ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 440

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
26 ta' Novembru 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 440/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8191 — ArcelorMittal/CLN/JV) ( 1 )

1

2016/C 440/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8055 — Coherent/Rofin-Sinar Technologies) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 440/03

Rata tal-kambju tal-euro

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 440/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8216 — Allianz/Dalmore/BEL) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

3

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 440/05

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

4


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

26.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8191 — ArcelorMittal/CLN/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 440/01)

Fit-22 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8191. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


26.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8055 — Coherent/Rofin-Sinar Technologies)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 440/02)

Fis-26 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8055. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

26.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-25 ta’ Novembru 2016

(2016/C 440/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0592

JPY

Yen Ġappuniż

119,73

DKK

Krona Daniża

7,4380

GBP

Lira Sterlina

0,85182

SEK

Krona Żvediża

9,7840

CHF

Frank Żvizzeru

1,0736

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,0690

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,039

HUF

Forint Ungeriż

309,33

PLN

Zloty Pollakk

4,4190

RON

Leu Rumen

4,5140

TRY

Lira Turka

3,6523

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4230

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4290

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,2153

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5040

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5132

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 247,03

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,9718

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3295

HRK

Kuna Kroata

7,5318

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 317,74

MYR

Ringgit Malażjan

4,7203

PHP

Peso Filippin

52,801

RUB

Rouble Russu

68,4111

THB

Baht Tajlandiż

37,760

BRL

Real Brażiljan

3,6394

MXN

Peso Messikan

21,8727

INR

Rupi Indjan

72,5925


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

26.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8216 — Allianz/Dalmore/BEL)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 440/04)

1.

Fl-21 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Allianz SE (“Allianz”, il-Ġermanja) u Dalmore Infrastructure Investments Limited Partnership (“Dalmore”, ir-Renju Unit) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Bazalgette Equity Limited (“BEL”, ir-Renju Unit) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Allianz huwa grupp dinji li joffri servizzi finanzjarji attiv fl-assigurazzjoni u l-ġestjoni tal-assi;

Dalmore hija kumpanija indipendenti tal-ġestjoni tal-fondi li tiffoka fuq opportunitajiet ta’ riskju baxx għal investituri istituzzjonali fis-settur tal-infrastruttura fir-Renju Unit;

BEL hija l-kumpannija prinċipali ta’ Bazalgette Tunnel Limited li ngħatat Liċenzja ta’ Proġett skont l-Att tal-1991 dwar l-Industrija tal-Ilma biex taġixxi bħala l-fornitur tal-infrastruttura responsabbli għal Thames Tideway Tunnel f’Londra.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8216 — Allianz/Dalmore/BEL, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

26.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/4


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2016/C 440/05)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA MHUX MINURI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“TERRE TARENTINE”

Nru tal-UE: IT-PDO-0105-01356 — 24.7.2015

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

O. P. AJPROL Soc. Coop. Agricola dei Produttori olivicoli già Associazione dei Produttori Olivicoli della provincia di Taranto [Kooperattiva (eks assoċjazzjoni) ta’ produtturi taż-żebbuġ fil-provinċja ta’ Taranto].

Indirizz: S. S. 7 Appia, Km. 640.4

74010 Statte (TA)

ITALIA

Tel. +39 0994527778

Fax +39 0994551832.

Email: info@ajprol.it; email iċċertifikata (PEC): ajprol@pec.it

L-assoċjazzjoni ta’ protezzjoni ta’ hawn fuq għandha d-dritt tissottometti applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-14 ta’ Ottubru 2013 tal-Ministeru tal-Politika tal-Agrikoltura, Ikel u Forestrija.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Italja

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Isem tal-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn [ġew imdaħħla dettalji tal-korp ta’ kontroll]

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tiġi kwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma ġiex ippubblikat Dokument Uniku (jew ekwivalenti) li ma għandhiex tiġi kwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

5.   Emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem

L-emenda tikkonċerna tliet parametri kimiċi ċitati fl-Artikolu 8 tal-ispeċifikazzjoni. L-emendi proposti huma:

 

K232 minn ≤ 1,7 għal ≤ 2,4

 

Aċidu linoleniku minn ≤ 0,6 % għal ≤ 0,9 %

 

Kampesterol minn ≤ 3,3 % għal ≤ 3,5 %

Meta l-Ispeċifikazzjonijiet kienu qed jiġu abbozzati fil-bidu tas-snin elfejn, il-parametri kimiċi li issa huma soġġetti għat-talba għal emenda kienu jistgħu jintlaħqu, għalkemm b’xi diffikultà.

Wara l-għarfien Ewropew u fid-dawl tad-dejta kkumpilata mill-analiżi mwettqa b’mod sistematiku fuq il-prodott biex jiġi ċċertifikat l-istatus tad-DOP, id-diffikultà biex jintlaħqu dawn il-parametri bdiet issir apparenti.

Id-diffikultajiet kienu dovuti għal ċirkostanzi lokali avversi momentarji u ta’ ħajja qasira.

Kien biss sussegwentement li ħareġ li ma kienx każ ta’ ċirkostanzi lokali temporanjament avversi iżda fil-fatt ir-riżultat ta’ kundizzjonijiet mifruxa li x’aktarx kienu prodotti mill-bidliet fil-klima u ambjentali.

B’evidenza ta’ dan, aħna nosservaw li anki r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 (2) ġie emendat billi żdied, pereżempju, il-valur tal-aċidu linolejku minn ≤ 0,8 % għal ≤ 1 %.

Is-snin ta’ kontrolli fuq il-lottijiet kollha taż-żejt taż-żebbuġa prodott b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ fiż-żona ġeografika identifikata wrew id-diffikultà estrema biex tinkiseb iċ-ċertifikazzjoni tad-DOP għal parti kbira taż-żejt prodott.

L-emenda mitluba għandha, billi tadotta valuri li huma attwalment kompatibbli mal-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima taż-żona identifikata, tippermetti li tinħareġ ċertifikazzjoni tad-DOP, li llum saret inibita ħafna minħabba dawn il-limiti restrittivi żżejjed.

L-emendi proposti għall-valuri tal-limitu tal-K232, il-perċentwal ta’ aċidu linoleniku u l-perċentwal ta’ kampesterol ma jinvolvu ebda emenda sinifikanti fil-karatteristiċi kwalitattivi tipiċi, lanqas ma jinvolvu xi emenda għall-kwalitajiet organolettiċi jew l-istabbiltà taż-żejt taż-żebbuġa straverġni DOP “Terre Tarentine” maż-żmien.

Prova tal-oriġini

Fi kwalunkwe ħin tar-reġistrazzjoni, l-informazzjoni dwar il-prova tal-oriġini kienet tinsab biss fl-iskeda tas-sommarju u ma kien hemm l-ebda artikolu speċifiku fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Żdied għalhekk artikolu speċifiku mal-ispeċifikazzjonijiet abbażi tal-informazzjoni diġà ppreżentata fl-iskeda tas-sommarju; żdiedu dettalji addizzjonali biex din l-informazzjoni tkun magħmula aktar ċara.

Ir-raba’ u l-ħames paragrafi tal-iskeda tas-sommarju jgħidu:

“Iż-żebbuġ jiġi minn imsaġar taż-żebbuġ li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni u għal dan il-għan il-produtturi jniżżlu l-faċilitajiet tagħhom f’reġistru li jkun debitament inħoloq u aġġornat mill-korp ta’ spezzjoni.

Il-produzzjoni, l-ipproċessar, l-ippakkjar u l-ibbottiljar isiru fiż-żona ġeografika definita u l-produtturi li jippjanaw biex jikkummerċjalizzaw iż-żejt taż-żebbuġa straverġni tagħhom taħt dak l-isem għandhom, sabiex tkun żgurata t-traċċabbiltà tal-prodott, jirreġistraw il-faċilitajiet tal-ipproċessar tagħhom fir-reġistri speċjali li jinżammu u jiġu aġġornati mill-korp ta’ spezzjoni; kull sena dawn għandhom ukoll jirreġistraw il-kwantità taż-żebbuġ ipproċessat u l-ammont taż-żejt prodott.”

L-Artikolu 11, li ġie miżjud mal-ispeċifikazzjoni, jgħid:

“Kull fażi tal-proċess produttiv għandha tkun immonitorjata billi jiġu ddokumentati għal kull waħda mill-fażijiet, il-prodotti li jidħlu u dawk li joħorġu. It-traċċabbiltà tal-prodott hija żgurata billi jitniżżlu l-irqajja’ katastali li fuqhom jitkabbar il-prodott, kif ukoll id-dettalji tal-produtturi, taħħana u dawk li jippakkjaw, fuq listi ġestiti mill-korp ta’ spezzjoni, u billi jinżammu reġistri tal-produzzjoni u l-ippakkjar. Il-persuni kollha, fiżiċi u ġuridiċi, imniżżla fil-listi relatati, se jkunu suġġetti għall-kontroll mill-organu ta’ spezzjoni, skont kif previst mill-ispeċifikazzjoni tal-produzzjoni u tal-pjan ta’ kontroll relatat.”

Barra minn hekk, l-informazzjoni dwar regoli speċifiċi rigward l-ippakkjar fil-ħames paragrafu tal-iskeda tas-sommarju u l-Artikolu 9 tal-ispeċifikazzjoni tingħata wkoll fil-punt 3.5 tad-Dokument Uniku, flimkien mal-ġustifikazzjoni meħtieġa. Għalhekk, il-punt 3.5 tad-dokument uniku huwa fformulat kif ġej:

“Iż-żejt taż-żebbuġa straverġni DOP ‘Terre Tarentine’ għandu jiġi bbottiljat u ppakkjat fiż-żona ġeografika identifikata. Dan ir-rekwiżit jagħmilha possibbli biex kwalunkwe trasport taż-żejt f’lott jinżamm għal wieħed minimu, u dan spiss jirriżulta f’bidliet kimiċi minuri li jissarfu f’bidliet organolettiċi sinifikanti. Iż-żejt taż-żebbuġa huwa estremament sensittiv għall-interferenza aromatika li tista’ tiġi kkawżata mill-ambjent intern tat-tank użat għat-trasport taż-żejt. Sabiex jinżammu l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott tul il-proċess tal-produzzjoni u tiġi ggarantita konformità mar-rekwiżiti ta’ kwalità, iż-żejt ‘Terrre Tarentine’ minn dejjem kellu jiġi ppakkjat fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4. Bis-saħħa tal-għarfien speċifiku tagħhom ta’ kif jimmaniġġjaw iż-żejt matul il-fażi ta’ qabel l-ippakkjar u tal-ippakkjar, il-produtturi lokali huma kapaċi jiddeterminaw, fost affarijiet oħrajn, iż-żminijiet u l-metodi ideali ta’ filtrazzjoni u ssetiljar u t-temperatura ideali għall-ippakkjar. L-ippakkjar fiż-żona fit-tmiem tal-proċess tal-produzzjoni huwa għalhekk meħtieġ biex jiġi żgurat li l-karatteristiċi organolettiċi u ta’ kwalità taż-żejt taż-żebbuġa straverġni DOP ‘Terre Tarentine’ huma preservati. L-ippakkjar fiż-żona jippermetti wkoll lill-korp ta’ spezzjoni biex jimmonitorja l-proċess kollu ta’ produzzjoni u ppakkjar bl-aktar mod effettiv possibbili sabiex jiġu ggarantiti l-karatteristiċi tipiċi tal-prodott u fl-istess ħin tiġi żgurata t-traċċabilità tiegħu.”

Rabta

Fil-ħin tar-reġistrazzjoni, l-informazzjoni fuq ir-rabta kienet tinsab biss fl-ewwel tliet paragrafi tal-punt 4.5 u fil-punt 4.6 tal-iskeda tas-sommarju, u ma kien hemm l-ebda artikolu speċifiku dwar ir-rabta fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

L-informazzjoni li tinsab fl-ewwel tliet paragrafi tal-punt 4.5 u fil-punt 4.6 tal-iskeda tas-sommarju, peress li ġiet irriformulata u ssupplimentata, ġiet għalhekk inkluża fl-Artikolu 12. Għalhekk, rigward ir-rabta, l-Artikolu 12 tal-ispeċfikazzjoni jgħid:

“It-tkabbir taż-żebbuġ jirrappreżenta fattur ta’ produzzjoni prinċipali u għandu rwol ewlieni fl-ekonomija lokali.

Iż-żona tal-produzzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa straverġni ‘Terre Tarentine’ tinsab fl-iskarpata tal-punent tal-provinċja ta’ Taranto. Hija esposta min-naħa tan-Nofsinhar u protetta min-naħa tat-Tramuntana permezz tal-għoljiet Murge u hija mmarkata b’karatteristiċi agronomiċi estremament speċjalizzati u kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima favorevoli li huma tipiċi ta’ Tarantine Arco Jonico, li tgawdi minn klima moderata. Il-ħamrija hija ramlija, fonda, u t-tip tagħha huwa l-aktar aħmar fil-kannella, b’konsistenza ġeblija, ta’ żnied u ċagħaq żgħir tal-franka, li tvarja minn xejn għal waħda għolja; il-permeabilità tvarja minn waħda medja għal għolja għal waħda għolja ħafna. Il-kontenut tat-tafal huwa ugwali għal jew inqas minn 20 %, filwaqt li l-franka hija ugwali jew inqas minn 5 %. Il-klima hija sħuna u xotta; ix-xita medja tvarja minn minimu ta’ madwar 10 mm f’Lulju għal massimu ta’ madwar 80 mm f’Novembru. It-temperatura medja annwali toqrob għal madwar 15-16 °C, b’temperatura minima ta’ madwar 9 °C u dik massima ta’ 30 °C.

Il-ħamrija eċċezzjonali u l-kundizzjonijiet klimatiċi fiż-żona ta’ Tarantine Arco Jonico, flimkien mal-ambjent karatteristiku taż-żona ta’ produzzjoni għat-‘Terre Tarentine’ DOP jagħtu kwalitajiet uniċi liż-żejt prodott. Il-klima sħuna u xotta Mediterranja u l-ħamrija ramilja u fonda, li t-tip tagħha huwa l-aktar aħmar fil-kannella, tiffavorixxi l-iżvilupp ta’ firxa wiesgħa ta’ polifenoli li jipproduċu togħma morra u punġenti.

Barra minn hekk, il-ġenomi antiki ħafna tal-varjetajiet lokali ta’ siġar li għandhom mijiet ta’ snin jagħtu togħma distintiva u unika.

Iż-żona ta’ Tarantine Arco Jonico hija unika u s-siġra taż-żebbuġ tant ġiet akklimitizzata sew għall-kundizzjonijiet lokali li huwa possibbli sa llum il-ġurnata li wieħed jibqa’ meraviljat minn siġar li għandhom mijiet ta’ snin; is-siġra taż-żebbuġ tista’ b’mod ġenwin titqies li tikkostitwixxi partimonju ambjentali u storiku. Il-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija uniċi jagħtu togħma liż-żejt taż-żebbuġa straverġni ta’ ‘Terre Tarentine’ li tipikament hija armonjuża u distintiva, differenti ħafna minn żejt taż-żebbuġa prodott fiż-żoni fil-qrib ta’ Bari (punġenti u qawwija) u Salento (ħelwa u delikata), u anki bis-saħħa tal-kombinazzjoni ta’ varjetajiet imkabbra (ara l-punt 3.3) li ma tinsabx bl-istess ammont f’xi żona oħra ta’ produzzjoni. Togħma tipikament armonjuża tfisser li għall-kuntrarju taż-żejt miż-żona fil-qrib ta’ Bari, li hija dominata mill-varjetà Coratina li tagħtiha togħma punġenti u morra b’togħma ta’ frott intensa, u għall-kuntrarju taż-żejt miż-żona fil-qrib ta’ Lecce, li hija kkaratterizzata ħafna minn varjetajiet lokali li jġibuha kważi bla togħma b’tendenza li tiġi waħda monotona u ħelwa b’daqsxejn togħma ta’ frott, iż-żejt taż-żebbuġa straverġni ‘Terre Tarentine’ b’mod spontanju jiżviluppa togħma bbilanċjata bejn morra, ħelwa u punġenti b’togħma moderata ta’ frott.”

Oħrajn

Żdiedu referenzi għall-Awtorità ta’ Spezzjoni li ma kinux inklużi fl-ispeċifikazzjonijiet attwalment fis-seħħ. L-Artikolu 10 tal-ispeċifikazzjoni jistqarr li l-“Konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott taż-żejt taż-żebbuġa straverġni DOP ‘Terre Tarentine’ għandha tiġi vverifikata, kif meħtieġ mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, mill-awtorità ta’ spezzjoni pubblika, il-Kamra tal-Kummerċ ta’ Taranto, li tinsab fi Viale Virgilio 152, 74121 Taranto — Tel. +39 099 7783311 — Faks +39 0492 2109797 — Email: pat@ta.camcom.it”

DOKUMENT UNIKU

“TERRE TARENTINE”

Nru tal-UE: IT-PDO-0105-01356 — 24.7.2015

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem

“Terre Tarentine”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Meta jinħareġ għall-konsum, iż-żejt taż-żebbuġa ta’ “Terre Tarentine’ jista” jkun jew jista’ ma jkunx iffiltrat u għandu jissodisfa l-karatteristiċi li ġejjin:

Kulur: isfar fl-aħdar;

Fluwidità: medja;

Togħma: ta’ frott b’morr medju u kemmxejn punġenti; l-aċidità massima totali skont il-piż espressa f’aċidu olejku: mhux aktar minn 0,6 g għal kull 100 g ta’ żejt;

Valur tal-perossidu: ≤12 Meq O2/Kg;

K232: ≤2,4;

K270: ≤0,150;

Aċidu linolejku: ≤10 %;

Aċidu linolejku: ≤0,9 %;

Aċidu olejku: ≤70 %;

Valur tal-kampesterol: ≤ 3,5 %;

Trillinolina: ≤0,2 %.

Il-parametri l-oħrajn kollha kimiċi/fiżiċi li mhumiex espressament imsemmija għandhom ikunu konformi mar-Regolament (KEE) Nru 2568/91 kif emendat u ssupplimentat.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Terre Tarentine” tista’ tintuża biss għal żejt miksub mill-varjetajiet taż-żebbuġ li ġejjin li huma mħawlin jew waħedhom jew f’kombinazzjoni, fl-imsaġar taż-żebbuġ fiż-żona ġeografika: Leccino, Coratina, Ogliarola u Frantoio, li għandhom jagħmlu mill-inqas 80 % taż-żebbuġ magħsur biex jiġi prodott iż-żejt, f’perċentwali varjabbli b’mod reċiproku; l-20 % li jifdal huwa magħmul minn varjetajiet lokali oħrajn iżgħar li jikbru fl-imsaġar taż-żebbuġ fiż-żona tal-produzzjoni.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji kollha fil-proċess tal-produzzjoni: jiġifieri l-kultivazzjoni, il-ħsad u l-estrazzjoni taż-żejt, għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

Iż-żejt taż-żebbuġa straverġni DOP “Terre Tarentine” għandu jiġi bbottiljat u ppakkjat fiż-żona ġeografika identifikata. Dan ir-rekwiżit jagħmilha possibbli biex kwalunkwe trasport taż-żejt f’lott jinżamm għal wieħed minimu, u dan spiss jirriżulta f’bidliet kimiċi minuri li jissarfu f’bidliet organolettiċi sinifikanti. Iż-żejt taż-żebbuġa huwa estremament sensittiv għal interferenza aromatika li tista’ tiġi kkawżata mill-ambjent intern tat-tank użat għat-trasport taż-żejt. Sabiex jinżammu l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott tul il-proċess tal-produzzjoni u tiġi ggarantita konformità mar-rekwiżiti ta’ kwalità, iż-żejt taż-żebbuġa straverġni DOP “Terrre Tarentine” minn dejjem kellu jiġi ppakkjat fiż-żona msemmija fil-punt 4. Bis-saħħa tal-għarfien speċifiku tagħhom ta’ kif jimmaniġġjaw iż-żejt matul il-fażi ta’ qabel l-ippakkjar u tal-ippakkjar, il-produtturi lokali huma kapaċi jiddeterminaw, fost affarijiet oħrajn, iż-żminijiet u l-metodi ideali ta’ filtrazzjoni u ssetiljar u t-temperatura ideali għall-ippakkjar. L-ippakkjar fiż-żona fit-tmiem tal-proċess tal-produzzjoni huwa għalhekk meħtieġ biex jiġi żgurat li l-karatteristiċi organolettiċi u ta’ kwalità taż-żejt taż-żebbuġa straverġni DOP “Terre Tarentine” huma preservati. L-ippakkjar fiż-żona jippermetti wkoll lill-korp ta’ spezzjoni biex jimmonitorja l-proċess kollu tal-produzzjoni u l-ippakkjar bl-aktar mod effettiv possibbli sabiex jiġu ggarantiti l-karatteristiċi tipiċi tal-prodott u fl-istess ħin tiġi żgurata t-traċċabilità tiegħu.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta għandu jidher fuq it-tikketta b’ittri distinti u li ma jitħassrux b’kulur li jikkuntrasta sew ma’ dak tat-tikketta nnifisha b’tali mod li jintgħaraf b’mod ċar mill-informazzjoni l-oħra li tidher fuq it-tikketta. Is-sena tal-produzzjoni taż-żebbuġ li minnu jiġi prodott iż-żejt għandha tiġi indikata fuq it-tikketta, flimkien mal-indikazzjoni “data tal-aħjar qabel” li tindika x-xahar u s-sena ta’ data li ma taqbiżx 15-il xahar mid-data ta’ produzzjoni.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona fejn iż-żebbuġ maħsub għall-għasir biex jiġi prodott iż-żejt taż-żebbuġa straverġni “Terre Tarentine” jiġi mkabbar u proċessat tinkludi ż-żona amministrattiva kollha tal-muniċipalitajiet tal-provinċja ta’ Taranto: it-territorju tal-muniċipalità ta’ Taranto daħal fir-reġistru taħt l-ittra “A”, Ginosa, Laterza, Castellaneta, Palagianello, Palagiano, Mottola, Massafra, Crispiano, Statte, Martina Franca, Monteiasi u Montemesola.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

It-tkabbir taż-żebbuġ jirrappreżenta fattur ta’ produzzjoni maġġuri u għandu rwol ewlieni fl-ekonomija lokali.

Iż-żona tal-produzzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa straverġni “Terre Tarentine” tinsab fl-iskarpata tal-punent tal-provinċja ta’ Taranto. Hija esposta min-naħa tan-Nofsinhar u protetta min-naħa tat-Tramuntana permezz tal-għoljiet Murge u hija mmarkata b’karatteristiċi agronomiċi estremament speċjalizzati u kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima favorevoli li huma tipiċi ta’ Tarantine Arco Jonico, li tgawdi minn klima moderata. Il-ħamrija hija ramlija, fonda, u t-tip tagħha huwa l-aktar aħmar fil-kannella, b’konsistenza ġeblija, ta’ żnied u ċagħaq żgħir tal-franka, li tvarja minn xejn għal waħda għolja; il-permeabilità tvarja minn waħda medja għal għolja għal waħda għolja ħafna. Il-kontenut tat-tafal huwa ugwali għal jew inqas minn 20 %, filwaqt li l-franka hija ugwali jew inqas minn 5 %. Il-klima hija sħuna u xotta; ix-xita medja tvarja minn minimu ta’ madwar 10 mm f’Lulju għal massimu ta’ madwar 80 mm f’Novembru. It-temperatura medja annwali toqrob għal madwar 15-16 °C, b’temperatura minima ta’ madwar 9 °C u dik massima ta’ 30 °C.

Il-ħamrija eċċezzjonali u l-kundizzjonijiet klimatiċi fiż-żona ta’ Tarantine Arco Jonico, flimkien mal-ambjent karatteristiku taż-żona ta’ produzzjoni għat-“Terre Tarentine” DOP jagħtu kwalitajiet uniċi liż-żejt prodott. Il-klima sħuna u xotta Mediterranja u l-ħamrija ramilja u fonda, li t-tip tagħha huwa l-aktar aħmar fil-kannella, tiffavorixxi l-iżvilupp ta’ firxa wiesgħa ta’ polifenoli li jipproduċu togħma morra u punġenti.

Barra minn hekk, il-ġenomi antiki ħafna tal-varjetajiet lokali ta’ siġar li għandhom mijiet ta’ snin jagħtu togħma distintiva u unika.

Iż-żona ta’ Tarantine Arco Jonico hija unika u s-siġra taż-żebbuġ tant ġiet akklimitizzata sew għall-kundizzjonijiet lokali li huwa possibbli sa llum il-ġurnata li wieħed jibqa’ meraviljat minn siġar li għandhom mijiet ta’ snin; is-siġra taż-żebbuġ tista’ b’mod ġenwin titqies li tikkostitwixxi partimonju ambjentali u storiku. Il-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija uniċi jagħtu togħma liż-żejt taż-żebbuġa straverġni “Terre Tarentine” li tipikament hija armonjuża u distintiva u differenti ħafna minn żejt taż-żebbuġa prodott fiż-żoni fil-qrib ta’ Bari (punġenti u qawwija) u Salento (ħelwa u delikata), u anki bis-saħħa tal-kombinazzjoni ta’ varjetajiet imkabbra (ara l-punt 3.3) li ma tinsabx bl-istess mod f’xi żona oħra ta’ produzzjoni. Togħma tipikament armonjuża tfisser li għall-kuntrarju taż-żejt miż-żona fil-qrib ta’ Bari, li hija dominata mill-varjetà Coratina li tagħtiha togħma punġenti u morra b’togħma ta’ frott intensa, u għall-kuntrarju taż-żejt miż-żona fil-qrib ta’ Lecce, li hija kkaratterizzata ħafna minn varjetajiet lokali li jġibuha kważi bla togħma b’tendenza li tiġi waħda monotona u ħelwa b’daqsxejn togħma ta’ frott, iż-żejt taż-żebbuġa straverġni “Terre Tarentine” b’mod spontanju jiżviluppa togħma bbilanċjata bejn morra, ħelwa u punġenti b’togħma moderata ta’ frott.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

It-test konsolidat tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott huwa disponibbli fuq l-Internet: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew inkella:

billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija (www.politicheagricole.it) u jikklikkja fuq il-kliem “Prodotti DOP e IGP” (fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u wara jikklikkja fuq il-kliem “Prodotti DOP, IGP e STG” (fin-naħa ta’ fuq ix-xellug tal-iskrin) u finalment fuq “Disciplinari di produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1.