ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 449

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
1 ta' Diċembru 2016

Avviż Nru

Werrej

Paġna

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Awdituri

2016/C 449/01

Sommarju tar-riżultati mill-awditi annwali tal-Qorti tal-Aġenziji Ewropej u tal-korpi l-oħra għas-sena finanzjarja 2015

1

2016/C 449/02

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

17

2016/C 449/03

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2015 flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju

22

2016/C 449/04

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru

27

2016/C 449/05

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru

32

2016/C 449/06

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Kulleġġ

36

2016/C 449/07

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

41

2016/C 449/08

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2015 flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju

46

2016/C 449/09

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

51

2016/C 449/10

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

56

2016/C 449/11

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

61

2016/C 449/12

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju

66

2016/C 449/13

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Awtorità

72

2016/C 449/14

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru

77

2016/C 449/15

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2015 flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

82

2016/C 449/16

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

87

2016/C 449/17

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

93

2016/C 449/18

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Awtorità

97

2016/C 449/19

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Istitut

102

2016/C 449/20

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Awtorità

107

2016/C 449/21

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Istitut

112

2016/C 449/22

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

123

2016/C 449/23

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru

128

2016/C 449/24

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

133

2016/C 449/25

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

138

2016/C 449/26

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Fond tal-Pensjoni tal-Europol għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Fond

143

2016/C 449/27

Rapport dwar ir-rapport finali skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1889 dwar ix-xoljiment tal-Fond tal-Pensjoni tal-Europol fl-1 ta’ Jannar 2016, flimkien mar-risposta tal-Fond u tal-Europol

148

2016/C 449/28

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

151

2016/C 449/29

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

157

2016/C 449/30

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Awtorità

162

2016/C 449/31

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħrġ għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni

168

2016/C 449/32

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2015 flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

173

2016/C 449/33

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

179

2016/C 449/34

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

184

2016/C 449/35

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni

188

2016/C 449/36

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Unità ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 flimkien mar-risposta tal-Eurojust

193

2016/C 449/37

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju

198

2016/C 449/38

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

203

2016/C 449/39

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

208

2016/C 449/40

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

214

2016/C 449/41

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

219

2016/C 449/42

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju

224

2016/C 449/43

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

230

2016/C 449/44

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Bord

234

MT

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Awdituri

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/1

Sommarju tar-riżultati mill-awditi annwali tal-Qorti tal-Aġenziji Ewropej u tal-korpi l-oħra għas-sena finanzjarja 2015

(2016/C 449/01)

WERREJ

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI

1

1

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA L-OPINJONIJIET TAL-QORTI

11

2

RIŻULTATI TAL-AWDITJAR

3

Opinjonijiet dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

15

3

Opinjonijiet dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

17

3

Kwistjoni oħra — avveniment li seħħ wara d-data tal-karta tal-bilanċ

19

4

Kummenti li saru fir-RAS

20

4

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

27

5

KONKLUŻJONIJIET

29

5

ANNESS I —

Baġit u persunal tal-Aġenziji

6

ANNESS II —

Kummenti li saru mill-Qorti, li ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tagħha

11

ANNESS III —

Segwitu għall-kummenti miftuħa li ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti

14

INTRODUZZJONI

1.

Skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-Qorti) awditjat u ħarġet opinjonijiet dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015, għal 41 aġenzija, uffiċċju u korp (aġenzija) u għall-Fond tal-Pensjoni tal-Europol (EPF).

2.

Dan is-sommarju jipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati ta’ dawn l-awditi. Huwa għandu l-għan li jiffaċilita l-analiżi u t-tqabbil tar-Rapporti Annwali Speċifiċi (RAS) tal-Qorti. L-opinjonijiet u l-kummenti tal-Qorti kif ukoll ir-risposti għalihom jistgħu jinstabu fir-RAS rispettivi. Dan is-sommarju mhuwiex rapport jew opinjoni tal-awditjar.

3.

L-Aġenziji huma viżibbli ħafna fl-Istati Membri u għandhom influwenza sinifikanti fuq it-tfassil ta’ politiki u t-teħid ta’ deċiżjonijiet kif ukoll fuq l-implimentazzjoni ta’ programmi f’oqsma ta’ importanza essenzjali għaċ-ċittadini Ewropej, jiġifieri s-saħħa, is-sikurezza, is-sigurtà, il-libertà u l-ġustizzja. Skont xi jkunu l-kompitu, l-istruttura u l-finanzjament tagħhom, tista’ ssir distinzjoni bejn aġenziji deċentralizzati, aġenziji eżekuttivi, aġenziji awtofinanzjati u korpi oħra.

4.

It-30 aġenzija deċentralizzata għandhom rwol importanti fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE, speċjalment kompiti ta’ natura teknika, xjentifika, operazzjonali u/jew regolatorja. L-għan tagħhom huwa li jippermettu li l-Kummissjoni tikkonċentra fuq it-tfassil ta’ politika u tirrinforza l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-gvernijiet nazzjonali permezz tal-akkomunament ta’ kompetenzi tekniċi u speċjalisti miż-żewġ naħat. Dawn jinsabu madwar l-UE kollha.

5.

Is-sitt aġenziji eżekuttivi huma fdati b’kompiti relatati mal-immaniġġjar ta’ wieħed jew aktar mill-programmi tal-Unjoni u huma stabbiliti għal perjodi fissi ta’ żmien. Dawn jinsabu fi Brussell (ħamsa) u fil-Lussemburgu (waħda).

6.

It-tliet aġenziji awtofinanzjati jinkludu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (OHIM) (2), l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) u l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) (3). L-SRB fi Brussell sar kompletament operazzjonali fl-1 ta’ Jannar 2016 bil-missjoni li jiżgura li sseħħ ir-riżoluzzjoni ordnata ta’ banek f’diffikultà b’impatt minimu fuq l-ekonomija reali u fuq il-finanzi pubbliċi.

7.

Il-korpi l-oħra jinkludu l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), l-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (Euratom) u l-Fond tal-Pensjoni tal-Europol (EPF). L-EIT f’Budapest huwa korp indipendenti u deċentralizzat tal-UE li jiġbor flimkien riżorsi xjentifiċi, tan-negozju u edukattivi biex tingħata spinta lill-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-Unjoni. Il-Euratom fil-Lussemburgu nħoloq biex jappoġġa l-għanijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. L-EPF, li jinsab fl-Aja, ġie stabbilit biex jiffinanzja u jħallas il-pensjonijiet għall-persunal impjegat mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) qabel ma din saret aġenzija fl-1 ta’ Jannar 2010. L-EPF ġie xolt fl-1 ta’ Jannar 2016.

8.

Il-baġit totali tal-aġenziji għall-2015 ammonta għal madwar EUR 2,8 biljun (2014: EUR 2,6 biljun) jew madwar 2,0 % tal-baġit ġenerali tal-UE għall-2015 (2014: 1,9 %). Il-parti prinċipali tal-baġit tal-aġenziji hija ffinanzjata permezz tas-sussidji tal-Kummissjoni: il-bqija huwa introjtu minn tariffi u minn sorsi oħra.

9.

Sa tmiem l-2015, l-aġenziji kienu jimpjegaw 9 965 membru tal-persunal (2014: 9 379) (4). L-għadd tal-persunal żdied l-aktar f’aġenziji li jittrattaw kwistjonijet ta’ migrazzjoni (l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil — EASO) u l-prevenzjoni ta’ kriminalità serja u terroriżmu (Europol). L-aġenziji eżekuttivi fejn tela’ l-għadd tal-persunal għandhom mandat estiż u kisbu responabbiltajiet addizzjonali.

10.

Dettalji dwar l-aġenziji, il-baġits u l-persunal tagħhom huma pprovduti fl-Anness I.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA L-OPINJONIJIET TAL-QORTI

11.

L-arranġamenti għall-awditjar tal-kontijiet tal-aġenziji huma ppreżentati fit-Tabella.

Tabella

Arranġamenti tal-awditjar għall-kontijiet tal-aġenziji

Aġenziji

Awditjati minn

Total

Il-Qorti

Il-Qorti + ditta tal-awditjar

Aġenziji deċentralizzati

30

30

Aġenziji eżekuttivi

6

6

Aġenziji awtofinanzjati

2

1 (5)

3

Korpi oħra

2 (6)

1

3

Total

10

32

42

12.

Il-kontijiet annwali ta’ 32 aġenzija ġew ivverifikati minn awditur indipendenti estern (ditta tal-awditjar) skont l-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (7) u l-Artikolu 107(1) tar-Regolament finanzjarju qafas għall-aġenziji (8). L-opinjonijiet tal-Qorti dwar dawn il-kontijiet qiesu x-xogħol tal-awditjar imwettaq mid-ditta tal-awditjar u l-azzjoni li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tagħhom. Il-Qorti analizzat ix-xogħol tad-ditti tal-awditjar skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar. Din l-analiżi pprovdiet aċċertament adegwat biex il-Qorti tibbaża l-opinjonijiet tal-awditjar proprji tagħha fuq l-affidabbiltà tal-kontijiet bl-użu tax-xogħol tad-ditti tal-awditjar.

13.

Għad-disa’ aġenziji li jifdal u għall-EPF, il-Qorti baqgħet twettaq l-awditu tal-affidabbiltà tal-kontijiet. Ix-xogħol tal-awditjar kopra l-konformità mar-regoli kontabilistiċi applikabbli, il-kompletezza u l-preċiżjoni tal-karta tal-bilanċ u taċ-ċifri tal-baġit, u analiżi tar-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja u tal-implimentazzjoni tal-baġit.

14.

Bħal fis-snin ta’ qabel, il-Qorti baqgħet esklussivament responsabbli għall-awditjar tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-aġenziji kollha u tal-EPF. L-approċċ tal-awditjar kien jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli interni tal-aġenziji.

RIŻULTATI TAL-AWDITJAR

Opinjonijiet dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

15.

Il-kontijiet finali ta’ 40 aġenzija u tal-EPF jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom fil-31 ta’ Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom u l-flussi tal-flus tagħhom għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Finanzjarji applikabbli u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

16.

Il-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet finali tal-Frontex għas-sena finanzjarja 2015. Il-kwalifika hija bbażata fuq stima insuffiċjenti materjali tal-imposti dovuti b’EUR 1,7 miljun.

Opinjonijiet dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

17.

Il-Qorti kkonkludiet li għall-40 aġenzija u l-EPF, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 kienu legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

18.

Il-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-EIT. Il-kwalifika kienet ibbażata primarjament fuq l-użu ta’ rata fissa irregolari li kienet relatata mal-għotjiet.

Kwistjoni oħra — avveniment li seħħ wara d-data tal-karta tal-bilanċ

19.

Il-Qorti ppreżentat avveniment li seħħ wara d-data tal-karta tal-bilanċ fil-paragrafu ta’ “Kwistjonijiet oħra” fir-RAS tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) u f’dak tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), li t-tnejn li huma jinsabu f’Londra. Dan il-paragrafu jittratta r-referendum tar-Renju Unit (UK) li seħħ fit-23 ta’ Ġunju 2016 u jikkjarifika li l-kontijiet u n-noti relatati taż-żewġ aġenziji tħejjew bl-użu tal-informazzjoni li kienet disponibbli fid-data tal-iffirmar tal-kontijiet tagħhom, meta r-riżultat tal-votazzjoni taċ-ċittadini tal-UE kienet għadha mhijiex magħrufa u meta għadha ma ġietx ippreżentata n-notifika formali li tinvoka l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (9).

Kummenti li saru fir-RAS

20.

Mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjonijiet tagħha, il-Qorti għamlet total ta’ 90 kumment (2014: 79) li jaffettwaw 36 aġenzija u l-EPF (2014: 35) biex tenfasizza kwistjonijiet ta’ importanza u biex tindika lok għal titjib. L-għadd tal-kummenti li saru taħt l-intestaturi differenti tar-RAS jidher fiċ-Ċart.

Ċart

Kummenti skont l-intestatura tar-RAS

Image

Sors: RAS dwar il-kontijiet annwali tal-aġenziji għas-sena finanzjarja 2015

21.

Ħarsa ġenerali lejn il-kummenti li saru għal kull waħda mill-aġenziji u l-EPF tingħata fl-Anness II.

22.

Il-kummenti li tqiesu bħala ta’ interess partikolari huma deskritti hawn taħt. Huma jkopru kwistjonijet ta’ importanti li huma frekwenti u/jew serji u ta’ interess usa’ (“tagħlimiet li għandhom jinsiltu”).

23.

Livell għoli ta’ riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati jibqa’ l-kumment l-aktar frekwenti u jikkonċerna 32 aġenzija (2014: 28). Ir-riporti taħt it-Titolu II (nefqa amministrattiva) tat-22 aġenzija kkonċernata (2014: 18) ammontaw għal medja ta’ 36 % (2014: 39 %) tal-approprjazzjonijiet impenjati, ir-riporti taħt it-Titolu III (nefqa operazzjonali) tat-18-il aġenzija kkonċernata (2014: 18) ammontaw għal medja ta’ 48 % (2014: 56 %) tal-approprjazzjonijiet impenjati. Dawn ir-riporti rriżultaw prinċipalment minn avvenimenti li kienu (parzjalment) lil hinn mill-kontroll tal-aġenziji (eż. fatturi jew dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż li kienu għadhom ma ġewx riċevuti sa tmiem is-sena) jew li jiġu spjegati min-natura pluriennali tal-operazzjonijiet, il-proċeduri ta’ akkwist jew il-proġetti. Il-Qorti baqgħet tirrapporta dwar dawn il-kwistjonijiet filwaqt li osservat is-soll tagħha ddefinit internament għat-titoli differenti tal-baġit tal-aġenziji. Bidla ta’ din il-proċedura ta’ rappurtar tirrikjedi fehim komuni tal-partijiet prinċipali involuti (il-Qorti, il-Parlament, il-Kunsill u l-aġenziji) fir-rigward ta’ dak li jenħtieġ li jiġi rrappurtat fir-RAS tal-aġenziji dwar ir-riporti. F’dan il-kuntest, ikun ta’ benefiċċju li ssir elaborazzjoni ta’ kunċett ta’ “riport iġġustifikat”, li dwaru jkun intlaħaq qbil, u li dan il-kunċett jiġi implimentat fl-aġenziji.

24.

Ir-regola bażika li fuqha huwa bbażat l- akkwist pubbliku hija li għandha tiġi żgurata l-kompetizzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi. F’erba’ RAS, il-Qorti rrappurtat li l-aġenziji ma kinux ikkonformaw bis-sħiħ ma’ din ir-regola. Hija rreferiet għall-użu, li jmur lil hinn minn dak li jista’ jitqies bħala eċċezzjonali, ta’ proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż dwar kuntratt, u ġibdet l-attenzjoni għan-nuqqas ta’ kompetizzjoni f’każ tal-użu ta’ kuntratti qafas fejn is-servizzi mitluba jew il-prezzijiet individwali ma jkunux ġew iddefiniti b’mod ċar.

25.

Il- kontinwità tan-negozju tħaddan l-ippjanar u t-tħejjija biex jiġu żgurati l-kontinwazzjoni tal-operazzjonijiet f’każ ta’ inċidenti serji jew diżastri u l-kapaċità ta’ rkupru għal stat operazzjonali fi żmien perjodu raġonevolment qasir. Il-Qorti sabet li erba’ aġenziji għadhom ma jikkonformawx bis-sħiħ mal-istandard ta’ kontroll intern li jittratta din il-kwistjoni.

26.

Il-kontijiet annwali awditjati tal-aġenziji jinkludu r-rapporti finanzjarji u rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit. Il-Qorti rrappurtat li r- rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ta’ tliet aġenziji għandhom livell ta’ dettall li huwa differenti minn dak ipprovdut mill-biċċa l-kbira tal-aġenziji l-oħra, u dan ifixkel it-tqabbil bejn l-aġenziji u jaffettwa l-valur informattiv tagħhom. Il-Kummissjoni ppjanat li toħroġ linji gwida dwar din il-kwistjoni.

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

27.

Ir-RAS għas-sena finanzjarja 2015 jipprovdu ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet ta’ segwitu li ttieħdu mill-aġenziji b’rispons għall-kummenti mis-snin preċedenti. L- Anness III juri li għall-134 kumment li kienu miftuħa fi tmiem l-2014 (2013: 153), ġiet ikkompletata azzjoni korrettiva f’37 każ matul l-2015. L-azzjonijiet korrettivi kienu għadhom għaddejjin għal 44 każ u pendenti għal 9 każijiet. Ma kienet meħtieġa l-ebda azzjoni korrettiva għal 44 kumment, prinċipalment rigward riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati.

28.

Filwaqt li s-sitwazzjoni kumplessiva tjiebet meta mqabbla mas-sena preċedenti (l-għadd ta’ kummenti miftuħa naqas), l-għadd ta’ azzjonijiet korrettivi pendenti żdied bi tliet kummenti. Azzjoni pendenti timplika li l-ebda azzjoni mhija ppjanata jew għadha għaddejja. F’ħamsa mid-disa’ każijiet, l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi meħtieġa tiddependi mill-kontribut ta’ parti terza (eż. l-Istat Membru ospitanti, Qorti jew il-leġiżlatur) u hija barra mill-kontroll tal-aġenziji. Fi tlieta mill-erba’ kummenti li jifdal, l-aġenziji kkonċernati (is-CPVO u l-EASO) għadhom ma ħadux azzjoni effettiva u, f’każ wieħed, l-aġenzija (l-EIT) ma taqbilx mal-osservazzjoni tal-Qorti u ma ppjanat l-ebda azzjoni korrettiva speċifika ulterjuri.

KONKLUŻJONIJIET

29.

Il-Qorti ħarġet opinjoni mhux kwalifikata dwar il-kontijiet annwali tal-aġenziji kollha minbarra l-Frontex. It-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-aġenziji kienu legali u regolari għall-aġenziji kollha minbarra l-EIT li għaliha l-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata.

30.

L-aġenziji komplew itejbu l-proċeduri tagħhom billi ħadu azzjoni korrettiva b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti. Madankollu, għad hemm lok għal titjib, kif jindikaw il-kummenti li saru fl-2015.

(1)  ĠU C 326, 26.10.2012, p. 1.

(2)  Mit-23 ta’ Marzu 2016 ‘il quddiem, l-Uffiċċju jissejjaħ l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

(3)  L-Artikolu 102 tar-Regolament Finanzjarju tal-SRB.

(4)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali kif ukoll esperti nazzjonali sekondati.

(5)  L-SRB jiġi awditjat mill-Qorti u minn ditta tal-awditjar.

(6)  Minħabba r-riżorsi u l-operazzjonijiet limitati tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, din tiġi awditjata unikament mill-Qorti.

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(8)  L-Artikolu 107 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(9)  Il-kontabilisti ffirmaw il-kontijiet fl-24 ta’ Mejju 2016 (EBA) u fl-1 ta’ Ġunju 2016 (EMA).

ANNESS I

Baġit u persunal tal-aġenziji (1)

Baġit (2)

Persunal (3)

Aġenzija

DĠ prinċipali

Qasam ta' Politika

2014

2015

2014

2015

(miljun EUR)

(miljun EUR)

(miljun EUR)

(miljun EUR)

Aġenziji Deċentralizzati

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini — EMA

SANTE

Saħħa u Ħarsien tal-Konsumatur

272,0

304,0

752

775

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern — OHIM

GROW

Suq Intern

419,6

384,2

928

998

L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni — EASA

MOVE

Mobilità u Trasport

162,3

185,4

740

779

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri — FRONTEX

HOME

Affarijiet Interni

86,7

143,3

311

309

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija — EUROPOL

HOME

Affarijiet Interni

84,0

95,0

574

666

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel — EFSA

SANTE

Saħħa u Ħarsien tal-Konsumatur

79,9

78,8

442

434

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima — EMSA

MOVE

Mobilità u Trasport

57,9

64,8

245

246

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard — ECDC

SANTE

Saħħa u Ħarsien tal-Konsumatur

60,5

58,5

277

260

Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-UE — CDT

DGT

Servizzi Lingwistiċi

56,3

49,6

216

218

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent — EEA

ENV

Ambjent

52,6

49,2

204

198

L-Unità ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea — EUROJUST

JUST

Ġustizzja

34,0

34,0

252

246

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi — ECHA

GROW

Intrapriża

113,2

115,1

587

572

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea — ERA

MOVE

Mobilità u Trasport

25,7

26,3

159

157

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali — FRA

JUST

Ġustizzja

21,5

21,6

110

107

L-Awtorità Bankarja Ewropea — EBA

FISMA

Servizzi Finanzjarji u Swieq Kapitali

33,6

33,4

146

156

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol — EUROFOUND

EMPL

Impjiegi u Affarijiet Soċjali

21,5

21,2

111

111

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħrġ — ETF

EAC

Edukazzjoni u Kultura

22,5

21,0

133

129

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq — ESMA

FISMA

Servizzi Finanzjarji u Swieq Kapitali

33,3

36,7

168

186

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali — CEDEFOP

EAC

Edukazzjoni u Kultura

18,4

18,4

120

123

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol — EIOPA

FISMA

Servizzi Finanzjarji u Swieq Kapitali

21,6

20,2

129

133

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga — EMCDDA

HOME

Affarijiet Interni

15,7

18,5

101

100

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol — EU-OSHA

EMPL

Impjiegi u Affarijiet Soċjali

17,3

16,9

65

65

L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti — CPVO

SANTE

Agrikoltura u Żvilupp Rurali

14,7

14,7

45

46

L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea — GSA

GROW

Intrapriża

403,7

363,8

131

139

L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd — EFCA

MARE

Affarijiet Marittimi u Sajd

9,2

9,2

58

64

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi — EIGE

JUST

Ġustizzja

7,4

7,9

41

42

Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija — CEPOL

HOME

Affarijiet Interni

8,9

8,8

43

45

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni — ENISA

CNECT

Suq Uniku Diġitali

10,0

10,0

62

69

Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija — ACER

ENER

Enerġija

10,9

11,3

72

80

L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil — EASO

HOME

Affarijiet Interni

15,6

15,9

79

93

L-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi — BEREC

CNECT

Suq Uniku Diġitali

4,2

4,0

27

26

L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja — EU-LISA

HOME

Affarijiet Interni

64,9

71,7

129

134

Il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni — SRB (4)

FISMA

Servizzi Finanzjarji u Swieq Kapitali

m/a

22,0

m/a

108

Aġenziji Eżekuttivi

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura — EACEA

EAC & CNECT & HOME & ECHO

Edukazzjoni u Kultura

46,9

46,9

437

441

L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka — REA

RTD & EAC & GROW & HOME & CNECT & AGRI

Riċerka u Innovazzjoni

51,6

54,6

548

618

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka — ERCEA

RTD

Riċerka u Innovazzjoni

36,3

39,6

388

417

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji — EASME

ENTR & RTD & & ENR & ENV & CLIMA & CNECT & MARE

Enerġija, Intraprenditorjat u Innovazzjoni

24,5

36,4

283

373

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks — INEA

MOVE & ENER & CNECT & RTD

Mobilità u Trasport

13,4

18,4

151

186

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel — CHAFEA

SANTE & JUST & AGRI

Protezzjoni tal-Konsumatur

7,2

7,4

49

49

Korpi Oħra

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija — EIT

EAC

Innovazzjoni u Teknoloġija

174,9

231,7

48

50

L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom — EURATOM (4)

ENER & RTD

Enerġija u Innovazzjoni

0,1

0,1

18

17

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija — EPF

HOME

Nefqa Amministrattiva tal-Europol

m/a

m/a

m/a

m/a

Total

2 614,5

2 770,5

9 379

9 965

(1)  : Sors: Data pprovduta mill-aġenziji

(2)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament

(3)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati

(4)  L-SRB u l-EURATOM mhumiex konsolidati fil-kontijiet tal-UE

ANNESS II

Kummenti li saru mill-Qorti, li ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tagħha

Għadd Totali ta’ kummenti

Affidabbiltà tal-kontijiet

Legalità/Regolarità tat-tranżazzjonijiet

Kontrolli interni

Ġestjoni baġitarja

Kummenti oħra

Proċeduri ta' akkwist

Oħrajn

Standards ta' kontroll intern

Oħrajn

Riporti għoljin

Kanċellazzjonijiet għoljin tar-riporti tal-2014

Implimentazzjoni tal-baġit

Finanzjament tal-baġit

Oħrajn

Ġestjoni finanzjarja tajba

Kwistjonijiet relatati mal-persunal

Oħrajn

1

ACER — Ljubljana

2

XX

2

BEREC — Riga

3

X

X

X

3

CdT — Il-Lussemburgu

4

X

X

X

X

4

CEDEFOP — Salonka

2

X

X

5

CEPOL — Budapest

2

X

X

6

CHAFEA — Il-Lussemburgu

3

XX

X

7

CPVO — Angers

4

X

X

X

X

8

EACEA — Brussell

1

X

9

EASA — Cologne

2

XX

10

EASME — Brussell

2

X

X

11

EASO — Valletta

2

X

X

12

EBA — Londra

2

X

X

13

ECDC — Stokkolma

4

X

XX

X

14

ECHA — Ħelsinki

2

X

X

15

EEA — Copenhagen

1

X

16

EFCA — Vigo

1

X

17

EFSA — Parma

1

X

18

EIGE — Vilnius

1

X

19

EIOPA — Frankfurt

1

X

20

EIT — Budapest

10

X

X

X

XX

XX

XXX

21

EMA — Londra

0

22

EMCDDA — Lisbona

1

X

23

EMSA — Lisbona

0

24

ENISA — Heraklion

2

X

X

25

EPF — L-Aja

1

X

26

ERA — Valenciennes

0

27

ERCEA — Brussell

1

X

28

ESMA — Pariġi

2

XX

29

ETF — Turin

0

30

EU-LISA — Tallinn

5

XX

X

X

X

31

EU-OSHA — Bilbao

2

XX

32

EURATOM — Il-Lussemburgu

1

X

33

EUROFOUND — Dublin

1

X

34

EUROJUST — L-Aja

1

X

35

EUROPOL — L-Aja

1

X

36

FRA — Vjenna

1

X

37

FRONTEX — Varsavja

5

XX

XX

X

38

GSA — Praga

6

X

X

X

X

X

X

39

INEA — Brussell

1

X

40

OHIM — Alicante

4

X

XX

X

41

REA — Brussell

0

42

SRB — Brussell

5

X

XX

X

X

Subtotali:

90

1

4

4

4

3

40

3

2

3

6

9

4

7

Totali:

1

8

7

54

20

ANNESS III

Segwitu għall-kummenti miftuħa li ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti

Total

Ikkompletat

Għadu għaddej

Pendenti

M/A

Aġenziji Deċentralizzati

1

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini — EMA

4

3

1

2

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern — OHIM

6

3

2

1

3

L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni — EASA

4

1

1

2

4

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonalifil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri — FRONTEX

8

1

5

1

1

5

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija — EUROPOL

4

1

1

2

6

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel — EFSA

3

2

1

7

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima — EMSA

1

1

8

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard — ECDC

2

1

1

9

Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-UE — CDT

2

1

1

10

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent — EEA

8

3

2

1

2

11

Il-Korp Ewropew għat-Tisħiħ tal-Koperazzjoni Ġudizzjarja — EUROJUST

3

2

1

12

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi — ECHA

2

1

1

13

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea — ERA

4

2

2

14

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali — FRA

3

1

2

15

L-Awtorità Bankarja Ewropea — EBA

2

1

1

16

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol — EUROFOUND

3

2

1

17

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħrġ — ETF

4

1

1

2

18

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq — ESMA

9

3

4

2

19

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali — CEDEFOP

0

20

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol — EIOPA

2

2

21

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga — EMCDDA

1

1

22

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol — EU-OSHA

2

1

1

23

L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti — CPVO

2

1

1

24

L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea — GSA

3

1

2

25

L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd — EFCA

0

26

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi — EIGE

1

1

27

Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija — CEPOL

5

1

4

28

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni — ENISA

2

1

1

29

Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija — ACER

3

1

2

30

L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil — EASO

10

5

2

3

31

L-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi — BEREC

5

3

1

1

32

L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja — EU-LISA*

5

1

2

2

Aġenziji Eżekuttivi

33

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura — EACEA

1

1

34

L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka — REA

0

35

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka — ERCEA

1

1

36

Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji — EASME (preċedentement EACI)

4

2

2

37

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks — INEA (preċedentement TEN-TEA)

1

1

38

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel — CHAFEA (preċedentement EAHC)

1

1

Korpi Oħra

39

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija — EIT

12

5

5

1

1

40

L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom — EURATOM

0

41

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija — EPF

1

1

Totali

134

37

44

9

44

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/17

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2016/C 449/02)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“ACER”), li tinsab f’Ljubljana, inħolqot bir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li tgħin lill-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali fl-eżerċizzju, fil-livell tal-Unjoni, tal-kompiti regolatorji li huma jwettqu fl-Istati Membri u, fejn ikun meħtieġ, li tikkoordina l-azzjonijiet tagħhom. Skont ir-Regolament REMIT (2), l-Aġenzija ngħatawlha responsabbiltajiet addizzjonali, flimkien mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fir-rigward tal-monitoraġġ tas-suq Ewropew tal-enerġija bl-ingrossa.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (3).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

10,9

11,3

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (1)

72

80

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (6):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (7); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (8) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (9).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

L-Aġenzija rriportat EUR 1,36 miljun, jiġifieri 59 %, tal-approprjazzjonijiet impenjati tagħha għan-nefqa operazzjonali tat-Titolu III (2014: EUR 1,57 miljun, jiġifieri 62 %). Dawn ir-riporti kienu prinċipalment relatati mal-implimentazzjoni tar-REMIT (EUR 1,1 miljun), attività operazzjonali kumplessa, ta' natura pluriennali, dwar l-integrità u t-trasparenza tas-suq tal-enerġija bl-ingrossa. L-Aġenzija rriportat ukoll EUR 0,79 miljun, jiġifieri 35 % (2014: EUR 0,98 miljun, jiġifieri 41 %) tal-approprjazzjonijiet impenjati għan-nefqa amministrattiva taħt it-Titolu II, li huma prinċipalment relatati ma' studji u servizzi li kienu għadhom ma twasslux fl-2015.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SENA PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-sena preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1), li jagħti rwol importanti lill-Aġenzija fis-superviżjoni tan-negozjar fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa madwar l-Ewropa.

(3)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.acer.europa.eu

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(4)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(5)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(6)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(7)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(8)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.

(9)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-sena preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2014

L-Aġenzija rriportat EUR 1,57  miljun, jiġifieri 62 %, tal-approprjazzjonijiet impenjati għan-nefqa operazzjonali tat-Titolu III (2013: EUR 3,1  miljun, jiġifieri 91 %). Dawn ir-riporti kienu prinċipalment relatati mal-implimentazzjoni tar-REMIT, attività operazzjonali pluriennali kumplessa li għaliha r-Regolament ta' Implimentazzjoni ġie adottat biss fis-17 ta' Diċembru 2014 (1). L-Aġenzija rriportat ukoll EUR 0,98  miljun, jiġifieri 41 % (2013: EUR 1,9  miljun, jiġifieri 56 %), tal-approprjazzjonijiet impenjati għan-nefqa amministrattiva tat-Titolu II, prinċipalment relatati ma' studji għall-implimentazzjoni tar-REMIT u ma' kuntratti annwali mġedda lejn tmiem is-sena.

M/A

2014

F'Ottubru 2013, permezz ta' emenda għall-baġit, l-Aġenzija rċeviet EUR 3 miljun oħra f'approprjazzjonijiet biex timplimenta r-REMIT, li hija rriportat għall-2014. Madankollu, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, il-qafas tar-REMIT kien se jsir operazzjonali biss f'Ottubru 2015. Parti mill-fondi ntnefqu fl-2014 fuq it-tħejjija għall-implimentazzjoni tar-REMIT. Fi tmiem l-2014, l-Aġenzija għamlet żewġ pagamenti ta' prefinanzjament li kienu jammontaw għal EUR 1,56  miljun għal kuntratti dwar servizzi relatati mar-REMIT li għandhom jiġu pprovduti fil-perjodu 2015 sa 2017, u b'hekk ġie evitat redditu awtomatiku lill-Kummissjoni tal-fondi mhux użati (2). Għalkemm dan se jippermetti li l-Aġenzija tiffinanzja l-attivitajiet futuri tagħha relatati mar-REMIT, dan huwa f’kontradizzjoni mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

M/A

2014

Skont il-Ftehim dwar is-Sede bejn l-Aġenzija u l-Gvern Sloven, għandha tiġi stabbilita Skola Ewropea fis-Slovenja. Madankollu, aktar minn erba' snin wara l-ftehim għadha ma twaqqfet ebda Skola Ewropea.

Pendenti

(1)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014 (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 121).

(2)  L-Artikolu 13 tar-Regolament Finanzjarju tal-UE jistipula li l-ammonti jistgħu jiġu riportati għal sena finanzjarja waħda biss.

IT-TWEĠIBA TAL-AĠENZIJA

13.

L-Aġenzija tirrikonoxxi l-livell identifikat ta' appropprjazzjonijiet riportati, minħabba impenji miftuħa fl-aħħar tas-sena, ġejjin l-aktar min-natura tal-implimentazzjoni tal-proġett REMIT fit-tul. Fid-dawl tal-inċertezza persisteni fuq l-allokazzjoni baġitarja annwali għall-Aġenzija, huwa diffiċli biex tirrikonċilja l-prinċipju ta' annwalità man-natura pluriennali inevitabbli tal-proġett REMIT.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/22

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2015 flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju

(2016/C 449/03)

INTRODUZZJONI

1.

L-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju”), li jinsab f’Riga, ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu prinċipali tal-Uffiċċju huwa li jipprovdi servizzi ta’ appoġġ professjonali u amministrattiv lill-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u, taħt il-gwida tal-Bord tar-Regolaturi, li jiġbor u janalizza tagħrif dwar komunikazzjonijiet elettroniċi u jxerred fost l-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali l-aħjar prattiki regolatorji bħal approċċi komuni, metodoloġiji jew linji gwida dwar l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tal-UE.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Uffiċċju (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-uffiċċju

2014

2015

Baġit (miljun EUR) (1)

4,2

4,0

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (2)

27

26

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Uffiċċju. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. L-Uffiċċju ddelega dawn ir-responsabbiltajiet lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni permezz ta' ftehim dwar il-livell ta' servizz. Il-Maniġer Amministrattiv japprova l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Uffiċċju kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

12.

Fl-2013 l-Uffiċċju ffirma kuntratt qafas ta' erba' snin għall-forniment ta' servizzi professjonali għall-organizzazzjoni ta' avvenimenti. Madankollu l-ħtiġijiet tiegħu ġew stmati b'mod insuffiċjenti u l-kuntratt kien laħaq l-ammont massimu tiegħu f'Diċembru 2014. Tnediet proċedura ta' akkwist biex jiġi ffirmat kuntratt qafas ieħor, iżda dan sar biss f'Awwissu 2015. Sadanittant l-Uffiċċju akkwista dawn is-servizzi mingħand l-istess fornitur bl-użu ta' ordnijiet ta' xiri u kuntratti ta' valur baxx (proċeduri nnegozjati) (9). L-ammont totali tas-servizzi akkwistati b'dan il-mod qabeż il-valur soll (10). Kien imissha ntużat proċedura miftuħa ta' akkwist fejn is-sħab ekonomiċi interessati kollha setgħu jippreżentaw offerta.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

13.

Il-livell ta' dettall fir-rapport tal-Uffiċċju dwar l-implimentazzjoni baġitarja, li ġie awditjat, huwa differenti minn dak fir-rapporti pprovduti mill-biċċa l-kbira tal-aġenziji l-oħra, li juri li hemm ħtieġa għal linji gwida ċari dwar ir-rappurtar tal-baġit.

14.

Ir-riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kienu għoljin f'ammont ta' EUR 134 228, jiġifieri 44 % (2014: EUR 91 757, jiġifieri 40 %). Dawn ir-riporti huma prinċipalment relati mat-twassil ta' servizzi li jkomplu għaddejjin wara l-2015.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

15.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta' Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.berec.europa.eu.

(1)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq approprjazzjonijiet ta' pagament.

(2)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Uffiċċju

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(9)  Fil-każ ta' ordnijiet ta' xiri u kuntratti ta' valur baxx, ir-regoli tal-akkwist jillimitaw il-kompetizzjoni għal kandidat wieħed u tliet kandidati, rispettivament.

(10)  Il-valur totali tal-kuntratti ffirmati jammonta għal madwar EUR 80 000, filwaqt li s-soll stabbilit mill-Artikolu 137 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012 huwa ta' EUR 60 000.

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

L-Uffiċċju kien għadu ma adottax u ma implimentax l-istandards kollha ta' kontroll intern.

Ikkompletata

2013

Mill- 1 183 rimborż għal esperti li saru fl-2013, 1 078 saru tard. Fejn il-pagamenti saru tard, dawn iddewmu b'medja ta' 78 jum fl-ewwel nofs tal-2013 meta mqabbla ma' 33 jum fit-tieni nofs tal-2013.

Ikkompletata

2014

Kien hemm titjib fil-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati li żdied għal 98 % (2013: 87 %). Madankollu, il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati żdied għal EUR 0,9  miljun, jiġifieri 23 % (2013: EUR 0,5  miljun, 13 %), b’mod partikolari fir-rigward ta' attivitajiet operazzjonali (it-Titolu III) bħal studji li għadhom għaddejjin dwar komunikazzjonijiet elettroniċi.

M/A

2014

L-għadd kbir ta’ trasferimenti tal-baġit biddel konsiderevolment l-istruttura tal-baġit inizjali: it-Titolu I (spejjeż għall-persunal) tnaqqas bi 17 %, it-Titolu II (nefqa amministrattiva) tnaqqas b’44 % u t-Titolu III (nefqa operazzjonali) ġie miżjud b’60 %, prinċipalment sabiex jiġu ffinanzjati studji li għadhom għaddejjin.

Ikkompletata

2014

Id-dispożizzjoni fil-baġit 2014 għal kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-EFTA (1) li għandhom status ta’ osservatur fil-BEREC ma mmaterjalizzatx fin-nuqqas ta’ ftehimiet mal-pajjiżi tal-EFTA.

Pendenti

(1)  L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

IT-TWEĠIBA TAL-UFFIĊĊJU BEREC

12.

L-Uffiċċju BEREC jixtieq jirringrazzja lill-Qorti għar-rieżami ddettaljat tal-proċedura ta’ ppjanar tal-akkwist tal-Aġenzija u r-rakkomandazzjonijiet li saru għal titjib. L-Uffiċċju BEREC ser jirrevedi r-regoli eżistenti tal-akkwist u ser jerġa’ jikkonsidra il-mudell tal-akkwist attwali deċentralizzati tiegħu bil-ħsieb li jissimplifika l-proċess.

13.

L-Uffiċċju BEREC jieħu nota tal-kumment li r-rapport ta’ implimentazzjoni tal-baġit awditjat ivarja mil-livell ta’ dettall mogħti mill-biċċa l-kbira ta’ aġenziji oħra, li juri l-ħtieġa għal linji gwida aktar ċari dwar ir-rapportaġġ tal-baġit tal-aġenziji. L-Uffiċċju BEREC – li, b’konformità mas-suġġerimenti mar-Regolament Finanzjarju Qafas, esternalizza r-rwol ta’ Uffiċjal ta’ Kontabilità lill-Uffiċjal ta’ Kontabilità tal-Kummissjoni Ewropa – huwa tal-fehma li l-livell differenti ta’ dettalji huwa bbażat fuq il-prattiki tar-rapportaġġ tal-Kummissjoni u biex jevita li jkun hemm ħafna informazzjoni simili f’żewġ rapporti differenti. L-Uffiċċju BEREC ser isegwi kull linja gwida għar-rapportaġġ tal-baġit tal-aġenziji għas-sena finanzjarja li jmiss dejjem jekk tali linji gwida jiġu ppubblikati.

14.

L-Uffiċċju BEREC jieħu nota tal-kumment dwar l-amministratzzjoni baġitarja rigward l-approprjazzjonijiet impenjati relatati mal-ispiża amministrattiva għal Titolu II.

Dawn ir-riporti huma l-aktar relatati mal-forniment ta’ servizzi li jmorru lil hinnn mill-2015 u ġejjin minn operazzjonijiet normali tal-Uffiċċju BEREC, li kienu pjanati minn qabel.

L-Uffiċċju BEREC iffisa għan li jnaqqas il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati fl-2016 għal-ispiża amministrattiva.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/27

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru

(2016/C 449/04)

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Entitajiet tal-Unjoni Ewropea (iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea) (minn hawn ’il quddiem “iċ-Ċentru”, magħruf ukoll bħala s-“CDT”), li jinsab fil-Lussemburgu, inħoloq bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 (1). Il-kompitu taċ-Ċentru huwa li jipprovdi lil kwalunkwe istituzzjoni u korp tal-Unjoni Ewropea li jitolbu s-servizzi tiegħu bis-servizzi ta’ traduzzjoni meħtieġa għall-attivitajiet tagħhom.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għaċ-Ċentru (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għaċ-ċentru

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

56,3

49,6

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (1)

216

218

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll taċ-Ċentru. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali taċ-Ċentru, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali taċ-Ċentru wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tiegħu jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja taċ-Ċentru fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali taċ-Ċentru jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet taċ-Ċentru kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali taċ-Ċentru jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

12.

Iċ-Ċentru għad ma għandux Pjan tal-Kontinwità tan-Negozju stabbilit. Għaldaqstant, mhuwiex qed jikkonforma mal-Istandard ta' Kontroll Intern Nru 10 (9).

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

13.

Fi tmiem l-2015 il-flus kontanti u d-depożiti għal terminu qasir taċ-Ċentru kienu jammontaw għal EUR 38,3 miljun (EUR 44 miljun fi tmiem l-2014) u r-riżervi tiegħu kienu jammontaw għal EUR 34 miljun (EUR 40,4 miljun fi tmiem l-2014). Dan jirrifletti t-tnaqqis tal-prezzijiet fl-2015.

14.

Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f'ammont ta' EUR 2 miljun, jiġifieri 29 % (2014: EUR 1,5 miljun, jiġifieri 24 %). Dawn ir-riporti prinċipalment jikkonċernaw ir-rinnovazzjoni ta' uffiċċji addizzjonali li nkrew fl-2015 kif ukoll servizzi tal-IT li kienu għadhom ma ġewx ipprovduti sa tmiem l-2015.

15.

Iċ-Ċentru kkanċella EUR 5,9 miljun (12 %) ta' approprjazzjonijiet li kienu disponibbli fi tmiem l-2015. Dawn il-kanċellazzjonijiet huma relatati mal-istimar b'mod eċċessiv tal-ispiża għat-tradutturi esterni.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

16.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta' Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.cdt.europa.eu.

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta miċ-Ċentru.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(9)  L-Istandards ta' Kontroll Intern taċ-Ċentru huma bbażati fuq l-istandards ekwivalenti stabbiliti mill-Kummissjoni.

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

Mill-2012 'l hawn (ingħaqdu flimkien)

Mill-2012 'l hawn il-flus kontanti u d-depożiti għal terminu qasir taċ-Ċentru, kif ukoll il-bilanċ pożittiv tal-baġit u r-riżervi tiegħu kienu eċċessivi. Dan jindika li hemm lok għal tnaqqis fil-prezzijiet.

Ikkompletata

2012

Ir-Regolament Fundatur ta’ 20 aġenzija regolatorja awditjati mill-Qorti fl-2012 jeħtieġ li dawn jużaw iċ-Ċentru għall-ħtiġijiet tat-traduzzjoni kollha tagħhom (ir-Regolament Fundatur taċ-Ċentru jistipula l-istess ħaġa għal 4 aġenziji oħra). Aġenziji oħra mhumiex obbligati jużaw iċ-Ċentru. Għal dokumenti li mhumiex tekniċi l-aġenziji jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż tagħhom billi jużaw servizzi lokali. Fl-opinjoni tal-Qorti l-leġiżlatur għandu jikkunsidra li jippermetti lill-aġenziji kollha jagħmlu dan.

Pendenti

IT-TWEĠIBA TAĊ-ĊENTRU

12.

Wara t-tlestija tal-Analiżi tal-Impatt tan-Negozju, l-Istrateġija għall-Kontinwità tan-Negozju u l-Pjanijiet għall-Kontinwità tan-Negozju operattivi ġew approvati fit-tieni kwart tal-2016 mill-amministrazzjoni taċ-Ċentru flimkien ma’ rieżami tad-dokumenti tal-Kontinwità tan-Negozju.

13.

Iċ-Ċentru ħa diversi passi biex inaqqas l-eċċessi fil-baġit. L-ewwel nett, iċ-Ċentru naqqas il-prezz tal-2015 tat-traduzzjoni tad-dokumenti b’6,8 % u l-parti fissa tal-prezz għat-traduzzjoni tat-trade marks b’EUR 1 miljun.

It-tieni nett, biex ikunu evitati eċċessi kbar fil-baġit fil-futur, iċ-Ċentru introduċa rimborż awtomatiku tal-eżitu tal-baġit tas-sena preċedenti lill-klijenti, jekk dan l-ammont jaqbeż il-EUR 1 miljun. Abbażi ta’ dan il-mekkaniżmu l-ġdid, l-eċċessi fil-baġit tal-2014, li ammontaw għal EUR 2,6 miljun, tħallsu lura lill-klijenti fl-2015.

It-tielet nett, l-abbozz tad-dokument ta’ programmazzjoni 2017-2019 tħejja bil-ħsieb li se jkun hemm defiċits u għaldaqstant iktar tnaqqis tal-fond ta’ riżerva għall-istabbiltà tal-prezzijiet huwa mistenni kif ġej: EUR -3,9 miljun fl-2017, EUR -3,0 miljun fl-2018 u EUR -3,2 miljun fl-2019 rispttivament.

14.

Iċ-Ċentru ħa nota tal-osservazzjoni tal-Qorti u ser ikompli jimplimenta miżuri biex itejjeb is-sistemi ta’ ppjanar baġitarju u ta’ monitoraġġ. Ir-riporti huma ġeneralment minħabbi n-natura pluriennali tal-proġetti tal-IT u r-ristrutturazzjoni ta’ sedijiet addizjonali.

15.

Iċ-Ċentru implimenta monitoraġġ eqreb tal-evoluzzjoni tal-ispejjeż tat-traduzzjonijiet esterni. Għaldaqstant, il-previżjonijiet baġitarji mill-2016 ‘il quddiem se jkunu bbażati fuq iċ-ċifri aġġornati, u l-ispejjeż huma monitorjati mill-qrib matul is-sena, bħala input kemm għall-baġits ta’ emenda kif ukoll għall-baġits fis-snin futuri.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/32

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru

(2016/C 449/05)

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali) (minn hawn ’il quddiem “iċ-Ċentru”, magħruf ukoll bħala s-“Cedefop”), li jinsab f'Salonka, ġie stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (1). Il-mandat prinċipali tiegħu huwa li jservi l-iżvilupp tat-taħriġ vokazzjonali fil-livell tal-Unjoni. Sabiex jilħaq dan l-objettiv, huwa għandu l-kompitu li jiġbor u li jxerred dokumentazzjoni dwar is-sistemi ta’ taħriġ vokazzjonali.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għaċ-Ċentru (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għaċ-ċentru

2014

2015

Baġit (miljun EUR) (1)

18,4

18,4

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (2)

120

123

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll taċ-Ċentru. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali taċ-Ċentru, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali taċ-Ċentru wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tiegħu jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja taċ-Ċentru fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali taċ-Ċentru jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet taċ-Ċentru kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali taċ-Ċentru jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f'ammont ta’ EUR 477 994, jiġifieri 28 % (2013: EUR 425 877, jiġifieri 24 %). Dan irriżulta, fil-biċċa l-kbira, mill-volum kbir ta' tagħmir tan-netwerk u tagħmir ieħor tal-IT li kien meħtieġ għar-rinnovazzjoni taż-żoni msewwija tal-bini taċ-Ċentru, li kienu għadhom ma twasslux jew ma ġewx iffatturati sa tmiem l-2015.

KUMMENTI OĦRA

13.

Il-bini pprovdut liċ-Ċentru mill-Istat Grieg huwa mibni fuq linja ta' qasma attiva, li rriżulta fi ħsara strutturali għall-bini. L-awtoritajiet Griegi wettqu xogħol ta' tiswija u tisħiħ strutturali, u dan ġie kkompletat fl-2015. Barra minn hekk, iċ-Ċentru qed jindirizza diversi problemi ta' sikurezza relatati mal-kostruzzjoni tal-bini. Problema partikolari ta' sikurezza tikkonċerna l-faċċata tal-bini, li hija tal-ħġieġ, u t-tamboċċi tas-swali tal-konferenzi taċ-Ċentru, u qed taffettwa d-disponibbiltà tal-faċilitajiet taċ-Ċentru.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta' Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.cedefop.europa.eu.

(1)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament.

(2)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta miċ-Ċentru

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

IR-RISPOSTA TAĊ-ĊENTRU

12.

Is-Cedefop ikompli juża l-fondi tiegħu b’mod effettiv u effiċjenti b’rata ta’ implimentazzjoni baġitarja ġenerali ta’ 98,5 %. Mill-EUR 425 877 riportati għall-2015, huma biss EUR 17 068 li eventwalment ġew ikkanċellati (jew 4 %).

Fl-2015, is-Cedefop seta’ jutilizza t-tfaddil addizzjonali li rriżulta mill-aġġustament ‘l isfel fil-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tas-salarji minn 83,8 % għal 79,9 %. Dan l-aġġustament kien fil-fatt ikkomunikat liċ-Ċentru f’Novembru 2015. Konsegwentement, għalkemm is-Cedefop seta’ jutilizza dawn il-fondi minnufih qabel it-tmiem tas-sena, il-ħlasijiet setgħu jsiru biss fl-2016.

13.

Ix-xogħlijiet ta’ tiswija u t-tisħiħ strutturali tlestew fl-2015 (1) u kienu effettivi kif muri mill-qari reċenti tal-crack meter (April 2016), li jindika rata baxxa ta’ tnaqqis u, b’riżultat ta’ dan, aktar stabbiltà. Barra minn hekk, is-Cedefop installa s-sistemi kollha meħtieġa (klinometri) biex jiġu ssorveljati l-istabbiltà u r-rata ta’ tnaqqis. Fl-aħħar nett, sa mill-2014 hemm fis-seħħ assigurazzjoni ta’ tnaqqis għall-bini. Fil-qosor, il-ħsara strutturali ġiet indirizzata b’mod komprensiv u issa hija negliġibbli.

Kif innotat mill-Qorti li, attwalment is-Cedefop qed jindirizza diversi kwistjonijiet ta’ sigurtà relatati mal-faċċata tal-ħġieġ tal-bini u mat-tamboċċi tal-kmamar tal-konferenzi taċ-Ċentru, li juru tkagħbir bl-użu speċifiku aċċellarat. Dan huwa marbut mal-mod ta’ kostruzzjoni tal-faċċata tal-ħġieġ u tat-tamboċċi, u mhux mal-post fejn jinsab il-bini fuq linja ta’ qsim attiva. Il-kuntratt tax-xogħlijiet biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni kien iffirmat fl-1 ta’ Ġunju 2016 u huwa maħsub li l-faċilitajiet ser ikunu disponibbli b’mod sħiħ sa tmiem Awwissu.

Mat-tlestija ta’ dawn ix-xogħlijiet, il-kwistjonijiet ta’ sigurtà msemmija qabel ikunu ġew indirizzati b’mod sħiħ.

(1)  Spiża totali: madwar EUR 1 700 000, koperti b’mod sħiħ mill-gvern Grieg.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/36

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Kulleġġ

(2016/C 449/06)

INTRODUZZJONI

1.

Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (minn hawn ’il quddiem “il-Kulleġġ”, magħruf ukoll bħala s-“CEPOL”), li jinsab f'Budapest, ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/820/JHA, imħassra u sostitwita fl-2005 bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (1). Il-kompitu tal-Kulleġġ huwa li jaħdem bħala netwerk u jiġbor flimkien l-istituti nazzjonali ta' taħriġ tal-pulizija fl-Istati Membri biex jipprovdi sessjonijiet ta’ taħriġ, ibbażati fuq standards komuni, għall-uffiċjali għolja tal-pulizija.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Kulleġġ (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-kulleġġ

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

8,9

8,8

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (1)

43

45

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Kulleġġ. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Kulleġġ u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Kulleġġ jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Il-Kulleġġ iddelega dawn ir-responsabbiltajiet lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni permezz ta' ftehim dwar il-livell ta' servizz. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Kulleġġ wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Kulleġġ fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ ikunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Kulleġġ kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

Il-livell ta' dettall fir-rapport tal-Kulleġġ dwar l-implimentazzjoni baġitarja, li ġie awditjat, huwa differenti minn dak fir-rapporti pprovduti mill-biċċa l-kbira tal-aġenziji l-oħra, li juri li hemm ħtieġa għal linji gwida ċari dwar ir-rappurtar tal-baġit mill-aġenziji.

13.

Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f'ammont ta' EUR 212 456, jiġifieri 49 % (2014: EUR 383 940 jew 59 %). Dan irriżulta mir-rilokazzjoni tal-Kulleġġ mir-Renju Unit għall-Ungerija f’Settembru 2014 u l-ħtieġa konsegwenzjali li jiġu inizjati kuntratti ġodda għal servizzi u għal provvisti. Il-biċċa l-kbira mis-servizzi li ġew akkwistati taħt dawn il-kuntratti annwali ma kinux ġew ipprovduti sa tmiem l-2015.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

14.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Kulleġġ hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.cepol.europa.eu.

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Kulleġġ.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

Mill-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2011 li jammontaw għal EUR 1,7  miljun, EUR 0,7  miljun (41,2  %) ġew ikkanċellati fl-2012. Dan kien prinċipalment dovut għal spejjeż aktar baxxi milli stmat li kellhom jiġu rimborżati taħt il-ftehimiet ta’ għotja 2011 (EUR 0,44  miljun jew 62 % tar-riporti kkanċellati).

M/A

2013

Mill-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2012 li jammontaw għal EUR 1,7  miljun, EUR 0,3  miljun (17,6  %) ġew ikkanċellati fl-2013. Dan kien prinċipalment dovut għal spejjeż aktar baxxi milli stmat li kellhom jiġu rimborżati taħt il-ftehimiet ta' għotja 2012 (EUR 0,21  miljun jew 70 % tar-riporti kkanċellati), li jindika l-ħtieġa li tinkiseb informazzjoni aktar preċiża mill-benefiċjarji fi tmiem is-sena dwar l-ispiża li fil-fatt tkun iġġarrbet.

M/A

2013

Il-proċeduri ta' reklutaġġ tal-Kulleġġ għadhom mhumiex trasparenti għalkollox. Il-gwida lill-membri tal-bordijiet tal-għażla dwar il-valutazzjoni konsistenti tal-kriterji tal-għażla ma kinitx ċara biżżejjed; ir-rekwiżiti stabbiliti fir-rigward tal-esperjenza professjonali ma kinux dejjem konformi mar-Regoli ta' Implimentazzjoni għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Kulleġġ u d-dokumentazzjoni tar-reklutaġġ kienet inkompleta.

Ikkompletata

2014

Ir-rata ta' kanċellazzjoni għall-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2013 kienet għolja f'ammont ta' EUR 129 828 (15 %), prinċipalment minħabba l-kanċellazzjoni tal-proġett Matrix (EUR 15 090 ) u l-ispejjeż aktar baxxi milli stmat li kellhom jiġu rimborżati taħt il-ftehimiet ta' għotja 2013 (EUR 57 285 ). Il-proġett Matrix ġie kkanċellat matul il-fażi inizjali tiegħu peress li ma kienx jissodisfa l-ħtiġijiet operazzjonali. Dan seta' jiġi evitat li kieku saret analiżi xierqa tal-utenti mill-Kulleġġ. L-istima eċċessiva tal-ispejjeż għall-għotjiet tindika l-ħtieġa li tinkiseb informazzjoni aktar preċiża mill-benefiċjarji tal-Kulleġġ.

M/A

2014

Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f'ammont ta’ EUR 383 940 , jiġifieri 59 % (2013: EUR 145 414 , jiġifieri 30 %). Dan irriżulta, fil-parti l-kbira, mill-volum kbir ta' għamara u ta’ tagħmir tal-IT, u mill-manutenzjoni meħtieġa, għall-uffiċċji l-ġodda tal-Kulleġġ, li kienu ordnati iżda li kienu għadhom ma twasslux u/jew ma tħallsux fl-aħħar tliet xhur tal-2014 (il-kulleġġ ikkompleta r-rilokazzjoni tiegħu għal Budapest f'Ottubru 2014).

M/A

IT-TWEĠIBA TAL-KULLEĠĠ

12.

Il-Kulleġġ ħa nota tal-kummenti tal-Qorti. CEPOL — li, f'konformità mas-suġġerimenti fir-Regolament Finanzjarju Qafas, esternalizzat ir-rwol tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà lill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni Ewropea — hija tal-fehma li l-livell differenti ta' dettalji huwa bbażat fuq il-prattiki tar-rapportar tal-Kummissjoni u li jiġi evitat li jkun hemm informazzjoni simili kbira f'żewġ rapporti differenti. CEPOL tappoġġa l-intenzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' linji gwida għar-rapportar tal-baġit tal-aġenziji għall-kontijiet tal-2016.

13.

Il-Kulleġġ ħa nota tal-kummenti tal-Qorti. Ir-rata ta' riporti għat-Titolu II (infiq amministrattiv) hija għolja iżda ġġustifikata bil-ħsieb tat-tiġdid ta' kuntratti jew ta' fatturi pendenti fit-tmiem tas-sena. CEPOL tejbet il-ġestjoni tal-baġit tagħha u timpenja ruħha biex tkompli żżomm il-konformità mal-prinċipju baġitarju ta' annwalità previst fir-Regolament Finanzjarju.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/41

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2016/C 449/07)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Aġenzija”) twaqqfet fl-1 ta’ Jannar 2005 (l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa Pubblika — PHEA — mill-2005 sal-2008, l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi — EAHC — mill-2008 sal-2013 u l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel, CHAFEA — mill-1 ta’ Jannar 2014) (1). L-Aġenzija, li tinsab fil-Lussemburgu, ġiet stabbilita għal perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2024. Hija timplimenta l-Programm tal-UE dwar is-Saħħa, il-Programm tal-Konsumaturi u l-inizjattiva għat-Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2)

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

7,2

7,4

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (1)

49

49

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

L-Aġenzija rriportat EUR 0,5 miljun, jiġifieri 36,4 % (2014: EUR 0,1 miljun, jiġifieri 13 %) tal-approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva). Dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati mal-estensjoni tal-ispazju għall-uffiċċji tal-Aġenzija u mas-sistemazzjoni meħtieġa tal-uffiċċji (EUR 0,3 miljun).

13.

L-Aġenzija rriportat EUR 0,9 miljun, jiġifieri 52 % (2014: EUR 0,9 miljun, jiġifieri 50 %) tal-approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu III (nefqa marbuta mal-operazzjonijiet tal-Aġenzija). Dawn ir-riporti huma prinċipalment dovuti għall-ħruġ tardiv tal-pjan ta’ ħidma tal-Aġenzija mill-Kummissjoni f’Ġunju 2015.

14.

L-Aġenzija kkanċellat EUR 0,2 miljun, jiġifieri 18 % tar-riporti tagħha għall-2015 (2014: EUR 0,1 miljun, jiġifieri 14 %), li jindika dgħufijiet fl-ippjanar għalihom.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

15.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/770/UE (ĠU L 341, 18.12.2013, p. 69).

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: http://ec.europa.eu/chafea/

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju, ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u n-noti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit.

(5)  L-Artikoli 38 sa 42 tar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikoli 87 sa 92 tar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2014

Ir-riporti għat-Titolu III (Nefqa marbuta mal-operazzjonijiet tal-Aġenzija) huma għoljin f’livell ta’ EUR 0,9 miljun (2013: EUR 1,0 miljun), jiġifieri 50 % (2013: 43 %) tal-approprjazzjonijiet impenjati. Għalkemm livell hekk għoli ta’ riporti jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, huwa relatat ma’ servizzi riċevuti fl-2014 (EUR 0,6 miljun) u ma’ kuntratti annwali li jkopru parti mill-2015 (EUR 0,3 miljun).

M/A

IT-TWEĠIBA TAL-AĠENZIJA

12.

L-Aġenzija m’għandhiex osservazzjonijiet addizzjonali għall-kummenti tal-Qorti

L-Aġenzija taċċetta l-kummenti tal-Qorti. L-Aġenzija għandha tkompli bl-isforzi tagħha biex tkompli tnaqqas il-livell ta’ riporti u r-rata ta’ kanċellazzjoni C8.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/46

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2015 flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju

(2016/C 449/08)

INTRODUZZJONI

1.

L-Uffiċċju tal-Komunità tal-Varjetajiet ta’ Pjanti (l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti) (minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju”, magħruf ukoll bħala s-“CPVO”), li jinsab f’Angers, inħoloq bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 (1). Il-kompitu prinċipali tiegħu huwa li jirreġistra u jeżamina applikazzjonijiet għall-għoti ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali tal-Unjoni għal varjetajiet ta’ pjanti u li jiżgura li l-eżamijiet tekniċi meħtieġa jsiru mill-uffiċċji kompetenti fl-Istati Membri.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Uffiċċju (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-ffiċċju

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

14,7

14,7

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (1)

45

46

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Uffiċċju. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Il-President japprova l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tiegħu jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f'ammont ta’ EUR 395 882, jiġifieri 28 % (2014: EUR 394 599, jiġifieri 30 %). Dawn huma prinċipalment relatati ma’ proġetti tal-IT (EUR 134 030), spejjeż għal missjonijiet (EUR 96 368) u spejjeż relatati mal-awditjar intern (EUR 82 070) li s-servizzi jew il-fatturi għalihom mhux se jiġu pprovduti jew riċevuti qabel l-2016.

13.

Ir-rata ta’ riporti tal-2014 li ġew ikkanċellati kienet għolja għat-Titolu II f’livell ta’ 20 % (2014: 26 %) u tindika dgħufijiet fl-ippjanar tagħhom.

KUMMENTI OĦRA

14.

Fil-prinċipju, in-nefqa għal proċeduri assoċjati ma’ appelli kellha tkun koperta mill-piżijiet tal-appelli (8). Madankollu, dawn il-piżijiet ikopru parti żgħira biss mill-ispejjeż li fil-fatt iġġarrbu. Fl-2015, l-introjtu dderivat mill-piżijiet tal-appelli ammonta għal total ta’ EUR 11 000 (2014: EUR 12 500), filwaqt li l-ispejjeż tal-membri fuq il-bord tal-appelli ammonta għal madwar EUR 62 037 (2014: EUR 80 114).

15.

Fil-31 ta’ Diċembru 2015, il-piżijiet li kienu għadhom ma tħallsux wara 90 jum (fil-biċċa l-kbira piżijiet annwali) ammontaw għal EUR 240 766. L-Uffiċċju ma użax l-alternattivi kollha previsti fir-Regolament Finanzjarju tiegħu biex jirkupra piżijiet li ma kinux tħallsu, bħal irkupru infurzat (9).

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

16.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.cpvo.europa.eu.

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Uffiċċju.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 38 sa 42 tar-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju.

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikoli 87 sa 92 tar-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju.

(8)  Il-Premessi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1238/95 (ĠU L 121, 1.6.1995, p. 31).

(9)  L-Artikoliu 53 tar-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju.

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2014

L-Uffiċċju juża l-bankjar elettroniku għall-biċċa l-kbira mill-pagamenti tiegħu. L-Uffiċjal tal-Kontabbiltà jew iż-żewġ deputati tagħha jistgħu jiffirmaw il-pagamenti b’mod elettroniku. Ma tinħtieġx firma ta’ persuna oħra, u dan jirrappreżenta riskju finanzjarju għall-Uffiċċju.

Pendenti

2014

Għalkemm l-Uffiċċju sar operattiv fl-1995, għad ma hemmx ftehim dwar is-sede, iffirmat mal-Istat Membru ospitanti tiegħu, li jkun jiċċara l-kundizzjonijiet li taħthom l-Uffiċċju jista’ jopera u li huwa jista’ joffri lill-persunal tiegħu.

Għadha għaddejja

IT-TWEĠIBA TAL-UFFIĊĊJU

12.

L-Uffiċċju jieħu nota tal-kummenti tal-Qorti rigward il-livell ta’ riporti dwar it-Titolu II u jikkunsidra li r-riporti kienu ġustifikati.

13.

L-Uffiċċju jieħu nota tal-kummenti tal-Qorti rigward il-kanċellazzjoni tar-riporti tal-2014.

14.

It-tariffa tal-appell ġiet stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1238/95 bl-ammont ta’ EUR 1 500 u hija infurzata bħala tali mill-Uffiċċju.

15.

L-Uffiċċju jieħu nota tal-kummenti rigward tariffi mhux mħallsin, u, minkejja li r-Regolament Bażiku tas-CPVO għandu penali speċifiċi li jiġu applikati fil-każ li ma jsirx ħlas, ser jinvestiga l-possibbiltà ta’ rkupru kost effettiv ta’ ammonti dovuti.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/51

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2016/C 449/09)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“EACEA”), li tinsab fi Brussell, ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2013/776/UE (1) li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2009/336/KE. Il-kompitu tal-Aġenzija huwa l-ġestjoni ta' programmi li jiġu deċiżi mill-Kummissjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura, inkluż it-twettiq tal-implimentazzjoni dettaljata ta’ proġetti tekniċi.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

46,9

46,9

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (1)

437

441

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu III (appoġġ għall-operazzjonijiet tal-Aġenzija) f’ammont ta’ EUR 2,8 miljun, jiġifieri 50 % (2014: EUR 3,2 miljun, jiġifieri 56 %). Dawn huma prinċipalment relatati ma' awditi ta' proġetti li għadhom għaddejjin (EUR 1 miljun), servizzi tal-IT (EUR 0,8 miljun), servizzi ta' komunikazzjoni ta’ informazzjoni u pubblikazzjoni (EUR 0,5 miljun) kif ukoll traduzzjonijiet (EUR 0,2 miljun) li kienu ordnati fl-2015 iżda li kienu għadhom ma ġewx fatturati sa tmiem is-sena jew li mhumiex se jitwasslu qabel l-2016.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 343, 19.12.2013, p. 46.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.eacea.ec.europa.eu.

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 62 u 68 flimkien mal-Artikoli 53 u 58 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 162 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2014

Il-livell kumplessiv ta’ approprjazzjonijiet impenjati kien għoli f'rata ta' 98 % (97 % fl-2013). Ir-riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin ukoll għat-Titolu III (appoġġ għall-operazzjonijiet tal-Aġenzija) f'rata ta’ 56 %, jiġifieri EUR 3,2  miljun (1). Dawn huma prinċipalment relatati ma' servizzi tal-IT ordnati fl-2014 li kienu għadhom ma ġewx fatturati sa tmiem is-sena (EUR 1,2  miljun), awditi ta' proġetti li għadhom għaddejjin (EUR 1 miljun) u servizzi ta' komunikazzjoni, pubblikazzjoni u traduzzjoni (EUR 0,9  miljun) relatati ma’ programmi ġodda mmaniġġjati mill-Aġenzija.

M/A

(1)  Wara ristrutturar tal-baġit tal-Aġenzija, it-Titolu III “appoġġ għall-operazzjonijiet tal-Aġenzija” ġie introdott fl-2014.

IT-TWEĠIBA TAL-AĠENZIJA

L-Aġenzija tieħu nota tal-kummenti tal-Qorti. L-Aġenzija ser tkompli bl-isforzi stabbiliti biex tikkontrolla r-rata ta’ riporti.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/56

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2016/C 449/10)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea (l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni) (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“EASA”), li tinsab f’Cologne, ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) li tħassar bir-Regolament (KE) Nru 216/2008 (2). L-Aġenzija ngħatat kompiti regolatorji u eżekuttivi speċifiċi fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (3).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

162,3

185,4

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (1)

740

779

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (6):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (7); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur Eżekuttiv japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (8) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (9).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

Ir-riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f'ammont ta' EUR 4,4 miljun, jiġifieri 20,2 % (2014: EUR 3,6 miljun, jiġfieri 22 %) u għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f'ammont ta' EUR 2 miljun, jiġifieri 32,0 % (2014: EUR 2 miljun, jiġifieri 38,1 %). Dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati ma' żviluppi fl-IT li ġew ordnati lejn tmiem is-sena, kif ukoll ma' attivitajiet ta' regolamentazzjoni u ma' proġetti ta' riċerka li jkomplu wara l-2015.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(3)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.easa.europa.eu.

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(4)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(5)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(6)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(7)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(8)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

(9)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2013

Fl-2012, l-EASA għażlet 14-il Awtorità Nazzjonali tal-Avjazzjoni (NAAs) u 10 “Entitajiet Kwalifikati” (QEs) permezz ta’ proċeduri ta’ akkwist biex testernalizza parti mill-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni tagħha. In-nefqa għall-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni esternalizzati ta' dan it-tip ammontat għal madwar EUR 22 miljun fl-2013. Il-proċess ta' allokazzjoni ta’ kompiti speċifiċi ta’ ċertifikazzjoni lill-NAAs u lill-QEs u l-kriterji li għandhom jintużaw huma deskritti f'linji gwida speċifiċi stabbiliti mill-Aġenzija. Madankollu, it-trasparenza tal-esternalizzazzjoni tista’ tittejjeb permezz ta’ dokumentazzjoni aħjar tal-proċessi ta' allokazzjoni, inklużi l-valutazzjonijiet li jsiru fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fil-linji gwida. Dan huwa wkoll il-każ għall-allokazzjoni tal-bosta kuntratti oħra ta’ valur baxx lill-offerenti.

Ikkompletata

2013

L-Aġenzija saret operazzjonali fl-2004 u sal-lum ħadmet fuq il-bażi ta' korrispondenza u skambji mal-Istat Membru ospitanti. Madankollu, ma ġiex iffirmat ftehim komprensiv dwar il-kwartieri ġenerali bejn L-Aġenzija u l-Istat Membru. Ftehim ta' dan it-tip ikun jippromwovi t-trasparenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet li taħthom joperaw l-Aġenzija u l-persunal tagħha.

Għadha għaddejja

2014

Il-livell kumplessiv ta’ approprjazzjonijiet impenjati kien għoli f'rata ta’ 97,1  %. Għalkemm l-Aġenzija naqqset aktar il-livell kumplessiv ta’ riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati minn EUR 7,2  miljun (7,7  %) fl-2013 għal EUR 5,9  miljun (6,2  %) fl-2014, ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin f'ammont ta' EUR 3,6  miljun (22,0  %) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u f'ammont ta’ EUR 2,0  miljun (38,1  %) għat-Titolu III (nefqa operazzjonali). Għalkemm dan huwa parzjalment iġġustifikat min-natura pluriennali tal-operazzjonijiet tal-Aġenzija u r-riporti inklużi fil-kampjun tal-Qorti kienu ġġustifikati kif xieraq, livell għoli bħal dan imur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

M/A

2014

Hemm lok għal titjib fl-ippjanar tal-akkwist tal-Aġenzija, b'mod partikolari fir-rigward ta' kuntratti qafas. Fl-2014, tliet proċeduri tniedu tard wisq biex jissostitwixxu l-kuntratti qafas eżistenti qabel dawn skadew. Biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operat, żewġ kuntratti qafas eżistenti ġew estiżi sakemm dawk ġodda kienu stabbiliti, u f'każ ieħor tnediet proċedura ta' akkwist negozjata għall-perjodu interim. It-tibdil tad-durata inizjali tal-kuntratti taffettwa l-kompetizzjoni ġusta u l-użu ta' proċedura nnegozjata ma kienx f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.

M/A

IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

13.

Mill-2012 ‘l hawn, l-Aġenzija naqset b’mod sinifikanti l-livelli ta’ riporti minn 24 % għal 20,2 % għat-titolu II u minn 46,3 % għal 32 % għat-titolu III. L-ammonti li huma riportati huma, kif rikonoxxut mill-awdituri, ġustifikati minħabba n-natura tal-attivitajiet tal-Aġenzija, u issa qegħdin viċin ħafna tal-livelli aċċettabbli (+0,2 % u + 2 % rispettivament). Madankollu, l-Aġenzija tibqa’ impenjata li tkompli tnaqqas il-livelli ta’ riporti.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/61

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2016/C 449/11)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“EASME”), li tinsab fi Brussell, ħadet post u ssuċċediet l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (EACI) u ġiet stabbilita għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2024 bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/771/UE (1), li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/372/KE (2). Il-mandat konsiderevolment estiż tagħha huwa li timmaniġġja, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' seba' Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni, l-azzjonijiet tal-UE fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni, il-kompetittività tal-SMEs, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, l-affarijiet marittimi u s-sajd kif ukoll, bħal fil-passat, partijiet mill-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni 2007-2013.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (3).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

24,5

36,4

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (1)

283

373

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (6):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (7); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (8) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

L-approprjazzjonijiet impenjati riportati għat-Titolu III (Nefqa għall-Appoġġ tal-Programmi) jammontaw għal EUR 4 miljun, jiġifieri 65 % (2013: EUR 2,6 miljun, jiġifieri 72 %). Ir-riporti huma prinċipalment relatati ma’ kuntratti speċifiċi għal esperti (EUR 3 miljun) u awditi esterni (EUR 0,6 miljun), li minnhom EUR 0,8 miljun ġew iffirmati lejn tmiem l-2015. Dawn ir-riporti huma prinċipalment għal servizzi li għandhom jiġu pprovduti fl-2016.

13.

F’Diċembru 2015, l-Aġenzija ħallset EUR 2,2 miljun għall-kera tal-uffiċċji tagħha għall-2016 u għal spejjeż assoċjati. Dawn il-pagamenti saru mill-baġit tal-Aġenzija għall-2015 u għalhekk imorru kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità (9).

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

14.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 341, 18.12.2013, p. 73.

(2)  ĠU L 140, 1.6.2007, p. 52.

(3)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.ec.europa.eu/easme/.

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(4)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(5)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(6)  L-Artikoli 62 u 68 flimkien mal-Artikoli 53 u 58 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(7)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(8)  L-Artikolu 162 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(9)  L-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6).

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2013

Għalkemm ir-rati ta' implimentazzjoni tal-baġit għall-2013 kienu sodisfaċenti, il-punt sa fejn l-approprjazzjonijiet riportati mill-2012 ġew ikkanċellati fl-2013 (EUR 215 000 , jew 19 % tar-riporti) jindika dgħufijiet fl-ippjanar tal-baġit tal-Aġenzija u jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità. Dawn il-kanċellazzjonijiet huma prinċipalment relatati ma' impenji proviżorji li saru għal nefqa amministrattiva ta' rutina.

Ikkompletata

2014

L-estent tal-kanċellazzjonijiet, fl-2014, ta' approprjazzjonijiet baġitarji riportati mill-2013 (EUR 260 209 , jiġifieri 20 % tar-riporti (19 % fl-2013)) juri li kienet saret stima eċċessiva tal-ħtiġijiet baġitarji fi tmiem l-2013, bħalma kien il-każ fis-sena preċedenti.

Ikkompletata

2014

Għalkemm il-baġit inizjali tal-Aġenzija ġie emendat u tnaqqas bi EUR 3 miljun f'Settembru 2014, 91 % biss tal-approprjazzjonijiet baġitarji mnaqqsa ġew impenjati mill-Aġenzija. Din ir-rata baxxa ta' implimentazzjoni hija prinċipalment spjegata minn sfidi organizzazzjonali u operazzjonali marbuta mal-mandat estiż tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni ta' programmi u kompiti addizzjonali f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni. Minkejja dan, il-konsum insuffiċjenti sinifikanti tal-baġit juri l-ħtieġa li jitjieb l-ippjanar baġitarju tal-Aġenzija.

Għadha għaddejja (1)

2014

Dan huwa rifless ukoll fil-livell għoli u akbar ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015, li jammontaw għal EUR 3,8  miljun, jiġifieri 17 % (2013: EUR 1,3 miljun, jiġifieri 8 %), prinċipalment relatati mat-Titolu III (Nefqa għall-Appoġġ tal-Programmi) bi EUR 2,6  miljun, jiġifieri 72 % (2013: EUR 0,6  miljun, jiġifieri 35 %) li jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

Għadha għaddejja

(1)  Fl-2015, bl-esklużjoni tal-pagamenti msemmija fil-paragrafu 14, l-implimentazzjoni tal-baġit kienet baxxa f’livell ta’ 93 %.

IT-TWEĠIBA TAL-AĠENZIJA

12.

Matul l-2015 l-Aġenzija ħadet il-miżuri meħtieġa biex jitnaqqas ir-riport għall-2016. Ir-riport tal-approprjazzjonijiet impenjati għall-kuntratti ta’ awditu ma jagħtix bidu għal azzjonijiet korrettivi, peress li dawn huma ġġustifikati abbażi tan-natura tagħhom.

13.

L-Aġenzija għamlet l-ippjanar baġitarju inizjali abbażi taċ-ċaqliq possibbli lejn bini ġdid. Mingħajr ma kien mistenni l-OIB ikkanċella dan iċ-ċaqliq b’hekk l-Aġenzija kellha baġit kbir għad-dispożizzjoni tagħha. Barra minn hekk, l-Aġenzija tejbet il-metodoloġija tagħha tal-kalkolu tas-salarji u rrevediet ir-rati medji tas-salarji għall-gradi kollha u dan kellu impatt fuq il-baġit ġenerali. Ittieħdu diversi azzjonijiet biex jitnaqqas l-eċċess, madankollu, wara konsultazzjoni mal-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-EASME u skont il-prinċipji tal-ekonomija u tal-efffiċjenza, l-Aġenzija ddeċidiet li tuża l-eċċess b’mod ta’ eċċezzjoni għall-kiri u għas-servizzi tal-bini attwali għas-sena finanzjarja li jmiss.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/66

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju

(2016/C 449/12)

INTRODUZZJONI

1.

L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju”, magħruf ukoll bħala l-“EASO”), li jinsab fil-Belt Valletta, ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Uffiċċju huwa li jappoġġa l-iżvilupp tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil. Huwa ġie stabbilit bl-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni prattika dwar kwistjonijiet ta’ asil u li jgħin lill-Istati Membri jwettqu l-obbligi Ewropej u internazzjonali tagħhom biex jagħtu protezzjoni lil nies fil-bżonn. L-EASO jaġixxi bħala ċentru ta’ konsulenza fil-qasam tal-asil. Huwa jipprovdi wkoll appoġġ lill-Istati Membri li s-sistemi ta’ asil u akkoljenza tagħhom huma suġġetti għal pressjoni partikolari.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Uffiċċju (2)

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Uffiċċju

2014

2015

Baġit (miljun EUR) (1)

15,6

15,9

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (2)

79

93

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Uffiċċju. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur Eżekuttiv japprova l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tiegħu jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti suppost tqis ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Uffiċċju kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

L-Uffiċċju impenja EUR 14,5 miljun biss, jiġifieri 93,7 % tal-baġit approvat (2014: EUR 12,4 miljun, jiġifieri 84,7 %). Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kien għoli f'ammont ta' EUR 1 076 583, jiġifieri 36,9 % (2014: EUR 635 492, jiġifieri 28,7 %). Ir-riporti huma prinċipalment relatati ma' servizzi ta' konsulenza għal żviluppi fl-ICT ikkuntrattati fl-aħħar tliet xhur tal-2015 (EUR 0,4 miljun) u ma' investimenti fl-infrastruttura tal-IT (EUR 0,3 miljun), fid-dawl tar-reklutaġġ mistenni ta' persunal addizzjonali wara d-deċiżjoni tal-awtorità baġitarja, fi tmiem l-2015, li żżid it-tabella tal-persunal.

KUMMENTI OĦRA

13.

Id-Direttur tal-Uffiċċju approva politika ġdida għar-reklutaġġ ta' aġenti temporanji u kuntrattwali f'Novembru 2015. Il-politika l-ġdida tindirizza l-biċċa l-kbira mill-kwistjonijiet li ġew identifikati mill-Qorti matul awditi fil-passat. L-implimentazzjoni tagħha se tingħata segwitu fl-2016 meta huwa mistenni li jkun hemm għadd sinifikanti ta' persunal irreklutat.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

14.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta' Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.easo.europa.eu

(1)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq approprjazzjonijiet ta' pagament.

(2)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Uffiċċju.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE, Euratom) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

Hemm lok għal titjib fit-trasparenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ: ma kien hemm l-ebda evidenza li l-ponderazzjonijiet u l-punteġġi ta’ livell limitu biex wieħed jiġi mistieden għal intervisti u jitpoġġa fuq il-lista ta’ riżerva ġew issettjati qabel l-eżaminar tal-applikazzjonijiet, jew li l-mistoqsijiet għall-intervisti u t-testijiet bil-miktub ġew issettjati qabel l-eżaminar tal-applikazzjonijiet.

Għadha għaddejja

2013

Mill-għadd totali ta' pagamenti, 446 (18 %) saru wara l-limiti ta' żmien issettjati fir-Regolament Finanzjarju. Id-dewmien medju għal pagamenti tardivi kien ta' 21 jum.

Pendenti (1)

2013

Mis-16-il standard ta’ kontroll intern, 6 għadhom ma ġewx implimentati bis-sħiħ.

Għadha għaddejja (2)

2013

Hemm lok għal titjib fit-trasparenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ: il-mistoqsijiet għall-intervisti u t-testijiet bil-miktub ġew abbozzati wara eżaminar tal-applikazzjonijiet, li jżid ir-riskju li l-mistoqsijiet jiġu influwenzati minn applikazzjonijiet individwali; il-kumitati tal-għażla mhux dejjem taw punteġġi lill-kriterji kollha tal-għażla inklużi fl-avviżi ta' postijiet battala; id-dikjarazzjoni dwar il-kunflitt ta' interess iffirmata mill-membri tal-kumitat tal-għażla tqis biss relazzjoni personali bħala kunflitt potenzjali ta' interess u teskludi b'mod espliċitu relazzjonijiet professjonali; fil-każ ta' proċedura speċifika ta' reklutaġġ, ġiet innutata diskrepanza bejn kriterju ta' eliġibbiltà indikat fl-avviż ta' post battal u l-kriterju tal-għażla korrispondenti, li kien jikkonċerna l-għadd ta' snin ta' esperjenza professjonali dokumentata.

Għadha għaddejja

2014

L-Uffiċċju, fis-sistema ta' ġestjoni tal-baġit (ABAC) tiegħu għas-sena 2014, irriporta impenji baġitarji li kienu jammontaw għal madwar EUR 1,3  miljun u li ma kinux koperti minn impenji legali. Dan imur kontra r-Regolament Finanzjarju. Wara l-awditu tal-Qorti, l-Uffiċċju ddeċieda li jikkoreġi r-riporti irregolari u dan huwa rifless fil-kontijiet finali tiegħu għas-sena 2014. Madankollu, billi l-perjodu finanzjarju 2014 kien diġà għalaq, ma kienx għadu possibbli li ssir il-korrezzjoni fis-sistema u jeħtieġ li din issir fil-perjodu finanzjarju 2015.

M/A

2014

L-Uffiċċju għamel 1 062 (28,6  %) pagament wara l-limiti ta' żmien issettjati fir-Regolament Finanzjarju. Id-dewmien medju għal pagamenti tardivi kien ta' 24 jum.

Pendenti

2014

Mill-EUR 689 875 ta' approprjazzjonijiet impenjati mhux iddifferenzjati riportati mill-2013, EUR 146 417 (21,2  %) ġew ikkanċellati fl-2014 (2013: 16,5  %). Dan jindika dgħufijiet fl-ippjanar tal-baġit tal-Aġenzija u jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità. Il-kanċellazzjonijiet huma prinċipalment relatati ma servizzi interim u ma' korsijiet ta' taħriġ tal-persunal kif ukoll ma' servizzi ta' appoġġ amministrattiv u spejjeż għat-traduzzjoni.

M/A

2014

L-Uffiċċju implimenta approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 12,4 miljun biss, jiġifieri 84,7  % tal-baġit approvat (2013: EUR 10,5  miljun, jiġifieri 87,3  %). Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) riportati għall-2015 kien għoli f'ammont ta' madwar EUR 608 848 , jiġifieri 27,9  % (2013: EUR 540 269 , jiġifieri 30,7  %) u kien prinċipalment relatat ma' servizzi ta' konsulenza fl-IT li twasslu fl-2014 iżda li kienu għadhom iridu jitwasslu fl-2015.

M/A

2014

L-Uffiċċju għandu dawran għoli tal-persunal, 14-il membru tal-persunal ħallew l-Uffiċċju fl-2014, inklużi 4 f'pożizzjonijiet ewlenin. Dan id-dawran għoli tal-persunal joħloq riskju konsiderevoli għall-ilħuq tal-objettivi ssettjati fil-programm ta' ħidma annwali u pluriennali.

Għadha għaddejja

2014

Skont deċiżjoni mid-Direttur Eżekuttiv, il-parteċipanti f'laqgħat organizzati mill-EASO huma klassifikati f'waħda mit-tliet kategoriji (A, B jew C) għal rimborżi tal-ispejjeż. Ir-rimborżi totali tal-2014 lill-parteċipanti fil-laqgħat ammontaw għal EUR 997 506 . Il-parteċipanti tal-kategorija “A”, li huma mistennija jassumu rwol speċifiku fil-laqgħat, jircievu rimborż b'rata fissa għall-ispejjeż għall-ivvjaġġar u s-sussistenza ta' kuljum, filwaqt li l-parteċipanti tal-kategorija “B” jirċievu rimborż b'rata fissa għall-ispejjeż għall-ivvjaġġar biss. Il-parteċipanti tal-kategorija “C” mhuma eliġibbli għall-ebda rimborż. L-għadd ta' parteċipanti klassifikati bħala riċevituri ta' rimborżi tal-kategorija “A” żdiedu minn 61 % fl-2013 għal 69 % fl-2014. Ma hemm l-ebda dokumentazzjoni li tiġġustifika l-klassifikazzjoni tal-parteċipanti fit-tliet kategoriji.

Għadha għaddejja (3)

(1)  Fl-2015, l-Uffiċċju għamel 1 024 pagament, jiġifieri 29,2 %, wara l-limiti ta' żmien stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju. Id-dewmien medju għal pagamenti tardivi kien ta' 29 jum.

(2)  Fi tmiem l-2015 wieħed mill-istandards ta' kontroll intern kien għadu ma ġiex implimentat.

(3)  Fl-2015, ir-rimborżi lill-parteċipanti fil-laqgħat jammontaw għal EUR 987 515. L-għadd ta' parteċipanti klassifikati bħala riċevituri ta' rimborżi tal-kategorija “A” naqas minn 69 % fl-2014 għal 52 % fl-2015.

IT-TWEĠIBA TAL-UFFIĊĊJU

13.

Fir-rigward tar-riporti, dawn kienu ppjanati minn qabel u kienu ġġustifikati sew, minħabba r-rwol li l-EASO kellu fil-kriżi tal-migrazzjoni, li kienet ir-raġuni għalfejn l-Awtorità Baġitarja żiedet b’mod sinifikanti l-baġit u l-persunal tal-EASO għall-2016. B’konsegwenza ta’ dan, fit-tmiem tal-2015, l-EASO kellu jipprepara biex jakkomoda aktar persunal (+ 30 Aġent Temporanju) permezz tal-akkwist ta’ prodotti u servizzi neċessarji.

14.

L- EASO huwa f’konformità mal-kummenti ġenerali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (ECA) u huwa impenjat biex ikollu proċeduri ta’ reklutaġġ kompletament trasparenti permezz tal-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Reklutaġġ tal-EASO. Dan huwa rifless fir-reklutaġġi li saru minn Novembru 2015 ‘il quddiem, bl-indirizzar ta’ kwistjonijiet li kienu ġew identifikati f’eżerċizzji tal-awditjar fil-passat.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/72

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Awtorità

(2016/C 449/13)

INTRODUZZJONI

1.

L-Awtorità Bankarja Ewropea (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”, magħrufa wkoll bħala l-“EBA”), li tinsab f’Londra, ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Awtorità huwa li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiki regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, li tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, li tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti, li timmonitorja u tivvaluta żviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u li ssaħħaħ il-protezzjoni tad-depożitur u tal-investitur.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Awtorità (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Awtorità

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

33,6

33,4

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (1)

146

156

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Awtorità. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Awtorità, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Awtorità u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Awtorità jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur Eżekuttiv japprova l-kontijiet annwali tal-Awtorità wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Awtorità fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Awtorità jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Awtorità kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Awtorità jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Kwistjoni oħra – avveniment li seħħ wara d-data tal-karta tal-bilanċ

11.

Fit-23 ta' Ġunju 2016, iċ-ċittadini tar-Renju Unit (UK) ivvutaw biex joħorġu mill-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprovdi li Stat Membru li jiddeċiedi li joħroġ mill-Unjoni għandu jinnotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tiegħu, u l-Unjoni għandha tinnegozja u tikkonkludi ma' dak l-Istat ftehim li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-ħruġ tiegħu. Il-kontijiet u n-noti relatati tal-Awtorità, li tinsab f'Londra (UK) tħejjew bl-użu tal-informazzjoni li kienet disponibbli fid-data tal-iffirmar ta' dawn il-kontijiet, meta r-riżultati tar-referendum kienu għadhom mhumiex magħrufa u meta għadha ma ġietx ippreżentata n-notifika formali li tinvoka l-Artikolu 50 (9).

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

13.

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kienu għoljin f’ammont ta’ EUR 1 487 794, jiġifieri 28 % tat-total tal-approprjazzjonijiet impenjati taħt dan it-Titolu (2014: EUR 3 431 070, jiġifieri 48 %). Dawn jinkludu kwistjoni mhux riżolta rigward il-VAT pendenti li għandha titħallas fuq l-imposta tal-ibbilanċjar, tal-binja l-ġdida tal-Awtorità u fattura li tikkonċerna r-rati tan-negozju mill-Uffiċċju tal-Valwazzjonijiet tar-Renju Unit (valur ikkombinat ta' EUR 538 938).

14.

Ġew innutati dgħufijiet fl-istima tal-ħtiġijiet tal-IT, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw servizzi esternalizzati, li jaffettwaw il-ġestjoni baġitarja ta' spejjeż relatati, mill-Awtorità.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

15.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-4 ta' Ottubru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President

(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.eba.europa.eu.

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Awtorità.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE, Euratom) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(9)  Il-kontabilist tal-Awtorità ffirma l-kontijiet fl-24 ta' Mejju 2016.

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

Sabiex tkopri tariffi ogħla tal-iskola, l-Awtorità tagħti lill-persunal li t-tfal tagħhom jattendu l-iskola primarja jew sekondarja kontribuzzjoni għall-edukazzjoni barra mill-allowances għall-edukazzjoni previsti fir-Regolamenti tal-Persunal (1). Il-kontribuzzjonijiet totali għall-edukazzjoni fl-2012 ammontaw għal madwar EUR 76 000 . Huma mhumiex koperti mir-Regolamenti tal-Persunal u għalhekk huma irregolari.

Għadha għaddejja (2)

2014

Ir-riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kienu għoljin f'ammont ta' EUR 3 431 070 , jiġifieri 48 % (2013: EUR 1 974 511 , jiġifieri 35 %) u prinċipalment relatati mat-trasferiment tal-Awtorità għall-uffiċċji l-ġodda tagħha f'nofs Diċembru 2014.

M/A

(1)  L-Artikolu 3 tal-Anness VII jipprevedi d-doppju tal-allowance bażika ta’ EUR 252,81 = EUR 505,62.

(2)  Fi tmiem l-2015 l-Awtorità kienet iffirmat kuntratti ma' 20 mill-21 skola li jattendu t-tfal ta' membri tal-persunal.

IR-RISPOSTA TAL-AWTORITÀ

11.

L-Aġenzija ħadet nota tar-rapport tal-Qorti.

13.

L-EBA tagħmel sforz konsiderevoli biex jitnaqqsu r-riporti għal ħtiġijiet ġustifikati. Ir-riport li qed issir referenza għalih kien ġustifikat.

14.

Servizzi esternalizzati huma rregolati minn kuntratti qafas akkwistati b’mod xieraq. L-użu ta’ dawn is-servizzi huwa mmexxi mill-programm ta’ ħidma tal-EBA u huwa mmonitorjat kontinwament mill-IT u mill-Finanzi. L-EBA tejbet ulterjorment id-dokumentazzjoni tal-istima tal-ħtiġijiet tagħha għal proċeduri ta’ akkwist. Meta mqabbla mal-approprjazzjonijiet baġitarji inizjali għall-2015 allokati għall-ispejjeż tal-IT, l-EBA naqqset l-approprjazzjonijiet tal-IT b’4,3 % biss matul is-sena.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/77

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru

(2016/C 449/14)

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (l-ECDC – minn hawn ’il quddiem “iċ-Ċentru”), li jinsab fi Stokkolma, ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompiti prinċipali taċ-Ċentru huma li jiġbor u jxerred data dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-bniedem u li jipprovdi opinjonijiet xjentifiċi dwar dan is-suġġett. Huwa meħtieġ ukoll jikkoordina n-netwerk Ewropew ta' korpi li jaħdmu f'dan il-qasam.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għaċ-Ċentru (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għaċ-Ċentru

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

60,5

58,5

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (1)

277

260

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll taċ-Ċentru. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali taċ-Ċentru, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali taċ-Ċentru wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tiegħu jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja taċ-Ċentru fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali taċ-Ċentru jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet taċ-Ċentru kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali taċ-Ċentru jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

12.

Il-Qorti sabet diversi dgħufijiet li jaffettwaw it-trasparenza tal-proċeduri ta’ akkwist li ġew awditjati, bħan-nuqqas ta’ rabta ċara mal-programm ta' ħidma annwali taċ-Ċentru, sostanzjar insuffiċjenti tal-valur stmat tal-kuntratt jew in-nuqqas ta’ punt ta’ riferiment (soll) finanzjarju għall-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja tal-offerent.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

13.

Ir-rata kumplessiva ta' eżekuzzjoni tal-baġit kienet għolja f'livell ta' 94 % (99 % fl-2014). It-tnaqqis huwa relatat mal-fattur ta' ponderazzjoni aktar baxx li ġie applikat mill-1 ta’ Ġunju 2014 għal rimunerazzjonijiet fl-Iżvezja u għal dewmien fir-reklutaġġ li rriżulta fi spejjeż għall-persunal li kienu aktar baxxi milli antiċipat.

14.

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 1,6 miljun, jiġifieri 23 % (2014: EUR 1,5 miljun, jiġifieri 25 %). Dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati mal-akkwist ta' ħardwer u softwer tal-IT (EUR 0,8 miljun) kif ukoll għal servizzi tal-konsulenza immobiljari għal uffiċċji ġodda (EUR 0,3 miljun), li l-pagamenti għalihom huma dovuti biss fl-2016.

15.

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’ammont ta’ EUR 7,5 miljun, jiġifieri 42 % (2014: EUR 8,1 miljun, jiġifieri 49 %). Ir-riporti huma prinċipalment relatati ma’ proġetti pluriennali (EUR 5 miljun) u ma’ sostenn tal-IT għal attivitajiet operazzjonali (EUR 1,7 miljun) li ġew pprovduti u mħallsa kif ippjanat.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

16.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.ecdc.europa.eu

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta miċ-Ċentru.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

Fl-2012, iċ-Ċentru ta għotjiet lil istituzzjonijiet ta' riċerka u individwi. In-nefqa totali tal-għotjiet ammontat għal EUR 752 000 , li tirrappreżenta 1,4  % tan-nefqa operattiva għall-2012. Il-verifikazzjonijiet ex ante taċ-Ċentru qabel ir-rimborż tal-ispejjeż ikklejmjati mill-benefiċjarji jikkonsistu f'analiżi fl-uffiċċju tal-klejms għall-ispejjeż u parzjalment f'ċertifikati tal-awditjar maħruġa minn ditti indipendenti tal-awditjar ikkuntrattati mill-benefiċjarji. Iċ-Ċentru normalment ma jikseb ebda dokument mill-benefiċjarji biex jissostanzja l-eliġibbiltà u l-preċiżjoni tal-ispejjeż ikklejmjati. Sabiex isaħħaħ il-kontrolli, iċ-Ċentru adotta strateġija ta’ verifikazzjoni ex post u ppjana għall-implimentazzjoni tagħha fl-2012. Madankollu, huwa esperjenza dewmien ta’ 10 xhur biex jikseb aċċess għal kuntratt tal-awditjar interistituzzjonali u, fiż-żmien tal-awditu, kienet għadha ma saret ebda verifikazzjoni ex post tan-nefqa tal-għotjiet għall-2012. Dokumentazzjoni ta’ sostenn miksuba miċ-Ċentru f’isem il-Qorti pprovdiet aċċertament raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet awditjati mill-Qorti.

Ikkompletata

2014

Ir-rata kumplessiva ta' eżekuzzjoni tal-baġit kienet għolja f'livell ta' 99 % (92 % fl-2013). Madankollu, ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu wkoll relattivament għoljin, f'ammont ta' EUR 1,6  miljun, jiġifieri 25 % għat-Titolu II – nefqa amministrattiva (2013: EUR 1,7  miljun, jiġifieri 26 %) u EUR 8,1  miljun jiġifieri 49 % għat-Titolu III – nefqa operazzjonali (2013: EUR 7,9  miljun, jiġifieri 44 %). Ir-riporti għat-Titolu II kienu prinċipalment relatati mal-akkwist ippjanat ta' ħardwer u softwer tal-IT (EUR 1 miljun) fit-tieni nofs tal-2014, li l-pagament għalihom mhuwiex dovut qabel l-2015. Għat-Titolu III, ir-riporti kienu jikkonċernaw proġetti pluriennali (EUR 4,7  miljun), ICT għall-appoġġ ta' attivitajiet operazzjonali (EUR 1,6  miljun) li għalihom ġew implimentati attivitajiet u saru pagamenti skont il-ħtiġijiet operazzjonali, u konsultazzjoni tal-esperti (EUR 1,2  miljun) għall-organizzazzjoni ta' laqgħat li saru fl-2014 u li kienu għadhom ma ġewx iffatturati fi tmiem is-sena u ta' laqgħat li saru fl-ewwel tliet xhur tal-2015.

M/A

IR-RISPOSTA TAĊ-ĊENTRU

13.

L-ECDC issa ċċara r-rabta bejn il-proċeduri ta’ akkwist u l-programm ta’ ħidma annwali permezz tal-implimentazzjoni sħiħa ta’ verżjoni ġdida tal-applikazzjoni ta’ monitoraġġ ta’ akkwist tal-ECDC fl-2016. Il-prova tal-estimi tal-valuri tal-kuntratti issa qed tintalab qabel it-tnedija ta’ kwalunkwe proċedura ta’ akkwist ‘il fuq minn EUR 25 000 EUR. Il-limitu finanzjarju biex tkun ivvalutata l-kapaċità finanzjarja kien introdott fl-2016.

14./15./16.

Iċ-Ċentru laqa’ l-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/82

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2015 flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2016/C 449/15)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“ECHA”), li tinsab f’Ħelsinki, ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompiti prinċipali tagħha huma li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kif ukoll il-moviment liberu ta’ sustanzi fis-suq intern filwaqt li jiġu mtejba l-kompetittività u l-innovazzjoni. L-Aġenzija tippromovi wkoll l-iżvilupp ta’ metodi alternattivi għall-istima ta’ perikli relatati ma' sustanzi.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

2014

2015

Baġit (miljun EUR) (1)

113,2

115,1

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (2)

587

572

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

12.

L-Aġenzija tħallas 50 % tal-ispiża għall-indukrar ta' wlied il-persunal wara l-ħin tal-iskola, fl-Iskola Ewropea f'Ħelsinki. Il-kontribuzzjoni tagħha hija limitata għal EUR 1 000 għal kull wild, kull sena, u b'kollox ammontat għal madwar EUR 95 000 fl-2015. Din il-miżura ta' natura soċjali ġiet approvata fl-2008 mid-Direttur tal-Aġenzija iżda ma ġietx ikkomunikata lill-awtorità baġitarja fil-qafas tal-proċedura tal-baġit (9).

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

13.

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu IV (Nefqa operattiva għall-bijoċidi) f’ammont ta’ EUR 1,5 miljun, jiġifieri 74 %. Huma jikkonċernaw prinċipalment proġett tal-IT fuq skala kbira (EUR 1,4 miljun). Dan il-proġett seta' jinbeda biss fit-tieni nofs tal-2015 meta kien inġabar biżżejjed introjtu mill-ħlasijiet, għall-finanzjament tiegħu.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

14.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.echa.europa.eu

(1)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament.

(2)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(9)  L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika) (ĠU 45, 14.6.1962, p. 1385/62).

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2014

Kien hemm titjib fir-rati ta’ implimentazzjoni tal-baġit għas-sena 2014 meta mqabbla mas-sena ta' qabel. Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014 għat-Titoli III, IV u V (spejjeż operazzjonali) kien ta' EUR 8,5  miljun, jiġifieri 35 % (2013: EUR 10,6  miljun, jiġifieri 46 %). Dawn ir-riporti rriżultaw prinċipalment min-natura pluriennali ta’ proġetti ippjanati għall-iżvilupp tal-IT (EUR 4,5 miljun), minn spejjeż għal traduzzjonijiet ordnati fl-2014 iżda li ma kinux waslu u ma kinux tħallsu sa tmiem is-sena (EUR 0,5 miljun) u minn evalwazzjonijiet ta' sustanzi b'data ta' skadenza regolatorja fl-2015 (EUR 1,9 miljun).

M/A

In-nefqa għal proċeduri assoċjati ma’ attività speċifika ġdida tal-Aġenzija, l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-prodotti bijoċidali, fil-prinċipju kellha tkun koperta mill-ħlasijiet għall-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ dawn il-prodotti. Madankollu, il-ħlasijiet miġbura fl-2014 koprew biss 17 % ta’ din in-nefqa u l-parti li kien fadal kienet fil-fatt iffinanzjata minn kontribuzzjonijiet għall-baġit tal-Aġenzija mill-Unjoni (EUR 6,3 miljun) u mill-pajjiżi tal-EFTA (EUR 0,2  miljun) (1).

Għadha għaddejja

(1)  Il-ħlasijiet miġbura fl-2015 koprew 62 % ta’ din in-nefqa.

IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

12.

L-ECHA se tikkomunika din il-miżura ta’ natura soċjali lill-awtorità baġitarja fid-Dokument ta’ Programmazzjoni 2018-2020 u fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja tal-ECHA għall-2018. Barra minn hekk, l-ECHA se taġġorna r-rimarki dwar il-linja baġitarja rilevanti fl-ewwel baġit ta’ emenda għall-2016.

13.

L-ECHA tapprezza l-konklużjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u se tkompli tibqa’ attenta biex jiġu evitati kwalunkwe operazzjonijiet ta’ riport mhux ġustifikat.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/87

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2016/C 449/16)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija tal-Ambjent Ewropew (l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent) (minn hawn ‘il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“EEA”), li tinsab f’Copenhagen, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 (1). Hija responsabbli mill-istabbiliment ta’ netwerk ta’ osservazzjoni li jipprovdi lill-Kummissjoni, lill-Parlament, lill-Istati Membri u, b’mod aktar ġenerali, lill-pubbliku b’informazzjoni ta’ min joqgħod fuqha dwar l-istat tal-ambjent. Din l-informazzjoni għandha, b’mod partikolari, tippermetti lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni ħalli jissalvagwardjaw l-ambjent u jivvalutaw l-effettività ta’ tali azzjoni.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

52,6

49,2

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (1)

204

198

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur Eżekuttiv japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI OĦRA

12.

Il-proċeduri ta’ akkwist li ġew awditjati wrew li l-Aġenzija ffirmat kuntratti qafas ma’ kuntrattur wieħed li jintużaw għal diversi servizzi taħt kuntratti speċifiċi bi prezzijiet fissi. B’konsegwenza tat-talba għal offerta bi prezz fiss minn kuntrattur wieħed taħt dawn il-kuntratti, il-kompetizzjoni dwar il-prezz hija newtralizzata u d-dipendenza fuq il-kuntrattur tiżdied. Jenħtieġ li l-Aġenzija tikkonkludi ftehimiet ma’ aktar minn fornitur wieħed permezz tal-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni jew kuntratti diretti ta’ servizz, kull meta jkun possibbli.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.eea.europa.eu.

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

Fl-2012 l-Aġenzija tat għotjiet taħt tliet programmi ta’ għotja kbar (1) lil konsorzji li jikkonsistu f’istituzzjonijiet u korpi ambjentali fl-Ewropa, lil organizzazzjonijiet tan-NU u lil organizzazzjonijiet ambjentali nazzjonali. In-nefqa totali għall-għotjiet fl-2012 kienet EUR 11,9 miljun, li tirrappreżenta 27 % tat-total tan-nefqa operazzjonali. Il-verifikazzjonijiet ex ante tal-Aġenzija qabel ir-rimborż tal-ispejjeż ikklejmjati mill-benefiċjarji jikkonsistu f’analiżi ta’ dokumenti tal-klejms għall-ispejjeż. Normalment ma tirċevix dokumenti mill-benefiċjarji biex jissostanzjaw l-eliġibbiltà u l-preċiżjoni tal-ispejjeż għall-persunalli ġew ikklejmjati, li jirrappreżentaw il-parti prinċipali tal-ispejjeż (2).

Ikkompletata

2013

Fl-2013 l-Aġenzija tat għotjiet taħt ħames programmi ta’ għotja (3) lil konsorzji li jikkonsistu f’istituzzjonijiet u korpi ambjentali fl-Ewropa, organizzazzjonijiet tan-NU u organizzazzjonijiet nazzjonali għall-ambjent. In-nefqa totali għall-għotjiet fl-2013 kienet EUR 13,9 miljun, li tirrappreżenta 31 % tat-total tan-nefqa operazzjonali. Il-verifikazzjonijiet ex ante tal-Aġenzija jikkonsistu f’analiżi ta’ dokumenti tal-klejms għall-ispejjeż. B’segwitu għall-kumment tal-Qorti tas-sena li għaddiet, l-EEA intensifikat il-kontrolli tagħha dwar l-eliġibbiltà u l-preċiżjoni tal-ispejjeż għall-persunal ikklejmjati taħt il-programmi ta’ għotja, peress li dawn jirrappreżentaw l-akbar parti tal-ispejjeż. B’mod partikolari, għal kampjun ta’ benefiċjarji, inkisbu l-iskedi bil-ħinijiet tax-xogħol biex jiġu ċċekkjati l-ispejjeż ikklejmjati għas-salarji, iżda l-karti tas-salarji (payslips) ma nkisbux. Għat-tranżazzjonijiet awditjati mill-Qorti nkisbet dokumentazzjoni ta’ sostenn li pprovdiet aċċertament raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tagħhom.

Ikkompletata

2012 u 2013

Verifikazzjonijiet (ex ante) fuq il-post, tal-ispejjeż [ikklejmjati taħt il-programmi ta’ għotja] fil-livell tal-benefiċjarji huma rari (4).

Għaldaqstant, il-kontrolli eżistenti jipprovdu biss aċċertament limitat dwar l-eliġibbiltà u l-preċiżjoni tal-ispejjeż ikklejmjati mill-benefiċjarji.

Għadha għaddejja (5)

2014

Fl-2014 l-Aġenzija nediet sejħa biex takkwista servizzi għall-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza għall-IT u għas-Sistema ta’ Informazzjoni Ġeografika (GIS), għall-implimentazzjoni tal-komponent Aċċess għal Data ta’ Referenza (RDA) u għall-appoġġ tal-EEA f’attivitajiet oħra relatati ma’ Copernicus, b’valur ta’ EUR 1,7 miljun. Aspett importanti tas-sejħa għall-offerti, imsejjaħ “nuqqasijiet magħrufa” ma kien definit imkien fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Speċifikazzjonijiet tal-offerta aktar ċari kienu jikkontribwixxu għal proċedura ta’ akkwist aktar effettiva u kompetittiva.

M/A

2014

Għalkemm l-EEA bdiet timplimenta politika ġdida ta’ kontroll ex anteex post għall-għotjiet, il-proċeduri ta’ verifikazzjoni għadhom ma ġewx dokumentati. Madankollu, inħarġu linji gwida għall-benefiċjarji (Ċentri Tematiċi Ewropej jew ETC) dwar it-tħejjija ta’ dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż.

Ikkompletata

2014

Madankollu, ġew innutati dgħufijiet għat-tranżazzjonijiet ta’ għotjiet awditjati. Għal wieħed mill-ETCs, l-uffiċjal verifikatur kien identifika l-inklużjoni ta’ nfiq ineliġibbli fil-klejm tal-ispejjeż iżda l-uffiċjal awtorizzanti approva l-ammont kollu kklejmjat. Fit-tieni każ, tħallas il-klejm kollu tal-ispiża għalkemm il-biċċa l-kbira mis-sħab magħżula għal verifikazzjoni ex ante ma kinux ipprovdew id-dokumenti mitluba lill-EEA.

M/A

2014

Barra minn hekk, l-awditur intern kien involut kemm fil-verifikazzjonijiet ex ante kif ukoll f’dawk ex post: dawn huma kompiti inkompatibbli. Għandu jiġi nnutat li s-sistema ta’ kontrolli ex ante ilha s-suġġett ta’ diskussjoni bejn il-Qorti u l-Aġenzija mill-2012 ‘l hawn.

Għadha għaddejja

2014

L-Aġenzija kkuntrattat servizzi supplimentari (backup services), inklużi servizzi tal-e-Mail, ma’ fornitur tas-servizzi tal-cloud bl-użu ta’ kuntratt interistituzzjonali pprovdut mid-DIGIT. Il-kundizzjonijiet tal-kuntratt ma jiddefinixxux b’mod adegwat fejn tinstab id-data tal-Aġenzija. Il-kuntrattur irriżerva d-dritt li jittrasferixxi d-data tal-Aġenzija barra miż-żona ġeografika tal-Unjoni Ewropea mingħajr avviż, eż. biex jindirizza kwistjonijiet ta’ latenza, jista’ jkun meħtieġ li data dwar ir-rotot tiġi kkupjata lil ċentri differenti tad-data f’reġjuni differenti. Konsegwentement, l-Aġenzija ma żguratx li l-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, li għalihom hija suġġetta, jiġu ggarantiti u li l-fornitur tas-servizzi jirrispetta bis-sħiħ il-garanziji ta’ privatezza mogħtija permezz tal-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

Pendenti (6)

(1)  Iċ-Ċentri Tematiċi Ewropej (ETC), l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI) u l-Operazzjonijiet Inizjali għall-Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GIO).

(2)  Għal tipi oħra ta’ spejjeż (jiġifieri subkuntrattar, akkwist ta’ tagħmir), jintalbu u jiġu analizzati dokumenti ta’ sostenn.

(3)  Iċ-Ċentri Tematiċi Ewropej (ETCs), l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI), l-Operazzjonijiet Inizjali għall-Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GIO u GIO2), il-koordinazzjoni in situ tal-GMES (GISC) u l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA2).

(4)  Fl-2012 u fl-2011 twettqet verifikazzjoni ex ante waħda biex jiġu ċċekkjati s-sistemi ta’ kontroll ta’ benefiċjarju partikolari. Fl-2010 kienet twettqet verifikazzjoni ex ante waħda biex tiġi ċċekkjata l-eliġibbiltà ta’ nefqa ddikjarata minn benefiċjarju partikolari.

(5)  L-Aġenzija wettqet ħames verifikazzjonijiet ex ante fuq il-post li kienu relatati ma’ pagamenti lill-ETCs għas-snin finanzjarji 2015, 2014 u 2013.

(6)  L-Aġenzija tqis li din il-kwistjoni hija magħluqa wara l-emendi tal-kuntratt. Il-valutazzjoni mill-Qorti hija suġġetta għall-eżitu tal-każ legali pendenti bejn Microsoft u l-Istati Uniti (Nru 14-2985-cv).

IT-TWEĠIBA TAL-AĠENZIJA

12.

L-Aġenzija tixtieq tenfasizza li l-livell ta’ kompetizzjoni tas-suq partikolari tal-produzzjoni u l-analiżi tal-immaġni satellitari huwa relattivament limitat minħabba n-numru żgħir ta’ fornituri tas-servizz li joperaw fis-setturi relatati u l-istabbiltà u l-konsistenza tal-prezzijiet applikati. Barra minn hekk in-natura teknika u l-kumplessità tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti jeħtieġu l-kombinazzjoni ta’ kompetenzi differenti li l-fornituri tas-servizz li joperaw f’dan is-suq jistgħu jipprovdu biss meta jgħaqqdu l-forzi f’konsorzju. L-għażla li jingħata kuntratt qafas b’operatur ekonomiku uniku hija għaldaqstant waħda konxja li tirriżulta minn valutazzjoni ta’ fatturi tanġibbli aktar milli minn ipoteżi.

L-Anness, il-kumment 2012 u 2013:

B’segwitu tal-kumment tal-Qorti dwar għotjiet relatati mas-snin finanzjarji 2012 u 2013, saru ħames verifiki ex ante fuq il-post relatati ma’ pagamenti lil Ċentri Tematiċi Ewropej (ETCs) għas-snin finanzjarji 2013, 2014 u 2015. Minbarra dawn il-verifiki fuq il-post, li koprew 20 % tal-ispejjeż totali tal-persunal ikklejmjati mill-benefiċjarji kollha, 0,12 % tal-ispejjeż ikkontrollati ġew iddikjarati mhux eliġibbli.

Il-politika tal-verifiki tal-EEA dwar l-ETC minn Mejju 2014 żgurat li l-kontrolli li saru permezz ta’ talba ta’ dokumentazzjoni ta’ appoġġ jassiguraw l-eliġibbiltà u l-eżattezza tal-ispejjeż ikklejmjati mill-benefiċjarji. Din il-politika ġiet riveduta f’Ottubru 2015 u minn dak iż-żmien il-Kapaċità tal-Awditjar Intern twettaq esklussivament verifiki ex-post fuq il-post, fejn l-ewwel waħda minn dawn saret fir-rebbiegħa 2016. Barra minn hekk, b’segwitu ta’ valutazzjoni esterna li saret fl-2015, il-Kapaċità tal-Awditjar Intern tal-Aġenzija ġiet iċċertifikata bħala konformi mal-istandards IIA li jeżaminaw b’mod partikolari l-indipendenza tal-funzjoni.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/93

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2016/C 449/17)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“EFCA”), li tinsab f'Vigo, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 (1). Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li torganizza l-koordinazzjoni operattiva tal-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni tas-sajd mill-Istati Membri sabiex tiġi żgurata applikazzjoni effettiva u uniformi tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

2014

2015

Baġit (miljun EUR) (1)

9,2

9,2

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (2)

58

64

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur Eżekuttiv japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

12.

L-Aġenzija għadha mhix qed tikkonforma bis-sħiħ mal-Istandards ta' Kontroll Intern Nru 10 (Kontinwità tan-Negozju), Nru 11 (Ġestjoni tad-Dokumenti) u Nru 12 (Informazzjoni u Komunikazzjoni) (9).

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.efca.europa.eu

(1)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament.

(2)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(9)  L-Istandards ta' Kontroll Intern tal-Aġenzija huma bbażati fuq l-istandards ekwivalenti stabbiliti mill-Kummissjoni.

IT-TWEĠIBA TAL-AĠENZIJA

12.

Kull sena l-EFCA tivvaluta l-livell tal-implimentazzjoni tal-istandards ta’ kontroll intern u tirrapporta r-riżultat fir-Rapport Annwali tagħha. L-iżviluppi prinċipali mistennija għal kull standard jiġu rrapportati wkoll fir-Rapport Annwali. L-EFCA hija konxja mil-livell tal-implimentazzjoni ta’ kull standard u r-riskju assoċjat, u fi ħdan ir-riżorsi disponibbli, qiegħda timplimenta dawn l-iżviluppi biex ittejjeb il-livell tal-implimentazzjoni kif meħtieġ.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/97

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Awtorità

(2016/C 449/18)

INTRODUZZJONI

1.

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”, magħrufa wkoll bħala l-“EFSA”), li tinsab f’Parma, ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Ix-xogħlijiet prinċipali tal-Awtorità huma li tipprovdi t-tagħrif xjentifiku meħtieġ għat-tfassil tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ikel u s-sigurtà tal-ikel, li tiġbor u tanalizza data li tippermetti l-identifikazzjoni u l-immonitorjar tar-riskji u li tipprovdi tagħrif indipendenti dwar dawn ir-riskji.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Awtorità (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Awtorità

2014

2015

Baġit (miljun EUR) (1)

79,9

78,8

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (2)

442

434

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Awtorità. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Awtorità, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Awtorità u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Awtorità jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur Eżekuttiv japprova l-kontijiet annwali tal-Awtorità wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Awtorità fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Awtorità jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Awtorità kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Awtorità jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

12.

L-Awtorità għadha ma stabbilietx strateġija ċara u komprensiva ta’ kontroll finanzjarju ex post li tkopri l-oqsma kollha ta’ operat u li tispeċifika l-frekwenza u l-ambitu ta’ tali kontrolli.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.efsa.europa.eu

(1)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament.

(2)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Awtorità.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

Wara li twettqu valutazzjonijiet tar-riskji ta’ livell għoli permezz ta’ konsultazzjoni esterna fl-2012 u mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni fi Frar 2013, ġew identifikati għadd ta’ riskji kritiċi potenzjali fl-operat tal-kontrolli interni tal-Awtorità, b’mod partikolari fl-oqsma tal-ġestjoni tad-data, tal-kontinwità tan-negozju u tas-sigurtà tal-IT. L-Awtorità bdiet awtovalutazzjoni komprensiva tas-sistema ta’ kontroll intern tagħha fl-2012. Il-proċess għadu għaddej u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi hija ppjanata għall-2013.

Ikkompletata

għall-ġestjoni tad-data u s-sigurtà tal-IT

Għadha għaddejja

għall-kontinwità tan-negozju

2014

Fl-2005 daħlu fis-seħħ Regolamenti ġodda tal-Persunal tal-UE, inklużi dispożizzjonijiet li r-rimunerazzjonijiet futuri ta' uffiċjali reklutati qabel l-1 ta’ Mejju 2004 ma għandhomx ikunu anqas milli kienu taħt ir-Regolamenti preċedenti tal-Persunal tal-UE. L-awditu tal-Qorti żvela li ma kienx hemm konformità ma' dan u, fil-każ ta' 8 mill-71 uffiċjal impjegat f'dak iż-żmien, dan wassal għal pagament insuffiċjenti totali ta' EUR 87 000 għall-perjodu mill-2005 sal-2014. L-Awtorità se tħallas il-pagamenti supplimentari tas-salarji fi żmien debitu.

Ikkompletata

IR-RISPOSTA TAL-AWTORITÀ

12.

L-EFSA tilqa’ l-opinjonijiet mingħajr riżerva maħruġa mill-QEA (ECA — Qorti Ewropea tal-Awdituri) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti tal-kontijiet. Din tagħti prova li s-sistema ta’ kontroll fis-seħħ fl-EFSA tiżgura b’mod adegwat il-konformità ġenerali. Is-sistema ta’ kontroll intern dejjem tista’ ssir perfetta, għaldaqstant l-EFSA ser tikkunsidra l-kumment tal-QEA u jekk dan il-pass ta’ kontroll fakultattiv u addizzjonali jgħoddx għall-iskop f’ambjent ta’ valutazzjoni bbażata fuq ir-riskju.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/102

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Istitut

(2016/C 449/19)

INTRODUZZJONI

1.

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (minn hawn ’il quddiem “l-Istitut”, magħruf ukoll bħala l-“EIGE”), li jinsab f’Vilnius, ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Istitut huwa li jiġbor, janalizza u jxerred informazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u li jiżviluppa, janalizza, jevalwa u jxerred għodod ta’ metodoloġija sabiex jappoġġa l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politika kollha tal-Unjoni u l-politika nazzjonali li tirriżulta.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Istitut (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Istitut

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

7,4

7,9

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (1)

41

42

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Istitut. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Istitut, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Istitut u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Istitut jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Istitut wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tiegħu jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Istitut fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Istitut ikunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Istitut kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Istitut jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati taħt it-Titolu III baqa’ għoli f'rata ta' 61 % (2014: 54 %). Dan jirriżulta prinċipalment min-natura ta' attivitajiet tal-Istitut li jinvolvu l-akkwist ta' studji li jdumu għaddejjin ħafna xhur, spiss jibqgħu sejrin anke wara tmiem is-sena.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Istitut hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.eige.europa.eu.

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Istitut.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2014

Il-livell ta' riporti għal approprjazzjonijiet impenjati kien għoli għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’livell ta’ EUR 1,8  miljun, jiġifieri 54 % (2013: EUR 2,0  miljun, jiġifieri 56 %). Ir-raġunijiet prinċipali kienu akkwisti, ta' stħarriġiet u studji, li ddewmu, u studji li għadhom għaddejjin u li huma mistennija jiġu ffinalizzati kif ippjanat fl-2015.

M/A

IT-TWEĠIBA TAL-AĠENZIJA

12.

L-Istitut jaqbel. Għalkemm l-EIGE jagħmel l-isforzi kollha biex jitnaqqas l-ammont ta’ riporti fil-baġit operattiv, id-dewmien operattiv iseħħ minħabba ċirkostanzi li spiss ma jkunux fil-kontroll tal-EIGE, eż. deċiżjoni tardiva mill-Presidenza tal-Kunsill tal-UE rigward is-suġġett ta’ studju.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/107

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Awtorità

(2016/C 449/20)

INTRODUZZJONI

1.

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”, magħrufa wkoll bħala l-“EIOPA”), li tinsab fi Frankfurt, ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Awtorità huwa li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiki regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, li tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, li tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti, li timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi fis-suq fil-qasam tal-kompetenzi tagħha u li tippromwovi l-ħarsien tad-detenturi ta’ poloz, u tal-membri u l-benefiċjarji ta’ skemi tal-pensjonijiet.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Awtorità (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Awtorità

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

21,6

20,2

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (1)

129

133

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Awtorità. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Awtorità, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Awtorità u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Awtorità jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Awtorità wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Awtorità fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Awtorità jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Awtorità kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Awtorità jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati huwa għoli għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f'ammont ta' EUR 2,3 miljun, jiġifieri 45 % (2014: EUR 4,7 miljun jew 66 %). Dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati ma' kuntratti speċifiċi għall-immaniġġjar ta' informazzjoni u data operazzjonali (EUR 1,9 miljun), fejn kuntratti li ammontaw għal EUR 0,9 miljun ġew iffirmati lejn tmiem is-sena, prinċipalment għal servizzi li għandhom jiġu pprovduti fl-2016.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.eiopa.europa.eu.

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Awtorità.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2014

Il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati kien għoli f'rata ta' 95 %. Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati wkoll baqa' għoli f'ammont ta' EUR 5,6  miljun, jiġifieri 26 % (2013: EUR 5,2 miljun, jiġifieri 28 %), b'mod partikolari għall-baġit operazzjonali (it-Titolu III) f'ammont ta' EUR 4,7 miljun, jiġifieri 66 % (2013: EUR 3,7  miljun jew 85 %). Ir-riporti huma prinċipalment relatati ma' kuntratti speċifiċi b'valur kumulattiv ta' EUR 2,4 miljun iffirmati lejn tmiem is-sena, b'mod partikolari għall-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' database li kienu għadhom għaddejjin (EUR 1,8 miljun) u servizzi oħra tal-IT li kienu se jiġu pprovduti fl-2015. Parti mill-approprjazzjonijiet impenjati riportati hija relatata ma' trasferimenti tal-baġit li saru f'Novembru u Diċembru 2014, meta l-Awtorità żiedet il-baġit operazzjonali (it-Titolu III) b'EUR 1,1  miljun (19 %) (1) permezz ta' trasferimenti mill-baġit għall-persunal (it-Titolu I) ta' EUR 858 828  (2) u min-nefqa amministrattiva (it-Titolu II) ta' EUR 266 360  (3). It-trasferimenti kienu intenzjonati li jikkumpensaw għan-nuqqasijiet fil-baġit 2015 tal-Awtorità wara tnaqqis sostanzjali fil-baġit deċiż mill-awtoritajiet ta' kwittanza. Dawn in-nuqqasijiet ma kinux se jippermettu li l-Awtorità tkompli timplimenta l-istrateġija pluriennali tal-IT tagħha, li kienet waħda mill-attivitajiet operazzjonali ewlenin tagħha.

Għadha għaddejja

2014

Għalkemm it-trasferimenti tal-baġit, ir-riporti u l-impenji relatati huma konformi mad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament Finanzjarju tal-UE u ġew esegwiti wara deċiżjonijiet tal-Bord Maniġerjali, il-punt sa fejn l-attivitajiet tal-2015 kienu se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tal-2014 imur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità. Hemm il-ħtieġa li l-fondi li jkunu saru disponibbli għall-baġits annwali tal-aġenzija jiġu allinjati aħjar mal-ħtiġijiet finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-istrateġija pluriennali tal-IT tagħha.

Għadha għaddejja

(1)  2015: EUR 0,6 miljun (16 %)

(2)  2015: EUR 317 737

(3)  2015: EUR 322 737

IR-RISPOSTA TAL-AWTORITÀ

12.

Il-perċentwal ta’ riporti relattivament għolja seħħ l-aktar minħabba l-eżekuzzjoni tal-programm tal-IT pluriennali tal-EIOPA li jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ Solvenza II. Fis-snin li għaddew sar titjib li naqqas sostanzjalment il-livelli ta’ riporti mill-2013 għall-2016. L-appropprjazzjonijiet ta’ riporti ser jitnaqqsu mill-2016 ‘il quddiem għal livell sodisfaċenti bl-implimentazzjoni avvanzata tal-Programm tal-IT tal-EIOPA.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/112

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Istitut

(2016/C 449/21)

INTRODUZZJONI

1.

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (minn hawn ’il quddiem “l-Istitut”, magħruf ukoll bħala l-“EIT”), li jinsab f’Budapest, inħoloq bir-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). L-objettiv tal-Istitut huwa li jikkontribwixxi għat-tkabbir u l-kompetittività ekonomika fl-Ewropa, b’mod sostenibbli, bit-tisħiħ tal-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea. L-Istitut jagħti għotjiet lil għadd dejjem jikber ta' “Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni” (KKI), li jorbtu flimkien is-setturi tal-edukazzjoni superjuri, tar-riċerka u tan-negozju u li b’hekk jimmiraw li jagħtu spinta lill-innovazzjoni u l-intraprenditorija. Il-KKI jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ mijiet ta’ sħab. L-għotjiet ipprovduti mill-EIT jirrimborżaw l-ispejjeż tas-sħab u l-ispejjeż li ġejjin mill-attivitajiet ta’ koordinazzjoni tal-KKI.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Istitut (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-istitut

2014

2015

Baġit (miljun EUR) (1)

174,9

231,7

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (2)

48

50

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Istitut. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Istitut, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Istitut u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Istitut jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Istitut wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tiegħu jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Istitut fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Istitut ikunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Istitut kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Istitut jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Bażi għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Rata fissa irregolari għall-kalkolu ta' spejjeż eliġibbli indiretti li huma relatati ma' għotjiet

10.

Il-kontribuzzjoni mill-UE għall-baġit tal-Istitut fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 tiġi pprovduta taħt il-pakkett finanzjarju ta' Orizzont 2020, li jimplika li l-Istitut irid japplika r-regoli ta' Orizzont 2020 (H2020). H2020 huwa l-programm suċċessur tas-Seba' Programm Kwadru għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (FP7), li ġie adottat bid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), li kien operazzjonali mill-2007-2013. L-EIT ma pparteċipax f'dan il-programm.

11.

L-Istitut allinja r-Regolament Finanzjarju tiegħu mar-regoli ta' H2020 b'effett mill-1 ta' Jannar 2014, u minn dik id-data hija applikabbli biss rata fissa uniformi ta' 25 % għall-kalkolu ta' spejjeż indiretti eliġibbli relatati ma' għotjiet (10). Wara l-valutazzjoni tal-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju 2014, f'Ottubru 2013 l-EIT kien informa lill-KKI permezz ta' ittra uffiċjali li dan seta' jseħħ. Għall-kuntrarju ta' din id-dispożizzjoni, il-ftehimiet ta' għotja tal-2014 li ġew iffirmati mal-KKI fi Frar 2014 ikomplu jipprevedu rata fissa ta' 40 % għal korpi pubbliċi mingħajr skop ta' qligħ, għal istituzzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja, għal organizzazzjonijiet ta' riċerka u għal SMEs.

12.

Ir-rata fissa ta' 40 % kienet prevista fl-Artikolu 75(8) tar-regoli finanzjarji tal-EIT (li ġew qabel ir-Regolament Finanzjarju tiegħu) li tħassru b'effett mill-1 ta' Jannar 2014. Filwaqt li r-Regolament Finanzjarju tal-EIT jipprovdi perjodu tranżitorju għal żewġ artikoli ta' dawn ir-regoli finanzjarji, huwa ma jinkludix perjodu bħal dan għall-Artikolu 75(8) li jippermetti l-użu ta' rata fissa ta' 40 %. Perjodu tranżitorju bħal dan lanqas ma huwa previst fir-regoli ta' H2020. L-Artikolu 57 tar-regoli ta' H2020 li jittratta t-tranżizzjoni mill-FP7 għal Orizzont 2020 jipprovdi, fil-paragrafu 2, li “dan ir-Regolament [ir-regoli ta' Orizzont 2020] ma għandux jaffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifikazzjoni … tal-azzjonijiet ikkonċernati … sakemm tingħata l-għajnuna (assistenza) finanzjarja mill-Kummissjoni jew il-korpi ta' finanzjament taħt id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE [FP7] jew kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra li kienet tapplika għal din l-għajnuna fil-31 ta' Diċembru 2013, li għandha tkompli tapplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sat-tmiem tagħhom”. Madankollu, l-EIT ma kienx parti mill-FP7 u konsegwentement ma tax assistenza taħtu. Għalhekk, ir-regoli finanzjarji tal-EIT ma jaqgħux taħt il-leġiżlazzjoni li tapplika għal dik l-assistenza [FP7]. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tranżitorji taħt l-Artikolu 57(2) tar-regoli ta' H2020 mhumiex applikabbli għall-ftehimiet ta' għotja tal-2014 u l-pagamenti relatati.

13.

Fin-nuqqas ta' bażi legali valida, ir-rata fissa ta' 40 % għar-rimborż ta' spiża eliġibbli indiretta hija irregolari. L-ammont totali mħallas żejjed fl-applikazzjoni ta' din ir-rata fissa huwa ta' EUR 5,5 miljun, li jikkorrispondi għal 3 % tat-tranżazzjonijiet ta' għotja tal-2015 (11).

Eżitu tal-verifikazzjoni ex post tat-tranżazzjonijiet ta' għotja tal-2014

14.

L-iżbalji li nstabu b'riżultat ta' verifikazzjoni ex post ta' kampjun ta' tranżazzjonijiet ta' għotja tal-2015, wara l-korrezzjoni tal-pagament eċċessiv deskritt fil-paragrafu 13, iwasslu għal rata tal-iżball residwu ta' 2 % għat-tranżazzjonijiet ta' għotja tal-2014 (1,46 % mingħajr din il-korrezzjoni).

Rata ta' żball ikkombinata

15.

Ir-rata ta' żball ikkombinata tal-kwistjonijiet deskritti fil-paragrafi 10 sa 14 hija ta' 5 % tat-tranżazzjonijiet ta' għotja tal-2015 jew ta' 4,9 % tan-nefqa totali tal-2015.

Opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

16.

Fl-opinjoni tal-Qorti, bl-eċċezzjoni tal-effetti tal-kwistjonijiet deskritti fil-paragrafi 10 sa 15 tal-Bażi għal Opinjoni Kwalifikata, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

17.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

18.

Fl-2015, l-Istitut informa lill-KKI li l-kontribuzzjoni finanzjarja tiegħu matul l-ewwel ħames snin (2010-2014) ma kinitx taqbeż il-limitu massimu ta' 25 % tal-infiq globali rispettiv tagħhom. Madankollu id-definizzjoni fqira ta' Attivitajiet Komplementari tal-KKI (“KCA”) xekklet milli ssir valutazzjoni ċara ta' jekk l-ispejjeż assoċjati mal-KCA għandhomx jiġu aċċettati jew le fil-kontribuzzjoni massima mill-EIT. Fir-Rapport Speċjali Nru 4/2016 tagħha, il-Qorti kkonkludiet li din il-kundizzjoni ta' finanzjament (li għadha tiġi applikata fil-perjodu 2014-2020 l-ġdid) hija ta' ftit li xejn jew ebda valur miżjud, u t-tneħħija tagħha tkun ittaffi ħafna mill-piż ta' rappurtar operazzjonali u finanzjarju tas-sħab tal-KKI (12).

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

19.

Iċ-Ċertifikat tar-Rapport Finanzjarju (“CFS”) li jintalab mis-sħab tal-KKi li jikklejmjaw rimborż ta' aktar minn EUR 325 000 għandu jikkontribwixxi għall-verifikazzjoni ex ante tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż mill-Istitut (13). Madankollu, il-kwalità ta' dawn iċ-ċertifikati tvarja b'mod sinifikanti, li jillimita l-aċċertament li jista' jinkiseb minnhom u li jeħtieġ li l-Istitut iwettaq kontrolli addizzjonali.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

20.

Ir-regolament fundatur tal-EIT jipprovdi li “l-EIT għandu jimmobilita fondi minn sorsi pubbliċi u privati u juża r-riżorsi tiegħu skond dan ir-Regolament. B’mod partikolari huwa għandu jfittex li jgħaqqad proporzjon sinifikanti, u li jiżdied, tal-baġit tiegħu minn sorsi privati u minn dħul iġġenerat mill-attivitajiet tiegħu stess” (14). Minkejja din id-dispożizzjoni li tiffereri b'mod ċar għall-baġit tal-EIT, il-kontribuzzjoni mill-pakkett finanzjarju ta' Orizzont 2020 kienet tammonta għal 99 % tal-baġit tiegħu tal-2015.

21.

Għalkemm l-Istitut jista' jerġa' jdaħħal approprjazzjonijiet mhux użati (approprjazzjonijiet mhux impenjati matul is-sena jew diżimpenjati sa tmiem is-sena) fil-baġits tat-tliet snin ta' wara (15), huwa ma kienx adatta l-proċess tiegħu fil-ħin biex jerġa' jdaħħal EUR 26,6 miljun, li kienu disponibbli mill-ftehimiet ta' għotja tal-2014, fil-baġits tal-2015-2017. Dawn l-approprjazzjonijiet jirriżultaw mill-użu tal-fondi mill-KKI, li kien aktar baxx milli mistenni.

22.

Il-livell ta' riporti għal approprjazzjonijiet impenjati kien għoli għat-Titolu II f'ammont ta' EUR 0,4 miljun, jiġifieri 44 % (2014: EUR 0,5 miljun, jiġifieri 36 %). Dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati ma' kuntratti għal servizzi tal-IT li jkomplu wara tmiem is-sena, u għal laqgħat li għadhom ma ġewx fatturati.

KUMMENTI OĦRA

23.

Il-mira oriġinali ssettjata mill-Kummissjoni biex l-Istitut jikseb l-awtonomija finanzjarja kienet l-2010. Madankollu huwa kiseb awtonomija finanzjarja parzjali biss f'Ġunju 2011 taħt il-kundizzjoni ta' approvazzjoni ex ante kontinwata tat-tranżazzjonijiet relatati mal-għotjiet, u ta' akkwisti ogħla minn EUR 60 000, mid-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura (id-Direttorat prinċipali tiegħu).

24.

Il-ftehimiet ta' għotja tal-2014 mat-tliet KKI ġew iffirmati wara l-bidu tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-għotjiet fl-1 ta' Jannar 2014. Inizjalment iffirmati fi Frar 2014, emendi li kienu jinvolvu EUR 38 miljun ta' fondi addizzjonali ġew iffirmati biss fi tmiem Marzu 2014.

25.

L-Istitut jiffinanzja l-programm ta' Master's tal-EIT Digital li fih jipparteċipaw 16-il università Ewropea. Il-mudell għar-rimborż tal-ispejjeż tal-universitajiet jikkombina somma f'daqqa b'massimu ta' EUR 8 000 għal kull student (skont id-dispożizzjonijiet tal-programm Erasmus Mundus), kif ukoll spejjeż reali li jinkludu spejjeż indiretti bbażati fuq rata fissa. Fuq din il-bażi, fl-2015 tħallas total medju ta' EUR 15 000 għal kull student lill-universitajiet (inkluża s-somma f'daqqa). Madankollu, il-mudell qatt ma ġie ddefinit formalment u ma jippermettix li ssir distinzjoni bejn l-attivitajiet koperti mis-somma f'daqqa u dawk koperti mill-ispejjeż reali. Jenħtieġ li l-Istitut jieħu passi lejn mudell ċar u ddefinit formalment, li jkun ibbażat fuq metodu uniku għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż, bħal somma f'daqqa unika u sostanzjata.

26.

Abbażi tad-deċiżjoni tal-Bord Superviżorju tal-KKI, waħda mill-entitajiet legali tal-KKI ħallset bonusijiet grossi ta' EUR 646 000 lil 55 membru tal-persunal tagħha (bonusijiet individwali li jaslu sa EUR 100 000), li l-Istitut irrimborża kompletament. Il-pagament ta' bonusijiet bħal dawn bl-użu ta' fondi pubbliċi biss hija prattika mhux tas-soltu u jenħtieġ li dawn jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-limitu massimu għall-finanzjament ta' salarji individwali mill-EIT, li se jiġi applikat b'effett mill-ftehim ta' għotja tal-2016. Dan il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba inkiser ukoll meta sieħeb tal-KKI akkwista servizzi ta' relazzjonijiet pubbliċi b'rati ta' kuljum li jvarjaw minn EUR 800 sa EUR 3 250 għal kull persuna, li wkoll ġew rimborżati kompletament mill-Istitut.

27.

L-Istitut uża kuntratt qafas tal-Kummissjoni (“FWC”) għall-organizzazzjoni ta' konferenzi dwar l-innovazzjoni li saru fl-2015 u fl-2016. Taħt dan l-FWC ġew issubkuntrattati servizzi li għalihom ma ġewx issettjati prezzijiet fl-FWC. Il-prezzijiet maqbula għal dawn is-servizzi jvarjaw minn EUR 800 kuljum għal konsulent subaltern, sa EUR 2 250 kuljum għal konsulent superjuri (kważi erba' darbiet iktar mill-prezz maqbul fl-FWC għal maniġer superjuri). L-ispiża tas-servizzi akkwistati b'dawn il-prezzijiet tammonta għal aktar minn EUR 100 000 għal kull konferenza.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

28.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta' Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Istitut hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.eit.europa.eu.

(1)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament.

(2)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Istitut.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(9)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(10)  L-Artikolu 90(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-EIT.

(11)  It-tranżazzjonijiet ta' għotja tal-2015 jinkludu l-pagamenti finali u l-approvazzjonijiet ta' prefinanzjamenti li saru fl-2015 għal għotjiet li jammontaw għal EUR 183,3 miljun.

(12)  Ir-Rapport Speċjali Nru 4/2016: Jeħtieġ li l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija jimmodifika l-mekkaniżmi operazzjonali tiegħu u l-elementi tat-tfassil tiegħu biex jikseb l-impatt mistenni

(13)  L-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81).

(14)  L-Artikolu 5 (1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 294/2008.

(15)  L-Artikolu 14 (1) tar-Regolament Finanzjarju tal-EIT.

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

Barra mill-kwistjoni deskritta fil-paragrafi 9 sa 13, il-baġits għal ftehimiet ta’ għotja ffirmati fl-2010 u l-2011, li rriżultaw f’pagamenti fl-2012, ma kinux speċifiċi biżżejjed. Ma kien hemm ebda rabta bejn il-fondi approvati u l-attivitajiet li għandhom jiġu implimentati. [Ftehimiet ta' għotja…] u ma inkludewx regoli għall-akkwist ta’ prodotti u servizzi mill-KKI u mis-sħab tagħhom.

Ikkompletata

Il-ftehimiet ta’ għotja ma stabbilewx livelli limiti individwali għal kategoriji speċifiċi tal-ispejjeż (jiġifieri, spejjeż għall-persunal, subkuntrattar, servizzi legali, eċc.)

Pendenti (1)

2012

L-EIT wettaq ukoll verifikazzjonijiet tekniċi għall-proġetti ffinanzjati kollha bħala parti mill-verifikazzjonijiet ex ante tiegħu. Madankollu, kien hemm nuqqas ta’ miri kwantifikabbli li xekklu l-valutazzjoni effettiva tal-attivitajiet u r-riżultati tal-proġetti. Il-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju ma ddefinewx fid-dettall l-attivitajiet li kellhom jiġu implimentati; u lanqas ma stabbilew stadji importanti jew riżultati tanġibbli ċari għal kull attività jew kriterju tal-kwalità.

Ikkompletata

2012

Mill-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2011 li jammontaw għal madwar EUR 22 miljun, madwar EUR 10 miljun (45 %) ġew ikkanċellati fl-2012. Il-livell għoli ta' kanċellazzjonijiet huwa prinċipalment dovut għal spejjeż aktar baxxi milli stmat li ġew ikklejmjati mill-benefiċjarji taħt il-ftehimiet ta' għotja tal-2011 (EUR 9,2  miljun jew 92 % tar-riporti kkanċellati).

M/A

2013

Il-Ftehimiet Qafas ta' Sħubija (FPA) mat-tliet KKI jistipulaw li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-EIT tista' tkopri sa 25 % tal-infiq globali tal-KKI matul l-ewwel erba' snin, mill-1 ta' Jannar 2010 sa Diċembru 2013. Skont iċ-ċifri rrappurtati mill-KKI, dan il-limitu massimu ġie rrispettat mit-tliet KKI kollha. Madankollu, billi dawn iċ-ċifri mhux se jiġu awditjati qabel l-2015, ma hemm ebda evidenza għall-awditjar xierqa li turi li l-finanzjament mill-EIT ma qabiżx dan il-limitu massimu ta' 25 %.

Ikkompletata

2014

L-EIT gradwalment tejjeb il-verifikazzjoni finanzjarja tal-klejms għall-ispejjeż tal-KKI. Madankollu, il-verifikazzjoni operazzjonali tar-riżultati tanġibbli għadha lura. Il-pjanijiet annwali ta' direzzjoni tan-negozju tal-KKI għadhom jinkludu definizzjoni inadegwata ta' riżultati tanġibbli u għad ma hemmx rabta ċara bejn ir-riżultati tanġibbli ppjanati u l-ispiża eliġibbli għal kull sieħeb u kategorija tal-ispejjeż. Il-Qorti sabet ukoll każijiet fejn l-ammont sħiħ tal-għotja mill-EIT tħallset anke jekk xi wħud mill-objettivi ssettjati fil-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ma nkisbux.

Ikkompletata

2014

L-Istitut stama b'mod eċċessiv il-ħtiġijiet baġitarji tiegħu għall-2014 b'EUR 13,1  miljun, jiġifieri 5,6  % (2013: EUR 3,4 miljun, jiġifieri 2,5  %) u ġew impenjati biss EUR 220 miljun mill-EUR 233,1  miljun disponibbli. Ir-rata baxxa ta' implimentazzjoni hija prinċipalment relatata ma' approprjazzjonijiet mhux użati għal għotjiet (EUR 11,4  miljun) biex jiġu ffinanzjati l-attivitajiet tal-KKI. Il-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju tal-KKI, li abbażi tagħhom ġew iffirmati ftehimiet ta' għotja, ma kinux jeħtieġu l-użu tal-approprjazzjonijiet totali tal-2014 li kienu disponibbli għall-Istitut. L-approprjazzjonijiet mhux użati se jerġgħu jiddaħħlu fil-baġits tal-Istitut għas-snin 2015-2017 kif stipulat fir-Regolament Finanzjarju tal-Istitut.

Għadha għaddejja (2)

2014

Filwaqt li l-KKI għandhom jiżviluppaw strateġiji għas-sostenibbiltà finanzjarja, sa issa, u fil-ħames sena tal-eżistenza tagħhom, huma għadhom kompletament dipendenti fuq finanzjament mill-Istitut u mis-sħab tal-KKI.

Għadha għaddejja (3)

2014

Mill-ħolqien tiegħu fl-2009 'l hawn, l-Istitut bata minn dawran frekwenti ħafna tal-persunal u minn instabbiltà fil-livell tal-maniġment. F'Ġunju 2014, il-Bord tat-Tmexxija ddeċieda li jissekonda lid-Direttur tal-Istitut fuq missjoni ta' riċerka fuq terminu twil fl-Istitut Universitarju Ewropew f'Firenze għall-11-il xahar li kien jifdal tal-mandat tiegħu. Id-Direttur interim beda dmirijietu f'Awwissu 2014 (ftit wara r-reklutaġġ u l-ħatra tiegħu bħala Uffiċjal Kap Operattiv (COO)) u issa huwa r-raba' persuna li tokkupa l-post tad-Direttur fi ħdan perjodu ta' sitt snin. L-avviż ta' post battal għar-reklutaġġ ta' Direttur ġdid ġie ppubblikat f'Lulju 2015.

Għadha għaddejja (4)

2014

Tnejn mit-tliet postijiet ta' Kap ta' Unità ilhom battala mill-2013 'il hawn. Wieħed ilu okkupat ad interim mill-2013 'il hawn, li huwa f'kontradizzjoni mar-Regolamenti tal-Persunal li jistipulaw perjodu massimu ta' sena. L-ieħor huwa attwalment okkupat mis-COO li jservi wkoll bħala Direttur interim u li għaldaqstant jaqdi tliet rwoli fl-istess ħin.

Għadha għaddejja (5)

2014

Għalkemm is-sitwazzjoni tjiebet meta mqabbla mal-2013, 20 % tal-postijiet fit-tabella tal-persunal tal-EIT kienu għadhom battala fi tmiem l-2014 (meta mqabbla ma' terz fi tmiem l-2013).

Għadha għaddejja (6)

2014

Osservazzjonijiet

Mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjoni mhux kwalifikata espressa fil-paragrafu 9, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-EIT ma tistax taqbeż 25 % tal-infiq globali tal-KKI matul l-ewwel ħames snin, mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2014. Skont iċ-ċifri rrappurtati mill-KKI, dan il-limitu massimu ġie rispettat. L-EIT kiseb ċertifikati tal-awditjar sal-31 ta' Marzu 2015 dwar l-ispejjeż tal-attivitajiet komplementari tal-KKI (KCA) imġarrba matul l-2010-2014. Minbarra li kiseb iċ-ċertifikati tal-awditjar, fl-2015 l-EIT wettaq analiżi tal-portafoll tal-attivitajiet komplementari tal-KKI biex jiżgura li jiġu aċċettati biss dawk l-attivitajiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti legali u operazzjonali kollha ssettjati għall-KCAs, inkluż li jkollhom rabta mal-attivitajiet ta' valur miżjud tal-KKI ffinanzjati mill-EIT.

Ikkompletata

(1)  Mill-2016, l-EIT introduċa limiti massimi għall-kontribuzzjoni massima mill-EIT għall-ispejjeż kumplessivi ta' ġestjoni u l-ispejjeż ġenerali tal-KKI, kif ukoll għall-ispejjeż tal-membri individwali tal-maniġment tal-KKI. Madankollu, huwa ma ppjanax azzjonijiet korrettivi speċifiċi ulterjuri b'rispons għal din il-kwistjoni, kif inhuwa deskritt fir-risposta tiegħu għar-Rapport Annwali Speċifiku tal-Qorti għas-sena finanzjarja 2012.

(2)  Il-ħtiġijiet baġitarji għall-2015 ġew stmati b'mod eċċessiv b'EUR 25 miljun, jiġifieri 9,4 %; ġew impenjati biss EUR 241,6 miljun ta' approprjazzjonijiet disponibbli. Ir-raġuni għar-rata baxxa ta' implimentazzjoni baqgħet l-istess. L-approprjazzjonijiet li ma ntużawx jistgħu jerġgħu jiddaħħlu fil-baġits għall-2016 -2018.

(3)  Id-dħul iddikjarat mis-sħab tal-KKI taħt il-ftehim ta' għotja tal-2014 ammonta għal EUR 0,3 miljun.

(4)  Ir-rata ta' dawran tal-persunal fl-2015 kienet ta' 17 % (postijiet li mtlew fil-bidu tal-2015). Il-proċedura għall-ħatra ta' Direttur ġdid għadha għaddejja.

(5)  Imtela post battal ta' kap ta' unità; il-post l-ieħor ta' kap ta' unità għadu battal u ilu jimtela fuq bażi ad interim mill-2013 'il hawn.

(6)  16 % tal-postijiet fit-tabella tal-persunal tal-Istitut kienu battala fi tmiem l-2015.

IR-RISPOSTA TAL-ISTITUT

10-13.

L-EIT ma jaqbilx mal-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri, minħabba li ma sar l-ebda “ħlas żejjed” jew ħlas irregolari għar-rimborż tal-ispejjeż indiretti tal-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) taħt il-ftehimiet tal-għoti tal-2014.

L-EIT huwa parti mill-programm ta’ qafas tal-Orizzont 2020 u jrid japplika r-regoli tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni u d-Disseminazzjoni tal-Orizzont 2020 li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2014. L-Artikolu 57(2) tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni u d-Disseminazzjoni tal-Orizzont 2020 jipprovdi b’mod espliċitu għall-miżura tranżitorja li ġejja: “dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika, inkluż it-terminazzjoni totali jew parzjali tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, jew l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja mill-Kummissjoni jew mill-korpi ta’ finanzjament skont id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE, jew kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra li tapplika għal dik l-għajnuna fil-31 ta’ Diċembru 2013, li għandhom ikomplu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-egħluq tagħhom”. L-EIT jikkwalifika bħala “korp ta’ finanzjament” u r-Regolament tal-EIT jikkwalifika bħala “kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra” fl-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni partikolari. Il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-għajnuna finanzjarja tal-EIT fil-31 ta’ Diċembru 2013, ir-Regoli Finanzjarji tal-EIT, ippermettew b’mod espliċitu l-użu ta’ rata fissa ta’ 40 % għar-rappurtar ta’ spejjeż indiretti minn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla, organizzazzjonijiet ta’ riċerka, korpi pubbliċi mhux għall-profitt u SMEs. Għaldaqstant, l-użu ta’ rata fissa ta’ 40 % minn dawn il-korpi kien legali u regolari taħt il-ftehimiet tal-għoti tal-2014. Konsegwentement, l-EIT ma jaċċettax il-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri, minħabba li ma sarx ħlas żejjed. Filwaqt li tabilħaqq l-EIT innotifika lill-KKI f’Ottubru 2013 dwar bidliet potenzjali fir-regoli għar-rappurtar ta’ spejjeż indiretti taħt Orizzont 2020, din in-notifika seħħet qabel ma r-Regoli għall-Parteċipazzjoni u d-Disseminazzjoni tal-Orizzont 2020, inkluż il-miżuri tranżitorji msemmija hawn fuq fl-Artikolu 57, ġew adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-11 ta’ Diċembru 2013. Abbażi tal-miżuri tranżitorji adottati, l-EIT ma kellux għalfejn ma jippermettix l-użu ta’ rata fissa ta’ 40 % għar-rappurtar ta’ spejjeż indiretti minn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla, organizzazzjonijiet ta’ riċerka, korpi pubbliċi mhux għall-profitt u SMEs.

Sabiex jiġi pprovdut il-kuntest rilevanti, huwa importanti li jiġi mfakkar il-proċess dwar kif ġew stabbiliti l-ftehimiet dwar l-għotjiet tal-2014. Il-ftehimiet dwar l-għotjiet tal-KKI tal-EIT tal-2014 kienu bbażati fuq il-Pjanijiet tan-Negozju tal-KKI tal-2014 li tħejjew mill-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni waqt l-2013. Is-sejħa annwali għall-Pjanijiet tan-Negozju tal-2014 tnedew mill-EIT billi ntbagħtet il-gwida tal-Pjan tan-Negozju lill-KKI f’April 2013. Skont il-gwida pprovduta mill-EIT, il-KKI żviluppaw f’konsultazzjoni mas-sħubija tagħhom u ppreżentaw il-Pjanijiet tan-Negozju tal-2014 tagħhom lill-EIT sat-30 ta’ Settembru 2013. Wara l-evalwazzjoni tal-Pjanijiet tan-Negozju tal-2014 mill-EIT, appoġġjat minn esperti esterni, il-Bord ta’ Tmexxija tal-EIT iddeċieda fuq l-allokazzjoni tal-fondi tal-2014 lill-KKI fil-5 ta’ Diċembru 2013. Abbażi ta’ din id-deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija, il-KKI emendaw il-Pjanijiet tan-Negozju tagħhom f’Jannar 2014 sabiex jallinjawhom mal-fondi allokati. L-għotjiet ingħataw mid-Direttur tal-EIT u l-ftehimiet tal-għoti ġew iffirmati fi Frar 2014. Skont il-prinċipju ta’ ċertezza legali, ir-regoli tal-finanzjament mhumiex sejrin jinbidlu wara li tkun ġiet imnedija sejħa għal proposti.

Għaldaqstant, u skont l-arranġamenti tranżitorji pprovduti mir-Regoli għall-Parteċipazzjoni u d-Disseminazzjoni ta’ Orizzont 2020, id-dħul fis-seħħ tar-Regolament il-ġdid tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni u d-Disseminazzjoni ta’ Orizzont 2020 ma kellux jaffettwa l-kontinwazzjoni tal-azzjonijiet ikkonċernati (jiġifieri l-Pjanijiet tan-Negozju tal-2014 tal-KKI, li kienu stabbiliti u vvalutati mill-EIT fl-2013) sal-għoti tal-għajnuna finanzjarja mill-EIT. Dan l-għoti kellu jitwettaq taħt il-leġiżlazzjoni applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2013.

L-EIT kien tabilħaqq mhux parti mis-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ turija (FP7). Madankollu, l-EIT huwa parti mill-Orizzont 2020 u l-maġġoranza tas-Sħab tal-KKI huma benefiċjarji kemm taħt l-FP7 kif ukoll taħt programmi ta’ Orizzont 2020 oħrajn ukoll. Għaldaqstant, huwa koerenti li tiġi applikata l-istess rata fissa ta’ 40 % għat-tranżizzjoni mill-għajnuna finanzjarja tal-EIT ta’ qabel l-H2020 għall-Orizzont 2020 bħalma ġara mill-FP7 sal-Orizzont 2020.

Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi mfakkar li s-sejħiet għall-proposti taħt l-FP7 tnedew minn DĠ Riċerka u Innovazzjoni tard sa Diċembru 2013 u l-ftehimiet tal-għoti li jirriżultaw minn dawk is-sejħiet kienu ffirmati sa tard sa Ottubru 2014. Ħafna minn dawk il-ftehimiet tal-għoti għadhom għaddejjin fl-2016 u jsegwu r-regoli tal-qafas legali tal-FP7 abbażi tal-istess dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni u d-Disseminazzjoni tal-Orizzont 2020. L-EIT ma pprovdiex trattament preferenzjali lill-benefiċjarji tiegħu (Sħab tal-KKI) affettwati mir-rata fissa ta’ 40 % fil-ftehimiet tal-għoti tal-2014.

14.

Kif irrapportat fir-Rapport tal-Attività Annwali Kkonsolidat tal-EIT għall-2015, ir-rata ta’ żball residwu tat-tranżazzjonijiet tal-għoti tal-2015, magħmula taħt il-ftehimiet tal-għoti tal-2014, wara kontrolli ex-ante u ex-post hija ta’ 1,46 %.

15.

Għar-raġunijiet deskritti fit-tweġibiet għall-paragrafi 10 sa 14, ir-rata ta’ żball tat-tranżazzjonijiet tal-għoti tal-2015, kif ikkalkolata mill-EIT, hija ta’ 1,46 %.

18.

L-EIT kien kiseb iċ-ċertifikati tal-awditjar minn awdituri indipendenti dwar l-ispejjeż tal-attivitajiet kumplimentari tal-KKI sal-31 ta’ Marzu 2015 sabiex jiġi żgurat li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-EIT ma qabżitx il-limitu massimu ta’ 25 % fis-snin 2010-2014. Abbażi taċ-ċifri awditjati, il-perċentwali tal-finanzjament għall-perjodu 2010-2014 huma kif ġej: KKI Klimatiċi – 16 %, KKI InnoEnergy – 19 % u EIT Diġitali – 21 %.

Minħabba li l-perċentwali huma ferm taħt il-limitu massimu ta’ 25 % stabbilit fil-Ftehimiet Qafas ta’ Sħubija tal-EIT-KKI, l-EIT kiseb assigurazzjoni dwar il-konformità mal-bażi legali applikabbli.

Madankollu, il-Kummissjoni u l-EIT aċċettaw ir-rakkomandazzjoni tar-Rapport Speċjali tal-Qorti 4/2016 sabiex tiġi proposta emenda għall-bażi legali tal-EIT li tneħħi l-kundizzjoni ta’ finanzjament ta’ 25 % sabiex jittaffa l-piż operazzjonali u ta’ rappurtar finanzjarju fuq is-Sħab tal-KKI. Sakemm tiġi adottata emenda bħal din, l-EIT sejjer jimplimenta l-bażi legali attwalment applikabbli.

19.

L-EIT japplika l-metodoloġija taċ-ċertifikat tal-awditjar imfassal mid-DĠ Riċerka u Innovazzjoni għall-programm kwadru tal-Orizzont 2020 li jibda mill-ftehimiet tal-għoti tal-2014. Il-metodoloġija riveduta tinkludi struzzjonijiet aktar dettaljati u proċeduri li dwarhom hemm qbil kif ukoll 63 sejba fattwali standard li jkopru l-kategoriji tal-ispejjeż kollha.

Barra minn hekk, l-EIT żviluppa strateġija ta’ assigurazzjoni tal-għoti komprensiva li hija mibnija fuq verifika kemm ex-ante kif ukoll ex-post, inkluż is-CFS, sabiex tiġi żgurata l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

20.

L-EIT jinterpreta l-bażi legali applikabbli b’mod differenti. Il-premessa (16) tar-Regolament ta’ Stabbiliment tal-EIT tipprovdi spegazzjoni tal-Artikolu 5(d) tar-Regolament imsemmi kif ġej: “Għalhekk, huwa mistenni li l-industrija, is-setturi finanzjarji u tas-servizzi sejrin jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-baġit tal-EIT u, b’mod partikolari, għall-baġit tal-KKI. Il-KKI għandhom jimmiraw li jimmassimizzaw is-sehem tal-kontribuzzjonijiet mis-settur privat.”

Fid-dawl ta’ dan, l-EIT huwa tal-opinjoni li l-EIT sejjer primarjament jimmobilizza l-fondi mis-sorsi pubbliċi u privati permezz tal-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni tiegħu. Għaldaqstant, l-EIT jinterpreta l-artikolu kkwotat bħala li jinkludi l-baġit tal-KKI meta ssir referenza għall-baġit tal-EIT. Fid-dawl ta’ dan, l-EIT irnexxielu jimmobilizza l-fondi minn sorsi pubbliċi u privati oħrajn permezz tal-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni tiegħu. Is-sehem mill-fondi minn sorsi għajr l-EIT għall-baġit tat-tliet KKI tal-ewwel grupp fil-biċċa l-kbira jikkonċerna l-attivitajiet kumplimentari ddikjarati mill-KKI u kien 84 % (KKI Klimatiċi), 81 % (KKI InnoEnergy) u 79 % (EIT Diġitali), rispettivament, fil-perjodu 2010-2014.

21.

L-ammont ta’ 26,6 miljun euro mhux minfuq mill-KKI mill-ftehimiet tal-għoti tal-2014 sar magħruf għall-EIT meta l-KKI talbu l-ammont reali ta’ 187,2 miljun euro f’Marzu 2015. Dak iż-żmien, ma kienx għadu possibbli li jiġu kkanċellati l-approprjazzjonijiet imdaħħla għas-sena 2014, li dak iż-żmien biss setgħu jiddaħħlu mill-ġdid waqt it-tliet snin li jmiss.

Bħala konsegwenza diretta tat-tagħlimiet mitgħallma fil-qafas tal-ftehimiet tal-għoti tal-2014, l-EIT wettaq reviżjoni tal-baġit u l-KKI ntalbu jirrevedu l-Pjanijiet tan-Negozju u l-Baġit tal-2015 f’Ottubru 2015 u ppreżentaw Pjanijiet tan-Negozju u Baġit emendati f’Novembru 2015. Bħala riżultat tat-tnaqqis fil-Baġits tal-KKI, l-EIT seta’ jiddiżimpenja l-ammonti mhux minfuqa, li mbagħad ġew ikkanċellati u mdaħħla mill-ġdid fl-istima tad-dħul u n-nefqa għall-2016. Dan juri li, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-KKI, il-ġestjoni tal-baġit mill-EIT tijiebet b’mod sinifikanti.

F’dan il-kuntest, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali 4/2016 huma rilevanti. Il-ftehimiet tal-għoti tal-EIT-KKI ffirmati qabel il-bidu tal-attivitajiet u li jkopru perjodu itwal mis-sena kalendarja għandhom itejbu l-assorbiment ta’ fondi disponnibbli mill-KKI.

22.

L-ammont totali rrappurtat mill-Qorti jikkonsisti minn riporti ppjanati li kienu meħtieġa minħabba n-natura ta’ attivitajiet bħal servizzi li jaqbżu tmiem is-sena u laqgħat li saru f’Diċembru 2015 li għalihom il-fatturi waslu biss f’Jannar 2016. Dawn ir-riporti ppjanati ma jindikawx dgħufijiet fil-ġestjoni tal-baġit mill-EIT iżda huma għodda standard ta’ ġestjoni tal-baġit.

23.

L-EIT talab lill-Kummissjoni sabiex terġa’ tniedi l-proċess li jwassal għal awtonomija finanzjarja sħiħa. Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-pjan direzzjonali u l-iskeda taż-żmien tal-proċess f’Mejju 2016. Skont l-iskeda taż-żmien indikattiva, il-Kummissjoni sejra tlesti r-rapport ta’ valutazzjoni dwar l-awtonomija finanzjarja f’Diċembru 2016 – Jannar 2017.

24.

Minħabba n-natura annwali tal-baġit tal-EIT, u l-fatt li l-baġit tal-UE ġeneralment ma jiġix adottat qabel nofs Diċembru, ftehimiet tal-għoti għal sena partikolari ma jistgħux jiġu ffirmati qabel l-1 ta’ Jannar ta’ dik is-sena partikolari. L-EIT impenja ruħu biex inaqqas id-diskrepanza bejn id-data tal-bidu tal-azzjoni kif definit fil-Pjanijiet tan-Negozju tal-KKI u d-data tal-firma tal-ftehimiet tal-għoti. Bħala riżultat ta’ dan l-isforz, il-ftehimiet tal-għoti tal-2014 kienu ffirmati mat-tliet KKI fi Frar 2014.

Fir-rigward tal-emendi tal-ftehimiet tal-għoti ffirmati f’Marzu 2014, huwa importanti li jiġi nnotat li kien hemm inċertezzi sinifikanti dwar il-baġit annwali tal-2014 tal-EIT minħabba n-negozjati li kienu għaddejjin rigward il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 u Orizzont 2020. Għaldaqstant, il-Bord tat-Tmexxija tal-EIT ħa approċċ prudenti u f’Settembru 2013 iddeċieda li jalloka 180 miljun euro, bħala l-ewwel ħlas parzjali, għall-ftehimiet tal-għoti tal-2014. Wara li l-baġit annwali tal-2014 ġie kkonfermat, l-EIT ta aktar għotjiet li jammontaw għal 38,5 miljun euro, bħala t-tieni ħlas parzjali, lit-tliet KKI f’Marzu 2014.

25.

L-attivitajiet edukattivi koperti minn somom f’daqqa u l-ispejjeż attwali jistgħu jkunu distinti fil-Programm ta’ Masters Diġitali tal-EIT. Il-miżati għat-tagħlim f’somma f’daqqa jkopru l-ispejjeż tal-universitajiet relatati mal-parteċipazzjoni tal-istudenti f’korsijiet tekniċi. Min-naħa l-oħra, l-attivitajiet irrapportati abbażi tal-ispejjeż attwali jirrigwardaw ir-riżultati ta’ tagħlim speċifiċi tal-EIT Diġitali u jipprovdu valur miżjud għall-istudenti meta mqabbla mal-Programmi ta’ Masters standard offruti mill-universitajiet parteċipanti.

L-EIT jaċċetta li għandu jimxi lejn mudell ta’ somma f’daqqa waħda għall-iffinanzjar tal-programmi tal-Masters tal-KKI sabiex jissimplifika r-rappurtar tal-ispejjeż, ladarba jkun hemm biżżejjed dejta statistika disponibbli sabiex tiġi stabbilita somma f’daqqa waħda bħal din skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 124(2) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE.

26.

L-EIT huwa tal-opinjoni li l-bonuses, bħala komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni bażika tal-persunal maniġerjali tal-KKI, huma konformi mar-regoli u regolamenti rilevanti kollha, b’mod partikolari sezzjoni 1.1.3 tal-Ftehim tal-Għoti tal-Mudell Annotat ta’ Orizzont 2020 li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għal komponenti varjabbli mħallsa mill-benefiċjarji. B’mod aktar preċiż, il-komponenti varjabbli kienu awtorizzati mill-kuntratti tal-impjiegi, li kienu ddeterminati abbażi tal-kundizzjonijiet oġġettivi, li kienu ddokumentati mill-Entità Legali tal-KKI u vverifikati mill-EIT. L-ammont nett imħallas attwalment lill-impjegati jiddependi mir-rata tat-taxxa minn ras il-għajn applikabbli u s-sitwazzjoni tat-taxxa individwali tal-impjegati. Abbażi ta’ rata tat-taxxa ta’ bejn wieħed u ieħor 40 %-50 % tal-ammont gross irrapportat mill-Qorti tal-Awdituri, l-ammont nett kien, bħala medja, madwar 6 000-7 000 euro kull persuna.

Filwaqt li l-prattika ta’ bonuses ta’ rimborż, bħala komponenti ta’ remunerazzjoni varjabbli u bbażata fuq il-prestazzjoni, tista’ tkun waħda mhux tas-soltu, l-għanijiet segwiti mill-KKI bħala organizzazzjonijiet xprunati min-negozju, bħall-immirar għal sostennibbiltà finanzjarja, huma wkoll mhux tas-soltu u ma jistgħux jinstabu fi programmi oħrajn. L-użu ta’ elementi varjabbli bħala parti mir-remunerazzjoni bażika jista’ jipprovdi inċentiv qawwi għal prestazzjoni tajba u jiżgura li l-valur tal-flus jintlaħaq. Fil-fatt, ir-remunerazzjoni abbażi tal-prestazzjoni tal-persunal maniġerjali tal-KKI hija meqjusal-aktar xierqa f’mudell xprunat min-negozju. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi nnutat li l-kontribuzzjoni tal-KKI għal salarji mħallsa lill-persunal maniġerjali tal-KKI, inkluż bonuses sejra tinżamm taħt il-limitu massimu stabbilit mill-EIT fil-ftehimiet tal-għoti tal-2016.

Finalment, l-EIT huwa tal-opinjoni li Rakkomandazzjoni Nru 3 tar-Rapport Speċjali 4/2016 tal-Qorti tal-Awdituri hija rilevanti f’dan il-kuntest. Skont il-Qorti tal-Awdituri “l-EIT għandu jfittex awtonomija akbar u jagħmel użu mill-flessibbilta fil-bażi legali ta’ Orizzont 2020. B’mod partikolari, għandu jadotta regoli speċifiċi mfassla għall-ħtiġijiet tas-sħab tal-KKI.” Dan huwa eżattament dak li għamel l-EIT meta aċċetta s-sistema ta’ remunerazzjoni abbażi tal-prestazzjoni introdotta mill-Entità Legali tal-KKI in kwistjoni.

Fir-rigward tas-servizzi ta’ relazzjonijiet pubbliċi akkwistati minn Sieħeb tal-KKI ieħor, università pubblika rinomata, huwa importanti li jiġi nnutat li s-sottokuntrattur li jipprovdi s-servizzi ta’ relazzjonijiet pubbliċi ntgħażel fi proċess kompetittiv ta’ sejħiet għall-offerti mwettaq f’konformità sħiħa mar-regoli ta’ akkwist tas-Sieħeb tal-KKI. Għaldaqstant, l-EIT huwa tal-opinjoni li ġie żgurat l-aħjar valur għall-flus u li kien hemm konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda. Il-konklużjoni tal-awditjar dwar ġestjoni finanzjarja soda mhijiex ċara, minħabba li ma ġewx ipprovduti prezzijiet ta’ riferiment komparabbli mill-Qorti għas-servizzi akkwistati mis-Sieħeb tal-KKI.

27.

Is-sottokuntrattur kien identifikat u kkuntrattat mill-Kuntrattur Ewlieni skont id-dispożizzjonijiet tal-Kuntratt ta’ Qafas tal-Kummissjoni. Dan ipprovda servizzi speċjalizzati bħall-iżvilupp ta’ deskrizzjoni ta’ kunċett għal INNOVEIT, bħat-tfassil ta’ programm attraenti u koerenti u li jimmodera/jiffaċilita l-avveniment mifrux fuq tlett ijiem.

Skont l-informazzjoni riċevuta mill-Kuntrattur Ewlieni, huma kienu qed jaħdmu mas-sottokuntrattur in kwistjoni rigward l-organizzazzjoni ta’ diversi avvenimenti għal diversi Direttorati-Ġenerali tal-Kummissjoni tul dawn l-aħħar snin. Ir-rati standard mitluba mis-sottokuntrattur għal dawk l-avvenimenti kienu ta’ 2 500 euro u 900 euro għal konsulenti superjuri u li għadhom jibdew, rispettivament. Fil-fatt, is-sottokuntrattur applika tnaqqis ta’ 10 % fil-każ ta’ INNOVEIT. Il-Kuntrattur Ewlieni, li jikkoopera ma’ moderaturi oħrajn ukoll, assigura lill-EIT li r-rati mitluba huma kompetittivi fid-dawl ta’ prezzijiet tas-suq ta’ servizzi bħal dawn.

Għaldaqstant, il-prezz ta’ 2 250 euro għal konsulent superjuri huwa meqjus bħala rata tas-suq li tirrifletti kemm il-livell għoli ta’ ħiliet kif ukoll il-kompetenzi meħtieġa sabiex jitwettqu l-kompiti mitluba u t-tip ta’ xogħol imwettaq li kien prinċiparjament kunċettwali (u mhux loġistiku fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-konferenza). Finalment, huwa importanti li jiġi nnutat li l-memorandum ta’ qbil iffirmat bejn DĠ EAC u EIT fir-rigward tal-akkwist ta’ dan il-Kuntratt Ewlieni jistipula li l-EIT ma setax jieħu sehem fis-sejħa inter-istituzzjonali għall-offerti u mbagħad jakkwista l-istess oġġetti jew servizzi permezz ta’ mezzi oħrajn. Għaldaqstant l-EIT kellu juża l-Kuntratt ta’ Qafas tal-Kummissjoni għall-organizzazzjoni tal-avvenimenti ta’ INNOVEIT.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/123

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2016/C 449/22)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“EMA”), li tinsab f'Londra, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93, li ġie sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). L-Aġenzija topera permezz ta' netwerk u tikkoordina r-riżorsi xjentifiċi magħmula disponibbli mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex tiżgura l-valutazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jew użu veterinarju.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2)

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

272

304

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (1)

752

775

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur Eżekuttiv japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Kwistjoni oħra – avveniment li seħħ wara d-data tal-karta tal-bilanċ

11.

Fit-23 ta' Ġunju 2016, iċ-ċittadini tar-Renju Unit (UK) ivvutaw biex joħorġu mill-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprovdi li Stat Membru li jiddeċiedi li joħroġ mill-Unjoni għandu jinnotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tiegħu, u l-Unjoni għandha tinnegozja u tikkonkludi ma' dak l-Istat ftehim li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-ħruġ tiegħu. Il-kontijiet u n-noti relatati tal-Aġenzija, li tinsab f'Londra (UK), tħejjew bl-użu tal-informazzjoni li kienet disponibbli fid-data tal-iffirmar ta' dawn il-kontijiet, meta r-riżultati tar-referendum kienu għadhom mhumiex magħrufa u meta għadha ma ġietx ippreżentata n-notifika formali li tinvoka l-Artikolu 50 (9).

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

12.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-4 ta' Ottubru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President

(1)  ĠU L 214, 24.8.1993, p. 1, u ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1. Skont ir-Regolament imsemmi l-aħħar, l-isem oriġinali tal-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni tal-Prodotti Mediċinali, ġie mibdul għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.ema.europa.eu.

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(9)  Il-kontabilist tal-Aġenzija ffirma l-kontijiet fl-1 ta' Ġunju 2016.

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2014

Ir-regolament tal-Aġenzija dwar it-tariffi jipprevedi dati ta' skadenza għall-ġbir ta' tariffi mill-applikanti u l-pagamenti relatati tal-Aġenzija lill-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti (1). Dawn id-dati ta' skadenza ma ġewx rispettati għall-biċċa l-kbira mit-tranżazzjonijiet awditjati mill-Qorti.

Għadha għaddejja

2014

Fl-2014, l-Aġenzija wettqet proċedura amministrattiva kontra l-maniġer tal-Informazzjoni, Komunikazzjoni u Teknoloġija (ICT) tagħha. Ġew irrappurtati dgħufijiet sinifikanti fil-kontroll tal-ġestjoni, li jimplikaw riskji operazzjonali u finanzjarji konsiderevoli għall-Aġenzija. Ġie stabbilit u implimentat pjan ta' azzjoni biex il-kwistjoni tiġi indirizzata. Madankollu, l-effettività tal-miżuri li ttieħdu għadha trid tiġi evalwata mill-Aġenzija.

Għadha għaddejja

2014

Wieħed mill-kompiti tal-Aġenzija huwa li tqassam informazzjoni xierqa dwar il-farmakoviġilanza lill-Istati Membri u lill-pubbliku ġenerali. Din l-informazzjoni tinġabar minn awtoritajiet nazzjonali individwali u tiġi vverifikata mal-kumpaniji farmaċewtiċi kkonċernati. Madankollu, l-Aġenzija fil-biċċa l-kbira tiddependi fuq kontrolli u spezzjonijiet mwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Membri. Dawn jiddeterminaw il-kompletezza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni disseminata lill-pubbliku.

Għadha għaddejja

2014

Fl-2014 l-Aġenzija kkonkludiet kuntratt qafas ta' EUR 15-il miljun (li jkopri s-snin 2014 sa 2017) għal servizzi ta' konsulenza għall-maniġment ta' livell għoli. L-objettivi u l-attivitajiet li kellhom jitwettqu ma kinux speċifiċi biżżejjed biex tiġi ġġustifikata d-deċiżjoni ta' akkwist jew il-volum tal-kuntratt. Ma hemm ebda evidenza li l-Bord Amministrattiv kien ġie kkonsultat dwar id-deċiżjoni ta' akkwist, ħaġa li kienet tkun xierqa minħabba n-natura u l-valur tal-kuntratt, minkejja li r-Regolament Finanzjarju ma jeħtieġx dan.

M/A

(1)  Ir-regolament tal-Aġenzija dwar it-tariffi, l-Artikoli 10(1) u 11(1).

IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

L-Aġenzija ħadet nota tar-rapport tal-Qorti.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/128

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru

(2016/C 449/23)

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (minn hawn 'il quddiem “iċ-Ċentru”, magħruf ukoll bħala l-“EMCDDA”), li jinsab f'Lisbona, inħoloq bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 302/93 (1). Id-dmir prinċipali tiegħu huwa li jiġbor, janalizza u jxerred informazzjoni dwar id-droga u d-dipendenza fuq id-droga sabiex iħejji u jippubblika informazzjoni fil-livell Ewropew li hija oġġettiva, ta’ min joqgħod fuqha u kumparabbli. L-informazzjoni hija maħsuba biex tipprovdi bażi għall-analiżi tad-domanda għad-droga u l-modi kif din titnaqqas, kif ukoll, b’mod ġenerali, fenomeni assoċjati mas-suq tad-droga.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għaċ-Ċentru (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għaċ-Ċentru

2014

2015

Baġit (miljun EUR) (1)

15,7

18,5

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (2)

101

100

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll taċ-Ċentru. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali taċ-Ċentru, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali taċ-Ċentru wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tiegħu jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja taċ-Ċentru fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali taċ-Ċentru jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet taċ-Ċentru kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali taċ-Ċentru jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

12.

Fl-2012, iċ-Ċentru ffirma kuntratt qafas b'ammont massimu għall-iffirmar ta' kuntratti speċifiċi ta' EUR 250 000, li kien speċifikat fl-avviż dwar kuntratt. Madankollu, iċ-Ċentru ma rrispettax dan il-limitu massimu. Sa tmiem l-2015, il-pagamenti totali li saru taħt dan il-kuntratt kienu ammontaw għal EUR 382 181, jiġifieri kienu qabżuh b'50 %. Il-pagamenti li saru u li kienu ogħla mil-limitu massimu jindikaw li jenħtieġ li tittejjeb il-proċedura taċ-Ċentru għall-monitoraġġ ta' kuntratti qafas.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SENA PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 36, 12.2.1993, p. 1. Dan ir-Regolament u l-emendi tiegħu tħassru bir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1).

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.emcdda.europa.eu

(1)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament.

(2)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta miċ-Ċentru.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2014

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 673 534 , jiġifieri 26 % (2013: EUR 217 061 , jiġifieri 9 %). Huma prinċipalment relatati ma' implimentazzjoni aċċellerata tal-istrateġija pluriennali tal-ICT, u jirriżultaw minn riżorsi inizjalment ippjanati għal żidiet fis-salarji iżda mhux meħtieġa wara deċiżjoni mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

M/A

IR-RISPOSTA TAĊ-ĊENTRU

12.

F’konformità mar-regoli finanzjarji relevanti, l-ammont imsemmi ssemma’ bħala stima fl-avviż dwar kuntratt ippubblikat għall-iskop tal-akkwist ikkonċernat. Il-kuntratt qafas konkluż skont dan il-proċess la semma’ dan l-ammont u lanqas ma rrefera għal kwalunkwe limitu massimu.

L-EMCDDA temm dan il-kuntratt u nieda proċedura ta’ akkwist ġdida għas-servizzi kkonċernati. Iċ-Ċentru ffirma l-kuntratt f’Lulju 2016. Barra minn hekk, dan implimenta proċess speċifiku biex itejjeb l-ippjanar ċentrali u l-monitoraġġ tal-akkwisti tiegħu, inkluż għal kuntratti qafas.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/133

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2016/C 449/24)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima) (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“EMSA”), li tinsab f'Lisbona, twaqqfet bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompiti tal-Aġenzija huma li tiżgura livell għoli ta' sigurtà marittima u li tipprevieni tniġġis mill-vapuri, tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, u timmonitorja l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll li tevalwa l-effettività tagħha.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

2014

2015

Baġit (miljun EUR) (1)

57,9

64,8

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (2)

245

246

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur Eżekuttiv japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

11.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-4 ta' Ottubru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President

(1)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.emsa.europa.eu

(1)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament.

(2)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

Proċeduri kontabilistiċi u informazzjoni fir-rigward ta’ spejjeż għal assi intanġibbli ġġenerati internament mhumiex kompletament affidabbli.

Ikkompletata

IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

L-Aġenzija ħadet nota tar-rapport tal-Qorti.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/138

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2016/C 449/25)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“ENISA”), li tinsab f'Ateni u f'Heraklion (1) , inħolqot bir-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li, wara emendi differenti, tħassar bir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (3). Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li ttejjeb il-kapaċità tal-Unjoni biex tipprevieni u tirrispondi għall-problemi tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni billi tibni fuq l-isforzi nazzjonali u tal-Unjoni.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (4).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-aġenzija

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

10

10

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (1)

62

69

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (5) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (7):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (8); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur Eżekuttiv japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (10).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati huma għoljin għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 0,15 miljun, jiġifieri 22 % (2014: EUR 0,6 miljun, jiġifieri 49 %). Dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati ma' investimenti fl-infrastruttura tal-IT li kienet ordnata, kif ippjanat, lejn tmiem is-sena.

KUMMENTI OĦRA

13.

Fl-2016 l-Aġenzija qed tippjana li tirriloka xi membri tal-persunal amministrattiv minn Heraklion għal Ateni filwaqt li r-Regolament bażiku jipprovdi li l-persunal li hu primarjament involut fl-amministrazzjoni tal-Aġenzija għandu jkun ibbażat f'Heraklion.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

14.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta' Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  Il-persunal operazzjonali tal-Aġenzija ġie rilokat f’Ateni f’Marzu 2013.

(2)  ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.

(4)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha:www.enisa.europa.eu.

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(5)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(6)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(7)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(8)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(9)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

(10)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

Filwaqt li r-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni korrispondenti jipprevedu inventarju fiżiku tal-assi fissi mill-inqas kull tliet snin, l-Aġenzija ma wettqitx inventarju fiżiku komprensiv mill-2009 'l hawn.

Ikkompletata

2014

Il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati kien għoli f'rata ta' 100 % (94 % fl-2013). B'kollox, l-approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 jammontaw għal EUR 1,3 miljun, jiġifieri 15 % tal-approprjazzjonijiet totali (2013: EUR 1,2  miljun, jiġifieri 13,5  %). L-approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati huma għoljin għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f'ammont ta' EUR 0,6  miljun, jiġifieri 49 % (2013: EUR 0,8  miljun, jiġifieri 59 %). Dawn kienu marbuta ma' investimenti fl-infrastruttura tal-IT ordnata kif ippjanat lejn tmiem is-sena għaż-żewġ uffiċċji tal-Aġenzija.

M/A

IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

12.

L-ENISA tinnota t-tnaqqis tar-rata ta’ approprjazzjonijiet riportati għas-sena ta’ wara minn 15 % fl-2014 għal 7 % fl-2015, minħabba t-titjib kontinwu tal-prestazzjoni tal-ENISA f’dan il-qasam. Ir-riport huwa ġġustifikat u relatat mal-proġett tal-bini (0,05 miljun Ewro) għat-tneħħija taċ-ċentru tad-data tas-sid tal-uffiċċju (1) f’Ateni li kien finalizzat biss f’Diċembru 2015. Barra minn hekk, l-akkwist ta’ 26 laptop (0,05 miljun Ewro), li laħqu t-tmiem tal-perjodu tal-garanzija tagħhom, kien finalizzat f’Diċembru 2015, wara proċedura nnegozjata ta’ akkwist.

13.

Skont il-premessa 7 tal-preambolu tar-Regolament 526/2013 dwar l-ENISA, “il-persunal li hu primarjament involut fl-amministrazzjoni tal-Aġenzija […] għandu jkun ibbażat f’Heraklion”. Madankollu t-test fil-preambolu mhuwiex meqjus bħala fattur restrittiv (2).

(1)  Iċ-ċaqliq taċ-ċentru tad-data tas-sid kien iddettat mill-kumitat tad-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kunsill li identifika riskji u ssuġġerixxa t-tneħħija minnufih ta’ ċentru ta’ data ta’ parti terza minn ġol-bini tal-ENISA.

(2)  Skont każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, il-preambolu ta’ test tal-UE m’għandu l-ebda forza legali vinkolanti il-Każ C-162/97, Nilsson u oħrajn, ECLI:UE:C:1998:554, il-paragrafu 54.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/143

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Fond tal-Pensjoni tal-Europol għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Fond

(2016/C 449/26)

INTRODUZZJONI

1.

Il-Fond tal-Pensjoni tal-Europol (minn hawn 'il quddiem “il-Fond”, magħruf ukoll bħala l-“EPF”), li jinsab f’L-Aja, ġie stabbilit permezz tal-Artikolu 37, l-Appendiċi 6, tar-Regolamenti preċedenti tal-Persunal tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, L-Aja (Europol). Ir-regoli dwar l-implimentazzjoni tal-Fond ġew stabbiliti bl-Att tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 1999 (1) u emendati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/400/UE (2). L-objettiv tal-Fond huwa li jiffinanzja u jħallas il-pensjonijiet għall-persunal li kien diġà impjegat mal-Europol qabel ma dan sar Aġenzija Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2010. Il-Fond ġie xolt fl-1 ta’ Jannar 2016 (ara l-paragrafu 11).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli interni tal-Fond. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Fond (3) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Fond u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (4):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Fond jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-applikazzjoni tar-regoli kontabilistiċi għall-Fond kif adottati mill-Kunsill (5) u t-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Il-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Fond u d-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija japprovaw il-kontijiet annwali wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Fond ikun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli. Huma jistabbilixxu wkoll nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huma jiddikjaraw, fost l-oħrajn, li għandhom aċċertament raġonevoli li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Fond fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (6) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Fond ikunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Fond jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-Kunsill.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI OĦRA

11.

Fir-Rapport Annwali Speċifiku tagħha għas-sena finanzjarja 2014, il-Qorti rrappurtat li l-Bord tal-Fond u l-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol flimkien mal-Kunsill kienu qegħdin jivvalutaw l-alternattivi għall-ġejjieni tal-Fond. Fit-8 ta’ Ottubru 2015, il-Kunsill iddeċieda li jxolji l-Fond fl-1 ta’ Jannar 2016. L-assi tal-Fond ġew likwidati u, fl-1 ta’ Jannar 2016, l-attività residwa tal-Fond ġiet ittrasferita lill-Europol li se jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-pagamenti ta’ benefiċċji lil popolazzjoni limitata ħafna ta’ pensjonanti u persuni li qabel kienu membri tal-persunal (7). Il-Qorti se tirrapporta separatament dwar ir-rapport finali tal-Fond li juri s-sitwazzjoni tal-assi u l-obbligi tiegħu (8).

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

12.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  Id-Dokument 5397/99 fuq ir-reġistru pubbliku tal-Kunsill: http://register.consilium.europa.eu/

(2)  ĠU L 179, 7.7.2011, p. 5.

(3)  Il-kontijiet jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-introjtu u l-infiq, ir-rapport tal-flussi tal-flus u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(4)  L-Artikoli 33 u 43 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(5)  Skont l-Att tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 1999 li jadotta r-regoli dwar l-FPE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 li temenda lil dan tal-aħħar, il-kontijiet jitħejjew fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi tan-Netherlands dwar il-Fondi tal-Pensjoni, jiġifieri d-Direttiva 610 tar-regoli Netherlandiżi dwar ir-rappurtar finanzjarju, u fuq l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(6)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(7)  L-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1889 tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar ix-xoljiment tal-Fond tal-Pensjoni tal-Europol (ĠU L 276, 21.10.2015, p. 60).

(8)  L-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1889.

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2014

Osservazzjonijiet

Il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għan-Noti 2.6 u 2.7 tar-Rapport Annwali 2014 tal-Fond. Il-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Fond ħejja l-kontijiet fuq il-bażi ta’ negozju avvjat. Madankollu, huwa mistenni li fl-2015 isir ħlas ulterjuri tal-biċċa l-kbira mid-drittijiet tal-pensjoni li attwalment għadhom ma tħallsux, permezz ta’ trasferiment għal skema tal-pensjonijiet oħra, u li sal-31 ta’ Diċembru 2015 mhux se jkun hemm parteċipanti attivi. Attwalment, il-Bord tal-Fond u l-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol flimkien mal-Kunsill qegħdin jivvalutaw l-alternattivi għall-ġejjieni tal-Fond, li waħda minnhom hija l-likwidazzjoni ftit wara l-31 ta’ Diċembru 2015.

Ikkompletata

IR-RISPOSTA TAL-FOND

Il-Fond ħa nota tar-rapport tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/148

RAPPORT

dwar ir-rapport finali skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1889 dwar ix-xoljiment tal-Fond tal-Pensjoni tal-Europol fl-1 ta’ Jannar 2016, flimkien mar-risposta tal-Fond u tal-Europol

(2016/C 449/27)

INTRODUZZJONI

1.

Il-Fond tal-Pensjoni tal-Europol (minn hawn 'il quddiem “il-Fond”, magħruf ukoll bħala l-“EPF”), ġie stabbilit permezz tal-Artikolu 37, l-Appendiċi 6, tar-Regolamenti preċedenti tal-Persunal tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (l-“Europol”). Ir-regoli dwar l-implimentazzjoni tal-Fond ġew approvati bl-Att tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 1999 (1) u emendati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/400/UE (2). L-objettiv tal-Fond kien li jiffinanzja u jħallas il-pensjonijiet għall-persunal li kien diġà impjegat mal-Europol qabel ma dan sar Aġenzija Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2010. Fit-8 ta’ Ottubru 2015, il-Kunsill iddeċieda li jxolji l-Fond fl-1 ta’ Jannar 2016 u li jittrasferixxi l-attivitajiet residwi lill-Europol (3). Il-bord ta’ amministrazzjoni tal-Fond ħejja rapport li juri s-sitwazzjoni finali tal-attivi u l-passivi tal-Fond (ir-“rapport finali”) (4).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli interni tal-Fond. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn (5) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

3.

Skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1889 tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar ix-xoljiment tal-Fond tal-Pensjoni tal-Europol, il-Qorti awditjat ir-rapport finali tal-Fond tal-1 ta’ Jannar 2016.

Ir-responsabbiltà tal-bord ta’ amministrazzjoni

4.

Il-bord ta’ amministrazzjoni tal-Fond huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tar-rapport finali (6). Dan jinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tar-rapport finali li jkun ħieles minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-applikazzjoni tar-regoli kontabilistiċi għall-Fond kif adottati mill-Kunsill (7) u t-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (8) b’rapport dwar ir-rapport finali. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk ir-rapport finali jkunx ħieles minn dikjarazzjoni skorretta materjali.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fir-rapport finali. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-ammonti fir-rapport finali sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tar-rapport finali. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-ammonti fir-rapport finali.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għar-rapport tagħha.

Opinjoni tal-Qorti

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, ir-rapport finali jippreżenta b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Fond fl-1 ta’ Jannar 2016 skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1889 tat-8 ta' Ottubru 2015 u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-Kunsill.

9.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI OĦRA

10.

L-annessi għar-rapport finali fihom l-ammonti li għandhom jiġu ttrasferiti lill-Europol u dawk li għandhom jitħallsu lura lill-Istati Membri, il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-parteċipanti attivi preċedenti u l-werrieta legali tagħhom rispettivament (9). L-annessi ġew awditjati minn kumpanija indipendenti esterna tal-awditjar. Fir-rapport ta’ aċċertament tagħha, hija kkonkludiet li dawn tħejjew, fl-aspetti materjali kollha, skont id-Deċijoni tal-Kunsill.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta' Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  Id-Dokument 5397/99 fuq ir-reġistru pubbliku tal-Kunsill: http://register.consilium.europa.eu/

(2)  ĠU L 179, 7.7.2011, p. 5.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1889 tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar ix-xoljiment tal-Fond tal-Pensjoni tal-Europol (ĠU L 276, 21.10.2015, p. 60).

(4)  L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1889.

(5)  Ir-rapport finali ġie awditjat minn kumpanija indipendenti esterna tal-awditjar.

(6)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.

(7)  Skont l-Att tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 1999 li jadotta r-regoli dwar l-FPE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 li temenda lil dan tal-aħħar, il-kontijiet jitħejjew fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi tan-Netherlands dwar il-Fondi tal-Pensjoni, jiġifieri d-Direttiva 610 tar-regoli Netherlandiżi dwar ir-rappurtar finanzjarju, u fuq l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(8)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.

(9)  L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1889.

IR-RISPOSTA TAL-FOND U TAL-EUROPOL

Il-Fond u l-Europol ħadu nota tar-rapport tal-Qorti dwar ir-rapport tal-għeluq tal-Fond.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/151

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2016/C 449/28)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea) (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“ERA”), li tinsab f’Lille u f’Valenciennes, inħolqot bir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Aġenzija huwa li żżid il-livell ta’ interoperabbiltà tas-sistemi ferrovjarji u li tiżviluppa approċċ komuni għas-sigurtà sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ settur ferrovjarju Ewropew aktar kompetittiv b’livell għoli ta’ sigurtà.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

25,7

26,3

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (1)

159

157

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

11.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta' Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 220, 21.6.2004, p. 3.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.era.europa.eu

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2013

Skont ir-regolament fundatur tal-Aġenzija (1), il-persunal għandu jikkonsisti minn:

impjegati temporanji reklutati mill-Aġenzija għal massimu ta’ ħames snin minn fost professjonisti mis-settur ferrovjarju, abbażi tal-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom fil-qasam tas-sigurtà u l-interoperabbiltà ferrovjarja;

uffiċjali assenjati jew sekondati mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri għal massimu ta’ ħames snin; u

ħaddiema oħrajn biex iwettqu kompiti implimentattivi jew segretarjali.

Għadha għaddejja

Fi tmiem l-2013, 136 impjegat temporanju kienu jaħdmu għall-Aġenzija. Ir-regolament fundatur jistipula wkoll li matul l-ewwel 10 snin ta' operat tal-Aġenzija, il-perjodu ta’ 5 snin għalihom jista’ jiġi estiż b'massimu ta’ 3 snin oħra meta meħtieġ biex tiġi garantita l-kontinwità tan-negozju. L-Aġenzija użat din il-possibbiltà bħala prattika standard sa nofs l-2013. Barra minn hekk, fil-perjodu minn Settembru 2013 sa Marzu 2014, l-Aġenzija impjegat mill-ġdid erba’ impjegati temporanji (għal perjodu ta’ tmien snin) li l-kuntratti tagħhom mal-ERA kienu ntemmu fl-2013 wara l-perjodu massimu ta’ tmien snin.

Fl-2013, l-Aġenzija adottat deċiżjoni ġdida bi ftehim mal-Bord Amministrattiv tagħha u l-Kummissjoni, skont liema impjegati temporanji jista’ jkollhom kuntratti indefiniti. Il-proposta għal regolament fundatur rivedut għall-ERA tinkludi dispożizzjonijiet simili iżda mhuwiex ċar jekk u meta din se tiġi adottata mill-Parlament u mill-Kunsill.

2013

L-Aġenzija tinsab f’Lille u f'Valenciennes. Kif semmiet il-Qorti fir-Rapport Annwali Speċifiku tagħha għas-sena finanzjarja 2006, huwa probabbli li l-ispejjeż jistgħu jitnaqqsu jekk l-operazzjonijiet kollha jiġu ċċentralizzati f’post wieħed. Dan għandu mnejn ukoll jiffaċilita ftehim komprensiv dwar is-sede mal-Istat Membru ospitanti, biex b’hekk jiġu kkjarifikati l-kundizzjonijiet li taħthom l-Aġenzija u l-persunal tagħha joperaw.

Għadha għaddejja

2014

Il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati kien għoli f'rata ta' 97 %. Madankollu, kien hemm ukoll livell għoli ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-baġit operazzjonali (it-Titolu III) f'ammont ta' EUR 2,2 miljun, jiġifieri 37,7  % (2013: EUR 1,6 miljun, jiġifieri 25 %) minħabba fi proġetti operazzjonali li ddewmu (sigurtà, Is-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju – ERTMS) u proġetti tal-IT li ddewmu. Din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

M/A

2014

Meta kienet qed timplimenta kuntratt qafas multiplu dwar is-segwitu għall-proġetti ERTMS, l-Aġenzija reġgħet fetħet proċedura ta’ kompetizzjoni għall-għoti ta’ kuntratt speċifiku. Madankollu, kemm il-ponderazzjoni eċċessiva li ngħatat lill-kwalità kif ukoll il-valur massimu għoli tal-kuntratt fis-sejħa ġdida għall-offerti rriżultaw f’offerti finanzjarji li kienu qrib għall-valur massimu tal-kuntratt. Dan imur kontra l-objettiv tal-ftuħ mill-ġdid ta' proċedura ta’ kompetizzjoni, li huwa li tiġi żgurata kompetizzjoni fuq il-prezz.

M/A

(1)  L-Artikolu 24(3) tar-Regolament (KE) Nru 881/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 220, 21.6.2004, p. 3).

IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

L-Aġenzija ħa nota tar-rapport tal-Qorti.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/157

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2016/C 449/29)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“ERCEA”), li tinsab fi Brussell, inħolqot bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/37/KE (1). L-Aġenzija ġiet stabbilita għal perjodu li beda fl-1 ta’ Jannar 2008 u li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017 bl-għan li tmexxi l-programm speċifiku “Ideat” taħt is-7 Programm Kwadru għar-Riċerka.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

36,3

39,6

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (1)

388

417

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Il-Kumitat ta' Ġestjoni japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

Ir-riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) kienu għoljin f'ammont ta' EUR 1 457 920, jiġifieri 43,14 % (2014: EUR 1 126 275, jiġifieri 38,50 %). Dawn huma prinċipalment relatati man-natura pluriennali ta' kuntratti tal-IT (EUR 504 473) u mal-awditi ex post ta' skemi ta' għoti (EUR 687 522,50) li nbdew fl-2015 iżda li kienu għadhom ma ġewx konklużi sa tmiem is-sena.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta' Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 9, 12.1.2008, p. 15.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.erc.europa.eu

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 38 sa 42 tar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikoli 87 sa 92 tar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2014

Jeħtieġ li l-proċeduri fir-rigward ta' assi tanġibbli u intanġibbli jissaħħu aktar sabiex jiġu żgurati s-salvagwardja xierqa tagħhom u t-tħejjija ta' informazzjoni f'waqtha, preċiża u kompleta f'dan il-qasam. Jeħtieġ li r-Reġistru tal-Assi jinżamm aġġornat fir-rigward tal-lok fejn jinsabu l-assi tagħha, li l-proċeduri ta' inventarju jiġu formalizzati u li l-linji gwida tal-Aġenzija dwar il-kapitalizzazzjoni ta' assi intanġibbli żviluppati internament jinkludu biżżejjed dettall biex jiġi żgurat li hija tuża approċċ konsistenti.

Ikkompletata

IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

12.

L-Aġenzija ħadet nota tar-rapport tal-Qorti u tikkunsidra li l-kumment dwar ir-“riporti tal-approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu III” ma jagħtix lok għal azzjonijiet korrettivi, peress li huma ġġustifikati abbażi tan-natura tagħhom.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/162

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Awtorità

(2016/C 449/30)

INTRODUZZJONI

1.

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”, magħrufa wkoll bħala l-“ESMA”), li tinsab f’Pariġi, ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Awtorità huwa li ttejjeb l-operat tas-suq finanzjarju intern tal-UE billi tiżgura livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni, tippromwovi l-integrità u l-istabbiltà tas-sistemi finanzjarji u ssaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali sabiex tiżgura l-istabbiltà u l-effettività tas-sistema finanzjarja.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Awtorità (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Awtorità

2014

2015

Baġit (miljun EUR) (1)

33,3

36,7

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (2)

168

186

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Awtorità. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Awtorità, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Awtorità u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Awtorità jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur Eżekuttiv japprova l-kontijiet annwali tal-Awtorità wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Awtorità fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Awtorità jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Awtorità kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Awtorità jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’livell ta’ EUR 2,2 miljun, jiġifieri 26 % (2014: EUR 1,4 miljun, jiġifieri 19 %). Dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati ma’ proġetti tal-IT li s-servizzi għalihom kienu għadhom ma twasslux jew li l-fatturi għalihom se jiġu riċevuti biss fl-2016.

13.

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati kien għoli wkoll għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’livell ta’ EUR 2,3 miljun, jiġifieri 33 % (2014: EUR 4,1 miljun, jiġifieri 45 %). Dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati ma’ proġetti tal-IT li s-servizzi għalihom kienu għadhom ma twasslux jew li l-fatturi għalihom se jiġu riċevuti biss fl-2016 (EUR 1,7 miljun) kif ukoll spejjeż għall-missjonijiet li se jiġu rimborżati biss fl-2016 (EUR 0,1 miljun).

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

14.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.esma.europa.eu.

(1)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(2)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Awtorità.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Il-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2011 ammonta għal EUR 16,9 miljun. Skont l-Artikolu 62(1) tar-Regolament Fundatur tagħha, 60 % tal-baġit għall-2011 kien iffinanzjat mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u l-pajjiżi tal-EFTA u 40 % mill-baġit tal-Unjoni. Fi tmiem l-2011, l-ESMA rreġistrat riżultat pożittiv ta’ EUR 4,3 miljun fil-baġit. F’konformità mar-Regolament Finanzjarju tagħha, l-ammont sħiħ imbagħad ġie rreġistrat fil-kontijiet bħala passiv (obbligazzjoni) lejn il-Kummissjoni Ewropea.

Ikkompletata

2011

Ġew innutati dgħufijiet fir-rigward ta’ sitt impenji legali magħmula qabel l-impenji baġitarji (EUR 483 845 ).

Għadha għaddejja (1)

2012

Matul it-tieni sena ta’ attività tagħha, l-Awtorità ħadet pass importanti bl-adozzjoni u l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti bażi għall-istandards kollha ta’ kontroll intern. Madankollu, għadha ma nkisbitx implimentazzjoni sħiħa tal-istandards.

Għadha għaddejja

2012

Hemm lok konsiderevoli għal titjib fil-puntwalità u d-dokumentazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist.

Għadha għaddejja

2013

Madwar 27 % tal-pagamenti li saru fl-2013 għal oġġetti u servizzi riċevuti kienu tard. Fejn il-pagamenti kienu tard, id-dewmien żejjed kien b’medja ta’ 32 jum. L-imgħax imħallas fl-2013 fuq pagamenti li saru tard kien jammonta għal EUR 3 834 .

Ikkompletata

2014

L-ammont ta’ tariffi ddebitati lil entitajiet sorveljati (Aġenziji ta’ Klassifikazzjoni tal-Kreditu u Repożitorji tat-Tranżazzjonijiet) fl-2014 (EUR 6 623 000 ) li jidher bħala dħul fir-rapport finali tal-prestazzjoni finanzjarja kien ibbażat fuq spejjeż stmati, aktar milli fuq spejjeż reali, tal-attivitajiet superviżorji mwettqa. Tariffi imposti fuq entitajiet sorveljati għandhom ikunu qrib kemm jista’ jkun għall-ispiża reali mġarrba f’dan il-qasam. Sabiex tikseb dan, l-ESMA qiegħda bħalissa twettaq eżerċizzju ta’ mmudellar ta’ Spiża Bbażata fuq l-Attività.

Għadha għaddejja (2)

2014

Meta l-ESMA ġiet stabbilita fl-2010 hija wirtet għadd ta’ kuntratti qafas tal-IT mill-korp predeċessur tagħha KRET (Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli) għall-ospitar taċ-ċentri tad-data tagħha kif ukoll l-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-sistemi tal-IT tagħha. In-nuqqas ta’ sostituzzjoni ta’ dawn il-kuntratti qafas b’sejħiet għall-offerti f’waqthom wassal għal sitwazzjoni fejn tnejn minnhom ġew estiżi lil hinn mid-durata oriġinali tagħhom. Huwa rriżulta wkoll fl-akkwist, min-naħa tal-Awtorità, ta’ xi servizzi tal-IT bl-użu ta’ korp ċentrali għall-akkwisti Franċiż (Union de Groupements d’achats publics – UGAP). L-Awtorità għamlet użu wkoll mill-UGAP biex tixtri għamara u kartolerija matul is-sena. It-total tal-pagamenti fl-2014 kien jammonta għal EUR 956 000 . Il-Qorti infurmat lill-Awtorità li l-użu tal-UGAP ma kienx f’konformità mar-Regolament Finanzjarju u minn dak iż-żmien ‘il hawn hija waqfet milli tagħmel dan. L-Awtorità issa ssostitwiet ukoll il-kuntratti qafas kollha tal-IT tal-KRET b’qafas tagħha stess.

Ikkompletata

2014

Ir-rata totali ta’ kanċellazzjoni għall-approprjazzjonijiet riportati mill-2013 kienet għolja f’livell ta’ 19 %, jiġifieri EUR 940 054 . Din tirriżulta prinċipalment minn dewmien min-naħa tal-kuntratturi fit-twassil ta’ servizzi mitluba, iżda wkoll mix-xiri kkanċellat ta’ liċenzji għal proġett ikkanċellat, minn diffikultajiet misjuba fl-implimentazzjoni ta’ kuntratt għal persunal interim u mit-twettiq tal-bidla mill-kuntratt qafas preċedenti ta’ konsulenza tal-IT, għal dak ġdid.

M/A

2014

Il-livell kumplessiv ta’ approprjazzjonijiet impenjati żdied minn 93 % fl-2013 għal 99 % fl-2014, li jindika li l-impenji saru b’mod aktar f’waqtu. Madankollu, il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 kien għoli għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’ammont ta’ EUR 4 063 580 , jiġifieri 45 % (2013: EUR 3 688 487 , jiġifieri 58 %). Minn dan l-ammont, bejn wieħed u ieħor EUR 2 miljun huma relatati mal-IT u ma’ servizzi oħra pprovduti fl-2014 li ma kinux tħallsu mill-Awtorità sa tmiem is-sena. Kuntratti b’valur ta’ EUR 1,3 miljun oħra kienu ġew ikkuntrattati lejn tmiem is-sena, u s-servizzi relatati kienu mistennija li jitwasslu fl-2015. L-ammont ta’ riporti li jifdal huwa spjegat min-natura pluriennali tal-kuntratti ffirmati.

M/A

(1)  Fl-2015 l-impenji ex post ammontaw għal EUR 165 000.

(2)  Jeħtieġ li l-Awtorità tistabbilixxi metodoloġija f’dan il-qasam.

IT-TWEĠIBA TAL-AWTORITÁ

13.

L-ESMA ħadet nota tal-livell rappurtat ta’ appropprjazzjonijiet impenjati riportati f’Titolu II u Titolu III. Il-kumment tal-Qorti ġie nnotat u l-ispjegazzjoni relatata man-natura multiannwali tal-proġetti kbar tal-EU IT tal-ESMA ġiet ikkonfermata.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/168

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħrġ għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni

(2016/C 449/31)

INTRODUZZJONI

1.

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (minn hawn ’il quddiem “il-Fondazzjoni”, magħrufa wkoll bħala l-“ETF”), li tinsab f’Turin, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 (1) (tfassil mill-ġdid (KE) Nru 1339/2008). Il-kompitu tal-Fondazzjoni huwa li tappoġġa r-riforma tat-taħriġ vokazzjonali fil-pajjiżi msieħba tal-Unjoni Ewropea. Biex tagħmel dan, hija tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' diversi programmi (eż. IPA, FRAME, GEMM).

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Fondazzjoni (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Fondazzjoni

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

22,5

21

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (1)

133

129

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Fondazzjoni. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Fondazzjoni fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Fondazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

11.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.etf.europa.eu.

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Fondazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2013

Fi tmiem l-2013, il-Fondazzjoni kellha EUR 7,5  miljun f'kontijiet f'bank wieħed bi klassifikazzjoni baxxa tal-kreditu (F3, BBB) (1).

Għadha għaddejja

2014

Il-kanċellazzjonijiet ta' approprjazzjonijiet riportati mill-2013 kienu għoljin għat-Titolu I (15,9  %) u għat-Titolu II (7,6  %) li jindika stimar eċċessiv tal-ħtiġijiet finanzjarji.

M/A

2014

Il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati kien għoli f'rata ta' 99,9  %. Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati għall-2015 kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f'ammont ta' EUR 0,75  miljun, jiġifieri 36,2  % (2013: EUR 0,55  miljun, jiġifieri 30 %). Ir-raġuni prinċipali kienet xiri ppjanat li sar fi tmiem l-2014 għat-tiġdid ta' għamara għall-uffiċċji (EUR 0,37  miljun), softwer (EUR 0,14 -il miljun) u ħardwer (EUR 0,1  miljun).

M/A

2014

Fl-2005 daħlu fis-seħħ Regolamenti ġodda tal-Persunal tal-UE, inklużi dispożizzjonijiet li r-rimunerazzjonijiet futuri ta' uffiċjali reklutati qabel l-1 ta' Mejju 2004 ma għandhomx ikunu anqas milli kienu taħt ir-Regolamenti preċedenti tal-Persunal tal-UE. L-awditu tal-Qorti żvela li ma kienx hemm konformità ma' dan u, fil-każ ta' 2 mis-96 aġent temporanju impjegat f'dak iż-żmien, dan wassal għal pagament insuffiċjenti totali ta' EUR 14 745 (spiża tas-salarji għall-ETF) għall-perjodu mill-2005 sal-2014. Il-Fondazzjoni għamlet il-pagamenti supplimentari tas-salarji f'Ġunju 2015.

Ikkompletata

(1)  Ammont imnaqqas għal EUR 1,8 miljun.

IT-TWEĠIBA TAL-FONDAZZJONI

L-Aġenzija ħadet nota tar-rapport tal-Qorti.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/173

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2015 flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2016/C 449/32)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA), minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”, li tinsab f'Tallinn, fi Strasburgu u f'St. Johann im Pongau, ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-missjoni ċentrali ta' din l-Aġenzija hija li twettaq il-kompiti ta’ tmexxija operattiva għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-Eurodac.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

2014

2015

Baġit (miljun EUR) (1)

64,9

71,7

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (2)

129

134

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur Eżekuttiv japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

12.

L-Aġenzija ffrimat kuntratt qafas ta' EUR 2 miljun għas-servizzi ta' akkwist minn kuntrattur (servizzi ta' akkwist), għal servizzi ta' taħriġ, ta' kowċjar u ta' tagħlim minn fornituri terzi (servizzi ta' taħriġ). Il-kuntrattur jidentifika servizzi adatti ta' taħriġ għal kwalunkwe talba speċifika, u jipprovdi kwotazzjoni għas-servizzi ta' taħriġ flimkien ma' tariffa għas-servizzi ta' akkwist (żieda) proprji tiegħu. Madankollu, il-kuntratt qafas ma jispeċifikax li s-servizzi ta' akkwist għandhom ikunu f'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist fir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija. Għalhekk, il-proċess attwali biex jiġu ppreżentati l-kwotazzjonijiet għall-approvazzjoni mill-Aġenzija ma jiżgurax li s-servizzi jiġu akkwistati f'konformità mar-rekwiżiti kollha tar-regoli finanzjarji.

13.

Is-sejħa għal espressjoni ta' interess u l-preselezzjoni ta' kandidati, għall-parteċipazzjoni fi proċedura negozjata b'valur stmat ta' EUR 20 miljun, twettqu mingħajr delega mill-uffiċjal awtorizzanti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

14.

L-approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati taħt it-Titolu II (nefqa amministrattiva) tal-baġit jammontaw għal EUR 9 miljun jew 50 % tat-total tal-approprjazzjonijiet impenjati (2014: EUR 15-il miljun; jiġifieri 87 %). Dawn ir-riporti prinċipalment jikkonċernaw kuntratt kbir għall-estensjoni tal-bini fi Strasburgu (EUR 4,6 miljun) kif ukoll servizzi pprovduti taħt kuntratti pluriennali.

15.

Għadhom ma ġewx konklużi arranġamenti ma' Pajjiżi Assoċjati ma' Schengen (l-Iżvizzera, il-Liechtenstein, l-Iżlanda u n-Norveġja) li jiddefinixxu regoli dettaljati għall-parteċipazzjoni tagħhom fix-xogħol tal-Aġenzija, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-vot u l-kontribut tagħhom għall-baġit tal-Aġenzija. Fin-nuqqas tagħhom, il-Pajjiżi Assoċjati ma' Schengen jikkontribwixxu għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) tal-baġit tal-Aġenzija wara dispożizzjoni fil-ftehimiet ta' assoċjazzjoni li ġew iffirmati mal-UE. Madankollu, huma għadhom ma jikkontribwixxux għal attivitajiet taħt it-Titoli I u II (salarji u nefqa amministrattiva oħra) tal-baġit tal-Aġenzija.

KUMMENTI OĦRA

16.

Il-proċeduri ta' akkwist li ġew awditjati wrew li l-Aġenzija kienet involuta fi ftehimiet kuntrattwali jew negozjati ma' kuntrattur wieħed mingħajr ma ddefiniet b'mod preċiż is-servizzi mitluba. Dan jillimita l-kompetizzjoni u jżid id-dipendenza fuq il-kuntrattur. Kull meta huwa possibbli, l-Aġenzija għandha tikkonkludi ftehimiet ma' aktar minn fornitur wieħed jew tiddefinixxi s-servizzi meħtieġa b'mod aktar preċiż.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

17.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta' Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.eulisa.europa.eu.

(1)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament.

(2)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2013

Ma hemm ebda kopertura tal-assigurazzjoni għal assi tanġibbli fissi, minbarra assigurazzjoni li tkopri ħafna riskji kontra n-nirien għall-uffiċċji f'Tallinn.

Ikkompletata

2013

Skont ir-Regolament Fundatur tal-Aġenzija, il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-Eurodac għandhom jikkontribwixxu għall-baġit tal-Aġenzija. Għalkemm pajjiżi assoċjati ma' Schengen kienu qed jużaw is-sistemi mmaniġġjati mill-Aġenzija fl-2013, in-negozjati tal-Kummissjoni kienu għadhom għaddejjin.

Għadha għaddejja (1)

2014

Osservazzjonijiet relatati mal-affidabbiltà tal-kontijiet

Mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjoni espressa fil-paragrafu 8, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-valutazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-EURODAC (sistemi) fil-kontijiet tal-Aġenzija. Il-ġestjoni operazzjonali ta' dawn is-sistemi hija l-kompitu ewlieni tal-Aġenzija. Fin-nuqqas ta' informazzjoni affidabbli u kompleta fir-rigward tal-ispiża totali tal-iżvilupp tagħhom, dawn huma rreġistrati fil-kontijiet tal-Aġenzija bil-valuri netti tagħhom skont kif inhuma fil-kotba tal-Kummissjoni, u jiġu aġġornati fi tmiem is-sena (bejn wieħed u ieħor EUR 6,6  miljun fid-data ta' trasferiment u EUR 2,1  miljun fil-31 ta' Diċembru 2014) (2). Dawn il-valuri huma prinċipalment relatati ma' komponenti ta' ħardwer u ta' softwer kummerċjalment disponibbli u ma jinkludux spejjeż tal-iżvilupp ta' softwer (ara n-nota 6.3.1 għall-kontijiet annwali tal-Aġenzija).

Għadha għaddejja

2014

Mill-EUR 6,6  miljun f'approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu I (nefqa għall-persunal) u t-Titolu II (nefqa amministrattiva) li ġew riportati mill-2013 għall-2014, EUR 1,7  miljun (26 %) ġew ikkanċellati fl-2014, li turi li l-ħtiġijiet baġitarji ġew stmati b'mod eċċessiv fi tmiem l-2013.

M/A

2014

L-approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 kienu għoljin ħafna għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f'ammont ta' EUR 15-il miljun, jiġifieri 87 % (2013: EUR 6 miljun jew 79 %). Dawn ir-riporti rriżultaw prinċipalment minn akkwisti li ddewmu għall-estensjoni u t-tiġdid tas-sit tal-Aġenzija fi Strasburgu. Ir-riporti tal-approprjazzjonijiet impenjati kienu wkoll għoljin għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f'ammont ta' EUR 24,5  miljun (85 %) (2013: l-ebda ċifra komparattiva disponibbli), prinċipalment fir-rigward ta' kuntratti pluriennali għall-manutenzjoni tas-sistemi tal-IT. Il-livelli għoljin ta’ riporti kanċellati mill-2013 u l-firxa tar-riporti li saru mill-2014 sal-2015 imorru kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità. Jeħtieġ li jiddaħħlu fis-seħħ proċeduri affidabbli għall-ippjanar, l-eżekuzzjoni u l-monitoraġġ tal-baġit.

M/A

(1)  Għal aktar informazzjoni ara l-paragrafu 15 u r-risposta tal-Aġenzija.

(2)  EUR 0,2 miljun fil-31 ta' Diċembru 2015, li huwa taħt is-soll ta' materjalità.

IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

14.

Il-kuntratt qafas inkwistjoni ngħata permezz ta’ proċedura miftuħa skont ir-regoli tar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija. Filwaqt li ma kien hemm ebda dispożizzjoni espliċita li l-kuntrattur ikun marbut ma’ regoli tal-akkwist tal-UE, l-ispeċifikazzjonijiet jinkludu rekwiżit obbligatorju li se jiġi pprovdut l-aktar prezz baxx fis-suq. L-Aġenzija għandha d-dritt li timponi rieżami tal-prezz jekk jinstab prezz aktar baxx.

L-Aġenzija mhijiex konxja dwar obbligu legali li jimponi sett ta’ regoli ta’ akkwist speċifiku fuq il-kuntratturi.

15.

L-Aġenzija hija tal-fehma li ma saret ebda prekwalifikazzjoni, fis-sens tar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Applikazzjoni tiegħu (jiġifieri applikazzjoni formali ta’ kriterji tal-għażla predeterminati), qabel it-tnedija tal-proċedura negozjata. Is-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess intużat bħala parti mill-prospettar tas-suq u mhux bħala proċedura tal-offerti. L-eżitu tal-prospettar tas-suq kien parti mid-dokumenti approvati mill-Uffiċjal ta’ Awtorizzazzjoni qabel it-tnedija tal-offerti.

16.

Kif il-Qorti semmiet fil-każ tar-riporti tal-approprjazzjonijiet għall-proġett ta’ rikostruzzjoni fi Strasburgu, l-iskeda ta’ pagamenti kienet magħrufa li teħtieġ riporti sostanzjali tal-approprjazzjonijiet C1 u C2, u dawn l-operazzjonijiet kienu ppjanati u awtorizzati mill-Bord ta’ Tmexxija.

L-Aġenzija għamlet sforz konsiderevoli fl-ippjanar u l-koordinazzjoni biex tivverifika li l-każijiet kollha tan-negozju għar-riport ta’ approprjazzjonijiet mhux differenzjati kienu tabilħaqq ġustifikati, kif muri mit-tnaqqis qawwi ta’ kanċellazzjonijiet, minn EUR 1 690 194,29 li jirrappreżentaw 25,53 % ta’ approprjazzjonijiet riportati fl-2014 għal EUR 457 590,48 li jirrappreżentaw 8,75 % fl-2015.

17.

L-Aġenzija tirrikonoxxi l-kumment u tisħaq li ttieħdu l-azzjonijiet legali kollha possibbli biex jinkisbu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ Pajjiżi Assoċjati mal-baġit tal-Aġenzija, billi n-negozjati ma’ Pajjiżi Assoċjati jitmexxew mill-Kummissjoni Ewropea aktar milli l-Aġenzija. Il-Ftehimiet huma soġġetti għal ratifika mill-parlamenti nazzjonali ta’ dawn il-pajjiżi.

18.

L-Aġenzija tispeċifika rekwiżiti tekniċi fl-aħjar għarfien tagħha fiż-żmien meta jiġu mnedija l-offerti kompetittivi, jew meta n-negozjati ma’ kuntrattur attwali jkunu inevitabbli.

B’mod speċjali, għas-sistemi mmaniġjati minnha, fatturi li huma barra l-kontroll tal-Aġenzija jillimitaw il-possibbiltà biex jinfetħu l-kompetizzjonijiet mill-ġdid b’mod sistematiku. Dawn il-fatturi jinkludu: ir-rekwiżiti tekniċi u legali li qed jevolvu tas-sistemi mqabbla mat-tnedija tal-offerti; l-ammont limitat ta’ ħaddiema biex iwettqu l-offerti; il-ħin limitat għar-rekwiżiti tal-kuntratt impost mill-attivitajiet operattivi.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/179

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2016/C 449/33)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“EU-OSHA”), li tinsab f'Bilbao, inħolqot bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (1). Id-dmir tal-Aġenzija huwa li tiġbor u xxerred informazzjoni dwar prijoritajiet nazzjonali u tal-Unjoni fil-kamp tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, li ssostni organizzazzjonijiet nazzjonali u tal-Unjoni involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika u li tipprovdi informazzjoni dwar miżuri preventivi.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella

Iċ-ċifri Ewlenin għall-Aġenzija

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

17,3

16,9

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (1)

65

65

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) għadu għoli f'ammont ta' EUR 364 740, jiġifieri 26 % (2014: EUR 443 412, jiġifieri 34 %). Dawn ir-riporti jikkonċernaw prinċipalment servizzi li huma kkuntrattati għal perjodu li jkopri sentejn kalendarji kif ukoll servizzi tal-IT li kienu għadhom ma twasslux kompletament, jew li kienu għadhom ma ġewx iffatturati, sa tmiem l-2015.

13.

Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) għadu għoli f'ammont ta' EUR 3 383 052, jiġifieri 41 % (2014: EUR 4 277 160, jiġifieri 42 %). Dawn ir-riporti jikkonċernaw prinċipalment proġetti ta’ riċerka fuq skala kbira b’durata ta’ aktar minn sena, kif ukoll laqgħa tal-bord li saret f’Jannar 2016 u li kellha tiġi organizzata fl-aħħar tliet xhur tal-2015.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

14.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1. Ir-Regolament ġie emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1112/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 5).

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.osha.europa.eu

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2014

Il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati kien ta' 99 % bħal fl-2013. Madankollu, il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kien għoli f'ammont ta' EUR 443 412 , jiġifieri 34 % (2013: EUR 601 426 , jiġifieri 30 %).

Dawn huma prinċipalment relatati max-xiri ta' oġġetti u servizzi, kif ippjanat, fi tmiem is-sena b'rabta mas-sistemazzjoni tal-uffiċċji l-ġodda tal-Aġenzija, mat-tiġdid tal-kuntratti annwali tal-IT u mal-ispiża għas-servizzi tal-awditjar.

M/A

2014

Fl-2005 daħlu fis-seħħ Regolamenti ġodda tal-Persunal tal-UE, inklużi dispożizzjonijiet li r-rimunerazzjonijiet futuri ta' uffiċjali reklutati qabel l-1 ta’ Mejju 2004 ma għandhomx ikunu inqas milli kienu taħt ir-Regolamenti preċedenti tal-Persunal tal-UE. L-awditu tal-Qorti żvela li dan ma sarx u, fil-każ ta' 1 mis-26 uffiċjal impjegati f'dak iż-żmien, dan wassal għal pagament insuffiċjenti ta' EUR 5 300 għall-perjodu mill-2005 sal-2014. L-Aġenzija se tħallas il-pagamenti supplimentari tas-salarji fi żmien debitu.

Ikkompletata

IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA

L-Aġenzija ħadet nota tar-rapport tal-Qorti.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/184

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2016/C 449/34)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”), li tinsab fil-Lussemburgu, inħolqot fl-1958 (1). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom (2) issostitwiet l-Istatuti preċedenti tal-Aġenzija. Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li tiżgura forniment regolari ta' materjali nukleari, b'mod partikolari fjuwils nukleari, lill-utenti tal-UE, permezz ta' strateġija ta' forniment komuni bbażata fuq il-prinċipju tal-aċċess ugwali għal sorsi ta' forniment.

2.

Mill-2008 sal-2011 inkluż, l-Aġenzija ma rċevietx baġit tagħha stess biex tkopri l-operazzjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni refgħet l-ispejjeż kollha mġarrba mill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħha. Mill-2012 'il quddiem, l-Aġenzija ngħatat il-baġit tagħha stess mill-Kummissjoni, li madankollu jkopri biss parti żgħira mill-infiq tagħha.

3.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (3).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-aġenzija

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

0,1

0,1

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (1)

18

17

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

5.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

6.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (6):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (7); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur Ġenerali japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

7.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (8) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

8.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

13.

Il-livell ta' riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati huwa għoli għat-Titolu II f'ammont ta' EUR 41 482, jiġifieri 50,5 % (2014: EUR 8 970, jiġifieri 14,9 %). Dawn huma prinċipalment relatati max-xiri ta' ħardwer tal-IT (servers u laptops) li kien ordnat f'Diċembru 2015 u ma' servizzi ta' konsulenza tal-IT li jmorru lil hinn mis-sena kalendarja.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU 27, 6.12.1958, p. 534/58.

(2)  ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.

(3)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: http://ec.europa.eu/euratom/index.html.

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(4)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(5)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(6)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(7)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(8)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

13.

L-impenji ġew eżegwiti fir-raba’ kwart tal-2015 minħabba li d-deċiżjoni dwar il-possibbiltà li jintużaw il-kuntratti qafas tad-DIGIT jew le damet ma ttieħdet, kif ġara wkoll fil-każ tat-tfassil ta’ soluzzjoni u tal-proċedura tan-negozjar. Minħabba f’hekk, il-kunsinni u l-ħlasijiet qabżu tmiem l-2015.

Fil-futur, l-Aġenzija se tirrispetta l-prinċipju tal-annwalità sal-punt massimu possibbli.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/188

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni

(2016/C 449/35)

INTRODUZZJONI

1.

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (minn hawn 'il quddiem “il-Fondazzjoni”, magħrufa wkoll bħala l-“Eurofound”), li tinsab f'Dublin, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 (1). Il-kompitu tal-Fondazzjoni huwa li tikkontribwixxi għall-ippjanar u t-twaqqif ta' kundizzjonijiet ta' ħajja u ta' xogħol aħjar fl-Unjoni billi żżid u xxerred għarfien li huwa rilevanti għal dan is-suġġett.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Fondazzjoni (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Fondazzjoni

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

21,5

21,2

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (1)

111

111

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Fondazzjoni. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Fondazzjoni fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Fondazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati għall-2016 kien għoli għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f'ammont ta' EUR 2 135 164, jiġifieri 31,2 % (2014: EUR 3 814 156, jiġifieri 53,7 %), prinċipalment fir-rigward ta' proġetti pluriennali li ġew implimentati kif skedat.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta' Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.eurofound.europa.eu.

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Fondazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2013

Il-Fondazzjoni saret operazzjonali fl-1975, u sa issa, ħadmet fuq il-bażi ta' korrispondenza u skambji mal-Istat Membru ospitanti. Madankollu, ma ġiex iffirmat ftehim komprensiv dwar il-kwartieri ġenerali bejn il-Fondazzjoni u l-Istat Membru. Ftehim ta' dan it-tip ikun jippromwovi aktar it-trasparenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet li taħthom joperaw il-Fondazzjoni u l-persunal tagħha.

Ikkompletata

2014

Fl-2014, il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati kien għoli f'rata ta' 99,7  %, li jindika li l-impenji saru f'waqthom. Madankollu, il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 kien għoli għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f'ammont ta' EUR 3 814 156 , jiġifieri 53,7  % (2013: EUR 3 375 781 , jiġifieri 48,6  %), prinċipalment fir-rigward ta' proġetti pluriennali, li għalihom ġew implimentati attivitajiet u saru pagamenti kif skedat, u fir-rigward ta' proġett pluriennali wieħed li l-implimentazzjoni tiegħu tressqet 'il quddiem għall-2014 iżda l-pagamenti tiegħu huma dovuti biss fl-2015.

M/A

2014

Fl-2005 daħlu fis-seħħ Regolamenti ġodda tal-Persunal tal-UE, inklużi dispożizzjonijiet li r-rimunerazzjonijiet futuri ta' uffiċjali reklutati qabel il-5 ta' Awwissu 2005 ma għandhomx ikunu anqas milli kienu taħt ir-Regolamenti preċedenti tal-Persunal tal-UE. L-awditu tal-Qorti żvela li ma kienx hemm konformità ma' dan u, fil-każ ta' 20 mill-75 uffiċjal impjegati f'dak iż-żmien, dan wassal għal pagament insuffiċjenti totali ta' EUR 128 735 għall-perjodu mill-2005 sal-2014. Il-kontijiet tal-Fondazzjoni jinkludu provvediment għal dan l-ammont.

Ikkompletata

IR-RISPOSTA TAL-FONDAZZJONI

13.

L-Eurofound tirrikonoxxi l-osservazzjoni tal-Qorti. Aħna nilqgħu l-analiżi dwar ir-raġunijiet għar-riporti dovuti l-aktar minħabba l-proġetti pluriennali implimentati skont l-iskeda.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/193

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Unità ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 flimkien mar-risposta tal-Eurojust

(2016/C 449/36)

INTRODUZZJONI

1.

L-Unità ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem “l-Eurojust”), li tinsab fl-Aja, ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA (1) bil-ħsieb li tittejjeb il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata serja. L-għan tagħha hu li ttejjeb il-koordinazzjoni ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet transkonfinali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u bejn l-Istati Membri u l-Istati mhux Membri.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Eurojust (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Eurojust

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

34

34

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (1)

252

246

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Eurojust. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Eurojust, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Eurojust u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Eurojust jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur Amministrattiv japprova l-kontijiet annwali tal-Eurojust wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurojust fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Eurojust ikunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Eurojust kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Eurojust jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati huwa għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 1,6 miljun, jiġifieri 21 % (2014: EUR 1,5 miljun jew 20 %). Dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati ma’ kuntratti speċifiċi għal servizzi ta’ sigurtà u ospitalità (EUR 0,3 miljun) u għal proġetti tal-ICT, ħardwer u manutenzjoni (EUR 0,6 miljun) kif ukoll għal spejjeż tal-konsulenza u l-proġetti għall-uffiċċji l-ġodda (EUR 0,3 miljun), fejn EUR 0,5 miljun ġew impenjati lejn tmiem is-sena, fil-biċċa l-kbira għal servizzi li għandhom jiġu pprovduti fl-2016.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Eurojust hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.eurojust.europa.eu.

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Eurojust.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Fir-rapport għas-sena finanzjarja 2010, il-Qorti nnutat li kien hemm ambitu biex tiġi kkunsidrata mill-ġdid id-definizzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi bejn id-Direttur u l-Kulleġġ tal-Eurojust sabiex ir-responsabbiltajiet, li bħalissa jirriżultaw mir-Regolament Fundatur, ma jikkonċidux. Ma ttieħdet ebda miżura korrettiva fl-2011 (1).

Għadha għaddejja

2014

L-impatt finanzjarju tal-aġġustamenti fis-salarji u taż-żieda fil-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tas-snin preċedenti u attwali, li t-tnejn li huma ġew deċiżi mill-awtoritajiet baġitarji f’April 2014, ma ġiex inkluż fil-baġit inizjali għas-sena 2014. In-nuqqas fil-baġit tas-salarji ta’ xi EUR 1,8 miljun (2) kien jeħtieġ tnaqqis temporanju fuq in-nefqa operazzjonali, prinċipalment għal proġetti tal-ipproċessar tad-data u l-ġestjoni tal-informazzjoni, kif ukoll trasferimenti sostanzjali minn linji baġitarji amministrattivi u operazzjonali fi tmiem is-sena. Fi tmiem Novembru 2014, in-nuqqas kien parzjalment ibbilanċjat minn baġit emendat li pprovda EUR 1,2 miljun (3) addizzjonali lill-aġenzija, u saru impenji biex l-implimentazzjoni tal-proġetti titlaħħaq.

Għadha għaddejja

2014

Il-livell kumplessiv ta’ approprjazzjonijiet impenjati kien għoli f’rata ta’ 99 %. Madankollu, għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 kien għoli f’ammont ta’ EUR 2,6 miljun, jiġifieri 35 % (2013: EUR 2,3 miljun, jiġifieri 32 %). Dan irriżulta prinċipalment min-nuqqas temporanju fil-baġit matul is-sena fejn l-impenji setgħu jsiru biss aktar tard fis-sena (ara l-paragrafu 11), u mill-għoti ta’ proġetti għall-“Iskwadri ta’ Investigazzjoni Konġunta” imnedija matul l-aħħar xhur tal-2014 li għalihom il-pagamenti ma kinux dovuti qabel l-2015.

M/A

(1)  Ir-Regolament il-ġdid dwar l-Eurojust għadu qed jiġi kkunsidrat mil-leġiżlatur.

(2)  2015: EUR 1,7 miljun

(3)  Settembru 2015: EUR 0,8 miljun

IR-RISPOSTA TA’ EUROJUST

13.

Eurojust taċċetta l-fatt li l-carry-overs għal 2016 għal Titolu II huma relattivament għoljin, madankollu tirreferi għall-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-Qorti. Eurojust tibqa’ viġilanti sabiex tevita kwalunkwe carry-overs mhux iġġustifikati, li mhumiex ir-riżultat dirett tar-rekwiżiti tas-sigurtà u l-ispejjeż operattivi kurrenti.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/198

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju

(2016/C 449/37)

INTRODUZZJONI

1.

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju”, magħruf ukoll bħala l-“Europol”), li jinsab f’L-Aja, ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (2009/371/ĠAI) (1). L-objettiv tal-Uffiċċju hu li jappoġġa u jsaħħaħ l-azzjoni tal-awtoritajiet tal-pulizija u ta' servizzi oħra ta’ infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar, it-terroriżmu u forom ta’ kriminalità li jolqtu interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Uffiċċju (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Uffiċċju

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

84

95

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (1)

574

666

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Uffiċċju. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tiegħu jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Uffiċċju kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Europol jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati huma għoljin għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 4,2 miljun, jiġifieri 41 % (2014: EUR 1,9 miljun, jiġifieri 27 %). Dawn prinċipalment jikkonċernaw xogħlijiet relatati mal-bini, bħal titjib funzjonali u titjib tekniku tal-kmamar operazzjonali fil-kwartieri ġenerali tal-Uffiċċju (EUR 1,5 miljun) jew manutenzjoni preventiva/korrettiva u xogħlijiet addizzjonali (EUR 0,8 miljun). Dawn ix-xogħlijiet kienu għadhom għaddejjin jew il-fatturi kienu għadhom ma waslux sa tmiem l-2015.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.europol.europa.eu.

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Uffiċċju.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Ġew irreġistrati eċċezzjonijiet u devjazzjonijiet għal 7 % tal-pagamenti tal-2011.

Għadha għaddejja

2013

Għalkemm l-Uffiċċju tejjeb it-tħejjija, l-eżekuzzjoni u d-dokumentazzjoni ta' proċeduri ta' akkwist matul is-snin, mhux id-deċiżjonijiet kollha li ttieħdu fl-2013 kienu bbażati fuq kriterji tal-għażla speċifiċi biżżejjed, offerti tal-prezzijiet realistiċi jew skont ir-rekwiżiti professjonali stabbiliti. Dan affettwa l-effettività tal-proċeduri ta' akkwist.

Ikkompletata

2014

Ir-rati ta' implimentazzjoni tal-baġit ittejbu b'mod sinifikanti fl-2014 u r-riporti totali ta' approprjazzjonijiet impenjati naqsu għal EUR 5,7  miljun, jiġifieri 6,7  % (2013: 11,6  %; 2012: 19,6  %). Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għadhom relattivament għoljin għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 1,9  miljun, jiġifieri 27 % (2013: EUR 3,0  miljun, jiġifieri 41 %). Dawn kienu prinċipalment relatati ma' manutenzjoni u ma' modifikazzjonijiet fil-kwartieri ġenerali tal-Europol li nfetħu fl-2011 (EUR 1,1  miljun).

M/A

2014

Ir-rata ta' kanċellazzjoni ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati mis-sena preċedenti kienet għolja f'livell ta' 22 % (2013: 9 %). Il-kanċellazzjonijiet kienu prinċipalment relatati ma' dewmien fi proġetti tal-IT ipprovduti minn fornituri esterni (prinċipalment fil-qasam ta' ġestjoni ta' dokumenti u ta' assi u l-iskambju ta' data tal-pulizija).

M/A

IT-TWEĠIBA TAL-AĠENZIJA

14.

L-Europol jieħu nota tal-kumment tal-QEA u se jkompli bl-isforzi tiegħu biex jiżgura implimentazzjoni ta' baġit effiċjenti u konformi, speċjalment fir-rigward ta' riporti b'relazzjoni man-nefqa amministrattiva. Il-bidliet fil-bini kienu meħtieġa fid-dawl tal-kompiti li dejjem jespandu tal-Europol, b'mod partikolari fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/203

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2016/C 449/38)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“FRA”), li tinsab fi Vjenna, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 (1). L-objettiv tal-Aġenzija huwa li tipprovdi lill-awtoritajiet rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha b’assistenza u b’kompetenza fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni relatata mad-drittijiet fundamentali.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

21,5

21,6

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (1)

110

107

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

Il-livell ta' riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati baqa' għoli għat-Titolu III f'ammont ta' EUR 5 723 282, jiġifieri 70 % (2014: EUR 5 848 956, jiġifieri 75 %). Dan jirriżulta prinċipalment min-natura tal-attivitajiet tal-Aġenzija li jinvolvu l-akkwist ta' studji li jdumu għaddejjin għal ħafna xhur, u spiss jibqgħu sejrin anke wara tmiem is-sena.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SENA PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-sena preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta' Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.fra.europa.eu

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-sena preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2014

L-approprjazzjonijiet baġitarji għall-2014 ġew impenjati bis-sħiħ. Madankollu, il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f'ammont ta' EUR 551 466 , jiġifieri 25 % (2013: EUR 579 429 , jiġifieri 27 %) u għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f'ammont ta' EUR 5 848 956 , jiġifieri 75 % (2013: EUR 5 625 444 , jiġifieri 69 %).

M/A

2014

L-ammonti riportati taħt it-Titolu II huma prinċipalment relatati max-xiri ppjanat ta' oġġetti u servizzi tal-IT li għalihom il-pagamenti kienu dovuti biss fl-2015. Ir-riporti taħt it-Titolu III prinċipalment jirriflettu n-natura pluriennali tal-proġetti operazzjonali tal-Aġenzija, fejn il-pagamenti jsiru skont l-iskedi ppjanati.

M/A

2014

Fl-2005 daħlu fis-seħħ Regolamenti ġodda tal-Persunal tal-UE, inklużi dispożizzjonijiet li r-rimunerazzjoni futura ta' uffiċjali reklutati qabel l-1 ta' Mejju 2004 ma għandhiex tkun inqas milli kienet taħt ir-Regolamenti preċedenti tal-Persunal tal-UE. L-awditu tal-Qorti żvela li ma kienx hemm konformità ma' dan u, fil-każ ta' 10 mis-26 uffiċjal impjegat f'dak iż-żmien, dan wassal għal pagament insuffiċjenti totali ta' EUR 45 892 għall-perjodu mill-2005 sal-2014. L-Aġenzija se tagħmel il-pagamenti supplimentari tas-salarji fiż-żmien debitu.

Ikkompletata

IT-TWEĠIBA TAL-AĠENZIJA

13.

L-Aġenzija tippjana r-riporti għas-sena ta' wara u tissorvelja mill-qrib l-evoluzzjoni tagħhom. Il-livell ta' kanċellazzjonijiet (inqas minn 2 %) huwa indikatur tal-ippjanar u l-ġestjoni preċiżi tar-riporti. Il-konsum tal-Aġenzija tas-sussidju tal-UE tagħha matul dawn l-aħħar ftit snin kien b'eċċess ta' 99 %.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/208

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2016/C 449/39)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“FRONTEX”), li tinsab f’Varsavja, inħolqot bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 (1). Il-kompitu tal-Aġenzija huwa li tikkoordina l-attivitajiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni (appoġġ għall-kooperazzjoni operazzjonali, l-assistenza teknika u operazzjonali, u analiżi tar-riskju).

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-aġenzija

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

86,7

143,3

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (1)

311

309

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur Eżekuttiv japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Bażi għal Opinjoni Kwalifikata dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

L-Aġenzija stmat b'mod insuffiċjenti l-ispiża li ġġarrbet fl-2015 iżda li kienet għadha ma ġietx iffatturata, għal servizzi prefinanzjati li kienu relatati mas-sorveljanza marittima, b'EUR 1 723 336. Din l-istima insuffiċjenti affettwat l-imposti dovuti u rriżultat f’dikjarazzjoni skorretta materjali fil-karta tal-bilanċ u fir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja tal-Aġenzija.

Opinjoni kwalifikata dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, ħlief għall-effetti tal-kwistjoni deskritta fil-paragrafu Bażi għal Opinjoni Kwalifikata, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

13.

L-awditu ex post fl-Iżlanda li twettaq mill-Aġenzija f'Ottubru 2015 qabad pagamenti irregolari li ammontaw għal total ta' EUR 1,4 miljun u li kienu relatati mad-deprezzament ta' bastiment li pparteċipa f'seba' operazzjonijiet konġunti mill-2011 sal-2015. Il-gwardja tal-kosta tal-Iżlanda kien ikklejmja rimborż tad-deprezzament għal dak il-bastiment minkejja li dan kien qabeż il-limitu tat-terminu utli previst fil-linji gwida tal-Aġenzija. Filwaqt li l-Aġenzija għandha d-dritt li tirkupra pagamenti irregolari li jkunu saru fl-aħħar ħames snin, hija ħabbret li se tirkupra biss il-pagamenti li saru minn Jannar 2015 'il hawn, li jammontaw għal EUR 0,6 miljun.

14.

Il-Fond għas-Sigurtà Interna (FSI) huwa mwaqqaf għall-perjodu 2014-20. Huwa magħmul minn żewġ strumenti, FSI – Fruntieri u Viżi kif ukoll FSI – Pulizija, li taħthom hemm EUR 2,8 biljun u EUR 1 biljun disponibbli għall-finanzjament ta' azzjonijiet rispettivament. Il-Kummissjoni taħt FSI – Fruntieri u Viżi tirrimborża xirjiet, imwettqa mill-Istati Membri, ta' mezzi bħalma huma vetturi jew bastimenti kif ukoll spejjeż operazzjonali bħall-konsum tal-fjuwil jew il-manutenzjoni. L-Aġenzija tirrimborża wkoll spejjeż bħal dawn lil parteċipanti f'operazzjonijiet konġunti. Għalhekk hemm riskju ta' finanzjament doppju li mhuwiex qed jiġi indirizzat (9).

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

15.

Il-livell ta' riporti għal approprjazzjoni impenjati kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f'livell ta' EUR 3,2 miljun, jiġifieri 38 % (2014: EUR 4,5 miljun, jiġifieri 36 %) u għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f'livell ta' EUR 40,2 miljun, jiġifieri 35 % (2014: EUR 28,4 miljun, jiġifieri 44 %). Għat-Titolu II, ir-raġuni prinċipali għal-livell għoli ta' riporti hija kuntratti tal-IT li jestendu lil hinn minn tmiem is-sena, filwaqt li għat-Titolu III hija n-natura pluriennali tal-operazzjonijiet tal-Aġenzija.

KUMMENTI OĦRA

16.

Stati li jipparteċipaw f'operazzjonijiet tal-fruntieri jiddikjaraw l-ispejjeż imġarrba abbażi ta' fuljetti ta' kklejmjar tal-ispejjeż li jinkludu “spejjeż fissi” (deprezzament u manutenzjoni), “spejjeż varjabbli” (fil-biċċa l-kbira fjuwil) u “spejjeż tal-missjonijiet” (fil-biċċa l-kbira allowances u spejjeż oħra tal-ekwipaġġ). L-ispejjeż iddikjarati huma bbażati fuq valuri reali u jsegwu standards nazzjonali, u dan iwassal għal approċċi diverġenti fost l-Istati parteċipi li joħloq sistema partikolarment oneruża għall-partijiet kollha involuti. Fir-Rapport Speċjali Nru 12/2016 tagħha, il-Qorti rrakkomandat li l-aġenziji għandhom jużaw possibbiltajiet ta' spejjeż simplifikati kull meta xieraq, biex jiġu evitati ineffiċjenzi bħal dawn (10).

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

17.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-4 ta' Ottubru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President

(1)  ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.frontex.europa.eu.

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(9)  Il-Qorti kienet irreferiet għal dan ir-riskju fil-paragrafu 39 u r-Rakkomandazzjoni 4 tar-Rapport Speċjali Nru 15/2014 “Il-Fond għall-Fruntieri Esterni rawwem solidarjetà finanzjarja iżda jeħtieġ kejl aħjar tar-riżultati u jeħtieġ jipprovdi valur miżjud ulterjuri tal-UE”.

(10)  Ir-Rakkomandazzjoni 1 fir-Rapport Speċjali Nru 12/2016 tal-Qorti “L-użu li l-aġenziji jagħmlu minn għotjiet: mhuwiex dejjem xieraq u mhux dejjem jista' jintwera li huwa effettiv”.

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

Il-proċeduri ta' reklutaġġ eżaminati wrew nuqqasijiet sinifikanti li affettwaw it-trasparenza u t-trattament indaqs tal-kandidati: mistoqsijiet għat-testijiet bil-miktub u għall-intervisti ġew stabbiliti wara li l-applikazzjonijiet kienu ġew eżaminati mill-bord tal-għażla; ma ġie stabbilit l-ebda punteġġ minimu għall-ammissjoni għat-testijiet bil-miktub u għall-intervisti u għall-inklużjoni fuq il-lista ta’ kandidati adatti; il-Bord tal-Għażla ma ddokumentax il-laqgħat u d-deċiżjonijiet kollha tiegħu.

Għadha għaddejja

2013

Id-dikjarazzjonijiet tal-fornituri fi tmiem is-sena ġew rikonċiljati b'diffikultà konsiderevoli. Hemm ħtieġa għal monitoraġġ tal-bilanċi tal-fornituri b'mod aktar regolari u għal analiżi tad-differenzi b'mod aktar f'waqtu.

Għadha għaddejja

2013

Il-Frontex bdiet topera fl-2005 u, sal-lum, ħadmet fuq il-bażi ta' korrispondenza u skambji mal-Istat Membru ospitanti. Madankollu, ma ġiex iffirmat ftehim komprensiv dwar il-kwartieri ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru. Ftehim bħal dan kieku jkompli jippromwovi t-trasparenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet li taħthom joperaw l-Aġenzija u l-persunal tagħha.

Għadha għaddejja

2014

Ġie nnotat titjib konsiderevoli kemm fil-verifikazzjonijiet ex ante kif ukoll f'dawk ex post tal-infiq ikklejmjat mill-pajjiżi li jikkooperaw taħt ftehimiet ta' għotja. Madankollu, id-dokumentazzjoni mill-pajjiżi li jikkooperaw li ssostni l-infiq ikklejmjat mhijiex dejjem suffiċjenti. Barra minn hekk, ma ntalab l-ebda ċertifikat tal-awditjar, għalkemm ir-regoli ta' applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju tal-UE jirrakkomandaw dan għall-għotjiet ogħla minn limiti speċifiċi (1). Ċertifikati tal-awditjar kieku jżidu aktar aċċertament dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet tal-għotjiet.

Għadha għaddejja

2014

Il-livell ta' riporti għal approprjazzjoni impenjati kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f'livell ta' EUR 4,5  miljun, jiġifieri 36 % (2013: EUR 2,4  miljun, jiġifieri 27 %) u għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f'livell ta' EUR 28,4  miljun, jiġifieri 44 % (2013: EUR 29,2  miljun, jiġifieri 47 %). Għat-Titolu II, ir-raġuni prinċipali hija x-xiri fi tmiem is-sena relatat mar-rilokazzjoni tal-aġenzija għall-bini l-ġdid f'Diċembru 2014. Għat-Titolu III, riporti ta' livell għoli prinċipalment jirriżultaw min-natura pluriennali tal-operazzjonijiet tal-aġenzija u l-approvazzjoni ta' baġit addizzjonali ta' EUR 4,2 miljun f'Ottubru 2014.

M/A

2014

L-għadd għoli u dejjem jiżdied b'mod kostanti ta' ftehimiet ta' għotja u l-kobor tan-nefqa relatata li għandha tiġi vverifikata u rimborżata mill-FRONTEX iqjamu l-mistoqsija dwar jekk jistgħux jintużaw mekkaniżmi ta' finanzjament alternattivi li huma aktar effiċjenti u kosteffettivi.

Pendenti (2)

2014

Hemm il-ħtieġa li jiġi raffinat il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi assoċjati ma' Schengen (l-Iżvizzera, il-Liechtenstein, l-Iżlanda u n-Norveġja) biex jiġu riflessi aħjar id-dispożizzjonijiet legali relatati (3). Pereżempju, il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq is-sussidju annwali finali minflok fuq is-sussidju annwali bbaġitjat riċevut mill-Kummissjoni.

Għadha għaddejja

2014

Il-kontribuzzjonijiet għall-baġit tal-Aġenzija mir-Renju Unit u l-Irlanda (li mhumiex pajjiżi fiż-żona ta' Schengen) baqgħu stabbli għal ħafna snin minkejja l-firxa konsiderevolment estiża ta' attivitajiet li huma involuti fihom. Għalhekk, suppost li ilha li saret analiżi tal-kontribuzzjonijiet tagħhom.

Ikkompletata

(1)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(2)  L-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2014 (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1) jillimita l-kofinanzjament mill-Aġenzija ta' operazzjonijiet konġunti, għal għotjiet.

(3)  Arranġament bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda u l-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta' dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 243, 16.9.2010, p. 4); Arranġament bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta' dawn l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 188, 20.7.2007, p. 19).

IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

9.

L-Aġenzija se tkompli ttejjeb il-proċedura tagħha għall-istima tal-ispejjeż dovuti.

13.

Ir-regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju tal-Frontex jistipulaw li l-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni jista’ jirrinunzja l-irkupru ta’ ammont stabbilit fejn l-irkupru ma jkunx konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità. F’konformità ma’ dak il-prinċipju u wara li ħa parir legali estern, l-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni ħabbar li se jiġu rkuprati EUR 0,6 miljun; l-irkupru jkopri għotjiet li ngħataw sa mill-2014. Għall-istess raġuni, huwa ħabbar ukoll li EUR 0,2 miljun dovuti fl-2016 mhux se jiġu rimborżati.

14.

Fil-miżuri ta’ mitigazzjoni stabbiliti f’kooperazzjoni mad-DĠ HOME fl-2016, s’issa huma l-aċċess għall bażi ta’ data ISF, fejn il-pjanijiet u r-rapporti kollha tal-benefiċjarji huma disponibbli. Id-DĠ HOME hija maħsuba wkoll li tistieden lil Frontex għall-Kumitat tal-Fondi għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u s-Sigurtà Interna fil-Ħarifa tal-2016 biex tippreżenta s-sitwazzjoni mill-perspettiva tagħha u tiddiskuti mal-Istati Membri.

15.

Frontex tirrikonoxxi l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-Qorti dwar l-ammonti ta’ riporti. L-Aġenzija se tkompli bl-isforzi tagħha biex tnaqqas l-ammonti ta’ riporti bil-għan li tonora aħjar il-prinċipju ta’ annwalità.

16.

Is-sistema stabbilita għar-rimborż tal-ispejjeż timmira li tiżgura trattament ugwali tal-benefiċjarji peress li l-istess kategoriji tal-ispejjeż jistgħu jiġu ffinanzjati għal kull wieħed minnhom.

Minkejja dan, l-aġenzija taqbel mal-Qorti li r-rimborż tal-ispejjeż ibbażati fuq valuri reali hu diffiċli u l-intoduzzjoni tal-ispejjeż unitarji hija għażla vijabbli, li l-Aġenzija se ssegwi. Barra minn dan, il-proposta għall-Aġenzija għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta aktarx li tneħħi l-obbligu li jintużaw l-għotjiet, li se jwitti t-triq għall-użu ta’ mekkaniżmi ġodda ta’ finanzjament għall-aġenzija lil hinn mill-għotjiet.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/214

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2016/C 449/40)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita) (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“GSA”), li ġiet rilokata minn Brussell għal Praga fl-1 ta’ Settembru 2012 (1), ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li jistabbilixxi l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, li jħassar ir-Regolament (tal-Kunsill) (KE) Nru 1321/2004 (3) dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Il-GSA ħadet taħt ir-responsabbiltà tagħha uffiċjalment il-kompiti kollha li qabel kienu assenjati lill-Impriża Konġunta GALILEO fl-1 ta’ Jannar 2007 u li qed ikomplu jitwettqu mill-GSA bħala l-“Aġenzija tal-GNSS Ewropea” fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 912/2010, kif emendat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fdat l-isfruttar tas-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) lill-Aġenzija permezz ta’ ftehim ta’ delega.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (5)

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

2014

2015

Baġit (miljun EUR) (1)

403,7

363,8

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (2)

131

139

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (6) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (7) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (8):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (9); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. L-Aġenzija ddelegat dawn ir-responsabbiltajiet lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni permezz ta' ftehim dwar il-livell ta' servizz. Id-Direttur Eżekuttiv japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (10) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (11).

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR L-AFFIDABBILTÀ TAL-KONTIJIET

12.

L-aħħar validazzjoni tas-sistemi kontabilistiċi twettqet fl-2012. Il-validazzjoni li kellha ssir minħabba t-tibdil estensiv mistenni tal-proċessi u tal-fluss ta’ informazzjoni, b’segwitu għar-rilokazzjoni tal-Aġenzija, ma seħħitx. Il-kontabilist il-ġdid jippjana li jwettaq il-validazzjoni li jmiss fl-2020.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

13.

L-Aġenzija stabbiliet Pjanijiet tal-Kontinwità tal-Operat għas-siti ta’ sigurtà fi Franza, fir-Renju Unit u fin-Netherlands. Madankollu, ma hemm l-ebda Pjan tal-Kontinwità tal-Operat stabbilit għall-Kwartieri Ġenerali fi Praga u għall-Aġenzija fl-intier tagħha.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

14.

Il-livell ta' dettall fir-rapport tal-Aġenzija dwar l-implimentazzjoni baġitarja, li ġie awditjat, huwa differenti minn dak fir-rapporti pprovduti mill-biċċa l-kbira tal-aġenziji l-oħra, li juri li hemm ħtieġa għal linji gwida ċari dwar ir-rappurtar tal-baġit mill-aġenziji.

15.

Il-livell ta' riporti għal approprjazzjonijiet impenjati kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 2,5 miljun, jiġifieri 42 % (2014: EUR 3,4 miljun, jiġifieri 54 %). Dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati ma’ servizzi pprovduti fl-2015 li l-fatturi għalihom ma waslux qabel l-2016, għadd ta’ kuntratti tal-IT ta' valur għoli, kif ukoll kuntratt tal-valutazzjoni tar-riskju li ġie ffirmat fi tmiem l-2015. Dawn il-proġetti, li oriġinarjament kienu ppjanati għall-2016, inbdew fl-2015 biex jiġu utilizzati l-fondi rilaxxati minn iffrankar fuq linji baġitarji oħra.

KUMMENTI OĦRA

16.

Il-Programm ta’ Ħidma Annwali (AWP) tal-Aġenzija għall-2015 ġie adottat biss f’Marzu 2015 u l-adozzjoni tal-Programm ta’ Ħidma Pluriennali tagħha għall-2014-2020 għadha pendenti. L-adozzjoni tardiva ta’ dokumenti ewlenin ta’ ppjanar tqiegħed f’riskju l-ilħuq tal-objettivi tal-Aġenzija.

17.

Fl-2015, l-Aġenzija kellha tibdil għoli fil-persunal, billi 14-il membru tal-persunal telqu filwaqt li 26 daħlu jaħdmu magħha.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

18.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-4 ta' Ottubru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President

(1)  Id-Deċiżjoni 2010/803/UE meħuda bi ftehim komuni bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri (ĠU L 342, 28.12.2010, p. 15).

(2)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.

(3)  ĠU L 246, 20.7.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.

(5)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: https://www.gsa.europa.eu/.

(1)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament.

(2)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(6)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(7)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(8)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(9)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(10)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

(11)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2014

Il-livell ta' riporti għal approprjazzjonijiet impenjati kien għoli għat-Titolu II, nefqa amministrattiva, f’ammont ta’ EUR 3,4  miljun, jiġifieri 54 % (2013: EUR 1,8  miljun, jiġifieri 52 %). Dawn ir-riporti kienu prinċipalment jikkonċernaw servizzi pprovduti lill-Aġenzija fl-2014 li l-fatturi tagħhom ma waslux qabel l-2015, u għadd ta’ kuntratti tal-IT ta' valur għoli ffirmati fi tmiem l-2014. Dawn il-proġetti tal-IT, li kienu oriġinarjament ippjanati għall-2015, inbdew fl-2014 biex jiġu utilizzati l-fondi rilaxxati minn iffrankar fuq linji baġitarji oħra.

M/A

2014

Fl-2013 l-Aġenzija kienet tat kuntratt ta' servizzi għal tmien snin (mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021) għall-isfruttar tas-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) b’valur ta’ EUR 436 miljun (kuntratt inizjali) lil kuntrattur. Fl-2014 wara proċedura nnegozjata diretta, il-GSA emendat il-kuntratt inizjali għal ammont ta' EUR 6,3  miljun għax-xiri u l-manutenzjoni ta' 14-il riċevitur tas-sinjali bis-satellita u 14-il ġeneratur tas-sinjali u xi tagħmir ieħor relatat mal-EGNOS. Ġie stabbilit arranġament bejn il-kuntrattur u ż-żewġ sottokuntratturi tagħha, bħalma ġara taħt il-kuntratt inizjali, u dan wassal għal akkumulazzjoni ta' spejjeż ġenerali u ta' qligħ. Mill-ammont ta’ EUR 6,3  miljun, EUR 3,2  miljun biss kienu relatati ma' spejjeż diretti (materjali, xogħol, trasport u assigurazzjoni, ivvjaġġar u sussistenza). Spejjeż ġenerali u spejjeż oħra kienu jirrappreżentaw EUR 1,4  miljun, u qligħ u rimunerazzjoni ta' (sotto)kuntratturi kienu jirrappreżentaw EUR 1,7  miljun.

M/A

2014

Ma hemm l-ebda kopertura tal-assigurazzjoni għal assi tanġibbli fissi (valur nett skont il-kotba ta’ EUR 1,0  miljun).

Għadha għaddejja

IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

12.

Mill-aħħar validazzjoni tas-sistema lokali fl-2012, ma kien hemm l-ebda bidla fis-sistemi lokali. Iċ-ċaqliq tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA) lejn Praga ma rriżulta fl-ebda bidla taċ-ċirkwiti jew proċessi finanzjarji u flussi ta’ informazzjoni. Il-GSA tuża sistemi standard tal-Kummissjoni Ewropea vvalidati fuq livell globali u m’hemm l-ebda sistema li għandha interfaċċa mal-ABAC (Kontabilità Abbażi tad-Dovuti) u li għaldaqstant ikollha impatt fuq l-informazzjoni finanzjarja u l-kontijiet annwali.

Is-sistemi lokali kienu ppreżentati lill-kontabilist il-ġdid qabel ma dan aċċetta l-missjoni. Validazzjoni perjodika tas-sistemi kontabilistiċi se sseħħ kif stipulat fil-Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz bejn DĠ BAĠIT u l-GSA abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju ta’ DĠ BAĠIT. Ir-riskju attwalment huwa vvalutat bħala baxx u l-validazzjoni li jmiss normalment se titwettaq fi żmien ħames snin – jew fi żmien tliet snin jekk ikun hemm xi bidliet fis-sistemi.

13.

Il-Pjan tal-Kontinwità tan-Negozju (BCP) globali tal-Aġenzija s’issa għadu ma ġiex aġġornat. Dan minħabba d-deċiżjoni tal-Aġenzija li bħala prijorità tiffoka fuq l-assikurar tal-pjanijiet tal-kontinwità għas-siti l-ġodda tagħha, ibbażata fuq il-valutazzjoni li għall-fini tas-Sistema ta’ Kontroll Intern (ICS) 10, il-Pjan tal-Kontinwità tan-Negozju eżistenti kien momentarjament biżżejjed għall-kwartieri ġenerali tagħha sakemm l-operazzjonijiet u l-attivitajiet tagħha jiġu stabbilizzati fi ħdan tali kwartieri ġenerali. Hija l-intenzjoni tal-Aġenzija li tipproċedi b’tali aġġornament tal-Pjan tal-Kontinwità tan-Negozju fuq livell globali sas-sena li ġejja.

14.

Abbażi ta’ ftehim dwar il-livell ta’ servizz iffirmat mid-DĠ BAĠIT, il-kontijiet tal-Aġenzija u r-rapporti relatati ġew ippreparati mill-kontabilist tal-Kummissjoni u l-Aġenzija kkunsidrathom bħala konformi mal-prattika aċċettata.

15.

Il-GSA għamlet sforzi sinifikanti biex tnaqqas il-livell tradizzjonalment għoli tar-riporti fuq it-Titolu 2 u rnexxielha tbaxxi r-rata minn 54 % fl-2014 għal 42 % biss fl-2015. Minħabba n-natura trimestrali tal-fatturazzjoni ta’ diversi kuntratti kbar, ċerti fatturi b’valur għoli relatati mas-servizzi tal-2015 waslu biss fl-2016. Fl-2015, id-dawran tal-persunal kien għoli bla ma kien mistenni, u dan irriżulta f’nefqa ħafna aktar baxxa milli previst fuq il-persunal fl-aħħar tas-sena li sussegwentament intużat biex tiffinanzja attivitajiet oħrajn li oriġinarjament kienu ppjanati għas-snin ta’ wara.

Għaldaqstant, il-livell għoli ta’ riport ippermetta reprijoritizzazzjoni li tħares ‘il quddiem, filwaqt li evita l-kanċellazzjonijiet.

16.

Il-GSA osservat li l-passi kollha fil-livell tal-GSA relatati mal-preparazzjoni u s-sottomissjoni tal-Programm ta’ Ħidma Annwali (AWP) kienu kompluti fil-ħin. Għaldaqstant, il-GSA tkompli taħdem mill-qrib mal-Kummissjoni bħala parti kkonċernata ewlenija sabiex tiġi żgurata l-adozzjoni fil-ħin tal-Programmi ta’ Ħidma Annwali futuri u tal-Programm ta’ Ħidma Multiannwali (MAWP).

Il-GSA tfakkar li parti kbira tal-attivitajiet tagħha, li tikkonsisti f’attivitajiet iddelegati, mhijiex affettwata direttament mit-twaqqit tal-adozzjoni tal-Programm ta’ Ħidma Annwali.

17.

L-Aġenzija tirrikonoxxi dawran relattivament għoli, li rriżulta minn ċerti diffikultajiet fl-attirar u ż-żamma ta’ persunal ewlieni f’segment ferm kompetittiv u tekniku tas-suq tax-xogħol, essenzjalment minħabba l-lok tal-Kwartieri Ġenerali (HQ) tagħha u l-koeffiċjent tal-korrezzjoni tal-UE relatat li huwa disproporzjonalment baxx u li qed ikompli jonqos b’mod stabbli, li jaffettwa l-livelli tas-salarji fi Praga, fir-Repubblika Ċeka (CZ). L-Aġenzija qed issegwi l-modi disponibbli kollha sabiex iżżid l-attraenza tagħha, pereżempju billi tinsisti fuq is-sinifikat tal-missjoni tagħha.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/219

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2016/C 449/41)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA – minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”), li tinsab fi Brussell, twaqqfet bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/801/UE (1) biex tieħu post l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport. L-Aġenzija ġiet stabbilita għal perjodu li beda fl-1 ta’ Jannar 2014 u li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2024 għat-tmexxija ta’ azzjonijiet tal-UE b’rabta mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Programm Orizzont 2020 għall-Finanzjament tar-Riċerka u l-Innovazzjoni, in-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u l-programm Marco Polo.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2)

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

13,4

18,4

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (1)

151

186

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijieT

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

Il-livell ta' riporti għal approprjazzjonijiet impenjati kien għoli għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’ammont ta’ EUR 0,5 miljun, jiġifieri 51 % (2014: EUR 0,4 miljun, jiġifieri 56 %). Il-kawża prinċipali kienet il-konklużjoni ta’ kuntratti tal-IT u kuntratti tal-awditjar għal servizzi li kellhom jiġu pprovduti wara tmiem is-sena.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 352, 24.12.2013, p. 65.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.ec.europa.eu/inea.

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 62 u 68 flimkien mal-Artikoli 53 u 58 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 162 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2014

Il-livell ta' riporti għal approprjazzjonijiet impenjati kien għoli għat-Titolu II f’ammont ta’ EUR 0,8  miljun, jiġifieri 25 % (2013: EUR 0,7  miljun/27 %), u t-Titolu III f'ammont ta' EUR 0,4  miljun, jiġifieri 56 % (2013: EUR 0,1 miljun/22 %) Il-kawżi prinċipali kienu x-xiri ta’ tagħmir għall-ispazju addizzjonali għal uffiċċji li kien mikri biex jakkomoda l-għadd akbar tal-persunal tal-Aġenzija, kuntratti tal-IT konklużi kif ippjanat fit-tieni nofs tal-2014 iżda fatturati fl-2015, u n-nefqa relatata ma’ Ftehimiet mal-Kummissjoni dwar il-Livell ta' Servizz li l-fatturi tagħhom ma waslux qabel l-2015.

M/A

IT-TWEĠIBA TAL-AĠENZIJA EŻEKUTTIVA GĦALL-INNOVAZZJONI U N-NETWERKS

12.

Kmieni fl-2015 l-Aġenzija kkonkludiet kuntratti tal-IT għal servizzi li għandhom jiġu pprovduti bejn Marzu 2015 u Marzu 2016; is-servizzi pprovduti bejn Ottubru 2015 u Marzu 2016 jiġu fatturati biss fl-2016. Fir-rigward tal-awditi tal-benefiċjarji esternalizzati fl-2015, il-pagamenti finali jistgħu jsiru biss wara l-proċeduri kontradittorji li ma setgħux jitlestew qabel it-tmiem tas-sena.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/224

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju

(2016/C 449/42)

INTRODUZZJONI

1.

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (1) (minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju”, magħruf ukoll bħala l-“OHIM”), li jinsab f’Alicante, ġie stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (2), li tħassar u ġie sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 207/2009 (3). Il-kompitu tal-Uffiċċju huwa li jimplimenta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-trademarks u d-disinji, biex jingħata l-istess livell ta’ protezzjoni lill-impriżi fl-Unjoni Ewropea kollha.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Uffiċċju (4).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Uffiċċju

2014

2015

Baġit (miljun EUR) (1)

419,6

384,2

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (2)

928

998

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Uffiċċju. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (5) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (7):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (8); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Il-President japprova l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tiegħu jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (9). Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati għall-2016 kien għoli għat-Titolu III f'ammont ta' EUR 12,9 miljun, jiġifieri 36 % (2014: EUR 14,1 miljun, jiġifieri 38 %). Ir-riporti huma prinċipalment relatati ma' ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-Uffiċċji Nazzjonali li jippreżentaw klejms għall-ispejjeż wara tmiem is-sena biss.

KUMMENTI OĦRA

13.

L-akkwist ta' servizzi bbażati fuq proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni ta' avviż dwar kuntratt jillimita l-kompetizzjoni għal parti unika ta' negozjar u għalhekk għandu jintuża biss f'ċirkustanzi eċċezzjonali. Konformement ma' din il-proċedura, fl-2015 l-Uffiċċju estenda sitt kuntratti qafas b'valur tas-servizzi estiżi ta' EUR 1,9 miljun (fl-2014: 12-il kuntratt qafas b'valur tas-servizzi estiżi ta' EUR 12,6 miljun) (10). L-użu li l-Uffiċċju għamel minn din il-proċedura ma jistax jitqies bħala “eċċezzjonali” minħabba l-għadd, il-valur u l-frekwenza ta' dawn il-kuntratti, u ma kienx jikkonforma bis-sħiħ mar-rekwiżiti formali (11).

14.

L-Uffiċċju jirrimborża parti mis-salarju gross, jew is-salarju gross kollu, tal-Esperti Nazzjonali Sekondati (ENS) lill-impjegaturi tagħhom. Din hija devjazzjoni mill-prattika tal-Kummissjoni li l-impjegaturi tal-ENS ikomplu jħallsu s-salarji tagħhom. Fl-2015, dawn ir-rimborżi ammontaw għal EUR 1,9 miljun.

15.

Fil-31 ta' Diċembru 2015, disa' membri tal-persunal tal-OHIM ġew sekondati fl-interess tas-servizz mogħti lill-Bord tal-Appell tal-OHIM. Madankollu, ir-Regolamenti tal-Persunal tal-UE ma jipprevedux sekondar bħal dan (12).

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

16.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  Mit-23 ta' Marzu 2016 'il quddiem, l-Uffiċċju jissejjaħ l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUPO) u t-trademark Komunitarja tissejjaħ it-trademark tal-Unjoni Ewropea.

(2)  ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1.

(3)  ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1.

(4)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: https://euipo.europa.eu/ohimportal/mt.

(1)  Iċ-ċifra tal-baġit tinkludi r-riżerva għal każijiet mhux previsti.

(2)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Uffiċċju.

(5)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(6)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(7)  L-Artikoli 38 u 43 tar-Regolament Nru CB-3-09 tal-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern.

(8)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(9)  L-Artikoli 91 sa 95 tar-Regolament Nru CB-3-09 tal-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern.

(10)  Kuntratti qafas estiżi abbażi tal-Artikolu 134(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(11)  Kif stipulat fl-Artikolu 134(3) tar-Regoament (UE) Nru 1268/2012.

(12)  L-Artikolu 37(a) tar-Regulation No 31 (EEC), 11 (EAEC), laying down the Staff Regulations of Officials and the Conditions of Employment of Other Servants of the European Economic Community and the European Atomic Energy Community (ir-Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika) (ĠU 45, 14.6.1962, p. 1385/62).

ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2013

L-ammont ta' riporti kkanċellati mis-snin preċedenti żdied minn EUR 4,2  miljun (13 %) fl-2012 għal EUR 6,0 miljun (16 %) fl-2013. F'dawn is-sentejn dan kien prinċipalment dovut għal spejjeż aktar baxxi milli stmat li kellhom jiġu rimborżati taħt ftehimiet ta' kooperazzjoni, mal-Uffiċċji Nazzjonali tal-Istati Membri (EUR 1,9  miljun fl-2012 u EUR 3,8  miljun fl-2013), u dan jindika l-ħtieġa li tinkiseb informazzjoni aktar preċiża mill-Uffiċċji Nazzjonali fi tmiem is-sena dwar l-ispiża reali li tkun iġġarrbet.

Ikkompletata

2013

L-Uffiċċju għandu stabbilit Pjan tal-Kontinwità tan-Negozju u ta' Ġestjoni tal-Kriżi li jistipula li madwar 25 rwol għandhom ikunu koperti b'mod permanenti minn impjegati fuq xogħol stand-by. Għalkemm l-approprjazzjonijiet tal-baġit għal allowances ta' xogħol stand-by jiġu approvati kull sena mill-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju, l-ammont imħallas fl-2013 (EUR 402 458 ) jaqbeż b'mod konsiderevoli allowances ta' dan it-tip li jitħallsu minn aġenziji oħra li jeħtiġilhom jiżguraw servizz permanenti.

Għadha għaddejja

2014

Fir-Rapport tagħha għall-2013 dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju, il-Qorti qajmet dubju dwar l-ammont li ntnefaq fuq allowances ta' xogħol stand-by (EUR 0,40 miljun). Dawn il-pagamenti kienu ogħla fl-2014 (EUR 0,44  miljun). F'Novembru 2014, l-Uffiċċju rreveda l-politika tiegħu u naqqas l-għadd ta' rwoli intitolati għal allowances ta' xogħol stand-by minn 25 għal 17, u l-effett finanzjarju ta' dan se jkun jidher mill-2015 'il quddiem (1). Disa' membri tal-persunal irċevew aktar minn EUR 11 000 kull wieħed f'allowances ta' xogħol stand-by, u sebgħa minnhom huma maniġers.

Għadha għaddejja

Madankollu, is-sistema (allowances ta' xogħol stand-by) mhix ikkontrollata tajjeb u persunal fuq liv minħabba mard, fuq missjonijiet barra mill-pajjiż jew fuq btala tħallas l-allowances.

Ikkompletata

2014

L-ammont ta' riporti kkanċellati mis-snin preċedenti naqas minn EUR 6,0  miljun (16 %) fl-2013 għal EUR 5,1  miljun (13 %) fl-2014. F'dawn is-sentejn dan kien prinċipalment dovut għal spejjeż aktar baxxi milli stmat, li kellhom jiġu rimborżati taħt ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-Uffiċċji Nazzjonali tal-Istati Membri (EUR 3,2  miljun fl-2014 u EUR 3,8  miljun fl-2013), u dan jindika l-ħtieġa li tinkiseb informazzjoni aktar preċiża mill-Uffiċċji Nazzjonali fi tmiem is-sena dwar l-ispiża reali li tkun iġġarrbet. Il-livell ta' approprjazzjonijiet tal-2014 impenjati għat-titoli differenti kien ivarja bejn 94 % u 97 % tal-approprjazzjonijiet totali, li jindika li l-impenji legali twettqu fil-ħin. Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati għall-2015 kien għoli għat-Titolu III f'ammont ta' EUR 14,1  miljun, jiġifieri 38 % (2013: EUR 13,3 miljun, jiġifieri 38 %). Dan kien prinċipalment relatat ma' ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-Uffiċċji Nazzjonali, li għalihom il-klejms għall-ispejjeż ma kellhomx jiġu ppreżentati mill-Uffiċċji Nazzjonali qabel l-2015, u l-ordni tas-soltu ta' servizzi ta' traduzzjoni fl-aħħar xahrejn tal-2014, li l-pagament tagħhom kien dovut biss fl-2015.

M/A

2014

Fl-2004 daħlu fis-seħħ Regolamenti ġodda tal-Persunal tal-UE, inklużi dispożizzjonijiet li r-rimunerazzjonijiet futuri ta' uffiċjali reklutati qabel Mejju 2004 ma għandhomx ikunu anqas milli kienu taħt ir-Regolamenti preċedenti tal-Persunal tal-UE. L-awditu tal-Qorti żvela li ma kienx hemm konformità ma' dan u, fil-każ ta' 4 mis-648 membru tal-persunal impjegat f'dak iż-żmien, dan wassal għal pagament insuffiċjenti totali ta' EUR 96 998 għall-perjodu mill-2005 sal-2014. L-ammont mhuwiex materjali u ma jixħetx dubju fuq l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-Ufiċċju. L-Uffiċċju ddeċieda li jagħmel il-pagamenti supplimentari tas-salarji fi żmien debitu.

Ikkompletata (2)

(1)  Fl-2015 l-Uffiċċju ħallas EUR 285 242 għal allowances ta' xogħol stand-by u ġie intitolat 13-il rwol.

(2)  L-Uffiċċju għamel il-pagamenti supplimentari tas-salarji f'Awwissu 2015.

IR-RISPOSTA TAL-UFFIĊĊJU

12.

Fl-2015, l-Uffiċċju implimenta diversi miżuri biex inaqqas il-livell għoli storiku ta’ riporti; bħal sensibilizzazzjoni permezz ta’ kkowċjar, taħriġ, noti ta’ informazzjoni u laqgħat mal-atturi finanzjarji. Analiżi bir-reqqa tal-impenji kollha ‘l fuq minn EUR 100 000 matul Diċembru, il-permanenzi tal-atturi finanzjarji matul il-perjodu kollu tal-Milied sabiex jitħallsu l-fatturi sal-31 ta’ Diċembru 2015, fost l-oħrajn, ippermettew li l-Uffiċċju jnaqqas ir-riporti fit-Titolu II minn 21 % fl-2014 għal 16 % fl-2015 u minn 38 % fit-Titolu III fl-2014 għal 36 % fl-2015. L-Uffiċċju jkompli jimplimenta aktar miżuri biex inaqqas il-livell għoli ta’ riporti fit-Titolu III li, kif enfasizzat mill-Qorti, huma marbuta l-aktar mal-karatteristiċi strutturali tal-Attivitajiet ta’ Kooperazzjoni mal-Uffiċċji Nazzjonali tal-Proprjetà Intellettwali tal-Istati Membri (il-maġġoranza jeħtieġ li tiġi kkunsidrata bħala riporti ppjanati).

13.

L-Uffiċċju jirrikonoxxi li għamel użu frekwenti mill-Artikolu 134 RAP u qed jieħu azzjonijiet fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil biex itejjeb il-ġestjoni u l-kontroll tal-proċessi ta’ kuntrattar u ta’ akkwist. Dawn il-miżuri jinkludu li l-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt għandha tintuża biss f’każijiet ġustifikati kif dovut.

14.

L-Uffiċċju huwa tal-fehma li m’hemmx obbligu legali biex ikun jista’ jikkonforma strettament iż-żewġ testi peress li l-ENS mhumiex koperti mir-Regolamenti tal-Persunal. Ir-Regolament fundatur ġdid (Artikolu 116) jipprevedi li l-Bord ta’ Tmexxija tal-Uffiċċju jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali fl-Uffiċċju. Fil-31 ta’ Mejju ġiet adottata deċiżjoni mill-Bord ta’ Tmexxija tal-Uffiċċju li tirrikonoxxi l-prattika eżistenti.

15.

L-Uffiċċju huwa tal-fehma li r-Regolamenti tal-Persunal ma jagħtux messaġġ ċar dwar l-istatus amministrattiv li jeħtieġ li japplika għall-uffiċjali tal-EUIPO u l-aġenti temporanji maħtura fil-Bordijiet tal-Appell. Madankollu, l-Uffiċċju ħa nota tal-osservazzjoni tal-Qorti u ressaq din il-kwistjoni quddiem il-Bord ta’ Tmexxija fis-26 ta’ Mejju 2016 li adotta d-deċiżjoni biex iżomm il-prattika attwali.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/230

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2016/C 449/43)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala r-“REA”), li tinsab fi Brussell, ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/46/KE (1). L-Aġenzija ġiet stabbilita għal perjodu limitat li beda fl-1 ta’ Jannar 2008 u li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017 bl-għan li tmexxi attivitajiet speċifiċi tal-Unjoni fil-qasam tar-riċerka. Fil-15 ta’ Ġunju 2009 l-Aġenzija uffiċjalment ingħatat l-awtonomija amministrattiva u operazzjonali tagħha mill-Kummissjoni Ewropea.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-aġenzija

2014

2015

Baġit (miljun EUR) (1)

51,6

54,6

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (2)

548

618

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 11, 15.1.2008, p. 9.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.ec.europa.eu/rea.

(1)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament.

(2)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 62 u 68 flimkien mal-Artikoli 53 u 58 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 162 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA

L-Aġenzija ħa nota tar-rapport tal-Qorti.

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/234

RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Bord

(2016/C 449/44)

INTRODUZZJONI

1.

Il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (minn hawn 'il quddiem “il-Bord”, magħruf ukoll bħala l-“SRB”), li jinsab fi Brussell, ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 806/2014 dwar il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni (“ir-Regolament SRM”) (1). Il-missjoni tal-Bord hija li jiżgura riżoluzzjoni adegwata ta' banek li qed ifallu, b'impatt minimu fuq l-ekonomija reali u fuq il-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri parteċipanti u lil hinn minnhom.

2.

Il-Bord sar operattiv bħala Aġenzija indipendenti tal-UE mill-1 ta' Jannar 2015. Madankollu il-Kummissjoni kienet responsabbli għall-istabbiliment u l-operat inizjali tal-Bord. Huwa biss mit-8 ta' April 2015 'il hawn li l-Bord għandu l-kapaċità operazzjonali biex jimmaniġġja r-riżorsi tiegħu b'mod awtonomu.

3.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Bord (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-bord

2014

2015

Baġit (miljun EUR)

M/A

22

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (1)

M/A

108

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

4.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Bord. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

5.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Bord, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

6.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Bord u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Bord jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta' stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Il-President tal-Bord ifassal il-kontijiet annwali tal-Bord wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tiegħu jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Bord fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

7.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Bord ikunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

8.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta' nuqqas ta' konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, il-Qorti qieset ix-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Bord kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Bord jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR L-AFFIDABBILTÀ TAL-KONTIJIET

13.

L-Artikolu 92(4) tar-Regolament SRM jeħtieġ li l-Qorti tirrapporta, b'mod partikolari, dwar l-obbligazzjonijiet kontinġenti tal-Bord, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jinħolqu b'riżultat tat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont ir-Regolament SRM. Il-Qorti se tirrapporta dwar din il-kwistjoni f'rapport separat.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

14.

Fl-2015, il-Bord sar operattiv u gradwalment stabbilixxa l-ambjent ta' kontroll intern tiegħu. Madankollu għadd ta' proċeduri u kontrolli essenzjali għadhom iridu jiġu abbozzati, adottati jew implimentati, inklużi l-istrateġija għall-ġestjoni u l-kontroll tar-riskju, l-istandards ta' kontroll intern, il-valutazzjoni perjodika tal-funzjonament tajjeb tas-sistema ta' kontroll intern u l-istrateġija kontra l-frodi.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

15.

Il-baġit tal-SRB huwa ffinanzjat permezz ta' kontribuzzjonijiet minn istituzzjonijiet ta' kreditu u fl-2015 ammonta għal EUR 22 miljun. L-SRB impenja 67 % tal-baġit mitlub u uża 45 % minnu. Ir-rata baxxa ta' implimentazzjoni rriżultat f'bilanċ pożittiv sinifikanti ta' EUR 7,7 miljun.

16.

Ir-riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati huma għoljin għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f'ammont ta' EUR 3,6 miljun, jiġifieri 70,4 %. Dawn ir-riporti prinċipalment jikkonċernaw kuntratti li ġew konklużi fl-2015 għall-bini l-ġdid tal-SRB (eż. infrastruttura tal-IT, infrastruttura tas-sigurtà u tagħmir tal-uffiċċji) fejn is-servizzi u l-oġġetti kienu għadhom ma twasslux jew ma ġewx fatturati kompletament sa tmiem l-2015.

17.

Ir-riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati huma għoljin għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f'ammont ta' EUR 0,6 miljun, jiġifieri 40,3 %. Dawn ir-riporti prinċipalment jikkonċernaw servizzi ta' konsulenza għall-“Proġett ta' ġbir ta' kontribuzzjonijiet” li kienu għadhom ma twasslux jew ma ġewx fatturati kompletament sa tmiem l-2015.

KUMMENTI OĦRA

18.

Fl-2015, l-SRB ffirma kuntratt għall-kwartieri ġenerali l-ġodda tiegħu fi Brussell, b'durata minima ta' 15-il sena u valur totali ta' mill-inqas EUR 42,4 miljun. Il-proċedura ta' akkwist ma ġietx iddokumentata b'mod tajjeb biżżejjed u l-lokalità fl-avviż dwar kuntratt illimitatu għal wieħed mill-aktar żoni għaljin fi Brussell, bl-esklużjoni ta' alternattivi oħra li kienu orħos.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta' Settembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

(1)  ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Bord hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: http://srb.europa.eu/.

(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Bord

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

IR-RISPOSTA TAL-BORD

14.

Għalkemm il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (l-“SRB” jew l-“Aġenzija”) jinsab fil-fażi tal-bidu, għaddejja l-ħidma dwar il-formalizzazzjoni ta’ proċeduri interni bħala prijorità u hi mistennija li titlesta sa tmiem l-2017. Qed jiġu identifikati oqsma u attivitajiet kritiċi u qed jiġu implimentati miżuri biex ikun hemm konformità. L-Aġenzija għadha m’adottatx l-istandards tal-kontroll intern b’mod formali, iżda diġà tinsab konformi ma’ ħafna minnhom.

15.

L-estimi tal-baġit tal-2014-2015 tfasslu taħt kundizzjonijiet ta’ inċertezza mit-Task Force tal-Kummissjoni Ewropea u qabel ma kienet għadha twaqqfet l-Aġenzija. Barra minn dan, skont ir-Regolament SRM, kull sena l-SRB jiġbor il-kontribuzzjonijiet minn qabel. Huwa previst ukoll li kwalunkwe eżitu potenzjali pożittiv tal-baġit mhux se jirriżulta fl-akkumulazzjoni tar-riżervi, iżda se jnaqqas l-ammont li għandu jitħallas kif xieraq għall-istituzzjonijiet finanzjarji fis-sena ta’ wara.

16.

L-Aġenzija taċċetta l-kumment u tenfasizza li r-riporti huma marbuta l-aktar mal-investimenti inizjali neċessarji għad-dħul fl-operazzjonijiet tal-SRB.

17.

L-Aġenzija taċċetta l-kumment, madankollu tisħaq li mill-ammont totali ta’ EUR 0,6 miljun riportati għal Titolu III, il-parti ewlenija (82 %) kienet għal avvenimenti/servizzi li diġà saru jew li twettqu fl-2015. Għaldaqstant dawn kienu dovuti fil-kontijiet kif xieraq. Fi tmiem is-sena, dawn is-servizzi kienu sempliċiment għadhom ma ġewx fatturati mill-bejjiegħa.

18.

Peress li l-SRB kien għadu fil-fażi tal-bidu, l-Aġenzija għamlet użu mill-kompetenza tal-Kummissjoni (OIB) għat-tnedija tal-proċedura negozjata għall-bini l-ġdid tagħha.

F’dan ir-rigward:

din il-proċedura ġiet ippubblikata mill-OIB taħt format speċifiku u l-kriterji tħabbru skont il-prattika standard tal-OIB u f’konformità mal-metodoloġiji adottati tagħha

f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda, il-perimetru ta’ 500 m standard tal-OIB żdied b’700 m biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġenwina.

Fir-rigward tas-sede, ir-rekwiżiti kienu bbażati fuq il-ħtiġijiet tal-SRB fir-rigward tan-natura tal-kompiti tiegħu u n-neċessità biex ikun qrib il-Kummissjoni (DĠ FISMA, DĠ COMP) u l-Kunsill f’każ ta’ riżoluzzjoni ta’ banek li jridu jkunu ġestiti taħt ir-regola tal-24 siegħa u għaldaqstant il-ħtieġa għal post b’aċċess għal dawn l-istituzzjonijiet f’distanza bil-mixi. Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, ittieħdet deċiżjoni politika u strateġika mit-Task Force tal-Kumissjoni Ewropea biex jibqa’ fi ħdan id-Distrett Ewropew.