jkunu jissodisfaw standards umanitarji adegwati u jiddefendu n-normi tad-drittijiet tal-bniedem; tistieden lill-pajjiżi AKP u lill-pajjiżi Ewropej jikkooperaw aktar mill-qrib fil-ġlieda kontra n-netwerks ta’ kuntrabandisti; | 
| 17. | Tenfasizza li n-nefqa relatata mas-sigurtà tagħha hija partikolarment rilevanti għall-isforzi attwali sabiex tiġi indirizzata, b’mod komprensiv, ir-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp u jintlaħaq l-Għan 16 tal-Aġenda għall-Iżvilupp 2030; temmen li l-promozzjoni tal-paċi, tas-sigurtà u tal-ġustizzja fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw hija importanti ħafna jekk irridu li jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-faqar; tenfasizza, madankollu, li tali finanzjament, li ma jikkostitwixxix Għajnuna Uffiċjali għall-Iżviluppp, għandu jiġi minn strumenti oħrajn għajr l-Istrument ta’ Kooperazzjoni għall-Iżviluppjew il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ); | 
| 18. | Tenfasizza l-fatt li n-nisa u l-bniet refuġjati jiffaċċjaw theddidiet, sfidi u ostakoli bbażati fuq il-ġeneru tagħhom u li kwalunkwe politika ta’ għajnuna umanitarja, akkoljenza jew ażil għandha, għaldaqstant, tkun sensittiva għall-ġeneru, b’riżorsi u taħriġ allokati għall-indirizzar taċ-ċirkostanzi speċifiċi għall-ġeneru; | 
| 19. | Tenfasizza li t-tfal refuġjati huma partikolarment vulnerabbli tul il-vjaġġi tagħhom, billi huma jiffaċċjaw ħtif, sfruttament u abbuż, u tħeġġeġ lill-partijiet kollha sabiex jieħdu azzjoni bil-għan li jagħtu protezzjoni lit-tfal refuġjati, u sabiex jiddefendu d-drittijiet tagħhom, inkluż id-dritt li jkollhom aċċess għall-edukazzjoni; | 
| 20. | Tappoġġja t-trasformazzjoni tal-Frontex fi Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta komprensiva; tappoġġja wkoll żieda sostanzjali fil-baġit tal-aġenzija; | 
| 21. | Tappella sabiex ikun hemm djalogu politiku, fil-kuntest tal-politika dwar il-migrazzjoni, bejn l-UE, il-pajjiżi tal-oriġini u l-pajjiżi ta’ tranżitu, sabiex jingħata appoġġ lill-gvernijiet tal-pajjiżi msieħba tal-UE fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-kuntrabandisti; | 
| 22. | Tfakkar fl-importanza tar-rimessi tal-migranti u tistieden lill-pajjiżi AKP u tal-UE jdaħħlu modi orħos ta’ kif jittrażmettu r-rimessi; | 
| 23. | Tħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-gvernijiet ta’ Stat parti jaħdmu mal-atturi tas-soċjetà ċivili lokali, nazzjonali u transnazzjonali kemm fir-rigward tat-taffija tal-kawżi taċ-ċaqliq, kif ukoll l-effetti tal-migrazzjoni fuq il-pajjiżi AKP u fuq l-Istati Membri tal-UE; | 
| 24. | Tappella lill-partijiet sabiex japplikaw mingħajr dewmien id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Belt Valletta għall-konklużjoni ta’ ftehimiet dwar il-faċilitazzjoni tal-viżi u sabiex jużaw il-qafas legali tal-proċessi ta’ Rabat u Kartum b’mod strumentali bil-għan li jilħqu din il-mira; tinsisti li l-involviment fil-proċess ta’ Kartum ma għandux idgħajjef l-isforzi sabiex jiġi indirizzat il-ksur kontinwu tal-liġi umanitarja u tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż mill-gvernijiet, li huma parti mill-kawżi taċ-ċaqliq sfurzat; tafferma li dawn il-proċessi għandhom ikunu kompatibbli ma’ strateġija fit-tul sabiex jitwaqqfu darba għal dejjem il-kunflitti u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-reġjuni affettwati; | 
| 25. | Tfaħħar b’mod partikolari d-dispożizzjoni ta’ Valletta li jiġi rdoppjat in-numru ta’ boroż ta’ studju għal studenti u persunal akkademiku permezz tal-Programm Erasmus+ għall-2016 appoġġjat mill-UE, meta mqabbel mal-2014; tappella għal żieda oħra ta’ dawn il-boroż ta’ studju; | 
| 26. | Tistieden lill-partijiet kollha jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipju tal-koerenza tal-politika għall-iżvilupp fil-politiki tagħhom dwar il-migrazzjoni u, b’mod partikolari, fl-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, filwaqt li jżommu f’moħħhom, f’dan ir-rigward, ir-rabta bejn il-politiki interni u esterni u, b’hekk, ir-relazzjoni bejn il-politiki fil-qasam tal-migrazzjoni u tal-iżvilupp, minn naħa waħda, u l-politiki attwali fil-qasam tal-impjiegi u tal-protezzjoni soċjali fl-Istati Membri, min-naħa l-oħra; | 
| 27. | Tinnota l-istabbiliment tal-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza tal-UE għall-istabbiltà u li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari u taċ-ċaqliq tan-nies fl-Afrika (“Fond Fiduċjarju”), strument li għandu jiġġieled id-destabbilizzazzjoni, iċ-ċaqliq sfurzat u l-migrazzjoni irregolari, inkluż provvediment ta’ EUR 1,8 biljun minn fondi tal-UE u EUR 81 miljun mill-Istati Membri tal-UE; tinsisti li r-riżorsi taħt dan il-fond għandhom jiġu ddedikati lis-sostenn tal-proġetti ta’ għajnuna rilevanti; tenfasizza li l-flus għall-iżvilupp ma għandhomx jintużaw għall-kooperazzjoni fuq il-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn, jew għall-kontrolli tal-ftehimiet ta’ riammissjoni minn pajjiżi terzi; tistieden lill-Kummissjoni tiżgura b’mod sħiħ ir-responsabbiltà politika u ttejjeb it-trasparenza finanzjarja tal-Fond Fiduċjarju, u konsistentement tapplika l-prinċipji tal-effettività tal-għajnuna maqbula internazzjonalment, bħas-sjieda demokratika u l-allinjament; tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jikkontribwixxu għall-Fond Fiduċjarju, u tenfasizza li l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-proġetti u tal-programmi ffinanzjati, flimkien ma’ valutazzjoni tal-impatt ta’ dan il-fond, ser ikunu essenzjali sabiex ikun żgurat li l-fond jaqdi l-iskop tiegħu, jiġifieri li jgħin lil dawk fil-bżonn u mhux jiffinanzja lill-gvernijiet responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; | 
| 28. | Tappella lill-Istati Membri jirrispettaw l-impenji magħmula fil-kuntest tal-finanzjament tal-fondi fiduċjarji u b’rabta ma’ impenji oħrajn ta’ għajnuna umanitarja; tfakkar li l-UNHCR ċertament ma għandux biżżejjed fondi sabiex jindirizza l-kriżijiet umanitarji; tistieden lill-UE żżid l-impenji tagħha fuq ir-risistemazzjonijiet u timplimenta d-deċiżjoni meħuda waqt il-konferenza ta’ Addis Ababa dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp sabiex tintlaħaq il-mira li jitwarrab bejn 0,15 % u 0,2 % tad-dħul nazzjonali gross tagħhom għall-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp lill-pajjiżi l-inqas żviluppati fuq perjodu ta’ żmien qasir; | 
| 29. | Tenfasizza li waħda mill-kawżi fundamentali ewlenin tal-migrazzjoni massiva, fost ħafna oħrajn, hija t-tibdil fil-klima u l-impatt tiegħu permezz ta’ diżastri naturali; twissi li l-flussi massivi ta’ migrazzjoni minħabba d-diżastri naturali ser jiżdiedu fil-ġejjieni; ittenni li huwa meħtieġ approċċ olistiku għall-konnessjonijiet kumplessi bejn it-tibdil fil-klima u n-nies li jaħarbu minn pajjiżhom, abbażi wkoll tal-għarfien espert li jista’ jipprovdi l-Osservatorju tal-AKP dwar il-Migrazzjoni; temmen li dan l-approċċ integrat għandu jikkunsidra, fost affarijiet oħra, is-sigurtà, l-agrikoltura, id-degradazzjoni ambjentali u l-iżvilupp urban/rurali sostenibbli; titlob, b’mod aktar ġenerali, li t-tibdil fil-klima jiġi integrat b’mod sistematiku fil-linji politiċi esterni kollha u, b’mod partikolari, fil-linji politiċi dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp; | 
| 30. | Tappella sabiex jiġi stabbilit qafas legali internazzjonali li jiddefinixxi l-istatus ta’ “refuġjat minħabba l-klima”; temmen li l-Unjoni u l-pajjiżi AKP jista’ jkollhom rwol ewlieni fil-produzzjoni ta’ qafas bħal dan; | 
| 31. | Tappella sabiex il-kwistjoni tar-refuġjati minħabba l-klima tiġi indirizzata permezz ta’ miżuri li jestendu l-istrumenti legali jew il-prinċipji eżistenti li jippermettu soluzzjoni koerenti u vinkolanti; tistieden lill-UE tipprovdi l-fondi għall-finanzjament għall-klima mwiegħda mill-UE fl-imgħoddi, sabiex jiġi ssodisfat l-objettiv komuni tal-mobilizzazzjoni ta’ USD 100 biljun fis-sena sal-2020 sabiex jissupplimentaw l-għajnuna għall-iżvilupp tradizzjonali; | 
| 32. | Tfaħħar l-appoġġ tal-UE għall-Inizjattiva ta’ Nansen u għall-Aġenda relatata ta’ Nansen dwar il-Protezzjoni, li jiffokaw fuq il-protezzjoni tan-nies imċaqilqa tul il-fruntieri fil-kuntest tad-diżastri kkawżati minn perikli naturali, inklużi dawk marbuta mat-tibdil fil-klima; tinkoraġġixxi r-rinfurzar ulterjuri tal-Alleanza Globali Kontra t-Tibdil fil-Klima maħluqa mill-UE sabiex tgħin lill-pajjiżi foqra li qegħdin jiżviluppaw u li huma l-aktar vulnerabbli għat-tibdil fil-klima jżidu l-kapaċitajiet tagħhom sabiex jadattaw għall-effetti tiegħu; | 
| 33. | Tħeġġeġ li s-suġġett tat-tibdil fil-klima u tal-migrazzjoni jiġi inkluż fil-qafas tad-Djalogu bejn l-AKP u l-UE dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp; | 
| 34. | Tistieden lill-UE talloka b’urġenza, fl-Azzjoni tal-Migrazzjoni AKP-UE, assistenza teknika lill-pajjiżi AKP rilevanti fuq aspetti relatati mat-tibdil fil-klima u l-migrazzjoni, li qed issir dejjem aktar kruċjali għalihom, kemm bħala strateġija ta’ adattament kif ukoll għall-prevenzjoni tad-diżastri; | 
| 35. | Tistieden lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lill-pajjiżi AKP jestendu l-għajnuna umanitarja fil-qasam sabiex jippromwovu s-sigurtà tal-komunitajiet ippersegwitati fl-artijiet tagħhom; | 
| 36. | Tirrikonoxxi li l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u l-bini ta’ stat ibbażat fuq istituzzjonijiet demokratiċi, b’saħħithom u trasparenti jikkontribwixxu bil-qawwa għall-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni sfurzata; tistieden lill-UE u lill-partijiet ikkonċernati internazzjonali kollha jtejbu l-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-istrumenti intiżi għal djalogu politiku kontinwu; | 
| 37. | Tagħti istruzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha sabiex jibagħtu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill Ewropew, lill-Unjoni Afrikana, lill-Parlament Pan-Afrikan, lill-parlamenti reġjonali u nazzjonali tal-pajjiżi AKP u tal-Istati Membri tal-UE u lill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-pajjiżi tal-AKP. | 
RIŻOLUZZJONI (9)
dwar is-sitwazzjoni ta’ qabel l-elezzjoni u tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,
| — | li ltaqgħet f’Windhoek (in-Namibja) bejn it-13 u l-15 ta’ Ġunju 2016, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b’mod partikolari r-Riżoluzzjoni 2198 (2015) dwar it-tiġdid tar-reġim tas-sanzjonijiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-mandat tal-Grupp ta’ Esperti u r-Riżoluzzjoni 2277 (2016) li ġeddet il-mandat tal-Missjoni ta’ Stabbilizzazzjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUSCO) għal sena, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Ftehim ta’ Sħubija rivedut ta’ Cotonou, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli ta’ Ġunju 1981, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza, | 
| — | wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjonijiet ta’ Nairobi ta’ Diċembru 2013, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Ftehim Qafas għall-Paċi, is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u r-Reġjun, li ġie ffirmat f’Addis Ababa fi Frar 2013, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Grupp ta’ Esperti tan-NU dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo tat-12 ta’ Jannar 2015, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-rapport annwali tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, li ġie ppubblikat fis-27 ta’ Lulju 2015, dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-attivitajiet tal-Uffiċċju Konġunt tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, | 
| — | wara li kkunsidrat id-dikjarazzjoni tad-9 ta’ Novembru 2015 mill-President tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-rapporti tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-Missjoni ta’ Stabbilizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas għall-Paċi, is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u r-Reġjun, | 
| — | wara li kkunsidrat l-istqarrija għall-istampa tas-16 ta’ Frar 2016 maħruġa mill-Unjoni Afrikana, in-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Internazzjonali La Francophonie dwar il-ħtieġa ta’ djalogu politiku inklużiv fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-impenn tagħhom li jappoġġjaw lill-awtoritajiet Kongoliżi fl-isforzi tagħhom sabiex jikkonsolidaw id-demokrazija fil-pajjiż, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament Ewropew dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b’mod partikolari dawk tad-9 ta’ Lulju 2015, tas-17 ta’ Diċembru 2015 u tal-10 ta’ Marzu 2016, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo tat-23 ta’ Mejju 2016, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, li ġie adottat mill-Kunsill tal-UE fit-22 ta’ Ġunju 2015, | 
| — | wara li kkunsidrat id-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u tal-kelliem tagħha dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b’mod partikolari dawk tal-25 ta’ Jannar 2015 u tat-12 ta’ Ottubru 2015, | 
| — | wara li kkunsidrat id-dikjarazzjonijiet tal-UE fil-livell lokali tal-21 ta’ Ottubru 2015 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u tad-19 ta’ Novembru 2015 wara t-tnedija tad-djalogu nazzjonali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, rispettivament, | 
| — | wara li kkunsidrat l-istqarrija għall-istampa konġunta maħruġa fit-2 ta’ Settembru 2015 mit-Tim ta’ Mibgħuta u Rappreżentanti Internazzjonali għar-reġjun tal-Lagi l-Kbar tal-Afrika dwar l-elezzjonijiet fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Kostituzzjoni Kongoliża tat-18 ta’ Frar 2006, | 
| — | wara li kkunsidrat l-Artikolu 18(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha, | 
| A. | billi Joseph Kabila ilu l-President tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo mill-2001; billi l-elezzjonijiet leġiżlattivi u presidenzjali li jmiss huma skedati li jsiru f’Novembru 2016 u l-mandat tal-President Kabila jiġi fi tmiemu fl-20 ta’ Diċembru 2016; billi l-mandat tal-President tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo huwa limitat, skont il-Kostituzzjoni Kongoliża, għal żewġ termini biss; | 
| B. | billi fil-15 ta’ April 2016 il-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali Indipendenti (CENI) ddikjarat li l-proċess ta’ tħejjija ta’ reġistru elettorali ġdid ser jibda f’Lulju 2016 u jista’ jieħu tliet snin; billi fit-18 ta’ Marzu 2016 ħabbret li ma setgħetx torganizza l-elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi kif ippjanat, filwaqt li, għall-kuntrarju, l-Organizzazzjoni Internazzjonali la Francophonie ssostni li ser ikun possibbli li taġġorna r-reġistri elettorali fi żmien tliet xhur; | 
| C. | billi din is-sitwazzjoni wasslet biex isiru akkużi mill-oppożizzjoni politika fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo li l-President Kabila u l-Gvern tiegħu pprovaw jużaw mezzi tekniċi u amministrattivi sabiex idewmu l-elezzjonijiet u jibqgħu fil-poter wara t-tmiem tal-mandat kostituzzjonali tagħhom; | 
| D. | billi tentattiv inizjali sabiex tiġi emendata l-liġi elettorali tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b’mod partikolari l-Artikolu 8, falla fl-2015 minħabba oppożizzjoni qawwija u mobilizzazzjoni tas-soċjetà ċivili; billi dawn it-tentattivi kkawżaw tensjoni politika, inkwiet u vjolenza fil-pajjiż; | 
| E. | billi l-elezzjonijiet leġiżlattivi u presidenzjali li jmiss huma ta’ importanza kruċjali u t-twettiq tagħhom b’mod paċifiku, trasparenti u f’waqtu jikkontribwixxi bil-kbir għall-konsolidazzjoni tal-progress li sar fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo fuq medda ta’ aktar minn għaxar snin; | 
| F. | billi, f’Ġunju 2014, l-UE bagħtet missjoni elettorali ta’ segwitu fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li rrimarkat li hemm bżonn ta’ reġistru elettorali aġġornat, kundizzjonijiet għal kompetizzjoni ġusta bejn il-kandidati, protezzjoni aktar qawwija tal-libertajiet ċivili, sistema ġusta ta’ arbitraġġ għat-tilwim elettorali u sforzi sabiex titwaqqaf l-impunità; | 
| G. | billi, fit-28 ta’ Novembru 2015, il-President Kabila talab djalogu nazzjonali; billi, sussegwentement, l-Unjoni Afrikana ħatret lill-eks Prim Ministru Togoliż Edem Kodjo bħala faċilitatur tad-djalogu politiku nazzjonali; billi żewġ gruppi kbar fl-oppożizzjoni (G7 u la Dynamique de l’opposition) ma laqggħux il-konklużjonijiet finali tas-Sur Kodjo minħabba li skont huma ma jirriflettux is-sitwazzjoni attwali fil-prattika u, sal-lum, għadhom qegħdin jirrifjutaw li jipparteċipaw f’dan id-djalogu minħabba li jqisu li dan la huwa miftuħ, la inklużiv u lanqas demokratiku, iżda sempliċiment tattika ta’ dewmien; | 
| H. | billi l-Unjoni Afrikana, in-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Internazzjonali La Francophonie enfasizzaw b’mod konġunt l-importanza ta’ djalogu u t-tfittxija għal ftehim bejn l-atturi politiċi li jirrispetta d-demokrazija u l-istat tad-dritt, u ħeġġew lill-atturi politiċi kollha tal-Kongo biex jestendu l-kooperazzjoni sħiħa tagħhom għal Edem Kodjo; | 
| I. | billi f’dawn l-aħħar ftit xhur il-gruppi favur id-drittijiet tal-bniedem ripetutament irrapportaw dwar id-deterjoment tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda fil-pajjiż, inkluż l-użu ta’ forza eċċessiva kontra dimostranti paċifiċi, ġurnalisti, mexxejja politiċi u oħrajn li opponew għal attentati biex jippermettu lill-President Kabila jibqa’ fil-poter wara l-limitu ta’ żewġ termini mogħtija b’mandat lilu mill-kostituzzjoni; | 
| J. | billi xi atti ta’ ripressjoni wasslu biex inqatlu jew korrew in-nies; billi f’xi każijiet oħrajn kien hemm nies li sfaw arbitrarjament arrestati jew ipproċessati għal motivi politiċi; billi huwa rrapportat li l-libertà tal-istampa hija limitata permezz ta’ theddidiet u attakki kontra l-ġurnalisti, kif stabbilit minn Reporters Without Borders and Journalists in Danger (“Reporters Mingħajr Fruntieri u Ġurnalisti fil-Periklu”), li elenkaw 72 każ ta’ attakki fuq ġurnalisti u l-mezzi tal-komunikazzjoni, kif ukoll mill-għeluq ta’ mezzi tal-midja; billi n-NU u xi organizzazzjonijiet oħrajn li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem iddikjaraw li għadd kbir ta’ abbużi tad-drittijiet tal-bniedem saru minn uffiċjali tal-Istat u li kien hemm biss progress limitat fit-tressiq tal-awturi ewlenin ta’ dawn l-abbużi quddiem il-qrati tal-ġustizzja; | 
| K. | billi s-sitwazzjoni tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo qed tkompli tiddeterjora, speċjalment fil-partijiet tal-lvant u tax-xlokk tal-pajjiż, b’għadd kbir ta’ każijiet irrapportati ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi internazzjonali, inklużi attakki mmirati kontra persuni ċivili, eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, ħtif ta’ persuni, reklutaġġ u użu ta’ tfal minn gruppi armati u vjolenza mifruxa sesswali u fuq il-bażi tal-ġeneru; billi, fir-rigward tal-vjolenza sesswali, in-NU rrimarkat l-azzjoni sinifikanti meħuda mill-awtoritajiet Kongoliżi, inklużi 20 proċess ġudizzjarju fix-xhur li għaddew, li fihom 19-il uffiċjal tal-armata nstabu ħatja ta’ stupru; | 
| L. | billi l-aġenziji umanitarji huma tal-fehma li l-instabbiltà politika qed titfa’ lill-pajjiż f’kaos u twassal lill-popolazzjoni tiegħu, diġà mdgħajfa mill-kriżijiet passati u preżenti differenti, biex tegħreq f’faqar estrem u insigurtà, b’7,5 miljun ruħ bħalissa jeħtieġu l-għajnuna; billi l-kunflitt u l-operazzjonijiet militari li għaddejjin ikkawżaw ukoll iċ-ċaqliq intern ta’ 1,5 miljun persuna u ġiegħlu lil 500 000 persuna jaħarbu mill-pajjiż; | 
| M. | billi l-Programm Indikattiv Nazzjonali 2014-2020 għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b’finanzjament ta’ EUR 620 miljun taħt il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, jagħti prijorità lit-tisħiħ tal-governanza u tal-istat tad-dritt, inklużi r-riformi tal-ġudikatura, tal-pulizija u tal-armata; | 
| N. | billi l-Istati Uniti tal-Amerika u r-Renju Unit iddikjaraw fit-13 ta’ Mejju 2016 li kienu qegħdin jipprevedu l-possibbiltà li jikkoordinaw mal-imsieħba Ewropej u internazzjonali tagħhom fl-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet immirati biex jiskoraġġixxu lil dawk li ħadu sehem f’azzjonijiet jew politiki li jimminaw il-proċessi demokratiċi jew l-istituzzjonijiet fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo; | 
| O. | billi l-aċċess għar-riżorsi naturali u l-isfruttament tagħhom għad għandhom rwol importanti fiż-żieda tal-kunflitti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u fir-reġjun; | 
| 1. | Hija profondament imħassba minħabba s-sitwazzjoni dejjem aktar instabbli fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, f’kuntest pre-elettorali ta’ tensjoni; tistieden, b’rabta ma’ dan, lill-awtoritajiet Kongoliżi jaġġornaw ir-reġistru tal-votanti u jippreżentaw, mingħajr aktar dewmien, kalendarju elettorali u baġit kredibbli u ġust għall-elezzjonijiet leġiżlattivi u presidenzjali, b’rispett sħiħ għall-perjodu taż-żmien u d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali; tinnota b’sodisfazzjon ir-rieda tal-UE u tal-komunità internazzjonali li jipprovdu appoġġ għall-proċess elettorali tal-Kongo, jekk ikun meħtieġ, diment li jiġu rrispettati l-prerekwiżiti msemmija fuq; | 
| 2. | Tappella sabiex l-elezzjonijiet isiru f’waqthom u b’suċċess, u dawns se jkunu kruċjali għall-istabbiltà fit-tul u għall-iżvilupp tal-pajjiż u tar-reġjun kollu; tafferma li l-elezzjonijiet għandhom isiru b’konformità sħiħa mat-test u l-ispirtu tal-Kostituzzjoni Kongoliża tal-2006, notevolment l-Artikoli 70, 73, 103, 105, 220 u 222 u skont il-prinċipji tal-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza, li r-Repubblika Demokratika tal-Kongo hija mħeġġa tirratifika mingħajr dewmien; hija tal-fehma li l-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo għandhom responsabbiltà ċara f’dan ir-rigward, kif ukoll dmir li jiggarantixxu ambjent li jwassal għal elezzjonijiet trasparenti, kredibbli u inklużivi; | 
| 3. | Tinnota l-inizjattiva tal-President Kabila li jniedi djalogu nazzjonali u tenfasizza l-importanza ta’ djalogu politiku miftuħ, inklużiv u demokratiku, li jkun aċċettat minn kulħadd, sabiex jintlaħaq qbil b’mod paċifiku fuq it-termini ta’ kalendarju u proċess elettorali kredibbli; | 
| 4. | Tistieden lill-UE u lill-UA jestendu l-kooperazzjoni sħiħa tagħhom għal djalogu inklużiv u tfittxija għal ftehim bejn l-atturi politiċi fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo li jirrispetta d-demokrazija u l-istat tad-dritt, kif ukoll ikomplu jikkoordinaw l-isforzi tagħhom fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo ma’ partijiet ikkonċernati internazzjonali oħrajn, b’mod partikolari n-NU; | 
| 5. | Tħeġġeġ lill-Gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo sabiex tagħmel aktar progress fid-demokratizzazzjoni tal-pajjiż u, għal dan il-għan, tibni b’mod attiv fuq ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapport finali tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-UE fl-2011 u fir-rapport dwar il-missjoni ta’ segwitu tal-2014; tenfasizza li n-natura u l-ammont ta’ appoġġ mill-UE għall-proċess elettorali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo għandhom jiddependu fuq il-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet inklużi f’dawn ir-rapporti; | 
| 6. | Tfakkar li l-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali Indipendenti għandha tkun istituzzjoni imparzjali u inklużiva b’riżorsi suffiċjenti li jippermettu proċess trasparenti u komprensiv; | 
| 7. | Tesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà u tad-drittijiet tal-bniedem li qiegħda tiddeterjora fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u, b’mod partikolari, dwar ir-rapporti kontinwi tal-vjolenza politika dejjem tiżdied; tinsisti fuq ir-responsabbiltà tal-gvern li jevita kull approfondiment tal-kriżi politika attwali jew eskalazzjoni tal-vjolenza u li jirrispetta u jipproteġi d-drittijiet politiċi taċ-ċittadini tiegħu, b’mod partikolari d-drittijiet tal-espressjoni, tal-assoċjazzjoni u tal-għaqda, billi dawn huma l-bażi għal ħajja politika u demokratika dinamika; | 
| 8. | Tikkundanna bil-qawwa kollha kwalunkwe użu ta’ forza u r-restrizzjonijiet u l-intimidazzjonijiet severi ffaċċjati, b’mod partikolari, minn membri tal-oppożizzjoni, dawk li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u ġurnalisti qabel iċ-ċiklu elettorali li jmiss; tappella sabiex jinħelsu l-priġunieri politiċi kollha; tappella lill-awtoritajiet Kongoliżi sabiex jiggarantixxu l-indipendenza tal-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem u jippermettulha taħdem b’mod għal kollox indipendenti, billi jagħtuha r-riżorsi meħtieġa; | 
| 9. | Tappella sabiex tinbeda investigazzjoni bir-reqqa u trasparenti mill-Gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u mill-imsieħba internazzjonali dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li seħħ riċentement, b’mod partikolari, fil-kuntest ta’ protesti elettorali, f’partijiet differenti tal-pajjiż, kif ukoll dwar il-massakri riċenti fil-Benin, fit-Tramuntana ta’ Kivu; ittenni li ma jista’ jkun hemm ebda impunità għal min ikkommetta ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u vjolenza sesswali u għal dawk responsabbli mir-reklutaġġ ta’ suldati tfal; tenfasizza li l-persuni responsabbli għal atti bħal dawn għandhom jiġu rrapportati, identifikati, imressqa quddiem il-ġustizzja u kkastigati skont il-liġi kriminali nazzjonali u internazzjonali; | 
| 10. | Tirrikonoxxi l-isforzi li għamlu l-awtoritajiet Kongoliżi fil-ġlieda kontra l-impunità u fil-prevenzjoni tal-vjolenza sesswali u tal-vjolenza fuq it-tfal, għalkemm tqis li l-progress għadu qed isir bil-mod; tistieden lill-gvern jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi, b’mod partikolari fir-rigward tan-nisa fil-lista ta’ kandidati presidenzjali; | 
| 11. | Ittenni t-tħassib serju tagħha dwar is-sitwazzjoni umanitarja allarmanti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, ikkawżata b’mod partikolari mill-kunflitti armati vjolenti fil-provinċji tal-Lvant u mill-influss ta’ madwar 245 000 refuġjat mill-Burundi minn April 2015; tfakkar li n-newtralizzazzjoni tal-gruppi armati kollha f’dan ir-reġjun tikkontribwixxi b’mod qawwi għall-paċi u l-istabbiltà; tistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jagħtu l-assistenza tagħhom lill-poplu tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-aktar sezzjonijiet vulnerabbli tal-popolazzjoni; | 
| 12. | Tilqa’ r-Riżoluzzjoni 2277 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li ġeddet il-mandat ta’ MONUSCO u saħħet il-poteri tagħha sabiex tipproteġi lill-persuni ċivili u tiddefendi d-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest elettorali; | 
| 13. | Tappella lill-UA u lill-UE jiżguraw djalogu politiku permanenti bejn il-pajjiżi tar-reġjun tal-Lagi l-Kbar sabiex jevitaw kwalunkwe destabbilizzazzjoni ulterjuri; jiddispjaċiha li sar biss progress limitat fl-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas għall-Paċi, is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni ta’ Frar 2013 u jappella lill-partijiet kollha sabiex jikkontribwixxu b’mod attiv għall-isforzi ta’ stabbilizzazzjoni; | 
| 14. | Tfakkar fl-impenn magħmul mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo skont il-Ftehim ta’ Cotonou li tirrispetta d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu l-libertà tal-espressjoni u tal-mezzi ta’ komunikazzjoni, il-governanza tajba u t-trasparenza f’karigi politiċi; tħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE jintensifikaw id-djalogu mal-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, fil-qafas tal-Artikolu 8 tal-Ftehim ta’ Cotonou, bl-iskop li jiksbu kjarifiki definittivi dwar il-proċess elettorali; | 
| 15. | Tenfasizza li, fin-nuqqas ta’ dan, tkun ir-responsabbiltà tal-UE li tniedi proċedimenti skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Cotonou u, b’mod partikolari, tidderieġi mill-ġdid l-appoġġ baġitarju lejn is-soċjetà ċivili u tikkunsidra sanzjonijiet immirati; | 
| 16. | Tenfasizza r-rwol kruċjali tal-UA fil-prevenzjoni tal-kriżijiet politiċi fl-Afrika Ċentrali u tistieden lill-mexxejja tagħha, b’mod partikolari l-Afrika ta’ Isfel, ifittxu li jiżguraw il-konformità mal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo; tħeġġeġ lill-UE tuża l-istrumenti ekonomiċi u diplomatiċi kollha għad-dispożizzjoni tagħha, inkluż l-iffirmar imminenti tal-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika, sabiex tilħaq dan l-għan; | 
| 17. | Tilqa’ l-isforz tal-awtoritajiet Kongoliżi li jimplimentaw il-leġiżlazzjoni li tipprojbixxi l-kummerċ u l-ipproċessar ta’ minerali f’żoni fejn dawn qegħdin jiġu sfruttati illegalment, bħal dawk ikkontrollati minn gruppi armati; tistieden lill-awtoritajiet Kongoliżi jsaħħu l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni maħsuba biex iġġib fi tmiemu l-isfruttar illegali tar-riżorsi minerali tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u tħeġġeġ lir-Repubblika Demokratika tal-Kongo biex tkompli bl-isforzi tagħha sabiex tikkonforma mal-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi; | 
| 18. | Tagħti istruzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha biex jibagħtu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill AKP-UE, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill tal-UE, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, lill-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-President, il-Prim Ministru u l-Parlament tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo. | 
RIŻOLUZZJONI (10)
dwar l-istupru u l-vjolenza fuq in-nisa u t-tfal f’kunflitti armati
L-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,
| — | li ltaqgħet f’Windhoek (in-Namibja) bejn it-13 u l-15 ta’ Ġunju 2016, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE ffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif rivedut, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Ottubru 2015 dwar it-tiġdid tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa fl-Iżvilupp, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Frar 2013 dwar is-57 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa: L-eliminazzjoni u l-prevenzjoni ta’ kull forma ta’ vjolenza fuq in-nisa u l-bniet, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-rapport tal-laqgħa annwali tal-Istati Membri tal-UE dwar ir-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU bit-titolu “15 years of UNSCR 1325 — looking ahead to 2015” (15-il sena ta’ UNSCR 1325 – inħarsu ‘l quddiem lejn l-2015), li saret fi Brussell fl-4 ta’ Lulju 2014, | 
| — | wara li kkunsidrat il-linji gwida tal-UE dwar il-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni kontrihom, kif ukoll il-linji gwida tal-UE dwar it-tfal u l-kunflitt armat, | 
| — | wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni tal-Istampa Konġunta mir-Rappreżentanta Għolja tal-UE Federica Mogherini, mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u minn Leila Zerrougui, Rappreżentanta Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għat-Tfal u l-Kunflitt Armat, fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali kontra l-Użu tas-Suldati Tfal, fit-12 ta’ Frar 2015, | 
| — | wara li kkunsidrat l-ittra konġunta tal-11 ta’ Settembru 2015 lill-Membri tal-Parlament Ewropew minn Federica Mogherini, Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, u Christos Stylianides, il-Kummissarju Ewropew għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra (1949) u l-protokolli addizzjonali għalihom (1977), il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (UNCRC, 1989) u l-Protokoll Fakultattiv għaliha dwar l-involviment tat-tfal f’kunflitt armat (2000) u l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (1998), | 
| — | wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta’ Diċembru 1948, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-Riżoluzzjonijiet 1325 (2000), 1820 (2008), 1888 (2009), 1889 (2009), 1960 (2010), 2106 (2013) u 2122 (2013) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-impenji u l-obbligi tal-Istati tal-UE u tal-Istati AKP skont dawk ir-riżoluzzjonijiet, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) tat-18 ta’ Diċembru 1979, | 
| — | wara li kkunsidrat il-Linji Gwida tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Refuġjati (UNHCR) dwar il-protezzjoni tar-refuġjati nisa, inklużi l-prevenzjoni ta’ u r-rispons għal vjolenza sesswali kontrihom, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-rapport annwali tar-Rappreżentanta Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għat-Tfal u l-Kunflitt Armat, Leila Zerrougui, għall-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem, ippubblikat fit-28 ta’ Diċembru 2015, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-rapporti tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tat-23 ta’ Marzu 2015 u tat-13 ta’ Jannar 2012 dwar il-vjolenza relatati mal-kunflitti, | 
| — | wara li kkunsidrat id-dokument bit-titolu “Transforming our World: The 2030 Agenda for Sustainable Development” (Nittrasformaw id-dinja tagħna: L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli), adottat fis-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fil-25 ta’ Settembru 2015, fi New York, | 
| — | wara li kkunsidrat il-projbizzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa u d-drittijiet tan-nisa għad-dinjità, il-ħajja, l-integrità, is-sigurtà u l-libertà mid-diskriminazzjoni skont il-Protokoll għall-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli u dwar id-Drittijiet tan-Nisa fl-Afrika (il-Protokoll ta’ Maputo), | 
| — | wara li kkunsidrat ir-Riżoluzzjoni 283 (2014) tal-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli dwar is-sitwazzjoni tan-nisa u tat-tfal f’kunflitt armat, | 
| — | wara li kkunsidrat ir-Raba’ Konferenza Dinjija dwar in-Nisa, li saret f’Beijing f’Settembru 1995 u d-Dikjarazzjoni ta’ Beijing u l-Pjattaforma għal Azzjoni, | 
| — | wara li kkunsidrat l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD), li saret f’Kajr fl-1994, | 
| — | wara li kkunsidrat l-Artikolu 18(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha, | 
| A. | billi l-istupru, l-iskjavitù sesswali, l-isterilizzazzjoni sfurzata u forom oħrajn ta’ vjolenza fuq in-nisa, il-bniet u t-tfal jintużaw sistematikament bħala armi tal-gwerra u billi dawn il-prattiki kienu mifruxa f’bosta kunflitti armati riċenti u attwali; billi, meta jkunu jifformaw parti minn prattika mifruxa u sistematika, l-istupru u l-iskjavitù sesswali huma rikonoxxuti skont il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra bħala delitti kontra l-umanità u bħala delitti tal-gwerra; | 
| B. | billi l-istupru issa huwa rikonoxxut ukoll bħala element tad-delitt ta’ ġenoċidju meta jitwettaq bil-ħsieb li jeqred, kompletament jew parzjalment, grupp partikolari fil-mira; | 
| C. | billi tali ksur, fil-biċċa l-kbira tiegħu, għadu mhuwiex qed jiġi rrapportat biżżejjed, u l-awturi tiegħu rari jitħarrku u jitressqu l-qorti; | 
| D. | billi minħabba n-normi sesswali profondi fl-Afrika, in-nisa u l-bniet huma partikolarment fil-mira bl-użu ta’ vjolenza sesswali, inkluż bħala mezz ta’ umiljazzjoni, dominazzjoni, trawwim ta’ biża’, tixrid u/jew rilokazzjoni bil-forza tal-membri ċivili ta’ komunità jew grupp etniku; | 
| E. | billi l-vjolenza etnika għandha konsegwenzi fiżiċi, emozzjonali, psikoloġiċi u soċjali severi għall-vittmi, kif ukoll għall-familji tagħhom u għall-komunitajiet sħaħ; | 
| F. | billi f’ħafna każijiet, il-vittmi ta’ vjolenza sesswali jiffaċċjaw konsegwenzi indiretti bħal stigmatizzazzjoni, esklużjoni mill-komunitajiet tagħhom, iżolament u vulnerabbiltà ekonomika; | 
| G. | billi l-liġi umanitarja internazzjonali titlob li l-abort jiġi ttrattat bħala kura medika neċessarja għall-bniet u n-nisa li jisfaw tqal minn stupru fil-gwerra, li jfisser li l-vittmi ta’ stupru fil-gwerra għandhom dritt ta’ aċċess għall-abort bħala parti mill-kura medika neċessarja; | 
| H. | billi l-liġi umanitarja internazzjonali, inklużi l-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra u l-protokolli addizzjonali tagħhom, tapplika fi żminijiet ta’ kunflitt u tieħu post il-liġi lokali jew nazzjonali; | 
| I. | billi, f’ħafna każijiet, it-truppi għaż-żamma tal-paċi fin-NU kienu akkużati bi sfruttament u abbuż sesswali; billi f’Jannar 2016, reviżjoni indipendenti ta’ tali abbuż akkużat lin-NU li naqset milli twieġeb għal allegazzjonijiet ta’ abbuż tat-tfal kontra dawk inkarigati miż-żamma tal-paċi; billi l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta riżoluzzjoni dwar din il-kwistjoni f’Marzu 2016; | 
| J. | billi fl-2014 il-Parlament Ewropew ta l-Premju Sakharov lil Dr. Mukwege għall-ħidma straordinarja tiegħu fil-kura tan-nisa li kienu vittmi ta’ vjolenza sesswali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo; | 
| 1. | Tikkundanna bil-qawwa kollha kull forma ta’ vjolenza u ksur tad-drittijiet tal-bniedem u abbużi minn atturi statali u mhux statali kontra n-nisa u t-tfal, kif ukoll l-attakki mmirati lejn dawk li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt u wara kunflitt; | 
| 2. | Tikkundanna bil-qawwa kollha l-użu ta’ stupru bħala arma ta’ gwerra u oppressjoni, li għandu jiġi eliminat; tenfasizza li l-Istati għandhom ir-responsabbiltà primarja li jipproteġu lill-persuni ċivili u jeżerċitaw il-kontabbiltà f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt; tiddeplora n-nuqqas ta’ protezzjoni għan-nisa u t-tfal innoċenti kontra l-vjolenza dejjem tiżdied, inklużi stupru, tortura u r-reklutaġġ ta’ suldati tfal; | 
| 3. | Tħeġġeġ lill-UE, lill-Grupp AKP, lill-Unjoni Afrikana u lin-NU jagħmlu pressjoni fuq il-gvernijiet u l-partijiet ikkonċernati kollha implikati fir-reġjuni fejn isseħħ tali vjolenza, sabiex iwaqqfu din il-prattika u jiżguraw l-indipendenza tal-ġudikatura sabiex din tkun tista’ tressaq lill-awturi kkonċernati quddiem il-qorti tal-ġustizzja u ġġib fi tmiemha l-impunità għal din il-vjolenza; | 
| 4. | Tistieden lill-Istati kollha jadottaw u jinfurzaw miżuri leġiżlattivi, amministrattivi u soċjali mmirati biex jevitaw l-istupru u l-vjolenza fuq in-nisa u t-tfal f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt u wara kunflitt, filwaqt li jiżguraw li l-vittmi jirċievu rijabilitazzjoni, appoġġ adegwat u servizzi ta’ kura tas-saħħa u għajnuna psikoloġika, inkluża kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva; | 
| 5. | Tistieden lill-Istati kollha jiffirmaw u jirratifikaw il-UNCRC u l-Protokolli Fakultattivi għaliha, jippromulgaw il-leġiżlazzjoni sabiex jipprojbixxu espliċitament u jikkriminalizzaw ir-reklutaġġ u l-użu tat-tfal minn forzi jew gruppi armati u l-użu tat-tfal f’ostilitajiet; | 
| 6. | Tistieden lill-Istati kollha jinvestigaw lill-partijiet kollha involuti u jħarrku lil dawk kollha sal-ogħla livell tal-katina fil-kmand bl-aktar akkużi serji possibbli, inklużi delitti tal-gwerra, sabiex ineħħu l-impunità u jerġgħu jġibu lura l-ġustizzja; | 
| 7. | Tenfasizza l-ħtieġa għal aktar sforzi u riżorsi għall-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tal-prattiki diskriminatorji kollha kontra n-nisa, kif ukoll għall-ġlieda u l-prosekuzzjoni ta’ kull forma ta’ vjolenza, inklużi t-traffikar tal-bnedmin, il-mutilazzjoni ġenitali femminili, l-isterilizzazzjoni sfurzata, it-tqala sfurzata, il-ġeneruċidju, il-vjolenza domestika u l-istupru fiż-żwieġ, iż-żwieġ li jinvolvi tfal, żwieġ bikri u żwieġ sfurzat u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt u wara kunflitt; | 
| 8. | Tistieden lill-Istati u l-atturi internazzjonali kollha jieħdu sehem f’għajnuna umanitarja u f’każ ta’ kunflitt, inkluża l-Kummissjoni Ewropea, sabiex jimpenjaw ruħhom li jiżguraw li n-nisa u l-bniet ikunu sikuri sa mill-bidu ta’ kull emerġenza jew kriżi billi jindirizzaw ir-riskju ta’ vjolenza sesswali u bbażata fuq is-sess, billi jqajmu kuxjenza, billi jieħdu passi sabiex iħarrku lil dawk li jwettqu vjolenza ta’ dan it-tip u billi jiżguraw li n-nisa u l-bniet ikollhom aċċess għall-firxa sħiħa ta’ servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, inkluż abort sikur, f’każijiet umanitarji, minflok ma jseħħ dak illi jammonta għal trattament inuman, kif previst fil-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra u fil-Protokolli Addizzjonali għalihom; | 
| 9. | Tistieden lill-Istati jipprovdu l-appoġġ neċessarju kollu lit-tfal imwielda minn ommijiet li sfaw stuprati u li ta’ spiss jiġu rrifjutati mis-soċjetà u mill-familji tagħhom, kif ukoll lil ommijiethom; | 
| 10. | Tistieden lill-pajjiżi AKP, lill-Istati Membri tal-UE u lill-Parlament Ewropew jidħlu għas-Sejħa għall-Azzjoni bil-għan li jindirizzaw il-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet f’każijiet ta’ emerġenza, imnedija f’Londra f’Novembru 2013; | 
| 11. | Tistieden lill-Istati kollha jiżviluppaw qafas sabiex ikunu jistgħu jwieġbu sistematikament għal vjolenza fuq it-tfal, li huwa integrat fil-proċessi tal-ippjanar nazzjonali u li jiġi evalwat sistematikament skont il-miri u l-iskedi ta’ żmien stabbiliti, u jiġu pprovduti b’riżorsi umani u finanzjarji adegwati sabiex jappoġġjaw l-implimentazzjoni tiegħu; tħeġġeġ it-teħid ta’ azzjoni bil-għan li jiġu indirizzati l-kawżi sottostanti tal-vjolenza fuq it-tfal; tenfasizza r-rwol tal-edukazzjoni bħala għodda b’saħħitha li tista’ terġa’ tnissel sens ta’ normalità, tgħin lit-tfal jegħlbu t-trawma u tagħtihom il-kapaċità li jkunu ċittadini produttivi ladarba tgħaddi l-emerġenza; Tenfasizza l-ħtieġa għal riżorsi adegwati għall-edukazzjoni f’emerġenzi li jseħħu matul żminijiet ta’ kunflitt armat; | 
| 12. | Hija profondament imħassba minħabba l-effetti fiżiċi, psikoloġiċi u soċjali ta’ dannu, irriversibbli u xi drabi fatali tal-mutilazzjoni ġenitali femminili (MĠF) u l-qtugħ; tappella għall-eliminazzjoni ta’ din il-prattika fil-pajjiżi kollha; | 
| 13. | Tistieden lill-atturi Statali u internazzjonali kollha li jieħdu sehem f’kunflitt u għajnuna umanitarja jimpenjaw ruħhom li jipproteġu lill-ħaddiema fil-qasam tal-għajnuna umanitarja minn prosekuzzjoni skont il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra u l-protokolli addizzjonali għalihom; | 
| 14. | Tistieden lin-NU tipprovdi lill-membri tagħha b’linji gwida u materjal ta’ taħriġ dwar il-protezzjoni, id-drittijiet u l-ħtiġijiet partikolari tan-nisa u tat-tfal, u għal taħriġ speċjalizzat għall-persunal kollha fil-qasam taż-żamma tal-paċi dwar il-protezzjoni, il-ħtiġijiet speċjali u d-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u tat-tfal f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt; | 
| 15. | Tħeġġeġ lill-kmandanti militari fi grad għoli jifformulaw regoli preċiżi u ċari biżżejjed dwar l-interazzjoni mal-persuni ċivili, li jipprojbixxu b’mod ċar il-vjolenza sesswali u forom oħrajn ta’ vjolenza; tenfasizza l-importanza li l-kmandanti jiġu mfakkra dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tad-dixxiplina fil-każ ta’ vjolenza fuq il-popolazzjonijiet ċivili; tħeġġeġ lill-kmandanti militari jirrapportaw lill-awtoritajiet ġudizzjarji kwalunkwe każ ta’ atti vjolenti li jsiru mis-suldati tagħhom fuq persuni ċivili; | 
| 16. | Tilqa’ r-rakkomandazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NU li l-Unjoni Afrikana tiżgura l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-forzi armati kontra l-vjolenza sesswali u sistematikament tressaq lill-awturi ta’ tali atti quddiem il-qorti tal-ġustizzja u tagħti riparazzjonijiet, inkluż kumpens, lill-vittmi; | 
| 17. | Tesprimi tħassib kbir dwar il-bosta allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali mill-forzi għaż-żamma tal-paċi tan-NU; tilqa’ l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 2272 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar din il-kwistjoni; tilqa’ b’mod partikolari l-fatt li n-NU għall-ewwel darba bdiet issemmi l-pajjiżi tal-allegati awturi, mossa maħsuba biex tpoġġi pressjoni fuq l-Istati sabiex isegwu l-allegazzjonijiet li ta’ spiss ħallewhom għaddejjin; Titlob l-implimentazzjoni tal-politika ta’ tolleranza żero fir-rigward tal-isfruttament u l-attakki sesswali attribwiti lill-persunal tan-NU; | 
| 18. | Tenfasizza l-ħtieġa li d-dimensjoni tal-vjolenza sesswali tiġi integrata fil-programmi ta’ diżarm, demobilizzazzjoni u riintegrazzjoni sabiex l-awturi jiġu mwaqqfa milli jerġgħu jidħlu f’pożizzjonijiet militari jew ta’ tmexxija; | 
| 19. | Jiddispjaċiha li d-data dwar l-istupru u l-vjolenza sesswali f’kunflitt għadha estremament skarsa; titlob lill-Istati fejn hemm kunflitt jew lil dawk involuti f’attivitajiet umanitarji wara kunflitt jiġbru data diżaggregata dwar din ix-xorta ta’ vjolenza u dwar il-vittmi u l-awturi tagħha; | 
| 20. | Tagħti istruzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha biex jibagħtu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill AKP-UE, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà/lill-Viċi President tal-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. | 
(1) Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fil-15 ta’ Ġunju 2016 f’Windhoek (in-Namibja).
(2) Testi adottati, P8_TA(2015)0336.
(3) A/RES/70/1
(4) A/HRC/RES/24/2
(5) Assemblea/AU/Dec. 158 (VIII) Deċiżjoni dwar it-Trasformazzjoni tal-Konferenza Ministerjali tal-Afrika Kollha dwar id-Deċentralizzazzjoni u l-Iżvilupp Lokali fi Struttura tal-Unjoni Afrikana – Dok. Assemblea/AU/9 (VIII) Add.5 1 – Ara aktar fuq: http://www.au.int/en/decisions/assembly-african-union-eighth-ordinary-session
(6) E/C.16/2007/2
(7) Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fil-15 ta’ Ġunju 2016 f’Windhoek (in-Namibja).
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(2) ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.
(3) ĠU C 120, 30.4.2004, p. 16.
(4) ĠU C 330, 30.12.2006, p. 36.
(5) ĠU C 221, 14.9.2009, p. 24.
(6) ĠU C 328, 12.11.2013, p. 30.
(7) ĠU C 345, 2.10.2014, p. 28.
(8) Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fil-15 ta’ Ġunju 2016 f’Windhoek (in-Namibja).
(8) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(9) ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.
(10) Testi adottati, P8-TA-PROV(2016)0073.
(11) Testi adottati, P8_TA(2014)0105.
(12) Testi adottati, P8_TA(2015)0176.
(13) Testi adottati, P8_TA(2015)0317.
(14) ĠU C 75, 26.2.2016, p. 301.
(9) Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fil-15 ta’ Ġunju 2016 f’Windhoek (in-Namibja).
(10) Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fil-15 ta’ Ġunju 2016 f’Windhoek (in-Namibja).