ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 445

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
30 ta' Novembru 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 445/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2016/C 445/02

Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

2

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 445/03

Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi tagħha

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 445/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8274 — Cinven/Permira/Allegro/Ceneo) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

7

2016/C 445/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8087 — Smiths Group/Morpho Detection) ( 1 )

8

2016/C 445/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8272 — CVC/Cinven/Newday) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

9


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

30.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-29 ta’ Novembru 2016

(2016/C 445/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0576

JPY

Yen Ġappuniż

119,48

DKK

Krona Daniża

7,4391

GBP

Lira Sterlina

0,84815

SEK

Krona Żvediża

9,7668

CHF

Frank Żvizzeru

1,0752

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,0765

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,045

HUF

Forint Ungeriż

311,48

PLN

Zloty Pollakk

4,4299

RON

Leu Rumen

4,5172

TRY

Lira Turka

3,6267

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4210

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4232

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,2024

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,4912

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5113

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 241,38

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,7958

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,2972

HRK

Kuna Kroata

7,5368

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 354,28

MYR

Ringgit Malażjan

4,7232

PHP

Peso Filippin

52,664

RUB

Rouble Russu

69,0453

THB

Baht Tajlandiż

37,756

BRL

Real Brażiljan

3,6009

MXN

Peso Messikan

21,8756

INR

Rupi Indjan

72,6565


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


30.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/2


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 445/02)

Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:

Fil-paġna 120, in-Nota ta’ Spjega tas-subintestatura NM “2707 99 11 u 2707 99 19 Żjut mhux raffinati” hija sostitwita bit-test li ġej:

2707 99 11 u 2707 99 19

Żjut mhux raffinati

Dawn is-subintestaturi jkopru dawk il-prodotti biss li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi akbar minn dak tal-kostitwenti mhux aromatiċi. Fost il-prodotti li jaqgħu taħt dawn is-subintestaturi huma:

1.

il-prodotti miksubin mill-ewwel distillazzjoni ta’ qatran tal-faħam ta’ temperatura għolja. Il-qatran tal-faħam ta’ temperatura għolja huwa ġeneralment magħmul fl-impjanti għall-kokk f’funderiji b’temperatura li taqbeż id-900 °C. Il-prodotti mid-distillazzjoni ta’ dan il-qatran ma fihomx biss idrokarburi bi predominanza mill-piż tal-idrokarburi aromatiċi iżda wkoll komposti ta’ nitroġenu, ossiġnu u kubrit u spiss ħafna anke impuritajiet. Dawn il-prodotti s-soltu jeħtieġu aktar proċessar qabel l-użu;

2.

il-prodotti miksubin bit-tneħħija tal-benżol wara l-ħasil tal-gass prodott matul l-ikkokkjar tal-faħam. u

3.

il-prodotti miksubin minn piroliżi tal-iskart tat-tajers jew minn skart ieħor tal-lasktu u tal-plastik mingħajr aktar ipproċessar.

Prodotti, li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż dak tal-kostitwenti mhux aromatiċi, mhumiex koperti minn dawn is-subintestaturi jekk huma residwi minn distillazzjoni atmosferika jew f’vakwu ta’ żejt grezz jew żjut tal-karburant tal-baħar. Dawn il-prodotti jaqgħu taħt is-subintestatura 2707 99 99.

“Prodotti simili” tal-intestatura 2707 tfisser dawk li fihom kompożizzjoni simili għal dik tal-prodotti deskritti f’oġġett 1 hawn fuq.

Madanakollu, dawn jista’ jkollhom proporzjon ikbar ta’ idrokarburi alifatiċi u nafteniċi u ta’ prodotti fenoliċi kif ukoll proporzjon iżgħar ta’ idrokarburi aromatiċi poliċikliċi mill-prodotti deskritti f’oġġett 1 hawn fuq.”

Fil-paġna 122, fin-Nota ta’ Spjega tas-subintestatura NM “2707 99 91 u 2707 99 99 Oħrajn” wara t-test eżistenti jiżdied il-punt 4 li ġej:

“4.

fdal mid-distillazzjoni (kemm atmosferika kif ukoll bil-vakwu) ta’ żejt grezz u żjut tal-karburant tal-baħar, li fih il-kostitwenti aromatiċi jippredominaw bil-piż fuq il-kostitwenti mhux aromatiċi, (determinati bil-metodu deskritt fl-Anness A ta’ dan il-Kapitolu) li jikkonformaw ma’ dawn il-karatteristiċi fiżikokimiċi li ġejjin:

(a)

bil-metodu EN ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86), inqas minn 65 % bil-volum (inkluż it-telf) jiddistilla f’250 °C;

(b)

il-punt ta’ tmiem tad-distillazzjoni li huwa ogħla minn 315 °C.

Id-densità ta’ dawn ir-residwi tista’ tkun ġeneralment inqas minn 1 g/cm3 fi 15 °C bil-metodu EN ISO 12185.

Dawn ir-residwi jistgħu jkunu maħsuba biex jgħaddu minn proċess speċifiku.”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.


Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

30.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/3


DEĊIŻJONI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-UNJONI EWROPEA

tal-11 ta’ Ottubru 2016

dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi tagħha

(2016/C 445/03)

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li rat l-Artikolu 15(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li rat l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv tas-26 ta’ Settembru 2016,

filwaqt li tikkunsidra li għandhom jiġu adottati regoli dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-deċiżjoni tapplika għad-dokumenti kollha miżmuma mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri redatti jew irċevuti minnha u li jinsabu fil-pussess tagħha, fl-ambitu tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi tagħha.

2.   Din id-deċiżjoni għandha tapplika bla ħsara għad-drittijiet ta’ aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li jistgħu jirriżultaw minn atti tad-dritt internazzjonali jew atti li jimplementawhom.

Artikolu 2

Benefiċjarji

1.   Kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea u kull persuna fiżika jew ġuridika li hija residenti jew li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru għandha dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 1(1) taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-deċiżjoni.

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tista’, taħt l-istess kundizzjonijiet, tawtorizza l-aċċess għal dawn id-dokumenti lil kull persuna fiżika jew ġuridika li ma hijiex residenti jew li ma għandhiex l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru.

Artikolu 3

Eċċezzjonijiet

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tirrifjuta l-aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista’ jippreġudika l-protezzjoni:

(a)

tal-interess pubbliku, fir-rigward:

tas-sigurtà pubblika,

tad-difiża u tal-affarijiet militari,

tar-relazzjonijiet internazzjonali,

tal-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru;

(b)

tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu, b’mod partikolari konformement mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali.

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tirrifjuta l-aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista’ jippreġudika l-protezzjoni:

tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika partikolari, inklużi dawk li jikkonċernaw il-proprjetà intellettwali,

tal-proċeduri ġudizzjarji u tal-opinjonijiet legali,

tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika.

3.   L-aċċess għal dokument redatt mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-użu intern tagħha jew irċevut minnha u li jirrigwarda kwistjoni li fuqha hija għadha ma ddeċidietx għandu jiġi rrifjutat meta l-iżvelar tiegħu jippreġudika serjament il-proċess deċiżjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

L-aċċess għal dokument li fih opinjonijiet għall-użu intern bħala parti minn deliberazzjonijiet u konsultazzjonijiet preliminari ġġestiti fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew lil hinn minnha meta din tal-aħħar tkun ipparteċipat fihom għandu jiġi rrifjutat anki wara li d-deċiżjoni tkun ittieħdet, fil-każ li l-iżvelar tad-dokument jippreġudika serjament il-proċess deċiżjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

4.   L-eċċezzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw fil-każ li jkun hemm interess pubbliku ikbar li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokument inkwistjoni.

5.   Fil-każ li hija biss parti mid-dokument mitlub li tkun affettwata minn eċċezzjoni jew minn diversi eċċezzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, il-partijiet l-oħra mid-dokument għandhom jiġu żvelati.

6.   L-eċċezzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw biss għall-perijodu li matulu l-protezzjoni hija ġġustifikata fuq il-bażi tal-kontenut tad-dokument. L-eċċezzjonijiet jistgħu japplikaw għal perijodu massimu ta’ tletin sena. Fil-każ ta’ dokumenti li jaqgħu taħt l-eċċezzjonijiet li jirrigwardaw il-ħajja privata jew l-interessi kummerċjali, l-eċċezzjonijiet jistgħu, jekk meħtieġ, jibqgħu japplikaw wara dan il-perijodu.

7.   Dan l-artikolu għandu japplika bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9.

Artikolu 4

Preżentazzjoni tat-talba inizjali

1.   It-talba għal aċċess għal dokument tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi redatta f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni fuq formola li hija disponibbli fuq is-sit Internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Din għandha tintbagħat preferebbilment b’mod elettroniku skont l-istruzzjonijiet li jidhru fis-sit Internet hawn fuq imsemmi, jew, eċċezzjonalment, bil-posta jew b’faks.

2.   It-talba għandha ssir suffiċjentement fid-dettall u għandha b’mod partikolari tinkludi l-elementi li jippermettu li jiġi identifikat id-dokument mitlub jew id-dokumenti mitluba, kif ukoll l-isem u l-indirizz tal-persuna li tkun qed tagħmel it-talba.

3.   Fil-każ li talba ma tkunx suffiċjentement iddettaljata, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tistieden lill-persuna li tkun qed tagħmel it-talba sabiex tiċċaraha u għandha tassistiha għal dan il-għan.

4.   Fil-każ ta’ talba li tirrigwarda dokument twil ħafna jew numru kbir ta’ dokumenti, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tista’ tikkonsulta informalment mal-persuna li tkun qed tagħmel it-talba bil-għan li jinstab arranġament ekwu.

5.   Il-persuna li tkun qed tagħmel it-talba ma hijiex obbligata tiġġustifika t-talba tagħha.

Artikolu 5

Trattament tat-talba inizjali

1.   Konferma li t-talba waslet għandha tinbagħat bil-miktub (posta elettronika, ittra jew faks) lill-persuna li tkun qed tagħmel it-talba mar-reġistrazzjoni tal-formola li tinkludi t-talba.

2.   Fi żmien massimu ta’ xahar minn din ir-reġistrazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tagħti l-aċċess għad-dokument billi tipprovdi dan id-dokument lill-persuna li tkun qed tagħmel it-talba.

3.   Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma tistax tagħti aċċess għad-dokument mitlub, hija għandha tikkomunika lill-persuna li tkun qed tagħmel it-talba, fit-terminu msemmi fil-paragrafu 2 u bil-miktub, ir-raġunijiet tar-rifjut, totali jew parzjali, filwaqt li tinformaha bid-dritt tagħha li tippreżenta talba konfermattiva fi żmien xahar minn meta tirċievi r-risposta.

4.   F’ċirkustanzi eċċezzjonali, pereżempju fejn it-talba tirrigwarda dokument twil ħafna jew numru kbir ta’ dokumenti, it-terminu msemmi fil-paragrafu 2 jista’ jiġi pprorogat b’xahar, u dan billi l-persuna li tkun qed tagħmel it-talba tiġi informata minn qabel u tingħata raġunijiet iddettaljati fir-rigward.

5.   Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 4(3), it-terminu tar-risposta jibda jiddekorri biss mill-mument li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jkollha għad-dispożizzjoni tagħha informazzjoni addizzjonali mingħand il-persuna li tkun qed tagħmel it-talba li tiċċara suffiċjentement it-talba.

6.   Għall-kalkolu tat-termini, ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perijodi, dati u limiti ta’ żmien (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 51) huwa applikat b’analoġija.

Artikolu 6

Preżentazzjoni tat-talba konfermattiva

1.   Il-persuna li tkun qed tagħmel it-talba tista’ tippreżenta talba konfermattiva fil-każ ta’ risposta totalment jew parzjalment negattiva għat-talba inizjali tagħha.

2.   In-nuqqas ta’ risposta mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għat-talba inizjali fit-terminu stipulat għandu jintitola lill-persuna li tkun qed tagħmel it-talba li jippreżenta talba konfermattiva.

3.   Talba konfermattiva għandha tintbagħat lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi żmien xahar minn meta r-risposta ta’ rifjut totali jew parzjali tal-aċċess għad-dokument mitlub tkun ġiet irċevuta, jew, fin-nuqqas ta’ risposta għat-talba inizjali, mill-iskadenza tat-terminu tar-risposta.

4.   It-talba konfermattiva għandha tiġi redatta skont ir-rekwiżiti formali msemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 7

Trattament tat-talba konfermattiva

1.   It-talba konfermattiva tiġi ttrattata skont il-modalitajiet previsti fl-Artikolu 5, minbarra l-informazzjoni dwar id-dritt ta’ preżentazzjoni ta’ talba konfermattiva.

2.   Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tirrifjuta, totalment jew parzjalment, talba konfermattiva, hija għandha tinforma lill-persuna li tkun qed tagħmel it-talba bil-proċeduri disponibbli għaliha sabiex tikkontesta dan ir-rifjut, jiġifieri l-preżentata ta’ rikors jew ilment quddiem l-Ombudsman Ewropew skont il-kundizzjonijiet previsti rispettivament fl-Artikoli 263 u 228 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

3.   In-nuqqas ta’ risposta għal talba konfermattiva fit-terminu stipulat jitqies li huwa risposta negattiva u jippermetti lill-persuna li tkun qed tagħmel it-talba tirrikorri għall-proċeduri msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 8

Awtoritajiet awtorizzati

1.   L-awtorità awtorizzata sabiex tiddeċiedi dwar ir-risposta li għandha tingħata għal talba inizjali ta’ aċċess għal dokument hija d-direttur tal-komunikazzjoni.

2.   Meta d-dokument mitlub ikun miżmum mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja jew mir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, l-awtoritajiet awtorizzati jkunu, rispettivament, id-Deputat Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja u d-Deputat Reġistratur tal-Qorti Ġenerali.

Id-Deputati Reġistraturi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali jistgħu jiddelegaw lil amministratur fir-reġistru tagħhom is-setgħat tal-awtorità awtorizzata għat-talba inizjali.

3.   L-awtorità awtorizzata sabiex tiddeċiedi dwar ir-risposta li għandha tingħata għat-talba konfermattiva hija r-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja jew, fejn it-talba konfermattiva tikkonċerna dokument miżmum mir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, ir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali.

4.   Meta Stat Membru, li jkun irċieva talba ta’ aċċess għal dokument li huwa għandu fil-pussess tiegħu u li joriġina mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-ambitu tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi tagħha, jirrikorri għand din tal-aħħar għall-finijiet ta’ konsultazzjoni, ir-risposta għal din it-talba ta’ konsultazzjoni għandha tingħata mill-awtorità li hija awtorizzata taħt il-paragrafu 3 sabiex tirrispondi għal talba konfermattiva ta’ aċċess li tirrigwarda l-istess dokument u ppreżentata direttament lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

5.   B’deroga mill-paragrafu 1, ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja jista’ jaħtar awtorità oħra awtorizzata sabiex tiddeċiedi dwar ir-risposta li għandha tingħata għal talba inizjali ta’ aċċess għal dokument.

Artikolu 9

Dokumenti ta’ terz

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tagħti aċċess għal dokument ta’ terz li jkollha fil-pussess tagħha biss wara li tkun ingħatat il-kunsens mit-terz ikkonċernat.

2.   Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, il-kelma “terz” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika jew entità li tkun esterna għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, inklużi l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, l-organi u l-korpi l-oħra tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-pajjiżi terzi.

3.   Meta l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tirċievi talba għal aċċess għal dokument ta’ terz, l-awtorità awtorizzata għandha tikkonsulta mat-terz ikkonċernat sabiex tistabbilixxi jekk huwa jopponix l-iżvelar ta’ dan id-dokument, sakemm hija ma tiddeċidix ex officio li tirrifjuta dan l-iżvelar fuq il-bażi ta’ waħda mill-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 10

Modalitajiet ta’ aċċess

1.   Id-dokumenti għandhom jiġu pprovduti fil-verżjoni u fil-forma eżistenti. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma hijiex marbuta, taħt din id-deċiżjoni, li toħloq dokument ġdid jew li tiġbor informazzjoni fuq talba tal-persuna li tkun qed tagħmel it-talba.

Il-kopja tista’ tingħata fuq karta jew b’mod elettroniku. F’dan ir-rigward, għandu jittieħed kont sħiħ tal-preferenza tal-applikant.

Fil-każ ta’ dokumenti ta’ volum kbir jew li jkunu diffiċli sabiex jiġu ttrattati, il-persuna li tkun qed tagħmel it-talba tista’ tiġi mistiedna tikkonsultahom fuq il-post.

2.   Jekk dokument ikun diġà ġie żvelat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew minn istituzzjoni oħra u jekk dan ikun faċilment aċċessibbli, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tista’ sempliċement tinforma lill-applikant bil-modi kif huwa jkun jista’ jikseb id-dokument.

Artikolu 11

Spejjeż ta’ aċċess

1.   Sabiex isiru kopji tad-dokumenti mitluba u sabiex dawn jintbagħtu, il-persuna li tkun qed tagħmel it-talba tista’ tintalab tħallas dritt.

2.   Bħala regola ġenerali, ebda ħlas ma għandu jintalab għal konsultazzjoni fuq il-post jew meta n-numru ta’ kopji ma jeċċedix għoxrin paġna A4.

3.   Il-ħlas ta’ dritt sabiex isiru u jintbagħtu kopji għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta’ tariffa stabbilita b’deċiżjoni tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja. Din ma tistax teċċedi l-ispiża reali tal-operazzjoni.

4.   Id-dokumenti ppubblikati jibqgħu suġġetti għas-sistema tagħhom ta’ prezzijiet.

Artikolu 12

Riproduzzjoni ta’ dokumenti

1.   Din id-deċiżjoni għandha tapplika bla ħsara għal kwalunkwe leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur li tista’ tillimita d-dritt tad-destinatarju li jirriproduċi jew li juża d-dokumenti żvelati.

2.   Id-dokumenti koperti minn drittijiet tal-awtur li jappartjenu lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u li jiġu żvelati taħt din id-deċiżjoni ma jistgħux jiġu rriprodotti jew użati għal finijiet kummerċjali mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel bil-miktub tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Miżuri ta’ implementazzjoni

Ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jadotta l-miżuri neċessarji għall-implementazzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Dawn il-miżuri għandhom jiġu kkomunikati fuq is-sit Internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija tissostitwixxi u tħassar id-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ Diċembru 2012 dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi tagħha (ĠU C 38 tad-9 ta’ Frar 2013, p. 2).

Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta’ Ottubru 2016.

Reġistratur

Alfredo CALOT ESCOBAR

President

Koen LENAERTS


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

30.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8274 — Cinven/Permira/Allegro/Ceneo)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 445/04)

1.

Fit-23 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Raiva sp. z o. o. u Adinan BidCo 2 sp. z o. o., veikoli tal-investiment li huma fil-kontroll konġunt ta’ fondi ta’ ekwità privata ġestiti jew iggwidati minn Permira Holdings Limited, li taġixxi permezz ta’ Permira VI G.P. Limited (flimkien, “Permira”, ir-Renju Unit) u Cinven Capital Management (VI) General Partner Limited (“Cinven”, Guernsey) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Grupa Allegro sp. z o. o. (“Allegro”) u ta’ Ceneo sp. z o. o. (“Ceneo”) permezz ta xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Permira: negozju ta’ ekwità privata involut fil-forniment ta’ servizzi ta’ġestjoni tal-investiment lil numru ta’ fondi tal-investiment; Permira tikkontrolla għadd ta’ kumpaniji b’portafolli li huma attivi f’varjetà ta’ setturi tul firxa ta’ ġurisdizzjonijiet,

—   għal Cinven: negozju ta’ ekwità privata involut fil-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-investiment lil numru ta’ fondi tal-investiment; Cinven tikkontrolla għadd ta’ kumpaniji b’portafolli li huma attivi f’varjetà ta’ setturi tul firxa ta’ ġuriżdizzjonijiet,

—   għal Allegro: operatur ta’ portal tas-suq onlajn li juża l-ismijiet tad-domanin allegro.pl u allegro.de. Allegro jiffaċilita t-tranżazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku bejn ix-xerrejja onlajn u l-bejjiegħa onlajn li joffru oġġetti fil-portal tas-suq tiegħu,

—   għal Ceneo: operatur ta’ portal li jqabbel il-prezzijiet onlajn fuq l-isem tad-domain ceneo.pl. Il-portal ta’ Ceneo jippermetti lill-bejjiegħa onlajn biex jirreklamaw l-oġġetti u s-servizzi tagħhom u l-utenti tal-portal biex iqabblu l-prezzijiet u jiksbu informazzoni dwar l-oġġetti u s-servizzi tal-bejjiegħa.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8274 — Cinven/Permira/Allegro/Ceneo, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


30.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8087 — Smiths Group/Morpho Detection)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 445/05)

1.

Fit-23 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Smiths Group plc (“Smiths”, ir-Renju Unit) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Morpho Detection, LLC u Morpho Detection International, LLC kollha kemm huma (flimkien “Morpho Detection”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Smiths: kumpanija tat-teknoloġija dinjija b’ħames diviżjonijiet: John Crane, Smiths Medical, Smiths Detection, Smiths Interconnect u Flex-Tek. Smiths Detection toffri soluzzjonijiet tas-sigurtà lil klijenti mad-dinja kollha. Hija tiżviluppa u timmanifattura tagħmir li jiskopri u jidentifika splussivi, armi, aġenti kimiċi, perikli bioloġiċi, materjal nukleari u radjuattiv, narkotiċi u kuntrabandu. Hija toffri wkoll servizzi ta’ manutenzjoni u titjib tal-bażi installata tagħha tat-tagħmir u prodotti relatati,

—   għal Morpho Detection: l-iżvilupp u l-manifattura ta’ tagħmir li jiskopri u jidentifika theddid ta’ splussivi, ta’ radjoloġija u ta’ nukleari kif ukoll narkotiċi u kontrabandu. Hija toffri wkoll servizi ta’ manutenzjoni u titjib tal-bażi installata tagħha ta’ tagħmir u prodotti relatati.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8087 — Smiths Group/Morpho Detection, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


30.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8272 — CVC/Cinven/Newday)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 445/06)

1.

Fit-22 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”, il-Lussemburgu) u Cinven Capital Management (VI) General Partner Limited (“Cinven (VI) GP”, Guernsey) jakkwsitaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ NewDay Group Holdings Sàrl (“NewDay”, il-Lussemburgu) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

CVC hija fond ta’ investiment dinji ta’ ekwita privata li għandha interessi f’diversi industriji fosthom tal-kimiċi, tal-utilitajiet, tal-manifattura, tal-bejgħ u tad-distribuzzjoni,

Cinven (VI) GP hija fond ta’ investiment dinji ta’ ekwita privata li għandha interessi fin-negozji tal-inġinerija, tal-konsumatur u tal-bejgħ, tal-kura tas-saħħa u tat-telekomunikazzjonijiet,

NewDay hija fornitur fir-Renju Unit ta’ finanzi għall-konsumatur li toffri karti tal-kreditu, speċifikament karti tal-kreditu near-prime u karti tal-kreditu co brand tal-konsumatur, u karti tal-klijenti tal-ħwienet.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8272 — CVC/Cinven/Newday, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.