ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 436

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
24 ta' Novembru 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

 

IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2013–2014
Dati tas-seduti: 18-21 ta’ Novembru 2013
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 53 E, 25.2.2014 .
TESTI ADOTTATI

1


 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

L-Erbgħa 20 ta’ Novembru 2013

2016/C 436/01

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar is-siti tas-sedi tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (2012/2308(INI))

2

 

Il-Ħamis 21 ta’ Novembru 2013

2016/C 436/02

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar is-sitwazzjoni attwali tal-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp u l-preparamenti għad-Disa' Konferenza Ministerjali (2013/2740(RSP))

6

2016/C 436/03

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-pjan ta' azzjoni dwar l-Intraprenditorija 2020 – Tkebbis mill-ġdid tal-ispirtu tal-intraprendenza fl-Ewropa (2013/2532(RSP))

11

2016/C 436/04

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (abbażi tar-Rapport Annwali tal-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni) (14605/1/2012 – 2013/2105(INI))

17

2016/C 436/05

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (2013/2125(INI))

26

2016/C 436/06

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (2013/2841(RSP))

35

2016/C 436/07

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-Bangladexx: id-drittijiet tal-bniedem u l-elezzjonijiet li jmiss (2013/2951(RSP))

39

2016/C 436/08

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-Qatar: is-sitwazzjoni tal-ħaddiema migranti (2013/2952(RSP))

42

2016/C 436/09

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar ġustizzja ekwa fil-Bolivja, b'mod partikolari l-każijiet ta' Előd Tóásó u Mario Tadić (2013/2953(RSP))

45


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 19 ta’ Novembru 2013

2016/C 436/10

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-konklużjoni ta' ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba (2011/2152(ACI))

47


 

III   Atti preparatorji

 

IL-PARLAMENT EWROPEW

 

It-Tlieta 19 ta’ Novembru 2013

2016/C 436/11

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (11791/2013 – C7-0238/2013 – 2011/0177(APP))

49

2016/C 436/12

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2013/tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni (14180/2013 – C7-0350/2013 – 2013/2160(BUD))

52

2016/C 436/13

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2013 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni (14871/2013 – C7-0387/2013 – 2013/2227(BUD))

54

2016/C 436/14

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/004 ES/Comunidad Valenciana materjali tal-bini minn Spanja) (COM(2013)0635 – C7-0269/2013 – 2013/2192(BUD))

56

2016/C 436/15

P7_TA(2013)0460
Il-programm Erasmus għal Kulħadd ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ERASMUS GĦAL KULĦADD Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport (COM(2011)0788 – C7-0436/2011 – 2011/0371(COD))
P7_TC1-COD(2011)0371
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Erasmus+: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE

59

2016/C 436/16

P7_TA(2013)0461
Programm Ewropa Kreattiva ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (COM(2011)0785 – C7-0435/2011 – 2011/0370(COD))
P7_TC1-COD(2011)0370
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) u li jirrevoka d-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE

60

2016/C 436/17

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar ir-regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020 (12557/2013 – C7-0307/2013 -– 2011/0436(APP))

61

2016/C 436/18

P7_TA(2013)0463
Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (COM(2011)0665/3 – C7-0374/2011 – 2011/0302(COD))
P7_TC1-COD(2011)0302
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Reglamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010

62

2016/C 436/19

P7_TA(2013)0464
Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (COM(2011)0650/3 – C7-0375/2012 – 2011/0294(COD))
P7_TC1-COD(2011)0294
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE

63

2016/C 436/20

P7_TA(2013)0465
L-istatistika agrikola u tas-sajd ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti atti leġiżlattivi fil-qasam tal-istatistika agrikola u tas-sajd (COM(2012)0724 – C7-0397/2012 – 2012/0343(COD))
P7_TC1-COD(2012)0343
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti atti leġislattivi fil-qasam tal-istatistika agrikola u tas-sajd

64

2016/C 436/21

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li Jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (07917/2013 – C7-0180/2013 – 2013/0086(NLE))

65

2016/C 436/22

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-aċċettazzjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Emenda għall-Artikoli 25 u 26 tal-Konvenzjoni fuq il-protezzjoni u l-użu ta’ passaġġi tal-ilma transkonfinali u għadajjar internazzjonali (12713/2013 – C7-0304/2013 – 2013/0127(NLE))

66

2016/C 436/23

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Programm Supplimentari ta’ Riċerka għall-proġett ITER (2014-2018) (COM(2011)0931 – C7-0032/2012 – 2011/0460(NLE))

67

2016/C 436/24

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar dwar il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (COM(2011)0812 – C7-0009/2012 – 2011/0400(NLE))

76

2016/C 436/25

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari (COM(2011)0841 – C7-0014/2012 – 2011/0414(CNS))

106

2016/C 436/26

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-programmi ta' għajnuna għad-dekummissjonar ta' impjanti nukleari fil-Bulgarija, il-Litwanja u s-Slovakkja (COM(2011)0783 – C7-0514/2011 – 2011/0363(NLE))

122

 

L-Erbgħa 20 ta’ Novembru 2013

2016/C 436/27

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar l-abbozz konġunt ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja (16106/2013 ADD 1-5 – C7-0413/2013 – 2013/2145(BUD))

140

2016/C 436/28

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà (COM(2013)0647 – C7-0302/2013 – 2013/2223(BUD))

160

2016/C 436/29

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2013 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni (14872/2013 – C7-0388/2013 – 2013/2257(BUD))

162

2016/C 436/30

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (nixfa u nirien fil-foresti fir-Rumanija u għargħar fil-Ġermanja, l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka) (COM(2013)0692 – C7-0343/2013 – 2013/2255(BUD))

203

2016/C 436/31

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità (COM(2013)0559 – C7-0235/2013 – 2013/2159(BUD))

204

2016/C 436/32

P7_TA(2013)0477
Sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita (COM(2011)0814 – C7-0464/2011 – 2011/0392(COD))
P7_TC1-COD(2011)0392
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropewn adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

206

2016/C 436/33

P7_TA(2013)0478
Assistenza makrofinanzjarja għar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprevedi assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan (COM(2013)0242 – C7-0119/2013 – 2013/0128(COD))
P7_TC1-COD(2013)0128
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novemrbu 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċizjoni Nru …/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan

208

2016/C 436/34

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga (12221/2013 – C7-0308/2013 – 2013/0005(NLE))

209

2016/C 436/35

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI fir-rigward tal-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet (16229/2012 – C7-0011/2013 – 2013/0801(CNS))

210

2016/C 436/36

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (ERIC) (COM(2012)0682 – C7-0421/2012 – 2012/0321(NLE))

211

2016/C 436/37

P7_TA(2013)0482
Dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fondi Ewropej (*) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (COM(2013)0246 – C7-0107/2013 – 2011/0276(COD))
P7_TC1-COD(2011)0276
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006

212

2016/C 436/38

P7_TA(2013)0483
Il-Fond Soċjali Ewropew ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1081/2006 (COM(2011)0607/2 – C7-0327/2011 – 2011/0268(COD))
P7_TC1-COD(2011)0268
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006

216

2016/C 436/39

P7_TA(2013)0484
Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, u l-Investiment li għandu fil-mira ttkabbir ekonomiku u l-impjiegi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, u l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (COM(2011)0614 – C7-0328/2011 – 2011/0275(COD))
P7_TC1-COD(2011)0275
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari f-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006

217

2016/C 436/40

P7_TA(2013)0485
Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (COM(2011)0611 – C7-0326/2011 – 2011/0273(COD))
P7_TC1-COD(2011)0273
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari f-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea

219

2016/C 436/41

P7_TA(2013)0486
Il-Fond ta' Koeżjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 (COM(2011)0612 – C7-0325/2011 – 2011/0274(COD))
P7_TC1-COD(2011)0274
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari f-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006

221

2016/C 436/42

P7_TA(2013)0487
Raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT) fir-rigward taċ-ċarezza, is-simplifikazzjoni u t-titjib għat-twaqqif u l-implimentazzjoni ta' tali gruppi (COM(2011)0610/2 – C7-0324/2011 – 2011/0272(COD))
P7_TC1-COD(2011)0272
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari f-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 dwar raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT) fir-rigward taċ-ċarezza, is-simplifikazzjoni u t-titjib għat-twaqqif u l-implimentazzjoni ta' tali gruppi

223

2016/C 436/43

P7_TA(2013)0488
Bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati fil-borża ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati fil-borża u miżuri relatati (COM(2012)0614 – C7-0382/2012 – 2012/0299(COD))
P7_TC1-COD(2012)0299
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati fil-borża u miżuri relatati
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

225

2016/C 436/44

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti bit-tagħrif ewlieni għall-prodotti ta' investiment (COM(2012)0352 – C7-0179/2012 – 2012/0169(COD))

241

2016/C 436/45

P7_TA(2013)0490
Il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-PAK ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni (COM(2011)0628 – C7-0341/2011 – COM(2012)0551 – C7-0312/2012 – 2011/0288(COD))
P7_TC1-COD(2011)0288
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-maniġġar u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008

270

2016/C 436/46

P7_TA(2013)0491
Appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (COM(2011)0627 – C7-0340/2011 – COM(2012)0553 – C7-0313/2012 – 2011/0282(COD))
P7_TC1-COD(2011)0282
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005

272

2016/C 436/47

P7_TA(2013)0492
Organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (Regolament dwar l-OKS Unika) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (Regolament dwar l-OKS Unika) (COM(2011)0626 – C7-0339/2011 – COM(2012)0535 – C7-0310/2012 – 2011/0281(COD))
P7_TC1-COD(2011)0281
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007

274

2016/C 436/48

P7_TA(2013)0493
Pagamenti diretti lill-bdiewa skont skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-PAK ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-pagamenti diretti lill-bdiewa skont skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni (COM(2011)0625 – C7-0336/2011 – COM(2012)0552 – C7-0311/2012 – 2011/0280(COD))
P7_TC1-COD(2011)0280
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009

277

2016/C 436/49

P7_TA(2013)0494
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali rigward ir-regolamenti dwar il-pagamenti diretti, l-iżvilupp rurali u lfinanzjament, il-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-PAK ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżitorji dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru [RD] rigward ir-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2014 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru [DP], (UE) Nru [HR] u (UE) Nru [OKS unika] fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2014 (COM(2013)0226 – C7-0104/2013 – 2013/0117(COD))
P7_TC1-COD(2013)0117
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regoalment (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet transitorji dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2014 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2014

279

2016/C 436/50

P7_TA(2013)0495
Dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom u għar-regoli ta' diżimpenn għal ċerti Stati Membri ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni finanzjarja, għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew li huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom u r-regoli tad-diżimpenn għal ċerti Stati Membri. (COM(2013)0301 – C7-0143/2013 – 2013/0156(COD))
P7_TC1-COD(2013)0156
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni finanzjarja, għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew li huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom, mar-regoli tad-diżimpenn għal ċerti Stati Membri, u mar-regoli dwar il-pagamenti tal-bilanċ finali

281

2016/C 436/51

P7_TA(2013)0496
L-allokazzjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri mill-Fond Soċjali Ewropew ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ir-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar l-allokazzjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri mill-Fond Soċjali Ewropew (COM(2013)0560 – C7-0244/2013 – 2013/0271(COD))
P7_TC1-COD(2013)0271
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 fir-rigward tal-allokazzjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri mill-Fond Soċjali Ewropew

282

2016/C 436/52

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra (13331/2012 – C7-0036/2013 – 2012/0229(NLE))

283

 

Il-Ħamis 21 ta’ Novembru 2013

2016/C 436/53

P7_TA(2013)0499
Orizzont 2020 – programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni (2014-2020) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (2014–2020) (COM(2011)0809 – C7-0466/2011 – 2011/0401(COD))
P7_TC1-COD(2011)0401
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE

284

2016/C 436/54

P7_TA(2013)0500
Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f'Orizzont 2020 ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f''Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (2014-2020)' (COM(2011)0810 – C7-0465/2011 – 2011/0399(COD))
P7_TC1-COD(2011)0399
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f' Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006

288

2016/C 436/55

P7_TA(2013)0501
L-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT): il-kontribuzzjoni tal-EIT għal Ewropa iktar innovattiva (COM(2011)0822 – C7-0462/2011 – 2011/0387(COD))
P7_TC1-COD(2011)0387
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta d-Deċiżjoni Nru …/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT): il-kontribuzzjoni tal-EIT għal Ewropa iktar innovattiva

292

2016/C 436/56

P7_TA(2013)0502
Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (COM(2011)0817 – C7-0467/2011 – 2011/0384(COD))
P7_TC1-COD(2011)0384
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

293

2016/C 436/57

P7_TA(2013)0503
Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (2014 – 2020) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-Intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (2014-2020) (COM(2011)0834 – C7-0463/2011 – 2011/0394(COD))
P7_TC1-COD(2011)0394
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME) (2014 – 2020) u jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE

294

2016/C 436/58

P7_TA(2013)0504
Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-21 ta' Novembru 2013 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li Jimplimenta Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014 – 2020) (COM(2011)0811 – C7-0509/2011 – 2011/0402(CNS))
P7_TC1-CNS(2011)0402
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li Jimplimenta Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

295

2016/C 436/59

P7_TA(2013)0505
L-Istatistika Ewropea ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-Istatistika Ewropea (COM(2012)0167 – C7-0101/2012 – 2012/0084(COD))
P7_TC1-COD(2012)0084
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regoalment (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-Istatistika Ewropea
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera)

380

2016/C 436/60

P7_TA(2013)0506
Programm tal-UE għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni (COM(2011)0609 – C7-0318/2011 – 2011/0270(COD))
P7_TC1-COD(2011)0270
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali

390

2016/C 436/61

P7_TA(2013)0507
Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (COM(2011)0874 – C7-0498/2011 – 2011/0428(COD))
P7_TC1-COD(2011)0428
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007

392

2016/C 436/62

P7_TA(2013)0508
Programm ta' azzjoni għat-tassazzjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' azzjoni għat-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Fiscalis 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE (COM(2012)0465 – C7-0242/2012 – 2011/0341B(COD))
P7_TC1-COD(2011)0341B
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta’ azzjoni biex jittejjeb it-tħaddim tas-sistemi ta' tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2014-2020 (Fiscalis 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE

394

2016/C 436/63

P7_TA(2013)0509
Programm ta' azzjoni għad-dwana ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE (COM(2012)0464 – C7-0241/2012 – 2011/0341A(COD))
P7_TC1-COD(2011)0341A
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta’ azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE

395

2016/C 436/64

P7_TA(2013)0510
Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Emenda għal Solvenza II) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvenza II) rigward id-dati tat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni u d-data tar-revoka ta' ċerti Direttivi (COM(2013)0680 – C7-0315/2013 – 2013/0327(COD))
P7_TC1-COD(2013)0327
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/138/KE (Solvenza II) rigward id-data tat-traspożizzjoni tagħha u d-data tal-applikazzjoni tagħha, u d-data tat-tħassir ta’ ċerti Direttivi (Solvenza I)

397


Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

***

Proċedura ta' approvazzjoni

***I

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari

***II

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari

***III

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att)

Emendi tal-Parlament:

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

MT

 


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/1


IL-PARLAMENT EWROPEW

SESSJONI 2013–2014

Dati tas-seduti: 18-21 ta’ Novembru 2013

Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 53 E, 25.2.2014 .

TESTI ADOTTATI

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

L-Erbgħa 20 ta’ Novembru 2013

24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/2


P7_TA(2013)0498

Is-siti tas-sedi tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar is-siti tas-sedi tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (2012/2308(INI))

(2016/C 436/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 232 u 341 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Protokoll 6, anness mat-Trattati, dwar is-sit tas-sedi tal-istituzzjonijiet u ta’ ċerti entitajiet, uffiċċji, aġenziji u dipartimenti tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 10, 14 u 48 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dikjarata tiegħu dwar dawn il-kwistjonijiet, b’mod partikolari fir-rakkomandazzjoni tiegħu mill-21 ta’ Ġunju 1958 (1), ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Lulju 1981 dwar is-sede tal-istituzzjonijiet tal-KE u b'mod partikolari tal-Parlament Ewropew (2), ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu għall-Konferenza Intergovernattiva tat-13 ta’ April 2000 (3), u r-riżoluzzjonijiet ta’ akkompanjament tiegħu: ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titlu "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva (4); ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2012 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew (5); ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2013, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew, Taqsima II – Il-Kunsill, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (6); Ir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2012 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2013 (7) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta' Baġit 2013 (8),

wara li kkunsidra l-Mistoqsijiet bil-Miktub E-000181-2007, E-006174-2009, E-006258-2009, E-002934-2012, E-002935-2012, E-004134-2012 u E-004135-2012 lill-Kummissjoni u lill-Kunsill,

wara li kkunsidra r-rapporti tas-Segretarju Ġenerali ta’ Settembru 2002 u Awwissu 2013 dwar l-ispiża għaż-żamma ta' tliet postijiet ta' ħidma,

wara li kkunsidra r-rapport tal-grupp ta’ ħidma konġunt tal-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits dwar il-baġit tal-Parlament għall-2012,

wara li kkunsidra r-rapporti ta’ attività tiegħu għall-1993-1999, għall-1999-2004, l-2004-2009 u l-2009-2011,

wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ECJ), b’mod partikolari l-kawżi C-230/81 (9), C-345/95 (10) u l-kawżi magħquda C-237/11 u C-238/11 (11),

wara li kkunsidra l-petizzjoni 630/2006 mill-kampanja Sede Waħda, li ġiet approvata minn aktar minn miljun ċittadin Ewropew,

wara li kkunsidra l-votazzjoni li saret fil-plenarja fit-23 ta' Ottubru 2012, li fiha maġġoranza (78 %) tal-Membri tagħha talbu lill-Istati Membri jirrevedu l-fehma tagħhom dwar il-kwistjoni ta' Strasburgu bħala s-sede uffiċjali tal-Parlament;

wara li kkunsidra l-Artikoli 5(3), 29, 41, 48, 74a, 201 u 202(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A7-0350/2013),

A.

billi l-Artikolu 341 TFUE jistabbilixxi li s-sedi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandha tiġi stabbilita bi ftehim komuni tal-gvernijiet tal-Istati Membri;

B.

billi l-Istati Membri għamlu dan fil-Protokoll 6 anness mat-Trattati, bl-istabbiliment ta' Brussell bħala s-sede tal-Kummissjoni, il-Kunsill (bil-laqgħat tiegħu jsiru fil-Belt tal-Lussemburgu fix-xhur ta' April, Ġunju u Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, bl-istabbiliment tal-Belt tal-Lussemburgu bħala s-sede tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Awdituri u l-Bank Ewropew tal-Investiment, bl-istabbiliment ta' Frankfurt bħala s-sede tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-istabbiliment ta' The Hague bħala s-sede tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija.

C.

billi d-deċiżjoni mill-Membri Stati dwar dawn is-sedi ntlaħqet fi ftehim usa’, filwaqt li jitqies l-iżvilupp storiku tal-Unjoni Ewropea u tal-istituzzjonijiet tagħha kif ukoll tal-kunsiderazzjonijiet ta’ dispersjoni ġeografika;

D.

billi l-Parlament Ewropew għandu rwol distint u uniku bħala l-unika istituzzjoni li hija eletta direttament miċ-ċittadini Ewropej u responsabbli lejhom, u peress li r-rwol tiegħu għadda mill-iktar bidliet sinifikanti fost l-istituzzjonijiet kollha, dan ir-rapport se jiffoka l-iktar fuq is-sede u l-arranġamenti tax-xogħol tal-Parlament Ewropew;

E.

billi l-Protokoll 6 anness mat-Trattati jistabbilixxi li l-Parlament għandu jkollu s-sede tiegħu fi Strasburgu, fejn għandhom isiru 12-il perjodu ta’ sessjonijiet plenarji, waħda għal kull xahar, inkluża s-sessjoni tal-baġit, li l-perjodi ta’ sessjonijiet plenarji addizzjonali għandhom isiru Brussell, li l-kumitati tiegħu għandhom jiltaqgħu fi Brussell, u li s-Segretarjat Ġenerali u d-dipartimenti tiegħu għandhom jibqgħu fil-Lussemburgu;

F.

billi l-Artikoli 10 u 14 tat-TUE jiddikjaraw li l-UE hija demokrazija rappreżentattiva bil-Parlament bħala r-rappreżentant dirett taċ-ċittadini Ewropej u li bħala koleġiżlatur il-Parlament huwa f’livell ugwali mal-Kunsill;

G.

billi l-Artikolu 232 TFUE jippermetti lill-Parlament jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess li skont l-istess jista' jiddetermina t-tul tas-sessjonijiet plenarji, skont it-trattati u l-każistika tal-ECJ;

H.

billi l-ECJ iddikjarat li s-sit tas-sede ma għandux ifixkel il-funzjonament tajjeb tal-Parlament; billi ddikjarat ukoll li filwaqt li hemm żvantaġġi u spejjeż li jiżdiedu minħabba l-fatt li hemm aktar minn post wieħed ta' ħidma, kull modifika tas-sede jew tal-post tal-ħidma titlob bidla fit-Trattat u, konsegwentement, il-kunsens tal-Istati Membri;

I.

billi l-Parlament għadda minn trasformazzjoni sħiħa, minn entità konsultattiva bi 78 membru sekondat li, l-aktar għal raġunijiet prattiċi, kienu jaqsmu l-faċilitajiet tagħhom mal- Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa fi Strasburgu, għal Parlament bl-effetti kollha, elett direttament b’766 membru attwalment li llum huwa koleġislatur fl-istess livell mal-Kunsill;

J.

billi l-mod li bih kibret il-kapaċità leġiżlattiva jidher fiż-żieda fl-ammont ta’ proċeduri ta’ kodeċiżjoni (issa proċedura leġiżlattiva ordinarja) minn 165 fl-1993-1999 għal 454 fl-2004-2009, għal ammont saħansitra ikbar fil-leġiżlatura attwali;

K.

billi r-rwol tal-parlament, li qed jinbidel, huwa rifless ukoll fiż-żieda b’150 % ta’ laqgħat interistituzzjonali, minn 16 000 għal tbassir ta’ 40 000 bejn l-2009 u l-2013, u fin-negozjati u t-trilogi kostanti mal-Kummissjoni, mal-Kunsill u mal-Istati Membri individwali, li issa jiffurmaw parti mill-proċess leġiżlattiv, u li wasslu għal żieda qawwija fl-ammont ta’ ftehimiet li ntlaħqu fl-ewwel qari, minn 28 % fl-1999-2004 għal 72 % fl-2004-2009;

L.

billi l-istruttura tal-kalendarju tal-Parlament (iffissat fis-Summit ta’ Edinburgh fl-1992) kienet stabbilita qabel kull tibdil fir-rwol tiegħu li rriżulta mill-adozzjoni tat-Trattati ta’ Maastricht, Amsterdam, Nizza u Lisbona;

M.

billi l-Kunsill u l-Kunsill Ewropew diġà kkonċentraw xogħolhom fi Brussell, fejn issa qed isiru l-laqgħat tal-Kunsill Ewropew b’mod esklussiv – fejn qabel kienu jsiru fil-pajjiż tal-presidenza b’sistema ta’ rotazzjoni;

N.

blli d-distanza ġeografika bejn is-sedi uffiċjali tal-entitajiet koleġiżlattivi – 435 km – tiżola lill-Parlament mhux biss mill-Kunsill u l-Kummissjoni, iżda wkoll minn partijiet oħra interessati, bħall-NGOs, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u r-rappreżentanti tal-Istati Membri u minn waħda mill-akbar komunitajiet ġurnalistiċi dinjin;

O.

billi l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mid-dispersjoni ġeografika tal-Parlament ġew stmati li jammontaw għal bejn EUR 156 miljun u EUR 204 miljun (12), li huwa ekwivalenti għal madwar 10 % tal-baġit annwali tal-Parlament, filwaqt li l-impatt ambjentali huwa sinifikanti wkoll, fejn l-emissjonijiet CO2 assoċjati mat-trasferiment lejn u mit-tliet sedi ta’ ħidma huma stmati bejn 11 000 (13) u 19 000 tunnellata (14);

P.

billi l-arranġamenti attwali tax-xogħol tal-Parlament jimponu wkoll spejjeż u vvjaġġar addizzjonali fuq l-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill, ir-rappreżentazzjonijiet tal-Istati Membri, il-ġurnalisti u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili;

Q.

billi 78 % tal-vjaġġi ta’ ħidma kollha li jsiru mill-persunal statutorju tal-Parlament (bħala medja, 3 172 kull xahar) huma kkawżati minn riżultat dirett tad-dispersjoni ġeografika tiegħu; billi filwaqt li l-binjiet tal-Parlament fi Strasburgu attwalment qed jintużaw biss għal 42 jum fis-sena (u jibqgħu mhux użati għal 89 % tal-ħin), jeħtieġ li jissaħħnu, li jkunu mimlija bil-persunal u li ssir manutensjoni tagħhom is-sena kollha;

R.

billi n-nefqa li tirriżulta mid-dispersjoni ġeografika tikkostitwixxi qasam importanti ta’ ffrankar ta’ finanzi potenzjali, partikolarment fil-klima ekonomika attwali;

S.

billi l-Parlament, mis-suġġeriment tiegħu tal-1958 li jiġi lokalizzat fil-qrib tal-Kunsill u l-Kummissjoni, ripetutament esprima, permezz ta’ rapporti, dikjarazzjonijiet u stqarrijiet, ix-xewqa tiegħu favur arranġament tax-xogħol tiegħu aktar prattiku u effiċjenti;

T.

billi ċ-ċittadini tal-UE, inklużi aktar minn miljun ċittadin li approvaw il-petizzjoni għal sede waħda, esprimew ripetutament in-nuqqas ta’ kuntentizza tagħhom bl-arranġamenti attwali;

U.

billi l-arranġamenti dwar id-dritt għall-awtonomija fl-organizzazzjoni tal-Parlament huma fost il-preokkupazzjonijiet ewlenin tas-sistema parlamentari;

V.

billi, minbarra l-kwistjonijiet diskussi f'dan ir-rapport, s’issa għadhom ma ssolvewx b’mod konvinċenti wkoll kwistjonijiet importanti oħra li huma direttament relatati mal-istatus tal-Parlament Ewropew u l-funzjoni tiegħu fi ħdan l-istruttura istituzzjonali tal-UE; billi dawn il-kwistjonijiet mhux riżolti huma relatati mal-liġi elettorali, regoli għal żona ħielsa minn protesti, kwistjonijiet ta' immunità u punti relatati mal-Istatut tal-Istati Membri; billi l-indirizzar ta' dawn il-punti għandu jew jitqies fil-qafas tad-dritt tal-Parlament għal awtonomija organizzattiva, eżerċitat fil-forma ta' setgħa ta' teħid ta' deċiżjoni ġenerali, jew, għall-inqas, jinġieb fi ħdan l-ambitu tal-proċedura leġiżlattva ordinarja abbażi tal-kodeċiżjoni;

1.

Jemmen li l-Parlament Ewropew, bħala entità unika ta’ rappreżentanza diretta taċ-ċittadini Ewropej, għandu jingħata l-prerogattiva li jiddetermina l-arranġamenti ta’ ħidma tiegħu stess, inkluż id-dritt li jiddeċiedi fejn u meta jorganizza l-laqgħat tiegħu;

2.

Jaqbel mal-prinċipju li l-Parlament Ewropew ikun aktar effettiv, effiċjenti fil-konfront tal-ispejjeż u jirrispetta l-ambjent jekk is-sede tkun f'post wieħed; jinnota li l-kontinwazzjoni tal-migrazzjoni ta' kull xahar bejn Brussell u Strasburgu saret kwistjoni simbolika negattiva fost bosta ċittadini tal-UE, li hu ta' detriment għar-reputazzjoni tal-Unjoni Ewropea, l-aktar fi żmien meta l-kriżi finanzjarja wasslet għal tnaqqis fl-infiq serju u iebes fl-Istati Membri;

3.

Iqis li huwa perfettament leġittimu li jingħata bidu għal dibattitu dwar id-dritt tiegħu li jiddetermina l-arranġamenti ta' ħidma tiegħu stess, inkluż id-dritt li jiddeċiedi fejn u meta jiltaqa';

4.

Jimpenja ruħu, għalhekk, li jagħti bidu għal proċedura ta’ reviżjoni ordinarja tat-trattati skont l-Artikolu 48 TUE bil-ħsieb li jipproponi tibdil fl-Artikolu 341 TFUE u fil-Protokoll 6, meħtieġa biex jippermettu lill-Parlament jiddeċiedi l-ubikazzjoni tas-sedi u l-organizzazzjoni interna tiegħu;

5.

Jiddeċiedi li ma jagħmilx rakkomandazzjonijiet rigward is-sedi tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE;

6.

Jasserixxi li se jkun meħtieġ li l-impatti finanzjarji u ekonomiċi ta’ bidla fis-sede jew fil-post ta' ħidma tal-Parlament Ewropew jiġu evalwati u li għandu jinstab bilanċ xieraq li bih jiġi żgurat l-użu kontinwu tal-bini eżistenti tal-Parlament Ewropew.

7.

Jirrikonoxxi l-fatt li kwalunkwe deċiżjoni futura mill-Parlament dwar l-arranġamenti tax-xogħol tiegħu għandha tippermetti biżżejjed żmien għal dibattitu u riflessjoni, kif ukoll għal tranżizzjoni bl-ordni;

8.

Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri jew aġenzija indipendenti simili tipprovdi analiżi komprensiva tal-iffrakar ta' finanzi potenzjali għall-baġit tal-UE kieku l-Parlament kellu sede unika; jitlob li din l-analiżi tinkludi l-aspetti baġitarji u l-ispejjeż anċillari bħall-iffrankar li jsir permezz ta' telf tal-ħin tax-xogħol imnaqqas u tal-effiċjenza;

9.

Jitlob lill-Amministrazzjoni tal-Parlament tikkummissjona lill-Eurobarometer, jew servizz ta' stħarriġ professjonali simili, imexxi, sal-1 ta' Jannar 2014, stħarriġ tal-opinjoni taċ-ċittadini Ewropej dwar il-prospett li jinżamm l-arranġament tax-xogħol tal-Parlament maqsum fi tliet sedi, filwaqt li jagħmel riferiment speċifiku għall-ispejjeż finanzjarji, ambjentali u ta’ effiċjenza ta’ dan l-arranġament;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill Ewropew u lill-kapijiet tal-istat u l-gvern u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU 9, 26.7.1958, p. 210 u 234.

(2)  ĠU C 234, 14.9.1981, p. 22.

(3)  ĠU C 40, 7.2.2001, p. 409.

(4)  ĠU C 380 E, 11.12.2012, p. 89.

(5)  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 3.

(6)  ĠU C 249 E, 30.8.2013, p. 18.

(7)  ĠU C 257 E, 6.9.2013, p. 104.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2012)0289.

(9)  Kawża C-230/81, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu v il-Parlament.

(10)  Kawża C-345/95, Ir-Repubblika Franċiża v il-Parlament.

(11)  Kawżi C-237/11 u C-238/11, Ir-Repubblika Franċiża v il-Parlament.

(12)  Ir-rapport tal-2002 mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew hu l-aħħar stima komprensiva tal-kostijiet li huwa disponibbli. Il-firxa ta' EUR 169-240 miljun fis-sena, ikkonfermata mir-Rapport tal-Grupp ta' Ħidma Konġunt tal-2012 tal-Bureau u tal-Kumitat għall-Baġit, hija kkalkolata fuq il-bażi li l-istima ta' EUR 148 miljun tkun ikkomplementata b'kost ta' ammortizzazzjoni annwali ta' EUR 28,3 miljun għall-binjiet ta' Strasburgu, li jeħtieġ li jitqiesu mix-xiri ta' dawk il-binjiet. F'risposta mogħtija mis-Segretarju Ġenerali nhar it-30 ta' Awwissu 2013 għat-talbiet magħmulin fil-Paragrafu 10 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-6 ta' Frar 2013 dwar il-linji gwida għall-proċedura tal-baġit tal-2014, il-kostijiet addizzjonali tas-sede ta' Strasburgu huma stmati li jlaħħqu mal-EUR 103 miljun, li jammontaw għal total ta' EUR 156 miljun, meta jiżdiedu ammortizzazzjoni u l-istimi tal-ispazju mhux utilizzat bħalma huwa indikat fir-Rapport tal-Grupp ta' Ħidma Konġunt mill-2012.

(13)  'It-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew – l-impatt finanzjarju, ambjentali u reġjonali tad-dispersjoni ġeografika', nota mħejjija mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew fit-30 ta' Awwissu 2013 bħala risposta għat-talba magħmula fil-Paragrafu 10 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-6 ta' Frar 2013 dwar il-linji gwida għall-proċedura tal-baġit tal-2014.

(14)  “European Parliament two-seat operation: Environmental costs, transport & energy”, rapport imħejji minn Eco-Logica Ltd. għall-Ħodor/EFA, Novembru 2007.


Il-Ħamis 21 ta’ Novembru 2013

24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/6


P7_TA(2013)0511

Is-sitwazzjoni attwali tal-aġenda ta' Doha għall-iżvilupp

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar is-sitwazzjoni attwali tal-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp u l-preparamenti għad-Disa' Konferenza Ministerjali (2013/2740(RSP))

(2016/C 436/02)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Doha tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) tal-14 ta' Novembru 2001,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Ħong Kong tad-WTO tat-18 ta' Diċembru 2005,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' April 2006 dwar il-valutazzjoni taċ-Ċiklu ta' Doha wara l-Konferenza Ministerjali ta' Ħong Kong tad-WTO (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' April 2008 bl-isem “Lejn Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ riformata” (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp (DDA), u partikolarment dawk tad-9 ta' Ottubru 2008 (3), tas-16 ta' Diċembru 2009 (4) u tal-14 ta' Settembru 2011 (5),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni adottata fit-29 ta' Mejju 2013 fit-28 sessjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija tal-Konferenza Parlamentari dwar id-WTO,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet formulati fil-laqgħat informali tal-Kumitat tan-Negozjati Kummerċjali tal-11 ta' April 2013 u tat-3 ta' Ġunju 2013 u fil-laqgħa formali tal-Kumitat tan-Negozjati Kummerċjali tat-22 ta' Lulju 2013,

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra r-Raba' Eżami Globali tal-Għajnuna għall-Kummerċ li sar mit-8 sal-10 ta' Lulju 2013,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi ċ-Ċiklu ta' Doha tnieda fl-2001 bl-objettivi li jinħolqu opportunitajiet kummerċjali ġodda, jissaħħu r-regoli kummerċjali multilaterali u jiġu ttrattati l-iżbilanċi attwali fis-sistema kummerċjali billi l-esiġenzi u l-interessi tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u speċjalment il-pajjiżi l-anqas żviluppati jitqiegħdu fil-qalba tan-negozjati; billi tali objettivi jirriżultaw mill-konvinzjoni li sistema multilaterali bbażata fuq regoli aktar ġusti u ekwi, tista' tikkontribwixxi għal kummerċ ġust u ħieles għas-servizz tal-iżvilupp ekonomiku tal-kontinenti kollha kif ukoll għat-taffija tal-faqar;

B.

billi l-UE kienet konsistentement favur approċċ multilaterali b'saħħtu bbażat fuq ir-regoli fir-rigward tal-kummerċ, filwaqt li tirrikonoxxi li l-approċċi komplementari bħall-ftehimiet bilaterali, reġjonali u plurilaterali jistgħu wkoll irawmu l-ftuħ tal-kummerċ, speċjalment billi jiżblokkaw il-liberalizzazzjoni u jaġġornaw regoli u dixxiplini f'oqsma politiċi ttrattati b'inqas reqqa fid-WTO, u jistgħu ssostnu s-sistema multilaterali, bil-patt li tali ftehimiet jirrispettaw ir-regoli tad-WTO;

C.

billi d-WTO u r-regoli minquxa fil-ftehimiet koperti mid-WTO irriżultaw strumentali biex jevitaw protezzjoniżmu konsolidat u mifrux bħala reazzjoni għall-kriżi finanzjarja u ekonomika l-aktar gravi mit-Tletinijiet;

D.

billi l-kummerċ multilaterali miftuħ u ġust qiegħed ikun limitat aktar minn ostakli nontariffarji (ONT) milli mit-tariffi kummerċjali, li qegħdin sostanzjalment jitneħħew hekk kif tavvanza l-globalizzazzjoni;

E.

billi l-Laqgħa Ministerjali tad-WTO biex jiġi konkluż iċ-Ċiklu ta' Doha daħlet f'fażi ta' stall fi tmiem Lulju 2008;

F.

billi kien hemm diversi tentattivi u inizjattivi f'dawn l-aħħar snin immirati biex tingħata l-ispinta tant bżonjuża lill-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp f'fażi ta' stall;

G.

billi d-Disa' Konferenza Ministerjali tad-WTO se ssir fl-Indoneżja mill-3 sas-6 ta' Diċembru 2013,

1.

Itenni l-impenn totali tiegħu lejn il-valur dejjiemi tal-multilateraliżmu, iżda jsostni riforma strutturali tad-WTO bżonjuża biex tiġi garantita aħjar sistema kummerċjali miftuħa, ġusta u mhux diskriminatorja bbażata fuq regoli kondiviżi li tqis aktar ir-rwol u l-interessi tal-impriżi żgħar u medji (SMEs);

2.

Jenfasizza l-importanza sistemika li jintlaħaq riżultat ambizzjuż u bbilanċjat fid-Disa' Konferenza Ministerjali li jkun aċċettabbli għall-membri kollha tad-WTO u li jgħin biex titwitta t-triq għal negozjati multilaterali ulterjuri;

3.

Jappella għal aġenda kummerċjali bbażata fuq kummerċ ħieles u ġust għall-ġid ta' kulħadd, li jmissha jkollha l-iżvilupp fil-qalba tal-proċess; jenfasizza l-importanza li fin-negozjati jitqiesu bis-sħiħ l-esiġenzi u l-interessi speċjali tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp b'introjtu baxx u tal-pajjiżi l-anqas żviluppati; itenni l-bżonn perentorju biex jiġi żgurat li l-prinċipju ta' trattament speċjali u differenzjat (S&DT) jikkostitwixxi parti integrali tal-livelli kollha tan-negozjati, li jirrifletti d-diversi livelli ta' żvilupp ekonomiku tal-membri tad-WTO kif definit fil-paragrafu 44 tad-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Doha; jikkunsidra li d-dispożizzjonijiet S&DT sinifikanti għandhom isiru aktar preċiżi, suġġett għal rieżamijiet perjodiċi u mmirati;

4.

Jemmen li l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ hija strument importanti biex jiggarantixxi tkabbir u żvilupp ekonomiku sostenibbli, iżda għandha bżonn tkun akkumpanjata minn politiki xierqa paralleli li jħaddnu interventi makro- u mikroekonomiċi, inklużi t-trasparenza fil-baġit, il-politiki fiskali u t-tassazzjoni ġusta, is-semplifikazzjoni amministrattiva, l-edukazzjoni u t-taħriġ, ir-riformi istituzzjonali u l-politiki soċjali, bil-għan li jiġu massimizzati u mqassma aħjar il-vantaġġi tar-riformi kummerċjali u kontrobilanċjat b'mod effikaċi kwalunkwe effett negattiv;

5.

Jisħaq fuq il-fatt li l-membri tad-WTO irrikonoxxew li, billi għad hemm pajjiżi li ma għandhomx il-kapaċità umana, istituzzjonali u infrastrutturali biex jipparteċipaw b'mod effikaċi fil-kummerċ internazzjonali, is-sistema multilaterali għandha bżonn tkun akkumpanjata minn titjib fil-kapaċità tal-kummerċ li hija fattur essenzjalment komplementari għall-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp; jemmen ukoll, madankollu, li l-assistenza għall-pajjiżi li qed ifittxu li jaderixxu mad-WTO għandha tibqa' prijorità;

6.

Jenfasizza f'dan il-kuntest ir-rwol pożittiv li żvolġiet l-Inizjattiva “Għajnuna għall-Kummerċ”; jiddispjaċih bil-fatt li, għall-ewwel darba mit-tnedija tagħha fl-2005, fl-2011 l-ammont tal-impenji tnaqqas minħabba l-kriżi finanzjarja, dan wassal f'inqas sostenn għall-proġetti l-kbar ta' infrastrutturi ekonomiċi u fi tnaqqis tal-impenji fis-settur tat-trasport u tal-enerġija; josserva li l-assistenza teknika fil-qasam tal-attivitajiet kummerċjali u multilaterali, bħat-trattament tariffarju preferenzjali previst fil-qafas tad-WTO, tista' tikkontribwixxi għall-kumpens ta' dan it-tnaqqis tal-impenji; jistieden lill-membri tad-WTO, partikolarment lill-pajjiżi żviluppati u lill-ekonomiji emerġenti, jisfruttaw aktar din il-possibiltà;

7.

Jinsisti fuq in-neċessità li s-sistema WTO tiġi rinnovata fid-dawl tal-esiġenzi tal-SMEs fil-kummerċ internazzjonali u tan-neċessità ta' regoli semplifikati, kemm f'termini ta' faċilitazzjoni kummerċjali kif ukoll ta' sistemi ta' qrati arbitrali internazzjonali, bil-għan li jiġu evitati d-diffikultajiet li joħorġu minn tilwim mal-awtoritajiet doganali jew kummerċjali f'ċerti pajjiżi membri tad-WTO;

8.

Jiġbed l-attenzjoni għar-Raba' Konferenza ta' Reviżjoni tal-Għajnuna għall-Kummerċ li saret f'Lulju 2013 f'Ġinevra, li wriet il-benefiċċji tal-katini tal-valur dinji għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; jiġbed madankollu l-attenzjoni lejn il-fatt li l-parteċipanti identifikaw il-limitazzjonijiet marbuta mal-kummerċ li jipprevjenu lill-impriżi tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp milli jaqbdu mal-katini tal-valur jew jitilgħu f'pożizzjonijiet aqwa fihom, jiġifieri, infrastruttura inadegwata, kostijiet għoljin tat-trasport anki ta' dak marittimu, aċċess inadegwat għall-finanzjament tal-kummerċ, inkapaċità ta' attrattiva tal-investiment dirett barrani, nuqqas ta' vantaġġ komparattiv u kostijiet għoljin għad-dħul fis-suq;

9.

Jirrikonoxxi l-importanza tas-settur agrikolu; jemmen li l-UE għandha ssostni miżuri intiżi li jittrattaw it-tħassib marbut mas-sigurtà alimentari tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; ifakkar, f'dan ir-rigward, li l-UE għandha tiggarantixxi koerenza bejn id-diversi politiki tal-UE fil-qasam tal-azzjoni esterna, kif stabbiliti partikolarment fl-Artikoli 205 sa 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-politika ta' żvilupp u l-politika kummerċjali komuni, filwaqt li tqis l-esiġenzi u t-tħassib kemm tal-Istati Membri tal-UE kif ukoll dawk tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp;

10.

Jistieden lill-pajjiżi żviluppati u lill-ekonomiji emerġenti jimxu fuq l-eżempju tal-inizjattiva tal-UE “Kollox ħlief armi”, li toffri lill-pajjiżi l-anqas żviluppati aċċess għas-suq totalment mingħajr dazju u mingħajr kwoti, u tiżgura l-implimentazzjoni tad-deroga għas-servizzi għall-pajjiżi l-anqas żviluppati;

11.

Iqis li ftehim dwar il-faċilitazzjoni tal-kummerċ jaf isarraf f'vantaġġi konsiderevoli għall-membri kollha tad-WTO, u partikolarment għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi rilevanti, billi jżid it-trasparenza u ċ-ċertezza tad-dritt u jnaqqas il-kostijiet amministrattivi kif anki t-tul tal-proċeduri doganali, li, min-naħa tagħhom, ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-opportunitajiet offruti mill-prevalenza dejjem ikbar tal-katina tal-provvista reġjonali u globali u l-SMEs ikunu jistgħu jieħdu vantaġġ minn swieq aktar miftuħa; jindika li għandhom ikomplu jkunu disponibbli l-bini ta' kapaċità u l-assistenza teknika għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp biex jitħallew iżidu l-kapaċitajiet produttivi tagħhom bil-għan li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn sehem akbar tal-valur miżjud fil-katini tal-valur globali;

12.

Ifakkar li, skont studju reċenti tal-impatt fuq l-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp ikkummissjonat mill-UE, il-faċilitazzjoni tal-kummerċ tkun ekwivalenti, f'termini ekononomiċi, għall-gwadanji mil-liberalizzazzjoni tal-beni u tas-servizzi lkoll flimkien; ifakkar li t-titjib tal-proċeduri doganali biss jista' jżid EUR 68 biljun fis-sena mal-PDG dinji, u li għal bosta pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp il-faċilitazzjoni tal-kummerċ tkun tirrappreżenta l-għajn ewlenija ta' gwadann;

13.

Iqis li, fi ħdan id-WTO, għandha tingħata prijorità neċessarja lill-ostakli għall-kummerċ u għall-investimenti li għandhom riperkussjonijiet fuq is-settur tas-servizzi, fosthom l-ICT u t-telekomunikazzjonijiet, is-servizzi professjonali u għall-impriżi, is-servizzi finanzjarji, l-e-commerce, il-kostruzzjoni, il-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni; huwa tal-fehma li miżuri nontariffarji ta' dan it-tip, fosthom ir-regolamentazzjonijiet nazzjonali, ir-restrizzjonijiet fil-qasam tal-proprjetà u varji miżuri kontra l-kriżi (inklużi d-dispożizzjonijiet diskriminatorji fis-settur tal-akkwist pubbliku), huma ta' importanza partikolari fid-dawl tal-valur miżjud ogħla mogħti mill-kummerċ fis-settur tas-servizzi u tal-pożizzjoni tal-akbar esportatur li għandha l-UE fis-settur imsemmi;

14.

Jilqa' pożittivament, għalhekk, il-ftuħ tan-negozjati dwar Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA) plurilaterali li qiegħed iżomm mal-objettiv tat-Tmien Konferenza Ministerjali li jeżamina modi ġodda għall-membri tad-WTO biex ikomplu jilliberalizzaw il-kummerċ tas-servizzi; jisħaq fuq l-impenn tal-UE fil-promozzjoni tal-ħidma f'dan il-qasam u fil-ħidma favur il-fatt li t-TiSA jsir multilaterali billi tiżgura li tadotta minnu d-definizzjonijiet, ir-regoli u l-prinċipji tiegħu li jifformaw il-qalba tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS); jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat li kwalunkwe ftehim ikun ambizzjuż, jespandi l-kamp ta' applikazzjoni u japprofondixxi r-regoli fil-qasam tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tas-servizzi, filwaqt li fl-istess ħin jinżammu l-objettivi politiċi nazzjonali tal-membri tad-WTO u d-dritt tagħhom li jirregolaw is-servizzi ta' interess ġenerali u jassumu impenji bilaterali u multilaterali, u li r-riżultat ikun ankrat bis-sod fl-arkitettura tad-WTO;

15.

Iqis li t-trasferiment tat-teknoloġija jista' jkun vettur għat-tkabbir ekonomiku u jrawwem il-kummerċ; jilqa' l-issuktar mill-ġdid tan-negozjati dwar l-espansjoni tal-Ftehim dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni li jżid kemm il-firxa tal-prodotti koperti kif ukoll in-numru ta' pajjiżi fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu; jinkoraġġixxi bis-saħħa lill-partijiet kollha tan-negozjati biex ikomplu bl-isforzi tagħhom bl-għan li jintlaħaq ftehim fil-ħin għad-Disa' Konferenza Ministerjali;

16.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-reviżjoni tal-Ftehim multilaterali tad-WTO dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA) hekk kif intlaħaq qbil dwaru f'Marzu 2012 u jirrikonoxxi l-importanza li l-UE tapprova l-GPA riveduta qabel id-Disa' Konferenza Ministerjali, bil-għan li jidħol fis-seħħ sal-2014; jemmen li regoli aktar ċari u aktar rigorużi għall-proċeduri ta' aġġudikazzjoni se jrawmu t-trasparenza fl-akkwisti pubbliċi u, flimkien ma' kopertura estiża tal-beni u tas-servizzi u tal-entitajiet, se joffru opportunitajiet akbar għall-firmatarji tiegħu; jistieden lill-membri tad-WTO, partikolarment lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u lill-osservaturi attwali tal-GPA, jikkunsidraw li jissieħbu fil-ftehim biex jieħdu vantaġġ mid-dispożizzjonijiet il-ġodda biex il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp iżidu l-flessibilità u jgawdu mill-benefiċċji tiegħu;

17.

Huwa sodisfatt li f'Ġunju 2013 ittieħdet deċiżjoni pożittiva biex tiġi prorogata l-eżenzjoni tar-regoli tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (TRIPS) bi tmien snin oħra sal-1 ta' Lulju 2021 għall-pajjiżi l-anqas żviluppati li tirrappreżenta mod ieħor kif jiġi żgurat li s-sistema kummerċjali dinjija ma tadottax approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd” iżda pjuttost tqis l-ispeċifiċitajiet ta' kull pajjiż fil-fażi tal-iżvilupp;

18.

Jinkoraġġixxi lill-membri tad-WTO jappoġġaw b'mod proattiv l-isforzi ta' din l-organizzazzjoni intiżi li jistabbilixxu rabtiet ta' xogħol effiċjenti u effikaċi u kooperazzjoni aktar intensa ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn li l-attivitajiet tagħhom għandhom impatt fuq in-negozjati kummerċjali dinjin, partikolarment l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u n-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji u l-korpi tagħha bħall-Konferenza tan-NU dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura, il-Programm tan-NU għall-Ambjent, il-Programm tan-NU ta' Żvilupp u l-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima, kif ukoll il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), il-Bank Dinji u l-OECD, bil-għan li jiġi żgurat is-sostenn reċiproku u s-sinerġiji bejn il-kwistjonijiet ta' natura kummerċjali u mhux kummerċjali; isostni l-isforzi mmirati għall-adozzjoni ta' standards internazzjonali u għall-kooperazzjoni f'ambitu ta' regolamentazzjoni;

19.

Jitlob li tiġi eżaminata bir-reqqa l-problema ta' kif jiġi ttrattat aħjar it-tħassib mhux kummerċjali fl-ambitu tar-regoli tad-WTO, bl-iskop li l-membri tagħha jitħallew isegwu l-objettivi politiċi leġittimi, filwaqt li jissalvagwardaw l-aċċess għas-suq; jenfasizza li, f'dan ir-rigward, l-isforzi sabiex jiġu adottati u implimentati b'mod effikaċi standards internazzjonali fil-qasam soċjali, tax-xogħol, ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem għandu jkollhom appoġġ b'saħħtu u li għandha tingħata l-għajnuna meħtieġa lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp sabiex ikun possibbli li dawn jilħqu dawn l-istandards;

20.

Huwa konvint li l-assenza ta' differenzjazzjoni suffiċjenti bejn il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, minkejja d-diversità kbira tal-livelli ta' żvilupp ekonomiku tagħhom u tal-esiġenzi partikolari tagħhom, tista' tkun ostaklu għall-adozzjoni ta' miżuri effikaċi favur dawn il-pajjiżi, skont l-objettiv iddikjarat taċ-Ċiklu ta' Doha u hija askaptu tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp li huma l-aktar fil-bżonn; iħeġġeġ lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp l-aktar avvanzati jassumu s-sehem ta' responsabilità tagħhom diġà matul iċ-ċiklu ta' negozjati attwali u jiżguraw li l-kontribut tagħhom ikun proporzjonat għal-livell ta' żvilupp tagħhom u għall-kompetittività settorjali tagħhom;

21.

Huwa tal-fehma li jeħtieġ li tiġi eżaminata serjament il-kwistjoni tal-kategorizzazzjoni jew sottokategorizzazzjoni, mhux biss tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp iżda wkoll tal-membri kollha l-oħra tad-WTO, abbażi ta' kriterji oġġettivi mhux esklużivament marbuta mal-prodott nazzjonali gross, fid-dawl ta' applikazzjoni differenzjata possibbli tal-ftehimiet eżistenti jew ta' dawk li n-negozjati dwarhom għadhom għaddejjin;

22.

Jemmen li hija essenzjali l-konklużjoni taċ-Ċiklu ta' Doha, li ilu għaddej żmien twil, bil-mandat tiegħu għall-iżvilupp realizzat; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-membri kollha tad-WTO jeżaminaw, fid-dawl ta' tali objettiv aħħari, l-għażliet kollha possibbli bil-għan li jintlaħaq riżultat bilanċjat;

23.

Jinsisti li l-UE għandha tkompli tiżvolġi rwol ta' tmexxija fil-promozzjoni tal-progress konkret fi ħdan in-negozjati tad-WTO li għaddejjin, bl-iskop li tinkiseb konklużjoni taċ-Ċiklu ta' Doha fil-futur qrib, u taġevola l-parteċipazzjoni totali tal-pajjiżi l-anqas żviluppati fil-kummerċ globali, billi tagħmilha ta' pont bejn id-diversi pożizzjonijiet tal-membri tad-WTO;

24.

Jisħaq fuq l-importanza fundamentali tad-WTO għal dak li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni u mal-applikazzjoni tal-impenji vinkolanti u tar-riżoluzzjoni tat-tilwim kummerċjali;

25.

Iqis li l-membri tad-WTO madankollu għandhom jintensifikaw l-isforzi tagħhom f'oqsma oħrajn identifikati mid-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Doha, bħall-kummerċ fil-beni u fis-servizzi ambjentali li jista' jagħti kontribut sinifikanti lill-iżvilupp sostenibbli u lill-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; jistieden lill-membri tad-WTO jieħdu nota tal-Lista tal-Beni Ambjentali mfassla mill-APEC; iħeġġeġ lill-UE tkompli tagħmel pressjoni bil-għan li jingħata bidu għal Ftehim dwar it-Teknoloġiji Ambjentali mmirat lejn it-tnaqqis tat-tariffi għall-prodotti ta' teknoloġija ambjentali u tfittex li tiġi ċċarata r-relazzjoni ġuridika eżistenti bejn ir-regoli tad-WTO u l-ftehimiet ambjentali multilaterali;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw li l-Parlament jibqa' involut mill-qrib fil-preparamenti tad-Disa' Konferenza Ministerjali li se ssir f'Bali mit-3 sas-6 ta' Diċembru 2013, jinżamm aġġornat fil-pront u, jekk ikunu il-każ, jiġi konsultat matul il-Konferenza Ministerjali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli ssostni quddiem il-membri l-oħra tad-WTO il-bżonn li tiżdied l-importanza tad-dimensjoni parlamentari tad-WTO;

27.

Jistieden lill-membri tad-WTO jiżguraw il-leġittimità demokratika billi tissaħħaħ id-dimensjoni parlamentari tad-WTO; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li jkun żgurat li l-parlamentari jkollhom aċċess aħjar għan-negozjati kummerċjali u jkunu involuti fil-formulazzjoni u fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tad-WTO u li l-politiki kummerċjali jkunu eżaminati adegwatament fl-interessi taċ-ċittadini; jitlob, għalhekk, it-twaqqif ta' delegazzjoni parlamentari permanenti tal-UE għad-WTO;

28.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lid-Direttur Ġenerali tad-WTO.


(1)  ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 155.

(2)  ĠU C 259 E, 29.10.2009, p. 77.

(3)  ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 31.

(4)  ĠU C 286 E, 22.10.2010, p. 1.

(5)  ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 84.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/11


P7_TA(2013)0512

Pjan ta' Azzjoni dwar l-Intraprenditorija 2020: Tkebbis mill-ġdid tal-ispirtu tal-intraprendenza fl-Ewropa

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-pjan ta' azzjoni dwar l-Intraprenditorija 2020 – Tkebbis mill-ġdid tal-ispirtu tal-intraprendenza fl-Ewropa (2013/2532(RSP))

(2016/C 436/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-pjan ta' azzjoni dwar l-Intraprenditorija 2020 – Tkebbis mill-ġdid tal-ispirtu tal-intraprendenza fl-Ewropa (O-000110/2013 – B7-0520/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

I.    L-ispirtu tal-intraprendenza u t-taħriġ intraprenditorjali

1.

Jistenna li l-miżuri kollha proposti fil-livell nazzjonali u Ewropew għall-promozzjoni tal-intraprenditorija se jikkonċernaw it-tipi kollha ta’ intrapriżi, pereżempju l-professjonijiet indipendenti, il-kooperattivi, l-intrapriżi tas-snajja' u l-intrapriżi soċjali;

2.

Ifakkar li l-kompetenzi u l-ħiliet kummerċjali u intraprenditorjali jirrappreżentaw kompetenzi ewlenin fl-ambitu tat-tagħlim tul il-ħajja u li meta wieħed jikkunsidra t-tkabbir ekonomiku baxx kif ukoll ir-rata għolja ta’ qgħad, hemm il-ħtieġa ta’ miżuri aktar deċiżivi fuq żmien qasir jew medju għat-tisħiħ tal-intraprenditorija u biex din tiġi ffaċilitata aktar, speċjalment fost iż-żgħażagħ;

3.

Jagħraf li l-Istati Membri huma responsabbli għan-negozju, it-taħriġ intraprenditorjali u soċjali u li l-iskemi ta' taħriġ spiss ikunu aktar immirati u effettivi fir-rigward tal-ispejjeż jekk ikunu strutturati fil-livelli lokali u nazzjonali; jikkunsidra li l-inizjattivi tal-UE jistgħu u għandhom jikkumplimentaw l-azzjonijiet tal-Istati Membri f’dan il-qasam b’mod utli, partikolarment permezz ta’ kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki;

4.

Jenfasizza l-ħtieġa li jingħataw inċentivi lil min iħaddem u joffri taħriġ u opportunitajiet lil persuni b'ħiliet limitati jew bla taħriġ (fosthom ir-Rom) biex jiksbu esperjenza prattika direttament fil-post tax-xogħol;

5.

Huwa mħasseb dwar it-tnaqqis fin-numru ta’ ċittadini tal-UE li jikkunsidraw il-possibbiltà li jaħdmu għal rashom fil-klima attwali ta’ inċertezza ekonomika; iqis li l-UE u l-Istati Membri għandhom iżidu l-isforzi koordinati tagħhom biex itejbu l-kultura intraprenditorjali fl-Ewropa u jesploraw il-possibiltà li jiġu adottati miżuri speċifiċi u miri biex jerġgħu jagħmlu l-intraprenditorija attraenti, inkluż għal impjegati kwalifikati b'esperjenza professjonali u partikolarment fis-setturi li huma ta' importanza strateġika għall-Unjoni. jemmen, pereżempju, li għandha tiġi stabbilita konnessjoni b'saħħitha bejn tali inizjattivi u l-attivitajiet tal-Kummissjoni fil-qasam tal-politika industrijali; jemmen li tali miżuri għandhom jinkludu azzjonijiet li jiffaċilitaw il-ħolqien ta' negozji;

6.

Jieħu nota tal-miżuri u l-inizjattivi mressqa mill-Kummissjoni dwar it-taħriġ intraprenditorjali u jitlob lill-Istati Membri jimplimentawhom mill-aktar fis possibbli, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-inizjattiva tal-UE 'Ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda'; jilqa' s-sejħa lill-Istati Membri biex jinkludu t-taħriġ intraprenditorjali bħala kompetenza ewlenija fil-programmi nazzjonali;

7.

Jemmen li sabiex intraprendituri potenzjali ġodda jingħataw il-ħiliet biex imexxu negozju b’mod li jkabbar il-kontribut pożittiv lis-soċjetà filwaqt li jkunu minimizzati l-impatti negattivi fuq il-poplu u l-ambjent, għandhom jittieħdu inizjattivi biex jiġu inklużi kriterji ta’ sostenibilità u responsabilità soċjali b’saħħithom fl-edukazzjoni intraprenditorjali;

8.

Jikkunsidra n-'Network ta’ Rappreżentanti tal-SMEs' bħala forum fundamentali potenzjali għall-iskambju ta’ opinjonijiet dwar il-prattiki kkonsolidati u biex ikun ivvalutat il-progress li twettaq fir-rigward tal-implimentazzjoni;

9.

Jappoġġja l-ambizzjoni li ssostni l-introduzzjoni prevista tal-garanzija għaż-żgħażagħ u d-disponibbiltà li din tingħata riżorsi finanzjarji adegwati, bħala l-ewwel strument biex jittaffew l-effetti ta’ qgħad fuq skala wiesgħa fost iż-żgħażagħ, partikolarment fil-pajjiżi milquta serjament bil-kriżi; jenfasizza l-importanza tal-miżuri previsti għall-promozzjoni tal-intraprenditorija u tat-taħriġ intraprenditorjali, peress li dawn huma mmirati lejn żvilupp sostenibbli u ma għandhom kważi l-ebda effett sekondarju; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jivvalutaw aktar miżuri, bħal ħelsien mit-taxxa, biex jinkoraġġixxi lill-SMEs jimpjegaw liż-żgħażagħ;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-miżuri tagħha ta' 'back-up', konsulenza u assistenza lill-impriżi, b’mod partikolari lil impriżi iżgħar, permezz ta’ organizzazzjonijiet intermedjarji u biex tistabbilixxi programmi li jiffavorixxu azzjonijiet ta’ orjentament u assistenza mmexxija minn intraprendituri b’esperjenza li jkunu mmotivati biex jagħmluha ta’ mentor jew tutor ma’ intraprendituri żgħażagħ li jkunu se jiftħu kumpaniji ġodda jew biex isalvaw impriżi fi kriżi billi japplikaw in-knowhow u l-esperjenza tagħhom;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-ħolqien ta’ clusters, jiġifieri netwerks ta’ intrapriżi u assoċjazzjonijiet ta’ intrapriżi li jgħinu biex jiżviluppaw vantaġġ kompetittiv, biex jibbenefikaw mill-ġestjoni komuni tar-riżorsi umani u jwasslu għal żieda fil-kompetittività;

12.

Jinnota li l-intrapriżi żgħar u medji li jadottaw it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (TIC) jikbru b’rata darbtejn jew tliet darbiet aktar malajr; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni tiffavorixxi miżuri li jippermettu lill-intraprendituri jisfruttaw l-opportuntajiet kollha offruti mis-suq uniku diġitali;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jkomplu jiżviluppaw il-programm Erasmus għal intraprendituri żgħażagħ u jżidu n-numru ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali, fejn dan għadu meħtieġ; jipproponi li jsir użu akbar mill-istrutturi eżistenti tan-Netwerk Enterprise Europe; iqis li jeħtieġ ikun hemm objettiv ta’ 10 000 skambju fis-sena u rata minima ta’ tkabbir annwali ta’ 10 % sakemm jinkiseb dan l-objettiv;

14.

Jinnota li jeżisti potenzjal fl-iżvilupp ulterjuri tal-programmi ta’ skambju Leonardo għal apprendisti u jenfasizza l-ħtieġa tal-hekk imsejħa 'organizzazzjonijiet intermedjarji' li jappoġġjaw lill-SMEs fl-organizzazzjoni tax-xogħol (p.e. it-tfittxija ta’ sħab adegwati barra l-pajjiż, alloġġi, eċċ.); jenfasizza l-potenzjal intraprenditorjali tal-gradwati li jkollhom ċertifikati fil-qasam akkademiku u prattiku;

15.

Jipproponi li l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu fondi supplimentari mill-Fond ta’ Globalizzazzjoni u l-Fond Soċjali Ewropew sakemm dawn jintużaw għal miżuri fuq żmien qasir bħall-appoġġ u l-konsulenza għat-tnedija ta’ attività intraprenditorjali u għal trasferimenti u mhux biex tiġi ġġustifikata r-rilokazzjoni ulterjuri tal-intrapriżi;

16.

Jipproponi kollaborazzjoni aktar b’saħħitha tal-istrumenti eżistenti u futuri għall-promozzjoni tal-intraprenditorija biex jinħolqu inċentivi u sinerġiji fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali;

17.

Jistenna li l-Kummissjoni li jmiss tindirizza l-promozzjoni tal-intraprenditorija u tat-taħriġ intraprenditorjali bħala suġġett prinċipali fl-ambitu tal-portfolju tagħha u tagħti ħajja lis-sħubija Ewropea, filwaqt li l-progress miksub mill-Istati Membri jitkejjel skont il-kriterji li ġejjin, fost l-oħrajn:

(a)

l-inklużjoni tal-edukazzjoni intraprenditorjali fil-kurrikula nazzjonali tal-iskejjel, b’mod partikolari elementi orjentati lejn il-prattika bħal proġetti ta’ kumpanija skolastika u apprendistati obbligatorji qabel it-tmiem tal-edukazzjoni sekondarja;

(b)

il-livell tal-appoġġ mill-Fond Strutturali li jintużaw għat-taħriġ intraprenditorjali;

(c)

in-numru ta’ persuni f'moduli intraprenditorjali fi ħdan Skemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ jew fi programmi ta’ mobilità għal intraprendituri ġodda, partikolarment iż-żgħażagħ,

(d)

in-numru ta’ persuni li jixtiequ joħolqu intrapriża wara li jkunu ħadu sehem f’dawn l-inizjattivi,

18.

Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jadottaw b'urġenza strateġiji nazzjonali, reġjonali u lokali bil-għan li jinkludu t-taħriġ intraprenditorjali fl-iskemi ta’ taħriġ tal-iskejjel (taħriġ skolastiku primarju u sekondarju, taħriġ professjonali, taħriġ fil-livell avvanzat u supplimentari); jistenna li dawn l-istrateġiji jkopru t-tipi kollha ta' intrapriżi kif ukoll l-impatti soċjali u ambjentali ta' intraprenditorija; jenfasizza l-importanza li t-taħriġ soċjali, ekonomiku u intraprendorjali jkun jinkludi elementi interattivi u prattiċi;

19.

Iqis li l-Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (VET) jistgħu jipprovdu l-ħiliet, l-għarfien u l-kompetenzi meħtieġa fis-suq tax-xogħol speċjalment għall-persuni mingħajr impjieg, kif ukoll konsultazzjoni relatata mat-tfittxija ta’ impjieg; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-provvediment tal-VET fl-Ewropa kollha biex jitjiebu t-trasparenza, ir-rikonoxximent u l-kwalità tal-kompetenzi u l-kwalifiki, u b’hekk tiġi ssimplifikata l-mobilità tal-apprendisti u tal-ħaddiema;

20.

Jenfasizza li l-għarfien dwar il-funzjonament tas-swieq, tal-ekonomija u tas-sistemi finanzjarji huwa indispensabbli għal ġestjoni amministrattiva tajba u għalhekk għandu jkun integrat fis-sistemi nazzjonali ta’ formazzjoni ta’ bażi, kif ukoll fil-programmi ta’ taħriġ tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu mingħajr dewmien l-edukazzjoni finanzjarja fil-programmi edukattivi tagħhom;

21.

Jisħaq fuq l-importanza ta' apprendistati għaż-żgħażagħ fis-setturi ekonomiċi bi prospetti tajbin, bħala pass siewi fit-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għall-ħajja professjonali;

22.

Jilqa’ l-kunċett ta’ Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI), li bil-konċentrazzjoni tiegħu fuq l-intraprenditorija permezz tal-integrazzjoni tal-komponenti tat-trijangolu tal-għarfien tar-riċerka, l-edukazzjoni ogħla u l-innovazzjoni, huwa mutur importanti għall-innovazzjoni fir-rigward tal-isfidi maġġuri tas-soċjetà u għaldaqstant strument importanti għall-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa; jenfasizza, għalhekk, li l-KKI kollha għandu jkollhom l-intraprenditorija integrata fl-istruttura tagħhom u fl-approċċ tagħhom lejn ir-riċerka, l-innovazzjoni u t-taħriġ; jenfasizza li l-KKI għandhom jintegraw u jaqsmu bejniethom l-aħjar prattiki rigward l-użu ta' kunċetti u teknoloġiji innovattivi ta' edukazzjoni u taħriġ; jirrakkomanda wkoll li titwettaq valutazzjoni fit-tul dwar il-ħolqien ta' KKI mmirata biex ikomplu jiġu żviluppati tali kunċetti innovattivi ta' edukazzjoni u taħriġ b'konċentrazzjoni partikolari fuq l-edukazzjoni intraprenditorjali;

II.    L-ambjent u l-kundizzjonijiet ta’ qafas għall-intraprenditorija

23.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-grupp tal-BEI isaħħu l-isforzi ta’ informazzjoni tagħhom sabiex b’kooperazzjoni mal-assoċjazzjonijiet tal-SMEs jagħmlu mezz biex l-SME ikunu iktar konxji dwar il-possibilitajiet ta’ finanzjament;

24.

Jenfasizza li l-ħolqien ta’ alternattivi ta’ finanzjament alternattivi għandhom importanza massima għall-ħolqien ta’ intrapriżi ġodda; jenfasizza l-ħtieġa li tkun eliminita d-distinzjoni bejn kapital proprju u kapital barrani u li għandha tiġi introdotta eżenzjoni fiskali għall-investiment; jenfasizza li peress li l-kreditu mill-banek huwa wieħed mill-forom l-aktar importanti tal-SMEs, huwa importanti li tingħata attenzjoni għad-disponibilità ta’ kreditu kif ukoll it-tisħiħ ta' finanzjament minn fondi proprji permezz ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas aħjar għall-kapital ta’ riskju, inkluż is-sostenn għall-fondi tal-SMEs u l-appoġġ ta' investiment kollettiv (crowd investment) mingħajr spejjeż għolja għall-prospett; jitlob li jiġi stabbilit ammont ta’ eżenzjoni fiskali għall-investimenti minn investituri privati;

25.

Ifakkar li l-ispejjeż amministrattivi għadhom wieħed mill-ostakli l-aktar importanti fil-ftuħ jew fil-kontinwazzjoni ta’ intrapriżi; jinsisti li t-tneħħija tal-ispejjeż amministrattivi żejda tibqa’ fuq nett fost il-prijoritajiet ewlenin u jistenna mill-Kummissjoni li jmiss proposti konkreti ta’ politika u f’termini ta’ miżuri għall-perjodu sal-2020, fil-qafas tas-Small Business Act, li jistgħu jinkludu objettivi konkreti u kwantitattivi (p.e. it-tnaqqis tat-tariffi amministrattivi b’25 % minn issa sal-2020);

26.

Jilqa’ l-miżuri proposti mill-Kummissjoni għal din il-linja ta’ azzjoni u jinnota l-punti rilevanti tal-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2012 dwar l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs): kompetittività u opportunitajiet kummerċjali (1), u fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Frar 2013 dwar it-titjib tal-aċċess ta’ SMEs għal finanzjamenti (2);

27.

Jilqa’ t-talbiet li l-Kummissjoni mill-ġdid qed tagħmel lill-Istati Membri biex inaqqsu l-ispejjeż u ż-żmien meħtieġ biex titwaqqaf kumpanija; jinnota l-progress limitat miksub mis-Small Business Act sal-lum u jħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom f’dan ir-rigward;

28.

Jenfasizza li t-tipi differenti ta’ mudelli tan-negozju, bħan-negozji tal-familja, intrapriżi kooperattivi u oħrajn għandhom jiġu kkunsidrati meta jinħoloq ambjent favorevoli għan-negozji permezz ta’ servizzi xierqa ta’ appoġġ għan-negozji;

29.

Jinnota li l-miżuri ta’ appoġġ tal-UE favur l-SMEs jibqgħu żbilanċjati u li ħafna Stati Membri għandhom ma kkunsidrawx il-karatteristiċi tal-intrapriżi ż-żgħar fit-tfassil tal-leġiżlazzjoni.

30.

Jenfasizza li l-aċċess għall-finanzjament jibqa’ wieħed mill-ostakli prinċipali fl-iżvilupp tal-SMEs; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta b'mod komprensiv jekk l-istrumenti tal-finanzjament immirati lejn l-SMEs, bħal pereżempju l-istrument tal-mikrofinanzjament PROGRESS, jiffaċilitawx effettivament l-aċċess tal-SMEs għall-iffinanzjar, meta jitqies b’mod partikolari l-fatt li ċerti istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri jimponu kundizzjonijiet ta’ kreditu eċċessivament riġidi għall-SMEs;

31.

Jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni biex tgħin lill-Istati Membri jtejbu l-kundizzjonijiet fiskali u amministrattivi tagħhom għal trasferimenti ta’ negozji; iqis li jeħtieġ titjib fl-indirizzar fiskali ta’ forom ta’ finanzjament innovattivi bħal finanzjamenti fi gruppi, finanzjamenti ta’ kapital ta’ riskju jew finanzjamenti minn business angel; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-appoġġ tagħhom għat-trasferiment tan-negozji permezz ta’ strumenti finanzjarji fil-livell nazzjonali, b’mod partikolari permezz ta’ garanziji fuq self, kif ukoll forom oħra ta' finanzjament bħal finanzjamenti fi gruppi jew finanzjamenti minn business angel, u jilqa' l-enfasi tal-Kummissjoni fuq pjattaformi ta' finanzjament kollettiv (crowdfunding platforms); jemmen li t-trasferiment tan-negozju għandu jkun iffaċilitat ukoll permezz ta' inizjattivi ta' taħriġ adegwat dwar il-ħiliet maniġerjali, bħal f'każijiet fejn in-negozji jiġu ttrasferiti lill-impjegati;

32.

Jinnota li r-regoli kkumplikati tal-VAT ilhom żmien twil iservu ta’ xkiel fost l-ostakli ewlenin li jwaqqfu l-intraprendituri milli jużaw il-potenzjal tas-suq uniku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta l-proposti ppjanati biex tallinja r-regoli u tnaqqas l-ispejjeż tal-komformità mal-VAT f'dikjarazzjoni unika malajr kemm jista’ jkun, sabiex tiffaċilita l-adozzjoni tagħhom matul it-terminu leġiżlattiv attwali;

33.

Jikkunsidra l-miżuri proposti biex jitnaqqas il-piż amministrattiv (li jistgħu jinkludu piż mhux meħtieġ jew sproporzjonat permezz ta' regolazzjoni) u piż burokratiku bħala kumplimentari għall-prinċipji tas-Small Business Act; jiddispjaċih dwar il-fatt li ma jissemmewx inizjattivi importanti fil-pjan ta’ azzjoni, bħal pereżempju l-miżuri ta’ implimentazzjoni tat-testijiet tal-SME fil-livell nazzjonali, ir-rwol futur tal-grupp ta’ livell għoli għat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi jew l-istabbiliment ta’ scoreboard dwar piżijiet regolatorji fl-UE u l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni, taħt it-tmexxija tar-Rappreżentant tagħha tal-SMEs, biex tfassal pjan direzzjonali fil-ħin għar-rieżami jew ir-reviżjoni tal-għaxar miżuri tal-UE li jservu tal-akbar ostaklu, sabiex tnaqqas il-piż mhux meħtieġ u eċċessiv; jafferma li, fi kwalunkwe każ, tali tnaqqis m'għandux inaqqas l-istandards soċjali u ambjentali ewlenin;

34.

Jistieden lill-Istati Membri jagħtu intrapriżi li għadhom jibdew perjodu ta' konċessjoni fir-rigward ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u għat-taxxi kollha 'on account' sabiex l-intrapriżi jħallsu biss it-taxxi fuq il-profitt effettivament iġġenerat fl-ewwel snin; jinsisti li din is-sistema tkun kompletament trasparenti sabiex ma jkunux jistgħu jsiru abbużi minnha;

35.

Jenfasizza l-importanza tat-trasferiment tal-għarfien bejn ċentri tal-għarfien, bħall-istituti tar-riċerka u ċ-ċentri tal-eċċellenza, u l-SMEs għas-suċċess tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ddefiniti b’mod ċar il-proċess tat-trasferiment tal-għarfien fil-prattika u l-benefiċċji tiegħu għas-suċċess tal-clusters intraprenditorjali;

36.

Jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li toffri ċans ieħor għall-fallimenti onesti u biex tnaqqas il-piż amministrattiv tar-regolamenti li joħnoq l-imprendituri;

37.

Jenfasizza l-importanza tal-professjonijiet indipendenti għall-intraprenditorija fl-Ewropa; jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni ħabbret li se tistabbilixxi grupp ta’ ħidma inkarigat mill-analiżi tal-karatteristiċi speċjali u l-ħtiġijiet tal-professjonijiet indipendenti; jitlob lill-Kummissjoni tqis il-konklużjonijiet ta' dan il-grupp ta' ħidma meta twettaq valutazzjonijiet tal-impatt għal proposti leġiżlattivi, kif ukoll biex tissorvelja l-miżuri relatati mas-Small Business Act; jinnota li dan jista’ jwassal sabiex tinħoloq Karta Ewropea tal-professjonijiet indipendenti;

38.

Jenfasizza l-importanza li jiġu żviluppati ħiliet ta’ innovazzjoni b’mod ġenerali u li tiġi appoġġjata l-innovazzjoni li toriġina minn impjegati kemm f’kumpaniji ġodda kif ukoll f’dawk eżistenti; jenfasizza wkoll li l-parti l-kbira tal-intrapriżi l-ġodda li jkollhom l-akbar suċċess ikunu ħarġu minn kumpaniji eżistenti fejn impjegati jkollhom l-opportunità jiżviluppaw l-idea tagħhom f’oqfsa sikuri u għonja fir-riżorsi; jenfasizza, barra minn hekk, li bosta intraprendituri ġodda huma kkwalifikati u oħrajn ma għandhomx kwalifiki, u għaldaqstant l-isforzi intraprenditorjali ma għandhomx ikunu mmirati biss lejn persuni akkademiċi; jinnota li t-taħriġ vokazzjonali orjentat lejn il-prattika għandu rwol importanti wkoll fl-isforzi għall-promozzjoni tal-intraprenditorija u l-innovazzjoni;

39.

Jenfasizza l-importanza li jiġu żviluppati inċentivi għall-impjegati biex jibdew kumpaniji tagħhom stess fuq bażi part-time;

40.

Jitlob l-użu ta' dispożizzjonijiet ta' flessibilità għall-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (COSME) fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP), partikolarment fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji; jinsisti li, fl-ambitu tal-QFP, jitkomplew il-programmi ta’ mikrokreditu, pereżempju l-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress u JASMINE (l-Azzjoni Konġunta għas-Sostenn tal-Istituzzjonijiet Mikrofinanzjarji fl-Ewropa);

41.

Jenfasizza li l-ħolqien ta’ alternattivi ta’ finanzjamenti flessibbli għandu importanza massima għall-intrapriżi li għadhom jibdew u l-SMEs sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għall-finanzjament; jirrikonoxxi li kontribuzzjonijiet differenti ta’ kapital barrani u kapital proprju u kapital ibridu (hybrid capital) jistgħu jkunu adegwati għal mudelli ta’ negozju differenti u għalhekk jistieden lill-Istati Membri jneħħu d-distinzjoni għal skopijiet ta’ taxxa bejn kapital proprju u kapital barrani u jikkunsidraw li jintroduċu eżenzjoni għall-parteċipazzjoni kapitali għall-investiment fl-ekonomija reali biex jistimulaw it-tkabbir sostenibbli u joħolqu l-impjiegi; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-benefiċċji tat-titolizzazzjoni tal-mikro-kreditu;

42.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkoraġġixxu s-separazzjoni ta’ kuntratti għall-akkwist pubbliku f’lottijiet sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-offerti pubbliċi, pereżempju billi jiġi applikat il-prinċipju 'apply or explain' fil-liġi nazzjonali tagħhom dwar l-akkwist;

43.

Jiddispjaċih li f’uħud mill-Istati Membri għad hemm rekwiżiti riġidi wisq għal intrapriżi ġodda; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jnaqqsu għal xahar il-perjodu meħtieġ għall-għoti ta’ liċenzji u permessi oħra biex jinfetaħ negozju ġdid;

44.

Jenfasizza l-importanza tal-fatt li persuni gradwati li matul l-istudji tagħhom ikunu pparteċipaw f’korsijiet speċjalizzati dwar intraprenditorija għandhom jingħataw assistenza biex jibdew intrapriża tagħhom;

45.

Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu punt uniku fejn is-servizzi kollha ta’ appoġġ għan-negozji jkunu kkombinati, inkluż fil-qasam tal-aċċess għall-finanzjament minn sorsi varji, il-konsulenza dwar il-ftuħ ta’ negozji ġodda u informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ negozju fi ħdan l-UE u barra minnha;

46.

Jistieden lill-Istati Membri jadottaw approċċ ibbilanċjat fil-liġijiet tagħhom dwar il-limiti ta’ żmien u r-risoluzzjoni ta’ tilwim dwar dejn sabiex fallimenti onesti jingħataw “ċans ieħor” u r-riskji għall-kredituri jiġu minimizzati;

III.    L-intraprendituri bħala mudelli eżemplari u l-għan li jintlaħqu gruppi speċifiċi fil-mira

47.

Jappoġġa l-introduzzjoni ta’ 'Jum Ewropew tal-Intraprenditorija' li għandu jkun dirett primarjament lejn il-midja u jiġbed l-attenzjoni fuq stejjer ta’ suċċess intraprenditorjali; iqis li għandha ssir enfasi partikolari fuq l-eżempji ta’ intraprendituri kapaċi joħolqu valur ekonomiku miżjud filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji ċentrali tas-sostenibilità u r-responsabilità soċjali fl-UE; jittama li l-iskejjel u l-istituzzjonijiet ta’ tagħlim jipparteċipaw fl-avveniment permezz ta’ laqgħat mal-intraprendituri u żjajjar fl-impriżi;

48.

Jenfasizza l-potenzjal kbir tan-nisa bħala intraprendituri u jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta data affidabbli b’mod li l-leġiżlazzjoni tal-preżent tkun tista' tiġi vvalutata aħjar u biex jiġu eliminati l-ostakli possibbli għall-intraprendituri nisa;

49.

Jenfasizza l-potenzjal tal-kooperattivi u l-intrapriżi soċjoekonomiċi bħala strumenti għall-ġenerazzjoni tal-impjiegi, u partikolarment l-impjiegi fost iż-żgħażagħ, minħabba r-rwol li għandhom fl-iżvilupp lokali sostenibbli, mhux biss f’termini ekonomiċi iżda wkoll f’termini soċjali u f’termini ta’ impjiegi;

50.

Jenfasizza li l-ICT għandu rwol determinanti fil-prestazzjoni tal-intraprenditorija u jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżviluppaw u jippromwovu programmi biex jibnu l-ħiliet tal-ICT, partikolarment għaż-żgħażagħ u għan-nisa;

51.

Iqis li għandha tingħata attenzjoni speċjali lil gruppi oħra li huma sottorappreżentati fid-dinja intraprenditorjali bħaż-żgħażagħ, l-anzjani, il-persuni b’diżabilità u l-immigranti;

52.

Huwa tal-fehma li l-isfidi demografiċi jeħtieġu strateġija aktar wiesgħa li tgħaqqad il-ħolqien tal-impjiegi mal-ħtiġijiet ġodda u emerġenti tas-suq tax-xogħol Ewropew; jemmen li, f'dan ir-rigward, għandu jsir aktar progress biex titjieb il-mobilità tal-ħaddiema tal-UE, fosthom ir-riċerkaturi u professjonisti oħrajn, bil-ħsieb li naslu għal Ewropa mingħajr ostakli fis-suq intern tal-UE;

53.

Jenfasizza li n-nuqqas ta’ kwalifiki skolastiċi u professjonali barranin jirrapreżenta ostaklu sinifikanti għall-ħolqien ta’ intrapriżi mill-migranti; jitlob, għalhekk, li jkun hemm ftehim mill-aktar fis dwar id-Direttiva dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali;

o

o o

54.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2012)0387.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2013)0036.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/17


P7_TA(2013)0513

L-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (abbażi tar-Rapport Annwali tal-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni) (14605/1/2012 – 2013/2105(INI))

(2016/C 436/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (abbażi tar-Rapport Annwali tal-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni) (14605/1/2012),

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 21, 24 u 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

wara li kkunsidra t-Titolu V tat-TUE u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2012,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenza InterParlamentari għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni u tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni tas-6 ta’ Settembru 2013,

wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà bit-titolu “Ewropa Sikura f'Dinja Aħjar”, adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta’ Diċembru 2003, u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha bit-titolu “Nipprovdu s-Sigurtà f'Dinja li qed Tinbidel”, adottat mill-Kunsill Ewropew fil-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-1 ta’ Diċembru 2011 u tat-23 ta’ Lulju 2012, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-akkomunament u l-kondiviżjoni tal-kapaċitajiet militari tat-23 ta’ Marzu 2012,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-istrateġija ta’ sigurtà marittima tas-26 ta’ April 2010,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Il-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika ta’ Informazzjoni tas-27 ta’ Mejju 2011 u l-konklużjonijiet preċedenti tal-Kunsill dwar iċ-ċibersigurtà,

wara li kkunsidra l-Kodiċi ta’ Kondotta dwar l-Akkomunament u l-Kondiviżjoni adottat mill-ministri tad-difiża tal-UE fid-19 ta’ Novembru 2012,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2013 bl-isem “Lejn settur tad-difiża u tas-sigurtà aktar kompetittiv u effiċjenti” (COM(2013)0542),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta’ Settembru 2013, dwar id-dimensjoni marittima tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (3) u dwar l-istrutturi militari tal-UE: is-sitwazzjoni attwali u l-prospetti futuri (4), tat-22 ta’ Novembru 2012 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (5), dwar il-klawsoli ta’ difiża reċiproka u solidarjetà tal-UE: dimensjonijiet politiċi u operattivi (6), dwar ir-rwol tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni f'każ ta’ kriżijiet ikkawżati mill-klima u ta’ diżastri naturali (7), u dwar iċ-Ċibersigurtà u ċ-Ċiberdifiża (8), tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq is-settur tad-difiża fl-Istati Membri tal-UE (9), tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar l-iżvilupp tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (10) u tat-23 ta’ Novembru 2010 dwar il-kooperazzjoni ċivili-militari u l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ċivili-militari (11),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni tat-13 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-reviżjoni tal-2013 tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE (12) u r-Reviżjoni tas-SEAE tal-2013 ippreżentata mir-Rappreżentant Għoli f’Lulju 2013 (13),

wara li kkunsidra r-rapport tal-15 ta’ Ottubru 2013 tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni dwar il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni,

wara li kkunsidra r-rapport tas-SEAE dwar ir-reviżjoni tal-proċeduri tal-immaniġġjar ta’ kriżijiet tal-PSDK adottat mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) fit-18 ta’ Ġunju 2013,

wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra l-Artikolu 119(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0360/2013),

Is-sigurtà u d-difiża Ewropea f’dinja li qed tinbidel

1.

Jinnota l-bidliet sinifikanti u kontinwi fl-ambjent ġeopolitiku kkaratterizzat minn theddidiet multidimensjonali u asimmetriċi, mit-tkabbir ta’ setgħat emerġenti u minn bidla strateġika fl-attenzjoni tal-Istati Uniti lejn ir-reġjun tal-Paċifiku, mill-instabilità dejjem tiżdied fil-viċinat tan-nofsinhar tal-UE, minn żieda fl-isfidi marittimi tas-sigurtà, mill-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa u żieda fit-traffikar illeċitu ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir, u minn kriżi finanzjarja u ekonomika severa u fit-tul b’impatt ewlieni fuq il-PDG ta’ ħafna mill-Istati Membri tal-UE u, b’konsegwenza ta’ dan, fuq il-baġits tad-difiża nazzjonali fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku;

2.

Jemmen li l-valutazzjoni mill-ġdid u t-tisħiħ tar-rwol tal-Ewropa fid-dinja jikkostitwixxu waħda mill-ikbar sfidi tas-seklu 21 u li wasal iż-żmien għall-Istati Membri tal-Unjoni biex juru r-rieda politika meħtieġa biex jagħmlu lill-UE attur globali rilevanti u tipprovdi s-sigurtà b’awtonomija strateġika reali; iqis li hija meħtieġa bidla fil-mentalità min-naħa tal-Istati Membri sabiex jiġi ankrat approċċ Ewropew ma’ politika impenjata u effettiva tas-sigurtà u d-difiża;

3.

Jilqa’, għaldaqstant, id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li ssir diskussjoni ddedikata għas-sigurtà u d-difiża fis-Summit ta’ Diċembru 2013; iqis li din tipprovdi opportunità f’waqtha biex tenfasizza fl-ogħla livell politiku u tikkomunika lill-pubbliku fl-Ewropa li l-kwistjonijiet ta’ sigurtà u difiża għadhom importanti, u li d-dimensjoni Ewropea hija iktar rilevanti minn qatt qabel; jemmen bis-sħiħ li l-UE għandha l-ħtieġa li tkun kapaċi tipprovdi s-sigurtà liċ-ċittadini tagħha, li tippromwovi u tiddefendi l-valuri fundamentali tagħha, tassumi s-sehem tagħha tar-responsabbiltà fil-paċi dinjija u li jkollha rwol effettiv fil-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-kriżijiet reġjonali fil-viċinat usa' tagħha, li tikkontribwixxi għar-riżoluzzjoni tagħhom u li tipproteġi ruħha mill-effetti negattivi ta’ dawn il-kriżijiet;

4.

Jilqa’ wkoll ir-rapport tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni dwar il-PSDK, li jidentifika għadd ta’ ostakli li tiffaċċja l-politika; jiddispjaċih madankollu, li r-rapport ma jissuġġerixxix aktar azzjonijiet konkreti biex jimla l-lakuni tal-PSDK;

5.

Jistenna bil-ħerqa li jittieħdu deċiżjonijiet ta’ sustanza fis-Summit ta’ Diċembru u li jressaq ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu ma’ dan ir-rapport, li jibnu fuq il-pożizzjonijiet rilevanti meħuda mill-Parlament fil-passat riċenti u li tingħata attenzjoni mill-qrib lid-dibattitu li għaddej dwar it-tliet kwistjonijiet ewlenin (raggruppamenti) identifikati mill-Kunsill Ewropew f’Diċembru 2012;

L-isfruttar tal-potenzjal tat-trattati

6.

Jinnota li t-Trattat ta’ Lisbona introduċa bosta strumenti ġodda fil-qasam tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) li għadhom ma tpoġġewx fil-prattika;

7.

Jenfasizza f’dan ir-rigward il-possibilità li tiġi stabbilita kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) fost l-Istati Membri (Artikolu 46(6) tat-TUE), li jiġu fdati strumenti u kapaċitajiet ta’ ppjanar u kondotta militari tal-PSDK b’mod partikolari lil dak il-grupp ta’ Stati Membri (Artikoli 42(5) u 44(1) tat-TUE), u li jiġi stabbilit fond ta’ tnedija għall-attivitajiet preparatorji għall-missjonijiet li mhumiex debitati lill-baġit tal-Unjoni (Artikolu 41(3) tat-TUE) u li mhumiex inkorporati fil-mekkaniżmu ATHENA; jistieden għalhekk lill-President tal-Kunsill Ewropew u lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli biex jistabbilixxu l-fond ta’ tnedija; jenfasizza f’dan il-kuntest l-importanza li jiġu ssimplifikati l-kwistjonijiet tal-PSDK f’dawk il-politiki tal-UE li għandhom impatt multidimensjonali fuq is-sigurtà u d-difiża jew li jikkontribwixxu għall-PSDK, bħall-iżvilupp u d-drittijiet tal-bniedem, ir-riċerka industrijali u l-innovazzjoni, is-suq intern, il-politiki internazzjonali tal-kummerċ u tal-ispazju u oħrajn, sabiex jappoġġjaw lil dawk l-Istati Membri li huma involuti fit-tisħiħ ulterjuri tal-PSDK;

8.

Jenfasizza l-importanza ta’ dawn id-dispożizzjonijiet miftiehma komunement għall-iżvilupp tal-PSDK u jitlob lill-Kunsill Ewropew biex imexxi diskussjoni serja dwar l-implimentazzjoni tagħhom b’mod koerenti; jitlob lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-President tal-Kummissjoni u lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli (VP/RGħ) biex ikollhom rwol attiv f'dan il-proċess;

L-ewwel raggruppament: żieda fl-effettività, il-viżibbiltà u l-impatt tal-PSDK

9.

Jindika li, skont it-Trattati, l-għan tal-UE huwa li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha (Artikolu 3 tat-TUE) u li l-azzjoni tagħha fix-xena internazzjonali għandha tfittex li tikkonsolida u tappoġġja d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, u biex tipprevjeni l-kunflitti u ssaħħaħ is-sigurtà internazzjonali, f’konformità mal-għanijiet u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, mal-prinċipji tal-Att Finali ta’ Ħelsinki u mal-għanijiet tal-Karta ta’ Pariġi, inklużi dawk relatati mal-fruntieri esterni (Artikolu 21 tat-TUE); huwa konvint li l-PSDK isservi dawn l-għanijiet u jenfasizza l-bżonn li tiġi aġġornata;

10.

Jenfasizza li l-assi ewlieni tal-Unjoni Ewropea huwa d-disponibbiltà ta’ politiki u strumenti varji, ikkumbinati permezz tal-hekk imsejjaħ “approċċ komprensiv”, u li huwa possibbli li jinkisbu riżultati aħjar fil-livelli kollha billi tiġi integrata aħjar il-PSDK f’dan l-approċċ; jilqa’ f’dan ir-rigward ir-reviżjoni tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE ippubblikata mill-VP/RGħ f’Lulju 2013, li tagħraf il-problemi tal-koordinazzjoni u dawk relatati mal-ħeffa u l-effettività tat-teħid ta' deċiżjonijiet fil-qasam tal-PSDK; jistenna bil-ħerqa li jittieħdu deċiżjonijiet speċifiċi fis-Summit ta’ Diċembru u jistenna li tiġi integrata ulterjorment il-PSDK biex tiġi analizzata bir-reqqa fil-Komunikazzjoni konġunta li jmiss tal-VP/RGħ u mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-approċċ komprensiv;

11.

Itenni l-konvinzjoni tiegħu li għalkemm elementi tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà tal-2003, kif supplimentati fl-2008, jibqgħu validi, l-UE għandha bżonn tirrevedi u tikkumplimenta din l-istrateġija billi tqis l-iżviluppi riċenti u firxa ġdida ta’ sfidi u riskji għas-sigurtà u tiddefinixxi mill-ġdid l-interessi, l-objettivi u l-prijoritajiet strateġiċi tagħha, b’enfasi akbar fuq il-ħarsien taċ-ċittadini tagħha, fuq id-difiża tal-infrastrutturi kritiċi u fuq il-viċinat tagħha, u billi tikkombina s-sottostrateġiji reġjonali u tematiċi differenti; jemmen li tali eżerċizzju għandu jipprovdi qafas strateġiku iktar ċar għall-azzjoni esterna mill-UE, itejjeb il-konsistenza u, fl-istess waqt, jikkomunika aħjar liċ-ċittadini l-isfidi u r-riskji li jiffaċċjaw fil-futur; jitlob għalhekk li l-Kunsill Ewropew iniedi dibattitu dwar il-qafas strateġiku xieraq għall-Unjoni, jagħti mandat lill-VP/RGħ biex iressaq il-proposti f’dan ir-rigward qabel tmiem l-2014 u jiżgura segwitu sostenibbli, kif definit primarjament fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà;

12.

Jitlob li din ir-reviżjoni tal-qafas strateġiku tal-UE tiġi tissarraf fit-tfassil ta' White Paper dwar il-politika ta’ sigurtà u difiża tal-UE u jissuġġerixxi li l-Kunsill Ewropew ikun jista’ jniedi dan il-proċess meħtieġ; barra minn hekk, iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE biex iqisu serjament id-dimensjoni Ewropea fl-istrateġiji ta’ sigurtà nazzjonali, fil-White Papers u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-qasam tad-difiża; jistieden lill-VP/RGħ biex jiżviluppa mudell komuni għat-tfassil tar-reviżjonijiet nazzjonali konkorrenti;

13.

Jindika l-ħtieġa li jiġi garantit li l-UE tkun f’pożizzjoni li tikkontribwixxi, permezz ta’ operazzjonijiet ta' mmaniġjar ta' kriżi, għall-prevenzjoni, l-istabbilizzazzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti;

14.

Jemmen li l-introduzzjoni ta’ klawżola ta’ difiża reċiproka u ta’ klawżola ta’ solidarjetà mit-Trattati (Artikolu 42(7) tat-TUE u Artikolu 222 tat-TFUE) isaħħu s-sens ta’ destin komuni fost iċ-ċittadini Ewropej; ifakkar lill-Istati Membri li l-Unjoni tista' biss twettaq ir-rwol globali tagħha fi spirtu ta' impenn, fehim reċiproku u solidarjetà ġenwina, b'hekk issaħħaħ is-sigurtà tal-Ewropa u dik taċ-ċittadini tagħha; ifaħħar, għalhekk, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għall-Proposta Konġunta dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni mill-Unjoni tal-klawsola ta' solidarjetà u jitlob lill-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern biex itennu mill-ġdid l-impenn tagħhom lejn is-solidarjetà politika reċiproka u biex jipprovdu interpretazzjoni operattiva ċara taż-żewġ klawsoli;

15.

Jinnota bi tħassib li n-numru u l-puntwalità tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK, u l-iżvilupp tal-mezzi u l-kapaċitajiet ċivili u speċjalment militari għall-PSDK ma jilħqux dak li huwa meħtieġ minħabba l-viċinat dejjem inqas sikur u instabbli tal-UE; jiddeplora, b’mod partikolari, l-ambitu ġenerali limitat tal-missjonijiet tal-PSDK relatati mal-kriżijiet fil-Libja u fil-Mali u jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ flessibbiltà fil-proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni li jammontaw għal reazzjonijiet effettivi mdewma f’xenarji ta’ kriżijiet, kif juru ż-żewġ eżempji; jitlob biex is-sitwazzjoni tiġi sorveljata u biex jinżamm l-impenn operattiv fl-Ewropa tal-Lvant u l-Kawkasu tan-Nofsinhar, li ta riżultati pożittivi; jitlob aktar ambizzjoni u sforzi serji biex jitjieb it-tfassil tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet futuri tal-PSDK taħt ‘proċess ta’ tagħlimiet miksuba’ u biex jiġu żviluppati strateġiji ta’ ħruġ xierqa; jistieden lill-VP/RGħ biex jidderieġi dan il-proċess u jilqa' f'dan ir-rigward ir-rapport tagħha ppubblikat fil-15 ta' Ottubru 2013 bħala pass importanti dwar kif il-PSDK issir aktar effettiva u proattiva;

16.

Jenfasizza l-bżonn li titjieb il-viżibbiltà tal-immaniġġjar tal-kriżi Ewropea u li jitqiegħdu l-isforzi kollha taħt il-PSDK, u li jsir użu, fejn xieraq, mid-dispożizzjoni fl-Artikolu 44 tat-TUE għal deċiżjoni tal-Kunsill li tafda l-implimentazzjoni ta’ kompitu lil grupp ta’ Stati Membri li għandhom ir-rieda u l-kapaċità meħtieġa għal tali kompitu;

17.

Jesprimi t-tħassib tiegħu, abbażi tal-esperjenza tal-passat riċenti, li l-approċċ komprensiv għall-immaniġġjar tal-kriżi għadu ma laħaqx il-potenzjal sħiħ tiegħu; iqis li l-missjonijiet u l-operazzjonijiet huma aktar sinifikanti meta jintisġu fi strateġija reġjonali, kif juri l-eżempju pożittiv tal-Qarn tal-Afrika; jieħu nota tas-“Suġġerimenti għal proċeduri tal-immaniġġjar ta’ kriżijiet għall-operazzjonijiet ta’ mmaniġġjar ta’ kriżijiet tal-PSDK” approvat mill-Istati Membri fit-18 ta’ Ġunju 2013;

18.

Jitlob li l-problemi funzjonali tal-missjonijiet ċivili tal-PSDK, notevolment dawk li jirrigwardjaw il-ħeffa tal-iskjerament u tal-persunal, jiġu ttrattati billi jiġi rivedut il-qafas legali u finanzjarju tagħhom, li spiss jikkomplika l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet u jwassal għal dewmien; jitlob għal żieda fin-numru ta’ pjanifikaturi strateġiċi kwalifikati u politikament indipendenti, li huwa żgħir wisq ikkumparat man-numru ta’ missjonijiet; jitlob barra minn hekk lill-Istati Membri biex joħolqu “korpi ta’ riżerva ċivili” li jistgħu jiġu skjerati malajr jekk ikun meħtieġ; jilqa’ f’dan ir-rigward il-maħżen permanenti tal-PSDK stabbilit riċentament;

19.

Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-2001 li talbet il-ħolqien ta’ Korp Ewropew għall-Paċi Ċivili; jilqa’ l-isforzi riċenti biex jinħoloq Korp Volontarju ta’ Għajnuna Umanitarja fil-Kummissjoni u grupp ta’ esperti fil-medjazzjoni, id-djalogu, u r-rikonċiljazzjoni fis-Servizz għall-Azzjoni Esterna; jilqa’ wkoll l-eżistenza u l-kontinwazzjoni tas-Sħubija għat-Tisħiħ tal-Paċi bejn is-Servizz għall-Azzjoni Esterna u partijiet interessati tas-soċjetà ċivili rilevanti;

20.

Jenfasizza r-rwol importanti tal-medjazzjoni u d-djalogu fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti b’mod paċifiku; ifaħħar il-progress li għamel is-SEAE fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ medjazzjoni tiegħu u jtenni l-appoġġ tiegħu għat-titjib ulterjuri tal-kapaċitajiet tal-Ewropa f’dan il-qasam; jemmen li l-involviment b’suċċess tal-Parlament fil-proċessi ta’ medjazzjoni wera r-rwol importanti li jista’ jkollhom il-membri parlamentari fl-appoġġ għall-proċessi ta’ medjazzjoni u djalogu u għandu l-intenzjoni li jkompli jżid l-isforzi tiegħu f’dan il-qasam;

21.

Jipproponi l-inklużjoni ta’ konsulenti dwar id-drittijiet tal-bniedem u dwar il-ġeneru fil-missjonijiet kollha tal-PSDK u jinkoraġġixxi skambju tal-aħjar prattiki fost il-missjonijiet tal-PSDK sabiex jitqies bis-sħiħ it-tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem u għall-protezzjoni u l-inklużjoni sħiħa tan-nisa fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti u ta’ wara l-kunflitti, jistieden lill-Kunsill u lis-SEAE biex jieħdu passi ulterjuri biex jinkludu aspetti tal-ġeneru fl-ippjanar tal-persunal għall-missjonijiet tal-PSDK;

22.

Jenfasizza l-fatt li l-operazzjonijiet militari ta’ suċċess jirrikjedu funzjoni ċara ta’ kmand u kontroll; itenni għalhekk it-talba tiegħu għall-istabbilment ta’ kwartieri ġenerali ta’ operazzjonijiet militari permanenti; jinnota b’dispjaċir in-nuqqas ta’ progress fuq din il-kwistjoni u r-reżistenza qawwija ta’ xi Stati Membri; jenfasizza li PSDK effettiva teħtieġ appoġġ ta’ twissija bikrija u informazzjoni sigrieta adegwat; iqis, għalhekk, li dawn il-kwartieri ġenerali għandhom jinkludu ċelloli għall-ġbir ta’ informazzjoni sigrieta u għall-għarfien tat-twissijiet bikrija jew tas-sitwazzjoni;

23.

Itenni l-appoġġ tiegħu għal soluzzjoni temporanja u jiġbed l-attenzjoni lejn il-proposta tiegħu biex jitjieb l-istat taċ-Ċentru ta’ Operazzjonijiet għall-Qarn tal-Afrika li huwa attiv bħalissa u biex tiġi pprovduta għajnuna għall-ippjanar militari u għall-koordinazzjoni bejn l-atturi fil-qasam operattiv; jitlob lill-VP/RGħ biex tiżviluppa tali opzjoni, fi ħdan ir-restrizzjonijiet tad-daqs u l-infrastruttura attwali tiegħu, biex jitjieb l-użu tar-riżorsi attwali u biex tiġi eżaminata l-fattibbiltà li ż-żona ġeografiku ta' operazzjonijiet titwessa’ biex tinkludi reġjuni oħra importanti; iqis li dan il-korp għandu jkollu kapaċità legali u jiġi assenjat ir-rwol li jikkoordina l-akkwist bejn Brussell u l-kwartieri ġenerali tal-missjoni individwali, u juża l-ekonomiji ta’ skala biex jimmassimizza t-tfaddil;

24.

Jinnota l-fatt li l-gruppi tattiċi tal-UE għadhom qatt ma ġew skjerati u jikkunsidra li l-eżistenza tagħhom se tkun diffiċli biex tkun iġġustifikata maż-żmien; jenfasizza li dawn jikkostitwixxu għodda importanti għall-ġenerazzjoni tal-forzi f’waqtha, għat-taħriġ u għar-reazzjoni rapida; jilqa’ d-deċiżjoni li din il-kwistjoni tiġi indirizzata matul is-Summit ta’ Diċembru; huwa konvint li l-UE għandu jkollha għad-dispożizzjoni tagħha forzi tattiċi permanenti lesti biex jidħlu fl-azzjoni fi żmien qasir, b’komponenti tal-art, tal-baħar, ċibernetiċi u tal-forzi speċjali u b’livell għoli ta’ ambizzjoni; jenfasizza l-fatt li l-gruppi tattiċi tal-UE għandhom ikunu skjerati għal kull tip ta' kriżi, inkluż il-kriżi umanitarja kkawżata mill-klima; huwa favur approċċ iktar flessibbli u mmirat biex itejjeb ir-rispons u l-adattabbiltà għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi differenti, u li titjieb il-modularità sabiex jimtlew il-lakuni matul il-fażijiet inizjali tat-tnedija tal-operazzjonijiet tal-PSDK mingħajr ma tiġi kompromessa, madankollu, il-kapaċità operattiva tal-grupp tattiku b’mod ġenerali;

25.

Jenfasizza l-fatt li għandhom isiru aktar sforzi biex inizjattivi bħall-Eurocorps u l-Grupp tal-Ajru Ewropew ikunu integrati fil-livell tal-UE;

26.

Jikkonferma li s-sistema finanzjarja attwali ta’ “spejjeż jitħallsu fejn jitnefqu” tikkostitwixxi problema serja għall-PSDK, li twassal għal dewmien jew imblukkar totali fit-teħid ta' deċiżjonijiet, notevolment fuq l-iskjerament rapidu tal-gruppi tattiċi; jirrakkomanda li l-Istati Membri jaqblu fuq mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-UE bbażat fuq qsim tal-piżijiet għall-użu tal-gruppi tattiċi taħt il-bandiera tal-UE, sabiex jingħatalhom futur realistiku; jitlob ukoll li fl-interess tal-koerenza u l-effettività – is-SEAE għandu jikseb il-kontroll tal-istrumenti finanzjarji marbuta mal-miżuri tal-immaniġġjar ta’ kriżijiet ippjanati u mmexxija minnu; jistenna li l-VP/RGħ u l-Istati Membri interessati jressqu proposti konkreti f’dan ir-rigward;

27.

Jesprimi t-tħassib tiegħu, barra minn hekk, li l-kriżi ekonomika u tad-dejn jista’ jkollha impatt fuq ir-rieda tal-Istati Membri tal-UE li jikkontribwixxu għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK, b’mod partikolari dawk b’implikazzjonijiet militari u tad-difiża; jitlob għalhekk estensjoni tal-ambitu tal-mekkaniżmu ATHENA u l-użu ta’ fond ta’ tnedija (Artikolu 41(3) tat-TUE) biex jiġi żgurat l-iffinanzjar rapidu tal-kompiti urġenti; jenfasizza madankollu li anke jekk jinħtieġ li l-PSDK terġa’ tiġi enerġizzata, dan għandu jsir skont il-limitazzjonijiet baġitarji;

28.

Jistieden lill-Istati Membri biex jisfruttaw il-possibilitajiet offruti mill-PESCO u biex jibdew jimplimentaw din id-dispożizzjoni tat-Trattat biex jittrattaw “l-għeja mill-PSDK” prevalenti u tikber il-kooperazzjoni u l-integrazzjoni militari; jitlob lill-Kunsill Ewropew biex jagħti linji gwida ċari għall-implimentazzjoni tagħha u jistieden lill-Istati Membri li mhumiex interessati biex jaġixxu b’mod kostruttiv; jenfasizza li għandha tibqa’ miftuħa l-possibbiltà ta’ sħubija fi stadju aktar tard sabiex tiġi żgurata l-flessibbiltà u tiġi evitata Ewropa b’żewġ veloċitajiet;

29.

Jirrimarka li l-UE għandha interess vitali f'ambjent marittimu sigur u miftuħ li jippermetti l-passaġġ ħieles tal-kummerċ u l-użu paċifiku, legali u sostenibbli tar-rikkezzi tal-oċeani; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata politika barranija marittima tal-UE li timmira li tipproteġi u tippreserva l-infrastruttura kritika, ir-rotot tal-baħar miftuħ u r-riżorsi naturali u tqiegħed enfasi fuq ir-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti fi ħdan il-kuntest tal-liġi internazzjonali u b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar; jistenna bil-ħerqa l-adozzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar is-Sigurtà Marittima, b'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' April 2010, u jitlob għall-iżvilupp ta' pjan ta' implimentazzjoni speċifiku; jindika li l-integrazzjoni tas-sorveljanza marittima fost is-setturi u l-fruntieri diġà hija għodda intersettorjali tal-Politika Marittima Integrata tal-UE (PMI); jenfasizza l-importanza li jiġi implimentat b’mod rapidu l-proġett tal-Ambjent Komuni għall-Qsim tal-Informazzjoni u l-bini ta’ “pont” bejn il-PMI u l-PSDK biex jitjieb il-qsim tal-informazzjoni bejniethom;

30.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi evitata l-militarizzazzjoni ta’ reġjuni bħall-Artiku u jenfasizza l-ħtieġa li jintużaw mezzi paċifiċi għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti inklużi strumenti ta’ kummerċ;

31.

Jitlob li l-Kunsill Ewropew jikkonferma mill-ġdid l-importanza tal-ispazju, li jsejjes l-awtonomija strateġika tal-UE u tal-Istati Membri tagħha u l-potenzjal li jintrebaħ l-aċċess awtonomu għall-ispazju permezz tal-iżvilupp ta’ lanċaturi u satelliti; itenni l-importanza tal-ġbir ta’ informazzjoni sigrieta preċiża għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet kemm ċivili kif ukoll militari tal-PSDK; jenfasizza b’mod partikolari r-rwol tal-assi bbażati fuq l-ispazju fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kunflitti u tal-immaniġġjar tal-kriżijiet qabel, waqt, u wara kriżi; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa politika speċifika biex tappoġġja l-iżvilupp ta’ assi tal-ispazju li għandhom użu multiplu;

32.

Itenni l-importanza dejjem tikber li jiġi indirizzat it-theddid tas-sigurtà ċibernetika; jistieden lill-Kunsill Ewropew biex jiżviluppa linji gwida għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE tas-Sigurtà Ċibernetika u biex jieħu miżuri konkreti fir-rigward tal-protezzjoni tal-infrastruttura ċibernetika, u l-investiment fit-tisħiħ ta’ kooperazzjoni madwar l-UE fuq il-proċeduri tal-immaniġġjar tal-kriżijiet, l-eżerċizzji ċibernetiċi, it-taħriġ u l-edukazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ biex jiżguraw li l-politika tas-sigurtà ċibernetika tiġi ppromulgata b’mod transsettorjali, sabiex tiġi żgurata l-konnessjoni adegwata bejn il-politiki tas-sigurtà interni u esterni tal-UE, u lill-Istati Membri kollha biex jiżviluppaw jew jiffinalizzaw l-Istrateġiji tas-Sigurtà Ċibernetika nazzjonali rispettivi tagħhom u biex jimmiraw għal livell ogħla ta' sinkronizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni;

33.

Jitlob lill-Kunsill Ewropew biex jafferma mill-ġdid is-sinifikat tal-provvista tal-enerġija tal-Ewropa u tal-aċċess diversifikat u sostenibbli għar-riżorsi tal-enerġija; jinnota li xi Stati Membri m’għandhomx il-kapaċità li jiddiversifikaw il-provvisti tal-enerġija tagħhom u b’hekk isiru dejjem aktar vulnerabbli; f’dan ir-rigward, jappoġġja b’mod qawwi l-isforzi kollaborattivi tal-Istati Membri f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi; jenfasizza li l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika fl-Ewropa għandha tattiva l-klawsola tad-difiża reċiproka u/jew ta’ solidarjetà; Jinnota wkoll li l-operazzjoni ATALANTA diġà qed twettaq rwol ta’ sigurtà tal-enerġija billi tikkumbatti lill-pirati li ħatfu numru ta’ tankers taż-żejt mill-2008 ‘l hawn; jemmen, għaldaqstant, li dawn l-aspetti jeħtieġ li jkunu parti mill-approċċ strateġiku meħtieġ; jenfasizza f’dan il-kuntest li l-provvista tal-enerġija hija fattur kruċjali għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet ta’ suċċess tal-PSDK;

34.

Jenfasizza l-importanza tal-effiċjenza enerġetika fil-qasam tad-difiża, u b’mod partikolari, jenfasizza l-ħtieġa li jiġi vvalutat l-impatt tal-konsum tal-enerġija fuq il-baġits tad-difiża u l-effettività militari u li tiġi żviluppata strateġija komprensiva tal-effiċjenza enerġetika għall-forzi armati;

35.

Jenfasizza l-importanza li l-UE tiżviluppa ulterjorment is-sħubijiet u li tkabbar id-djalogu dwar is-sigurtà man-NU, mal-organizzazzjonijiet reġjonali u mal-partijiet rilevanti, inkluż ma’ pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant dawk tal-Viċinat tan-Nofsinhar;

36.

Jirrimarka li l-UE għandha tinvolvi ruħha ulterjorment man-NU, mal-Unjoni Afrikana, mal-OSKE u mal-ASEAN sabiex taqsam l-analiżi u tikkoopera fl-indirizzar tal-isfidi tal-politika ambjentali u tat-tibdil fil-klima, inklużi l-implikazzjonijiet tas-sigurtà tagħha; jenfasizza l-bżonn għal azzjoni preventiva u jħeġġeġ lill-UE biex tiżviluppa u ttejjeb il-kapaċitajiet ta’ twissija bikrija;

37.

Jitlob kooperazzjoni iktar b’saħħitha bejn l-istrutturi tal-UE u tan-NATO permezz ta’ approċċ kumplimentari u koordinazzjoni aktar mill-qrib sabiex jgħin biex tiġi evitata d-duplikazzjoni bejn iż-żewġ imsieħba u biex tindirizza b'mod effettiv it-theddidiet ġodda; huwa konvint li t-tisħiħ tal-PSDK ma jagħmilx ħsara, iżda filfatt isaħħaħ, lis-sigurtà kollettiva u lir-rabtiet transatlantiċi; isostni li l-iżvilupp tal-kapaċitajiet difensivi fil-kuntest tal-UE huwa ta’ benefiċċju għan-NATO wkoll; jinnota l-kollaborazzjoni kostruttiva rigward inizjattiva ta’ akkomunament u kondiviżjoni tal-UE u l-inizjattiva ta’ difiża intelliġenti tan-NATO; jilqa’ l-intenzjoni tar-Repubblika ta’ Ċipru li tissieħeb fil-Programm ta’ Sħubija għall-Paċi tan-NATO li tista’ twassal għal bidla u tħeġġeġ lit-Turkija biex tadotta attitudni ugwalment kostruttiva; iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ qafas komprensiv għall-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO u t-tkabbir tad-djalogu politiku b’rispett sħiħ lejn it-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kull parti;

38.

Huwa tal-opinjoni li l-UE teħtieġ tkun kapaċi taġixxi b’mod awtonomu, iżda dejjem f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Karta tan-NU filwaqt li tiżgura rispett sħiħ lejn il-liġi umanitarja internazzjonali;

It-tieni raggruppament: tisħiħ tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ difiża

39.

Jikkonferma t-tħassib li tnaqqis ulterjuri fil-baġits tad-difiża nazzjonali jagħmluha impossibbli li jiġu miżmuma l-kapaċitajiet militari kritiċi u ser jirriżultaw f’telfa irriversibbli ta’ kompetenzi u teknoloġiji; jinnota li n-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet tal-Istati Membri saru apparenti matul l-operazzjonijiet fil-Libja u fil-Mali u li l-kriżi ekonomika aggravat il-problemi strutturali eżistenti; itenni l-opinjoni tiegħu, madankollu, li l-problema hija anqas ta’ natura baġitarja milli ta’ natura politika;

40.

Jinnota l-proposti magħmula mill-VP/RGħ fir-rapport tagħha dwar il-PSDK ta’ Ottubru 2013, u l-aktar dawk immirati biex joħolqu inċentivi għall-kooperazzjoni fil-qasam tal-kapaċitajiet tad-difiża, inkluż inċentivi ta' taxxa; jenfasizza l-opportunità għall-Istati Membri li jgawdu mill-benefiċċji sħaħ li jaħdmu iktar mill-qrib flimkien biex jiġġeneraw effiċjenza militari u li jiddeċiedu li jottimizzaw u jonfqu riżorsi skarsi b’mod aħjar u iktar intelliġenti, permezz ta’ tnaqqis koordinat ta’ duplikazzjoni mhux meħtieġa u kapaċitajiet żejda u skaduti;

41.

Jilqa’ r-reviżjoni li għaddejja bħalissa tal-Pjan ta’ Żvilupp tal-Kapaċitajiet bħala l-bażi għall-kunċett tat-trasformazzjoni konġunta fuq żmien twil għall-bini tal-kapaċità; jemmen li dan il-kunċett ta’ trasformazzjoni għandu jiġi diskuss b’mod regolari u l-implimentazzjoni tiegħu għandha tiġi simplifikata u riveduta kif xieraq;

42.

Jiġbed l-attenzjoni għall-missjoni tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA), kif dispost fl-Artikoli 42(3) u 45 tat-TUE, skont liem l-Aġenzija hija fdata b’kompiti importanti f’termini tal-implimentazzjoni ta’ kooperazzjoni strutturata permanenti, il-formulazzjoni ta’ politika Ewropea għall-kapaċitajiet u l-armamenti, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet militari tal-Istati Membri, u t-tisħiħ tal-bażi industrijali u teknoloġika tas-settur tad-difiża iżda mingħajr implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-UE;

43.

Iqis li, għalkemm mhux rimedju, l-akkomunament u l-kondiviżjoni tal-kapaċitajiet militari jikkostitwixxi rispons importanti għan-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet Ewropej; jilqa’ r-rwol faċilitattiv tal-EDA u l-progress li nkiseb s’issa; jemmen li l-akkomunament u l-kondiviżjoni m’għandhomx jiġu meqjusa biss f’termini ta’ provvisti konġunti, iżda wkoll f’termini ta’ integrazzjoni, u għandhom ikopru l-manutenzjoni kondiviża u l-utilizzazzjoni tal-kapaċitajiet;

44.

Jitlob għat-tisħiħ tar-rwol tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) fil-koordinazzjoni tal-kapaċitajiet, bl-għan li trażżan id-duplikazzjonijiet u l-programmi paralleli bejn l-Istati Membri li huma spiża żejda għall-persuni taxxabbli.

45.

Jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex itejbu l-kondiviżjoni tal-informazzjoni fl-ippjanar tad-difiża u, f'konformità mal-Kodiċi ta’ Kondotta dwar l-Akkomunament u l-Kondiviżjoni, jinkludu s-soluzzjonijiet tal-akkomunament u l-kondiviżjoni fiċ-ċikli ta’ ppjanar tad-difiża nazzjonali u fil-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet;

46.

Jenfasizza li l-fiduċja reċiproka, it-trasparenza u l-affidabbiltà huma fatturi ewlenin għas-suċċess ta’ kwalunkwe impenn komuni fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża; huwa konvint li l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ difiża għandu jkun minsuġ f’approċċ strateġiku li jiddetermina t-taħlita xierqa ta’ kapaċitajiet u l-għanijiet li għalihom għandhom jintużaw;

47.

Fid-dawl ta’ dan, jistenna li s-Summit dwar id-Difiża li ġej:

(a)

jipprovdi gwida politika u strateġika, li tikkonferma mill-ġdid l-impenn tal-Istati Membri lejn l-iżvilupp tal-kapaċitajiet u l-livell ta’ ambizzjoni deskritt fid-Dikjarazzjoni dwar it-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet tal-2008;

(b)

jistabbilixxi l-pedamenti għal ippjanar tassew kollettiv, li jkollu firxa mill-ippjanar strateġiku sal-akkwist u l-iżvilupp teknoloġiku, filwaqt li jagħti attenzjoni partikolari lejn il-kwistjonijiet tal-arranġamenti u l-inċentivi finanzjarji;

(c)

iħaffef l-implimentazzjoni tal-proġetti attwali, partikolarment dawk li jirrigwardaw il-mezzi ta’ għajnuna strateġiċi, u li jipprovdu appoġġ politiku għall-proġetti ewlenin tal-EDA, jiġifieri, ir-Riforniment ta’ Fjuwil fl-Ajru, il-Komunikazzjoni bis-Satellita, l-Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod, id-Difiża Ċibernetika u l-Ajru Uniku Ewropew;

(d)

jagħti l-kompitu lill-VP/RGħ u lill-EDA biex, b’mod parallel mal-Kummissjoni, iressqu proposti prattiċi ġodda li jirrigwardaw l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ difiża sal-aħħar tal-2014;

(e)

jistabbilixxi proċess ta’ monitoraġġ li regolarment jivvaluta l-progress miksub;

(f)

itenni l-valur tal-kollaborazzjoni mill-qrib man-NATO u mal-imsieħba strateġiċi fid-dominju tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet;

(g)

iqis it-tnedija ta’ xogħol ta’ żvilupp fuq Għan Militari Ewlieni 2025, possibilment ikkumplimentat minn Għan Primarju Industrijali;

It-tielet raggruppament: tisħiħ tal-industrija tad-difiża tal-Ewropa

48.

Jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Lejn settur tad-difiża u tas-sigurtà aktar kompetittiv u effiċjenti”, li tressaq xi ideat u proposti ġodda; jappoġġja bis-sħiħ l-isforzi tal-Kummissjoni biex tkabbar is-suq tad-difiża interna u tas-sigurtà u biex tiżviluppa politika tal-industrija tad-difiża, li tipprovdi appoġġ adegwat għall-SMEs li għandhom rwol ewlieni fl-innovazzjoni, fir-R&Ż, fil-ħolqien tal-impjiegi u fit-tkabbir ekonomiku, f’konformità mal-istrateġija Ewropa 2020;

49.

Jenfasizza l-fatt li t-tisħiħ tal-bażi teknoloġika u industrijali tas-settur tad-difiża huwa għan tal-Unjoni minqux fl-Artikoli 42(3) u 45 tat-TUE; jenfasizza li Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) solida li hija kapaċi ssostni lill-PSDK, sabiex tkompli ttejjeb il-kapaċitajiet militari tal-Ewropa, filwaqt li tippreserva l-awtonomija strateġika tal-UE hija kruċjali għal difiża Ewropea effettiva; jenfasizza r-rabta bejn l-iżvilupp tar-riċerka, tal-industrija u tal-kapaċitajiet, li huma kollha elementi meħtieġa għat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u l-kompetittività, kif ukoll għal PSDK aktar b’saħħitha;

50.

Itenni l-ħtieġa għal industrija Ewropea tad-difiża b’saħħitha u inqas frammentata li hija kapaċi tappoġġja l-PSDK u ttejjeb l-awtonomija strateġika tal-UE; jenfasizza l-importanza taċ-ċertifikazzjoni u l-istandardizzazzjoni fit-titjib tal-interoperabilità tal-forzi armati; jitlob lill-Kunsill Ewropew biex jagħti l-mandat lill-EDA sabiex tipprepara pjan direzzjonali għall-iżvilupp ta’ standards tal-industrija tad-difiża, u lill-Istati Membri biex jissimplifikaw il-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni Ewropej permezz tar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati u biex jarmonizzaw il-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni tagħhom;

51.

Jenfasizza li l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-bidla u tar-ristrutturar huma parti integrali ta’ kwalunkwe politika industrijali; iqis, għalhekk, li l-integrazzjoni ulterjuri tas-suq fis-settur tad-difiża għandha tmur id f’id mad-djalogu soċjali attiv u mal-mitigazzjoni tal-impatti negattivi fuq l-ekonomiji reġjonali u lokali, li tagħmel użu sħiħ mill-istrumenti finanzjarji tal-UE, bħall-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni;

52.

Jitlob lill-Kunsill Ewropew biex jieħu azzjoni f’dawn l-oqsma permezz ta’ finanzjament sod tar-R&Ż, inkluż fil-livell Ewropew; jappoġġja l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni effettiva u kosteffiċjenti bejn is-sigurtà ċivili u l-attivitajiet ta’ riċerka tad-difiża; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa kontinwa għal reġim effettiv ta’ esportazzjoni b’użu doppju;

53.

Jenfasizza l-ħtieġa li jkunu żgurati sorsi ġodda ta' finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tad-difiża, jiġifieri permezz tal-Orizzont 2020;

Rimarki tal-għeluq

54.

Jappoġġja b’mod sħiħ li jsir dibattitu fuq it-tliet raggruppamenti fis-Summit dwar id-Difiża ta’ Diċembru; jenfasizza l-importanza ugwali tagħhom u l-fatt li huma marbuta flimkien minn loġika inerenti li taqdi l-istess objettivi strateġiċi;

55.

Jitlob lill-Kunsill Ewropew, kif ukoll lil dawk li jfasslu l-politika fil-livelli kollha fl-Istati Membri tal-Unjoni, biex juru aktar ambizzjoni u kuraġġ fit-tnedija ta’ dibattitu pubbliku, peress li dan huwa aktar importanti fi żmien ta’ awsterità ekonomika; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar investiment u biex tikber il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u tad-difiża, u li tiġi spjegata r-relazzjoni kawżali bejn is-sigurtà u d-difiża fuq naħa, u l-libertà, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-prosperità fuq l-oħra;

56.

Jenfasizza r-rabta indiviżibbli bejn is-sigurtà interna u esterna u li ambjent paċifiku, sigur u stabbli huwa prekundizzjoni għall-preservazzjoni tal-mudell politiku, ekonomiku u soċjali fl-Ewropa;

57.

Jesprimi t-tamiet kbar tiegħu li dan il-Kunsill Ewropew mhux ser ikun avveniment iżolat, iżda l-punt tal-bidu ta’ proċess kontinwu li jirrivedi l-kwistjonijiet ta’ sigurtà u difiża fil-livell tal-Kunsill Ewropew fuq bażi regolari; jiffavorixxi, bħala segwitu għall-Kunsill Ewropew, l-istabbiliment ta’ pjan direzzjonali b’punti ta’ riferiment u skedi ta’ żmien speċifiċi u mekkaniżmu ta’ rappurtar; hu favur l-istabbiliment ta’ Kunsill tal-Ministri tad-Difiża fuq żmien medju biex il-kwistjonijiet ta’ sigurtà u difiża jingħataw il-piż li jixirqilhom;

58.

Jimpenja ruħu li jżomm u jsaħħaħ rabtiet aktar mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri permezz ta’ laqgħat regolari sabiex jippromwovi d-djalogu u l-iskambju ta’ fehmiet dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà u ta’ difiża;

59.

Jemmen li l-PSDK hija pilastru bażiku tal-proċess ta’ integrazzjoni Ewropew;

o

o o

60.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-VP/RGħ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, lill-President tal-Assemblea Parlamentari tan-NATO, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-President fil-kariga tal-OSKE, lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-OSKE, lill-President tal-Assemblea tal-Unjoni Afrikana u lis-Segretarju Ġenerali tal-ASEAN.


(1)  ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2013)0380.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2013)0381.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2012)0455.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2012)0456.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2012)0458.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2012)0457.

(9)  ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 9.

(10)  ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 51.

(11)  ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 7.

(12)  Testi adottati, P7_TA(2013)0278.

(13)  http://eeas.europa.eu/library/publications/2013/3/2013_eeas_review_mt.pdf


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/26


P7_TA(2013)0514

Il-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (2013/2125(INI))

(2016/C 436/05)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikoli 21, 42, 45 u 46, u l-Artikoli 173, 179-190, u 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Protokoll Nru 10,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-13 u l-14 ta’ Diċembru 2012 u l-proċess li jwassal għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew dwar id-difiża skedata għad-19 u l-20 ta’ Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2013 bl-isem “Lejn settur tad-difiża u tas-sigurtà aktar kompetittiv u effiċjenti” (COM(2013)0542),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2007 bl-isem “Strateġija għal industrija tad-difiża Ewropea aktar b’saħħitha u kompetittiva” (COM(2007)0764),

wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà, adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2003, u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha, li ġie approvat mill-Kunsill Ewropew fil-11 u t-12 ta' Diċembru 2008,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni dwar it-titjib tal-Politika Ewropea tas-Sigurtà u d-Difiża, adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2008, u d-dikjarazzjoni dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, adottata mill-Kunsill fil-11 ta' Diċembru 2008,

wara li kkunsidra l-Istrateġija għall-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea, adottata mill-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) fl-14 ta’ Mejju 2007,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/411/PESK tat-12 ta' Lulju 2011 li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operattivi tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2004/551/PESK (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/81/KE dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2012 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (3), u tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq is-settur tad-difiża fl-Istati Membri tal-UE (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0358/2013),

Politika operattiva ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni teħtieġ bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea b’saħħitha

1.

Ifakkar li Politika operattiva ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni teħtieġ bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea (EDTIB) b’saħħitha, li tikkostitwixxi element ewlieni għall-kapaċità tal-Ewropa li tiżgura s-sigurtà taċ-ċittadini tagħha, tħares il-valuri tagħha u tippromwovi l-interessi tagħha; jirrimarka li s-settur tad-difiża Ewropea hu sors ewlieni ta' tkabbir u innovazzjoni, karatteristiċi ewlenin għall-istabbiltà u s-sigurtà; jemmen li t-twaqqif u l-iżvilupp tal-EDTIB kompetittiva għandhom ikunu parti mill-prijoritajiet strateġiċi tal-UE;

2.

Ifakkar il-livell ta’ ambizzjonijiet operattivi stabbiliti fid-Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-11 ta’ Diċembru 2008 u l-ħidmiet ċivili u militari stabbiliti fl-Artikolu 43(1) TUE; ifakkar l-impenn tal-Istati Membri li jtejbu l-kapaċitajiet militari tagħhom; jistieden lill-Kunsill Ewropew sabiex iniedi l-iżvilupp ta’ politika Ewropea dwar il-kapaċitajiet u l-armamenti (ECAP) għal dak il-għan, kif stipolat fl-Artikolu 42(3) TUE;

3.

Jenfasizza li filwaqt li ċerti pajjiżi terzi bħaċ-Ċina, l-Indja, il-Brażil u r-Russja qed iżidu l-infiq tad-difiża tagħhom, il-baġits tal-UE f’dan ir-rigward qed isofru minn tnaqqis; jiġbed l-attenzjoni għat-tibdil strateġiku fix-xenarju globali, it-tnaqqis fil-baġits tad-difiża ikkawżat b’mod speċjali mill-kriżi ekonomika u finanzjarja, il-pass mgħaġġel tal-iżvilupp teknoloġiku u l-fatt li l-kumpaniji Ewropej tad-difiża qed jaġġustaw għal din is-sitwazzjoni billi jagħmlu enfasi fuq l-esportazzjonijiet f’pajjiżi terzi, akkost li jittrasferixxu teknoloġiji sensittivi, u tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, u billi jċaqalqu l-produzzjoni barra mill-UE;

4.

Jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis fl-investiment tad-difiża u jitlob lill-Istati Membri, l-EDA u l-Kummissjoni biex jieħdu kontromiżuri bħala reazzjoni għall-espożizzjoni dejjem tiżdied tal-EDTIB fil-futur għar-riskju li tiġi kkontrollata u mxekkla fl-attivitajiet tagħha minn setgħat terzi b’interessi strateġiċi differenti; iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni industrijali Ewropea bil-għan li jiżguraw kemm jista' jkun awtonomija strateġika, billi jiżviluppaw u jipproduċu kapaċitajiet militari u ta' sigurtà effiċjenti bl-użu tat-teknoloġiji l-aktar avvanzati;

5.

Jenfasizza li bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-politiki tal-UE dwar l-industrija, l-ispazju u r-riċerka jestendu fl-ambitu tad-difiża; jinnota li l-programmi tal-Unjoni f’oqsma oħra bħas-sigurtà interna u fil-fruntieri, il-ġestjoni tad-diżastri u l-iżvilupp joffru prospett sinifikanti li jsir żvilupp konġunt tal-kapaċitajiet għal dawk il-politiki u għat-twettiq tal-missjonijiet tal-PSDK;

6.

Ifakkar il-ħtieġa li jsir progress fil-konsolidazzjoni tal-EDTIB, u jinnota li – quddiem teknoloġiji li dejjem qed isiru sofistikati u l-ispejjeż li qed jiżdiedu, il-kompetizzjoni internazzjonali li qed tiżdied, u baġits tad-difiża u volumi ta’ produzzjoni li qed jonqsu – hemm kamp ta' applikazzjoni kontinwu għal proġetti tad-difiża multinazzjonali u m'għadhiex aktar possibbli fl-ebda Stat Membru li l-industrija tad-difiża tkun sostenibbli fuq bażi strettament nazzjonali; jiddisjaċih għall-fatt li, filwaqt li nkiseb ċertu livell ta’ konċentrazzjoni fl-industriji ajruspazjali Ewropej, is-setturi tat-tagħmir tal-art u dak navali għadhom frammentati ħafna bejn il-pajjiżi;

7.

Jenfasizza li l-kostruzzjoni tal-industrija tad-difiża Ewropea għandha sseħħ b’mod sostenibbli, fl-Istati Membri kollha, fuq il-bażi tal-infrastruttura industrijali eżistenti u tan-normi stabbiliti fil-politiki industrijali Ewropej kif imsemmi fl-Artikolu 173 TFUE, u mhux biss skont il-prinċipju ta’ kompetizzjoni ħielsa;

8.

Ifakkar lill-Istati Membri tal-UE, lill-VP/RGħ, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża li iżjed minn żewġ deċennji wara l-Gwerra Bierda u wara li kellhom il-benefiċċju ta' baġits għad-difiża nazzjonali relattivament għoljin l-Istati Membri tal-UE ma kinux kapaċi jilħqu l-Miri Ewlenin ta’ Ħelsinki u għanijiet oħra ta’ żvilupp ta’ kapaċitajiet militari konġunti;

9.

Ifakkar li jekk l-Ewropa tixtieq iżżomm industrija ta’ sigurtà u difiża solida, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-baġits tad-difiża tagħhom biex jevitaw duplikazzjonijiet u jsaħħu l-programmi ta’ riċerka konġunti;

10.

Jinnota li minkejja l-kriżi u t-tnaqqis baġitarju, iċ-ċittadini Ewropej għadhom qegħdin jitolbu koordinazzjoni u kooperazzjoni Ewropea fid-difiża u fl-industrija, li huma jqisu bħala fattur li jippromwovi s-sigurtà, l-effiċjenza u t-tfaddil;

11.

Jinnota l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2013 u r-rapport mir-RGħ/VP tal-15 ta' Ottubru 2013 dwar il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni; iqis li hu ta’ dispjaċir li l-Kummissjoni u s-SEAE ma ħarġux dikjarazzjoni Ewropea konġunta bi preparazzjoni għas-samit dwar id-difiża tal-Kunsill Ewropew f’Diċembru ta’ din is-sena; jistenna s-suġġerimenti leġiżlattivi speċifiċi mill-Kummissjoni dwar l-użu tal-Fondi ta' Investiment Strutturali Ewropej, l-Enterprise Europe Network (EEN), il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond għall-Aġġustament Globali Ewropew sabiex ikun assigurat żvilupp ekwu tal-industrija tad-difiża f’kull parti tal-Unjoni Ewropea;

12.

Ifakkar li l-Kummissjoni u l-ministri tad-difiża tal-UE diġà enfasizzaw il-ħtieġa għal azzjoni urġenti f’dan il-qasam fl-2007 b’Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dedikata u bi strateġija tal-EDA dwar l-EDTIB; jiddispjaċih għall-opportunitajiet regolarment mitlufa bit-tressiq ta’ rapporti ta’ implimentazzjoni u ta’ aġġornament ta’ strateġiji wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona; iqis li hu ta’ dispjaċir li l-komunikazzjoni l-ġdida ma teżaminax il-qagħda preżenti tal-istrateġiji preċedenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-EDA sabiex fil-futur jiżviluppaw strateġija konġunta tal-EDTIB, ibbażata fuq l-esperjenzi tal-passat;

13.

Iqis, minn valutazzjoni proprja wiesgħa tiegħu, li ż-żewġ strateġiji ġew implimentati b’mod insuffiċjenti minħabba nuqqas ta’ fehim komuni tal-EDTIB li jirriżulta minn interessi nazzjonali u industrijali differenti, u l-persistenza ta’ drawwiet nazzjonali stabbiliti fis-setturi tal-armamenti; jieħu nota tal-fatt li hemm Stati Membri mingħajr ebda industrija tad-difiża nazzjonali proprja u/jew industriji niċċa tagħhom li jitħabtu biex jiksbu l-aħjar valur għall-flus globalment, b’industriji tad-difiża anqas kompetittivi li jiffavorixxu fornituri ta’ provvista nazzjonali kif ukoll b’industriji tad-difiża nazzjonali qawwija li jaċċettaw kompetizzjoni globali b’saħħitha;

14.

Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jpoġġi fuq l-aġenda tas-samit tiegħu f’Diċembru t-tisħiħ tad-difiża Ewropea; jappella lill-Kunsill Ewropew sabiex jagħti l-ispinta ġdida meħtieġa u jfassal linji gwida, prijoritajiet politiċi ġenerali u skedi ta’ żmien għas-sostenn ta’ bażi industrijali u teknoloġika ta' difiża tassew Ewropea, li għandha tkun appoġġata minn integrità u miżuri xierqa għall-bini tal-fiduċja u li għandha tkun orjentata mill-kapaċità u tippromwovi sinerġiji, tipprevedi għall-użu effiċjenti tar-riżorsi limitati, tevita d-duplikazzjoni u tkun integrata u kompetittiva fis-suq globali;

L-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti u l-konsolidazzjoni tad-domanda

15.

Iqis li hu ta’ dispjaċir li l-isforzi tal-passat għall-konsolidazzjoni tad-domanda ma tejbux il-frammentazzjoni tad-domanda fl-UE, bi 28 konsumatur tad-difiża nazzjonali u saħansitra b’għadd akbar ta’ konsumaturi ta’ prodotti għall-użu ċivili u militari; jiddispjaċih dwar ir-riżultati limitati tal-Pjan ta’ Żvilupp tal-Kapaċitajiet tal-EDA; għalhekk, jistieden lill-Kunsill Ewropew sabiex iniedi proċess ta’ rieżami tad-difiża tal-Ewropa u jsarraf fir-realtà l-koordinazzjoni tal-proċessi tal-ippjanar tad-difiża nazzjonali fil-livell tal-UE; abbażi ta’ din il-valutazzjoni, jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex tibda proċess estensiv għall-iżvilupp ta’ White Paper dwar is-Sigurtà u d-Difiża Ewropea sabiex tiffaċilita l-ambizzjonijiet strateġiċi tal-UE u l-proċessi ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet;

16.

Jappella lill-Istati Membri biex jesploraw ulterjorment il-possibbiltà li jissinkronizzaw u jippjanaw b’mod konġunt il-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-kapaċitajiet tad-difiża tagħhom f'kooperazzjoni mal-EDA; iqis li sinerġiji ta' livell ogħla li jwasslu għal politika Ewropea komuni dwar kapaċitajiet u armamenti, kif imsemmi fl-Artikolu 42 TUE, tkun prerekwiżit biex l-armonizzazzjoni ta’ rekwiżiti militari ssir armonizzazzjoni tal-akkwist tat-tagħmir fost l-Istati Membri, b’hekk jinħolqu l-kundizzjonijiet tajbin għar-ristrutturar transnazzjonali b’suċċess tal-industrija tad-difiża tal-UE li tkun orjentata lejn id-domanda;

17.

Jinnota l-ħidma tal-proċess ta’ ppjanar tad-difiża tan-NATO, li permezz tiegħu membri tal-Alleanza, inklużi 26 Alleat Ewropew, jikkoordinaw – fejn xieraq – biex jiżguraw li jiġu żviluppati u miżmuma l-kapaċitajiet tad-difiża tajba biex ikunu indirizzati sfidi futuri; jinnota li n-NATO ilha ħafna li rrikonoxxiet il-ħtieġa għal kooperazzjoni mill-qrib mal-industrija, mhux l-anqas biex tassisti l-iżvilupp ta’ rekwiżiti ta’ kapaċità militari, b’mod speċjali rigward l-istandardizzazzjoni u l-interoperabbiltà, filwaqt li trawwem kooperazzjoni teknoloġika u industrijali transatlantika tad-difiża;

Politika Industrijali

18.

Iqis li politika tad-difiża industrijali Ewropea għandu jkollha l-għan li tottimizza l-kapaċitajiet tal-Istati Membri billi tikkoordina l-iżvilupp, l-użu u ż-żamma ta’ varjetà ta’ kapaċitajiet, installazzjonijiet, tagħmir u servizzi sabiex titwettaq firxa wiesgħa ta’ kompiti, inklużi l-missjonijiet l-aktar eżiġenti, bit-tisħiħ tal-industrija tad-difiża Ewropea, bil-promozzjoni tar-riċerka u tal-kooperazzjoni teknoloġika u bl-iżvilupp ta' programmi ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-apparat;

19.

Jirrikonoxxi l-importanza tal-industriji tad-difiża Ewropej għall-innovazzjoni u t-tkabbir, li jagħtu lok, direttament u indirettament, għal madwar 400 000 impjieg fl-Unjoni; jenfasizza l-fatt li filwaqt li l-ekonomija tad-difiża Ewropea qed tiffaċċja diversi sfidi, hemm bżonn ta' approċċ ġdid li jevita d-duplikazzjoni u li jwassal għal ekonomiji ta' skala akbar u kompetizzjoni industrijali akbar;

20.

Jemmen li wasal iż-żmien li jiġi promoss approċċ volontarju sabiex tittieħed azzjoni dwar il-frammentazzjoni tas-suq tad-difiża industrijali Ewropew, filwaqt li jiġi kkonsolidat aktar (u tinbeda l-armonizzazzjoni) fir-rigward tad-domanda, il-provvista, ir-regoli u l-istandards u li wasal ukoll iż-żmien li jsir investiment f’politika industrijali integrata u sostenibbli bbażata fuq ir-riċerka, l-innovazzjoni, l-effiċjenza akbar tar-riżorsi, strateġija għall-materja prima, it-tisħiħ tal-SMEs u l-iżvilupp ta’ netwerks reġjonali; jappoġġja bis-sħiħ l-isforzi tal-Kummissjoni biex issaħħaħ is-suq intern tad-difiża u tas-sigurtà permezz ta' assistenza adegwata lill-SMEs li għandhom rwol importanti fl-innovazzjoni, fl-iżvilupp ta' kapaċitajiet speċjalizzati u ta' teknoloġiji tal-ogħla livell u l-ħolqien ta’ impjiegi skont l-istrateġija “Ewropa 2020”;

21.

Iqis li huwa importanti għall-Istati Membri li jżidu l-kooperazzjoni biex iwieġbu għall-isfidi industrijali u jinnota li l-limitazzjonijiet baġitarji u l-kompetizzjoni globali li dejjem qed tiżdied ifissru li l-UE teħtieġ sħubijiet interni u raggruppamenti oħra kif ukoll kondiviżjoni tal-kompiti; jappoġġja lill-EDA fix-xogħol tagħha ta' inċentiv għall-akkomunamenti reġjonali;

22.

Hu tal-fehma li n-natura ferm speċifika tas-swieq tad-difiża għandha tiġi rikonoxxuta fid-dawl tal-kontroll tal-esportazzjoni u l-obbligi tal-antiproliferazzjoni u r-rekwiżiti stretti ta' kunfidenzjalità li japplikaw, u l-fatt li n-numru ta' kumpaniji li jfornu lis-suq huwa limitat u li d-domanda tiġi kważi esklussivament mill-gvernijiet;

23.

Jemmen li l-industrija tad-difiża hija speċifika ħafna fin-natura tagħha, minħabba żvilupp tal-prodotti li jieħu fit-tul u l-ħtieġa li jinżammu sistemi operattivi fis-servizz għal bosta deċennji, spejjeż sostanzjali u li dejjem jiżdiedu tal-programmi u fl-aħħar il-fatt li l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tiddependi ħafna fuq il-gvernijiet tal-Istati Membri;

24.

Jappoġġja l-potenzjal u jinkoraġġixxi l-użu doppju tal-prodotti tal-industriji tas-sigurtà u tad-difiża, partikolarment fl-oqsma tal-ispazju, tal-baħar, tal-avjazzjoni u tat-telekomunikazzjonijiet; jenfasizza li l-industrija tad-difiża hija motivatur ewlieni biex aktar ’il quddiem jintużaw teknoloġiji avvanzati għal skopijiet kummerċjali

25.

Iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew jagħti l-appoġġ kollu possibbli lill-EDTIB, u, għal dak l-għan, l-ewwel u qabel kollox jiddefinixxi b'mod aktar ċar il-kamp ta' applikazzjoni tagħha, partikolarment fir-rigward ta' dawk involuti billi jagħtihom status speċjali, dak ta’ Operaturi Ekonomiċi tad-Difiża fl-Ewropa (OEDEs);

26.

Jitlob li l-OEDEs jingħataw dak l-istatus minħabba l-valur miżjud li jagħtu lill-Ewropa kemm mill-aspett teknoloġiku kif ukoll dak soċjoekonomiku; għalhekk iqis li huma biss dawn l-operaturi ekonomiċi tad-difiża fl-Ewropa li għandhom jibbenefikaw mill-programmi Ewropej;

27.

Jemmen li l-kunċett ta’ “Operaturi Ekomomiċi tad-Difiża fl-Ewropa” għandu jiġi rikonoxxut u li għandhom jiġu ssodisfati kriterji raġonevoli relatati mal-impjiegi, l-għarfien xjentifiku u teknoloġiku, it-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-produzzjoni fi ħdan l-UE bl-għan li jiġu protetti;

28.

Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw il-bażijiet industrijali u teknoloġiċi tad-difiża tagħhom u ċ-ċentri ta’ eċċellenza fuq teknoloġiji ewlenin, u jipprovdulhom mekkaniżmi ta’ governanza korporattiva effikaċi fi ħdan l-Unjoni Ewropea, biex b'hekk isaħħu l-interdipendenza bejn dawn il-faċilitajiet;

29.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni bejn il-kumpaniji tad-difiża ewlenin u l-universitajiet; jenfasizza li l-bażi tal-għarfien tal-universitajiet tista’ titwessa’ permezz ta’ din il-kooperazzjoni;

30.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea jnaqqsu kemm jista’ jkun l-ostakli regolatorji żejda, itejbu d-djalogu bejn l-impriżi tad-difiża u jippromwovu r-razzjonalizzazzjoni tagħhom sabiex ikunu jistgħu jakkwistaw it-tagħmir l-aktar adattat għall-ħtiġijiet tagħhom fejn jidħlu l-prestazzjoni u l-ispejjeż; jitlob għar-ristrutturazzjoni urġenti tal-impriżi Ewropej, li jingħelbu l-ostakli nazzjonali u tiġi adottata viżjoni globali

31.

Huwa tal-fehma li intrapiżi żgħar u ta’ daqs medju, li jiddisinjaw u jimmanifatturaw ħafna prodotti innovattivi għandhom rwol vitali biex imantnu u jikkonsolidaw l-EDTIB; jinnota li l-frammentazzjoni tas-suq tad-difiża Ewropea hija ostaklu għall-impriżi żgħar u medji biex jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom; jappella lill-Istati Membri, l-EDA u lill-Kummissjoni biex jaħdmu flimkien ħalli jiżviluppaw modi biex jikkonsolidaw l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju b'mod sostenibbli u biex jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għall-akkwist tad-difiża; jenfasizza li grazzi għal sistema komuni ta’ standardizzazzjoni u ċertifikazzjoni, l-impriżi Ewropej, inklużi l-SMEs, jistgħu jibbenefikaw peress li din ittejjeb l-aċċess tagħhom għas-swieq Ewropej u globali, joħolqu x-xogħol u jżidu l-aċċess tagħhom għall-finanzjament tal-UE;

Il-ħtieġa għal approċċ komuni għall-istandardizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni

32.

Itenni l-importanza fundamentali tal-istandardizzazzjoni tat-tagħmir tad-difiża għat-twaqqif ta' suq uniku Ewropew kompetittiv tad-difiża, kif ukoll biex jiġu żgurat l-interoperabilità u l-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni dwar programmi tal-armamenti, l-integrazzjoni u t-tqassim tal-proġetti, u l-interoperabilità sostnuta fost il-forzi tal-Istati Membri, b'hekk jitnaqqsu l-livelli ta' spejjeż ta' manutenzjoni u dawk operattivi u jiġi żgurat li jista' jsir l-aħjar użu tal-kapaċitajiet ta' difiża tal-Istati Membri f'operazzjonijiet konġunti;

33.

Ifakkar li hemm proliferazzjoni ta’ standards industrijali li jikkompetu kontra xulxin għall-prodotti ċivili u militari; jiddispjaċih dwar is-suċċess limitat tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet (STANAG) u r-rakkomandazzjonijiet (STANREC) ta’ standardizzazzjoni tan-NATO; jistieden lill-Kummissjoni u lill-EDA biex jippromwovu l-użu ta’ ġabra koerenti ta' standards komuni fid-difiża u biex jiżviluppaw “standards ibridi” f’oqsma b’użu doppju; jappella lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-passi futuri tagħhom biex jistabbilixxu l-istandards tad-difiża jkunu bbażati fuq is-suġġerimenti ċivili mressqa mill-Kummissjoni u mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni;

34.

Jistieden lill-Istati Membri jesploraw il-possibbiltajiet li toffri l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) biex jiżviluppaw l-istandards Ewropej tal-prodotti u l-applikazzjonijiet militari, pereżempju, għall-bini ta’ vapuri sptarijiet jew fil-qasam ta' sistemi tal-ajru ppilotati mill-bogħod.

35.

Jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-istandardizzazzjoni, u jistieden lill-Kunsill Ewropew biex jinnota dan u jressaq proposti konkreti f’dan il-qasam;

36.

Jappella lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw il-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni Ewopea bir-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertifikati u l-iżvilupp ta’ proċeduri komuni Ewropej ta’ ċertifikazzjoni ċivili u militari;

Żgurar tas-sigurtà tal-provvista;

37.

Fil-kuntest tar-ristrutturar tal-industrija, jenfasizza wkoll l-importanza li jiġi żgurat li s-sigurtà tal-provvista ma tkunx f’riskju; jistieden lill-Istati Membri, lill-EDA u lill-Kummissjoni sabiex jiżviluppaw malajr reġim komprensiv u ambizzjuż dwar is-sigurtà tal-provvista fl-UE kollha, b'mod partikolari għal materjal strateġiku u teknoloġiji kritiċi, abbażi ta' sistema ta’ garanziji reċiproċi u analiżi tar-riskji u tal-ħtiġijiet, u possibbilment bl-użu tal-bażi legali ta’ kooperazzjoni strutturata permanenti;

38.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri, bħala l-ewwel passi lejn dan l-għan, biex jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tal-liċenzji ġenerali u globali skont id-Direttiva 2009/43/KE dwar trasferimenti ta' produtti relatati mad-difiża fl-UE u biex tħaffef ix-xogħol biex jibda jitħaddem l-Arranġament Qafas tal-2006 għas-Sigurtà tal-Provvista f'Ċirkustanzi ta' Urġenza Operattiva;

39.

Jistieden lill-EDA u lill-Kummissjoni biex iressqu strateġija konġunta ta’ ħelsien mid-dipendenza rigward teknoloġiji kritiċi, b’mod partikolari fir-rigward ta’ aċċess mhux limitat u disponibbiltà ta’ teknoloġiji essenzjali ewlenin ċivili jew militari (b’użu doppju), bħall-innovazzjoni ta’ mikro/nanoelettronika, intelliġenza artifiċjali u fotonika, li għandhom jiġu kkunsidrati bħala kritiċi għall-missjonijiet tal-PSDK; jistieden lill-Istati Membri jużaw l-EDTIB biex isaħħu l-awtosuffiċjenza tal-UE f’dawn is-setturi ewlenin tal-infrastruttura.

Spinta ġdida għall-kooperazzjoni tal-armamenti

40.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jindirizzaw il-kapaċitajiet industrijali eċċessivi li jirriżultaw minn tnaqqis fid-domanda billi jniedu proġetti ġodda konġunti, billi jibbażaw aktar fuq l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, li ma tintużax biżżejjed u ma għandhiex biżżejjed finanzjament, u billi nitgħallmu mil-lezzjonijiet tal-operazzjonijiet konġunti reċenti li wrew nuqqasijiet, pereżempju, fil-qasam tat-trasport bl-ajru strateġiku u tattiku, u l-osservazzjoni tal-arju u tal-ispazju; jirrakkomanda b'mod partikolari l-iżvilupp ta' teknoloġiji abilitanti ewlenin b’applikazzjonijiet ċivili-militari, li huma tassew neqsin fil-maġġoranza tal-Istati Membri tal-UE, bħas-Sistemi ta’ Inġenji tal-Ajru Telepilotati (RPAS), bit-trawwim tal-iżvilupp ta’ teknoloġiji avanzati u jgħinu biex iżommu l-kompetenzi ewlenin fl-Ewropa; iħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-UE fi proġetti konġunti permezz tal-kiri u/jew tal-ksib ta’ kapaċitajiet għal użu doppju u tal-akkwist possibbli ta’ prototipi;

41.

Iqis li, fid-dawl tal-esperjenzi tal-passat, il-kondiviżjoni tal-attivitajiet ta’ żvilupp u ta’ produzzjoni fil-kuntest tal-programmi konġunti ta’ armi għandha tiġi organizzata strettament skont il-prinċipju tal-effiċjenza industrijali u l-prestazzjoni ekonomika, sabiex jiġu evitati d-duplikazzjoni u ż-żieda kontinwa tal-ispejjeż;

42.

Jistieden lill-Istati Membri biex jagħtu preferenza, meta jesploraw akkwisti teknoloġiċi tad-difiża fuq skala kbira, lil proġetti jew skemi konġunti intra-UE, jew teknoloġiji ġodda bbażati fl-Ewropa, li jistgħu jrawmu, fl-istess ħin, aktar kummerċ Ewropew, aktar kooperazzjoni kif ukoll kompetizzjoni akbar fuq il-kwalità u l-prezzijiet tas-suq globali tad-difiża;

43.

Iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew, fil-kuntest tal-arranġament amministrattiv eżistenti bejn l-EDA u l-Organizzazzjoni Konġunta għall-Kooperazzjoni fil-Qasam tal-Armamenti (OCCAR), sabiex jiżgura l-implimentazzjoni b’suċċess ta’ proġetti komuni u jinħolqu rabtiet aktar b’saħħithom bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet;

44.

Jappella lill-Kunsill Ewropew sabiex jippermetti lill-EDA tassumi r-rwol istituzzjonali tagħha, kif definit fl-Artikoli 42(3) u 45 tat-TUE, billi jgħaddilha r-riżorsi meħtieġa; itenni l-ħtieġa urġenti lill-Istati Membri biex jipprovdu finanzjament adegwat lill-EDA għall-firxa sħiħa tal-missjonijiet u l-kompiti tagħha; huwa tal-opinjoni li dan isir l-aħjar permezz ta’ finanzjament tal-persunal u tal-ispejjeż tal-Aġenzija mill-baġit tal-Unjoni, mill-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss;

Appoġġ għall- missjonijiet tal-PSDK permezz ta’ riċerka u żvilupp fl-Ewropa

45.

Jinnota li l-kriżi ekonomika u finanzjarja kif ukoll it-tnaqqis fil-baġit tad-difiża tal-maġġoranza tal-Istati Membri għandhom ir-riskju li jwasslu għal tnaqqis, telf jew dewmien konsiderevoli fil-programmi ta' riċerka u innovazzjoni teknoloġika ta’ kważi l-Istati Membri kollha, u dan probabbilment ser ikompli jaffettwa l-industrija tad-difiża Ewropea u l-progress xjentifiku tal-Unjoni f’dan il-qasam; jenfasizza li hemm ir-riskju li din is-sitwazzjoni tissarraf f’telf ta’ impjiegi fuq terminu medju u twil u f'telf ta' kapaċità u għarfien industrijali;

46.

Jenfasizza l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur tad-difiża u s-sigurtà u l-importanza tal-programm ta’ riċerka Orizzont 2020; b'mod partikolari, is-seba' sfida soċjetali ddedikata lil “Soċjetajiet sikuri: il-protezzjoni tal-libertà u s-sikurezza tal-Ewropa u taċ-ċittadini tagħha”; jenfasizza l-importanza li titrawwem il-kooperazzjoni multinazzjonali fost l-Istati Membri u l-aġenziji rispettivi tagħhom f'dan il-qasam; jemmen, li minħabba l-livell għoli ta' kunfidenzjalità inerenti għar-riċerka innovattiva għall-industrija tad-difiża, huwa vitali li tiġi ffinanzjata tali riċerka b'mod relatat mal-ħtiġijiet; jemmen, f'dan il-kuntest, li għandu jitqies l-istabbiliment ta' Istitut tad-Difiża u tas-Sigurtà Ewropea fil-qafas tal-JRC;

47.

Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tniedi azzjoni preparatorja għal riċerka ffinanzjata mill-UE b’appoġġ għall-missjonijiet tal-PSDK u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħmel proposta speċifika bħala prekursur għal dawn il-programmi kmieni fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss;

48.

Jikkunsidra li l-innovazzjoni u r-riċerka tad-difiża relatata mal-EDTIB tkompli tikkostitwixxi bażi etikament valida; jinnota li kapitolu sħiħ tat-Trattat ta’ Lisbona huwa ddedikat lill-politika komuni tas-sigurtà u d-difiża, dan jinkludi riċerka teknoloġika għad-difiża u d-definizzjoni ta’ difiża komuni tal-Unjoni; jistieden lill-Istati Membri u lill-EDA biex iżidu b’mod sinifikanti l-kwantità u l-kwalità ta’ proġetti konġunti ta’ riċerka u żvilupp;

49.

Ifakkar li l-Artikolu 179 tat-TFUE jitlob lill-Unjoni tippromwovi l-attivitajiet kollha ta' riċerka meqjusa neċessarji bis-saħħa tat-Trattati;

50.

Ifakkar li, f'Novembru 2007, il-Ministri għad-Difiża Ewropej qablu dwar parametri ta’ referenza kollettivi biex iżidu n-nefqa għar-riċerka u t-teknoloġija b’rabta mad-difiża għal 2 % tan-nefqa kollha għad-difiża u biex iġibu n-nefqa kollaborattiva Ewropea għar-riċerka u t-teknoloġija b’rabta mad-Difiża għal livell ta' 20 %;

51.

Jappoġġja lit-Task Force tad-Difiża, li tinkludi l-Kummissjoni Ewropea, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA), fl-isforzi tagħha biex tiżgura li mir-riżultati tar-riċerka tal-programm Orizzont 2020 tkun tista’ tibbenefika wkoll ir-riċerka relatata mal-innovazzjoni fil-qasam tad-difiża u biex jiġu ottimizzati s-sinerġiji bejn l-applikazzjonijiet ċivili u militari; jitlob ukoll biex jiġu esplorati modi biex jintuża l-finanzjament pubbliku-privat permezz tal-ħolqien ta’ impriżi konġunti, skont l-Artikolu 187 tat-TFUE;

52.

Jinkoraġixxi lill-EDA sabiex tibni fuq ir-rekord tal-prestazzjoni tagħha ta’ programmi ta’ investiment konġunti ta’ suċċess u sabiex taħdem flimkien mal-Kummissjoni sabiex iniedu programmi ta’ riċerka u żvilupp, ibbażati fuq l-Artikolu 185 tat-TFUE;

53.

Jenfasizza l-importanza tas-sinerġiji bejn ir-riċerka ċivili u r-riċerka militari fl-oqsma b’valur miżjud għoli; jenfasizza li, filwaqt li jitqies li ċerti proġetti għandhom aktar użi ċivili u oħrajn huma kwistjonijiet sovrani, il-possibilità ta' użu doppju aktar effikaċi tista' tiġi esplorata bl-għan tal-akkomunament tal-ispejjeż, peress li dawn huma setturi li joħolqu t-tkabbir u l-impjiegi; jenfasizza wkoll li tali sinerġiji jistgħu jieħdu wkoll il-forma ta' provvista konsolidanti minn sorsi Ewropej privati għal swieq disponibbli;

54.

Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu pjattaforma adattata biex jidderieġu r-riċerka fil-qasam tad-difiża lejn l-isfera ċivili billi jagħtu attenzjoni lil applikazzjonijiet għat-teknoloġiji avvanzati; jistieden lill-Istati Membri jidderieġu wkoll ir-riċerka fil-qasam tad-difiża lejn il-ġestjoni tad-diżastri naturali (matul dawn l-aħħar erbgħin sena, in-numru ta’ diżastri naturali fl-Ewropa żdied b’erba’ darbiet);

55.

Jemmen li l-industrija tad-difiża fl-UE għandha żżomm livell għoli ta’ innovazzjoni kemm fl-aspett militari kif ukoll fl-aspett ċivili tagħha, sabiex tindirizza t-theddidiet u l-isfidi kollha li se jkollhom jiffaċċjaw l-Istati Membri u l-UE fis-snin li ġejjin, billi tibbaża fuq l-avvanzi teknoloġiċi l-aktar promettenti, sew jekk jiġu żviluppati speċifikament għad-difiża, sew għal applikazzjonijiet ċivili;

56.

Jenfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat li r-riżultati tar-riċerka jkunu salvagwardati b'mod xieraq permezz ta' politika komuni tal-proprjetà intellettwali u jemmen li r-rwol tal-EDA f'dan il-qasam għandu jkun imsaħħaħ aktar sabiex jiffaċilita, fi stadju bikri, kooperazzjoni teknoloġika u industrijali futura bejn is-sħab Ewropej;

Spazju

57.

Jinsab konvint li s-settur tal-ispazju jikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika tal-UE u li l-possibilità għall-Istati Membri li jkollhom aċċess indipendenti għandha rwol vitali fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà; jenfasizza l-importanza li tinżamm l-eċċellenza ta’ din l-industrija teknoloġikament innovattiva u effiċjenti sabiex tkun żgurata l-indipendenza teknoloġika tal-Unjoni Ewropea;

58.

Jilqa’ l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ sistema satellitari Ewropea (Galileo, Copernicus u EGNOS); jenfasizza li l-iżvilupp ta’ tali sistema ser jagħti spinta kbira mhux biss lill-industrija spazjali iżda anke lill-awtonomija tal-Ewropa u u li jipprovdi opportunità biex jiġi żviluppat komponent kritiku tal-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea;

59.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi protetta l-infrastruttura spazjali Ewropea billi tiġi żviluppata l-kapaċità tagħha ta’ monitoraġġ tal-ispazju u ta’ sorveljanza tal-oġġetti fl-orbita (SST);

ICT u sikurezza informatika

60.

Jirrimarka li l-era diġitali toffri sfidi akbar għas-sigurtà u s-sikurezza tal-infrastruttura u t-teknoloġija, u għalhekk jenfasizza l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni akbar u skambju ta’ għarfien bejn l-Istati Membri, minn naħa, u bejn l-Unjoni Ewropea u s-sħab ewlenin tagħha mill-oħra;

61.

Jenfasizza l-importanza li jitfasslu standards Ewropej fil-qasam tal-ICT u taċ-ċibersigurtà u li dawn jiġu integrati mal-istandards internazzjonali;

62.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkooperaw flimkien biex jiżguraw li ċ-ċibersigurtà tkun element prinċipali u għalhekk għandha tkun partikolarment promossa permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur tas-sikurezza u tad-difiża u għandha tkun parti mill-istrateġija għal żmien qasir, medju u fit-tul;

63.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu sistematikament l-isfidi għaċ-ċibersigurtà fil-programmi Ewropej ċivili jew militari, eżistenti u tal-futur (Galileo, Copernicus, Ajru Uniku/SESAR, eċċ);

Tisħiħ tas-suq intern fit-tagħmir tad-difiża

64.

Ifakkar li l-Istati Membri jeħtieġ iżidu b’mod urġenti t-trasparenza u l-ftuħ tas-swieq tad-difiża tagħhom, filwaqt li jenfasizza l-ispeċifiċità tas-swieq tad-difiża u jirrimarka li din taffettwa interessi vitali tas-sigurtà nazzjonali u għalhekk, ma tistax titqiegħed b'mod ugwali ma' setturi oħra; jappella lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex jiżguraw li d-direttivi tal-2009 dwar it-trasferimenti u l-akkwisti tad-difiża jkunu applikati b'mod korrett u koerenti, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwalunkwe eżenzjoni mir-regoli tal-UE skont l-Artikolu 346 TFUE, sabiex jissaħħaħ is-suq uniku billi titnaqqas il-kumplessità tar-regoli tal-akkwist fis-settur tad-difiża fejn ikun xieraq;

65.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi tagħha ħalli toħloq kundizzjonijiet ugwali fis-suq tad-difiża, li jillimitaw għall-anqas livell possibbli l-użu ta’ prattiki tas-suq li huma ta’ xkiel tad-derogi ġustifikati kif suppost; jinnota, b'mod partikolari, il-ħtieġa li jissaħħaħ il-kontroll tal-għajnuna mill-istat u jħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-livelli ta’ trasparenza fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat u l-prattiki tal-akkwist fis-settur tad-difiża, fir-rigward tal-awtoritajiet u l-aġenziji Ewropej kif ukoll għall-pubbliku ġenerali;

66.

Jinsab mħasseb dwar il-fatt li numru ta’ Stati Membri qed iħejju biex jixtru ġettfajters F-16 użati mingħajr ma jagħtu opportunità ġusta lil kumpaniji Ewropej biex jikkompetu; iqis li tali prattika tmur kontra l-għan tal-Kunsill Ewropew li jsaħħaħ il-Bażi Industrijali tad-Difiża Ewropea; ifakkar lil dawn l-Istati Membri fil-ħtieġa wkoll li jiġu implimentati l-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u trasparenza kif stabbilit fit-Trattat ta’ Lisbona anke fir-rigward tal-bejgħ minn gvern għal gvern;

67.

Jitlob lill-Istati Membri, lill-EDA u lill-Kummissjoni jaħdmu flimkien sabiex gradwalment ineħħu r-rekwiżiti ta’ kumpens, filwaqt li jrawmu l-integrazzjoni tal-industriji tal-Istati Membri iżgħar fil-bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża Ewropea permezz ta’ mezzi oħra għajr il-kumpens; iħeġġeġ lill-Istati Membri b’mod partikolari biex jagħmlu użu sħiħ mid-dispożizzjonijiet tad-Direttivi dwar is-sottokuntrattar u l-Liċenzji Ġenerali biex jintlaħaq dan l-għan;

68.

Jenfasizza li użu akbar ta’ tekniki ta’ akkwist innovattivi – speċjalment fir-rigward ta' dawk relatati mal-aggregazzjoni tar-rekwiżiti, l-użu tal-ICT u l-istabbiliment ta’ inċentivi għar-R&Ż – għandhom jiġu promossi fl-akkwist tad-difiża, peress li jistgħu jiġu adattati b’mod partikolari għal dan il-qasam u jista' jkollhom rwol ewlieni fit-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u fl-ispejjeż relatati mal-proċeduri tal-akkwist; jemmen li fl-istess ħin il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetá intellettwali u tal-għarfien għandhom jiġu żgurati; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu użu strateġiku mill-akkwist tad-difiża u biex jimplimentaw prinċipji innovattivi fl-għoti tal-akkwist ibbażati fuq il-kunċett tal-Offerta l-Aktar Vantaġġuża Ekonomikament;

69.

Jikkunsidra li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà għandu jkollhom aċċess għal proċedura tal-akkwist speċifika fir-rigward ta’ kuntratti fejn jeħtieġ jiġi żviluppat prodott jew servizz innovattiv, jew xogħlijiet innovattivi u x-xiri sussegwenti tal-provvisti, tas-servizzi jew tax-xogħlijiet li jirriżultaw minnhom, li ma jistgħux jintlaħqu permezz ta' soluzzjonijiet diġà disponibbli fis-suq;

70.

Jikkunsidra ulterjorment li tali proċedura ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern u l-iżvilupp ta’ suq tat-tagħmir tad-difiża Ewropew kif ukoll għal bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża Ewropea u tistimula tkabbir għal SMEs innovattivi; jenfasizza li tali proċedura diġà ġiet maqbula fid-Direttivi riveduti tal-Akkwist Klassiku u tal-Utilitajiet, u tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu sħubija ta’ innovazzjoni fit-tul għall-iżvilupp u x-xiri sussegwenti ta’ prodotti, servizzi jew xogħlijiet ġodda innovattivi, u tipprovdi “l-forza tas-suq” neċessarja u tinċentiva l-iżvilupp ta’ soluzzjoni innovattiva mingħajr ma tillimita s-suq;

71.

Jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkunsidra dawn l-iżviluppi fir-rapport ta’ implimentazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-Direttiva għall-għoti ta' kuntratti fil-qasam tad-Difiża (id-Direttiva 2009/81/KE), li għandu jitressaq sal-21 ta’ Awwissu 2016, u biex takkumpanja dan ir-rapport bi proposta leġiżlattiva li temenda d-Direttiva 2009/81/KE, u tintroduċi l-proċedura ta’ sħubija ta’ innovazzjoni għall-kuntratti kkonċernati;

72.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex huma wkoll jieħdu passi li jneħħu d-duplikazzjoni u l-kapaċità eċċessiva fis-settur billi jagħtu spinta lill-kooperazzjoni fis-suq intern; jenfasizza l-benefiċċji potenzjali tal-akkwist konġunt f’termini tal-ekonomiji ta’ skala u tal-interoperabbiltà; jinnota li proġetti konġunti jnaqqsu l-ispejjeż u jippermettu investimenti fit-tul;

73.

Ifakkar li l-kuntratti mogħtija fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà ta' spiss ikunu teknikament kumplessi jenfasizza li sabiex ikunu faċilitati l-offerti transkonfinali, hemm bżonn li jiġu riveduti r-rekwiżiti tekniċi mhux kompatibbli jew mhux proporzjonati sabiex jonqsu u, fejn possibbli, jiġu eliminati l-ostakoli għas-suq intern;

L-EDTIB f'kuntest globali

74.

Jinnota li l-iżvilupp ta’ EDTIB vijabbli jista’ jitfassal biss bħala parti mis-suq globali u jinkoraġixxi lill-Kummissjoni u lill-Kunsill Ewropew sabiex jindirizzaw il-kwistjoni b’perspettiva globali; jikkunsidra li l-adozzjoni ta’ miżuri protezzjonisti tmur kontra l-għan li tissaħħaħ il-kompetittività tal-industrija tad-difiża Ewropea;

75.

Jikkundanna l-inugwaljanza attwali f’termini ta’ aċċess tas-suq reċiproku bejn l-Istati Uniti u l-Ewropa u l-iżbilanċ li jirriżulta minnha fis-suq tad-difiża; jappella għal sforzi sabiex tintlaħaq reċiproċità ġenwina fl-aċċess tal-akkwist pubbliku tad-difiża miż-żewġ naħat tal-Atlantiku;

76.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkonformaw strettament mal-obbligi stipulati fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari, u li jiżguraw li jivvalutaw bir-reqqa l-applikazzjonijiet kollha għal-liċenzji skont it-tmien kriterji kollha kif meħtieġ; jistieden lill-Istati Membri u lill-UE biex jaġixxu f’fora internazzjonali favur aktar trasparenza fis-swieq tal-akkwist fis-settur tad-difiża internazzjonali sabiex tiżdied il-kontrollabbiltà tal-flussi kummerċjali globali tal-armamenti, b'mod partikolari bil-promozzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi; jitlob lill-Istati Membri jirrattifikaw it-Trattat malajr sabiex ikun jista’ jidħol fis-seħħ, wara l-kunsens tal-Parlament;

o

o o

77.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Assemblea Parlamentari tan-NATO u lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO.


(1)  ĠU L 183, 13.7.2011, p. 16

(2)  ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76

(3)  Testi adottati, P7_TA(2012)0455.

(4)  ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 9.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/35


P7_TA(2013)0515

It-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-UEM

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (2013/2841(RSP))

(2016/C 436/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ottubru 2013 bit-titolu “It-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja” (COM(2013)0690 final),

wara li kkunsidra r-rapport tal-President tal-Kunsill Ewropew, Herman Van Rompuy, lill-Kunsill Ewropew tas-26 ta' Ġunju 2012 bit-titolu “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina” (1),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 2012 bit-titolu “Pjan ta' azzjoni għal unjoni ekonomika u monetarja profonda u ġenwina: It-tnedija ta’ Dibattitu Ewropew” (COM(2012)0777),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2012 dwar il-pjan direzzjonali għat-tlestija tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (2),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Marzu 2013 bit-titolu “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Profonda u Ġenwina: L-introduzzjoni ta' Strument ta' Konverġenza u Kompetittività” (COM(2013)0165),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Marzu 2013 bit-titolu “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Profonda u Ġenwina: Koordinazzjoni ex ante ta' pjanijiet għal riformi maġġuri ta' politika ekonomika” (COM(2013)0166),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-14 ta’ Marzu 2013 (3), tat-28 ta' Ġunju 2013 (4) u tal-25 ta’ Ottubru 2013 (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2012 bit-titolu “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina” (6),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu “Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni – inkluża l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020” (COM(2013)0083) u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ġunju 2013 dwarha (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet għall-2013 (8),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Ottubru 2009 bit-titolu “Is-solidarjetà fis-saħħa: it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE” (COM(2009)0567),

wara li kkunsidra s-smigħ pubbliku organizzat mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali fid-9 ta' Lulju 2013 dwar “Id-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) – Skema Ewropea għall-benefiċċji tal-qgħad”,

wara li kkunsidra d-Dokument dwar l-Istabbilizzaturi Awtomatiċi tal-4 ta' Ottubru 2013 imħejji mill-Grupp ta' Ħidma tad-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni tal-Kummissjoni,

wara li kkunsidra n-nota ta' politika tat-13 ta' Settembru 2013 imħejjija miċ-Ċentru tal-Politika Ewropea (EPC) bit-titolu “Developing the social dimension of a deep and genuine Economic and Monetary Union” (“L-iżvilupp tad-dimensjoni soċjali ta' Unjoni Ekonomika u Monetarja profonda u ġenwina”),

wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni ta' Notre Europe bit-titolu “Blueprint for a Cyclical Shock Insurance in the Euro Area” (“Pjan ta' Azzoni għal Assigurazzjoni kontra x-Xokkijiet Ċikliċi fiż-Żona tal-Euro”) ta' Settembru 2013,

wara li kkunsidra n-nota ta' diskussjoni tal-persunal tal-Fond Monetarju Internazzjonali ta' Settembru 2013 bit-titolu “Toward a Fiscal Union for the Euro area” (“Lejn Unjoni Fiskali għaż-Żona tal-Euro”) (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2013 bit-titolu “L-impatt tal-kriżi fuq l-aċċess għall-kura tal-gruppi vulnerabbli” (10),

wara li kkunsidra d-dokument tal-Kummissjoni bit-titolu “EU Employment and Social Situation: Quarterly Review” (“Is-sitwazzjoni tal-UE fil-qasam tal-impjiegi u dak soċjali: Eżami Trimestrali”) ta' Ottubru 2013,

wara li kkunsidra l-mistqoqsija lill-Kummissjoni dwar id-dimensjoni soċali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (O-000122/2013 – B7-0524/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-qgħad fl-UE laħaq livell allarmanti ta' 26,6 miljun persuna (11);

B.

billi r-rati ta' qgħad fost iż-żgħażagħ laħqu livelli ogħla minn qatt qabel, b'medja ta' 23 % għall-UE b'mod globali;

C.

billi l-qgħad fit-tul żdied fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri u laħaq l-ogħla livell li qatt intlaħaq fl-UE kollha kemm hi;

D.

billi l-qgħad strutturali u d-diskrepanzi bejn il-provvista u d-domanda tax-xogħol għadhom qed jiżdiedu;

E.

billi l-livelli ta' faqar komplew jiżdiedu fl-UE mill-2007 'l hawn, filwaqt li l-introjtu tal-unitajiet domestiċi kompla jonqos, u dan wassal biex 24,2 % tal-popolazzjoni tal-UE bħalissa jinsabu f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali;

F.

billi l-faqar fost dawk li jaħdmu kompla jiżdied b'mod kostanti minn meta bdiet il-kriżi;

G.

billi ż-żieda fir-rata tal-faqar fost dawk li jaħdmu u l-għadd ta' unitajiet domestiċi mingħajr impjieg wasslu għal livelli li qed jiżdiedu ta' faqar fost it-tfal;

H.

billi l-inugwaljanzi kemm fl-Istati Membri kif ukoll bejniethom, speċjalment fiż-żona tal-euro, komplew jiżdiedu;

I.

billi hemm diverġenzi persistenti bejn l-Istati Membri, li qed jirriżultaw f’polarizzazzjoni rapida tar-rati tal-qgħad, u billi tali diverġenzi qed jiżdiedu wkoll fost ir-reġjuni u l-gruppi soċjali f’xi pajjiżi;

J.

billi l-iżbilanċi soċjali kibru b'rata aktar mgħaġġla fiż-żona tal-euro milli fl-UE kollha kemm hi;

K.

billi l-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni tal-Protezzjoni Soċjali identifika tendenzi soċjali importanti li għandhom ikunu mħarsa;

L.

billi r-rati ta' qgħad fil-periferija taż-żona tal-euro laħqu medja ta' 17,3 % fl-2012, apparagun ta' 7,1 % fil-qalba taż-żona tal-euro;

M.

billi r-rata ta' żgħażagħ fil-periferija taż-żona tal-euro li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) laħqet medja ta' 22,4 % fl-2012, apparagun ta' 11,4 % fil-qalba taż-żona tal-euro;

N.

billi l-livelli ta' faqar żdiedu f'żewġ terzi tal-Istati Membri, iżda stabbilizzaw ruħhom fit-terz l-ieħor;

O.

billi ttieħdu passi kbar favur it-tisħiħ tal-governanza ekonomika tal-UE; billi, madankollu, il-prospettiva li jinkisbu l-miri tal-Ewropa 2020 attwalment hija mhedda;

P.

billi d-diskussjoni dwar l-iżbilanċi soċjali għandha titqiegħed fuq l-istess livell bħad-diskussjoni dwar l-iżbilanċi makroekonomiċi;

Q.

billi l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali organizza smigħ pubbliku fit-9 ta' Lulju 2013 dwar “Id-dimensjoni soċjali tal-UEM – Skema Ewropea għall-benefiċċji tal-qgħad”, fejn ġiet diskussa u esplorata l-idea ta' stabbilizzaturi awtomatiċi fil-livell taż-żona tal-euro u l-arranġamenti possibbli għall-introduzzjoni tagħhom;

R.

billi t-Trojka kkonfermat li l-parteċipazzjoni ta' kwalità għolja tas-sħab soċjali u djalogu soċjali b'saħħtu, anki fil-livell nazzjonali, huma neċessarji u jistgħu jikkontribwixxu għas-suċċess ta' kwalunkwe riforma, b'mod partikolari r-riformi tal-UEM;

S.

billi s-sitwazzjoni ekonomika f'xi Stati Membri kkompromettiet il-kwalità tal-impjiegi, il-protezzjoni soċjali u l-istandards tas-saħħa u s-sikurezza;

1.

Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “It-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja” u jikkunsidraha bħala pass 'il quddiem lejn il-bini ta' dimensjoni soċjali tal-UEM;

2.

Jirrikonoxxi espliċitament li l-implimentazzjoni tad-dimensjoni soċjali tal-UEM hija soġġetta għall-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-aħjar mod kif tista' tinkiseb hu permezz tal-metodu tal-aħjar prattika u l-metodu tal-evalwazzjoni bejn il-pari fil-livell Ewropew;

3.

Jemmen, madankollu, li hemm bżonn proposti aktar speċifiċi sabiex jiġi żgurat li l-governanza ekonomika tirrispetta d-dimensjoni soċjali;

4.

Iħeġġeġ sabiex il-kunsiderazzjonijiet soċjali jitqiegħdu fil-qalba tal-integrazzjoni Ewropea u jiġu integrati fil-politiki u l-inizjattivi kollha tal-UE;

5.

Iqis li d-dimensjoni soċjali għandha tkun fattur ta' rikonċiljazzjoni/kompromess f'termini ta' tagħlim komparattiv (benchlearning);

6.

Jinnota li l-għan tad-dimensjoni soċjali tal-UEM huwa li tipprovdi sigurtà soċjali u livell ta' għajxien suffiċjenti għall-ġenerazzjonijiet attwali u futuri; għalhekk, iqis li huwa importanti li ċ-ċittadini tal-UE jaraw li l-Unjoni tagħhom hija kapaċi tippromwovi l-progress soċjali;

7.

Iqis li l-iżvilupp ta' Ewropa soċjali, bil-mira ta' “unjoni soċjali”, hija konsegwenza tal-integrazzjoni Ewropea;

8.

Jappoġġa l-istabbiliment propost ta' klassifika ta' indikaturi ewlenin fil-qasam tal-impjiegi u f'dak soċjali li tkun tikkomplementa l-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku (MIP) bil-għan li tagħmel il-konsegwenzi soċjali tal-politiki ekonomiċi u oħrajn aktar trasparenti permezz ta' valutazzjonijiet tal-impatt ex anteex post u permezz tal-monitoraġġ, u li tista' tintuża għall-abbozzar tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi (JER) tal-Kummissjoni;

9.

Jirrifjuta kwalunkwe armonizzazzjoni jew allinjament li jirriżultaw fit-tnaqqis tal-istandards soċjali fl-Istati Membri;

10.

Jinnota l-fatt li l-indikaturi proposti jikkostitwixxu mod wieħed ta' kif tista' tiġi żgurata kopertura komprensiva tas-sitwazzjonijiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-impjiegi u f'dak soċjali;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-indikaturi rilevanti kollha jkunu sensittivi għad-differenza bejn is-sessi;

12.

Jitlob li l-indikatur propost dwar il-livelli ta' qgħad fost iż-żgħazagħ jinkludi ż-żgħażagħ sal-età ta' 30 sena fuq bażi volontarja, kif previst mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

13.

Jitlob li l-klassifika tkun tinkludi indikaturi dwar il-livelli tal-faqar fost it-tfal, l-aċċess għall-kura tas-saħħa, il-persuni mingħajr dar u indiċi tax-xogħol deċenti sabiex tkun tista' ssir valutazzjoni xierqa tas-sitwazzjoni soċjali fl-UE;

14.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jieħdu azzjoni konkreta biex jagħmlu l-impatt soċjali tal-politiki u r-riformi aktar trasparenti, permezz tal-valutazzjoni tal-impatt ex anteex post u permezz tal-monitoraġġ ta' riformi tal-politika;

15.

Jistieden lill-Kunsill jiddefinixxi punti ta' riferiment speċifiċi għall-indikaturi tal-impjiegi u dawk soċjali fil-forma ta' bażi ta' protezzjoni soċjali tal-UE, bil-għan li jippromwovu l-konverġenza soċjali vertikali u l-progress soċjali;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippermettu lill-Parlament u lis-sħab soċjali jkunu involuti fid-definizzjoni tal-indikaturi tal-impjiegi u dawk soċjali;

17.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi appoġġat il-potenzjal kbir ta' intraprenditorija soċjali bir-rispett għall-aspetti kollha ta' innovazzjoni soċjali fil-livell Ewropew, sabiex jiġu promossi s-sistemi soċjali nazzjonali, jiġi stimolat it-tkabbir u jinħolqu impjiegi ġodda fl-ekonomija “bajda” u “ħadra”, speċjalment għaż-żgħażagħ, fl-Istati Membri u r-reġjuni;

18.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-monitoraġġ tal-iżviluppi fil-qasam tal-impjiegi u f'dak soċjali jkun kapaċi jikkontribwixxi għal fehim aħjar u jimmira lejn it-tnaqqis tad-diverġenzi soċjali bejn l-Istati Membri u l-prevenzjoni tad-dumping soċjali;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq monitoraġġ tal-konformità tar-rapporti tal-Istati Membri kollha mal-miri tal-Ewropa 2020, b'mod partikolari rigward it-tnaqqis tal-faqar u l-impjiegi, u tagħti ħarsa bir-reqqa lejn l-interkonnessjonijiet u l-interdipendenza bejn il-politiki;

20.

Jiddispjaċih għall-fatt li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq bid-data tat-2 ta' Ottubru 2013 ma tittrattax ir-rwol tal-istabbilizzaturi u l-arranġamenti relatati magħhom;

21.

Jilqa' l-involviment propost tas-sħab soċjali fil-proċess tas-Semestru Ewropew, fost l-oħrajn fil-qafas tal-Kumitat għad-Djalogu Soċjali, qabel l-adozzjoni annwali tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SAT);

22.

Jilqa' s-sejħa biex isir l-aħjar użu mill-baġit tal-UE bil-għan li tiġi żviluppata d-dimensjoni soċjali tal-UEM u li jingħata aktar appoġġ lill-mobbiltà volontarja tal-ħaddiema, sabiex b'hekk jinkiseb l-akbar benefiċċju mill-potenzjal tal-UE fil-qasam tal-impjiegi;

23.

Jitlob lis-sħab soċjali jkollhom rwol saħansitra aktar attiv fis-Semestru Ewropew; iqis li n-natura formali żżejjed tad-djalogu makroekonomiku hija deplorevoli;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni tintegra aħjar ir-riżoluzzjoni tal-Parlament imsemmija hawn fuq bid-data tat-23 ta' Ottubru 2013, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq bid-data tat-2 ta' Ottubru 2013 u din ir-riżoluzzjoni dwarha fl-abbozzar tas-SAT 2014;

25.

Ifakkar li l-governanza tajba tal-UEM u l-impatt tagħha jistgħu jkunu effikaċi biss jekk ikunu involuti l-partijiet interessati kollha, inklużi s-sħab soċjali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-partijiet interessati kollha, inklużi s-sħab soċjali, ikunu involuti fil-governanza ekonomika, u b'mod partikolari fil-proċess tas-Semestru Ewropew;

26.

Jistieden lill-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2013 jiddefinixxi l-passi 'l quddiem li jridu jittieħdu fir-rigward tat-tisħiħ tal-aspett soċjali tal-UEM;

27.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Kunsill Ewropew.


(1)  EUCO 00120/2012.

(2)  EUCO 00205/2012.

(3)  EUCO 00023/2013.

(4)  EUCO 00104/2/2013.

(5)  EUCO 00169/2013.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2012)0430.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2013)0266.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2013)0447.

(9)  SDN/13/09.

(10)  Testi adottati, P7_TA(2013)0328.

(11)  “EU Employment and Social Situation: Quarterly Review” (“Is-sitwazzjoni tal-UE fil-qasam tal-impjiegi u dak soċjali: Eżami Trimestrali”), Ottubru 2013.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/39


P7_TA(2013)0516

Bangladexx: id-drittijiet tal-bniedem u l-elezzjonijiet li jmiss

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-Bangladexx: id-drittijiet tal-bniedem u l-elezzjonijiet li jmiss (2013/2951(RSP))

(2016/C 436/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bangladexx, b'mod partikolari dawk tat-23 ta' Mejju 2013 (1), ta1-14 ta' Marzu 2013 (2), tas-17 ta' Jannar 2013 (3), tal-10 ta' Lulju 2008 (4) u tas-6 ta' Settembru 2007 (5),

wara li kkunsidra l-ittra mibgħuta mill-Kapijiet ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea biex jitfakkar il-Jum Ewropew kontra l-Piena tal-Mewt fl-10 ta' Ottubru 2013,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni maħruġa mid-Delegazzjoni tal-UE għall-Bangladexx fit-12 ta' Awwissu 2013 dwar id-detenzjoni ta' Adilur Rahman Khan,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonaijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem, Navi Pillay, tas-6 ta' Novembru 2013 dwar l-għoti tal-piena tal-mewt fil-Bangladexx lil 152 suldat minħabba r-ribelljoni mdemmija fl-2009,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fid-9 ta' Diċembru 1998,

wara li kkunsidra l-Eżami Perjodiku Universali dwar il-Bangladexx tal-2013,

wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-UE għandha relazzjonijiet tajbin u fit-tul mal-Bangladexx, anke permezz tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp;

B.

billi l-elezzjonijiet parlamentari fil-Bangladexx għandhom isiru qabel il-25 ta' Jannar 2014, wara ħames snin ta' tmexxija minn gvern ċivili elett; billi elezzjonijiet ħielsa, ġusti u trasparenti huma essenzjali sabiex tissaħħaħ il-governanza demokratika relattivament stabbli li żviluppa l-pajjiż matul dawn l-aħħar ħames snin;

C.

billi sal-lum inqatlu madwar 30 ruħ fil-Bangladexx, u mijiet oħra ndarbu, waqt vjolenza politika matul strajkijiet ġenerali ('hartals') imsejħa mill-Bangladesh Nationalist Party (BNP) immexxi mill-ex Prim Ministru, Begum Khaleda Zia, flimkien mal-alleat tiegħu, il-partit Jamaat-e-Islami, fejn intalab li l-elezzjoni li jmiss tkun issorveljata minn gvern temporanju 'ta' ebda partit' kif ukoll intalab li jirriżenja l-Prim Ministru Sheikh Hasina;

D.

billi dan l-għeluq ta' postijiet tax-xogħol wassal għall-arrest mill-gvern ta' ħames mexxejja ewlenin tal-oppożizzjoni, kif ukoll – skont sorsi tal-BNP – għall-arrest ta' madwar 1 000 partitarju tal-BNP f'żoni rurali mill-Ġimgħa, 8 ta' Novembru 2013;

E.

billi l-ministri fil-kariga rriżenjaw u l-Prim Ministru Hasina, tal-Lega Awami, offra li jifforma 'gvern tal-partiti kollha', iżda billi sal-lum il-partit ewlieni tal-oppożizzjoni ma aċċettax din l-offerta;

F.

billi, matul is-snin, kemm il-BNP kif ukoll il-Lega Awami kellhom fehmiet kontradittorji u li kostantement jinbidlu dwar il-merti ta' gvern temporanju, filwaqt li f'Mejju 2011 il-Qorti Suprema ddikjarat bħala illegali d-dispożizzjoni kostituzzjonali li ilha fis-seħħ 15-il sena li tagħti mandat lil gvern elett biex jittrasferixxi s-setgħa meta jintemm il-mandat tiegħu lil amministrazzjoni temporanja mhux partiġġana li tissorvelja elezzjoni parlamentari ġdida; billi, madankollu, il-Qorti Suprema ddikjarat li s-sistema li ġiet annullata tista' titkompla għal żewġ termini parlamentari oħra għall-fini tas'“sikurezza tal-istat u tal-poplu tiegħu”; billi s-sistema ġiet skreditata mill-aħħar gvern temporanju appoġġat mill-armata fl-2007-2008, meta rrifjuta li jorganizza elezzjonijiet għal kważi sentejn u bagħat lill-mexxejja taż-żewġ partiti ewlenin, Sheikh Hasina u Begum Khaleda Zia (flimkien ma' binha Tarique Rahman), il-ħabs;

G.

billi, wara din is-sentenza, il-Lega Awami daħħlet il-15-il Abbozz ta' Liġi dwar l-Emendar tal-Kostituzzjoni u warrbet is-sistema ta' gvern temporanju, minkejja r-rifjut tal-partit tal-oppożizzjoni BNP li jikkoopera rigward ir-riforma;

H.

billi, mindu Sheikh Hasina tela' fil-gvern, saru ħames elezzjonijiet reġjonali fil-Bangladexx li l-Lega Awami tilfet u li ma wasslu għal ebda dikjarazzjoni rigward irregolaritajiet;

I.

billi l-parti l-fqira tal-popolazzjoni tal-Bangladexx, li tiddependi fuq paga li titħallas bil-ġurnata għas-sopravivenza tagħha, hija milquta severament mill-istrajkijiet, u billi l-ekonomija fraġli tal-Bangladexx, li diġà kellha taffaċċja l-inċidenti trawmatiċi reċenti fis-settur tat-tessuti, x'aktarx li tbati aktar;

J.

billi qed isiru allegazzjonijiet li Jamaat-e-Islami qed jippromwovi l-istrajkijiet sabiex jostakola l-proċedimenti tal-kawżi tad-delitti tal-gwerra kontra l-mexxejja tiegħu;

K.

billi fil-5 ta' Novembru 2013, f'wieħed mill-akbar proċessi fl-istorja, 152 suldat ingħataw pieni tal-mewt mill-qorti speċjali mwaqqfa biex jitressqu każijiet ta' reati mwettqa matul ir-ribelljoni tal-2009, meta 74 ruħ, inklużi 57 uffiċjal tal-armata, inqatlu brutalment; billi l-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Navi Pillay, esprimiet allarm rigward dawn il-pieni tal-mewt, wara rapporti li l-akkużati ġew ittorturati u li l-proċessi tal-massa ma mxewx skont l-istandards tad-drittijiet tal-bniedem;

L.

billi attivisti ta' NGOs, avukati, ġurnalisti u sindakalisti li jiddefendu d-drittijiet ċivili għadha qed issirilhom pressjoni, u billi l-awtoritajiet naqsu milli jniedu investigazzjonijiet effettivi dwar qtil extraġudizzjarju, torturi u għejbien, bħal fil-każ tal-mexxej tal-partit laburista u d-difensur tad-drittijiet tal-bniedem, Aminul Islam;

1.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-paraliżi kontinwa tal-ħajja ta' kuljum fil-bangladexx b'riżultat tal-istrajkijiet ġenerali organizzati mill-partiti tal-oppożizzjoni, BNP u Jamaat-e-Islami, u tal-konfrontazzjoni bejn iż-żewġ kampi politiċi – Il-Lega Awami u l-oppożizzjoni – fil-perjodu qabel l-elezzjonijiet parlamentari;

2.

Jiddispjaċih rigward il-fatt li l-parlament tal-Bangladexx ma rnexxilux jikseb il-kunsens tal-partiti kollha għall-eżerċizzju tal-poter mill-gvern fil-perjodu ta' qabel l-elezzjonijiet, filwaqt li jitqies li l-biċċa l-kbira tad-demokraziji jgħaddu minn dan l-istadju mingħajr gvern temporanju, u jistieden urġentement lill-Gvern tal-Bangladexx u lill-oppożizzjoni biex iqiegħdu l-interessi tal-Bangladexx qabel kollox u biex isibu kompromess li jagħti lill-poplu tal-Bangladexx l-opportunità li jesprimu r-rieda demokratika tagħhom;

3.

Jirrikonoxxi r-reputazzjoni tal-Bangladexx bħala soċjetà tolleranti u multikonfessjonarja, u jikkundanna l-gruppi u l-fazzjonijiet li qed jippruvaw iqajmu tensjonijiet interkomunitarji għall-finijiet tagħhom; jistieden lill-gruppi u lill-individwi kollha jeżerċitaw it-tolleranza u r-rażan, speċjalment fil-perjodu ta' qabel, matul u wara l-elezzjonijiet;

4.

Jistieden lill-partiti kollha ma jibbojkottjawx l-elezzjonijiet, billi dan iċaħħad liċ-ċittadini minn għażla politika u jdgħajjef l-istabbiltà soċjali u ekonomika tal-bangladexx u l-progress impressjonanti tiegħu fir-rigward tal-iżvilupp, partikolarment f'dak li jikkonċerna l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, il-ġestjoni tad-diżastri, id-drittijiet tal-ħaddiema, u l-għoti tas-setgħa lin-nisa;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni Elettorali tal-Bangladexx torganizza u tissorvelja l-elezzjonijiet ġenerali li jmiss b'mod għalkollox trasparenti; jappoġġa r-rikonoxximent ta' partiti politiċi ġodda li biħsiebhom jieħdu sehem fl-elezzjonijiet ġenerali li jmiss u li jissodisfaw kriterji raġonevoli għall-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza politika;

6.

Jistieden lill-partiti politiċi kollha biex ma jwettqux atti vjolenti jew ma jinstigawx il-vjolenza matul il-proċess elettorali u jevitaw ripetizzjoni tal-ġlied vjolenti politikament immotivat li seħħ fl-ewwel sitt xhur tal-2013; jesprimi t-tħassib serju tiegħu, f'dan ir-rigward, dwar l-eskalazzjoni riċenti ta' vjolenza politikament immotivata li wasslet biex inqatlu ħafna nies fi tmiem Ottubru tal-2013;

7.

Jirrikonoxxi l-ħtieġa għal rikonċiljazzjoni, ġustizzja u responsabbiltà għad-delitti mwettqa matul il-gwerra għall-indipendenza tal-1971; jenfasizza u jappoġġa r-rwol importanti tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali f'dan ir-rigward;

8.

Jiddeplora, madankollu, l-għadd li qed jiżdied ta' persuni li qed jistennew li jingħataw il-piena tal-mewt fil-Bangladexx u l-pieni tal-mewt tal-massa li ngħataw fil-proċessi ta' dawk involuti fir-ribelljoni tal-2009 tal-gwardji tal-fruntiera; jinsisti li jiġu applikati l-istandards nazzjonali u internazzjonali relatati mal-proċessi ekwi u l-proċess dovut;

9.

Itenni l-oppożizzjoni qawwija tiegħu għall-użu tal-piena tal-mewt fil-każijiet kollha u taħt kwalunkwe ċirkustanza, u jistieden lill-awtoritajiet kompetenti fil-Bangladexx biex idaħħlu moratorju uffiċjali fuq l-eżekuzzjonijiet bħala l-ewwel pass lejn it-tneħħijal-abolizzjoni tal-piena kapitali;

10.

Jistieden lill-Gvern tal-Bangladexx jerġa' jdaħħal l-ambjent abilitanti għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, li kkontribwixxa ferm għall-iżvilupp tal-Bangladexx, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom liberament;

11.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bangladexx iwettqu minnufih investigazzjonijiet indipendenti u trasparenti dwar każijiet li jinvolvu ksur tad-drittijiet tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi theddid, attakki, qtil, torturi u trattament ħażin, sabiex jidentifikaw lil dawk kollha responsabbli u jittellgħu l-qorti; jissottolinja, b'mod partikolari, il-każ tal-mexxej tal-partit laburista, Aminul Islam, kif ukoll il-każijiet tal-ġurnalisti Sagar Sarowar u Meherun Runi;

12.

Jilqa' l-inizjattiva konġunta tal-Gvern tal-Bangladexx u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), b'kollaborazzjoni mal-gvern, ir-rappreżentanti tal-impjegaturi u tal-ħaddiema, dwar “It-titjib tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol fis-Settur tal-Ħwejjeġ Magħmulin u Lesti”; iħeġġeġ lill-marki tal-ħwejjeġ Ewropej u internazzjonali biex iwettqu l-wegħdiet li għamlu wara l-waqgħa tal-fabbrika Rana Plaza, anke skont il-ftehim dwar in-Nirien u s-Sikurezza tal-Bini fil-Bangladexx;

13.

Jistieden lill-Gvern tal-Bangladexx iwarrab ir-rekwiżit ta' 30 % 'rappreżentanza' għar-reġistrazzjoni tat-trade unions, jestendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-Att dwar ix-Xogħol biex ikopri kategoriji ta' ħaddiema li attwalment huma esklużi, jadotta projbizzjoni li l-impjegaturi jindaħlu fi kwistjonijiet interni tat-trade unions, jestendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-Att dwar ix-Xogħol biex japplika għal żoni ta' pproċessar tal-esportazzjoni, u jagħti drittijiet ta' negozjar kollettiv lill-Assoċjazzjonijiet tal-Welfare tal-Ħaddiema (WWA), filwaqt li jiffaċilita r-reġistrazzjoni ta' WWAs;

14.

Jistenna bil-ħerqa li l-Bangladexx jikkoopera għalkollox mal-Entitajiet previsti mit-Trattati tan-NU u li jestendi stedina permanenti lill-Proċeduri Speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;

15.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Bangladexx.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2013)0230.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2013)0100.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2013)0027.

(4)  ĠU C 294 E, 3.12.2009, p. 77.

(5)  ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 240.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/42


P7_TA(2013)0517

Qatar: is-sitwazzjoni tal-ħaddiema migranti

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-Qatar: is-sitwazzjoni tal-ħaddiema migranti (2013/2952(RSP))

(2016/C 436/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Marzu 2011 dwar ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (1),

wara li kkunsidra l-Laqgħa Konġunta tal-Kunsill u Ministerjali bejn il-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf u l-UE li saret f'Manama, il-Baħrejn, fit-30 ta' Ġunju 2013,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familji tagħhom tat-18 ta' Diċembru 1990,

wara li kkunsidra l-aħbar maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Assoċjazzjonijiet tal-Futbol (FIFA) tat-2 ta' Diċembru 2010 dwar l-għażla tal-Qatar bħala l-pajjiż fejn għandha ssir il-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-2022,

wara li kkunsidra r-ratifika mill-Qatar tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar ix-Xogħol Furzat jew Obbligatorju (C029) tat-12 ta' Marzu 1998;

wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tal-Ministeru tal-Qatar għaċ-Ċivil u d-Djar dwar l-applikazzjoni tal-Liġi tax-Xogħol Nru 14/2004 dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ ta' liċenzji lil ċittadini tal-Qatar li jixtiequ jimpjegaw ħaddiema barranin, tat-22 ta' Awwissu 2005, u dwar il-Liġi tal-Qatar Nru 4 tal-2009 dwar l-Isponsorizzazzjoni;

wara li kkunsidra l-istqarrija tal-missjoni ta' François Crépeau, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti, tal-10 ta' Novembru 2013;

wara li kkunsidra r-rapporti ta' Human Rights Watch u Amnesty International dwar is-sitwazzjoni tal-ħaddiema tal-kostruzzjoni fil-Qatar fiż-żmien qabel it-Tazza tad-Dinja u ż-żjara reċenti tas-Segretarju Ġenerali ta' Amnesty International fil-Qatar,

wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi huwa stmat li fil-Qatar hemm 1,35 miljun barrani, li jirrappreżentaw kważi 90 % tal-ħaddiema fil-pajjiż; billi l-migranti huma impjegati l-aktar fil-kostruzzjoni, fis-servizzi u fix-xogħol domestiku; billi dawn iċ-ċifri jagħmlu li l-Qatar għandu l-ogħla proporzjon fid-dinja ta' ħaddiema migranti għall-popolazzjoni nazzjonali; billi tal-anqas 500 000 ħaddiem migrant ieħor mistennija jmorru l-Qatar biex jaċċelleraw ix-xogħol ta' kostruzzjoni bi tħejjija għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-2022; billi l-maġġoranza tal-ħaddiema migranti huma mill-Indja u n-Nepal, iżda wkoll mill-Bangaladexx, il-Pakistan, il-Filippini u s-Sri Lanka;

B.

billi, skont il-Konfederazzjoni Internazzjonali tat-Trade Unions (ITUC), ċifri miksuba mill-Ambaxxati tal-Indja u tan-Nepal fil-Qatar juru li kull sena medja ta' 200 ħaddiem minn dawk il-pajjiżi jmutu fil-Qatar, sitwazzjoni li tista' tkompli sejra għall-agħar fiż-żmien qabel it-Tazza tad-Dinja tal-2022;

C.

billi l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) wissiet li l-Qatar għadu ma implimentax bis-sħiħ il-konvenzjoni internazzjonali li tipprojbixxi l-użu ta' xogħol furzat jew obbligatorju, li l-pajjiż irratifika fl-1998; billi l-ILO waqqfet kumitat tripartitiku biex jirrevedi l-evidenza u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-gvern tal-Qatar dwar kif għandu jwettaq l-impenji internazzjonali tiegħu;

D.

billi l-President tal-Kumitat Nazzjonali tal-Qatar għad-Drittijiet tal-Bniedem ammetta li “kienu nqalgħu xi problemi” u wiegħed li huwa u l-gvern kienu qed jagħmlu ħilithom kollha biex jirranġawhom; billi l-awtoritajiet tal-Qatar ħabbru li l-liġijiet tax-xogħol se jiġu emendati u li qed jibnu djar għall-ħaddiema;

E.

billi r-regoli dwar l-isponsorizzazzjoni tal-viżi, magħrufa bħala s-sistema tal-“kafala”, ifissru li l-ħaddiema ma jistgħux jibdlu xogħolhom mingħajr il-permess ta' min iħaddimhom u ma jistgħux iħallu l-pajjiż dment li min iħaddimhom ma jkunx iffirmalhom il-permess ta' ħruġ; billi s-sistema tal-“kafala” spiss tiġi sfruttata, minħabba li min iħaddem spiss iżomm il-passaporti u l-pagi tal-ħaddiema, u billi l-ħaddiema jkollhom iħallsu sa USD 3 500 biex jiksbu viża mingħand il-'kafil', jew sponsor, b'tali mod li l-ħaddiema migranti jispiċċaw bi djun eċċessivament kbar;

F.

billi l-Konfederazzjoni Internazzjonali tat-Trade Unions (ITUC) ressqet ilment lill-Ministeru tax-Xogħol tal-Qatar kontra għadd ta' kumpaniji Qatarin f'Marzu 2013; billi d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet tax-Xogħol tal-Ministeru tax-Xogħol tal-Qatar fl-2012 irċieva 6 000 ilment mingħand ħaddiema; billi l-ITUC u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Ħaddiema tal-Kostruzzjoni u l-Injam (Building and Wood Workers' International, BWI) ikkundannaw din is-sitwazzjoni, u ressqu lmenti konġunti lill-ILO dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-libertà ta' assoċjazzjoni fil-Qatar;

1.

Iqis deplorevoli l-imwiet ta' ħaddiema migranti fil-Qatar u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tagħhom;

2.

Huwa mħasseb dwar is-sitwazzjoni tal-ħaddiema migranti fil-Qatar, inklużi sigħat twal ta' xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol perikolużi, xogħol li jibqa' xhur sħaħ mhux imħallas, il-konfiska tal-passaporti ta' tali ħaddiema, kif ukoll il-fatt li dawn jiġu sfurzati jgħixu f'kampijiet iffullati, ma jingħatawx id-dritt li jiffurmaw unions u m'għandhomx aċċess għal ilma tax-xorb bla ħlas minkejja sħana estrema;

3.

Jirrikonoxxi l-isfidi li jiffaċċjaw l-awtoritajiet Qatarin biex jiġġestixxu l-forza tax-xogħol nazzjonali, li kważi 90 % tagħha huma ħaddiema migranti, kif ukoll l-isfidi prattiċi relatati mal-infurzar tal-liġi f'dan ir-rigward;

4.

Jilqa' l-aħbar maħruġa mill-gvern Qatari li se jħejji lista sewda ta' kumpaniji li jabbużaw mill-ħaddiema migranti; jilqa' l-isforzi magħmula mill-gvern u, b'mod partikolari, mill-Kunsill Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem (KNDB) tal-Qatar sabiex jissensibilizzaw il-ħaddiema migranti dwar id-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom skont id-dritt internazzjonali; ifaħħar, f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni tal-KNDB li jwaqqaf ċentru ġdid maħsub biex jindirizza u jsolvi l-ilmenti tal-ħaddiema migranti;

5.

Jistieden lill-awtoritajiet Qatarin jimplimentaw b'mod effikaċi l-leġiżlazzjoni eżistenti f'dan il-qasam, inkluż billi jinfurzaw il-projbizzjoni dwar il-konfiska tal-passaporti, billi jieħdu passi legali kontra l-vjolazzjonijiet u billi jimponu sanzjonijiet sinifikanti fuq kumpaniji u individwi li jiksru l-liġijiet maħsuba biex jipproteġu d-drittijiet tal-migranti; jilqa' l-impenn tal-awtoritajiet Qatarin biex jadottaw leġiżlazzjoni dwar il-ħaddiema domestiċi li tinkludi l-protezzjoni sinifikanti tad-drittijiet tax-xogħol u mekkaniżmi ta' konformità effikaċi; jappella, f'dan ir-rigward, sabiex jiġi adottat malajr l-abbozz ta' liġi dwar il-ħaddiema domestiċi li bħalissa qed jiġi diskuss mill-Kunsill Suprem tal-Affarijiet tal-Familja; jinnota li l-maġġoranza tal-ħaddiema domestiċi huma nisa;

6.

Jilqa' l-proposta mill-awtoritajiet governattivi rilevanti li jwettqu investigazzjonijiet dwar l-allegazzjonijiet kollha u l-wegħda tal-awtoritajiet Qatarin li jżidu n-numru ta' spetturi tax-xogħol inkarigati mill-monitoraġġ tal-infurzar ta' liġijiet tax-xogħol xierqa; jistenna li l-ispetturi tax-xogħol jirċievu taħriġ dwar l-istandards tad-drittijiet tal-bniedem u jittama li huma u jwettqu xogħolhom se jkollhom l-appoġġ ta' interpreti;

7.

Huwa mħasseb dwar il-qagħda ta' individwi li jinsabu detenuti biss minħabba li “ħarbu” minn min iħaddimhom u jistieden lill-awtoritajiet Qatarin iwaqqfu tali prattiki; iħeġġeġ ukoll sabiex il-migranti kollha mċaħħda mil-libertà tagħhom ikollhom mezz biex jikkuntattjaw lill-familji u s-servizzi konsulari tagħhom, ikollhom aċċess għal avukat u interpretu u jkollhom id-dritt li jirribattu d-detenzjoni tagħhom minnufih;

8.

Jilqa' l-progress li ġie rrappurtat fit-triq lejn is-sejbien ta' soluzzjoni għall-problemi li qed jiffaċċjaw il-plejers tal-futbol Franċiżi Zahir Belounis u Stéphane Morello, li waqgħu fl-ambitu tas-sistema ta' sponsorizzazzjoni u b'hekk ma tħallexw jitilqu mill-pajjiż, u jistieden lill-awtoritajiet Qatarin u lill-FIFA biex jiżguraw li tali każijiet ma jerġgħux iseħħu;

9.

Jistieden lill-Qatar jirratifika l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familji tagħhom, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali;

10.

Jistieden lill-Qatar biex jirratifika l-konvenzjonijiet tal-ILO, inklużi dawk dwar il-ħaddiema migranti, il-libertà ta' assoċjazzjoni, id-dritt ta' organizzazzjoni u ta' negozjar kollettiv, il-ħaddiema domestiċi u l-aġenziji privati tal-impjiegi, u biex jikkunsidra li jitlob assistenza teknika mingħand l-ILO sabiex jiżgura li l-leġiżlazzjoni u l-prattika Qatarin huma konformi ma' dawn il-konvenzjonijiet;

11.

Jappella sabiex jitwaqqfu iżjed rifuġji għall-ħaddiema migranti, b'enfasi speċjali fuq rifuġji għan-nisa u t-tfal li jkunu adattati għal ħtiġijiethom; jilqa' l-aħbar maħruġa fid-9 ta' Novembru 2013 rigward il-kostruzzjoni ta' djar għal 60 000 ħaddiem, li għandhom jiftħu f'Diċembru 2013;

12.

Itenni li r-ratifika u l-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familji tagħhom min-naħa ta' dawk l-istati li huma membri tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (GCC), inkluż il-Qatar, għandhom ikunu kwistjoni ewlenija fir-relazzjonijiet UE-GCC;

13.

Jappella għar-responsabbiltà tal-korporazzjonijiet Ewropej li qed jibnu stadiums jew proġetti infrastrutturali oħra fil-Qatar sabiex jipprovdu kundizzjonijiet tax-xogħol konformi mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u jħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jieħdu passi sabiex jiżguraw li l-kumpaniji tal-inġinerija, tal-kostruzzjoni u tal-konsulenza tagħhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi u mal-prinċipji ta' Ruggie;

14.

Jistieden lill-awtoritajiet Qatarin jaħdmu mill-qrib mal-awtoritajiet rilevanti fil-pajjiżi ta' oriġini tal-ħaddiema migranti, li għandhom iwettqu l-monitioraġġ tar-rwol tal-aġenziji ta' reklutaġġ li jipprovdu l-ħaddiema migranti lill-Qatar; jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jappoġġa l-gvernijiet tal-pajjiżi ta' oriġini, b'mod partikolari fl-Asja, sabiex joffru trattament aħjar lill-ħaddiema migranti;

15.

Jilqa' t-talba tal-union internazzjonali tal-plejers tal-futbol, il-FIFPro, li esperti indipenenti fuq il-post tax-xogħol, maħtura mill-FIFA u mill-ILO, jingħataw aċċess għas-siti kollha u s-setgħa li jfasslu rakkomandazzjonijiet vinkolanti sabiex jiżguraw li l-istandards internazzjonali tax-xogħol jiġu rispettati fil-Qatar;

16.

Ifakkar lill-FIFA li r-responsabbiltà tagħha tmur lil hinn mill-iżvilupp tal-futbol u l-organizzazzjoni ta' kompetizzjonijiet u jistedinha biex, bl-appoġġ attiv tal-membri Ewropej tagħha, tibgħat messaġġ ċar u qawwi lill-Qatar sabiex it-tħejjijiet għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-2022 ma jitħallewx jittiefsu minn allegazzjonijiet ta' xogħol furzat;

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvern u l-parlament tal-Istat tal-Qatar, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-membri tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Assoċjazzjonijiet tal-Futbol (FIFA), l-Unjoni tal-Assoċjazzjonijiet tal-Futbol Ewropew (UEFA), l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem.


(1)  ĠU C 247 E, 17.8.2012, p. 1.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/45


P7_TA(2013)0518

Ġustizzja ġusta fil-Bolivja, b'mod partikolari l-każijiet ta' Előd Tóásó u Mario Tadic

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar ġustizzja ekwa fil-Bolivja, b'mod partikolari l-każijiet ta' Előd Tóásó u Mario Tadić (2013/2953(RSP))

(2016/C 436/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 10 tagħha,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li ġie ffirmat u ratifikat mill-Bolivja, u b'mod partikolari l-Artikoli 9, 10, 14, 15 u 16 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti, li ġiet iffirmata u ratifikata mill-Bolivja,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u b'mod partikolari l-Artikoli 1, 2, 3, 5, 6 u 7 tagħha,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 47 u 48 tagħha,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li ġiet iffirmata u ratifikata mill-Bolivja,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Inter-Amerikana dwar il-Prevenzjoni u l-Ikkastigar tat-Tortura, li ġiet iffirmata u ratifikata mill-Bolivja,

wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni u l-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali tal-Bolivja,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-23 ta' Mejju 2012 mill-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Minoranza u l-Affarijiet Ċiviċi u Reliġjużi u l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Assemblea Nazzjonali Ungeriża; wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni adottata mill-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Bolivja fit-12 ta' Ġunju 2012 b'risposta għad-dikjarazzjoni Ungeriża,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Bolivja,

wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fis-16 ta' April 2009, fil-belt ta' Santa Cruz de la Sierra fil-Bolivja, il-Forzi Speċjali Bolivjani arrestaw lil Előd Tóásó, ċittadin Ungeriż, u lil Mario Tadić, ċittadin Kroat; billi tliet persuni oħra, fosthom Árpád Magyarosi, ċittadin Rumen, Michael Martin Dwyer, ċittadin Irlandiż, u Eduardo Rózsa-Flores, ċittadina Unġeriża, mietu matul l-isparar;

B.

billi Előd Tóásó u Mario Tadić ġew u baqgħu arrestati mingħajr akkuża f'detenzjoni ta' qabel il-proċess, mingħajr kunsiderazzjoni tal-liġi Bolivjana li tistabbilixxi tul massimu ta' detenzjoni ta' qabel il-proċess ta' 36 xhar, perjodu li kellu jintemm fis-16 ta' April 2012;

C.

billi hu allegat li mhux qed jiġu mħarsa d-drittijiet bażiċi tal-bniedem ta' Előd Tóásó u Mario Tadić, kemm matul l-arrest tagħhom kif ukoll matul il-proċedimenti kriminali;

D.

billi fit-18 ta' Mejju 2010, meta Előd Tóásó u Mario Tadić kienu diġà miżmuma taħt kustodja, l-Artikolu 239 tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali tal-Bolivja, li jirreferi għat-tul ta' żmien ta' detenzjoni ta' qabel il-proċess, ġie emendat biex il-perjodu massimu jitwal minn 12-il xahar għal 36 xahar, b'effett retroattiv;

E.

billi fis-17 ta' Diċembru 2010 ġew formulati pubblikament akkużi ta' terroriżmu;

F.

billi l-Opinjoni Nru 63/2011 (l-Istat Plurinazzjonali tal-Bolivja) tal-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja ddikjarat li l-Bolivja kisret id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem f'diversi punti u affermat mill-ġdid li Előd Tóásó kien arrestat mingħajr mandat u miżmum illegalment fil-ħabs; billi l-Grupp ta' Ħidma tan-NU, għaldaqstant talab lill-Gvern tal-Bolivja biex immedjatament jeħles lill-Előd Tóásó;

1.

Jitlob lill-awtoritajiet Bolivjani jiżguraw proċess ġust u indipendenti fil-każijiet ta' Előd Tóásó u Mario Tadić;

2.

Jieħu nota tar-rapport adottat u sussegwentement disseminat b'mod wiesa' mill-parlament Bolivjan, ibbażat fuq l-investigazzjoni politika tiegħu dwar il-każ;

3.

Jitlob li ssir investigazzjoni indipendenti, li tinvolvi esperti internazzjonali, dwar l-imwiet ta' Árpád Magyarosi, Michael Martin Dwyer u Eduardo Rózsa-Flores;

4.

Jitlob lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex iżomm il-każ fuq nett fl-aġenda matul il-kuntatti tiegħu mal-Gvern tal-Bolivja, u sabiex jieħu miżuri u passi konkreti dwar il-kwistjoni;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Assemblea Leġiżlattiva Plurinazzjonali tal-Istat Plurinazzjonali tal-Bolivja, lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 19 ta’ Novembru 2013

24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/47


P7_TA(2013)0456

Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-konklużjoni ta' ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba (2011/2152(ACI))

(2016/C 436/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba,

wara li kkunsidra l-Artikoli 310, 311, 312 u 323 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2012 għall-fini li jinkiseb eżitu pożittiv għall-proċedura ta' approvazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2014-2020 (1),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew adottati fit-8 ta' Frar 2013,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta' Frar 2013 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (2),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew adottati fit-28 ta' Ġunju 2013,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2013 dwar il-ftehim politiku rigward il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 127(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0337/2013),

A.

billi ntlaħaq ftehim politiku fis-27 ta’ Ġunju 2013 fl-ogħla livell politiku bejn il-Parlament Ewropew, il-Presidenza Irlandiża tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-2014-2020 u dwar ftehim interistituzzjonali ġdid;

B.

billi ntużaw għall-ewwel darba dispożizzjonijiet ġodda li jikkonċernaw il-QFP kif introdotti mit-Trattat ta' Lisbona, b’mod partikolari rigward ir-rwol u l-prerogattivi akbar mogħtija minnhom lill-Parlament Ewropew;

C.

billi huwa xieraq li jiġi adottat, fil-kuntest tal-QFP, ftehim interistituzzjonali għall-implimentazzjoni tad-dixxiplina baġitarja u għat-titjib tal-funzjonament tal-proċedura baġitarja annwali u tal-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet fi kwistjonijiet baġitarji;

1.

Jaċċetta l-ftehim politiku li ntlaħaq dwar il-QFP għall-2014-2020 u dwar ftehim interistituzzjonali ġdid; huwa determinat li jagħmel użu sħiħ, matul il-proċeduri baġitarji li ġejjin, mill-istrumenti l-ġodda stabbiliti, speċjalment fir-rigward tal-flessibbiltà;

2.

Jenfasizza li l-proċess twil u impenjattiv ta' negozjati, kemm fil-Kunsill kif ukoll fil-livell interistituzzjonali, flimkien mar-riżultat tiegħu jirrappreżentaw implimentazzjoni mhux sodisfaċenti tad-dispożizzjonijiet il-ġodda li jikkonċernaw il-QFP kif introdotti mit-Trattat ta' Lisbona, b’mod partikolari rigward ir-rwol u l-prerogattivi akbar mogħtija minnhom lill-Parlament Ewropew;

3.

Jikkundanna l-istrateġija ta’ negozjati tal-Kunsill, li fiha n-negozjaturi tiegħu kienu marbuta mill-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-8 ta' Frar 2013 fi kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja bħal kriterji għall-allokazzjoni dettaljati, pakketti skont il-programmi jew il-benefiċjarju, kif ukoll allokazzjonijiet finanzjarji diskrezzjonarji li jaġġustaw il-livell tar-redditu nazzjonali mill-baġit tal-Unjoni, u b’hekk iż-żewġ fergħat leġiżlattivi ġew prevenuti milli jwettqu negozjati xierqa;

4.

Jiddispjaċih, barra minn hekk, li l-kuntatti u l-laqgħat numerużi li saru matul dawn l-aħħar snin bejn id-delegazzjoni tiegħu u l-presidenzi suċċessivi tal-Kunsill ma kellhom l-ebda impatt fuq l-ispirtu, il-kalendarju jew il-kontenut tan-negozjati jew fuq il-pożizzjoni tal-Kunsill, inkluża l-ħtieġa li ssir distinzjoni bejn l-aspetti leġiżlattivi u dawk baġitarji tal-ftehim dwar il-QFP;

5.

Jikkonkludi li, skont l-Artikolu 312(5) tat-TFUE, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti tax-xogħol alternattivi fil-futur biex jiffaċilitaw l-adozzjoni tal-QFP, u biex jiżguraw li s-setgħat leġiżlattivi u baġitarji tal-Parlament, kif mogħtija mit-TFUE, jiġu rispettati bis-sħiħ, li l-Kunsill jinnegozja wkoll effettivament kwalunkwe waħda mill-partijiet “relatati mal-QFP” tal-bażijiet legali għall-programmi, u li l-Kunsill Ewropew ma jaġixxix bħala leġiżlatur, bi ksur tat-TFUE;

6.

Jistieden lill-Kumitat tiegħu responsabbli għall-Baġits, b’kooperazzjoni mal-Kumitat tiegħu responsabbli għall-Affarijiet Kostituzzjonali, biex iħejji l-konklużjonijiet meħtieġa u jressaq proposti ġodda, fi żmien xieraq qabel ir-reviżjoni ta' wara l-elezzjoni tal-2016, dwar il-modalitajiet tan-negozjati tal-QFP, sabiex jiżgura n-natura demokratika u trasparenti tal-proċess kollu kemm hu tat-tfassil tal-baġit;

7.

Japprova l-konklużjoni tal-ftehim ta' hawn taħt;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-ftehim flimkien mal-President tal-Kunsill u mal-President tal-Kummissjoni u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi, għal skopijiet ta' informazzjoni, din id-deċiżjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2012)0360.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2013)0078.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2013)0304.


ANNESS

Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-ftehim interistituzzjonali kif ippublikat fil-ĠU C 373 tal-20 ta' Diċembru 2013, p. 1.)


III Atti preparatorji

IL-PARLAMENT EWROPEW

It-Tlieta 19 ta’ Novembru 2013

24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/49


P7_TA(2013)0455

Il-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (11791/2013 – C7-0238/2013 – 2011/0177(APP))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)

(2016/C 436/11)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill (COM(2011)0398), li ġiet emendata mill-proposta COM(2012)0388),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Regolament tal-Kunsill (11791/2013) u r-rettifika tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2013 dwar dan (11791/2013 COR 1),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 312 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (C7–0238/2013),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2012 għall-fini li jinkiseb eżitu pożittiv għall-proċedura ta' approvazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta' Frar 2013 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2013 dwar il-ftehim politiku rigward il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 (3),

wara li kkunsidra l-Artikoli 75 u 81(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Baġits, l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-ittra tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0389/2013),

1.

Jaqbel mal-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2014-2020 kif stabbilit fl-anness għal din ir-riżoluzzjoni;

2.

Japprova d-dikjarazzjonijiet konġunti magħmula mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2012)0360.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2013)0078.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2013)0304.


ANNESS 1

ABBOZZ TA' REGOLAMENT TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI L-QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI GĦAS-SNIN 2014-2020

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013.)


ANNESS 2

DIKJARAZZJONIJIET

Dikjarazzjoni Konġunta dwar Riżorsi Proprji

1.

Skont l-Artikolu 311 tat-TFUE l-Unjoni għandha tipprovdi lilha nfisha bil-mezzi meħtieġa biex tilħaq l-objettivi tagħha u twettaq il-politiki tagħha; jistipula wkoll li, mingħajr preġudizzju għal dħul ieħor, il-baġit għandu jkun iffinanzjat kollu kemm hu mir-riżorsi proprji. L-Artikolu 311 al. 3 jindika li l-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali, għandu unanimament u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew jadotta deċiżjoni dwar is-sistema ta' riżorsi proprji u li, f'dak il-kuntest, il-Kunsill jista' jistabbilixxi kategoriji ġodda ta' riżorsi proprji jew jabolixxi kategorija eżistenti.

2.

Abbażi ta' dan, f'Ġunju 2011 il-Kummissjoni ppreżentat sett ta' proposti biex tirriforma s-sistema tar-Riżorsi Proprji tal-Unjoni. Fil-laqgħa tiegħu tas-7/8 ta' Frar, il-Kunsill Ewropew qabel li l-arranġamenti tar-Riżorsi Proprji għandhom ikunu ggwidati mill-objettivi ġenerali tas-sempliċità, it-trasparenza u l-ekwità. Barra minn hekk, il-Kunsill Ewropew talab lill-Kunsill biex ikompli jaħdem fuq il-proposta tal-Kummissjoni għal riżorsa proprja ġdida bbażata fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT). Huwa stieden ukoll lill-Istati Membri jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji (TTF) biex jeżaminaw jekk tistax issir il-bażi għal riżorsa proprja ġdida għall-baġit tal-UE.

3.

Il-kwistjoni tar-riżorsi proprji teħtieġ aktar xogħol. Għal dan il-għan, ser jitlaqqa' Grupp ta' livell għoli, kompost minn membri maħtura mit-tliet istituzzjonijiet. Dan ser jieħu kont tal-kontribut kollu eżistenti jew li ġej li jista' jiġi pprovdut mit-tliet istituzzjonijiet Ewropew u mill-Parlamenti Nazzjonali. Dan għandu jisfrutta l-esperjenza xierqa, inkluż mill-awtoritajiet baġitarji u fiskali nazzjonali kif ukoll mill-esperti indipendenti.

4.

Il-Grupp ser iwettaq rieżami ġenerali tas-sistema tar-Riżorsi Proprji ggwidat mill-objettivi ġenerali tas-sempliċità, it-trasparenza, l-ekwità u r-responsabbiltà demokratika. L-ewwel valutazzjoni ser tkun disponibbli sa tmiem l-2014. Il-progress tal-ħidma ser jiġi vvalutat fil-livell politiku b'laqgħat regolari, tal-inqas darba kull sitt xhur.

5.

Il-Parlamenti Nazzjonali ser jiġu mistiedna għal konferenza interistituzzjonali matul l-2016 biex jivvalutaw l-eżitu ta' dan ix-xogħol.

6.

Fuq il-bażi tar-riżultati ta' din il-ħidma, il-Kummissjoni ser tivvaluta jekk humiex adatti inizjattivi ġodda ta' Riżorsi Proprji. Din il-valutazzjoni ser issir b'mod parallel mar-rieżami msemmi fl-Artikolu 1a tar-Regolament QFP bil-ħsieb ta' riformi possibbli li jiġu kkunsidrati għall-perijodu kopert mill-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss.

Dikjarazzjoni Konġunta dwar it-titjib tal-effettività tal-infiq pubbliku fi kwistjonijiet soġġetti għal azzjoni tal-UE

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li jaħdmu flimkien bl-objettiv tal-iffrankar fl-ispejjeż u titjib fis-sinerġiji fil-livelli nazzjonali u Ewropej sabiex titjieb l-effettività tan-nefqa pubblika fi kwistjonijiet suġġetti għal azzjoni tal-UE. Għal dan il-għan l-istituzzjonijiet, skont kif jikkunsidraw l-aktar xieraq, ser jisfruttaw, fost l-oħrajn, l-għarfien tal-aħjar prattiki, il-kondiviżjoni ta' informazzjoni kif ukoll il-valutazzjoni indipendenti disponibbli. Ir-riżultati għandhom ikunu disponibbli u jservu bħala bażi waħda għall-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss.

Dikjarazzjoni Konġunta

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li l-proċeduri baġitarji annwali applikati għall-QFP 2014-2020 ser jintegraw, kif adatt, elementi sensittivi għall-kwistjoni tal-ġeneru, b'kont meħud tal-modi li l-qafas finanzjarju ġenerali tal-Unjoni jikkontribwixxi għal iktar ugwaljanza bejn is-sessi (u jiżgura l-integrazzjoni tas-sessi).

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020

L-Istituzzjonijiet jaqblu li jużaw l-ammont imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 kif ġej: EUR 2 143 miljun għall-Impjiegi taż-Żgħażagħ, EUR 200 miljun għall-Orizzont 2020, EUR 150 miljun għall- Erasmus u EUR 50 miljun għall-COSME.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar dikjarazzjonijiet nazzjonali ta' ġestjoni

Fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza tiegħu tas-17 ta' April 2013, il-Parlament Ewropew talab li jistabbilixxi mudell għad-dikjarazzjonijiet nazzjonali ta' ġestjoni li għandhom jinħargu mill-Istati Membri fil-livell politiku xieraq. Il-Kummissjoni lesta teżamina din it-talba u lesta tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jipparteċipaw fi grupp ta' ħidma bil-għan li jagħtu rakkomandazzjonijiet sa tmiem din is-sena.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar ir-rieżami/reviżjoni

Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1A tar-Regolament QFP, filwaqt li jittieħed kont tar-riżultat tar-rieżami, il-Kummissjoni tikkonferma l-intenzjoni tagħha li tippreżenta proposti leġislattivi għal reviżjoni tar-Regolament QFP. F'dan il-kuntest, ser tagħti attenzjoni partikolari għall-funzjonament tal-marġini globali għall-pagamenti sabiex tiżgura li l-limiti tal-pagamenti ġenerali jibqa' disponibbli matul il-perijodu. Hija ser teżamina wkoll l-evoluzzjoni tal-marġini globali għall-impenji. Il-Kummissjoni ser tieħu wkoll kont tar-rekwiżiti partikolari tal-programm Orizzont 2020. Il-Kummissjoni ser teżamina wkoll l-allinjament tal-proposti tagħha għall-QFP li jmiss maċ-ċikli politiċi tal-Istituzzjonijiet.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/52


P7_TA(2013)0457

Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2013/- Tisħiħ tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) biex jindirizza il-qgħad fost iż-żgħażagħ, il-faqar u l-esklużjoni soċjali fi Franza, l-Italja u Spanja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2013/tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni (14180/2013 – C7-0350/2013 – 2013/2160(BUD))

(2016/C 436/12)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1),

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, adottat b'mod definittiv fit-12 ta' Diċembru 2012 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (4),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 7/2013 adottat mill-Kummissjoni fil-25 ta' Lulju 2013 (COM(2013)0557),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2013 adottata mill-Kunsill fis-7 ta' Ottubru 2013 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Ottubru 2013 (14180/2013 – C7-0350/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0367/2013),

A.

billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 għas-sena 2013 (ABE 7/2013) jirrigwarda żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 150 miljun fl-Intestatura 1b tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), bl-għan li jindirizza “ċertu kwistjonijiet” li jirriżultaw mill-eżitu finali tan-negozjati rigward il-QFP għas-snin 2014-2020, li jolqtu lil Franza, l-Italja u Spanja,

B.

billi dawn l-allokazzjonijiet addizzjonali għandhom jikkontribwixxu biex jiġu affrontati sitwazzjonijiet speċifiċi ta' qgħad, b'mod partikolari, il-qgħad fost iż-żgħażagħ, u ta' faqar u esklużjoni soċjali f'dawk l-Istati Membri

C.

billi l-Kummissjoni tikkunsidra li l-aktar mod xieraq biex tgħin lil dawn l-Istati Membri hu billi żżid il-Fond Soċjali Ewropew (FSE);

D.

billi t-tisħiħ ta' EUR 150 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn se jiġi kopert mill-marġni taħt il-limitu massimu għall-infiq tal-Intestatura 1b (EUR 16-il miljun), u mill-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità (EUR 134 miljun) immirata lejn din l-azzjoni speċifika,

1.

Jieħu nota tal-ABE 7/2013, ippreżentat mill-Kummissjoni fil-25 ta' Lulju 2013, li jkopri żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 150 biljun fl-Intestatura 1b tal-QFP, bl-għan li jindirizza “ċertu kwistjonijiet” li jirriżultaw mill-eżitu finali tan-negozjati fi ħdan il-Kunsill Ewropew rigward il-QFP 2014-2020, li jolqtu lil Franza, l-Italja u Spanja;

2.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni li tiddedika din l-allokazzjoni addizzjonali għall-programmi tal-FSE eżistenti fl-Istati Membri milqutin, b'mod li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni speċifika ta' qgħad, b'mod partikolari, il-qgħad fost iż-żgħażagħ, u tal-esklużjoni soċjali; jistenna li l-Kummissjoni se tirrapporta lura lill-Parlament fiż-żmien dovut rigward il-miżuri u l-azzjonijiet konkreti ffinanzjati b'din l-allokazzjoni;

3.

Jinnota, barra minn hekk, li l-EUR 150 miljun addizzjonali fil-biċċa l-kbira se jiġu ffinanzjati permezz tal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità;

4.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2013;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 7/2013 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 66, 8.3.2013.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/54


P7_TA(2013)0458

Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 8/2013 (ABE 2 a) – Tisħiħ ta' pagamenti skont l-intestatura tal-QFP u nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-2013

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2013 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni (14871/2013 – C7-0387/2013 – 2013/2227(BUD))

(2016/C 436/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1),

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, adottat b'mod definittiv fit-12 ta' Diċembru 2012 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (4),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 8/2013 adottat mill-Kummissjoni fil-25 ta' Settembru 2013 (COM(2013)0669),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2013 adottata mill-Kunsill fit-30 ta' Ottubru u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fil-31 ta' Ottubru 2013 (14871/2013 – C7-0387/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0371/2013),

A.

billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8 għas-sena 2013 (ABE 8/2013) jirrigwarda ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 3,9 biljun mifruxin fuq l-Intestaturi 1a, 1b, 2, 3a, 3b u 4 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), bl-għan li jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet pendenti sal-aħħar tas-sena, sabiex l-obbligi ġuridiċi li jirriżultaw mill-impenji passati u attwali jkunu jistgħu jiġu onorati, il-penali finanzjarji jkunu jistgħu jiġu evitati u l-benefiċjarji jkunu jistgħu jirċievu l-fondi previsti mill-politiki miftehma tal-Unjoni, li għalihom il-Parlament u l-Kunsill awtorizzaw l-approprjazzjonijiet ta' impenn relatati fil-baġits annwali preċedenti,

B.

billi l-approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali mitluba se jnaqqsu l-livell tal-impenji pendenti ('reste à liquider', RAL), kif ukoll ir-riskju li jiġu ttrasferiti lejn l-2014 livelli għoljin b'mod mhux normali ta' kontijiet mhux imħallsa,

C.

billi l-ABE 8/2013, lijaġġorna l-ABE 2/2013, kienet ippreżentata mill-Kummissjoni f'Marzu 2013 għal ammont ta' EUR 11,2 biljun u approvat parzjalment biss mill-awtorità baġitarja f'Settembru 2013 għal ammont ta' EUR 7,3 biljun,

D.

billi l-ammont globali ta' talbiet għal pagament li kienu għadhom pendenti fi tmiem l-2012 għall-politika ta' koeżjoni (2007-2013), u li kienu jammontaw għal EUR 16,2 biljun, kellhom jiġu ttrasferiti għall-2013, biex konsegwentement il-livell tal-pagamenti disponibbli fil-baġit 2013 tnaqqas biex jitkoprew il-ħtiġijiet ta' pagament ta' din is-sena; billi dak l-ammont għandu jilħaq EUR 20 biljun sa tmiem l-2013, jekk wieħed jassumi li l-ABE 8/2013 jiġi adottat kollu kemm hu,

E.

billi l-qbil politiku li ntlaħaq fis-27 ta' Ġunju 2013 fl-ogħla livell politiku bejn il-Parlament, il-Presidenza tal-Kunsill u l-Kummissjoni rigward il-QFP għall-perjodu 2014-2020 kien jinkludi impenn politiku min-naħa tal-Kunsill li jieħu kull pass meħtieġ biex jiżgura li l-obbligi tal-Unjoni tal-2013 jiġu onorati bis-sħiħ, li jadotta formalment ABE 2/2013 b'EUR 7,3 biljun, kif ukoll li jadotta mingħajr dewmien abbozz ta' baġit emendatorju ulterjuri, li għandu jiġi propost mill-Kummissjoni fil-bidu tal-ħarifa biex jiġi evitat kwalunkwe nuqqas fl-approprjazzjoni ta' pagament iġġustifikata,

F.

billi, bi qbil mal-Artikolu 41(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni eżaminat l-ambitu għal riallokazzjoni interna fi ħdan rieżami globali tal-ħtiġijiet ta' pagament ta' tmiem is-sena, u pproponiet ir-riallokazzjoni ta' EUR 509,8 miljun fl-hekk imsejjaħ “trasferiment globali”,

G.

billi l-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2013, jorbot l-adozzjoni mill-Kunsill tal-abbozz ta' baġit emendatorju ulterjuri fil-bidu tal-ħarifa mal-adozzjoni tar-Regolament dwar il-QFP jew il-baġit 2014,

1.

Jilqa' l-preżentazzjoni tal-ABE 8/2013 mill-Kummissjoni fil-25 ta' Settembru 2013, li jirrigwarda ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 3,9 biljun mifruxin fuq l-Intestaturi 1a, 1b, 2, 3a, 3b u 4 tal-QFP sa livell globali diġà propost fl-ABE 2/2013; jisħaq fuq il-fatt li, meta jiġi adottat kompletament l-ABE 8/2013, se jkun intlaħaq il-limitu massimu għall-pagamenti tal-2013;

2.

Ifakkar li l-ABE 8/2013 jikkostitwixxi, bi qbil mal-impenji tat-tliet istituzzjonijiet fl-imgħoddi, it-tieni tranche tal-ABE 2/2013, bħala l-minimu meħtieġ biex jiġu onorati l-obbligi ġuridiċi u l-impenji passati tal-Unjoni sa tmiem is-sena 2013, b'mod li jiġu evitati l-penali finanzjarji u jitnaqqas il-livell tal-impenji pendenti (“RAL”);

3.

Jikkunsidra li, kif iddikjarat ripetutament il-Kummissjoni, l-adozzjoni sħiħa tal-ABE 8/2013 se tippermetti li l-Unjoni tkopri kompletament l-obbligi ġuridiċi tagħha sa tmiem l-2013; jinsab imħasseb, madankollu, li minkejja żieda globali ta' EUR 11,2 biljun (ABE 2 u ABE 8/2013), għadu qed jiġi stmat li xorta se jkollu jkun hemm trasferiment importanti għas-sena d-dieħla ta' madwar EUR 20 biljun ta' talbiet għal pagament relatati mal-Programmi ta' Koeżjoni 2007-2013, kif irrikonoxxiet il-Kummissjoni matul l-aħħar laqgħa interistituzzjonali dwar il-pagamenti tas-26 ta' Settembru 2013; jisħaq fuq il-fatt li s-sitwazzjoni hi kritika wkoll għall-programmi l-oħra barra mill-intestatura 1b;

4.

Ifakkar li l-adozzjoni min-naħa tal-Kunsill tal-ABE 8/2013 kienet parti mill-qbil politiku rigward il-QFP 2014-2020 u, għaldaqstant, tissodisfa biss waħda mit-tliet kundizzjonijiet biex il-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għar-Regolament dwar il-QFP, kif stabbilit fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2013;

5.

Jaċċetta t-tnaqqis ta' EUR 14,8 miljun li introduċa l-Kunsill biss minħabba l-fatt li dan l-ammont kieku jkun addizzjonali għall-EUR 11,2 biljun oriġinali tal-ABE 2/2013; jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq il-fatt li jżomm il-pożizzjoni ta' prinċipju tiegħu li l-finanzjament tal-istrumenti speċjali, bħall-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, għandu jsir permezz ta' approprjazzjonijiet ġodda, kemm f'impenji u kemm f'pagamenti, li jmorru oltre l-limiti massimi tal-QFP;

6.

Ifakkar li pożizzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 314(3) TFUE hi att preparatorju u hi valida sa mid-data tal-adozzjoni tagħha; jindika li jikkunsidra li l-pożizzjoni tal-Kunsill rigward l-ABE 8/2013, li ġiet trażmessa lilu mill-President fil-kariga tal-Kunsill fil-31 ta' Ottubru 2013, hija valida għall-finijiet tal-Artikoli 314(3) u 314(4) TFUE sa mid-data tal-adozzjoni tagħha fit-30 ta' Ottubru 2013; jiċħad u jinjora l-klawsola fid-“deċiżjoni” ta' akkumpanjament li permezz tagħha l-Kunsill qed jippretendi li jorbot il-validità tal-pożizzjoni tiegħu dwar l-ABE 8/2013 mal-kundizzjoni li l-Parlament japprova l-ftehim dwar il-QFP għall-2014-2020 u l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 9/2013;

7.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 8/2013;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiddikjara li l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 8/2013 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 66, 8.3.2013.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/56


P7_TA(2013)0459

Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2013/004 ES/Comunidad Valenciana – Materjal tal-kostruzzjoni – Spanja)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/004 ES/Comunidad Valenciana materjali tal-bini minn Spanja) (COM(2013)0635 – C7-0269/2013 – 2013/2192(BUD))

(2016/C 436/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0635 – C7-0269/2013),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), (ir-Regolament dwar il-FEG)

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali (FII) tas-17 ta' Mejju 2006,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0341/2013),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex jingħata appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji u biex jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-kamp ta' applikazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twessa' temporanjament għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa tal-FII tas-17 ta' Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEG,

D.

billi Spanja ressqet l-applikazzjoni EFG/2013/004 ES/Comunidad Valenciana għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b'segwitu għas-630 sensja f'140 intrapriża li joperaw fir-reġjun NUTS II tal-Comunidad Valenciana, u bi 300 ħaddiem fil-mira għal miżuri kofinanzjati mill-FEG, matul il-perjodu ta' referenza mill-14 ta' Ġunju 2012 sal-14 ta' Marzu 2013,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG,

1.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament dwar il-FEG ġew issodisfati u li, għalhekk, Spanja hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament;

2.

Jinnota li l-awtoritajiet Spanjoli ressqu l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja tal-FEG fit-22 ta' Mejju 2013 u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli mill-Kummissjoni fis-16 ta' Settembru 2013; jilqa’ l-perjodu ta’ evalwazzjoni rapidu ta' erba' xhur;

3.

Jinnota li l-Comunidad Valenciana ntlaqtet serjament mill-kriżi, b'rata tal-qgħad li tilħaq id-29,19 % fl-ewwel tliet xhur tal-2013; jilqa' l-fatt li r-reġjun qed jerġa' jagħmel użu mill-għajnuna tal-FEG biex jindirizza r-rata għolja ta' qgħad;

4.

Jifraħ lill-Comunidad Valenciana għall-kapaċità tagħha li tapplika għall-FEG u li tagħmel użu minnu biex tindirizza problemi fis-suq tax-xogħol tagħha, li huwa kkaratterizzat minn persentaġġ għoli ta' intrapri żgħar u ta' daqs medju; f'dan il-kuntest ifakkar li r-reġjun tal-Comunidad Valenciana diġà applika għall-appoġġ tal-FEG erba' darbiet għas-settur tat-tessuti, taċ-ċeramika u tal-ġebla naturali kif ukoll għal dak tal-bini (3);

5.

Iqis li s-sensji fil-140 intrapriża involuti f'attivitajiet ta' manifattura fir-reġjun NUTS II tal-Comunidad Valenciana (ES52) huma relatati ma' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji, li wasslu għal żieda fl-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti minerali mhux metalliċi oħra u ma' tnaqqis fis-sehem tal-Unjoni ta' produzzjoni ta' prodotti oħra minerali mhux metalliċi fil-livell dinji;

6.

Jilqa' l-fatt li, biex il-ħaddiema jingħataw assistenza rapida, l-awtoritajiet Spanjoli ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fit-22 ta' Awwissu 2013, ferm qabel id-deċiżjoni finali dwar l-għoti tal-appoġġ tal-FEG għall-pakkett koordinat propost;

7.

Jinnota li l-awtoritajiet Spanjoli jinformaw li, fil-valutazzjoni tagħhom imsejsa fuq l-esperjenza ta' applikazzjonijiet preċedenti għall-FEG, 300 mill-ħaddiema fil-mira għall-appoġġ tal-FEG biss se jagħżlu li jipparteċipaw fil-miżuri; jistieden lill-awtoritajiet Spanjoli jagħmlu użu mill-potenzjal sħiħ tal-appoġġ tal-FEG, b'mod partikolari biex itejbu l-ħiliet tal-ħaddiema b'edukazzjoni bażika, li jirrappreżentaw 74,4 % tal-ħaddiema fil-mira;

8.

Jinnota li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandhom jiġu kofinanzjati jinkludi miżuri għar-riintegrazzjoni fl-impjieg għal 300 ħaddiem li ngħataw is-sensja, bħal profiling, gwida dwar ix-xogħol, konsulenza, taħriġ, assistenza intensiva għat-tfittix ta' impjieg, appoġġ lill-intraprenditorija, inċentivi bħal dawk għat-tfittix ta' impjieg, kontribuzzjoni għal spejjeż għall-ivvjaġġar għax-xogħol, inċentivi għar-rikollokament u appoġġ għat-twaqqif ta' negozju;

9.

Jinnota li l-pakkett ikkoordinat jipprevedi inċentivi finanzjarji għat-tfittix ta' impjieg (somma waħda ta' EUR 300), gratifika għall-mobilità (sa EUR 400), u inċentiv għar-rikollokament (sa EUR 700); jilqa' l-fatt li l-ammont globali ta' inċentivi finanzjarji huwa limitat, u jippermetti li l-maġġoranza tal-kontribuzzjoni tintefaq fuq taħriġ, konsulenza, għajnuna għat-tfittix ta' impjiegi u appoġġ għall-intraprenditorija;

10.

Jilqa' l-fatt li l-imsieħba soċjali, u b'mod partikolari t-trade unions fil-livell lokali (UGT-PV, CCOO-PV) u l-organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ FESMAC, ġew ikkonsultati dwar id-disinn tal-miżuri tal-pakkett koordinat tal-FEG, u li politika ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni se jiġu applikati matul id-diversi fażijiet tal-implimentazzjoni tal-FEG u fl-aċċess għalih;

11.

Ifakkar fl-importanza li tittejjeb l-impjegabbiltà tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, iżda wkoll għall-ambjent kummerċjali nnifsu;

12.

Jilqa' l-fatt li l-pakkett ikkoordinat jinkludi taħriġ vokazzjonali li jiffoka fuq setturi fejn jeżistu jew x'aktarx li jagħtu opportunitajiet, u jinkludi wkoll titjib tal-ħiliet imfassal għall-bżonnijiet futuri tal-manifatturi fis-settur ikkonċernat mill-għoti ta' sensji;

13.

Jinnota li l-informazzjoni provduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; jisħaq fuq il-fatt li l-awtoritajiet Spanjoli jikkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dik id-dejta fir-rapporti annwali tagħha sabiex ikun żgurat ir-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma tista' sseħħ l-ebda duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

14.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi neċessarji biex itejbu l-arranġamenti proċedurali sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza l-proċedura mtejba implimentata mill-Kummissjoni, b'segwitu għat-talba tal-Parlament biex jitħaffef il-ħruġ tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibbiltà ta' applikazzjoni għall-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG; jittama li fir-Regolament il-ġdid dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) jiġi integrat titjib proċedurali ulterjuri, u li jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza u viżibbiltà tal-FEG;

15.

Jisħaq fuq il-fatt li, b'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEG, għandu jiġi żgurat li l-FEG jappoġġa r-riintegrazzjoni f'impjieg stabbli tal-ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-fatt li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri attivi fis-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjieg sostenibbli u fit-tul; itenni li l-assistenza mill-FEG ma għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà ta' kumpaniji skont id-dritt nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas ma għandha tissostitwixxi l-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

16.

Jilqa' l-ftehim li ntlaħaq fil-Kunsill dwar l-introduzzjoni mill-ġdid fir-Regolament dwar il-FEG, għall-perjodu 2014-2020, tal-kriterju dwar il-mobilizzazzjoni minħabba l-kriżi, li jippermetti l-għoti ta' assistenza finanzjarja lil ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali minbarra lil dawk li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba bidliet fl-andament kummerċjali dinji.

17.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

18.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

(3)  Applikazzjonijiet EGF/2009/0014 ES/Comunidad Valenciana; EGF/2010/005 ES/Comunidad Valenciana u EGF/2010/009 ES/Comunidad Valenciana, EGF/2011/006 ES/Comunidad Valenciana – Kostruzzjoni ta' bini;


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/004 ES/ComunidadValenciana materjali tal-bini minn Spanja)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2013/708/UE.)


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/59


P7_TA(2013)0460

Il-programm “Erasmus għal Kulħadd” ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi “ERASMUS GĦAL KULĦADD” Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport (COM(2011)0788 – C7-0436/2011 – 2011/0371(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0788),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 165(4) u 166(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0436/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-29 ta’ Marzu 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta' Mejju 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-24 ta' Ottubru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0405/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 154.

(2)  ĠU C 225, 27.7.2012, p. 200.


P7_TC1-COD(2011)0371

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1288/2013.)


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/60


P7_TA(2013)0461

Programm Ewropa Kreattiva ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (COM(2011)0785 – C7-0435/2011 – 2011/0370(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0785),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 166(4), 167(5) u 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0435/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-18 ta' Lulju 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta' Ottubru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali kif ukoll tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0011/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 35.

(2)  ĠU C 277, 13.9.2012, p. 156.


P7_TC1-COD(2011)0370

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) u li jirrevoka d-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1295/2013.)


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/61


P7_TA(2013)0462

Il-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini” ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar ir-regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020 (12557/2013 – C7-0307/2013 -– 2011/0436(APP))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali: approvazzjoni)

(2016/C 436/17)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill (12557/2013),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0307/2013),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikoli 81(1) u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għall-Affarjiet Kostituzzjonali (A7-0424/2012),

1.

Jagħti l-approvazzjoni għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni annessa ma din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


ANNESS

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew jerġa' jsostni l-konvinzjoni tiegħu li dan ir-Regolament għandu wkoll il-għan li jilħaq l-objettivi marbuta mal-kultura u mal-istorja kif minquxa fl-Artikolu 167 tat-TFUE. Għaldaqstant, għal dan id-dossier kellha tiġi applikata bażi ġuridika doppja li tirrikjedi l-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Ir-raġuni waħdanija għala l-Parlament Ewropew abbanduna l-pożizzjoni tiegħu dwar il-bażi ġuridika doppja, u għalhekk il-pretiża tiegħu dwar il-kodeċiżjoni, u aċċetta l-proċedura ta' approvazzjoni – bi qbil mal-proposta tal-Kummissjoni bbażata fuq l-Artikolu 352 tat-TFUE – kienet ix-xewqa tiegħu li jevita blukkaġġ proċedurali totali u dewmien konsegwenti sa ma l-Programm jidħol fis-seħħ. Il-Parlament Ewropew jiġbed l-attenzjoni għad-determinazzjoni tiegħu li ma jħallix li sitwazzjoni bħal din terġa' tokkorri.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/62


P7_TA(2013)0463

Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (COM(2011)0665/3 – C7-0374/2011 – 2011/0302(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/18)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0665/3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0374/2011),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Frar 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Lulju 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tal-10 ta' Lulju 2013 sabiex tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu skont l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0021/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinstab hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 116.

(2)  ĠU C 277, 13.9.2012, p. 125


P7_TC1-COD(2011)0302

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Reglamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1316/2013.)


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/63


P7_TA(2013)0464

Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (COM(2011)0650/3 – C7-0375/2012 – 2011/0294(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0650/3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0375/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Frar 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' Mejju 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Ġunju 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0012/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 130.

(2)  ĠU C 225, 27.7.2012, p. 150.


P7_TC1-COD(2011)0294

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1315/2013.)


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/64


P7_TA(2013)0465

L-istatistika agrikola u tas-sajd ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti atti leġiżlattivi fil-qasam tal-istatistika agrikola u tas-sajd (COM(2012)0724 – C7-0397/2012 – 2012/0343(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/20)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0724),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0397/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Kungress Spanjol tad-Deputati u s-Senat Spanjol, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-impenn meħud tar-rappreżentant tal-Kunsill b’ittra tas-6 ta' Settembru 2013 biex tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal- Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0148/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


P7_TC1-COD(2012)0343

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti atti leġislattivi fil-qasam tal-istatistika agrikola u tas-sajd

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1350/2013.)


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/65


P7_TA(2013)0466

Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li Jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (07917/2013 – C7-0180/2013 – 2013/0086(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 436/21)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (07917/2013),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll li Jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (07918/2013),

wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0180/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0339/2013),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/66


P7_TA(2013)0467

Il-Protezzjoni u l-Użu tal-Korsiji tal-Ilma u tal-Lagi Internazzjonali Transkonfinali ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-aċċettazzjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Emenda għall-Artikoli 25 u 26 tal-Konvenzjoni fuq il-protezzjoni u l-użu ta’ passaġġi tal-ilma transkonfinali u għadajjar internazzjonali (12713/2013 – C7-0304/2013 – 2013/0127(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 436/22)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12713/2013),

wara li kkunsidra l-Emenda għall-Artikoli 25 u 26 tal-Konvenzjoni fuq il-protezzjoni u l-użu ta’ passaġġi tal-ilma transkonfinali u għadajjar internazzjonali (12713/2013),

wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0304/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0356/2013),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-aċċettazzjoni tal-Emenda għall-Artikoli 25 u 26 tal-Konvenzjoni UNECE fuq il-protezzjoni u l-użu ta’ passaġġi tal-ilma transkonfinali u għadajjar internazzjonali f'isem l-Unjoni Ewropea;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/67


P7_TA(2013)0468

Programm Supplimentari ta’ Riċerka għall-proġett ITER (2014-2018) *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Programm Supplimentari ta’ Riċerka għall-proġett ITER (2014-2018) (COM(2011)0931 – C7-0032/2012 – 2011/0460(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2016/C 436/23)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0931),

wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra t-talba għal opinjoni li rċieva mill-Kunsill (C7-0032/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0211/2013),

A.

Billi t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għadu ma jintitolax lill-Parlament Ewropew biex ikun koleġiżlatur,

1.

Jagħti opinjoni favorevoli fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sostanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda 1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa - 1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)

L-impenn tal-Unjoni għall-Ftehim dwar l-Istabbiliment tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER1  (1) (il-“Ftehim ITER”) jerġa’ jkun ikkonfermat.

Emenda 2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Il-Ftehim dwar l-Istabbiliment tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER (minn hawn ‘il quddiem il-“Ftehim ITER”) ġie ffirmat fil-21 ta’ Novembru 2006 mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom), ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Indja, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti tal-Amerka. Il-Ftehim ITER jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER (minn hawn ‘il quddiem l-“Organizzazzjoni ITER”), li għandha r-responsabiltà sħiħa għall-kostruzzjoni, l-operat, l-esplojtazzjoni u d-deattivazzjoni tal-faċilitajiet ITER.

(1)

Il-Ftehim ITER ġie ffirmat fil-21 ta’ Novembru 2006 mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom), ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Indja, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti tal-Amerika. Il-Ftehim ITER jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER (minn hawn 'il quddiem “l-Organizzazzjoni ITER”), li għandha r-responsabiltà sħiħa għall-kostruzzjoni, l-operat, l-esplojtazzjoni u d-deattivazzjoni tal-faċilitajiet ITER.

Emenda 3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Fil-qafas tan-negozjati sabiex jinkiseb l-appoġġ tal-partijiet ITER l-oħrajn biex jitranġa s-sit għall-ITER fl-Ewropa, il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Ġappun għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa’ fil-Qasam tar-Riċerka dwar l-Enerġija mill-Fużjoni ġie konkluż fl-2007 bl-istabbiliment ta’ attivitajiet ta’ riċerka konġunta kumplimentari dwar il-fużjoni fit-territorju tal-Ġappun sabiex jiġi żgurat bidu rapidu tal-operat ta' prestazzjoni għolja tal-ITER. L-attivitajiet ta’ Approċċ Usa’ u l-attivitajiet oħra relatati mal-ITER huma kkoordinati permezz tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp ta’ Enerġija mill-Fużjoni. Il-finanzjament tal-attivitajiet tal-Approċċ Usa’ huwa prinċipalment żgurat permezz ta’ kontribuzzjonijiet in natura minn ċerti membri tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp ta’ Enerġija mill-Fużjoni, waqt li l-parti li tibqa’ mill-kontribuzzjoni tal-Euratom hija koperta mill-baġit tal-Euratom.

(3)

Fil-qafas tan-negozjati sabiex jinkiseb l-appoġġ tal-partijiet ITER l-oħrajn biex jitranġa s-sit għall-ITER fl-Ewropa, il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Ġappun għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa’ fil-Qasam tar-Riċerka dwar l-Enerġija mill-Fużjoni ġie konkluż fl-2007 bl-istabbiliment ta’ attivitajiet ta’ riċerka konġunta kumplimentari dwar il-fużjoni fit-territorju tal-Ġappun sabiex jiġi żgurat bidu rapidu tal-operat ta' prestazzjoni għolja tal-ITER. L-attivitajiet ta’ Approċċ Usa’ u l-attivitajiet oħra relatati mal-ITER huma kkoordinati permezz tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp ta’ Enerġija mill-Fużjoni. Il-finanzjament tal-attivitajiet tal-Approċċ Usa’ huwa prinċipalment żgurat permezz ta’ kontribuzzjonijiet in natura minn ċerti membri tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp ta’ Enerġija mill-Fużjoni, waqt li l-parti li tibqa’ mill-kontribuzzjoni tal-Euratom hija koperta mill-baġit tal-Euratom. Id-dokument tal-2012 tal-Ftehim Ewropew dwar l-Iżvilupp tal-Fużjoni (EFDA) bl-isem “Elettriku mill-Fużjoni – Pjan Direzzjonali għall-Materjalizzazzjoni tal-Enerġija mill-Fużjoni”(“il-pjan direzzjonali tal-EFDA tal-2012 dwar il-fużjoni”) jidentifika l-ħtieġa ta’ appoġġ finanzjarju kontinwu għal proġetti ewlenin, u għal attivitajiet ta' riċerka u żvilupp f'oqsma ewlenin, sad-data meta jibda jiffunzjona l-ITER, sabiex jintrebħu l-isfidi xjentifiċi u teknoloġiċi fit-triq lejn it-twettiq tal-enerġija mill-fużjoni.

Emenda 4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Għall-perjodu ta’ wara l-2013, il-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha “Baġit għall-Ewropa 2020"ipproponiet li tiffinanzja l-proġett ITER lil hinn mill-MFF. Għalhekk, il-Programm Supplimentari ta’ Riċerka għall-proġett ITER għandu jiġi stabbilit għall-perjodu tal-2014 sal-2018 .

(5)

Il-proġett ITER għandu jikkonsolida t-tmexxija tal-Unjoni fil-qasam tal-fużjoni permezz tal-ilħuq f’waqtu tal-għanijiet iddikjarati ta’ kostruzzjoni u sfruttament.

Emenda 5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Il-Programm Supplimentari ta’ Riċerka għall-proġett ITER għandu jkun iffinanzjat b'kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri bbażati fuq rata ta' sejħa applikata għad-Dħul Nazzjonali Gross (DNG) ta’ kull Stat Membru kif definit għall-iskop tal-kalkolu tal-kontribuzzjoni abbażi tad-DNG tar-riżorsi proprji tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Dawk il-kontribuzzjonijiet għandhom isiru lill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jiġu assenjati għal dak il-Programm . Pajjiżi terzi li kkonkludew ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Euratom fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata li jassoċja l-programmi ta’ riċerka rispettivi tagħhom mal-programmi Euratom għandhom ukoll ikunu jistgħu jikkontribwixxi għal dak il-Programm .

(6)

Minkejja l-miżuri ta’ trażżin li għandhom ikomplu jiġu implimentati, il-proġett ITER jista’ jkompli jġarrab eċċessi tal-ispejjeż minħabba x-xorta xjentifika tiegħu, u minħabba r-riskju teknoloġiku u l-kobor tiegħu. Kwalunkwe eċċess tal-ispejjeż iktar mill-ammont massimu stabbilit fl-Artikolu 2 m’għandux ikollu impatt fuq proġetti oħra ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni b'mod partikolari dawk taħt l-Intestatura 1A tal-baġit tar-riċerka (Orizzont 2020), u għandu jkun iffinanzjat permezz ta’ riżorsi addizzjonali barra u minn fuq il-limiti massimi kif ikun xieraq . Pajjiżi terzi li kkonkludew ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Euratom fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata li jassoċja l-programmi ta’ riċerka rispettivi tagħhom mal-programmi Euratom għandhom ukoll ikunu jistgħu jikkontribwixxi għall-Programm ta' Riċerka Supplimetari .

Emenda 6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaqblu li għandu jiġi evitat kwalunkwe posponiment jew tiġdid ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagamenti li ma ġewx issodisfati relatati mal-proġett ITER u għandhom jimpenjaw ruħhom li jaħdmu flimkien biex jevitaw tali sitwazzjoni.

Emenda 7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)

Kif mitlub fil-prijoritajiet proposti fil-pjan direzzjonali 2012 tal-EFDA għall-fużjoni, il-proġett tal-Joint European Torus (JET) għandu jkollu rwol ewlieni fit-tranżizzjoni tal-enerġija.

Emenda 8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Programm għandu jkun iffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjoni massima ta’ EUR 2,573 miljun (f’valuri kurrenti) skont l-Artikolu 3 .

Il-Programm għandu jkun iffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjoni massima ta’ EUR 2,573 miljun (f’valuri kurrenti) barra u minn fuq l-limiti tal-QFP, jiġifieri 'l barra mill-Intestatura IA, u flimkien mal-baġit għall-Programm Qafas Orizzont 2020, il-Programm Qafas Euratom jew programmi oħra tal-Unjoni, filwaqt li jinżammu s-setgħat kollha tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għalhekk, il-finanzjament għall-Programm għandu jkollu biżżejjed riżorsi finanzjarji biex l-Unjoni tkun tista' timplimenta l-Programm filwaqt li tistabbilixxi wkoll fil-QFP l-ammont massimu delimitat għall-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-Unjoni għas-snin 2014-2018. Kwalunkwe spejjeż żejda fuq dan l-ammont massimu ma għandu jkollhom l-ebda impatt fuq l-allokazzjonijiet baġitarji għal proġetti oħra u għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta' riżorsi addizzjonali barra u minn fuq il-limiti massimi reġjonali kif ikun xieraq.

Emenda 9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Programm għandu jkun iffinanzjat minn kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri, ibbażati fuq rata ta’ sejħa applikata għad-Dħul Nazzjonali Gross (DNG) ta’ kull Stat Membru, kif definit għall-iskopijiet ta' kalkolu tal-kontribuzzjoni tar-riżorsi proprji abbażi tad-DNG lill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Dawk il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu kkunsidrati bħala dħul estern assenjat għall-Programm skont [l-Artikolu XX tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Ir-Regolament Finanzjarju Ġdid] .

Il-Programm għandu jkun iffinanzjat permezz tar-riżorsi proprji tal-Unjoni .

Emenda 10

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pajjiżi terzi li kkonkludew ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Euratom fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata li jassoċjaw il-programmi rispettivi ta' riċerka tagħhom mal-programmi tal-Euratom (minn hawn ‘il quddiem “pajjiżi assoċjati”) jistgħu wkoll jikkontribwixxu lill-Programm.

Il-pajjiżi terzi li kkonkludew ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Euratom fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata li jassoċjaw il-programmi rispettivi ta' riċerka tagħhom mal-programmi tal-Euratom (minn hawn ‘il quddiem “pajjiżi assoċjati”) jistgħu jikkontribwixxu lill-Programm.

Emenda 11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rieżami intermedjarju tal-progress tal-Programm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-opinjoni tagħhom qabel it-30 ta' Ġunju 2016.

Emenda 12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura li, meta jiġu implimentati l-azzjonijiet iffinanzjati skont din id-Deċiżjoni, jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra kwalunkwe attività illegali oħra, bis-saħħa ta' verifki effettivi u, fil-każ li jiġu identifikati irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa b'mod skorrett, u fejn xieraq, b'penali effettivi, proporzjonali u deterrenti.

1.   Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura li, meta jiġu implimentati l-azzjonijiet iffinanzjati skont din id-Deċiżjoni, jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra kwalunkwe attività illegali oħra, bis-saħħa ta' verifki effettivi u, fil-każ li jiġu identifikati irregolaritajiet jew żbalji , permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa b'mod skorrett, u fejn xieraq, b'penali effettivi, proporzjonali u deterrenti. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi wkoll miżuri xierqa li jiżguraw il-kontroll adegwat tar-riskji u li jevitaw l-eċċess tal-ispejjeż.

Emenda 13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa tal-awditu, abbażi ta' dokumenti u ta' verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, fuq il-benefiċjarji, il-partijiet kontraenti u s-subkuntratturi kollha u partijiet terzi oħrajn li rċevew fondi mill-Unjoni skont din id-Deċiżjoni.

2.    Il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa tal-awditu, abbażi ta' dokumenti u ta' verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, fuq il-benefiċjarji, il-partijiet kontraenti u s-subkuntratturi kollha u partijiet terzi oħrajn li rċevew fondi mill-Unjoni skont din id-Deċiżjoni. Meta wieħed iqis id-daqs u n-nuqqasijiet konsiderevoli fil-passat tal-proġett ITER jeħtieġ li jkun hemm skrutinju bir-reqqa min-naħa tal-Parlament Ewropew fil-kariga tiegħu bħala awtorità baġitarja u awtorità tal-kwittanza, u l-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew dwar l-iżvilupp tal-Programm, b'mod partikolari rigward l-ispejjeż u l-iskeda.

Emenda 14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bla ħsara għall-ewwel u t-tieni subparagrafi, ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, ftehimiet ta' għotja, deċiżjonijiet ta' għotja u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jagħtu s-setgħa b'mod espliċitu lill-Kummissjoni u lill-OLAF biex iwettqu awditi, verifiki u spezzjonijiet fuq il-post.

Bla ħsara għall-ewwel u t-tieni subparagrafi, ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, ftehimiet ta' għotja, deċiżjonijiet ta' għotja u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jagħtu s-setgħa b'mod espliċitu lill-Kummissjoni u lill-OLAF biex iwettqu awditi, verifiki u spezzjonijiet fuq il-post. Ir-riżultati ta' tali awditi, u kontrolli u ispezzjonijiet fuq il-post, għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew.

Emenda 15

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Objettiv xjentifiku u teknoloġiku – paragrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ewwel priorità tal-istrateġija biex jinkised l-objettiv għandha tkun il-konstruzzjoni ta’ ITER (faċilità kbira sperimenti li turi l-fattibilità xjentifika u teknika tal-enerġija mill-fużjoni), segwita mill-kostruzzjoni ta’ impjant ta’ dimostrazzjoni tal-enerġija mill-fużjoni.

L-ewwel priorità tal-istrateġija biex jinkised l-objettiv għandha tkun il-konstruzzjoni ta’ ITER (faċilità kbira sperimenti li turi l-fattibilità xjentifika u teknika tal-enerġija mill-fużjoni), segwita mill-kostruzzjoni ta’ impjant ta’ dimostrazzjoni tal-enerġija mill-fużjoni. Il-prijoritajiet proposti fil-pjan direzzjonali 2012 tal-EFDA għall-fużjoni għandhom jitqiesu sabiex jiġi żgurat li l-ITER ikollu rwol ewlieni fit-tranżizzjoni tal-enerġija.

Emenda 16

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Objettiv xjentifiku u teknoloġiku – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għandha tiġi żgurata d-dimostrazzjoni ta’ produzzjoni kompetittiva tal-elettriku sal-2050. B’reazzjoni għal dik il-mira, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Programm regolarment u tipproduċi rapport ta’ progress fuq bażi annwali b’reazzjoni għall-isfidi fiżiċi, teknoloġiċi, baġitarji u ta’ sigurtà. Fir-rapport tagħha, il-Kummisjoni għandha tipprovdi analiżi tal-impatti potenzjali fuq it-tliet fażijiet prinċipali flimkien ma’ pjan ta’ kontinġenza li jispeċifika l-prijoritajiet skont il-benefiċċji, ir-riskji u l-ispejjeż biex jintlaħqu l-objettivi ta’ fużjoni kummerċjali. Il-Kummisjoni għandha tikkunsidra l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ twissija bikrija sabiex jiġu identifikati r-riskji u sabiex jitħaffef il-proċess ta’ mitigazzjoni.

Emenda 17

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Prijoritajiet – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fużjoni għandha l-potenzjal li tagħmel kontribuzzjoni maġġuri għat-twettiq ta' provvista ta' enerġija sostenibbli u sikura għall-Unjoni ftit deċennji mil-lum. L-iżvilupp tiegħu b’suċċess kieku jipprovdi enerġija li tkun sikura, sostenibbli u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent.

Il-fużjoni għandha l-potenzjal li tagħmel kontribuzzjoni maġġuri għat-twettiq ta' provvista ta' enerġija sostenibbli u sikura għall-Unjoni ftit deċennji mil-lum. L-iżvilupp tiegħu b’suċċess kieku jipprovdi enerġija li tkun sikura, sostenibbli u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent. L-isfruttament tal-enerġija mill-fużjoni huwa għan promettenti ħafna imma huwa wkoll sfida sinifikanti, peress li għad fadal kwistjonijiet ta’ fiżika u inġinerija sabiex isir progress biex tintwera l-fattibilità tal-enerġija mill-fużjoni. Sabiex jiġu indirizzati bl-aħjar mod uħud mill-isfidi, huwa essenzjali li l-Unjoni twettaq kull sforz biex tappoġġa u tisfrutta l-isforzi tal-faċilità JET ħalli tikkontribwixxi biex jitnaqqas kwalunkwe distakk ta’ għarfien jew esperjenza.

Emenda 18

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Attivitajiet – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

Sabiex tiġi pprovduta l-kontribuzzjoni tal-Euratom lill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER, inklużi dawk l-attivitajiet ta’ R&Ż meħtieġa għall-iżvilupp tal-bażi tal-akkwist tal-komponenti ITER u l-akkwist tal-Moduli Ġenerali tal-Ittestjar tal-ITER.

(a)

Sabiex tiġi pprovduta l-kontribuzzjoni tal-Euratom lill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER, inklużi dawk l-attivitajiet ta’ R&Ż meħtieġa għall-iżvilupp tal-bażi tal-akkwist tal-komponenti ITER u l-akkwist tal-Moduli Ġenerali tal-Ittestjar tal-ITER u sabiex jiġi ssuġġerit titjib potenzjali fil-governanza tal-Programm .

Emenda 19

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Attivitajiet – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

(ċ) Kif xieraq, attivitajiet oħra sabiex tiġi ppreparata l-bażi għad-disinn ta’ reattur ta' dimostrazzjoni u faċilitajiet relatati.

(c)

Kif xieraq, attivitajiet oħra sabiex tiġi ppreparata l-bażi għad-disinn ta’ reattur ta' dimostrazzjoni u faċilitajiet relatati , prinċipalment dawk meħtieġa għas-soluzzjoni tal-kwistjonijiet pendenti fir-rigward tal-kostruzzjoni u t-tħaddim tad-DEMO . Dan jinkludi l-iżgurar tal-kontinwità tal-esplojtazzjoni tal-JET sad-data ta’ meta l-ITER jibda jiffunzjona b’mod sħiħ. Għandhom jiġu promossi soluzzjonijiet standard sabiex jerġgħu jiġu użati kemm jista’ jkun fil-bini ta’ impjanti tal-enerġija kummerċjali.

Emenda 20

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Attivitajiet – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

Sabiex tiġi implimentata politika industrijali xierqa għall-involviment tal-industrija, inklużi l-intrapriżi żgħar u medji, sabiex titrawwem il-kompetittività u sabiex is-sistema Ewropea tkun ippreparata għall-era tal-fużjoni.

Emenda 21

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – Attivitajiet – paragrafu 2 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)

Biex l-industrija, inklużi intrapriżi speċjalizzati żgħar u ta' daqs medju, tiġi involuta kemm jista’ jkun u malajr kemm jista' jkun sabiex jiġu żviluppati u vvalidati soluzzjonijiet u tagħmir standard u affidabbli. Dan ikun ta’ għajnuna biex jintlaħaq il-Programm fi ħdan il-baġit.

Emenda 22

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – Attivitajiet – paragrafu 2 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc)

Biex tiġi promossa d-disponibilità ta’ qawwa tax-xogħol u xjentisti ta’ ħila u b’esperjenza bħala ċ-ċavetta għas-suċċess tal-fużjoni. It-titjib tal-ITER għandu jkun assoċjat ma’ miżuri speċifiċi li jappoġġjaw it-taħriġ u l-edukazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija tal-fużjoni.

Emenda 23

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – Attivitajiet – paragrafu 2 – punt cd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cd)

Biex jiġi żviluppat programm ta’ komunikazzjoni għaċ-ċittadini tal-Unjoni biex jinżammu infurmati u kkonsultati b’mod sħiħ dwar l-isfidi, ir-riskji u s-sigurtà tal-fużjoni nukleari.

Emenda 24

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – Attivitajiet – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-programmi ta’ ħidma dettaljati li jimplimentaw l-attivitajiet t'hawn fuq ser ikunu deċiżi, fuq bażi annwali, mill-Bord tat-Tmexxija tal-Fużjoni għall-Enerġija.

Il-programmi ta’ ħidma dettaljati li jimplimentaw l-attivitajiet t'hawn fuq ser ikunu deċiżi u kkomunikati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fuq bażi annwali, mill-Bord tat-Tmexxija tal-Fużjoni għall-Enerġija.


(1)   ĠU L 358, 16.12.2006, p. 62


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/76


P7_TA(2013)0469

Il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta l-Programm Orizzont 2020 *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar dwar il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (COM(2011)0812 – C7-0009/2012 – 2011/0400(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2016/C 436/24)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0812),

wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidra t-talba għal opinjoni riċevuta mill-Kunsill (C7-0009/2012),

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0407/2012),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Billi jappoġġa r-riċerka nukleari l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità (minn hawn 'il-quddiem 'il-Programm Euratom') se jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 'Orizzont 2020' stabbilit permezz tar-Regolament (UE XX/XXX ta' [….] (minn hawn 'il quddiem 'Programm Qafas Orizzont 2020') u jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-ħolqien u l-operat taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

(3)

Billi jappoġġa r-riċerka nukleari u l-eċċellenza fl-innovazzjoni l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità (minn hawn 'il quddiem 'il-Programm Euratom') se jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 'Orizzont 2020' stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru XX/XXX ta' [….](minn hawn 'il quddiem 'Programm Qafas Orizzont 2020') u jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-ħolqien u l-operat taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u jgħin fl-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija (il-“Pjan SET”). Barra minn hekk, il-Programm Euratom għandu jipprova jirrikorri aktar għall-Fondi Strutturali għar-riċerka nukleari u jiggarantixxi l-allinjament tal-fondi mal-prijoritajiet Komunitarji fil-qasam tar-riċerka mingħajr ma jiġu kompromess il-prinċipju tal-eċċellenza .

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

Tliet inizjattivi ewlenin ta' kooperazzjoni Ewropea fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija nukleari tnedew fl-ambitu tas-Seba' Programm Qafas tal-Euratom (2007 sal-2011). Dawn huma l-Pjattaforma Teknoloġika tal-Enerġija Nukleari Sostenibbli (SNETP), il-Pjattaforma Tekonloġika ta' Implimentazzjoni tad-Disponiment Ġeoloġiku (IGDTP) u l-Inizjattiva Ewropea Multidixxiplinari dwar Dożi Baxxi (MELODI). Kemm l-SNETP kif ukoll l-IGDTP jikkorrispondu mal-objettivi tal-Pjan SET.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Minkejja l-impatt potenzjali tal-enerġija nukleari fuq il-provvista tal-enerġija u l-iżvilupp ekonomiku, aċċidenti nukleari severi għandhom il-potenzjali li jagħmlu ħsara fis-saħħa umana. Għalhekk, is-sikurezza nukleari u, fejn jixraq, l-aspetti tas-sigurtà għandhom jingħataw l-ikbar attenzjoni possibbli fil-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom .

(4)

Minkejja l-impatt potenzjali tal-enerġija nukleari fuq il-provvista tal-enerġija u l-iżvilupp ekonomiku, aċċidenti nukleari severi , il-proliferazzjoni nukleari u atti b'intenzjoni li jagħmlu l-ħsara inkluż it-terroriżmu nukleari għandhom il-potenzjali li jagħmlu ħsara fis-saħħa umana. Għalhekk, is-sikurezza nukleari u, fejn jixraq – bħala parti mill-ħidma taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka – l-aspetti tas-sigurtà għandhom jingħataw l-ikbar attenzjoni possibbli fil-Programm Euratom . Għandha tingħata wkoll attenzjoni għal pajjiżi terzi li għandhom konfini mal-Unjoni u għal aspetti transfruntiera tas-sikurezza nukleari li jissottolinjaw il-valur miżjud tal-Unjoni.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

L-Inizjattiva Ewropea għall-Industrija Nukleari Sostenibbli (ESNII) għandha bħala l-għan tagħha l-iżvilupp tar-Reatturi ta' newtroni rapidi tal-ġenerazzjoni IV b'ċiklu tal-fjuwil magħluq sal-2040. Dan jinkludi tliet proġetti ewlenin: il-prototip ASTRID (imkessaħ bis-sodju), id-dimostratur ALLEGRO (imkessaħ bil-gass) u l-impjant teknoloġiku pilota MYRRHA (imkessaħ biċ-ċomb).

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Peress li l-Istati Membri kollha għandhom installazzjonijiet nukleari jew jagħmlu użu minn materjali radjuattivi b'mod partikolari għal skopijiet mediċi, il-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tat-2 ta' Diċembru 2008irrikonoxxa l-ħtieġa li għad hemm għall-ħiliet fil-qasam nukleari, b'mod partikolari permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ li jixirqu marbutin mar-riċerka u koordinati fil-livell tal-Komunità.

(5)

Peress li l-Istati Membri kollha għandhom installazzjonijiet nukleari jew jagħmlu użu minn materjali radjuattivi b'mod partikolari għal skopijiet mediċi, il-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tat-2 ta' Diċembru 2008rrikonoxxa l-ħtieġa li għad hemm għall-ħiliet fil-qasam nukleari, b'mod partikolari permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ li jixirqu marbutin mar-riċerka kif ukoll il-kundizzjonjiet tax-xogħol imtejba li jkunu koordinati fil-livell tal-Komunità.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Il-Komunità, billi ffirmat il-Ftehim dwar l-Istabbilment tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Enerġija mill-Fużjoni tal-ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER, impenjat ruħha li tipparteċipa fil-kostruzzjoni tal-ITER u fl-isfruttar tiegħu fil-futur. Il-kontribuzzjoni tal-Komunità hija ġestita permezz tal-'Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni' (minn hawn 'il quddiem 'Fużjoni għall-Enerġija'), stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2007. L-attivitajiet għal Fużjoni għall-Enerġija, inkluż ITER, għandhom jiġu rregolati minn att leġiżlattiv separat.

(6)

Il-Komunità, billi ffirmat il-Ftehim dwar l-Istabbilment tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Enerġija mill-Fużjoni tal-ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER, impenjat ruħha li tipparteċipa fil-kostruzzjoni tal-ITER u fl-isfruttar tiegħu fil-futur. Il-kontribuzzjoni tal-Komunità hija ġestita permezz tal-'Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni' (minn hawn 'il quddiem 'Fużjoni għall-Enerġija'), stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2007. L-attivitajiet għal Fużjoni għall-Enerġija, inkluż ITER, għandhom jiġu rregolati minn att leġiżlattiv separat , li se jiżgura li l-finanzjamenti favur l-ITER jiġu mill-ambitu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) filwaqt li jistabbilixxi ammont massimu riżervat għall-kontribut mill-baġit tal-Unjoni għall-proġett għas-snin 2014-2018 .

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)

Biex jikkomplementa prijoritajiet oħra tal-Unjoni għad-deċennji li ġejjin, il-qafas għar-riċerka dwar il-fissjoni nukleari taħt il-Programm Euratom għandha tirfed l-objettivi u proposti eżistenti tal-Unjoni, bħalma huma l-Pjan SET) kif ukoll il-“Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050”. Dan il-qafas għandu jinkludi wkoll l-ESNII. Il-qafas għandu wkoll jikkomplementa kemm jista' jkun proposti usa' tal-Unjoni f'dak li jirrigwarda l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Biex il-fużjoni issir għażla kredibbli għall-produzzjoni kummerċjali tal-enerġija, l-ewwel nett jeħtieġ li l-kostruzzjoni tal-ITER titlesta b'suċċess u fil-ħin u jibda l-operat tiegħu. It-tieni nett jeħtieġ li jiġi stabbilit pjan direzzjonali ambizzjuż, iżda realistiku lejn il-produzzjoni tal-elettriku sal-2050. L-ilħuq ta' dawn il-miri jirrikjedi li l-programm Ewropew tal-fużjoni jingħata direzzjoni mill-ġdid. Għandu jkun hemm fokus aktar b'saħħtu fuq l-attivitajiet li jappoġġaw l-ITER. Razzjonalizzazzjoni bħal din għandha tintlaħaq mingħajr ma jkun hemm tfixkil fit-tmexxija Ewropea tal-komunità xjentifika tal-fużjoni.

(7)

Biex il-fużjoni ssir għażla kredibbli għall-produzzjoni kummerċjali tal-enerġija, l-ewwel nett jeħtieġ li l-kostruzzjoni tal-ITER titlesta b'suċċess u fil-ħin u jibda l-operat tiegħu , u tkompli tirfed l-attivitajiet ta' proġetti alleati u anċillari eżistenti bħalma huwa l-Joint European Torus (JET) . It-tieni nett jeħtieġ li jiġi stabbilit pjan direzzjonali ambizzjuż, iżda realistiku lejn il-produzzjoni tal-elettriku sal-2050. L-ilħuq ta' dawn il-miri jirrikjedi li l-programm Ewropew tal-fużjoni jingħata direzzjoni mill-ġdid. Għandu jkun hemm fokus aktar b'saħħtu fuq l-attivitajiet li jappoġġaw l-ITER , inkluż l-iżgurar tal-finanzjament tiegħu fi ħdan l-QFP b'mod sħiħ u trasparenti . Garanzija tal-finanzjament fi ħdan l-QFP tiggarantixxi l-impenn tal-Komunità għas-suċċess tal-proġett fit-tul u tipprevjeni l-kostijiet milli jiżdiedu b'mod esponenzjali sussegwentement. Iż-żamma tat-tmexxija Ewropea tal-komunità xjentifika tal-fużjoni hija għan essenzjali tal-Programm Euratom .

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC) għandu jkompli jipprovdi appoġġ xjentifiku u teknoloġiku indipendenti u xprunat mill-konsumatur għall-formulazzjoni, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-Komunità, b'mod partikolari fil-qasam tar-riċerka u taħriġ tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari.

(8)

Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) għandu jkompli jipprovdi appoġġ xjentifiku u teknoloġiku indipendenti u xprunat mill-konsumatur għall-formulazzjoni, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-Komunità u , meta jkun il-każ, tal-politiki internazzjonali, b'mod partikolari fil-qasam tar-riċerka u taħriġ tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari. Hu għandu jagħmel din il-kontribuzzjoni soġġetta għal linji gwida li għandhom ikunu adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, partikolarment fid-dawl tat-testijiet ta' stress duq l-impjanti tal-enerġija nukleari.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Filwaqt li hija l-għażla individwali ta' kull Stat Membru jekk għandux jagħmel użu jew le mill-enerġija nukleari, ir-rwol tal-Unjoni huwa li tiżviluppa, fl-interess tal-Istati Membri kollha, qafas biex tappoġġa riċerka mill-aktar avvanzata konġunta, il-ħolqien u l-preservazzjoni tal-għarfien dwar it-teknoloġiji tal-fissjoni nukleari, b'enfasi speċjali fuq is-sikurezza, is-sigurtà, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u n-nonproliferazzjoni. Dak jirrikjedi evidenza xjentifika indipendenti, li għaliha l-JRC jista' jagħmel kontribuzzjoni prinċipali. Dak ġie rikonoxxut fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 'Inizjattiva Ewlenija tal-Ewropa 2020 Unjoni tal-Innovazzjoni', fejn il-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni tagħha li ssaħħaħ l-evidenza xjentifika għat-tfassil tal-politika permezz tal-JRC. Il-JRC jipproponi li jwieġeb għal dik l-isfida billi jiffoka r-riċerka tiegħu dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari fuq il-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni.

(10)

Filwaqt li hija l-għażla individwali ta' kull Stat Membru jekk għandux jagħmel użu jew le mill-enerġija nukleari, ir-rwol tal-Unjoni huwa li tiżviluppa, fl-interess tal-Istati Membri kollha, qafas biex tappoġġa riċerka mill-aktar avvanzata konġunta, il-ħolqien u l-preservazzjoni tal-għarfien dwar it-teknoloġiji tal-fissjoni nukleari, partikolarment ir-reatturi ta' ġenerazzjoni tal-fissjoni, b'enfasi speċjali fuq is-sikurezza, is-sigurtà, il-protezzjoni mir-radjazzjoni , inklużi kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba għal dawk li jaħdmu direttament bil-materjali nukleari, id-dekommissjonar nukleari u n-nonproliferazzjoni. Dak jirrikjedi evidenza xjentifika indipendenti, li għaliha l-JRC jista' jagħmel kontribuzzjoni prinċipali. Dak ġie rikonoxxut fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 'Inizjattiva Ewlenija tal-Ewropa 2020 Unjoni tal-Innovazzjoni', fejn il-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni tagħha li ssaħħaħ l-evidenza xjentifika għat-tfassil tal-politika permezz tal-JRC. Il-JRC jipproponi li jwieġeb għal dik l-isfida billi jiffoka r-riċerka tiegħu dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari fuq il-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni. In-natura preċiża ta' din ir-riċerka għandha tiġi ddeterminata skont il-linji gwida li għandhom ikunu adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, partikolarment fid-dawl tat-testijiet ta' stress fuq l-impjanti tal-enerġija nukleari.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)

Peress li ċ-ċittadini tal-Ewropa jeħtieġu jibqgħu fil-qalba tad-diskussjonijiet fil-livell tal-Unjoni, il-Parlament Ewropew għandu jkun involut b'mod usa' fid-deliberazzjonijiet u fid-deċiżjonijiet meħuda dwar il-Programm Euratom.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Bil-għan li tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u tiġi rinforzata l-kunfidenza pubblika fix-xjenza, il-Programm Euratom għandu jiffavorixxi involviment infurmat ta' ċittadini u soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni permezz tal-promozzjoni tal-edukazzjoni tax-xjenza, billi l-għarfien xjentifiku ikun iktar aċċessibbli, bl-iżvilupp ta' aġendi ta' riċerka u innovazzjoni responsabbli li jissodisfaw t-tħassib u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili u bl-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-programm Euratom.

(11)

Bil-għan li tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u tiġi rinforzata l-kunfidenza pubblika fix-xjenza, il-Programm Euratom għandu jiffavorixxi involviment infurmat ta' ċittadini u soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni permezz tal-promozzjoni tal-edukazzjoni tax-xjenza, billi l-għarfien xjentifiku ikun iktar aċċessibbli, bl-iżvilupp ta' aġendi ta' riċerka u innovazzjoni responsabbli li jissodisfaw t-tħassib u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili u bl-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Programm Euratom. Dan għandu jinkludi li l-karrieri xjentifiċi u ta' riċerka għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' riċerkaturi, b'mod partikolari jekk ikunu minn gruppi li mhumiex rappreżentati biżżejjed fir-riċerka, isiru attraenti. Dan l-impenn infurmat miċ-ċittadini dwar kwistjonijiet konnessi mal-Programm Euratom jimplika involviment aktar mill-qrib tal-Parlament Ewropew, li jirrappreżenta ċ-ċittadini tal-Ewropa.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Il-Programm Euratom għandu jikkontribwixxi għall-attrattività tal-professjoni tar-riċerka fl-Unjoni. Għandha tingħata attenzjoni adegwata lil Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi, flimkien ma' oqfsa ta' referenza rilevanti oħrajn definiti fil-kuntest taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, filwaqt li tkun rispetata n-natura volontarja tagħhom.

(13)

Il-Programm Euratom għandu jaħdem biex jippromwovi l-attrattività tal-professjoni tar-riċerka fl-Unjoni , bil-għan ġenerali li jtejjeb il-viżibbiltà tax-xjenza fis-soċjetà, imma wkoll bil-għan li jipprevjeni kwalunkwe skarsezza ta' ħiliet fl-Unjoni jew “eżodu tal-imħuħ” mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi . Filwaqt li hemm ħafna għarfien espert fl-Unjoni fil-preżent, huwa ta' importanza vitali li ġenerazzjoni ġdida ta' riċerkaturi nukleari titħarreġ fl-aspetti kollha tar-riċerka nukleari. Il-Programm Euratom għandu wkoll jaħdem biex, fil-livelli kollha, joffri valur miżjud Ewropew għal dawk kollha li jkunu jridu jieħdu sehem fir-riċerka nukleari. Għandha tingħata attenzjoni adegwata lil Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi, flimkien ma' oqfsa ta' referenza rilevanti oħrajn definiti fil-kuntest taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, filwaqt li tkun rispetata n-natura volontarja tagħhom.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni appoġġati mill-Programm Euratom għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali . Għandhom jitqisu l-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda. L-attivitajiet ta' riċerka għandhom iqisu wkoll l-Artikolu 13 tat-TFUE u  jnaqqsu l-użu tal-annimali fir-riċerka u l-ittestjar , bil-ħsieb li ultimament l-użu tal-annimali jiġi sostitwit. L-attivitajiet kollha għandhom jitwettqu bl-iżgurarar ta' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

(15)

L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni appoġġati mill-Programm Euratom jeħtiġilhom jirrispettaw prinċipji etiċi. Għandhom jitqisu l-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda. L-attivitajiet ta' riċerka għandhom iqisu wkoll l-Artikolu 13 TFUE u  jissostitwixxu, inaqqsu u jirfinaw l-użu tal-annimali fir-riċerka u l-ittestjar L-attivitajiet kollha għandhom jitwettqu bl-iżgurarar ta' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Għandu jinkiseb ukoll impatt ikbar bil-kombinament tal-Programm Euratom u l-fondi tas-settur privat fi ħdan l-isħubiji pubbliċi-privati f'oqsma ewlenin fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-miri kompetittivi usa' tal-Unjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-involviment tal-impriżi żgħar u medji.

(16)

Għandu jinkiseb ukoll impatt ikbar bil-kombinament tal-Programm Euratom u l-fondi tas-settur privat fi ħdan l-isħubiji pubbliċi-privati f'oqsma ewlenin fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-miri kompetittivi usa' tal-Unjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-involviment tal-impriżi żgħar u medji (SMEs) . Il-ħtieġa li l-utilizzazzjoni tal-finanzjament Komunitarju disponibbli min-naħa tal-SMEs tiżdied għandha tapplika għal dawk li jaħdmu fir-riċerka nukleari bħal ma tapplika f'oqsma oħrajn. Il-Programm Euratom għandu jirfed l-SMEs fl-istadji kollha tal-katina ta' innovazzjoni, speċjalment f'attivitajiet li huma eqreb għas-suq, anki permezz tal-użu ta' strumenti finanzjarji innovattivi. Dan l-appoġġ għandu jinkludi l-istrument dedikat għall-SMEs u l-istrumenti finanzjarji riveduti kollha li għandhom jagħtu miżuri adegwati biex jilliberaw il-potenzjal sħiħ tal-SMEs għall-innovazzjoni u li se jsiru disponibbli permezz tal-Programm ta' Qafas ta' Orizzont 2020 kif ukoll programmi simili bħalma huma l-Programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u tal-impriżi żgħar u medji (2014 – 2020) (COSME).

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

Il-Programm Euratom għandu jippromwovi l-kooperazzjoni , b'mod partikolari fil-qasam tas-sikurezza, mal-pajjiżi terzi bbażata fuq l-interess komuni u l-benefiċċju reċiproku .

(17)

Il-Programm Euratom għandu, b'mod partikolari , jikkunsidra l-installazzjonijiet nukleari kollha fil-pajjiżi terzi li għandhom konfini mal-Unjoni, speċjalment jekk ikunu f'żona suxxettibbli għad-diżastri naturali . Il-Kooperazzjoni internazzjonali fl-enerġija nukleari għandu jkun fiha strumenti adegwati għall-iżgurar ta' obbligazzjonijiet finanzjarji reċiproċi. Dan għandu jinkludi kuntratti kooperattivi u obbligazzjonijiet finanzjarji reċiproċi.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)

Il-ħtieġa għal approċċ ġdid għall-ġestjoni tal-kontroll u r-riskju fil-finanzjament tar-riċerka tal-Unjoni ġie rikonoxxut mill-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Frar 2011, fejn saret talba għal bilanċ ġdid bejn il-fiduċja u l-kontroll u bejn it-teħid u l-evitar tar-riskju. Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2010 dwar is-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas għar-Riċerka, talab għal bidla pragmatika lejn is-simplifikazzjoni amministrattiva u finanzjarja u ddikjara li l-ġestjoni tal-finanzjament tar-riċerka Ewropea għandha tkun ibbażata aktar fuq il-fiduċja u toleranti tar-riskju lejn il-parteċipanti.

(19)

Il-ħtieġa għal approċċ ġdid għall-ġestjoni tal-kontroll u r-riskju fil-finanzjament tar-riċerka tal-Unjoni ġie rikonoxxut mill-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Frar 2011, fejn saret talba għal bilanċ ġdid bejn il-fiduċja u l-kontroll u bejn it-teħid u l-evitar tar-riskju. Il-Parlament Ewropew appella għal semplifikazzjoni radikali tal-finanzjamenti tal-Unjoni għall-qasam tar-riċerka u innovazzjoni u għamel diversi appelli favur bidla lejn semplifikazzjoni amministrattiva u finanzjarja akbar. fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2010 (1) dwar is-semplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas għar-Riċerka, talab għal bidla pragmatika lejn is-semplifikazzjoni amministrattiva u finanzjarja u ddikjara li l-ġestjoni tal-finanzjament tar-riċerka Ewropea għandha tkun ibbażata aktar fuq il-fiduċja u tolleranti tar-riskju lejn il-parteċipanti. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titolu "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva  (2) , il-Parlament Ewropew tenna l-appell tiegħu favur bidla lejn is-semplifikazzjoni amministrattiva u finanzjarja kif ukoll enfasizza li kull żieda fil-fondi trid isseħħ flimkien ma' semplifikazzjoni radikali tal-proċeduri ta' finanzjament. Il-Programm Euratom għandu wkoll jikkunsidra debitament it-tħassib u r-rakkomandazzjonijiet mill-komunità tar-riċerkaturi kif espressi fir-rappport finali tal-Grupp Espert “Evalwazzjoni Interim tas-7 Programm Kwadru” tat-12 ta' Novembru 2010, kif ukoll fil-Green Paper tal-Kummissjoni tad-9 ta' Frar 2011 intitolat “Minn Sfidi għal Opportunitajiet: Lejn Qafas Strateġiku Komuni għall-Finanzjament għar-Riċerka u l-Finanzjament Innovattiv tal-UE”.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom ikunu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu kollu tan-nefqa, inkluż l-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet, l-irkupru tal-finanzjamenti mitlufa, imħallsin ħażin jew użati b'mod skorrett u, fejn jixraq, il-penali. Strateġija tal-kontroll riveduta, għandha tibdel il-fokus mill-minimizzazzjoni tar-rati tal-iżball lejn kontroll ibbażat fuq ir-risjku u d-detezzjoni tal-frodi, u għandha tnaqqas il-piż tal-kontroll għall-parteċipanti.

(20)

L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom ikunu protetti permezz ta' miżuri neċessarji proporzjonati u effiċjenti matul iċ-ċiklu kollu tan-nefqa, inkluż l-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet, l-irkupru tal-finanzjamenti mitlufa, imħallsin ħażin jew użati b'mod skorrett u, fejn jixraq, il-penali. Strateġija tal-kontroll riveduta, għandha tibdel il-fokus mill-minimizzazzjoni tar-rati tal-iżball lejn kontroll ibbażat fuq ir-risjku u d-detezzjoni tal-frodi, u għandha tnaqqas il-piż tal-kontroll għall-parteċipanti.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)

L-Artikolu 7 tat-Trattat Euratom jinkariga lill-Kummissjoni bir-responsabbiltà li twettaq il-Programm Euratom. Il-Kummissjoni, għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Programm Euratom, bl-eċċezzjoni tal-azzjonijiet diretti tagħha, għandha tkun mgħejjuna minn kumitat konsultattiv tal-Istati Membri sabiex jiżguraw koordinazzjoni li tixraq mal-politiki nazzjonali fl-oqsma koperti minn dan il-programm ta' riċerka u taħriġ.

(25)

L-Artikolu 7 tat-Trattat Euratom jinkariga lill-Kummissjoni bir-responsabbiltà li twettaq il-Programm Euratom. Il-Kummissjoni, għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Programm Euratom, bl-eċċezzjoni tal-azzjonijiet diretti tagħha, għandha tkun megħjuna minn kumitat konsultattiv tal-Istati Membri sabiex jiżguraw koordinazzjoni li tixraq mal-politiki nazzjonali fl-oqsma koperti minn dan il-programm ta' riċerka u taħriġ u biex jitkattru sinerġiji b'saħħithom u kumplimentarjetajiet bejn il-fondi Ewropej, nazzjonali u reġjonali . Il-Parlament Ewropew għandu jkun involut fl-implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-Programm Euratom.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)

L-infiq tal-fondi tal-Unjoni u tal-Istati Membri fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni għandu jkun ikkoordinat aħjar sabiex tiġi żgurata l-kumplimentarjetà, l-effiċjenza mtejba u l-viżibbiità, kif ukoll biex jinkisbu sinerġiji baġitarji aħjar.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a)

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u r-rwol imsaħħaħ mogħti lill-Parlament Ewropew f'dak li jirrigwarda l-proċedura baġitarja, il-qafas ġuridiku attwali għandu jiġi diskuss.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

“impriża żgħira u medja (SME)” tfisser entità ġuridika li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-mikroimpriżi, impriżi żgħar u medji  (3) .

Emenda 23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-objettiv ġenerali tal-Programm Euratom huwa li jittejbu s-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari, u li jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni fit-tul tas-sistema tal-enerġija f'mod sikur, effiċjenti u sigur. L-objettiv ġenerali għandu jiġi implimentat permezz tal-attivitajiet speċifikati fl-Anness I fil-forma ta' azzjonijiet diretti u indiretti li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stipulati fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

1.   L-objettiv ġenerali tal-Programm Euratom huwa li jittejbu s-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari, u li jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni fit-tul tas-sistema tal-enerġija f'mod sikur, effiċjenti u sigur , li jikkontribwixxi għal oqsma oħra tar-riċerka relatati mar-riċerka nukleari, bħalma huma r-riċerka medika, u li jiggarantixxi l-futur tar-riċerka nukleari Ewropea fit-tul . L-objettiv ġenerali għandu jiġi implimentat permezz tal-attivitajiet speċifikati fl-Anness I fil-forma ta' azzjonijiet diretti u indiretti li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stipulati fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jappoġġaw l-operat sikur ta' sistemi nukleari;

(a)

jappoġġaw l-operat sikur tas-sistemi nukleari ċivili eżistenti u futuri kollha ;

Emenda 25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

jappoġġaw l-iżvilupp u s-sostenibbiltà tal-kompetenzi nukleari fil-livell tal-Unjoni

(c)

jappoġġaw il-miżuri neċessarji biex jiżguraw riżorsi umani mħarrġa b'mod adegwat u l-iżvilupp u s-sostenibbiltà tal-kompetenzi nukleari fil-livell tal-Unjoni;

Emenda 26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

irawmu l-protezzjoni mir-radjazzjoni;

(d)

jappoġġaw r-R&Ż fil-qasam tal-protezzjoni mir-radjazzjoni; u jaħdmu biex iżommu l-ogħla livell ta' kundizzjonijiet tax-xogħol għal dawk li jaħdmu direttament b'materjali nukleari;

Emenda 27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

jikkontribwixxu għall-aġenda tar-R&Ż li tirriżulta mir-rakkomandazzjonijiet elenkati fil-konklużjonijiet tat-testijiet ta' stress tal-Unjoni (pereżempju mudellar sismiki, imġiba tal-fużjoni tan-nukleu, …);

Emenda 28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)

jappoġġaw is-sostenibbiltà fit-tul tal-fissjoni nukleari permezz ta' titjib fil-qasam tal-estensjoni tal-ħin tar-reattur jew fid-disinn tat-tipi ġodda ta' reatturi;

Emenda 29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

jibnu l-pedamenti għall-impjanti tal-enerġija mill-fużjoni tal-futur billi jiżviluppaw materjali, teknoloġiji u disinn kunċettwali;

(f)

jibnu l-pedamenti għall-impjanti tal-enerġija mill-fużjoni u mill-fissjoni tal-futur billi jiżviluppaw materjali, teknoloġiji u disinn kunċettwali;

Emenda 30

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

jippromwovu l-innovazzjoni u  l-kompetittività industrijali;

(g)

jippromwovu l-innovazzjoni u  t-tmexxija industrijali tal-Ewropa fil-fissjoni u l-fużjoni ;

Emenda 31

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)

jirfdu t-tliet prijoritajiet dikjarati ta' Orizzont 2020: xjenza eċċellenti, tmexxija industrijali u sfidi tas-soċjetà;

Emenda 32

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

jiżguraw id-disponibbiltà u l-użu tal-infrastrutturi tar-riċerka ta' rilevanza panEwropea;

(h)

jiżguraw id-disponibbiltà u l-użu u jippromwovu l-iżvilupp tal-infrastrutturi tar-riċerka l-ġodda ta' rilevanza pan-Ewropea;

Emenda 33

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

itejbu s-sikurezza nukleari inkluż: is-sikurezza tal-fjuwil u r-reattur, il-ġestjoni tal-iskart u d-dekommissjonar, u t-tħejjija għal emerġenza;

(a)

itejbu s-sikurezza nukleari inkluż: is-sikurezza tal-fjuwil u r-reattur, il-ġestjoni tal-iskart u d-dekommissjonar, it-tħejjija għal emerġenza , il-kundizzjonijiet ta' xogħol għal dawk li jaħdmu direttament b'materjali nukleari u jħabbtu wiċċhom direttament mal-konsegwenzi tal-inċidenti ta' sikurezza nukleari, ikunu kemm ikunu improbabbli ;

Emenda 34

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

irawmu l-ġestjoni tal-għarfien, l-edukazzjoni u t-taħriġ;

(d)

irawmu l-ġestjoni tal-għarfien, l-edukazzjoni u t-taħriġ , inkluż it-tkattir tal-ingaġġ fir-riċerka nukleari fost ix-xjenzjati Ewropej kif ukoll il-ġbid ta' riċerkaturi minn barra l-Unjoni ;

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

appoġġ għall-politika tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari u l-leġiżlazzjoni relatata tal-Unjoni li qed tevolvi

(e)

jappoġġaw il-politika tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari u l-leġiżlazzjoni relatata tal-Unjoni li qed tevolvi , inkluż billi jaħdmu għall-iżvilupp ta' standards rikonoxxuti fuq livell internazzjonali rigward is-sikurezza nukleari għar-reatturi tal-fissjoni;

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

jindirizzaw kwalunkwe skarsezza ta' ħiliet fir-rigward tal-għarfien espert nukleari u jipprevjenu kwalunkwe telf tal-ħiliet fil-ġejjieni jew “eżodu tal-imħuħ” ta' xjenzjati nukleari mill-Unjoni;

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)

jikkomplementaw kull titjib tas-sikurezza meħtieġ wara r-riżultati tat-testijiet ta' stress imwettqa fuq ir-reatturi kollha fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi li għandhom konfini mal-Unjoni; Dan għandu jikkonċentra fuq il-kontribuzzjoni tal-aġenda tar-R&Ż li tirriżulta mir-rakkomandazzjonijiet tagħhom.

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt ec (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ec)

jirfdu l-aġenda ta' semplifikazzjoni ta' Orizzont 2020, inaqqsu l-piżijiet amministrattivi imposti minn programmi ta' oqfsa preċedenti, b'mod partikolari fuq SMEs, universitajiet u istituti żgħar ta' riċerka.

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-Programm Euratom għandu jiġi implimentat f'tali mod li jiżgura li l-prijoritajiet u l-attivitajiet appoġġati huma rilevanti għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu u jqisu n-natura li qed tevolvi tax-xjenza, it-teknoloġija, l-innovazzjoni, it-tfassil tal-politika, is-swieq u s-soċjetà.

4.   Il-Programm Euratom għandu jiġi implimentat f'tali mod li jiżgura li l-prijoritajiet u l-attivitajiet appoġġati huma rilevanti għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu u jqisu n-natura li qed tevolvi tax-xjenza, it-teknoloġija, l-innovazzjoni, it-tfassil tal-politika, is-swieq u s-soċjetà , kif ukoll il-konsegwenzi diretti ta' inċidenti tas-sikurezza nukleari, ikunu kemm ikunu improbabbli .

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     Il-Programm Euratom għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pjan SET. L-azzjonijiet indiretti u diretti tiegħu għandhom ikunu allinjati mal-Aġenda ta' Riċerka Strateġika tat-tliet pjattaformi tekonoloġiċi Ewropej eżistenti dwar l-enerġija nukleari: SNETP, IGDTP u MELODI.

Emenda 101/rev2

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm Euratom għandu jkun EUR  1,788899  miljun. L-ammont għandu jitqassam kif ġej:

1.    Fis-sens tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali ta' …/…  (4) bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (“il-FII”), il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm Euratom għandu jkun EUR  1 603,329  miljun. L-ammont għandu jikkostitwixxi r-referenza primarja għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill għal matul il-proċedura baġitarja annwali. Għandu jitqassam kif ġej:

(a)

azzjonijiet indiretti għall-programm ta' riċerka u żvilupp fil-fużjoni, EUR  709 713  miljun;

(a)

azzjonijiet indiretti għall-programm ta' riċerka u żvilupp fil-fużjoni, EUR  636 095  miljun;

(b)

azzjonijiet indiretti għall-fissjoni nukleari, is-sikurezza u l-protezzjoni mir-radjazzjoni EUR  354 857  miljun;

(b)

azzjonijiet indiretti għall-fissjoni nukleari, is-sikurezza u l-protezzjoni mir-radjazzjoni EUR  318 048  miljun;

(c)

azzjonijiet diretti, EUR  724 319  miljun.

(c)

azzjonijiet diretti, EUR  649,186  miljun.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet indiretti tal-Programm Euratom, in-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni ma għandiex tkun iktar minn 13,5  % .

Għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet indiretti tal-Programm Euratom, in-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni ma għandiex tkun iktar minn 7 % .

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Il-proġett ITER għandu jkun inkluż fil-Programm Euratom u ffinanzjat minn fl-ambitu tal-QFP b'mod sħiħ u trasparenti.

 

Aspetti tal-proġett li mhumiex direttament relatati mar-riċerka u t-taħriġ ma għandhomx għalfejn ikunu inklużi fil-finanzjament tal-Programm Euratom;

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati Parlament Ewropew u l-Kunsill mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 u t-IIA.

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Il-Komunità għandha taħdem lejn l-użu usa' u aktar frekwenti tal-fondi strutturali għar-riċerka nukleari u għandha tiżgura li l-fondi jkunu implimentati f'konformità mal-prijoritajiet tal-Komunità fil-qasam tar-riċerka.

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-'Fond ta' Garanzija għall-parteċipanti' stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru XX/2012 [Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni] għandu jissostitwixxi u jissuċċedi il-Fondi ta' Garanzija għall-parteċipanti stabbiliti skont ir-Regolament (Euratom) Nru 1908/2006 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru XX/XX [ir-Regoli Euratom għall-parteċipazzjoni 2012-2013] .

3.   Il-'Fond ta' Garanzija għall-parteċipanti' stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru XX/2012 [Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni] għandu jissostitwixxi u jissuċċedi il-Fondi ta' Garanzija għall-parteċipanti stabbiliti skont ir-Regolament (Euratom) Nru 1908/2006 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 139/2012 .

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwalunkwe somma mill-Fondi ta' Garanzija għall-parteċipanti stabbilit skont ir-Regolamenti (Euratom) Nru 1908/2006 u (Euratom) Nru XX/XX [ir-Regoli Euratom għall-parteċipazzjoni 2012-2013] għandha tiġi ttrasferita lill-Fond ta' Garanzija għall-Parteċipanti sa mill-31 ta' Diċembru 2013. Il-parteċipanti f'azzjonijiet taħt id-Deċiżjoni XX/XX [il-Programm Euratom 2012-2013] li jiffirmaw ftehimiet tal-għotja wara l-31 ta' Diċembru 2013 għandhom jagħmlu l-kontribuzzjoni tagħhom lill-Fond ta' Garanzija għall-parteċipanti.

Kwalunkwe somma mill-Fondi ta' Garanzija għall-parteċipanti stabbilit skont ir-Regolamenti (Euratom) Nru 139/2012 għandha tiġi ttrasferita lill-Fond ta' Garanzija għall-Parteċipanti sa mill-31 ta' Diċembru 2013. Il-parteċipanti f'azzjonijiet taħt id-Deċiżjoni  2012/94/Euratom li jiffirmaw ftehimiet tal-għotja wara l-31 ta' Diċembru 2013 għandhom jagħmlu l-kontribuzzjoni tagħhom lill-Fond ta' Garanzija għall-parteċipanti.

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Programmi maħsuba biex iżidu r-riċerka innovattiva sew kurrenti kif ukoll ippjanata għandhom jinfetħu b'tali mod li jinkludu r-riċerka nukleari fil-lista ta' kategoriji ta' riċerka applikabbli tagħhom. Il-Programm Eureka Eurostars u l-Azzjonijiet Marie Curie għandhom iwessgħu r-regoli ta' parteċipazzjoni tagħhom biex jippermettu l-parteċipazzjoni ta' SMEs involuti fir-riċerka nukleari.

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Programm Euratom għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni .

Il-Programm Euratom għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dimensjoni tal-ġeneru u jirfed l-għan ta' Orizzont 2020 li jindirizza l-ġeneru bħala kwistjoni trasversali biex isewwi l-iżbilanċi bejn l-irġiel u n-nisa .

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lejn il-prinċipju ta' proporzjonalità, id-dritt għall-privatezza, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt għall-integrità fiżika u mentali tal-persuni , id-dritt għan-nondiskriminazzjoni u l-bżonn li jkunu żgurati livelli għoljin ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lejn il-prinċipju ta' proporzjonalità, il-protezzjoni tad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipju tal-importanza tal-bniedem, id-dritt għall-privatezza, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt għall-integrità fiżika u mentali tal-bnedmin , id-dritt għan-nondiskriminazzjoni u l-bżonn li jkunu żgurati livelli għoljin ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dak il-programm ta' ħidma multiannwali għandu jqis ukoll l-attivitajiet tar-riċerka rilevanti mwettqa mill-Istati Membri, pajjiżi assoċjati u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali. Dawn għandhom ikunu aġġornati meta u fejn xieraq.

Dak il-programm ta' ħidma multiannwali għandu jintbagħat lill-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC u ppreżentat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Għandu jitqies li l-attivitajiet tar-riċerka rilevanti mwettqa mill-Istati Membri, pajjiżi assoċjati u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali , sabiex jiġi evitat kwalunkwe ħela ta' sforz ta' riċerka fl-Ewropa u li jsir l-aħajr użu tar-riżorsi finanzjarji . Dan għandu jkun aġġornat meta u fejn xieraq.

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-programmi ta' ħidma għandhom iqisu l-istat tax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali u tal-iżviluppi rilevanti tal-politika, is-suq u s-soċjetà. Dawn għandhom ikunu aġġornati meta u fejn xieraq.

3.   Il-programmi ta' ħidma għandhom iqisu l-istat tax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali u tal-iżviluppi rilevanti tal-politika, is-suq u s-soċjetà. Dawn għandhom ikunu aġġornati meta u fejn xieraq , fil-qies tal-miri u l-objettivi ta' Orizzont 2020 .

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-impriżi żgħar u medji (SMEs) biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni adegwata tagħhom, u l-impatti tal-innovazzjoni fuqhom, fil-Programm Euratom. Għandhom jitwettqu valutazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-parteċipazzjoni tal-SMEs bħala parti mill-arranġamenti tal-evalwazzjoni u monitoraġġ.

1.    Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-impriżi żgħar u medji (SMEs) biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni adegwata tagħhom, u l-impatti tal-innovazzjoni fuqhom, fil-Programm Euratom. Għandhom jitwettqu valutazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-parteċipazzjoni tal-SMEs bħala parti mill-arranġamenti tal-evalwazzjoni u monitoraġġ.

 

2.     Fid-dawl tal-importanza tas-settur tal-SMEs għall-ekonomija Ewropea u s-sottorappreżentanza attwali tal-SMEs fl-industrija nukleari, il-Programm Euratom għandu jirfed, konformement mal-objettivi ta' Orizzont 200, kull sforz biex jitħaffef il-piż amministrattiv fuq l-SMEs.

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

jiġu miġġielda l-forom kollha tal-proliferazzjoni u tat-traffikar nukleari;

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)

jintrifdu sforzi internazzjonali rigward l-iżvilupp ta' standards komuni internazzjonali ta' sikurezza;

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc)

jingħata kontribut għat-titjib tal-iskambju tal-għarfien.

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għandhom jingħataw attenzjoni partikolari r-reatturi u l-installazzjonijiet nukleari kollha li jinsabu f'pajjiżi terzi imma li huma ġeografikament qrib ħafna t-territorju tal-Istati Membri, speċjalment meta tali reatturi u stallazzjonijiet jinsabu viċin postijiet ta' periklu ġeografiku jew ġeoloġiku.

Emenda 61

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

inizjattivi mmirati lejn it-tkabbir tas-sensibilizzazzjoni u l-iffaċilitar tal-aċċess għal finanzjament taħt il-Programm Euratom, b'mod partikolari għal dawk ir-reġjuni jew tipi ta' parteċipant li mhumiex rappreżentati biżżejjed;

(a)

inizjattivi mmirati lejn it-tkabbir tas-sensibilizzazzjoni u l-iffaċilitar tal-aċċess għal finanzjament taħt il-Programm Euratom, b'mod partikolari għal dawk ir-reġjuni jew tipi ta' parteċipant li mhumiex rappreżentati biżżejjed u b'mod partikolari għall-SMEs, biex min-naħa tagħhom jitqawwew l-utilizzazzjoni tal-finanzjament disponibbli u l-parteċipazzjoni fi programmi xierqa ;

Emenda 62

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

It-tentattivi ta' aktar semplifikazzjoni f'termini ta' parteċipazzjoni għandhom ikunu kkomunikati lill-parteċipanti kollha, inklużi l-SMEs u l-istituti akkademiċi.

Emenda 63

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri li jixirqu li, meta jiġu implimentati azzjonijiet finanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u, fejn jiġu individwati l-irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa b'mod skorrett u, fejn jixraq, b'pieni effettivi, proporzjonati u deterrenti.

1.   Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri li jixirqu li, meta jiġu implimentati azzjonijiet finanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u, fejn jiġu individwati l-irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa b'mod skorrett u, fejn jixraq, b'pieni effettivi, proporzjonati u deterrenti. Il-Parlament Ewropew għandu jkun informat ta' tali miżuri.

Emenda 64

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta' verifika, abbażi ta' dokumenti u kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għotja, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi u partijiet terzi oħrajn kollha li rċevew fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

2.   Il- Parlament Ewropew, il- Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha, u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta' verifika, abbażi ta' dokumenti u kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għotja, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi u partijiet terzi oħrajn kollha li rċevew fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

Emenda 65

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, ftehimiet tal-għotja, deċiżjonijiet tal-għotja u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom b'mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF biex iwettqu verifiki, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, ftehimiet tal-għotja, deċiżjonijiet tal-għotja u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom b'mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF biex iwettqu verifiki, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post. Il-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat bir-riżultat ta' tali awditjar mingħajr dewmien.

Emenda 66

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-31 ta' Mejju 2017 , u filwaqt li titqis l-evalwazzjoni ex post tas-Seba' Programm Kwadru tal-Euratom stabbilit peremezz tad-Deċiżjoni 2006/970/Euratom u tal-Programm Euratom (2012-2013) stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 20XX/XX/Euratom, li għandha titlesta sal-aħħar tal-2015, il-Kummissjoni għandha twettaq, bl-assistenza ta' esperti indipendenti, evalwazzjoni interim tal-Programm Euratom dwar il-kisbiet, fil-livell tar-riżultati u progress lejn l-impatti, tal-objettivi u r-rilevanza kontinwa tal-miżuri kollha, l-effiċjenza u l-użu tar-riżorsi, l-ambitu għal aktar simplifikazzjoni, u l-valur miżjud Ewropew. L-evalwazzjoni għandha tqis ukoll il-kontribuzzjoni tal-miżuri tal-prijoritajiet tal-Unjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklusiv u r-riżultati tal-impatt fit-tull tal-miżuri preċedenti.

Sal-31 ta' Mejju 2016 , u filwaqt li titqis l-evalwazzjoni ex post tas-Seba' Programm Kwadru tal-Euratom stabbilit peremezz tad-Deċiżjoni 2006/970/Euratom u tal-Programm Euratom (2012-2013) stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 2012/93/Euratom, li għandha titlesta sal-aħħar tal-2015, il-Kummissjoni għandha twettaq, bl-assistenza ta' esperti indipendenti, evalwazzjoni interim tal-Programm Euratom dwar il-kisbiet, fil-livell tar-riżultati u progress lejn l-impatti, tal-objettivi u r-rilevanza kontinwa tal-miżuri kollha, l-effiċjenza u l-użu tar-riżorsi, l-ambitu għal aktar semplifikazzjoni, u l-valur miżjud Ewropew. Din l-evalwazzjoni għandha tqis ukoll l-aspetti relatati mal-aċċess għall-opportunitajiet ta' finanzjament għal estensjoni tal-eċċellenza tax-xjenza tal-Unjoni u l-bażi ta' innovazzjoni għall-SMEs u għall-promozzjoni tal-bilanċ bejn is-sessi. L-evalwazzjoni għandha tqis ukoll il-kontribuzzjoni tal-miżuri tal-prijoritajiet tal-Unjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklusiv u r-riżultati tal-impatt fit-tull tal-miżuri preċedenti.

Emenda 67

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bid-dejta u l-informazzjoni neċessarji għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-miżuri konċernati.

4.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni bid-data u l-informazzjoni neċessarji għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-miżuri konċernati.

Emenda 68

Proposta għal regolament

Anness I – parti 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Programm Euratom għandu jsaħħaħ il-qafas tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam nukleari u jikkoordina l-isforzi fir-riċerka tal-Istati Membri u b'hekk jevita d-duplikazzjoni, iżomm il-massa kritika f'oqsma ewlenin u jiżgura li l-finanzjament pubbliku qed jintuża bl-aħjar mod.

Il-Programm Euratom għandu jsaħħaħ il-qafas tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam nukleari u jikkoordina l-isforzi fir-riċerka tal-Istati Membri u b'hekk jevita d-duplikazzjoni, jipprovdi l-valur miżjud tal-Unjoni, iżomm ħiliet ewlenin u massa kritika f'oqsma ewlenin u jiżgura li l-finanzjament pubbliku qed jintuża bl-aħjar mod.

Emenda 69

Proposta għal regolament

Anness I – parti 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istrateġija biex il-fużjoni tiġi żviluppata bħala għażla kredibbli għall-produzzjoni kummerċjali ta' enerġija mingħajr karbonju, għandha ssegwi pjan direzzjonali lejn il-mira tal-produzzjoni tal-elettriku sal-2050. Biex tiġi implimentata dik l-istrateġija, għandu jitwettaq ristrutturar tax-xogħol relatat mal-fużjoni fl-Unjoni, inkluż l-amministrazzjoni, il-finanzjament u l-ġestjoni, sabiex tkun żgurata bidla minn enfasi fuq riċerka pura għad-disinn, il-bini u l-operat tal-faċilitajiet tal-futur bħal ITER, DEMO u lil hinn minnhom. Dak għandu jirrikjedi kooperazzjoni mill-qrib bejn il-komunità tal-Unjoni tal-fużjoni kollha, il-Kummissjoni u  l-aġenziji nazzjonali ta' finanzjament .

L-istrateġija biex il-fużjoni tiġi żviluppata bħala għażla kredibbli għall-produzzjoni kummerċjali ta' enerġija mingħajr karbonju, għandha ssegwi pjan direzzjonali lejn il-mira tal-produzzjoni tal-elettriku sal-2050. Biex tiġi implimentata dik l-istrateġija, għandu jitwettaq ristrutturar tax-xogħol relatat mal-fużjoni fl-Unjoni, inklużi l-governanza u l-ġestjoni, sabiex tkun żgurata bidla minn enfasi fuq riċerka pura għad-disinn, il-bini u l-operat tal-faċilitajiet tal-futur bħal ITER, DEMO u lil hinn minnhom. Dak għandu jirrikjedi kooperazzjoni mill-qrib bejn il-komunità tal-Unjoni tal-fużjoni kollha, il-Kummissjoni u  l-Istati Membri .

Emenda 70

Proposta għal regolament

Anness I – parti 2 – punt 2.1 – punt d – intestatura

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

Trawwim tal-protezzjoni mir-radjazzjoni (Xjenza eċċellenti; Sfidi tas-soċjetà)

(d)

Appoġġ tar-R&Ż fil-qasam tal-protezzjoni mir-radjazzjoni (Xjenza eċċellenti; Sfidi tas-soċjetà)

Emenda 71

Proposta għal regolament

Anness I – parti 2 – punt 2.1 – punt e – paragrafu - 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Attivitjiet ta' appoġġ għat-twettiq konġunt tal-ITER bħala infrastruttura internazzjonali ta' riċerka. Il-Komunità ser ikollha r-responsabbiltà speċjali fi ħdan l-Organizzazzjoni ITER li tospita l-proġett u ser ikollha rwol ewlieni, b'mod partikolari fir-rigward tat-tħejjija tas-sit, l-istabbiliment tal-Organizzazzjoni ITER, il-ġestjoni u l-provvista tal-persunal, kif ukoll appoġġ ġenerali tekniku u amministrattiv.

 

Attivitajiet ta' appoġġ maqbula fid-Deċiżjoni tal-Kunsill XXXX/XXX/UE [dwar l-adozzjoni ta' Programm Supplimentari tar-Riċerka għall-proġett ITER (2014-2018] għall-ġestjoni tal-proġett.

Emenda 72

Proposta għal regolament

Anness I – parti 2 – punt 2.1 – punt i – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-entità ġuridika għandha tappoġġa l-isforzi kollha biex ix-xogħol tal-JET ikompli lil hinn minn tmiem il-fażi sperimentali tiegħu fl-2015, u fejn possibbli għandhom tappoġġa l-isforzi kollha maħsuba biex jiġbdu sħab internazzjonali ħalli jipprovdu finanzjament addizzjonali. Tali sforzi għandhom jinkludu ftehimiet reċiproċi għal involviment futur tal-Unjoni f'DEMO u f'reatturi tal-fużjoni oħra ppjanati.

Emenda 73

Proposta għal regolament

Anness I – parti 2 – punt 2.2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet nukleari tal-JRC għandhom jimmiraw li jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 2009/71/Euratom u 2011/70/Euratom, kif ukoll il-Konklużjonijiet tal-Kunsill li jagħtu prijorità lill-ogħla standards għas-sikurezza u s-sigurtà nukleari fl-Unjoni u internazzjonalment. Il-JRC għandu b'mod partikolari jimmobilizza l-kapaċità u l-kompetenza neċessarji sabiex jikkontribwixxi biex jivvaluta u jtejjeb is-sikurezza tal-installazjonijiet nukleari u l-użu paċifiku tal-enerġija nukleari u applikazzjonijiet oħra mhux tal-fissjoni, biex jipprovdi bażi xjentifika għal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u, fejn meħtieġ, jirreaġixxi fi ħdan il-limiti tal-missjoni u l-kompetenza tiegħu għall-inċidenti u l-aċċidenti nukleari. Għal dak il-għan, il-JRC għandu jwettaq riċerka u valutazzjonijiet, jipprovdi referenzi u standards u jwassal taħriġ u edukazzjoni dedikati. Is-sinerġiji mal-Pjattaforma Teknoloġika tal-Enerġija Nukleari Sostenibbli (SNETP) u inizjattivi oħra trasversali se jintużaw skont il-bżonn.

L-attivitajiet nukleari tal-JRC għandhom jimmiraw li jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 2009/71/Euratom u 2011/70/Euratom, kif ukoll il-Konklużjonijiet tal-Kunsill li jagħtu prijorità lill-ogħla standards għas-sikurezza u s-sigurtà nukleari fl-Unjoni u internazzjonalment. Il-JRC għandu b'mod partikolari jimmobilizza l-kapaċità u l-kompetenza neċessarji sabiex jikkontribwixxi għar-R&Ż fil-qasam tal-installazzjoni nukleari sikura u l-użu paċifiku tal-enerġija nukleari u applikazzjonijiet oħra mhux tal-fissjoni, biex jipprovdi bażi xjentifika għal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u, fejn meħtieġ, jirreaġixxi fi ħdan il-limiti tal-missjoni u l-kompetenza tiegħu għall-inċidenti u l-aċċidenti nukleari. Għal dak il-għan, il-JRC għandu jwettaq riċerka u valutazzjonijiet, jipprovdi referenzi u standards u jwassal taħriġ u edukazzjoni dedikati. Is-sinerġiji mal-Pjattaforma Teknoloġika tal-Enerġija Nukleari Sostenibbli (SNETP) u inizjattivi oħra trasversali se jintużaw skont il-bżonn , sabiex jiġu ottimizzati r-riżorsi umani u finanzjarji għar-R&Ż nukleari fl-Ewropa . Il-JRC għandu jżomm quddiem għajnejh ir-riżultati tat-“testijiet ta' stress” li saru fl-2011 fuq ir-reatturi nukleari kollha eżistenti bi qbil mar-regolamenti tal-Unjoni.

Emenda 74

Proposta għal regolament

Anness I – parti 2 – punt 2.2 – punt a – intestatura

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

Titjib tas-sikurezza nukleari inkluż: is-sikurezza tal-fjuwil u r-reattur, il-ġestjoni tal-iskart u d-dekommissjonar, u t-tħejjija għal emerġenza

(a)

Titjib tas-sikurezza nukleari inkluż: is-sikurezza tal-fjuwil u r-reattur, il-ġestjoni tal-iskart u d-dekommissjonar, it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' dawk li jaħdmu direttament b'materjal nukleari u t-tħejjija għal emerġenza

Emenda 77

Proposta għal regolament

Anness I – parti 2 – punt 2.2 – punt a – paragrafu - 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-dekummissjonar u ż-żarmar huma oqsma tas-suq promettenti, minħabba l-iżviluppi xjentifiċi u l-imperattivi tas-sigurtà. Jeħtieġ li l-Unjoni tikseb l-aħjar teknoloġiji possibbli għal dan ix-xogħol, li se jinvolvi tekniki li dejjem qed isiru aktar sofistikati (bħal pereżempju underwater cutting, laser cutting u robots żviluppati ħafna biex jeliminaw l-intervent tal-bniedem).

Emenda 75

Proposta għal regolament

Anness I – parti 2 – punt 2.2 – punt a – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-JRC għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' għodod u metodi biex jikseb standards tas-sikurezza għoljin għar-reatturi tal-enerġija nukleari u ċ-ċikli tal-fjuwil rilevanti għall-Ewropa. Dawn l-għodod u metodi għandhom jinkludu:

Il-JRC , f'kooperazzjoni mill-qrib mal-korpi ta' riċerka rilevanti fl-Unjoni, għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' għodod u metodi biex jikseb standards tas-sikurezza għoljin għar-reatturi tal-enerġija nukleari u ċ-ċikli tal-fjuwil rilevanti għall-Ewropa. Dawn l-għodod u metodi għandhom jinkludu:

Emenda 76

Proposta għal regolament

Anness I – parti 2 – punt 2.2 – punt a – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

mudellar u metodoloġiji tal-analiżi ta' aċċident sever għal valutazzjoni tal-marġni operattivi tas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari; appoġġ għall-istabbilment ta' approċċ Ewropew komuni għall-evalwazzjoni ta' ċikli u disinni tal-fjuwil avvanzati; u investigazzjoni u disseminazzjoni tat-tagħlim miksub mill-esperjenza operattiva. Il-JRC għandu jkompli jirrinforza ċ-'Ċentru Ewropew għall-Iskambju ta' Esperjenzi Operazzjonali tan-NPP' tiegħu biex iwieġeb għall-isfidi emerġenti tas-sikurezza nukleari minn wara Fukushima.

(1)

mudellar u metodoloġiji tal-analiżi ta' aċċident sever għal valutazzjoni tal-marġni operattivi tas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari; appoġġ għall-istabbilment ta' approċċ Ewropew komuni għall-evalwazzjoni ta' ċikli u disinni tal-fjuwil avvanzati; u investigazzjoni u disseminazzjoni tat-tagħlim miksub mill-esperjenza operattiva. Il-JRC għandu jkompli l-ħidma taċ-Ċentru Ewropew għall-Iskambju ta' Esperjenzi Operazzjonali tan-NPP' tiegħu biex iwieġeb għall-isfidi emerġenti tas-sikurezza nukleari minn wara Fukushima u jkompli jiġbor għarfien rilevanti fl-Istati Membri .

Emenda 78

Proposta għal regolament

Anness I – parti 2 – punt 2.2 – punt c – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-JRC għandu jkompli jiżviluppa l-bażi xjentifka għas-sikurezza u s-sigurtà nukleari. Għandha tingħata enfasi għar-riċerka dwar il-proprjetajiet fundamentali u l-aġir tal-attinidi, materjali strutturali u nukleari. B'appoġġ għall-istandardizzazzjoni tal-Unjoni, il-JRC għandu jipprovdi standards nukleari mill-aktar avvanzati, dejta ta' referenza u kejl, inkluż l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-bażijiet tad-dejta rilevanti u l-għodod ta' valutazzjoni. Il-JRC għandu jappoġġa aktar żvilupp tal-applikazzjonijiet mediċi, l-aktar terapiji ġodda tal-kanċer bbażati fuq l-irradjazzjoni alfa.

Il-JRC għandu jkompli jiżviluppa l-bażi xjentifka għas-sikurezza u s-sigurtà nukleari. Għandha tingħata enfasi għar-riċerka dwar il-proprjetajiet fundamentali u l-aġir tal-attinidi, materjali strutturali u nukleari. B'appoġġ għall-istandardizzazzjoni tal-Unjoni, il-JRC għandu jipprovdi standards nukleari mill-aktar avvanzati, data ta' referenza u kejl, inkluż l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-bażijiet tad-dejta rilevanti u l-għodod ta' valutazzjoni. Il-JRC għandu jappoġġa aktar żvilupp tal-applikazzjonijiet mediċi, l-aktar terapiji ġodda tal-kanċer bbażati fuq l-irradjazzjoni alfa. Il-JRC għandu jżomm quddiem għajnejh il-miri tal-Orizzont 2020 kif ukoll il-ħtieġa li l-Ewropa tevita skarsezza tal-ħiliet jew “eżodu tal-imħuħ”.

Emenda 79

Proposta għal regolament

Anness I – parti 2 – punt 2.2 – punt e – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-JRC għandu jrawwem il-kompetenza tiegħu sabiex jipprovdi l-evidenza indipendenti xjentifika u teknika neċessarja biex jappoġġa l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li qed tevolvi dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari.

Il-JRC għandu jrawwem il-kompetenza tiegħu sabiex jipprovdi l-evidenza indipendenti xjentifika u teknika neċessarja biex jappoġġa l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li qed tevolvi dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari u jirfed standards ogħla fil-livell internazzjonali . In-natura preċiża ta' din ir-riċerka trid tiġi ddeterminata skont il-linji gwida li għandhom ikunu adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, partikolarment fid-dawl tat-testijiet ta' stress fuq l-impjanti tal-enerġija nukleari.

Emenda 80

Proposta għal regolament

Anness I – parti 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jikseb l-objettivi ġenerali tiegħu, il-Programm Euratom għandu jappoġġa attivitajiet kumplimentari (diretti u indiretti, koordinazzjoni u stimulazzjoni ta' programmar konġunt) li jiżguraw sinerġija tal-isforzi tar-riċerka biex isolvu sfidi komuni (bħal materjali, teknoloġija tal-likwidu berried, dejta nukleari ta' referenza, mudellar u simulazzjoni, immaniġġjar remot, ġestjoni tal-iskart, protezzjoni mir-radjazzjoni).

Sabiex jikseb l-objettivi ġenerali tiegħu, il-Programm Euratom għandu jappoġġa attivitajiet kumplimentari (diretti u indiretti, protezzjoni tal-ħaddiema, koordinazzjoni u stimulazzjoni ta' programmar konġunt) li jiżguraw sinerġija tal-isforzi tar-riċerka biex isolvu sfidi komuni (bħal materjali, teknoloġija tal-likwidu berried, data nukleari ta' referenza, mudellar u simulazzjoni, immaniġġjar remot, ġestjoni tal-iskart, protezzjoni mir-radjazzjoni).

Emenda 81

Proposta għal regolament

Anness I – parti 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Programm Euratom jista' jikkontribwixxi għall-Faċilità tad-Dejn u l-Faċilità tal-Ekwità żviluppati taħt il-Programm Qafas 'Orizzont 2020' li se jitwessa sabiex ikopri l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3.

Il-Programm Euratom jista' jikkontribwixxi għall-Faċilità tad-Dejn u l-Faċilità tal-Ekwità żviluppati taħt il-Programm Qafas 'Orizzont 2020' li se jitwessa sabiex ikopri l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3 kif ukoll biex iqawwi l-viżibbiltà u l-parteċipazzjoni tal-SMEs .

Emenda 82

Proposta għal regolament

Anness I – parti 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Riċerka bażika li hija potenzjalment applikabbli mhux biss f'oqsma relatati man-nukleari iżda wkoll f'setturi tar-riċerka oħra koperti minn Orizzont 2020 se jkunu eliġibbli għall-finanzjament tal-programm tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC).

Emenda 83

Proposta għal regolament

Anness II – parti 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

Il-kontribut għall-aġenda R&Ż li tirriżulta mir-rakkomandazzjonijiet elenkati fil-konklużjonijiet tat-testijiet ta' stress tal-Unjoni bħal pereżempju dawk relatati mal-immudellar sismiku jew simulazzjoni tal-fużjoni tan-nukleu

 

Perċentwal ta' proġetti ffinanzjati li x'aktarx se jiffaċilitaw l-applikazzjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

Emenda 84

Proposta għal regolament

Anness II – parti 1 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)

Appoġġ għas-sostenibbiltà fit-tul tal-fissjoni nukleari permezz ta' titjib fil-qasam tal-estensjoni tal-ħin tar-reattur jew fid-disinn tat-tipi ġodda ta' reatturi

 

Perċentwal ta' proġetti ffinanzjati li x'aktarx se jkollhom impatt dimostrabbli fil-qasam tal-estensjoni tal-ħin tar-reatturi jew fid-disinn ta' tipi ġodda ta' reatturi.

Emenda 85

Proposta għal regolament

Anness II – parti 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

Il-mixja lejn id-dimostrazzjoni tal-fattibilità tal-fużjoni bħala sors ta' enerġija (power) permezz tal-isfruttar tal-faċilitajiet eżistenti u futuri tal-fużjoni

(e)

Il-mixja lejn id-dimostrazzjoni tal-fattibilità tal-fużjoni bħala sors ta' enerġija (power) permezz tal-isfruttar tal-faċilitajiet eżistenti u futuri tal-fużjoni u l-iżvilupp ta' materjali, teknoloġiji u disinji kunċettwali

Emenda 86

Proposta għal regolament

Anness II – parti 2 – paragrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Titjib tas-sikurezza nukleari inkluż: is-sikurezza tal-fjuwil u r-reattur, il-ġestjoni tal-iskart u d-dekommissjonar; u t-tħejjija għal emerġenza;

Titjib tas-sikurezza nukleari inkluż: is-sikurezza tal-fjuwil u r-reattur, il-ġestjoni tal-iskart u d-dekommissjonar; il-protezzjoni tal-ħaddiema u t-tħejjija għal emerġenza;

Emenda 87

Proposta għal regolament

Anness II – parti 2 – paragrafu 1 – inċiż 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Prevenzjoni ta' skarsezza ta' ħiliet f'oqsma ewlenin tax-xjenza u l-inġinerija


(1)   ĠU C 74 E, 13.3.2012, p. 34.

(2)   ĠU C 380 E, 11.12.2012, p. 89.

(3)   ĠU L 124, 30.5.2003, p. 36.

(4)   ĠU C …


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/106


P7_TA(2013)0470

Strument għall-Kooperazzjoni fil-qasam tas-sikurezza nukleari *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari (COM(2011)0841 – C7-0014/2012 – 2011/0414(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2016/C 436/25)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0841),

wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat Euratom, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0014/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits(A7-0327/2012),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

Ammont ta' referenza finanzjarja għall-istrument, skont it-tifsira tal-Punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali ta'…/2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba  (*1) , huwa inkluż f'dan ir-Regolament, mingħajr il-poteri baġitarji tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, kif stabbilit fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huma b'hekk affettwati .

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)

It-titjib tal-implimentazzjoni u l-kwalità tal-infiq għandhom jikkostitwixxu prinċipji gwida biex jinkisbu l-objettivi tal-istrument, waqt li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)

Huwa importanti li jiġu żgurati l-ġestjoni finanzjarja sod tal-istrument u l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effikaċi u faċli għall-utent, filwaqt li għandhom jiġu wkoll żgurati ċ-ċertezza ġuridika u l-aċċessibilità tal-istrument għall-parteċipanti kollha.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

L-inċident ta' Chernobyl fl-1986 enfasizza l-importanza globali tas-sikurezza nukleari. L-inċident ta' Fukushima Daiichi fl-2011 ikkonferma l-ħtieġa li jitkomplew l-isforzi biex titjieb is-sikurezza nukleari sal-ogħla standards. Sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet ta' sikurezza meħtieġa biex jiġu eliminati il-perikli għall-ħajja u s-saħħa tal-pubbliku, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-'Komunità') għandha tkun tista' tappoġġja is-sikurezza nukleari fil-pajjiżi terzi.

(3)

L-inċident ta' Chernobyl fl-1986 enfasizza l-importanza globali tas-sikurezza nukleari. L-inċident ta' Fukushima Daiichi fl-2011 ikkonferma li r-riskji nukleari huma inerenti f’kull reattur u li għalhekk huwa neċessarju li jitkomplew l-isforzi biex titjieb is-sikurezza nukleari sabiex jinkisbu l-ogħla standards li jirriflettu l-iktar prattiki avvanzati, b’mod partikolari f’termini ta’ governanza u indipendenza regolatorja. Sakemm l-impjanti nukleari jibqgħu joperaw u jibqgħu jinbnew oħrajn ġodda, dan l-istrument għandu jkollu l-għan li jiżgura li l-livell ta’ sikurezza nukleari fil-pajjiżi assistiti jirrifletti l-istandards ta’ sikurezza Ewropej, li tali standards jinżammu u li l-appoġġ għall–awtoritajiet superviżorji indipendenti jsir prijorità ewlenija . Sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet ta' sikurezza meħtieġa biex jiġu eliminati il-perikli għall-ħajja u s-saħħa tal-pubbliku, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-'Komunità') għandha tkun tista' tappoġġja s-sikurezza nukleari fil-pajjiżi terzi.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Billi taġixxi fi ħdan politiki komuni u strateġiji mal-Istati Membri tagħha, l-Unjoni Ewropea waħedha għandha massa kritika biex tirrispondi għall-isfidi globali u  hija wkoll fl-aħjar pożizzjoni biex tikkoordina l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi.

(4)

Għadd ta’ pajjiżi madwar id-dinja qed jikkunsidraw li jibnu jew qed jippjanaw biex jibnu impjanti tal-enerġija nukleari, u dan joħloq firxa wiesgħa ta’ sfidi u l-ħtieġa li jinħolqu kulturi ta’ sikurezza nukleari u sistemi ta’ governanza adegwati. Jeħtieġ li jinstabu mezzi għat-tisħiħ tas-sikurezza u s-sigurtà tal-impjanti tal-enerġija nukleari li qed jinbnew viċin il-fruntieri tal-Unjoni, b’mod partikolari fejn ikun hemm nuqqas ta’ kooperazzjoni politika mal-Unjoni. F’dan ir-rigward, l-istress tests għandhom jitwettqu fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kkonċernati kollha sabiex jiġu identifikati l-perikli ta’ sikurezza potenzjali filwaqt li l-miżuri neċessarji biex dawn jiġu korretti għandhom jiġu implimentati immedjatament. Billi taġixxi fi ħdan politiki komuni u strateġiji mal-Istati Membri tagħha u billi tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali , l-Unjoni Ewropea tinsab f’pożizzjoni tajba biex tirrispondi għall-isfidi globali u biex tikkoordina l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi. Għandha tingħata prijorità biex jiġi żgurat l-appoġġ mill-awtoritajiet superviżorji indipendenti u fir-rigward tal-appoġġ tar-regolaturi tagħhom, kif ukoll fir-rigward ta’ strutturi multilaterali reġjonali u internazzjonali li jistgħu jsaħħu l-fiduċja u l-applikazzjoni ta’ standards permezz ta’ mekkaniżmi ta’ reviżjoni bejn il-pari. F'dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat regolarment mill-Kummissjoni dwar il-pjanijiet ta’ pajjiżi terzi fil-qasam tas-sikurezza nukleari b’konformità ma’ din id-Direttiva .

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Sabiex jinżamm u jiġi promoss it-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari u r-regolamentazzjoni tagħha, il-Kunsill adotta d-Direttiva 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta' stallazzjonijiet nukleari. Il-Kunsill adotta wkoll id-Direttiva 2011/70/Euratom tad-19 ta' Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv. Dawn id-Direttivi u l-istandards għolja ta' sikurezza nukleari u skart radjuattiv u l-ġestjoni tal-fjuwil maħruq implimentati fl-Unjoni huma eżempji li jistgħu jintużaw biex jinkoraġixxu pajjiżi terzi biex jadottaw standards għolja simili.

(6)

Sabiex jinżamm u jiġi promoss it-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari u r-regolamentazzjoni tagħha, il-Kunsill adotta d-Direttiva 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta' stallazzjonijiet nukleari. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ottubru 2012 dwar valutazzjonijiet komprensivi tar-riskji u tas-sikurezza (“stress tests”) tal-impjanti tal-enerġija nukleari fl-Unjoni Ewropea u tal-attivitajiet relatati tenfasizza l-ħtieġa li dan il-qafas jissaħħaħ. Il-Kunsill adotta wkoll id-Direttiva 2011/70/Euratom tad-19 ta' Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv. Dawn id-Direttivi u l-istandards għolja ta' sikurezza nukleari u skart radjuattiv u l-ġestjoni tal-fjuwil maħruq implimentati fl-Unjoni huma eżempji li jistgħu jintużaw biex jinkoraġixxu pajjiżi terzi biex jadottaw standards għolja simili.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Hemm bżonn partikolari li l-Komunità tkompli bl-isforzi tagħha b'appoġġ għall-applikazzjoni ta' salvagwardji effikaċi ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi, billi tibni fuq l-attivitajiet ta' salvagwardja tagħha stess fi ħdan l-Unjoni.

(10)

Hemm bżonn partikolari li l-Komunità tkompli bl-isforzi tagħha b'appoġġ għall-applikazzjoni ta' salvagwardji effikaċi ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi, billi tibni fuq l-attivitajiet ta' salvagwardja tagħha stess fi ħdan l-Unjoni. L-użu ta’ esperti tal-Unjoni biex jassistu lil pajjiżi terzi fil-qasam nukleari huwa importanti wkoll biex jinżamm livell għoli ta’ kompetenza fi ħdan l-Unjoni.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)

Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (“Orizzont 2020”)  (1) il-ġdid u l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta l-Orizzont 2020  (2) jagħtu attenzjoni partikulari lill-kooperazzjoni internazzjonali u r-relazzjonijiet tal-Unjoni ma' pajjiżi terzi. F'dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari fir-rigward tal-iżvilupp tar-riżorsi umani.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b)

Il-koerenza, il-koordinazzjoni u l-komplementarjetà tal-assistenza tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza nukleari għandhom jiġu żgurati bl-isforzi individwali tal-Istati Membri, kif ukoll ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u lokali oħra sabiex ikunu evitati d-duplikazzjoni u l-finanzjament doppju.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 1

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

L-Unjoni Ewropea għandha tiffinanzja miżuri sabiex tappoġġa l-promozzjoni ta' livell għoli ta' sikurezza nukleari, ta' protezzjoni minn radjazzjoni u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effikaċi ta' materjal nukleari f'pajjiżi terzi skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

L-Unjoni Ewropea għandha tiffinanzja miżuri sabiex tappoġġa l-promozzjoni ta' livell għoli ta' sikurezza nukleari, ta' protezzjoni minn radjazzjoni u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effikaċi ta' materjal nukleari f'pajjiżi terzi skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Dan jiżgura li l-materjal nukleari jintuża biss għall-finijiet ċivili li għalihom ikun intenzjonat.

1.   L-għanijiet speċifiċi li ġejjin għandhom jiġu segwiti:

1.   L-għanijiet speċifiċi li ġejjin għandhom jiġu segwiti:

(a)

il-promozzjoni ta' kultura effettiva ta' sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni;

(a)

il-promozzjoni ta' governanza u kultura effettiva ta' sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni;

(b)

ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv, diżattivazzjoni u rimedjazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u stallazzjonijiet;

(b)

ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv, diżattivazzjoni u rimedjazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u stallazzjonijiet f'pajjiżi terzi ;

(c)

it-twaqqif tal-oqfsa u l-metodoloġiji għall-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effettivi ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi.

(c)

it-twaqqif tal-oqfsa u l-metodoloġiji għall-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effettivi ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi.

2.   Il-progress globali fil-ksib tal-għanijiet speċifiċi imsemmija hawn fuq għandu jiġi evalwat, rispettivament, permezz tal-indikaturi tal-prestazzjoni li ġejjin:

2.   Il-progress globali fil-ksib tal-għanijiet speċifiċi imsemmija hawn fuq għandu jiġi evalwat, rispettivament, permezz tal-indikaturi tal-prestazzjoni li ġejjin:

(a)

l-għadd u l-importanza ta' kwistjonijiet identifikati matul missjonijiet ta' reviżjoni tal-esperti tal-IAEA rilevanti;

(a)

l-għadd u l-importanza ta' kwistjonijiet identifikati matul missjonijiet ta' reviżjoni tal-esperti tal-IAEA rilevanti;

 

(aa)

il-grad safejn il-pajjiżi megħjuna jiżviluppaw l-ogħla standards ta' sikurezza nukleari li jkunu simili għal-livelli meħtieġa fl-Unjoni mil-lati tekniċi, regolatorji u operazzjonali;

(b)

l-istatus tal-iżvilupp ta' fjuwil użat, l-iskart nukleari u strateġiji tad-dekummissjonar, il-qafas leġislattiv u regolatorju rispettiv u l-implimentazzjoni tal-proġetti;

(b)

l-istatus tal-iżvilupp ta' fjuwil użat, l-iskart nukleari u strateġiji tad-dekummissjonar, l-għadd u l-iskala tar-riabilitazzjoni meħtieġa f’ex siti u stallazzjonijiet nukleari, il-qafas rispettiv leġiżlattiv u regolatorju u l-implimentazzjoni tal-proġetti;

(c)

l-għadd u l-importanza ta' kwistjonijiet identifikati fir-rapporti rilevanti tal-IAEA dwar is-salvagwardji nukleari.

(c)

l-għadd u l-importanza ta' kwistjonijiet identifikati fir-rapporti rilevanti tal-IAEA dwar is-salvagwardji nukleari.

 

(ca)

l-impatt fit-tul fuq l-ambjent;

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri adottati huma konsistenti mal-qafas politiku strateġiku ġenerali tal-Unjoni fil-qafas għall-pajjiż imsieħeb, u partikolarment mal-għanijiet tal-iżvilupp tagħha u ta' politiki u programmi ta' kooperazzjoni ekonomika.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri adottati huma konsistenti mal-qafas politiku strateġiku ġenerali tal-Unjoni fil-qafas għall-pajjiż imsieħeb, u partikolarment mal-għanijiet tal-iżvilupp tagħha u ta' politiki u programmi ta' kooperazzjoni ekonomika.

 

3a.     L-objettivi stipulati fil-paragrafu 1 hawn fuq għandhom jintlaħqu primarjament permezz tal-miżuri li ġejjin:

 

(a)

appoġġ għall-entitajiet regolatorji biex jiżguraw l-indipendenza, il-kompetenza u l-iżvilupp tagħhom u għall-investiment f'riżorsi umani;

 

(b)

appoġġ għal miżuri għat-tisħiħ u l-implimentazzjoni tal-qafas leġiżlattiv;

 

(c)

appoġġ għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' sistemi ta' valutazzjoni tas-sikurezza bbażati fuq standards simili għal dawk applikati fl-Unjoni Ewropea;

 

(d)

kooperazzjoni fl-oqsma li ġejjin: għarfien espert, esperjenza u żvilupp tal-ħiliet, proċeduri tal-ġestjoni tal-inċidenti u ta' prevenzjoni tal-inċidenti, strateġiji għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u starteġiji ta' dekummissjonar.

 

Dawn il-miżuri għandhom jinkludu element sostanzjali ta' skambju ta' għarfien (qsim ta' għarfien espert, appoġġ għal programmi, kemm eżistenti kif ukoll ġodda, ta' edukazzjoni u taħriġ fil-qasam tas-sikurezza nukleari) sabiex tissaħħaħ is-sostenibilità tar-riżultati miksuba.

4.   Miżuri speċifiċi appoġġjati minn dan ir-Regolament u l-kriterji li japplikaw għal kooperazzjoni dwar is-sikurezza nukleari huma dettaljati fl-Anness.

4.   Miżuri speċifiċi appoġġjati minn dan ir-Regolament u l-kriterji li japplikaw għal kooperazzjoni dwar is-sikurezza nukleari huma dettaljati fl-Anness.

5.   Kooperazzjoni finanzjarja, ekonomika u teknika pprovduta taħt dan ir-Regolament għandha tkun kumplimentarja għal dik ipprovduta mill-Unjoni taħt strumenti oħra ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp.

5.   Kooperazzjoni finanzjarja, ekonomika u teknika pprovduta taħt dan ir-Regolament għandha tkun kumplimentarja għal dik ipprovduta mill-Unjoni taħt strumenti oħra ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp “Orizzont 2020” u l-programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkomplementa l-Orizzont 2020.

 

5a.     Filwaqt li tingħata l-għajnuna taħt dan l-istrument għandha tingħata prijorità lill-pajjiżi benefiċjarji skont ir-Regolament (UE) Nru …/…  (3) u r-Regolament (UE) Nru …/…  (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Emenda 11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Id-dokumenti ta' istrateġija se jkollhom l-għan li jipprovdu qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi msieħba jew ir-reġjuni kkonċernati, konsistenti mal-għan globali u l-kamp ta' applikazzjoni, mal-objettivi, il-prinċipji u  l-politika tal-Unjoni.

3.   Id-dokumenti ta' istrateġija se jkollhom l-għan li jipprovdu qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni, l-Istati Membri u l-pajjiżi sħab jew ir-reġjuni kkonċernati, konsistenti mal-għan globali u l-kamp ta' applikazzjoni, mal-objettivi, il-prinċipji u  l-politiki esterni u interni tal-Unjoni.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Id-dokument ta' strateġija għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15 (3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Komuni. Id-dokumenti ta' strateġija jistgħu jiġu riveduti f'nofs il-perjodu jew kull meta jkun meħtieġ skont l-istess proċedura. Madankollu, din il-proċedura m'għandhiex tkun meħtieġa għall-aġġornamenti tal-istrateġija li ma jaffettwawx żoni prijoritarji inizjali u l-objettivi stipulati fid-dokument.

5.   Id-dokument ta' strateġija għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Komuni. Id-dokumenti ta' strateġija jridu jiġu riveduti f'nofs il-perjodu jew kull meta jkun meħtieġ skont l-istess proċedura. Madankollu, din il-proċedura m'għandhiex tkun meħtieġa għall-aġġornamenti tal-istrateġija li ma jaffettwawx żoni prijoritarji inizjali u l-objettivi stipulati fid-dokument , sakemm ma jkollhomx impatt finanzjarju li jaqbeż il-livelli limiti definiti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Komuni .

 

Id-dokument ta' strateġija jrid jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew, li għandu jagħti l-valutazzjoni tiegħu fir-reviżjoni ta' nofs iż-żmien.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta' prijorità magħżula għall-finanzjament, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi ta' prestazzjoni u l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi, kemm globalment kif ukoll għal kull qasam ta' prijorità, u li jinkludu riżerva raġonevoli ta' fondi mhux allokati; din tista' tingħata, fejn ikun xieraq, fil-forma ta' firxa jew ta' minimu.

2.   Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta' prijorità magħżula għall-finanzjament, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija , indikaturi ta' prestazzjoni ċari, speċifiċi u trasparenti u l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi, kemm globalment kif ukoll għal kull qasam ta' prijorità, u li jinkludu riżerva raġonevoli ta' fondi mhux allokati iżda bla ħsara għas-setgħat tal-awtorità baġitarja; din tista' tingħata, fejn ikun xieraq, fil-forma ta' firxa jew ta' minimu. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jistabbilixxu regoli biex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u jiġi żgurat l-użu tajjeb tal-fondi disponibbli .

Emenda 14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-programmi multiannwali indikattivi għandhom, fil-prinċipju , ikunu bbażati fuq djalogu mal-pajjiżi msieħba jew reġjun(i) li jinvolvu l-partijiet interessati, sabiex jiġi żgurat li dak il-pajjiż jew reġjun ikkonċernat ikollu biżżejjed appartenenza tal-proċess u biex jiġi inkoraġġit l-appoġġ għal strateġiji nazzjonali ta' żvilupp.

3.   Il-programmi multiannwali indikattivi għandhom, kemm jista’ jkun , ikunu bbażati fuq djalogu mal-pajjiżi sħab jew reġjun(i) li jinvolvu l-partijiet interessati, sabiex jiġi żgurat li dak il-pajjiż jew reġjun ikkonċernat ikollu biżżejjed appartenenza tal-proċess u biex jiġi inkoraġġit l-appoġġ għal strateġiji nazzjonali ta' żvilupp. Dawn il-programmi indikattivi multiannwali għandhom iqisu l-programm ta' ħidma tal-IAEA fil-qasam tas-sikurezza nukleari u l-ġestjoni tal-iskart.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jiġu riveduti kif meħtieġ, b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe eżaminazzjoni tad-dokumenti rilevanti ta' strateġija f'konformità mal-istess proċedura. Madankollu, il-proċedura tal-eżami m'għandhiex tkun meħtieġa għal modifiki li l-programmi indikattivi multiannwali, li jagħmlu aġġustamenti tekniċi, jassenjaw mill-ġdid fondi fi ħdan l-allokazzjonijiet għal kull qasam ta' priorità, jew iżidu jew inaqqsu d-daqs inizjali tal-allokazzjoni indikattiva b'inqas minn 20 % , kemm-il darba dawn il-modifiki ma jaffettwawx l-oqsma prijoritarji inizjali u l-miri stipulati fid-dokument. Kull miżura teknika bħal dawn għandha tiġi kkomunikata fi żmien xahar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jiġu riveduti kif meħtieġ, b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe eżaminazzjoni tad-dokumenti rilevanti ta' strateġija f'konformità mal-istess proċedura. Madankollu, il-proċedura tal-eżami m'għandhiex tkun meħtieġa għal modifiki li l-programmi indikattivi multiannwali, li jagħmlu aġġustamenti tekniċi, jassenjaw mill-ġdid fondi fi ħdan l-allokazzjonijiet għal kull qasam ta' prijorità, jew iżidu jew inaqqsu d-daqs inizjali tal-allokazzjoni indikattiva fi ħdan il-limitu perċentwali relevanti stipulat fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Komuni , kemm-il darba dawn il-modifiki ma jaffettwawx l-oqsma prijoritarji inizjali u l-miri stipulati fid-dokument. Kull miżura teknika bħal dawn għandha tiġi kkomunikata fi żmien xahar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

Jekk l-ammont totali tal-emendi mhux sostanzjali jew l-impatt baġitarju tagħhom jeċċedi l-limiti għal finanzjament fuq skala żgħira, kif stipulat fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Komuni, għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(3) ta’ dak ir-Regolament.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4 a

 

Rappurtaġġ

 

1.     Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u għandha tagħti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport darbtejn fis-sena dwar l-implimentazzjoni tal-għajnuna għal kooperazzjoni.

 

2.     Ir-rapport għandu jkun fih informazzjoni relatata mas-sentejn preċedenti dwar il-miżuri ffinanzjati, informazzjoni dwar ir-riżultati ta' eżerċizzji ta' monitoraġġ u evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' impenji u pagamenti tal-baġit, imqassma skont il-pajjiż, ir-reġjun u t-tip ta' kooperazzjoni, kif ukoll il-pjanijiet ta’ pajjiżi terzi fil-qasam tas-sikurezza nukleari.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Il-koerenza u l-komplementarjetà tal-għajnuna tal-Unjoni

 

1.     Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi żgurata l-koerenza ma’ oqsma u strumenti oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif ukoll ma' politiki rilevanti oħra tal-Unjoni.

 

2.     L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-programmi ta' appoġġ rispettivi tagħhom bl-għan li jżidu l-effikaċja u l-effiċjenza rigward l-għoti tal-appoġġ u d-djalogu politiku b’konformità mal-prinċipji stabbiliti għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni operattiva fil-qasam tal-appoġġ estern, u għall-armonizzazzjoni tal-politika u l-proċeduri. Il-koordinazzjoni għandha tinvolvi konsultazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta' informazzjoni relevanti tul il-fażijiet differenti taċ-ċiklu ta' appoġġ.

 

3.     L-Unjoni, b'kollaborazzjoni mal-Istati Membri, għandha tieħu l-passi neċessarji biex tiżgura l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni xierqa ma’ organizzazzjonijiet u entitajiet multilaterali u reġjonali, inklużi, iżda mhux biss, istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti, fondi u programmi, fondazzjonijiet privati u politiċi kif ukoll donaturi mhux tal-Unjoni.

Emenda 33/rev

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tul il-perjodu 2014 sal-2020 huwa ta' EUR  631 100 000 .

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tul il-perjodu 2014 sal-2020 huwa ta' EUR  225 321 000 .

Emenda 19

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju multiannwali.

2.   L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill- Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali

Emenda 20

Proposta għal regolament

Anness – Miżuri speċifiċi appoġġjati

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-miżuri li ġejjin jistgħu jiġu appoġġjati biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

Il-miżuri li ġejjin jistgħu jiġu appoġġjati biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

(a)

Il-promozzjoni ta' kultura effettiva ta' sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u protezzjoni kontra r-radjazzjoni fil-livelli kollha, b'mod partikolari permezz ta':

(a)

L-istabbiliment u l-promozzjoni ta' governanza u kultura effettiva ta' sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari li jirriflettu l-iktar prattiki avvanzati u protezzjoni kontra r-radjazzjoni fil-livelli kollha, b'mod partikolari permezz ta':

 

appoġġ kontinwu għall-korpi regolatorji, organizzazzjonijiet ta' appoġġ tekniku, u r-rinfurzar tal-qafas regolatorju, partikolarment dwar l-attivitajiet ta' liċenzjar, inkluż l-eżaminazzjoni u  s-segwitu ta' valutazzjonijiet effettivi u komprensivi ta' riskju u sikurezza ('stress tests');

 

appoġġ kontinwu għall-korpi regolatorji, organizzazzjonijiet ta' appoġġ tekniku, u r-rinfurzar tal-qafas regolatorju, partikolarment dwar l-attivitajiet ta' liċenzjar, inkluż l-eżaminazzjoni u  l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' sikurezza fl-istallazzjonijiet nukleari biex jintlaħaq standard li jirrifletti l-iktar prattiki avvanzati fl-UE mil-lat tekniku, regolatorju u operazzjonali;

 

il-promozzjoni ta' oqfsa, proċeduri u sistemi regolatorji effikaċi li jiżguraw kontra radjazzjoni jonizzanti minn materjali radjuattivi, b'mod partikolari minn sorsi radjuattivi ta' attività għolja, u r-rimi tagħhom mingħajr periklu;

 

il-promozzjoni ta' oqfsa, proċeduri u sistemi regolatorji effikaċi u trasparenti li jiżguraw protezzjoni adegwata kontra radjazzjoni jonizzanti minn materjali radjuattivi, b'mod partikolari minn sorsi radjuattivi ta' attività għolja, u r-rimi tagħhom mingħajr periklu;

 

 

il-promozzjoni ta’ sistemi effikaċi ta’ governanza tas-sikurezza nukleari, li jiggarantixxu l-indipendenza, ir-responsabilità u l-awtorità tal-korpi regolatorji kif ukoll strutturi ta’ kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali bejn tali korpi;

 

it-twaqqif ta' arranġamenti effettivi għall-prevenzjoni tal-inċidenti b'konsegwenzi radjoloġiċi kif ukoll il-mitigazzjoni ta' tali konsegwenzi jekk iseħħu (pereżempju, il-monitoraġġ tal-ambjent fil-każ ta' rilaxxi radjuattivi, id-disinn u l-implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' mitigazzjoni u rimedju), u għall-miżuri ta' ppjanar għall-emerġenzi, preparatezza u rispons, protezzjoni ċivili u riabilitazzjoni.

 

it-twaqqif ta' arranġamenti effettivi għall-prevenzjoni tal-inċidenti b'konsegwenzi radjoloġiċi kif ukoll il-mitigazzjoni ta' tali konsegwenzi jekk iseħħu (pereżempju, il-monitoraġġ tal-ambjent fil-każ ta' rilaxxi radjuattivi, id-disinn u l-implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' mitigazzjoni u rimedju), u għall-miżuri ta' ppjanar għall-emerġenzi, preparatezza u rispons, protezzjoni ċivili u riabilitazzjoni.

 

appoġġ lill-operaturi nukleari , f'każijiet eċċezzjonali, taħt ċirkostanzi speċifiċi u ġġustifikati tajjeb fil-qafas ta' miżuri ta' segwitu tal-valutazzjonijiet komprensivi ta' sikurezza u ta' riskju ('istress tests');

 

kooperazzjoni ma’ operaturi nukleari, f'każijiet eċċezzjonali, taħt ċirkostanzi speċifiċi u ġġustifikati tajjeb fil-qafas ta' miżuri ta' segwitu tal-valutazzjonijiet komprensivi ta' sikurezza u ta' riskju ('stress tests');

 

 

il-promozzjoni ta' politiki ta' informazzjoni, edukazzjoni u taħriġ professjonali fil-qasam tal-enerġija nukleari u relatati maċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari, il-ġestjoni tal-iskart nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni.

(b)

Ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv, diżattivazzjoni u rimedjazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u stallazzjonijiet, b'mod partikolari permezz ta':

(b)

Ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv, diżattivazzjoni u rimedjazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u stallazzjonijiet, b'mod partikolari permezz ta':

 

kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi fil-qasam ta' karburant nukleari użat u l-ġestjoni tal-iskart radjoattiv (jiġifieri t-trasport, il-pretrattament, it-trattament, l-ipproċessar, il-ħżin u r-rimi) inkluż l-iżvilupp ta' strateġiji speċifiċi u oqfsa għal ġestjoni responsabbli ta' fjuwil nukleari moħli u skart radjuattiv;

 

kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi fil-qasam ta' karburant nukleari użat u l-ġestjoni tal-iskart radjoattiv (jiġifieri t-trasport, il-pretrattament, it-trattament, l-ipproċessar, il-ħżin u r-rimi) inkluż l-iżvilupp ta' strateġiji speċifiċi u oqfsa għal ġestjoni responsabbli ta' fjuwil nukleari moħli u skart radjuattiv;

 

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji u oqfsa għad-diżattivazzjoni ta' stallazzjonijiet eżistenti, għal r-riabilitazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u siti storiċi relatati mat-tħaffir għall-uranju, u għall-irkupru u l-ġestjoni ta' oġġetti u materjal radjuattiv mgħarraq fil-baħar;

 

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji u oqfsa għad-diżattivazzjoni ta' stallazzjonijiet eżistenti, għal r-riabilitazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u siti storiċi relatati mat-tħaffir għall-uranju, u għall-irkupru u l-ġestjoni ta' oġġetti u materjal radjuattiv mgħarraq fil-baħar;

 

It-twaqqif tal-qafas u l-metodoloġiji regolatorji meħtieġa (inklużi l-metodi forensiċi nukleari) għall-implimentazzjoni ta' salvagwardji nukleari, inklużi l-kontabilità u l-kontroll kif suppost ta' materjali fissili fil-livell Statali u fil-livell tal-operaturi;

 

It-twaqqif tal-qafas u l-metodoloġiji regolatorji meħtieġa (inklużi l-metodi forensiċi nukleari) għall-implimentazzjoni ta' salvagwardji nukleari, inklużi l-kontabilità u l-kontroll kif suppost ta' materjali fissili fil-livell Statali u fil-livell tal-operaturi;

 

Miżuri li jippromwovu l-kooperazzjoni internazzjonali (anke fil-qafas ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari tal-IAEA) fl-oqsma msemmija hawn fuq, inklużi l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' Konvenzjonijiet u Trattati internazzjonali, l-iskambju ta' informazzjoni, bini ta' kapaċità u t-taħriġ fil-qasam ta' sikurezza u riċerka nukleari.

 

Miżuri li jippromwovu l-kooperazzjoni internazzjonali (anke fil-qafas ta' organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari tal-IAEA) fl-oqsma msemmija hawn fuq, inklużi l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' Konvenzjonijiet u Trattati internazzjonali, l-iskambju ta' informazzjoni, bini ta' kapaċità u t-taħriġ fil-qasam ta' sikurezza u riċerka nukleari.

 

(ba)

Assistenza biex jiġi żgurat livell għoli ta' kompetenza u speċjalizzazzjoni tar-regolaturi, l-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ tekniku u l-operaturi (mingħajr tgħawwiġ tal-kompetizzjoni) fl-oqsma koperti b’dan ir-Regolament, partikolarment permezz ta':

 

 

l-appoġġ kontinwu għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-persunal tal-entitajiet regolatorji, organizzazzjonijiet ta’ appoġġ tekniku u operaturi nukleari (mingħajr tgħawwiġ tal-kompetizzjoni);

 

 

il-promozzjoni tal-iżvilupp ta' faċilitajiet ta' taħriġ adegwati.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Anness – Kriterji – 1. Kriterji ġenerali

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.

Il-kriterji ġenerali

1.

Il-kriterji ġenerali

Il-kooperazzjoni tista' tkopri l-'pajjiżi terzi' kollha (Stati Membri mhux fl-UE) madwar id-dinja .

Il-kooperazzjoni għandha tkopri l-'pajjiżi terzi' kollha (Stati Membri mhux fl-UE) b’konformità mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament .

Se tingħata prijorità lill-pajjiżi ta' Adeżjoni u l-pajjiżi fir-reġjun Ewropew tal-Viċinat. Approċċi reġjonali ser ikunu ffavoriti.

Se tingħata prijorità lill-pajjiżi ta' Adeżjoni u l-pajjiżi fir-reġjun Ewropew tal-Viċinat. Approċċi reġjonali ser ikunu ffavoriti.

Pajjiżi bi dħul għoli għandhom ikunu inklużi biss biex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri eċċezzjonali, per eżempju wara inċident nukleari maġġuri, jekk ikun meħtieġ u xieraq.

Pajjiżi bi dħul għoli għandhom ikunu inklużi biss biex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri eċċezzjonali, per eżempju wara inċident nukleari maġġuri, jekk ikun meħtieġ u xieraq. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, “pajjiżi bi dħul għoli” tfisser il-pajjiżi u t-territorji elenakati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006  (5)

Fehim komuni u fehim reċiproku bejn il-pajjiż terz u l-Unjoni Ewropea għandu jiġi kkonfermat permezz ta' talba formali lill-Kummissjoni, li tikkommetti lill-Gvern rispettiv.

Fehim komuni u fehim reċiproku bejn il-pajjiż terz u l-Unjoni Ewropea għandu jiġi kkonfermat permezz ta' talba formali lill-Kummissjoni, li tikkommetti lill-Gvern rispettiv.

Pajjiżi terzi li jixtiequ jikkooperaw mal-Unjoni Ewropea għandhom jikkonformaw totalment mal-prinċipji ta' non-proliferazzjoni. Għandhom ukoll ikunu partijiet mill-konvenzjonijiet rilevanti, fil-qafas tal-IAEA, fuq is-sikurezza u s-sigurtà nukleari jew ħadu passi li juru impenn sod biex jaderixxu għal tali konvenzjonijiet. Il-kooperazzjoni mal-Unjoni Ewropea tista' ssir bil-kundizzjoni tal-adeżjoni jew it-tlestija ta' passi lejn l-adeżjoni mal-konvenzjonijiet rilevanti. F'każijiet ta' emerġenza, il-flessibilità għandha, eċċezzjonalment, tiġi murija fl-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju.

Pajjiżi terzi li jixtiequ jikkooperaw mal-Unjoni Ewropea għandhom jikkonformaw totalment mal-prinċipji ta' non-proliferazzjoni. Għandhom ukoll ikunu partijiet mill-konvenzjonijiet rilevanti, fil-qafas tal-IAEA, fuq is-sikurezza u s-sigurtà nukleari jew ħadu passi li juru impenn sod biex jaderixxu għal tali konvenzjonijiet. Il-kooperazzjoni mal-Unjoni Ewropea għandha ssir bil-kundizzjoni tal-adeżjoni mal-konvenzjonijiet rilevanti u l-implimentazzjoni tagħhom . F'każijiet ta' emerġenza, il-flessibilità għandha, eċċezzjonalment, tiġi murija fl-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju , jekk in-nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni x’aktarx iżid ir-riskji għall-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha .

Sabiex jiżgura u jimmonitorja l-konformità mal-għanijiet ta' kooperazzjoni, il-pajjiż terz benefiċjarju għandu jaċċetta l-prinċipju ta' valutazzjoni tal-azzjonijiet meħuda. L-evalwazzjoni tagħmilha possibbli biex wieħed jimmonitorja u jivverifika l-konformità mal-għanijiet miftiehma u tista' tkun kundizzjoni għat-tkomplija ta' pagament tal-kontribut tal-Komunità.

Sabiex jiżgura u jimmonitorja l-konformità mal-għanijiet ta' kooperazzjoni, il-pajjiż terz benefiċjarju għandu jaċċetta l-prinċipju ta' valutazzjoni tal-azzjonijiet meħuda. Il-konformità verifikabbli u kontinwa mal-għanijiet miftiehma għandha tkun kundizzjoni għat-tkomplija ta' pagament tal-kontribut tal-Komunità.

Il-kooperazzjoni fl-oqsma tas-sikurezza u s-salvagwardji nukleari taħt dan ir-Regolament mhijiex immirata lejn il-promozzjoni tal-enerġija nukleari.

Il-kooperazzjoni fl-oqsma tas-sikurezza u s-salvagwardji nukleari taħt dan ir-Regolament mhijiex immirata lejn il-promozzjoni tal-enerġija nukleari jew lejn l-estensjoni taż-żmien tat-tħaddim tal-impjanti tal-enerġija nukleari eżistenti .

Emenda 22

Proposta għal regolament

Anness – Kriterji – 2. Pajjiżi b'kapaċità tal-ġenerazzjoni nukleari li ġiet installata – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ ta' pajjiżi li jkunu diġà bbenefikaw mill-finanzjament tal-Komunità, kooperazzjoni addizzjonali għandha tiddependi fuq l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit Komunitarju u fuq ġustifikazzjoni xierqa ta' ħtiġijiet ġodda. L-evalwazzjoni għandha tagħmilha possibbli li tiġi ddeterminata b'mod aktar preċiż in-natura tal-kooperazzjoni u l-ammonti li jingħataw lil dawk il-pajjiżi fil-futur.

Fil-każ ta' pajjiżi li jkunu diġà bbenefikaw mill-finanzjament tal-Komunità, kooperazzjoni addizzjonali għandha tiddependi fuq l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit Komunitarju u fuq ġustifikazzjoni xierqa ta' ħtiġijiet ġodda. L-evalwazzjoni għandha tagħmilha possibbli li tiġi ddeterminata b'mod aktar preċiż in-natura tal-kooperazzjoni u l-ammonti li jingħataw lil dawk il-pajjiżi fil-futur. L-Unjoni għandha tħeġġeġ il-kooperazzjoni reġjonali u l-mekkaniżmi ta’ evalwazzjoni bejn il-pari.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Anness – Kriterji – 3. Pajjiżi mingħajr kapaċità tal-ġenerazzjoni nukleari li ġiet installata – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ ta' pajjiżi li jixtiequ jiżviluppaw il-kapaċità tal-ġenerazzjoni nukleari, kemm jekk għandhom jew m'għandhomx reatturi għar-riċerka u li għalihom tqum il-kwistjoni tal-intervent fil-mument opportun biex jiġi żgurat li kultura ta' sikurezza u s-sigurtà nukleari titrawwem mod parallel mal-iżvilupp tal-programm tal-ġenerazzjoni nukleari, speċjalment fir-rigward tat-tisħiħ tal-awtoritajiet regolatorji u l-organizzazzjonijiet ta' appoġġ tekniku , il-kooperazzjoni se tikkunsidra l-kredibilità tal-programm tal-iżvilupp tal-enerġija nukleari, l-eżistenza ta' deċiżjoni governattiva dwar l-użu tal-enerġija nukleari u t-tfassil preliminari ta' pjan direzzjonali.

Fil-każ ta' pajjiżi li jixtiequ jiżviluppaw il-kapaċità tal-ġenerazzjoni nukleari, kemm jekk għandhom jew m'għandhomx reatturi għar-riċerka u li għalihom tqum il-kwistjoni tal-intervent fil-mument opportun biex jiġi żgurat li kultura ta' sikurezza u s-sigurtà nukleari titrawwem mod parallel mal-iżvilupp tal-programm tal-ġenerazzjoni nukleari, speċjalment fir-rigward tat-tisħiħ tal-governanza tas-sikurezza nukleari u tal-indipendenza u l-kapaċità tal-awtoritajiet regolatorji u l-organizzazzjonijiet ta' appoġġ tekniku. Il-kooperazzjoni se tikkunsidra l-kredibilità tal-programm tal-iżvilupp tal-enerġija nukleari, l-eżistenza ta' deċiżjoni governattiva dwar l-użu tal-enerġija nukleari u t-tfassil preliminari ta' pjan direzzjonali.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Anness – Prijoritajiet – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet ta' sikurezza meħtieġa biex jiġu eliminati l-perikli għall-ħajja u s-saħħa tal-pubbliku, u biex jiġi żgurat li l-materjali nukleari ma jingħatawx direzzjoni oħra għal għanijiet barra dawk li hu maħsub għalihom , il-kooperazzjoni hi diretta primarjament lejn ir-regolaturi nukleari (u l-organizzazzjonijiet ta' sostenn tekniku tagħhom). L-għan huwa li tkun żgurata l-kompetenza teknika u l-indipendenza tagħhom u r-rinfurzar tal-qafas regolatorju, partikolarment dwar l-attivitajiet ta' liċenzjar, inkluż ir-reviżjoni u segwitu effettiv u komprensiv ta' valutazzjonijiet tar-riskju u tas-sikurezza ('stress tests').

Skont dan l-istrument , il-kooperazzjoni hi diretta primarjament lejn ir-regolaturi nukleari (u l-organizzazzjonijiet ta' sostenn tekniku tagħhom) bl-għan li tkun żgurata l-kompetenza teknika u l-indipendenza tagħhom u r-rinfurzar tal-qafas regolatorju, partikolarment dwar l-attivitajiet ta' liċenzjar, inkluż ir-reviżjoni u segwitu effettiv u komprensiv ta' valutazzjonijiet tar-riskju u tas-sikurezza ('stress tests'). Dan għandu joħloq il-kundizzjonijiet ta' sikurezza meħtieġa biex jiġu eliminati l-perikli għall-ħajja u s-saħħa tal-pubbliku, u biex jiġi żgurat li l-materjal nukleari ma jiġix devjat għal skopijiet oħra għajr dawk li hu maħsub għalihom.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Anness – Prijoritajiet – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Prijoritajiet oħra ta' programmi ta' kooperazzjoni biex jiġu żviluppati fil-kuntest ta' dan ir-Regolament jinkludu:

Prijoritajiet oħra ta' programmi ta' kooperazzjoni biex jiġu żviluppati fil-kuntest ta' dan ir-Regolament jinkludu:

 

attivitajiet ta’ għoti ta' liċenzji;

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji u strutturi responsabbli għall-użu responsabbli u l-ġestjoni sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv;

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji u strutturi responsabbli għall-użu responsabbli u l-ġestjoni sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv;

id-diżattivazzjoni ta' stallazzjonijiet eżistenti u r-riabilitazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u siti storiċi relatati mat-tħaffir għall-uranju, kif ukoll l-irkupru u l-ġestjoni ta' oġġetti u ta' materjal radjuattiv mgħarrqa fil-baħar, meta dawn jikkostitwixxu periklu għall-pubbliku.

id-dekummissjonar ta' stallazzjonijiet eżistenti u r-riabilitazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u siti storiċi relatati mat-tħaffir għall-uranju, kif ukoll l-irkupru u l-ġestjoni ta' oġġetti u materjal radjuattiv mgħarrqa fil-baħar, meta dawn jikkostitwixxu periklu għall-pubbliku.

 

l-iżgurar li l-materjali nukleari ma jintużawx għal finijiet li għalihom ma kinux intenzjonati.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Anness – Prijoritajiet – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kooperazzjoni ma' operaturi ta' installazzjonijiet nukleari f'pajjiżi terzi se jiġu kkunsidrati f’sitwazzjonijiet speċifiċi fil-qafas ta' miżuri ta' segwitu tal-'istress tests'. Tali kooperazzjoni mal-operaturi ta' stallazzjonijiet nukleari ser teskludi provvista ta' tagħmir.

Kooperazzjoni ma' operaturi ta' stallazzjonijiet nukleari f'pajjiżi terzi se jiġu kkunsidrati f’sitwazzjonijiet speċifiċi fil-qafas ta' miżuri ta' segwitu tal-'istress tests'. Tali kooperazzjoni mal-operaturi ta' stallazzjonijiet nukleari se teskludi provvista ta' tagħmir , u assistenza jew attivitajiet oħrajn li jistgħu u għandhom jinxtraw fuq bażi kummerċjali mill-operatur sabiex jissodisfa l-istandards ta’ sikurezza regolatorji .


(*1)   ĠU …

(1)   Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … li jistabbilixxi Orizzont 2020 – Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni 1982/2006/KE (ĠU L …).

(2)   Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru …/… ta '… dwar il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (ĠU…)

(3)   Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … dwar l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (ĠU L…)

(4)   Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'…li tistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat u tas-Sħubija (ĠU L…)

(5)   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 tal- 21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli, u ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw li jaqaw fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għal attivitajiet li mhumiex għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp.(ĠU L 405, 30.12.2006).


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/122


P7_TA(2013)0471

Programmi ta' għajnuna għad-dekummissjonar ta' impjanti nukleari fil-Bulgarija, il-Litwanja u s-Slovakkja *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-programmi ta' għajnuna għad-dekummissjonar ta' impjanti nukleari fil-Bulgarija, il-Litwanja u s-Slovakkja (COM(2011)0783 – C7-0514/2011 – 2011/0363(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2016/C 436/26)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0783),

wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat Euratom, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0514/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 56 tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-Protokoll Nru 4,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0119/2013),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom;

3.

Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sostanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

F'konformità mal-obbligi tat-Trattat tal-Adeżjoni u bl-għajnuna Komunitarja, il-Bulgarija, il-Litwanja u s-Slovakkja għalqu l-impjanti nukleari kkonċernati u għamlu progress sinifikanti fil-proċess tad-dekummissjonar tagħhom. Għad hemm iktar xi jsir sabiex jitkompla l-progress fl-operazzjonijiet proprji taż-żarmar sakemm jintlaħaq stat irreversibbli fil-proċess tad-dekummissjonar b'mod sikur , filwaqt li jkun żgurat li jiġu applikati l-ogħla standards tas-sikurezza. Abbażi tal-istimi disponibbli, se jkun hemm bżonn ta' riżorsi finanzjarji addizzjonali sostanzjali biex jitlesta x-xogħol ta' dekummissjonar.

(4)

F'konformità mal-obbligi tat-Trattat tal-Adeżjoni u bl-għajnuna Komunitarja, il-Bulgarija, il-Litwanja u s-Slovakkja għalqu l-impjanti nukleari kkonċernati , jew l-unitajiet rilevanti, u għamlu progress sinifikanti fil-proċess tad-dekummissjonar tagħhom. Għad hemm iktar x’isir sabiex jitkompla l-progress fl-operazzjonijiet proprji tat-twaqqigħ, tad-dekontaminazzjoni, taż-żarmar , u l-ġestjoni tal-operazzjonijiet tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv u biex jiġi implimentat il-proċess kostanti lejn l-istat aħħari irriversibbli tad-dekummissjonar, filwaqt li jkun żgurat li jiġu applikati l-ogħla standards tas-sikurezza. Abbażi tal-istimi disponibbli, se jkun hemm bżonn ta' riżorsi finanzjarji addizzjonali sostanzjali biex jitlesta x-xogħol ta' dekummissjonar filwaqt li titqies ir-responsabbiltà finanzjarja kondiviża tal-Unjoni u ta' dawk l-Istati Membri .

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

L-għeluq bikri u d-dekummissjonar konsegwenti tal-impjant nukleari ta' Ignalina b'żewġ unitajiet tar-reatturi ta' 1 500  MW, erba' unitajiet tal-impjant nukleari ta' Kozloduy b'kapaċità totali ta' 1 760  MW u tal-impjant nukleari V1 Bohunice b'żewġ unitajiet b'kapaċità ta' 880 MW, ħoloq piż konsiderevoli għal żmien twil għaċ-ċittadini tat-tliet pajjiżi f'termini ta' implikazzjonijiet enerġetiċi, finanzjarji, ekonomiċi, ambjentali u soċjali.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)

Id-dekummissjonar tal-impjant nukleari ta' Ignalina huwa operazzjoni fit-tul u jirrappreżenta għal-Litwanja piż finanzjarju eċċezzjonali mhux proporzjonat mad-daqs jew mas-saħħa ekonomika tagħha, u l-Protokoll Nru 4 tal-Att ta Adeżjoni tal-2003 jiddikjara li l-“Programm ta' Ignalina ser jitkompla mingħajr waqfien u jiġi estiż lil hinn mill-2006”, u jżid li “Għall-perjodu tal-Perspettivi Finanzjarji li jmiss, l-approprazzjonijiet medji ġenerali taħt il-Programm ta' Ignalina estiż għandhom ikunu adegwati.”

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4c)

Fil-każ tal-Bulgarija, l-Artikolu 30 tal-Att ta' Adeżjoni tal-2005 jirreferi biss għall-perjodu 2007-2009, u fil-każ tas-Slovakkja l-Att ta' Adeżjoni tal-2003 jirreferi biss għall-perjodu 2004-2006. Għalhekk, b'rabta mal-assistenza addizzjonali għall-Bulgarija u s-Slovakkja, għandu jiġi applikat l-Artikolu 203 tat-Trattat Euratom, u l-Protokoll Nru 4 u l-Artikolu 56 tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003 jservi ta' bażi legali għall-assistenza kontinwa għal-Litwanja.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

Taħt il-Programmi stabbiliti għall-perjodu 2007-2013, is-superviżjoni tal-Kummissjoni ffukat fuq l-eżekuzzjoni baġitarja tal-approprjazzjonijiet finanzjarji u l-implimentazzjoni tal-proġett, pjuttost milli dwar kemm sar progress lejn l-objettivi tal-Programmi b'mod ġenerali. Il-kejl insuffiċjenti tal-progress lejn il-kisba tal-objettivi tal-Programmi u l-monitoraġġ mhux adegwat tal-użu effikaċi tar-riżorsi fisser li ħadd ma kien verament responsabbli għall-prestazzjoni ġenerali tal-Programm.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)

Għandu jitqies b'mod adegwat ir-Rapport speċjali 16/2011 tal-Qorti tal-Awdituri: Għajnuna finanzjarja tal-UE għad-dekummissjonar ta' impjanti nukleari fil-Bulgarija, il-Litwanja u s-Slovakkja: kisbiet u sfidi futuri, li jinkludi l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet. Il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-proċess ewlieni tad-dekummissjonar fil-Bulgarija, il-Litwanja u s-Slovakkja għadu għaddej u li l-finalizzazzjoni tiegħu qed tiffaċċja tnaqqis sinifikanti tal-finanzjament (madwar EUR 2,5 biljuni). B'mod partikolari, il-proġetti kbar tal-infrastruttura ffaċċjaw dewmien u żieda tal-ispejjeż fil-proċess ewlieni tad-dekummissjonar, u l-istimi tal-ispejjeż mhumiex kompluti minħabba nuqqas ta' informazzjoni ewlenija dwar l-iskart radjuattiv u/jew faċilitajiet u teknoloġiji meħtieġa għat-trattament tiegħu.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 5c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c)

Minkejja l-fatt li l-għeluq tal-unitajiet ikkonċernati kollha sar sal-iskadenzi rispettivi, ċerti programmi ta' dekummissjonar għadhom iħabbtu wiċċhom ma' dewmien li jagħmel ħsara mil-lat ekonomiku u huwa inaċċettabbli mil-lat politiku. Dan id-dewmien għandu jiġi ttrattat mill-pjan iddettaljat irrevedut għad-dekummissjonar.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 5d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5d)

Billi xi programmi għadhom ma skattawx it-tibdiliet organizzattivi meħtieġa għad-dekummissjonar effikaċi, għandha ssir it-trasformazzjoni neċessarja tal-istrutturi organizzattivi.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Wara talba għal iktar fondi min-naħa tal-Bulgarija, tal-Litwanja u tas-Slovakkja, fil-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss għall-perjodu mill-2014 sal-2020 imsejħa “Baġit għall-Ewropa 2020”, iddaħħlet dispożizzjoni li tipprevedi għas-somma ta’ EUR 700 miljun mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sikurezza fil-qasam nukleari u għad-dekummissjonar. Minn dan l-ammont, huwa previst ammont ta’ EUR 500 miljun fi prezzijiet tal-2011, li jiġu madwar EUR 553 miljun fi prezzijiet attwali, għal Programm ġdid sabiex ikompli jiġi appoġġat il-proċess ta’ dekummissjonar tal-unitajiet 1 u 2 tal-impjant nukleari ta’ Bohunice V1 u tal-unitajiet 1 u 2 tal-impjant nukleari ta’ Ignalina mill-2014 sal-2017 u tal-unitajiet 1 sa 4 tal-impjant nukleari ta’ Kozloduy mill-2014 sal-2020. Il-fondi skont dan il-programm il-ġdid għandhom ikunu disponibbli b'mod li dejjem jonqsu ftit ftit.

(6)

Wara talba għal iktar fondi min-naħa tal-Bulgarija, tal-Litwanja u tas-Slovakkja, il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill- 2014 sal-2020 għandu jinkludi appoġġ finanzjarju xieraq mill-Unjoni, ibbażat fuq kull pjan ta' dekummissjonar .

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)

L-ammont tal-approprjazzjonijiet allokati għall-Programmi, kif ukoll il-perjodu ta' programmazzjoni u t-tqassim bejn il-Programmi ta' Kozloduy, Ignalina u Bohunice jistgħu jiġu riveduti abbażi tar-riżultati tar-rapport interim u r-rapport finali ta' evalwazzjoni, bil-kundizzjoni li l-ogħla standards ta' sikurezza u l-proċess kostanti ta' dekummissjonar b'konformità mal-pjanijiet rispettivi ta' dekummissjonar ma jiġux ipperikolati.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

L-appoġġ kopert minn dan ir-Regolament għandu jiżgura l-kontinwazzjoni bla problemi tal-proċess tad-dekummissjonar u għandu jikkonċentra fuq miżuri sabiex jintlaħaq stat irreversibbli fil-proċess tad-dekummissjonar b’mod sikur, u b’hekk jagħti l-ikbar valur miżjud possibbli tal-Unjoni , filwaqt li jiżgura l-bidla lejn finanzjament magħmul kollu kemm hu mill-Istat Membru għat-tlestija tal-proċess tad-dekummissjonar . Ir-responsabbiltà aħħarija għas-sikurezza fil-qasam nukleari tibqa’ f’idejn l-Istati Membri kkonċernati, li jfisser ukoll li dawn għandhom ir-responsabbiltà aħħarija għall-finanzjament ta’ din is-sikurezza, inkluż il-finanzjament tal-proċess tad-dekummissjonar. Dan ir-Regolament huwa mingħajr ħsara għar-riżultat ta’ kwalunkwe proċeduri tal-għajnuna mill-Istat li jistgħu jitwettqu fil-ġejjieni skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat.

(7)

L-appoġġ kopert minn dan ir-Regolament għandu jiżgura l-kontinwazzjoni bla problemi tal-proċess tad-dekummissjonar u għandu jikkonċentra fuq miżuri sabiex jimplimentaw il-proċess kostanti lejn l-istat aħħari irriversibbli tad-dekummissjonar waqt li jkun żgurat li jiġu applikati l-ogħla standards ta' sikurezza, peress li tali miżuri jagħtu l-aktar valur miżjud tal-Unjoni. Ir-responsabbiltà aħħarija għas-sikurezza fil-qasam nukleari tibqa’ f’idejn l-Istati Membri kkonċernati, li jfisser ukoll li dawn għandhom ir-responsabbiltà aħħarija għall-finanzjament ta’ din is-sikurezza, inkluż il-finanzjament tal-proċess tad-dekummissjonar. In-nuqqas ta' konformità ma' dan l-obbligu jpoġġi liċ-ċittadini tal-Unjoni f'riskju. Dan ir-Regolament huwa mingħajr ħsara għar-riżultat ta’ kwalunkwe proċeduri tal-għajnuna mill-Istat li jistgħu jitwettqu fil-ġejjieni skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea .

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ effiċjenza possibbli, id-dekummissjonar tal-impjanti tal-enerġija nukleari koperti minn dan ir-Regolament għandu jitwettaq billi jintuża l-aħjar għarfien espert tekniku disponibbli, u billi jitqiesu kif xieraq in-natura tal-unitajiet li għandhom jingħalqu u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tagħhom.

(9)

Sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' effiċjenza possibbli, id-dekummissjonar tal-impjanti tal-enerġija nukleari koperti minn dan ir-Regolament għandu jitwettaq billi jintuża l-aħjar għarfien espert tekniku disponibbli, billi jitqiesu kif xieraq in-natura tal-unitajiet li għandhom jingħalqu u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tagħhom u b'valutazzjonijiet komprensivi dwar il-progress tal-proċessi ta' dekummissjonar u ta' taffija .

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)

L-ispejjeż tal-attivitajiet ta' dekummissjonar koperti minn dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti skont standards rikonoxxuti f'livell internazzjonali għall-istimi tal-ispejjeż tad-dekummissjonar, bħal pereżempju l-International Structure for Decommissioning Costing ippubblikat konġuntament mill-Aġenzija għall-Enerġija Nukleari, l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika u l-Kummissjoni.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Il-Kummissjoni se tiżgura li jkun hemm kontroll effettiv tal-iżvilupp tal-proċess tad-dekummissjonar sabiex tiżgura l-ogħla valur miżjud tal-Unjoni tal-fondi allokati fi ħdan dan ir-Regolament, għalkemm ir-responsabbiltà aħħarija għall-proċess tad-dekummissjonar hija f’idejn l-Istati Membri. Dan jinkludi l-kejl effettiv tal-prestazzjoni u l-valutazzjoni tal-miżuri korrettivi matul il-programm.

(11)

Il-Kummissjoni se tiżgura li jkun hemm kontroll effettiv tal-iżvilupp tal-proċess tad-dekummissjonar sabiex tiżgura l-ogħla valur miżjud tal-Unjoni tal-fondi allokati fi ħdan dan ir-Regolament, għalkemm ir-responsabbiltà aħħarija għall-proċess tad-dekummissjonar hija f’idejn l-Istati Membri. Dan jinkludi l-kejl effettiv tal-prestazzjoni u l-valutazzjoni tal-miżuri korrettivi matul il-programm. Dan il-kontroll għandu jkun ibbażat fuq l-istabbiliment ta' indikaturi ta' prestazzjoni kwalitattivi u kwantitattivi sinifikanti li jkunu faċilment immonitorjati u rrappurtati skont il-bżonn li jkun hemm.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm l-akbar trasparenza, responsabilità u skrutinju demokratiku tal-fondi tal-Unjoni, speċjalment fir-rigward tal-kontribut tagħhom, kemm dak mistenni kif ukoll dak miksub, biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali tal-Programm. B'mod partikulari l-problemi kritiċi maniġerjali, legali, finanzjarji u tekniċi għandhom jissolvew jew għandhom jittieħdu miżuri biex dawn jissolvew.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)

Għandu jsir kull sforz biex titkompla l-prattika tal-kofinanzjament stabbilita fil-qafas tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni u l-assistenza mogħtija waqt il-perjodu 2007-2013 għall-isforzi ta' dekummissjonar tal-Litwanja kif ukoll biex jiġi attirat kofinanzjament minn għejun oħra kif ikun xieraq.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm multiannwali ta’ għajnuna għall-proċess tad-dekummissjonar nukleari għall-2014 sal-2020 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Programm”), li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal miżuri marbutin mad-dekummissjonar tal-unitajiet 1 sa 4 tal-impjant nukleari ta’ Kozloduy (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Programm ta’ Kozloduy”), tal-unitajiet 1 u 2 tal-impjant nukleari ta’ Ignalina: (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Programm ta’ Ignalina”) u tal-unitajiet 1 u 2 tal-impjant nukleari ta’ Bohunice V1: (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Programm ta’ Bohunice”).

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm multiannwali ta’ għajnuna għall-proċess tad-dekummissjonar nukleari għall-2014 sal-2020 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Programm”), li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni addizzjonali tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal miżuri marbutin mad-dekummissjonar irriversibbli tal-unitajiet 1 sa 4 tal-impjant nukleari ta’ Kozloduy (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Programm ta’ Kozloduy”), tal-unitajiet 1 u 2 tal-impjant nukleari ta’ Ignalina: (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Programm ta’ Ignalina”) u tal-unitajiet 1 u 2 tal-impjant nukleari ta’ Bohunice V1: (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Programm ta’ Bohunice”).

Emenda 18

Proposta għal regolament

Artikolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

 

Definizzjoni

 

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolemant, id-dekummissjonar ikopri attivitajiet ta' tħejjija qabel l-għeluq aħħari (bħat-tfassil ta' pjan ta' dekummissjonar, it-tħejjija tad-dokumenti tal-liċenzja u proġetti ta' infrastruttura tal-iskart) u l-attivitajiet kollha wara li r-reatturi jingħalqu, jiġifieri t-tneħħija u r-rimi finali tal-elementi tal-fjuwil użat, id-dekontaminazzjoni, żarmar u/jew it-twaqqigħ tal-istallazzjonijiet nukleari, ir-rimi tal-materjal tal-iskart radjuattiv li jibqa' u r-restawr ambjentali tas-sit ikkontaminat. Il-proċess ta' dekummissjonar jintemm meta l-istallazzjoni tiġi ħielsa minn kull kontroll regolatorju u restrizzjoni radjoloġika.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jgħin lill-Istati Membri kkonċernati jilħqu stat irreversibbli fil-proċess tad-dekummissjonar tal-unitajiet 1 sa 4 tal-impjant nukleari ta’ Kozloduy, tal-unitajiet 1 u 2 tal-impjant nukleari ta’ Ignalina u tal-unitajiet 1 u 2 tal-impjant nukleari ta’ Bohunice V1 , skont il-pjanijiet rispettivi għad-dekummissjonar tagħhom, filwaqt li jkun żgurat l-ogħla livell tas-sikurezza.

1.   L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jgħin lill-Istati Membri kkonċernati jimplimentaw il-proċess kostanti lejn l-istat aħħari irriversibbli tad-dekummissjonar tal-unitajiet 1 sa 4 ta’ Kozloduy, tal-unitajiet 1 u 2 ta’ Ignalina u tal-unitajiet 1 u 2 ta’ Bohunice V1, filwaqt li jżomm l-ogħla livell tas-sikurezza b'konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar is-sikurezza nukleari u b'mod partikolari d-Direttivi tal-Kunsill 96/29/Euratom  (1) , id- 2009/71/Euratom  (2) u d- 2011/70/Euratom  (3) .

Emenda 20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)

il-ġestjoni sikura tal-iskart li ġej mill-proċess tad-dekummissjonar skont pjan iddettaljat għall-ġestjoni tal-iskart – għan li għandu jitkejjel mill-ammont u t-tip ta’ skart ikkundizzjonat .

(iii)

il-ġestjoni sikura tal-ħżin fit-tul u r-rimi ta' skart li ġej mid-dekummissjonar skont pjan nazzjonali iddettaljat għall-ġestjoni tal-iskart, li għandu jitkejjel mill-ammont u t-tip ta’ skart maħżun u mormi;

Emenda 21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)

iż-żarmar tas-sala tat-turbina u tal-bini sekondarju l-ieħor u l-ġestjoni sikura tal-iskart li ġej mill-proċess tad-dekummissjonar skont pjan iddettaljat għall-ġestjoni tal-iskart – għan li għandu jitkejjel mill-għadd u t-tip ta’ sistemi sekondarji żarmati u mill-ammont u t-tip ta’ skart ikkundizzjonat ;

(iii)

iż-żarmar tas-sala tat-turbina u tal-bini sekondarju l-ieħor u l-ġestjoni sikura tal-ħżin fit-tul u r-rimi tal-iskart li ġej mill-proċess tad-dekummissjonar skont pjan iddettaljat nazzjonali għall-ġestjoni tal-iskart – għan li għandu jitkejjel mill-ammont u t-tip ta' skart maħżun u mormi;

Emenda 22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)

il-ġestjoni sikura tal-iskart li ġej mill-proċess tad-dekummissjonar skont pjan iddettaljat għall-ġestjoni tal-iskart – għan li għandu jitkejjel mill-ammont u t-tip ta’ skart ikkundizzjonat .

(iii)

Il-ġestjoni sikura tal-ħżin fit-tul u r-rimi ta' skart li ġej mill-proċess tad-dekummissjonar skont pjan iddettaljat nazzjonali għall-ġestjoni tal-iskart, li għandu jitkejjel mill-ammont u t-tip ta’ skart maħżun u mormi;

Emenda 23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Kull wieħed mill-programmi ta' dekummissjonar msemmija fil-paragrafu 2 jista' wkoll jinkludi miżuri biex jinżamm il-livell għoli ta' sikurezza tal-għeluq meħtieġ fl-impjanti nukleari.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-passi ewlenin u d-dati fil-mira għat-tmiem tal-proċess għandhom jiġu ddefiniti fl-att imsemmi fl-Artikolu 6(2).

3.   Il-passi ewlenin , ir-riżultati ġenerali mistennija, id-dati fil-mira għat-tmiem tal-proċess u l-indikaturi ta' prestazzjoni tal-programm pluriennali konġunt għandhom jiġu ddefiniti fl-att imsemmi fl-Artikolu 6(2).

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Programm għall-perjodu mill-2014 sal-2020 għandu jkun ta’ EUR  552 947 000 fi prezzijiet attwali.

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Programm għall-perjodu mill-2014 sal-2020 għandu jkun ta’ EUR  969 260 000 fi prezzijiet attwali.

Dak l-ammont għandu jitqassam bejn il-Programmi ta’ Kozloduy, Ignalina u Bohunice kif ġej:

Dak l-ammont għandu jitqassam bejn il-Programmi ta’ Kozloduy, Ignalina u Bohunice kif ġej:

(a)

EUR  208 503 000 għall-Programm ta’ Kozloduy għall-perjodu mill-2014 sal-2020;

(a)

EUR  293 032 000 għall-Programm ta’ Kozloduy għall-perjodu mill-2014 sal-2020;

(b)

EUR  229 629 000 għall-Programm ta’ Ignalina għall-perjodu mill-2014 sal-2017 ;

(b)

EUR  450 818 000 għall-Programm ta’ Ignalina għall-perjodu mill-2014 sal-2020 ;

(c)

EUR  114 815 000 għall-Programm ta’ Bohunice għall-perjodu mill-2014 sal-2017 .

(c)

EUR  225 410 000 għall-Programm ta’ Bohunice għall-perjodu mill-2014 sal-2020 .

 

1a.     L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju multiannwali u mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali ta' … 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar l-amministrazzjoni finanzjarja tajba  (4) .

Emenda 26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Sa tmiem l-2015 , il-Kummissjoni se tirrevedi l-prestazzjoni tal-Programm u se tivvaluta l-progress li jkun sar fil-Programmi ta’ Kozloduy, Ignalina u Bohunice mal-passi ewlenin u mad-dati fil-mira msemmija fl-Artikolu 2(3) fil-qafas tal-evalwazzjoni interim imsemmija fl-Artikolu 8. Abbażi tar-riżultati ta’ din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tirrevedi l-ammont tal-approprjazzjonijiet allokati għal dan il-Programm, kif ukoll il-perjodu ta’ pprogrammar u t-tqassim tal-flus fost il-Programmi ta’ Kozloduy, Ignalina u Bohunice.

2.    Abbażi tal-programmi msemmija fl-Artikolu 6(1) u (2), il-Kummissjoni se tirrevedi l-prestazzjoni tal-Programm u se tivvaluta l-progress li jkun sar fil-Programmi ta’ Kozloduy, Ignalina u Bohunice mal-passi ewlenin u mad-dati fil-mira msemmija fl- Artikolu 2(3) sal-aħħar tal- 2017 fil-qafas tal-evalwazzjoni interim imsemmija fl- Artikolu 8 . Abbażi tar-riżultati ta’ din il-valutazzjoni , u sabiex tikkunsidra l-progress miksub u tiżgura li r-riżorsi jibqgħu jiġu allokati abbażi tal-ħtiġijiet attwali , il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq , tirrevedi l-ammont tal-approprjazzjonijiet allokati għal dan il-Programm, kif ukoll il-perjodu ta’ pprogrammar u t-tqassim tal-flus fost il-Programmi ta’ Kozloduy, Ignalina u Bohunice. Kull aġġustament tal-approprjazzjonijiet m'għandux jipperikola l-istandards ta' sikurezza fl-impjanti nukleari msemmija fl-Artikolu 1.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-allokazzjoni finanzjarja għall-Programmi ta’ Kozloduy, Ignalina u Bohunice tista’ tkopri wkoll l-ispejjeż tal-attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ verifika u ta’ evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm u għall-ilħiq tal-għanijiet tiegħu; b’mod partikulari l-ispejjeż għal studji, laqgħat tal-esperti, attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, fosthom il-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea sal-punt li dawn ikollhom x’jaqsmu mal-għanijiet ġenerali ta’ dan ir-Regolament, l-ispejjeż marbutin man-netwerks tal-informatika li jkunu mmirati lejn l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħra kollha tekniċi u amministrattivi li l-Kummissjoni ġġarrab fil-ġestjoni tal-programm.

3.   L-allokazzjoni finanzjarja għall-Programmi ta’ Kozloduy, Ignalina u Bohunice tista’ tkopri wkoll l-ispejjeż tal-attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ verifika u ta’ evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm u għall-ilħuq tal-għanijiet tiegħu; b’mod partikulari l-ispejjeż għal studji, laqgħat tal-esperti, taħriġ, attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, fosthom il-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea sal-punt li dawn ikollhom x’jaqsmu mal-għanijiet ġenerali ta’ dan ir-Regolament. L- ispejjeż marbutin man-netwerks tal-informatika li jkunu mmirati lejn l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħra kollha tekniċi u amministrattivi li l-Kummissjoni ġġarrab fil-ġestjoni tal-programm jistgħu wkoll ikunu koperti .

L-allokazzjoni finanzjarja tista’ tkopri wkoll l-ispejjeż għall-għajnuna teknika u amministrattiva meħtieġa biex tkun żgurata l-bidla bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1990/2006, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 549/2007 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 647/2010.

L-allokazzjoni finanzjarja tista’ tkopri wkoll l-ispejjeż għall-għajnuna teknika u amministrattiva meħtieġa biex tkun żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1990/2006, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 549/2007 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 647/2010. L-allokazzjoni finanzjarja ma għandhiex tkopri miżuri oħra għajr dawk imsemmija f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Għandu jsir kull sforz biex titkompla l-prattika tal-kofinanzjament stabbilita fil-qafas tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni u l-assistenza mogħtija waqt il-perjodu 2007-2013 għall-isforzi ta' dekummissjonar tal-Bulgarija, il-Litwanja u Slovakkja kif ukoll biex jiġi attirat kofinanzjament minn għejun oħra kif ikun xieraq.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.     In-nuqqas ta' qbil dwar l-interpretazzjoni tat-Trattati u tal-għotja ta' kuntratti għandu jkun soġġett għal stħarriġ ġudizzjarju jew tal-aħħar għandu jiġi ppreżentat għal proċedura ta' arbitraġġ.

 

Id-dewmien li jirriżulta fil-kostruzzjoni jista' jwassal għal posponiment tal-pagament u għal tnaqqis fl-allokazzjoni finanzjarja. Għandu jintbagħat rapport dwar din il-kwistjoni mill-Kummissjoni bħala parti mir-rapport tal-evalwazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 6(1a), lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Sal-1 ta’ Jannar 2014, il-Bulgarija, il-Litwanja u s-Slovakkja għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet ex ante li ġejjin:

1.   Sal-1 ta’ Jannar 2014, il-Bulgarija, il-Litwanja u s-Slovakkja għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ex ante li ġejjin:

(a)

huma għandhom jikkonformaw mal-acquis tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikulari fil-qasam tas-sikurezza nukleari, it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom dwar is-sikurezza nukleari u d-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom dwar il-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv.

(a)

Jikkonformaw mal-acquis tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tas-sikurezza nukleari ; b’mod partikolari fir-rigward tat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom dwar is-sikurezza nukleari u d-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom dwar il-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv.

(b)

għandhom jistabbilixxu qafas legali nazzjonali li jipprovdi dispożizzjonijiet adegwati għall-ġbir fil-ħin tar-riżorsi finanzjarji nazzjonali għat-tlestija tal-proċess tad-dekummissjonar b’mod sikur skont ir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat;

(b)

jistabbilixxu f'qafas legali nazzjonali pjan ġenerali ta' finanzjament li jidentifika l-ispejjeż kollha meħtieġa għat-tlestija tal-proċess tad-dekummissjonar b’mod sikur tal-unitajiet ta' reatturi nukleari koperti minn dan ir-Regolament bl-identifikazzjoni ċara tas-sorsi ta' finanzjament, skont ir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat;

(c)

għandhom iressqu pjan iddettaljat irrevedut għad-dekummissjonar lill-Kummissjoni.

(c)

Iressqu pjan iddettaljat irrevedut għad-dekummissjonar lill-Kummissjoni , li jistabbilixxi l-objettivi u l-kompiti ewlenin maqsumin skont il-livell tal-attivitajiet ta' dekummissjonar, il-proġetti antiċipati, l-iskeda ta' żmien, il-passi konkreti, l-istruttura tal-ispejjeż u l-proporzjonijiet tal-konfinanzjament inklużi d-dettalji ta' kif il-finanzjament nazzjonali se jkun żgurat fit-tul. Dak il-pjan għandu jqis b'mod xieraq il-linji gwida riċenti tal-Aġenzija għall-Enerġija Nukleari (NEA) u tal-Kummissjoni dwar l-istima tal-ispejjeż tad-dekummissjonar.

 

1a.     Sal-1 ta' Jannar 2014 il-Bulgarija, il-Litwanja u s-Slovakkja għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li turi li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet ex ante msemmija fil-paragrafu 1.

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta dwar kemm il-pajjiżi jkunu qed jissodisfaw il-kundizzjonijiet ex ante meta tkun qed tħejji l-programm ta' ħidma annwali għall-2014 kif imsemmi fl-Artikolu 6(1). Meta tkun qed tadotta l-programm ta’ ħidma annwali, hija tista’ tiddeċiedi li tissospendi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni kollha, jew parti minnha, sa ma jintlaħqu, b’mod sodisfaċenti, il-kundizzjonijiet ex ante.

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta dwar kemm il-pajjiżi jkunu qed jissodisfaw il-kundizzjonijiet ex ante meta tkun qed tħejji l-programm ta’ ħidma annwali għall-2014 kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) , b'mod partikulari dwar jekk il-problemi kritiċi maniġerjali, legali, finanzjarji u tekniċi issolvewx jew jekk ittiħdux miżuri biex dawn jissolvew. Jekk ikun hemm opinjoni motivata mill-Kummissjoni rigward ksur minħabba nonkonformità mal-kundizzjonalità msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew jekk il-kundizzjonalitajiet imsemmija fil-punt (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma jkunux issodisfati, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tissospendi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni kollha, jew parti minnha, sa ma jintlaħqu, b’mod sodisfaċenti, il-kundizzjonijiet ex ante..

 

Deċiżjonijiet bħal dawn għandhom jiġu riflessi fl-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali u m'għandhomx jipperikolaw l-istandards ta' sikurezza fl-impjanti nukleari msemmija fl-Artikolu 1. L-ammont tal-għajnuna sospiża għandu jkun stabbilit skont il-kriterji stabbiliti fl-att imsemmi fl-Artikolu 6(2).

Emenda 31

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta’ ħidma annwali wieħed għall-Programmi ta’ Kozloduy, Ignalina u Bohunice li jispeċifika l-għanijiet, ir-riżultati mistennija, l-indikaturi relatati u l-iskeda taż-żmien għall-użu tal-fondi skont kull impenn finanzjarju annwali.

1.    Fil-bidu ta' kull sena tal-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta’ ħidma annwali wieħed għall-Programmi ta’ Kozloduy, Ignalina u Bohunice rispettivament li jispeċifika l-għanijiet, ir-riżultati mistennija, l-indikaturi ta' prestazzjoni relatati u l-iskeda taż-żmien għall-użu tal-fondi skont kull impenn finanzjarju annwali.

 

1a.     Fl-aħħar ta' kull sena tal-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ta' evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programmi konġunti ta' ħidma annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jservi ta' bażi għall-adozzjoni tal-programmi sussegwenti ta' ħidma annwali.

2.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tadotta proċeduri ddettaljati ta’ implimentazzjoni għal kemm idum għaddej il-Programm . L-att li jistabbilixxi l-proċeduri ta’ implimentazzjoni għandu jiddefinixxi wkoll f’aktar dettall ir-riżultati mistennija, l-attivitajiet u l-indikaturi korrispondenti tal-prestazzjoni għall-Programmi ta’ Kozloduy, Ignalina u Bohunice. Dan l-att se jkun jinkludi l-pjanijiet iddettaljati rreveduti għad-dekummissjonar, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(c), li għandhom iservu bħala l-bażi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-ilħiq fil-ħin tar-riżultati mistennija.

2.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tadotta proċeduri ddettaljati ta’ implimentazzjoni għal kemm idumu għaddejjin il-Programmi, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(2) . Dawk l-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċeduri ta’ implimentazzjoni għandhom jiddefinixxu wkoll f’aktar dettall l-elementi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għall-Programmi ta’ Kozloduy, Ignalina u Bohunice. Dan l-att se jkun jinkludi l-pjanijiet iddettaljati rreveduti għad-dekummissjonar, kif imsemmi fl- Artikolu 4(1)(c), li għandhom iservu bħala l-bażi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-ilħiq fil-ħin tar-riżultati mistennija.

 

2a.     Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għandha twettaq evalwazzjoni interim, kif previst fl-Artikolu 8(1).

3.   Il-programmi ta’ ħidma annwali u l-atti li jistabbilixxu l-proċeduri ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 9(2).

3.   Il-programmi ta’ ħidma annwali u l-atti li jistabbilixxu l-proċeduri ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 9(2).

Emenda 32

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara kull sena finanzjarja, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrappurtaw dwar l-użu tal-allokazzjonijiet finanzjarji. Dawk ir-rapporti, iċċertifikati mill-korpi nazzjonali tal-awditjar, għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiġu inkorporati fil-proċedura ta' kwittanza tal-baġit annwali tal-Unjoni.

Emenda 33

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta’ verifika, abbażi ta’ dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew il-fondi tal-Unjoni.

2.   Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha , il-korpi nazzjonali tal-awditjar tal-Istati Membri li fihom jinsabu l-impjanti nukleari li għandhom jiġu dekummissjonati u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta’ verifika, abbażi ta’ dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew il-fondi tal-Unjoni. Ir-riżultati tal-awditjar għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew.

Emenda 34

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq verifiki fuq il-post u spezzjonijiet fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament permezz ta’ tali finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea b’rabta ma’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt dwar il-finanzjament tal-Unjoni.

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq verifiki fuq il-post u spezzjonijiet fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament permezz ta’ tali finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea b’rabta ma’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt dwar il-finanzjament tal-Unjoni. Ir-riżultati tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr ħsara għall-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-ftehimiet dwar l-għotjiet ta’ flus u d-deċiżjonijiet u l-kuntratti dwar l-għotjiet ta’ flus li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jagħtu dritt ċar lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF li jwettqu t-tali verifiki, u li jwettqu l-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post.

Mingħajr ħsara għall-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-ftehimiet dwar l-għotjiet ta’ flus u d-deċiżjonijiet u l-kuntratti dwar l-għotjiet ta’ flus li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jagħtu dritt ċar lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF li jwettqu t-tali verifiki, u li jwettqu l-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post u għandhom jiżguraw li r-riżultati ta' dawn ikunu kkomunikati lill-Parlament Ewropew .

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Evalwazzjoni

Evalwazzjoni interim

1.   Sa mhux aktar tard minn tmiem l-2015 , il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport ta' evalwazzjoni dwar il-kisba tal-għanijiet tal-miżuri kollha, fil-livell tar-riżultati u tal-impatti, dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u dwar il-valur miżjud tal-Unjoni tal-kisba tal-għanijiet, bil-għan li tinħareġ deċiżjoni li temenda jew li tissospendi l-miżuri. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni għandha tittratta wkoll kemm hemm lok għas-semplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna tal-kisba tal-għanijiet u jekk l-għanijiet għadhomx kollha rilevanti jew le. Din għandha tqis ir-riżultati li joħorġu mill-evalwazzjoni fuq l-impatt fit-tul tal-miżuri li jkunu ttieħdu qabel.

1.   Sa mhux aktar tard minn tmiem l-2017 , il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport interim ta’ evalwazzjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati u l-benefiċjarji, dwar il-kisba tal-għanijiet tal-miżuri kollha, fil-livell tar-riżultati u tal-impatti, dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u dwar il-valur miżjud tal-Unjoni tal-kisba tal-għanijiet u l-effikaċja tal-ġestjoni tal-programm, inkluż il-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni, bil-għan li tinħareġ deċiżjoni li temenda jew li tissospendi l-miżuri. Abbażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tista' tirrieżamina l-adegwatezza tal-approprjazzjonijiet allokati lill-Programm u d-distribuzzjoni tagħhom bejn il-Programmi ta' Kozloduy, Ignalina u Bohunice bi qbil mal-awtoritajiet baġitarji tal-Unjoni u skont ir-Regolament (UE) Nru …/2013 [li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020]. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni interim għandha tittratta wkoll kemm hemm lok għas-semplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna tal-kisba tal-għanijiet u jekk l-għanijiet għadhomx kollha rilevanti jew le. Din għandha tqis ir-riżultati li joħorġu mill-evalwazzjoni fuq l-impatt fit-tul tal-miżuri li jkunu ttieħdu qabel.

2.     Il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ex post f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mal-benefiċjarji. L-evalwazzjoni ex post għandha teżamina l-effettività u l-effikaċja tal-Programm u l-impatt tiegħu fuq il-proċess tad-dekummissjonar.

 

3.   L-evalwazzjonijiet għandhom iqisu l-progress li jkun sar meta mqabbel mal-indikaturi tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(2).

3.   L-evalwazzjoni interim għandha tqis il-progress li jkun sar meta mqabbel mal-indikaturi tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) u t-twettiq tar-rekwiżiti stabbiliti fil-pjan ta' dekummissjoni msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1) .

4.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta’ dawn l-evalwazzjonijiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.   Il-Kummissjoni għandha tissottometti l-konklużjonijiet ta’ dawn l-evalwazzjonijiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Evalwazzjoni finali għall-perjodu 2014-2020

 

1.     Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ex post f'kooperazzjoni mill-qrib mal-benefiċjarji. L-evalwazzjoni ex post għandha teżamina l-effettività u l-effikaċja tal-Programm u l-impatt tiegħu fuq il-proċess tad-dekummissjonar.

 

2.     Qabel il-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati u mal-benefiċjarji, rapport ta' evalwazzjoni finali dwar l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Programm, kif ukoll l-effikaċja tal-miżuri ffinanzjati fir-rigward tal-impatti, l-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud tal-Unjoni, bl-użu ta' indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi xierqa. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jidentifika jekk hijiex meħtieġa assistenza addizjonali tal-Unjoni taħt il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss.

 

3.     L-evalwazzjoni finali għandha tqis il-progress li jkun sar fid-dawl tal-indikaturi tal-prestazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 2(2).

 

4.     Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta’ din l-evalwazzjoni finali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5.     Il-Kummissjoni għandha tqis id-diversi kompetenzi u strateġiji għad-dekummissjonar użati mill-Bulgarija, il-Litwanja u s-Slovakkja, sabiex teżamina l-modi possibbli ta' approċċi ta' armonizzazzjoni għad-dekummissjonar fl-Unjoni sabiex tiżgura l-akkumulu f'waqtu tal-għarfien meħtieġ sabiex ittejjeb il-kompetittività tal-industrija nukleari tal-Unjoni f'dak il-qasam.


(1)   Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta' Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1).

(2)   Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18).

(3)   Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad- 19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv(ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48).

(4)   ĠU …


L-Erbgħa 20 ta’ Novembru 2013

24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/140


P7_TA(2013)0472

Proċedura baġitarja 2014: it-test konġunt

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar l-abbozz konġunt ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja (16106/2013 ADD 1-5 – C7-0413/2013 – 2013/2145(BUD))

(2016/C 436/27)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (16106/2013 ADD 1-5 – C7-0413/2013) u d-dikjarazzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 – it-Taqsimiet kollha (1) u l-emendi baġitarji hemmhekk,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 adottat mill-Kummissjoni fit-28 ta' Ġunju 2013 (COM(2013)0450),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea adottata mill-Kunsill fit-2 ta' Settembru 2013 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Settembru 2013 (13176/2013 – C7-0260/2013]),

wara li kkunsidra l-Ittri Emendatorji Nru 1/2014 (COM(2013)0644) u Nru 2/2014 (COM(2013)0719) għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, preżentati mill-Kummissjoni fit-18 ta' Settembru 2013 u fis-16 ta' Ottubru 2013 rispettivament,

wara li kkunsidra l-Artikoli 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (2)

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3).

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (4).

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, kooperazzjoni f’materji marbuta mal-baġit u dwar ġestjoni finanzjarja soda

wara li kkunsidra l-abbozz tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020,

wara li kkunsidra l-Artikoli 75(d) (u 75(e)) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A7-0387/2013),

1.

Japprova t-test konġunt miftiehem mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, li jikkonsisti fid-dokumenti li ġejjin meħudin flimkien:

lista ta' linji baġitarji mhux modifikati, meta mqabbla mal-abbozz ta' baġit jew il-pożizzjoni tal-Kunsill;

is-sommarju ta' figuri skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju;

figura linja b'linja tal-partiti baġitarji kollha;

id-dokument konsolidat li juri l-figuri u t-test finali tal-linji kollha modifikati matul il-konċiljazzjoni;

2.

Jikkonferma d-dikjarazzjonijiet konġunti mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni inklużi fil-konklużjonijiet konġunti miftiehma mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni annessi ma' din ir-Riżoluzzjoni;

3.

Jikkonferma d-dikjarazzjonijiet konġunti mill-Parlament u l-Kummissjoni dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament kif ukoll mill-Parlament u l-Kunsill dwar l-intestatura 5 u l-aġġustamenti tas-salarji u dwar ir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE, annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2013)0437.

(2)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


ANNESS

FINALI 12/11/2013

Baġit 2014 – Konklużjonijiet konġunti

Dawn il-konklużjonijiet konġunti jkopru t-taqsimiet li ġejjin:

 

1.

Baġit 2014

2.

Baġit 2013 – Baġits Emendatorji 8/2013 u 9/2013

3.

Stqarrijiet

1.   Baġit 2014

1.1.   Linji “magħluqa”

Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor hawn isfel f’dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha mhux emendati jew mill-Kunsill jew mill-Parlament, u dawk li għalihom il-Parlament aċċetta l-emendi tal-Kunsill matul il-qari rispettiv tagħhom huma kkonfermati.

Għall-partiti baġitarji l-oħra, il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni wasal għall-konklużjonijiet li ġejjin:

1.2.   Kwistjonijiet orizzonatali

Aġenziji deċentralizzati

In-numru ta’ karigi għall-aġenziji deċentralizzati kollha huwa stabbilit fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit, bl-eċċezzjoni ta'

L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA), li għaliha ġew miftiehma 7 karigi addizzjonali;

L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), li għaliha ġew miftiehma 8 karigi addizzjonali;

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) li għaliha ġew miftiehma 3 karigi addizzjonali;

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), li għaliha ġew miftiehma 5 karigi addizzjonali;

L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), li għalih ġew miftiehma 2 karigi addizzjonali; u

EUROPOL, li għalih ġew miftiehma 2 karigi addizzjonali.

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u f'approprjazzjonijiet ta' pagament) għall-aġenziji deċentralizzati hija stabbilita fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit (AB), bl-eċċezzjoni ta'

L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), li għaliha ġie miftiehem l-ammont addizzjonali ta' EUR 2,1 miljun, abbażi tal-kriterju ta' tqassim tal-finanzjament tal-UE ta' 45 % (60 % li se jiġi kofinanzjat mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali);

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA), li għaliha ġie miftiehem l-ammont addizzjonali ta' EUR 1,2 miljun, abbażi tal-kriterju ta' tqassim tal-finanzjament tal-UE ta' 45 % (60 % li se jiġi kofinanzjat mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali);

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), li għaliha ġie miftiehem l-ammont addizzjonali ta' EUR 2,0 miljun, abbażi tal-kriterju ta' tqassim ta' finanzjament tal-UE ta' 45 % (60 % li se jiġi kofinanzjat mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali);

L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), li għalih ġie miftiehem EUR 0,130 miljun;

EUROPOL, li għalih ġie miftiehem EUR 1,7 miljun; u

FRONTEX, li għaliha ġie miftiehem EUR 2,0 miljun.

Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel mad-dikjarazzjoni konġunta dwar l-aġenziji deċentralizzati kif tinsab fit-Taqsima 3.4.

L-aġenziji eżekuttivi

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f’approprjazzjonijiet ta' impenn u f’approprjazzjonijiet ta' pagament) u l-għadd ta’ postijiet għall-aġenziji eżekuttivi huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Ittra Emendatorja Nru 2/2014.

L-Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija (JTIs)

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f’approprjazzjonijiet ta' impenn u f’approprjazzjonijiet ta' pagament) u l-għadd ta’ postijiet għall-Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit (AB), kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2014.

Proġetti bi Prova/Azzjonijiet Preparatorji

Pakkett globali ta' 68 proġett pilota/azzjoni preparatorja (PP/PA), għal ammont ta' EUR 79,4 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn ġie miftiehem, kif propost mill-Parlament. Meta proġett pilota jew azzjoni preparatorja tidher li hi koperta b’bażi ġuridika eżistenti, il-Kummissjoni tista’ tipproponi t-trasferiment ta’ approprjazzjonijiet għall-bażi ġuridika korrispondenti biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-azzjoni.

Dan il-pakkett jirrispetta għal kollox il-limiti massimi għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji previsti fir-Regolament Finanzjarju.

1.3.   Intestaturi tal-infiq fil-qafas finanzjarju – approprjazzjonijiet ta’ impenn

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq dwar il-linji baġitarji “magħluqa”, l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni wasal għal ftehim fir-rigward ta’ dan li ġej:

Intestatura 1a

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendati mill-Ittri Emendatorji Nru 1 u 2/2014 bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

f'EUR miljuni

Linja baġitarja

Titolu

Żidiet/tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' impenn

AB 2014

Baġit 2014

Differenza

01 02 01

Koordinazzjoni, sorveljanza u komunikazzjoni tal-unjoni ekonomika u monetarja, inkluż l-euro

13,000

11,000

-2,000

04 03 01 02

Id-djalogu soċjali

38,500

-38,500

04 03 01 05

Miżuri ta’ tagħrif u taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema

18,600

18,600

04 03 01 06

Tagħrif, konsultazzjoni u parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-intrapriżi

7,250

7,250

04 03 01 08

Ir-relazzjonijiet industrijali u d-djalogu soċjali

15,935

15,935

04 03 02 02

EURES – Promozzjoni tal-mobilità ġeografika tal-ħaddiema u r-rinforz tal-opportunitajiet għax-xogħol

19,310

21,300

1,990

04 03 02 03

Il-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali – Faċilitar tal-aċċess għall-finanzjament għall-intraprendituri, speċjalment dawk l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol, u l-intrapriżi soċjali

25,074

26,500

1,426

06 02 05

Attivitajiet ta’ sostenn għall-politika Ewropea tat-trasport u d-drittijiet tal-passiġġieri inklużi attivitajiet ta’ komunikazzjoni

16,019

20,019

4,000

09 03 01

Aċċellerazzjoni tal-varar tan-netwerks tal-broadband

10,000

10,000

09 04 01 01

Tisħiħ tar-riċerka fil-FET – Teknoloġiji Futuri u Emerġenti

241,003

246,003

5,000

15 02 10

Avveniment Annwali Speċjali

3,000

3,000

Totali

 

 

26,701

B’konsegwenza ta’ dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, kif ukoll l-aġenziji deċentralizzati, il-marġni taħt il-livell massimu tal-infiq tal-intestatura 1a jammonta għal EUR 76,0 miljun.

Intestatura 1b

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2014, bl-eċċezzjoni tal-linji baġitarji li ġejjin, li għal kull waħda ġie miftiehem ammont ta' EUR 2,5 miljun f'impenji.

13 03 67 “Strateġiji makroreġjonali 2014-2020: Strateġija Ewropea għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku – Assistena Teknika” u

13 03 68 “Strateġiji makroreġjonali 2014-2020: Strateġija Ewropea għar-Reġjun tad-Danubju – Assistena Teknika”.

Barra minn hekk, għall-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD, Kapitolu 04 06) ġie miftiehem ammont addizzjonali ta' EUR 134,9 miljun f'impenji. Ammont korrispondenti f'impenji huwa trasferit mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE, Kapitolu 04 02), maqsum kif ġej:

- EUR 67,9 miljun għar-“Reġjuni anqas żviluppati” (linja baġitarja 04 02 60)

- EUR 22,2 miljun għar-“Reġjuni fi tranżizzjoni” (linja baġitarja 04 02 61)

- EUR 44,8 miljun għar-“Reġjuni aktar żviluppati” (linja baġitarja 04 02 62)

L-Istrument ta’ Flessibbiltà se jiġi mobilizzat għal ammont ta’ EUR 89,3 miljun għal assistenza addizzjonali lil Ċipru;.

Intestatura 2

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendati mill-Ittra Emendatorja Nru 2/2014 bl-eċċezzjoni li ġejja:

linja baġitarja 05 08 80 – il-Parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-Espożizzjoni Dinjija 2015 f’Milan “Ikel għall-Pjaneta: Enerġija għall-Ħajja” li għaliha ġie miftiehem ammont addizzjonali ta' EUR 1 miljun f'impenji.

B’konsegwenza ta’ dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-marġni taħt il-livell massimu tal-infiq tal-intestatura 2 jammonta għal EUR 35,8 miljun.

Intestatura 3

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendati mill-Ittra Emendatorja Nru 2/2014 bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

f'EUR miljuni

Linja baġitarja

Isem

Żidiet tal-approprjazzjonijiet ta' impenn

AB 2014

Baġit 2014

Differenza

15 04 02

Sostenn tas-settur kulturali u kreattiv biex jopera fl-Ewropa u lil hinn minnha u biex jiġu promossi ċ-ċirkolazzjoni u mobilità transnazzjonali

52,922

53,922

1,000

15 04 03

Is-subprogramm MEDIA – Sostenn tas-setturi kulturali u kreattivi MEDIA biex joperaw fl-Unjoni u lil hinn minnha u biex jiġu promossi ċ-ċirkolazzjoni u l-mobilità transnazzjonali

102,321

103,321

1,000

16 02 01

Ewropa għaċ-Ċittadini – Tisħiħ tal-kommemorazzjoni u t-titjib tal-kapaċità għall-parteċipazzjoni ċivika fil-livell tal-Unjoni

21,050

23,050

2,000

16 03 01 01

Azzjonijiet ta’ Multimedia

18,740

25,540

6,800

33 02 02

Promozzjoni tan-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza

30,651

31,151

0,500

Totali

 

 

11,300

B’konsegwenza ta’ dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, kif ukoll l-aġenziji deċentralizzati, il-marġni taħt il-livell massimu tal-infiq tal-intestatura 3 jammonta għal EUR 7,0 miljun.

Intestatura 4

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendati mill-Ittra Emendatorja Nru 2/2014 bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

f'EUR miljuni

Linja baġitarja

Isem

Żidiet/tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-impenji

AB 2014

Baġit 2014

Differenza

01 03 02

Assistenza makrofinanzjarja

76,257

60,000

-16,257

19 02 01

Rispons għal kriżi u kriżijiet emerġenti (Strument għall-Istabbiltà)

201,867

204,337

2,470

19 02 02

Sostenn tal-prevenzjoni tal-konflitti, preparatezza għall-kriżijiet u konsolidament tal-paċi (Strument għall-Istabbiltà)

22,000

22,494

0,494

19 05 01

Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi għall-avvanz u l-promozzjoni tal-interessi tal-Unjoni Ewropea u tal-interessi reċiproki

100,511

106,109

5,598

21 02 01 01

Amerika Latina – tnaqqis tal-faqar u żvilupp sostenibbli

205,735

0,000

- 205,735

21 02 01 02

Amerika Latina – demokrazija, stat tad-dritt, governanza tajba u rispett għad-drittijiet tal-bniedem

48,259

0,000

-48,259

21 02 02 01

Asja – tnaqqis tal-faqar u żvilupp sostenibbli

581,964

0,000

- 581,964

21 02 02 02

Asja – demokrazija, stat tad-dritt, governanza tajba u rispett tad-drittijiet tal-bniedem

154,699

0,000

- 154,699

21 02 03 01

Asja Ċentrali – tnaqqis tal-faqar u żvilupp sostenibbli

65,240

0,000

-65,240

21 02 03 02

Asja Ċentrali – demokrazija, stat tad-dritt, governanza tajba u rispett tad-drittijiet tal-bniedem

4,911

0,000

-4,911

21 02 04 01

Lvant Nofsani – tnaqqis tal-faqar u żvilupp sostenibbli

37,305

0,000

-37,305

21 02 04 02

Lvant Nofsani – demokrazija, stat tad-dritt, governanza tajba u rispett għad-drittijiet tal-bniedem

13,107

0,000

-13,107

21 02 05 01

Afrika t'Isfel – tnaqqis tal-faqar u żvilupp sostenibbli

22,768

0,000

-22,768

21 02 05 02

Afrika t'Isfel – demokrazija, stat tad-dritt, governanza tajba u rispett għad-drittijiet tal-bniedem

2,530

0,000

-2,530

21 02 06 01

Pan-Afrika – tnaqqis tal-faqar u żvilupp sostenibbli

85,210

0,000

-85,210

21 02 06 02

Pan-Afrika – demokrazija, stat tad-dritt, governanza tajba u rispett għad-drittijiet tal-bniedem

9,468

0,000

-9,468

21 02 07 01

Beni pubbliċi globali – tnaqqis tal-faqar u żvilupp sostenibbli

620,988

0,000

- 620,988

21 02 07 02

Beni pubbliċi globali – demokrazija, stat tad-dritt, governanza tajba u rispett għad-drittijiet tal-bniedem

19,036

0,000

-19,036

21 02 07 03

Ambjent u tibdil fil-klima

0,000

163,094

163,094

21 02 07 04

Enerġija sostenibbli

0,000

82,852

82,852

21 02 07 05

L-iżvilupp tal-bniedem

0,000

163,094

163,094

21 02 07 06

Is-sigurtà tal-ikel u l-agrikultura sostenibbli

0,000

197,018

197,018

21 02 07 07

Il-migrazzjoni u l-ażil

0,000

46,319

46,319

21 02 08 01

Parteċipanti mhux statali u awtoritajiet lokali — Tnaqqis tal-faqar u żvilupp sostenibbli

183,452

0,000

- 183,452

21 02 08 02

Parteċipanti mhux statali u awtoritajiet lokali — Demokrazija, stat tad-dritt, governanza tajba u rispett għad-drittijiet tal-bniedem

61,151

0,000

-61,151

21 02 08 03

Is-soċjetà ċivili fl-iżvilupp

0,000

212,399

212,399

21 02 08 04

Awtoritajiet lokali fl-iżvilupp

0,000

36,366

36,366

21 02 09

Il-Lvant Nofsani

0,000

51,182

51,182

21 02 10

L-Asja ċentrali

0,000

71,571

71,571

21 02 11

Pan-Afrika

0,000

97,577

97,577

21 02 12

Amerika Latina

0,000

259,304

259,304

21 02 13

L-Afrika t’Isfel

0,000

25,978

25,978

21 02 14

Asja

0,000

537,057

537,057

21 02 15

Afganistan

0,000

203,497

203,497

21 03 01 01

Pajjiżi Mediterranji – drittijiet tal-bniedem u mobilità

205,355

211,087

5,731

21 03 01 02

Pajjiżi Mediterranji – tnaqqis tal-faqar u żvilupp sostenibbli

680,400

687,811

7,411

21 03 01 03

Pajjiżi Mediterranji — ħolqien ta’ fiduċja, sigurtà u l-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta’ konflitti

75,950

80,199

4,249

21 03 01 04

Sostenn għall-proċess ta’ paċi u assistenza finanzjarja lill-Palestina u l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-rifuġjati tal-Palestina (UNRWA)

250,000

300,000

50,000

21 03 02 01

Sħubija tal-Lvant — drittijiet tal-bniedem u mobilità

240,841

247,067

6,226

21 03 02 02

Sħubija tal-Lvant – tnaqqis tal-faqar u żvilupp sostenibbli

335,900

339,853

3,953

21 03 02 03

Sħubija tal-Lvant – ħolqien ta’ fiduċja, sigurtà u l-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta’ konflitti

11,800

12,966

1,166

21 03 03 03

Sostenn lil kooperazzjoni oħra multinazzjonali fil-viċinat

163,277

163,771

0,494

21 04 01

Tisħiħ tar-rispett u l-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-appoġġ għal riformi demokratiċi

127,841

132,782

4,941

21 05 01

Theddidiet għas-sigurtà globali u transreġjonali (Strument għall-Istabbiltà)

81,514

82,255

0,741

21 08 02

Koordinazzjoni u promozzjoni ta’ sensibilizzazzjoni dwar kwestjonijiet ta’ żvilupp

11,700

13,331

1,631

22 02 01

Sostenn għall-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Kosovo, il-Montenegro, is-Serbja u Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

 

 

 

22 02 01 01

Sostenn għar-riformi politiċi u alinjament progressiv mal-“acquis communautaire” u l-adozzjoni, l-implimentazzjoni u l-eżekuzzjoni tiegħu

248,565

249,800

1,235

22 02 01 02

Sostenn għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali

248,565

249,800

1,235

22 02 03

Sostenn lit-Turkija

 

 

 

22 02 03 01

Sostenn għar-riformi politiċi u alinjament progressiv mal-“acquis communautaire” u l-adozzjoni, l-implimentazzjoni u l-eżekuzzjoni tiegħu

292,938

294,173

1,235

22 02 03 02

Sostenn għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali

292,938

294,173

1,235

22 03 01

Sostenn finanzjarju biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka

30,000

31,482

1,482

23 02 01

Konsenja ta’ għajnuna umanitarja u assistenza alimentari rapidi, effikaċi u bżonnjużi

859,529

874,529

15,000

Totali

 

 

131,755

B’konsegwenza ta’ dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-marġni taħt il-livell massimu tal-infiq tal-intestatura 4 jammonta għal EUR 10,0 miljun.

Intestatura 5

Għal dak li jikkonċerna l-postijiet tat-Taqsimiet fl-organigramma, il-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 2/2014, ġie approvat, bl-eċċezzjoni tal-Parlament Ewropew, li għalih ġie approvat l-ewwel qari tiegħu stess.

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendati mill-Ittra Emendatorja Nru 2/2014 bl-eċċezzjoni ta':

L-ammonti korrispondenti għall-impatt possibbli tal-aġġustamenti tas-salarji 2011 u 2012, li mhumiex inklużi fil-baġit ta' kull Taqsima f'dan l-istadju, fl-istennija ta' deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja. Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel mad-dikjarazzjoni konġunta kif tinsab fit-Taqsima 3.5;

Barra minn hekk, għal dak li jikkonċerna t-Taqsimiet l-oħra, ġie approvat il-livell propost mill-Parlament Ewropew, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

Għall-Qorti tal-Awdituri (Taqsima V), ir-rata ta' tnaqqis standard proposta mill-Kunsill ġiet approvata;

Għall-Qorti tal-Ġustizzja (Taqsima IV), bl-esklużjoni tat-tnaqqis ta' EUR 0,6 miljun propost mill-Parlament Ewropew;

Għas-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna (Taqsima X), bl-esklużjoni tat-trasferiment tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE propost mill-Parlament Ewropew. Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel mad-dikjarazzjoni konġunta kif tinsab fit-Taqsima 3.6.

Barra minn hekk, tliet linji ġodda (30 01 16 01, 30 01 16 02, 30 01 16 03) ġew inklużi fil-baġit tal-Kummissjoni (Taqsima III), bil-livell korrispondenti ta' approprjazzjonijiet propost mill-Parlament Ewropew fil-qari tiegħu.

B’konsegwenza ta’ dan, u wara li jitqiesu l-proġetti bi prova u l-azzjonijiet preparatorji, il-marġni taħt il-livell massimu tal-infiq tal-intestatura 5 jammonta għal EUR 316,8 miljun.

Il-ħolqien ta' grupp ta' funzjoni AST/SC

L-organigrammi tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE kollha se jiġu modifikati sabiex jittieħed kont tal-ħolqien fir-Regolament tal-Personal ta' grupp ta' funzjoni ġdid AST/SC, kif propost fl-Ittra Emendatorja Nru 2/2014.

Intestatura 6

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit.

1.4.   Strumenti speċjali

L-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (EAR) u l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit.

1.5.   Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Il-livell globali ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-baġit 2014 huwa stabbilit fl-ammont ta’ EUR 135 504 613 000 miljun.

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' Baġit hija użata bħala punt ta' tluq sabiex tiġi applikata l-allokazzjoni segwenti tal-approprjazzjonijiet ta' pagament bejn il-linji baġitarji fl-2014:

1.

L-ewwelnett, jittieħed kont tal-livell tal-approprjazzjonijiet ta' impenji miftiehem għan-nefqa mhux differenzjata, li għaliha l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament huwa, minħabba n-natura tagħha, ugwali għal-livell ta' impenji;

2.

B’analoġija, l-istess japplika għall-aġenziji deċentralizzati, li l-kontribuzzjoni tal-UE għalihom f’approprjazzjonijiet ta' pagament hija stabbilita fil-livell propost fit-Taqsima 1.2 hawn fuq;

3.

l-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji l-ġodda kollha huma stabbiliti fil-livell ta’ 50 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn korrispondenti jew fil-livell propost mill-Parlament jekk ikun aktar baxx; fil-każ ta’ estensjoni tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji eżistenti, il-livell ta' pagamenti huwa dak definit fl-Abbozz ta’ Baġit flimkien ma’ 50 % tal-impenji ġodda korrispondenti, jew il-livell propost mill-Parlament jekk ikun aktar baxx;

4.

Ġew approvati l-ammonti speċifiċi li ġejjin f'approprjazzjonijiet ta' pagament:

a.

Il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-Fond ta' Solidarjetà fl-2014 huwa stabbilit fl-ammont ta’ EUR 150 miljun;

b.

Il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija huma stabbiliti fil-livell propost fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2014, filwaqt li l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-Ftehimiet Internazzjonali għas-Sajd huwa stabbilit fil-livell propost fl-Ittra Emendatorja Nru 2/2014;

c.

Il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għas-“Sostenn għall-proċess ta’ paċi u assistenza finanzjarja lill-Palestina u l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-rifuġjati tal-Palestina (UNRWA)” huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 200 miljun;

d.

Il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-istrateġiji macroreġjonali 2014-2020 huwa stabbilit għall-50 % tal-livell ta' impenji fl-intestatura 1b fit-taqsima 1.3 hawn fuq;

e.

Il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-Avvenimenti Annwali Speċjali huwa stabbilit fil-livell ta' impenji definit fl-intestatura 1a fit-taqsima 1.3 hawn fuq;

5.

Il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament stabbilit fil-paragrafi 2 sa 4 għandu impatt nett ta' EUR 285 miljun meta mqabbel mal-pożizzjonijiet tal-Kunsill fuq l-Abbozz ta' Baġit għall-partiti tan-nefqa kkonċernati. Meta jittieħed kont tad-differenza bejn il-livell globali tal-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 135 504 613 000 u l-pożizzjoni tal-Kunsill fuq l-Abbozz ta' Baġit, l-ammont li jibqa' ta' EUR 215 miljun jippermetti żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-linji baġitarji kollha b'approprjazzjonijiet differenzjati li għalihom ma ġew definiti l-ebda regoli speċifiċi fil-paragrafu 2 sa 4 hawn fuq, f'proporzjon mad-differenza bejn l-Abbozz ta' Baġit propost mill-Kummissjoni u l-pożizzjoni tal-Kunsill.

Bħala parti mill-kompromess globali, il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni qabel dwar id-dikjarazzjoni konġunta dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament li tinsab fit-taqsima 3.1 hawn isfel.

Il-Kunsill jieħu att tad-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar l-approprjazzjonijiet li tinsab fit-taqsima 3.2 hawn taħt.

1.6.   Kummenti baġitarji

L-emendi kollha proposti mill-Parlament Ewropew jew il-Kunsill għat-test tal-kummenti baġitarji huma approvati bil-modifiki li jinsabu fl-Anness 1, bil-kundizzjoni li ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-bażi ġuridika eżistenti, jew jinċidu fuq l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet, u li l-azzjoni tista' tiġi koperta bir-riżorsi disponibbli.

1.7.   Linji baġitarji ġodda

Sakemm mhux indikat mod ieħor fil-konklużjonijiet konġunti miftiehma mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jew miftiehma b'mod konġunt miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja fil-qari rispettiv tagħhom, in-nomenklatura kif proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit u l-Ittri Emndatorji tiegħu Nru 1/2014 u Nru 2/2014 tibqa' l-istess, bl-eċċezzjoni tal-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji.

Dawn il-bidliet miftiehma fin-nomenklatura jikkonċernaw il-linji baġitarji li ġejjin:

Linja baġitarja

Isem

04 03 01 05

Miżuri ta’ tagħrif u taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema

04 03 01 06

Tagħrif, konsultazzjoni u parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-intrapriżi

04 03 01 08

Ir-relazzjonijiet industrijali u d-djalogu soċjali

15 02 01

Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni, taħriġ u żgħażagħ, ir-rilevanza tagħha għas-suq tax-xogħol u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika Ewropea

15 02 01 01

Edukazzjoni u taħriġ

15 02 01 02

Żgħażagħ

15 02 10

Avveniment Annwali Speċjali

21 02 07 03

Ambjent u tibdil fil-klima

21 02 07 04

Enerġija sostenibbli

21 02 07 05

L-iżvilupp tal-bniedem

21 02 07 06

Is-sigurtà tal-ikel u l-agrikultura sostenibbli

21 02 07 07

Il-migrazzjoni u l-ażil

21 02 08 03

Is-soċjetà ċivili fl-iżvilupp

21 02 08 04

Awtoritajiet lokali fl-iżvilupp

21 02 09

Il-Lvant Nofsani

21 02 10

L-Asja ċentrali

21 02 11

Pan-Afrika

21 02 12

Amerika Latina

21 02 13

L-Afrika t’Isfel

21 02 14

Asja

21 02 15

Afganistan

30 01 16 01

Pensjonijiet tal-irtirar ta’ ex Membri tal-Parlament Ewropew,

30 01 16 02

Pensjonijiet tal-invalidità ta’ ex Membri tal-Parlament Ewropew,

30 01 16 03

Pensjonijiet tas-superstiti ta’ ex Membri tal-Parlament Ewropew,

Il-kummenti baġitarji għal-linji baġitarji l-ġodda fuq id-Djalogu Soċjali, kif proposti mill-Kummissjoni, jinsabu fl-Anness.

1.8.   Riżervi

Ir-riżerva ta' EUR 2 miljun stabbilita mill-Parlament Ewropew fil-linja baġitarja 01 02 01 “Koordinazzjoni, sorveljanza u komunikazzjoni tal-unjoni ekonomika u monetarja, inkluż l-euro” ġiet approvata.

1.9.   Dħul

Il-lat tad-dħul tal-baġit ġie approvat kif propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 2/2014, aġġustat għal-livell ta' pagamenti miftiehem fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni.

2.   Baġit 2013

L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) Nru 8/2013 huwa approvat bl-ammonti kif proposti mill-Kunsill.

L-ABE Nru 9/2013 huwa approvat kif propost mill-Kunsill, bl-emendi li ġejjin:

1.

Ġie approvat ammont addizzjonali ta' EUR 200 miljun sabiex jiġu indirizzati l-bżonnijiet pendenti għall-approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2013 fil-qasam tar-riċerka għal dak li jikkonċerna l-linji baġitarji li ġejjin:

f'EUR miljuni

Linja baġitarja

Isem

Żieda tal-approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2013

06 06 02 03

L-Impriża Konġunta SESAR

12,458 miljun

08 02 02

Kooperazzjoni – Is-Saħħa – L-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi

17,981 miljun

08 04 01

Kooperazzjoni – In-nanoxjenzi, in-nanoteknoloġiji, il-materjali u t-teknoloġiji ġodda tal-produzzjoni

19,936 miljun

08 06 01

Kooperazzjoni – Ambjent (inluż it-tibdil fil-klima)

2,804 miljun

08 10 01

L-ideat

41,884 miljun

08 19 01

Kapaċitajiet – Appoġġ għal żvilupp koerenti ta’ politika ta’ riċerka

0,406 miljun

09 04 01 01

Appoġġ għall-Kooperazzjoni fir-Riċerka fil-qasam tat-teknoloġiji tal-Informatika u l-Komunikazzjoni (ICT – Kooperazzjoni)

40,813 miljun

10 03 01

Attivitajiet Nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC)

0,406 miljun

15 07 77

In-nies

63,313 miljun

Totali

200 miljun

2.

Assenjazzjoni mill-ġdid tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għal ammont totali ta' EUR 50 miljun fl-2013 hija approvata mil-linji baġitarji li ġejjin:

f'EUR miljuni

Linja baġitarja

Isem

Assenjazzjoni mill-ġdid tal-approprjazzjonijiet ta' pagament

Baġit 2013

ABE 9/2013

Differenza

01 03 02

Assistenza Makrofinanzjarja

 

 

10,000

04 05 01

Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF)

 

 

13,116

08 01 04 31

Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

 

 

3,915

08 01 05 01

Nefqa konnessa mal-persunal li jwettaq ir-riċerka

 

 

7,230

08 01 05 03

Nefqa oħra ta' ġestjoni għar-riċerka

 

 

15,739

Totali

 

 

50,000

L-assenjazzjoni mill-ġdid tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għan-nefqa ta' appoġġ amministrattiv għar-riċerka (Kapitolu 08 01) tikkonċerna nefqa mhux differenzjata, li twassal għal tnaqqis korrispondenti fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (- EUR 26.9 miljun) fuq l-aħħar tliet linji fit-tabella hawn fuq.

Ammont ta' EUR 250 miljun ta' approprjazzjonijiet ta' pagament għall-Fond ta' Solidarjetà tal-UE huwa inkluż fil-baġit 2013, filwaqt li ammont ta' EUR 150 miljun ta' approprjazzjonijiet ta' pagament għall-Fond ta' Solidarjetà tal-UE huwa inkluż fil-baġit 2014.

3.   Dikjarazzjonijiet

3.1.   Dikjarazzjoni konġunta dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jfakkru fir-responsabbiltà konġunta tagħhom, kif stabbilita mill-Artikolu 323 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li “l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jassiguraw li jkun hemm disponibbli l-mezzi finanzjarji sabiex jippermettu li l-Unjoni tissodisfa l-obbligi legali tagħha fir-rigward ta' partijiet terzi”.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ifakkru fil-bżonn li jiġi żgurat, fid-dawl tal-eżekuzzjoni, twettiq kif suppost ta' pagamenti sabiex jiġi evitat kull riport anormali ta' impenji pendenti (“RAL”) fil-baġit 2015. F'dan ir-rigward, huma jistgħu jirrikorru, fejn xieraq, għall-mekkaniżmi ta' flessibbiltà varji inklużi fir-Regolament QFP, fost oħrajn fl-Artikolu 13 tiegħu.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu li jistabbilixxu l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2014 fl-ammont ta' EUR 135 504 613 000. Jitolbu li l-Kummissjoni tagħti bidu għal kwalunkwe azzjoni meħtieġa, abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-abbozz tar-Regolament QFP u r-Regolament Finanzjarju, sabiex tassumi r-responsabbiltà konferita mit-Trattat, u b'mod partikolari, wara li teżamina l-possibbiltà li jiġu allokati mill-ġdid l-approprjazzjonijiet rilevanti b'riferiment partikolari għas-sottoeżekuzzjoni prevista tal-approprjazzjonijiet (Artikolu 41(2) tar-Regolament Finanzjarju), bil-ħsieb li titlob approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali fl-abbozz ta' baġit jekk l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit 2014 mhumiex suffiċjenti biex ikopru n-nefqa.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill se jieħdu pożizzjoni dwar kwalunkwe abbozz ta' baġit emendatorju malajr kemm jista’ jkun bil-għan li jiġi evitat kull nuqqas fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jipproċessaw malajr kull trasferiment possibbli ta' approprjazzjonijiet ta' pagament, anke bejn intestaturi tal-qafas finanzjarju, sabiex isir l-aħjar użu possibbli ta' approprjazzjonijiet ta' pagament imdaħħla fil-baġit u jiġu allinjati mal-implimentazzjoni u l-ħtiġijiet attwali.

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni se jimmonitorjaw, matul is-sema, l-istat ta' eżekuzzjoni tal-baġit 2014, b'mod partikolari taħt is-subintestatura 1b (Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali) u l-iżvilupp rurali taħt l-intestatura 2 (Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali). Dan se jieħu l-forma ta' laqgħat interistituzzjonali speċifiċi, b'mod konformi mal-punt 36 tal-Anness tal-Ftehim Interistituzzjonali, sabiex jitiqes l-istat tal-eżekuzzjoni tal-pagamenti u l-previżjonijiet riveduti.

3.2.   Id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament

Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni se jfakkru fil-bżonn ta' flessibbiltà speċifika u massima fil-QFP 2014-2020. Bidliet fil-bażijiet ġuridiċi proposti miftiehma mill-awtorità leġiżlattiva se jwasslu għal pressjoni ulterjuri fuq il-limiti massimi ta' pagament taħt il-QPF 2014-2020. Fil-kuntest tal-finalizzazzjoni tal-pakkett leġiżlattiv tal-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 u filwaqt li jitqies l-impatt possibbli tal-inizjattiva SME, il-Kummissjoni ħarġet dikjarazzjoni dwar l-impatt tal-ftehim milħuq dwar ir-riżerva ta' prestazzjoni u l-livelli ta' prefinanzjament fuq l-bżonnijiet ta' pagament. Filwaqt li l-impatt globali ta' dawn il-bidliet fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali fil-QFP 2014-2020 huwa meqjus limitat, il-Kummissjoni ddikjarat li l-varjazzjonijiet annwali fil-livell globali ta' pagamenti se jkunu ġestiti permezz tal-użu tal-marġini globali għall-pagamenti. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-Istrument ta' Flessibbiltà u l-Marġini ta' Kontinġenza li kien kemm qbil dwarhom fl-abbozz tar-Regolament QFP.

Għalhekk il-Kummissjoni għandha l-ħsieb tipproponi miżuri ta' korrezzjoni fid-dawl tal-eżekuzzjoni, billu tuża, safejn neċessarju, l-istrumenti kollha provduti mill-QFP l-ġdid. B'mod partikolari, matul is-sena 2014 il-Kummissjoni tista' tipproponi li jsir rikors għall-Marġini ta' Kontinġenza, b'mod konformi mal-Artikolu 13 tal-abbozz tar-Regolament QFP.

3.3.   Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament

Il-Kunsill ifakkar li strumenti speċjali jistgħu jiġu attivati biss sabiex jindirizzaw ċirkustanzi ġenwinament mhux previsti.

Huwa jfakkar li l-Marġini ta' Kontinġenza ma għandhiex tirriżulta fil-qbiż tal-limiti massimi totali tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

Fir-rigward ta' strumenti speċjali oħra, il-Kunsill ifakkar li l-Artikolu 3(2) tal-abbozz ta-Regolament QFP jipprovdi li l-approprjazzjonijiet ta' impenn jistgħu jidħlu fil-baġit 'l fuq mil-limiti massimi tal-intestaturi rilevanti.

3.4.   Dikjarazzjoni konġunta dwar l-aġenziji deċentralizzati

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jfakkru fl-importanza tat-tnaqqis progressiv fil-livelli tal-persunal tal-istiutuzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE kollha b'5 % matul ħames snin, kif miftiehem fil-punt 23 tal-abbozz tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar dixxiplina baġitarja, kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja soda.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jwettqu b'mod progressiv t-tnaqqis ta' 5 %, imsemmi hawn fuq, tal-persunal għall-perjodu 2013-2017 filwaqt li jinsistu wkoll fuq il-funzjonament xieraq tal-aġenziji sabiex ikunu jistgħu jweetqu d-dmirijiet konferiti lilhom mill-awtorità leġiżlattiva. F'dan ir-rigward, huma jikkunsidraw li miżuri ulterjuri, inklużi dawk strutturali, jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jinkiseb dan it-tnaqqis għall-aġenziji deċentralizzati. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni se tkompli l-evalwazzjoni tagħha dwar il-possibbiltajiet li ċerti aġenziji jingħaqdu u/jew jingħalqu, u/jew modi oħra ta' kif jinkisbu s-sinerġiji.

Barra mix-xogħol imwettaq mill-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali, li rriżulta fl-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati miftiehem f'Lulju 2012, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu fuq il-bżonn ta' skrutinju aktar mill-qrib u aktar permanenti fuq l-iżvilupp tal-aġenziji deċentralizzati sabiex jiġi żgurat approċċ koerenti. Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi rispettivi tagħhom, huma jaqblu li jistabbilixxu grupp ta' ħidma interistituzzjonali speċifiku bl-għan jiddefinixxi triq ta' żvilupp ċara għall-aġenziji, ibbażata fuq kriterji oġġettivi. Il-Grupp għandu jiddiskuti b'mod partikolari:

l-evalwazzjoni tat-tabelli ta' organigramma fuq bażi każ b'każ;

modi ta' kif jiġu provduti approprjazzjonijiet u persunal xierqa għal dmirijiet addizzjonali, konferiti lill-aġenziji individwali mill-awtorità leġiżlattiva;

it-trattament tal-aġenziji li huma kompetament jew parzjalment iffinanzjati mit-tariffi;

l-istruttura amministrattiva tal-aġenziji, il-mudelli ta' finanzjament u t-trattament tad-dħul assenjat;

l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-bżonnijiet; fużjonijiet/għeluq potenzjali, it-trasferiment ta' dmirijiet lill-Kummissjoni.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill se jieħdu kont xieraq tar-riżultati miksuba mill-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali fid-deliberazzjonijiet tagħhom bħala awtorità leġiżlattiva u baġitarja.

3.5.   Dikjarazzjoni konġunta dwar l-intestatura 5 u l-aġġustamenti tas-salarji

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu li fl-istennija tal-eżitu tal-kawżi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-approprjazzjonijiet relatati mal-aġġustamenti tas-salarji proposti ta' 1,7 % għall-2011 u 1,7 % għall-2012 mhux se jiġu inklużi f'dan l-istadju fil-baġit 2014.

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi favur il-Kummissjoni, il-Kummissjoni se tippreżenta Abbozz ta' Baġit Emendatorju fl-2014 sabiex tkopri l-aġġustamenti tas-salarji proposti, għat-Taqsimiet kollha. F'tali każ, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jaġixxu b'mod rapidu fuq l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju.

3.6.   Dikjarazzjoni konġunta dwar ir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE

Il-Parlament u l-Kunsill jaqblu li jeżaminaw it-trasferiment tal-approprjazzjonijiet għar-Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni Ewropea mill-baġit tal-Kummissjoni (Taqsima III) għall-baġit tas-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna (Taqsima X) fil-kuntest tal-proċedura baġitarja 2015.

Anness 1 – Emendi tal-Kummenti Baġitarji

B'riferiment għat-taqsima 1.6 tal-konklużjonijiet konġunti, kif imqabbla mal-kummenti baġitarji votati mill-Kunsill u l-Parlament, kien hemm qbil fuq il-modifiki li ġejjin:

Intestatura 1A

04 03 01 05

Miżuri ta’ tagħrif u taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba sabiex tkopri n-nefqa fuq miżuri ta’ tagħrif u taħriġ għal organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, inklużi rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tal-ħaddiema fil-pajjiżi kandidati, li toħroġ mill-implimentazzjoni ta’ mill-azzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu lill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema jikkontribwixxu għall-indirizzar jindirizzaw l-isfidi l-kbar li qed tiffaċċja l-politika Ewropea dwar l-impjiegi u dik soċjali kif stabbilit fl-Istrateġija Ewropa 2020 u l-Aġenda Soċjali u fil-kuntest ta’ inizjattivi tal-Unjoni biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika.

Barra minn hekk, dawn il-fondi huma speċifikati sabiex jappoġġaw il-programmi ta’ ħidma taż-żewġ istituti, ETUI (Istitut Ewropew tat-Trade Unions) u EZA (Ċentru Ewropew għall-Mistoqsijiet tal-Ħaddiema), li ġew stabbiliti sabiex jippromwovu l-bini tal-kapaċità permezz ta’ miżuri edukattivi u r-riċerka fil-livell Ewropew, inklużi pajjiżi kandidati sabiex tinkiseb inklużjoni aktar b’saħħitha tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-proċessi ta’ teħid tad-deċiżjonijiet.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex b’mod partikolari tkopri l-attivitajiet li ġejjin.

Sostenn għall-programmi ta’ ħidma taż-żewġ istituti speċifiċi tal-għaqdiet tal-ħaddiema, ETUI (Istitut Ewropew tat-Trade Unions) u EZA (Ċentru Ewropew għall-Mistoqsijiet tal-Ħaddiema), li ġew stabbiliti sabiex jiffaċilitaw il-bini tal-kapaċità permezz tat-taħriġ u r-riċerka fil-livell Ewropew, kif ukoll biex itejbu l-grad ta’ involviment tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-governanza Ewropea,

Miżuri ta’ informazzjoni u taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, inklużi rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tal-ħaddiema fil-pajjiżi kandidati, li jitnisslu mill-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni,

Miżuri li jinvolvu rappreżentanti tas-sħab soċjali fil-pajjiżi kandidati bl-iskop speċifiku li jippromwovu d-djalogu soċjali fil-livell tal-Unjoni. Din hi maħsuba wkoll biex tippromwovi l-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa fil-korpi fejn jittieħdu d-deċiżjonijet mill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema."

Bażi Ġuridika

Xogħol li jirriżulta minn poteri speċifiċi li huma mogħtija direttament lill-Kummissjoni bit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 154.

Il-Konvenzjoni konkluża fl-1959 bejn l-Awtorità l-Għolja tal-KEFA u ċ-Ċentru Internazzjonali tas-Sigurtà fix-Xogħol u Tagħrif tas-Saħħa (CIS) tal-Uffiċċju Internazzjonali tal-Impjiegi.

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1), u d-Direttivi individwali assoċjati.

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/29/KEE tal-31 ta’ Marzu 1992 dwar ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti (ĠU L 113, 30.4.1992, p. 19).

04 03 01 06

Tagħrif, konsultazzjoni u parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-impriżi

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri operazzjonijiet ta’ finanzjament sabiex jiġu żgurati l-kundizzjonijiet għat-trawwim tal-iżvilupp tal-involviment tal-ħaddiema fl-impriżi, bil-promozzjoni tad-Direttivi 97/74/KE u 2009/38/KE dwar il-Kunsilli tax-Xogħol Ewropej, id-Direttivi 2001/86/KE u 2003/72/KE dwar l-involviment tal-ħaddiema fil-Kumpanija Ewropea u fis-Soċjetà Kooperattiva Ewropea, rispettivament, id-Direttiva 2002/14/KE li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea u l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2005/56/KE dwar mergers transkonfinali ta' kumpaniji ta' responsabbiltà limitata.

Din l-approprjazzjoni tkopri l-finanzjament ta' miżuri maħsuba sabiex isaħħu l-kooperazzjoni transnazzjonali bejn ir-rappreżentanti tal-ħaddiema u ta' min iħaddem fir-rigward ta' tagħrif, konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema fi ħdan kumpaniji li joperaw f'aktar minn Stat Membru wieħed. Azzjonijiet qosra ta' taħriġ għal negozjaturi u rappreżentanti f'korpi transnazzjonali ta' tagħrif, konsultazzjoni u parteċipazzjoni jistgħu jkunu ffinanzjati f'dak il-kuntest. Dan jista' jinvolvi lill-imsieħba soċjali mill-pajjiżi kandidati. Din l-approprjazzjoni tista' tintuża għall-finanzjament ta' miżuri li jippermettu lill-imsieħba soċjali jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u d-dmirijiet tagħhom fir-rigward tal-involviment tal-ħaddiema, b'mod speċjali fi ħdan il-qafas tal-Kunsilli Ewropej tax-Xogħol u fl-SMEs, sabiex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-ftehimiet tal-kumpaniji transnazzjonali u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fir-rigward tal-liġi tal-Unjoni dwar l-involviment tal-ħaddiema.

Barra minn hekk, din tista' tintuża għall-finanzjament ta' miżuri maħsuba sabiex jiżviluppaw l-ispeċjalizzazzjoni fuq l-involviment tal-ħaddiema fost l-Istati Membri, jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti u l-partijiet interessati u jrawmu r-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni u tittejjeb l-effikaċja tal-liġi tal-Unjoni dwar l-involviment tal-ħaddiema.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex b’mod partikolari tkopri l-attivitajiet li ġejjin.

Miżuri li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għad-djalogu soċjali fil-kumpaniji u l-involviment xieraq tal-impjegati fl-impriżi kif dispost skont id-Direttiva 2009/38/KE dwar il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej, id-Direttivi 2001/86/KE u 2003/72/KE rigward l-involviment tal-impjegati fil-kumpanija Ewropea u fis-Soċjetà Kooperattiva Ewropea rispettivament, id-Direttiva 2002/14/KE li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea, id-Direttiva 98/59/KE dwar redundancies kollettivi u l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2005/56/KE dwar mergers transkonfinali ta’ kumpaniji ta’ responsabbiltà limitata.

Inizjattivi biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni transnazzjonali bejn ir-rappreżentanti tal-ħaddiema u tal-impjegaturi fir-rigward ta’ informazzjoni, konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-impjegati fi ħdan kumpaniji li joperaw f’aktar minn Stat Membru wieħed u azzjonijiet qosra ta’ taħriġ għal negozjaturi u rappreżentanti f’korpi tranżnazzjonali ta’ informazzjoni, konsultazzjoni u parteċipazzjoni jistgħu jiġu ffinanzjati f’dak il-kuntest. Dan jista' jinvolvi lis-sħab soċjali mill-pajjiżi kandidati.

Miżuri li jippermettu lis-sħab soċjali jeżerċitaw id-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom rigward l-involviment tal-impjegati, speċjalment fi ħdan il-qafas tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej, sabiex isiru familjari ma’ ftehimiet ta’ kumpaniji tranżnazzjonali u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fir-rigward tal-liġi tal-Unjoni dwar l-involviment tal-ħaddiema,

Operazzjonijiet li jrawmu l-iżvilupp tal-involviment ta’ impjegati fl-impriżi,

Azzjonijiet innovazzjoni relatati mal-involviment tal-ħaddiema, bl-għan li jagħtu sostenn lill-antiċipazzjoni tal-bidla u l-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ tilwimiet fil-kuntest tar-ristrutturar korporattiv, il-fużjonijiet, l-akkwiżizzjonijiet u r-rilokazzjoni f’impriżi fuq skala ta’ unjoni u fi gruppi ta’ impriżi fuq l-iskala tal-Unjoni,

Miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn is-sħab soċjali għall-iżvilupp tal-involviment tal-impjegati fit-tfassil ta’ soluzzjonijiet li jindirizzaw il-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika, bħal sensji kollettivi, jew il-ħtieġa għal bidla lejn soċjetà inklużiva, sostenibbli u b’livell baxx ta’ karbonju,

Skambju tranżnazzjonali ta’ informazzjoni u prattika tajba fi kwistjonijiet li huma rilevanti għad-djalogu soċjali fil-livell tal-kumpaniji,

Bażi Ġuridika

Il-kompitu li jirriżulta minn setgħat speċifiċi kkonferiti direttament lill-Kummissjoni mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 154 u 155.

Id-Direttiva tal-Kunsill 97/74/KE tal-15 ta' Diċembru 1997 li testendi, għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' fuq, id-Direttiva 94/45/KE dwar l-Istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura f'impriżi ta' skala Komunitarja u fi gruppi ta' skala Komunitarja ta' impriżi għall-iskopijiet ta' tagħrif u konsultazzjoni tal-impjegati (ĠU L 10, 16.1.1998, p. 22).

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat-8 ta’ Ottubru 2001 li tissupplimenta l-Istatut għal kumpanija Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema (ĠU L 294, 10.11.2001, p. 22).

Id-Direttiva 98/59/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU L 225, 12.8.1998, p. 16).

Id-Direttiva 2001/23/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU L 82, 22.3.2001, p. 16).

Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29).

Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta’ Lulju 2003 li tissupplimenta l-Istatut għal koperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-impjegati (ĠU L 207, 18.8.2003, p. 25).

Id-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 1).

Id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-impjegati (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28).

Il-Konvenzjoni konkluża fl-1959 bejn l-Awtorità l-Għolja tal-KEFA u ċ-Ċentru Internazzjonali tas-Sigurtà fix-Xogħol u Tagħrif tas-Saħħa (CIS) tal-Uffiċċju Internazzjonali tal-Impjiegi.

04 03 01 08

Ir-relazzjonijiet industrijali u d-djalogu soċjali

Kummenti

L-objettiv ta’ din l-attività huwa li jissaħħaħ ir-rwol tad-djalogu soċjali u li tiġi promossa l-adozzjoni ta’ ftehimiet u ta’ azzjonijiet konġunti oħra bejn lis-sħab soċjali fil-livell tal-UE. Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-finanzjament tal-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali L-azzjonijiet ffinanzjati għandhom jgħinu lill-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali jindirizzaw fl-istrateġija Ewropea għall-impjieġi u l-kontribuzzjoni tas-sħab soċjali biex jindirizzaw l-isfidi kumplessivi li qed tiffaċċja l-politika tal-impjiegi u soċjali Ewropea kif stabbilit fl-Istrateġija Ewropa 2020 u l-Aġenda Soċjali u fi ħdan il-kuntest tal-inizjattivi tal-Unjoni biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u jkun hemm kontribut għat-titjib u d-disseminazzjoni tal-għarfien tal-istituzzjonijiet u l-prassi fil-qasam tar-relazzjonijiet industrijali. Din hi maħsuba biex tkopri għotjiet għall-promozzjoni ta’ djalogu soċjali fil-livell settorjali u ta’ bejn l-industriji u skont l-Artikolu 154 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-approprjazzjonijiet għandhom għalhekk jintużaw biex jiffinanzjaw konsultazzjonijiet, laqgħat, negozjati u operazzjonijiet oħra maħsuba biex jilħqu dan l-għan.

Aktar minn hekk, din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-appoġġ għall-miżuri tar-relazzjonijiet industrijali, b’mod partikolari, dawk li ġew imfassla għall-iżvilupp tal-għarfien espert u l-iskambju tat-tagħrif rilevanti dwar l-Unjoni.

Din l-approprjazzjoni hija wkoll maħsuba biex tkopri l-finanzjament ta’ miżuri li jinvolvu r-rappreżentanti tal-imsieħba soċjali fil-pajjiżi kandidati bl-iskop speċifiku li jiġi promoss id-djalogu soċjali f’livell tal-Unjoni. Din hija maħsuba wkoll biex tippromwovi l-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa u l-irġiel fil-korpi fejn jittieħdu d-deċiżjonijet kemm tat-trade unions kif ukoll tal-organizzazzjonijiet ta’ min jimpjega. Dawn iż-żewġ komponenti tal-aħħar huma ta’ natura orizzontali.

Fuq il-bażi ta’ dawn l-għanijiet, ġew stabbiliti żewġ subprogrammi:

appoġġ għal djalogu soċjali Ewropew,

titjib fit-tagħrif espert fir-relazzjonijiet industrijali.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex b’mod partikolari tkopri l-attivitajiet li ġejjin.

Studji, konsultazzjonijiet, laqgħat ta’ esperti, negozjati, informazzjoni, pubblikazzjonijiet u operazzjonijiet oħra marbuta direttament mal-kisba tal-objettiv imsemmi hawn fuq jew ta’ miżuri li jaqgħu taħt din l-linja baġitarja, kif ukoll kull nefqa oħra fuq għajnuna teknika u amministrattiva li ma tinvolvix ħidmiet ta’ awtorità pubblika esternalizzati mill-Kummissjoni skont kuntratti ta’ servizz ad hoc,

Azzjonijiet meħuda mis-sħab soċjali sabiex jippromwovu d-djalogu soċjali (inkluża l-kapaċità tas-sħab soċjali) fil-livell tranżindustrijali u settorjali,

Azzjonijiet biex jittejjeb l-għarfien dwar l-istituzzjonijiet u l-prattiki ta’ relazzjonijiet industrijali fl-UE, u d-disseminazzjoni tar-riżultati,

Miżuri li jinvolvu rappreżentanti tas-sħab soċjali fil-pajjiżi kandidati bl-iskop speċifiku li jippromwovu d-djalogu soċjali fil-livell tal-Unjoni. Din hija maħsuba wkoll biex tippromwovi l-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa u l-irġiel fil-korpi deċiżjonali kemm fl-għaqdiet tal-ħaddiema kif ukoll fl-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi,

Azzjonijiet biex jiġu appoġġati miżuri ta’ relazzjonijiet industrijali, b’mod partikolari dawk imfassla biex jiġu żviluppati l-kompetenza u l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti għall-Unjoni.

Bażi Ġuridika

Il-kompitu li jirriżulta minn setgħat speċifiċi kkonferiti direttament lill-Kummissjoni mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 154 u 155.

15 02 10

Avveniment Annwali Speċjali

Kummenti

Il-kummenti għal din il-linja baġitarja għandha tinqara kif ġej:

Żid it-test li ġej:

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tat-tlestija tal-miżuri li kellhom appoġġ bħala avvenimenti sportivi annwali speċjali.

Avveniment Annwali Speċjali: Il-Ġimgħa Ewropea MOVE

Impenji: EUR 1 000 000; Pagamenti: EUR 1 000 000

Il-Ġimgħa Ewropea MOVE hija avveniment emblematiku madwar l-Ewropa kollha li tippromwovi sports popolari u attività fiżika u l-impatt pożittiv tagħhom fuq iċ-ċittadini u s-soċjetajiet Ewropej.

Bħala parti mill-viżjoni sabiex 100 miljun persuna Ewropea oħra ssir attiva fl-isports u l-attività fiżika sal-2020, il-Ġimgħa MOVE 2014 hija approċċ minn isfel għal fuq li tinvolvi lill-komunitajiet lokali, il-klabbs sportivi, il-postijiet ta’ ħidma u l-ibliet f'ċelebrazzjoni fuq skala kbira ta' sports u attività fiżika. Din hija parti integrata tal-kampanja Ewropea NowWeMove u għaldaqstant hija kontribut sostenibbli lejn ċittadini Ewropej aktar attivi fiżikament u aktar b'saħħithom.

Il-Ġimgħa MOVE 2014 se tkun ikkaratterizzata minn 300 avveniment mit-28 Stati Membri kollha tal-UE u minimu ta' 150 belt, filwaqt li tintroduċi inizjattivi sportivi u tal-attività fiżika ġodda u telenka n-numru kbir ta' azzjonijiet ta’ suċċess eżistenti.

Avveniment Annwali Speċjali: Il-Logħob tas-Sajf tal-Olimpijadi Speċjali Ewropej f'Antwerp, il-Belġju, fl-2014.

Impenji: EUR 2 000 000; Pagamenti: EUR 2 000 000

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri spejjeż ta’ miżuri appoġġati bħala avvenimenti annwali speċjali. L-ammont ta’ EUR 2 000 000 huwa allokat sabiex jikkofinanzja l-avveniment multiannwali tal-Logħob tas-Sajf tal-Olimipjadi Speċjali Ewropej f’Antwerp il-Belġju (bejn it-13 u l-20 ta' Settembru 2014). Dan il-finanzjament se jippermetti wkoll lill-atleti parteċipanti mit-28 Stat Membru kollha biex jitħarrġu, jippreparaw u jattendu għal-logħob fil-Belġju.

Dan l-avveniment se jinkludi 2 000 atleta u d-delegazzjonijiet tagħhom minn 58 pajjiż li se jikkompetu għal perjodu ta' għaxart ijiem. Aktar minn 4 000 voluntier se jgħin biex dan l-avveniment multisportiv ikun wieħed uniku. Flimkien mal-Programm tal-Isports, se jitwaqqfu Programmi oħra Xjentifiċi, Edukattivi u għall-Familja. Madwar 30 belt Belġjana se tospita l-atleti filwaqt li l-avveniment se jkun ospitat f’Antwerp. Ħafna avvenimenti speċjali se jiġu organizzati qabel, matul u wara l-Logħob.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/160


P7_TA(2013)0473

Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà – finanzjament tal-programmi ta' Fondi Strutturali Ċiprijotti

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà (COM(2013)0647 – C7-0302/2013 – 2013/2223(BUD))

(2016/C 436/28)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Abbozz ta’ Baġit tal-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2013)0450), ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2013, kif emendat mill-Ittra ta’ Emenda Nru 1 ippreżentata mill-Kummissjoni fit-18 ta’ Settembru 2013 (COM(2013)0644),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0647 – C7-0302/2013),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (1), u b’mod partikolari [l-Artikolu 11] tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-Punt 12 tiegħu,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fit-23 ta' Ottubru 2013 dwar l-abbozz ġenerali tal-baġit tal-2014,

wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fit-12 ta' Novembru 2013 (16106/2013 ADD 1-5 – C7-0413/2013),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0388/2013),

A.

billi, wara li ġew eżaminati l-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonjiet ta’ impenn taħt l-intestatura 1b, jidher li huwa meħtieġ li l-Istrument ta’ Flessibbiltà jiġi mobilizzat għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn,

B.

billi l-Kummissjoni pproponiet li timmobilizza l-Istrument ta’ Flessibbiltà biex tikkumplimenta l-iffinanzjar fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, lil hinn mil-livell massimu tal-intestatura 1b, ta' EUR 78 miljun lejn l-iffinanzjar tal-programmi ta' Fondi Strutturali Ċiprijotti biex tingħata allokazzjoni addizzjonali mill-Fondi Strutturali lil Ċipru għas-sena 2014 b'ammont totali ta' EUR 100 000 000,

1.

Jieħu nota li minkejja tisħiħ ristrett f'approprijazzjonijiet ta' impenn fuq għadd limitat ta' partiti tal-baġit u bosta tnaqqis fuq partiti oħrajn tal-baġit, il-livelli massimi tal-2014 tas-subintestatura 1b f’impenji ma jippermettux li jkun hemm finanzjament adegwat ta' prijoritajiet politiċi importanti u urġenti tal-Unjoni mwettqa mill-Parlament u l-Kunsill;

2.

Jaqbel mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà f'approprijazzjonijiet ta' impenn għall-iffinanzjar – taħt is-subintestatura 1b – tal-programmi ta' Fondi Strutturali Ċiprijotti għal ammont totali ta’ EUR 89 330 000;

3.

Itenni li l-mobilizazzjoni ta’ dan l-istrument, kif stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013, tenfasizza, għal darb’oħra, il-bżonn kruċjali li l-baġit tal-Unjoni jkun dejjem iżjed flessibbli;

4.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pibblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2014/97/UE.)


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/162


P7_TA(2013)0474

Abbozz tal-baġit emendatorju Nru 9/2013: Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għar-Rumanija (Nixfa u nirien fil-foresti fl-2012) u għall-Ġermanja, l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka (Għargħar f'Mejju u f'Ġunju 2013)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2013 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni (14872/2013 – C7-0388/2013 – 2013/2257(BUD))

(2016/C 436/29)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1),

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, adottat b'mod definittiv fit-12 ta' Diċembru 2012 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (3), (minn hawn 'il quddiem “FII”),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2013 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, adottat mill-Kummissjoni fit-3 ta' Ottubru 2013 (COM(2013)0691),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2013 adottata mill-Kunsill fit-30 ta' Ottubru 2013 (14872/2013 – C7-0388/2013),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet konġunti approvati mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fit-12 ta' Novembru 2013 (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 75b tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0390/2013),

A.

billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9 (ABE Nru 9/2013) għas-sena 2013 ikopri l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE ('il-Fond')għal ammont ta' EUR 400,5 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament, lir-Rumanija fir-rigward tan-nixfa u n-nirien tal-foresti fis-sajf tal-2012, u lill-Ġermanja, l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka fir-rigward tal-għarar f'Mejju u f'Ġunju 2013,

B.

billi l-iskop tal-ABE Nru 9/2013 huwa d-dħul formali ta’ dan l-aġġustament baġitarju fil-baġit tal-2013,

1.

Jieħu nota tal-ABE Nru 9/2013 kif ippreżentat mill-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill jieqaf milli jippreżenta l-pożizzjonijiet tiegħu taħt l-Artikolu 314(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fil-forma ta' atti legali (“Deċiżjoni”), billi dan mhuwiex konformi mal-Artikolu 314 tat-TFUE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tas-17 ta' Settembru 2013 fil-Kawża C-77/11 Kunsill vs Parlament; ifakkar li l-Artikolu 314(3) tat-TFUE huwa att preparatorju u validu mid-data ta' adozzjoni tiegħu; jenfasizza li se jirrifjuta u jinjora kull klawsola li permezz tagħha l-Kunsill ikun fi ħsiebu jagħmel il-validità tal-pożizzjoni tiegħu fi proċedura baġitarja tiddependi fuq l-approvazzjoni minn qabel tal-Parlament ta' baġit, baġit emendatorju jew att leġiżlattiv differenti;

3.

Jiddeplora l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-ABE Nru 9/2013, li temenda l-proposta tal-Kummissjoni bil-ħsieb li l-mobilizzazzjoni tal-Fond tkun totalment iffinanzjata permezz ta' riallokazzjonijiet minn linji baġitarji li fil-każ tagħhom mistennija nuqqas ta' eżekuzzjoni sa tmiem l-2013, kif identifikat mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha ta' trasferiment globali għall-2013 (DEC 26/2013);

4.

Japprova l-ftehim li ntlaħaq fit-12 ta' Novembru 2013 fl-ambitu tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni bil-ħsieb li din il-mobilizzazzjoni tiġi ffinanzjata sa massimu ta' EUR 250,5 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2013 permezz ta' riallokazzjonijiet, u EUR 150 miljun fl-2014 permezz ta' approprjazzjonijiet ġodda; jinnota b'sodisfazzjon li dan se jippermetti l-finanzjament ta' ħtiġijiet għal riċerka identifikati fit-trasferiment totali b'valur ta' EUR 200 miljun, u b'hekk jagħti lok, diġà dis-sena, għall-iffirmar ta' għadd ta' kuntratti ta' riċerka ġodda;

5.

Jenfasizza, madankollu, li huwa jżomm il-pożizzjoni tiegħu ta' prinċipju li l-finanzjament ta' strumenti speċjali, bħall-Fond, għandu jiddaħħal fil-baġit lil hinn mil-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali u ma jappoġġax id-dikjarazzjoni unilaterali tal-Kunsill dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament annessi mal-konklużjonijiet konġunti dwar il-Baġit 2014;

6.

Għalhekk jemenda l-pożizzjoni tal-Kunsill kif ġej:

(f'miljuni ta' EUR)

Linja baġitarja

Deskrizzjoni

AI

AP

06 06 02 03

Impriża Konġunta SESAR

 

12,458

08 02 02

Kooperazzjoni – Saħħa – Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi

 

17,981

08 04 01

Kooperazzjoni – Nanoxjenzi, nanoteknoloġiji, materjali u teknoloġiji ġodda tal-produzzjoni

 

19,936

08 06 01

Kooperazzjoni – Ambjent (inluż it-tibdil fil-klima)

 

2,804

08 10 01

Ideat

 

41,884

08 19 01

Kapaċitajiet – Appoġġ għal żvilupp koerenti ta’ politiki ta’ riċerka

 

0,406

09 04 01 01

Appoġġ għall-kooperazzjoni fir-riċerka fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT – Kooperazzjoni)

 

40,813

10 03 01

Attivitajiet Nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC)

 

0,406

15 07 77

In-nies

 

63,313

13 06 01

Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea — Stati Membri

 

- 150,000

01 03 02

Assistenza Makrofinanzjarja

 

-10,000

04 05 01

Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)

 

-13,116

08 01 04 31

Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

-3,915

-3,915

08 01 05 01

Nefqa relatata mal-persunal li jwettaq ir-riċerka

-7,230

-7,230

08 01 05 03

Nefqa maniġerjali oħra għar-riċerka

-15,739

-15,739

TOTAL

- 26,884

0

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 66, 8.3.2013.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(4)  Anness ma' P7_TA(2013)0472 tal-20 ta' Novembru 2013.


ANNESS TAL-BAĠIT:

ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 9/2013

NEFQA — NEFQA

Figuri

Titolu

Intestatura

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

01

L-Affarijiet Ekonomiċi u finanzjarji

555 684 796

428 350 972

 

-10 000 000

555 684 796

418 350 972

02

Intrapriża

1 157 245 386

1 376 115 339

 

 

1 157 245 386

1 376 115 339

03

Kompetizzjoni

92 219 149

92 219 149

 

 

92 219 149

92 219 149

04

Impjiegi u affarijiet soċjali

12 214 158 933

13 743 651 206

 

-13 116 000

12 214 158 933

13 730 535 206

05

L-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI

58 851 894 643

56 895 357 629

 

-32 331 335

58 851 894 643

56 863 026 294

06

Il-Mobilità u t-Trasport

1 740 800 530

983 961 494

 

12 457 557

1 740 800 530

996 419 051

07

Ambjent u azzjoni dwar il-klima

498 383 275

404 177 073

 

 

498 383 275

404 177 073

08

Ir-Riċerka

6 901 336 033

5 231 942 972

-26 884 000

- 233 072 948

6 874 452 033

4 998 870 024

09

Netwerks ta' komunikazzjoni, kontenut u teknoloġija

1 810 829 637

1 507 705 211

 

40 812 681

1 810 829 637

1 548 517 892

40 01 40, 40 02 41

391 985

1 811 221 622

391 985

1 508 097 196

 

 

391 985

1 811 221 622

391 985

1 548 909 877

10

Ir-Riċerka diretta

424 319 156

419 320 143

 

405 852

424 319 156

419 725 995

11

Sajd u Affarijiet marittimi

919 262 394

763 270 938

 

 

919 262 394

763 270 938

40 01 40, 40 02 41

115 220 000

1 034 482 394

70 190 000

833 460 938

 

 

115 220 000

1 034 482 394

70 190 000

833 460 938

12

Is-suq intern

103 313 472

101 938 194

 

 

103 313 472

101 938 194

40 02 41

3 000 000

106 313 472

3 000 000

104 938 194

 

 

3 000 000

106 313 472

3 000 000

104 938 194

13

Politika Reġjonali

43 792 849 672

43 417 676 111

400 519 089

171 531 335

44 193 368 761

43 589 207 446

14

It-tassazzjoni u l-unjoni doganali

144 620 394

127 227 655

 

 

144 620 394

127 227 655

15

Edukazzjoni u kultura

2 829 575 587

2 564 555 677

 

63 312 858

2 829 575 587

2 627 868 535

16

Komunikazzjoni

265 992 159

252 703 941

 

 

265 992 159

252 703 941

17

Is-Saħħa u l-ħarsien tal-konsumatur

634 370 124

598 986 674

 

 

634 370 124

598 986 674

18

Affarijiet interni

1 227 109 539

906 396 228

 

 

1 227 109 539

906 396 228

40 01 40, 40 02 41

111 280 000

1 338 389 539

66 442 946

972 839 174

 

 

111 280 000

1 338 389 539

66 442 946

972 839 174

19

Relazzjonijiet Esterni

5 001 226 243

3 292 737 301

 

 

5 001 226 243

3 292 737 301

20

Kummerċ

107 473 453

104 177 332

 

 

107 473 453

104 177 332

21

ŻVILUPP U RELAZZJONI MAL-ISTATI tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP)

1 571 699 626

1 235 408 520

 

 

1 571 699 626

1 235 408 520

22

Tkabbir

1 091 261 928

913 197 071

 

 

1 091 261 928

913 197 071

23

Għajnuna Umanitarja

917 322 828

979 489 048

 

 

917 322 828

979 489 048

24

IL-ĠLIEDA KONTRA L-FRODI

75 427 800

69 443 664

 

 

75 427 800

69 443 664

40 01 40

3 929 200

79 357 000

3 929 200

73 372 864

 

 

3 929 200

79 357 000

3 929 200

73 372 864

25

KOORDINAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KUMMISSJONI U KONSULENZA LEGALI

193 336 661

194 086 661

 

 

193 336 661

194 086 661

26

Amministrazzjoni tal-Kummissjoni

1 030 021 548

1 023 305 407

 

 

1 030 021 548

1 023 305 407

27

BAĠIT

142 450 570

142 450 570

 

 

142 450 570

142 450 570

28

AWDITJAR

11 879 141

11 879 141

 

 

11 879 141

11 879 141

29

Statistika

82 071 571

114 760 614

 

 

82 071 571

114 760 614

40 01 40, 40 02 41

51 900 000

133 971 571

7 743 254

122 503 868

 

 

51 900 000

133 971 571

7 743 254

122 503 868

30

Pensjonijiet u nefqa relatata

1 399 471 000

1 399 471 000

 

 

1 399 471 000

1 399 471 000

31

Servizzi lingwistiċi

396 815 433

396 815 433

 

 

396 815 433

396 815 433

32

L-enerġija

738 302 781

814 608 051

 

 

738 302 781

814 608 051

33

Ġustizzja

218 238 524

184 498 972

 

 

218 238 524

184 498 972

40

riżervi

1 049 836 185

231 697 385

 

 

1 049 836 185

231 697 385

 

Total

148 190 800 171

140 923 582 776

373 635 089

 

148 564 435 260

140 923 582 776

 

Li minnhom riservi: 40 01 40, 40 02 41

285 721 185

151 697 385

 

 

285 721 185

151 697 385

TITOLU XX — NEFQA AMMINISTRATTIVA ALLOKATA SKONT L-OQSMA TAL-POLITIKA

Figuri

Klassifikazzjoni skond it-tip

Titolu Kapitolu Artikolu Partita

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

XX 01

Nefqa Amministrattiva allokata skont l-oqsma tal-politika

 

 

 

 

XX 01 01

Nefqa marbuta mal-persunal f'impjieg attiv fl-oqsma tal-politika

 

 

 

 

XX 01 01 01

Nefqa marbuta mal-persunal f'impjieg attiv mal-istituzzjoni

 

 

 

 

XX 01 01 01 01

Rimunerazzjoni u allowances

5

1 835 168 000

 

1 835 168 000

XX 01 01 01 02

Spejjeż u allowances konnessi mar-reklutaġġ, trasferimenti, u terminazzjoni tas-servizz

5

14 878 000

 

14 878 000

XX 01 01 01 03

Aġġustamenti għal rimunerazzjonijiet

5

15 496 000

 

15 496 000

 

Sub-total

 

1 865 542 000

 

1 865 542 000

XX 01 01 02

Infiq relatat mal-persunal tal-Kummissjoni f’impjieg attiv tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni

 

 

 

 

XX 01 01 02 01

Rimunerazzjoni u allowances

5

110 428 000

 

110 428 000

XX 01 01 02 02

Spejjeż u allowances konnessi mar-reklutaġġ, trasferimenti, u terminazzjoni tas-servizz

5

7 462 000

 

7 462 000

XX 01 01 02 03

Approprjazzjonijiet sabiex ikopru kull aġġustament għal rimunerazzjoni

5

871 000

 

871 000

 

Sub-total

 

118 761 000

 

118 761 000

 

Artikolu XX 01 01 — Sub-total

 

1 984 303 000

 

1 984 303 000

XX 01 02

Persunal estern u nefqa oħra ta’ tmexxija

 

 

 

 

XX 01 02 01

Persunal estern mal-istituzzjoni

 

 

 

 

XX 01 02 01 01

Persunal b’kuntratt

5

66 373 486

 

66 373 486

XX 01 02 01 02

Persunal li jaħdmu ma’ aġenzija u assistenza teknika u amministrattiva li jagħtu appoġġ għall-attivitajiet differenti

5

23 545 000

 

23 545 000

XX 01 02 01 03

Ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali assenjati temporanjament lill-istituzzjoni

5

39 727 000

 

39 727 000

 

Sub-total

 

129 645 486

 

129 645 486

XX 01 02 02

Persunal estern tal-Kummissjoni f’delegazzjonijiet tal-Unjoni

 

 

 

 

XX 01 02 02 01

Rimunerazzjoni ta’ persunal ieħor

5

7 619 000

 

7 619 000

XX 01 02 02 02

Taħriġ ta’ esperti ta’ età żgħira u esperti nazzjonali ssekondati

5

2 300 000

 

2 300 000

XX 01 02 02 03

Spejjeż ta’ persunal ieħor u ħlas għal servizzi oħra

5

256 000

 

256 000

 

Sub-total

 

10 175 000

 

10 175 000

XX 01 02 11

Nefqa oħra għat-tmexxija tal-istituzzjoni

 

 

 

 

XX 01 02 11 01

Infiq tal-missjoni u r-rappreżentazzjoni

5

56 391 000

 

56 391 000

XX 01 02 11 02

Spejjeż tal-konferenzi u laqgħat

5

27 008 000

 

27 008 000

XX 01 02 11 03

Laqgħat tal-kumitati

5

12 863 000

 

12 863 000

XX 01 02 11 04

Studji u konsultazzjonijiet

5

6 400 000

 

6 400 000

XX 01 02 11 05

Sistemi ta’ informazzjoni u ta' tmexxija

5

26 985 000

 

26 985 000

XX 01 02 11 06

Taħriġ ulterjuri u taħriġ għat-tmexxija

5

13 500 000

 

13 500 000

 

Sub-total

 

143 147 000

 

143 147 000

XX 01 02 12

Infiq ieħor ta’ ġestjoni li għandu x’jaqsam ma’ persunal tal-Kummissjoni f’delegazzjonijiet tal-Unjoni

 

 

 

 

XX 01 02 12 01

Spejjeż tal-missjonijiet, tal-konferenzi u tar-rappreżentanza

5

6 328 000

 

6 328 000

XX 01 02 12 02

Iktar taħriġ għall-persunal f’delegazzjonijiet

5

500 000

 

500 000

 

Sub-total

 

6 828 000

 

6 828 000

 

Artikolu XX 01 02 — Sub-total

 

289 795 486

 

289 795 486

XX 01 03

Nefqa relatata ma' tagħmir u servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u bini

 

 

 

 

XX 01 03 01

Nefqa relatata ma' tagħmir u servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni

 

 

 

 

XX 01 03 01 03

Tagħmir tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

5

54 525 000

 

54 525 000

XX 01 03 01 04

Servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

5

63 545 000

 

63 545 000

 

Sub-total

 

118 070 000

 

118 070 000

XX 01 03 02

Bini u nfiq ieħor relatat mal-persunal tal-Kummissjoni f’delegazzjonijiet tal-Unjoni

 

 

 

 

XX 01 03 02 01

Xiri, kiri u nefqa relatata

5

46 908 000

 

46 908 000

XX 01 03 02 02

Tagħmir, għamara, provvisti u servizzi

5

9 638 000

 

9 638 000

 

Sub-total

 

56 546 000

 

56 546 000

 

Artikolu XX 01 03 — Sub-total

 

174 616 000

 

174 616 000

XX 01 05

Nefqa konnessa mal-persunal li huma impjegati attivament fir-riċerka indiretta

 

 

 

 

XX 01 05 01

Rimunerazzjoni u allowances konnessi mal-persunal li huma impjegati attivament fir-riċerka indiretta

1.1

197 229 000

-7 230 000

189 999 000

XX 01 05 02

Persunal estern għal Riċerka indiretta

1.1

47 262 000

 

47 262 000

XX 01 05 03

Nefqa oħra ta’ tmexxija għal riċerka indiretta

1.1

80 253 000

-15 739 000

64 514 000

 

Artikolu XX 01 05 — Sub-total

 

324 744 000

-22 969 000

301 775 000

 

Kapitolu XX 01 — Total

 

2 773 458 486

-22 969 000

2 750 489 486

KAPITOLU XX 01 — NEFQA AMMINISTRATTIVA ALLOKATA SKONT L-OQSMA TAL-POLITIKA

Artikolu XX 01 05 — Nefqa konnessa mal-persunal li huma impjegati attivament fir-riċerka indiretta

Partita XX 01 05 01 — Rimunerazzjoni u allowances konnessi mal-persunal li huma impjegati attivament fir-riċerka indiretta

Figuri

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

197 229 000

-7 230 000

189 999 000

Kummenti

Il-kummenti li ġejjin japplikaw fl-oqsma kollha tal-politika (l-Intrapriża u l-Industrija, il-Mobbiltà u t-Trasport, ir-Riċerka, is-Soċjetà tal-informazzjoni u l-Midja, l-Edukazzjoni u l-Kultura, l-Enerġija) involuti f’azzjonijiet indiretti taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-riċerka.

Din l-approprjazzjoni tkopri n-nefqa relatata mal-persunal kopert bir-Regolamenti tal-Persunal li għandhom pożizzjonijiet fil-pjanijiet awtorizzati tal-istabbiliment involuti f’azzjoni indiretta li taqa’ taħt il-programmi nukleari u mhux nukleari, inkluż persunal f’delegazzjonijiet tal-Unjoni.

It-tqassim ta’ dawn l-approprjazzjonijiet għan-nefqa tal-persunal huwa kif ġej:

Programm

Approprjazzjoni

Programm qafas (nukleari)

22 840 000

Programm qafas (mhux nukleari)

167 159 000

Total

189 999 000

Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati tal-EFTA bis-saħħa tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 82 tiegħu u l-Protokoll 32 tiegħu, għandhom jiżdiedu mal-approprijazzjonijiet imdaħħla f'din il-partita. Għal skop ta' informazzjoni, dawn l-ammonti joħorġu mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati tal-EFTA mdaħħla għall-Artikolu 6 3 0 tad-dikjarazzjoni tad-dħul, li jikkostitwixxu d-dħul assenjat skont l-Artikolu 21(2)(e) sa (g) tar-Regolament Finanzjarju; dawn jagħtu lok għall-għoti ta’ approprjazzjonijiet korrispondenti u għall-implimentazzjoni taħt l-Anness “Żona Ekonomika Ewropea” ta’ din il-parti tad-dikjarazzjoni tan-nefqa f’din it-taqsima, li tifforma parti integrali tal-baġit ġenerali.

Bażi ġuridika

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/970/Euratom tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (Euratom) għar-riċerka nukleari u l-attivitajiet ta’ taħriġ (mill-2007 sal-2011) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 60).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/971/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku 'Kooperazzjoni’ li jimplimenta s-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (mill-2013 sal-2011) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86-241).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/972/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku: “Ideat” li jimplimentaw is-Seba’ Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (mill-2007 sal-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 243).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/973/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku: “Nies” li jimplimenta s-Seba’ Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (mill-2007 sal-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 270).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/974/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku “Kapaċitajiet” li jimplimenta s-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (mill-2007 sal-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 299).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/976/Euratom tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku li jimplimenta s-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (Euratom) għar-riċerka nukleari u l-attivitajiet ta’ taħriġ (2007 sa 2011) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 404).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/93/Euratom tat-19 ta' Diċembru 2011 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (mill-2012 sal-2013) (ĠU L 47, 18.2.2012, p. 25).

Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 139/2012 tad-19 ta' Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet f'azzjoni taħt is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (mill-2012 sal-2013) (ĠU L 47, 18.2.2012, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/94/Euratom tad-19 ta' Diċembru 2011, dwar il-Programm Speċifiku li għandu jitwettaq permezz ta' azzjonijiet indiretti, li jimplimentaw Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (2012-2013) (ĠU L 47, 18.2.2012, p. 33).

Partita XX 01 05 03 — Nefqa oħra ta’ tmexxija għal riċerka indiretta

Figuri

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

80 253 000

-15 739 000

64 514 000

Kummenti

Il-kummenti li ġejjin japplikaw fl-oqsma kollha tal-politika (l-Intrapriża u l-Industrija, il-Mobbiltà u t-Trasport, ir-Riċerka, is-Soċjetà tal-informazzjoni u l-Midja, l-Edukazzjoni u l-Kultura, l-Enerġija) involuti f’azzjonijiet indiretti taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-riċerka.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba sabiex tkopri n-nefqa fuq nefqa oħra amministrattiva għall-ġestjoni kollha tar-riċerka fil-forma ta’ azzjoni indiretta li taqa’ taħt il-programmi nukleari u non-nukleari, inkluż infiq amministrattiv ieħor magħmul minn persunal f’delegazzjonijiet tal-Unjoni.

It-tqassim ta’ dawn l-approprjazzjonijiet għan-nefqa tal-persunal huwa kif ġej:

Programm

Approprjazzjoni

Programm qafas (nukleari)

10 984 000

Programm qafas (mhux nukleari)

53 530 000

Total

64 514 000

Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati tal-EFTA bis-saħħa tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 82 tiegħu u l-Protokoll 32 tiegħu, għandhom jiżdiedu mal-approprijazzjonijiet imdaħħla f'din il-partita. Għal skop ta' informazzjoni, dawn l-ammonti joħorġu mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati tal-EFTA mdaħħla għall-Artikolu 6 3 0 tad-dikjarazzjoni tad-dħul, li jikkostitwixxu d-dħul assenjat skont l-Artikolu 21(2)(e) sa (g) tar-Regolament Finanzjarju; dawn jagħtu lok għall-għoti ta’ approprjazzjonijiet korrispondenti u għall-implimentazzjoni taħt l-Anness “Żona Ekonomika Ewropea” ta’ din il-parti tad-dikjarazzjoni tan-nefqa f’din it-taqsima, li tifforma parti integrali tal-baġit ġenerali.

Bażi ġuridika

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007 – 2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/970/Euratom tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (Euratom) għar-Riċerka Nukleari u l-attivitajiet ta’ taħriġ (mill-2007 sal-2011) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 60).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/971/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku: “Kooperazzjoni” li jimplimenta s-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (mill-2013 sal-2011) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/972/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku: “Ideat” li jimplimentaw is-Seba’ Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (mill-2007 sal-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 243).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/973/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku: “Nies” li jimplimenta s-Seba’ Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (mill-2007 sal-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 270).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/974/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku “Kapaċitajiet” li jimplimenta s-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (mill-2007 sal-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 299).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/976/Euratom tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku li jimplimenta s-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (Euratom) għar-Riċerka Nukleari u l-attivitajiet ta’ taħriġ (mill-2007 sal-2011) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 404).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/93/Euratom tad-19 ta' Diċembru 2011 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (mill-2012 sal-2013) (ĠU L 47, 18.2.2012, p. 25).

Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 139/2012 tad-19 ta' Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet f'azzjoni taħt is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (mill-2012 sal-2013) (ĠU L 47, 18.2.2012, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/94/Euratom tad-19 ta' Diċembru 2011, dwar il-Programm Speċifiku li għandu jitwettaq permezz ta' azzjonijiet indiretti, li jimplimentaw Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (2012-2013) (ĠU L 47, 18.2.2012, p. 33).

TITOLU 01 — L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI

Figuri

Titolu Kapitolu

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

01 01

In-Nefqa amministrattiva tal-qasam tal-politika tal-“Affarijiet Ekonomiċi u finanzjarji”

5

82 524 796

82 524 796

 

 

82 524 796

82 524 796

01 02

L-Unjoni Ekonomika u Monetarja

 

13 000 000

12 953 676

 

 

13 000 000

12 953 676

01 03

L-Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali

4

94 550 000

56 339 890

 

-10 000 000

94 550 000

46 339 890

01 04

L-Operazzjonijiet u l-istrumenti finanzjarji

 

365 610 000

276 532 610

 

 

365 610 000

276 532 610

 

Titolu 01 — Total

 

555 684 796

428 350 972

 

-10 000 000

555 684 796

418 350 972

KAPITOLU 01 03 — L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI INTERNAZZJONALI

Figuri

Titolu Kapitolu Artikolu Partita

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

01 03

L-Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali

 

 

 

 

 

 

 

01 03 01

Parteċipazzjoni fil-kapital tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali

 

 

 

 

 

 

 

01 03 01 01

Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp — Forniment ta’ ishma imħallsa ta’ kapital sottoskritt

4

 

 

01 03 01 02

il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp — Porzjon tal-kapital sottoskritt li jista’ jiġi msejjaħ

4

p.m.

p.m.

 

 

p.m.

p.m.

 

Artikolu 01 03 01 — Sub-total

 

p.m.

p.m.

 

 

p.m.

p.m.

01 03 02

Assistenza makrofinanzjarja

4

94 550 000

56 339 890

 

-10 000 000

94 550 000

46 339 890

 

Kapitolu 01 03 — Total

 

94 550 000

56 339 890

 

-10 000 000

94 550 000

46 339 890

Artikolu 01 03 02 — Assistenza makrofinanzjarja

Figuri

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

94 550 000

56 339 890

 

-10 000 000

94 550 000

46 339 890

Kummenti

Din l-għajnuna straordinarja għandha l-għan li ttaffi l-irbit finanzjarju fuq xi pajjiżi terzi li jkunu għaddejja minn diffikultajiet makrofinanzjarji kkaratterizzati minn żbilanċi fil-bilanċ tal-pagamenti u/jew żbilanċi serji fil-baġit.

Hija marbuta direttament mal-implimentazzjoni mill-pajjiżi riċeventi ta’ stabbilizzazzjoni makrofinanzjarji u miżuri ta’ aġġustament strutturali. L-azzjoni tal-Unjoni ġeneralment tikkomplimenta dik tal-Fond Monetarju Internazzjonali, koordinat ma’ donaturi bilaterali oħra.

Il-Kummissjoni tgħarraf lill-awtorità tal-baġit darbtejn fis-sena dwar il-qagħdiet makrofinanzjarji u politiċi tal-pajjiżi benefiċjarji u tirrapporta estensivament dwar l-implimentazzjoni ta’ din l-għajnuna fuq bażi annwali.

L-approprjazzjonjiet li jaqgħu taħt dan l-Artikolu se jkunu użati wkoll biex ikopru għajnuna finanzjarja għall-bini mill-ġdid fil-Ġeorġja taż-żoni milquta mill-kunflitt mar-Russja. L-azzjonijiet għandhom ikunu immirati primarjament lejn l-istabbilizzazzjoni makrofinanzjarji tal-pajjiż. L-allokazzjoni finanzjarja sħiħa tal-għajnuna kienet deċiża f’konferenza internazzjonali tad-donaturi fl-2008.

Bażi ġuridika

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/880/KE tat-30 ta’ Novembru 2006, li tipprovdi assistenza finanzjarja Komunitarja ta’ eċċezzjoni lill-Kosovo (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 36).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/860/KE tal-10 ta’ Diċembru 2007, li tipprovdi għal għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja lil-Libanu (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 111).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/889/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lill-Ġeorġja (ĠU L 320, 5.12.2009, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/890/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 li tipprovdi l-għajnuna makrofinanzjarja lill-Armenja (ĠU L 320, 5.12.2009, p. 3).

Id-Deċiżjoni Nru 938/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li tipprovdi l-assitenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 277, 21.10.2010, p. 1).

TITOLU 04 — IMPJIEGI U AFFARIJIET SOĊJALI

Figuri

Titolu Kapitolu

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

04 01

NEFQA AMMINISTRATTIVA TAL-QASAM TAL-POLITIKA TA’ “L-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI”

 

94 756 546

94 756 546

 

 

94 756 546

94 756 546

04 02

Il-Fond Soċjali Ewropew

1

11 804 862 310

13 358 557 851

 

 

11 804 862 310

13 358 557 851

04 03

Ix-Xogħol fl-Ewropa — Djalogu soċjali u mobilità

1

79 097 000

58 354 054

 

 

79 097 000

58 354 054

04 04

Xogħol, solidarjetà soċjali u ugwaljanza bejn is-sessi

1

122 286 000

108 376 020

 

 

122 286 000

108 376 020

04 05

Fond Ewropew Ta’ Aġġustament Għall-Globalizzazzjoni (EGF)

1

p.m.

58 454 161

 

-13 116 000

p.m.

45 338 161

04 06

Strument ta’ Għajnuna għal qabel l-Adeżjoni (IPA) — Żvilupp tar-riżorsi umani

4

113 157 077

65 152 574

 

 

113 157 077

65 152 574

 

Titolu 04 — Total

 

12 214 158 933

13 743 651 206

 

-13 116 000

12 214 158 933

13 730 535 206

KAPITOLU 04 05 — FOND EWROPEW TA’ AĠĠUSTAMENT GĦALL-GLOBALIZZAZZJONI (EGF)

Figuri

Titolu Kapitolu Artikolu Partita

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

04 05

Fond Ewropew Ta’ Aġġustament Għall-Globalizzazzjoni (EGF)

 

 

 

 

 

 

 

04 05 01

Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF)

1.1

p.m.

58 454 161

 

-13 116 000

p.m.

45 338 161

 

Kapitolu 04 05 — Total

 

p.m.

58 454 161

 

-13 116 000

p.m.

45 338 161

Artikolu 04 05 01 — Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF)

Figuri

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

p.m.

58 454 161

 

-13 116 000

p.m.

45 338 161

Kummenti

Din l-appropriazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, biex tippermetti li l-Unjoni tipprovdi appoġġ temporanju u mmirat lill-ħaddiema li jingħataw is-sensja minħabba tibdil strutturali kbir fix-xejriet tal-kummerċ dinji fejn dawn is-sensji jkollhom impatt negattiv sinifikanti fuq l-ekonomija reġjonali jew lokali. Għall-applikazzjonijiet ippreżentati qabel il-31 ta' Diċembru 2011, jista’ jintuża wkoll għall-għoti ta’ appoġġ lil ħaddiema li jingħataw is-sensja b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

L-ammont massimu ta’ nefqa mill-Fond għandu jkun ta’ EUR 500 000 000 fis-sena.

L-għan ta’ din ir-riżerva, skont il-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006, huwa li tipprovdi appoġġ addizzjonali temporanju għal ħaddiema li jbatu mill-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji u li tgħinhom bl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

L-azzjonijiet imwettqa mill-FEG għandhom ikunu kumplementari ma' dawk tal-Fond Soċjali Ewropew. M'għandu jsir l-ebda finanzjament doppju minn dawn l-istrumenti.

Ir-regoli għad-dħul tal-approprjazzjonijiet f’din ir-riserva u għall-mobilizzazzjoni tal-Fond huma stipulati fil-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' mejju 2006 u fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

Bażi ġuridika

Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' aġġustament għall-globalizzazzjoni (ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1).

Ir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26).

Atti ta’ referenza

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u treġija finanzjarja tajba (ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1).

TITOLU 05 — L-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI

Figuri

Titolu Kapitolu

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

05 01

In-Nefqa amministrattiva tal-qasam tal-politika “L-Iżvilupp Agrikolu u Rurali”

 

133 234 504

133 234 504

 

 

133 234 504

133 234 504

05 02

L-Interventi fis-swieq agrikoli

2

2 773 440 000

2 772 526 798

 

 

2 773 440 000

2 772 526 798

05 03

L-Għajnuniet diretti

2

40 931 900 000

40 931 900 000

 

 

40 931 900 000

40 931 900 000

05 04

L-IŻVILUPP RURALI

2

14 804 955 797

13 022 586 520

 

 

14 804 955 797

13 022 586 520

05 05

Miżuri qabel l-adeżjoni fil-qasam tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali

4

259 328 000

81 470 000

 

-32 331 335

259 328 000

49 138 665

05 06

L-Aspetti internazzjonali tal-qasam ta’ politika “Agrikoltura u l-iżvilupp rurali”

4

6 629 000

5 069 602

 

 

6 629 000

5 069 602

05 07

IL-VERIFIKA TAN-NEFQA AGRIKOLA

2

-84 900 000

-84 900 000

 

 

-84 900 000

-84 900 000

05 08

L-Istrateġija politika u l-koordinament tal-qasam tal-politika “Agrikoltura u Żvilupp Rurali”

2

27 307 342

33 470 205

 

 

27 307 342

33 470 205

 

Titolu 05 — Total

 

58 851 894 643

56 895 357 629

 

-32 331 335

58 851 894 643

56 863 026 294

KAPITOLU 05 05 — MIŻURI QABEL L-ADEŻJONI FIL-QASAM TAL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI

Figuri

Titolu Kapitolu Artikolu Partita

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

05 05

Miżuri qabel l-adeżjoni fil-qasam tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali

 

 

 

 

 

 

 

05 05 01

Programm ta’ Adeżjoni Speċjali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (SAPARD) — Tlestija ta’ miżuri preċedenti

 

 

 

 

 

 

 

05 05 01 01

L-istrument ta’ qabel l-adeżjoni Sapard — It-tlestija tal-programm (2000 – 2006)

4

p.m.

p.m.

 

 

p.m.

p.m.

05 05 01 02

L-istrument ta’ qabel l-adeżjoni Sapard — It-tlestija tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni marbuta ma’ tmien pajjiżi applikanti

4

p.m.

p.m.

 

 

p.m.

p.m.

 

Artikolu 05 05 01 — Sub-total

 

p.m.

p.m.

 

 

p.m.

p.m.

05 05 02

L-Istrument għal Assistenza Qabel l-Adeżjoni għall-Iżvilupp Rurali (IPARD)

4

259 328 000

81 470 000

 

-32 331 335

259 328 000

49 138 665

 

Kapitolu 05 05 — Total

 

259 328 000

81 470 000

 

-32 331 335

259 328 000

49 138 665

Artikolu 05 05 02 — L-Istrument għal Assistenza Qabel l-Adeżjoni għall-Iżvilupp Rurali (IPARD)

Figuri

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

259 328 000

81 470 000

 

-32 331 335

259 328 000

49 138 665

Kummenti

Din l-approprijazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-għajnuna tal-Unjoni lill-pajjiżi kandidati koperta mill-IPA fl-allinjament progressiv mal-istandards u l-politiki tal-Unjoni, inkluż fejn xieraq l-acquis tal-Unjoni, bil-ħsieb ta’ sħubija. Il-komponent tal-iżvilupp rurali għandu jkun ta’ appoġġ għall-pajjiżi fit-tħejjijiet tagħhom għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-politika agrikola komuni, għall-allinjament mal-istrutturi tal-Unjoni u programmi ta’ żvilupp rurali għal wara l-adeżjoni ffinanzjati mill-Unjoni.

Bażi ġuridika

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Għajnuna ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82).

TITOLU 06 — IL-MOBILITÀ U T-TRASPORT

Figuri

Titolu Kapitolu

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

06 01

Nefqa amministrattiva tal-qasam tal-politika tal-“Mobilità u t-Trasport”

 

68 011 011

68 011 011

 

 

68 011 011

68 011 011

06 02

Trasport ’il ġewwa mill-kosta, trasport tal-ajru, trasport tal-baħar

1

201 808 724

151 320 581

 

 

201 808 724

151 320 581

06 03

NETWERKS TRANS-EWROPEJ

1

1 410 000 000

721 545 956

 

 

1 410 000 000

721 545 956

06 06

Riċerka relatata mat-trasport

1

60 980 795

43 083 946

 

12 457 557

60 980 795

55 541 503

 

Titolu 06 — Total

 

1 740 800 530

983 961 494

 

12 457 557

1 740 800 530

996 419 051

KAPITOLU 06 06 — RIĊERKA RELATATA MAT-TRASPORT

Figuri

Titolu Kapitolu Artikolu Partita

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

06 06

Riċerka relatata mat-trasport

 

 

 

 

 

 

 

06 06 02

Ir-riċerka marbuta mat-trasport (li tinkludi l-Ajrunawtika)

 

 

 

 

 

 

 

06 06 02 01

Ir-riċerka marbuta mat-trasport (li tinkludi l-Ajrunawtika)

1.1

p.m.

10 542 392

 

 

p.m.

10 542 392

06 06 02 02

Riċerka relatata mat-trasport (inkluża l-ajrunawtika) — Impriża Konġunta Ċelloli tal-Fjuwil u Idroġenu (FCH)

1.1

2 656 000

2 305 982

 

 

2 656 000

2 305 982

06 06 02 03

L-Impriża Konġunta SESAR

1.1

58 324 795

29 652 574

 

12 457 557

58 324 795

42 110 131

 

Artikolu 06 06 02 — Sub-total

 

60 980 795

42 500 948

 

12 457 557

60 980 795

54 958 505

06 06 04

Approprjazzjonijiet li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet minn partijiet terżi għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (barra miż-Żona Ekonomika Ewropea)

1.1

p.m.

p.m.

 

 

p.m.

p.m.

06 06 05

Tlestija ta’ programmi preċedenti

 

 

 

 

 

 

 

06 06 05 01

Tlestija ta’ programmi (qabel l-2003)

1.1

p.m.

 

 

p.m.

06 06 05 02

Tlestija tas-Sitt Programm Kwadru tal-KE (2003 sal-2006)

1.1

582 998

 

 

582 998

 

Artikolu 06 06 05 — Sub-total

 

582 998

 

 

582 998

 

Kapitolu 06 06 — Total

 

60 980 795

43 083 946

 

12 457 557

60 980 795

55 541 503

Kummenti

Dawn ir-rimarki huma applikabbli għall-intestaturi kollha tal-baġit f’dan il-kapitolu.

Dawn l-approprjazzjonijiet se jintużaw għas-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunitа Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, li jkopri l-perjodu mill-2007 sal-2013.

Il-programm se jitwettaq sabiex isegwi l-għanijiet ġenerali deskritti fl-Artikolu 179 tat-TFUE, sabiex jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ soċjetà msejsa fuq l-għarfien, ibbażat fuq iż-Żona Ewropea ta’ Riċerka, jiġifieri jappoġġa l-kooperazzjoni transnazzjonali fuq kull livell tal-Unjoni kollha, iżid id-dinamiżmu, il-kreattività u l-eċċellenza tar-riċerka Ewropea sal-limiti tal-għarfien, isaħħaħ ir-riżorsi umani tar-riċerka u tat-teknoloġija fl-Ewropa fuq il-livelli kwantitattivi u kwalitattivi u l-kapaċitajiet tar-riċerka u tal-innovazzjoni fl-Ewropa kollha u jassigura li jsir l-aqwa użu minnu.

Taħt dawn l-Artikoli u l-Partiti jaqgħu wkoll l-ispejjeż ta’ laqgħat ta’ livell għoli xjentifiċi u teknoloġiċi, konferenzi, workshops u seminars ta’ interess Ewropew organizzati mill-Kummissjoni, il-finanzjament ta’ analiżi u valutazzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ livell għoli magħmulin f’isem l-Unjoni għall-investigazzjoni ta’ oqsma ġodda ta’ riċerka xierqa għall azzjoni tal-Unjoni, fost oħrajn, fil-kuntest taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, u miżuri għall-monitoraġġ u t-tixrid tar-riżultati tal-programmi, inkluż miżuri skont programmi kwadru ta’ qabel.

Dawn l-approprjazzjonijiet ikopru wkoll nefqa amministrattiva, inkluża nefqa għal persunal, informazzjoni, pubblikazzjonijiet, operazzjoni amministrattiva u teknika, u ċerti oġġetti oħra ta’ nefqa rigward l-infrastruttura interna marbuta mal-ilħuq tal-oġġettiv tal-miżuri li jifformaw parti integrali minnha, inkluż l-azzjoni u l-miżuri meħtieġa għall-preparazzjoni u l-kontroll tal-istrateġija RTD tal-Unjoni.

Il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi jew istituti minn pajjiżi terzi fil-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tar-riċerka xjentifika u teknika hija possibbli fil-każ ta’ xi wħud minn dawn il-proġetti. Kull kontribut finanzjarju jiddaħħal fil-Partiti 6 0 1 3 u 6 0 1 5 tad-dikjarazzjoni tad-dħul u jista’ jwassal biex isiru approprjazzjonijiet addizzjonali skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju.

Dħul mill-Istati li jieħdu sehem fil-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tar-riċerka xjentifika u teknika se jiddaħħal fil-Partita 6 0 1 6 tad-dikjarazzjoni tad-dħul u jista’ jwassal biex approprjazzjonijiet isiru addizzjonali skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju.

Kull dħul mill-kontributi tal-pajjiżi kandidati u, jekk applikabbli, mill-pajjiżi kandidati potenzjali tal-Balkani tal-Punent għall-parteċipazzjoni f’programmi tal-Unjoni, imdaħħal fil-Partita 6 0 3 1 tad-dikjarazzjoni tad-dħul, jista’ jagħti lok li jkun hemm approprjazzjonijiet addizzjonali skont l-Artikolu 21(2)(e) sa (g) tar-Regolament Finanzjarju.

Kwalunkwe kontribut finanzjarju minn entitajiet minn barra l-Unjoni se jiddaħħal fil-Partita 6 0 3 3 tad-dikjarazzjoni tad-dħul u jista’ jwassal biex isiru approprjazzjonijiet addizzjonali skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju.

L-approprjazzjonijiet addizzjonali jsiru disponibbli skont l-Artikolu 06 06 04.

Artikolu 06 06 02 — Ir-riċerka marbuta mat-trasport (li tinkludi l-Ajrunawtika)

Partita 06 06 02 03 — L-Impriża Konġunta SESAR

Figuri

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

58 324 795

29 652 574

 

12 457 557

58 324 795

42 110 131

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-fażi tal-iżvilupp tal-programm SESAR għall-implimentazzjoni tal-komponent teknoloġiku tal-politika ta' sema waħdani Ewropew (SESAR), inkluż il-funzjonament tal-Imprża Konġunta tas-SESAR.

Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati EFTA bis-saħħa tal-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 82 tiegħu u l-Protokoll 32 tiegħu, għandhom jiżdiedu mal-approprjazzjonijiet imdaħħlin f’din il-partita. Għal skop ta’ informazzjoni, dawn l-ammonti joħorġu mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati EFTA mdaħħla għall-Artikolu 6 3 0 tad-dikjarazzjoni tad-dħul, li jikkostitwixxu dħul assenjat skont l-Artikolu 21(2)(e) sa (g) tar-Regolament Finanzjarju; jagħtu lok għall-għoti ta’ approprjazzjonijiet korrispondenti u għall-implimentazzjoni taħt l-Anness “Żona Ekonomika Ewropea” ta’ din il-parti tad-dikjarazzjoni tan-nefqa f’din it-taqsima, li tifforma parti integrali mill-baġit ġenerali.

Bażi ġuridika

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri tar-riċerka, u universitajiet f’azzjonijiet taħt is-Seba’ Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007 sal-2011) (ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/971/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar Programm Speċifiku “Kooperazzjoni” li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007 sal-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (ĠU L 352, 31.12.2008, p. 12).

TITOLU 08 — IR-RIĊERKA

Figuri

Titolu Kapitolu

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

08 01

IN-NEFQA AMMINISTRATTIVA TAL-QASAM TA’ POLITIKA “Riċerka”

 

346 871 798

346 871 798

-26 884 000

-26 884 000

319 987 798

319 987 798

08 02

Il-Kooperazzjoni — Is-Saħħa

1

1 011 075 530

842 660 918

 

17 980 852

1 011 075 530

860 641 770

08 03

Kooperazzjoni — Ikel, agrikoltura u sajd, u bijoteknoloġija

1

363 076 419

323 404 000

 

 

363 076 419

323 404 000

08 04

Il-Kooperazzjoni — In-nanoxjenzi, in-nanoteknoloġiji, il-materjali u t-teknoloġiji l-ġodda tal-produzzjoni

1

621 408 062

504 625 722

 

19 936 245

621 408 062

524 561 967

08 05

Il-Kooperazzjoni — L-Enerġija

1

218 718 047

165 048 655

 

 

218 718 047

165 048 655

08 06

Il-Kooperazzjoni — L-Ambjent (inkluż it-tibdil fil-klima)

1

340 570 726

283 092 998

 

2 804 213

340 570 726

285 897 211

08 07

Il-Kooperazzjoni — It-Trasport (inkluż l-aeronawtika)

1

560 200 746

444 884 572

 

 

560 200 746

444 884 572

08 08

Kooperazzjoni — Xjenzi soċjoekonomiċi u studji umanistiċi

1

112 677 988

67 955 934

 

 

112 677 988

67 955 934

08 09

Kooperazzjoni — Faċilità Finanzjarja tal-Qsim tar-Riskju (RSFF)

1

p.m.

p.m.

 

 

p.m.

p.m.

08 10

Ideat

1

1 714 721 109

1 026 958 500

 

41 883 890

1 714 721 109

1 068 842 390

08 12

Kapaċitajiet — Infrastrutturi ta’ riċerka

1

74 993 775

128 562 844

 

 

74 993 775

128 562 844

08 13

Kapaċitajiet — Riċerka għall-benefiċċju tal-Impriċi Żgħar u ta’ Daqs Medju (SMEs)

1

274 436 455

236 286 122

 

 

274 436 455

236 286 122

08 14

Kapaċitajiet — Reġjuni ta’ għerf

1

27 351 639

19 269 599

 

 

27 351 639

19 269 599

08 15

Kapaċitajiet — Potenzjal ta’ riċerka

1

74 266 567

56 254 471

 

 

74 266 567

56 254 471

08 16

Kapaċitajiet — Xjenza fis-soċjetà

1

63 656 771

40 164 131

 

 

63 656 771

40 164 131

08 17

Kapaċitajiet — Attivitajiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali

1

39 858 805

27 329 402

 

 

39 858 805

27 329 402

08 18

Kapaċitajiet —Faċilità finanzjarja tal-qsim tar-riskju (RSFF)

1

50 221 512

50 237 726

 

 

50 221 512

50 237 726

08 19

Kapaċitajiet — Appoġġ għal żvilupp koerenti ta’ Politika ta’ Riċerka

1

13 470 414

8 912 772

 

405 852

13 470 414

9 318 624

08 20

L-Euratom — L-Enerġija mill-fużjoni

1

937 673 290

573 362 274

 

- 289 200 000

937 673 290

284 162 274

08 21

Euratom — Fissjoni nukleari u ħarsien mir-radjazzjoni

1

56 086 380

54 244 745

 

 

56 086 380

54 244 745

08 22

IT-TLESTIJA TAL-PROGRAMMI TA’ QAFAS PREĊEDENTI U ATTIVITAJIET OĦRA

1

p.m.

31 815 789

 

 

p.m.

31 815 789

08 23

PROGRAMM TA’ RIĊERKA TAL-FOND TA’ RIĊERKA GĦALL-FAĦAM U L-AZZAR

1

p.m.

p.m.

 

 

p.m.

p.m.

 

Titolu 08 — Total

 

6 901 336 033

5 231 942 972

-26 884 000

- 233 072 948

6 874 452 033

4 998 870 024

Kummenti

Dawn ir-rimarki jgħoddu għall-partiti kollha tal-baġit f'dan it-titolu (bl-eċċezzjoni tal-Partita 08 22).

Dawn l-approprjazzjonijiet se jintużaw skont ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) (ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1908/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri ta’ riċerka u universitajiet f'azzjoni taħt is-seba' programm kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2011) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 1).

Għall-approprjazzjonijiet kollha skont dan it-titolu tintuża l-istess definizzjoni ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) bħal fil-każ ta’ programmi orizzontali speċifiċi għall-SMEs fi ħdan l-istess programm qafas. Dik id-definizzjoni hija din li ġejja: SME eliġibbli hija entità ġuridika li taqbel mad-definizzjoni ta’ SME kif stipulata fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE u mhijiex ċentru ta’ riċerka, istitut ta’ riċerka, organizzazzjoni ta’ riċerka b'kuntratt jew impriża ta’ konsulenza. L-attivitajiet kollha ta’ riċerka mmexxija skont is-seba' programm qafas għandhom jitwettqu skont il-prinċipji etiċi fundamentali (skont l-Artikolu 6, p. 5 tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1), inkluż rekwiżiti dwar il-ħarsien tal-annimali. Dan għandu jinkludi, b'mod partikolari, il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jittieħed kont b'mod partikolari tal-ħtieġa li jissaħħu l-isforzi biex tiżdied il-parteċipazzjoni u r-rwol tan-nisa fix-xjenza u r-riċerka.

Taħt dawn l-artikoli u partiti jaqgħu wkoll l-ispejjeż ta’ laqgħat, konferenzi, workshops u seminars xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ livell għoli u ta’ interess Ewropew organizzati mill-Kummissjoni, il-finanzjament ta’ analiżi ta’ livell għoli xjentifiku u teknoloġiku u l-valutazzjonijiet magħmulin f’isem l-Unjoni għall-investigazzjoni ta’ oqsma ġodda ta’ riċerka xierqa għall azzjoni tal-Unjoni, fost oħrajn, fil-kuntest taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, u miżuri għall-monitoraġġ u t-tixrid tar-riżultati tal-programmi, inklużi miżuri skont programmi ta’ qafas preċedenti.

Dawn l-approprjazzjonijiet ikopru wkoll in-nefqa amministrattiva, inkluż nefqa għall-persunal, kemm jekk koperta mir-Regolamenti tal-Persunal jew le, informazzjoni, pubblikazzjonijiet, operazzjoni amministrattiva u teknika, u ċerti partiti oħra ta’ nefqa dwar infrastruttura interna marbuta mal-kisba tal-għan tal-miżuri li magħhom jiffurmaw parti integrali, inklużi l-azzjoni u l-inizjattivi meħtieġa għat-tħejjija u l-monitoraġġ tal-istrateġija dwar ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni tal-Unjoni.

Id-dħul li ġej mill-ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Iżvizzera jew dak multilaterali tal-Ftehima Ewropea dwar l-Iżvulupp tal-Fużjoni (EFDA) jiddaħħal fil-Partiti 6 0 1 1 u 6 0 1 2 tad-dikjarazzjoni tad-dħul u jista’ jwassal biex jinħolqu approprjazzjonijiet oħrajn skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju.

Huwa possibbli li fil-każ ta’ xi wħud minn dawn il-proġetti, jieħdu sehem fil-Kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tar-Riċerka Xjentfika u Teknika, pajjiżi terzi jew istituzzjonijiet minn pajjiżi terzi. Kull kontribuzzjoni finanzjarju se jiddaħħal fil-Partiti 6 0 1 3 u 6 0 1 5 tad-dikjarazzjoni tad-dħul u jista’ jwassal biex jinħolqu approprjazzjonijiet oħrajn skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju.

Dħul mill-Istati li jieħdu sehem fil-Kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tar-Riċerka Xjentifika u Teknika jiddaħħal fil-Partita 6 0 1 6 tad-dikjarazzjoni tad-dħul u jista’ jwassal biex approprjazzjonijiet addizzjonali jsiru disponibbli skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju.

Kull dħul mill-kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi kandidati u, fejn huwa applikabbli, mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent li huma kandidati potenzjali għall-parteċipazzjoni fil-programmi tal-Unjoni, imdaħħal fil-Partita 6 0 3 1 tad-dikjarazzjoni tad-dħul, jista’ jagħti lok għall-forniment ta’ approprjazzjonijiet addizzjonali skont l-Artikolu 21(2)(e) sa (g) tar-Regolament Finanzjarju.

Kull dħul mill-kontribuzzjoni mill-korpi barranin għall-attivitajiet tal-Unjoni jiddaħħal fil-Partita 6 0 3 3 tad-dikjarazzjoni tad-dħul u jista’ jwassal biex jinħolqu approprjazzjonijiet oħrajn skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju.

L-approprjazzjonijiet addizzjonali se jkunu disponibbli skont l-Artikolu 08 22 04.

Tinħtieġ aktar azzjoni speċifika, biex ikun jista’ jintlaħaq l-għan ta’ ħmistax fil-mija ta’ parteċipazzjoni mill-SMEs fil-proġetti ffinanzjati permezz ta’ dawn l-approprjazzjonijiet, kif stipulat fid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE. Proġetti kwalifikati skont il-Programmi Speċifiċi għall-SMEs għandhom isiru eliġibbli għall-iffinanzjar skont il-programm tematiku, meta dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti (tematiċi) meħtieġa.

KAPITOLU 08 01 — IN-NEFQA AMMINISTRATTIVA TAL-QASAM TA’ POLITIKA “RIĊERKA”

Figuri

Titolu Kapitolu Artikolu Partita

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

08 01

IN-NEFQA AMMINISTRATTIVA TAL-QASAM TA’ POLITIKA “Riċerka”

 

 

 

 

08 01 01

Nefqa marbuta mal-persunal impjegat attivament fil-qasam ta’ politika “Riċerka”

5

8 879 594

 

8 879 594

08 01 02

Persunal estern u nefqa oħra ta’ ġestjoni fil-qasam ta’ politika “Riċerka”

 

 

 

 

08 01 02 01

Persunal estern

5

265 716

 

265 716

08 01 02 11

Nefqa oħra relatata mat-tmexxija

5

394 554

 

394 554

 

Artikolu 08 01 02 — Sub-total

 

660 270

 

660 270

08 01 03

Nefqa marbuta mat-tagħmir u s-servizzi tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-qasam ta' politika “Riċerka”

5

561 934

 

561 934

08 01 04

Nefqa għall-appoġġ ta’ operazzjonijiet għall-qasam ta’ politika “Riċerka”

 

 

 

 

08 01 04 30

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERCEA)

1.1

39 000 000

 

39 000 000

08 01 04 31

L-Aġenzija Eżekuttiva tar-Riċerka (REA)

1.1

49 300 000

-3 915 000

45 385 000

08 01 04 40

L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER — Il-Fużjoni għall-Enerġija (l-F4E) — In-nefqa fuq it-tmexxija amministrattiva

1.1

39 390 000

 

39 390 000

 

Artikolu 08 01 04 — Sub-total

 

127 690 000

-3 915 000

123 775 000

08 01 05

Nefqa għall-appoġġ ta’ operazzjonijiet għall-qasam tal-politika “Riċerka”

 

 

 

 

08 01 05 01

Nefqa konnessa mal-persunal li jwettaq ir-riċerka

1.1

127 793 000

-7 230 000

120 563 000

08 01 05 02

Persunal estern għar-riċerka

1.1

26 287 000

 

26 287 000

08 01 05 03

Nefqa oħra ta’ tmexxija għar-riċerka

1.1

55 000 000

-15 739 000

39 261 000

 

Artikolu 08 01 05 — Sub-total

 

209 080 000

-22 969 000

186 111 000

 

Kapitolu 08 01 — Total

 

346 871 798

-26 884 000

319 987 798

Artikolu 08 01 04 — Nefqa għall-appoġġ ta’ operazzjonijiet għall-qasam ta’ politika “Riċerka”

Partita 08 01 04 31 — L-Aġenzija Eżekuttiva tar-Riċerka (REA)

Figuri

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

49 300 000

-3 915 000

45 385 000

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba sabiex tkopri l-ispejjeż operattivi tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka li jsiru b'riżultat tar-rwol tal-Aġenzija fil-ġestjoni tal-programmi speċifiċi 'Nies', 'Kapaċitajiet' u 'Kooperazzjoni' fil-qasam tar-riċerka.

Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati tal-EFTA bis-saħħa tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 82 tiegħu u l-Protokoll 32 tiegħu, għandhom jiżdiedu mal-approprijazzjonijiet imdaħħla f'din il-partita. Għal finijiet informattivi, dawn l-ammonti jiġu minn kontribuzzjonijiet mill-Istati tal-EFTA mdaħħla fl-Artikolu 6 3 0 tad-dikjarazzjoni tad-dħul, li jikkostitwixxu dħul assenjat skont l-Artikolu 21(2)(e) sa (g) tar-Regolament Finanzjarju; huma jagħtu lok għall-għoti ta’ approprjazzjonijiet korrispondenti u għall-implimentazzjoni skont l-Anness “Żona Ekonomika Ewropea” għal din il-parti tad-dikjarazzjoni tan-nefqa f’din it-taqsima, li tifforma parti integrali mill-baġit ġenerali.

Il-pjan ta’ stabbiliment tal-Aġenzija jinsab fil-parti intitolata “Pjan ta’ stabbiliment tal-persunal” tat-Taqsima III — Il-Kummissjoni (Volum 3).

Bażi ġuridika

Id-Deċiżjoni 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).

Ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2011) (ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku Kooperazzjoni li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea dwar ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/973/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku 'Nies' li jimplimenta s-7 Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 269).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/974/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku 'Kapaċitajiet' li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) — (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 299).

Atti ta’ referenza

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/46/KE tal-14 ta’ Diċembru 2007 li tistabbilixxi l-“Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka” għall-ġestjoni ta’ ċerti oqsma tal-programm speċifiċi Komunitarji msejħin “In-Nies”, “Il-Kapaċitajiet” u “Il-Kooperazzjoni” fil-qasam tar-riċerka b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (ĠU L 11, 15.1.2008, p. 9).

Artikolu 08 01 05 — Nefqa għall-appoġġ ta’ operazzjonijiet għall-qasam tal-politika “Riċerka”

Partita 08 01 05 01 — Nefqa konnessa mal-persunal li jwettaq ir-riċerka

Figuri

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

127 793 000

-7 230 000

120 563 000

Partita 08 01 05 03 — Nefqa oħra ta’ tmexxija għar-riċerka

Figuri

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

55 000 000

-15 739 000

39 261 000

KAPITOLU 08 02 — IL-KOOPERAZZJONI — IS-SAĦĦA

Figuri

Titolu Kapitolu Artikolu Partita

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

08 02

Il-Kooperazzjoni — Is-Saħħa

 

 

 

 

 

 

 

08 02 01

Il-Kooperazzjoni — Is-Saħħa

1.1

799 767 530

737 750 113

 

 

799 767 530

737 750 113

08 02 02

Il-Kooperazzjoni —Is-Saħħa — L-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi

1.1

207 068 000

100 719 908

 

17 980 852

207 068 000

118 700 760

08 02 03

Il-Kooperazzjoni — Is-Saħħa — In-nefqa għall-appoġġ tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi

1.1

4 240 000

4 190 897

 

 

4 240 000

4 190 897

 

Kapitolu 08 02 — Total

 

1 011 075 530

842 660 918

 

17 980 852

1 011 075 530

860 641 770

Artikolu 08 02 02 — Il-Kooperazzjoni —Is-Saħħa — L-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi

Figuri

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

207 068 000

100 719 908

 

17 980 852

207 068 000

118 700 760

Kummenti

L-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tas-Seba' Programm ta’ Qafas u b’mod partikolari għat-Tema “Is-Saħħa” tal-Programm Speċifiku msejjaħ il-Kooperazzjoni li jimplimenta s-Seba' Programm ta’ Qafas. Din għandu jkollha l-għan li ttejjeb b'mod sinifikanti l-effiċjenza u l-effettività tal-proċess tal-iżvilupp tal-mediċini bil-għan fit-tul li s-settur farmaċewtiku jibda jipproduċi mediċini innovattivi iktar effettivi u sikuri. B'mod partikolari, għandha:

tappoġġa “r-riċerka u l-iżvilupp farmaċewtiċi prekompetittivi” fl-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati mas-Seba' Programm ta’ Qafas permezz ta’ approċċ ikkoordinat sabiex jingħelbu l-ostakli fir-riċerka li ġew identifikati fil-proċess tal-izvilupp tal-mediċini,

tappoġġa l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tar-riċerka kif stabbiliti fl-Aġenda tar-Riċerka tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (“L-Attivitajiet ta’ Riċerka”), l-aktar billi tagħti għotjiet wara sejħiet kompetittivi għall-proposti,

tiżgura l-kumplimentarjetà mal-attivitajiet l-oħra tas-Seba' Programm ta’ Qafas,

tikkostitwixxi sħubija bejn il-pubbliku u l-privat bil-għan li żżid l-investiment fir-riċerka fis-settur bijofarmaċewtiku fl-Istati Membri u fil-pajjiżi assoċjati mas-Seba' Programm ta’ Qafas billi jinġabru r-riżorsi u titrawwem kollaborazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u privati,

tippromwovi s-sehem tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fl-attivitajiet tagħha, skont l-għanijiet tas-Seba' Programm ta’ Qafas.

Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati tal-EFTA bis-saħħa tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 82 tiegħu u l-Protokoll 32 tiegħu, għandhom jiżdiedu mal-approprijazzjonijiet imdaħħla f'dan l-artikolu. Għal finijiet informattivi, dawn l-ammonti jiġu minn kontributi mill-Istati tal-EFTA mdaħħla fl-Artikolu 6 3 0 tad-dikjarazzjoni tad-dħul, li jikkostitwixxu dħul assenjat skont l-Artikolu 21(2)(e) sa (g) tar-Regolament Finanzjarju; huma jagħtu lok għall-għoti ta’ approprjazzjonijiet korrispondenti u għall-implimentazzjoni skont l-Anness “Żona Ekonomika Ewropea” għal din il-parti tad-dikjarazzjoni tan-nefqa f’din it-taqsima, li tifforma parti integrali mill-baġit ġenerali.

Bażi ġuridika

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea dwar ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (ĠU L 30, 4.2.2008, p. 38).

KAPITOLU 08 04 — IL-KOOPERAZZJONI — IN-NANOXJENZI, IN-NANOTEKNOLOĠIJI, IL-MATERJALI U T-TEKNOLOĠIJI L-ĠODDA TAL-PRODUZZJONI

Figuri

Titolu Kapitolu Artikolu Partita

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

08 04

Il-Kooperazzjoni — In-nanoxjenzi, in-nanoteknoloġiji, il-materjali u t-teknoloġiji l-ġodda tal-produzzjoni

 

 

 

 

 

 

 

08 04 01

Kooperazzjoni — nanoxjenzi, nanoteknoloġiji, materjali u teknoloġiji ta’ produzzjoni ġodda

1.1

612 616 062

497 518 000

 

19 936 245

612 616 062

517 454 245

08 04 02

Il-Kooperazzjoni — In-Nanoxjenzi, in-nanoteknoloġiji, il-materjali u t-teknoloġiji l-ġodda tal-produzzjoni — L-Impriża Konġunta għaċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu

1.1

8 792 000

7 107 722

 

 

8 792 000

7 107 722

 

Kapitolu 08 04 — Total

 

621 408 062

504 625 722

 

19 936 245

621 408 062

524 561 967

Artikolu 08 04 01 — Kooperazzjoni — nanoxjenzi, nanoteknoloġiji, materjali u teknoloġiji ta’ produzzjoni ġodda

Figuri

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

612 616 062

497 518 000

 

19 936 245

612 616 062

517 454 245

Kummenti

L-għan tal-azzjonijiet li jsiru f’dan il-qasam huwa l-kontribut lejn l-ilħuq tal-massa kritika ta’ kapaċità meħtieġa biex jiġu żviluppati u sfruttati l-aktar teknoloġiji avvanzati, partikolarment bil-għan tal-ekoeffiċjenza u tat-tnaqqis tar-rimi ta’ sustanzi perikolużi fl-ambjent, li huma l-bażi tal-prodotti, is-servizzi u l-proċeduri ta’ manifattura fis-snin li ġejjin, ibbażati primarjament fuq l-għarfien u l-intelliġenza.

Għandhom jiġu pprovduti biżżejjed approprjazzjonijiet għan-nanoriċerka b'rabta mal-valutazzjoni tar-riskji ambjentali u dawk għas-saħħa, peress li 5 sa 10 % biss tan-nanoriċerka globali hija ddedikata għal dan il-għan fil-preżent.

Għandhom jiġu pprovduti biżżejjed approprjazzjonijiet baġitarji għal attivitajiet li jippromwovu r-riċerka u l-itfaċċar ta’ proċessi u prattika effiċjenti f’sens ta’ riżorsi inklużi l-ekodisinn, l-użu mill-ġdid, ir-reċiklabilità u r-riċerka fis-sostituzzjoni ta’ sustanzi perikolużi jew kritiċi.

Huwa attribwit ukoll l-infiq fuq laqgħat, konferenza, workshops, u seminars xjentifiċi jew teknoloġiċi ta’ livell għoli ta’ interess Ewropew organizzati mill-Kummissjoni, kif ukoll il-finanzjament ta’ studji, għotjiet, is-sorveljanza ta’ programmi speċifiċi u l-finanzjament tas-segretarja tal-IMS, stimi u evalwazzjonijiet xjentifiċi jew teknoloġiċi ta’ livell għoli, kif ukoll azzjonijiet imwettqa taħt il-programmi ta’ qafas preċedenti.

Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati tal-EFTA bis-saħħa tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 82 tiegħu u l-Protokoll 32 tiegħu, għandhom jiżdiedu mal-approprijazzjonijiet imdaħħla f'dan l-artikolu. Għal finijiet informattivi, dawn l-ammonti jiġu minn kontributi mill-Istati tal-EFTA mdaħħla fl-Artikolu 6 3 0 tad-dikjarazzjoni tad-dħul, li jikkostitwixxu dħul assenjat skont l-Artikolu 21(2)(e) sa (g) tar-Regolament Finanzjarju; huma jagħtu lok għall-għoti ta’ approprjazzjonijiet korrispondenti u għall-implimentazzjoni skont l-Anness “Żona Ekonomika Ewropea” għal din il-parti tad-dikjarazzjoni tan-nefqa f’din it-taqsima, li tifforma parti integrali mill-baġit ġenerali.

Bażi ġuridika

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).

Ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) (ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea dwar ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86).

KAPITOLU 08 06 — IL-KOOPERAZZJONI — L-AMBJENT (INKLUŻ IT-TIBDIL FIL-KLIMA)

Figuri

Titolu Kapitolu Artikolu Partita

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

08 06

Il-Kooperazzjoni — L-Ambjent (inkluż it-tibdil fil-klima)

 

 

 

 

 

 

 

08 06 01

Kooperazzjoni — Ambjent (inkluż it-tibdil tal-klima)

1.1

336 619 726

280 421 301

 

2 804 213

336 619 726

283 225 514

08 06 02

Il-Kooperazzjoni — L-Enerġija — L-Impriża Konġunta għaċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu

1.1

3 951 000

2 671 697

 

 

3 951 000

2 671 697

 

Kapitolu 08 06 — Total

 

340 570 726

283 092 998

 

2 804 213

340 570 726

285 897 211

Artikolu 08 06 01 — Kooperazzjoni — Ambjent (inkluż it-tibdil tal-klima)

Figuri

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

336 619 726

280 421 301

 

2 804 213

336 619 726

283 225 514

Kummenti

Ir-Riċerka Ambjentali fi ħdan is-Seba’ Programm Kwadru se tiġi implimentata permezz tat-Tema Ambjent (inkluż it-Tibdil tal-Klima). L-għan huwa li tiġi promossal-ġestjoni sostenibbli tal-ambjent naturali u uman u r-riżorsi tiegħu billi navvanzaw l-għarfien tagħna dwar l-interazzjonijiet bejn il-bijosfera, l-ekosistemi u l-attivitajiet umani, u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji, għodod u servizzi ġodda, sabiex jiġu indirizzati b’mod integrat il-kwistjonijiet ambjentali globali. Se ssir enfasi fuq il-previżjoni tat-tibdil fis-sistema ekoloġika, tal-klima, tad-dinja, u tal-oċean u fuq l-għodod u t-teknoloġiji, għall-monitoraġġ, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta’ pressjonijiet u riskji ambjentali inkluż fuq is-saħħa tal-bniedem u għas-sostenibbiltà tal-ambjent naturali u dak magħmul mill-bniedem.

Ir-riċerka f’din it-tema se tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-impenji u l-inizjattivi internazzjonali bħalma hi l-Osservazzjoni Globali tad-Dinja (GEO). Barra minn hekk, se tappoġġa l-ħtiġijiet tar-riċerka li joħorġu mil-leġiżlazzjoni u l-politiki eżistenti u ġejjienin tal-Unjoni, strateġiji tematiċi assoċjati u l-pjanijiet ta’ azzjoni dwar it-Teknoloġiji Ambjentali u dwar l-Ambjent u s-Saħħa. Ir-riċerka se tikkontribwixxi wkoll żviluppi teknoloġiċi li jtejbu l-pożizzjonament fis-suq tal-impriżi Ewropej, partikolarment tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, f'oqsma bħat-teknoloġiji ambjentali.

Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati tal-EFTA bis-saħħa tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 82 tiegħu u l-Protokoll 32 tiegħu, għandhom jiżdiedu mal-approprijazzjonijiet imdaħħla f'dan l-artikolu. Għal finijiet informattivi, dawn l-ammonti jiġu minn kontributi mill-Istati tal-EFTA mdaħħla fl-Artikolu 6 3 0 tad-dikjarazzjoni tad-dħul, li jikkostitwixxu dħul assenjat skont l-Artikolu 21(2)(e) sa (g) tar-Regolament Finanzjarju; huma jagħtu lok għall-għoti ta’ approprjazzjonijiet korrispondenti u għall-implimentazzjoni skont l-Anness “Żona Ekonomika Ewropea” għal din il-parti tad-dikjarazzjoni tan-nefqa f’din it-taqsima, li tifforma parti integrali mill-baġit ġenerali.

Bażi ġuridika

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).

Ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) (ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea dwar ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86).

KAPITOLU 08 10 — IDEAT

Figuri

Titolu Kapitolu Artikolu Partita

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

08 10

Ideat

 

 

 

 

 

 

 

08 10 01

Ideat

1.1

1 714 721 109

1 026 958 500

 

41 883 890

1 714 721 109

1 068 842 390

 

Kapitolu 08 10 — Total

 

1 714 721 109

1 026 958 500

 

41 883 890

1 714 721 109

1 068 842 390

Artikolu 08 10 01 — Ideat

Figuri

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

1 714 721 109

1 026 958 500

 

41 883 890

1 714 721 109

1 068 842 390

Kummenti

L-għan ġenerali tal-attivitajiet imwettqa bħala parti mill-programm speċifiku “Ideat”, permezz tal-ħolqien tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, huwa l-identifikazzjoni tal-aħjar timijiet tar-riċerka fl-Ewropa u l-istimolu tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien permezz tal-finanzjament ta’ proġetti ta’ riskju għoli u multidixxiplinari evalwati skont il-kriterju waħdieni ta’ eċċellenza skont kif iġġudikati minn esperti fil-qasam fil-livell Ewropew, filwaqt li jitħeġġeġ b'mod partikolari l-ħolqien ta' netwerks bejn gruppi ta' riċerka f'pajjiżi differenti sabiex jiġi promoss l-iżvilupp ta' komunità xjentifika Ewropea.

Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati tal-EFTA bis-saħħa tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 82 tiegħu u l-Protokoll 32 tiegħu, għandhom jiżdiedu mal-approprijazzjonijiet imdaħħla f'dan l-artikolu. Għal finijiet informattivi, dawn l-ammonti jiġu minn kontributi mill-Istati tal-EFTA mdaħħla fl-Artikolu 6 3 0 tad-dikjarazzjoni tad-dħul, li jikkostitwixxu dħul assenjat skont l-Artikolu 21(2)(e) sa (g) tar-Regolament Finanzjarju; huma jagħtu lok għall-għoti ta’ approprjazzjonijiet korrispondenti u għall-implimentazzjoni skont l-Anness “Żona Ekonomika Ewropea” għal din il-parti tad-dikjarazzjoni tan-nefqa f’din it-taqsima, li tifforma parti integrali mill-baġit ġenerali.

Din l-approprjazzjoni tkopri wkoll nefqa li tikkorrespondi għal dħul li jagħti lok għall-għoti ta’ approprjazzjonijiet addizzjonali minn partijiet terzi (mhux Żona Ekonomika Ewropea) jew pajjiżi terzi li jipparteċipaw fi proġetti fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju, kull dħul li jiddaħħal fil-Partiti 6 0 1 3, 6 0 1 5, 6 0 1 6, 6 0 3 1 u 6 0 3 3 tad-dikjarazzjoni tad-dħul jista’ jagħti lok għall-forniment ta’ approprjazzjonijiet addizzjonali.

Bażi ġuridika

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).

Ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) (ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/972/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku 'Ideat' li jimplimenta s-Seba' Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 243).

KAPITOLU 08 19 — KAPAĊITAJIET — APPOĠĠ GĦAL ŻVILUPP KOERENTI TA’ POLITIKA TA’ RIĊERKA

Figuri

Titolu Kapitolu Artikolu Partita

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

08 19

Kapaċitajiet — Appoġġ għal żvilupp koerenti ta’ Politika ta’ Riċerka

 

 

 

 

 

 

 

08 19 01

Kapaċitajiet — Appoġġ għal żvilupp koerenti ta’ Politika ta’ Riċerka

1.1

13 470 414

8 912 772

 

405 852

13 470 414

9 318 624

 

Kapitolu 08 19 — Total

 

13 470 414

8 912 772

 

405 852

13 470 414

9 318 624

Artikolu 08 19 01 — Kapaċitajiet — Appoġġ għal żvilupp koerenti ta’ Politika ta’ Riċerka

Figuri

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

13 470 414

8 912 772

 

405 852

13 470 414

9 318 624

Kummenti

Li jiżdied l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp sal-livell immirat ta’ 3 %, u t-titjib tal-effikaċja tagħha hija prijorità minn ta’ fuq nett fl-Istrateġija Ewropa 2020.Għaldaqstant, l-iżvilupp ta’ taħlita koerenti ta’ elementi politiċi biex jitwieżnu l-investimenti fir-riċerka mis-settur pubbliku u minn dak privat hija aspett li jolqot ħafna mill-qrib lill-awtoritajiet pubbliċi. L-azzjonijiet skont din il-partita għandhom jgħinu fl-iżvilupp ta’ politika ta’ riċerka effikaċi u koerenti fuq livell reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni, permezz tal-għoti ta’ tagħrif strutturat, indikaturi u analiżi, u permezz ta’ azzjonijiet bil-għan li tkun koordinata l-politika dwar ir-riċerka, b'mod partikolari l-applikazzjoni tal-metodu miftuħ tal-koordinament għall-politika dwar ir-riċerka.

Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati tal-EFTA bis-saħħa tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 82 tiegħu u l-Protokoll 32 tiegħu, għandhom jiżdiedu mal-approprijazzjonijiet imdaħħla f'dan l-artikolu. Għal finijiet informattivi, dawn l-ammonti jiġu minn kontributi mill-Istati tal-EFTA mdaħħla fl-Artikolu 6 3 0 tad-dikjarazzjoni tad-dħul, li jikkostitwixxu dħul assenjat skont l-Artikolu 21(2)(e) sa (g) tar-Regolament Finanzjarju; huma jagħtu lok għall-għoti ta’ approprjazzjonijiet korrispondenti u għall-implimentazzjoni skont l-Anness “Żona Ekonomika Ewropea” għal din il-parti tad-dikjarazzjoni tan-nefqa f’din it-taqsima, li tifforma parti integrali mill-baġit ġenerali.

Bażi ġuridika

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).

Ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) (ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/974/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku “Kapaċitajiet” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 299).

KAPITOLU 08 20 — L-EURATOM — L-ENERĠIJA MILL-FUŻJONI

Figuri

Titolu Kapitolu Artikolu Partita

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

08 20

L-Euratom — L-Enerġija mill-fużjoni

 

 

 

 

 

 

 

08 20 01

Euratom — Enerġija mill-fużjoni

1.1

72 163 290

78 549 779

 

 

72 163 290

78 549 779

08 20 02

L-Euratom — L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER — Il-Fużjoni għall-Enerġija (l-F4E)

1.1

865 510 000

494 812 495

 

- 289 200 000

865 510 000

205 612 495

 

Kapitolu 08 20 — Total

 

937 673 290

573 362 274

 

- 289 200 000

937 673 290

284 162 274

Artikolu 08 20 02 — L-Euratom — L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER — Il-Fużjoni għall-Enerġija (l-F4E)

Figuri

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

865 510 000

494 812 495

 

- 289 200 000

865 510 000

205 612 495

Kummenti

Il-fużjoni toffri l-prospett ta’ provvista kważi mingħajr limiti ta’ enerġija nadifa, u ITER huwa l-pass kruċjali li jmiss fil-progress lejn dan il-għan aħħari. Għal dan il-għan ġiet stabbilita l-Organizzazzjoni Ewropea għal ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, f'għamla ta’ Impriża Konġunta. Din l-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fużjoni għall-Enerġija) għandha d-dmirijiet li ġejjin:

(a)

li tipprovdi l-kontribut ta’ Euratom lill-Organizzazzjoni Internazzjonali ITER għall-Enerġija mill-Fużjoni;

(b)

li tipprovdi l-kontribut ta’ Euratom għal Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' mal-Ġappun għar-realizzazzjoni rapida tal-enerġija mill-fużjoni;

(c)

biex jiġi implimentat programm ta’ attivitajiet bi tħejjija għall-bini ta’ reattur tal-fużjoni ta’ dimostrazzjoni u faċilitajiet relatati inkluża l-Faċilità Internazzjonali għall-Irradjazzjoni tal-Materjali ta’ Fużjoni (IFMIF).

Bażi ġuridika

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Settembru 2006 dwar il-konklużjoni, permezz tal-Kummissjoni, tal-Ftehim dwar it-Twaqqif tal-Organizzazzjoni Internazzjonali ITER dwar l-Enerġija mill-Fużjoni għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER, tal-Arranġament dwar l-Applikazzjoni Provviżorja tal-Ftehim dwar it-Twaqqif tal-Organizzazzjoni Internazzjonali ITER dwar l-Enerġija mill-Fużjoni għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER u tal-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali ITER tal-Enerġija mill-Fużjoni għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2006/943/Euratom tas-17 ta’ Novembru 2006 dwar l-Applikazzjoni Provviżorja tal-Ftehim dwar it-Twaqqif tal-Organizzazzjoni Internazzjonali ITER dwar l-Enerġija mill-Fużjoni għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER u tal-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali ITER tal-Enerġija mill-Fużjoni għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 60).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/970/Euratom tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) għal attivitajiet ta’ riċerka u taħriġ nukleari (2007-2011) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 60).

Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1908/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri ta’ riċerka u universitajiet f'azzjoni taħt is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2011) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/976/Euratom tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) għal riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (2007-2011) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 404).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/93/Euratom tad-19 ta' Diċembru 2011 dwar il-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għal riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (2012 sa 2013) (ĠU L 47, 18.2.2012, p. 25).

Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 139/2012 tad-19 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri ta’ riċerka u universitajiet f’azzjonijiet indiretti taħt il-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2012 sa 2013) (ĠU L 47, 18.2.2012, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/94/Euratom tad-19 ta’ Diċembru 2011 dwar il-programm speċifiku, li għandu jitwettaq permezz ta’ azzjonijiet indiretti, li jimplimenta l-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għal riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (2012 sa 2013) (ĠU L 47, 18.2.2012, p. 33).

TITOLU 09 — NETWERKS TA' KOMUNIKAZZJONI, KONTENUT U TEKNOLOĠIJA

Figuri

Titolu Kapitolu

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

09 01

Nefqa amministrattiva tal-qasam ta' politika “Netwerks ta' komunikazzjoni, kontenut u teknoloġija”

 

127 323 333

127 323 333

 

 

127 323 333

127 323 333

09 02

Qafas Regolatorju Għall-Aġenda Diġitali

 

18 137 969

25 484 774

 

 

18 137 969

25 484 774

40 02 41

 

391 985

18 529 954

391 985

25 876 759

 

 

391 985

18 529 954

391 985

25 876 759

09 03

Bidu tal-attività għal teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni

1

144 265 000

132 209 900

 

 

144 265 000

132 209 900

09 04

Kooperazzjoni — Teknoloġiji tal-Inforzzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT)

1

1 483 700 335

1 168 738 402

 

40 812 681

1 483 700 335

1 209 551 083

09 05

Kapaċitajiet — Infrastrutturi ta’ riċerka

1

37 403 000

53 948 802

 

 

37 403 000

53 948 802

 

Titolu 09 — Total

 

1 810 829 637

1 507 705 211

 

40 812 681

1 810 829 637

1 548 517 892

 

40 01 40, 40 02 41

Total + riżerva

 

391 985

1 811 221 622

391 985

1 508 097 196

 

 

391 985

1 811 221 622

391 985

1 548 909 877

KAPITOLU 09 04 — KOOPERAZZJONI — TEKNOLOĠIJI TAL-INFORZZJONI U TAL-KOMUNIKAZZJONI (ICT)

Figuri

Titolu Kapitolu Artikolu Partita

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

09 04

Kooperazzjoni — Teknoloġiji tal-Inforzzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT)

 

 

 

 

 

 

 

09 04 01

Appoġġ għall-Kooperazzjoni fir-Riċerka fil-qasam tat-Teknoloġiji tal-Informatika u Komunikazzjoni (ICT – Kooperazzjoni)

 

 

 

 

 

 

 

09 04 01 01

Appoġġ għall-kooperazzjoni fir-riċerka fil-qasam tat-teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT — Kooperazzjoni)

1.1

1 307 359 400

1 102 379 643

 

40 812 681

1 307 359 400

1 143 192 324

09 04 01 02

Kooperazzjoni — Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni — Impriża Konġunta ARTEMIS

1.1

65 000 000

19 016 953

 

 

65 000 000

19 016 953

09 04 01 03

Kooperazzjoni — Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni — Nefqa għall-Appoġġ tal-Impriża Konġunta ARTEMIS

1.1

911 793

901 234

 

 

911 793

901 234

09 04 01 04

Kooperazzjoni — Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni — Impriża Konġunta ENIAC

1.1

110 000 000

35 143 790

 

 

110 000 000

35 143 790

09 04 01 05

Kooperazzjoni — Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni — Nefqa għall-Appoġġ tal-Impriża Konġunta ENIAC

1.1

429 142

424 172

 

 

429 142

424 172

 

Artikolu 09 04 01 — Sub-total

 

1 483 700 335

1 157 865 792

 

40 812 681

1 483 700 335

1 198 678 473

09 04 02

Approprjazzjonijiet li jirriżultaw minn kontributi minn partijiet terżi għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (barra miż-Żona Ekonomika Ewropea)

1.1

p.m.

p.m.

 

 

p.m.

p.m.

09 04 03

Tlestija ta’ programmi ta'qafas preċedenti tal-Komunità Ewropea (qabel l-2007)

1.1

10 872 610

 

 

10 872 610

 

Kapitolu 09 04 — Total

 

1 483 700 335

1 168 738 402

 

40 812 681

1 483 700 335

1 209 551 083

Artikolu 09 04 01 — Appoġġ għall-Kooperazzjoni fir-Riċerka fil-qasam tat-Teknoloġiji tal-Informatika u Komunikazzjoni (ICT – Kooperazzjoni)

Partita 09 04 01 01 — Appoġġ għall-kooperazzjoni fir-riċerka fil-qasam tat-teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT — Kooperazzjoni)

Figuri

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

1 307 359 400

1 102 379 643

 

40 812 681

1 307 359 400

1 143 192 324

Kummenti

L-għan tas-Seba' Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007-2013) u t-tema “Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni” tal-programm speċifiku “Kooperazzjoni” huwa li tittejjeb il-kompetittività tal-industrija Ewropea u li l-Ewropa tingħata l-ħila li tmexxi u tifforma l-iżviluppi tal-ICT fil-ġejjieni skont strateġija Ewropea tal-ICT fuq perjodu twil ta' żmien sabiex jintlaħqu d-domandi tas-soċjetà u tal-ekonomija tagħha u l-istandards Ewropej jgħinu t-tiswir tal-iżviluppi globali tal-ICT pjuttost milli jinqabżu minn swieq globali oħra li qed jikbru.

Attivitajiet se jsaħħu l-bażi xjentifika u teknoloġika tal-Ewropa fl-ICT, jgħinu biex tinħoloq u tiġi stimulata l-innovazzjoni permezz tal-użu tal-ICT u jassiguraw li l-progress tal-ICT jinbidel malajr f'benefiċċji għaċ-ċittadini, in-negozji, l-industriji u l-gvernijiet tal-Ewropa.

It-tema tal-ICT tagħti prijorità lir-riċerka strateġika madwar pilastri teknoloġiċi prinċipali, tiżgura integrazzjoni totali tat-teknoloġiji u tipprovdi t-tagħrif u l-mezzi biex tiġi żviluppata medda wiesgħa ta' applikazzjonijiet innovattivi tal-ICT.

L-attivitajiet se jagħtu setgħa lil avvanz industrijali u teknoloġiku fis-settur tal-ICT u jtejbu l-kompetittività ta’ setturi importanti intensivi fl-ICT — kemm permezz ta’ prodotti u servizzi innovattivi bbażati fuq ICT ta’ valur għoli u minn titjib ta' proċessi organizzattivi u kemm fin-negozji u fl-amministrazzjonijiet. It-tema ta' ICT tappoġġja wkoll politika oħra tal-Unjoni, billi timmobbilizza l-ICT biex tissodisfa d-domandi pubbliċi u tas-soċjetà.

L-attivitajiet ikopru l-kollaborazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prassi bl-għan li jiġu stabbiliti standards komuni għall-Unjoni li jkunu kompatibbli ma', jew jistabbilixxu, standard globali, azzjonijiet ta' netwerking u inizjattivi nazzjonali ta' koordinazzjoni tal-programmi. Din l-approprijazzjoni hija maħsuba wkoll biex tkopri l-ispejjeż tal-esperti indipendenti li jgħinu fil-valutazzjonijiet u r-reviżjonijiet ta' proposti, l-ispejjeż ta' avvennimenti, laqgħat, konferenzi, workshops u seminars ta' interess Ewropew organizzati mill-Kummissjoni, l-ispejjeż tal-istudji, l-analiżijiet u l-valutazzjonijiet tal-programmi speċifiċi u tal-programmi ta' qafas u l-ispejjeż tal-miżuri għall-monitoraġġ u t-tixrid tar-riżultati tal-programmi, inklużi miżuri taħt il-programmi ta' qafas ta' qabel.

Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati EFTA bis-saħħa tal-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 82 tiegħu u l-Protokoll 32 tiegħu, għandhom jiżdiedu mal-approprjazzjonijiet imdaħħla f’din il-partita. Għal finijiet informattivi, dawn l-ammonti jiġu minn kontributi mill-Istati tal-EFTA mdaħħla fl-Artikolu 6 3 0 tad-dikjarazzjoni tad-dħul, li jikkostitwixxu dħul assenjat skont l-Artikolu 21(2)(e) sa (g) tar-Regolament Finanzjarju; dawn jagħtu lok għall-għoti ta’ approprjazzjonijiet korrispondenti u għall-implimentazzjoni skont l-Anness “Żona Ekonomika Ewropea” għal din il-parti tad-dikjarazzjoni tan-nefqa f’din it-taqsima li tifforma parti integrali mill-baġit ġenerali.

Parti minn dawn l-approprjazzjonijiet maħsuba biex ikattru l-approċċi komuni għal sfidi globali ewlenin, bħal strateġija dwar l-ICT li mhux biss tkun tista' tikkompeti ma' swieq tal-ICT li qed jiżviluppaw b'mod mgħaġġel (pereżempju fl-Asja), iżda li tista' wkoll tistabbilixxi standards għat-tfassil tal-politika global dwar l-ICT fl-interess tal-valuri Ewropej. Billi jinġabru flimkien ir-riżorsi u billi jitħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prassi għall-avvanz tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fil-qasam tal-ICT. Il-miżuri ikollhom l-għan li jtejbu l-effikaċja tal-azzjonijiet mill-komunità internazzjonali u jkunu komplementari għal mekkaniżmi eżistenti u relazzjonijiet ta' ħidma ta' suċċess. L-approprijazzjonijiet jintużaw biex ikunu finanzjati impriżi innovattivi bejn pajjiżi Ewropej u pajjiżi terzi. L-ambitu ta' tali impriżi jmur lil hinn minn dak li jkun jista' jsir minn pajjiż wieħed u jibbenefika kemm lill-Unjoni kif ukoll lis-sħab tagħha fit-tħejjija tar-rwol ewlieni tagħhom għall-istabbiliment ta' standards futuri dwar l-ICT. Fl-implimentazzjoni ta’ din l-azzjoni l-Kummissjoni se tassigura distribuzzjoni bilanċjata tas-sussidji. Tgħin lill-atturi f'livell globali biex jieħdu sehem fi sħubijiet ta' riċerka sabiex titħeġġeġ l-innovazzjoni fil-qasam tal-ICT.

Bażi ġuridika

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2011) (ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku “Kooperazzjoni” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru] tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86).

TITOLU 10 — IR-RIĊERKA DIRETTA

Figuri

Titolu Kapitolu

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

10 01

Nefqa amministrattiva tal-qasam politiku tar-“Riċerka diretta”

1

350 080 000

350 080 000

 

 

350 080 000

350 080 000

10 02

Approprjazzjonijiet operattivi għar-riċerka ffinanzjati direttament— Is-Seba’ Programm Qafas (2007-2013) — UE

1

33 089 156

30 721 154

 

 

33 089 156

30 721 154

10 03

Approprjazzjonijiet operazzjonali għar-riċerka ffinanzjati direttament— Is-Seba’ Programm Kwadru (2007 sal-2011 u 2012 sal-2013) — Euratom

1

10 250 000

9 314 301

 

405 852

10 250 000

9 720 153

10 04

Tlestija ta’ programmi kwadri preċedenti u attivitajiet oħra

1

p.m.

p.m.

 

 

p.m.

p.m.

10 05

Responsabilità storika li tirriżulta minn attivitajiet nukleari mwettqa miċ-ċentru ta’ riċerka konġunt taħt it-trattat tal-euratom

1

30 900 000

29 204 688

 

 

30 900 000

29 204 688

 

Titolu 10 — Total

 

424 319 156

419 320 143

 

405 852

424 319 156

419 725 995

Kummenti

Dawn ir-rimarki japplikaw għall-intestaturi kollha tal-baġit fil-qasam politiku tar-“Riċerka diretta” (bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu 10 05).

L-approprjazzjonijiet jkopru mhux biss in-nefqa għall-operazzjonijiet u l-persunal kopert mir-Regolamenti tal-Persunal, imma wkoll nefqa oħra għall-persunal, il-kuntratti, l-infrastruttura, l-informazzjoni u l-pubblikazzjonijiet u kull nefqa oħra amministrattiv ġej mill-operazzjonijiet ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku, inkluż ir-riċerka esploratorja.

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju, kull dħul imdaħħal fil-Paragrafi 6 2 2 4 u 6 2 2 5 tad-dikjarazzjoni tad-dħul jista’ jagħti lok għall-approprjazzjonijiet addizzjonali.

Dħul mixxellanju jista’ jagħti lok għal approprjazzjonijiet addizzjonali biex jintużaw fil-Kapitoli 10 02, 10 03, 10 04 jew l-Artikolu 10 01 05, skont l-iskop tagħhom.

Kull dħul mill-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi kandidati u, jekk applikabbli, mill-pajjiżi kandidati potenzjali tal-Balkani tal-Punent għall-parteċipazzjoni f'programmi tal-Unjoni mdaħħal fil-Partita 6 0 3 1 tad-dikjarazzjoni tad-dħul, jista' jagħti lok li jkun hemm approprjazzjonijiet addizzjonali skont l-Artikolu 21(2)(e) sa (g) tar-Regolament Finanzjarju.

Huwa possibbli li fil-każ ta' xi wħud minn dawn il-proġetti, jieħdu sehem fil-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tar-riċerka xjentfika u teknika, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Kull kontribuzzjoni finanzjarja se tiddaħħal f’Partita 6 0 1 3 tad-dikjarazzjoni tad-dħul u tista’ tagħti lok għall-provvediment ta’ approprjazzjonijiet addizzjonali skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju.

L-appropjrazzjonijiet addizzjonali se jkunu pprovduti taħt l-Artikoli 10 02 02 u 10 03 02.

L-approprjazzjonijiet f’dan it-titolu jkopru l-kost tal-persunal li jaħdem fid-dipartimenti amministrattivi u finanzjarji taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u tal-appoġġ li jeħtieġu (bejn wieħed u ieħor 15 % tal-kost).

KAPITOLU 10 03 — APPROPRJAZZJONIJIET OPERAZZJONALI GĦAR-RIĊERKA FFINANZJATI DIRETTAMENT— IS-SEBA’ PROGRAMM KWADRU (2007 SAL-2011 U 2012 SAL-2013) — EURATOM

Figuri

Titolu Kapitolu Artikolu Partita

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

10 03

Approprjazzjonijiet operazzjonali għar-riċerka ffinanzjati direttament— Is-Seba’ Programm Kwadru (2007 sal-2011 u 2012 sal-2013) — Euratom

 

 

 

 

 

 

 

10 03 01

Attivitajiet Nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC)

1.1

10 250 000

9 314 301

 

405 852

10 250 000

9 720 153

10 03 02

Approprjazzjonijiet li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (barra miż-Żona Ekonomika Ewropea)

1.1

p.m.

p.m.

 

 

p.m.

p.m.

 

Kapitolu 10 03 — Total

 

10 250 000

9 314 301

 

405 852

10 250 000

9 720 153

Artikolu 10 03 01 — Attivitajiet Nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC)

Figuri

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

10 250 000

9 314 301

 

405 852

10 250 000

9 720 153

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija intenzjonata biex tkopri l-appoġġ xjentifiku u tekniku u l-attivitajiet ta’ riċerka li jitwettqu miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka skont il-Programm Speċifiku nukleari għat-temi li ġejjin:

ġestjoni tal-iskart nukleari, impatt ambjentali, għarfien bażiku u riċerka dwar id-dekumissjonar,

is-sikurezza nukleari,

is-sigurtà nukleari.

Tkopri l-attivitajiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ salvagwardji bis-saħħa tal-Kapitolu 7 tat-Titolu II tat-Trattat Euratom u l-obbligi li joħorġu mit-Trattat tan-Nonproliferazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programm tal-Kummissjoni għall-appoġġ tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA).

Tkopri nefqa speċifika dwar ir-riċerka u attivitajiet ta’ appoġġ inkwistjoni (xiri ta’ kull tip u kuntratti). Dan jinkludi n-nefqa tal-infrastruttura xjentifika direttament imġarrba għal proġetti konċernati.

Hija maħsuba biex tkopri wkoll nefqa ta’ kull tip dwar attivitajiet ta’ riċerka fuq attivitajiet skont dan l-artikolu mogħtija liċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka fil-qafas tal-parteċipazzjoni tiegħu fuq bażi kompetittiva f’azzjonijiet indiretti.

Skont l-Artikolu 21 u l-Artikolu 183(2) tar-Regolament Finanzjarju, kull dħul imdaħħal f’Punt 6 2 2 6 tad-dikjarazzjoni tad-dħul jista’ jagħti lok għall-provvediment ta’ approprjazzjonijiet addizzjonali.

Bażi ġuridika

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/970/Euratom tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (mill-2007 sal-2011) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 60).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/977/Euratom tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku li għandu jitwettaq permezz ta' azzjonijiet diretti miċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) għal attivitajiet ta' riċerka u taħriġ nukleari (mill-2007 sal-2011) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 434).

Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 1908/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet f'azzjoni taħt is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (mill-2007 sal-2011) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/93/Euratom tad-19 ta' Diċembru 2011 dwar il-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għal riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (2012-2013) (ĠU L 47, 18.2.2012, p. 25).

Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 139/2012 tad-19 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri ta’ riċerka u universitajiet f’azzjonijiet indiretti taħt il-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u għad-disseminazzjoni tar-riżultati ta’ riċerka (2012-2013) (ĠU L 47, 18.2.2012, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/95/Euratom tad-19 ta’ Diċembru 2011 dwar il-programm speċifiku, li għandu jitwettaq permezz ta’ azzjonijiet diretti miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, li jimplimenta l-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (2012-2013) (ĠU L 47, 18.2.2012, p. 40).

TITOLU 13 — POLITIKA REĠJONALI

Figuri

Titolu Kapitolu

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

13 01

Nefqa Amministrativa tal-qasam tal-“Politika Reġjonali”

 

88 792 579

88 792 579

 

 

88 792 579

88 792 579

13 03

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u operat reġjonali ieħor

1

30 639 878 699

31 410 089 436

 

 

30 639 878 699

31 410 089 436

13 04

Fond ta’ Koeżjoni

1

12 499 800 000

11 414 497 449

 

 

12 499 800 000

11 414 497 449

13 05

Operat ta’ qabel l-adeżjoni relatat mal-politiki strutturali

 

549 770 452

489 688 705

 

-78 987 754

549 770 452

410 700 951

13 06

Fond ta’ Solidarjetà

 

14 607 942

14 607 942

400 519 089

250 519 089

415 127 031

265 127 031

 

Titolu 13 — Total

 

43 792 849 672

43 417 676 111

400 519 089

171 531 335

44 193 368 761

43 589 207 446

KAPITOLU 13 05 — OPERAT TA’ QABEL L-ADEŻJONI RELATAT MAL-POLITIKI STRUTTURALI

Figuri

Titolu Kapitolu Artikolu Partita

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

13 05

Operat ta’ qabel l-adeżjoni relatat mal-politiki strutturali

 

 

 

 

 

 

 

13 05 01

Strument għal Politika Strutturali għal Qabel is-Sħubija (ISPA) — Tlestija ta’ proġetti ta’ qabel (2000 sa 2006)

 

 

 

 

 

 

 

13 05 01 01

Strument għall-Politika Strutturali għal Qabel l-Adeżjoni (ISPA) — Tlestija ta’ proġetti oħra preċedenti (2000 sa 2006)

4

p.m.

232 278 493

 

-78 987 754

p.m.

153 290 739

13 05 01 02

Strument għall-Politika Strutturali għal Qabel is-Sħubija — Għeluq ta’ assistenza ta’ qabel is-sħubija, konnessa ma’ tmien pajjiżi applikanti

4

p.m.

p.m.

 

 

p.m.

p.m.

 

Artikolu 13 05 01 — Sub-total

 

p.m.

232 278 493

 

-78 987 754

p.m.

153 290 739

13 05 02

Strument għal Qabel is-Sħubija (IPA) — Komponent ta’ Żvilupp Reġjonali

4

462 000 000

172 734 477

 

 

462 000 000

172 734 477

13 05 03

Strument ta’ Qabel is-Sħubija (IPA) — Komponent ta’ kooperazzjoni bejn il-fruntieri (CBC)

 

 

 

 

 

 

 

13 05 03 01

Kooperazzjoni bejn il-Fruntieri (CBC) — Kontribuzzjoni mis-subintestatura 1-b

1.2

51 491 401

50 000 000

 

 

51 491 401

50 000 000

13 05 03 02

Kooperazzjoni transkonfinali (CBC) u l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati u pajjizi potenzjalment kandidati fil-programmi ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u interreġjonali tal-Fondi Strutturali — Kontribuzzjoni mill-Intestatura 4

4

36 279 051

34 675 735

 

 

36 279 051

34 675 735

 

Artikolu 13 05 03 — Sub-total

 

87 770 452

84 675 735

 

 

87 770 452

84 675 735

 

Kapitolu 13 05 — Total

 

549 770 452

489 688 705

 

-78 987 754

549 770 452

410 700 951

Artikolu 13 05 01 — Strument għal Politika Strutturali għal Qabel is-Sħubija (ISPA) — Tlestija ta’ proġetti ta’ qabel (2000 sa 2006)

Kummenti

L-għajnuna mogħtija bl-istrument għall-Politika Strutturali għal qabel is-Sħubija (ISPA) kienet maħsuba biex tgħin lill-pajjiżi kandidati tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant fl-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni. L-ISPA intużat biex tgħin lill-pajjiżi benefiċjarji biex ikunu konformi mal-acquis tal-Unjoni fl-oqsma tal-ambjent u t-trasport.

Partita 13 05 01 01 — Strument għall-Politika Strutturali għal Qabel l-Adeżjoni (ISPA) — Tlestija ta’ proġetti oħra preċedenti (2000 sa 2006)

Figuri

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

p.m.

232 278 493

 

-78 987 754

p.m.

153 290 739

Kummenti

Din l-approprijazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-għajnuna taħt l-ISPA u l-għajnuna teknika mogħtija minn barra l-Kummissjoni li hija meħtieġa għall-implimentazzjoni fil-pajjiżi kandidati tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.

Irrispettivament mill-benefiċjarju, mhi awtorizzata l-ebda nefqa amministrattiva b’dan l-Artikolu.

Bażi ġuridika

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1266/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar il-koordinazzjoni tal-għajnuna lill-pajjiżi applikanti fil-qafas tal-istrateġija ta’ qabel l-adeżjoni (ĠU L 161, 26.6.1999, p. 68).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1267/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi kull Strument għal Politika Strutturali għal Qabel l-adeżjoni (ĠU L 161, 26.6.1999, p. 73).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2257/2004 tal-20 ta’ Diċembru 2004 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 3906/89, (KE) Nru 1267/1999, (KE) Nru 1268/1999 u (KE) Nru 2666/2000, sabiex jittieħed kont tal-istatus ta’ kandidatura tal-Kroazja (ĠU L 389, 30.12.2004, p. 1).

KAPITOLU 13 06 — FOND TA’ SOLIDARJETÀ

Figuri

Titolu Kapitolu Artikolu Partita

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

13 06

Fond ta’ Solidarjetà

 

 

 

 

 

 

 

13 06 01

Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea — Stati Membri

3.2

14 607 942

14 607 942

400 519 089

250 519 089

415 127 031

265 127 031

13 06 02

Fond ta’ Solidarjetà Tal-Unjoni Ewropea — Pajjiżi li qed jinnegozjaw is-sħubija

4

p.m.

p.m.

 

 

p.m.

p.m.

 

Kapitolu 13 06 — Total

 

14 607 942

14 607 942

400 519 089

250 519 089

415 127 031

265 127 031

Artikolu 13 06 01 — Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea — Stati Membri

Figuri

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

14 607 942

14 607 942

400 519 089

250 519 089

415 127 031

265 127 031

Kummenti

Dan l-Artikolu huwa maħsub biex jirreġistra approprjazzjonijiet ġejjin mill-mobilitazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea fil-każ ta’ diżastri kbar f’pajjiżi involuti f’negozjati ta’ adeżjoni mal-Unjoni. L-assistenza għandha tiġi pprovduta primarjament f’każ ta’ diżastri naturali, iżda tista’ tiġi pprovduta wkoll skont l-urġenza tas-sitwazzjoni lill-pajjiżi kkonċerrnati bi skadenza stabbilita għall-użu tal-assistenza finanzjarja mogħtija u għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-Istati benefiċjarji biex ikun iġġustifikat l-użu tal-assistenza li jirċievu. L-assistenza miksuba li hi sussegwentement irkuprata minn ħlasijiet ta’ partijiet terzi, skont il-prinċipju “min iniġġes iħallas”, pereżempju, jew li kienet mogħtija lil hinn mill-valutazzjoni finali tal-ħsarat, għandha tkun irkupra

L-allokazzjoni tal-approprjazzjonijiet tiġi deċiża f’baġit ta’ emenda li jkollu bħala l-iskop ewlieni li li jimmobilizza l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

Bażi ġuridika

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3).

Atti ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, imressqa mill-Kummissjoni fis-6 ta’ April 2005, li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (COM(2005)0108 finali).

Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja sana (ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1).

TITOLU 15 — EDUKAZZJONI U KULTURA

Figuri

Titolu Kapitolu

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

15 01

Nefqa amministrattiva tal-qasam ta’ politika “edukazzjoni u kultura”

 

123 603 923

123 603 923

 

 

123 603 923

123 603 923

15 02

Tagħlim Matul il-Ħajja, inkluż il-multilingwiżmu

 

1 417 215 664

1 379 114 216

 

 

1 417 215 664

1 379 114 216

15 04

Żvilupp tal-kooperazzjoni kulturali u awdjoviżiva fl-Ewropa

 

175 715 000

159 896 411

 

 

175 715 000

159 896 411

15 05

Inkoraġġiment u promozzjoni għall-kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ u l-isports

3

149 539 000

130 166 227

 

 

149 539 000

130 166 227

15 07

Nies — Programm għall-mobilità tar-riċerkaturi

1

963 502 000

771 774 900

 

63 312 858

963 502 000

835 087 758

 

Titolu 15 — Total

 

2 829 575 587

2 564 555 677

 

63 312 858

2 829 575 587

2 627 868 535

KAPITOLU 15 07 — NIES — PROGRAMM GĦALL-MOBILITÀ TAR-RIĊERKATURI

Figuri

Titolu Kapitolu Artikolu Partita

Intestatura

FF

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

15 07

Nies — Programm għall-mobilità tar-riċerkaturi

 

 

 

 

 

 

 

15 07 77

Nies

1.1

963 502 000

771 275 000

 

63 312 858

963 502 000

834 587 858

15 07 78

Approprjazzjonijiet li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi (barra miż-Żona Ekonomika Ewropea) għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku

1.1

p.m.

p.m.

 

 

p.m.

p.m.

15 07 79

Artikolu 15 07 79 — Proġett Pilota — Sħubijiet ta’ għarfien

1.1

p.m.

499 900

 

 

p.m.

499 900

 

Kapitolu 15 07 — Total

 

963 502 000

771 774 900

 

63 312 858

963 502 000

835 087 758

Artikolu 15 07 77 — Nies

Figuri

Baġit 2013

Abbozz ta' baġit ta’ emenda Nru. 9/2013

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

963 502 000

771 275 000

 

63 312 858

963 502 000

834 587 858

Kummenti

L-Ewropa jeħtieġ li ssir iktar attraenti għar-riċerkaturi, sabiex iżżid il-kapaċità u l-prestazzjoni tagħha fir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, filwaqt li tinżamm u tkompli tiġi żviluppata ż-Żona Ewropea tar-Riċerka. Fil-kuntest ta' kompetizzjoni dejjem tikber fuq livell dinji, huwa meħtieġ li jiġi żviluppat suq Ewropew miftuħ u kompetittiv tax-xogħol għar-riċerkaturi bi prospetti differenti u attraenti ta' karriera.

Il-valur miżjud tal-appoġġ mogħti mill-programm speċifiku “Nies” (imwettaq permezz tal-Azzjonijiet Marie Curie, il-Lejla tar-Riċerkaturi u l-azzjoni EURAXESS) huwa l-promozzjoni tal-mobbiltà internazzjonali, interdixxiplinari u intersettorali tar-riċerkaturi bħala l-impetu ewlieni għall-Innovazzjoni Ewropea. L-Azzjonijiet Marie Curie jseddqu wkoll kooperazzjoni iżjed b'saħħitha bejn l-edukazzjoni, ir-riċerka u n-negozji minn pajjiżi differenti fit-taħriġ u l-iżvilupp ta' karrieri tar-riċerkaturi biex jitwessgħu l-kapaċitajiet u jippreparawhom għall-impjiegi ta' għada. L-Azzjonijiet Marie Curie jirriinfurzaw sħubija mill-qrib bejn l-edukazzjoni u n-negozji sabiex jiżdied l-iskambju tal-għarfien u jiżdied it-taħriġ tad-Dottorat skont il-ħtiġijiet tal-industrija. Bil-promozzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol konformi maċ-charter u l-kodiċi tar-riċerkaturi Ewropej, dawn jgħinu biex karriera fir-riċerka fl-Ewropa tkun iktar attraenti.

Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati EFTA skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 82 tiegħu u l-Protokoll 32 tiegħu għandhom jiżdiedu mal-approprjazzjonijiet imdaħħlin f’dan l-artikolu. Għal finijiet informattivi, dawn l-ammonti jiġu minn kontributi mill-Istati tal-EFTA mdaħħla fl-Artikolu 6 3 0 tad-dikjarazzjoni tad-dħul, li jikkostitwixxu dħul assenjat skont l-Artikolu 21(2)(e) sa (g) tar-Regolament Finanzjarju; jistgħu jagħtu lok għall-għoti ta’ approprjazzjonijiet korrispondenti u għall-implimentazzjoni taħt l-Anness “Żona Ekonomika Ewropea” għal din il-parti tad-dikjarazzjoni tan-nefqa f’din it-taqsima, li tifforma parti integrali mill-baġit ġenerali.

Din l-approprjazzjoni tkopri wkoll nefqa li tikkorrispondi għal dħul li jagħti lok għal dispożizzjonijiet għal approprjazzjonijiet addizzjonali minn partijiet terzi (mhux Żona Ekonomika Ewropea) jew pajjiżi terzi li jipparteċipaw fi proġetti fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju, kull dħul li jiddaħħal fil-Partiti 6 0 1 3, 6 0 1 5, 6 0 1 6, 6 0 3 1 u 6 0 3 3 tad-dikjarazzjoni tad-dħul jista’ jagħti lok għall-forniment ta’ approprjazzjonijiet addizzjonali.

Bażi ġuridika

Ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f’azzjonijiet taħt is-Seba’ Programm Qafas u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) (ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1).

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/973/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku “Nies” li jimplimenta s-Seba’ Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 269).


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/203


P7_TA(2013)0475

Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE: nixfa fir-Rumanija fl-2012 u għargħar fil-Ġermanja, l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka fl-2013

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (nixfa u nirien fil-foresti fir-Rumanija u għargħar fil-Ġermanja, l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka) (COM(2013)0692 – C7-0343/2013 – 2013/2255(BUD))

(2016/C 436/30)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0692 – C7-0343/2013),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008 dwar il-Fond ta' Solidarjetà,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0369/2013),

1.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2014/95/UE.)


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/204


P7_TA(2013)0476

Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà biex jikkomplementa l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-UE għall-2013 favur il-finanzjament tal-Fond Soċjali Ewropew biex jiżdiedu l-allokazzjonijiet għal Franza, l-Italja u Spanja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità (COM(2013)0559 – C7-0235/2013 – 2013/2159(BUD))

(2016/C 436/31)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, kif adottat b'mod definittiv fit-12 ta' Diċembru 2012 (1),

wara li kkunsidra l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 7/2013, li ġie ppreżentat mill-Kummissjoni fil-25 ta' Lulju 2013 (COM(2013)0557),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikulari l-punt 27 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0559 – C7-0235/2013),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill adottata fis-7 ta' Ottubru 2013,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0370/2013),

A.

billi, wara li eżamina l-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn taħt l-Intestatura 1b, jidher li hemm bżonn li jiġi mobilizzat l-Istrument ta' Flessibilità,

B.

billi l-Kummissjoni pproponiet il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità biex jikkomplementa l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, oltre l-limitu massimu tal-Intestatura 1b, ta' EUR 134 049 037, favur il-finanzjament tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) biex l-allokazzjonijiet għal Franza, l-Italja u Spanja għas-sena 2013 jiżdiedu b'ammont totali ta' EUR 150 miljun,

1.

Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni biex taqbeż il-limitu massimu għall-Intestatura 1b b'EUR 134 049 037, bil-ħsieb li żżid l-allokazzjonijiet tal-FSE għal Franza, l-Italja u Spanja għas-sena 2013 b'ammont totali ta' EUR 150 miljun, u għall-mobilizzazzjoni korrispondenti tal-Istrument ta' Flessibilità;

2.

Jaqbel mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità f'approprjazzjonijiet ta' impenji sa massimu ta' EUR 134 049 037, għall-finanzjament ta' dawk l-allokazzjonijiet addizzjonali taħt l-Intestatura 1b;

3.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 66, 8.3.2013.

(2)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2014/94/UE.)


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/206


P7_TA(2013)0477

Sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita (COM(2011)0814 – C7-0464/2011 – 2011/0392(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/32)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0814),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0464/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012 (1)

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tal-11 ta' Settembru 2013 biex tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0321/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 179.


P7_TC1-COD(2011)0392

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropewn adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1285/2013.)


ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni Ewropea

dwar

IL-PANEL INTERISTITUZZJONALI GALILEO (GIP)

1.

Fid-dawl tal-importanza, il-karatteristika unika u l-kumplessità tal-programmi tal-GNSS Ewropej, is-sjieda tal-Komunità tas-sistemi li jirriżultaw mill-programmi, u l-finanzjament sħiħ tal-baġit tal-Komunità tal-programmi għall-perjodu 2014-2020, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea jirrikonoxxu l-bżonn ta' kooperazzjoni mill-qrib tat-tliet istituzzjonijiet.

2.

Il-Panel Interistituzzjonali Galileo (GIP) se jilħaq l-objettiv li jiffaċilita kull istituzzjoni fit-twettiq tar-responsabbiltà rispettiva tagħha. Għal dan il-għan, il-GIP se jitwaqqaf sabiex isegwi mill-qrib:

(a)

il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-GNSS Ewropej, b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' akkwisti u ta' kuntratti, b'mod partikolari fir-rigward tal-ESA;

(b)

il-Ftehimiet Internazzjonali ma' pajjiżi terzi mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

(c)

it-tħejjija tas-swieq tan-navigazzjoni bis-satellita;

(d)

l-effikaċja tal-arranġamenti ta' governanza; kif ukoll

(e)

ir-rieżami annwali tal-programm ta' ħidma.

3.

F'konformità mar-regoli eżistenti, il-GIP se jirrispetta l-ħtieġa ta' diskrezzjoni b'mod partikolari fid-dawl tan-natura kunfidenzjali u sensittiva ta' ċerta dejta.

4.

Il-Kummissjoni se tqis il-fehmiet espressi mill-GIP.

5.

Il-GIP se jkun magħmul minn seba' rappreżentanti, li minnhom:

tlieta jkunu mill-Kunsill,

tlieta mill-PE,

wieħed mill-Kummissjoni,

u se jiltaqa' fuq bażi regolari (fil-prinċipju erba' darbiet kull sena).

6.

Il-GIP ma jaffettwax ir-responsabbiltajiet jew ir-relazzjonijiet interistituzzjonali stabbiliti.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/208


P7_TA(2013)0478

Assistenza makrofinanzjarja għar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprevedi assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan (COM(2013)0242 – C7-0119/2013 – 2013/0128(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/33)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0242),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0119/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Ottubru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Baġits (A7-0335/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


P7_TC1-COD(2013)0128

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novemrbu 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċizjoni Nru …/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni 1351/2013/UE.)


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/209


P7_TA(2013)0479

UE-Russja dwar prekursuri tad-droga ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga (12221/2013 – C7-0308/2013 – 2013/0005(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 436/34)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12221/2013),

wara li kkunsidra l-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga (08178/2013),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0308/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0342/2013),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Federazzjoni Russa.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/210


P7_TA(2013)0480

Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI fir-rigward tal-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet (16229/2012 – C7-0011/2013 – 2013/0801(CNS))

(Konsultazzjoni)

(2016/C 436/35)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16229/2012),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(1)(a) tiegħu, skont liema l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7-0011/2013),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/934/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Europol mal-imsieħba, inkluż l-iskambju ta' data personali u informazzjoni kklassifikata (2),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/935/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 li tiddetermina l-lista ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0351/2013),

1.

Jiċħad l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill;

2.

Jistieden lill-Kunsill ma jadottax id-deċiżjoni, peress li reċentement il-Kummissjoni pproponiet regolament ġdid għall-Europol (Prosposta tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2013 għal regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ (Europol) u li jħassar d-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI (COM(2013)0173)), li permezz tiegħu d-dispożizzjonijiet u l-proċedura għall-konklużjoni ta’ ftehimiet ma’ Stati terzi u organizzazzjonijiet għandhom jiġu modifikati; għalhekk m'għandu jkun hemm ebda emenda għall-miżuri li jimplimentaw id-Deċiżjoni 2009/371/JHA;

3.

Jitlob lid-Direttur u lill-Bord Maniġerjali tal-Europol biex fil-każ li jiġi adottat l-abbozz ta’ deċiżjoni, ma jibdew negozjati dwar ftehimiet operattivi ma’ ebda wieħed mill-pajjiżi mniżżlin fih, peress li f'xi wħud mill-pajjiżi mniżżlin fl-abbozz ta' deċiżjoni ma jeżistix livell suffiċjenti ta' protezzjoni tad-data u peress li l-osservanza tad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data personali ma tistax tiġi żgurata; jenfasizza li kwalunkwe skambju ta' data personali ma' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali jrid jipprovdi garanziji stretti ta' sigurtà rigward il-protezzjoni tal-privatezza u tad-drittijiet fundamentali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Europol.


(1)  ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2009, p. 6.

(3)  ĠU L 325, 11.12.2009, p. 12.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/211


P7_TA(2013)0481

Qafas ġuridiku għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (ERIC) (COM(2012)0682 – C7-0421/2012 – 2012/0321(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2016/C 436/36)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2012)0682),

wara li kkunsidra l-Artikoli 187 u 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0421/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 u l-Artikolu 46(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0331/2013),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/212


P7_TA(2013)0482

Dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fondi Ewropej (*) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (COM(2013)0246 – C7-0107/2013 – 2011/0276(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/37)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0615) u l-proposti emendati COM(2012)0496, COM(2013)0146 u COM(2013)0246,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0107/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mil-Kamra tad-Deputati Taljana, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ April 2012, tat-12 ta' Diċembru 2012 u tat-22 ta' Mejju 2013 (1),

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta’ Mejju 2012 u tad-29 ta' Novembru 2012 (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-15 ta’ Diċembru 2011, u tat-13 ta' Diċembru 2012 u tat-18 ta' Lulju 2013 (3),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Novembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, tal-Kumitat għas-Sajd, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0274/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjonijiet konġunti annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 30, ĠU C 44, 15.2.2013, p. 76, u, ĠU C 271, 19.9.2013, p. 101.

(2)  ĠU C 225, 27.7.2012, p. 58ĠU C 17, 19.1.2013, p. 56.

(3)  ĠU C 47, 17.2.2012, p. 1, ĠU C 13, 16.1.2013, p. 1ĠU C 267, 17.9.2013, p. 1.


P7_TC1-COD(2011)0276

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1303/2013.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'rabta mar-rikostituzzjoni tal-approprjazzjonijiet

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li fir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju għall-fini li jiġi allinjat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020, jinkludu dispożizzjonijiet neċessarji għall-applikazzjoni tal-arranġamenti għall-allokazzjoni tar-riżerva tal-prestazzjoni u fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji skont l-Artikolu 33a (inizjattiva tal-SME) taħt ir-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment b'rabta mar-rikostituzzjoni ta':

i.

approprjazzjonijiet li kienu impenjati għal programmi fir-rigward tar-riżerva tal-prestazzjoni u li kellhom jiġu diżimpenjati b'riżultat ta' prijoritajiet taħt dawn il-programmi li ma kisbux l-istadji sinifikanti tagħhom u;

ii.

approprjazzjonijiet li kienu impenjati fir-rigward ta' programmi dedikati msemmija fl-Artikolu 33a (4) punt (b) u li kellhom jiġu diżimpenjati minħabba li l-parteċipazzjoni ta' Stat Membru fl-istrument finanzjarju kellha titwaqqaf.

Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-Artikolu 1

Jekk ikunu meħtieġa derogi ġustifikati ulterjuri għar-regoli komuni biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-FEMS u tal-FAEŻR, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea jimpenjaw ruħhom li jippermettu dawn id-derogi billi jipproċedu bid-diliġenza dovuta għall-modifiki neċessarji għar-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment.

Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-esklużjoni ta' kwalunkwe retroattività fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5(3)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu li:

rigward l-applikazzjoni tal-Artikoli 14(2), 15(1)(c) u 26(2) tar-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment, l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri biex jinvolvu s-sħab li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(1) fit-tħejjija tal-Ftehim ta' Sħubija u l-programmi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(2) jinkludu l-azzjonijiet kollha meħuda f'livell prattiku mill-Istati Membri indipendentement miż-żmien meta jittieħdu kif ukoll l-azzjonijiet meħuda minnhom qabel id-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament u qabel il-ġurnata tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat għal Kodiċi ta' Kondotta Ewropew adottat skont l-Artikolu 5(3) tal-istess Regolament, waqt il-fażijiet ta' tħejjija ta' proċedura ta' programmar ta' Stat Membru, dment li l-objettivi tal-prinċipju ta' sħubija stipulati f'dak ir-Regolament jinkisbu. F'dan il-Kuntest, l-Istati Membri, skont il-kompetenzi nazzjonali u reġjonali tagħhom, se jiddeċiedu dwar il-kontenut tat-tnejn li huma, il-Ftehim ta' Sħubija propost u l-abbozzi ta' programmi proposti, skont id-dispożizzjonijiet relevanti ta' dak ir-Regolament u r-regoli speċifiċi għall-fondi;

l-att delegat li jistabbilixxi kodiċi ta' kondotta Ewropew, adottat skont l-Artikolu 5(3), mhu se jkollu l-ebda effett retroattiv, taħt l-ebda ċirkostanza u la direttament u lanqas indirettament, speċjalment fir-rigward tal-proċedura ta' approvazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u l-programmi, għax mhix l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-UE li jikkonferixxi setgħat lill-Kummissjoni b'mod li din tkun tista' tiċħad l-approvazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u l-programmi fuq il-bażi unika u esklużiva ta' xi tip ta' non-ottemperanza mal-kodiċi ta' kondotta Ewropew, adottat skont l-Artikolu 5(3);

il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom l-abbozz ta' test tal-att delegat li se jiġi adottat taħt l-Artikolu 5(3) malajr kemm jista' jkun, u mhux aktar tard mid-data meta l-ftehim politiku dwar ir-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment jiġi adottat mill-Kunsill jew id-data meta l-abbozz ta' rapport dwar dak ir-Regolament jiġi vvutat fil-plenarja tal-Parlament Ewropew, skont liema data minnhom tiġi l-ewwel.Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-Artikolu 137(6)

Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-Artikolu 145(7)

Il-Kunsill u l-Kummissjoni jikkonfermaw li għall-fini tal-Artikolu 145(7), ir-referenza għat-terminu 'liġi applikabbli' fir-rigward tal-valutazzjoni ta' nuqqasijiet serji fil-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tinkludi interpretazzjonijiet ta' din il-liġi magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew mill-Kummissjoni (inklużi noti interpretattivi tal-Kummissjoni) applikabbli fid-data meta d-dikjarazzjonijiet rilevanti ta' ġestjoni, ir-rapporti annwali ta' kontroll u l-opinjonijiet tal-awditjar rilevanti ġew ippreżentati lill-Kummissjoni.

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 5

Il-Parlament Ewropew jieħu nota tal-informazzjoni trażmessa fid-19 ta' Diċembru 2012 mill-Presidenza wara dibattiti tal-COREPER li permezz tagħhom l-Istati Membri ddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jikkunsidraw fl-istadju ta' tħejjija tal-programm u kemm jista' jkun possibbli, il-prinċipji tal-abbozz ta' Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment bħala l-abbozz tar-Regolament kif kien fil-ħin ta' dik it-trażmissjoni ta' informazzjoni b'rabta mal-blokk ta' programmar strateġiku inkluż l-ispirtu u l-kontenut tal-prinċipju ta' sħubija kif stabbilit fl-Artikolu 5.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 22

1.

Il-Kummissjoni tqis li l-fini prinċipali tal-qafas ta' prestazzjoni huwa li jiġi stimolat twettiq effettiv tal-programmi biex jinkisbu r-riżultati ppjanati u li l-miżuri fil-paragrafi 6 u 7 għandhom jiġu applikati b'kunsiderazzjoni dovuta għal dak il-fini.

2.

Fejn il-Kummissjoni ssospendiet parti mill-pagamenti interim jew il-pagamenti interim kollha għal prijorità skont il-paragrafu 6, l-Istat Membru jista' kompli jippreżenta talbiet għal pagament fir-rigward tal-prijorità sabiex jiġi evitat diżimpenn għall-programm skont l-Artikolu 86.

3.

Il-Kummissjoni tikkonferma li ser tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22(7) sabiex ma jkunx hemm telf doppju ta' fondi fir-rigward tan-nuqqas ta' ksib ta' miri marbuta ma' assorbiment inqas ta' fondi taħt prijorità. Meta parti mill-impenji għal programm ġew diżimpenjati b'riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikoli 86 sa 88 bi tnaqqis konsegwenti fl-ammont ta' appoġġ għall-prijorità, jew meta fit-tmiem tal-perjodu ta' programmar ikun hemm infiq anqas tal-ammont allokat lill-prijorità, il-miri rilevanti stabbiliti fil-qafas ta' prestazzjoni għandhom jiġu aġġustati pro rata għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 22(7).

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni rigward it-test ta' kompromess dwar l-indikaturi

Il-Kummissjoni tikkonferma li ser tlesti d-dokumenti ta' gwida tagħha dwar l-indikaturi komuni għall-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea f'konsultazzjoni man-netwerks rispettivi ta' evalwazzjoni li jinkludu esperti nazzjonali ta' evalwazzjoni fi żmien 3 xhur mill-adozzjoni tar-Regolamenti. Dawn id-dokumenti ta' gwida ser jinkludu definizzjonijiet ta' kull indikatur komuni u metodoloġiji għall-ġbir u r-rappurtar ta' data dwar l-indikaturi komuni.

Dikjarazzjoni tal-Kummiss joni dwar l-emenda għal ftehimiet ta' Sħubija u programmi operazzjonali fil-kuntest tal-Artikolu 23

Il-Kummissjoni tqis li minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23(4) u (5), hija tista' fejn neċessarju tagħmel osservazzjonijiet dwar proposti għall-emendar ta' Ftehimiet ta' Sħubija u programmi operazzjonali mressqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 23(4), b'mod partikolari fejn dawn mhumiex konsistenti mat-tweġiba ta' qabel imressqa minn dawk l-Istati Membri skont l-Artikolu 23(3), u fi kwalunkwe każ abbażi tal-Artikoli 16 u 30. Hija tqis li l-iskadenza ta' tliet xhur għall-adozzjoni tad-deċiżjoni li tapprova l-emendi għall-Ftehim ta' Sħubija u l-programmi relevanti skont l-Artikolu 23(5) tibda mit-tressiq tal-proposti għal emendi skont il-paragrafu 4 bil-kundizzjoni li dawn jikkunsidraw b'mod adegwat kull osservazzjoni li ssir mill-Kummissjoni.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-impatt fuq il-livelli massimi tal-pagamenti tal-ftehim milħuq mill-koleġislaturi fuq il-livelli tar-riżerva ta' prestazzjoni u ta' tal-prefinanzjament

Il-Kummissjoni tqis li l-approprjazzjonijiet addizzjonali ta' pagament, li jistgħu jkunu meħtieġa fl-2014-2020, bħala riżultat tat-tibdiliet li ddaħħlu għall-prestazzjoni ta' riżerva u l-prefinanzjament, għadhom limitati.

Il-konsegwenzi għandhom ikunu maniġabbli fir-rispett tal-abbozz ta' Regolament tal-QFP.

Il-flutwazzjonijiet annwali fil-livell globali ta' pagamenti, inklużi dawk ġenerati mit-tibdiliet imsemmija se jkunu ġestiti permezz tal-użu tal-marġini globali għall-pagamenti u l-istrumenti speċjali li dwarhom intlaħaq qbil fl-abbozz ta' Regolament tal-QFP.

Il-Kummissjoni se tissorvelja s-sitwazzjoni mill-qrib u se tippreżenta l-valutazzjoni tagħha bħala parti mill-analiżi ta' nofs il-perjodu.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/216


P7_TA(2013)0483

Il-Fond Soċjali Ewropew ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1081/2006 (COM(2011)0607/2 – C7-0327/2011 – 2011/0268(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/38)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0607/2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 164 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0327/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta’ Frar 2012 (1) u 22 ta' Mejju 2013 (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' Mejju 2012 (3),

wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tal-14 ta' Novembru 2013 sabiex tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0250/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 82

(2)  ĠU C 271, 19.9.2013, p. 101.

(3)  ĠU C 225, 27.7.2012, p. 127


P7_TC1-COD(2011)0268

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1304/2013.)


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/217


P7_TA(2013)0484

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, u l-Investiment li għandu fil-mira ttkabbir ekonomiku u l-impjiegi ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, u l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (COM(2011)0614 – C7-0328/2011 – 2011/0275(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/39)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0614),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 178 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0328/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ April 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' Mejju 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tat-18 ta' Novembru 2013 sabiex tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0268/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni.

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 44.

(2)  ĠU C 225, 27.7.2012, p. 114.


P7_TC1-COD(2011)0275

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari f-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1301/2013.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEŻR, l-Artikolu 15 tar-Regolament dwar il-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (KTE) u l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-Fond ta’ Koeżjoni

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinnotaw l-assigurazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni lil-leġiżlatura tal-UE li l-indikaturi komuni ta’ produzzjoni għar-Regolament dwar il-FEŻR, ir-Regolament dwar il-KTE u r-Regolament dwar il-Fond ta’ Koeżjoni li għandhom jiġu inklużi f’anness ma’ kull regolament, rispettivament, huma l-eżitu għa proċess preparatorju li ħa fit-tul li kien jinvolvi l-esperti ta’ valutazzjoni kemm tal-Kummissjoni u kemm tal-Istati Membri u, fil-prinċipju, huma mistennija jibqgħu stabbli.”

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha l-istess objettiv espress mill-Parlament Ewropew li tissimplifika l-proċeduri tal-għajnuna mill-istat fir-rigward tal-għajnuna operattiva mogħtija lill-impriżi stabbiliti fir-reġjuni l-aktar imbiegħda li hi marbuta mal-ikkumpensar tal-ispejjeż addizzjonali mġarrba f'tali reġjuni bħala riżultat tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali speċifika tagħhom.

Skont il-proposta għar-Regolament futur għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (REĠS) kif ġiet ippubblikata dan l-aħħar mis-servizzi tal-Kummissjoni (1), l-għajnuna operattiva maħsuba biex tikkumpensa ċerti spejjeż addizzjonali mġarrba mill-benefiċjarji stabbiliti f’dawn ir-reġjuni (2) tkun titqies kompatibbli mas-suq intern, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fih, u għalhekk ikunu eżentati min-notifika taħt l-Artikolu 108(3) TFUE. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan se jipprovdi bażi soda biex tintlaħaq is-simplifikazzjoni li wieħed qed ifittex, u se jqis għalkollox l-osservazzjonijiet kollha li waslu mingħand l-Istati Membri fil-proċess ta' konsultazzjoni li għaddej bħalissa bil-minħabba l-adozzjoni tar-Regolament fl-2014.


(1)  http://ec.europa.eu/competition/consultations/2013_gber/index_en.html

(2)  L-ispejjeż tat-trasport tal-merkanzija prodotta fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, spejjeż addizzjonali tal-produzzjoni u spejjeż operattivi imma mhux l-ispejjeż tat-trasport.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/219


P7_TA(2013)0485

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (COM(2011)0611 – C7-0326/2011 – 2011/0273(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/40)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0611),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 178 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0326/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' April 2012 (1),

wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Lulju 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tat-18 ta' Novembru 2013 sabiex tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0280/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 49.

(2)  ĠU C 277, 13.9.2012, p. 96.


P7_TC1-COD(2011)0273

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari f-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1299/2013.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament dwar l-FEŻR l-Artikolu 15 tar-Regolament dwar il-KTE u l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-Fond ta' Koeżjoni

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ħadu nota tal-garanzija provvduta mill-Kummissjoni lil-leġiżlaturi tal-UE li l-indikaturi komuni tal-eżitu għar-Regolament dwar l-FEŻR, ir-Regolament dwar il-KTE u r-Regolament dwar il-Fond ta' Koeżjoni, li jiġu inklużi f'anness ma' kull regolament, huma r-riżultat ta' proċess ta' tħejjija twil li jinvolvi esperti ta' valutazzjoni kemm tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, u bi prinċipju, huma mistennija jibqgħu stabbli.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/221


P7_TA(2013)0486

Il-Fond ta' Koeżjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 (COM(2011)0612 – C7-0325/2011 – 2011/0274(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/41)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0612),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0325/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' April 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għar-Reġjuni tat-3 ta' Mejju 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Novembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turizmu (A7-0270/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 38.

(2)  ĠU C 225, 27.7.2012, p. 143.


P7_TC1-COD(2011)0274

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari f-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1300/2013.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEŻR, l-Artikolu 15 tar-Regolament dwar il-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (KTE) u l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-Fond ta’ Koeżjoni

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinnotaw l-assigurazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni lil-leġiżlatura tal-UE li l-indikaturi komuni ta’ produzzjoni għar-Regolament dwar il-FEŻR, ir-Regolament dwar il-KTE u r-Regolament dwar il-Fond ta’ Koeżjoni li għandhom jiġu inklużi f’anness ma’ kull regolament, rispettivament, huma l-eżitu ta' proċess preparatorju li ħa fit-tul li kien jinvolvi l-esperti ta’ valutazzjoni kemm tal-Kummissjoni u kemm tal-Istati Membri u, fil-prinċipju, huma mistennija jibqgħu stabbli.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/223


P7_TA(2013)0487

Raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT) fir-rigward taċ-ċarezza, is-simplifikazzjoni u t-titjib għat-twaqqif u l-implimentazzjoni ta' tali gruppi (COM(2011)0610/2 – C7-0324/2011 – 2011/0272(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/42)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0610/2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 175(3), l-Artikolu 209(1) u l-Artikolu 212(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0324/2011),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) u l-Artikolu 175(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ April 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-15 ta' Frar 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-19 ta' Settembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0309/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 53.

(2)  ĠU C 113, 18.4.2012, p. 22.


P7_TC1-COD(2011)0272

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari f-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 dwar raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT) fir-rigward taċ-ċarezza, is-simplifikazzjoni u t-titjib għat-twaqqif u l-implimentazzjoni ta' tali gruppi

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1302/2013.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar is-sensibilizzazzjoni u l-Artikolu 4 u 4a tar-Regolament REKT

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li jwettqu sforzi kkordinati aħjar għas-sensibilizzazzjoni fost u fl-istituzzjonijiet u l-Istati Membri ħalli titjieb il-viżibilità tal-possibilitajiet tal-użu tal-EGTCs bħala strument opzjonali disponibbli għall-koperazzjoni territorjali fl-oqsma kollha ta' politika tal-UE.

F'dan il-kuntest, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jistiednu lill-Istati Membri b'mod partikolari jidħlu għal azzjonijiet xierqa ta' kordinazzjoni u komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u bejn l-awtoritajiet ta' Stati Membri differenti ħalli jiżguraw proċeduri ċari, effiċjenti u trasparenti ta' awtorizzazzjoni ta' EGTCs ġodda fit-termini fissati.

Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-Artikolu 1(9) tar-Regolament REKT

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li meta jiġi applikat l-Artikolu 9(2)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1082/2006 kif emendat, l-Istati Membri jagħmlu ħilithom meta jivvalutaw ir-regoli li jridu jkunu applikabbli għall-membri tal-persunal tal-EGTC kif proposti fl-abbozz tal-konvenzjoni, li jqisu l-opzjonijiet ta' reġimi differenti ta' impjiegi disponibbli li jridu jintgħażlu mill-EGTC, kemm skont id-dritt privat kemm skont dak pubbliku.

Meta l-kuntratti tal-impjiegi għall-membri tal-persunal tal-EGTC ikunu rregolati mid-dritt privat, l-Istati Membri jqisu wkoll id-dritt relevanti tal-UE, bħalma hu r-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-PE u l-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I), kif ukoll il-prattika legali relattiva tal-Istati Membri l-oħrajn rappreżentati fl-EGTC.

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jifhmu wkoll li fejn il-kuntratti tal-impjiegi għall-membri tal-persunal tal-EGTC ikunu rregolati mid-dritt pubbliku, ir-regoli tad-dritt pubbliku nazzjonali jkunu dawk tal-Istat Membru fejn l-organu rispettiv tal-EGTC ikun jinsab. B'dana kollu, ir-regoli tad-dritt pubbliku nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikun irreġistrat l-EGTC jistgħu japplikaw kwantu għall-membri tal-persunal tal-EGTC ġa soġġetti għal dawn ir-regoli qabel ma jkunu saru membri tal-persunal tal-EGTC.

Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar ir-rwol tal-Kumitat tar-Reġjuni fil-qafas tal-pjattaforma REKT

Il-Parlament Ewroepw, il-Kunsill u l-Kummissjoni jieħdu nota tax-xogħol siewi magħmul mill-Kumitat tar-Reġjuni fil-qafas tal-Pjattaforma tal-EGTC superviżjonata minnu u jħeġġeġ lill-Kumitat tar-Reġjuni jkompli jsegwi l-attivitajiet tal-EGTCs eżistenti u ta' dawk li jinsabu fil-proċess tat-twaqqif, jorganizza skambju tal-aqwa prattiki u jidentifika l-kwestjonijiet komuni.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/225


P7_TA(2013)0488

Bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati fil-borża ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati fil-borża u miżuri relatati (COM(2012)0614 – C7-0382/2012 – 2012/0299(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/43)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0614),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 157(3)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0382/2012),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, is-Senat Olandiż, il-Kamra tad-Deputati Olandiża, il-Sejm Pollakk, is-Senat Pollakk, il-Parlament Svediż, il-House of Commons tar-Renju Unit u l-House of Lords tar-Renju Unit, li sostnew li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra r-Regoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi skont l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur ((A7-0340/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


P7_TC1-COD(2012)0299

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati fil-borża u miżuri relatati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 157(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija wieħed mill-valuri ta' bażi u l-għanijiet ewlenin tal-UE skont l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Skont it-termini tal-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi, u li tippromwovi l-ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa fl-attivitajiet kollha tagħha. L-Artikolu 157(3) tat-TFUE hu l-bażi legali speċifika għall-adozzjoni ta' miżuri tal-Unjoni mmirati biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-opportunitajiet indaqs u t-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet tal-impjiegi u x-xogħol.

(2)

Il-prinċipju tal-azzjoni pożittiva u l-importanza tiegħu biex tintlaħaq ugwaljanza effettiva bejn in-nisa u l-irġiel, fil-prattika huma rikonoxxuti fl-Artikolu 157(4) tat-TFUE u fl-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ('il-Karta'), li jipprovdi li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandha tiġi żgurata fl-oqsma kollha u li l-prinċipju tal-ugwaljanza ma għandux jimpedixxi li jinżammu jew jiġu adottati miżuri maħsuba biex jagħtu vantaġġi speċifiċi lis-sess l-anqas irrappreżentat.

(2a)

Bil-għan li tintlaħaq ugwaljanza bejn is-sessi fil-post tax-xogħol, irid ikun hemm mudell ta' teħid tad-deċiżjonijiet ibbilanċjat mil-lat tar-rappreżentanza tas-sessi fil-kumpanija kkonċernata, filwaqt li jittieħdu miżuri biex tiġi żgurata wkoll l-eliminazzjoni tal-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa li tikkontribwixxi b'mod konsiderevoli għall-femminizzazzjoni tal-faqar. [Em. 1]

(3)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 84/635/KEE (3) rrakkomandat li l-Istati Membri għandhom jieħdu passi biex jiżguraw li azzjoni pożittiva tinkludi, safejn possibbli, azzjonijiet li għandhom effett fuq parteċipazzjoni attiva tan-nisa fil-korpi fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 96/694/KE (4) irrakkomandat li l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lis-settur privat biex iżid il-preżenza tan-nisa fil-livelli kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, notevolment bl-adozzjoni ta' pjanijiet tal-ugwaljanza, u programmi ta' azzjoni pożittiva, jew fil-qafas tagħhom.

(4)

F'dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni ppreżentat bosta rapporti li janalizzaw is-sitwazzjoni dwar id-diversità tas-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi (5). Il-Kummissjoni inkoraġġiet kumpaniji elenkati fil-borża fl-Unjoni biex iżidu l-għadd ta' nisa ta' membri tas-sess sottorappreżentat fuq il-bordijiet tagħhom b'miżuri awtoregolatorji u sabiex jagħmlu impenji volontarji konkreti f'dak ir-rigward. (6) Fil-Karta tan-Nisa tagħha (7) tal-5 ta' Marzu 2010, il-Kummissjoni enfasizzat li n-nisa għad ma għandhomx aċċess sħiħ għall-qsim tas-setgħa u t-teħid tad-deċiżjonijiet fil-ħajja politika u ekonomika u rriaffermat l-impenn tagħha li tuża l-poteri tagħha biex tippromwovi rappreżentazzjoni aktar ġusta tan-nisa u l-irġiel f’pożizzjonijiet ta' responsabilità. It-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet ġie definit mill-istrateġija tal-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 (8) bħala waħda mill-kompiti prijoritarji tagħha. [Em. 2]

(5)

Fil-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2011-2020, li ġie adottat fis-7 ta' Marzu 2011, il-Kunsill irrikonoxxa li politiki tal-ugwaljanza bejn is-sessi huma vitali għat-tkabbir ekonomiku, il-prosperità u l-kompetittività, irriafferma l-impenn tiegħu li jagħlaq id-distakk bejn is-sessi bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, speċjalment fi tliet oqsma ta' rilevanza kbira għall-ugwaljanza bejn is-sessi, jiġifieri l-impjiegi, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali, u ħeġġeġ azzjoni għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa u l-irġiel fit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livelli kollha u fl-oqsma kollha, sabiex isir użu sħiħ mit-talent kollu , mill-għarfien u mill-ideat kollha disponibbli , u b’hekk tistgħana d-diversità tar-riżorsi umani u jittejbu l-perspettivi kummerċjali . [Em. 3]

(6)

Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar in-nisa u t-tmexxija tan-negozju tas-6 ta' Lulju 2011 (9), ħeġġeġ lill-kumpaniji biex jilħqu l-limitu kritiku ta' sehem femminili ta' 30 % fil-korpi tal-ġestjoni sal-2015 u 40 % sal-2020. Hu stieden lill-Kummissjoni, jekk il-passi meħuda mill-kumpaniji u mill-Istati Membri jinstabu li huma inadegwati, li tipproponi leġiżlazzjoni sal-2012, inklużi kwoti , li għandha tiġi implimentata fuq bażi temporanja u li sservi bħala katalista għal bidla u għal riformi rapidi intiżi sabiex jiġu eliminati l-inugwaljanzi persistenti bejn is-sessi u stereotipi fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-ambitu ekonomiku . Il-Parlament Ewropew tenna dik is-sejħa għal-leġiżlazzjoni fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2012 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2011 (10). [Em. 4]

(6a)

L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni bħall-Bank Ċentrali Ewropew għandhom jagħtu eżempju fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi fit-teħid ta' deċiżjonijiet, fost oħrajn billi jistabbilixxu objettivi għal rappreżentazzjoni bbilanċjata bejn iż-żewġ sessi fil-livelli kollha. Għandhom jiġu implimentati u monitorjati mingħajr dewmien regoli stretti dwar ir-reklutaġġ intern u estern għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni. Jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-politiki ta’ reklutaġġ għall-pożizzjonijiet ta’ maniġment superjuri. Kull wieħed mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni għandhom jippubblikaw rapport annwali li juri l-isforz tagħhom għall-ilħuq ta’ dak l-għan. [Em. 5]

(7)

L-użu effiċjenti tal-kapital uman huwa l-aktar fattur determinanti importanti tal-kompetittività , l-iżvilupp u t-tkabbir tal-ekonomija u huwa essenzjali għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi tal-Unjoni, biex nikkompetu b'suċċess f'ekonomija globalizzata u biex niżguraw vantaġġ komparattiv fir-rigward ta' pajjiżi terzi. Ir-riżerva ta' nisa kwalifikati u mħarrġa ħafna qiegħda tikber b'mod kostanti kif inhu kkonfermat mill-fatt li 60 % tal-gradwati mill-universitajiet huma nisa. Nuqqas issoktat li nużaw din ir-riżerva f'ħatriet fil-ħatriet għal f' pożizzjonijiet maniġerjali fil-kumpaniji u pożizzjonijiet li jinvolvu t-teħid ta' teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi jammonta għal nuqqas li nisfruttaw b'mod sħiħ il-kapital uman imħarreġ. [Em. 6]

(7a)

Il-kumpaniji u n-negozji għandhom jikkunsidraw il-possibbiltà li joħolqu provvista ta’ nisa lesti li jassumu pożizzjonijiet fuq il-bordijiet u pożizzjonijiet maniġerjali li tinkoraġġixxi, tappoġġja u tiżviluppa t-talent femminili fil-livelli kollha u matul il-karrieri tagħhom; [Em. 7]

(7b)

Biex tiġi garantita l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet li permezz tagħhom l-irġiel u n-nisa jkunu jistgħu jgħaqqdu l-ħajja professjonali mal-ħajja tal-familja, li jkun fihom, partikolarment, arranġamenti u appoġġ flessibbli għal dawk b'responsabilitajiet li jindukraw. [Em. 8]

(7c)

Il-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi fis-soċjetà kollha tinvolvi l-istabbiliment ta' drittijiet akkademiċi u professjonali ugwali għall-irġiel u n-nisa, u l-kondiviżjoni ta' responsabilitajiet tal-familja, tal-kura tat-tfal u dwak domestiċi. Il-fatt li n-nisa jkunu ġeneralment responsabbli għall-biċċa l-kbira tax-xogħol tal-familja u tad-dar jista' jfixkel l-avvanz tagħhom f'pożizzjonijiet professjonali għoljin. Il-parteċipazzjoni attiva u l-involviment tal-irġiel fir-responsabilitajiet tal-familja huma kruċjali għall-kisba ta' bilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik privata u għall-ħolqien ta' opportunitajiet indaqs għal karriera kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. Għandha tingħata attenzjoni lill-indirizzar ta' sterjotipi tas-sessi, politiki tal-impjieg mhux flessibbli u arkajki u dispożizzjonijiet inadegwati dwar il-liv tal-ġenituri. Għandu jkun hemm miżuri li jippermettu lin-nisa u l-irġiel li, jekk ikunu jridu, jikkombinaw il-ħajja tal-familja u dik professjonali. L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jiżguraw l-implimentazzjoni ta' elementi ta' benessri soċjali bħal pereżempju allowances ġusti għal-liv tal-ġenituri għan-nisa u l-irġiel, dispożizzjonijiet estensivi għall-kura tat-tfal u opportunitajiet għal-liv kondiviż tal-ġenituri. [Em. 9]

(8)

Fil-livell tal-kumpaniji, huwa rikonoxxut b'mod ġenerali li l-preżenza tan-nisa fuq il-bordijiet ittejjeb il-governanza korporattiva, minħabba li l-prestazzjoni tat-tim u l-kwalità tat-teħid tad-deċiżjonijiet huma msaħħa minħabba mod ta' ħsieb aktar varjat u kollettiv li jinkorpora firxa wiesgħa ta' perspettivi kif ukoll mudell tan-negozju aktar proattiv, li għaldaqstant tagħmilha possibbli li jittieħdu deċiżjonijiet iktar bilanċjati , bil-għan li jiġu riflessi aħjar ir-realtajiet tas-soċjetà u tal-konsumaturi . Bosta studji wrew ukoll li hemm relazzjoni pożittiva bejn id-diversità tas-sessi fl-ogħla livell tal-maniġment u l-prestazzjoni finanzjarja u l-profittabilità ta' impriża. It-tisħiħ tar-rappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta' kumpaniji elenkati fil-borża fl-Unjoni , fid-dawl tar-responsabilità ekonomika u soċjali sinifikanti ta’ tali kumpaniji, għalhekk jista' jkollu impatt pożittiv fuq il-prestazzjoni ekonomika tal-kumpaniji kkonċernati. Għaldaqstant għandhom jiġu introdotti u msaħħa miżuri sabiex jitħeġġeġ il-progress tal-karrieri għan-nisa fil-livelli kollha tal-maniġment. [Em. 10]

(8a)

Il-ħatra tan-nisa bħala membri tal-bordijiet tal-kumpaniji qed tiġi ostakolata b'diversi fatturi speċifiċi li jistgħu jingħelbu mhux biss permezz ta’ sanzjonijiet, iżda anke permezz ta’ miżuri edukattivi u inċentivi li jinkoraġixxu prattika tajba. L-ewwel huwa essenzjali li tiżdied is-sensibilizzazzjoni fl-iskejjel tan-negozji u fl-universitajiet dwar il-benefiċċji li ġġib l-ugwaljanza bejn is-sessi għall-kompetittività tal-kumpaniji. Huwa wkoll neċessarju li jitħeġġeġ it-tiġdid regolari tal-membri tal-bordijiet u li jiġu introdotti miżuri pożittivi li jippromowovu u jirrikonoxxu sforzi mill-istati u l-kumpaniji biex jadottaw approċċ aktar deċiżiv għal tali bidliet f'korpi prinċipali li jieħdu deċiżjonijiet ekonomiċi fil-livell tal-Unjoni. Finalment, it-tassazzjoni u l-akkwist pubbliku huma għodod xierqa biex jiffaċilitaw progressjoni effettiva lejn bordijiet tal-kumpaniji aktar bilanċjati mill-perspettiva tas-sessi. [Em. 11]

(9)

L-evidenza eżistenti turi wkoll li l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol tista' ttejjeb it-tkabbir ekonomiku b’mod sostanzjali. It-tisħiħ tal-preżenza femminili fil-bordijiet ta' kumpaniji elenkati fl-Unjoni mhux biss jaffettwa n-nisa maħtura fuq il-bordijiet, iżda jikkontribwixxi wkoll sabiex jiġi attirat talent femminili lejn il-kumpanija u tiġi żgurata preżenza ikbar tan-nisa fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni u fost il-ħaddiema. Għalhekk, sehem akbar ta' nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji għandu jħalli impatt pożittiv fuq it-tnaqqis kemm tad-distakk fl-impjiegi bejn is-sessi u d-differenza fil-pagi bejn is-sessi. Li nagħmlu użu sħiħ mit-talenti eżistenti tan-nisa jikkostitwixxi titjib notevoli f'termini tar-rendiment fuq l-edukazzjoni kemm għall-individwi kif ukoll għas-settur pubbliku. Is-sottorappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta' kumpaniji elenkati fil-borża fl-Unjoni hija opportunità mitlufa f'termini ta' kisba ta' tkabbir sostenibbli fit-tul għall-ekonomiji tal-Istati Membri inġenerali. [Em. 12]

(10)

Minkejja l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni mmirata lejn il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill immirati speċifikament biex iżidu l-preżenza tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi u azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni li jinkoraġġixxu l-awtoregolamentazzjoni, in-nisa għadhom ferm inqas mill-irġiel sottorappreżentati fl-ogħla korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpaniji madwar l-Unjoni. Fis-settur privat u speċjalment f'kumpaniji elenkati dan l-iżbilanċ bejn is-sessi huwa partikolarment sinifikanti u akut , filwaqt li ċerti istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, bħal pereżempju l-Bank Ċentrali Ewropew, juru wkoll żbilanċ problematiku ħafna bejn is-sessi . L-indikatur ċentrali tal-Kummissjoni dwar ir-rappreżentazzjoni tas-sessi fil-bordijiet korporattivi juri li l-proporzjon ta' nisa involuti f’deċiżjonijiet kummerċjali tal-ogħla livell jibqa' baxx ħafna. F’Jannar 2012, in-nisa okkupaw bħala medja biss 13,7 % tal-postijiet fil-bordijiet tal-ikbar kumpaniji elenkati pubblikament fl-Istati Membri. Fost id-diretturi mhux eżekuttivi 15 % biss kienu nisa , li jindika b’mod ċar defiċit demokratiku u rappreżentazzjoni inġusta u diskriminatorja tan-nisa, bi ksur tal-prinċipji tal-Unjoni għal opportunitajiet indaqs u trattament indaqs taż-żewġ sessi fl-oqsma tal-impjieg u l-okkupazzjoni . [Em. 13]

(11)

Il-proporzjon tan-nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji miexi bil-mod ħafna, b'żieda annwali medja ta' biss 0,6 % matul l-aħħar snin. Ir-rata ta' titjib fl-Istati Membri individwali kienet tvarja u wasslet għal riżultati diverġenti ħafna. Ġie nnotat progress ħafna iktar sinifikanti fl-Istati Membri fejn ġew introdotti bħal Franza, li stabbiliet is-sena 2017 bħala d-data ta' mira tagħha biex tilħaq l-objettivi ta’ din id-Direttiva fejn f’inqas minn sentejn laħqet il-mira ta’ 20 % li kienet stabbilita għall-2014, jew in-Norveġja li rnexxielha tilħaq il-mira ta' 40 % fi tliet snin. Ir-riżultati fiż-żewġ każi nkisbu permezz ta’ miżuri vinkolanti. Id-diskrepanzi li dejjem jikbru bejn l-Istati Membri x’aktarx li jiżdiedu minħabba l-approċċi differenti ħafna segwiti mill-Istati Membri individwali biex iżidu r-rappreżentazzjoni tan-nisa fil-bordijiet li qed jiġu segwiti minn Stati Membri individwali. [Em. 14]

(11a)

L-Istati Membri għandhom jadottaw strateġiji li jwasslu għal bidla soċjokulturali fl-approċċ tagħhom fir-rigward tal-bilanċ bejn is-sessi, billi jużaw mezzi versatili biex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ġerarkija maniġerjali u fl-adozzjoni ta' approċċi u azzjonijiet proattivi minn min jimpjega. Tali mezzi jistgħu jinkludu inter alia l-promozzjoni ta' skedi flessibbli ta' xogħol, u t-tħeġġiġ ta' postijiet tax-xogħol favur il-familja billi jipprovdu aċċess għall-kura matul il-jum. [Em. 15]

(12)

Ir-regolamentazzjoni mferrxa u diverġenti jew in-nuqqas ta' regolamentazzjoni fuq livell nazzjonali fir-rigward tal-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati mhux biss twassal għal diskrepanzi fl-għadd ta' nisa fost id-diretturi mhux eżekuttivi u rati differenti ta' titjib madwar l-Istati Membri, iżda wkoll toħloq ostakoli għas-suq intern billi timponi rekwiżiti diverġenti dwar il-governanza korporattiva fuq il-kumpaniji elenkati fl-Unjoni. Dawk id-differenzi fir-rekwiżiti ġuridiċi u awtoregolatorji għall-kompożizzjoni tal-bordijiet korporattivi jistgħu jwasslu għal kumplikazzjonijiet prattiċi għall-kumpaniji elenkati li joperaw bejn il-fruntieri, notevolment meta jistabbilixxu sussidjarji jew f'fużjonijiet u akkwisti, kif ukoll għall-kandidati għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet. Madankollu, din id-Direttiva għandha tkun infurzata irrispettivament mill-modi differenti li bihom jintgħażlu d-diretturi mhux eżekuttivi biex iservu fuq il-bordijiet ta' kumpaniji tal-Unjoni. [Em. 16]

(12a)

L-iżbilanċi bejn is-sessi fil-kumpaniji huma ikbar fil-livelli iktar superjuri. Barra dan, bosta minn dawk in-nisa li huma rrappreżentati fil-maniġment superjuri jinsabu f’oqsma bħar-riżorsi umani u l-komunikazzjoni waqt li huwa iktar probabbli li l-irġiel fil-livell superjuri jiġu impjegati fil-maniġment ġenerali jew “line-maniġment” fil-kumpanija. Billi r-riżerva ewlenija għar-reklutaġġ għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet fil-parti l-kbira tagħha hija magħmula minn kandidati b’esperjenza f’maniġment superjuri, huwa ta’ importanza vitali li l-għadd ta’ nisa li javvanzaw għal dawn il-pożizzjonijiet ta’ maniġment fil-kumpaniji jiżdied. [Em. 17]

(12b)

Wieħed mill-fatturi ewlenin li jippermetti li din id-Direttiva tkun implimentata b'mod korrett hija l-applikazzjoni effettiva tal-kriterji, li jkunu stabbiliti minn qabel u bi trasparenza sħiħa, għall-għażla tad-diretturi mhux eżekuttivi fejn il-kapaċitajiet tal-kandidati jkunu meqjusa fuq bażi ugwali, indipendenti mis-sess. [Em. 18]

(12c)

Fil-kuntest ta’ popolazzjoni fl-UE li qed tixjieħ u ta’ nuqqas ta’ ħiliet, in-nuqqas tal-użu tal-potenzjal ta’ nofs il-popolazzjoni tal-Unjoni għal pożizzjonijiet fuq bordijiet tal-kumpaniji jista’ jnaqqas l-opportunitajiet ta’ żvilupp tal-ekonomija tal-Unjoni u l-irkupru tal-istrutturi finanzjarji tagħha. Jekk nofs ir-riżerva tat-talenti lanqas biss titqies għal pożizzjonijiet ta’ tmexxija, il-proċess u l-kwalità tal-ħatriet infushom jistgħu jkunu kompromessi u dan jista’ jżid n-nuqqas ta’ fiduċja fl-istrutturi tal-poter imprenditorjali u jista’ jwassal għal tnaqqis fl-użueffiċjenti tal-kapital uman disponibbli. L-inklużjoni sistematika ta’ kandidati xierqa miż-żewġ sessi tiżgura li l-membri ġodda tal-bordijiet jintgħażlu minn fost l-aħjar kandidati, kemm irġiel u kemm nisa, u li l-għamla tas-soċjetà tkun riflessa b'mod fidil fit-teħid ta’ deċiżjonijiet korporattivi. [Em. 19]

(13)

In-nuqqas attwali ta' trasparenza fil-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta' kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet f'ħafna mill-Istati Membri jirrappreżenta ostakolu sinifikanti għal aktar diversità tas-sessi fost il-membri tal-bordijiet u jaffettwa b'mod negattiv kemm il-karrieri u l-libertà tal-moviment tal-kandidati għall-bordijiet, kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-investituri. Dan in-nuqqas ta' trasparenza jwaqqaf lil kandidati potenzjali għal pożizzjonijiet fuq il-bordijiet milli japplikaw għal bordijiet fejn il-kwalifiki tagħhom ikunu l-aktar meħtieġa u milli jisfidaw deċiżjonijiet ta' ħatra bbażati fuq is-sess, u b’hekk ifixkel il-moviment ħieles tagħhom fi ħdan is-suq intern. Min-naħa l-oħra, l-investituri jkollhom strateġiji differenti ta' investiment li jirrikjedu informazzjoni marbuta wkoll mal-ħila u l-kompetenza tal-membri tal-bord. Aktar trasparenza fil-kriterji dwar il-kwalifiki u l-proċedura tal-għażla għall-membri tal-bordijiet tippermetti lill-investituri jevalwaw aħjar l-istrateġija kummerċjali tal-kumpanija u jieħdu deċiżjonijiet infurmati. Huwa importanti li l-proċess ta' ħatra fil-bordijiet ikun ċar u trasparenti u li l-kompetenzi tal-kandidati jitqiesu fuq livell indaqs indipendentement mis-sess. [Em. 20]

(14)

Filwaqt li din id-Direttiva ma għandhiex l-għan li tarmonizza l-liġijiet nazzjonali dwar il-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta' kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet fid-dettall, l-introduzzjoni ta' ċerti standards minimi fir-rigward tar-rekwiżit li l-kumpaniji elenkati mingħajr rappreżentanza bbilanċjata tas-sessi jieħdu deċiżjonijiet ta' ħatra għal diretturi mhux eżekuttivi fuq il-bażi ta' proċedura tal-għażla trasparenti u definita b’mod ċar u ta’ valutazzjoni komparattiva oġġettiva tal-kwalifiki tal-kandidati f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali hija meħtieġa sabiex jintlaħaq bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi. Hija biss miżura vinkolanti fuq il-livell tal-Unjoni li tista' effettivament tgħin biex ikunu żgurati kundizzjonijiet kompetittivi ugwali madwar l-Unjoni u jiġu evitati kumplikazzjonijiet prattiċi fil-ħajja tan-negozju. [Em. 21]

(15)

L-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir Intelliġenti, Sostenibbli u Inklussiv (11) aċċertat li parteċipazzjoni akbar tan-nisa fil-forza tax-xogħol hija prekondizzjoni għat-tisħiħ tat-tkabbir u għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi fl-Ewropa. L-Istrateġija stabbilixxiet mira ewlenija li tintlaħaq rata ta' impjiegi ta' 75 % għan-nisa u l-irġiel ta' bejn l-20 u l-64 sena sal-2020, li tista' tintlaħaq biss jekk ikun hemm impenn ċar favur l-ugwaljanza bejn is-sessi , l-eliminazzjoni tad-differenzi persistenti bejn is-sessi għal dak li jikkonċerna l-pagi u sforz imsaħħaħ biex jiġu indirizzati l-ostakoli kollha għall-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol , inkluż il-fenomenu eżistenti tal-“glass-ceiling” . Il-kriżi ekonomika attwali amplifikat il-ħtieġa dejjem tiżdied tal-Ewropa li tistrieħ fuq l-għarfien, il-kompetenza u l-innovazzjoni u li tagħmel użu sħiħ mir-riżerva ta' talent disponibbli , kemm ta’ rġiel kif ukoll ta’ nisa . Li tittejjeb il-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi, b'mod partikolari fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, huwa mistenni li jkollu effett residwu pożittiv fuq l-impjiegi tan-nisa fil-kumpaniji kkonċernati u fl-ekonomija kollha. [Em. 22]

(15a)

Il-kisba ta’ dawn l-objettivi hija ta’ importanza vitali għall-kompetittività ekonomika Ewropea biex titrawwem l-innovazzjoni u jiġu integrati aktar kompetenzi professjonali fil-bordijiet tal-kumpaniji. Għalhekk l-Unjoni ddikjarat l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol u l-bilanċ gradwali bejn is-sessi fil-bordijiet tal-kumpaniji bħala l-objettivi Ewropej tad-deċennju fil-qasam tal-ugwaljanza u se tikkonsidra modi ta' kif iżżid is-sensibilizzazzjoni tal-progress li qed isir f’dan il-qasam. [Em. 23]

(16)

Għalhekk l-Unjoni għandha l-għan li żżid il-preżenza ta' nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, kemm fl-Istati Membri kollha sabiex jissaħħu t-tkabbir jissaħħaħ it-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività , titħeġġeġ il-mobilità fis-suq tax-xogħol, tissaħħaħ il-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej u tintlaħaq ugwaljanza effettiva bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol. Dan l-għan għandu jintlaħaq permezz ta' rekwiżiti minimi dwar l-azzjoni pożittiva fil-forma ta' miżuri vinkolanti bil-għan li jintlaħaq objettiv kwantitattiv għall-kompożizzjoni bejn is-sessi tal-bordijiet ta' kumpaniji elenkati, fid-dawl tal-fatt li l-Istati Membri u pajjiżi oħra li għażlu dan il-metodu jew metodu simili kisbu l-aħjar riżultati fit-tnaqqis tas-sottorappreżentazzjoni tan-nisa f'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi. [Em. 24]

(16a)

Il-kumpaniji elenkati għandhom jiżviluppaw politika dwar is-sessi sabiex jiksbu rappreżentazzjoni tas-sessi iktar ibbilanċjata fil-kumpanija kollha kkonċernata. Dik il-politika tista' tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri rilevanti implimentati f'dik il-kumpanija, bħan-nomina ta' kemm kandidat mara kif ukoll raġel għal pożizzjonijiet prinċipali, l-iskemi ta' mentoring u l-gwida tal-iżvilupp tal-karriera għan-nisa u strateġiji tar-riżorsi umani għall-inkoraġġiment ta' reklutaġġ diversifikat. Barra dan, tista’ tinkludi l-offerta ta’ kundizzjonijiet flessibbli tax-xogħol għall-impjegati kollha, pereżempju għajnuna għal-liv tal-ġenituri kif ukoll l-għoti ta’ għajnuna għax-xogħol tad-dar u l-kura tat-tfal. Kull kumpanija tista’ tagħżel il-politika l-iżjed xierqa għall-attivitajiet tagħha u għandha tieħu miżuri attivi sabiex iżżid il-proporzjon tas-sess sottorappreżentat fil-maniġment tal-kumpanija. [Em. 25]

(17)

Kumpaniji elenkati fil-boroż igawdu importanza ekonomika, viżibilità u impatt partikolari fis-suq kollu kemm hu. Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva għandhom għalhekk japplikaw għal kumpaniji elenkati, li huma definiti bħala kumpaniji inkorporati li s-sede tagħhom tinsab fi Stat Membru u li t-titoli tagħhom huma ammessi għan-negozju f'suq regolat fis-sens tal-Artikolu 4(1) (14) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), fi Stat Membru wieħed jew aktar. Dawn il-kumpaniji jistabbilixxu standards għall-ekonomija kollha kemm hi u l-prattiki tagħhom jista' jiġi mistenni li jiġu segwiti minn tipi oħra ta' kumpaniji. In-natura pubblika tal-kumpaniji elenkati tiġġustifika li huma jiġu rregolati aktar fl-interess pubbliku. [Em. 26]

(18)

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi mikro, żgħar u medji (SMEs), kif definiti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (13), anke jekk huma kumpaniji elenkati. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu politika biex isostnu u jinċentivaw lill-SMEs biex itejbu b'mod sinifikanti il-bilanċ bejn is-sessi fil-livelli kollha tal-maniġment u fil-bordijiet tal-kumpaniji. [Em. 27]

(19)

Hemm diversi sistemi tal-istrutturi tal-bordijiet għal kumpaniji elenkati fl-Istati Membri, u d-distinzjoni prinċipali hi bejn sistema b'żewġ livelli b’bord maniġerjali u bord superviżorju u sistema unitarja (“b’livell wieħed”) li tikkombina l-funzjoni tal-maniġment u tas-sorveljanza f'bord uniku. Jeżistu wkoll sistemi mħallta, li jinvolvu aspetti taż-żewġ sistemi jew li jagħtu lill-kumpaniji għażla bejn mudelli differenti. Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva għandhom japplikaw għas-sistemi kollha tal-bordijiet fl-Istati Membri.

(20)

Is-sistemi kollha jiddistingwu bejn id-diretturi eżekuttivi, li huma involuti fil-ġestjoni ta' kuljum ta' kumpanija, u d-diretturi mhux eżekuttivi li mhumiex involuti fl-amministrazzjoni ta' kuljum, iżda jwettqu funzjoni ta' superviżjoni. L-għanijiet kwantitattivi stipulati f'din id-Direttiva għandhom japplikaw biss għal diretturi mhux eżekuttivi sabiex jinstab il-bilanċ ġust bejn il-ħtieġa li tiżdied id-diversità tas-sessi tal-bordijiet u l-ħtieġa li jiġi mminimizzat l-indħil fit-tmexxija ta' kuljum tal-kumpanija. Billi d-diretturi mhux eżekuttivi jwettqu ħidmiet ta' sorveljanza, huwa wkoll aktar faċli li jiġu ingaġġati kandidati kwalifikati minn barra l-kumpanija u sa ċertu punt anke minn barra s-settur speċifiku li fih topera l-kumpanija – konsiderazzjoni li hija importanti għal oqsma tal-ekonomija fejn il-membri ta' sess partikolari huma partikolarment sottorappreżentati fil-forza tax-xogħol.

(21)

F'bosta Stati Membri, ċertu proporzjon tad-diretturi mhux eżekuttivi jistgħu jew għandhom jinħatru jew jiġu eletti mill-ħaddiema tal-kumpanija u/jew organizzazzjonijiet tal-ħaddiema skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali. L-objettivi kwantitattivi stipulati taħt din id-Direttiva għandhom japplikaw għad-diretturi mhux eżekuttivi kollha inklużi r-rappreżentanti tal-impjegati. Madankollu, il-proċeduri prattiċi biex jiġi żgurat li dawn l-għanijiet jintlaħqu, filwaqt li jitqies il-fatt li xi diretturi mhux eżekuttivi huma r-rappreżentanti tal-impjegati, għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri kkonċernati. Din id-Direttiva għandha tqis id-diversità u l-karatteristiċi nazzjonali tal-proċeduri tal-għażla li jeżistu fl-Istati Membri . [Em. 28]

(22)

Il-kumpaniji elenkati fl-Unjoni għandu jkollhom imposti fuqhom obbligi ta' mezzi li jipprovdu għal proċeduri xierqa bil-għan li jissodisfaw objettivi speċifiċi rigward il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom. l-għan li jiksbu l-objettiv li jkollhom tal-inqas 40 % ta’ diretturi mhux eżekuttivi tas-sess sottorappreżentat sal-1 ta’ Jannar 2020 . Sabiex jinkiseb dan l-objettiv dawk il-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40 % tal-pożizzjonijiet ta' diretturi mhux eżekuttivi għandhom jagħmlu l-ħatriet ikunu obbligati jwettqu l-proċedura ta’ qabel l-għażla jew tal-għażla għal ħatriet għal dawk il-pożizzjonijiet fuq il-bażi ta' analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbiliti, ċari, ifformulati b'mod newtrali u mhux ambigwi, sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi. sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Għalhekk, id-Direttiva tistabbilixxi l-objettiv li mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi mhux eżekuttivi għandhom ikunu mis-sess l-anqas rappreżentat sa dik id-data. Dan l-objettiv fil-prinċipju jikkonċerna biss id-diversità globali bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi u ma għandux ifixkel l-għażla konkreta ta' diretturi individwali minn riżerva wiesgħa ta' kandidati rġiel u nisa f’kull każ individwali. B’mod partikolari, dan ma jeskludi l-ebda kandidati partikolari għal pożizzjonijiet ta' direttur, u lanqas ma jimponi xi diretturi individwali fuq il-kumpaniji jew l-azzjonisti. Id-deċiżjoni dwar il-membri tal-bord xierqa għalhekk tibqa' tal-kumpaniji u l-azzjonisti. [Em. 29]

(22a)

L-objettiv ta’ 40 % jikkonċerna biss, fil-prinċipju, id-diversità globali bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi u ma jikkonċernax l-għażla konkreta ta’ diretturi individwali minn riżerva wiesgħa ta’ kandidati rġiel u nisa f’kull każ individwali. B’mod partikolari, dan ma jeskludi l-ebda kandidati partikolari għal pożizzjonijiet ta' direttur, u lanqas ma jimponi xi diretturi individwali fuq il-kumpaniji jew l-azzjonisti. Id-deċiżjoni dwar min jinħatar bħala membru xieraq tal-bord għalhekk tibqa’ tal-kumpaniji u l-azzjonisti. [Em. 30]

(22b)

Il-kumpaniji elenkati għandhom jikkunsidraw li jdaħħlu fis-seħħ programmi ta’ taħriġ u programmi ta’ mentoring għas-sess sottorappreżentat bħala għodda biex jinkiseb il-bilanċ bejn is-sessi jekk hemm differenzi ċari bejn is-sessi fir-riżerva tal-għażla għar-reklutaġġ għall-pożizzjonijiet fil-bordijiet. [Em. 31]

(23)

L-Istati Membri jeżerċitaw influwenza dominanti fuq kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE (14). Minħabba din l-influwenza dominanti, huma jkollhom l-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex iġibu l-bidla meħtieġa aktar malajr. Għalhekk, f'kumpaniji bħal dawn, l-objettiv li jkun hemm mill-inqas 40 fil-mija% tad-diretturi mhux eżekuttivi li jiġu mis-sess l-anqas rappreżentat sottorappreżentant għandu jiġi stabbilit għal data aktar bikrija , f’konformità mal-mekkaniżmi xierqa li se jiġu stabbiliti mill-Istati Membri fis-sens ta' din id-Direttiva .

(23a)

Fid-dawl tax-xorta tagħhom, l-impriżi pubbliċi, kemm jekk elenkati kif ukoll jekk le, għandhom iservu ta' mudell għas-settur privat. Għalhekk il-Kummissjoni għandha tevalwa s-sitwazzjoni fl-Istati Membri u tevalwa jekk l-impriżi pubbliċi li ma jaqgħux fid-definizzjoni ta' SME jistgħux fil-futur jiġu inkorporati fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva; [Em. 33]

(23b)

Il-Kummissjoni għandha tiġbor u tanalizza l-fatti u ċ-ċifri dwar il-bilanċ bejn is-sessi f’impriżi kbar mhux elenkati, li wkoll huma ta’ importanza kbira għall-ekonomija. Sussegwentement għandha ssir valutazzjoni tal-impatt biex tinkiseb ħarsa ġenerali tas-sitwazzjoni f'impriżi bħal dawn fl-Istati Membri u biex jiġi evalwat jekk humiex meħtieġa miżuri fil-livell tal-Unjoni sabiex tali impriżi jiddaħħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva f'xi żmien fil-futur. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni għandha tispjega l-għażliet disponibbli għal dan il-għan, peress li jistgħu jkunu meħtieġa skemi speċjali għal impriżi bħal dawn minħabba ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi. [Em. 34]

(24)

Id-determinazzjoni tan-numru ta' pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv meħtieġa għall-konformità mal-objettiv titlob aktar speċifikazzjoni billi għal bosta daqsijiet tal-bordijiet huwa matematikament possibbli biss jew li wieħed imur lil hinn jew jibqa' taħt is-sehem eżatt ta' 40 fil-mija. Għalhekk, in-numru ta' pożizzjonijiet fuq il-bordijiet meħtieġa għall-konformità mal-objettiv għandu jkun in-numru l-eqreb għal 40 fil-mija. Fl-istess ħin, sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni kontra s-sess oriġinarjament irrappreżentat iżżejjed, il-kumpaniji elenkati ma għandhomx ikunu obbligati li jaħtru l-membri mis-sess l-anqas irrappreżentat għal nofs il-pożizzjonijiet tal-bord mhux eżekuttivi jew aktar. Fejn bord mhux eżekuttiv ikun magħmul minn tliet membri biss, ikun matematikament impossibbli li jkun hemm sehem ta’ aktar minn 40 % għaż-żewġ sessi. Għalhekk, pereżempju, il-membri tas-sess l-anqas rappreżentat għandhom ikollhom mill-inqas pożizzjoni waħda fuq il-bordijiet bi tliet jew erba diretturi mhux eżekuttivi, mill-inqas żewġ pożizzjonijiet fuq il-bordijiet b’ħames jew sitt diretturi mhux eżekuttivi, u mill-inqas tliet pożizzjonijiet fuq il-bordijiet b’seba’ jew tmien diretturi mhux eżekuttivi. [Em. 35]

(25)

Fil-ġurisprudenza tagħha (15) dwar l-azzjoni pożittiva u l-kompatibilità tagħha mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni fuq il-bażi ta' sess (issa stabbilit ukoll fl-Artikolu 21 tal-Karta), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea aċċettat li l-prijorità f'ċerti każijiet tista' tingħata lis-sess l-anqas irrappreżentat fl-għażla għal impjieg jew promozzjoni, sakemm il-kandidat mis-sess l-anqas irrappreżentat ikun ugwalment ikkwalifikat bħall-kompetitur tas-sess l-ieħor f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, li l-prijorità ma tkunx awtomatika u bla kundizzjonijiet iżda tista' tiġi megħluba jekk raġunijiet speċifiċi għal kandidat individwali tas-sess l-ieħor ixaqilbu l-bilanċ favur dak il-kandidat, u li l-applikazzjoni ta' kull kandidat tkun suġġetta għal valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi dwar kandidati individwali.

(26)

Skont din il-ġurisprudenza, l-Istati Membri għandhom jassiguraw illi l-għażla tal-aħjar kandidati kwalifikati għal diretturi mhux eżekuttivi tkun ibbażata fuq analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat fuq il-bażi ta' kriterji prestabbiliti, ċari, fformulati b’mod newtrali u mhux ambigwi. Eżempji ta' tipi ta' kriterji ta' għażla li l-kumpaniji jistgħu japplikaw jinkludu esperjenza professjonali f'kompiti maniġerjali u/jew ta' sorveljanza, esperjenza internazzjonali, multidixxiplinarjetà, għarfien f'oqsma rilevanti speċifiċi bħall-finanzi, il-kontroll jew il-ġestjoni tar-riżorsi umani, it-tmexxija u ħiliet ta' komunikazzjoni u netwerking. Għandha tingħata prijorità lill-kandidat tas-sess l-anqas rappreżentat sottorappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, u jekk valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għall-kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor. [Em. 36]

(27)

Il-metodi tar-reklutaġġ , l-għażla u l-ħatra ta' diretturi jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u minn kumpanija għal oħra. Huma jistgħu jinvolvu preselezzjoni ta' kandidati li jkunu ppreżentati lill-assemblea tal-azzjonisti, pereżempju minn kumitat ta' nominazzjoni, il-ħatra diretta tad-diretturi minn azzjonisti individwali jew vot li jittieħed fl-assemblea tal-azzjonisti fuq kandidati individwali jew listi ta' kandidati. Din id-Direttiva tirrispetta d-diversità tal-proċeduri ta' selezzjoni li għandhom ikunu bbażati fuq it-trasparenza u l-mertu, filwaqt li tinsisti li jintlaħaq l-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni tas-sess sottorappreżentat fuq il-bordijiet. Ir-rekwiżiti dwar l-għażla tal-kandidati għandhom ikunu milħuqa fi stadju xieraq tal-proċess tal-għażla skont il-liġi nazzjonali u l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-kumpaniji elenkati kkonċernati. F'dan ir-rigward, din id-Direttiva tistabbilixxi biss armonizzazzjoni minima tal-proċeduri tal-għażla, li tagħmilha possibbli li jiġu applikati l-kundizzjonijiet stipulati mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tippermetti li jkun hemm diversità fil-proċeduri ta' selezzjoni bil-għan li jintlaħaq l-objettiv ta' rappreżentanza tas-sessi iżjed ibbilanċjata fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma jinterferixxux bla bżonn fil-ġestjoni ta’ kuljum, peress li l-kumpaniji jżommu l-libertà li jagħżlu l-kandidati fuq il-bażi tal-kwalifiki jew ta’ kunsiderazzjonijiet oġġettivi rilevanti oħra. [Em. 37]

(27a)

Meta l-preselezzjoni tal-kandidati tkun ibbażata fuq elezzjoni jew proċeduri ta' votazzjoni, pereżempju mill-ħaddiema jew ir-rappreżentanti tagħhom, il-proċeduri matul il-proċess kollu għandhom jiġu aġġustati ħalli jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettiv ta' aktar bilanċ bejn is-sessi fil-bord tad-diretturi fit-totalità tiegħu, filwaqt li jiggarantixxu li s-sess tad-direttur elett f'tali proċedura ma jkun bl-ebda mod determinat minn qabel. [Em. 38]

(28)

Din id-Direttiva timmira biex ittejjeb il-bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi ta' kumpaniji elenkati fil-borża u b’hekk tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa, rikonoxxut bħala dritt fundamentali tal-Unjoni. Kumpaniji elenkati għandhom għalhekk ikunu meħtieġa li jiddivulgaw, fuq talba ta' kandidati li ma jintgħażlux, mhux biss il-kriterji ta' kwalifiki li l-għażla kienet ibbażata fuqhom, iżda wkoll il-valutazzjoni komparattiva oġġettiva ta' dawk il-kriterji u, fejn rilevanti, il-kunsiderazzjonijiet li xaqilbu l-bilanċ favur kandidat li mhux mis-sess sottorappreżentat. Dawn il-limitazzjonijiet għad-dritt tar-rispett tal-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali, rikonoxxut mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, u l-obbligi għall-kumpaniji elenkati sabiex jipprovdu dak it-tagħrif, fuq talba, lil kandidati li ma jintgħażlux, huma meħtieġa u, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, ġenwinament jilħqu objettivi rikonoxxuti ta' interess ġenerali. Għalhekk huma konformi mar-rekwiżiti għal tali limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) tal-Karta u mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(29)

Fejn kandidat li ma jintgħażilx mis-sess l-anqas irrappreżentat jistabbilixxi l-preżunzjoni li kien ikkwalifikat daqs il-kandidat maħtur tas-sess l-ieħor, il-kumpanija elenkata għandha tkun meħtieġa turi l-korrettezza tal-għażla.

(30)

L-Istati Membri għandhom jistipulaw sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur ta' tar-rekwiżiti għal proċedura miftuħa u trasparenti stabbiliti f’ din id-Direttiva, li għandhom jinkludu, inter alia, multi amministrattivi , esklużjoni minn sejħiet pubbliċi għal offerti, esklużjoni parzjali mill-għoti ta' finanzjament mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni, u nullità jew annullament iddikjarati minn korp ġudizzjarju tal-ħatra jew tal-elezzjoni ta' diretturi mhux eżekuttivi magħmula kontra d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 4(1). Għandu jkun possibli għall-Istati Membri li jmorru lil hinn mil-lista mhux eżawrjenti ta' sanzjonijiet previsti f'din id-Direttiva u li jżidu, inter alia, ix-xoljiment furzat tal-kumpanija kkonċernata fuq ordni ta' korp ġudizzjarju kompetenti b'rispett sħiħ ta' salvagwardji proċedurali xierqa, f'każijiet ta' ksur ripetut u serju min-naħa ta' dik il-kumpanija. [Em. 39]

(31)

Peress li l-kompożizzjoni bejn is-sessi tal-forza tax-xogħol għandha impatt dirett fuq id-disponibilità ta' kandidati mis-sess l-anqas rappreżentat, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fejn il-membri tas-sess sottorappreżentat jirrappreżentaw inqas minn 10 fil-mija tal-ħaddiema, il-kumpanija kkonċernata ma għandhiex tkun meħtieġa li tissodisfa l-għan stabbilit f'din id-Direttiva. [Em. 40]

(32)

Billi kumpaniji elenkati għandhom jimmiraw li jżidu l-proporzjon tas-sess l-anqas irrappreżentat sottorappreżentat fil-pożizzjonijiet kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-għan stabbilit f'din id-Direttiva għandu jitqies li ntlaħaq fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess l-anqas rappreżentat sottorappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet kollha ta' diretturi, irrispettivament jekk humiex eżekuttivi jew mhux eżekuttivi. Madankollu tali kumpaniji għandhom jibqgħu mitluba juru fir-rapporti annwali tagħhom u fuq is-sit web tagħhom il-bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi u l-politika tagħhom dwar din il-kwistjoni, skont l-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva. [Em. 41]

(33)

Minbarra l-miżuri li jirrigwardaw id-diretturi mhux eżekuttivi, u bil-ħsieb li jittejjeb il-bilanċ bejn is-sessi wkoll fost diretturi involuti f'kompiti ta' ġestjoni ta' kuljum, il-kumpaniji elenkati għandhom ikunu meħtieġa li jagħmlu impenji individwali rigward ir-rappreżentanza taż-żewġ sessi fost id-diretturi eżekuttivi, li jridu jinkisbu sal-1 ta' Jannar 2020. Dawn l-impenji għandhom jimmiraw li jiksbu progress tanġibbli mill-pożizzjoni attwali tal-kumpanija individwali lejn bilanċ aħjar bejn is-sessi.

(34)

L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-kumpaniji elenkati kollha sabiex jipprovdu informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom kif ukoll informazzjoni dwar kif irnexxielhom jilħqu l-għanijiet stabbiliti b’din id-Direttiva, fuq bażi annwali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jippermettulhom jivvalutaw il-progress ta' kull kumpanija elenkata lejn bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi. Tali informazzjoni għandha tkun ippubblikata għandha tiġi inkluża fir-rapport annwali tal-kumpanija u tkun ippubblikata b’mod xieraq u faċilment aċċessibbli fuq is-sit web tagħha u, fejn il-kumpanija inkwistjoni ma tkunx laħqet l-objettiv, għandha tinkludi deskrizzjoni komprensiva tal-miżuri konkreti li ħadet sa issa u li bi ħsiebha tieħu fil-ġejjieni sabiex tilħaq l-objettiv. Barra dan, kumpaniji li jkunu naqsu milli jilħqu l-objettiv jew li jissodisfaw l-impenji li ngħatawlhom għandhom jipprovdu stqarrija tar-raġunijiet għalfejn naqsu milli jagħmlu dan, kif ukoll deskrizzjoni tal-miżuri konkreti li ħadu sa issa u tal-miżuri li beħsiebhom jieħdu fil-ġejjieni sabiex jilħqu dak l-objettiv u jissodisfaw dawn l-impenji. [Em. 42]

(35)

L-Istati Membri jistgħu diġà jkunu ħadu miżuri li jipprovdu għal mezzi sabiex tiġi żgurata rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fil-bordijiet tal-kumpaniji qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Dawn l-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità li japplikaw dawn il-miżuri li jinsabu minflok l-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet fejn jistgħu juru li l-miżuri meħuda huma ta' effikaċja ekwivalenti sabiex jiksbu l-objettiv ta' preżenza tas-sess sottorappreżentat ta' mill-anqas 40 % fost id-diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020 jew sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

(36)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta . B'mod partikolari, tikkontribwixxi għat-twettiq tad-dritt għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (l-Artikolu 23 tal-Karta), il-libertà tal-għażla tal-mestier u d-dritt li taħdem (l-Artikolu 15 tal-Karta). Din id-Direttiva tfittex li tiżgura r-rispett sħiħ tad-dritt għal rimedju effettiv u għal tribunal imparzjali (l-Artikolu 47 tal-Karta). Il-limitazzjonijiet fuq l-eżerċizzju tal-libertà li wieħed imexxi negozju (l-Artikolu 16 tal-Karta) u d-dritt għall-proprjetà (l-Artikolu 17(1) tal-Karta) jirrispettaw l-essenza ta' dawk id-drittijiet u l-libertajiet u huma meħtieġa u proporzjonati. Huma ġenwinament jilħqu l-objettivi ta' interess ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni u l-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn.

(37)

Filwaqt li xi Stati Membri ħadu azzjoni regolatorja jew inkoraġġew l-awtoregolamentazzjoni b'riżultati mħalltin, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma ħadux azzjoni jew indikaw ir-rieda tagħhom li jaġixxu b’mod li jwassal għal titjib suffiċjenti. Projezzjonijiet ibbażati fuq analiżi kumplessiva tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar ix-xejriet tal-imgħoddi u dawk attwali kif ukoll l-intenzjonijiet juru li rappreżentazzjoni bbilanċjata tas-sessi fost il-membri mhux eżekuttivi tal-bordijiet madwar l-Unjoni f'konformità mal-għanijiet stabbiliti f’din id-Direttiva mhix ser tinkiseb mill-Istati Membri meta jaġixxu individwalment fl-ebda punt fil-futur prevedibbli. Fid-dawl ta' dawk iċ-ċirkostanzi, u minħabba d-diskrepanzi li dejjem qed jikbru bejn l-Istati Membri f'termini ta' rappreżentazzjoni tan-nisa u l-irġiel fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, il-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet korporattivi madwar l-Unjoni jista' jittejjeb biss permezz ta' approċċ komuni, u l-potenzjal għall-ugwaljanza bejn is-sessi, il-kompetittività l-eliminazzjoni tad-differenzi eżistenti fil-pagi bejn is-sessi u t-titjib fil-kompetittività u t-tkabbir jista' jintlaħaq aħjar permezz ta' azzjoni koordinata fil-livell tal-Unjoni aktar milli permezz ta' inizjattivi nazzjonali ta' firxa, ambizzjoni u effikaċja varjabbli. Ġaladarba l-objettivi ta' din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. [Em. 43]

(38)

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-istess Artikolu, din id-Direttiva hija limitata għall-iffissar ta' għanijiet u prinċipji komuni u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. L-Istati Membri jingħataw biżżejjed libertà biex jiddeterminaw kif l-objettivi stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom jinkisbu l-aħjar meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali, b’mod partikolari r-regoli u prattiċi li jikkonċernaw ir-reklutaġġ għal pożizzjonijiet fuq il-bordijiet. Din id-Direttiva ma tinterferix mal-possibilità għall-kumpaniji biex jaħtru l-membri tal-bordijiet l-aktar kwalifikati, u tistabilixxi qafas flessibbli u tagħti perjodu twil biżżejjed ta' adattament għall-kumpaniji elenkati kollha. [Em. 44]

(39)

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, l-objettiv li jrid jiġi ssodisfat mill-kumpaniji elenkati għandu jkun limitat fiż-żmien u  għandu jibqa' fis-seħħ biss sakemm jintlaħaq progress sostenibbli dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet. Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni għandha regolarment tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Din id-Direttiva mistennija tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2028. Il-Kummissjoni għandha teżamina, fir-reviżjoni tagħha, jekk hemmx il-ħtieġa li testendi t-tul tad-Direttiva lil hinn minn dak il-perjodu. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mas-sħab soċjali u mas-soċjetà ċivili sabiex jinfurmawhom b’mod effiċjenti dwar is-sinifikat, it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Kampanji ta’ informazzjoni jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għas-sensibilizzazzjoni dwar il-kwistjoni fost il-kumpaniji mhux elenkati u jinkoraġġuhom jilħqu bilanċ bejn is-sessi b’mod proattiv. L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jaqsmu l-esperjenzi u l-prattika tajbin dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. [Em. 45]

(40)

Skont id-Dikjarazzjoni tal-Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar dokumenti ta' spjegazzjoni (16), l-Istati Membri impenjaw irwieħhom li jakkumpanjaw, f'każijiet iġġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta' dokumenti bħal dawn hija ġustifikata,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Materja

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri biex tiżgura rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tal-irġiel u n-nisa fost id-diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati billi tistabbilixxi miżuri effettivi mmirati lejn progress aktar mgħaġġel lejn il-bilanċ bejn is-sessi filwaqt li tħalli lill-kumpaniji biżżejjed żmien biex jagħmlu l-arranġamenti neċessarji. [Em. 46]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

(1)

kumpaniji kumpanija elenkata” tfisser kumpanija inkorporata li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru u li t-titoli tagħha huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) il-punt 14 tad-Direttiva 2004/39/KE, fi Stat Membru wieħed jew aktar; [Em. 47]

(2)

“bord” tfisser kull korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju ta' kumpanija;

(3)

“direttur”, tfisser kwalunkwe membru ta' bord, inkluż rappreżentant tal-impjegati;

(4)

“direttur eżekuttiv”, tfisser kwalunkwe membru ta' bord unitarju li hu involut fil-ġestjoni ta' kuljum tal-kumpanija u kwalunkwe membru ta' bord maniġerjali f'sistema b'żewġ bordijiet;

(5)

“direttur mhux eżekuttiv” tfisser kwalunkwe membru ta' bord unitarju li mhux direttur eżekuttiv u kwalunkwe membru ta' bord ta' sorveljanza f'sistema ta' żewġ bordijiet;

(6)

“bord unitarju” tfisser bord uniku li jikkombina l-funzjonijiet tal-ġestjoni u superviżorji ta' kumpanija;

(7)

“sistema b'żewġ bordijiet” tfisser sistema li fiha l-funzjonijiet amministrattivi u ta' superviżjoni ta' kumpanija jkunu mwettqa minn bordijiet separati;

(8)

“intrapriżi żgħar u ta' daqs medju” jew “SME” tfisser kumpanija li timpjega inqas minn 250 persuna u li għandha fatturat annwali li ma jaqbiżx il-EUR 50 miljun, jew total annwali tal-karta tal-bilanċ li ma jaqbiżx it-EUR 43 miljun, jew, għal SME li hija inkorporata fi Stat Membru li l-munita tiegħu ma tkunx l-ewro, l-ammonti ekwivalenti fil-munita ta' dak l-Istat Membru;

(9)

“impriża pubblika” tfisser intrapriża li fuqha l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu direttament jew indirettament jeżerċitaw influwenza dominanti minħabba li din tkun proprjetà tagħhom, jew minħabba fil-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom fiha, jew ir-regoli li jirregolawha. Jitqies li hemm influwenza dominanti min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi meta dawn l-awtoritajiet, direttament jew indirettament fil-konfront tal-impriża:

ikollhom il-parti ewlenija tal-kapital sottoskritt tal-impriża; jew

jikkontrollaw il-maġġoranza tal-voti marbutin ma' ishma maħruġa mill-impriżi; jew

jistgħu jaħtru iktar minn nofs il-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew ta' sorveljanza tal-impriża.

Artikolu 3

Esklużjoni ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi żgħar u ta' daqs medju (“SMEs”).

Artikolu 4

L-objettivi fir-rigward ta' diretturi mhux eżekuttivi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati li fuq il-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40 % tal-pożizzjonijiet ta' diretturi mhux eżekuttivi għandhom jagħmlu l-ħatriet għal dawk il-pożizzjonijiet fuq il-bażi ta' analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbilti, ċari, ifformulati b'mod newtrali u mhux ambigwi, jaġġustaw il-proċeduri ta' reklutaġġ tagħhom, inkluż dawk fir-rigward ta' avviżi ta' karigi battala li jsejħu għal applikazzjonijiet, il-proċeduri ta' preselezzjoni, ta' selezzjoni u tal-ħatra, b’tali mod li dawk il-proċeduri jikkontribwixxu b’mod effettiv sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sal-1 ta' Jannar 2020 jew, fil-każ ta' impriċi pubbliċi, sal-1 ta' Jannar 2018 . B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jagħżlu l-aktar kandidati kwalifikati għal pożizzjoni fuq bord minn fost grupp ta' persuni b'bilanċ bejn is-sessi u abbażi ta' analiżi komparattiva tal-kwalifiki tal-kandidati billi jiġu applikati kriterji stabbiliti minn qabel, ċari, ifformulati b'mod newtrali, mhux diskriminatorji u mhux ambigwi. Fil-każ ta' proċedura ta' elezzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jiggarantixxu d-diversità tas-sessi fil-kompożizzjoni tal-lista finali tal-kandidati għall-għażla, filwaqt li jkun żgurat li s-sess tad-direttur mhux eżekuttiv elett f'din il-proċedura ma jkun bl-ebda mod determinat minn qabel.

Bil-ħsieb li jinkiseb l-objettiv ta' 40 % u f'konformità mal-Artikolu 23(2) tal-Karta, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’kull stadju tal-proċedura ta' reklutaġġ, ta' selezzjoni jew tal-ħatra ta' diretturi mhux eżekuttivi, tingħata prijorità lill-kandidat mis-sess sottorappreżentat jekk dak il-kandidat ikun ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f’termini ta’ adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, sakemm valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għall-kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur il-kandidat tas-sess l-ieħor. [Em. 48]

2.   In-numru ta' pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv neċessarji biex jintlaħaq l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun dak li jikkostitwixxi in-numru l-eqreb lejn il-proporzjon ta' tal-anqas 40 %, iżda mhux aktar minn 49 fil-mija. Jekk il-bord mhux eżekuttiv jikkonsisti biss minn tliet membri, il-proporzjon ta’ wieħed għal tnejn għandu jkun biżżejjed. [Em. 49]

3.   Sabiex jiksbu l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-għażla tad-diretturi mhux eżekuttivi, għandha tingħata prijorità lill-kandidat mis-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, sakemm valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għal kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur il-kandidat tas-sess l-ieħor. [Em. 50]

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jkunu obbligati li jiżvelaw, fuq talba ta' kandidati mhux magħżula, lil kandidat mhux magħżul , filwaqt li jirrispettaw l-anonimità tal-kandidati skont ir-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, mill-inqas in-numru u s-sess tal-kandidati fir-riżerva tal-għażla, tal-anqas il-kriterji tal-kwalifiki li fuqhom l-għażla jew il-ħatra kienet ibbażata, il-valutazzjoni komparattiva oġġettiva ta' dawk il-kriterji u, fejn rilevanti, il-kunsiderazzjonijiet li xaqilbu l-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor. [Em. 51]

5.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, skont is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali tagħhom, sabiex jiżguraw li fejn kandidati kandidat mis-sess l-anqas irrappreżentat sottorappreżentat li ma jintgħażlux jistabbilixxu ntgħażilx, u li jkun iqis li ġie preġudikat peress li d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma ġewx applikati fir-rigward tiegħu, jipprova fatti quddiem Qorti jew korp kompetenti ieħor minn fejn jista jkun maħsub jista' jiġi preżunt li dak il-kandidat kien kwalifikat daqs il-kandidat maħtur tas-sess l-ieħor, għandu jkun id-dmir tal-kumpanija l-oneru jaqa' fuq il-kumpanija elenkata li tipprova li ma kienx hemm ksur tar-regola stabbilita fil-paragrafu 3 1 .

Dan il-paragrafu m'għandux iżomm lill-Istati Membri milli jintroduċu regoli ta' prova li huma aktar favorevoli għar-rikorrenti. [Em. 52]

6.   L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-kumpaniji elenkati fejn il-membri tas-sess l-anqas irrappreżentat jirrappreżentaw inqas minn 10 fil-mija tal-forza tax-xogħol ma jkunux suġġetti għall-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1. [Em. 53]

6a.     Fejn l-għażla msemmija fil-paragrafu 1 issir permezz ta' votazzjoni tal-azzjonisti jew l-impjegati, il-kumpaniji għandhom jiżguraw li l-votanti jkunu infurmati kif xieraq dwar il-miżuri previsti f'din id-Direttiva, inklużi sanzjonijiet f’każ ta' nuqqas ta' konformità min-naħa tal-kumpanija. [Em. 54]

7.   L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1 ikun issodisfat fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet ta' direttur kollha, irrispettivament minn jekk humiex eżekuttivi jew mhux eżekuttivi.

Artikolu 5

Miżuri addizzjonali minn kumpaniji u rappurtar

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jintrabtu b'impenji individwali rigward ir-rappreżentazzjoni bbilanċjata bejn iż-żewġ sessi fost id-diretturi eżekuttivi li jridu jintlaħqu sal-1 ta' Jannar 2020, jew sal-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kumpaniji elenkati jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, darba fis-sena minn [sentejn wara l-adozzjoni], dwar ir-rappreżentazzjoni bejn is-sessi fuq il-bordijiet tagħhom, b’distinzjoni bejn diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi u dwar il-miżuri li ttieħdu fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u li jippubblikaw dik l-informazzjoni f'manjiera xierqa u  faċilment aċċessibbli fuq il-websajt u r-rapport annwali tagħhom. [Em. 55]

3.   Fejn kumpanija elenkata ma tissodisfax l-objettivi stipulati fl-Artikolu 4(1) jew l-impenji individwali tagħha meħuda skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi r-raġunijiet li għalihom din għandha tipprovdi dikjarazzjoni bir-raġunijiet għalfejn ma laħqitx dawk l-objettivi jew ma ssodisfatx dawk l-impenji u deskrizzjoni komprensiva tal-miżuri li l-kumpanija adottat jew bi ħsiebha tadotta biex tilħaq l-objettivi jew l-impenji. Dik id-dikjarazzjoni bir-raġunijiet għandha tifforma parti mill-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. [Em. 56]

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-korp jew korpi maħtura skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) ikunu wkoll kompetenti għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ tal-bilanċ bejn is-sessi fuq il-bordijiet ta' kumpaniji elenkati. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jikkollaboraw b’mod effiċjenti mas-sħab soċjali u mas-soċjetà ċivili. [Em. 57]

Artikolu 6

Sanzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva tar-rekwiżiti għal proċedura miftuħa u trasparenti stabbilita fl-Artikolu 4(1) , u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu applikati. [Em. 58]

2.   Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jistgħu għandhom jinkludu mill-inqas i l-miżuri li ġejjin: [Em. 59]

(a)

multi amministrattivi;

(aa)

esklużjoni minn sejħiet pubbliċi għal offerti; [Em. 60]

(ab)

esklużjoni parzjali mill-għoti ta’ finanzjament mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni; [Em. 61]

(b)

dikjarazzjoni minn korp ġudizzjarju ta' nullità jew annullament tal-ħatra jew tal-elezzjoni ta' diretturi mhux eżekuttivi magħmula bi ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 4(1).

Artikolu 7

Rekwiżiti minimi

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva biex tiġi assigurata rappreżentazzjoni iktar bilanċjata tal-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' kumpaniji kostitwiti fit-territorju nazzjonali tagħhom, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ma joħolqux diskriminazzjoni mhux ġustifikata, u ma jfixklux il-funzjonament bejn is-sessi jew kwalunkwe forma oħra ta’ diskriminazzjoni jew ifixklu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. [Em. 62]

Artikolu 8

Implimentazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn [sentejn wara l-adozzjoni], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jgħarrfu bihom minnufih lill-Kummissjoni.

2.   Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

3.   Bla ħsara għall-Artikolu 4(6) u (7), l-Istati Membri li qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva diġà kienu ħadu miżuri sabiex jiżguraw rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fost id-diretturi mhux eżekuttivi tal-kumpaniji elenkati jistgħu jissospendu l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5), sakemm ikun jista' jintwera li dawk il-miżuri jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom mil—anqas 40 % tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv ta' kumpaniji elenkati sal-1 ta' Jannar 2020, jew, fil-każ ta' kumpaniji elenkati li jkunu impriżi pubbliċi, sal-1 ta' Jannar 2018.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika din l-informazzjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'tali notifika. Is-sospensjoni għandha tiġi awtomatikament revokata jekk ma jsirx progress biżżejjed lejn l-għan ta’ din id-Direttiva, li għandu jitqies li jkun il-każ jekk il-perċentwal tas-sess sottorappreżentat ikun inqas minn 30 % sal-2017 jew, fil-każ ta’ impriżi pubbliċi, sal-2015. [Em. 63]

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 9

Analiżi

1.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2017 u kull sentejn wara dan rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, informazzjoni komprensiva dwar il-miżuri meħuda sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1), informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 5(2) u informazzjoni dwar impenji individwali meħuda mill-kumpaniji elenkati skont l-Artikolu 5(1).

1a.     Il-Kummissjoni għandha tippreżenta sal-1 ta' Lulju 2017 rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti għall-kumpaniji elenkati msemmija fl-Artikoli 4(1), 5(1) u (2), abbażi tar-rapporti mressqa mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1. Barra dan, ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jinkludi s-sitwazzjoni tal-bilanċ bejn is-sessi fil-livell tal-bordijiet u fil-livell tal-maniġment fir-rigward ta' kumpaniji mhux elenkati li jkunu ’l fuq mil-limitu massimu tal-SME kif definit fl-Artikolu 2. [Em. 64]

1b.     Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-mod li bih huma applikati l-prinċipji ta' din id-Direttiva fl-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni u huma inkorporati fir-regoli dwar il-proċeduri interni tagħhom b'rabta mal-persunal. Għal dan il-għan, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2018, u wara dan kull sena, dwar l-istatistika tagħhom tas-sessi u l-progress li jkun sar. Il-Kummissjoni għandha minnufih tagħmel pubbliċi dawn ir-rapporti fuq is-sit web tagħha. Fejn xieraq ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva li testendi l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva sabiex tkopri l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni. [Em. 65]

2.   L-Istati Membri li jkunu ssospendew skont l-Artikolu 8(3) l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5) għandhom jinkludu fir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 informazzjoni li turi r-riżultati konkreti miksuba mill-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8(3). Il-Kummissjoni għandha mbagħad toħroġ rapport speċifiku li jaċċerta jekk dawk il-miżuri effettivament jippermettux lill-membri tas-sess sottorappreżentat li ikollhom mill-anqas 40 % tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv sal-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi, u sal-1 ta' Jannar 2020 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li mhumiex impriżi pubbliċi. L-ewwel rapport ta' dan it-tip għandu jinħareġ mill-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju 2017, u rapporti sussegwenti għandhom jinħarġu fi żmien sitt xhur min-notifika tar-rapporti nazzjonali rispettivi taħt il-paragrafu 1.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati, li bl-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(3) ma jkunux ħatru jew eliġġew membri tas-sess sottorappreżentat f'mill-anqas 40 % tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv fuq il-bordijiet tagħhom sal-1 ta' Jannar 2018, fejn huma impriżi pubbliċi, jew sal-1 ta' Jannar 2020, fejn mhumiex impriżi pubbliċi, japplikaw l-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5) b'effett rispettivament minn dawk id-dati.

3.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2021 u wara dan kull sentejn. Il-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod partikolari jekk l-għanijiet ta' din id-Direttiva ntlaħqux.

4.   Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk, fid-dawl tal-iżviluppi fir-rappreżentanza tal-irġiel u nisa fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati u fil-livelli differenti tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-ekonomija kollha u filwaqt li tqis jekk il-progress huwiex suffiċjentement sostenibbli, hemmx il-ħtieġa li testendi t-tul ta' din id-Direttiva lil hinn mid-data speċifikata fl-Artikolu 10(2) jew li temendaha. Għandha teżamina wkoll jekk il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandux jiġi estiż biex ikopri impriżi pubbliċi mhux elenkati li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' SME, impriżi kbar mhux elenkati u diretturi eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati. [Em. 66]

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u skadenza

1.   Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-[għoxrin] jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Hija għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2028.

Artikolu 11

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 133, 9.5.2013, p. 68.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013.

(3)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 84/635/KEE, tat-13 ta' Diċembru 1984 dwar il-promozzjoni ta' azzjoni pożittiva għan-nisa (ĠU L 331, 19.12.1984, p. 34).

(4)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 96/694/KE tat-2 ta' Diċembru 1996 dwar is-sehem bilanċjat tan-nisa u l-irġiel fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet (ĠU L 319, 10.12.1996, p. 11).

(5)  Rapport tal-Kummissjoni bl-isem “Iktar nisa f'pożizzjonijiet għolja” (2010); Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bid-data tal-1 ta' Marzu 2011 bl-isem “Il-Bilanċ tas-Sessi fit-Tmexxija tan-Negozju” (SEC(2011) 246 finali); Rapport ta' Progress bid-data tal-5 ta' Marzu 2012 bl-isem “In-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi fl-UE”; Id-dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bid-data tas-16 ta' April 2012 bl-isem “Progress fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-2011” (SWD(2012) 85 finali).

(6)  “L-Impenn għall-Ewropa Nisa fuq il-Bord”, IP/11/242.

(7)  COM(2010)0078 finali.

(8)  COM(2010)0491 finali.

(9)  ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 134.

(10)  ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 1.

(11)  COM(2010)2020.

(12)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

(13)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(14)  Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u impriżi pubbliċi, kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17).

(15)  C-450/93: Kalanke (1995 Ġabra I-3051), C-409/95: Marschall (1997 Ġabra I-6363), C-158/97: Badeck (2000 Ġabra I-1875), C-407/98: Abrahamsson (2000 Ġabra I-5539).

(16)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(17)  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23).


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/241


P7_TA(2013)0489

Id-dokumenti bit-tagħrif ewlieni għall-prodotti ta' investiment ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti bit-tagħrif ewlieni għall-prodotti ta' investiment (COM(2012)0352 – C7-0179/2012 – 2012/0169(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/44)

[Emenda 1]

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW (*1)

għall-proposta tal-Kummissjoni

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar id-dokumenti bit-tagħrif ewlieni għall-prodotti ta’ investiment

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)

L-investituri fil-livell ta' konsumatur qegħdin dejjem iżjed jiġu offruti varjetà wiesgħa ta’ tipi differenti ta’ prodotti ta’ investiment meta jikkunsidraw jagħmlu investiment. Dawn il-prodotti jistgħu jipprovdu soluzzjonijiet speċifiċi ta’ investiment imfassla skont il-ħtiġijiet tal-investituri fil-livell ta' konsumatur, iżda spiss ikunu kumplessi u diffiċli biex jinftiehmu. Id-divulgazzjonijiet eżistenti għall-investituri f'dawn il-prodotti ta’ investiment mhumiex koordinati u spiss jonqsu milli jgħinu lill-investituri fil-livell ta' konsumatur jipparagunaw bejn il-prodotti differenti biex jifhmu l-karatteristiċi tagħhom, jew biex itejbu l-edukazzjoni finanzjarja tal-investituri . B’konsegwenza ta’ dan, l-investituri fil-livell ta' konsumatur spiss għamlu investimenti bla ma fehmu bis-sħiħ ir-riskji u l-ispejjeż tagħhom, u għalhekk f’xi okkażjonijiet sofrew telf mhux previst.

(2)

It-titjib fid-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza tal-prodotti ta’ investiment offruti lill-investituri fil-livell ta' konsumatur huwa miżura importanti għall-protezzjoni tal-investituri u prekundizzjoni għall-bini mill-ġdid tal-fiduċja tal-investituri fil-livell ta' konsumatur fis-suq finanzjarju, b'partikolarment wara l-kriżi finanzjarja . L-ewwel passi f’din id-direzzjoni diġà ttieħdu fil-livell tal-Unjoni permezz tal-iżvilupp tar-reġim tat-tagħrif ewlieni għall-investitur stabbilit fid-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS).

(3)

Regoli differenti li jvarjaw skont l-industrija li toffri l-prodotti ta’ investiment u r-regolamentazzjoni nazzjonali f’dan il-qasam joħolqu kundizzjonijiet mhux ekwi bejn il-prodotti differenti u l-kanali tad-distribuzzjoni u joħolqu ostakli addizzjonali għas-Suq Uniku fis-servizzi u l-prodotti finanzjarji. L-Istati Membri diġà ħadu azzjoni diverġenti u mhux koordinata biex jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-miżuri tal-protezzjoni tal-investituri u aktarx li dan l-iżvilupp ikompli. L-approċċi differenti lejn id-divulgazzjonijiet dwar il-prodotti ta’ investiment jimpedixxu l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ekwi bejn il-manifatturi differenti tal-prodotti ta’ investiment u dawk li jbigħu dawn il-prodotti u għalhekk ifixklu l-kompetizzjoni. Dan joħloq ukoll livelli mhux ekwi ta’ protezzjoni għall-investituri mal-Unjoni. Dawn id-diverġenzi jirrappreżentaw ostaklu għall-istabbiliment u l-funzjonament bla xkiel tas-Suq Uniku. Konsegwentement, il-bażi legali xierqa hija l-Artikolu 114 TFUE, kif interpretat skont il-każistika konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli uniformi dwar it-trasparenza fil-livell tal-Unjoni li japplikaw għall-parteċipanti kollha fis-suq tal-prodotti ta’ investiment sabiex jiġu evitati d-diverġenzi u jitnaqqsu l-ispejjeż u l-inċertezza għall-fornituri u d-distributuri tal-prodotti . Regolament huwa meħtieġ biex jiżgura li jiġi stabbilit standard komuni għad-dokumenti bit-tagħrif ewlieni b’mod uniformi li jkun kapaċi jarmonizza l-format u l-kontenut ta’ dawn id-dokumenti. Ir-regoli ta' Regolament japplikaw direttament għalhekk għandhom jiżguraw li l-parteċipanti kollha fis-suq tal-prodotti ta’ investiment ikunu soġġetti għall-istess rekwiżiti. Dan għandu jiżgura wkoll divulgazzjonijiet uniformi billi jipprevjeni rekwiżiti nazzjonali diverġenti li jirriżultaw mit-traspożizzjoni ta' Direttiva. L-użu ta' Regolament huwa xieraq ukoll biex jiżgura li dawk kollha li jbigħu l-prodotti ta’ investiment ikunu soġġetti għar-rekwiżiti uniformi fir-rigward tal-għoti tad-dokument bit-tagħrif ewlieni lill-investituri fil-livell ta' konsumatur.

(5)

Filwaqt li t-titjib fid-divulgazzjonijiet tal-prodotti ta’ investiment huwa essenzjali għall-bini mill-ġdid tal-fiduċja tal-investituri fil-livell ta' konsumatur fis-swieq finanzjarji, il-proċessi ta’ bejgħ regolati b’mod effikaċi għal dawn il-prodotti huma daqstant ieħor importanti. Dan ir-Regolament huwa kumplimentari għall-miżuri dwar id-distribuzzjoni (inklużi l-pariri dwar l-investiment, il-miżuri għall-protezzjoni tal-investitur u servizzi tal-bejgħ oħra) fid-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Huwa wkoll kumplimentari għall-miżuri meħuda dwar id-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-assigurazzjoni fid-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(6)

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti u l-investimenti sottostanti kollha, irrispettivament mill-forma jew il-kostruzzjoni tagħhom, li huma mmanifatturati mill-industrija tas-servizzi finanzjarji biex jipprovdu opportunitajiet ta’ investiment lill-investituri fil-livell ta' konsumatur, fejn ir-rendiment offrut lill-investitur ikun skopert għall-prestazzjoni ta' assi wieħed jew iżjed jew ta’ valuri referenzjarji ▌. Dan għandu jinkludi dawk il-prodotti ta’ investiment bħall-fondi ta’ investiment u l-poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja kif ukoll l-investimenti sottostanti għal dawk il-fondi ta' investiment u l-poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja, u l-prodotti ▌fil-livell ta' konsumatur inklużi assi b'parteċipazzjoni diretta, bħall-bonds jew l-ishma sovrani li jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat li jinsab jew li jopera fi Stat Membru . Il-prodotti strutturati aggregati fil-livell ta' konsumatur jinterċedu bejn l-investitur u s-swieq permezz ta’ proċess ta’ “aggregazzjoni”, pakkettjar jew ġbir flimkien tal-assi sabiex jinħolqu skoperturi differenti, jiġu pprovduti karatteristiċi differenti lill-prodott, jew jinkisbu strutturi differenti tal-ispejjeż meta pparagunat ma’ parteċipazzjoni diretta. Din l-“aggregazzjoni” tista’ tippermetti lill-investituri fil-livell ta' konsumatur jidħlu fi strateġiji ta' investiment li kieku ma kinux ikunu aċċessibbli jew prattiċi, imma tista’ teħtieġ ukoll li informazzjoni addizzjonali titqiegħed għad-dispożizzjoni, b’mod partikolari biex tippermetti l-ipparagunar bejn il-modi differenti ta’ investimenti aggregati u tiżgura li l-investituri fil-livell ta' konsumatur jistgħu jifhmu l-karatteristiċi u r-riskji ewlenin tal-prodotti ta' investiment għall-konsumaturi .

(6a)

Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal ishma jew unitajiet ta' entitajiet ad hoc u kumpaniji azzjonarji li manifattur tal-prodotti ta' investiment jista' joħloq biex jevita dan ir-Regolament.

(6b)

Il-prodotti ta' investiment aggregati għandhom jipprovdu benefiċċji ċari għall-investituri fil-livell tal-konsumatur, bħal meta r-riskji tal-investiment jinfirxu fuq ħafna setturi ekonomiċi differenti jew fuq ħafna assi sottostanti. Madankollu, it-tekniki tal-aggregazzjoni jistgħu wkoll jintużaw biex joħolqu karatteristiċi ta' prodotti tal-investiment, li jkollhom l-għan li jqarrqu bil-konsumaturi, meta huma jagħmlu d-deċiżjoni dwar investiment tagħhom. Ċerti prodotti b'rati attraenti (teaser rates) jaħdmu fuq il-preġudizzji tal-imġiba tal-investituri fil-livell tal-konsumaturi, f'dan il-każ fuq il-preferenza tagħhom għal rendiment interessanti immedjat. L-użu ta' ismijiet għal prodotti li jimplikaw aktar sikurezza milli hu possibbli jaħdmu fuq il-preġudizzji tal-imġiba tal-konsumaturi b'mod kumparabbli, filwaqt li jindirizzaw l-istmellija tar-riskju tagħhom. Konsegwentement, dawn it-tekniki tal-aggregazzjoni joħolqu r-riskju li l-investitur jiffoka ħafna fuq il-benefiċċji finanzjarji immedjati mingħajr ma jirrealizza għalkollox ir-riskji relatati futuri. Dan ir-Regolament għandu jkollu l-għan li jevita karatteristiċi tal-aggregazzjoni li jisfruttaw il-preġudizzji fit-teħid ta' deċiżjoni tal-investituri, sabiex jippromovi t-trasparenza u fehim aħjar tar-riskji marbuta ma' prodotti ta' investiment aggregati fil-livell ta' konsumatur.

(7)

▌Il-prodotti tal-assigurazzjoni li ma joffrux opportunitajiet ta’ investiment ▌għandhom ▌ikunu esklużi mill-kamp tal-applikazzjoni tar-Regolament. ▌Minħabba li l-enfasi ta' dan ir-Regolament hija fuq it-titjib tal-paragunabbiltà u l-komprensibbiltà tal-informazzjoni dwar prodotti ta' investiment li jkunu qed jiġu kkummerċjalizzati lil investituri fil-livell ta' konsumatur, ▌prodotti tal-pensjonijiet tax-xogħol u prodotti tal-pensjoni individwali għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, sakemm il-liġi nazzjonali tkun teħtieġ kontribuzzjoni mill-impjegatur u sakemm l-impjegat ma għandux għażla fir-rigward tal-fornitur tal-prodott tal-pensjoni. Fondi ta’ investiment dedikati għall-investituri istituzzjonali mhumiex fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament lanqas, peress li mhumiex għall-bejgħ lil investituri fil-livell ta' konsumatur. Madankollu, prodotti ta' investiment bil-għan ta' akkumulazzjoni ta' tfaddil għal pensjonijiet individwali għandhom jibqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni għax spiss jikkompetu ma' prodotti oħra taħt dan ir-Regolament u huma distribwiti b'mod simili lill-investituri fil-livell ta' konsumatur.

(8)

Sabiex tiġi pprovduta ċarezza dwar ir-relazzjoni bejn l-obbligi stabbiliti minn dan ir-Regolament u l-obbligi stabbiliti mid-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) ▌u d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), huwa neċessarju li jiġi stabbilit li dawn id-Direttivi huma kumplimentari għal dan ir-Regolament. B'mod partikolari, id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jinkorpora s-sommarju li jipprovdi l-informazzjoni ewlenija kif imsemmija fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2003/71/KE wara rieżami ta' dan ir-Regolament.

(8a)

Il-manifatturi tal-prodotti ta' investiment għandhom jiżguraw li l-prodott ta' investiment li jfasslu jkun kompatibbli mal-profil tal-investituri fil-livell ta' konsumatur li jkun indirizzat għalihom. Għalhekk, għandhom jistabbilixxu proċess ta' approvazzjoni tal-prodott biex jiżguraw li l-prodotti ta' investiment tagħhom ma jesponux lill-investituri fil-livell ta' konsumatur għal assi sottostanti li l-profil tal-benefiċċji u r-riskji tagħhom ma jinftehimx faċilment.

(8b)

L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet superviżorji Ewropej (l-ASE) għandhom jingħataw, fuq talba tagħhom, it-tagħrif meħtieġ kollu biex jivverifikaw il-kontenut tad-dokumenti bit-tagħrif ewlieni, biex jivvalutaw il-konformità ma' dan ir-Regolament u biex jiżguraw il-protezzjoni tal-klijenti u l-investituri fis-swieq finanzjarji. Is-setgħat tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) u tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) għandhom ikunu allinjati b'mod konsistenti ma' dawk tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li tirrevoka d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [MiFIR].

(9)

Il-manifatturi tal-prodotti ta’ investiment – bħall-maniġers tal-fondi, l-impriżi tal-assigurazzjoni, l-emittenti tat-titoli, l-istituzzjonijiet tal-kreditu jew id-ditti tal-investiment – għandhom ifasslu d-dokument bit-tagħrif ewlieni għall-prodotti ta’ investiment li jimmanifatturaw, peress li jinsabu fl-aħjar qagħda biex ikunu jafu l-prodott u jkunu responsabbli għalih. Il-manifatturi tal-prodotti ta' investiment għandhom jagħmlu d-dokument bit-tagħrif ewlieni disponibbli għall-persuni li jbigħu l-prodott ta' investiment. Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jitfassal mill-manifattur tal-prodott ta’ investiment u l-anness (inkluż it-tariffi), mill-persuna li tbigħ il-prodott ta' investiment qabel il-prodotti jkunu jistgħu jinbigħu lill-investituri fil-livell ta' konsumatur. Madankollu, fejn il-prodott ma jinbiegħx lill-investituri fil-livell ta' konsumatur, ma hemmx il-ħtieġa li jitfassal dokument bit-tagħrif ewlieni, u fejn mhux prattiku għall-manifattur tal-prodott ta’ investiment li jfassal id-dokument bit-tagħrif ewlieni, dan jista’ jiġi ddelegat lil ħadd ieħor. Fejn it-tfassil ta' dan id-dokument bit-tagħrif ewlieni jiġi delegat kompletament jew parzjalment lil partijiet terzi, il-manifattur tal-prodott ta' investiment għandu jibqa' jerfa' r-responsabbiltà ġenerali għat-tfassil u l-kontenut tiegħu. Sabiex jiġi żgurat it-tixrid wiesa’ u d-disponibbiltà tad-dokumenti bit-tagħrif ewlieni, dan ir-Regolament għandu jippermetti l-pubblikazzjoni mill-manifattur tal-prodott ta’ investiment permezz ta’ websajt tal-għażla tiegħu.

(10)

Sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-investituri fil-livell ta' konsumatur, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar il-prodotti ta’ investiment tkun preċiża, ġusta, ċara u ma tiżgwidax lil dawk l-investituri. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jistabbilixxi standards komuni għall-abbozzar tad-dokument bit-tagħrif ewlieni, sabiex jiżgura li dan ikun jinftiehem mill-investituri fil-livell ta’ konsumatur. Minħabba d-diffikultajiet li ħafna mill-investituri mhux professjonisti jkollhom biex jifhmu t-terminoloġija finanzjarja speċjalizzata, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-vokabolarju u l-istil tal-kitba użati fid-dokument. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll regoli dwar il-lingwa li biha għandu jitfassal id-dokument. Il-kalkoli tal-ispejjeż li jista' jkun hemm għandhom jiġu spjegati wkoll b'mod li jinftiehem. Barra minn hekk, l-investituri fil-livell ta' konsumatur għandhom ikunu jistgħu jifhmu d-dokument bit-tagħrif ewlieni fih innifsu mingħajr ma jirreferu għal informazzjoni oħra. Madankollu, dan m'għandux jipprekludi l-użu ta' kontroreferenzi fid-dokument bit-tagħrif ewlieni ma' dokumenti oħra fejn tista' tinstab informazzjoni addizzjonali li tista' tkun ta' interess għal xi investituri fil-livell ta' konsumatur.

(11)

L-investituri fil-livell ta' konsumatur għandhom jiġu pprovduti bl-informazzjoni meħtieġa biex huma jieħdu deċiżjoni infurmata dwar l-investiment u jipparagunaw il-prodotti differenti ta’ investiment, imma jekk din l-informazzjoni ma tkunx qasira u konċiża jkun hemm ir-riskju li ma jużawhiex. Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu għalhekk ikun fih tagħrif ewlieni biss, speċjalment fir-rigward tan-natura u l-karatteristiċi tal-prodott, inkluż jekk hux possibbli li jkun hemm telf tal-kapital, l-ispejjeż, ▌il-profil tar-riskju u tal-benefiċċji , fl-għamla ta' indikatur sommarju tal-prodott u tal-investiment sottostanti tiegħu kif ukoll l-informazzjoni rilevanti dwar il-prestazzjoni, u ċertu informazzjoni speċifika oħra li tista’ tkun meħtieġa biex jinftiehmu l-karatteristiċi tal-prodotti speċifiċi, inkluż dawk intenzjonati għall-użu fl-ippjanar tal-irtirar. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-opportunità sabiex l-aġenzija pubblika ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu Ewropea, imsemmija fil-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Jannar 2013 bl-għan li jiġi adottat ir-Regolament (KE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu  (8), tipprovdi tagħrif ewlieni dwar il-profil tar-riskju relatat mal-bonds sovrani maħruġa minn Stati Membri.

(11a)

L-investituri għandhom jingħataw idea ċara tal-ispejjeż u t-tariffi li se jħallsu fl-investiment tagħhom, mhux biss fl-istadju tat-tranżazzjoni, iżda matul perjodu ta' investiment. It-tariffi għandhom jiġu divulgati bis-sħiħ f'termini komposti u kumulattivi, kif ukoll f'termini monetarji. It-tariffi għall-pariri għandhom jiġu kkalkulati b'mod aktar sempliċi sabiex ikun aktar faċli għall-investituri li jifhmu x'se jiswewhom.

(11b)

L-EBA, l-EIOPA u l-ESMA għandhom jiżviluppaw analizzatur tal-fondi online li jista' jippermetti lill-investituri jikkalkulaw il-valur aħħari tal-investiment tagħhom wara li jiġu meqjusa t-tariffi u l-ispejjeż.

(12)

Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jitfassal f’format li jippermetti lill-investituri fil-livell ta' konsumatur jipparagunaw il-prodotti ta’ investiment differenti, peress li l-imġiba u l-kapaċitajiet tal-konsumatur huma tali li l-format, il-preżentazzjoni u l-kontenut tal-informazzjoni jridu jiġu ddiżinjati u mfassla bir-reqqa sabiex jiġi mmassimizzat l-impenn fir-rigward tad-dokument bit-tagħrif ewlieni u għalhekk tissaħħaħ l-edukazzjoni finanzjarja , il-fehim u l-użu tal-informazzjoni. Għandha tiġi segwita l-istess ordni fl-elementi ta' informazzjoni u fl-intestaturi ta’ dawn l-elementi f’kull dokument. Barra minn hekk, id-dettalji tal-informazzjoni li għandhom jiġu inklużi fid-dokument bit-tagħrif ewlieni għall-prodotti differenti u l-preżentazzjoni ta’ din l-informazzjoni għandhom jiġu armonizzati iżjed permezz tal-atti delegati li jqisu r-riċerka eżistenti u kontinwa dwar l-imġiba tal-konsumaturi, inkluż ir-riżultati tal-ittestjar tal-effikaċja ta’ modi differenti ta’ kif tiġi ppreżentata l-informazzjoni lill-konsumaturi. Barra minn dan, xi prodotti ta’ investiment jagħtu għażla lill-investitur fil-livell ta' konsumatur bejn għadd ta’ investimenti sottostanti u jista' jkollhom spejjeż u imposti li jiddependu mill-karatteristiċi personali tal-konsumatur, bħall-età jew l-ammont ta' investiment li jkun għażel . Dawk il-prodotti għandhom jitqiesu meta jitfassal il-format.

(12a)

Marka tal-kumplessità għal prodotti kumplessi li jidhru li mhumiex adatti għal investituri fil-livell ta' konsumatur għandha tidher fin-naħa ta' fuq tad-dokument bit-tagħrif ewlieni. Dan il-livell addizzjonali ta' trasparenza se jgħin lill-konsumaturi jieħdu deċiżjoni infurmata dwar il-livell ta' riskju li qed jieħdu u jgħin biex jiġi evitat il-bejgħ abbużiv tal-prodotti.

(13)

B’mod li qed jiżdied, l-investituri fil-livell ta' konsumatur mhux qegħdin ifittxu biss rendiment finanzjarju bid-deċiżjonijiet tal-investiment tagħhom. Spiss ifittxu wkoll finijiet oħra bħall-għanijiet soċjali jew ambjentali. Barra minn hekk, l-informazzjoni dwar l-aspetti mhux finanzjarji tal-investimenti tista’ tkun importanti għal dawk li qed ifittxu biex jagħmlu investimenti sostenibbli u fuq tul ta’ żmien. Madankollu, informazzjoni dwar ir-riżultati soċjali, ambjentali jew ta’ governanza li jkun qed ifittex il-manifattur tal-prodott ta’ investiment tista’ tkun diffiċli li tiġi pparagunata jew tista' tkun nieqsa għal kollox. Għalhekk, huwa mixtieq li d-dettalji tal-informazzjoni jiġu armonizzati iżjed fir-rigward ta' jekk tqisux kwistjonijiet ambjentali, soċjali jew ta’ governanza, u jekk inhu hekk, b’liema modi.

(14)

Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jkun distint u separat b'mod ċar minn kwalunkwe komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni. Is-sinifikat tiegħu ma għandux jitnaqqas minħabba dawk id-dokumenti l-oħra. L-investitur fil-livell ta' konsumatur għandu jikkonferma li rċieva d-dokument.

(15)

Sabiex jiġi żgurat li d-dokument bit-tagħrif ewlieni jkun fih informazzjoni affidabbli, dan ir-Regolament għandu jeħtieġ li l-manifatturi tal-prodott ta’ investiment u l-persuni li jbigħu prodotti ta' investiment iżommu d-dokument bit-tagħrif ewlieni aġġornat. L-entità li tipprovdi jew tbigħ id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandha wkoll iżżomm aġġornata l-informazzjoni provduta lill-investitur fil-livell ta' konsumatur. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ li regoli dettaljati relatati mal-kundizzjonijiet u l-frekwenza tar-rieżami tal-informazzjoni u r-reviżjoni tad-dokumenti bit-tagħrif ewlieni u l-anness tiegħu jiġu stabbiliti f’att delegat li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni. Id-dokument bit-tagħrif ewlieni u l-aġġornamenti kollha tiegħu għandhom ikunu komunikati lill-awtorità kompetenti.

(16)

Id-dokumenti bit-tagħrif ewlieni huma s-sies tad-deċiżjonijiet dwar l-investiment minn investituri fil-livell ta' konsumatur. Għal din ir-raġuni, il-manifatturi ta' prodotti ta' investiment u l-persuni li jbigħu prodotti ta' investiment għandhom responsabbiltà importanti, lejn l-investituri fil-livell ta' konsumatur, li jikkonformaw mar-regoli ta' dan ir-Regolament. Għalhekk huwa importanti li jiġi żgurat li l-investituri fil-livell ta' konsumatur li ddipendew fuq dokument bit-tagħrif ewlieni għad-deċiżjonijiet dwar l-investiment tagħhom ikollhom drittijiet effettivi ta' rimedju. Għandu wkoll jiġi żgurat li l-investituri kollha fil-livell ta' konsumatur fl-Unjoni jkollhom l-istess dritt ifittxu kumpens għad-danni li jistgħu jsofru minħabba nuqqasijiet fil-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament min-naħa tal-manifatturi ta' prodotti ta' investiment. Għalhekk ir-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-manifatturi ta' prodotti ta' investiment għandhom jiġu armonizzati. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiddaħħal approċċ armonizzat għall-penali sabiex tiġi żgurata l-konsistenza. Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi li l-investituri fil-livell ta' konsumatur ikunu jistgħu jżommu lill-manifattur ta' prodott responsabbli għal ksur ta' dan ir-Regolament f'każ ta' telf ikkawżat minħabba l-użu tad-dokument bit-tagħrif ewlieni li kien qarrieqi, ineżatt jew inkonsistenti mal-prospett jew, meta ma jkun tħejja ebda prospett, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-prodott .

(17)

Peress li l-investituri fil-livell ta' konsumatur ġeneralment ma jkollhomx għarfien fil-fond dwar il-proċeduri interni tal-manifatturi tal-prodotti ta' investiment, ▌ l-investitur fil-livell ta' konsumatur ma għandux ikollu obbligu tal-provi ▌. L-investitur fil-livell ta' konsumatur għandu jindika f'liema rigward iqis li d-dokument bit-tagħrif ewlieni ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Imbagħad, għandu jkun id-dmir tal-manifattur tal-prodott li jirrispondi għal din id-dikjarazzjoni.

(18)

Ir-responsabbiltà ċivili ta' manifattur ta' prodott ta' investiment li ma jkunx kopert minn dan ir-Regolament għandha tkun irregolata mil-liġi nazzjonali applikabbli kif determinat mir-regoli rilevanti tad-Dritt Internazzjonali Privat. Il-qorti kompetenti biex tiddeċiedi dwar pretensjoni ta' responsabbiltà ċivili li tinġieb minn investitur fil-livell ta' konsumatur għandha tkun determinata mir-regoli rilevanti dwar il-Ġuriżduzzjoni Internazzjonali.

(19)

Sabiex l-investitur fil-livell ta' konsumatur ikun jista’ jieħu deċiżjoni infurmata dwar l-investiment, il-persuni li jbigħu l-prodotti ta’ investiment għandhom ikunu meħtieġa jipprovdu d-dokument bit-tagħrif ewlieni f'biżżejjed żmien qabel ma tiġi konkluża kwalunkwe tranżazzjoni. L-investitur għandu jipprovdi firma, bil-miktub jew f'forma elettronika, biex juri li jkun irċieva d-dokument bit-tagħrif ewlieni. Dan ir-rekwiżit għandu japplika ▌irrispettivament minn fejn jew kif isseħħ it-tranżazzjoni. Il-persuni li jagħtu pariri dwar jew ibigħu l-prodotti jinkludu kemm id-distributuri kif ukoll il-manifatturi tal-prodott ta’ investiment infushom fejn dawn jagħżlu li jagħtu pariri dwar jew ibigħu l-prodott b’mod dirett lill-investituri fil-livell ta’ konsumatur. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (9) . Kull meta possibbli, l-investituri għandhom jingħataw “żmien biex wieħed jerġa' jaħsibha” li matulu jistgħu jiddeċiedu li jikkanċellaw it-tranżazzjoni.

(20)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli uniformi sabiex jagħtu lill-persuna li tbigħ il-prodott tal-investiment ċertu għażla rigward il-mezz li fih id-dokument bit-tagħrif ewlieni jingħata lill-investituri fil-livell ta' konsumatur u li jippermettu l-użu ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fejn hu xieraq wara li jkunu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi tat-tranżazzjoni. Madankollu, l-investituri fil-livell ta' konsumatur għandhom jingħataw l-għażla li jirċivuh stampat. Fl-interess tal-aċċess għall-informazzjoni mill-konsumatur, id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jingħata dejjem mingħajr ħlas.

(21)

Sabiex tiġi żgurata l-fiduċja tal-investituri fil-livell ta' konsumatur fil-prodotti ta’ investiment u fis-swieq finanzjarji inġenerali, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti għal proċeduri interni xierqa li jiżguraw li l-investituri fil-livell ta' konsumatur jirċievu tweġiba sostantiva mingħand il-manifattur tal-prodott ta’ investiment għall-ilmenti tagħhom.

(21a)

Għalkemm titjib fid-divulgazzjonijiet tal-prodotti ta' investiment huwa essenzjali biex terġa' tinbena l-fiduċja tal-investituri fil-livell ta' konsumatur fis-swieq finanzjarji, regoli dwar id-diżinn tal-prodotti huma daqstant importanti biex tkun żgurata protezzjoni effikaċi tal-investituri fil-livell ta' konsumatur. Pariri ineżatti minn konsulenti finanzjarji, preġudizzju fit-teħid ta' deċiżjonijiet u evidenza li l-imġiba finanzjarja tiddependi primarjament fuq attributi psikoloġiċi jwasslu għal kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati permezz tal-limitazzjoni tal-kumplessità fl-aggregazzjoni tal-prodotti ta' investiment.

(22)

Proċeduri għar-riżoluzzjoni alternattiva ta' tilwim jippermettu li s-soluzzjoni tat-tilwim tkun iktar mgħaġġla u inqas għalja milli permezz tal-qrati u jħaffu l-piż fuq is-sistema tal-qrati. Għal dak il-għan il-manifatturi tal-prodotti ta' investiment u l-persuni li jbigħu prodotti ta' investiment għandhom ikunu taħt obbligu li jipparteċipaw f’dawk il-proċeduri mibdija minn investituri fil-livell ta' konsumatur fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti minn dan ir-Regolament, bla ħsara għal ċerti salvagwardji skont il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Partikolarment, il-proċeduri għal riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim ma għandhomx jiksru d-drittijiet li l-partijiet fit-tali proċeduri għandhom biex jibdew proċeduri legali quddiem il-qrati. Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (10) għandha tapplika għat-tilwim skont dan ir-Regolament.

(23)

Billi d-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jiġi prodott għall-prodotti ta’ investiment mill-entitajiet li joperaw fis-setturi bankarji, tal-assigurazzjoni, tat-titoli u tal-fondi tas-swieq finanzjarji, huwa ta’ importanza kbira li tiġi żgurata l-kooperazzjoni bla xkiel bejn id-diversi awtoritajiet li jissorveljaw il-manifatturi tal-prodotti ta’ investiment sabiex ikollhom approċċ komuni għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(23a)

Iż-żieda tas-setgħat u l-kompetenzi allokati lill-Unjoni u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandha tkun iffaċilitata permezz ta' riżorsi ta' persunal suffiċjenti u ta' mezzi finanzjarji xierqa.

(24)

F’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Diċembru 2010 dwar it-tisħiħ tar-reġimi ta’ sanzjoni fis-settur finanzjarju u sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament jiġu ssodisfati, huwa importanti li l-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-ksur ta’ dan ir-Regolament ikun soġġett għal sanzjonijiet u miżuri amministrattivi xierqa. Sabiex jiġi żgurat li s-sanzjonijiet ikollhom effett dissważiv u tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investituri billi jiġu mwissija dwar il-prodotti ta’ investiment ikkummerċjalizzati li jiksru dan ir-Regolament, is-sanzjonijiet u l-miżuri għandhom ▌jiġu ppubblikati▌.

(25)

Sabiex jiġu ssodisfati l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi ddelegata s-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikar tad-dettalji dwar il-preżentazzjoni u l-format tad-dokument bit-tagħrif ewlieni, il-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fid-dokument bit-tagħrif ewlieni, ir-rekwiżiti dettaljati fir-rigward taż-żmien meta għandu jingħata d-dokument bit-tagħrif ewlieni kif ukoll fir-rigward tar-reviżjoni u r-rieżami tiegħu. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa u l-ittestjar mal-konsumaturi matul il-ħidma preparatorja tagħha. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(26)

Il-Kummissjoni għandha tadotta standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ESMA, l-EBA u l-EIOPA skont l-Artikolu 8 rigward il-metodoloġija sottostanti l-preżentazzjoni tar-riskju u l-benefiċċji u l-kalkolu tal-ispejjeż u l-kriterji ambjentali, soċjali jew ta' governanza permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-Artikoli 10 sa 14 rispettivi tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, 1094/2010 u 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(27)

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data tirregola l-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-Istati Membri fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament u skont is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, jirregola l-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill- ASE skont dan ir-Regolament u taħt is-superviżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Kwalunkwe proċessar ta’ data personali mwettaq fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, bħall-iskambju jew it-trażmissjoni ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għandu jsir skont id-Direttiva 95/46/KE u kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni mill- ASE għandu jsir skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(28)

Filwaqt li l-UCITS huma prodotti ta’ investiment fis-sens ta’ dan ir-Regolament, l-istabbiliment riċenti tar-rekwiżiti tal-informazzjoni ewlenija għall-investitur skont id-Direttiva 2009/65/KE ifisser li jkun proporzjonat li l-UCITS bħal dawn jingħataw perjodu tranżitorju ta’ 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament matul liema żmien ma jkunux soġġetti għal dan ir-Regolament. Wara dan il-perjodu jsiru soġġetti għal dan ir-Regolament fin-nuqqas ta’ xi estensjoni ta’ dan il-perjodu tranżizzjonali. L-istess eżenzjoni għandha tapplika wkoll għal fondi mhux UCITS meta dawn ikunu diġà meħtieġa skont il-liġijiet nazzjonali biex jiġi stabbilit dokument bit-tagħrif ewlieni għall-investitur skont il-format u l-kontenut definiti fl-Artikoli 78 sa 81 tad-Direttiva 2009/65/KE.

(29)

Ir-rieżami ta’ dan ir-Regolament għandha titwettaq erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex tqis l-iżviluppi tas-suq, bħall-ħolqien ta’ tipi ġodda ta’ prodotti ta’ investiment, kif ukoll żviluppi f’oqsma oħra tal-liġi tal-Unjoni u l-esperjenzi tal-Istati Membri. Ir-rieżami għandha tivvaluta jekk il-miżuri introdotti tejbux il-protezzjoni u l-fehim medju tal-investituri normali fil-livell ta' konsumatur dwar il-prodotti ta’ investiment , l-edukazzjoni finanzjarja tagħhom u l-paragunabbiltà tal-prodotti. Għandha tqis ukoll jekk il-perjodu tranżizzjonali li japplika għall-UCITS għandux jiġi estiż, jew jekk għandhomx jitqiesu alternattivi oħra għat-trattament tal-UCITS. Abbażi tar-rieżami, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkompanjat, fejn xieraq, bi proposti leġiżlattivi.

(30)

Sabiex il-manifatturi tal-prodott ta’ investiment u l-persuni li jbigħu l-prodotti ta’ investiment jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju għall-applikazzjoni prattika tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jibdew japplikaw qabel sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal tranżazzjonijiet li seħħew fl-imgħoddi.

(31)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(32)

Billi l-għan tal-azzjoni li għandha tittieħed, jiġifieri t-titjib fil-protezzjoni għall-investituri fil-livell ta' konsumatur u t-titjib tal-fiduċja tagħhom fil-prodotti ta’ investiment u biex tindirizza d-dgħjufijiet identifikati, inkluż fejn dawk il-prodotti jinbigħu b’mod transfruntier, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaħdmu b’mod indipendenti minn xulxin, u għalhekk minħabba l-effetti tagħha tkun tista’ tinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dak l-għan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi dwar il-format u l-kontenut tad-dokument bit-tagħrif ewlieni li għandu jitfassal esklussivament mill-manifatturi tal-prodott ta’ investiment , dwar l-anness għad-dokument bit-tagħrif ewlieni, li jitfassal, fejn meħtieġ, mill-persuni li jbigħu l-prodotti ta' investiment, dwar l-informazzjoni li trid tingħata lill-investituri fil-livell ta' konsumatur mill-persuni li jbigħu l-prodotti ta' investiment bi qbil mal-[MiFID] u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-medjazzjoni tal-assigurazzjoni [IMD] dwar regoli uniformi dwar l-għoti ta’ dawk id-dokumenti lill-investituri fil-livell ta' konsumatur. Għandu l-għan li jippermetti lill-investituri fil-livell ta' konsumatur li jifhmu u jqabblu l-karatteristiċi u r-riskji ewlenin tal-prodott ta' investiment u jalloka r-responsabbiltà lill-manifattur tal-prodott għad-dokument bit-tagħrif ewlieni u lill-persuni li jbigħu prodotti ta' investiment għall-anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-manifattura u l-bejgħ tal-prodotti ta’ investiment.

Madankollu, ma għandux japplika għal dawn il-prodotti li ġejjin:

(a)

prodotti tal-assigurazzjoni li ma joffrux valur ta’ ċediment ▌;

(b)

depożiti , għajr depożiti strutturati kif definiti fl-Artikolu 4 tal-[MiFID] ;

(c)

titoli msemmija fil-punti (b) sa (g), (i) u (j) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2003/71/KE;

(d)

titoli oħra li ma jinkorporawx derivattiv , bl-eċċezzjoni ta' bonds tal-kumpaniji u strumenti maħruġa minn entitajiet ad hoc (SPVs) ;

(e)

skemi tal-pensjoni tax-xogħol uffiċjalment rikonoxxuti ▌ prodotti tal-pensjonijiet individwali li skont il-liġi nazzjonali jkunu jeħtieġu kontribuzzjoni finanzjarja mill-impjegatur u fejn l-impjegat ma jkollux għażla fir-rigward tal-fornitur tal-pensjoni;

(f)

skemi tas-sigurtà soċjali rikonoxxuti uffiċjalment soġġetti għal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

Artikolu 3

1.   Fejn il-manifatturi tal-prodott ta’ investiment soġġetti għal dan ir-Regolament huma wkoll soġġetti għad-Direttiva 2003/71/KE, dan ir-Regolament u d-Direttiva 2003/71/KE , bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 4(2)(v) tiegħu, għandhom japplikaw it-tnejn.

2.   Fejn il-manifatturi tal-prodott ta’ investiment soġġetti għal dan ir-Regolament huma wkoll soġġetti għad-Direttiva 2009/138/KE, dan ir-Regolament u d-Direttiva 2009/138/KE għandhom japplikaw it-tnejn.

Artikolu 4

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dawn id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

'prodott ta' investiment' tfisser prodott li permezz tiegħu persuna tista' tagħmel investiment finanzjarju, irrispettivament mill-forma legali u irrispettivament minn jekk l-ammont ripagabbli huwiex fiss jew varjabbli, inkluż fejn prodott ta' investiment jinkiseb permezz ta' parteċipazzjoni diretta ta' strumenti, ta' entitajiet ad hoc jew ta' kumpaniji finanzjarji ;

(b)

'manifattur tal-prodott ta’ investiment' tfisser:

(i)

kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li oriġinarjament timmanifattura prodott ta’ investiment;

(ii)

kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel tibdil fi prodott ta’ investiment eżistenti billi tbiddel il-profil tar-riskju u tal-benefiċċji tiegħu jew l-ispejjeż assoċjati mal-investiment fil-prodott ta’ investiment;

(iia)

l-emittent ta' titoli trasferibbli offruti lill-pubbliku jew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/71/KE u b'parteċipazzjoni diretta tal-investituri fil-livell ta' konsumatur.

(ba)

'persuna li tbigħ prodotti ta' investiment' tfisser persuna li tagħti parir, tikkummerċjalizza, tqassam jew tbigħ prodotti ta' investiment lil investitur fil-livell ta' konsumatur, lil distributur jew lil persuna li taġixxi bħala intermedjarju għal investiment minn investitur fil-livell ta' konsumatur;

(c)

'investituri fil-livell ta' konsumatur' tfisser:

(i)

klijenti fil-livell ta' konsumatur kif definiti ▌ [referenza għal MiFID/MiFIR] ;

(ii)

konsumaturi li mhumiex konsumaturi professjonali kif definiti fi [Anness I tal-IMD] […] ;

(d)

'prodotti tal-pensjoni' tfisser prodotti li skont il-liġi nazzjonali huma rikonoxxuti li għandhom l-għan ewlieni li jipprovdu lill-investitur fil-livell ta' konsumatur dħul fl-irtirar, u li permezz tagħhom l-investitur fil-livell ta' konsumatur ikun intitolat għal ċerti benefiċċji;

(e)

'mezz durabbli' tfisser mezz durabbli kif definit fl-Artikolu 2(m) tad-Direttiva 2009/65/KE;

(f)

'awtoritajiet kompetenti' tfisser l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri, bis-setgħa legali li jissuperviżjaw il-manifattur tal-prodott ta’ investiment jew il-persuna li tbiegħ il-prodott ta’ investiment lill-investitur fil-livell ta' konsumatur.

KAPITOLU II

DOKUMENT BIT-TAGĦRIF EWLIENI

TAQSIMA 1

TFASSIL TAD-DOKUMENT BIT-TAGĦRIF EWLIENI

Artikolu 5

Il-manifattur tal-prodott ta’ investiment għandu jfassal dokument bit-tagħrif ewlieni skont ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u għal kull prodott ta’ investiment li jipproduċi u għandu jippubblika d-dokument bit-tagħrif ewlieni, flimkien mal-prospett, meta rilevanti, fuq il-websajt tiegħu u fuq websajt unika li għandha tinħoloq mill-ASE rilevanti u l-awtorità superviżorja nazzjonali rilevanti qabel il-prodott ta’ investiment ikun jista’ jiġi distribwit fis-suq u jinbiegħ lill-investituri fil-livell ta' konsumatur.

Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jkun ikkompletat b'anness, meta xieraq. Il-persuna li tbigħ il-prodott ta' investiment għandha tikkompleta d-dokument bit-tagħrif ewlieni billi tfassal anness għalih. Id-dokument u l-anness tiegħu għandhom ikunu disponibbli wkoll f'forma stampata.

Il-manifattur tal-prodott ta' investiment għandu jkun responsabbli għal-kontenut tad-dokument bit-tagħrif ewlieni, u l-persuna li tbigħ il-prodott għandha tkun responsabbli għall-anness u biex tgħaddi d-dokument lill-investitur fil-livell ta' konsumatur.

Artikolu 5a

Proċess ta' approvazzjoni ta' prodott

1.     Manifattur tal-prodott ta' investiment għandu jiżgura li proċeduri u politiki xierqa jipprevedu kunsiderazzjoni bilanċjata tal-interessi tal-investituri fil-livell ta' konsumatur, tal-klijenti u tal-benefiċjarji ta' tali prodott ta' investiment matul l-iżvilupp tal-prodott ta' investiment, u li l-prodott ta' investiment huwa bil-fatti r-riżultat ta' din il-kunsiderazzjoni bilanċjata.

2.     Qabel ma jfassal dokument bit-tagħrif ewlieni skont l-Artikolu 5, il-manifattur tal-prodott għandu jivvaluta l-kompatibbiltà tal-prodott ta' investiment mal-interessi tal-investituri fil-livell ta' konsumatur billi jistabbilixxi proċess iddokumentat ta' approvazzjoni ta' prodott.

3.     Il-proċess ta' approvazzjoni ta' prodott għandu jiżgura li kull prodott ta' investiment jissodisfa l-ħtiġijiet ta' grupp ta' konsumaturi identifikat u li l-manifattur ta' prodott ikun wettaq valutazzjoni tar-riskji probabbli kollha rilevanti għall-ħtiġijiet tal-grupp ta' konsumaturi identifikat. Tali valutazzjoni għandha tinkludi ttestjar tal-istress tal-prodott ta' investiment.

4.     Il-proċess ta' approvazzjoni ta' prodott għandu jiżgura li prodotti ta' investiment li diġà huma disponibbli fis-suq jiġu rieżaminati regolarment sabiex ikun żgurat li l-prodott jibqa' kompatibbli mal-interessi tal-grupp ta' konsumaturi identifikat.

5.     Il-proċess ta' approvazzjoni ta' prodott għandu jiġi rieżaminat kull sena. Il-manifattur ta' prodott ta' investiment għandu f'kull ħin ikun jista' jipprovdi lill-awtorità kompetenti rilevanti deskrizzjoni aġġornata u dettaljata tan-natura u d-dettalji tal-proċess ta' approvazzjoni ta' prodott.

TAQSIMA II

FORMA U KONTENUT TAD-DOKUMENT BIT-TAGĦRIF EWLIENI

Artikolu 6

1.   Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jkun preċiż, ġust, ċar u ma jiżgwidax. Id-dokument bit-tagħrif ewlieni m'għandu jinkludi ebda reklami ta' prodotti, materjal ta' kummerċjalizzazzjoni, suġġerimenti personali jew rakkomandazzjoni għal investiment.

2.   Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jkun dokument waħdu, separat b’mod ċar mill-materjali tal-kummerċjalizzazzjoni , iżda mhux inferjuri għalihom . Jista' jkun fih kontroreferenzi għal dokumenti oħrajn bħal prospett, fejn issir referenza għal informazzjoni li tkun addizzjonali għall-informazzjoni li dan ir-Regolament jesiġi li tkun inkluża fid-dokument bit-tagħrif ewlieni. M'għandux ikun fih kontroreferenzi għal materjal ta' kummerċjalizzazzjoni.

2a.     Meta prodott ta' investiment jipprovdi lil investitur fil-livell ta' konsumatur b'għażliet b'rabta mat-terminu tal-investiment, l-għażla tal-benefiċċji jew l-ammonti ta' pagament jew joffri firxa ta' investimenti sottostanti li jistgħu jagħżlu minnhom, jew meta elementi tat-tagħrif fid-dokument bit-tagħrif ewlieni jistgħu jvarjaw u jiddependu fuq fatturi speċifiċi għal klijent individwali fil-livell ta' konsumatur, it-tagħrif meħtieġ mill-Artikolu 8(2) jista' jiġi ppreżentat f'termini ġeneriċi u bħala eżempji rappreżentattivi. F'din is-sitwazzjoni, id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jindika b'mod ċar f'liema dokumenti se jiġi pprovdut tagħrif iktar speċifiku.

2b.     Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jispeċifika b'mod ċar fejn u kif jinkiseb tagħrif addizzjonali dwar l-investiment propost, inkluż fejn u kif jista' jinkiseb prospett. Prospett għandu jsir disponibbli fuq talba u bla ħlas fi kwalunkwe ħin, u fil-lingwa li biha tali tagħrif ikun disponibbli għall-investituri fil-livell ta' konsumatur.

3.   Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jitfassal bħala dokument qasir li jkun miktub b'mod konċiż sa massimu ta' żewġ paġni A4 fuq żewġ naħat u bħala anness li jippromwovi l-paragunabbiltà u jkun :

(a)

ippreżentat u strutturat b’mod li jkun faċli jinqara, bl-użu ta’ tipa ta’ daqs li tinqara;

(aa)

iffukat fuq it-tagħrif ewlieni li jeħtieġu l-investituri fil-livell ta' konsumatur;

(b)

espress b’mod ċar u miktub b’lingwaġġ u stil li tikkomunika b’mod li tiffaċilita l-ftehim tal-informazzjoni mill-investituri għall-liema hija mmirata , b’mod partikolari jintuża f'lingwaġġ li jkun ċar, fil-qosor u jista' jinftiehem.

4.   Jekk jintużaw kuluri fid-dokument bit-tagħrif ewlieni, dawn ma għandhomx inaqqsu l-komprensjonabbiltà tat-tagħrif fil-każ li d-dokument bit-tagħrif ewlieni jiġi stampat jew fotokopjat fl-iswed u l-abjad.

5.   Fejn il-markar korporattiv jew il-logo tal-manifattur tal-prodott ta’ investiment jew tal-grupp li minnu jagħmel parti jintużaw fid-dokument bit-tagħrif ewlieni, dan ma għandux itellef lill-investitur fil-livell ta' konsumatur mill-informazzjoni li jkun hemm fid-dokument jew joskura t-test.

Artikolu 7

Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jinkiteb bil-lingwi uffiċjali, jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali użati fil-parti tal-Istat Membru fejn jiġi distribwit il-prodott ta’ investiment, jew b’lingwa oħra aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, jew fejn ikun ġie miktub b’lingwa differenti, dan għandu jiġi tradott f’waħda minn dawn il-lingwi.

Artikolu 7a

Meta d-dokument bit-tagħrif ewlieni jikkonċerna kuntratt ta' assigurazzjoni, il-kumpanija tal-assigurazzjoni għandha obbligi skont dan ir-Regolament biss lejn id-detentur tal-polza u mhux lejn il-benefiċjarju jew il-persuna assigurata.

Artikolu 8

1.   It-titolu “Dokument bit-Tagħrif Ewlieni” għandu jidher b’mod prominenti fuq in-naħa ta’ fuq tal-ewwel paġna tad-dokument bit-tagħrif ewlieni. Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għajr l-anness tiegħu għandu jitħejja minn waħda mill-partijiet. Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jinkludi l-isem tal-manifattur tal-prodott responsabbli għat-tfassil tad-dokument bit-tagħrif ewlieni u għandu jiddikjara b'mod ċar li l-manifattur tal-prodott huwa responsabbli għall-kontenut tiegħu. Bl-istess mod, l-anness għandu jitfassal mill-persuna li tbigħ u għandu jiddikjara l-isem tal-persuna jew tal-entità u jiddikjara b'mod ċar li hija responsabbli għall-kontenut tal-anness.

Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jiġi ppreżentat fis-sekwenza stabbilita fil-paragrafi li ġejjin.

Nota spjegattiva għandha tidher direttament taħt it-titolu. Din għandha taqra kif ġej:

Qed tħejji ruħek biex tixtri prodott ta' investiment.

Dan id-dokument jipprovdilek tagħrif ewlieni biex jgħinek tifhem il-karatteristiċi, ir-riskji, l-ispejjeż, il-gwadanji u t-telf potenzjali assoċjati miegħu u fl-anness tiegħu t-tariffa mħallsa lill-persuna li qed tbigħ.

Dan id-dokument huwa meħtieġ bil-liġi , mhuwiex materjal ta' kummerċjalizzazzjoni u huwa f'format standard biex wieħed ikun jista' jqabbel .”

2.   Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jinkludi din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

▌l-isem tal-prodott ta’ investiment u l-identità tal-manifattur tal-prodott ta’ investiment , u id-detentur tar-responsabbiltà legali għad-dokument (isem u indirizz) ;

(b)

taħt it-taqsima bit-titolu “X’inhu dan l-investiment?”, in-natura u l-karatteristiċi ewlenin tal-prodott ta’ investiment, inkluż

(i)

it-tip tal-prodott ta’ investiment;

(ii)

l-għanijiet tiegħu u l-modi ta' kif se jintlaħqu;

(iia)

tagħrif dwar il-grupp ta' konsumaturi fil-mira tal-prodott inkluża deskrizzjoni f'termini sempliċi tat-tipi ta' investituri li għalihom il-prodott ta' investiment huwa maħsub, f'termini ta' 'risk appetite', orizzont ta' investiment u għarfien finanzjarju li jkun ibbażat fuq il-proċess ta' approvazzjoni ta' prodott li l-manifattur ta' prodott ikun wettaq meta jibni l-prodott ta' investiment;

(iii)

notifika dwar jekk il-prodott ta' investiment hux qed jimmira għal riżultati ambjentali, soċjali jew ta' governanza jew le, inkluż, iżda mhux limitat għal, it-tnaqqis tal-marka tal-karbonju, kif dawn jitkejlu u jekk il-prodott huwiex investiment marbut mal-produzzjoni ta' oġġetti u servizzi jew le, bil-kuntrarju ta' operazzjonijiet unikament fis-swieq finanzjarju jew indiċi sintetiku ;

(iiia)

id-diżaggregazzjoni tal-portafoll tal-assi sottostanti skont is-settur ekonomiku ffinanzjat direttament jew indirettament;

(c)

taħt taqsima bit-titolu “X'deċiżjonijiet irrid nieħu?”, tagħrif dwar id-diversi deċiżjonijiet li investitur fil-livell ta' konsumatur irid jieħu, eż. għażla tal-fond, terminu ta' żmien, daqs tal-primjum, inkluż liema benefiċċji oħra jew kundizzjonijiet li jwasslu għall-benefiċċji huma disponibbli ;

(d)

taħt taqsima intitolata ▌"X’inhuma r-riskji u x’se niggwadanja? wara li tiġi kkunsidrata ▌l-evoluzzjoni tas-suq li jimmira għalih:

(i)

il-profil tar-riskji u l-benefiċċji tal-prodott ta' investiment, inkluż indikatur f'għamla sommarja li jikkonsisti minn viżwalizzazzjoni ċara u faċli biex tinftiehem tal-profil tar-riskji u l-benefiċċji tal-prodott ta' investiment;

(ii)

xenarji indikattivi tal-prestazzjoni netta futura, akkumpanjati minn spjegazzjoni narrativa tar-riskji ewlenin tal-prodott biex il-profil jitqiegħed f'kuntest; id-deskrizzjoni tar-riskji għandha tkun ċara u faċli biex tinftiehem;

(iii)

fil-każ ta' prodotti tal-pensjoni, taħt sottotaqsima bit-titolu “X’nista’ nieħu meta nirtira?”, projezzjonijiet tar-riżultati futuri possibbli, suddiviżi espliċitament f'xenarji tal-iżvilupp varji, inkluż l-agħar xenarju possibbli.

L-Awtorità Superviżorja Ewropea (ASE) rilevanti għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu d-definizzjoni preċiża ta' firxa limitata ta' kategoriji ta' riskju u l-istandards għall-viżwalizzazzjoni tal-indikatur f'għamla sommarja. Għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa.. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(e)

taħt taqsima bit-titolu “X'jista' jsir mill-investiment tiegħi? Hemm garanziji ta' kontinġenza u x'jiswew?”, indikazzjoni ċara ta' jekk huwiex possibbli telf tal-kapital

(i)

kwalunkwe garanzija u/jew protezzjoni tal-kapital mogħtija, kif ukoll kwalunkwe limitazzjoni għalihom, l-ammont aggregat inkluża l-identità tal-possessur ta' tali obbligazzjoni;

(ii)

jekk il-prodott ta' investiment huwiex kopert minn skema ta' kumpens jew garanzija, u jekk iva, liema skema, isem il-garanti u liema riskji huma koperti mill-iskema u liema mhumiex;

(iii)

taħt sottotaqsima bit-titolu “Jiena protett bl-assigurazzjoni?”, notifika ċara dwar jekk il-prodott ta' investiment jinkludix l-assigurazzjoni jew le u, jekk iva, tagħrif dwar tali kopertura tal-assigurazzjoni;

(iv)

jekk ikun rilevanti, miżuri ta' protezzjoni oħra bħal depożitarju tal-fondi, inklużi l-identità u l-funzjoni tal-partijiet involuti;

(ea)

taħt sottotaqsima intitolata: “X'jiġri f'każ ta' inadempjenza tal-manifattur jew tal-bejjiegħ tal-prodott ta' investiment?”, deskrizzjoni fil-qosor tat-telf massimu għall-investitur fil-livell ta' konsumatur u referenza għal jekk it-telf jistax jiġi rkuprat minn skema ta' kumpens jew garanzija għall-investitur fil-livell ta' konsumatur;

(eb)

taħt taqsima intitolata “X'jiġri jekk/meta mmut”, tagħrif dwar x'jiġri mill-flus miżmuma mill-prodott/fondi u kwalunkwe benefiċċju addizzjonali marbut mal-mewt;

(f)

taħt taqsima bit-titolu “X’inhuma l-ispejjeż?”, l-ispejjeż totali assoċjati mal-investiment fil-prodott ta’ investiment, li jinkludu kemm l-ispejjeż diretti kollha kif ukoll dawk indiretti kollha li għandu jġorr l-investitur, inkluż indikaturi f’għamla sommarja ta’ dawn l-ispejjeż , fosthom:

(i)

spejjeż ta' dħul, tkomplija u ħruġ li għandhom jitħallsu mill-investitur fil-livell ta' konsumatur, kif ukoll bħala termini ta' pagament ta' primjum u flessibbiltà, filwaqt li ssir distinzjoni ċara bejn kwistjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-manifattur tal-prodott u dawk li huma r-responsabbiltà tal-persuni li jbigħu prodotti ta' investiment, inklużi indikaturi f'għamla sommarja ta' dawk l-ispejjeż;

(ii)

l-imposti annwali u pagamenti oħra kollha meħuda mill-prodott fuq perjodu definit, inkluża kwalunkwe imposta varjabbli (bħal spejjeż għat-tranżazzjonijiet, taxxi tal-borża), li ma jistgħux jiġu inklużi fil-kalkoli tal-ispejjeż.

L-ispejjeż u t-tnaqqis għandhom jiġu indikati b'mod li juru l-effett kumulattiv kompost tagħhom fuq l-investiment fuq perjodu rappreżentattiv tal-investiment; u, għal raġunijiet ta' paragunabbiltà, l-ispejjeż totali espressi f’termini monetarji u perċentwali, biex jintwerew l-effetti tal-ispejjeż totali fuq l-investiment. Jekk il-prodott ta' investiment ikollu limitu ta' marġni għal redditi possibbli li jnaqqas ir-redditu nett għall-investitur fil-livell tal-konsumatur billi jagħti lill-manifattur il-qligħ kollu 'l fuq mil-limitu, dan għandu jkun żvelat b'mod ċar.

Għandu jingħata tagħrif dwar kif jiġi aċċessat il-kalkulatur tal-fondi online indipendenti operat mill-ASE ;

(h)

taħt taqsima intitolata “Nista' niġbed il-flus?”:

(i)

il-possibbiltà ta' żmien biex wieħed jerġa jaħsibha fir-rigward tal-prodott ta' investiment;

(ii)

indikazzjoni tal-perjodu ta' parteċipazzjoni minimu rakkomandat jew meħtieġ;

(iii)

il-possibbiltà u l-kundizzjonijiet għal kwalunkwe diżinvestiment qabel il-maturità, b'kunsiderazzjoni tal-profil tar-riskji u l-benefiċċji tal-prodott ta' investiment u l-evoluzzjoni tas-suq fil-mira;

(iv)

tagħrif dwar il-konsegwenzi potenzjali li l-flus jinġibdu qabel tmiem it-terminu jew il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat;

(v)

indikazzjoni tal-orizzont medju ta' investiment tal-portafoll tal-assi sottostanti, abbażi tal-fatturat medju tat-titoli miżmuma għall-kummerċ u l-maturità medja tat-titoli ta' dejn miżmuma sal-maturità.

(ha)

taħt taqsima intitolata “Kif inkun naf kif ikun sejjer il-prodott?”, dikjarazzjoni li l-manifattur jgħarraf lill-klijent b'mod trasparenti permezz ta' dokument annwali dwar ir-rendiment tal-prodott ta' investiment. Dan id-dokument għandu jinkludi d-divulgazzjoni ex post tar-redditu tal-prodott ta’ investiment fis-sena li għaddiet. Barra minn hekk, dan ir-redditu ex post għandu jiġi pparagunat ma’ prodott ta’ investiment differenti bi profil tar-riskju paragunabbli. Jekk il-konsumatur ikollu fil-pussess tiegħu diversi prodotti ta’ investiment ta’ manifattur partikolari u li huma koperti b’dan ir-regolament, id-divulgazzjoni u l-paragun imsemmija hawn fuq għandhom jiġu applikati għall-portafoll kollu kemm hu. Għandha tiġi żvelata wkoll kull spiża li taffettwa r-rendiment tal-prodott ta’ investiment.

(hb)

taħt taqsima intitolata “Kif nista’ nressaq ilment?”, tagħrif dwar kif u quddiem min klijent jista’ jressaq ilment dwar il-prodott u l-amministrazzjoni tiegħu;

(hc)

taħt taqsima intitolata “X'inhuma d-dokumenti legali l-oħra relatati ma' dan il-prodott?”, deskrizzjoni fil-qosor tad-dokumentazzjoni (inkluż prospett, meta rilevanti) u mingħajr materjal ta' kummerċjalizzazzjoni;

(hd)

F'taqsima qrib l-aħħar tad-dokument, intestatura ġdida “Informazzjoni dwar il-prodott” li tiddikjara (meta jkun applikabbli):

(i)

in-numru internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN) tal-prodott;

(ii)

in-numru tal-istandards internazzjonali tal-awditjar (ISA) tal-prodott;

(iii)

ir-rata tal-imgħax tal-prodott;

(iv)

il-borża marbuta mal-prodott;

(v)

il-munita tal-prodott; kif ukoll

(vi)

id-data tal-ħruġ tal-prodott;

(he)

l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità kompetenti li tirregola l-prodott;

(hf)

taħt taqsima intitolata “Benefiċċji tal-assigurazzjoni”, indikazzjoni dwar jekk il-prodott ta' investiment joffrix benefiċċji tal-assigurazzjoni u jekk iva, dettalji ta' dawn il-benefiċċji tal-assigurazzjoni, skont id-Direttiva 2009/138/KE, ħlief għall-Artikolu 8(2) tagħha. Fejn il-kuntratt joffri għażla bejn ħafna assigurazzjonijiet tal-ħajja marbuta ma' unitajiet ta' investiment, għandu jinkludi wkoll tabella f'għamla sommarja li tikklassifika dawn l-unitajiet fi tliet kategoriji, skont il-livell ta' riskju tagħhom.

B'kunsiderazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE u bi qbil mal-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament, l-EIOPA għandha tingħata s-setgħa li tiddetermina:

(i)

il-karatteristiċi ewlenin tal-kuntratt tal-assigurazzjoni;

(ii)

il-forma eżatta tad-dokument tal-assigurazzjoni speċifiku;

(iii)

il-kontenut tad-dokument tal-assigurazzjoni speċifiku, inklużi l-għażliet tal-allokazzjoni tal-assi offruti lill-investitur fil-livell ta’ konsumatur;

(iv)

ir-regoli biex jiġu klassifikati l-unitajiet fi tliet kategoriji.

Il-manifattur tal-prodott ta' investiment għandu jqassam dokument bit-tagħrif ewlieni għal kull investiment sottostanti tal-kuntratti tal-assigurazzjoni eliġibbli għal dan ir-Regolament. L-investimenti sottostanti jinkludu l-unitajiet tal-kontabilità u/jew il-fondi denominati tal-munita, jekk ikun rilevanti, u l-kategorija tal-livell ta' riskju marbut ma' kull wieħed u waħda minnhom.

3.    L-anness għad-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jiżvela l-identità tal-persuna li tbigħ il-prodotti ta' investiment u għandu jispeċifika wkoll, meta applikabbli:

(a)

indikazzjoni li l-leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-investitur jista' jkollha impatt sinifikanti fuq ir-redditu mistenni u attwali tal-investiment;

(b)

l-ispejjeż marbuta mal-prodott ta' investiment meta jkun l-intermedjarju, inklużi l-kummissjonijiet, ir-retroċessjonijiet jew benefiċċji oħra marbuta mat-tranżazzjoni mħallsa mill-manifattur jew minn parti terza, kif previst fid-Direttiva 2004/39/KE u fid-Direttiva 2002/39/KE  (12).

3a.     L-ASE rilevanti għandha tiżviluppa kalkulatur tal-fondi online indipendenti li jkun inkluż fil-websajt tagħha. Il-kalkulatur tal-fondi għandu jippermetti lill-investituri li jikkalkulaw il-benefiċċji tal-prodott ta’ investiment fil-livell ta' konsumatur propost billi jiddaħħlu t-tagħrif dwar it-tul ta' żmien mistenni tal-investiment, l-ammont investit, u r-redditu tal-investiment sottostanti stmat f'termini perċentwali sabiex jiġi determinat il-valur aħħari tal-investiment wara l-ispejjeż.

Il-kalkulatur tal-fondi għandu jinkludi fil-kalkolu tiegħu l-ispejjeż u t-tariffi li jirrikjedu l-manifatturi varji tal-prodott ta' investiment għal kwalunkwe fond mibjugħ lill-pubbliku, flimkien ma' kwalunkwe spiża jew tariffa ulterjuri li jirrikjedu l-intermedjarji jew partijiet oħra tal-katina tal-investiment mhux diġà inklużi mill-manifatturi tal-prodott.

Il-manifatturi tal-prodott ta' investiment u l-persuni li jirrakkomandaw jew ibigħu l-prodotti tal-investiment għandhom ikunu mitluba jissottomettu data rilevanti lill-ASE fuq bażi ta' kull tliet xhur, b'dewmien massimu ta' 60 ġurnata għal dik ir-raġuni.

L-ASE rilevanti għandha tingħata r-riżorsi li bihom twettaq din il-ħidma. Għandha taħdem mill-qrib mal-ASE oħrajn meta jkun meħtieġ.

4.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi ppreżentata f’format komuni inkluż l-intestaturi komuni u ssegwi l-ordni standardizzata stabbilita fil-paragrafu 2, sabiex tippermetti l-ipparagunar mad-dokument bit-tagħrif ewlieni ta’ kwalunkwe prodott ta’ investiment ieħor u jintwera b’mod prominenti simbolu komuni biex id-dokument ikun distint minn dokumenti oħra.

5.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 23 li jispeċifikaw id-dettalji dwar il-preżentazzjoni u l-kontenut ta’ kull wieħed mill-elementi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, inkluż l-effett tal-introduzzjoni ta' indikaturi tar-riskju, u fil-paragrafu 3(a), il-preżentazzjoni u d-dettalji tal-informazzjoni l-oħra li l-manifattur tal-prodott u l-persuna li tbigħ prodotti ta' investiment jistgħu jinkludu fid-dokument bit-tagħrif ewlieni kif imsemmi fil-paragrafu 3, u d-dettalji tal-format komuni u s-simbolu komuni msemmija fil-paragrafu 4. Il-Kummissjoni għandha tqis id-differenzi bejn il-prodotti ta’ investiment u l-kapaċitajiet tal-investituri fil-livell ta' konsumatur kif ukoll il-karatteristiċi tal-prodotti ta’ investiment li jippermettu lill-investitur fil-livell ta' konsumatur jagħżel bejn investimenti sottostanti differenti jew għażliet oħra li joffri l-prodott, inkluż fejn din l-għażla tista’ sseħħ f’punti taż-żmien differenti, jew fejn tista’ tinbidel fil-ġejjieni.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa wkoll li tadotta atti delegati li jistabbilixxu linji gwida għall-iżvilupp ta' kriterji tal-Unjoni għal prodotti ta' investiment soċjali u ambjentali. Dawk il-kriterji għandhom jappoġġaw ekonomija ta' finanzjament fit-tul u għandhom jippromwovu l-iżvilupp ambjentali u soċjali sostenibbli f'investimenti finanzjarji kif ukoll l-istabbiliment ta' marka valida fl-Unjoni kollha għall-investiment sostenibbli. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa wkoll li tadotta atti delegati bl-għan li jiġu definiti l-istandards għal dawk in-notifiki ambjentali rigward ir-riskji ambjentali possibbli.

Qabel ma tadotta l-atti delegati stabbiliti f'dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha twettaq testijiet fost il-konsumaturi sabiex tagħżel l-aktar miżuri xierqa għall-investituri fil-livell ta' konsumatur. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ASE, għandha tfassal ukoll kampjuni ta' dokumenti bit-tagħrif ewlieni li jqisu d-differenzi bejn il-prodotti ta’ investiment.

6.   EBA, EIOPA u l-ESMA għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ standards regolatorji li jiddeterminaw:

(a)

il-metodoloġija sottostanti l-preżentazzjoni tal-profili tar-riskji u l-benefiċċji kif imsemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(b)

il-kalkolu tal-ispejjeż , inkluża l-ispeċifikazzjoni tal-indikaturi f'għamla sommarja, kif imsemmi fil-punt (f) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(ba)

il-prinċipji li għandhom jintużaw għall-eżiti ambjentali, soċjali jew ta' governanza kif imsemmi fil-paragrafu 2(b)(iii).

(bb)

fir-rigward ta' kull waħda mill-mistoqsijiet imsemmija f'dan l-Artikolu, il-lista ta' prodotti li japplikaw għalihom.

L-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom iqisu t-tipi differenti ta' prodotti ta’ investiment u l-ħidma li diġà saret skont il-[MiFID], l-[IMD], id-Direttiva 2003/71/KE, id-Direttiva 2009/138/KE u d-Direttiva 2009/65/KE li tintroduċi dokument bit-tagħrif ewlieni tal-investitur għall-UCITS .

L-ASE għandhom jissottomettu dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […].

Huma mogħtija setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 8a

Marka ta' kumplessità

1.     Prodotti ta' investiment esposti għal riskju wieħed jew aktar minn riskju wieħed minn dawk deskritti fil-paragrafu 2 għandhom jiddivulgaw fuq nett tal-ewwel paġna tad-dokument bit-tagħrif ewlieni b'tipa viżibbli b'mod ċar id-dikjarazzjoni li ġejja:

“Marka ta' kumplessità: Dan il-prodott huwa meqjus bħala wieħed kumpless ħafna, u jista' ma jkunx xieraq għall-investituri kollha fil-livell ta' konsumatur.”

2.     Prodotti ta' investiment għandhom jitqiesu li mhumiex immirati għall-investituri fil-livell ta' konsumatur jekk jiġu ssodisfati waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet ġejjin:

(a)

il-profil tar-riskji u l-benefiċċji jew l-ispejjeż huma ppreżentati b'mod ikkumplikat wisq;

(b)

il-prodott jinvesti f'assi sottostanti li s-soltu ma jkunx hemm investimenti fihom minn investituri mhux professjonali;

(c)

il-profil tar-riskji u l-benefiċċji huwa suġġett għall-okkorrenzi simultanji ta' żewġ avvenimenti jew aktar marbuta ma' tal-anqas żewġ klassijiet ta' assi differenti;

(d)

numru ta' mekkaniżmi differenti huma użati biex jiġi kkalkulat ir-redditu finali fuq l-investiment, u dan joħloq riskju akbar ta' malintiż min-naħa tal-investitur fil-livell ta' konsumatur;

(e)

ir-redditu mill-investiment jinkludi karatteristiċi tal-aggregazzjoni li jibbenefikaw mill-preġudizzji fl-imġiba tal-investituri fil-livell ta' konsumatur, pereżempju billi joffru rata fissa attraenti (“teaser”) segwita minn rata kundizzjonali li tvarja, li tkun ħafna ogħla, jew formula iterattiva;

(f)

l-esponiment globali tal-prodott finanzjarju, ikkalkulat mal-valur f'riskju ta' kull xahar tiegħu, ikkalkulat f'intervall ta' kunfidenza ta' 99 % fil-mument tal-kummerċ, ikun ogħla minn 20 %.

3.     L-ASE għandhom jiżviluppaw linji gwida dwar il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

L-ASE għandhom jissottomettu dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni bi … [6 xhur wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-ĠU].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 9

Il-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni relatati mal-prodott ta’ investiment ma għandhomx jinkludu dikjarazzjonijiet li jikkontradixxu l-informazzjoni li fih id-dokument bit-tagħrif ewlieni jew li jnaqqsu s-sinifikat tiegħu . Il-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni għandhom jinfurmaw li d-dokument bit-tagħrif ewlieni huwa ppubblikat fuq websajt uffiċjali tal-awtorità kompetenti bil-link diretta . Tista' tingħata mingħajr ħlas kopja stampata fuq talba lill-manifattur jew lill-persuni li jbigħu l-prodotti ta’ investiment.

Artikolu 10

1.   Il-manifattur tal-prodott ta’ investiment għandu janalizza l-informazzjoni li fih id-dokument bit-tagħrif ewlieni b’mod regolari u  għandu jirrevedi d-dokument fejn l-analiżi tindika li hemm bżonn isir it-tibdil materjali skont l-Artikolu 8, b'mod partikolari jekk ikun sar tibdil materjalment sinifikanti lill-prodott u b'mod partikolari fir-rigward taż-żieda tar-riskji jew tal-ħolqien ta' valur fil-ġestjoni tal-investiment u r-riskju rilevanti fil-ġestjoni tal-investiment, u għandu jagħmel disponibbli minnufih il-verżjoni riveduta . Tali reviżjoni għandha tinkludi l-użu tal-istandards definiti fid-dokumenti bit-tagħrif ewlieni tal-prodott ta’ investiment li jindikaw li hemm bżonn isir it-tibdil. Dan għandu jiġi espress b'mod ċar, konċiż u komprensibbli fil-parti deskrittiva tar-rapport annwali u għandu jinkludi sommarju veru u ġust tal-prestazzjoni tal-assi tal-investiment, it-total aggregat, l-ispejjeż, l-istrateġiji tal-ġestjoni tal-investiment, il-ħolqien ta' valur fil-ġestjoni tal-investiment u l-iżvilupp tar-riskju rilevanti fil-ġestjoni tal-investiment, inklużi l-istandards stabbiliti fid-dokumenti bit-tagħrif ewlieni tal-prodott ta' investiment.

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 23 li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-analiżi tal-informazzjoni li fih id-dokument bit-tagħrif ewlieni u għar-reviżjoni tad-dokument bit-tagħrif ewlieni , b'kunsiderazzjoni tan-natura tal-prodott ta' investiment, fir-rigward ta’:

(a)

il-kundizzjonijiet u l-frekwenza tal-analiżi tal-informazzjoni li fih id-dokument bit-tagħrif ewlieni;

(b)

il-kundizzjonijiet li taħthom għandu jiġi rivedut it-tagħrif fid-dokument bit-tagħrif ewlieni, u li taħthom huwa obbligatorju jew fakultattiv li jiġi ppubblikat u distribwit mill-ġdid id-dokument bit-tagħrif ewlieni rivedut;

(c)

il-kundizzjonijiet speċifiċi li taħthom għandha tiġi analizzata l-informazzjoni li fih id-dokument bit-tagħrif ewlieni jew għandu jiġi rivedut id-dokument bit-tagħrif ewlieni meta l-prodott ta’ investiment ikun disponibbli għall-investituri fil-livell ta' konsumatur b’mod mhux kontinwu;

(d)

iċ-ċirkostanzi li jirreferu għall-prodott innifsu jew għall-kondizzjonijiet tas-suq li fihom l-investituri fil-livell ta' konsumatur għandhom jiġu infurmati dwar id-dokument bit-tagħrif ewlieni rivedut għal prodott ta’ investiment mixtri minnhom.

Artikolu 11

1.    It-tagħrif ewlieni għall-investituri huwa tagħrif prekuntrattwali. Għalhekk, għandu jkun ġust, ċar u ma jiżgwidax. Għandu jipprovdi tagħrif ewlieni u għandu jkun konsistenti ma' kwalunkwe dokument kuntrattwali vinkolanti, bil-partijiet rilevanti tad-dokumenti ta' offerta u bit-termini u l-kundizzjonijiet tal-prodott ta' investiment. Fejn il-manifattur tal-prodott ta’ investiment ikun ipproduċa dokument bit-tagħrif ewlieni li ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u li abbażi tiegħu investitur fil-livell ta' konsumatur ikun ħa deċiżjoni ta’ investiment, dak l-investitur fil-livell ta' konsumatur jista’ jippretendi mingħand il-manifattur tal-prodott ta’ investiment kwalunkwe telf ikkawżat lil dak l-investitur fil-livell ta' konsumatur minħabba d-dokument bit-tagħrif ewlieni u jista', meta xieraq, jirritorna l-prodott ta' investiment u jiġi rrimborżat it-telf . Meta persuna li tbigħ prodotti ta’ investiment tkun ipproduċiet anness għal dokument bit-tagħrif ewlieni li ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u li abbażi tiegħu investitur fil-livell ta' konsumatur ikun qagħad fuqu meta ħa deċiżjoni ta’ investiment, tali investitur fil-livell ta' konsumatur jista’ jitlob, mingħand il-persuna li tbigħ il-prodotti ta’ investiment, id-danni għal kwalunkwe telf ikkawżat lil dak l-investitur fil-livell ta' konsumatur permezz tal-użu tal-anness u jista', meta xieraq, jirritorna l-prodott ta' investiment u jiġi rrimborżat it-telf .

2.   Meta l-investitur fil-livell ta' konsumatur juri li sofra telf u li t-tagħrif identifikat fid-dokument kien jiżgwida , il-manifattur tal-prodott ta’ investiment jew il-persuna li tbigħ prodotti ta' investiment ikollhom jipprovaw li d-dokument bit-tagħrif ewlieni tfassal f’konformità mal-Artikoli 6, 7 u 8 ta’ dan ir-Regolament. Jista' jkun hemm każ ta' responsabbiltà ċivili tal-manifattur tal-prodott ta' investiment f'każijiet bħal dawn abbażi tad-dokument bit-tagħrif ewlieni, inkluża kwalunkwe traduzzjoni tiegħu.

3.    Il-manifattur tal-prodott għandu jkun responsabbli skont il-liġi ċivili jekk investitur iġarrab telf li jirriżulta mid-dipendenza tiegħu fuq dokument bit-tagħrif ewlieni li ma jkunx issodisfa r-rekwiżiti skont il-paragrafu 1 jew 2 ta' hawn fuq. Tali responsabbiltà m'għandhiex tkun limitata jew revokata minn klawżoli kuntrattwali, jew bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti.

TAQSIMA III

GĦOTI TAD-DOKUMENT BIT-TAGĦRIF EWLIENI

Artikolu 12

1.   Il-persuna li tbigħ il-prodott ta’ investiment lill-investituri fil-livell ta' konsumatur għandha tipprovdilhom id-dokument bit-tagħrif ewlieni mfassal mill-manifattur tal-prodott ta' investiment bla dewmien u f'biżżejjed żmien qabel ma jittieħed xi impenn relatat mal-prodott ta’ investiment. Meta prodott ta' investiment jiġi rakkomandat lil klijent, id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jiġi pprovdut bla dewmien.

1a.     Persuna għandha tikseb permess bil-miktub min qabel mill-manifattur tal-prodott ta' investiment biex tiddistribwixxi d-dokument ewlieni għall-investituri tagħhom lill-investitur fil-livell ta' konsumatur. Tali permess jista' jingħata mill-manifattur tal-prodott ta’ investiment fuq bażi indefinita, għal perjodu limitat ta' żmien, jew suġġett għal kundizzjonijiet oħra. Meta xi kundizzjoni speċifika ma tkunx issodisfata, tali permess għandu jitqies bħala li ma ngħatax għall-finijiet ta' dan il-paragrafu.

1b .    L-investituri fil-livell ta' konsumatur għandhom jikkonfermaw bil-miktub jew elettronikament li jkunu rċevew id-dokument bit-tagħrif ewlieni.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, u suġġett għall-Artikolu 13(5), persuna li tbigħ prodott ta' investiment għandha tagħti lill-investitur fil-livell ta' konsumatur il-websajt uffiċjali fejn jista jinstab id-dokument bit-tagħrif ewlieni qabel il-konklużjoni tat-tranżazzjoni meta:

(a)

ll-investitur fil-livell ta' konsumatur jagħżel li jikkonkludi t-tranżazzjoni peremzz ta' mezzi ta' komunikazzjoni mill-bogħod;

(b)

l-għoti tad-dokument bit-tagħrif ewlieni skont il-paragrafu 1 ma jkunx possibbli;

(ba)

l-investitur fil-livell ta’ konsumatur jitlob li jirċievi d-dokument bit-tagħrif ewlieni direttament wara l-konklużjoni tat-tranżazzjoni, pjuttost milli jdewwem it-tranżazzjoni sabiex jirċievi d-dokument minn qabel. Il-persuna li tbigħ jew li tagħti pariri dwar il-prodott ta' investiment m'għandhiex toffri din l-għażla qabel ma jitlobha l-investitur fil-livell ta' konsumatur;

(c)

il-persuna li tbigħ il-prodott ta' investiment tkun infurmat lill-investitur fil-livell ta' konsumatur dwar dan.

3.   Meta jitwettqu tranżazzjonijiet suċċessivi fir-rigward l-istess prodott ta’ investiment f’isem l-investitur fil-livell ta' konsumatur skont l-istruzzjonijiet mogħtija minn dak l-investitur fil-livell ta' konsumatur lill-persuna li qed tbiegħ il-prodott ta' investiment qabel l-ewwel tranżazzjoni, l-obbligu li jiġi pprovdut id-dokument bit-tagħrif ewlieni skont il-paragrafu 1 għandu japplika biss għall-ewwel tranżazzjoni , sakemm id-dokument bit-tagħrif ewlieni jkun ġie aġġornat mill-ewwel tranżazzjoni jew ikun disponibbli rapport annwali ġdid .

4.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 23 li jispeċifikaw:

(a)

il-kundizzjonijiet biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit li jiġi pprovdut id-dokument bit-tagħrif ewlieni f'biżżejjed żmien minn qabel kif stabbilit fil-paragrafu 1;

(b)

il-metodu u l-limitu ta’ żmien biex jingħata d-dokument bit-tagħrif ewlieni skont il-paragrafu 2.

Artikolu 13

1.   Il-persuna li tbigħ il-prodott ta’ investiment għandha tipprovdi d-dokument bit-tagħrif ewlieni qabel ma jsir ftehim vinkolanti ma' investitur fil-livell ta' konsumatur u mingħajr ħlas. Għandha dejjem tingħata mingħajr ħlas kopja stampata meta r-rakkomandazzjoni ta’ investiment jew is-servizz intermedjarju jingħataw personalment .

2.   Il-persuna li tagħti pariri dwar jew tbigħ prodott ta’ investiment , jew li taġixxi bħala intermedjarju fil-bejgħ tiegħu, għandha tipprovdi d-dokument bit-tagħrif ewlieni lill-investitur fil-livell ta' konsumatur b'wieħed mill-mezzi li ġejjin , li jridu jkunu ġenwinament aċċessibbli għall-investitur fil-livell ta’ konsumatur :

(a)

stampat;

(b)

bl-użu ta’ mezz durabbli għajr dak stampat, fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 jkunu ssodisfati; jew

(c)

permezz ta’ websajt fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5 jkunu ssodisfati.

3.   Madnakollu, meta d-dokument bit-tagħrif ewlieni jiġi pprovdut bl-użu ta’ mezz durabbli għajr dak stampat jew permezz ta’ websajt, għandha tingħata kopja stampata lill-investituri fil-livell ta' konsumatur fuq talba u mingħajr ħlas.

4.   Id-dokument bit-tagħrif ewlieni jista’ jiġi pprovdut bl-użu ta’ mezz durabbli għajr dak stampat jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-użu tal-mezz durabbli huwa xieraq fil-kuntest tan-negozju li jkun qed isir bejn il-persuna li tagħti pariri dwar jew li tbigħ il-prodott ta’ investiment , jew li taġixxi bħala intermedjarju fil-bejgħ tiegħu, u l-investitur fil-livell ta' konsumatur; u

(b)

l-investitur fil-livell ta' konsumatur ikun ingħata l-għażla bejn l-informazzjoni stampata u bil-mezz durabbli, u jkun għażel dak il-mezz l-ieħor.

5.   Id-dokument bit-tagħrif ewlieni jista' jiġi provdut permezz ta’ websajt jekk id-dokument bit-tagħrif ewlieni jkun indirizzat personalment lill-investitur fil-livell ta' konsumatur jew jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għoti tad-dokument bit-tagħrif ewlieni permezz ta' websajt ikun xieraq fil-kuntest tan-negozju li jkun qed isir bejn il-persuna li tagħti pariri dwar jew li tbigħ il-prodott ta’ investiment , jew li taġixxi bħala intermedjarju fil-bejgħ tiegħu, u l-investitur fil-livell ta' konsumatur;

(b)

l-investitur fil-livell ta' konsumatur ikun ikkonsenta li jingħata d-dokument bit-tagħrif ewlieni permezz ta’ websajt;

(c)

ll-investitur fil-livell ta' konsumatur ikun ġie nnotifikat b’mod elettroniku bl-indirizz tal-websajt, u bil-post fil-websajt minn fejn jista’ jaċċessa l-informazzjoni;

(d)

fejn id-dokument bit-tagħrif ewlieni jkun ġie rivedut skont l-Artikolu 10 l-aktar verżjoni reċenti għandha tiġi pprovduta wkoll lill-investitur fil-livell ta' konsumatur; fuq talba tal-investitur fil-livell ta' konsumatur, għandhom jiġu pprovduti wkoll il-verżjonijiet preċedenti;

(e)

ikun żgurat li d-dokument bit-tagħrif ewlieni jibqa' aċċessibbli fil-websajt għal perjodu ta' żmien raġonevolment twil biżżejjed biex l-investitur fil-livell ta' konsumatur ikun biex jikkonsultah.

6.   Għall-finijiet tal-paragrafu 4 u 5, l-għoti tal-informazzjoni bl-użu ta’ mezz durabbli għajr dak stampat jew permezz ta’ websajt għandhom jitqiesu xierqa fil-kuntest tan-negozju mwettaq bejn il-persuna li tbigħ il-prodott ta’ investiment u l-investitur fil-livell ta' konsumatur, jekk ikun hemm prova li l-investitur fil-livell ta' konsumatur għandu aċċess regolari għall-internet. L-għoti ta' indirizz elettroniku min-naħa ta' investitur fil-livell ta' konsumatur għall-finijiet tat-twettiq ta’ dak in-negozju għandu jitqies bħala evidenza ta’ dan.

KAPITOLU IIa

INTERVENT FUQ IL-PRODOTT

Artikolu 13a

Setgħat ta' intervent tal-ASE

1.     B'konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 jew tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ASE għandhom jimmonitorjaw prodotti ta' investiment jew strumenti finanzjarji li huma kummerċjalizzati, distribwiti jew mibjugħa fl-Unjoni. L-ASE jistgħu jinvestigaw prodotti ta' investiment jew strumenti finanzjarji ġodda qabel ma jiġu kummerċjalizzati, distribwiti jew mibjugħa fl-Unjoni b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti.

2.     B'konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 jew tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, ASE tista', meta tkun sodisfatta fuq bażi raġonevoli li l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu huma ssodisfati, tipprojbixxi jew tirrestrinġi temporanjament fl-Unjoni l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' prodotti ta' investiment jew ta' strumenti finanzjarji.

L-ASE jistgħu jispeċifikaw f'liema ċirkostanzi għandha, projbizzjoni jew restrizzjoni, tapplika jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet.

3.     ASE għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 2 biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-azzjoni proposta tindirizza theddida sinifikanti għall-protezzjoni tal-investituri fil-livell ta' konsumatur jew għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni;

(b)

ir-rekwiżiti regolatorji skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li huma applikabbli għall-prodott ta' investiment, l-istrument finanzjarju jew l-attività finanzjarja rilevanti ma jindirizzawx it-theddida;

(c)

awtorità kompetenti jew awtoritajiet kompetenti ma ħadux azzjoni biex jindirizzaw it-theddida jew inkella l-azzjonijiet li ttieħdu ma jindirizzawx adegwatament it-theddida.

Meta l-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu jkunu ġew issodisfati, ASE tista' timponi projbizzjoni jew restrizzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2.

4.     Meta tieħu azzjoni skont dan l-Artikolu, ASE għandha tqis kemm l-azzjoni la:

(a)

jkollha effett negattiv fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq l-investituri fil-livell ta' konsumatur li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-azzjoni; u lanqas

(b)

toħloq riskju ta’ arbitraġġ regolatorju.

Meta awtorità kompetenti jew awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu miżura skont l-Artikolu 13b, ASE tista' tieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 mingħajr ma toħroġ l-opinjoni prevista fl-Artikolu 13c.

5.     Qabel ma tiddeċiedi li tieħu xi azzjoni skont dan l-Artikolu, ASE għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bl-azzjoni li tipproponi.

6.     Qabel ma tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 2, ASE għandha tinnotifika l-intenzjoni tagħha li tipprojbixxi jew tirrestrinġi prodott ta' investiment jew strument finanzjarju sakemm ma jsirux ċerti bidliet fil-karatteristiċi tal-prodott ta' investiment jew tal-istrument finanzjarju f'perjodu ta' żmien speċifikat.

7.     Kull ASE għandha tippubblika fil-websajt tagħha avviż dwar kwalunkwe deċiżjoni li tieħu xi azzjoni skont dan l-Artikolu. L-avviż għandu jispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni u jispeċifika żmien, wara l-pubblikazzjoni tal-avviż, minn meta se jidħlu fis-seħħ il-miżuri. Projbizzjoni jew restrizzjoni għandha tapplika biss għal azzjonijiet wara li l-miżuri jidħlu fis-seħħ.

8.     L-ASE rilevanti għandhom jagħmlu rieżami ta' projbizzjoni jew restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 2 f'intervalli xierqa u tal-inqas kull tliet xhur. Jekk il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni ma tiġġeddidx wara dak il-perjodu ta' tliet xhur, din għandha tiskadi.

9.     L-azzjoni adottata mill-ASE skont dan l-Artikolu għandha tirbaħ fuq kwalunkwe azzjoni preċedenti meħuda minn awtorità kompetenti.

10.     Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 li jispeċifikaw il-kriterji u l-fatturi li jridu jiġu kkunsidrati mill-ASE sabiex jiġi determinat x'jikkostitwixxi theddid għall-protezzjoni tal-investituri fil-livell ta' konsumatur jew għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji u għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 3(a). Dawk l-atti delegati għandhom jiżguraw li l-ASE jkunu jistgħu jaġixxu, meta jkun xieraq, fuq bażi prekawzjonali u li ma jkunux meħtieġa jistennew sakemm il-prodott ta' investiment jew l-istrument finanzjarju jkun ġie kummerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ, jew sakemm it-tip ta' attività jew prattika tkun twettqet qabel ma tittieħed azzjoni.

Artikolu 13b

Intervent fuq il-prodott mill-awtoritajiet kompetenti

1.     Il-manifatturi ta' prodotti ta' investiment għandhom jikkomunikaw id-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-prodott ta' investiment tagħhom lill-awtorità kompetenti li tirregola dak il-prodott fl-Istat Membru li fih jiġi kummerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ.

2.     Il-manifatturi ta' prodotti ta' investiment għandhom jikkomunikaw aġġornamenti tad-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-prodott ta' investiment tagħhom, li jirriflettu bidliet materjalment sinifikanti kif definiti mill-ASE, lill-awtorità kompetenti li tirregola dak il-prodott fl-Istat Membru li fih jiġi kummerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ.

3.     L-awtorità kompetenti tista' tiżgura l-konformità tal-kontenut stipulat fid-dokument bit-tagħrif ewlieni mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament qabel il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ tal-prodott ta' investiment.

4.     L-awtorità kompetenti tista' tinvestiga prodotti ta' investiment jew strumenti finanzjarji ġodda qabel ma jiġu kummerċjalizzati, distribwiti jew mibjugħa fl-Istat Membru jew minnu.

5.     Awtorità kompetenti tista’ tipprojbixxi jew tirrestrinġi f’dak l-Istat Membru jew minnu:

(a)

il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' prodotti ta' investiment jew ta' strumenti finanzjarji;

(b)

tip ta' attività jew prattika finanzjarja.

6.     Awtorità kompetenti tista' tieħu l-azzjoni msemmija fil-paragrafu 6 jekk tkun sodisfatta fuq bażi raġonevoli li:

(a)

prodott ta' investiment, strument jew attività jew prattika finanzjarji joħolqu tħassib sinifikanti rigward il-protezzjoni tal-investituri jew huma ta' theddida serja għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fi Stat Membru wieħed jew aktar, fosthom permezz tal-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni, ir-remunerazzjoni jew il-provvista ta’ inċentivi relatati mal-prodott ta' investiment jew mal-istrument finanzjarju;

(b)

prodott ta' derivattivi għandu effett negattiv fuq il-mekkaniżmu tal-formazzjoni tal-prezzijiet fis-suq sottostanti;

(c)

ir-rekwiżiti regolatorji eżistenti skont il-liġi tal-Unjoni applikabbli għall-prodott ta' investiment, l-istrument jew l-attività jew il-prattiki finanzjarji ma jindirizzawx biżżejjed ir-riskji msemmija fil-punt (a) u l-kwistjoni ma tkunx indirizzata aħjar permezz ta' superviżjoni jew infurzar imtejba tar-rekwiżiti eżistenti;

(d)

l-azzjoni hija proporzjonata meta titqies in-natura tar-riskji identifikati, il-livell ta’ sofistikazzjoni tal-investituri fil-livell ta' konsumatur jew tal-parteċipanti tas-suq konċernati u l-effett probabbli li l-azzjoni jista' jkollha fuq l-investituri fil-livell ta' konsumatur u l-parteċipanti tas-suq li jistgħu jżommu, jużaw jew jibbenefikaw mill-istrument finanzjarju jew mill-attività finanzjarja;

(e)

l-awtorità kompetenti kkonsultat kif xieraq l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra li jistgħu jkunu affettwati b'mod sinifikanti mill-azzjoni; kif ukoll

(f)

l-azzjoni m'għandhiex effett diskriminatorju fuq is-servizzi jew l-attivitajiet forniti minn Stat Membru ieħor.

Meta l-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu jkunu ġew issodisfati, l-awtorità kompetenti tista' timponi projbizzjoni jew restrizzjoni fuq prodott ta' investiment jew strument finanzjarju kummerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ lill-klijenti fl-Istat Membru jew minnu.

Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, speċifikati mill-awtorità kompetenti.

7.     Qabel ma timponi projbizzjoni jew restrizzjoni skont il-paragrafu 5, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika l-intenzjoni tagħha li tipprojbixxi jew tirrestrinġi prodott ta' investiment jew strument finanzjarju sakemm ma jsirux ċerti bidliet fil-karatteristiċi ta' prodott ta' investiment jew strument finanzjarju f'perjodu ta' żmien speċifikat.

8.     L-awtorità kompetenti m'għandhiex timponi projbizzjoni jew restrizzjoni skont dan l-Artikolu sakemm, sa mhux inqas minn xahar qabel ma tieħu l-azzjoni, ma tkunx innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha involuti u lill-ASE bil-miktub jew b'mezz ieħor miftiehem bejn l-awtoritajiiet dwar id-dettalji ta’:

(a)

l-istrument jew l-attività jew il-prattika finanzjarji li l-azzjoni proposta hija relatata magħhom;

(b)

in-natura preċiża tal-projbizzjoni jew tar-restrizzjoni proposta u meta huwa maħsub li tidħol fis-seħħ; kif ukoll

(c)

l-evidenza li fuqha bbażat id-deċiżjoni tagħha u li permezz tagħha hija sodisfatta li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafu 6.

9.     Meta ż-żmien meħtieġ biex issir konsultazzjoni skont il-paragrafu 3(e) u x-xahar dewmien previst fil-paragrafu 8 jistgħu jikkawżaw dannu irriversibbli lill-konsumaturi, l-awtorità kompetenti tista' tieħu azzjoni skont dan l-Artikolu fuq bażi proviżorja għal perjodu li ma jaqbiżx it-tliet xhur. F'dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma minnufih lill-awtoritajiet l-oħra kollha u lill-ASE dwar l-azzjoni li ttieħdet.

10.     L-awtorità kompetenti għandha tippubblika fil-websajt tagħha avviż dwar kwalunkwe deċiżjoni li timponi xi projbizzjoni jew restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 5. L-avviż għandu jispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni, id-data wara l-pubblikazzjoni tal-avviż li minnha jidħlu fis-seħħ il-miżuri u l-evidenza li turi li hija sodisfatta li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafu 6. Il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni għandha tapplika biss fir-rigward ta' azzjonijiet li ttieħdu wara l-pubblikazzjoni tal-avviż.

11.     L-awtorità kompetenti għandha tirrevoka projbizzjoni jew restrizzjoni jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 6 ma jibqgħux japplikaw.

12.     Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 li jispeċifikaw il-kriterji u l-fatturi li jridu jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti meta jiddeterminaw x'jikkostitwixxi theddid għall-protezzjoni tal-investituri jew għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji u għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni jew parti minnha kif imsemmi fil-paragrafu 3(a).

Artikolu 13c

Rwol ta' koordinazzjoni tal-ASE

1.     Kull ASE għandha twettaq rwol ta’ faċilitazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward tal-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 13b. B’mod partikolari, kull ASE għandha tiżgura li l-azzjoni meħuda minn awtorità kompetenti tkun ġustifikata u proporzjonata u li, meta jkun xieraq, jittieħed approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti.

2.     Wara li tirċievi notifika skont l-Artikolu 13b dwar kwalunkwe azzjoni li għandha tiġi imposta skont dak l-Artikolu, ASE għandha tadotta opinjoni dwar jekk tikkunsidrax il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni bħala ġustifikata u proporzjonata. Jekk l-ASE tikkunsidra li awtoritajiet kompetenti oħra jeħtieġ jieħdu miżuri sabiex jiġi indirizzat ir-riskju, għandha wkoll tiddikjara dan fl-opinjoni tagħha. L-opinjoni għandha tiġi ppubblikata fil-websajt tal-ASE.

3.     Meta awtorità kompetenti tipproponi li tieħu, jew tieħu, azzjoni li tmur kontra opinjoni adottata minn ASE skont il-paragrafu 2 jew ma taċċettax li tieħu azzjoni kuntrarjament għal tali opinjoni, għandha tippubblika minnufih fil-websajt tagħha avviż li jispjega bis-sħiħ ir-raġunijiet għaliex għamlet dan.

Artikolu 13d

Divulgazzjoni ta' tariffi u spejjeż

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta mill-persuna li tbigħ il-prodott ta' investiment f'dokument separat mid-dokument bit-tagħrif ewlieni:

1.

It-tariffi kollha msemmija fl-Artikolu 8(2)(c) għandhom jiġu divulgati b'mod kumulattiv. M'għandhomx jiġu klassifikati mill-ġdid bħala parti minn investiment meta jidhru aktar 'l isfel fl-investiment.

2.

Imposti għall-pariri dwar l-investiment m'għandhomx ikunu bbażati fuq rati perċentwali fissi, sakemm ma jkunx intlaħaq ftehim minn qabel mill-investitur. Jekk ikun hemm qbil dwar rata perċentwali fissa, il-persuna li tbigħ il-prodott ta' investiment għandha tipprovdi divulgazzjoni sħiħa ta' xi tkun timplika din matul il-perjodu sħiħ tal-investiment, jew għal perjodu ta' żmien mitlub mill-investitur.

3.

Il-persuna li tbigħ il-prodott ta' investiment, jew li tagħti parir lill-investitur, għandha tipprovdi lill-investitur b'lista dettaljata tal-ħin li tkun ħadet biex taħdem fuq dak il-parir, u din għandha tiġi komunikata fil-forma ta' minuti jew sigħat, li magħhom għandu jkun hemm ir-rata fis-siegħa, sakemm ma kienx hemm qbil dwar rata perċentwali fissa kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Artikolu 13e

Ġestjoni tar-riskji

1.     Il-manifattur tal-prodott ta' investiment għandu jadotta proċess tal-ġestjoni tar-riskji li jippermetti li jiġi mmonitorjat u mkejjel fi kwalunkwe ħin il-profil tar-riskju tal-prodott ta' investiment.

Għandu jadotta proċess għal valutazzjoni eżatta u indipendenti tal-valur ta' derivattivi OTC.

Għandu jikkomunika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tiegħu t-tipi ta' strumenti derivattivi, ir-riskji sottostanti, il-limiti kwantitattivi u l-metodi li ntgħażlu sabiex jiġu stmati r-riskji assoċjati mat-tranżazzjonijiet fi strumenti derivattivi rigward kull prodott.

2.     Il-manifattur tal-prodott ta' investiment għandu jiżgura li l-iskopertura globali tal-prodott ta' investiment b'rabta ma' strumenti derivattivi ma taqbiżx il-valur totali tal-prodott ta' investiment.

L-iskopertura hija kkalkolata billi jiġi kkunsidrat il-valur attwali tal-assi sottostanti, ir-riskju tal-kontroparti, il-movimenti futuri tas-suq u ż-żmien disponibbli sabiex jiġu likwidati l-pożizzjonijiet.

Meta titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus jinkorporaw derivattiv, id-derivattiv għandu jiġi kkunsidrat meta jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu.

3.     Il-kalkolu tal-valur fir-riskju għandu jsir bi qbil mal-parametri li ġejjin:

(a)

intervall ta' kunfidenza fuq naħa waħda ta' 99 %;

(b)

perjodu ta' parteċipazzjoni ekwivalenti għal xahar (20 ġurnata tax-xogħol); kif ukoll

(c)

perjodu ta' osservazzjoni effettiv (storja) ta' fatturi ta' riskju ta' mill-inqas tliet snin (750 ġurnata tax-xogħol) sakemm perjodu ta' osservazzjoni iqsar ma jkunx ġustifikat minn żieda sinifikanti fil-volatilità tal-prezzijiet (eż. minħabba kundizzjonijiet tas-suq estremi).

4.     L-ASE għandhom jiżviluppaw abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex jiddeterminaw:

(a)

linji gwida dwar il-kejl tar-riskji u l-kalkolu tal-iskopertura globali tal-prodotti ta' investiment mibjugħa lill-investituri fil-livell ta' konsumatur;

(b)

linji gwida dwar l-indiċijiet finanzjarji.

L-ASE għandhom jissottomettu dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 13f

Regoli dwar ir-rendiment

1.     Ir-rendiment ta' prodott ta' investiment m'għandux:

(a)

jinkludi numru ta' mekkaniżmi, avvenimenti jew klassijiet ta' assi li joħolqu riskju ta' interpretazzjoni ħażina;

(b)

ikun soġġett għall-okkorrenza ta' avvenimenti mhux komuni għall-investituri fil-livell ta' konsumatur, bħal-livell ta' kapital regolatorju ta' istituzzjoni finanzjarja; jew

(c)

jinkludi fatturi ta' aggregazzjoni li jilagħbu bil-preġudizzji tal-imġiba tal-investituri fil-livell ta' konsumatur.

2.     L-ASE għandhom jiżviluppaw linji gwida li jagħtu aktar direzzjoni dwar il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

KAPITOLU III

ILMENTI, RIMEDJU, KOOPERAZZJONI

Artikolu 14

Il-manifattur tal-prodott ta’ investiment u l-persuna li tbigħ il-prodott ta' investiment għandhom jistabbilixxu proċeduri u arranġamenti xierqa li jiżguraw li:

(a)

l-investituri fil-livell ta’ konsumatur ikollhom mod effettiv kif jissottomettu lment kontra l-manifattur tal-prodott ta’ investiment u b'hekk proċedura ta' rimedju;

(b)

l-investituri fil-livell ta' konsumatur li jkunu ssottomettew ilment fir-rigward tad-dokument bit-tagħrif ewlieni jew tal-anness mad-dokument bit-tagħrif ewlieni jirċievu tweġiba sostantiva fil-waqt u b'mod xieraq; u

(c)

proċeduri effettivi ta’ rimedju huma disponibbli wkoll għall-investituri fil-livell ta’ konsumatur fil-każ ta’ tilwim transfruntier, b'mod partikolari meta l-manifattur tal-prodott ta' investiment ikun jinsab fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz .

Artikolu 15

1.    Bi qbil mad-Direttiva dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi [2011/0373(COD)] u r-Regolament dwar soluzzjoni onlajn għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi [2011/0374(COD)], l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta investitur fil-livell ta' konsumatur jibda proċedura ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim skont il-liġi nazzjonali kontra manifattur ta' prodott ta' investiment jew persuna li tbigħ prodotti ta' investiment fir-rigward ta' tilwima dwar id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti taħt dan ir-Regolament, il-manifattur tal-prodott ta' investiment jew il-persuna li tbigħ il-prodott ta' investiment għandha tipparteċipa f'dik il-proċedura fejn▌:

(a)

il-proċedura tirriżulta f'deċiżjonijiet li jistgħu jkunu vinkolanti għall-manifattur tal-prodott ta' investiment u għall-persuna li tbigħ il-prodott ta' investiment ;

(b)

il-perjodu ta' limitazzjoni biex it-tilwima tinġieb quddiem qorti jkun sospiż għat-tul tal-proċedura għal soluzzjoni alternattiva għat-tilwim;

(c)

il-perjodu ta' preskrizzjoni tal-pretensjoni jkun sospiż għat-tul tal-proċedura;

(d)

il-proċedura tkun mingħajr ħlas jew disponibbli bi ħlas nominali , kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

1a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta entitajiet ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ikollhom permess li jistabbilixxu limiti monetarji speċifikati minn qabel sabiex jiġi limitat l-aċċess għall-proċeduri ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, il-limiti m’għandhomx jiġu stabbiliti f’livell fejn ifixklu b’mod sinifikanti l-aċċess tal-konsumaturi għall-immaniġġjar tal-ilmenti minn entitajiet ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-entitajiet bil-kompetenza li jittrattaw mal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 sa [daħħal data konkreta ta’ sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ/l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament]. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe tibdil sussegwenti li jikkonċerna dawk l-entitajiet.

3.   Entitajiet bil-kompetenza li jittrattaw mal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkooperaw ma' xulxin fis-soluzzjoni ta' tilwim transfruntier li jirriżulta taħt dan ir-Regolament.

Artikolu 15a

Informazzjoni dwar soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim

1.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifattur tal-prodott ta' investiment jew persuna li tbigħ il-prodott ta' investiment jinfurmaw lill-investitur fil-livell ta' konsumatur dwar l-entitajiet ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim li huma koperti minnhom u li huma kompetenti biex jittrattaw tilwim potenzjali bejnhom u bejn l-investitur fil-livell ta' konsumatur. Għandhom jispeċifikaw ukoll jekk jikkommettux ruħhom jew humiex obbligati li jużaw dawn l-entitajiet biex isolvu t-tilwim ma' investituri fil-livell ta' konsumatur jew le.

2.     L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata b’mod ċar, li jinftiehem u li jkun faċilment aċċessibbli fil-websajt tan-negozjanti, jekk din tkun jeżisti, u jekk ikun applikabbli fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti ta’ bejgħ jew tas-servizzi bejn in-negozjant u l-konsumatur.

3.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każijiet fejn tilwima bejn investitur fil-livell ta' konsumatur u manifattur ta' prodott ta' investiment jew persuna li tbigħ prodott ta' investiment fit-territorju tagħhom ma setgħetx tiġi solvuta wara lment ippreżentat direttament mill-investitur fil-livell ta' konsumatur lill-manifattur tal-prodott ta' investiment jew lil persuna li tbigħ il-prodott ta' investiment, dawn tal-aħħar jipprovdu lill-investitur fil-livell ta' konsumatur l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, li tispeċifika jekk hux se jagħmel użu mill-entitajiet rilevanti ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim biex tissolva t-tilwima. Dik l-informazzjoni għandha tiġi stampata jew ipprovduta fuq mezz durabbli ieħor.

Artikolu 15b

Soluzzjonijiet alternattivi kollettivi għat-tilwim

L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu proċeduri għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim li jittrattaw b'mod konġunt tilwimiet identiċi jew simili bejn manifattur u persuna li tbigħ prodotti ta' investiment u diversi investituri fil-livell ta' konsumatur. Is-sistemi ta' soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim għal tilwimiet u rimedji kemm individwali kif ukoll kollettivi huma proċeduri kumplimentari u li ma jeskludux lil xulxin.

Artikolu 16

Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-entitajiet responsabbli mill-proċeduri straġudizzjarji tal-ilmenti u r-rimedju msemmija fl-Artikolu 15.

B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdu lil xulxin b’dik l-informazzjoni li tkun rilevanti għall-finijiet tat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament.

Artikolu 17

1.   L-Istati Membri għandhom japplikaw id-Direttiva 95/46/KE għall-ipproċessar tad-data personali mwettaq f'dak l-Istat Membru skont dan ir-Regolament.

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom japplikaw għall-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-EBA, l-EIOPA u l-ESMA.

KAPITOLU IV

PENALI AMMINISTRATTIVI U MIŻURI OĦRA

Artikolu 18

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli li jistabbilixxu penali ▌amministrattivi u miżuri oħra xierqa li għandhom jiġu applikati f’sitwazzjonijiet ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk il-penali miżuri oħra għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

Sa [24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Konġunt tal-ASE. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Konġunt tal-ASE mingħajr dewmien dwar kwalunwke emenda sussegwenti għalihom.

2.   ▌L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom disponibbli għalihom, skont il-liġi nazzjonali, is-setgħat superviżorji kollha, inklużi setgħat investigattivi, kif ikun meħtieġ biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament .

2a.     Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom skont l-Artikolu 19, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-penali amministrattivi u miżuri oħra jipproduċu r-riżultati mixtieqa ta' dan ir-Regolament u jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom sabiex jevitaw il-possibilità ta’ xogħol doppju u dupplikazzjoni meta japplikaw il-penali amministrattivi u miżuri oħra f’każijiet transfruntieri.

Artikolu 19

1.   Dan l-Artikolu japplika għal kwalunkwe ksur ta' dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa jimponu mill-inqas dawn il-penali u miżuri amministrattivi oħra :

(a)

ordni li tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott ta’ investiment;

(b)

ordni li tissospendi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott ta’ investiment;

(c)

twissija, li ssir pubblika u li tidentifika l-persuna responsabbli u n-natura tal-ksur;

(d)

ordni għall-pubblikazzjoni ta’ verżjoni ġdida tad-dokument bit-tagħrif ewlieni;

(da)

fil-każ ta' persuna ġuridika, multi amministrattivi sa massimu ta' 10 % tal-fatturat annwali totali ta' dik il-persuna ġuridika fis-sena finanzjarja ta' qabel; meta l-persuna ġuridika tkun sussidjarja ta' impriża prinċipali, il-fatturat rilevanti totali annwali għandu jkun il-fatturat totali annwali li jirriżulta mill-kont konsolidat tal-impriża prinċipali aħħarija għas-sena kummerċjali ta' qabel;

(db)

fil-każ ta' persuna fiżika, multi amministrattivi sa massimu ta' EUR 5 000 000, jew fi Stat Membru fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fi … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu imponew penali amministrattiva jew miżura oħra waħda jew iżjed skont il-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa jippubblikaw jew jitolbu lill-manifattur tal-prodott ta’ investiment jew lill-persuna li tbigħ il-prodott ta’ investiment li tippubblika komunikazzjoni diretta lill-investitur fil-livell ta' konsumatur ikkonċernat, biex jingħata informazzjoni dwar il-penali amministrattiva jew miżura oħra , u jiġi infurmat dwar fejn jista’ jagħmel l-ilmenti tiegħu jew jissottometti talbiet għar-rimedju.

Artikolu 20

L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-penali amministrattivi u miżuri oħra msemmija fl-Artikolu 19(2) billi jqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha inkluż:

(a)

il-gravità u t-tul taż-żmien tal-ksur;

(b)

il-grad ta' responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;

(c)

l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tal-investituri fil-livell ta' konsumatur;

(d)

l-imġiba kooperattiva tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-ksur;

(e)

kwalunkwe ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli.

(ea)

il-miżuri kollha li ttieħdu mill-persuna responsabbli biex tiġi evitata kwalunkwe ripetizzjoni tal-ksur fil-futur.

(eb)

kwalunkwe kumpens provdut lill-investituri fil-livell ta' konsumatur mill-persuna responsabbli wara l-ksur.

Artikolu 21

1.   Fejn l-awtorità kompetenti tkun żvelat il-penali amministrattivi u miżuri oħra lill-pubbliku, hija għandha simultanjament tirrapporta dawk il-penali amministrattivi u miżuri oħra lill-ASE.

2.   Darba fis-sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-ASE kompetenti bl-informazzjoni aggregata rigward il-penali amministrattivi u miżuri oħra imposti skont l-Artikoli 18 u 19(2).

3.   L-ASE għandha tippubblika din l-informazzjoni f’rapport annwali.

Artikolu 22

Il-penali miżuri oħra imposti għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 19(1) għandhom jiġu ddivulgati lill-pubbliku mingħajr dewmien żejjed inkluż mill-inqas l-informazzjoni dwar it-tip tal-ksur ta’ dan ir-Regolament u l-identità ta’ dawk responsabbli għalih ▌. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżommu l-identità tal-entità soġġetta għal penali amministrattivi jew miżuri oħra fuq il-websajt tagħhom wara mhux inqas minn ħames snin .

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 23

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(5), l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 12(4), l-Artikolu 13a(10) u  l-Artikolu 13b(9) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ [ sentejn ] mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 8(5), l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 12(4), l-Artikolu 13a(10) u  l-Artikolu 13b(9) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkunu diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 12(4), l-Artikolu 13a(10) u l-Artikolu 13b(9) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'[xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5a.     Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, 1094/2010 u 1095/2010, il-perjodu għal oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill f'każ li jiġi aċċettat l-abbozz ta' standard tekniku regolatorju mingħajr tibdil mill-Kummissjoni għandu jkun ta' xahrejn [minħabba l-kumplessità u l-volum tal-kwistjonijiet koperti]. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż darba, fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, b'xahar ieħor.

Artikolu 23a

Dispożizzjonijiet ulterjuri għall-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji

1.     Minkejja kwalunkwe limitu ta' żmien previst għas-sottomissjoni ta' abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni, għandu jkun hemm qbil dwar sottomissjoni gradwali li għandu jispeċifika t-testi jew il-gruppi ta' testi ppjanati li jiġu sottomessi 12, 18 u 24 xahar minn qabel.

2.     Il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta standards tekniċi regolatorji b'mod li, waqt waqfa għall-btajjel, tnaqqas iż-żmien għall-iskrutinju tal-Parlament Ewropew, inkluża kwalunkwe estensjoni, għal inqas minn xahrejn.

3.     L-ASE jistgħu jikkonsultaw il-Parlament Ewropew matul l-istadji ta' abbozzar tal-istandards tekniċi regolatorji, b'mod partikolari fejn hemm tħassib rigward il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

4.     Meta l-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew ikun ċaħad standard tekniku regolatorju u jkun hemm inqas minn ġimgħatejn biex tibda s-sessjoni plenarja li jmiss, il-Parlament Ewropew jista' jestendi ulterjorment il-perjodu għall-oġġezzjoni msemmi fl-Artikolu 23(5a) għad-data tas-sessjoni plenarja ta' wara.

5.     Fl-eventwalità ta’ ċaħda ta’ standard tekniku regolatorju u meta l-kwistjonijiet identifikati jkunu ta’ ambitu limitat, il-Kummissjoni tista’ tadotta skeda ta' żmien aċċelerata għat-tressiq ta' abbozzi riveduti.

6.     Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-mistoqsijiet kollha tal-grupp tal-iskrutinju tal-Parlament Ewropew imqajma b'mod formali permezz tal-president tal-kumitat kompetenti jitwieġbu minnufih qabel l-adozzjoni tal-abbozz tal-istandard tekniku regolatorju.

Artikolu 24

1.    Il-kumpaniji tal-maniġment u l-kumpaniji tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2009/65/KE u l-persuni li jbigħu l-UCITS kif iddefinit fl-Artikolu 1(2) ta’ dik id-Direttiva huma eżenti mill-obbligi skont dan ir-Regolament sa … [T liet snin wara d-dħul fis-seħħ].

1a.     L-AIFMs kif definiti fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (13) , u l-persuni li jbigħu unitajiet ta' AIFs kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) ta' dik id-Direttiva, għandhom ikunu eżenti mill-obbligi f'dan ir-Regolament sa … [Tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] sakemm jipprovdu dokument bit-tagħrif ewlieni għall-investituri skont il-liġi nazzjonali b'konformità mal-Artikolu 78 tad-Direttiva 2009/65/KE jew id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali.

Artikolu 25

1.   Sa … [Erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tanalizza dan ir-Regolament. L-analiżi għandha tinkludi stħarriġ ġenerali dwar l-applikazzjoni prattika tar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament u tqis l-iżviluppi fis-swieq għall-prodotti ta’ investiment għall-konsumaturi ▌. L-analiżi għandha wkoll tirrifletti fuq il-possibbiltà ta’ estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal prodotti finanzjarji oħra ġodda jew innovattivi distribwiti fl-Unjoni .

2.   Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konġunt tal-ASE, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

2a.     Minn … [Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-manifatturi ta' investiment għandhom jipproduċu d-dokument bit-tagħrif ewlieni skont dan ir-Regolament u għandhom ikunu eżenti milli jissottomettu sommarju ta' prospett skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2003/71/KE.

Artikolu 26

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn … [Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0368/2013).

(*1)  Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(2)  ĠU C 70, 9.3.2013, p. 2.

(3)  ĠU C 11, 15.1.2013, p. 59.

(4)  Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni, ĠU L 9, 15.1.2003, p. 3.

(6)  Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64)

(7)  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(8)  Testi adottati, P7_TA(2013)0012.

(9)  Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 dwar it-twegħid fis-suq minn distanza ta' servizzi finanzjarji għal konsumatur u temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16).

(10)  Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12), ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48) u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(12)  Id-Direttiva 2002/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 li temenda d-Direttiva 97/67/KE fir-rigward tal-ftuħ ulterjuri għal kompetizzjoni tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU L 176, 5.7.2002, p. 21).

(13)   Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/270


P7_TA(2013)0490

Il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-PAK ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni (COM(2011)0628 – C7-0341/2011 – COM(2012)0551 – C7-0312/2012 – 2011/0288(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/45)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0628) u l-emendi għall-proposta (COM(2012)0551),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0341/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ April 2012 (1), u tal-14 ta' Novembru 2012 (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni 1/2012 tal-Qorti tal-Awdituri tat-8 ta' Marzu 2012 (3),

wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta' Mejju 2012 (4),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-ftuħ u l-mandat tan- negozjati interistituzzjonali dwar il-proposta (5),

wara li kkunsidra l-impenji meħuda mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz ta’ ittra tas-7 ta’ Ottubru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali kif ukoll tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju, tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0363/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsill mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 116.

(2)  ĠU C 11, 15.1.2013, p. 88.

(3)  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  ĠU C 225, 27.7.2012, p. 174.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2013)0087.


P7_TC1-COD(2011)0288

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-maniġġar u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1306/2013.)


ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL

dwar il-kondizzjonalità

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jistiednu lill-Kummissjoni biex timmonitorja t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-Direttiva 2000/60/KE tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma kif ukoll tad-Direttiva 2009/128/KE tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidu u, fejn xieraq, tippreżenta, ladarba dawn id-Direttivi jkunu ġew implimentati mill-Istati Membri kollha u jkunu ġew identifikati l-obbligi applikabbli direttament għall-bdiewa, proposta leġislattiva li temenda dan ir-regolament bil-ħsieb li l-partijiet rilevanti ta' dawn id-Direttivi jiddaħħlu fis-sistema tal-kondizzjonalità.

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

dwar il-pagamenti tardivi magħmula mill-aġenzji tal-pagamenti lill-benefiċjarji (Artikolu 42(1))

Il-Kummissjoni Ewropea tiddikjara li meta tadotta regoli dwar it-tnaqqis ta' ħlasijiet lura lill-aġenziji tal-pagamenti f'każ ta' pagament magħmul lill-benefiċjarji wara l-aktar data tard possibbli stipulata mil-leġislazzjoni tal-Unjoni, ser jinżamm il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet attwali relatati mal-pagamenti tardivi għall-FAEG.

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

dwar il-livell ta' implimentazzjoni (Artikolu 112b)

Il-Kummissjoni Ewropea tikkonferma li skont l-Artikolu 4(2) TUE, l-Unojin tirrispetta l-istrutturi kostituzzjonali tal-Istati Membri u għaldaqstant, l-Istati membri huma responsabbli biex jiddeċiedu f'liema livell jixtiequ jimplimentaw il-politika agrikola komuni, dment li jirrispettaw id-dritt tal-Unjoni u jiżguraw l-effikaċja tagħha. Dan il-prinċipji japplikaw għall-erba' Regolamenti kollha tar-riforma tal-PAK.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/272


P7_TA(2013)0491

Appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (COM(2011)0627 – C7-0340/2011 – COM(2012)0553 – C7-0313/2012 – 2011/0282(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/46)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0627) u l-proposta emendata (COM(2012)0553),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0340/2011),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Kamra tad-Deputati Lussemburgiża, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri 1/2012 tat-8 ta' Marzu 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' April 2012 u t-12 ta' Diċembru 2012 (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta' Mejju 2012 (3),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-ftuħ u l-mandat tan-negozjati interistituzzjonali dwar il-proposta (4),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta' Ottubru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7–0361/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni tirreferi l-kwistjoni għal darb’oħra lill-Parlament jekk hija għandha l-intenzjoni li temenda l-proposta tagħha sostanzjalment jew tissostitwiha b’test ieħor;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 116ĠU C 44, 15.2.2013, p. 160.

(3)  ĠU C 225, 27.7.2012, p. 174

(4)  Testi adotati, P7_TA(2013)0086.


P7_TC1-COD(2011)0282

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1305/2013.)


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/274


P7_TA(2013)0492

Organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (Regolament dwar l-OKS Unika) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (Regolament dwar l-OKS Unika) (COM(2011)0626 – C7-0339/2011 – COM(2012)0535 – C7-0310/2012 – 2011/0281(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/47)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0626), u l-proposta emendata (COM(2012)0535),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 42(1), u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0339/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni 1/2012 tal-Qorti tal-Awdituri tat-8 ta' Marzu 2012 (1)

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tal-25 ta' April 2012, u tat-12 ta' Diċembru 2012 (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta’ Mejju 2012 (3),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-ftuħ u l-mandat tan-negozjati interistituzzjonali dwar il-proposta għal Regolament (4),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tas-7 ta' Ottubru 2013 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0366/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li jidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha mhix ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 116, u ĠU C 44, 15.2.2013, p. 158.

(3)  ĠU C 225, 27.7.2012, p. 174.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2013)0085.


P7_TC1-COD(2011)0281

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1308/2013.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA MILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI

dwar l-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)

L-eżitu tan-negozjati fir-rigward tar-rikors għall-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jifforma parti mill-kompromess globali dwar ir-riforma attwali tal-PAK u huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni ta' kull istituzzjoni dwar il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni u għal kwalunkwe żvilupp futur fir-rigward ta' din il-kwistjoni, b'mod partikolari kwalunkwe każistika ġdida mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

dwar standards ta' kummerċjalizzazzjoni (b'rabta mal-Artikolu 59(1a))

Il-Kummissjoni hija konxja ferm tas-sensittività tal-estensjoni tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għal setturi jew prodotti li bħalissa mhumiex soġġetti għal dawn ir-regoli taħt ir-Regolament tal-OKS unika.

L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għandhom japplikaw biss għal setturi fejn hemm aspettattivi ċari tal-konsumaturi u meta jkun hemm il-ħtieġa li jittejbu l-kondizzjonijiet ekonomiċi għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti speċifiċi kif ukoll il-kwalità tagħhom, jew biex jittieħed kont tal-progress tekniku jew il-ħtieġa għall-innovazzjoni tal-prodott. Huma għandhom jevitaw ukoll piż amministrattiv, ikunu jistgħu jinftiehmu b'mod sempliċi mill-konsumaturi u jgħinu lill-produtturi biex jikkomunikaw faċilment il-karatteristiċi u l-attributi tal-prodotti tagħhom.

Il-Kummissjoni ser tieħu kont ta' kull talba debitament ġustifikata mill-Istituzzjonijiet jew l-organizzazzjoni rappreżentattiva, kif ukoll tar-rakkomandazzjonijiet ta' Korpi Internazzjonali, imma qabel ma tuża s-setgħa tagħha li tinkludi prodotti ġodda jew setturi fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 59 ser tkun meħtieġa tevalwa bir-reqqa l-ispeċifiċità ta' dak is-settur u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jevalwa, b'mod partikolari, il-ħtieġa tal-konsumatur, l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi għall-operaturi, inkluż l-impatt fuq is-suq intern u fuq il-kummerċ internazzjonali, kif ukoll il-benefiċċji offruti lill-produtturi u lill-konsumatur aħħari.

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

dwar iz-zokkor

Sabiex jimmiraw għal suq ekwilibrat u provvista fluwida ta' zokkor għas-suq tal-Unjoni matul il-perijodu li jifdal tal-kwoti taz-zokkor, il-Kummissjoni ser ikollha tikkunsidra l-interessi kemm tal-produtturi tal-pitravi taz-zokkor kif ukoll tar-raffinaturi tal-kannamieli mhux maħdum tal-UE fl-applikazzjoni tal-mekkaniżmu temporanju tal-ġestjoni tas-suq stabbilit fl-Artikolu 101da tar-Regolament dwar l-OKS unika.

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

dwar l-Għodda Ewropea għall-Monitoraġġ tal-Prezzijiet

Il-Kummissjoni tagħraf l-importanza tal-ġbir u d-disseminazzjoni tad-data disponibbli dwar l-iżviluppi tal-prezzijiet fl-istadji differenti tal-katina alimentari. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni żviluppat Għodda Ewropea għall-Monitoraġġ tal-Prezzijiet għal Prodotti tal-Ikel, li tislet mid-data kombinata tal-indiċi tal-prezzijiet relatata mal-ikel miġbura mill-Uffiċċji Nazzjonali tal-Istatistika. Din l-għodda timmira li tiġbor flimkien u tagħmel l-iżvilupp tal-prezzijiet disponibbli fil-katina alimentari, u tippermetti paragun tal-iżviluppi fil-prezzijiet għall-prodotti agrikoli rilevanti, għall-industriji tal-ikel u l-prodotti rilevanti tal-konsumatur. Din l-għodda qed tittejjeb kostantament u ser timmira li tespandi l-firxa ta' prodotti tal-katina alimentari koperti minnha u b'mod ġenerali li tissodisfa l-ħtieġa tal-bdiewa u tal-konsumaturi għal aktar trasparenza u formazzjoni tal-prezzijiet tal-ikel. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tal-Għodda Ewropea għall-Monitoraġġ tal-Prezzijiet u r-riżultati tal-istudji ta' dan tal-aħħar.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/277


P7_TA(2013)0493

Pagamenti diretti lill-bdiewa skont skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-PAK ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-pagamenti diretti lill-bdiewa skont skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni (COM(2011)0625 – C7-0336/2011 – COM(2012)0552 – C7-0311/2012 – 2011/0280(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/48)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0625) u l-proposta emendata (COM(2012)0552),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0336/2011),

wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-1979, u partikolarment il-paragrafu 6 tal-Protokoll Nru 4 dwar il-qoton mehmuż miegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni 1/2012 tal-Qorti tal-Awdituri tat-8 ta’ Marzu 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ April 2012 u tat-12 ta' Diċembru 2012 (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-4 ta' Mejju 2012 (3),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-ftuħ tan-negozjati internazzjonali dwar il-proposta u l-mandat għalihom (4),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tal-7 ta' Ottubru 2013 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0362/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jieħu nota tal-istqarrijiet tal-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha mhix ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 116ĠU C 44, 15.2.2013, p. 159.

(3)  ĠU C 225, 27.7.2012, p. 174.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2013)0084.


P7_TC1-COD(2011)0280

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1307/2013.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

dwar l-Artikolu 9(2) tal-Pagamenti Diretti

L-Artikolu 9(2) tal-proposta għal regolament dwar il-pagamenti diretti ma tipprekludix il-possibilità għal bidwi li jikri bini jew partijiet minn bini lil partijiet terzi jew li jippossjedi stalla, sakemm dawn l-attivitajiet ma jikkostitwixxux l-attività prinċipali tal-bidwi.

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

dwar appoġġ akkoppjat

Għal prodotti agrikoli, partikolarment għal dawk mhux eliġibbli għal appoġġ akkoppjat skont l-Artikolu 38(1) tar-Regolament dwar il-Pagamenti Diretti, il-Kummissjoni għandha ssegwi mill-qrib l-iżvilupp tas-suq tagħhom u, fil-każ ta' kriżi serja tas-suq, tista' tiddeċiedi li tieħu kwalunkwe miżura xierqa disponibbli għaliha biex ittejjeb is-sitwazzjoni tas-suq.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/279


P7_TA(2013)0494

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali rigward ir-regolamenti dwar il-pagamenti diretti, l-iżvilupp rurali u lfinanzjament, il-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-PAK ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżitorji dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru [RD] rigward ir-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2014 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru [DP], (UE) Nru [HR] u (UE) Nru [OKS unika] fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2014 (COM(2013)0226 – C7-0104/2013 – 2013/0117(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/49)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0226),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0104/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2013 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta' Ottubru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0326/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha ma ġietx ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.


P7_TC1-COD(2013)0117

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regoalment (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet transitorji dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2014 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2014

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1310/2013.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONIJIET TAL-KUMMISSJONI

DWAR L-IŻVILUPP RURALI

Il-Kummissjoni tiddikjara li se tikkoopera b'mod kostruttiv mal-Istati Membri fit-tħejjija u l-approvazzjoni tal-programmi ġodda għall-iżvilupp rurali bl-għan li tiżgura tranżizzjoni mingħajr xkiel lejn il-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid, anke għal miżuri mhux koperti mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Tranżizzjoni.

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri li se jagħmlu użu mill-possibilità skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Tranżizzjoni li jippermettilhom jieħdu impenji legali ġodda għall-operazzjonijiet ta' irrigazzjoni biex jagħmlu dan b'mod konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti għal operazzjonijiet bħal dawn fl-Artikolu 46(3) tar-Regolament il-ġdid dwar l-Iżvilupp Rurali għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/281


P7_TA(2013)0495

Dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom u għar-regoli ta' diżimpenn għal ċerti Stati Membri ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni finanzjarja, għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew li huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom u r-regoli tad-diżimpenn għal ċerti Stati Membri. (COM(2013)0301 – C7-0143/2013 – 2013/0156(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/50)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0301),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0143/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2013 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-11 ta' Lulju 2013 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tas-14 ta' Novembru 2013 sabiex tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0312/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


P7_TC1-COD(2013)0156

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni finanzjarja, għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew li huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom, mar-regoli tad-diżimpenn għal ċerti Stati Membri, u mar-regoli dwar il-pagamenti tal-bilanċ finali

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1297/2013.)


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/282


P7_TA(2013)0496

L-allokazzjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri mill-Fond Soċjali Ewropew ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ir-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar l-allokazzjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri mill-Fond Soċjali Ewropew (COM(2013)0560 – C7-0244/2013 – 2013/0271(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/51)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0560),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0244/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2013 (1),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Novembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0381/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.


P7_TC1-COD(2013)0271

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 fir-rigward tal-allokazzjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri mill-Fond Soċjali Ewropew

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1298/2013.)


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/283


P7_TA(2013)0497

Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd KE-Kiribati ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra (13331/2012 – C7-0036/2013 – 2012/0229(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 436/52)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (13331/2012),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra (13333/2012),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6) it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0036/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0345/2013),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni tgħaddi lill-Parlament il-minuti u l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt previsti fl-Artikolu 10 tal-Ftehim, kif ukoll il-programm settorjali pluriennali previst fl-Artikolu 3 tal-Protokoll u l-evalwazzjonijiet annwali korrispondenti; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt; jistieden lill-Kummissjoni tressaq lill-Parlament u lill-Kunsill, fl-aħħar sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll u qabel il-ftuħ tan-negozjati għat-tiġdid tiegħu, rapport ta' evalwazzjoni sħiħ dwar l-implimentazzjoni tiegħu, mingħajr ma jiġu imposti restrizzjonijiet bla bżonn fuq l-aċċess għal dan id-dokument;

3.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, filwaqt li jaġixxu fil-limiti tal-poteri rispettivi tagħhom, iżommu lill-Parlament mgħarraf immedjatament u b’kollox fl-istadji kollha tal-proċeduri relatati mal-Protokoll il-ġdid u t-tiġdid tiegħu, skont it-termini tal-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta’ Kiribati.


Il-Ħamis 21 ta’ Novembru 2013

24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/284


P7_TA(2013)0499

Orizzont 2020 – programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni (2014-2020) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (2014–2020) (COM(2011)0809 – C7-0466/2011 – 2011/0401(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/53)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0809),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 173(3) u 182(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0466/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Lulju 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-12 ta’ Settembru 2013 li l-pożizzjoni tal-Parlament tiġi approvata, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal- Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għas-Sajd, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0427/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 111.

(2)  ĠU C 277, 13.9.2012, p. 143.


P7_TC1-COD(2011)0401

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1291/2013.)


ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONIJIET TAL-KUMMISSJONI

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 19

Għall-Programm ta' Qafas Orizzont 2010, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li tissokta bl-istess qafas etiku tas-Seba' Programm Qafas biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-finanzjament tal-UE għar-riċerka fuq ċelloli staminali tal-embrijoni tal-bniedem.

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi l-issuktar ta' dan il-qafas ta' etika minħabba li dan żviluppa, abbażi tal-esperjenza, approċċ responsabbli għal qasam promettenti ħafna tax-xjenza u wera li jaħdem b'mod sodisfaċenti fil-kuntest ta' programm tar-riċerka li fih riċerkaturi jipparteċipaw minn bosta pajjiżi b'sitwazzjonijiet regolatorji differenti ħafna.

(1)

Id-deċiżjoni dwar il-Programm ta' Qafas Orizzont 2010 espliċitament teskludi tliet oqsma tar-riċerka mill-finanzjament Komunitarju:

attivitajiet ta' riċerka li jimmiraw għall-klonazzjoni tal-bniedem għal finijiet ta' riproduzzjoni;

attivitajiet ta' riċerka maħsuba biex jimmodifikaw il-wirt ġenetiku tal-bnedmin, li jistgħu jwasslu biex tibdiliet bħal dawn isiru ereditarji;

attivitajiet tar-riċerka intenzjonati li joħolqu embrijuni umani biss għall-iskop ta’ riċerka jew għall-iskop ta’ akkwist taċ-ċelloli staminali, inkluż b’mezzi ta’ trasferiment tan-nuklei taċ-ċelloli somatiċi.

(2)

L-ebda attività pprojbita fl-Istati Membri kollha m'hi ser tiġi ffinanzjata. Fejn attività tkun ipprojbita fi Stat Membru, din mhix ser tiġi ffinanzjata f'dak l-Istat Membru.

(3)

Id-deċiżjoni dwar il-Programm ta' Qafas Orizzont 2010 u d-dispożizzjoniiet għall-qafas ta' etika li jirregola l-finanzjament Komunitarju tar-riċerka dwar iċ-ċelloli staminali tal-embrijoni tal-bniedem bl-ebda mod ma tinvolvi ġudizzju ta' valur dwar il-qafas regolatorju jew etiku li jirregola din ir-riċerka fl-Istati Membri.

(4)

Meta l-Kummissjoni Ewropea tagħmel sejħa għal proposti, hija ma tissolleċitax b'mod espliċitu l-użu ta' ċelloli staminali tal-embrijoni tal-bniedem. L-użu possibbli ta' ċelloli staminali tal-bniedem, sew jekk ikunu dderivati minn adulti jew minn embrijoni, jiddependi mill-ġudizzju tax-xjenzati, fid-dawl tal-objettivi li jkunu jridu jilħqu. Fil-prattika, il-parti l-kbira nett tal-fondi Komunitarji għar-riċerka dwar iċ-ċelloli staminali tmur għall-użu ta' ċelloli staminali adulti. Ma hemm l-ebda raġuni għaliex dan għandu jinbidel sostanzjalment fil-Programm ta' Qafas Orizzont 2010.

(5)

Kull proġett li jipproponi li juża ċelloli staminali tal-embrijoni tal-bniedem għandu jgħaddi b'suċċess minn evalwazzjoni xjentifika li matulha esperti xjentifiċi indipendenti jivvalutaw il-ħtieġa li jintużaw tali ċelloli staminali biex jintlaħqu l-objettivi xjentifiċi.

(6)

Il-proposti li jgħaddu b'suċċess mill-evalwazzjoni xjentifika mbagħad ikunu soġġetti għal reviżjoni etika stretta organizzata mill-Kummissjoni Ewropea. F'din ir-reviżjoni etika, jitqiesu l-prinċipji riflessi fil-Karta tal-UE tad-Drittijiet Fundamentali u l-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, bħall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina, iffirmata f'Oviedo fl-4 ta' April 1997, u l-protokolli addizzjonali tagħha, kif ukoll id-Dikjarazzjoni Universali dwar il-Ġenoma tal-Bniedem u d-Drittijiet tal-Bniedem adottata mill-UNESCO. Ir-reviżjoni etika sservi wkoll biex tassigura li l-proposti jirrispettaw ir-regoli tal-pajjiżi fejn tkun ser titwettaq ir-riċerka.

(7)

F'każijiet partikolari, jista' jitwettaq kontroll etiku matul il-perjodu tal-proġett.

(8)

Qabel ma jibda, kull proġett li jipproponi l-użu ta' ċelloli staminali tal-embrijoni tal-bniedem għandu jikseb l-approvazzjoni tal-kumitat tal-etika nazzjonali jew lokali rilevanti. Ir-regoli u l-proċeduri nazzjonali kollha għandhom jiġu osservati, inkluż f'dak li jirrigwarda kwistjonijiet bħall-kunsens tal-ġenituri, l-assenza ta' tħajjir finanzjarju, eċċ. Ser isiru kontrolli dwar jekk il-proġett jinkludix referenzi għal miżuri ta' liċenzjar u kontroll li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ser titwettaq ir-riċerka.

(9)

Proposta li tgħaddi b'suċċess l-evalwazzjoni xjentifika, ir-reviżjonijiet etiċi nazzjonali jew lokali u r-reviżjoni etika Ewropea, tiġi ppreżentata għall-approvazzjoni, fuq bażi ta' każ b'każ, lill-Istati Membri, mlaqqgħin bħala kumitat skont il-proċedura ta' eżami. L-ebda proġett li jinvolvi l-użu ta' ċelloli staminali tal-embrijoni tal-bniedem u li ma jiksibx l-approvazzjoni mill-Istati Membri m'hu ser jiġi ffinanzjat.

(10)

Il-Kummissjoni Ewropea ser tkompli taħdem biex ir-riżultati tar-riċerka dwar ċelloli staminali, li tkun ġiet iffinanzjata mill-Komunità, ikunu ġeneralment aċċessibbli għar-riċerkaturi kollha, għall-benefiċċju aħħari tal-pazjenti fil-pajjiżi kollha.

(11)

Il-Kummissjoni Ewropea ser tappoġġa azzjonijiet u inizjattivi li jikkontribwixxu għal koordinazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni, f'approċċ etiku responsabbli, tar-riċerka dwar iċ-ċelloli staminali tal-embrijoni tal-bniedem. B'mod partikolari, il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa reġistru Ewropew ta' linji ta' ċelloli staminali tal-embrijoni tal-biedem. Appoġġ għal tali reġistru ser jippermetti monitoraġġ taċ-ċelloli staminali eżistenti tal-embrijoni tal-bniedem fl-Ewropa, ser jikkontribwixxi għall-massimizzazzjoni tal-użu tagħhom mix-xjenzjati u jista' jgħin biex jiġu evitati derivazzjonijiet mhux meħtieġa ta' linji ġodda ta' ċelloli staminali.

(12)

Il-Kummissjoni Ewropea ser tissokta l-prattika attwali u mhix ser tressaq quddiem il-kumitat, skont il-proċedura ta' eżami, proposti għal proġetti li jinkludu attivitajiet ta' riċerka li jeqirdu l-embrijoni tal-bniedem, inklużi dawk għall-ksib ta' ċelloli staminali. L-esklużjoni mill-finanzjament ta' dan il-pass ta' riċerka mhux ser jimpedixxi l-finanzjament Komunitarju ta' passi sussegwenti li jinvolvu ċ-ċelloli staminali tal-embrijoni tal-bniedem.

Dikjarazzjoni dwar l-Enerġija

Il-Kummissjoni tagħraf ir-rwol essenzjali fil-ġejjieni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fl-istadju tal-użu finali u tal-enerġija li tiġġedded, l-importanza ta' grids u ħżin itjeb fil-massimizzazzjoni tal-potenzjal tagħhom, u l-ħtieġa ta' miżuri għall-adozzjoni mis-suq, sabiex tinbena l-kapaċità, titjieb il-governanza u jingħelbu l-ostakoli tas-suq sabiex ikunu jistgħu jintużaw soluzzjonijiet tal-effiċjenza tal-enerġija u tal-enerġija li tiġġedded.

Il-Kummissjoni se tagħmel ħilitha biex tiżgura li tal-inqas 85 % tal-baġit għall-isfida enerġetika tal-Orizzont 2020 jintefaq fl-oqsma tal-fjuwils mhux fossili, u li minnhom tal-anqas 15 % tal-baġit globali għall-isfida enerġetika jintefaq għal attivitajiet tal-adozzjoni mis-suq ta' teknoloġiji eżistenti tal-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-Programm Enerġija Intelliġenti – Ewropa III. Dan il-Programm se jiġi implimentat permezz ta' struttura speċifika ta' ġestjoni u se jinkludi wkoll appoġġ għall-implimentazzjoni sostenibbli tal-politika dwar l-enerġija, il-bini tal-kapaċità u l-mobilizzazzjoni ta' finanzjament għall-investiment, kif twettaq sal-lum.

Il-bqija se jkun iddedikat għal teknoloġiji bbażati fuq il-fossili u għall-għażliet għall-iżvilupp, li huma kkunsidrati essenzjali biex tintlaħaq il-viżjoni għall-2050 u biex tiġi appoġġjata t-trasformazzjoni f'sistema ta' enerġija sostenibbli.

Il-progress lejn l-ilħuq ta' dawn l-objettivi se jkun moniterjat u l-Kummissjoni se tirrapporta b'mod regolari dwar il-progress miksub.

Dikjarazzjoni dwar it-tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni

Il-Kummissjoni hija impenjata li twaqqaf u timplimenta l-miżuri biex tagħlaq id-distakk tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa taħt l-intestatura ġdida “It-tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni”. Il-livell ta' finanzjament previst għal dawn il-miżuri mhuwiex se jkun anqas mill-ammont minfuq fis-Seba' Programm ta' Qafas dwar l-azzjonijiet li jindirizzaw it-“twessigħ tal-parteċipazzjoni”.

L-attivitajiet ġodda ta' COST meħuda fil-kuntest tat-“twessigħ tal-parteċipazzjoni” għandhom jiġu appoġġjati mill-baġit allokat għat-“tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni”. L-attivitajiet tal-COST li ma jaqgħux taħtu, u li għandhom ikunu ta' ordni ta' kobor ugwali f'termini ta' baġit, għandhom jiġu appoġġjati mill-baġit allokat għal '6. L-Ewropa f’Dinja li qed tinbidel – Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u riflessivi'.

Il-parti l-kbira tal-attivitajiet relatati mal-Faċilità ta' Sostenn għall-Politika u man-netwerks transnazzjonali tal-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom ikunu appoġġjati wkoll mill-baġit allokat għal '6. L-Ewropa f’Dinja li qed tinbidel – Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u riflessivi'.

Dikjarazzjoni dwar it-Tikketta ta' Eċċellenza

L-interventi fil-livell tal-Unjoni jippermettu li l-kompetizzjoni mifruxa mal-UE kollha tagħżel l-aħjar proposti, biex b’hekk jogħlew il-livelli ta’ eċċellenza u tingħata viżibilità lir-riċerka u l-innovazzjoni ewlenin.

Il-Kummissjoni tqis li l-proposti kkunsidrati pożittivi, kemm dawk tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, l-azzjonijiet Marie Sklodowska-Curie, l-azzjonijiet għall-ħolqien ta' timijiet, l-istrument tal-SMEs tat-2 fażi jew il-proposti ta' proġetti ta' kollaborazzjoni li ma setgħux jiġu ffinanzjati għal raġunijiet baġitarji, xorta waħda ssodisfaw il-kriterju ta' eċċellenza tal-Orizzont 2020.

Hekk kif il-parteċipanti jiġu approvati, din l-informazzjoni tista' tinqasam mal-awtoritajiet responsabbli.

Għaldaqstant il-Kummissjoni tilqa' kull inizjattiva biex dawn il-proġetti jiġu ffinanzjati permezz ta' sorsi nazzjonali, reġjonali jew privati. F'dan il-kuntest, il-politika ta' koeżjoni għandha wkoll rwol ewlieni permezz tal-bini tal-kapaċità.

Dikjarazzjoni dwar l-Istrument tal-SMEs

L-appoġġ għall-SMEs fl-Orizzont 2020 huwa ta' importanza kbira u jirrappreżenta parti prominenti biex jintlaħaq l-għan tal-Programm li jrawwem l-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi. Għalhekk, il-Kummissjoni se tiżgura li jkun hemm viżibilità kbira għall-appoġġ għall-SMEs fl-Orizzont 2020, b'mod partikolari permezz tal-istrument tal-SMEs fil-programmi ta' ħidma, fil-linji gwida u fl-attivitajiet ta' komunikazzjoni. Se jsiru l-isforzi kollha sabiex l-SMEs ikunu jistgħu b'mod faċli u sempliċi jidentifikaw u jużaw l-opportunitajiet ipprovduti lilhom fil-prijoritajiet “Sfidi tas-Soċjetà” u “LEITs”.

L-istrument tal-SMEs se jiġi implimentat permezz ta' struttura unika ta' tmexxija ċentralizzata responsabbli għall-evalwazzjoni u l-ġestjoni tal-proġetti, inkluż l-użu ta' sistemi tal-IT u proċessi tan-negozju komuni.

L-istrument tal-SMEs għandu jattira l-proġetti ta' innovazzjoni l-aktar ambizzjużi tal-SMEs. Dan se jkun implimentat primarjament b'approċċ minn isfel ‘il fuq permezz ta' sejħa permanent miftuħa u mfassla apposta għall-ħtiġijiet tal-SMEs, kif stabbilit fl-objettiv speċifiku “innovazzjoni fl-SMEs” filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet u l-għanijiet tal-LEITs u tal-“Isfidi tas-Soċjetà” u jitħalla li jkun hemm proposti trasversali bejn il-prijoritajiet “Sfidi” u LEITs, li jenfasizzaw l-approċċ minn isfel għal fuq. Din is-sejħa tista' tiġi riveduta/mġedda kull sentejn sabiex tittieħed kunsiderazzjoni tal-programmi strateġiċi biannwali. Fejn ikun xieraq, flimkien mas-sejħa deskritta hawn fuq, jistgħu jiġu organizzati sejħiet għal suġġetti speċifiċi ta' interess strateġiku. Dawn is-sejħiet se jużaw il-kunċetti u l-proċeduri tal-istrument tal-SMEs kif ukoll il-punt ta' dħul uniku għall-applikanti u s-servizzi ta' mentoring u ta' taħriġ.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 6(5)

Bla ħsara għall-proċedura baġitarja annwali, hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li, fil-kuntest tad-djalogu strutturat mal-Parlament Ewropew, tressaq rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-analiżi tal-baġit stabbilit fl-Anness II tal-Orizzont 2020 skont il-prijoritajiet u l-għanijiet speċifiċi fi ħdan dawn il-prijoritajiet, inkluża kwalunkwe applikazzjoni tal-Artikolu 6(5).

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 12

Meta tintalab, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-programmi ta' ħidma adottati lill-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew."


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/288


P7_TA(2013)0500

Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f'Orizzont 2020 ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f''Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (2014-2020)' (COM(2011)0810 – C7-0465/2011 – 2011/0399(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/54)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0810),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 173 u 183 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0465/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-19 ta' Lulju 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-12 ta' Settembru 2013 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294 (4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0428/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jieħu nota tal-istqarrijiet tal-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 318, 20.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 111.


P7_TC1-COD(2011)0399

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f' “Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1290/2013.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONIJIET MILL-KUMMISSJONI

Dikjarazzjoni dwar il-kosti diretti għall-infrastrutturi tar-riċerka kbar

Bi tweġiba għat-talbiet mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni hija impenjata li tiċċara l-kwistjoni tal-kosti diretti ta' infrastrutturi kbar tar-riċerka skont kif deskritt f'din id-dikjarazzjoni.

Il-gwida dwar il-kosti diretti għal infrastrutturi kbar tar-riċerka fl-Orizzont 2020 se tapplika għall-kosti ta' infrastrutturi tar-riċerka kbar b'valur totali ta' mill-inqas EUR 20 miljun għal benefiċjarju partikolari, ikkalkulati bħala s-somma tal-valuri tal-beni storiċi tal-infrastrutturi tar-riċerka individwali kif jidhru fl-aħħar Karta tal-Bilanċ magħluqa ta' dak il-benefiċjarju qabel id-data tal-firma tal-ftehim ta' għotja, jew kif determinat abbażi tal-kosti tal-kiri u l-leasing tal-infrastrutturi tar-riċerka.

Taħt dan il-livell minimu, il-gwida dwar il-kosti diretti għall-infrastrutturi tar-riċerka kbar fl-Orizzont 2020 mhux se tapplika. Il-partiti tal-kosti individwali jistgħu jiġu ddikjarati bħala kosti diretti eliġibbli skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tat-ftehim ta' għotja.

B'mod ġenerali, se jkun possibbli li wieħed jitlob bħala kosti diretti l-kosti kollha li kemm jissodisfaw il-kriterji ġenerali ta' eliġibilità kif ukoll li huma direttament marbuta mal-implimentazzjoni tal-azzjoni u għalhekk jistgħu jiġu attribwiti direttament lilha.

Għal infrastruttura tar-riċerka kbira li tintuża għal proġett, dan se jkun tipikament il-każ għall-kosti kapitalizzati u għall-kosti operattivi.

Il-“kosti kapitalizzati” se jkunu l-kosti mġarrba biex titwaqqaf u/jew tiġġedded l-infrastruttura tar-riċerka kbira, kif ukoll xi kosti ta' tiswija u manutenzjoni speċifiċi tal-infrastruttura tar-riċerka kbira flimkien ma' partijiet minnha jew komponenti integrali essenzjali tagħha.

Il-“kosti operattivi”se jkunu l-kosti li l-benefiċjarju jġarrab speċifikament għat-tmexxija tal-infrastruttura tar-riċerka kbira.

Għall-kuntrarju, xi kosti jistgħu tipikament ma jiġux iddikjarati bħala kosti diretti, iżda jitqiesu rimborżati permezz tar-rata fissa għall-kosti indiretti, eż il-kosti tal-kiri, lease jew deprezzament tal-bini amministrattiv u l-kwartieri.

Fejn il-kosti huma kkawżati parzjalment biss mill-attivitajiet tal-proġett, tista' tiġi ddikjarata biss dik il-parti li titkejjel direttament mal-proġett.

Għal dan il-għan, is-sistema ta' kejl tal-benefiċjarju għandha tipprovdi għal kwantifikazzjoni preċiża tal-valur reali attwali tal-kost tal-proġett (ie li turi l-konsum reali u/jew l-użu għall-proġett). Dan se jkun il-każ, jekk il-kejl jinkiseb mill-fattura tal-fornitur.

Il-kejl tan-nefqa huwa ġeneralment assoċjat mal-ħin użat għall-proġett, li għandu jikkorrispondi mas-sigħat/ġranet/xhur reali ta' użu tal-infrastruttura tar-riċerka għall-proġett. L-għadd totali ta' sigħat/jiem/xhur produttivi għandu jikkorrispondi mal-potenzjal sħiħ tal-użu (kapaċità sħiħa) tal-infrastruttura tar-riċerka. Il-kalkolu tal-kapaċità sħiħa se jinkludi kull ħin li matulu l-infrastruttura tar-riċerka tkun tista' tintuża iżda fil-fatt ma tintużax. Madankollu, il-kalkolu tal-kapaċità sħiħa se jqis kif xieraq ir-restrizzjonijiet reali bħall-ħinijiet tal-ftuħ tal-entità, u l-ħin tat-tiswija u l-manutenzjoni (inkluż l-ikkalibrar u l-ittestjar).

Jekk kost jista' direttament jitkejjel fir-rigward tal-infrastruttura tar-riċerka iżda mhux direttament mal-proġett, minħabba restrizzjonijiet tekniċi, alternattiva aċċettabbli tkun il-kejl ta' dawn il-kosti permezz ta' unitajiet ta' użu attwali rilevanti għall-proġett, appoġġjat minn speċifikazzjonijiet tekniċi ezatti u dejta attwali, u ddeterminat fuq il-bażi tas-sistema analitika tal-kontabilità tal-kosti tal-benefiċjarju.

Il-kosti u l-kejl dirett mal-proġett iridu jiġu appoġġjati minn dokumenti xierqa ta' appoġġ li jippermettu li jkun hemm proċess suffiċjenti ta' awditu.

Il-benefiċjarju jista' juri r-rabta diretta permezz ta' evidenza alternattiva konvinċenti.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jirrakkomandaw l-aħjar prattiki għall-kejl dirett u d-dokumenti ta' appoġġ (eż.: għall-kosti kkapitalizzati: dikjarazzjonijiet tal-kontijiet flimkien ma' politika ta' deprezzament tal-benefiċjarju bħala parti mill-prinċipji normali tal-kontabilità tagħha, li turi kalkolu tal-użu potenzjali u tal-ħajja ekonomika tal-beni, u prova tal-użu attwali għall-proġett; għal spejjeż operattivi: fattura speċifika ttikkettjata espliċitament u relatata mal-infrastruttura tar-riċerka kbira, mal-kuntratt, maż-żmien kemm idum il-proġett, eċċ.).

Fuq talba tal-benefiċjarju ta' infrastrutturi tar-riċerka kbar, u b'kont meħud tar-riżorsi disponibbli u tal-prinċipju tal-kost-effettività, il-Kummissjoni hija lesta li twettaq valutazzjoni ex-ante tal-metodoloġija tal-kost dirett tal-benefiċjarju b'mod sempliċi u trasparenti, sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali. Dawn il-valutazzjonijiet ex-ante se jitqiesu bis-sħiħ matul l-awditi ex-post.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tistabbilixxi grupp li jikkonsisti f'rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati rilevanti, biex tivvaluta l-użu tal-gwida.

Il-Kummissjoni tikkonferma li hi se tadotta minnufih gwida dwar kosti diretti għal infrastrutturi kbar tar-riċerka, ladarba r-regolamenti tal-Orizzont 2020 jiġu adottati.

Dikjarazzjoni dwar il-linji gwida dwar il-kriterji biex jiġi implimentat il-“bonus”

Fir-rigward tar-remunerazzjoni addizzjonali, hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li, mingħajr dewmien, toħroġ linji gwida dwar il-kriterji għall-implimentazzjoni tagħha wara l-adozzjoni tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni u Tixrid tal-Orizzont 2020 .

Dikjarazzjoni dwar ir-Rotta Rapida għall-Innovazzjoni (FTI)

Il-Kummissjoni biħsiebha tipprovdi viżibilità xierqa fost il-komunità tar-riċerka u l-innovazzjoni għall-FTI permezz ta' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u ta' komunikazzjoni qabel is-sejħa pilota fl-2015.

Il-Kummissjoni m'għandhiex il-ħsieb li tillimita l-perjodu tal-azzjonijiet FTI ex-ante. Fatturi bħas-sensittività għaż-żmien u s-sitwazzjoni kompetittiva internazzjonali għandhom jitqiesu biżżejjed meta jkun qed jiġi evalwat l-“impatt” ta' proposta, sabiex titħalla li jkun hemm flessibbiltà skont l-ispeċifiċitajiet varji fl-oqsma differenti tar-riċerka applikata.

Minbarra l-valutazzjoni fil-fond imwettqa fl-evalwazzjoni interim tal-Orizzont 2020, il-proġett pilota tal-FTI se jkun soġġett għal monitoraġġ kontinwu tal-prattikalitajiet kollha relatati mat-tressiq, evalwazzjoni, selezzjoni u l-ibbaġitjar tal-proposti taħt is-sejħa tal-FTI, b'bidu mill-ewwel data tal-iskadenza fl-2015.

Sabiex il-proġett pilota jitħalla jkun effettiv u biex jiġi żgurat li tkun tista' titwettaq valutazzjoni xierqa, dan jista' jirrikjedi li jiġu appoġġjati sa mitt proġett.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikoli 3 u 4

Hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tinkludi referenzi għal-liġi nazzjonali fil-ftehim dwar l-għotja rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti u l-kunfidenzjalità, bil-ħsieb li jinsab bilanċ adatt bejn l-interessi differenti.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 28

(alternattiva ta' rata ta' rimborż ta' 100 % għall-entitajiet legali mingħajr skop ta' qligħ għall-azzjonijiet ta' innovazzjoni):

Il-Kummissjoni tinnota li anke l-entitajiet mingħajr skop ta' profitt jistgħu jwettqu attivitajiet ekonomiċi li huma qrib tas-suq u li jekk jingħataw sussidji jistgħu joħolqu tagħwiġ fis-suq intern. Għaldaqstant, il-Kummissjoni se tevalwa ex-ante jekk l-attivitajiet eliġibbli humiex ta' natura ekonomika, jekk is-sussidji trasversali tal-attivitajiet ekonomiċi effettivament ma jitħallewx isiru, u jekk ir-rata ta' finanzjament għall-attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għandhiex effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern li ma jkunux ibbilanċjati mill-effetti pożittivi tagħha.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 42

Hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-iskadenzi fil-mudell tal-ftehim ta' għotja fir-rigward tal-ħarsien tar-riżultati, b'kont meħud tal-iskadenzi tal-FP7."


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/292


P7_TA(2013)0501

L-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT): il-kontribuzzjoni tal-EIT għal Ewropa iktar innovattiva (COM(2011)0822 – C7-0462/2011 – 2011/0387(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/55)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0822),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0462/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Settembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0422/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 122.


P7_TC1-COD(2011)0387

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta d-Deċiżjoni Nru …/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT): il-kontribuzzjoni tal-EIT għal Ewropa iktar innovattiva

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni 1312/2013/UE.)


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/293


P7_TA(2013)0502

Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (COM(2011)0817 – C7-0467/2011 – 2011/0384(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/56)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0817),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 173(3)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0467/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tas-28 ta' Marzu 2012 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Settembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0403/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni tirreferi l-kwistjoni għal darb’oħra lill-Parlament jekk hija għandha l-intenzjoni li temenda l-proposta tagħha sostanzjalment jew tissostitwiha b’test ieħor;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 122.


P7_TC1-COD(2011)0384

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1292/2013.)


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/294


P7_TA(2013)0503

Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (2014 – 2020) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-Intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (2014-2020) (COM(2011)0834 – C7-0463/2011 – 2011/0394(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/57)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0834),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 173u 195 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0463/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tad-29 ta' Marzu 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta' Ottubru 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Settembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0420/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinstab hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 125.

(2)  ĠU C 391, 18.12.2012, p. 37.


P7_TC1-COD(2011)0394

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME) (2014 – 2020) u jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1287/2013.)


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/295


P7_TA(2013)0504

Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-21 ta' Novembru 2013 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li Jimplimenta Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014 – 2020) (COM(2011)0811 – C7-0509/2011 – 2011/0402(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2016/C 436/58)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0811),

wara li kkunsidra l-Artikolu 182(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kummissjoni kkonsultat mal-Parlament (C7-0509/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Agrikoltura, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0002/2013),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni hekk kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


P7_TC1-CNS(2011)0402

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li Jimplimenta Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 182(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (3),

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 182(3) tat-Trattat, ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … rigward l-Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (“l-Orizzont 2020”) (4)– għandu jiġi implimentat permezz ta’ programm speċifiku li jiddetermina l-objettivi speċifiċi u r-regoli għall-implimentazzjoni tagħhom, jiffissa t-tul ta' żmien tiegħu u jipprovdi għall-mezzi meqjusa meħtieġa.

(2)

L-Orizzont 2020 għandu tliet prijoritajiet, partikolarment, li jiġġenera xjenza eċċellenti (“Xjenza eċċellenti”), joħloq tmexxija industrijali (“Tmexxija industrijali”) u jindirizza l-isfidi tas-soċjetà (“Sfidi tas-soċjetà”). Dawk il-prijoritajiet għandhom ikunu implimentati bi programm speċifiku li jikkonsisti minn Parti waħda għal kull waħda mit-tliet prijoritajiet, Parti waħda għal “Tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni”, Parti waħda għal “Xjenza ma' u għas-soċjetà” u Parti waħda dwar l-azzjonijiet diretti taċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka (JRC).

(2a)

It-tliet prijoritajiet kollha għandhom jinkludu dimensjoni internazzjonali. L-attivitajiet ta' kooperazzjoni internazzjonali għandhom jinżammu mill-anqas fil-livell tas-Seba' Programm Kwadru.

(3)

Filwaqt li l-Orizzont 2020 jistabbilixxi l-objettiv ġenerali ta' dak il-programm qafas, il-prijoritajiet u l-linji ġenerali tal-objettivi u attivitajiet speċifiċi li jridu jitwettqu, il-programm speċifiku għandu jiddefinixxi objettivi speċifiċi u linji ġenerali tal-attivitajiet li huma speċifiċi għal kull waħda mill-Partijiet. Id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni stabbiliti fl-Orizzont 2020 japplikaw bis-sħiħ għal dan il-programm speċifiku, inkluż dawk relatati għal prinċipji etiċi.

(4)

Kull Parti għandha tkun kumplimentari mal-Partijiet l-oħra tal-programm speċifiku u implimentata b’mod koerenti magħhom.

(5)

Hemm ħtieġa kritika għar-rinfurzar, it-twessigħ u l-estensjoni tal-eċċellenza tal-bażi xjentifika tal-Unjoni u li tiġi żgurata provvista ta' riċerka u talent ta' klassi dinjija biex jiġu żgurati l-kompetittività u l-benesseri fit-tul tal-Ewropa. Il-Parti  I “Xjenza eċċellenti” għandha tappoġġa l-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka dwar riċerka fil-fruntiera tal-għarfien, teknoloġiji futuri u emerġenti, Azzjonijiet Marie Skłodowska- Curie u l-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka. Dawn l-attivitajiet għandhom l-għan li tinbena kompetenza fit-tul, b'enfasi qawwija fuq il-ġenerazzjoni ta' xjenza, sistemi u riċerkaturi li jmiss, u jipprovdu appoġġ għat-talent emerġenti minn madwar l-Unjoni u minn pajjiżi assoċjati. Attivitajiet tal-Unjoni li jappoġġaw xjenza eċċellenti għandhom jgħinu biex jikkonsolidaw iż-Żona Ewropea tar-Riċerka u jagħmlu sistema tax-xjenza tal-Unjoni aktar kompetittiva u attraenti fuq skala globali.

(6)

L-attivitajiet ta’ riċerka mwettqa taħt il-Parti  I “Xjenza Eċċellenti” għandhom jiġu determinati skont il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet tax-xjenza ▌. L-aġenda tar-riċerka se tiġi stabbilita b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-komunità xjentifika. Ir-riċerka għanda tiġi ffinanzjata abbażi tal-eċċellenza.

(7)

Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka stabbilit fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni għandu jissostitwixxi u jkun is-suċċessur tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/134/KE (5). Għandu jopera skont prinċipji stabbiliti ta' eċċellenza xjentifika, awtonomija, effiċjenza u trasparenza.

(8)

Sabiex tinżamm u tissaħħaħ it-tmexxija industrijali tal-Unjoni hemm bżonn urġenti li tiġi stimulata r-riċerka u l-iżvilupp fis-settur privat u l-investiment fl-innovazzjoni, tiġi promossa r-riċerka u l-innovazzjoni b’aġenda xprunata min-negozju u jitħaffef l-iżvilupp tat eknoloġiji ġodda li se jsostnu negozji futuri u t-tkabbir ekonomiku. Il-parti II “Tmexxija industrijali” għandha tappoġġa investimenti f'riċerka u innovazzjoni eċċellenti f’teknoloġiji abilitanti ewlenin u teknoloġiji industrijali oħra, tiffaċilita l-aċċess għal finanzjament ta’ riskju għal kumpaniji u proġetti innovattivi u tipprovdi appoġġ madwar l-Unjoni għall-innovazzjoni fl-impriżi żgħar u ta’daqs medju.

(9)

Ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-ispazju, li huma kompetenza kondiviża tal-Unjoni, għandhom ikunu inklużi bħala element koerenti fil-Parti II “Tmexxija industrijali” sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt xjentifiku, ekonomiku u dak fuq is-soċjetà u, biex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti u kosteffettiva.

(10)

Biex jiġu indirizzati sfidi tas-soċjetà ewlenin identifikati fl-istrateġija Ewropa 2020 (6) jeħtieġu investimenti kbar fir-riċerka u l-innovazzjoni biex jiġu żviluppati u implimentati soluzzjonijiet ġodda u rivoluzzjonarji li jkollhom l-iskala u ambitu meħtieġa. Dawn l-isfidi jirrappreżentaw ukoll opportunitajiet ekonomiċi ewlenin għal kumpaniji innovattivi u għalhekk jikkontribwixxu għall-kompetittività tal-Unjoni u l-impjiegi.

(11)

Il-Part III “Sfidi tas-soċjetà” għandha żżid l-effettività tar-riċerka u l-innovazzjoni bħala reazzjoni għall-isfidi prinċipali tas-soċjetà billi tappoġġa l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni eċċellenti. Dawk l-attivitajiet għandhom jiġu implimentati permezz ta' approċċ imsejjes fuq l-isfidi li jiġbor flimkien riżorsi u għarfien bejn oqsma, teknoloġiji u dixxiplini differenti. Ix-xjenzi soċjali u r-riċerka fl-istudji umanistiċi huma element importanti għall-indirizzar tal-isfidi kollha. L-attivitajiet għandhom ikopru l-firxa sħiħa ta’ riċerka u innovazzjoni inklużi attivitajiet relatati mal-innovazzjoni bħall-pilotaġġ, id-dimostrazzjoni, il-bażijiet sperimentali u l-appoġġ għall-akkwist pubbliku, riċerka prenormattiva u l-istabbiliment ta’ standards, u l-użu tal-innovazzjonijiet mis-suq. L-attivitajiet għandhom jappoġġaw direttament il-kompetenzi tal-politika settorjali korrispondenti fil-livell tal-Unjoni , fejn xieraq . It-tibdiliet kollha għandhom jikkontribwixxu lill-objettiv prevalenti tal-iżvilupp sostenibbli.

(11a)

Għandu jinsab bilanċ xieraq bejn il-proġetti iżgħar u dawk ikbar fi ħdan l-Isfidi tas-Soċjetà u t-Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali.

(11b)

Il-Parti IIIa “Tixrid tal-eċċellenza u ż-żieda fil-parteċipazzjoni” għandha tisfrutta b'mod sħiħ il-potenzjal tar-riżorsi tat-talent Ewropew u tiżgura li l-benefiċċji ta’ ekonomija mmexxija mill-innovazzjoni jkunu massimizzati kif ukoll mifruxa sew madwar l-Unjoni, skont il-prinċipju tal-eċċellenza.

(11c)

Il-Parti IIIb “Xjenza ma' u għas-soċjetà” għandha tibni kooperazzjoni effikaċi bejn ix-xjenza u s-soċjetà, trawwem ir-reklutaġġ ta' talent ġdid għax-xjenza, u tikkombina l-eċċellenza xjentifika mas-sensibilizzazzjoni u r-responsabilità soċjali.

(12)

Bħala Parti integrali tal-Orizzont 2020, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) għandu jkompli jipprovdi sostenn xjentifiku u tekniku xprunat mill-klijent għat-tfassil, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-Unjoni. Sabiex iwettaq il-missjoni tiegħu, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandu jwettaq riċerka tal-ogħla kwalità. Fit-twettiq tal-azzjonijiet diretti skont il-missjoni tiegħu, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandu jagħmel enfasi partikolari fuq oqsma ta’ importanza ewlenija għall-Unjoni, jiġifieri tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli, is-sigurtà u ċ-ċittadinanza u l-Ewropa Globali.

(13)

L-azzjonijiet diretti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandhom ikunu implimentati b'mod flessibbli, effiċjenti u trasparenti, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġiet rilevanti tal-utenti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u l-politiki tal-Unjoni, kif ukoll billi jiġi rrispettat l-objettiv li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dawk l-azzjonijiet ta' riċerka għandhom jiġu adattati fejn xieraq għal dawn il-ħtiġijiet u għall-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi u jimmiraw li jiksbu l-eċċellenza xjentifika.

(14)

Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandu jkompli jiġġenera riżorsi addizzjonali permezz ta ’attivitajiet kompetittivi, inklużi l-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet indiretti tal-Orizzont 2020, il-ħidma ta' parti terza u, f’livell inqas, l-isfruttar tal-proprjetà intellettwali.

(15)

Il-programm speċifiku għandu jikkumplimenta l-azzjonijiet imwettqa fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet oħra tal-Unjoni li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 ▌.

(15a)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar Assoċjazzjoni lil hinn mill-baħar), kif emendata, l-entitajiet legali tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej huma eliġibbli biex jipparteċipaw fl-Orizzont 2020 soġġetti għall-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fiha.

(16)

Sabiex jiġi żgurat li ▌l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-użu tal-faċilitajiet ta' finanzjament jirreflettu l-kundizzjonijiet tas-suq, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tadatta jew telabora aktar il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-użu tal-faċilitajiet finanzjarji. Huwa ta' importanza kbira li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż f'livell espert.

Il-Kummissjoni, waqt li tkun qiegħda tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni fil-ħin u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Kunsill.

(17)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tadotta programmi ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku.

(18)

Is-setgħat implimentattivi relatati mal-programmi ta' ħidma għall-Partijiet I, II , IIIa u IIIb , bl-eċċezzjoni tal-azzjonijiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka fejn il-Kummissjoni ma titbiegħidx mill-pożizzjoni tal-Kunsill Xjentifiku, għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (7).

(19)

Il-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 96/282/Euratom tal-10 ta’ April 1996 dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (8), ġie kkonsultat dwar il-kontenut xjentifiku u teknoloġiku tal-programm speċifiku dwar l-azzjonijiet diretti taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka.

(20)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza u ċarezza legali, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku “Kooperazzjoni” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007 sa 2013) (9), id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/972/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku “Ideat” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007 sa 2013) (10), id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/973/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku “Nies” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007 sa 2013) (11), id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/974/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku “Kapaċitajiet” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007 sa 2013) (12), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/975/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku li għandu jitwettaq permezz ta’ azzjonijiet diretti miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka fl-ambitu tas-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007 sa 2013) (13), għandhom jitħassru,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

TITOLU I

STABBILIMENT

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru XX/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) u jiddetermina l-objettivi speċifiċi għal appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament kif ukoll ir-regoli għall-implimentazzjoni.

Artikolu 2

Stabbiliment tal-Programm Speċifiku

1.   Il-programm speċifiku li jimplimenta l-Orizzont 2020 – Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) ('il-programm speċifiku') huwa b’dan stabbilit għall- du mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

2.   Skont l-Artikolu 5(2) u 5(3) tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [l-Orizzont 2020], il-programm speċifiku għandu jikkonsisti mill-Partijiet li ġejjin:

(a)

Parti I “Xjenza eċċellenti”;

(b)

Parti II “Tmexxija industrijali”;

(c)

Parti III “Sfidi tas-soċjetà”;

(d)

Parti IV “Azzjonijiet diretti mhux nukleari tal-Kunsill taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC)”.

Artikolu 3

Objettivi speċifiċi

1.   Il-Parti I “Xjenza eċċellenti” għandha ssaħħaħ l-eċċellenza tar-riċerka Ewropea skont il-prijorità “Xjenza eċċellenti” stabbilita fl-Artikolu 5(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [l-Orizzont 2020] billi tilħaq l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)

it-tisħiħ tar-riċerka fil-fruntiera tal-għarfien, permezz tal-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC);

(b)

it-tisħiħ tar-riċerka f’Teknoloġiji Futuri u Emerġenti;

(c)

it-tisħiħ tal-ħiliet, taħriġ u żvilupp tal-karriera, permezz tal-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (“azzjonijiet Marie Skłodowska- Curie”);

(d)

it-tisħiħ tal-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka, inklużi l-infrastrutturi elettroniċi.

Il-linji ġenerali tal-attivitajiet għal dawk l-objettivi speċifiċi huma stabbiliti fil-Parti I tal-Anness I.

2.   Il-Parti II 'Tmexxija industrijali' għandha ssaħħaħ it-tmexxija industrijali u l-kompetittività skont il-prijorità 'Tmexxija industrijali' stabbilita fl-Artikolu 5(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru XX/2012 [L-Orizzont 2020] billi tilħaq l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)

tingħata spinta lit-tmexxija industrijali Ewropea permezz tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku, id-dimostrazzjoni u l-innovazzjoni fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali li ġejjin:

(i)

it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

(ii)

in-nanoteknoloġiji;

(iii)

il-materjali avvanzati;

(iv)

il-bijoteknoloġija;

(v)

il-manifattura u pproċessar avvanzati;

(vi)

l-ispazju;

(b)

it-titjib tal-aċċess għal finanzjament ta’ riskju għal investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni;

(c)

iż-żieda fl-innovazzjoni f'impriżi żgħar u ta' daqs medju.

Il-linji ġenerali tal-attivitajiet għal dawk l-objettivi speċifiċi huma stipulati fil-Parti II tal-Anness I. Se jkun hemm kundizzjonijiet speċifiċi għall-użu ta' faċilitajiet ta' finanzjament taħt l-objettiv speċifiku fil-punt (b). Dawk il-kundizzjonijiet huma stipulati fil-punt 2 tal-Parti II tal-Anness I.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 10 dwar il-modifiki tas-sehem tal-investiment mill-Faċilità ta' Ekwità tal-Orizzont 2020 tal-investiment totali tal-UE fl-investimenti fl-istadju ta' espansjoni u tkabbir rigward l-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punt 2 tal-Parti II tal-Anness I .

3.   Il-Parti III 'Sfidi tas-soċjetà' għandha tikkontribwixxi lill-prijorità 'Sfidi tas-soċjetà' stabbiliti fl-Artikolu 5(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru XX/2012 [l-Orizzont 2020] billi jitwettqu azzjonijiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku, dimostrazzjoni u innovazzjoni li jikkontribwixxu għall-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)

it-titjib tas-saħħa u l-benessri tul il-ħajja ta’ kulhadd ;

(b)

l-iżgurar ta' biżżejjed provvisti ta' ikel sikur, tajjeb għas-saħħa u ta' kwalità għolja u prodotti b'bażi bijoloġika oħrajn, billi jiġu żviluppati sistemi ta' produzzjoni primarja produttivi , sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, li jrawmu servizzi tal-ekosistemi relatati u l-irkupru tad-diversità bijoloġika , flimkien ma’ katini tal-provvista, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni kompetittivi u b’livell baxx ta' emissjonijiet ta’ karbonju;

(c)

it-twettiq tat-tranżizzjoni lejn sistema tal-enerġija affordjabbli, aċċettata pubblikament, sostenibbli u kompetittiva, bil-għan li tnaqqas id-dipendenza fuq il-karburanti fossili fid-dawl tar-riżorsi dejjem aktar skarsi , il-ħtiġijiet tal-enerġija dejjem jiżdiedu u t-tibdil fil-klima;

(d)

il-kisba ta’ sistema Ewropea tat-trasport li hija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, favur il-klima u l-ambjent, sikura u bla intoppi għall-benefiċċju taċ-ċittadini, l-ekonomija u s-soċjetà;

(e)

il-kisba ta' ekonomija u soċjetà effiċjenti fl-użu tar-riżorsi - u tal-ilma- u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, il-protezzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u tal-ekosistemi u provvista u użu sostenibbli ta’ materja prima, sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet ta’ popolazzjoni globali li qed tikber, fil-limiti sostenibbli tar-riżorsi naturali u tal-ekosistemi tal-pjaneta;

(f)

it-trawwim ta' fehim aħjar tal-Ewropa, il-provvediment ta' soluzzjonijiet u appoġġ lis-soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi u  riflessivi f’kuntest ta’ trasformazzjonijiet mingħajr preċedent u interdipendenzi globali li qed jikbru;

(g)

it-trawwim ta' soċjetajiet Ewropej sikuri f’kuntest ta’ trasformazzjonijiet mingħajr preċedent u interdipendenzi u theddid globali li qed jikbru filwaqt li tissaħħaħ il-kultura Ewropea ta' libertà u ġustizzja.

Il-linji ġenerali tal-attivitajiet għal dawk l-objettivi speċifiċi huma stabbiliti fil-Parti III tal-Anness I.

3a.     Part (IIIa) 'It-tixrid tal-eċċellenza u ż-żieda fil-parteċipazzjoni' għandhom jisfruttaw b'mod sħiħ il-potenzjal tar-riżorsa tat-talent Ewropew u tiżgura li l-benefiċċji ta’ ekonomija mmexxija mill-innovazzjoni jkunu massimizzati kif ukoll mifruxa sew madwar l-Unjoni, skont il-prinċipju tal-eċċellenza.

3b.     Il-Parti (IIIb) 'Xjenza ma' u għas-Soċjetà' għandha tibni kooperazzjoni effikaċi bejn ix-xjenza u s-soċjetà, twettaq reklutaġġ ta' talent ġdid għax-xjenza u tikkombina l-eċċellenza xjentifika mas-sensibilizzazzjoni u r-responsabilità soċjali.

4.   Il-Parti IV 'Azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka' għandha tikkontribwixxi għall-prijoritajiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [Orizziont 2020] bl-objettiv speċifiku li tipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku integrat u f'waqtu lill-proċess tat-tfassil tal-politika Ewropea.

Il-linji ġenerali ta' dak l-objettiv speċifiku huma stipulati fil-Parti IV tal-Anness I.

5.   Il-programm speċifiku għandu jiġi vvalutat fir-rigward ta' riżultati u impatt kif imkejla fil-konfront ta' indikaturi tal-prestazzjoni▌.

Dettall ulterjuri dwar l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jikkorispondi għall-objettivi speċifiċi stipulati fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu huwa stipulat fl-Anness II.

Artikolu 4

Baġit

1.   Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [l-Orizzont 2020], il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku għandu jkun ta' [EUR 86 198 miljun].

2.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitqassam fost l-erba' Partijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta' din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [l-Orizzont 2020]. It-tqassim indikattiv tal-baġit għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni u l-ammont massimu globali tal-kontribuzzjoni għall-azzjonijiet taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka huma stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [l-Orizzont 2020].

3.   Mhux aktar minn 6 % tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [l-Orizzont 2020] għall-Partijiet I, II u III tal-programm speċifiku għandhom ikunu għan-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni.

4.   Fejn meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit għal wara l-2020 biex ikopru spejjeż tekniċi u amministrattivi, sabiex jippermettu l-ġestjoni ta’ azzjonijiet li jkunu għadhom ma tlestewx sal-31 ta’ Diċembru 2020.

TITOLU II

IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 5

Programmi ta’ ħidma

1.   Il-programm speċifiku għandu jiġi implimentat permezz ta’ programmi ta’ ħidma.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma komuni jew separati għall-implimentazzjoni tal-Partijiet I, II u III ta' dan il-programm speċifiku msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 2(2), għajr għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet taħt l-għan speċifiku 'Tisħiħ tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien , permezz tal-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka ', imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) . Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(2).

3.   Il-programmi ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet taħt l-objettiv speċifiku 'Tisħiħ tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien , permezz tal-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka ' kif stabbilit mill-Kunsill Xjentifiku tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka taħt il-punt (b) tal-Artikolu  7(2)▌, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, permezz ta’ att ta' implimentazzjoni , f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 9(2a) . Il-Kummissjoni għandha titbiegħed mill-programm ta’ ħidma stabbilit mill-Kunsill Xjentifiku biss meta tqis li dan mhuwiex skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tadotta l-programm ta’ xogħol permezz ta’ att ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(2). Il-Kummissjoni għandha tagħti motivazzjoni b'mod dovut għal din il-miżura.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta’ ħidma multiannwali separat, permezz ta’ att ta' implimentazzjoni, għall-Parti IV tal-programm speċifiku dwar azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 2(2).

Dan il-programm ta’ ħidma għandu jqis il-parir mogħti mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Kunsill tar-Riċerka Konġunta msemmi fid-Deċiżjoni 96/282/Euratom.

5.   Il-programmi ta’ ħidma għandhom iqisu l-istat tax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-livell nazzjonali, f'dak tal-Unjoni u f'dak internazzjonali kif ukoll l-iżviluppi rilevanti fil-politiki, is-suq u s-soċjetà. Dawn għandhom jinkludu , fejn xieraq, informazzjoni dwar il-koordinazzjoni mal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni mwettqa mill-Istati Membri (inklużi r-reġjuni tagħhom) , inkluż f'oqsma fejn hemm inizjattivi ta’ programmazzjoni konġunta. Dawn għandhom jiġu aġġornati fejn xieraq.

6.   Il-programmi ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-Partijiet I sa III, imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 2(2) għandhom jistabbilixxu l-objettivi indirizzati, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom, inkluża, fejn xieraq, informazzjoni indikattiva dwar l-ammont tan-nefqa relatata mal-klima. Għandhom jinkludu ukoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni, skeda indikattiva ta' implimentazzjoni, kif ukoll approċċ multiannwali u orjentazzjonijiet strateġiċi għas-snin sussegwenti ta' implimentazzjoni. Għandhom jinkludu għotjiet għall-prijoritajiet , il-kriterji ta' għażla u għoti u l-piż relattiv tal-kriterji differenti ta' għoti u r-rata massima tal-finanzjament tal-spejjeż totali eliġibbli . Dawn għandhom jindikaw ukoll kwalunkwe obbligu addizzjonali ta' sfruttament u disseminazzjoni għall-parteċipanti, f'konformità mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [Regoli ta' Parteċipazzjoni]. Għandhom jippermettu approċċi strateġiċi minn fuq għal isfel kif ukoll minn isfel għal fuq , kif ikun xieraq, li jindirizzaw l-objettivi b’modi innovattivi.

Barra minn hekk, dawk il-programmi ta' ħidma għandhom jinkludu taqsima li tidentifika azzjonijiet trasversali kif imsemmi fl-Artikolu 13 u fil-kaxxa ta' dwar kwistjonijiet trażversali u miżuri ta' appoġġ fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [l-Orizzont 2020], li jkopru żewġ objettivi speċifiċi jew aktar, it-tnejn fi ħdan l-istess prijorità u fuq żewġ prijoritajiet jew aktar. Dawk l-azzjonijiet għandhom ikunu implimentati b'mod integrat.

7.     Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(2) il-miżuri li ġejjin:

(a)

id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-finanzjament għall-azzjonijiet indiretti, meta l-ammont stmat tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni taħt dan il-programm ikun ta' EUR 2,5 miljun jew aktar; bl-eċċezzjoni tal-azzjonijiet taħt l-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) u bl-eċċezzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati taħt ir-Rotta Rapida lejn l-Innovazzjoni.

(b)

id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-finanzjament ta' azzjonijiet li jinvolvu l-użu ta' embrijuni umani u ċelloli staminali tal-embrijoni tal-bniedem, u ta' azzjonijiet taħt l-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 3(3).

(c)

id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-finanzjament ta' azzjonijiet, meta l-ammont stmat tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni taħt dan il-programm ikun daqs jew aktar minn EUR 0,6 miljun għal azzjonijiet taħt l-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 3(3) u għal azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(3a) u l-Artikolu 3(3b).

(d)

it-tfassil tat-termini ta' referenza għall-evalwazzjonijiet previsti fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [l-Orizzont 2020].

Artikolu 6

Kunsill Ewropew għar-Riċerka

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Kunsill Ewropew għar-Riċerka (“ERC”), li għandu jkun il-mezz ta' implimentazzjoni tal-azzjonijiet taħt il-Parti I 'Xjenza eċċellenti' relatati mal-objettiv speċifiku 'Tisħiħ tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien , permezz tal-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka '. L-ERC għandu jieħu post il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka stabbilit bid-Deċiżjoni 2007/134/KE.

2.   Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għandu jkun magħmul minn Kunsill Xjentifiku indipendenti previst fl-Artikolu 7 u l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni prevista fl-Artikolu 8.

3.   L-ERC għandu jkollu President, li jintgħażel minn xjenzati superjuri u internazzjonalment rispettati.

Il-President għandu jinħatar mill-Kummissjoni, wara proċess ta' reklutaġġ trasparenti li jinvolvi kumitat indipendenti dedikat għat-tiftix, għal terminu limitat ta' erba' snin li jiġġedded darba. Il-proċess ta’ reklutaġġ u l-kandidat magħżul għandu jkollhom l-approvazzjoni tal-Kunsill Xjentifiku.

Il-President għandu jippresjedi l-Kunsill Xjentifiku u għandu jiżgura t-tmexxija u l-kollaborazzjoni tiegħu mal-istruttura dedikata ta' implimentazzjoni, u għandu jirrappreżentah fid-dinja tax-xjenza.

4.   Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għandu jaħdem skont il-prinċipji tal-eċċellenza xjentifika, l-awtonomija, l-effiċjenza, l-effettività, it-trasparenza u r-responsabbiltà. Għandu jiżgura kontinwità mal-azzjonijiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka mwettqa skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/972/KE.

5.   L-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għandhom jappoġġaw riċerka mwettqa fl-oqsma kollha minn timijiet individwali u transnazzjonali f'kompetizzjoni fuq livell Ewropew. L-għotjiet tar-riċerka tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għandhom jingħataw fuq il-kriterju uniku tal-eċċellenza.

6.   Il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala garanti tal-awtonomija u l-integrità tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u għandha tiżgura t-twettiq xieraq tal-kompiti fdati lilu.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka tkun skont il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu kif ukoll l-istrateġija xjentifika globali tal-Kunsill Xjentifiku msemmija fl-Artikolu 7(2).

Artikolu 7

Kunsill Xjentifiku

1.   Il-Kunsill Xjentifiku għandu jkun kompost minn xjentisti, inġiniera u akkademiċi tal-ogħla reputazzjoni u b’kompetenza xierqa, kemm nisa kif ukoll irġiel fi gruppi ta' etajiet differenti, li jiżguraw diversità ta’ oqsma ta’ riċerka u jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom, indipendentement minn interessi estranji.

Il-membri tal-Kunsill Xjentifiku għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, wara proċedura indipendenti u trasparenti għall-identifikazzjoni tagħhom miftiehma mal-Kunsill Xjentifiku, inkluża konsultazzjoni mal-komunità xjentifika u rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Il-mandat għandu jkun limitat għal erba' snin, li jiġġedded darba, abbażi ta’ sistema ta’ rotazzjoni li għandha tiżgura l-kontinwità tax-xogħol tal-Kunsill Xjentifiku.

2.   Il-Kunsill Xjentifiku għandu jistabbilixxi:

(a)

l-istrateġija globali tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka;

(b)

il-programm ta’ ħidma għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka;

(c)

il-metodi u l-proċeduri għall-analiżi inter pares u l-evalwazzjoni ta’ proposti li abbażi tagħhom jiġu determinati l-proposti li għandhom jiġu ffinanzjati;

(d)

il-pożizzjoni tiegħu dwar kwalunkwe kwistjoni li minn perspettiva xjentifika tista’ ssaħħaħ il-kisbiet u l-impatt tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, u l-kwalità tar-riċerka mwettqa;

(e)

il-kodiċi ta’ kondotta li tindirizza, fost oħrajn, l-evitar ta’ kunflitt ta’ interessi.

Il-Kummissjoni għandha titbiegħed mill-pożizzjonijiet stabbilti mill-Kunsill Xjentifiku skont il-punti (a), (c), (d), u (e) tal-ewwel subparagrafu biss meta tqis li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni ma ġewx rispettati. F'dak il-każ il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jżommu l-kontinwità fl-implimentazzjoni tal-programm speċifiku u l-kisbiet tal-objettivi tiegħu, li jistabbillixu punti ta' tbegħid mill-pożizzjonijiet tal-Kunsill Xjentifiku u billi tiġġustifikahom b'mod dovut.

3.   Il-Kunsill Xjentifiku għandu jaġixxi skont il-mandat stabbilit fil-punt 1.1, Parti I tal-Anness I.

4.   Il-Kunsill Xjentifiku għandu jaġixxi esklużivament fl-interess li jintlaħaqu l-objettivi tal-parti tal-programm speċifiku li jirrigwardja l-objettiv speċifiku 'Tisħiħ tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien , permezz tal-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka ' skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 6(4). Għandu jaġixxi b'integrità u b'mod rett u għandu jwettaq xogħlu b'effiċjenza u bl-akbar trasparenza possibbli.

Artikolu 8

Struttura ddedikata għall-implimentazzjoni

1.   L-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni amministrattiva u l-eżekuzzjoni tal-programm, kif deskritt fil-punt 1.2 tal-Parti I tal-Anness I u għandha tappoġġa l-Kunsill Xjentifiku fit-twettiq tal-kompiti kollha tiegħu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni ssegwi b’mod strett, effiċjenti u bil-flessibiltà neċessarja l-objettivi u r-rekwiżiti tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka waħdu.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 8a

Monitoraġġ u informazzjoni dwar l-implimentazzjoni

1.     Il-Kummissjoni għandha kull sena tagħmel monitoraġġ u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 f'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [l-Orizzont 2020] u l-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

2.     Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9 bil-progress ġenerali fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet indiretti tal-programm speċifiku biex il-Kumitat ikun jista' jipprovdi kontribut bikri adatt dwar it-tħejjija tal-programmi ta' ħidma b'mod partikolari l-approċċ pluriennali u l-orjentazzjonijiet strateġiċi, u għandha tagħtih informazzjoni fil-ħin dwar l-azzjonijiet kollha proposti jew finanzjati taħt l-Orizzont 2020 kif speċifikat fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 9

Proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

1a.     Il-Kumitat għandu jiltaqa' f'konfigurazzjonijiet differenti kif stabbilit fl-Anness V, b'kont meħud tas-suġġett li għandu jiġi diskuss.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura ta' eżami f'konformità mal-Artikolu  5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2a.     Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura konsultattiva f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn l-opinjoni tal-kumitat imsemmi fil-paragrafi  2 u 2a tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta’ żmien għall-għoti tal-opinjoni, dan jiġi deċiż mill-president tal-kumitat jew meta dan jintalab minn maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat.

Artikolu 10

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati qiegħda tiġi kkonferita lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li jiġu adottati atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 3(2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni ▌mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni u għat-tul tal-Programm .

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata f’dan. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Kunsill b’dan.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Kunsill ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjona. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar fuq l-inizjattiva tal-Kunsill.

6.   Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat bl-adozzjoni tal-atti delegati mill-Kummissjoni, jew dwar kwalunkwe oġġezzjoni formulata lilhom, jew dwar ir-revoka tad-delega tas-setgħat mill-Kunsill.

Artikolu 11

Revoka u dispożizzjonijiet transitorji

1.   Id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE huma revokati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

2.   Madankollu, l-azzjonijiet mibdija taħt id-Deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-obbligi finanzjarji relatati ma’ azzjonijiet indirizzati taħt dawk id-Deċiżjonijiet għandhom ikomplu jiġu rregolati minn dawk id-Deċiżjonijiet sat-tlestija tagħhom. Fejn meħtieġ, kwalunkwe kompitu li jifdal tal-Kumitati stabbiliti bid-Deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9 ta’ din id-Deċiżjoni.

3.   L-allokazzjoni finanzjarja għall-programm speċifiku tista' tkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-programm speċifiku u l-miżuri koperti bid-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013.

(2)  ĠU C , , p.

(3)  ĠU C , , p.

(4)  ĠU , , p.

(5)  ĠU L 57, 24.2.2007, p. 14.

(6)  COM(2010)2020

(7)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(8)  ĠU L 107, 30.4.1996, p. 12.

(9)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86.

(10)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 243.

(11)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 272.

(12)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 299.

(13)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 368.

(14)  ĠU L [], [], p. []

ANNESS I

Linji ġenerali tal-attivitajiet

Elementi komuni għall-azzjonijiet indiretti

1.   PROGRAMMAR

1.1.   Ġenerali

Ir-Regolament (UE) Nru XX/2012 (l-Orizzont 2020) jipprovdi sett ta’ prinċipji sabiex jitrawwen approċċ programmatiku li permezz tiegħu l-attivitajiet jikkontribwixxu b'mod strateġiku u integrat lejn l-objettivi tiegħu u sabiex jiżgura kumplimentarjetà b'saħħitha ma’ politiki u programmi relatati oħrajn madwar l-Unjoni.

L-azzjonijiet indiretti tal-Orizzont 2020 se jkunu implimentati permezz ta' forom ta' finanzjament previsti fir-Regolament Finanzjarju, partikolarment għotjiet, premjijiet, akkwisti u strumenti finanzjarji. Il-forom kollha tal-finanzjament se jintużaw b’mod flessibbli fil-firxa kollha tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Orizzont 2020, filwaqt li l-użu tagħhom jiġi ddeterminat abbażi tal-ħtiġijiet u l-aspett speċifiki tal-objettiv speċifiku partikolari.

Ser tingħata attenzjoni partikolari biex ikun żgurat approċċ bilanċjat għar-riċerka u l-innovazzjoni , li ma jkunx limitat biss għall-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi ġodda abbażi ta' avvanzi xjentifiċi u teknoloġiċi, iżda li jinkorpora wkoll aspetti bħall-użu ta' teknoloġiji eżistenti f’applikazzjonijiet ġodda, titjib kontinwu, innovazzjoni mhux teknoloġika u innovazzjoni soċjali. Approċċ ħolistiku għall-innovazzjoni biss jista' jindirizza fl-istess ħin l-isfidi tas-soċjetà u jagħti lok għal negozji u industriji kompetittivi ġodda.

Għall-isfidi tas-soċjetà u t-teknoloġiji abilitanti u industrijali b’mod partikolari, se jkun hemm enfasi partikolari fuq attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni kkumplementati b'attivitajiet li joperaw qrib l-utenti aħħarin u s-suq, bħal dimostrazzjoni, il-pilotaġġ jew il-prova tal-kunċett. Din se tinkludi wkoll, fejn xieraq, l-attivitajiet favur l-innovazzjoni soċjali, u appoġġ għall-approċċi mil-lat tad-domanda, bħall-prestandardizzazzjoni jew l-akkwist prekummerċjali, l-akkwist ta’ soluzzjonijiet innovattivi, l-istandardizzazzjoni u miżuri tad-domanda oħrajn biex jgħinu fl-aċċellerazzjoni tal-użu u d-diffużjoni ta’ prodotti u servizzi innovattivi fis-suq. Barra minn hekk, se jkun hemm biżżejjed lok għal approċċi minn isfel għal fuq biex issir sejħa għal proposti, u l-attivitajiet fil-programmi ta' ħidma se jiġu definiti f'termini wiesgħa. Se jkun hemm skemi miftuħa, ħfief u rapidi taħt kull waħda mill-isfidi, u teknoloġiji biex jipprovdu lill-aħjar riċerkaturi, intraprendituri u impriżi tal-Ewropa l-opportunità li jippreżentaw soluzzjonijiet rivoluzjonarji tal-għażla tagħhom.

L-iffissar tal-prijoritajiet dettaljati matul l-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 se jinvolvi approċċ strateġiku għall-ipprogrammar tar-riċerka, bl-użu ta' modi ta' governanza li jallinjaw mill-qrib mal-iżvilupp tal-politika iżda li jaqsmu l-politiki settorjali tradizzjonali. Dan se jkun ibbażat fuq evidenza soda, analiżi u antiċipazzjoni, bi progress li jitkejjel permezz ta' sett robust ta' indikaturi tal-prestazzjoni. Dan l-approċċ trasversali għall-ipprogrammar u l-governanza se jippermetti koordinazzjoni effikaċi bejn l-objettivi speċifiċi kollha tal-Orizzont 2020 u se jkun possibbli li jiġu indirizzati l-isfidi li jolqtuhom, bħal pereżempju s-sostenibbiltà, it-tibdil fil-klima, ix-xjenzi soċjali l-istudji umanistiċi jew ix-xjenzi u t-teknoloġiji tal-baħar.

L-iffissar tal-prijoritajiet bl-istess mod se jkun imsejjes fuq firxa wiesgħa ta' kontribuzzjonijiet u pariri. Se jinkludi, fejn xieraq, gruppi ta’ esperti indipendenti mwaqqfa speċifikament biex jagħtu parir dwar l-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 jew kwalunkwe objettiv speċifiku tiegħu. Dawn il-gruppi ta' esperti għandhom juru l-livell xieraq ta’ kompetenza u għarfien fl-oqsma koperti, u varjetà ta’ sfondi professjonali, inkluż l-involviment tal-komunità akkademika , l-industrija u s-soċjetà ċivili. Il-pariri dwar l-identifikazzjoni u t-tfassil ta' prijoritajiet strateġiċi mill-Kumitat taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (KŻER), Gruppi oħrajn relatati maż-ŻER u l-Grupp dwar il-Politika tal-Intrapriża (GPI) għandhom, fejn adatt, jiġu kkunsidrati wkoll.

L-iffissar ta' prijoritajiet jista' jqis ukoll l-aġendi ta' riċerka strateġika tal-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija , l-Inizjattivi ta' Programmar Konġunt jew kontributi mis-Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni. Fejn xieraq, is-sħubijiet pubbliċi pubbliċi u s-sħubijiet pubbliċi privati appoġġati permezz tal-Orizzont 2020 se jikkontribwixxu wkoll għall-proċess ta' stabbiliment tal-prijoritajiet u għall-implimentazzjoni, b'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Orizzont 2020. L-interazzjonijiet regolari maċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, permezz ta’ metodoloġiji xierqa bħal konferenzi ta' kunsens, valutazzjoni parteċipatorji tat-teknoloġija jew impenn dirett fil-proċessi ta' riċerka u innovazzjoni, se jkunu wkoll il-pedament tal-proċess tal-iffissar tal-prijoritajiet.

Peress li l-Orizzont 2020 huwa programm għal seba' snin, il-kuntest ekonomku, tas-soċjetà u dak politiku li fih se jopera jista’ jinbidel b’mod sinifikanti matul il-ħajja tiegħu. Għandu jkun possibbli għall-Orizzont 2020 li jadatta għal dawn il-bidliet. Għaldaqstant taħt kull wieħed mill-objettivi speċifiċi, se jkun hemm il-possibbiltà li jiġi inkluż appoġġ għal attivitajiet lil hinn mid-deskrizzjonijiet stipulati hawn taħt, fejn dan ikun iġġustifikat bil-mod dovut sabiex jiġu indirizzati l-iżviluppi ewlenin, il-ħtiġijiet ta' politika jew il-ġrajjiet mhux previsti.

L-attivitajiet appoġġati taħt il-Partijiet differenti u l-objettivi speċifiċi tagħhom għandhom jiġu implimentati b'tali mod li jiżgura l-komplementarjetà u l-konsistenza fosthom, kif adatt.

1.2.   Aċċess għal finanzjament ta’ riskju

L-Orizzont 2020 se jgħin lill-kumpaniji u tipi oħrajn ta’ organizzazzjoni jiksbu aċċess għal self, garanziji u finanzjament ta' ekwità permezz ta' żewġ faċilitajiet.

Il-faċilità ta' dejn se tipprovdi self lil benefiċjarji uniċi għal investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni; garanziji lill-intermedjarji finanzjarji li jagħtu s-self lill-benefiċjarji; kombinazzjonijiet ta’self u garanziji, u garanziji jew kontrogaranziji għal skemi nazzjonali, reġjonali u lokali ta' finanzjament tad-dejn. Din se tinkludi tieqa għall-SMEs li timmira għall-SMEs xprunati mir-R&I b'ammonti ta' self li jikkumplimentaw il-finanzjament lill-SMEs mill-Faċilità ta' Garanzija tas-Self taħt il-Programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u l-SMEs (COSME) .

Din il-faċlità ta' ekwità se tipprovdi kapital ta' riskju u/jew mezzanin lil impriżi individwali fl-istadju bikri (tieqa għal start ups). Il-faċilità se jkollha wkoll il-possibbiltà li investimenti fl-istadju ta' espansjoni u tkabbir flimkien mal-Faċilità ta' Ekwità għat-Tkabbir taħt il-Programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u l-SMEs (COSME) , inkluż fil-fondi tal-fondi.

Dawn il-faċilitajiet se jkunu ċentrali għall-objettiv speċifiku “Aċċess għal finanzjament ta’ riskju” iżda, fejn rilevanti, jistgħu jintużaw ukoll fost l-objettivi speċifiċi oħrajn kollha tal-Orizzont 2020.

Il-faċilità ta' ekwità u t-tieqa ta' opportunità għall-SMEs tal-faċilità ta' dejn se jiġu implimentati bħala parti minn żewġ Strumenti Finanzjarji tal-UE li jipprovdu ekwità u dejn bħala appoġġ għar-R&I u t-tkabbir tal-SMEs, flimkien mal-faċilitajiet ta' ekwità u dejn taħt il-Programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u l-SMEs (COSME) .

1.3.    Komunikazzjoni, sfruttar u disseminazzjoni

Valur miżjud ewlieni tar-riċerka u l-innovazzjoni ffinanzjati fil-livell tal-Unjoni huwa l-possibbiltà li jiġu ddisseminati , sfruttati u kkomunikati r-riżultati fuq skala kontinentali wiesgħa biex jissaħħaħ l-impatt tagħhom. Għaldaqstant, l-Orizzont 2020 se jinkludi, taħt l-objettivi speċifiċi kollha tiegħu, appoġġ dedikat għad-disseminazzjoni (inkluż permezz ta' aċċess miftuħ għall-publikazzjonijiet xjentifiċi ), azzjonijiet ta' komunikazzjoni u djalogu, b’enfasi qawwija fuq il-komunikazzjoni tar-riżultati lill-utenti aħħarin, iċ-ċittadini, il-komunità akkademika, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-industrija u dawk li jfasslu l-politika. Għal dan il-għan, l-Orizzont 2020 jista' jagħmel użu minn netwerks stabbiliti għat-trasferiment tal-informazzjoni. Attivitajiet ta' komunikazzjoni mwettqa fil-kuntest tal-Orizzont 2020 se jippromwovu l-fatt li r-riżultati nkisbu bl-appoġġ tal-finanzjament tal-Unjoni u se jippruvaw iżidu wkoll il-kuxjenza pubblika dwar l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta’ pubblikazzjonijiet, avvenimenti, repożitorju ta' għarfien, bażijiet ta' data, siti tal-internet jew użu mmirat tal-mezzi tal-midja soċjali.

2.    KUMPLEMENTARITAJIET U  KWISTJONIJIET TRASVERSALI U MIŻURI TA' APPOĠĠ

L-Orizzont 2020 huwa strutturat madwar l-objettivi ddefiniti għat-tliet partijiet tagħha: il-ġenerazzjoni ta' xjenza eċċellenti, il-ħolqien ta' tmexxija industrijali u l-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà. Se tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata koordinazzjoni adegwata bejn dawn il-partijiet u l-isfruttar sħiħ tas-sinerġiji iġġenerati bejn l-objettivi speċifiċi kollha li jimmassimizzaw l-impatt kumplessiv tagħhom fuq l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni ta' livell ogħla. Għaldaqstant l-objettivi tal-Orizzont 2020 se jiġu indirizzati permezz ta' enfasi b'saħħitha fuq is-sejba ta' soluzzjonijiet effiċjenti, li tmur lil hinn sew minn approċċ ibbażat sempliċement fuq dixxiplini xjentifiċi u teknoloġiċi u setturi ekonomiċi tradizzjonali.

L-azzjonijiet trasversali se jiġu promossi fil-Parti  I 'Xjenza Eċċellenti' , il-Parti II 'Tmexxija Industrijali' u l-Parti III 'Sfidi għas-Soċjetà' sabiex jiżviluppaw b'mod konġunt għarfien ġdid, teknoloġiji futuri u emerġenti, infrastrutturi tar-riċerka u kompetenzi ewlenin. L-infrastrutturi tar-riċerka se jkunu wkoll promossi għal użu usa’ fis-soċjetà, pereżempju fis-servizzi pubbliċi, għall-promozzjoni tax-xjenza, is-sigurtà ċivili u l-kultura. Barra minn hekk, l-iffissar tal-prijoritajiet matul l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet diretti taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka u l-attivitajiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) se jkunu ikkoordinati adegwament ma’ partijiet oħra tal-Orizzont 2020.

Barra minn hekk, f'ħafna każijiet, il-kontribuzzjoni effettiva għall-objettivi ta' Ewropa 2020 u l-Unjoni tal-Innovazzjoni se tirrikjedi l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet li huma interdixxiplinari fin-natura tagħhom u għalhekk jolqtu bosta objettivi speċifiċi tal-Orizzont 2020. ▌ L-Orizzont 2020 jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi biex jinċentiva tali azzjonijiet trasversali, inkluż permezz ta' raggruppament effiċjenti tal-baġits. Pereżempju, dan jinkludi wkoll il-possibilità għal sfidi tas-soċjetà u teknoloġiji abilitanti u industrijali li jagħmlu użu mid-dispożizzjonijiet għal strumenti finanzjarji u l-istrument iddedikat għall-SMEs.

L-azzjonijiet trasversali se jkunu wkoll vitali biex jiġu stimulati l-interazzjonijiet bejn l-isfidi tas-soċjetà u t-teknoloġiji abilitanti u industrijali meħtieġa biex jiġġeneraw kisbiet teknoloġiċi ewlenin. Eżempji ta' fejn dawn l-interazzjonijiet jistgħu jiġu żviluppati huma: l-isfera tas-saħħa elettronika, il-grilji intelliġenti, is-sistemi intelliġenti ta' trasport, l-integrazzjoni ta’ azzjonijiet favur il-klima, in-nanomediċina, il-materjali avvanzati għal vetturi ħfief jew l-iżvilupp ta' proċessi industrijali u prodotti b'bażi bijoloġika. Għaldaqstant se jitrawmu sinerġiji b'saħħithom bejn l-isfidi tas-soċjetà u l-iżvilupp ta' teknoloġiji abilitanti u industrijali ġeneriċi. Dan se jitqies espliċitament fl-iżvilupp ta' strateġiji multiannwali u l-iffissar tal-prijoritajiet għal kull wieħed minn dawn l-objettivi speċifiċi. Dan se jesiġi li l-partijiet interessati li jirrappreżentaw il-perspettivi differenti jkunu involuti bis-sħiħ fl-implimentazzjoni u f'ħafna każijiet, se jesiġi wkoll azzjonijiet li jiġbru flimkien il-finanzjament minn teknoloġiji abilitanti u industrijali u l-isfidi tas-soċjetà kkonċernati.

Se tingħata wkoll attenzjoni partikolari għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet iffinanzjati permezz tal-Orizzont 2020 ma’ dawk appoġġati taħt programmi ta' finanzjament oħrajn tal-Unjoni, bħalma huma dawk tal-Politika Agrikola Komuni , u l-Politika Komuni tas-Sajd , Life + jew l-Erasmus għal Kulħadd: il-programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport jew il-Programm Saħħa għat-Tkabbir u l-programmi ta' finanzjament esterni u ta' żvilupp tal-Unjoni . Din tinkludi artikolazzjoni xierqa mal-fondi ta’ politika ta’ Koeżjoni fil-kuntest tal-istrateġiji R&I nazzjonali u reġjonali għal speċjalizzazzjoni intelliġenti , fejn l-appoġġ għall-bini ta’ kapaċità għar-riċerka u innovazzjoni fuq livell reġjonali jista' jaġixxi bħala “taraġ għall-eċċellenza”, l-istabbiliment ta' ċentri reġjonali ta' eċċellenza jistgħu jgħinu biex tonqos id-differenza fl-innovazzjoni fl-Ewropa jew l-appoġġ għall-proġetti ta’ dimostrazzjoni u linja pilota fuq skala kbira jista’ jgħin fil-kisba tal-objettiv ta' ġenerazzjoni ta’ tmexxija industrijali fl-Ewropa.

A.     Xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi

Ir-riċerka fix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi se jiġu integrati bis-sħiħ f’kull wieħed mill-objettivi ġenerali tal-Orizzont 2020. Dan se jinkludi bosta opportunitajiet ta' appoġġ għal riċerka bħal din permezz tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, l-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie jew l-objettiv speċifiku tal-Infrastrutturi ta’ Riċerka.

Għal dan il-għan, ix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi se jiġu integrati bħala element essenzjali tal-attivitajiet meħtieġa biex tissaħħaħ it-tmexxija industrijali u biex tiġi indirizzata kull waħda mill-isfidi tas-soċjetà. Għal tal-aħħar, dan jinkludi: fehim tad-determinanti tas-saħħa u ottimizzazzjoni tal-effettività tal-għoti ta' kura tas-saħħa, appoġġ għall-politiki li jagħtu setgħa liż-żoni rurali, riċerka u preservazzjoni tal-wirt u r-rikkezza kulturali tal-Ewropa, promozzjoni ta' għażliet infurmati mill-konsumatur, ħolqien ta' ekosistema inklużiva bbażata fuq għarfien u informazzjoni, teħid sod ta' deċiżjonijiet dwar il-politika tal-enerġija u fl-iżgurar ta' grilja Ewropea tal-elettriku favur il-konsumatur u tranżizzjoni għal sistema tal-enerġija sostenibbli, appoġġ ta' politika u tbassir tat-trasport ibbażati fuq evidenza ta' sostenn, appoġġ għal strateġiji ta' mitigazzjoni tat-tibdil tal-klima u ta' adattament għalih, inizjattivi ta' użu effiċjenti tar-riżorsi u miżuri lejn ekonomija ħadra u sostenibbli, u aspetti kulturali u soċjoekonomiċi ta' kwistjonijiet relatati mas-sigurtà, ir-riskju u l-ġestjoni (inklużi aspetti ġuridiċi u raltati mad-drittijiet u tal-bniedem).

Barra minn hekk, l-objettiv speċifiku 'L-Ewropa f'dinja li qed tinbidel: Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri' se jappoġġa r-riċerka fix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi fi kwistjonijiet ta' natura orizzontali bħall-ħolqien ta’ tkabbir intelliġenti u sostenibbli, trasformazzjonijiet soċjali, kulturali u fl-imġiba fis-soċjetajiet Ewropej, l-innovazzjoni soċjali, l-innovazzjoni fis-settur pubbliku jew il-pożizzjoni tal-Ewropa bħala attur globali.

B.     Ix-xjenza u s-soċjetà

Ir-relazzjoni u l-interazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà kif ukoll il-promozzjoni ta' Riċerka u Innovazzjoni Responsabbli u l-edukazzjoni xjentifika, il-komunikazzjoni xjentifika u l-kultura għandhom jiġu approfonditi u l-fiduċja tal-pubbliku fix-xjenza u l-innovazzjoni għandha tissaħħaħ permezz ta' attivitajiet tal-Orizzont 2020 li jiffavorixxu l-involviment infurmat taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili u d-djalogu magħhom fi kwistjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni.

C.     Is-sessi

Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fix-xjenza u l-innovazzjoni hija impenn tal-UE. Fl-Orizzont 2020, il-ġeneru għandu jiġi indirizzat bħala kwistjoni trasversali sabiex jiġu rettifikati l-iżbilanċi bejn in-nisa u l-irġiel, u biex tiġi integrata dimensjoni tal-ġeneru fl-ipprogrammar u l-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni.

D.     Impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs)

L-Orizzont 2020 se jinkoraġġixxi u jappoġġa parteċipazzjoni akbar mill-SMEs b'mod integrat fl-objettivi speċifiċi kollha.

B'segwitu għall-istabbiliment ta' kundizzjonijiet aħjar għall-SMEs biex jieħdu sehem fl-Orizzont 2020, skont l-Artikolu 18 tal-Orizzont 2020, miżuri dedikati kif stabbiliti fl-objettiv speċifiku 'Innovazzjoni fl-SMEs' (strument iddedikat għall-SMEs) għandhom jiġu applikati fl-objettiv speċifiku 'Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali' u l-Parti III 'Sfidi tas-soċjetà'. Dan l-approċċ integrat għandu jwassal għal minimu ta' 20 % tal-baġits ikkombinati totali tagħhom li jmorru għall-SMEs.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-rappreżentazzjoni adegwata tal-SMEs fi sħubijiet pubbliku-privat.

DA.     Rotta rapida lejn l-Innovazzjoni (FTI)

Ir-Rotta Rapida lejn l-Innovazzjoni se tħaffef b'mod sinifikanti l-ħin mill-idea sas-suq u mistennija żżid il-parteċipazzjoni tal-industrija fl-Orizzont 2020 u ta' dawk li jkunu qed japplikaw għall-ewwel darba.

Skont l-Artikolu 18a tar-Regolament Qafas Orizzont 2020, ir-Rotta Rapida lejn l-Innovazzjoni se tappoġġa azzjonijiet Qrib is-Suq taħt l-objettiv speċifiku “Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali” u taħt l-isfidi tas-soċjetà, b'loġika mmexxija minn isfel għal fuq abbażi ta' sejħa kontinwament miftuħa, u Żmien għall-Għotja li ma jkunx iktar minn sitt xhur. L-FTI se tikkontribwixxi għall-innovazzjoni fl-Ewropa, filwaqt li tirfed il-kompetittività tal-Unjoni.

E.     Żieda fil-parteċipazzjoni

Il-potenzjal ta’ riċerka u innovazzjoni tal-Istati Membri, minkejja xi konverġenza reċenti, għadhom differenti ħafna, b’diskrepanzi kbar bejn il-“mexxejja fl-innovazzjoni” u l-“innovaturi modesti”. L-attivitajiet għandhom jgħinu biex jingħalaq id-distakk bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa billi jiġu promossi sinerġiji mal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (ESI) kif ukoll permezz ta' miżuri speċifiċi li għandhom jittieħdu sabiex jinkiseb il-potenzjal tal-eċċellenza f'reġjuni tar-RŻI bi prestazzjoni baxxa, biex b'hekk tiżdied il-parteċipazzjoni fl-Orizzont 2020 u jingħata kontribut għar-realizzazzjoni taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

F.     Kooperazzjoni internazzjonali

Il-kooperazzjoni internazzjonali ma' sħab f'pajjiżi terzi hija meħtieġa biex tindirizza b' mod effikaċi bosta objettivi speċifiċi definiti fl-Orizzont 2020, partikolarment dawk marbuta mal-politika esterna u ta' żvilupp u mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni. Dan huwa l-każ għall-isfidi kollha tas-soċjetà indirizzati mill-Orizzont 2020, li huma tal-istess natura. Il-kooperazzjoni internazzjonali hija wkoll essenzjali għal riċerka fil-fruntiera tal-għarfien u dik bażika biex jinkisbu l-benefiċċji mill-opportunitajiet emerġenti tax-xjenza u t-teknoloġija emerġenti. Għaldaqstant, il-promozzjoni tar-riċerkaturi u l-mobilità tal-persunal marbut mal-innovazzjoni fuq skala internazzjonali huwa kruċjali sabiex tissaħħaħ din il-koperazzjoni globali. Attivitajiet fil-livell internazzjonali huma ugwalment importanti għat-tisħiħ tal-kompetittività tal-industrija Ewropea billi jippromwovu l-użu u n-negozjar ta' teknoloġiji ġodda, pereżempju permezz tal-iżvilupp ta’ standards mad-dinja kollha u linji gwida dwar l-interoperabbiltà, u bil-promozzjoni tal-aċċettazzjoni u l-użu ta' soluzzjonijiet Ewropej barra mill-Ewropa. L-attivitajiet internazzjonali kollha għandhom jiġu appoġġati b'qafas ta' trasferiment tal-għarfien effiċjenti u ġust li huwa kritiku għall-innovazzjoni u t-tkabbir.

L-enfasi tal-kooperazzjoni internazzjonali fl-Orizzont 2020 se tkun fuq kooperazzjoni ma' tliet gruppi ewlenin ta' pajjiżi:

(1)

ekonomiji industrijalizzati u emerġenti;

(2)

pajjiżi tat-tkabbir u tal-viċinat; u

(3)

pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

Fejn xieraq, l-Orizzont 2020 se jippromwovi l-kooperazzjoni fuq livell bireġjonali jew multilaterali. Il-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni hija aspett ewlieni tal-impenji globali tal-Unjoni u għandha rwol importanti x'taqdi fis-sħubija tal-Unjoni mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bħall-progress lejn il-kisba tal-Objettivi ta' Żvilupp tal-Millennju.

L-Artikolu 21 tal-Orizzont 2020 jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Peress li r-riċerka u l-innovazzjoni ġeneralment, fil-biċċa l-kbira tagħhom, jibbenefikaw minn ftuħ lejn pajjiżi terzi, l-Orizzont 2020 se jkompli mal-prinċipju ta' ftuħ ġenerali, filwaqt li jinkoraġġixxi aċċess reċiproku għall-programmi ta' pajjiżi terzi. Fejn adatt, u b'mod partikolari biex jiġi salvagwardjat l-interess Ewropew fir-rigward tal-proprjetà intellettwali, jista' jiġi adottat approċċ aktar kawt.

Barra minn hekk, se tiġi implimentata firxa ta’ azzjonijiet immirati billi jittieħed approċċ strateġiku għall-kooperazzjoni internazzjonali abbażi ta' interess komuni, prijoritajiet u benefiċċju reċiproku u l-promozzjoni tal-koordinazzjoni u s-sinerġiji mal-attivitajiet tal-Istati Membri. Dan se jinkludi mekkaniżmu ta' appoġġ għal sejħiet konġunti u l-possibbiltà ta' programmi ta' kofinanzjament flimkien ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. Se jitfittxu sinerġiji ma' politiki oħra tal-Unjoni.

Se tkompli titfittex konsulenza strateġika mill-Forum Strateġiku għall-Kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika Internazzjonali (SFIC).

Mingħajr preġudizzju għal opportunitajiet oħrajn ta' kollaborazzjoni, eżempji ta' oqsma fejn tista' tiġi żviluppata tali kooperazzjoni internazzjonali huma:

(a)

Tkomplija tas- Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw (EDCTP2) dwar provi kliniċi għal interventi mediċi kontra l-HIV, il-malarja, it-tuberkolożi u l-mard ittraskurat;

(b)

Appoġġ permezz ta' abbonament annwali għall-Programm tax-Xjenza “Fruntiera Umana” (HSFP) biex l-Istati Membri tal-Unjoni li mhumiex parti mill-G7 ikunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ mill-finanzjament ipprovdut mill-HSFP;

(c)

Konsorzju internazzjonali dwar mard rari, ma' għadd ta' Stati Membri tal-Unjoni u pajjiżi terzi. L-għan ta’ din l-inizjattiva huwa li sal-2020 jiġu żviluppati testijiet dijanjostiċi għal ħafna mard rari u 200 terapija ġdida għal mard rari;

(d)

Appoġġ lill-attivitajiet tal-Forum Internazzjonali dwar il-Bijoekonomija Bbażata fuq l-Għarfien u t-Task Force bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar ir-Riċerka tal-Bijoteknoloġija kif ukoll rabtiet ta' kollaborazzjoni ma' organizzazzjonijiet u inizjattivi internazzjonali rilevanti (bħall-alleanzi globali tar-riċerka dwar il-gassijiet serra agrikoli u dwar is-saħħa tal-annimali);

(e)

Kontribuzzjoni għall-proċessi u l-inizjattivi multilaterali, bħalma huma l-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-Pjattaforma Intergovernattiva dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi (IPBES), u l-Grupp dwar l-Osservazzjonijiet tad-Dinja (GEO);

(f)

Id-Djalogi dwar l-Ispazju bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti tal-Amerika u r-Russja, iż-żewġ pajjiżi ewlenin b'attivitajiet fl-ispazju, huma estremament importanti u jifformuw il-bażi għall-istabbiliment tas-sħubijiet ta' kooperazzjoni strateġika relatati mal-ispazju;

(g)

L-arranġament ta' implimentazjoni għal attivitajiet ta’ kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika fil-qasam tas-Sikurezza Interna/is-Sigurtà Ċivili/ir-Riċerka, iffirmat fit-18 ta’ Novembru 2010;

(h)

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, inkluż mill-Afrika sub-Saħarjana, fil-qasam tal-produzzjoni deċentralizzata tal-enerġija biex jittaffa l-faqar;

(i)

Tkomplija tal-kollaborazzjoni mal-Brażil dwar ġenerazzjoni ġdida ta' bijofjuwils u użi oħra ta' bijomassa.

Barra minn hekk, se jiġu appoġġati attivitajiet orizzontali ddedikati biex ikun żgurat l-iżvilupp koerenti u effettiv tal-kooperazzjoni internazzjonali fl-Orizzont 2020.

G.     Żvilupp sostenibbli u tibdil fil-klima

L-Orizzont 2020 se jħeġġeġ u jappoġġa attivitajiet għall-isfruttament tat-tmexxija tal-Ewropa fit-tiġrija biex jiġu żviluppati proċessi u teknoloġiji ġodda li jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli, f'sens wiesa', u li jiġġieldu t-tibdil fil-klima. Tali approċċ orizzontali, integrat kompletament fil-prijoritajiet kollha tal-Orizzont 2020, se jgħin lill-UE tirnexxi f'dinja b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju u ristretta minn riżorsi limitati filwaqt li tibni ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, sostenibbli u kompetittiva.

H.     Il-pont li jwassal mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq

L-azzjonijiet ta' kollegament fl-Orizzont 2020 kollu huma mmirati biex iwasslu l-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, u biex iwasslu għall-isfruttar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ideat kull meta jkun adattat. L-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq kunċett wiesa' ta' innovazzjoni u jistimulaw l-innovazzjoni transsettorjali.

I     Miżuri ta' appoġġ trasversali

Il-kwistjonijiet trasversali se jiġu appoġġati minn għadd ta' miżuri ta' appoġġ trasversali, inkluż appoġġ: biex il-professjoni tar-riċerka ssir aktar attraenti, inklużi l-prinċipji ġenerali tal-Karta Ewropea għar-riċerkaturi; biex tissaħħaħ il-bażi ta' evidenza u l-iżvilupp ta' u l-appoġġ għaż-ŻER (inklużi l-ħames inizjattivi taż-ŻER) u l-Unjoni tal-Innovazzjoni; biex jiġu rikonoxxuti l-benefiċjarji u l-proġetti tal-Orizzont 2020 bl-aqwa prestazzjoni fl-oqsma differenti permezz ta' premijiet simboliċi; biex jitjiebu l-kundizzjonijiet qafas b'appoġġ għall-Unjoni tal-Innovazzjoni, inklużi l-prinċipji tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni ta' proprjetà intellettwali  (1) u l-esplorazzjoni tal-possibbiltà li jiġi stabbilit strument ta' valorizzazzjoni tad-Drittijiet Ewropej tal-Proprjetà Intellettwali; għall-amministrazzjoni u l-koordinazzjoni ta' netwerks internazzjonali għar-riċerkaturi u l-innovaturi ta' eċċellenza (bħalma hi l-COST).

3.   SĦUBIJA

Sabiex jintlaħaq tkabbir sostenibbli fl-Ewropa, il-kontribuzzjoni tal-atturi pubbliċi u privati għandha tiġi ottimizzata. Dan huwa essenzjali biex tiġi kkonsolidata ż-Żona Ewropea tar-Riċerka u għat-twettiq tal-għanijiet tal-Unjoni ta’ Innovazzjoni, l-Aġenda Diġitali u inizjattivi ewlenin oħrajn tal-Ewropa 2020. Barra minn hekk, riċerka u innovazzjoni responsabbli jesiġu li l-aħjar soluzzjonijiet jiġu derivati minn interazzjonijiet bejn is-sħab li għandhom diversi perspettivi iżda interessi komuni.

L-Orizzont 2020 jinkludi ambitu u sett ċar ta' kriterji għall-istabbiliment ta' sħubijiet pubbliċi pubbliċi u dawk privati pubbliċi. Sħubijiet privati pubbliċi jistgħu jkunu bbażati fuq arranġament kuntrattwali bejn atturi pubbliċi u privati u jistgħu, f'każijiet limitati, jkunu sħubijiet privati pubbliċi istituzzjonalizzati (bħal Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti u Impriżi Konġunti oħrajn).

Is-sħubijiet pubbliċi-pubbliċi u dawk pubbliċi-privati eżistenti jistgħu jirċievu appoġġ mill-Orizzont 2020, sakemm dawn jindirizzaw l-objettivi tal-Orizzont 2020 , jikkontribwixxu għat-twettiq taż-ŻER, jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Orizzont 2020 u juru li għamlu progress sinifikanti taħt is-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u d-Dimostrazzjoni (FP7).

Inizjattivi skont l-Artikolu 185 tat-Trattat appoġġati fl-ambitu tal-FP6 u/jew FP7 li għalihom jista' jiġi pprovdut appoġġ ulterjuri skont il-kundizzjonijiet ta' hawn fuq jinkludu: is-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw (EDCTP), Għajxien Megħjun Kontestwalment (AAL), il-Programm ta’ Riċerka u Żvilupp dwar il-Baħar Baltiku (BONUS), Eurostars u tl-Programm Ewropew għar-Riċerka tal-Metroloġija. Aktar appoġġ jista' jiġi pprovdut lill-Alleanza Ewropea għar-Riċerka dwar l-Enerġija (EERA) stabbilita taħt il-Pjan Strateġiku għat-Teknoloġija tal-Enerġija (Pjan SET). L-Inizjattivi ta' Programmar Konġunt jistgħu jiġu appoġġati mill-Orizzont 2020 permezz tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 20 ta' [Regolament Qafas], fost l-oħrajn permezz ta' inizjattivi skont l-Artikolu 185 tat-Trattat.

L-Impriżi Konġunti stabbiliti fl-FP7 skont l-Artikolu 187 tat-Trattat, li għalihom jista' jingħata aktar appoġġ skont il-kundizzjonijiet ta' hawn fuq huma: l-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi (IMI), Clean Sky, Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR), Ċelloli tal-Fjuwil u Idroġenu (FCH), u Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter (ARTEMIS) u n-Nanoelettronika (ENIAC). L-aħħar tnejn jistgħu jiġu kkombinati f'inizjattiva unika.

Sħubijiet privati pubbliċi oħrajn appoġġati taħt l-FP7 li għalihom jista' jiġi pprovdut appoġġ ulterjuri skont il-kundizzjonijiet ta' hawn fuq huma: Fabbriki tal-futur, Bini Effiċjenti fl-Enerġija, l-Inizjattiva Ewropea tal-Karozzi Ekoloġiċi, l-Internet Futur. Aktar appoġġ jista' jiġi pprovdut ukoll lill-Inizjattivi Industrijali Ewropej (EIIs) stabbiliti taħt il-Pjan SET.

Aktar sħubijiet pubbliċi pubbliċi u sħubijiet pubbliċi privati jistgħu jiġu varati taħt l-inizjattiva Orizzont 2020 meta jissodisfaw il-kriterji ddefiniti. ▌

PARTI I

XJENZA EĊĊELLENTI

1.   IL-KUNSILL EWROPEW GĦAR-RIĊERKA

Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC) se jippromwovi l-aħjar riċerka fil-fruntieri tal-għarfien. Ir-riċerka fil-fruntieri u lil hinn mill-fehim kurrenti hija ta’ importanza kritika għall-benessri ekonomiku u soċjali, u hija inizjattiva intrinsikament riskjuża, li tavvanza f'oqsma ġodda ta’ riċerka u li joffru l-akbar sfida u kkaratterizzata mill-assenza ta' konfini dixxiplinari.

Sabiex jiġu stimulati avvanzi sostanzjali fil-fruntieri tal-għarfien, l-ERC se jappoġġa lill-gruppi individwali sabiex iwettqu riċerka fi kwalunkwe qasam tar-riċerka xjentifika u teknoloġika bażika li taqa’ fl-ambitu tal-Orizzont 2020, inklużi l-inġinerija, ix-xjenzi soċjoekonomiċi u l-istudji umanistiċi. Kif xieraq, ▌ il-gruppi destinatarji speċifiċi (eż. ir-riċerkaturi li jkunu għadhom kif bdew /timijiet emerġenti) jistgħu jiġu kkunsidrati, b'segwitu għall-objettivi tal-ERC u l-ħtiġijiet għall-implimentazzjoni effiċjenti. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-oqsma emerġenti u li qed jikbru b'rata mgħaġġla fil-fruntiera tal-għarfien, u fl-interfaċċja bejn id-dixxiplini.

Ir-riċerkaturi indipendenti ta’ kwalunkwe età u sess , inklużi r-riċerkaturi li għadhom jibdew, li jagħmlu t-tranżizzjoni sabiex ikunu mexxejja indipendenti tar-riċerka individwalment, minn kwalukwe pajjiż fid-dinja se jkunu appoġġati sabiex iwettqu r-riċerka tagħhom fl-Ewropa.

L-ERC għandu jagħti prijorità partikolari biex jassisti lill-aħjar riċerkaturi li jkunu qed jibdew li jkollhom ideat eċċellenti biex jagħmlu t-tranżizzjoni lejn l-indipendenza billi jipprovdilhom appoġġ adegwat fl-istadju kritiku li fih dawn ikunu qed jistabbilixxu jew jikkonsolidaw it-tim jew il-programm ta’ riċerka tagħhom. L-ERC se jkompli jipprovdi wkoll livelli adatti ta' appoġġ għal riċerkaturi stabbiliti.

Se jiġi segwit l-approċċ investigattiv . Dan ifisser illi l-ERC għandu jappoġġa l-proġetti mwettqa mir-riċerkaturi dwar suġġetti tal-għażla tagħhom fl-ambitu tas-sejħa għall-proposti. Il-proposti se jiġu evalwati skont il-kriterju uniku ta’ eċċellenza kif iġġudikat minn rieżami inter pares, filwaqt li titqies l-eċċellenza fil-gruppi l-ġodda, ir-riċerkaturi li jkunu għadhom jibdew , kif ukoll timijiet stabbiliti, u b’attenzjoni partikolari għall-proposti ferm pijuniera u li korrispondentement jinvolvu riskji xjentifiċi għolja.

L-ERC se jopera bħala korp awtonomu ta' finanzjament immexxi mix-xjenza magħmul minn Kunsill Xjentifiku indipendenti, appoġġat minn struttura ddedikata għall-implimentazzjoni li hija ħafifa u kosteffettiva.

Il-Kunsill Xjentifiku tal-ERC se jistabbilixxi l-istrateġija xjentifika globali u se jkollu l-awtorità sħiħa fuq deċiżjonijiet dwar it-tip ta’ riċerka li se tiġi ffinanzjata.

Il-Kunsill Xjentifiku se jistabbilixxi l-programm ta’ ħidma biex jintlaħqu l-objettivi tal-ERC abbażi tal-istrateġija xjentifika tiegħu kif deskritt hawn taħt. Dan għandu jistabbilixxi l-inizjattivi ta’ kooperazzjoni internazzjonali meħtieġa skont l-istrateġija xjentifika tiegħu, inklużi l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni sabiex tiżdied il-viżibbiltà tal-ERC għall-aħjar riċerkaturi minn madwar id-dinja.

Il-Kunsill Xjentifiku se jissorvelja kontinwament l-operazzjoni ▌tal-ERC u l-proċeduri ta' evalwazzjoni tiegħu u jikkunsidra kif l-aħjar jikseb l-objettivi usa’ tiegħu. Dan se jiżviluppa t-taħlita ta’ miżuri ta' appoġġ tal-ERC kif meħtieġ sabiex jirrispondi għall-ħtiġijiet emerġenti.

L-ERC se jimmira għall-eċċellenza fl-operazzjonijiet tiegħu stess. L-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal għall-ERC fir-rigward tal-Kunsill Xjentifiku u l-istruttura ta’ implimentazzjoni ddedikata se jkunu konsistenti ma’ ġestjoni effiċjenti u kosteffettiva. In-nefqa amministrattiva se tinżamm baxxa kemm jista’ jkun, konsistenti mal-iżgurar tal-aħjar implimentazzjoni possibbli tar-riżorsi neċessarji, sabiex jiġi mmassimizzat il-finanzjament tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien.

Il-premjijiet u l-għotijiet tal-ERC se jingħataw u jiġu operati rispettivament skont proċeduri sempliċi u trasparenti li jżommu l-attenzjoni fuq l-eċċellenza, jinkoraġġixxu l-inizjattivi u jikkombinaw il-flessibbiltà u r-responsabbiltà. L-ERC għandu jħares kontinwament lejn modi ulterjuri sabiex jissimplifika u jtejjeb il-proċeduri sabiex ikun żgurat li dawn il-prinċipji jiġu ssodisfati.

Minħabba l-istruttura unika u r-rwol tal-ERC bħala korp tal-finanzjament immexxi mix-xjenza, l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-attivitajiet tal-ERC għandhom jiġu riveduti u evalwati fuq bażi kontinwa bl-involviment sħiħ tal-Kunsill Xjentifiku sabiex jevalwa l-kisbiet tiegħu u jaġġusta u jtejjeb il-proċeduri u l-istrutturi abbażi tal-esperjenza.

1.1.   Il-Kunsill Xjentifiku

Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, kif stipulat fl-Artikolu 7, il-Kunsill Xjentifiku se:

(1)

Strateġija xjentifika:

jistabbilixxi l-istrateġija xjentifika globali għall-ERC, fid-dawl tal-opportunitajiet xjentifiċi u l-ħtiġijiet xjentifiċi Ewropej;

jiżgura fuq bażi permanenti, f'konformità mal-istrateġija xjentifika, l-istabbiliment tal-programm ta’ ħidma u l-modifiki neċessarji, inklużi s-sejħiet għall-proposti u l-kriterji u, skont il-ħtieġa, id-definizzjoni ta’ ▌gruppi fil-mira speċifiċi (eż. timijiet li jkunu għadhom kif jibdew/emerġenti);

(2)

Ġestjoni, monitoraġġ u kontroll tal-kwalità xjentifiċi:

jistabbilixxi, kif xieraq, minn perspettiva xjentifika, pożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tas-sejħiet għall-proposti, il-kriterji ta' evalwazzjoni, il-proċessi ta’ analiżi inter pares inklużi l-għażla tal-esperti, il-metodi tal-analiżi inter pares u l-evalwazzjoni tal-proposta u r-regoli ta' implimentazzjoni u linji gwida neċessarji li, abbażi tagħhom, il-proposta li għandha tiġi ffinanzjata tiġi determinata taħt is-superviżjoni tal-Kunsill Xjentifiku; kif ukoll kwalunwke kwistjoni oħra li taffettwa l-kisbiet u l-impatt tal-attivitajiet tal-ERC, u l-kwalità tar-riċerka mwettqa, inklużi d-dispożizzjonijiet prinċipali tal-Mudell tal-Ftehim ta' Għotja tal-ERC;

jimmonitorja l-kwalità tal-operazzjonijiet u jevalwa l-implimentazzjoni u l-kisbiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-azzjonijiet ta' korrezzjoni jew futuri.

(3)

Komunikazzjoni u disseminazzjoni:

jiżgura t-trasparenza fil-komunikazzjoni mal-komunità xjentifika, il-partijiet interessati ewlenin u l-pubbliku ġenerali dwar l-attivitajiet u l-kisbiet tal-ERC;

jirrapporta b’mod regolari lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tiegħu.

Il-Kunsill Xjentifiku għandu l-awtorità sħiħa fuq deċiżjonijiet dwar it-tip ta’ riċerka li għandha tiġi ffinanzjata u huwa l-garanti tal-kwalità tal-attività mill-perspettiva xjentifika.

Fejn adatt, il-Kunsill Xjentifiku għandu jikkonsulta mal-Komunità xjentifika, tal-inġinerija u akkademika , l-aġenziji ta' finanzjament tar-riċerka reġjonali u nazzjonali u partijiet interessati oħrajn .

Il-membri tal-Kunsill Xjentifiku għandhom ikunu kkumpensati tal-kompiti li jwettqu permezz ta' onorarja u, fejn xieraq, ir-rimborż tal-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għall-manteniment.

Il-President tal-ERC se jirrisjedi fi Brussell għat-tul ta' żmien tal-ħatra u se jiddedika l-biċċa l-kbira tal-ħin tiegħu (2) għall-ħidma tal-ERC. Hu se jkun irrimunerat f'livell kumparabbli mal-maniġment għoli tal-Kummissjoni.

Il-Kunsill Xjentifiku għandu jeleġġi minn fost il-membri tiegħu tliet Viċi Presidenti li għandhom jassistu lill-President fir-rappreżentanza tiegħu u fl-organizzazzjoni tal-ħidma tiegħu. Iż-żewġ Viċi Presidenti jista’ jkollhom ukoll it-titolu ta' Viċi President tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka.

Se jiġi pprovdut appoġġ lit-tliet Viċi Presidenti sabiex tiġi żgurata assistenza amministrattiva lokali adegwata fl-istituti ta' oriġini tagħhom.

1.2.   Struttura ddedikata għall-implimentazzjoni

L-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni għandha tkun responsabbli għall-aspetti kollha tal-implimentazzjoni amministrattiva u l-eżekuzzjoni tal-programm, kif previst fil-progamm ta’ ħidma. Din se timplimenta, b’mod partikolari, il-proċedura ta’ evalwazzjoni, l-analiżi inter pares u l-proċess tal-għażla skont l-istrateġija stabbilita mill-Kunsill Xjentifiku u għandha tiżgura l-ġestjoni finanzjarja u xjentifika tal-għotjiet.

L-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni għandha tappoġġa l-Kunsill Xjentifiku fit-twettiq tal-kompiti kollha tiegħu stipulati hawn fuq, tipprovdi aċċess għad-dokumenti neċessarji u d-dejta fil-pussess tagħha, u żżomm lill-Kunsill Xjentifiku infurmat dwar l-attivitajiet tagħha.

Sabiex tiġi żgurata kollaborazzjoni effettiva mal-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ strateġija u operattivi, it-tmexxija tal-Kunsill Xjentifiku u d-Direttur tal-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni għandhom jagħmlu laqgħat regolari ta' koordinazzjoni.

Il-ġestjoni tal-ERC se titwettaq minn persunal reklutat għal dak l-għan, inklużi, fejn meħtieġ, uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-UE u se tkopri biss il-ħtiġijiet amministrattivi reali sabiex tiġi żgurata l-istabbilità u l-kontinwità neċessarji għal amministrazzjoni effettiva.

1.3.   Rwol tal-Kummissjoni

Sabiex jiġu ssodisfati r-responsabilitajiet tagħha, kif stabbiliti fl-Artikoli 6, 7 u 8, il-Kummissjoni għandha:

taħtar il-President tal-ERC, tiżgura l-kontinwità u t-tiġdid tal-Kunsill Xjentifiku u tipprovdi appoġġ għal Kumitat ta' Identifikazzjoni permanenti għall-identifikazzjoni tal-membri futuri tal-Kunsill Xjentifiku;

tiżgura l-kontinwità tal-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni u d-delega ta’ kompiti u responsabbilitajiet għaliha, filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tal-Kunsill Xjentifiku;

taħtar id-Direttur u l-Persunal Superjuri tal-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tal-Kunsill Xjentifiku;

tiżgura l-adozzjoni f’waqtha tal-programm ta’ ħidma, il-pożizzjonijiet fir-rigward tal-metodoloġija ta’ implimentazzjoni u r-regoli neċessarji ta’ implimentazzjoni kif previst fir-Regoli ta’ Sottomissjoni tal-ERC u l-Mudell tal-Ftehim ta' Għotja tal-ERC, filwaqt li jitqiesu l-pożizzjonijiet tal-Kunsill Xjentifiku;

tinforma u tikkonsulta b’mod regolari mal-kumitat tal-programm dwar l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-ERC.

2.   TEKNOLOĠIJI FUTURI U EMERĠENTI

L-attivitajiet tat-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti (FET) se jikkonkrettizzaw it-tipi differenti ta' loġika ta’ intervent, minn dik kompletament miftuħa għal dik ta' gradi li jvarjaw ta’ strutturar ta’ suġġetti, komunitajiet u finanzjament, strutturati madwar tliet fergħat – FET Miftuħin, FET Proattivi u FET Ewlenin .

2.1.   FET Miftuħin: trawwim ta’ ideat ġodda

L-appoġġ għal sett kbir ta’ proġetti ta’ riċerka kollaborattiva fi stadju bikri , ta' xjenza u tekonoloġija viżjonarja b'riskju għoli huwa neċessarju għall-esplorazzjoni ta' suċċess ta' sisien ġodda għal teknoloġiji xjentifiċi futuri radikalment ġodda. Din l-attività, peress li hija espliċitament mhux topika u mhux preskritta, tippermetti ideat ġodda kull meta dawn jitfaċċaw u minn kull fejn jiġu, fi ħdan l-ispettru l-aktar wiesa' ta’ temi u dixxiplini u tistimula attivament il-ħsieb kreattiv u innovattiv . It-trawwim ta’ tali ideat fraġli jesiġi approċċ ta’ riċerka veloċi, li jipproteġi mir-riskju u b’interdixxiplinarjetà għolja, li jmur lil hinn sew mill-isferi stretti tat-teknoloġija. L-attirar u l-istimular tal-parteċipazzjoni ta’ atturi ġodda b’potenzjal għoli fir-riċerka u l-innovazzjoni, bħal pereżempju riċerkaturi żgħażagħ u SMEs b’teknoloġija għolja huma wkoll importanti għat-trawwim tal-mexxejja xjentifiċi u industrijali tal-futur.

2.2.   FET Proattivi: trawwim ta’ temi u komunitajiet emerġenti

Oqsma u temi ġodda jeħtieġu li jiġu mmaturati, permezz tal-ħidma lejn l-istrutturar ta’ komunitajiet emerġenti u l-appoġġ għat-tfassil u żvilupp ta’ temi trasformattivi ta’ riċerka. Il-benefiċċji prinċipali ta’ dan l-approċċ ta' strutturar, iżda esplorattiv, huma l-oqsma emerġenti ġodda li għadhom mhux lesti għall-inklużjoni fil-pjan direzzjonali tar-riċerka industrijali, u l-bini u l-istrutturar ta’ komunitajiet ta’ riċerka madwarhom. Dan iwettaq il-pass minn kollaborazzjonijiet bejn għadd żgħir ta’ riċerkaturi, għal raggruppament ta’ proġetti li kull wieħed minnhom jindirizza aspetti ta’ tema ta’ riċerka u jaqsam ir-riżultati. Dan se jsir f'assoċjazzjoni eqreb mal-isfidi tas-soċjetà u t-temi tat-tmexxija industrijali.

2.3.   FET Ewlenin: insegwiment tal-isfidi interdixxiplinari kbar tax-xjenza u t-teknoloġija

L-inizjattivi ta’ riċerka fi ħdan din l-isfida huma mmexxija mix-xjenza u t-teknoloġija , fuq skala kbira, multidixxiplinari u msejsa fuq objettiv viżjonarju li jgħaqqad. Dawn jindirrizzaw l-isfidi l-kbar tax-xjenza u t-teknoloġija li jesiġu kooperazzjoni fost firxa ta’ dixxiplini, komunitajiet u programmi. Il-progress xjentifiku u teknoloġiku għandu jipprovdi bażi b'saħħitha u wiesgħa għall-innovazzjoni ▌futura u l-isfruttar ekonomiku, kif ukoll benefiċċji ġodda għas-soċjetà b'potenzjal ta' impatt għoli . In-natura u d-daqs ġenerali jimplikaw li jistgħu biss jiġu realizzati permezz ta’ sforz ▌sostnut , kollaborattiv u fit-tul .

L-attivitajiet fit-tliet fergħat tal-FET huma kkumplementati b'attivitajiet ta' netwerking u bbażati fuq il-komunità għall-ħolqien ta’ bażi Ewropea fertili u vibranti għal riċerka mmexxija mix-xjenza lejn teknoloġiji futuri. Dawn għandhom jappoġġaw l-iżviluppi futuri tal-attivitajiet tal-FET, irawwmu d-dibattitu dwar l-implikazzjonijiet ta’ teknoloġiji ġodda, u jaċċelleraw l-impatt.

2.4.   Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

Bord Konsultattiv tal-FET , inklużi xjentisti u inġiniera tal-ogħla reputazzjoni u kompetenza, se jipprovdi l-kontribuzzjoni tal-partijiet interessati dwar l-istrateġija xjentifika u teknoloġika globali, inkluża konsulenza dwar id-definizzjoni tal-programm ta’ ħidma.

L-FET se jkomplu jkunu mmexxija mix-xjenza u t-teknoloġija b'appoġġ minn struttura ta’ implimentazzjoni ħafifa u effiċjenti. Proċeduri amministrattivi sempliċi se jiġu adottati sabiex iżommu l-iffukar fuq l-eċċellenza fl-innovazzjoni teknoloġika mmexxija mix-xjenza, jinkoraġixxu l-inizjattiva u jikkombinaw ir-rapidità fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-flessibiltà mar-responsabbiltà L-aktar approċċi xierqa se jintużaw biex jiġi eżaminat ix-xenarju tar-riċerka tal-FET (eż. ▌analiżi tal-portafoll) u biex jinvolvu komunitajiet ta’ partijiet interessati (eż. ▌konsultazzjonijiet). L-għan se jkun it-titjib kontinwu, u t-tiftixa għal modi ulterjuri biex jiġu ssimplifikati u mtejba proċeduri sabiex jiġi żgurat li dawn il-prinċipji huma ssodisfati. Se jitwettqu valutazzjoniet tal-effettività u l-impatt tal-attivitajiet FET, li jikkumplimentaw dawk fuq livell ta' programm.

Minħabba l-missjoni tagħhom ta’ trawwim ta’ riċerka mmexxija mix-xjenza lejn teknoloġiji futuri, l-FET jippruvaw jiġbru flimkien l-atturi mix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni , fejn adatt inklużi l-utenti, u safejn possibbli, kemm mis-settur pubbliku kif ukoll minn dak privat. L-FET għandhom għalhekk ikollhom rwol attiv u katalittiku fl-istimular ta’ mentalità ġdida, prattiki ġodda u kollaborazzjonijiet ġodda.

Attivitajiet tal-gruppi tal-FET miftuħa għat-tiftix komplet minn isfel għal fuq għal ideat ġodda promettenti. Ir-riskju għoli implikat minn tali idea huwa indirizzat permezz tal-esplorazzjoni ta' ħafna minnhom. L-effiċjenza f’termini ta’ ħin u riżorsi, l-ispiża baxxa tal-opportunità għall-proponenti, u l-ftuħ mhux disputat għall-ideat mhux konvenzjonali u interdixxiplinari huma l-karatteristiċi prinċipali ta' dawn l-attivitajiet. Skemi ta’ sottomissjoni ħfief u rapidi u kontinwament miftuħin se jfittxu ideat ġodda ta’ riċerka promettenti b'riskju għoli u se jinkludu binarji għal atturi tal-innovazzjoni ġodda u b'potenzjal qawwi, bħal pereżempju riċerkaturi żgħażagħ u SMEs b'teknoloġija avvanzata. Sabiex jikkomplementaw l-attivitajiet b'FET miftuħin, l-attivitajiet taħt il-prijoritajiet tat-Tmexxija Industrijali u l-Isfidi għas-Soċjetà jistgħu jrawmu użu radikalment ġdid tal-għarfien u t-teknoloġiji.

L-attività proattiva tal-FET se tiftaħ regolarment sejħiet dwar diversi temi b’riskju għoli u b’potenzjal innovattiv qawwi, iffinanzjati f’tali livell li jistgħu jintgħażlu diversi proġetti. Dawn il-proġetti se jkollhom l-appoġġ tal-azzjonijiet ta’ bini tal-komunità li jrawmu l-attivitajiet bħall-avvenimenti konġunti, żvilupp ta’ kurrikula u pjanijiet direzzjonali ta’ riċerka ġodda. L-għażla tat-temi se tqis l-eċċellenza fir-riċerka mmexxija mix-xjenza lejn teknoloġiji futuri, il-potenzjal għall-ħolqien ta' massa kritika u l-impatt fuq ix-xjenza u teknoloġija.

Għadd ta' inizjattivi ffukati fuq skala kbira (FET Ewlenin) jistgħu jiġu implimentati soġġett għall-eżitu pożittiv tal-proġetti preparatorji tal-FET . Huma għandhom ikunu bbażati fuq sħubijiet miftuħa li jippermettu li jingħaqdu flimkien b'mod volontarju l-kontributi tal-UE, dawk nazzjonali u dawk privati, b'governanza bbilanċjata li tippermetti lis-sidien tal-programmi li jkollhom influwenza adatta, kif ukoll grad għoli ta’ awtonomija u flessibbiltà fl-implimentazzjoni, li jippermettu li l-inizjattiva ewlenija ssegwi mill-qrib pjan direzzjonali ta’ riċerka appoġġat b’mod wiesa’. L-għażla tas-suġġetti li għandhom jiġu implimentati bħala Inizjattivi Ewlenin se tkun ibbażata fuq eċċellenza xjentifika u teknoloġika u se tqis l-għan li jgħaqqad, l-impatt potenzjali , l-integrazzjoni tal-partijiet interessati u r-riżorsi taħt pjan direzzjonali koeżiv ta' riċerka u , fejn adatt, l-appoġġ mill-partijiet interessati u l-programmi ta' riċerka nazzjonali/reġjonali. Dawn l-attivitajiet għandhom jitwettqu permezz tal-istrumenti ta' finanzjament eżistenti.

3. AZZ   JONIJIET MARIE SKŁODOWSKA- CURIE

3.1.   Trawwim ta' ħiliet ġodda permezz ta’ taħriġ iniżjali eċċellenti tar-riċerkaturi

L-Ewropa għandha bżonn bażi ta’ riżorsi umani b’saħħitha u kreattiva, mobbli fost il-pajjiżi u setturi b’kombinazzjoni tajba ta’ ħiliet biex ikun hemm innovazzjoni u biex jiġu kkonvertiti l-għarfien u l-ideat fi prodotti u servizzi għall-benefiċċju ekonomiku u soċjali.

Dan se jinkiseb b’mod partikolari permezz tal-istrutturar tal-eċċellenza u eċċellenza akbar f’sehem sostanzjali tat-taħriġ inizjali ta’ kwalità għolja tar-riċerkaturi fl-istadju bikri u kandidati għad-dottorat fost l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati inkluża, fejn adatt, il-parteċipazzjoni mill-pajjiżi terzi . Billi r-riċerkaturi jiġu mgħammra, fl-istadju bikri, b’diversità ta’ ħiliet li se jippermettuhom jaffrontaw l-isfidi kurrenti u futuri, il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ riċerkaturi se tibbenefika mill-prospetti mtejba ta’ karriera kemm fis-setturi pubbliċi kfi ukoll dawk privati, biex b'hekk ukoll tiżdied l-inċentiva għaż-żgħażagħ sabiex jagħżlu karrieri fir-riċerka.

L-azzjoni se tiġi implimentata permezz tal-appoġġ għall-programmi ta' riċerka relatati mat-taħriġ magħżula b'mod kompetittiv madwar l-Unjoni u implimentati minn sħubijiet ta' universitajiet , istituzzjonijiet ta' riċerka, infrastrutturi tar-riċerka, negozji, SMEs u atturi soċjoekonomiċi oħra minn pajjiżi differenti madwar l-Ewropea u lil hinn minnha. Istituzzjonijiet individwali li huma kapaċi jipprovdu l-istess ambjent ta’ tisħiħ għandhom jiġu appoġġati. Il-flessibilità fl-implimentazzjoni tal-objettivi se tkun żgurata sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet differenti. Normalment is-sħubijiet ta’ suċċess se jieħdu l-għamla ta’ netwerks ta’ taħriġ ta’ riċerka li jistgħu joffru tipi innovattivi ta' taħriġ bħal pereżempju dottorati konġunti u multipli jew dottorati industrijali filwaqt li l-istituzzjonijiet individwali se jkunu normalment involuti fil-programmi dottorali innovattivi. Id-dottorati industrijali huma element importanti biex jitrawwem spirtu innovattiv fost ir-riċerkaturi u jinħolqu rabtiet aktar mill-qrib bejn l-industrija u d-dinja akkademika. F’dan il-qafas, l-appoġġ huwa previst għall-aħjar riċerkaturi fl-istadju bikri minn kwalunkwe pajjiż sabiex jingħaqdu f’dawn il-programmi eċċellenti , li jistgħu jinkludu fost l-oħrajn, mentoring biex jiġu trasferiti l-għarfien u l-esperjenza .

Dawn il-programmi ta’ taħriġ se jindirizzaw l-iżvilupp u t-twessigħ tal-kompetenzi bażiċi ta’ riċerka, filwaqt li r-riċerkaturi jingħataw taħriġ għal moħħ kreattiv, perspettiva intraprenditorjali u ħiliet ta' innovazzjoni li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet futuri tas-suq tax-xogħol. Il-programmi se jipprovdu wkoll taħriġ f’kompetenzi li jistgħu jiġu trasferiti, bħax-xogħol f'tim, it-teħid ta' riskji, il-ġestjoni ta’ proġetti, l-istandardizzazzjoni, l-intraprenditorija, l-etika, id-dritt ta' proprjetà intellettwali, il-komunikazzjoni ġenerali u l-komunikazzjoni fis-soċjetà li huma essenzjali għall-ġenerazzjoni, l-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni u d-diffużjoni tal-innovazzjoni.

3.2.   Trawwim tal-eċċellenza permezz ta’ mobbiltà transkonfinali u transettorjali

L-Ewropa għandha tkun attraenti għall-aħjar riċerkaturi, kemm dawk Ewropej kif ukoll dawk mhux Ewropej. Dan se jinkiseb b’mod partikolari permezz ta’ appoġġ għal opportunitajiet ta’ karriera attraenti għar-riċerkaturi b’esperjenza fis-setturi pubbliċi u privati, u billi jiġu mħeġġa li jiċċaqalqu bejn il-pajjiżi, setturi u dixxiplini sabiex iżidu l-potenzjal kreattiv u innovattiv tagħhom.

Il-finanzjament għandu jsir lill-aħjar riċerkaturi u dawk l-iktar promettenti, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, li jixtiequ jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom permezz ta’ esperjenza ta' mobbiltà transnazzjonali jew internazzjonali. Dawn jistgħu jkunu appoġġati matul l-istadji differenti tal-karriera tagħhom, inklużi dawk l-iktar subalterni eżatt wara l-grad dottorali tagħhom jew esperjenza ekwivalenti. Dawn ir-riċerkaturi se jirċievu fondi bil-kundizzjoni li huma jiċċaqilqu minn pajjiż għall-ieħor sabiex iwessgħu jew japprofondixxu l-kompetenzi tagħhom fl-universitajiet, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka , l-infrastrutturi tar-riċerka, in-negozji, l-SMEs jew atturi soċjoekonomiċi oħra tal-għażla tagħhom (eż. organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili) , li jaħdmu fuq proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni li jaqblu mal-ħtiġijiet u l-interessi personali tagħhom. Dawn se jkunu mħeġġa jiċċaqilqu mis-settur pubbliku għal dak privat jew viċiversa permezz tal-appoġġ ta' postijiet ta' impjieg temporanju. Dan għandu jtejjeb l-innovazzjoni tas-settur privat u jippromwovi l-mobbiltà transsettorjali. L-opportunitajiet part-time li jippermettu pożizzjonijiet kombinati kemm fis-setturi pubbliċi u dawk privati se jkunu wkoll appoġġati sabiex jiżdied it-trasferiment ta' għarfien bejn is-setturi u jiġi mħeġġeġ ukoll il-ħolqien ta' bidu ta’ negozji. Tali opportunitajiet ta’ riċerka mfassla apposta se jgħinu lil riċerkaturi promettenti jsiru kompletament indipendenti u jiffaċilitaw iċ-ċaqliq bejn is-setturi pubbliċi u privati.

Sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal eżistenti tar-riċerkaturi, ser jiġu appoġġati wkoll possibiltajiet ta' taħriġ u l-akkwist ta' għarfien ġdid f'istituzzjoni ta' riċerka ta' livell għoli ta' pajjiż terz , għall-bidu mill-ġdid ta’ karriera ta’ riċerka wara waqfa u biex ir-riċerkaturi jiġu integrati (mill-ġdid) f'pożizzjoni ta' riċerka aktar fit-tul fl-Ewropa, inkluż fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom, wara esperjenza ta' mobbiltà transnazzjonali/internazzjonali li tkopri aspetti ta' ritorn u integrazzjoni .

3.3.   Stimular tal-innovazzjoni permezz tad-dakkir reċiproku tal-għarfien

L-isfidi tas-soċjetà qed isiru iktar u iktar globali u transkonfinali u kollaborazzjonijiet transettorjali huma kruċjali sabiex dawn jiġu affrontati b’suċċess. Il-kondiviżjoni ta’ għarfien u ideat mir-riċerka għas-suq (u viċiversa) huwa għalhekk vitali u jista’ jinkiseb biss permezz tal-konnessjoni tal-persuni. Dan se jkun promoss permezz ta' appoġġ għal skambji flessibbli ta’ persunal, ta’ ħiliet għolja fir-riċerka u l-innovazzjoni, bejn is-setturi, pajjiżi u dixxiplini.

Il-finanzjament Ewropew se jappoġġa l-iskambji ▌tal-persunal involut fir-riċerka u l-innovazzjoni fi ħdan l-isħubijiet tal-universitajiet, l-istituzzjonijiet ta' riċerka, l-infrastrutturi tar-riċerka, in-negozji, l-SMEs u atturi soċjoekonomiċi oħrajn madwar l-Ewropa, kif ukoll bejn l-Ewropa u l-pajjiżi terzi sabiex tiġi rinfurzata l-kooperazzjoni internazzjonali. Dan se jkun miftuħ għall-persunal tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livelli kollha ta’ karriera, mill-aktar subaltern (postuniversitarju) għall-aktar superjuri (maniġment), inkluż ukoll il-persunal amministrattiv u tekniku.

3.4.   Żieda tal-impatt strutturali permezz tal-kofinanzjament tal-attivitajiet

L-istimular tal-programmi reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali sabiex titrawwem l-eċċellenza u jinfirxu l-aħjar prattiki tal-Azzjonijiet Marie Skłodowska- Curie f’termini ta' possibbiltajiet ta’ mobbiltà madwar l-Ewropa għat-taħriġ tar-riċerkaturi, l-iżvilupp tal-karriera u l-iskambju ta’ persunal se jżid l-impatt numeriku u strutturali tal-Azzjonijiet Marie Skłodowska- Curie. Dan se jżid ukoll l-ġibda ta’ ċentri ta’ eċċellenza madwar l-Ewropa.

Dan se jinkiseb permezz tal-kofinanzjament ta’ programmi reġjonali, nazzjonali, privati u internazzjonali, ġodda jew eżistenti, sabiex jinfetħu u jipprovdu taħriġ ta' riċerka internazzjonali, intersettorjali u interdixxiplinari, kif ukoll il-mobbiltà tar-riċerkaturi u l-persunal tal-innovazzjoni transkonfinali u intrasettorjali u fl-istadji kollha tal-karriera tagħhom.

Dan se jippermetti l-isfruttar ta' sinerġiji bejn l-azzjonijiet tal-UE u dawk fil-livell reġjonali u nazzjonali, billi tiġi miġġielda l-frammentazzjoni f’termini ta’ objettivi, metodi ta’ evalwazzjoni u kundizzjonijiet tax-xogħol tar-riċerkaturi. Fil-qafas tal-attivitajiet ta' kofinanzjament, l-użu tal-kuntratti ta' impjieg se jiġi promoss ħafna.

3.5.   Appoġġ u azzjonijiet speċifiċi ta' politika

Sabiex tintlaqa’ l-isfida b’mod effiċjenti se jkun essenzjali li jiġi mmonitorjat il-progress. Il-programm se jappoġġa l-iżvilupp ta’ indikaturi u l-analiżi tad-dejta relatata mal-mobbiltà, il-ħiliet u l-karrieri u l-ugwaljanza bejn is-sessi tar-riċerkaturi bl-għan li jikkontribwixxu għall-identifikazzjoni ta' distakki u ostakoli fl-azzjonijiet Marie Skłodowska- Curie u t-titjib tal-impatt ta’ dawn l-azzjonijiet. Dawn l-attivitajiet se jiġu implimentati bit-tiftix tas-sinerġiji u koordinazzjoni mill-qrib mal-azzjonijiet ta’ appoġġ tal-politika fir-rigward tar-riċerkaturi, dawk li jħaddmuhom u jiffinanzjawhom, imwettqa taħt 'L-Ewropa f'dinja li qiegħda tinbidel - Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u  riflessivi '. L-azzjonijiet speċifiċi se jiġu ffinanzjati b'appoġġ għal inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni dwar l-importanza ta’ karriera fir-riċerka li jkopru wkoll aspetti ta' ritorn u integrazzjoni mill-ġdid, u biex jiġu disseminati r-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni li joħorġu mill-ħidma appoġġata mill-Azzjonijiet Marie Skłodowska- Curie.

Sabiex ikompli jiżdied l-impatt tal-azzjonijiet Marie Skłodowska- Curie, in-netwerking bejn ir-riċerkaturi Marie Skłodowska- Curie (attwali u tal-passat) se jissaħħaħ permezz ta' strateġija tas-servizzi tal-alumni. Dawn se jvarjaw mill-appoġġ għal forum ta' kuntatt u skambju bejn ir-riċerkaturi, b'possibbiltajiet ta' esplorazzjoni ta' kollaborazzjonijiet u opportunitajiet ta’ impjiegi, għall-organizzazzjoni ta’ avvenimenti konġunti u l-involviment tal-imsieħba fl-attivitajiet ta’ komunikazzjoni bħala ambaxxaturi għall-Azzjonijiet Marie Skłodowska- Curie u għaż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

3.6.   Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

L-Azzjonijiet Marie Skłodowska- Curie se jkunu miftuħa għall-attivitajiet ta’ taħriġ u żvilupp tal-karriera fi ħdan l-isferi kollha ta’ riċerka u innovazzjoni indirizzati taħt it-Trattat, minn riċerka bażika sa użu mis-suq u servizzi ta’ innovazzjoni. Il-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll is-setturi se jintgħażlu liberament mill-applikanti.

Biex jibbenefikaw mill-bażi tal-għarfien dinjija, l-azzjonijiet Marie Skłodowska- Curie se jkunu miftuħa għar-riċerkaturi u l-persunal tal-innovazzjoni, kif ukoll għall-universitajiet, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka, l-infrastrutturi tar-riċerka, in-negozji u atturi soċjoekonomiċi oħra mill-pajjiżi kollha, inkluż pajjiżi terzi bil-kundizzjonijiet iddefiniti fir-Regolament (UE) XX/2012 (Regoli għall-Parteċipazzjoni).

Matul l-attivitajiet kollha deskritti hawn fuq, se tingħata attenzjoni lill-inkoraġġiment ta' parteċipazzjoni b'saħħitha tal-impriżi, b'mod partikolari l-SMEs, kif ukoll atturi soċjoekonomiċi oħra għall-implimentazzjoni u impatt ta' suċċess tal-azzjonijiet Marie Skłodowska- Curie. Il-kollaborazzjoni fit-tul bejn l-edukazzjoni għolja, l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka u s-settur pubbliku u dak privat, li tqis il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, hija promossa matul l-azzjonijiet Marie Skłodowska- Curie kollha.

L-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie se jiġu żviluppati f'sinerġija mill-qrib ma' programmi oħra li jappoġġaw dawn l-objettivi ta' politika, inkluż il-programm Erasmus għal Kulħadd u l-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni tal-EIT.

Tinżamm il-possibilità, jekk ikun hemm il-ħtieġa speċifika, li jiġu mmirati ċerti attivitajiet taħt il-programm fir-rigward ta' sfidi tas-soċjetà, tipi ta’ istituzzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, jew postijiet ġeografiċi speċifiċi sabiex jirreaġixxu għall-evoluzzjoni tar-rekwiżiti tal-Ewropa f’termini ta’ ħiliet, taħriġ fir-riċerka, żvilupp tal-karriera u kondiviżjoni tal-għarfien.

Sabiex ikunu miftuħin għas-sorsi kollha ta’ talent, se jkunu żgurati miżuri ġenerali biex tingħeleb kwalunkwe distorsjoni fl-aċċess għall-għotjiet pereżempju, billi jiġu mħeġġa opportunitajiet ugwali għar-riċerkaturi rġiel u nisa fl-azzjonijiet Marie Skłodowska- Curie kollha u permezz ta’ parametri relatati mal-parteċipazzjoni skont il-ġens. Barra minn hekk, l-azzjonijiet Marie Skłodowska- Curie se jappoġġaw ir-riċerkaturi biex jiġu stabbiliti f’karriera iktar stabbli u jiżguraw li dawn ikunu jistgħu jiksbu l-bilanċ xieraq bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni familjari tagħhom, u jikkontribwixxu sabiex tiġi ffaċilitata t-tkomplija ta’ karriera fir-riċerka wara żmien ta' waqfien. Il-prinċipji tal-Karta Ewropea tar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reklutaġġ ta' Riċerkaturi li jippromwovu rekultaġġ miftuħ u kundizzjonijiet ta' xogħol attraenti huma rrakkomandati li jiġu approvati u applikati mill-parteċipanti ffinanzjati kollha.

Sabiex ikomplu jissaħħu d-disseminazzjoni u l-involviment pubbliku, il-benefiċjarji tal-azzjonijiet Marie Skłodowska- Curie jistgħu jkunu meħtieġa jippjanaw attivitajiet ta' komunikazzjoni xierqa għall-pubbliku ġenerali. Dan il-pjan se jkun ivvalutat matul il-proċess ta’ evalwazzjoni kif ukoll matul is-segwitu tal-proġett.

4.   INFRASTRUTTURI TA' RIĊERKA

L-attivitajiet se jkollhom l-għan li jiżviluppaw infrastrutturi tar-riċerka Ewropej eċċellenti għall-2020 u lil hinn, irawmu l-potenzjal ta' innovazzjoni u  r-riżorsi umani tagħhom u jirrinfurzaw il-politika Ewropea. Il-koordinazzjoni mas-sorsi ta’ iffinanzjar ta’ koeżjoni se jkunu indirizzati sabiex jiġu żgurati sinerġiji u approċċ koerenti għall-iżvilupp tal-infrastrutturi ta’ riċerka. Se jiġu mħeġġa sinerġiji mal-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie.

4.1.   L-iżvilupp tal-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka għall-2020 u wara

4.1.1.   Żvilupp ta' infrastrutturi tar-riċerka mill-aqwa

L-għan huwa li jiġu ffaċilitati u appoġġati t-tħejjija, l-implimentazzjoni, is-sostenibbiltà fit-tul u t-tħaddim effiċjenti tal-infrastrutturi tar-riċerka identifikati mill-Forum Strateġiku Ewropew għall-Infrastrutturi tar-Riċerka (ESFRI) u infrastrutturi tar-riċerka mill-aqwa oħrajn, li se jgħinu lill-Ewropa twieġeb għall-isfidi l-kbar fix-xjenza, l-industrija u s-soċjetà. Dan l-objettiv se jindirizza speċifikament dawk l-infrastrutturi li qed jippjanaw li jistabbilixxu, qegħdin jistabbilixxu jew stabbilixxew il-governanza tagħhom, pereżempju abbażi tal-Konsorzju Ewropew għal Infrastruttura ta’ Riċerka (ERIC) jew kwalunkwe struttura ekwivalenti fuq livell Ewropew jew internazzjonali.

Il-fondi tal-UE se jikkontribwixxu, kif xieraq:

(a)

għall-fażi preparatorja tal-infrastrutturi futuri (eż. pjanijiet dettaljati ta’ kostruzzjoni, arranġamenti legali, pjanar pluriennali , l-involviment bikri tal-industrija );

(b)

għall-fażi ta’ implimentazzjoni (eż. riċerka u żvilupp u xogħol ta’ inġinerija b'mod konġunt mal-industrija u l-utenti, l-iżvilupp ta’ faċilitajiet reġjonali tal-imsieħba (3) bl-għan ta’ żvilupp aktar ibbilanċjat taż-Żona Ewropea tar-Riċerka); u/jew

(c)

għall-fażi ta’ operazzjoni (eż. aċċess, immaniġjar tad-dejta, attivitajiet ta’ komunikazzjoni, taħriġ u ta' kooperazzjoni internazzjonali).

Din l-attività se tappoġġa wkoll l-istudji ta' tfassil għall-infrastrutturi ta' riċerka ġodda b'approċċ minn isfel għal fuq.

4.1.2.   Integrazzjoni u ftuħ ta' infrastrutturi tar-riċerka nazzjonali u reġjonali eżistenti ta’ interess Ewropew

L-għan huwa li , fejn adatt, l-infrastrutturi tar-riċerka nazzjonali u reġjonali prinċipali jinfetħu għar-riċerkaturi Ewropej kollha, kemm mid-dinja akkademika kif ukoll mill-industrija, u li jiġi żgurat l-użu ottimali u l-iżvilupp konġunt tagħhom.

L-Unjoni se tappoġġa n-netwerks u r-raggruppamenti li jgħaqqdu u jintegraw, fuq skala Ewropea, l-infrastrutturi tar-riċerka nazzjonali prinċipali. L-iffinanzjar se jiġi pprovdut, b’mod partikolari bħala appoġġ għall-aċċess transnazzjonali u virtwali tar-riċerkaturi u l-armonizzazzjoni u t-titjib tas-servizzi li jipprovdu l-infrastrutturi. ▌

4.1.3.   Żvilupp, użu u tħaddim ta' infrastrutturi elettroniċi bbażati fuq l-ICT  (4)

L-għan huwa li sal-2020 tinkiseb kapaċità fost l-aktar avvanzata fid-dinja fin-netwerking, fl-informatika u fid-data xjentifika fi spazju Ewropew uniku u miftuħ għar-riċerka onlajn fejn ir-riċerkaturi u l-komunitajiet tagħhom igawdu minn servizzi affidabbli, li jinsabu kullimkien u mill-aktar avvanzati għan-netwerking u l-komputazzjoni, u aċċess bla xkiel u miftuħ għall-ambjenti tax-Xjenza elettronika u riżorsi tad-dejta globali.

Sabiex jintlaħaq dan l-għan, se jingħata appoġġ lil: netwerks globali ta' riċerka u edukazzjoni li jipprovdu servizzi fuq talba bejn id-dominji, li huma avvanzati, standardizzati u li jistgħu jiġu adattati; infrastrutturi tan-netwerk u infrastrutturi cloud li jipprovdu kapaċità komputerizzazzjonali u tal-ipproċessar tad-data virtwalment mingħajr limiti; ekosistema ta’ faċilitajiet għas-superkomputazzjoni, li tavvanza lejn l-iskala exa; infrastruttura għal softwer u servizzi, pereżempju dawk għas-simulazzjoni u l-viżwalizzazzjoni; għodod ta’ kollaborazzjoni f'ħin reali; u infrastruttura tad-dejta xjentifika interoperabbli, miftuħa u affidabbli.

4.2.   Trawwim tal-potenzjal ta' innovazzjoni ta’ infrastrutturi tar-riċerka u r-riżorsi umani tagħhom

4.2.1.   Sfruttar tal-potenzjal ta’ innovazzjoni tal-infrastrutturi għar-riċerka:

L-għan huwa li tiġi stimulata l-innovazzjoni kemm fl-infrastrutturi innifishom kif ukoll fl-industriji, bħall-industrija tal-fornitur u tal-utent.

Għal dan il-għan, għandu jkun hemm appoġġ

(a)

għas-sħubijiet tar-R&Ż mal-industrija biex jiżviluppaw il-kapaċitajiet tal-Unjoni u l-provvista industrijali fl-oqsma ta' teknoloġija għolja bħall-istrumentazzjoni xjentifika jew l-ICT;

(b)

għall-akkwist prekummerċjali minn atturi tal-infrastruttura tar-riċerka sabiex imexxu 'l quddiem l-innovazzjoni u jkunu minn tal-ewwel li jadottaw jew jiżviluppaw teknoloġiji l-aktar avvanzati ;

(c)

għall-istimular tal-użu ta' infrastrutturi ta' riċerka mill-industrija, pereżempju bħala ċentri ta' ttestjar sperimentali jew ċentri imsejsa fuq l-għarfien; kif ukoll

(d)

għall-inkoraġġiment tal-integrazzjoni tal-infrastrutturi tar-riċerka f'ekosistemi ta' innovazzjoni lokali, reġjonali u globali.

L-azzjonijiet tal-Unjoni se jippromwovu wkoll l-użu tal-infrastrutturi tar-riċerka, partikolarment l-infrastrutturi elettroniċi, għas-servizzi pubbliċi, l-innovazzjoni soċjali, il-kultura u l-edukazzjoni u t-taħriġ .

4.2.2.   Tisħiħ tal-kapital uman tal-infrastrutturi tar-riċerka

Il-kumplessità tal-infrastrutturi tar-riċerka u l-isfruttar tal-potenzjal sħiħ tagħhom jesiġu ħiliet adegwati għall-maniġers, inġiniera u tekniki tagħhom, kif ukoll l-utenti.

Il-finanzjament tal-Unjoni se jappoġġa t-taħriġ tal-persunal li jimmaniġġja u jopera infrastrutturi ta’ riċerka ta’ interess pan-Ewropew, l-iskambju ta’ persunal u l-aħjar prattiki fost dawn il-faċilitajiet, u l-provvista adegwata ta' riżorsi umani fid-dixxiplini prinċipali, inkluż il-ħolqien ta’ kurrikula edukattivi speċifiċi. Sinerġiji mal-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie se jiġu mħeġġa.

4.3.   Rinfurzar tal-politika Ewropea dwar l-infrastruttura tar-riċerka u tal-kooperazzjoni internazzjonali

4.3.1.   Rinfurzar tal-politika Ewropea dwar l-infrastrutturi tar-riċerka.

L-għanijiet huma li jiġu sfruttati s-sinerġiji bejn l-inizjattivi nazzjonali u tal-Unjoni permezz tal-istabbiliment ta' sħubijiet bejn dawk li jfasslu l-politika, il-korpi ta' finanzjament jew il-gruppi konsultattivi (eż. l-ESFRI, il-Grupp ta’ Riflessjoni dwar l-Infrastruttura elettronika (e-IRG), l-organizzazzjonijiet tal-EIROForum, l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali), kif ukoll l-iżvilupp ta’ komplementarjetajiet u kooperazzjoni bejn l-infrastrutturi tar-riċerka u attivitajiet li jimplimentaw politiki oħrajn tal-Unjoni, (bħall-politika reġjonali, ta' koeżjoni, industrijali, tas-saħħa , ambjentali, tal-impjiegi jew tal-iżvilupp), u li jiżguraw l-koordinazzjoni bejn is-sorsi ta’ finanzjament differenti tal-Unjoni. L-azzjonijiet tal-Unjoni ukoll se jappoġġaw l-istħarriġ, monitoraġġ u valutazzjoni tal-infrastrutturi ta’ riċerka fuq livell ta' Unjoni, kif ukoll l-istudji tal-politika u kompiti ta' komunikazzjoni oħra rilevanti.

L-Orizzont 2020 se jiffaċilita l-isforzi tal-Istati Membri biex itejbu bl-aħjar mod il-faċilitajiet ta' riċerka tagħhom permezz ta' appoġġ għal bażi tad-dejta aġġornata għall-UE kollha dwar infrastrutturi tar-riċerka apertament aċċessibbli fl-Ewropa.

4.3.2.   Iffaċilitar tal-kooperazzjoni internazzjonali strateġika

L-għan huwa li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-infrastrutturi globali tar-riċerka, jiġifieri l-infrastrutturi ta’ riċerka li jesiġu finanzjament u ftehimiet fuq skala globali. L-għan huwa wkoll li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni tal-infrastrutturi Ewropej ta’ riċerka mal-kontropartijiet mhux Ewropej tagħhom, billi tiġi żgurata l-interoperabbiltà u l-kopertura globali tagħhom, u jinkisbu ftehimiet internazzjonali dwar l-użu, ftuħ jew kofinanzjament reċiproku tal-infrastrutturi. F’dan ir-rigward se jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp Carnegie ta' Uffiċjali Superjuri dwar Infrastrutturi Globali tar-Riċerka. Se tingħata wkoll attenzjoni sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni xierqa tal-Unjoni fil-koordinazzjoni mal-korpi internazzjonali bħan-NU jew l-OECD.

4.4.   Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

Waqt l-implimentazzjoni se jiġu kkonsultati gruppi konsultattivi ta’ esperti indipendenti, kif ukoll partijiet interessati u korpi konsultattivi, bħall-ESFRI u l-e-IRG.

L-implimentazzjoni se ssegwi approċċ fuq tliet binarji: minn isfel għal fuq fejn il-kontenut preċiż u l-isħubija ta’ proġetti mhumiex magħrufa; immirata fejn l-infrastrutturi tar-riċerka speċifiċi u/jew il-komunitajiet indirizzati huma definiti sew; u benefiċjarji msemmija, pereżempju fejn kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta’ tħaddim hija provduta lill-(konsorzju ta’) operatur(i) tal-infrastruttura.

L-għanijiet tal-linji ta' attività stabbiliti taħt it-taqsimiet 4.2 u 4.3 għandhom jinkisbu permezz ta' azzjonijiet iddedikati, kif ukoll fi ħdan l-azzjonijiet żviluppati taħt it-taqsima 4.1, fejn adatt.

PARTI II

TMEXXIJA INDUSTRIJALI

1.   TMEXXIJA F'TEKNOLOĠIJI ABILITANTI U INDUSTRIJALI

Ġenerali

Is-suċċess fil-ksib , l-integrazzjoni u l-użu ta' teknoloġiji abilitanti mill-industrija Ewropea huwa fattur ewlieni biex jissaħħu l-produttività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa u biex jiġi żgurat li l-Ewropa għandha ekonomija avvanzata, sostenibbli u kompetittiva, tmexxija globali fis-setturi tal-applikazzjonijiet teknoloġiċi avvanzati u ħila biex tiżviluppa soluzzjonijiet effettivi u sostenibbli għall-isfidi tas-soċjetà b'kunsiderazzjoni, fost l-oħrajn, tal-ħtiġijiet tal-utent . L-attivitajiet ta' innovazzjoni se jingħaqdu mar-riċerka u l-iżvilupp bħala parti integrali mill-finanzjament.

Approċċ integrat għal Teknoloġiji Abilitanti Ewlenin

Komponent ewlieni fi 'Tmexxija fit-Teknoloġiji Abilitanti u Industrijali' huwa t-Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali (KETs), definiti bħala mikro u nanoelettronika, fotonika, nanoteknoloġija, bijoteknoloġija, materjali avvanzati u sistemi ta’ manifattura avvanzata. Ħafna prodotti innovattivi jinkorporaw diversi minn dawn it-teknoloġiji b’mod simultanju, bħala partijiet uniċi jew integrati. Filwaqt li kull teknoloġija toffri innovazzjoni teknoloġika, il-benefiċċju akkumulat min-numru kbir ta' interazzjonijiet tal-KETs u teknoloġiji industrijali abilitanti oħrajn u l-kombinazzjonijiet tagħhom , jista' wkoll iwassal għal progress teknoloġiku kbir. L-isfruttar tat-teknoloġiji abilitanti essenzjali trasversali jsaħħaħ il-kompetittività u l-impatt tal-prodotti u jistimula t-tkabbir u l-impjiegi u jipprovdi opportunitajiet ġodda biex jiġu ttrattati l-isfidi għas-soċjetà . Għaldaqstant, se jiġu sfruttati l-interazzjonijiet numerużi ta' dawn it-teknoloġiji. Se jingħata appoġġ dedikat għal proġetti ta' linji pilota u dimostrazzjoni ta' skala ikbar biex jiġu implimentati f'diversi ambjenti u kundizzjonijiet .

Dan se jinkludi l-attivitajiet ta' KETs u KETs trasversali (multi KETs) li jgħaqqdu u jintegraw diversi teknoloġiji individwali, li jirriżultaw fil-validazzjoni ta' teknoloġiji ġewwa ambjent industrijali għal sistema kompluta u kwalifikata, lesta għas-suq jew qrib li tidħol fih . L-involviment qawwi tas-settur privat f’tali attivitajiet u d-dimostrazzjoni ta' kif ir-riżultati tal-proġett se jikkontribwixxu għall-valur tas-suq għall-UE se jkunu prerekwiżiti u għalhekk l-implimentazzjoni tista' tieħu l-forma ta' sħubijiet pubbliċi-privati. Għal dan il-għan u permezz tal-istruttura ta' implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 , se jiġi żviluppat programm konġunt ta' ħidma għall-attivitajiet trasversali tal-KETs. Filwaqt li jqis il-ħtiġijiet tas-suq u r-rekwiżiti tal-isfidi tas-soċjetà, il-programm se jkollu l-għan li jipprovdi moduli ġeneriċi tal-KETs u l-multi-KETs għall-oqsma differenti ta' applikazzjoni, inklużi l-isfidi tas-soċjetà. Barra minn hekk, se jitfittxu sinerġiji, fejn adatt, bejn attivitajiet tal-KET u l-attivitajiet taħt il-qafas tal-Politika ta' Koeżjoni fil-kuntest tal-istrateġiji R&I nazzjonali u reġjonali għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, kif ukoll mal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), il-Bank Ewropew tal-Investiment u, fejn adatt, mal-attivitajiet imħaddma mill-Istati Membri fl-ambitu tal-Inizjattivi tal-Ipprogrammar Konġunt.

Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

L-attivitajiet ta' innovazzjoni se jinkludu l-integrazzjoni tat-teknoloġiji individwali; dimostrazzjonijiet tal-kapaċitajiet li joħolqu u jipprovdu prodotti , sistemi, proċessi u servizzi innovattivi; piloti tal-utenti u l-klijenti li jagħtu prova tal-fattibbiltà u l-valur miżjud; u dimostraturi fuq skala kbira biex tiġi ffaċilitata l-penetrazzjoni fis-suq tar-riżultati tar-riċerka. Se tingħata attenzjoni adegwata lil proġetti ta' skala żgħira u medja. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni taħt din il-Parti se tinkoraġġixxi l-involviment ta' timijiet ta' riċerka żgħar u ta' daqs medju, li jikkontribwixxi għal parteċipazzjoni aktar attiva mill-SMEs.

Se jiġu integrati teknoloġiji individwali varji, li jirriżultaw f'validazzjoni tat-teknoloġija f’ambjent industrijali għal sistema kwalifikata u kompleta, lesti għas-suq. L-involviment qawwi tas-settur privat f'tali attivitajiet se jkun prerekwiżit, inklużi s-sħubijiet pubbliċi-privati.

Azzjonijiet orjentati lejn is-suq se jikkomplementaw l-ispinta teknoloġika tal-inizjattivi ta' riċerka u ta' innovazzjoni. Dawn jinkludu l-aħjar użu ta' akkwist pubbliku tal-innovazzjoni; l-iżvilupp ta' standards tekniċi adatti u attivitajiet tekniċi b'appoġġ għall-istandardizzazzjoni u r-regolazzjoni ; domanda privata u involviment tal-utenti għall-ħolqien ta' swieq aktar miftuħa għall-innovazzjoni.

Għan-nanoteknoloġija u l-bijoteknoloġija b'mod partikolari, l-involviment ta' partijiet interessati u tal-pubbliku ġenerali se jkollhom l-għan li jqajmu kuxjenza dwar il-benefiċċji u r-riskji. Il-valutazzjoni tas-sikurezza u l-ġestjoni tar-riskji globali fl-iskjerament ta’ dawn it-teknoloġiji se tkun indirizzata sistematikament. Fejn adatt, ix-xjenzi soċjali u l-umanitajiet se jikkontribwixxu biex jittieħed kont tal-preferenzi u l-aċċettazzjoni tal-ħtiġijiet tal-utent kif ukoll biex jiġu żgurati l-impenn tas-soċjetà u l-għażla infurmata tal-konsumaturi.

L-attivitajiet appoġġati taħt din il-Parti se jikkumplimentaw l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni f’teknoloġiji abilitanti, li jistgħu jiġu pprovduti mill-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali taħt il-fondi tal-Politika ta' Koeżjoni, fil-qafas tal-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti.

Dan il-programm bħala parti mill-funzjonament ta' azzjonijiet, għandu jappoġġa wkoll l-attivitajiet ta' trasferiment tat-teknoloġija (kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak reġjonali), inkluż l-iżvilupp tar-raggruppamenti internazzjonali u reġjonali tal-innovazzjoni, għall-promozzjoni ta' rabtiet aktar effettivi bejn l-universitajiet u l-industrija.

L-inizjattivi strateġiċi ta' kooperazzjoni internazzjonali se jiġu indirizzati fl-oqsma ta’ interess u benefiċċju reċiproku mal-pajjiżi imsieħba prinċipali. Ta’ interess partikolari, iżda mhux esklużiv, għat-teknoloġiji abilitanti u industrijali huma:

l-aċċess għall-aqwa kompetenza xjentifika u teknoloġika fid-dinja;

l-iżvilupp ta’ standards globali;

it-tneħħija ta’ konġestjonijiet fl-isfruttar industrijali , il-kollaborazzjoni fl-R&Ż u l-kundizzjonijiet għall-kummerċ;

is-sikurezza tal-prodotti bbażati fuq in-nanoteknoloġija u l-bijoteknoloġija u l-impatt fit-tul tal-użu tagħhom ;

l-iżvilupp ta’ materjali u metodi sabiex jitnaqqas il-konsum ta’ enerġija u riżorsi;

inizjattivi kollaborattivi internazzjonali mmexxija mill-industrija fi ħdan il-komunità tal-manifattura; kif ukoll

l-interoperabbiltà tas-sistemi.

1.1.   Teknoloġiji tal-Informatika u tal-Komunikazzjoni (ICT)

Għadd ta’ linji ta’ attivitàjiet se jimmiraw għall-isfidi ta’ tmexxija industrijali u teknoloġika tal-ICT fil-katina kollha ta' valur u jkopru l-aġendi ġeneriċi tar-riċerka u innovazzjoni fl-ICT, inklużi notevolment:

1.1.1.   Ġenerazzjoni ġdida ta' komponenti u sistemi: Inġinerija ta' komponenti u sistemi inkorporati avvanzati u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u r-riżorsi

L-objettiv huwa li tinżamm u tissaħħaħ it-tmexxija Ewropea fit-teknoloġiji marbuta mal-komponenti u s-sistemi avvanzati, inkorporati , effiċjenti fl-użu tal-enerġija u r-riżorsi u robusti . Dan jinkludi wkoll mikro-nano-bijosistemi, l-elettronika organika, it-teknoloġiji sottostanti l-integrazzjoni għall-Internet tal-Affarijiet (IoT) (5), inklużi pjattaformi bħala appoġġ għall-forniment ta' servizzi avvanzati , sensuri, sistemi integrati intelliġenti, sistemi inkorporati u distribwiti, sistemi ta' sistemi u sistemi kumplessi tal-inġinerija.

1.1.2.   Informatika tal-ġenerazzjoni li jmiss: Sistemi u tekonoloġiji tal-informatika avvanzati u siguri, inkluż il-cloud computing

L-objettiv huwa li jiġu mmobilizzati assi Ewropej fl-arkitettura tal-ipproċessar u tas-sistema, teknoloġiji ta' interkonnessjoni u lokalizzazzjoni tad-dejta, cloud computing, informatika parallela , mudellar u softwer tas-simulazzjoni għas-segmenti kollha tas-suq tal-informatika, inklużi applikazzjonijiet tal-inġinerija (bħal pereżempju, fost l-oħrajn, kwantifikazzjoni tal-inċertezza, analiżi tar-riskju u deċiżjonijiet dwar l-inġinerija) .

1.1.3.   Internet Futur: Softwer, ħardwer, infrastrutturi, teknoloġiji u servizzi;

L-objettiv huwa li tiġi rinfurzata l-kompetittività tal-industrija Ewropea fl-iżvilupp, il-kontroll u l-iffurmar tal-Internet tal-ġenerazzjoni li jmiss li gradwalment se jissostitwixxi u jissupera l-Web attwali, in-netwerks fissi u mobbli u l-infrastrutturi ta' servizz attwali, u li tkun possibbli l-interkonnessjoni ta' triljuni ta' apparati (IoT) fost operaturi u dominji multipli li se jbiddlu l-mod ta’ kif nikkomunikaw, naċċessaw u nużaw l-għarfien. Dan jinkludi riċerka u innovazzjoni (R&I) fuq netwerks, softwer, proċessi u servizzi, ċibersigurtà, privatezza , affidabbiltà u fiduċja (6), komunikazzjoni mingħajr wajers u n-netwerks ottiċi kollha, multimedja interattiva immersiva u fuq l-impriża kkollegata tal-futur.

1.1.4.   Teknoloġiji tal-kontenut u l-ġestjoni tal-informazzjoni: ICT għal kontenut diġitali, industriji kulturali u kreattivi

L-objettiv huwa li tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-Ewropa bħala fornitur ta' prodotti u servizzi bbażati fuq il-kreattività individwali u kummerċjali. Huwa se jagħmel dan billi jagħti lill-professjonisti liċ-ċittadini għodod ġodda sabiex joħolqu , jaċċessaw, jisfruttaw, jippreżervaw u jużaw mill-ġdid il-forom kollha ta’ kontenut diġitali fi kwalunkwe lingwa u sabiex jimmudellaw, janalizzaw u jivviżwalizzaw l-ammonti vasti ta’ dejta ( big data) , inkluża d-dejta kkollegata. Dan jinkludi teknoloġiji ġodda għall-arti, il-lingwa , it-tagħlim, l-interazzjoni, il-preżervazzjoni diġitali , id-disinn tal-web, l-aċċess għall-kontenut, l-analitika u l-mezzi ta' komunikazzjoni ; sistemi intelliġenti u li jadattaw ruħhom ta' ġestjoni tal-informazzjoni bbażati fuq estrazzjoni avvanzata tad-dejta, tagħlim awtomatiku, analiżi statistika u teknoloġiji viżwali tal-informatika.

1.1.5.   Interfacċji avvanzati u robots: Robotika u spazji intelliġenti

L-objettiv huwa li tiġi rinfurzata t-tmexxija xjentifika u industrijali Ewropea fir-robotika industrijali u tas-servizzi, sistemi konjittivi u komunikattivi , interfaċċji avvanzati u spazji intelliġenti, u magni senzjenti, li jibnu fuq iż-żidiet fil-prestazzjoni tal-informatika u n-netwerking u progress fil-kapaċità li jitfasslu u jinbnew sistemi li jistgħu jitgħallmu, jimmontaw lilhom infushom, jadattaw u jirreaġixxu jew li jottimizzaw l-interazzjonijiet bejn il-bnedmin u l-magni . Fejn xieraq, is-sistemi żviluppati u l-avvanzi minn ta' quddiem nett għandhom jiġu vvalidati f'ambjenti tad-dinja reali.

1.1.6.   Mikro u nanoelettronika u fotonika: Teknoloġiji ewlenin abilitanti relatati mal-mikro u n-nanoelettronika u l-fotonika li jkopru t-teknoloġiji quantum ukoll.

L-objettiv huwa tiġi sfruttata l-eċċellenza tal-Ewropa f'dawn it-teknoloġiji abilitanti essenzjali u biex tiġi appoġġata u tkompli tittejjeb il-kompetittività u t-tmexxija tas-suq tal-industrija tagħha. L-attivitajiet se jinkludu wkoll l-innovazzjoni u r-riċerka dwar id-disinn, proċessi avvanzati, linji pilota għall-manifattura, teknoloġiji ta' produzzjoni relatati u azzjonijiet ta' dimostrazzjoni li jivvalidaw żviluppi teknoloġiċi u mudelli kummerċjali innovattivi kif ukoll teknoloġiji sottostanti tal-ġenerazzjoni li jmiss li jużaw l-avvanzi fil-fiżika kwantum .

Dawn is-sitt linji ta’ attività ewlenin huma mistennija li jkopru l-firxa sħiħa tal-ħtiġijiet , b'kont meħud tal-kompetittività tal-industrija Ewropea fuq skala globali . Dawn jistgħu jinkludu t-tmexxija industrijali f'soluzzjonijiet, prodotti u servizzi ġeneriċi ibbażati fuq l-ICT, meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà ewlenin kif ukoll riċerka fl-ICT xprunata mill-applikazzjoni u aġendi tal-innovazzjoni li se jiġu appoġġati flimkien mas-sfida rilevanti tas-soċjetà. Fid-dawl tal-avvanz dejjem akbar tat-teknoloġija fl-oqsma kollha tal-ħajja, l-interazzjoni bejn il-bnedmin u t-teknoloġija se tkun importanti f'dan ir-rigward, u parti mir-riċerka fl-ICT xprunata mill-applikazzjoni msemmija hawn fuq. Ir-riċerka b'perspettiva ffukata fuq l-utent se tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet kompetittivi.

Inklużi taħt kull waħda mis-sitt linji kbar ta’ attività huma wkoll l-infrastrutturi tar-riċerka speċifiċi għall-ICT bħal-laboratorji ħajjin għall-isperimentazzjoni ▌u infrastrutturi għat-teknoloġiji abilitanti essenzjali sottostanti u l-integrazzjoni tagħhom fi prodotti avvanzati u sistemi intelliġenti innovattivi, inkluż it-tagħmir, għodod, servizzi ta' appoġġ, swali nodfa u aċċess għall-funderiji għall-ħolqien tal-prototipi.

Dan għandu jiġi implimentat b'mod li jiżgura komplimentarjetà u konsistenza mal-ħidma dwar l-Infrastrutturi tar-Riċerka appoġġati taħt il-pilastru “Xjenza Eċċellenti”.

L-attivitajiet se jappoġġaw ir-riċerka u l-iżvilupp ta' sistemi b'rispett sħiħ lejn id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi u b'mod partikolari d-dritt tagħhom għall-privatezza.

1.2.   Nanoteknoloġiji

1.2.1.   Żvilupp ta’ nanomaterjali, nanoapparat u nanosistemi tal-ġenerazzjoni li jmiss

L-iżvilupp u l-integrazzjoni tal-għarfien ta' fenomeni ta' nanoskala f'salib it-toroq ta’ dixxiplini xjentifiċi differenti, li jimmiraw għal prodotti u sistemi fundamentalment ġodda li jippermettu soluzzjonijiet sostenibbli fuq firxa wiesgħa ta' setturi.

1.2.2.   Żgurar tal-iżvilupp u l-applikazzjoni siguri u sostenibbli tan-nanoteknoloġiji

L-avvanzar tal-għarfien xjentifiku dwar l-impatt potenzjali tagħhom fuq is-saħħa jew fuq l-ambjent għal governanza proattiva, ibbażata fuq ix-xjenza, tan-nanoteknoloġiji, u l-forniment ta’ għodod , metodi u pjattaformi xjentifiċi vvalidati għall-valutazzjoni u ġestjoni tal-periklu, l-esponiment u r-riskju matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tan-nanomaterjali u n-nanosistemi , li jinkludi kwistjonijiet ta' standardizzazzjoni .

1.2.3.   Żvilupp tad-dimensjoni tas-sċojetà fir-rigward tan-nanoteknoloġija

L-indirizzar tal-ħtiġijiet umani fiżiċi tal-użu tan-nanoteknoloġija u l-iffokar fuq il-governanza tan-nanoteknoloġija għall-benefiċċju tas-soċjetà u l-ambjent, li jinkludi strateġiji ta' komunikazzjoni biex jiżguraw impenn soċjali .

1.2.4.   Sinteżi u manifattura effiċjenti u sostenibbli ta’ nanomaterjali, komponenti u sistemi

Iffokar fuq operazzjonijiet ġodda, flessibbli, skalabbli u repetibbli, integrazzjoni intelliġenti ta’ proċessi ġodda u eżistenti, inkluża konverġenza teknoloġika bħan-nanobijoteknoloġija, kif ukoll titjib biex ikun hemm produzzjoni sostenibbli fuq skala kbira u bi preċiżjoni kbira ta' prodotti u impjanti għal ħafna skopijiet li jiżgura t-trasferiment effiċjenti tal-għarfien f'innovazzjoni industrijali.

1.2.5.   Żvilupp u standardizzazzjoni ta’ tekniki li jtejbu l-kapaċità, metodi u tagħmir ta’ kejl

L-iffokar fuq it-teknoloġiji sottostanti, li jappoġġaw l-iżvilupp u l-introduzzjoni fis-suq ta' nanomaterjali u nanosistemi sikuri u kumplessi, inkluż in-nanometroloġija, il-karatterizzazzjoni u l-manipulazzjoni tal-materja fuq in-nanoskala, l-immudellar, id-disinn fuq kompjuter u l-inġinerija avvanzata fuq livell atomiku.

1.3.   Materjali avvanzati

1.3.1.   Teknoloġiji ta’ materjali trasversali u abilitanti

Riċerka dwar materjali ddisinjati, materjali funzjonali, materjali multifunzjonali b'kontenut ogħla ta' għarfien, funzjonalitajiet ġodda u prestazzjoni mtejba, bħalma huma materjali ta' awtotiswija jew bijokompatibbli , materjali awtoriġeneranti, materjali manjetiċi ġodda u materjali strutturali, għal innovazzjoni fis-setturi kollha industrijali b'mod partikolari għal swieq ta' valur għoli u inklużi l-industriji kreattivi .

1.3.2.   Żvilupp u trasformazzjoni tal-materjali

Riċerka u żvilupp sabiex jiġi żgurat żvilupp u skalar ’il fuq effiċjenti , sikur u sostenibbli li jippermetti l-manifattura industrijali ta' prodotti futuri bbażati fuq disinn lejn ġestjoni “mingħajr skart” tal-materjali fl-Ewropa eż. fl-industriji tal-metall, kimiċi jew bijoteknoloġiċi , u biex jitjieb l-għarfien dwar il-mekkaniżmi tad-degradazzjoni tal-materjali (xedd, korrużjoni, affidabbiltà mekkanika) .

1.3.3.   Ġestjoni tal-komponenti tal-materjali

Riċerka u żvilupp għal tekniki u sistemi ġodda u innovattivi għall-materjali, il-komponenti u a-sistemi, it-tagħqid, l-adeżjoni, is-separazzjoni, l-assemblaġġ, l-awtoassemblaġġ u ż-żarmar, id-dekompożizzjoni u d-dekostruzzjoni ta' komponenti ta' materjali, u l-ġestjoni tal-ispejjeż tul il-ċiklu tal-ħajja u l-impatti ambjentali permezz tal-użu ġdid ta' teknoloġija ta' materjali avvanzati .

1.3.4.   Materjali għal industrija sostenibbli , effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u b'emissjonijiet baxxi

L-iżvilupp ta’ prodotti u applikazzjonijiet ġodda , mudelli kummerċjali u mġiba responsabbli tal-konsumatur li jżidu l-użu tar-riżorsi rinnovabbli għal applikazzjonijiet sostenibbli, inaqqsu d-domanda għall-enerġija fiċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-prodott u jiffaċilitaw il-produzzjoni b’livell baxx ta’ emissjonijiet, kif ukoll l-intensifikazzjoni tal-proċessi, ir-riċiklaġġ, id-dekontaminazzjoni , il-materjali għall-ħażna tal-enerġija u l-materjali b’potenzjali għal valur miżjud għoli mill-iskart u l-manifattura mill-ġdid.

1.3.5.    Materjali għal industriji kreattivi, inkluż il-patrimonju

L-applikazzjoni ta’ disinni u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji li jikkonverġu biex jinħolqu opportunitajiet kummerċjali ġodda, u dan jinkludi l-preservazzjoni u r-restawr tal-wirt u l-materjali b’valur storiku jew kulturali , kif ukoll materjali ġodda .

1.3.6.   Metroloġija, karatterizzazzjoni, standardizzazzjoni u kontroll tal-kwalità

Il-promozzjoni ta’ teknoloġiji bħall-karatterizzazzjoni, l-evalwazzjoni mhux distruttiva , il-valutazzjoni u l-monitoraġġ kontinwi u l-immudellar tal-prestazzjoni mbassra għal progress u l-impatt fix-xjenza u l-inġinerija tal-materjali.

1.3.7.   Ottimizzazzjoni tal-użu tal-materjali

Ir-riċerka u l-iżvilupp biex jiġu investigati sostituzzjoni u alternattivi għall-użu ta’ materjali , inkluż l-indirizzar tal-isfida tal-materja prima permezz ta' materjali magħmulin apposta jew is-sostituzzjoni ta' materjali skarsi, kritiċi jew perikolużi , u approċċi ta’ mudelli kummerċjali innovattivi u l-identifikazzjoni ta' riżorsi kritiċi .

1.4.   Bijoteknoloġija

1.4.1.   Tingħata spinta lill-bijoteknoloġiji l-aktar avvanzati bħala katalizzatur tal-innovazzjoni fil-futur

L-objettiv huwa li jitqiegħdu s-sisien għall-industrija Ewropea sabiex tkun fuq quddiem fl-innovazzjoni, anke fuq perjodu medju taż-żmien kif ukoll fil-tul. Dan jinkludi l-iżvilupp ta’ oqsma teknoloġiċi emerġenti bħalma hi l-bijoloġija sintetika, il-bijoinformatika u l-bijoloġija tas-sistemi , kif ukoll l-isfruttar tal-konverġenza ma' teknoloġiji abilitanti oħra bħan-nanoteknoloġija (eż. il-bijonanoteknoloġija) u l-ICT (eż. il-bijoelettronika) u t-teknoloġija tal-inġinerija . Dawn u oqsma mill-aktar avvanzati oħra jistħoqqilhom il-miżuri xierqa f’termini ta’ riċerka u żvilupp sabiex jiffaċilitaw it-trasferiment u l-implimentazzjoni effettiva f'applikazzjonijiet ġodda ▌.

1.4.2.    Prodotti u proċessi industrijali bbażati fuq il-bijoteknoloġija

L-objettiv huwa maqsum fi tnejn: fuq naħa, li l-industrija Ewropea (eż. dik tas-sustanzi kimiċi, is-saħħa, it-tħaffir ta' minjieri, l-enerġija, il-polpa u karta , il-prodotti u l-injam ibbażati fuq fibra, tessuti, lamtu, l-ipproċessar tal-ikel) tkun tista' tiżviluppa prodotti u proċessi ġodda li jissodisfaw id-domanda industrijali u tas-soċjetà preferibbilment bl-użu ta' metodi ta' produzzjoni favur l-ambjent u sostenibbli ; u alternattivi bbażati fuq il-bijoteknoloġija li huma kompetittivi u msaħħa sabiex jissostitwixxu dawk stabbiliti; min-naħa l-oħra, jiġi sfruttat il-potenzjal tal-bijoteknoloġija għall-kxif, il-monitoraġġ, il-prevenzjoni u t-tneħħija tat-tniġġis. Huwa jinkludi r-riċerka u l-innovazzjoni fuq enżimi ġodda b'funzjonijiet bijokatalittiċi ottimizzati, perkorsi enżimatiċi u metaboliċi, disinn ta' bijoproċessi fuq skala industrijali, integrazzjoni ta' bijoproċessi fi proċessi ta' produzzjoni industrijali, fermentazzjoni avvanzata, l-ipproċessar fil-bidu u fl-aħħar, kisba tal-għarfien dwar id-dinamika tal-komunitajiet mikrobiċi. Jinkludi wkoll l-iżvilupp ta' prototipi għall-valutazzjoni tal-fattibilità teknoekonomika kif ukoll is-sostenibbiltà tal-prodotti u proċessi żviluppati.

1.4.3.   Teknoloġiji tal-pjattaforma innovattivi u kompetittivi

L-objettiv huwa li jiġu żviluppati teknoloġiji pjattaforma (pereżempju ġenomika, metaġenomika, proteomatika , metabolomika, għodod molekolari , sistemi ta' espressjoni, pjattaformi ta' fenotipa u pjattaformi bbażati fuq iċ-ċelloli ) li jwasslu għal tmexxija u vantaġġ kompetittiv f'għadd wiesa' ta' setturi li għandhom impatt ekonomiku . Huwa jinkludi aspetti bħas-sostenn tal-iżvilupp ta’ bijoriżorsi bi proprjetajiet ottimizzati u applikazzjonijiet lil hinn mill-alternattivi konvenzjonali; li jippermettu l-esplorazzjoni, il-fehim u l-isfruttar b'mod sostenibbli tal-bijodiversità terrestri u marina għall-applikazzjonijiet ġodda , prodotti u proċessi b'bażi bijoloġika ; u s-sostenn tal-iżvilpp ta’ soluzzjonijiet ta’ kura tas-saħħa bbażati fuq il-bijoteknoloġija (pereżempju apparat dijanjostiku, bijoloġiku u bijomediku).

1.5.   Manifatturar u Pproċessar Avvanzati

1.5.1.   Teknoloġiji għall-Fabbriki tal-Futur

Il-promozzjoni ta’ tkabbir sostenibbli u industrijali permezz tal-faċilitazzjoni ta’ bidla strateġika fl-Ewropa minn manifattura bbażata fuq l-ispiża għal approċċ ibbażat fuq il-ħolqien ta’ prodotti b'valur miżjud għoli u manifattura ta' prestazzjoni ogħla, intelliġenti u abilitata bl-ICT f'sistema integrata . Dan jesiġi l-indirizzar tal-isfida ta’ iktar produzzjoni, filwaqt li jiġi konsumat inqas materjal, bl-użu ta’ inqas enerġija u  b'inqas ġenerazzjoni ta' skart u tniġġis bl-għan ta' effiċjenza ekoloġika għolja . L-attenzjoni se tkun fuq l-iżvilupp u l-integrazzjoni tas-sistemi adattivi ta’ produzzjoni tal-futur, b’enfażi partikolari fuq il-ħtiġijet ta’ SMEs Ewropej, sabiex jinkisbu sistemi u proċessi ta’ manifattura avvanzata u sostenibbli. Għandha tingħata attenzjoni wkoll għall-metodoloġiji għat-tisħiħ tal-produzzjoni flessibbli, sigura u intelliġenti fejn f'ambjenti favorevoli għall-ħaddiema jiġu applikati livelli adegwati ta' awtomatizzazzjoni.

1.5.2.   Teknoloġiji li jiffaċilitaw bini u sistemi b’użu effiċjenti tal-Enerġija u impatt ambjentali baxx

It-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u emissjonijiet ta’ CO2 permezz tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji u sistemi ta’ kostruzzjoni sostenibbli, l-implimentazzjoni u r-replika ta’ miżuri għal aktar użu ta’ sistemi u materjali effiċjenti fl-enerġija f’bini ġdid, rinovat u mgħammar b'sistemi ġodda u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (retrofit). Il-knsiderazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja u l-importanza dejjem tikber ta' kunċetti ta' disinn-bini-operat se jkunu elementi prinċipali fl-indirizzar tal-isfidi ta' tranżizzjoni, sal-2020, għal bini li ma jaħli kważi l-ebda enerġija fl-Ewropa u r-realizzazzjoni ta' distretti effiċjenti fl-enerġija permezz tal-involviment tal-komunità wiesa' tal-partijiet interessati.

1.5.3.   Teknoloġiji sostenibbli , effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u b’livell baxx ta’ karbonju f’industriji ta’ pproċessar b’użu intensiv ta’ enerġija

Iż-żieda tal-kompetittività tal-industriji tal-ipproċessar, bħall-kimika, siment, polpa u karta, ħġieġ, minerali jew metalli mhux tal-ħadid u azzar, billi jittejbu drastikament l-effiċjenzi fir-riżorsi u l-enerġija u jonqos l-impatt ambjentali ta’ dawn l-attivitajiet industrijali. L-attenzjoni se tkun fuq l-iżvilupp, u l-validazzjoni ta’ teknoloġiji abilitanti għal sustanzi, materjali u soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi għal prodotti b’użu baxx ta’ karbonju u proċessi u servizzi inqas intensivi fl-enerġija matul il-katina ta' valur, kif ukoll fuq l-adozzjoni ta' teknoloġiji u tekniki ta' produzzjoni b'użu baxx immens ta’ karbonju sabiex jinkiseb tnaqqis speċifiku fl-intensità tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra.

1.5.4.   Mudelli kummerċjali sostenibbli ġodda

Il-kooperazzjoni transettorjali f'kunċetti u metodoloġiji għall-produzzjoni speċjalizzata “bbażata fuq l-għarfien” tista’ tagħti spinta lit-tagħlim, il-kreattività u l-innovazzjoni organizzattivi b’attenzjoni fuq mudelli kummerċjali f'approċċi li jistgħu jiġu adattati għall-ħtiġijiet ta' katini ta' valur u ta' netwerks globalizzati, swieq li jinbidlu, u industriji emerġenti u futuri. Dan jinkludi l-indirizzar ta' mudelli kummerċjali sostenibbli billi jkun kopert iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-prodott u l-proċess.

1.6.   Spazju

Fil-kamp tar-riċerka spazjali, l-azzjoni fuq il-livell tal-Unjoni se titwettaq flimkien mal-attivitajiet ta' riċerka spazjali tal-Istati Membri u l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA), bl-għan li tinbena l-komplementarjetà fost l-atturi differenti.

1.6.1.    Iffaċilitar tal-kompetittività Ewropea, in-nondipendenza u l-innovazzjoni tas-settur spazjali Ewropew

L-objettiv huwa li jinżamm rwol ta’ tmexxija globali fl-ispazju billi tiġi salvagwardjata u  tkompli tiġi żviluppata industrija (inkluż SMEs) u komunità tar-riċerka spazjali kosteffettivi, kompetittivi u innovattivi billi titrawwem l-innovazzjoni bbażata fuq l-ispazju.

1.6.1.1.   Nissalvagwardjaw u nkomplu niżviluppaw industrija u komunità tar-riċerka spazjali kompetittivi , sostenibbli u imprenditorjali u nsaħħu l-awtonomija Ewropea fis-sistemi spazjali

L-Ewropa għandha rwol prinċipali fir-riċerka spazjali u fl-iżvilupp ta' teknoloġiji spazjali, u  qed tiżviluppa kontinwament l-infrastrutturi spazjali operattivi proprji tagħha (eż. Galileo , Copernicus ). Filfatt, l-industrija Ewropea stabbilixxiet lilha nnifisha bħala esportatur tal-prima klassi ta’ satelliti u teknoloġiji oħrajn relatati mal-ispazju . Madankollu, ▌din il-pożizzjoni qiegħda ssib sfida mill-kompetizzjoni minn potenzi spazjali ewlenin oħrajn . L-objettiv ta' din il-miżura hu l-iżvilupp ta’ bażi ta’ riċerka billi tiġi pprovduta kontinwità fil-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni spazjali, pereżempju b’sekwenza ta’ proġetti iżgħar u iktar frekwenti ta’ dimostrazzjoni fl-ispazju. Dan se jippermetti lill-Ewropa tiżviluppa l-bażi industrijali u l-komunità tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku spazjali tagħha, u b’hekk tikkontribwixxi għal teknoloġiji li jmorru lil hinn mill-istat attwalment l-aktar avvanzat u għall-awtonomija tagħha mill-importazzjoni ta' teknoloġiji kritiċi.

Għandu jingħata appoġġ lill-istandardizzazzjoni biex jitjiebu bl-aħjar mod l-investimenti u jiġi żviluppat l-aċċess għas-suq.

1.6.1.2.   Spinta lill-innovazzjoni bejn is-setturi spazjali u dawk mhux spazjali

Għadd ta’ sfidi fit-teknoloġiji spazjali għandhom aspetti paralleli mal-isfidi terrestri, pereżempju fl-oqsma tal-aeronawtika, l-enerġija, l-ambjent, it-telekomunikazzjoni u l-ICTs , esplorazzjoni tar-riżorsi naturali, sensuri, robotika, materjali avvanzati, sigurtà, u saħħa. Dawn l-aspetti komuni joffru opportunitajiet għal kożvilupp bikri, b’mod partikolari minn SMEs, ta’ teknoloġiji fost komunitajiet spazjali u mhux spazjali inklużi industriji mhux spazjali , li potenzjalment jirriżultaw f’innovazzjonijiet rivoluzzjonarji aktar malajr milli permezz ta' żviluppi sekondarji fi stadju iktar tard. L-isfruttar tal-infrastruttura spazjali eżistenti Ewropea għandu jkun stimulat bil-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi innovattivi bbażati fuq it-telerilevament, ġeopożizzjonar jew tipi oħra ta' dejta abilitata bis-satellita . Barra minn hekk, l-Ewropa għandha ssaħħaħ , fejn adatt, b'miżuri mmirati tajjeb, l-iżvilupp li qed jinbeda ta' settur imprenditorjali spazjali , inkluż bl-appoġġ għal inizjattivi għat-trasferiment tat-teknoloġija spazjali .

1.6.2.   Avvanzi fit-teknoloġiji spazjali

L-objettiv huwa l-iżvilupp ta' teknoloġiji spazjali u kunċetti operattivi avvanzati u abilitanti mill-idea sad-dimostrazzjoni fl-ispazju .

Il-kapaċità ta’ aċċess għall-ispazju u  tal-iżvilupp , il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ sistemi spazjali ▌f'orbita madwar id-dinja u lil hinn, huma vitali għall-futur tas-soċjetà Ewropea. Il-kapaċitajiet neċessarji jesiġu investimenti ta' riċerka u innovazzjoni f’multitudni ta’ teknoloġiji spazjali (eż. għal pjattaformi tal-varar u vetturi oħrajn , satelliti, robotika, strumenti u sensuri), u f'kunċetti operattivi mill-idea sad-dimostrazzjoni fl-ispazju. Bħalissa, l-Ewropa hija waħda mit-tliet potenzi spazjali ewlenin prinċipalment immexxija mill-investimenti mill-Istati Membri permezz tal-ESA u ta' programmi nazzjonali , iżda meta mqabbel mal-livell ta’ investiment fir-riċerka u żvilupp spazjali fl-Istati Uniti tal-Amerika (eż. madwar 20 % tal-baġit totali tan-NASA), il-fokus Ewropew ▌fit-teknoloġiji spazjali u applikazzjonijiet futuri għandu bżonn jissaħħaħ tul il-katina kollha:

(a)

riċerka b'livell baxx ta’ preparazzjoni tat-teknoloġija (TRL) , li spiss tiddependi ħafna mit-teknoloġiji abilitanti essenzjali, bil-potenzjal ta’ ġenerazzjoni ta’ teknoloġiji rivoluzzjonarji b’applikazzjonijiet terrestri;

(b)

titjib tat-teknoloġiji eżistenti, pereżempju minn minjaturizzazzjoni, effiċjenza ogħla fl-enerġija, u sensitività sensorjali ogħla;

(c)

dimostrazzjoni u validazzjoni ta’ teknoloġiji u kunċetti ġodda fl-ambjenti analogi spazjali u terrestri;

(d)

kuntest tal-missjoni, eż. analiżi tal-ambjent spazjali, stazzjonijiet fuq l-art, protezzjoni tas-sistemi u l-infrastruttura spazjali kontra l-ħsara jew distruzzjoni minħabba kolliżjoni ma' fdalijiet jew oġġetti oħra spazjali, kif ukoll l-effetti tal-avvenimenti tat-temp spazjali inklużi eruzzjonijiet solari (Għarfien tas-Sitwazzjoni Spazjali, SSA), trawwim ta' ġbir u trażmissjoni ta' dejta innovattiva u l-infrastruttura għall-arkivjar ta' kampjuni;

(e)

Komunikazzjoni bis-satellita, navigazzjoni avvanzata u teknoloġiji ta’ telerilevament, li jkopru r-riċerka essenzjali għall-ġenerazzjonijiet futuri ta' sistemi spazjali tal-Unjoni (eż. Galileo u  Copernicus ).

1.6.3.   Sfruttar tad-dejta spazjali

L-objettiv huwa li jiġi żgurat użu iktar estensiv tad-dejta spazjali mill-missjonijiet Ewropej eżistenti , arkivjati u futuri fl-isfera xjentifika, pubblika u kummerċjali.

Is-sistemi spazjali jipproduċu informazzjoni li ta' spiss ma tkunx tista’ tinkiseb bl-ebda mod ieħor. Minkejja l-missjonijiet Ewropej ta' prima klassi, ċifri ppubblikati juru li hemm probabilità iżgħar li tintuża d-dejta mill-missjonijiet Ewropej meta mqabbla ma' dik mill-missjonijiet tal-US. Jista’ jinkiseb sfruttar konsiderevolment ikbar ta’ dejta minn satelliti Ewropej (xjentifika, pubblika jew kummerċjali) jekk isir aktar sforz għall-ipproċessar, l-arkivjar, il-validazzjoni, l-istandardizzazzjoni u d-disponibbiltà sostenibbli ta' dejta spazjali minn missjonijiet Ewropej kif ukoll biex ikun appoġġat l-iżvilupp ta' prodotti u servizzi ġodda ta' informazzjoni b'riżultat ta' dik id-dejta u, fejn meħtieġ, flimkien mad-dejta minn osservazzjonijiet ibbażati fuq l-art . L-innovazzjonijiet fil-kisba u l-ipproċessar ta' dejta, il-fużjoni tad-dejta u d-disseminazzjoni ta' dejta u l-interoperabilità, b'mod partikolari l-promozzjoni tal-aċċess għal dejta u l-metadejta dwar ix-xjenza tad-dinja u l-iskambju tagħha, bl-użu wkoll ta’ forom ta' kollaborazzjoni ffaċilitati bl-ICT, jistgħu jiżguraw redditu ogħla fuq l-investiment tal-infrastruttura spazjali u jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-sfidi tas-soċjetà . L-ikkalibrar u l-validazzjoni tad-dejta spazjali (għal strumenti individwali, bejn strumenti u missjonijiet, u fir-rigward ta' oġġetti fil-post) huma importanti għall-użu effiċjenti tad-dejta spazjali fl-isferi kollha u jeħtieġ titjieb l-istandardizzazzjoni ta' dejta u oqfsa ta' referenza miġbura mill-ispazju. L-aċċess għad-dejta u l-isfruttar ta’ missjonijiet spazjali hija kwistjoni li tesiġi koordinazzjoni globali. Għad-dejta mill-osservazzjoni tad-dinja, l-approċċi armonizzati u l-aħjar prattiki jinkisbu parzjalment bil-koordinazzjoni mal-organizzazzjoni intergovernattiva, Grupp dwar l-Osservazzjoni tad-Dinja (GEO) , li timmira biex issostni Netwerk Globali tas-Sistemi ta' Osservazzjoni tad-Dinja (GEOSS) , li fiha tipparteċipa l-UE , jiġifieri l-isfruttar komplet tal-programm Copernicus . Introduzzjoni rapida ta' dawn l-innovazzjonijiet fl-applikazzjoni u fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet rilevanti se tiġi appoġġata. Dan jinkludi wkoll l-isfruttar ta' dejta għal aktar investigazzjoni xjentifika.

1.6.4.   Riċerka Ewropea bħala appoġġ għal sħubijiet spazjali internazzjonali

L-objettiv huwa li tiġi appoġġata l-kontribuzzjoni Ewropea fir-riċerka u l-innovazzjoni għall-isħubijiet spazjali internazzjonali fit-tul.

Minkejja li l-informazzjoni spazjali tipprovdi benefiċċji lokali kbar, l-impriżi spazjali għandhom karattru fundamentalment globali. Dan huwa partikolarment ċar għat-theddida kożmika fuq is-sistemi spazjali u tad-Dinja. It-telf ta’ satelliti minħabba t-temp spazjali u l-fdalijiet spazjali hu stmat li jiswa madwar EUR 100 miljun fis-sena. Ugwalment globali huma bosta proġetti tax-xjenza l-esplorazzjoni spazjali. L-iżvilupp tat-teknoloġija spazjali ta' fuq quddiem nett qiegħed kulma jmur iseħħ fi sħubijiet internazzjonali bħal dawn, li jrendi l-aċċess għal dawn il-proġetti internazzjonali fattur importanti għas-suċċess tar-riċerkaturi u l-industrija Ewropej. Il-kontribut tal-Unjoni għal attivitajiet spazjali globali bħal dawn jeħtieġ ikun definit fi pjanijiet direzzjonali strateġiċi fit-tul (10 snin u iktar), b'allinjament mal-prioritajiet tal-politika spazjali tal-Unjoni, u b'koordinazzjoni mal-Istati Membri u ma' sħab interni Ewropej, bħall-ESA u l-Aġenziji Spazjali Nazzjonali u f'każijiet rilevanti ma' sħab internazzjonali ▌u mal-aġenziji spazjali ta’ nazzjonijiet b'attivitajiet spazjali ▌.

1.6.5.   Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

L-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni spazjali taħt l-Orizzont 2020 huma skont il-prijoritajiet tal-politika spazjali tal-Unjoni kif iddefiniti mill-Kunsill Spazjali u l-Komunikazzjoni Lejn strateġija tal-ispazju tal-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini. Fejn adatt, l-implimentazzjoni se tkun bbażata fuq aġendi strateġiċi ta' riċerka żviluppati f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-Aġenziji Spazjali Nazzjonali, l-ESA, il-partijiet interessati mill-industrija spazjali Ewropea (inkluż l-SMEs), il-korpi akkademiċi, ▌l-istituti teknoloġiċi u l-Grupp Konsultattiv dwar l-Ispazju ▌. Fir-rigward tal-parteċipazzjoni f'impriżi internazzjonali, l-aġenda tar-riċerka u l-innovazzjoni se tiġi ddefinita f'kollaborazzjoni mal-partijiet interessati Ewropej u mal-isħab internazzjonali (eż. in-NASA, ROSCOSMOS, JAXA).

L-applikazzjoni ta' teknoloġiji spazjali għandha tiġi appoġġata permezz tal-Isfidi għas-Soċjetà rispettivi, fejn adatt.

2.   AĊĊESS GĦAL FINANZJAMENT TA' RISKJU

L-Orizzont 2020 se jistabbilixxi żewġ faċilitajiet (il-“Faċilità ta' ekwità” u l-“Faċilità ta' dejn”) magħmula minn partijiet differenti. Il-Faċilità ta' ekwità u t-taqsima tal-SMEs tal-Faċilità ta' dejn se jiġu implimentati b'interdipendenza mal-COSME, bħala parti minn żewġ Strumenti Finanzjarji tal-UE li jipprovdu ekwità u dejn b'appoġġ lir-R&I u tkabbir tal-SMEs.

Il-Faċilità ta' ekwità u l-Faċilità ta' dejn jistgħu, fejn xieraq, jippermettu r-raggruppament tar-riżorsi finanzjari mal-Istati Membri jew ir-reġjuni li lesti jikkontribwixxu parti mill-Fondi Ewropew Strutturali u ta' Investiment allokati lilhom, skont l-Artikolu 33 (1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill dwar il-Fondi Ewropew Strutturali u ta' Investiment .

Minflok jingħataw self, garanziji jew ekwità, eċċ, direttament lil benefiċjarji finali, il-Kummissjoni se tiddelega lil istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jipprovdu appoġġ, b'mod partikolari, permezz ta' kondiviżjoni tar-riskju, skemi ta' garanzija u investimenti ta’ ekwità u kważi ekwità.

2.1.   Faċilità ta' dejn

Il-Faċilità ta' dejn se tipprovdi self lill-benefiċjarji uniċi għall-investiment fir-Riċerka u l-Innovazzjoni; (kontro) garanziji lill-intermedjarji finanzjarji li jagħtu s-self lill-benefiċjarji; kombinazzjonijiet ta’ self u  (kontro) garanziji; u garanziji u/jew kontrogaranziji għall-iskemi nazzjonali jew reġjonali tal-iffinanzjar tad-dejn . Il-Faċilità ta' Dejn se twettaq attivitajiet ta’ tisħiħ tal-maturità, u se tappoġġa l-Istrument iddedikat għall-SMEs , soġġettta għal-livell tad-domanda (ara Parti II, taqsima 3. ta' dan l-Anness: 'Innovazzjoni fl-SMEs'). Kontribuzzjonijiet mill-faċilità ta' dejn jistgħu jiġu kkombinati, biż-żieda possibbli ta’ għotjiet (inklużi somom f’daqqa), b'konribuzzjonijiet mill-istrument finanzjarju ta’ ekwità fi skema integrata waħda jew iktar. Huwa wkoll possibbli self b'imgħax baxx, self konvertibbli , self subbordinat, self parteċipanti, self relatat ma' kiri u titolizzazzjoni .

Flimkien mal-għoti ta’ self u garanziji abbażi tal-prinċipju li jinqeda minn jiġi l-ewwel u li jkunu mmexxija mis-suq, il-faċilità ta' dejn se timmira, taħt serje ta' kompartimenti, politiki u setturi partikolari. Kontribuzzjonijiet baġitarji separati għal dan il-għan jistgħu , fejn adatt, jiġu minn:

(a)

Partijiet oħra tal-Orizzont 2020, partikolarment il-Parti III 'Sfidi tas-Soċjetà';

(b)

Oqfsa, programmi u intestaturi tal-baġit oħra fil-baġit tal-UE;

(c)

Reġjuni partikolari u Stati Membri li jixtiequ jikkontribwixxu bir-riżorsi disponibbli mill-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni;

(d)

Entitajiet (bħal ▌Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti) jew inizjattivi speċifiċi .

Tali kontribuzzjonijiet baġitarji jistgħu jsiru jew jiġu kkumplimentati fi kwalunkwe hin waqt l-Orizzont 2020.

Kondivizjoni tar-riskju u parametri oħra jistgħu jvarjaw fi ħdan il-kompartimenti tal-politika jew setturi, sakemm il-valuri jew stati tagħhom huma konformi mar-regoli komuni għall-istrumenti tad-dejn. Barra minn hekk, il-kompartimenti jistgħu jkollhom strateġiji speċifiċi ta’ komunikazzjoni fi ħdan il-kampanja promozzjonali ġenerali għall-Faċilita ta' dejn. Barra minn hekk, l-intermedjarji speċjalisti fuq livell nazzjonali jistgħu jintużaw jekk l-kompetenza speċfika hija meħtieġa sabiex jiġi evalwat is-self prospettiv fl-isfera ta’ kompartiment partikolari.

It-tieqas tal-SMEs taħt il-Faċilità ta' Dejn għandha timmira għall-SMEs xprunati mir-R&I u l-impriżi b'kapitali żgħar jew medji b'ammont ta' self li jaqbeż l-EUR 150 000, u b'hekk tikkumplimenta l-finanzjament lill-SMEs mill-Faċilità ta' Garanzija tas-Self taħt il-Programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u l-SMEs. It-taqsima għall-SMEs tal-Faċilità ta' Dejn għandha tkopri wkoll self ta' inqas minn EUR 150 000 għal SMEs xprunati mir-R&I u l-impriżi b'kapitali żgħar jew medji.

L-ingranaġġ tal-Faċilità ta' Dejn – iddefinit bħala l-finanzjament totali (jiġifieri l-finanzjament tal-Unjoni flimkien mal-kontribuzzjoni minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra) diviż bil-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE – huwa mistenni li jvarja minn medja ta' 1,5 sa 6,5, skont it-tip ta’ operazzjonijiet involuti (livell ta’ riskju, benefiċjarji mmirati, u l-faċilità partikolari tal-instrument finanzjarju tad-dejn ikkonċernat). L-effett multiplikatur – iddefinit bħala t-total tal-investimenti mwettqa minn benefiċjarji appoġġati diviż bil-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE – huwa mistenni li jkun 5 sa 20, mill-ġdid skont it-tip ta' operazzjonijiet involuti.

2.2.   Faċilità ta' ekwità

Il-Faċilità ta' ekwità se tiffoka fuq fondi ta' kapital ta' riskju ta' stadju bikri u fondi tal-fondi pubbliċi u privati li jipprovdu kapital ta' riskju u/jew kapital mezzanin lil impriżi individwali. Barra minn hekk, dawn l-impriżi jistgħu jfittxu l-finanzjament tad-dejn minn intermedjarji finanzjarji li jimplimentaw l-istrument finanzjarju tad-dejn. Barra minn hekk, il-Faċilità ta' Ekwità se tesplora wkoll possibbiltajiet li jappoġġaw “business angels” u għejun oħra potenzjali ta' finanzjament ta' ekwità. Din tista' tinkludi wkoll appoġġ fl-istadju tal-fażi 3 tal-istrument tal-SME soġġett għal-livell tad-domanda, kif ukoll għat-trasferiment tat-teknoloġija (inkluż it-trasferiment tar-riżultati tar-riċerka u l-invenzjonijiet li jirriżultaw mill-isfera tar-riċerka pubblika għas-settur produttiv, eż. permezz tal-prova tal-kunċett).

Il-faċilità se jkollha wkoll il-possibbiltà li tagħmel investimenti fi stadju ta' espansjoni u tkabbir flimkien mal-Faċilità ta' Ekwità għat-Tkabbir (EFG) taħt il-Programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u l-SMEs (dan jinkludi investimenti fil-fondi ta' fondi b'bażi wiesa' ta' investituri u jinkludi investituri istituzzjonali u strateġiċi privati kif ukoll istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi u semipubbliċi. Fil-każ ta' dan tal-aħħar, l-investiment mill-Faċilità ta' Ekwità tal-Orizzont 2020 ma għandux jissupera l-20 % tal-investimenti tal-UE għajr f'każijiet ta' fondi ta' ħafna stadji, fejn il-finanzjament mill-EFG u l-faċilità ta' ekwità għar-RŻI se jiġi pprovdut fuq bażi pro rata, abbażi tal-politika ta' investiment tal-fondi. Bħall-EFG, il-Faċilità ta' Ekwità għandha tevita l-kapital ta' akkwiżizzjoni jew sostituzzjoni intenzjonat għall-iżmantellar ta' impriża akkwistata. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li temenda l-limitu ta' 20 % fid-dawl tal-kundizzjonijiet tas-suq li qed jinbidlu.

L-Istrument Finanzjarju ta' Ekwità tal-UE għar-R&I u t-Tkabbir tal-SMEs imsemmi fl-ewwel paragrafu tat-Taqsima 2 għandu jkun ta' daqs u skala adatti biex jirfed kumpaniji innovattivi mill-ewwel stadju nett sat-tkabbir u l-espansjoni, b'approċċ integrat.

Il-parametri ta' investiment se jkunu stabbiliti b'tali mod li l-objettivi speċifiċi tal-politika, inkluż l-identifikazzjoni ta' gruppi partikolari ta’ benefiċjarji potenzjali, jistgħu jinkisbu filwaqt li jiġi ppreżervat l-approċċ ta’ dan l-istrument orjentat lejn is-suq u mmexxi mid-domanda .

Il-Faċilità ta' ekwità tista’ tkun appoġġata minn kontribuzzjonijiet baġitarji minn partijiet oħra tal-Orizzont 2020; oqfsa, programmi u intestaturi tal-baġit oħra fil-baġit tal-UE; reġjuni partikolari u Stati Membri; u entitajiet u inizjattivi speċifiċi.

L-ingranaġġ tal-Faċilità ta' Ekwità – iddefinit bħala l-finanzjament totali (jiġifieri, il-finanzjament tal-Unjoni flimkien mal-kontribuzzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji oħra) diviż bil-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE – huwa mistenni li jkun madwar 6, skont l-ispeċifikazzjonijiet tas-suq, b’effett multiplikatur previst – iddefinit bħala t-total tal-investimenti mwettqa minn benefiċjarji appoġġati diviż bil-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE – b'medja ta' 18.

2.3.   Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

L-implimentazzjoni taż-żewġ faċilitajiet se tkun ddelegata lill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment (EIB, EIF) u/jew lil istituzzjonijiet finanzjarji, li jistgħu jiġu fdati bl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji li huma konformi mar-Regolament Finanzjarju. Id-disinn u l-implimentazzjoni tagħhom se jiġu allinjati mad-dispożizzjonijiet ġenerali għal strumenti finanzjarji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u b'aktar rekwiżiti operattivi speċifiċi biex jiġu stabbiliti fil-gwida tal-Kummissjoni. Jeħtieġ li l-użu ta' strumenti finanzjarji jkollu valur miżjud Ewropew ċar u għandu jipprovdi ingranaġġ u jiffunzjona biex jikkumplementa l-istrumenti nazzjonali.

L-intermedjarji finanzjarji, magħżulin minn entitajiet fdati għall-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji skont l-Artikolu 139(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni  (7) abbażi ta’ proċeduri miftuħa, trasparenti, proporzjonati u non-diskriminatorji, jistgħu jinkludu istituzzjonijiet finanzjarji privati kif ukoll istituzzjonijiet finanzjarji governattivi u semigovernattivi, banek pubbliċi nazzjonali u reġjonali kif ukoll banek tal-investiment nazzjonali u reġjonali.

L-elementi tagħhom jistgħu jkunu kombinati, biż-żieda possibbli ta’ għotjiet (inklużi somom f’daqqa), fi skema waħda jew iktar li jappoġġaw kategoriji partikolari ta’ benefiċjarju jew proġettt bi skop speċjali, bħall-SMEs u impriżi b'kapitali medji b'potenzjal ta' tkabbir, jew dimostrazzjoni fuq skala kbira ta' teknoloġiji innovattivi.

L-implimentazzjoni tagħhom se tkun appoġġata minn gabra ta’ miżuri ta' akkumpanjament. Dawn jistgħu jinkludu, fost oħrajn, miżuri, assistenza teknika għall-intermedjarji finanzjarji involuti fil-valutazzjoni tal-eliġibiltà ta’ applikazzjonijiet ta’ self jew l-valur ta’ assi ta’ għarfien; skemi ta’ prontezza ta’ investiment li jkopru l-inkubazzjoni, l-ikkowċjar u l-iggwidar tal-SMEs u t-trawwim tal-interazzjoni tagħhom mal-investituri potenzjali; miżuri li jżidu l-kuxjenza ta' kumpaniji ta' kapital ta' riskju u l-business angels dwar il-potenzjal ta' tkabbir tal-SMEs innovattivi involuti f'programmi ta' finanzjament tal-Unjoni; skemi li jattiraw investituri privati biex jappoġġaw it-tkabbir ta SMEs innovattivi u impriżi b'kapital medju; azzjonijiet li jtejbu l-finanzjament ta' dejn u ekwità transkonfinali u f'diversi pajjiżi; skemi għall-inkoraġġiment ta' fundazzjonijiet filantropiċi u individwi biex jappoġġaw ir-Riċerka u l-Innovazzjoni; u skemi biex jitrawmu r-riskji korporattivi u jinkoraġġixxu l-uffiċċji ta' familji u business angels.

Il-korpi bħall-awtoritajiet reġjonali, l-assoċjazzjonijiet tal-SMEs, il-kmamar tal-kummerċ u l-intermedjarji finanzjarji rilevanti, jistgħu jiġu kkonsultati, fejn adatt, fir-rigward tal-ipprogrammar u l-implimentazzjoni ta' dawn l-attivitajiet.

Il-kumplimentarjetà se tiġi żgurata bil-faċilitajiet tal-Programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u l-SMEs (COSME) .

3.   INNOVAZZJONI FL-SMES

3.1.   L-integrazzjoni tal-appoġġ għall-SMEs, speċjalment permezz ta' strument dedikat

L-SMEs se jkunu appoġġati tul l-Orizzont 2020. Għal dan il-għan , għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet aħjar għall-SMEs biex dawn jipparteċipaw fl-Orizzont 2020 . Barra minn hekk, strument iddedikat għall-SMEs huwa mmirat għat-tipi kollha ta’ SMEs innovattivi li juru ambizzjoni qawwija li jiżviluppaw, jikbru u jinternazzjonalizzaw ruħhom. Dan se jiġi pprovdut għat-tipi kollha ta’ innovazzjoni, inkluż innovazzjonijiet mhux teknoloġiċi , soċjali u ta’ servizz , sakemm kull attività jkollha valur miżjud Ewropew ċar . L-objettiv huwa li dan jgħin biex jimtela d-distakk fil-finanzjament għar-riċerka u innovazzjoni ta’ stadju bikri b’riskju għoli, jistimula l-innovazzjonijiet rivoluzzjonarji u jżid il-kummerċjalizzazzjoni fis-settur privat tar-riżultati ta’ riċerka.

L-isfidi tas-soċjetà u t-teknoloġiji abilitanti u industrijali għandhom kollha japplikaw l-istrument iddedikat għall-SMEs u jallokaw ammont adatt lilu , biex tintlaħaq il-mira minima ta' 20 % tal-baġits kombinati totali għall-objettivi speċifiċi kollha dwar l-isfidi tas-soċjetà u l-objettiv speċifiku 'Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali' ddedikat għall-SMEs .

L-SMEs biss għandhom ikunu permessi li japplikaw għall-finanzjament u appoġġ. Dawn jistgħu jiffurmaw kollaborazzjonijiet skont il-ħtiġijiet tagħhom, inkluż għas-sottokuntrattar tax-xogħol ta’ riċerka u żvilupp. Il-proġetti jeħtieġu jkunu ta’ interess u benefiċċju potenzjali ċar għall-SMEs u jkollhom dimensjoni Ewropea ċara .

L-istrument tal-SME għandu jkopri l-oqsma kollha ta’ xjenza, teknoloġija u innovazzjoni f’approċċ minn isfel għal fuq fi ħdan l-isfida tas-soċjetà kkonċernata jew teknoloġija abilitanti sabiex jitħalla spazju suffiċjenti għat-tipi kollha ta’ ideat promettenti, notevolment proġetti trasversali u interdixxiplinari, li għandhom ikunu ffinanzjati.

L-istrument tal-SME għandu jipprovdi appoġġ simplifikat u fi stadji. It-tliet fażijiet għandhom ikopru ċ-ċiklu kollu ta’ innovazzjoni. It-tranżizzjoni minn fażi waħda għal li jmiss se tkun bla xkiel, sakemm ikun gie pruvat li l-proġett imissu finanzjament ulterjuri waqt il-fażi preċedenti. M'hemm l-ebda obbligu għall-applikanti biex b'mod sekwenzjali jkopru t-tliet fażijiet kollha. Fl-istess ħin kull fażi għandha tkun miftuħa għall-SMEs kollha:

Fażi 1: Valutazzjoni tal-kunċett u fattibilità:

L-SMEs għandhom jirċievu finanzjament sabiex jesploraw il-fattibilità xjentifika jew teknika u l-potenzjal kummerċjali ta’ idea ġdida (prova tal-kunċett) sabiex jiżviluppaw proġett innovattiv. Riżultat pożittiv ta’ din il-valutazzjoni , li fiha r-rabta bejn il-proġett-suġġett u l-ħtiġijiet tal-utenti/xerrejja potenzjali hija kwistjoni importanti, se jippermetti finanzjament taħt il-fażi(jiet) segwenti.

Fażi 2: R & Ż, dimostrazzjoni, replika tas-suq:

B'attenzjoni xierqa għall-kunċett tal-vawċer tal-innovazzjoni, r-riċerka u l-iżvilupp se jkunu appoġġati b'attenzjoni partikolari fuq attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (ittestjar, prototip, studji ta’ skalar ’il fuq, disinn, pilotaġġ ta’ proċessi, prodotti u servizzi innovattivi, validazzjoni, verifika tal-prestazzjoni, eċċ) u replikar fis-suq li jinkoraġġixxi l-involviment tal-utenti finali jew ta' klijenti potenzjali . Il-vawċers tal-innovazzjoni se jippromwovu l-parteċipazzjoni ta' imprendituri żgħażagħ.

Fażi 3: Kummerċjalizzazzjoni:

Din il-fażi mhux se tipprovdi finanzjament dirett għajr attivitajiet ta’appoġġ, iżda timmira għall-iffaċilitar tal-aċċess għall-kapital privat u ambjenti miftuħa għall-innovazzjoni. Huma previsti rabtiet mal-istrumenti finanzjarji (ara l-Parti II, taqsima 2 'Aċċess għal Finanzjament ta' Riskju' ta’ dan l-Anness), pereżempju billi tingħata prijorità lil SMEs li lestew b'suċċess il-fażi 1 u/jew 2 fi ħdan il-volum separat ta’ riżorsi finanzjarji. L-SMEs għandhom ukoll jibbenefikaw minn miżuri ta’ appoġġ bħan-netwerking, taħriġ, ikkowċjar u parir. Barra minn hekk, din il-parti tista’ torbot ma' miżuri li jippromwovu l-akkwist prekummerċjali u l-akkwist ta’ soluzzjonijiet innovattivi.

Il-promozzjoni, implimentazzjoni u monitoraġġ uniformi tal-istrument tal-SME tul l-Orizzont 2020 se jiżguraw aċċess faċli għall-SMEs. B'dipendenza fuq netwerks ezistenti ta’appoġġ għall-SMEs, bħalma huma in-Netwerk Ewropa għall-Intrapriża u fornituri oħra tas-servizzi għall-innovazzjoni, għandha tiġi stabbilita skema ta' konsulenza għall-SMEs benefiċjarji sabiex jitħaffef l-impatt mill-appoġġ ipprovdut. Barra minn hekk, se jiġu esplorati rabtiet mal-intermedjarji nazzjonali u/jew reġjonali rilevanti biex jiżguraw implimentazzjoni effiċjenti tal-iskema ta' konsulenza.

Korp iddedikat ta’ partijiet interessanti u esperti fir-riċerka u innovazzjoni tal-SME għandu jiġi ffurmat bil-ħsieb li jippromwovi u jakkumpanja l-miżuri speċifiċi tal-SMEs tal-Orizzont 2020.

3.2.   Appoġġ speċifiku

3.2.1.   Appoġġ għall-SMEs ta’ riċerka intensiva

Azzjoni speċifika se tippromwovi l-innovazzjoni transnazzjonali orjentata lejn is-suq tal-SMEs li jwettqu riċerka u żvilupp. Hija timmira għall-SMEs ta’ riċerka intensiva fi kwalunkwe settur li wkoll jeħtieġ juri l-ħila tiegħu li jisfrutta kummerċjalment ir-riżultati tal-proġetti.

L-azzjoni se tkopri l-qasam kollu tax-xjenza u t-teknoloġija b’approċċ minn isfel 'il fuq sabiex tissodisfa l-ħtieġa tal-SMEs li jwettqu riċerka u żvilupp.

L-azzjoni se tkun implimentata minn inizjattiva skont l-Artikolu 185 TFUE msejsa fuq il-Programm Konġunt Eurostars u l-orjentazzjoni mill-ġdid tiegħu tul il-linji ddikjarati fl-evalwazzjoni interim tagħha.

3.2.2.   Tisħiħ tal-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-SMEs

Se jkunu appoġġati l-attivitajiet transnazzjonali li jassistu l-implimentazzjoni u l-ikkumplimentar tal-miżuri speċifiċi għall-SMEs tul l-Orizzont 2020, b'mod partikolari biex tissaħħaħ il-kapaċità innovattiva tal-SMEs. L-attivitajiet jistgħu jinkludu t-tkattir tal-kuxjenza, informazzjoni u disseminazzjoni, attivitajiet ta' taħriġ u mobbiltà, netwerking u skambju tal-aħjar prattiki, żvilupp ta' mekkaniżmi u servizzi ta’ appoġġ għall-innovazzjoni ta' kwalità għolja b'valur miżjud b'saħħtu mill-Unjoni għall-SMEs (pereżempju, ġestjoni tal-proprjetà intellettwali u l-innovazzjoni, it-trasferiment tal-għarfien, l-użu innovattiv tal-ICT u l-ħiliet elettroniċi fl-SMEs), kif ukoll assistenza lill-SMEs biex jikkonnettjaw mal-imsieħba ta’ riċerka u innovazzjoni madwar l-Unjoni, li jippermettulhom li jiġbdu lejhom it-teknoloġija u jiżviluppaw il-kapaċità tagħhom ta’ innovazzjoni. Organizzazzjonijiet intermedjarji li jirrappreżentaw gruppi ta' SMEs innovattivi għandhom jiġu mistiedna jwettqu attivitajiet transreġjonali u transsettorjali ta' innovazzjoni mal-SMEs li għandhom kompetenzi reċiproki ta' rinfurzar, sabiex jiżviluppaw ktajjen ġodda ta' valur industrijali.

Dawn l-attivitajiet għandhom ikunu koordinati ma' miżuri nazzjonali simili meta jkun xieraq. Hija prevista kooperazzjoni mill-qrib man-Netwerk ta' Punti ta' Kuntatt Nazzjonali. Is-sinerġiji mal-politika ta’ koeżjoni tal-UE se jiġu segwiti fil-kuntest tal-istrateġiji nazzjonali u reġjonali ta’ innovazzjoni għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti.

Hija prevista rabta rinfurzata man-Netwerk Ewropew tal-Impriżi (taħt il-Programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u l-SMEs) li tiżgura l-koordinazzjoni tiegħu mal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali . L-appoġġ jista’ jvarja minn informazzjoni mtejba u servizzi konsultattivi permezz ta' attivitajiet ta’ gwida, ikkowċjar u tiftix għall-imsieħba għall-SMEs li jixtiequ jiżviluppaw proġetti ta’ innovazzjoni transkonfinali, sal-provvista ta' servizzi ta' appoġġ għall-innovazzjoni. Dan se jikkonsolida l-approċċ ta’ “one stop shop” tan-Netwerk Ewropew tal-Impriżi għall-appoġġ tal-SMEs, flimkien ma’ preżenza qawwija reġjonali u lokali tan-netwerk.

3.2.3.   Appoġġ għall-innovazzjoni mmexxija mis-suq

Se jingħata appoġġ għall-innovazzjoni t ransnazzjonali mmexxija mis-suq bil-għan li tiżdied il-kapaċità innovattiva tal-SMEs billi jitjiebu l-kundizzjonijiet ta' qafas għall-innovazzjoni kif ukoll billi jiġu indirizzati l-ostakli speċifiċi li jimpedixxu t-tkabbir tal-SMEs innovattivi b’potenzjal għal tkabbir rapidu. Appoġġ speċjalizzat għall-innovazzjoni (pereżempju sfruttar tal-Proprjetà Intellettwali, netwerks ta' akkwirenti, appoġġ lil uffiċċji għat-trasferiment tat-teknoloġija, disinn strateġiku) u analiżi tal-politiki pubbliċi marbuta mal-innovazzjoni għandhom jiġu appoġġati.

PARTI III

SFIDI TAS-SOĊJETÀ

1.   SAĦĦA, BIDLA DEMOGRAFIKA U BENESSERI

Il-promozzjoni effettiva tas-saħħa, appoġġata minn bażi ta' evidenza robusta, tipprevjeni l-mard , u tikkontribwixxi għall-benesseri u għall-kontroll tal-ispejjeż . Il-promozzjoni tas-saħħa , it-tixjiħ attiv, il-benesseri u l-prevenzjoni tal-mard ▌jiddependu wkoll minn fehim tad-determinanti tas-saħħa, minn għodod preventivi effettivi, bħat-tilqim, minn sorveljanza u tħejjija effettivi fir-rigward tas-saħħa u l-mard, u minn programmi effettivi ta' screening.

L-isforzi b'suċċess għall-prevenzjoni, l-iskoperta bikrija, il-ġestjoni, it-trattament u l-kura ta' mard, diżabilità , il-fraġilità u funzjonalità mnaqqsa huma sostnuti mill-fehim fundamentali tal-kawżi, il-proċessi u l-impatti tagħhom, kif ukoll minn fatturi sottostanti għas-saħħa u l-benesseri. Fehim aħjar tas-saħħa u l-mard jirrikjedi rabta mill-qrib bejn riċerka fundamentali, klinika, epidemjoloġika u soċjoekonomika. It-tqassim effettiv tad-dejta u r-rabta ta’ din id-dejta mal-istudji ta’ koorti ta’ skala kbira tad-dinja reali huwa wkoll essenzjali, kif inhi t-traduzzjoni tar-riżultati tar-riċerka fil-klinika, b’mod partikolari mill-imġiba tal-provi kliniċi.

Hija sfida tas-soċjetà li taġġusta għal domandi ulterjuri fis-setturi tas-saħħa u l-kura minħabba l-popolazzjoni li qed tixjieħ . Biex is-saħħa u l-kura jinżammu effettivi għall-etajiet kollha, huma meħtieġa sforzi biex jittejjeb u jitħaffef it-teħid ta' deċiżjonijiet fil-forniment ta' prevenzjoni u trattament, biex tiġi identifikata u appoġġata d-disseminazzjoni tal-aħjar prattika fis-settur tal-kura tas-saħħa, titqajjem kuxjenza u tiġi appoġġata l-kura integrata. Fehim aħjar tal-proċessi tax-xjuħija u l-prevenzjoni ta' mard relatat mal-età huma l-bażi biex iċ-ċittadini Ewropej jibqgħu b'saħħithom u attivi tul ħajjithom kollha. Daqstant importanti hija l-adozzjoni wiesgħa ta' innovazzjonijiet teknoloġiċi, organizzattivi u soċjali li jagħtu s-saħħa lill-persuni akbar fl-età , persuni b'mard kroniku kif ukoll persuni b'diżabbiltà li jibqgħu attivi u indipendenti. Jekk dan isir, ikun se jikkontribwixxi għaż-żieda fit-tul ta' żmien tal-perjodu tal-benessri fiżiku, soċjali u mentali.

Il-programm għandu jindirizza, fl-attivitajiet rilevanti, kundizzjonijiet u mard kroniċi li jinkludu iżda mhumiex limitati għal: mard kardjovaskulari (CVD), kanċer, mard metaboliku u fatturi ta' riskju inklużi dijabete, uġigħ kroniku, is-saħħa newroloġika, newrodeġenerattiva u mentali u diżordnijiet relatati mal-użu ta' sustanza, mard rari, il-piż żejjed u l-obesità, mard awtoimmuni, diżordnijiet rewmatiċi u muskuloskeletali u diversi mard li jaffettwa organi differenti kif ukoll kundizzjonijiet akuti u diversi limitazzjonijiet funzjonali. Bl-istess mod għandhom jiġu indirizzati l-mard infettiv li jinkludi iżda mhux limitat għall-HIV/AIDS, it-tuberkulożi u l-malarja, mard li ġie traskurat u mard relatat mal-faqar u mard li jinġarr mill-annimali, epidemiji emerġenti kif ukoll it-theddida taż-żieda tar-resistenza kontra l-mikrobi u mard okkupazzjonali u diżordnijiet relatati max-xogħol.

Għandha tiġi żviluppata mediċina personalizzata biex tkun adatta għal approċċi preventivi u terapewtiċi skont il-ħtiġijiet tal-pazjent, u teħtieġ tkun sostnuta mill-identifikazzjoni bikrija tal-mard.

Dawn l-attivitajiet kollha se jitwettqu b’tali mod li jipprovdu l-appoġġ tul iċ-ċiklu tar-riċerka u innovazzjoni, li jsaħħu l-kompetittività tal-industriji bbażati fl-Ewropa u l-iżvilupp ta’ opportunitajiet ġodda tas-suq. Se jingħata appoġġ għal approċċi translazzjonali li jintegraw diversi passi tal-proċess ta' innovazzjoni fl-industrija tal-kura tas-saħħa.

L-attivitajiet speċifiċi huma deskritti hawn taħt.

1.1.    Fehim tas-saħħa, il-benesseri u l-mard

1.1.1.    Fehim tad-determinanti tas-saħħa, titjib tal-promozzjoni tas-saħħa u prevenzjoni tal-mard

Fehim aħjar tad-determinanti tas-saħħa huwa meħtieġ sabiex tiġi provduta evidenza għall-promozzjoni effettiva tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, u għandu jippermetti wkoll l-iżvilupp ta' indikaturi komprensivi tas-saħħa u l-benesseri fl-Unjoni abbażi ta' sorsi ta' dejta eżistenti u sistemi ta' indikaturi . Se jiġu studjati fatturi ambjentali, tal-imġiba (inkluż l-istil ta' ħajja ), psikoloġiċi, organizzazzjonali, kulturali, soċjoekonomiċi , bijoloġiċi u ġenetiċi, fis-sensi l-aktar wiesa' tagħhom. L-approċċi se jinkludu studju fit-tul tal-koorti u tar-rabta tagħhom mad-data migbura mir-riċerka “-omika”, il-bijomediċina tas-sistemi inklużi applikazzjonijiet rilevanti tal-bijoloġija tas-sistemi u metodi oħrajn.

B'mod partikolari, il-fehim aħjar tal-ambjent bħala determinant tas-saħħa se jirrikjedi approċċ interdixxiplinari li jintegra fost oħrajn, l-approċċi bijoloġiċi molekulari, epidemjoloġiċi u tossikoloġiċi rilevanti għall-bnedmin u d-dejta li tirriżulta mill-istudju tal-modi ta' azzjoni ta' diversi kimiċi, ta' esponiment ikkombinat għal inkwinanti u ta' fatturi oħra li jagħmlu pressjoni fuq l-ambjent u l-klima; għat-twettiq tal-ittestjar tossikoloġiku integrat u t-tfittix ta' alternattivi għall-ittestjar fuq annimali. Approċċi innovattivi għall-valutazzjoni tal-esponiment huma meħtieġa bl-użu ta' bijomarkaturi tal-ġenerazzjoni ġdida bbażata fuq l-'omika' u l-epiġenetika, bijomonitoraġġ uman, valutazzjonijiet tal-esponiment personali u mmudellar għall-fehim ta' esponimenti kkombinati, kumulattivi u emerġenti, li jintegraw fatturi soċjoekonomiċi , kulturali, okkupazzjonali, psikoloġiċi u ta' imġiba. Rabtiet imtejba mad-dejta ambjentali bl-użu tas-sistemi tal-informazzjoni avvanzati se jkunu appoġġati.

B’dan il-mod, il-politiki u l-programmi eżistenti u ppjanati jistgħu jiġu vvalutati u jiġi pprovdut l-appoġġ għall-politika. Bl-istess mod, jistgħu jiġu żviluppati interventi ta' imġiba mtejba, programmi ta' prevenzjoni u edukattivi, inklużi dawk li jappartjenu għal-litteriżmu tas-saħħa fin-nutrizzjoni, l-attività fiżika, it-tilqim u interventi tal-kura primarja oħrajn.

1.1.2.    Fehim tal-mard

Hemm bżonn ta' fehim imtejjeb tas-saħħa u l-mard , matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-bniedem , sabiex ikunu jistgħu jiġu żviluppati miżuri ġodda u aħjar ta' prevenzjoni, dijanjosi, trattament u miżuri ta' riabilitazzjoni. Ir-riċerka interdixxiplinari , bażika u ta' traduzzjoni dwar il-patofiżjoloġija tal-mard hija essenzjali sabiex jitjieb il-fehim tal-aspetti kollha tal-proċessi tal-mard, inkluża r-riklassifikazzjoni tal-varjazzjoni normali u mard ibbażat fuq data molekulari, u sabiex tivvalida u tuża r-riżultati tar-riċerka f'appikazzjonijiet kliniċi.

Ir-riċerka sottostanti se tinkludi u tinkoraġġixxi l-iżvilupp u l-użu ta' għodod u approċċi ġodda għall-ġenerazzjoni ta' data bijomedika u tinkludi l-bijoimmaġni, l“-omika”, approċċi mediċinali ta' fluss għoli u abbażi tas-sistemi. Dawn l-attivitajiet se jesiġu rabta mill-qrib bejn ir-riċerka fundamentali u klinika u studji ta’ koorti fit-tul (u l-isferi ta’ riċerka korrispondenti) kif deskritt hawn fuq. Rabtiet mill-qrib mal-infrastrutturi ta’ riċerka u dawk mediċinali (bażijiet tad-dejta, bijobanek, eċċ) se jkunu wkoll meħtieġa għall-istandardizzazzjoni, ħżin, tqassim u aċċess għad-dejta, li huma kollha essenzjali għall-imassimizzar tal-utilità tad-dejta għall-istimular ta’ iktar modi innovattivi u effettivi ta' analizzar u kkombinar ta’ settijiet tad-dejta.

1.1.3.     Titjib tas-sorveljanza u prontezza

Popolazzjonijiet ta' bnedmin huma mhedda minn infezzjonijiet ġodda u emerġenti, inkluż ta' oriġini żoonotika, kif ukoll dawk li jirriżultaw minn resistenza għad-droga għal patoġeni eżistenti u minn konsegwenzi oħra diretti u indiretti tat-tibdil fil-klima u mill-moviment internazzjonali tan-nies. Metodi ġodda jew imtejba għal sorveljanza, dijanjosi, netwerks ta' twissija bikrija, organizzazzjoni tas-servizz tas-saħħa u kampanji ta' tħejjija huma meħtieġa għall-immudellar tal-epidemiji, għal rispons effettiv għall-pandemiċi, kif inhuma l-isforzi sabiex jinżammu u jissaħħu l-kapaċitajiet li jiġġieldu l-mard infettiv li huwa reżistenti għad-droga.

1.2.     Prevenzjoni ta' mard

1.2.1.     Żvilupp ta' programmi ta' prevenzjoni u ta' screening effettivi u titjib tal-valutazzjoni tas-suxxettibbiltà għall-mard

L-iżvilupp ta' programmi ta' prevenzjoni u ta' screening jiddependi mill-identifikazzjoni ta' bijomarkaturi (inkluż dawk funzjonali u tal-imġiba) ta' riskji u ta' tfaċċar ta' mard, u t-tfassil tagħhom għandu jkun informat minn kriterji aċċettati internazzjonalment. L-iskjerament tagħhom jiddependi mill-ittestjar u l-validazzjoni ta' metodi u programmi ta' screening. L-għarfien għandu jiġi ġġenerat u għandhom jiġu żviluppati metodi għall-identifikazzjoni ta' individwi u popolazzjonijiet li huma f'riskju akbar ta' mard klinikament rilevanti. L-Identifikazzjoni ta’ individwi u popolazzjonijiet f’riskju għoli ta’ mard se twassal għal strateġiji personalizzati, stratifikati u kollettivi biex jiġu żviluppati prevenzjoni għall-mard effettiva u kosteffettiva.

1.2.2.    Titjib tad-dijanjosi u l-pronjosi

Fehim imtejjeb tas-saħħa, il-mard u l-proċessi tal-mard matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja huwa meħtieġ għall-iżvilupp ta' dijanjostika u teranostika ġodda u aktar effettivi. Se jiġu żviluppati metodi, teknoloġiji u għodod innovattivi u eżistenti bil-għan li jittejbu b'mod sinifikanti r-riżultati tal-mard permezz ta' dijanjosi u pronjosi aktar bikrija u  preċiżi u billi jkun possibbli aktar trattament aċċessibbli u adattat għall-pazjent.

1.2.3.     Żvilupp ta' tilqim preventiv u terapewtiku aħjar

Huma meħtieġa interventi u tilqim preventivi u terapewtiċi aktar effettivi u skemi ta' tilqim ibbażati fuq evidenza għal firxa usa' ta' mard, inkluż mard relatat mal-faqar bħall-HIV/AIDS, it-tuberkulożi, il-malarja u mard infettiv li ġie traskurat kif ukoll għal mard ewlieni ieħor. Din tiddependi fuq fehim aħjar tal-mard u proċessi tal-mard u l-epidemiċi konsegwenti tagħhom, u li jsiru l-provi kliniċi u studji assoċjati.

1.3.    Trattament u ġestjoni tal-mard

1.3.1.     Trattament tal-mard, inkluż l-iżvilupp ta' mediċina riġenerattiva

Meħtieġ li jiġi appoġġat it-titjib ta' teknoloġiji trasversali ta' appoġġ għad-drogi, il-bijoterapiji , it-tilqim u approċċi terapewtiċi oħra, inkluż it-trapjant, il-kirurġija, it-terapija tal-ġene u taċ-ċelloli u l-mediċina nukleari ; sabiex jiżdied is-suċċess fil-proċess ta’ żvilupp ta’ drogi u vaċċini (inklużi metodi alternattivi li jissostitwixxu l-ittestjar klassiku tas-sikurezza u l-effettività, eż. l-iżvilupp ta’ metodi ġodda); biex jiġu żviluppati approċċi ta’ mediċina riġenerattiva, inklużi l-approċċi bbażati fuq iċ-ċelloli staminali; biex jiġu żviluppati bijofarmaċewtiċi ġodda, inklużi tilqimiet terapewtiċi; biex jiġu żviluppati apparat u sistemi mediċinali u assistivi; biex jitjiebu t-terapiji paljattivi; biex tinżamm u tiġi msaħħa l-kapaċità tagħna li niġġieldu l-mard ▌u nwettqu interventi mediċi li jiddependu mid-disponibbilità ta' drogi antimikrobjali effettivi u siguri ; u biex jiġu żviluppati approċċi komprensivi li jittrattaw komorbożitajiet fl-etajiet kollha u tiġi evitata l-polifarmaċija. Dan it-titjib għandu jiffaċilita l-iżvilupp ta' trattamenti ġodda, iktar effiċjenti, effettivi, sostenibbli u personalizzati għall-mard u għall-ġestjoni tad-diżabilità u l-fraġilità, inklużi t-terapiji avvanzati u t-terapiji ċellulari għat-trattament tal-mard kroniku .

1.3.2.    Trasferiment tal-għarfien għall-prattika klinika u azzjonijiet ta’ innovazzjoni li jistgħu jiġu adattati

Il-provi kliniċi huma mezz importanti għat-trasferiment tal-għarfien bijomediku għal applikazzjoni fil-pazjenti u se jiġi pprovdut appoġġ għal dawn, kif ukoll għat-titjib tal-prattika tagħhom. L-eżempji jinkludu l-iżvilupp ta’ metodoloġiji aħjar li jippermettu lill-provi jiffukaw fuq il-gruppi ta' popolazzjoni rilevanti, inklużi dawk li jbatu minn mard ieħor konkomitanti u/jew li diġà għaddejjin bit-trattament, id-determinazzjoni ta’ effettività komparattiva ta’ interventi u soluzzjonijiet, kif ukoll it-tisħiħ tal-użu ta’ bank ta’ dejta u rekords elettroniċi tas-saħħa bħala sorsi ta’ dejta għall-provi u trasferiment tal-għarfien. L-iżvilupp kliniku u/jew prekliniku tal-mediċini orfni nominati se jiġi appoġġat. B’mod simili, se jingħata l-appoġġ għat-trasferiment ta’ tipi oħra ta’ interventi bħal dawk relatati mal-għajxien indipendenti fl-ambjenti tad-dinja reali.

1.4.     Tixjiħ attiv u l-awtoġestjoni tas-saħħa

1.4.1.     Tixjiħ attiv , għajxien indipendenti u assistit

Riċerka u innovazzjoni multidixxiplinari avvanzati u applikati flimkien ma' xjenzi soċjoekonomiċi, ta' imġiba, ġerontoloġiċi, diġitali u oħrajn huma meħtieġa għal soluzzjonijiet aċċessibbli għall-utenti u kosteffettivi għal għajxien ta' kuljum attiv (fid-dar, fuq il-post tax-xogħol, fi spazji pubbliċi, eċċ) indipendenti u assistit tal-popolazzjoni li qed tixjieħ u l-persuni b'diżabilità b'kont meħud tad-differenzi bejn is-sessi . Dan japplika f’varjetà ta’ambjenti u għal teknoloġiji u sistemi u servizzi li jtejbu l-kwalità tal-ħajja u l-funzjonalità tal-bniedem inklużi l-mobbiltà, teknoloġiji ta’assistenza intelliġenti u personalizzata robotika ta' servizz soċjali u ambjenti ta' assistenza. Il-piloti ta' riċerka u innovazzjoni se jiġu appoġġati biex jivvalutaw l-implimentazzjoni u l-adozzjoni wiesa’ tas-soluzzjonijiet. Se jiġi enfasizzat l-involviment tal-utenti finali, komunitajiet ta' utenti u persuni li jindukraw b'mod formali/informali.

1.4.2.     Sensibilizzazzjoni u għoti ta' setgħa individwali għall-awtoġestjoni tas-saħħa

L-għoti tas-setgħa lill-individwi biex itejbu u jimmaniġjaw is-saħħa tagħhom matul ħajjithom se jirriżulta f'sistemi ta' kura tas-saħħa aktar kosteffettivi billi jippermetti l-ġestjoni ta' mard kroniku barra l-istituzzjonijiet u jtejjeb ir-riżultati tas-saħħa. Dan jesiġi riċerka dwar fatturi soċjoekonomiċi u valuri kulturali, fil-mudelli komportamentali u soċjali, attitudnijiet u aspirazzjonijiet ▌fir-rigward tat-teknoloġiji tas-saħħa personalizzati, għodod mobbli u/jew portabbli, dijanjostika ġdida , sensuri u tagħmir ta' monitoraġġ u servizzi personalizzati inklużi iżda mhux limitati għal għodod ibbażati fuq nanomediċina li jippromwovu stil ta' ħajja b'saħħitha, benesseri, saħħa mentali, kura personali, interazzjoni professjonali taċ-ċittadin/kura tas-saħħa mtejba, programmi ppersonalizzati għall-ġestjoni tal-mard u d-diżabilità biex, fost affarijiet oħra, tissaħħaħ l-awtonomija tal-pazjenti , kif ukoll appoġġ għall-infrastrutturi tal-għarfien. Se jiġu żviluppati u ttestjati soluzzjonijiet bl-użu ta' pjattaformi ta' innovazzjoni miftuħa bħal dimostraturi fuq skala kbira għal innovazzjoni soċjali u ta' servizz.

1.5.     Metodi u data

1.5.1.     Titjib ta' informazzjoni dwar is-saħħa u użu aħjar ta' dejta dwar is-saħħa

L-integrazzjoni ta' infrastrutturi u strutturi u sorsi ta' informazzjoni (inklużi dawk derivati minn studji ta' koorti, protokolli, ġbir tad-dejta, indikaturi, stħarriġ ta' eżami tas-saħħa, eċċ.) kif ukoll l-istandardizzazzjoni, l-interoperabbiltà, il-ħżin, il-kondiviżjoni ta' dejta u l-aċċess għaliha, se jkunu appoġġati sabiex jippermettu li tali dejta tkun sostenibbli fit-tul u tkun tista' tiġi sfruttata sew. Għandha tingħata attenzjoni lill-ipproċessar tad-dejta, il-ġestjoni ta' għarfien, l-immudellar, il-viżwalzzazzjoni, is-sigurtà tal-ICT u l-kwistjonijiet relatati mal-privatezza. B'mod partikolari għandu jkun hemm titjib fid-disponibbiltà tal-informazzjoni u d-data dwar riżultati negattivi u effetti negattivi ta' trattament.

1.5.2.    Titjib ta’ għodod xjentifiċi u metodi sabiex jiġu appoġġati l-ħolqien tal-politika u l-ħtiġijiet regolatorji

Jinħtieġ appoġġ għar-riċerka, l-iżvilupp, l-integrazzjoni u għall-użu ta' għodod, metodi u statistika xjentifiċi għal valutazzjoni rapida, preċiża u prevedibbli dwar is-sikurezza, l-effikaċja u l-kwalità ta' interventi u teknoloġiji tas-saħħa, inklużi drogi, bijoloġika, terapiji avvanzati u apparat mediku ġodda. Dan huwa partikolarment rilevanti għal żviluppi ġodda fi sferi li jinkludu dawk li jirrigwardaw il-bijofarmaċewtiċi, it-tilqim, l-antimikrobiċi, it-terapiji ta' ċelloli/tessut u ġene, l-organi u t-trapjant, il-manifatturar speċjalizzat, il-bijobanek, l-apparat mediku ġdid, prodotti ta’ kombinazzjoni, il-proċeduri dijanjostiċi/ta' trattament, l-ittestjar ġenetiku, l-interoperabbiltà u s-saħħa elettronika, inklużi l-aspetti ta' privatezza. B'mod simili, huwa meħtieġ appoġġ għal metodoloġiji mtejba ta' valutazzjoni tar-riskju, oqfsa ta' konformità, approċċi tal-ittestjar u strateġiji relatati mal-ambjent u s-saħħa. Hemm ukoll bżonn ta’ appoġġ għall-iżvilupp ta’ metodi rilevanti għall-assistenza tal-valutazzjoni ta’ aspetti etiċi tal-isferi msemmija hawn fuq.

1.5.3.    Użu tal-mediċina in-silico għat-titjib tal-ġestjoni u tat-tbassir tal-mard

Is-simulazzjoni bil-kompjuter bl-użu ta' dejta speċifika tal-pazjent u msejsa fuq approċċi mediċinali skont is-sistema u l-immudellar fiżjoloġiku tista' tintuża għat-tbassir tas-suxxettibilità għall-mard, l-evoluzzjoni tal-mard u s-suċċess probabbli ta' trattamenti mediċi. Is-simulazzjoni bbażata fuq mudell tista’ tintuża sabiex issostni l-provi kliniċi, l-prevedibbilità tar-reazzjoni għat-trattament, u l-personalizzazzjoni u l-ottimizzazzjoni tat-trattament.

1.6.     Forniment ta' kura tas-saħħa u kura integrata

1.6.1.    Promozzjoni tal-kura integrata

L-appoġġ għall-ġestjoni ta' mard kroniku barra l-istituzzjonijiet , inklużi pazjenti b'diżabbiltà, jiddependi wkoll minn kooperazzjoni mtejba bejn il-fornituri tal-kura tas-saħħa u l-kura soċjali jew informali. L-applikazzjonijiet ta' riċerka u dawk innovattivi se jkunu appoġġati għat-teħid ta' deċiżjonijiet ibbażat fuq informazzjoni distribwita li tindirizza kemm is-saħħa fiżika kif ukoll dik mentali, u għall-forniment ta' evidenza għall-iskjerament fuq skala kbira u l-isfruttar tas-suq ta' soluzzjonijiet ġodda, inklużi s-servizzi interoperabbli tat-telesaħħa u t-telekura. B'mod partikolari fil-kuntest tat-tibdil demografiku, se jiġu appoġġati wkoll ir-riċerka u l-innovazzjoni sabiex tittejjeb l-organizzazzjoni tal-forminment tal-kura fit-tul kif ukoll l-innovazzjoni ta' politika u ġestjoni . L-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet ġodda u integrati tal-kura għandha timmira lejn l-għoti ta' setgħa personali u t-tisħiħ ta' kapaċitajiet eżistenti kif ukoll tikkonċentra fuq il-kumpens ta' nuqqasijiet.

1.6.2 .   Ottimizzar tal-effiċjenza u effettività tal-forniment tal-kura tas-saħħa u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi permezz ta' teħid ta' deċiżjonijiet u disseminazzjoni tal-aħjar prattiki bbażati fuq l-evidenza, u t-teknoloġiji u approċċi innovattivi

Hemm bżonn li jkun l-appoġġ għall-iżvilupp ta' approċċ sistemiku għall-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u ekonomiji tas-saħħa, kif ukoll tal-ġbir ta' evidenza u disseminazzjoni tal-aħjar prattika u teknoloġiji u approċċi innovattivi fis-settur tal-kura tas-saħħa, inklużi l-applikazzjonijiet tal-ICT u tas-saħħa elettronika. Se tiġi appoġġata l-analiżi komparattiva tar-riforma fis-sistemi tas-saħħa pubblika fl-Ewropa u fil-pajjiżi terzi u l-valutazzjonijiet tal-impatt ekonomiku u soċjali tagħhom fuq perjodu medju ta' żmien u fit-tul. Se tiġi appoġġata l-analiżi tal-ħtiġijiet tal-forza tax-xogħol futura kemm f’termini ta' għadd kif ukoll ħiliet meħtieġa fir-rigward ta’ mudelli ġodda ta’ kura. Se tiġi appoġġata r-riċerka dwar l-evoluzzjoni tal-inugwaljanzi fis-saħħa, tal-interkonnessjonijiet tagħhom mal-inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali oħrajn u dwar l-effettività tal-politiki bl-għan li jnaqqsuhom fl-Ewropa u lil hinn. Fl-aħħarnett, hemm il-ħtieġa li tiġi appoġġata l-valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta' sikurezza tal-pazjent u s-sistemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità, inkluż ir-rwol tal-pazjenti fuq is-sikurezza u l-kwalità tal-kura.

1.7.    Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

L-implimentazzjoni tal-programm se tinkludi appoġġ għat-trasferiment ta' għarfien u teknoloġija u forom oħra ta' disseminazzjoni, għal azzjonijiet pilota u ta' dimostrazzjoni fuq skala kbira, u għal standardizzazzjoni. B'dan il-mod, se jiġi aċċellerat l-iskjerament ta' prodotti u servizzi fis-suq, u se jiġu vvalidati soluzzjonijiet adattabbli għall-Ewropa u lil hinn minnha. Azzjonijiet bħal dawn mhux biss se jappoġġaw il-kompetittività industrijali Ewropea u l-involviment ta' SMEs innovattivi iżda se jirrikjedu l-involviment attiv tal-partijiet interessati kollha. Se jissegwew programmi u attivitajiet rilevanti oħra, kemm pubbliċi kif ukoll privati fil-livell tal-Unjoni, u fil-livelli nazzjonali u internazzjonali. B'mod partikolari, se jissegwew sinerġiji ma' attivitajiet żviluppati fil-kuntest tal-Programm Saħħa għat-Tkabbir.

Il-Bord Xjentifiku għas-Saħħa se jkun pjattaforma tal-partijiet interessati mmexxija mix-xjenza li jelabora dwar il-kontribut xjentifiku rigward din l-Isfida tas-Soċjetà. Hu se jipprovdi analiżi koerenti ta' riċerka ffukata fuq ix-xjenza u l-ostakoli għall-innovazzjoni u opportunitajiet relatati għal din l-Isfida tas-Soċjetà, jikkontribwixxi għad-definizzjoni tal-prijoritajiet tiegħu għar-riċerka u l-innovazzjoni, iħeġġeġ parteċipazzjoni xjentifika fih mill-UE kollha. Permezz ta' kooperazzjoni attiva mal-partijiet interessati, hu se jgħin biex jinbnew kapaċitajiet u titrawwem il-kondiviżjoni tal-għarfien u kollaborazzjoni aktar b'saħħitha madwar l-Unjoni f'dan il-qasam.

Jista' jiġi kkunsidrat appoġġ għal Inizjattivi għall-Iprogrammar Konġunt (JPI) rilevanti u sħubijiet pubbliċi-pubbliċi u pubbliċi-privati rilevanti.

Se jiġu stabbiliti wkoll rabtiet adatti mal-azzjonijiet tas-Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni rilevanti u l-aspetti rilevanti tal-aġendi tar-riċerka u l-innovazzjoni ta' Pjattaformi Ewropej għat-Teknoloġija.

2.   SIGURTÀ TAL-IKEL, AGRIKOLTURA U FORESTRIJA SOSTENIBBLI, RIĊERKA TAL-BAĦAR U MARITTIMA U TAL-ILMIJIET INTERNI U L-BIJOEKONIMIJA

2.1.   Agrikoltura u foresterija sostenibbli

L-għarfien, għodod, servizzi u innovazzjonijiet xierqa huma neċessarji biex jappoġġaw sistemi ta' agrikoltura u foresterija iktar produttivi u favur l-ambjent li jużaw ir-riżorsi b'effiċjenza u reżiljenti li jipprovdu biżżejjed ikel, għalf, bijomassa u materja prima oħra u jipprovdu servizzi tal-ekosistemi filwaqt li fl-istess ħin jipproteġu l-bijodiversitá u jappoġġaw l-iżvilupp ta' għajxien rurali li jrendi. Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jipprovdu l-alternattivi għall-integrazzjoni tal-objettivi agronomiċi u ambjentali fil-produzzjoni sostenibbli, biex b'hekk: jiżdiedu l-produttività u l-effiċjenza tar-riżorsi , inkluż l-effiċjenza fl-użu tal-ilma, tal-agrikoltura; tiżdied is-sikurezza tal-produzzjoni tal-annimali u l-pjanti. jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra agrikoli (GHGs); titnaqqas il-produzzjoni tal-iskart; titnaqqas il-lissija tan-nutrijenti u ta' sustanzi kimiċi oħra mill-artijiet kultivati f'ambjenti terresti u akwatiċi; titnaqqas id-dipendenza mill-importazzjonijiet lejn l-Ewropa tal-proteina derivata minn pjanta internazzjonali; jiżdied il-livell tad-diversità fis-sistemi ta' produzzjoni primarja u jitrawwem l-irkupru tad-diversità bijoloġika.

2.1.1.   Żieda fl-effiċjenza tal-produzzjoni u kif wieħed ilaħħaq mal-bidla fil-klima, filwaqt li jiġu żgurati s-sostenibbilità u r-reżiljenza

Attivitajiet li se jsaħħu l-produttività kif ukoll il-kapaċità ta’ adattament tal-pjanti, annimali u sistemi ta’ produzzjoni biex ilaħħqu mal-kundizzjonijiet ambjentali/klimatiċi li qed jinbidlu b’rata mgħaġġla u mar-riżorsi naturali dejjem iktar skarsi. L-innovazzjonijiet riżultantisejgħinu fiċ-ċaqliq lejn ekonomija b'użu baxx tal-enerġija, emissjonijiet baxxi u livell baxx ta' skart , u għal tnaqqis fid-domanda għar-riżorsi naturali matul il-katina kollha tal-provvista tal-ikel u l-għalf. Minbarra l-kontribuzzjoni għas-sigurtà tal-ikel, opportunitajiet ġodda se jinħolqu għall-użu tal-bijomassa u prodotti sekondarji mill-agrikoltura ▌ għal firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet industrijali mhux tal-ikel.

L-approċċi multidixxiplinarji se jiġu mfittxa sabiex itejbu l-prestazzjoni tal-pjanti, l-annimali u l-mikroorganiżmi, filwaqt li jiżguraw l-użu effiċjenti tar-riżorsi (l-ilma, l-art, il-ħamrija, in-nutrijenti, l-enerġija u oħrajn ) u l-integrità ekoloġika taż-żoni rurali. L-enfasi se titqiegħed fuq is-sistemi ta’ produzzjoni u prattiki agronomiċi integrati u differenti, inkluż l-użu ta’ teknoloġiji ta’ preċiżjoni u approċċi ta’ intensifikazzjoni ekoloġika sabiex tibbenefika kemm l-agrikoltura konvenzjonali kif ukoll dik organika. Se tiġi promossa wkoll l-ekoloġizzazzjoni urbana, b'forom ġodda ta' agrikoltura, ortikultura u forestrija f'żoni urbani u peri-urbani. Dawn għandhom jiġu kkunsidrati bl-indirizzar ta' rekwiżiti ġodda għal karatteristiċi ta' pjanti, metodi ta' kultivazzjoni, teknoloġiji, kummerċjalizzazzjoni u disinn urban, fir-rigward tas-saħħa u l-benesseri tal-bniedem, l-ambjent u t-tibdil fil-klima. It-titjib ġenetiku tal-pjanti u l-annimali għall-karatteristiċi ta’ adattament , saħħa u produttività se jesiġi l-approċċi kollha xierqa ta’ tgħammir konvenzjonali u modern u  l-preservazzjoni u l-użu aħjar ta’ riżorsi ġenetiċi. Se tingħata attenzjoni għall-ġestjoni tal-ħamrija ▌biex tiżdied il-produttività tal-uċuħ . B'kont meħud tal-objettiv ġenerali tal-iżgurar tal-kwalità għolja u l-produzzjoni sana tal-ikel, setiġi promossa s-saħħa tal-annimali u tal-pjanti. L-attivitajiet fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti u l-protezzjoni tal-pjantiseiżidu l-għarfien u jappoġġaw l-iżvilupp ta' strateġiji integrati favur l-ambjent għall-ġestjoni ta' pesti, prodotti u għodod għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni ta' patoġeni, għall-kontroll ta' pesti u mard u biex jitnaqqas it-telf ta' rendiment fil-livelli ta' qabel u wara l-ħsad. Fil-qasam tas-saħħa tal-annimali, sejiġu promossi strateġiji għall-eradikazzjoni jew il-ġestjoni effettiva tal-mard inkluż iż-żoonosi u r-riċerka dwar ir-resistenza antimikrobjali. Il-kontroll integrat tal-mard, tal-parassiti u tal-pestisejissaħħaħ, minn fehim aħjar tal-interazzjonijiet ta' aġenti patoġeni, sa sorveljanza, dijanjostika u trattament. L-istudju tal-effetti tal-prattiki fuq il-benessri tal-annimali se jgħin sabiex jiġi indirizzat t-tħassib tas-soċjetà. L-oqsma elenkati hawn fuq se jkunu sostnuti minn aktar riċerka fundamentali biex tindirizza kwistjonijiet bijoloġiċi rilevanti kif ukoll bħala appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni u appoġġati minn valutazzjoni adegwata tal-potenzjal ekonomiku u kummerċjali tagħhom .

2.1.2.   Forniment ta’ servizzi tal-ekosistema u beni pubbliċi

L-agrikoltura u l-foresterija huma sistemi uniċi li jqassmu l-prodotti kummerċjali iżda wkoll beni pubbliċi tas-soċjetà usa' (inkluż il-valur kulturali u rikreazzjonali) u servizzi ekoloġiċi importanti bħal bijodiversità funzjonali u fil-post, pollinazzjoni, ħżin u regolazzjoni tal-ilma, pajsaġġ, funzjonalitajiet tal-ħamrija, tnaqqis tal-erożjoni , reżiljenza għall-għargħar u n-nixfiet u s-sekwestru tal-karbonju/mitigazzjoni tal-GHG. L-attivitajiet ta' riċerkase jikkontribwixxu għal fehim aħjar ta' interazzjonijiet kumplessi bejn is-sistemi ta' produzzjoni primarja u s-servizzi tal-ekosistemi u se jappoġġaw il-forniment ta' dawn il-beni u servizzi pubbliċi, permezz ta' soluzzjonijiet ta' ġestjoni, għodod li jappoġġaw id-deċiżjonijiet u l-valutazzjoni tal-valur kummerċjali u mhux kummerċjali tagħhom. Il-kwistjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu indirizzati jinkludu l-identifikazzjoni tas-sistemi tal-biedja/foresti rurali u (peri-)urbani u l-mudelli tal-pajsaġġ li x'aktarx jiksbu dawn liskopijiet. Ċaqliq fil-ġestjoni attiva tas-sistemi agrikoli – inklużi l-użu tat-teknoloġiji u t-tibdil tal-prattiki – se jżid il-mitigazzjoni tal-GHG u l-kapaċità ta' adattament tas-settur agrikolu għall-effetti avversi tat-tibdil fil-klima .

2.1.3.   Għoti ta' setgħa liż-żoni rurali, appoġġ għall-politiki u innovazzjoni rurali

L-opportunitajiet ta' żvilupp għall-komunitajiet ruralisejiġu mmobilizzati permezz tat-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom għall-produzzjoni primarja u t-twassil ta' servizzi tal-ekosistemi, kif ukoll permezz tal-ftuħ ta' possibilitajiet għall-produzzjoni ta' prodotti ġodda u diversifikati ( inkluż ikel, għalf, materjali, enerġija), li jissodisfaw id-domanda dejjem tikber għal sistemi ta' katina qasira ta' forniment b'livell baxx ta' karbonju. Ir-riċerka soċjoekonomika u l-istudji tax-xjenza u tas-soċjetà flimkien mal-iżvilupp ta' kunċetti ġodda u innovazzjonijiet istituzzjonali huma meħtieġa sabiex jiżguraw il-koeżjoni ta' żoni rurali u jipprevjenu l-marġinalizzazzjoni ekonomika u soċjali, irawwmu d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi (inkluż is-settur tas-servizzi), jiżguraw ir-relazzjonijiet xierqa bejn iż-żoni rurali u urbani, kif ukoll jiffaċilitaw l-iskambju tal-għarfien, id-dimostrazzjoni, l-innovazzjoni u d-disseminazzjoni u jrawmu l-ġestjoni parteċipattiva tar-riżorsi . Minbarra dan, hemm bżonn li wieħed iħares lejn il-modi li bihom il-beni pubbliċi fiż-żoni rurali jistgħu jkunu kkonvertiti f'benefiċċji soċjoekonomiċi lokali/reġjonali. Il-ħtiġijiet tal-innovazzjoni ddefiniti fuq livelli reġjonali u lokali se jkunu kkumplimentati b'azzjonijiet trasversali ta' riċerka fuq livelli interreġjonali, Ewropew u internazzjonali . Billi jiġu pprovduti l-għodod analitiċi, indikaturi, mudelli integrati u attivitajiet li jħarsu 'l quddiem meħtieġa, il-proġetti ta' riċerka se jappoġġaw lil dawk li jfasslu l-politika u atturi oħra fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-istrateġiji, politiki u leġislazzjoni rilevanti, mhux biss għaż-żoni rurali iżda għall-bijoekonomija kollha. L-għodod u dejta huma wkoll meħtieġa sabiex jippermettu valutazzjoni kif suppost ta' kompromessi potenzjali bejn it-tipi diversi ta' użu ta' riżorsi (art, ilma, ħamrija, nutrijenti, enerġija u oħrajn) u prodotti bijoekonomiċi. Se tkun indirizzata l-valutazzjoni soċjoekonomika u komparattiva tas-sistemi ta’ biedja/foresti u l-prestazzjoni tas-sostenibbilità.

2.1.4.     Forestrija sostenibbli

L-għan huwa li jiġu prodotti b'mod sostenibbli bijoprodotti, ekosistemi, servizzi (inklużi servizzi relatati mal-ilma u mal-mitigazzjoni tal-klima) u bijomassa suffiċjenti, b'kondisderazzjoni debita tal-aspetti ekonomiċi, ekoloġiċi u soċjali tal-forestrija kif ukoll differenzi reġjonali. B'mod ġenerali, l-attivitajiet fis-settur tal-forestrijaseifittxu li jippromwovu foresti multifunzjonali li jipprovdu diversi benefiċċji ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali. L-attivitajietsejiffokaw fuq l-iżvilupp ulterjuri ta' sistemi ta' forestrija sostenibbli li jistgħu jindirizzaw sfidi u domandi soċjetali, inklużi l-ħtiġijiet tas-sidien ta' foresti, bl-istabbiliment ta' approċċi multifunzjonali li jirrikonċiljaw il-ħtieġa li jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv li jieħdu kont tat-tibdil fil-klima. Dawn is-sistemi ta' forestrija sostenibbli huma strumentali fit-tisħiħ tar-reżiljenza tal-foresti u l-protezzjoni tal-bijodiversità u l-ħtieġa li tiġi sodisfatta d-domanda li qed tikber għall-bijomassa. Dansejeħtieġ li jkun sostnut minn riċerka dwar is-saħħa tas-siġar u dwar il-protezzjoni u l-irkupru tal-foresti li jkunu nħakmu minn nirien.

2.2.   Settur agroalimentari sostenibbli u kompetittiv għal dieta sikura u tajba għas-saħħa

Il-ħtiġijiet tal-konsumatur għal ikel sikur, tajjeb għas-saħħa , ta' kwalità għolja u affordabbli għandhom bżonn jiġu indirizzati, filwaqt li jitqiesu l-impatti tal-imġiba tal-konsum tal-ikel u tal-produzzjoni tal-ikel u l-għalf fuq is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent u l-ekosistema globali . Se jiġu indirizzati s-sikurezza u s-sigurtà tal-ikel u l-għalf, il-kompetittività tal-industrija agroalimentari u s-sostenibbilità tal-produzzjoni, il-provvista u l-konsum tal-ikel, b'kopertura tal-katina kollha tal-ikel u s-servizzi relatati, kemm jekk konvenzjonali jew organiċi, mill-produzzjoni primarja għall-konsum. Dan l-approċċ se jikkontribwixxi għal (a) ksib ta’ sikurezza u sigurtà tal-ikel għall-Ewropej kollha u l-eradikazzjoni tal-ġuħ fid-dinja (b) tnaqqis tal-piż tal-mard relatat mal-ikel u dieti billi jkun hemm promozzjoni ta' ċaqliq lejn dieti tajbin għas-saħħa u sostenibbli, permezz tal-edukazzjoni tal-konsumatur u innovazzjonijiet fl-agrikoltura u fl-industrija tal-ikel (c) tnaqqis tal-konsum tal-ilma u tal-enerġija fl-ipproċessar tal-ikel, trasport u distribuzzjoni (d) tnaqqis tal-iskart mill-ikel b’50 % sal-2030 u (e) il-ksib ta' diversità mifruxa ta' ikel tajjeb għas-saħħa, ta' kwalità għolja u sikur għal kulħadd .

2.2.1.   Għazliet infurmati tal-konsumatur

Il-preferenzi, attitudnijiet, ħtiġijiet, imġiba, stil ta’ ħajja , l-edukazzjoni u l-komponent kulturali tal-kwalitá tal-ikel, se jiġu indirizzati u se tissaħħaħ il-komunikazzjoni bejn il-konsumaturi u l-komunità ta’ riċerka tal-katina tal-ikel u  l-partijiet interessati tagħha sabiex jittejjeb il-fehim pubbliku tal-produzzjoni tal-ikel b'mod ġenerali u l-għażla infurmata , il-konsum sostenibbli u b'saħħtu u l-impatti tagħhom fuq il-produzzjoni, it-tkabbir inklużiv u fuq il-kwalità tal-ħajja, speċjalment tal-gruppi vulnerabbli, ikoll ikunu jistgħu jimmaterjalizzaw. L-innovazzjoni soċjali se tirrispondi għall-isfidi tas-soċjetà, u l-mudelli u metodoloġiji innovattivi ta' tbassir fix-xjenza tal-konsumatursejipprovdu data komparabbli u jħejju t-triq għar-reazzjoni għall-ħtiġijiet tal-politika tal-Unjoni.

2.2.2.   Ikel u dieti tajbin għas-saħħa u siguri għal kulħadd

Se jkunu indirizzati l-ħtiġijiet nutrizzjonali, dieta bilanċjata u l-impatt tal-ikel fuq il-funzjonijiet fiżjoloġiċi, il-prestazzjoni fiżika u mentali kif ukoll ir-rabtiet bejn id-dieta, ix-xejriet demografiċi (bħat-tixjiħ ) u mard u disturb kroniku ▌. Se jkunu identifikati s-soluzzjonijiet u l-innovazzjonijiet tad-dieti li jwasslu għal titjib fis-saħħa u l-benessri. Il-kontaminazzjoni, ir-riskji u l-esponiment għall-kimika u dawk mikrobjali fuq l-ikel u l-għalf kif ukoll l-allerġeni se jiġu analizzati, ivvalutati, immonitorjati, ikkontrollati u ttraċċjati tul il-ktajjen ta' provvista tal-ikel, l-għalf u tal-ilma tax-xorb mill-produzzjoni u l-ħżin sal-ipproċessar, l-ippakkjar, id-distribuzzjoni, il-forniment tal-ikel u l-preparazzjoni d-dar. L-innovazzjonijiet fis-sikurezza tal-ikel, għodod għall-kejl tar-riskji meta mqabbla mal-benefiċċji u għall-komunikazzjoni tar-riskji ▌u l-istandards imtejba dwar is-sikurezza tal-ikel li għandhom jiġu implimentati matul il-katina tal-ikel se jwasslu għal għal tisħiħ tal-fiduċja tal-konsumatur u l-ħarsien tiegħu fl-Ewropa. Standards globali mtejba tas-sikurezza tal-ikel se jgħinu wkoll biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-industrija Ewropea tal-ikel.

2.2.3.    Industrija agroalimentari sostenibbli u kompetittiva

Il-ħtiġijiet għall-industrija tal-ikel u l-għalf sabiex ilaħħqu mal-bidla tas-soċjetà, dik ambjentali, klimatika u ekonomika minn livell lokali għal dak globali se jiġu indirizzati fl-istadji kollha tal-katina ta’ produzzjoni tal-ikel u l-għalf, inkluż id-disinn tal-ikel, l-ipproċessar, l-ippakkjar, kontroll tal-proċess, tnaqqis tal-iskart, valorizzazzjoni tal-prodotti sekondarji u l-użu jew rimi sikur tal-prodotti sekondarji tal-annimali. Se jiġu ġġenerati teknoloġiji u proċessi innovattivi u sostenibbli li jużaw ir-riżorsi b'effiċjenza, kif ukoll prodotti diversifikati, sikuri, affordabbli u ta’ kwalità għolja li jkunu sostnuti b'evidenza bbażata fuq ix-xjenza. Dan għandu jsaħħaħ il-potenzjal ta' innovazzjoni tal-katina Ewropea ta' provvista tal-ikel, jtejjeb il-kompetittività tagħha, joħloq tkabbir ekonomiku u l-impjiegi u jippermetti lill-industrija Ewropea tal-ikel li tadatta għall-bidliet. Aspetti oħra li għandhom jiġu indirizzati huma t-traċċabiltà, il-loġistika u s-servizzi, il-fatturi soċjoekonomiċi u kulturali , il-benesseri tal-annimali u kwistjonijiet etiċi oħra, ir-reżiljenza tal-katina tal-ikel kontra r-riskji ambjentali u klimatiċi, u ▌l-limitazzjoni tal-impatti negattivi fuq l-attivitajiet tal-katina tal-ikel u ta' dieti li jinbidlu u s-sistemi ta' produzzjoni fuq l-ambjent.

2.3.   L-isfruttar tal-potenzjal tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin

Waħda mill-karatteristiċi prinċipali tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin hija li dawn huma rinnovabbli u l-isfruttar sostenibbli tagħhom jiddependi fuq għarfien fid-dettall u grad għoli ta’ kwalità u produttività tal-ekosistemi akwatiċi. L-objettiv ġenerali huwa l-ġestjoni tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji/dħul soċjali u ekonomiċi mill-oċeani, l-ibħra u l-ilmijiet interni tal-Ewropa.

Dan jinkludi l-ħtieġa li tiġi ottimizzata l-kontribuzzjoni sostenibbli tas-sajd u l-akkwakultura għas-sigurtà tal-ikel fil-kuntest tal-ekonomija globali li titnaqqas id-dipendenza qawwija tal-Unjoni fuq l-importazzjonijiet tal-frott tal-baħar (madwar 60 % tat-total tal-konsum ta' frott tal-baħar Ewropew jiddependi mill-importazzjoni u l-Unjoni hija l-akbar importatriċi fid-dinja ta' prodotti tas-sajd), u li tissaħħaħ l-innovazzjoni tal-baħar u marittima permezz tal-bijoteknoloġiji sabiex tingħata spinta lil tkabbir 'blu' intelliġenti . Skont l-oqfsa attwali tal-politika, b'mod partikolari l-Politika Marittima Integrata u d-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima, l-attivitajiet ta' riċerkaseisostnu l-approċċ tal-ekosistema għall-ġestjoni u l-isfruttar ta' riżorsi naturali, filwaqt li jippermettu l-użu sostenibbli ta' oġġetti u servizzi marittimi, u l-'iżvilupp ekoloġiku' tas-setturi involuti. ▌

2.3.1.   Żvilupp ta’ sajd sostenibbli u li jħares l-ambjent

Il-Politika Komuni tas-Sajd ġdida, id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima u l-Istrateġija tal-Unjoni dwar l-Bijodiversità jesiġu sajd Ewropew li jkun iktar sostenibbli, kompetittiv, u li jħares l-ambjent. Iċ-ċaqliq lejn approċċ tal-ekosistema għal ġestjoni tas-sajd se jesiġi għarfien dettaljat tal-ekosistemi tal-baħar. Għarfien, għodod u mudelli ġodda se jiġu żviluppati sabiex itejbu l-fehim dwar dak li jagħmel l-ekosistemi tal-baħar tajbin għas-saħħa u produttivi u sabiex jiġi evalwat u mitigat l-impatt tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar (inkluż il-baħar fond). Ser jiġu żviluppati strateġiji u teknoloġiji ġodda tal-ħsad li jipprovdu servizzi lis-soċjetà filwaqt li jinżammu ekosistemi tal-baħar b'saħħithom. Se jitkejlu l-effetti soċjoekonomiċi tal-alternattivi ta' ġestjoni. L-effetti u l-adattament għat-tibdiliet ambjentali, inkluż it-tibdil fil-klima, sejiġu investigati wkoll flimkien ma' għodod ġodda ta' valutazzjoni u ġestjoni sabiex jiġu indirizzati r-riskji u l-inċertezzi. L-attivitajiet se jappoġġaw ir-riċerka dwar il-bijoloġija, ġenetika u dinamika tal-popolazzjonijiet tal-ħut, dwar ir-rwol ta’ speċi prinċipali fl-ekosistemi, dwar l-attivitajiet tas-sajd u l-monitoraġġ tagħhom, dwar l-imġiba tas-settur tas-sajd u l-adattament għas-swieq ġodda, pereżempju l-ekotikkettar fuq l-involviment tal-industrija tas-sajd fit-tfassil tad-deċiżjoni. Se jiġu indirizzati wkoll l-użu maqsum tal-ispazju marittimu ma' attivitajiet oħra, b'mod partikolari ż-żona kostali, u l-impatt soċjoekonomiku tiegħu.

2.3.2.   L-Iżvilupp ta' akkwakultura Ewropea li hija kompetittiva u favur l-ambjent

L-akkwakultura sostenibbli għandha potenzjal għall-iżvilupp ta’ prodotti sikuri, tajba għas-saħħa u kompetittivi mfassla għall-ħtiġijiet u preferenzi tal-konsumatur kif ukoll għal servizzi ambjentali (bijorimedjazzjoni, ġestjoni tal-art u l-ilma, eċċ) u l-produzzjoni tal-enerġija iżda teħtieġ li tkun realizzata bis-sħiħ ġewwa l-Ewropa. L-għarfien u t-teknoloġijisejissaħħu fl-aspetti kollha tad-domestikazzjoni tal-ispeċi stabbiliti u d-diversifikazzjoni għall-ispeċi ġodda filwaqt li jittieħed kont tal-interazzjonijiet bejn l-akkwakultura u l-ekosistemi akkwatiċi sabiex jitnaqqas l-impatt tagħha fuq l-ambjent , u l-effetti tat-tibdil fil-klima u kif is-settur jista' jadatta għalihom. B'mod partikolari jeħtieġ li jitkomplew l-isforzi ta' riċerka dwar is-saħħa u l-mard ta' organiżmi akwatiċi mrobbija ġo farm (inklużi għodod u metodi ta' prevenzjoni u mitigazzjoni), dwar kwistjonijiet ta' nutrizzjoni (inkluż l-iżvilupp ta' ingredjenti alternattivi mfasslin apposta u għalf għall-akwakultura), u dwar ir-riproduzzjoni u t-trobbija li huma fost l-ostakoli prinċipali fl-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura Ewropea. Se tiġi promossa wkoll l-innovazzjoni għas-sistemi ta' produzzjoni sostenibbli fiż-żona interna, fuq il-kosta u lil hinn mill-kosta. Se jitqiesu wkoll l-ispeċifiċitajiet tal-ultra-periferija Ewropea. Se ssir enfasi ukoll fuq il-fehim tad-dimensjonijiet soċjali u ekonomiċi tas-settur sabiex tiġi sostnuta l-produzzjoni kosteffiċjenti u effiċjenti fl-użu tal-enerġija li tissodisfa d-domanda tas-suq u tal-konsumatur, filwaqt li jiġu żgurati kompetittività u prospetti attraenti għall-investituri u produtturi.

2.3.3.   Spinta lill-innovazzjoni fis-settur tal-baħar u marittima permezz tal-bijoteknoloġija

Iktar minn 90 % tal-bijodiversità tal-baħar tibqa' mhux esplorata, u toffri potenzjal enormi għall-iskoperta ta’ speċi u applikazzjonijiet ġodda fil-qasam tal-bijoteknoloġiji tal-baħar, li huwa prevista illi tiġġenera 10 % ta' tkabbir annwali għal dan is-settur. L-appoġġ se jingħata sabiex jiġi esplorat u sfruttat iktar il-potenzjal kbir offrut mill-bijodiversità tal-baħar u l-bijomassa akkwatika sabiex jinħolqu proċessi, prodotti u servizzi innovattivi u sostenibbli ġodda fuq is-swieq b'applikazzjonijiet potenzjali f'setturi li jinkludu l-industriji kimiċi u tal-materjali, il-farmaċewtika, is-sajd u l-akkwakultura, il-provvista tal-enerġija u l-kożmetika.

2.4.   Industriji b'bażi bijoloġika sostenibbli u kompetittivi u appoġġ għall-iżvilupp ta' bijoekonomija Ewropea

L-objettiv ġenerali huwa li tiġi aċċellerata l-konverzjoni tal-industriji Ewropej ibbażati fuq il-fossili għal industriji b’livelli baxxi ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sostenibbli. Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jipprovdu l-mezzi biex titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq fjuwils fossili u jikkontribwixxu għall-ksib tal-miri tal-politika ta’ Enerġija u tat-tibdil fil-klima għall-2020 (10 % tal-fjuwils tat-trasport minn sorsi rinnovabbli u tnaqqis ta’ 20 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra). L-istimi jikkonkludu li ċaqliq favur materja prima bijoloġika u metodi ta’ ipproċessar bijoloġiku jistgħu jiffrankaw sal-ekwivalenti ta' 2,5 biljun tunnellata ta’ CO2 kull sena sal-2030, b'żieda qawwija fis-swieq għall-materja prima b'bażi bijoloġika u prodotti ġodda tal-konsumatur. Il-ħsad ta' dawn l-elementi potenzjali jesiġi il-bini ta' bażi ta’ għarfien wiesgħa u l-iżvilupp ta’ (bijo)teknoloġiji rilevanti, bl-iffukar prinċipalment fuq tliet elementi essenzjali: a) trasformazzjoni tal-proċessi attwali bbażati fuq il-fossili f'dawk ibbażati fuq bijoteknoloġija effiċjenti fl-enerġija; b) stabbiliment ta' ktajjen ta' provvista affidabbli, sostenibbli u xierqa ta' flussi ta' bijomassa, prodotti sekondarji u skart u netwerk wiesa' ta' bijoraffineriji madwar l-Ewropa; u c) appoġġ għall-iżvilupp tas-suq għal prodotti u proċessi b'bażi bijoloġika , b'kont meħud tar-riskji u l-benefiċċji assoċjati . Se jiġu mħarsa s-sinerġiji mal-objettiv speċifiku tat-“Tmexxija fit-Teknoloġiji Abilitanti u Industrijali”.

2.4.1.   Trawwim tal-bijoekonomija għall-industriji b'bażi bijoloġika

Il-progress kbir lejn industriji b'livell baxx ta' karbonju, b'użu effiċjenti tar-riżorsi u sostenibblisejiġi appoġġat permezz tal-iskoperta u l-isfruttament ta' riżorsi bijoloġiċi terrestri u akkwatiċi, filwaqt li jiġu minimizzati l-impatti ħziena fuq l-ambjent u l-marka fuq l-ilma, pereżempju l-istabbiliment ta' ċirkuwiti magħluqin ta' nutrijenti, inkluż bejn żoni urbani u rurali. Għandhom jiġu ezaminati l-kompromessi potenzjali bejn l-użi differenti tal-bijomassa. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq il-bijomassa li ma tikkompetix mal-produzzoni tal-ikel u għandhom iqisu wkoll is-sostenibbiltá tas-sistemi relatati tal-użu tal-art. Se jiġu mmirati l-iżvilupp tal-prodotti b'bażi bijoloġika u l-komposti bijoloġikament attivi għall-industriji u konsumaturi bi kwalitajiet, funzjonalitajiet ġodda u sostenibbiltà mtejba. Il-valur ekonomiku tar-riżorsi rinnovabbli, il-bijoskart u l-prodotti sekondarjisejiġu massimizzati permezz ta' proċessi ġodda u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi , inkluża t-trasformazzjoni tal-iskart bijoloġiku f'nutrijenti agrikoli.

2.4.2.   L-iżvilupp ta' bijoraffineriji integrati

L-attivitajiet se jiġu appoġġati biex tingħata spinta lil prodotti b'bażi bijoloġika, l-intermedji u l-bijoenerġija/bijofjuwils, li jiffukaw fil-biċċa l-kbira fuq approċċ kaskata, bi prijoritizzazzjoni lill-ġenerazzjoni ta' prodotti ta' valur miżjud għoli. Se jiġu żviluppati strateġiji u teknoloġiji li jiżguraw provvista tal-materja prima. It-titjib tad-diversi tipi tal-bijomassa għall-użu fit-tieni u t-tielet ġenerazzjoni ta’ bijoraffineriji, inkluża l-forestrija, il-bijoskart u prodotti industrijali sekondarji, se jgħinu jevitaw kunflitti tal-ikel/fjuwil u jappoġġa l-iżvilupp ekonomiku u favur l-ambjent ta' oqsma rurali u kostali fl-Unjoni.

2.4.3.   L-appoġġ għall-iżvilupp tas-suq għall-prodotti u proċessi b'bażi bijoloġika

Miżuri orjentati lejn id-domanda se jiftħu swieq ġodda għall-innovazzjoni bijoteknoloġija. L-istandardizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni fil-livell tal-Unjoni u dak internazzjonali huma meħtieġa, fost oħrajn, għad-determinazzjoni ta' kontenut b'bażi bijoloġika u l-funzjonalitajiet u l-bijodegradabbiltà tal-prodott. Il-metodoloġiji u l-approċċi għall-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja jeħtieġu li jiġu żviluppati aktar u jiġu kontinwament adattati għall-avvanzi xjentifiċi u industrijali. L-attivitajiet ta’ riċerka li jappoġġaw l-istandardizzazzjoni tal-prodott u l-proċess (inkluża l-armonizzazzjoni ta' standards internazzjonali) u l-attivitajiet regolatorji fil-qasam tal-bijoteknoloġija huma meqjusa essenzjali għall-appoġġ tal-ħolqien ta’ swieq ġodda u t-twettiq ta' opportunitajiet kummerċjali.

2.5.     Riċerka tal-baħar u marittima trasversali

L-għan huwa li jiżdied l-impatt tal-ibħra u l-oċeani tal-UE fuq is-soċjetà u t-tkabbir ekonomiku permezz tal-isfruttament tar-riżorsi tal-baħar kif ukoll l-użu ta' sorsi differenti ta' enerġija tal-baħar u l-firxa wiesgħa ta' użi differenti relatati mal-ibħra. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq sfidi trasversali tal-baħar u marittimi xjentifiċi u teknoloġiċi bil-ħsieb tar-rilaxx tal-potenzjal tal-ibħra u l-ilmijiet interni mal-firxa tal-industriji tal-baħar u marittimi, filwaqt li jiġi protett l-ambjent u jsir adattament għat-tibdil fil-klima. Dan l-approċċ strateġiku koordinat għar-riċerka tal-baħar u marittima tul l-isfidi u l-pilastri kollha ta' Orizzont 2020 se jappoġġja wkoll l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni rilevanti biex jgħin iwassal l-objettivi ewlenin tat-tkabbir blu.

Minħabba n-natura multidixxiplinari tar-riċerka tal-baħar u dik marittima, il-koordinazzjoni mill-qrib u attivitajiet konġunti ma' partijiet oħra ta' Orizzont 2020, speċjalment l-Isfida Soċjali 5, se jiġu segwiti.

2.5.1.     Impatt tat-tibdil fil-klima fuq l-ekosistemi tal-baħar u l-ekonomija marittima

Ikunu appoġġati attivitajiet biex jiżdied l-għarfien attwali tal-funzjonament tal-ekosistemi tal-baħar u tal-interazzjonijiet bejn l-oċeani u l-atmosfera. Dan iżid l-abbiltà li jiġi vvalutat ir-rwol tal-oċeani fil-klima u l-impatt tat-tibdil fil-klima u tal-aċidifikazzjoni tal-oċeani fuq l-ekosistemi tal-baħar u ż-żoni kostali.

2.5.2.     Żvilupp tal-potenzjal tar-riżorsi tal-baħar permezz ta' approċċ integrat

Il-promozzjoni ta' tkabbir marittimu sostenibbli u fit-tul u l-ħolqien ta' sinerġiji fis-setturi marittimi kollha jeħtieġu approċċ integrat. L-attivitajiet ta' riċerka se jiffukaw fuq il-ħarsien tal-ambjent tal-baħar kif ukoll fuq l-impatt tal-attivitajiet u l-prodotti marittimi fuq is-setturi mhux marittimi. Dan jippermetti avvanzi fil-qasam tal-ekoinnovazzjoni bħal prodotti u proċessi ġodda u l-applikazzjoni ta' kunċetti, għodda u miżuri ta' ġestjoni biex jiġi vvalutat u mitigat l-impatt tal-pressjonijiet eżerċitati mill-bniedem fuq l-ambjent tal-baħar sabiex navvanzaw lejn ġestjoni sostenibbli tal-attivitajiet marittimi.

2.5.3.     Kunċetti u teknoloġiji trasversali li jippermettu tkabbir marittimu

L-avvanzi fit-teknoloġiji trasversali (eż. ICT, elettronika, nanomaterjali, ligi, bijoteknoloġiji, eċċ.) u żviluppi u kunċetti ġodda fl-inġinerija jkomplu jippermettu t-tkabbir. L-attivitajiet jippermettu li jsiru avvanzi kbar fil-qasam tar-riċerka marittima u tal-baħar u l-osservazzjoni tal-oċeani (eż. riċerka fl-ibħra fondi, sistemi ta' osservazzjoni), sensuri, sistemi awtomatiċi għall-monitoraġġ tal-attivitajiet u s-sorveljanza, skrinjar tal-bijodiversità tal-baħar u tal-ġeoperikli, Vetturi Mħaddma b'mod Remot, eċċ.). L-għan huwa li jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent tal-baħar (eż. l-istorbju taħt l-ilma, l-introduzzjoni ta' speċijiet invażivi u sustanzi li jniġġsu mill-baħar u mill-art, eċċ.) u biex titnaqqas kemm jista' jkun l-impronta tal-karbonju tal-attivitajiet tal-bniedem. It-teknoloġiji trasversali jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' politiki marittimi u tal-baħar tal-Unjoni.

2.6.    Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

Lil hinn mis-sorsi ġenerali tal-parir estern, se jintlabu konsultazzjonijiet speċifiċi mill-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka Agrikola (SCAR) dwar firxa ta' kwistjonijiet, inklużi l-aspetti strateġiċi permezz tal-attivitajiet ta' antiċipazzjoni tiegħu kif ukoll ir-riċerka agrikola bejn il-livelli nazzjonali u tal-Unjoni. Se jiġu stabbiliti wkoll rabtiet xierqa mal-azzjonijiet tas-Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni relevanti u l-aspetti rilevanti tal-aġendi tar-riċerka u l-innovazzjoni ta' Pjattaformi Ewropej għat-Teknoloġija .

L-impatt u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka se jkunu appoġġati b'mod attiv permezz ta' azzjonijiet speċifiċi dwar il-komunikazzjoni, l-iskambju ta' għarfien u l-involviment ta' atturi varja tul il-proġetti. L-implimentazzjoni se tikkombina sensiela wiesgħa ta' attivitajiet, inklużi attivitajiet sostanzjali ta' dimostrazzjoni u pilota. Se jitrawwem l-aċċess faċli u miftuħ għar-riżultati ta' riċerka u l-aqwa prattiki ▌.

Permezz ta' appoġġ speċifiku lill-SMEssetkun possibbli parteċipazzjoni akbar ta' azjendi agrikoli, sajjieda u tipi oħra ta' SMEs fl-attivitajiet ta' riċerka u dimostrazzjoni. Se jitiqesu l-ħtiġijiet speċifiċi tas-settur tal-produzzjoni primarja għas-servizzi ta' appoġġ għall-innovazzjoni u l-istrutturi ta' komunikazzjoni. L-implimentazzjoni se tikkombina sensiela wiesgħa ta' attivitajiet, inklużi azzjonijiet tal-iskambju ta' għarfien fejn l-involviment tal-bdiewa jew produtturi primarji oħra u tal-intermedjarji se jkun żgurat b'mod attiv bl-għan li jinġabru fil-qosor il-ħtiġijiet ta' riċerka tal-utenti finali . Se jitrawwem l-aċċess faċli u miftuħ għar-riżultati ta' riċerka u l-aqwa prattiki, fejn xieraq permezz ta' bażijiet tad-dejta.

L-appoġġ għall-istandardizzazzjoni u l-aspetti regolatorji se jintuża biex jgħin it-tħaffif tal-iskjerament fis-suq ta' oġġetti u servizzi b'bażi bijoloġika.

Jista' jitqies l-appoġġ għal Inizjattivi għal Programmar Konġunt (JPI) rilevanti, u sħubiji pubbliċi-pubbliċi u pubbliċi-privati ▌rilevanti .

Se jiġu mfittxa sinerġiji ma' fondi oħra tal-Unjoni, u l-iskjerament ulterjuri tagħhom, li huma relatati ma' din l-isfida tas-soċjetà, bħall-Fondi għall-Iżvilupp Rurali u l-Fondi tas-Sajd.

Se jitwettqu attivitajiet li jħarsu 'l quddiem fost is-setturi tal-bijoekonomija, inkluż l-iżvilupp ta’ bażijiet tad-dejta, indikaturi u mudelli li jindirizzaw dimensjonijiet globali, Ewropej, nazzjonali u reġjonali. Se jiġi żviluppat osservatorju Ewropew tal-bijoekonomija għall-immappjar u l-monitoraġġ tal-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni globali tal-Unjoni u dawk globali inkluża l-valutazzjoni tat-teknoloġija , billi jiġu żviluppati indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, u l-monitoraġġ tal-politiki ta' innovazzjoni fil-bijoekonomija.

3.   ENERĠIJA, SIGURA, NADIFA U EFFIĊJENTI

3.1.   Tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u l-marka tal-karbonju permezz ta’ użu intelliġenti u sostenibbli

Is-sorsi tal-Enerġija u x-xejriet ta' konsum tal-industriji, is-sistemi ta' trasport, il-bini, id-distretti, l-irħula u l-ibliet tal-Ewropa, ġeneralment mhumiex sostenibbli u jwasslu għal impatti ambjentali u tibdil fil-klima sinifikanti. Il-ġestjoni tal-enerġija fi żmien reali ta' bini ġdid u eżistenti bi ftit li xejn emissjonijiet, bini li ftit li xejn jikkonsma l-enerġija u bini rikonfigurat kif ukoll bini attiv , industriji effiċjenti ħafna u użu massiv ta' approċċi li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija minn kumpanniji, individwi, komunitajiet, bliet u distretti sejirrikjedu mhux biss avvanzi teknoloġiċi, iżda wkoll soluzzjonijiet mhux teknoloġiċi bħal servizzi ġodda konsultattivi, finanzjarji u li jiġġestixxu d-domanda u kontribut mix-xjenza komportamentali u dik soċjali filwaqt li fl-istess ħin jittieħed kont tal-kwistjonijiet ta' aċċettazzjoni pubblika . B'dan il-mod, effiċjenza mtejba fl-użu tal-enerġija tista' tipprovdi wieħed mill-aktar modi kosteffettivi sabiex titnaqqas il-domanda għall-enerġija, b'hekk tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, bit-tnaqqis tal-impatti ambjentali u klimatiċi u tissaħħaħ il-kompetittività. Biex jintlaħqu dawn l-isfidi l-iżvilupp ulterjuri tal-enerġiji rinnovabbli u l-użu tal-potenzjali tal-effiċjenza tal-enerġija huma importanti.

3.1.1.   Jinġiebu lis-suq tal-massa tekonoloġiji u servizzi għal użu intelliġenti u effiċjenti tal-enerġija

It-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u l-eliminazzjoni tal-ħela tal-enerġija, filwaqt li jiġu pprovduti s-servizzi meħtieġa mis-soċjetà u l-ekonomija, jeħtieġu mhux biss li jinġiebu fis-suq tal-massa aktar tagħmir , prodotti u servizzi effiċjenti, kostkompetittivi, li jħarsu l-ambjent u aktar intelliġenti iżda wkoll li jiġu integrati komponenti u apparat b'tali mod li dawn jikkooperaw biex jottimizzaw l-użu globali tal-enerġija mill-bini, is-servizzi u l-industrija.

Sabiex jiġu żgurati l-adozzjoni u l-benefiċċji sħaħ għall-konsumaturi (inkluża l-possibbiltà għalihom li jimmonitorja il-konsum tagħhom stess), il-prestazzjoni tal-enerġija ta’ dawn it-teknoloġiji u servizzi għandha bżonn tkun addattata u ottimizata għall-ambjenti ta’ applikazzjoni tagħhom u fihom. Dan jeħtieġ ▌riċerka, żvilupp u ttestjar ta’ Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) innovattivi u tekniki ta' monitoraġġ u kontroll kif ukoll proġetti ta’ dimostrazzjoni u attivitajiet ta’ skjerament prekummerċjali sabiex jiġu żgurati l-interoperabbiltà u l-iskalabbiltà. Tali proġetti għandhom jimmiraw li jikkontribwixxu għal tnaqqis jew ottimizzazzjoni sinifikanti tal-konsum ġenerali tal-enerġija u tal-ispejjeż tal-enerġija bl-iżvilupp ta' proċeduri komuni għall-ġbir, it-tqabbil u l-analiżi tad-dejta dwar il-konsum u l-emissjonijiet tal-enerġija u l-emissjonijiet sabiex isir titjib fil-kejl, it-trasparenza, l-aċċettabbiltà pubblika , l-ippjanar u l-viżibbiltà tal-użu tal-enerġija u fl-impatti ambjentali. F'dawn il-proċessi għandhom jiġu ssalvagwardjati s-sigurtà u l-privatezza mid-disinn għall-protezzjoni ta' tekniki ta' monitoraġġ u kontroll. L-iżvilupp ta' pjattaformi u l-applikazzjoni tagħhom għall-verifika tal-istabbiltà ta' sistemi bħal dawnsejgħinu biex tiġi żgurata l-affidabbiltà.

3.1.2.   Sfruttar tal-potenzjal ta' sistemi ta’ tisħin –tkessiħ effiċjenti u rinnovabbli

Parti sostanzjali tal-enerġija hija kkonsumata għal finijiet ta’ tisħin jew tkessiħ madwar l-Unjoni u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji kosteffettivi u effiċjenti, tekniki ta' integrazzjoni tassistemi, pereżempju konnettività tan-netwerk bil-lingwi u servizzi standardizzati f'dan ilqasam, jistgħu jkollhom impatt kbir fuq it-tnaqqis tad-domanda għall-enerġija. Dan jeħtieġ riċerka u dimostrazzjoni ta’ tekniki ta' disinn u sistemi u komponenti ġodda għall-applikazzjonijiet industrijali, kummerċjali u residenzjali, pereżempju fil-provvista deċentralizzata u distrettwali tal-ilma sħun u t-tisħin u tkessiħ tal-ispazju. Dan għandu jinkludi teknoloġiji differenti: pompi termali solari, ġeotermali, tal-bijomassa u tat-tistħin, sħana u enerġija kombinata, l-irkupru ta' enerġija skartata, eċċ, u jissodisfa r-rekwiżiti ta' bini u distretti bi kważi l-ebda enerġija u jappoġġa bini intelliġenti . Skoperti rivoluzzjonarji oħrajn huma meħtieġa, b'mod partikolari, fil-ħżin tal-enerġija termali minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u biex jitrawwem l-iżvilupp u l-iskjerament ta' kombinazzjonijiet effiċjenti ta' tisħin ibridu u sistemi ta' tkessiħ, għal applikazzjonijiet ċentralizzati u dawk deċentralizzati.

3.1.3.   Trawwim ta’ Bliet u Komunitaiet Ewropej intelliġenti

Iż-żoni urbani huma wieħed mill-akbar konsumaturi ta’ enerġija fl-Unjoni u jemettu parti kbira korrispondenti ta’ gassijiet serra, filwaqt li jiġġeneraw ammont sostanzjali ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja. Fl-istess ħin, iż-żoni urbani huma affettwati mit-tnaqqis fil-kwalità tal-arja u t-tibdil fil-klima u għandhom jiżviluppaw l-istrateġiji ta' mitgazzjoni u adattament tagħhom stess. Is-sejba ta’ soluzzjonijiet ta’ enerġija innovattivi ( eż. effiċjenza tal-enerġija, sistemi ta' provvista tal-elettriku u tat-tisħin u t-tkessiħ , u l-integrazzjoni tal-enerġiji rinnovabbli fl-ambjent tal-edifiċi ), integrati ma' sistemi tat-trasport, soluzzjonijiet intelliġenti ta' kostruzzjoni u ppjanar urban, l-iskart u t-trattament tal-ilma, kif ukoll soluzzjonijiet tal-ICT għall-ambjent urban huma għalhekk kruċjali fit-trasformazzjoni lejn soċjetà b'livell baxx ta' karbonju. Inizjattivi immirati bħala appoġġ għall-konvergenza tal-ktajjen ta' valur industrijali tal-enerġija, trasport u s-settur tal-ICT għal applikazzjonijiet urbani intelliġenti għandhom jiġu previsti. Fl-istess ħin, ippjanar u mudelli kummerċjali teknoloġiċi, organizzattivi ġodda jesiġu li jkunu żviluppati u ttestjati fuq skala sħiħa skont il-ħtiġijiet u l-mezzi tal-ibliet u tal-komunitajiet. u taċ-ċ-ċittadini tagħhom . Ir-riċerka hija wkoll meħtieġa sabiex jinftiehmu l-kwistjonijiet soċjali, ambjentali , ekonomiċi u kulturali li huma involuti f'din it-trasformazzjoni.

3.2.   Provvista ta' elettiku bi spiża baxxa u b’livell baxx ta’ karbonju

L-elettriku se jkollu rwol ċentrali fl-istabbiliment ta’ ekonomija ambjentalment sostenibbli b'livell baxxi ta’ karbonju. Is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli jinsabu fil-qalba ta' dan l-iżvilupp. L-adozzjoni tal-ġenerazzjoni ta’ elettriku b’livell baxx ta’ karbonju qed isseħħ bil-mod wisq minħabba l-ispejjeż kbar involuti. Hemm bżonn urġenti li jinstabu soluzzjonijiet li jnaqqsu l-ispejjeż b’mod sinifikati, bi prestazzjoni u sostenibilità u  aċċettazzjoni pubblika msaħħa, sabiex jiġi aċċellerat l-iskjerament fis-suq tal-ġenerazzjoni tal-elettriku b’livell baxx ta’karbonju. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq ir-riċerka, l-iżvilupp u dimostrazzjoni fuq skala sħiħa ta' riżorsi rinnovabbli innovattivi, impjanti tal-enerġija li jaħdmu b'karburanti fossilli effiċjenti u flessibbli (inklużi dawk li jużaw gass naturali) u ta' qbid u ħżin ta' diossidu tal-karbonju, jew ta' teknoloġiji li jerġgħu jużaw is-CO2.

3.2.1.   Żvilupp tal-potenzjal sħiħ tal-Enerġija li ġejja mir-riħ

L-objettiv għall-enerġija li ġejja mir-riħ huwa li titnaqqas l-ispiża tal-produzzjoni tal-elettriku ta’ riħ fuq l-art u lil hinn mill-kosta sa madwar 20 % sal-2020 meta mqabbla mal-2010, favur dejjem aktar il-produzzjoni lil hinn mill-kosta, u li tiġi permessa l-integrazzjoni xierqa fil-grilja tal-elettriku. L-attenzjonisetkun fuq l-iżvilupp, l-ittestjar u d-dimostrazzjoni tas-sistemi ta' konverżjoni tal-enerġija mir-riħ tal-ġenerazzjoni li jmiss ta' skala ikbar (inklużi sistemi inovattivi ta’ ħżin ta’ enerġija) , effiċjenzi ogħla fil-konverżjoni u disponibbilitajiet ogħla għas-sistemi fuq l-art u dawk lil hinn mill-kosta (inklużi l-postijiet remoti u ambjenti b'temp ostili) kif ukoll proċessi ġodda ta' manifatturar tas-serje. Ser jittieħed kont tal-aspetti ambjentali u tal-bijodiversità tal-iżvilupp tal-enerġija mir-riħ.

3.2.2.   Żvilupp ta' sistemi tal-enerġija solari effiċjenti, affidabbli u kostkompetittivi

L-ispiża tal-enerġija solari, li tkopri l-fotovoltajċi (PV) u l-konċentrazzjoni tal-enerġija solari (CSP), għandha titnaqqas bin-nofs sal-2020 meta mqabbla mal-2010, sabiex iżżid b'mod sostanzjali s-sehem tagħha fis-suq tal-elettriku.

Għall-PV, dansejeħtieġ aktar riċerka dwar , fost affarijijiet oħra, il-kunċetti u s-sistemi ġodda kif ukoll id-dimostrazzjoni u l-ittestjar tal-produzzjoni tal-massa bl-għan li jkun hemm skjerament u integrazzjoni ta' bini tal-PV fuq skala kbira.

Għas-CSP, l-enfasi se tkun fuq l-iżvilupp ta' metodi biex tiżdied l-effiċjenza filwaqt li jitnaqqsu l-ispejjeż u l-impatt ambjentali, li jippermettu skalar industrijali 'il fuq tat-teknoloġiji dimostrati bil-bini ta' impjanti tal-enerġija bla preċedent. Se jiġu ttestjati soluzzjonijiet li jikkombinaw b'mod effiċjenti l-produzzjoni tal-elettriku solari mad-desalinizzazzjoni tal-ilma.

3.2.3.   Żvilupp ta' teknoloġiji kompetittivi u ambjentalment sikuri għall-qbid, it-trasport, l-ħżin u l-użu mill-ġdid ta' CO2

Il-qbid u ħżin tal-karbonju (CCS) huma alternattiva ewlenija li għandha tkun użata b’mod wiesa’ fuq skala kummerċjali f’livell globali sabiex jilqgħu l-isfida ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija dekarbonizzata u industrija b’livell baxx ta’ karbonju sal-2050. L-obejttiv huwa li tiġi minimizzata l-ispiża żejda tas-CCS fis-settur tal-enerġija għall-impjanti mħaddma bil-faħam, bil-gass u bix-shale bituminuż meta mqabbla ma’ impjanti ekwivalenti mingħajr CCS u installazzjonijiet industrijali li huma intensivi fl-enerġija.

Se jingħata appoġġ, b'mod partikolari, sabiex juri l-katina kollha tas-CCS għal portafoll rappreżentattiv ta' alternattivi teknoloġiċi differenti ta' qbid, trasport, ħżin u użu mill-ġdid . Dan se jkun akkumpanjat minn riċerka biex dawn it-teknoloġiji jiġu żviluppati aktar u biex jitwasslu teknoloġiji ta' qbid aktar kompetittivi, komponenti mtejba, sistemi u proċessi integrati, ħżin ġeoloġiku sikur u soluzzjonijiet razzjonali u aċċettazzjoni pubblika għall-użu mill-ġdid ▌ta' CO2 maqbud sabiex ikun possibbli l-iskjerament kummerċjali ta' teknoloġiji tas-CCS għall-impjanti tal-enerġija mħaddma b'fjuwils fossili u industriji oħra intensivi fil-karbonju li jkomplu jitħaddmu wara l-2020. Ser jingħata wkoll appoġġ għal teknoloġiji nodfa tal-faħam bħal teknoloġiji komplementari għas-CCS.

3.2.4.   Żvilupp ta' alternativi ta' enerġija ġeotermali, idro, tal-baħar u rinnovabbli oħrajn

L-enerġija ġeotermali, idro u tal-baħar kif ukoll enerġiji rinnovabbli oħra jistgħu jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tal-provvista Ewropea ta’ enerġija filwaqt li jssaħħu l-flessibilità tagħha għal produzzjoni u użu varjabbli ta' enerġija. L-objettiv huwa li jiġu żviluppati aktar u jitwasslu sal-maturità kummerċjali teknoloġiji kosteffettivi u sostenibbli, u b'hekk jintlaħaq skjerament ta' skala kbira fuq skala industrijali inkluża l-integrazzjoni tal-grilja. Is-sistemi ġeotermali msaħħa huma teknoloġija li għandha tiġi riċerkata, żviluppata u dimostrata aktar notevolment fl-oqsma tal-esplorazzjoni, it-tħaffir u l-produzzjoni ta' sħana. L-enerġiji tal-oċean bħall-enerġija mill-mareat, kurrenti jew mewġ u l-enerġija osmotika joffru enerġija ▌mingħajr emissjonijiet u prevedibbli u jistgħu wkoll jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-potenzjal sħiħ tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta (kombinazzjoni ta' enerġiji tal-baħar). Attivitajiet ta' riċerka għandhom jinkludu r-riċerka innovattiva fuq skala ta' laboratorju f'komponenti u materjali affidabbli u ta' spiża baxxa f'ambjent b'livell għoli ta' korrużjoni u akkumulu ta' organiżmi bijoloġiċi mhux mixtieqa kif ukoll dimostrazzjonijiet taħt il-kundizzjonijiet varjati li jinsabu fl-ilmijiet Ewropej.

3.3.   Fjuwils alternattivi u sorsi mobbli ta' enerġija

Biex jintlaħqu l-miri tal-enerġija u tat-tnaqqis tas-CO2 tal-Ewropa jeħtieġ ukoll li jkun hemm żvilupp ta' fjuwils u sorsi mobbli ta' enerġija ġodda. Dan huwa partikolarment importanti biex tiġi indirizzata l-isfida ta’ trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat. Il-ktajjen tal-valur għal dawn it-teknoloġiji u fjuwils alternattivi mhumiex żviluppati biżżejjed u għandhom ikunu aċċellerati għal skala ta’ dimostrazzjoni.

3.3.1.   Biex il-bijoenerġija issir aktar kompetittiva u sostenibbli

L-objettiv għall-bijoenerġija huwa li t-teknoloġiji l-iktar promettenti jitwasslu sal-maturità kummerċjali, li twassal għal produzzjoni sostenibbli fuq skala kbira ta' bijofjuwils avvanzati ▌ta’ ktajjen ta’ valuri differenti f'approċċ ta' bijoraffineriji għat-trasport bis-superfiċje, dak marittimu u bl-ajru , u sħana u enerġija kombinata u effiċjenti ħafna u green gas mill-bijomassa u l-iskart , inkluż is-CCS. L-għan huwa li tiġi żviluppata u murija t-teknoloġija għal perkorsi differenti tal-bijoenerġija fi skali differenti, billi jitqiesu l-kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi differenti u r-restrizzjonijiet loġistiċi , filwaqt li jiġu minimizzati l-impatti ambjentali u soċjali negattivi marbutin mal-użu tal-art . Riċerka iktar fit-tul se tappoġġa l-iżvilupp ta' industrija sostenibbli tal-bijoenerġija wara l-2020. Dawn l-attivitajietsejikkomplimentaw l-attivitajiet ta’ riċerka upstream ( eż. materjal użat għall-produzzjoni, bijoriżorsi) u downstream ( eż. integrazzjoni fil-flotot tal-vetturi) imwettqa fi Sfidi tas-Soċjetà oħra rilevanti.

3.3.2.   Tnaqqis tal-hin għall-kummerċjalizzazzjoni tat-teknoloġiji tal-idrogenu u ċelloli tal-fjuwil

Ċelloli tal-fjuwils u l-idroġenu għandhom potenzjal kbir sabiex jikkontribbwixxu għall-indirizzar tal-isfidi fl-enerġija li l-Ewropa qed taffronta. Biex dawn it-teknoloġiji jaslu għall-kompetittività kummerċjali jeħtieġ li jkun hemm tnaqqis sinifikanti fil-ispiża. Pereżempju l-ispiża tas-sistemi taċ-ċelloli tal-fjuwils għat-trasportazzjoni se jkollhom jitnaqqsu b’fattur ta’ 10 matul l-10 snin li ġejjin. Sabiex dan isir, se jingħata appoġġ lil dimostrazzjonijiet ▌u attivitajiet ta' skjerament prekummerċjali għall-applikazzjonijiet tat-trasport portabbli, stazzjonarji u mikrostazzjonarji ▌u s-servizzi relatati, kif ukoll riċerka fit-tul u żvilupp ta’ teknoloġija sabiex tinbena katina kompetittiva taċ-ċellola tal-fjuwils u produzzjoni u infrastruttura sostenibbli tal-idroġenu madwar l-Unjoni. Kooperazzjoni nazzjonali u internazzjonali b'saħħitha hija meħtieġa sabiex tippermetti l-iskoperti rivoluzzjonarji tas-suq ta' skala suffiċjenti, inkluż l-iżvilupp ta' standards xierqa.

3.3.3.   Fjuwils alternattivi ġodda

Hemm firxa ta' alternattivi ġodda b’potenzjal fit-tul, bħal pereżempju fjuwils tal-metall fi trab, fjuwils minn mikroorganiżmi fotosintetiċi (f’ambjenti tal-ilma u l-art) u minn imitazzjonijiet artifiċjali fotosintetiċi u fjuwils solari . Dawn il-perkorsi ġodda jistgħu joffru potenzjal għal iktar konverżjoni effiċjenti tal-enerġija u iktar teknoloġiji kostkompetittivi u sostenibbli ▌. L-appoġġ se jingħata notevolment sabiex minn skala ta’ laboratorju dawn it-teknoloġiji ġodda u oħrajn potenzjali jitwasslu sa skala ta’ dimostrazzjoni bl-għan ta' dimostrazzjoni kummerċjali sal-2020.

3.4.   Grilja tal-elettiku Ewropea unika u intelliġenti

In-netwerks tal-elettriku jridu jwiegbu għal tliet sfidi interkonnessi sabiex tiġi permessa sistema tal-elettriku li hija aċċessibbli għall-konsumatur u dejjem aktar dekarbonizzata: il-ħolqien ta’ suq pan-Ewropew; integrazzjoni ta’ żieda massiva ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli; u l-immaniġġjar tal-interazzjoni bejn miljuni ta’ fornituri u klijenti (fejn id-djar se jkunu, dejjem aktar, it-tnejn), inklużi s-sidien tal-vetturi elettriċi. In-netwerks futuri tal-elettriku se jkollhom rwol ewlieni għat-tranżizzjoni għal sistema tal-enerġija ▌dekarbonizzata, filwaqt li tipprovdi flessibbiltà u kostbenefiċċji addizzjonali għall-konsumaturi. L-għan prevalenti sal-2020 huwa li jiġi trasmess u distribwit madwar 35 % (8) tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli mxerrda u kkonċentrati.

Sforz b'saħħtu ta' riċerka integrata u dimostrazzjonisejappoġġaw l-iżvilupp ta' komponenti, teknoloġiji, u proċeduri ġodda lisejirrispondu għall-partikolaritajiet ta' kemm in-naħa tat-trazmissjoni kif ukoll dik tad-distribuzzjoni tal-grilja, kif ukoll l-ħżin flessibbli tal-enerġija .

Għandhom jitqiesu l-alternattivi kollha sabiex jiġu bbilanċjati b’suċċess il-provvista u d-domanda sabiex jimminimizzaw l-emissjonijiet u l-ispejjeż. Teknoloġiji tal-grilja tal-enerġija ġodda u intelliġenti, teknoloġiji ta' back-up u ta' bilanċjar li jippermettu aktar flessibilità u effiċjenza, inklużi impjanti tal-enerġija konvenzjonali, komponenti tal-grilja ġodda biex titjieb il-kapaċità u l-kwalitá ta' trasmissjoni kif ukoll l-affidabbiltà tal-grilji li għad iridu jiġu żviluppati. Teknoloġiji ġodda tas-sistemi tal-enerġija u infrastruttura ta’ komunikazzjoni diġitali bidirezzjonali għandhom ikunu riċerkati u integrati fil-grilja tal-elettriku u għandhom jintużaw għall-istabbiliment ta' interazzjonijiet intelliġenti ma' grilji oħra tal-enerġija . Dan se jikkontribwixxi għal ippjanar, monitoraġġ, kontroll u tħaddim sigur aħjar tan-netwerks f’kundizzjonijiet normali u ta’ emerġenza, kif ukoll sabiex jiġu mmaniġġjati l-interazzjonijiet bejn il-fornituri u l-klijenti u sabiex il-fluss tal-enerġija jkun trasportat, immaniġġjat u negozjat. Għall-iskjerament tal-infrastruttura futura, indikaturi u analiżi tal-benefiċċju tal-ispiża għandhom iqisu l-kunsiderazzjonijiet tas-sistema tal-enerġija kollha. Barra minn hekk, is-sinerġiji bejn il-grilji intelliġenti u n-netwerks ta’ telekomunikazzjoniseikunu mmassimizzati sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ investimenti , biex tiżdied is-sikurezza u titħaffef l-adozzjoni tas-servizzi ta’ enerġija intelliġenti.

Mezzi ġodda ta’ ħżin tal-enerġija ( inkluż kemm il-batteriji ▌ kif ukoll dawk fuq skala kbira bħall-elettriku għal gass ) u sistemi tas-twassil ġoddasejipprovdu l-flessibbiltà meħtieġa bejn il-produzzjoni u d-domanda. Teknoloġiji tal-ICT imtejba se jżidu aktar il-flessibilità tad-domanda għall-elettiku billi l-klijenti (industrijali, kummerċjali u residenzjali) jiġu pprovduti bl-għodod neċessarji ta' awtomazzjoni. Hawnhekk is-sigurtà, l-affidabbiltà u l-privatezza huma kwistjonijiet importanti wkoll.

It-tfassil ġdid tal-ippjanar, tas-suq u dak regolatorju jeħtieġu li jixprunaw l-effiċjenza ġenerali u l-kosteffettività tal-katina ta’ provvista tal-elettriku u l-interoperabbiltà tal-infrastrutturi kif ukoll il-ħolqien ta’ suq miftuħ u kompetittiv għat-teknoloġiji tal-grilja, prodotti u servizzi tal-enerġija intelliġenti. Il-proġetti ta’ dimostrazzjoni ta’ skala kbira huma meħtieġa biex jittestjaw u jikkonvalidaw is-soluzzjonijiet u jivvalutaw il-benefiċċji għas-sistema u l-partijiet interessati individwali, qabel ma jintużaw madwar l-Ewropa. Dan għandu ikun akkumpanjat b’riċerka sabiex jinftiehem kif il-konsumaturi u negozji jirreaġixxu għall-inċentivi ekonomiċi, bidliet fl-imġiba, servizzi ta’ informazzjoni u opportunitajiet innovattivi oħra pprovduti mill-grilji intelliġenti.

3.5.   Għarfien u teknoloġiji ġodda

Teknoloġiji ġodda, iktar effiċjenti u kostkompetittivi kif ukoll dawk nodfa, sikuri u tal-enerġija sostenibbli seikunu meħtieġa fit-tul. Il-progress għandu jitħaffef permezz tar-riċerka multidixxiplinarja biex jinkisbu l-iskoperti rivoluzzjonarji xjentifiċi fil-kunċetti relatati mal-enerġija u teknoloġiji abilitanti (pereżempju nanoxjenza, xjenza tal-materjali, fiżika tal-istat solidu, ICT, bijoxjenza, ġeoxjenza , komputazzjoni, spazju); fejn xieraq, esplorazzjoni u produzzjoni ta' riżorsi tal-gass u taż-żejt mhux konvenzjonali, sikuri u ambjentalment sostenibbli kif ukoll l-iżvilupp ta’ innovazzjonijiet fit-teknoloġiji futuri u emerġenti.

Ir-riċerka avvanzata se tkun meħtieġa wkoll sabiex tipprovdi soluzzjonijiet għall-adattament ta’ sistemi ta’ enerġija għall-kundizzjonijiet klimatiċi li qed jinbidlu. Il-prijoritajiet jistgħu jiġu aġġustati għall-ħtiġijiet xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda jew fenomeni osservati ġodda li jistgħu jindikaw żviluppi promettenti jew riskji għas-soċjetà u li jistgħu joħorġu matul l-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020.

3.6.   Teħid tad-deċiżjonijiet u involviment tal-pubbliku robusti

Ir-riċerka dwar l-enerġija għandha tappoġġa u tkun allinjata b'mod qawwi mal-politika dwar l-enerġija. L-għarfien estensiv u r-riċerka dwar l-involviment u l-użu tat-teknoloġiji u servizzi tal-enerġija, infrastrutturi, swieq (inklużi l-oqfsa regolatorji) u l-imġiba tal-konsumatur huma meħtieġa sabiex jipprovdu analiżi robusta lil dawk li jfasslu l-politika. Ser jingħata appoġġ, b’mod partikolari, fil-qafas tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-Pjan-SET, sabiex jiġu żviluppati teoriji , għodod, metodi u mudelli robusti u trasparenti sabiex jiġu vvalutati l-kwistjonijiet ekonomiċi u soċjali prinċipali relatati mal-enerġija; biex jinbnew bażijiet tad-data u xenarji għal Unjoni mkabbra u l-valutazzjoni tal-impatt tal-enerġija u tal-politiki dwar l-enerġija fuq is-sigurtà tal-provvista, il-konsum, l-ambjent, ir-riżorsi naturali, u t-tibdil fil-klima, is-soċjetà u l-kompetittività tal-industrija tal-enerġija; biex jiwettqu attivitajiet ta' riċerka soċjoekonomika kif ukoll ix-xjenza tal-istudji soċjali .

L-isfruttar tal-possibilitajiet offruti mit-teknoloġiji tal-internet u soċjali, l-imġiba tal-konsumatur inkluża dik tal-konsumaturi vulnerabbli bħall-persuni bid-diżabilitajiet u tibdiliet komportamentaliseikunu studjati fil-pjattaformi miftuħa ta’ innovazzjoni bħal pereżempju l-Laboratorji Ħajjin u d-dimostraturi ta’ skala kbira għall-innovazzjoni tas-servizz kif ukoll permezz ta' stħarriġ lonġitudinali (panel surveys) filwaqt li tiġi żgurata l-privatezza .

3.7.   Użu mis-suq tal-innovazzjoni tal-enerġija ▌

L-adozzjoni tas-suq innovattiv u s-soluzzjonijiet ta' replikazzjoni huma essenzjali sabiex jinħarġu teknoloġiji tal-enerġija ġodda f'waqthom u permezz ta’ implimentazzjoni li hija kosteffettiva. Flimkien mar-riċerka u dimostrazzjoni xprunati mit-teknoloġija, jeħtieġu azzjonijiet b’valur miżjud ċar tal-Unjoni bl-għan ta' żvilupp, applikazzjoni, tqassim u replikazzjoni tal-innovazzjonijiet mhux teknoloġiċi b’fattur għoli ta’ influwenza fis-swieq tal-enerġija sostenibbbli tal-Unjoni fost id-dixxiplini u livelli ta’ governanza.

Tali innovazzjonijiet se jiffukaw fuq il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet tas-suq favorevoli fuq il-livell regolatorju, amministrattiv u ta’ finanzjament għat-teknoloġiji u soluzzjonijiet b’livelli baxxi ta’ karbonju, rinnovabbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija. L-appoġġ se jingħata għal miżuri li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-politika tal-enerġija, li jippreparaw l-isfond għat-tnedija tal-investimenti, li jappoġġaw il-bini ta’ kapaċità u li jaġixxu fuq l-aċċettazzjoni pubblika. Se tingħata attenzjoni wkoll lill-innovazzjoni għall-użu intelliġenti u sostenibbli tat-teknoloġiji eżistenti.

Ir-riċerka u l-analiżi ripetutament jikkonfermaw ir-rwol kruċjali tal-fattur uman fis-suċċess u falliment tal-politiki ta’ enerġija sostenibbli. L-istrutturi organizzattivi innovattivi, id-disseminazzjoni u l-iskambju ta’ prattiki tajbin u taħriġ speċifiku u bini tal-kapaċità se jkunu mheġġa

3.8.   Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

L-iffissar tal-prijoritajiet għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet f'din l-isfida hija xprunata mill-bżonn li tissaħħaħ ▌ ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-enerġija fil-livell Ewropew . Għan ewlieni se jkun l-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ riċerka u innovazzjoni tal-Pjan Stategiku Ewropew tat-Teknoloġija tal-Enerġija (Pjan SET) (9) sabiex jintlahqu l-objettivi tal-politika dwar l-Enerġija u t-tibdil fil-klima tal-Unjoni. Għaldaqstant il-pjanijiet direzzjonali u l-pjanijiet ta’ implimentazzjoni tal-Pjan SET se jipprovdu kontribuzzjoni ta’ valur għall-formulazzjoni tal-programmi ta’ ħidma. L-istruttura ta’ governanza tal-Pjan SET se tkun użata bħala bażi ta' prinċipji għall-iffissar tal-prijoritajiet strateġiċi u l-koordinazzjoni tar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Enerġija madwar l-Unjoni.

L-Aġenda mhux teknoloġika se tkun iggwidata mill-politika u l-legizlazzjoni dwar l-enerġija tal-Unjoni. Se jiġi appoġġat l-ambjent li jippermetti skjerament ta' massa ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi u ta' servizz murija, proċessi u inizjattivi ta’ politika għal teknoloġiji b’livell baxx ta' karbonju u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija madwar l-Unjoni. Dan jista' jinvolvi appoġġ għall-assistenza teknika għall-iskjerament u l-introduzzjoni i ta’ investimenti fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u fl-enerġija rinnovabbli.

Fil-qasam tal-użu mis-suq, l-attivitajiet għandhom jibnu wkoll fuq l-esperjenza tal-inizjattiva Enerġija Intelliġenti – Ewropa (IEE).

Sħubija mal-partijiet interessati Ewropej se tkun importanti għat-tqassim tar-riżorsi u l-implimentazzjoni konġunta. Jista’ jkun previst, abbażi ta' każijiet individwali, li l-Inizjattivi Industrijali Ewropej ewlenin tal-Pjan SET jinqalbu fi sħubijiet privati pubbliċi formalizzati, jekk jitqies xieraq, sabiex jiżdiedu l-livell u l-koerenza tal-finanzjament ▌u jiġu stimulati azzjonijiet konġunti ta’ riċerka u innovazzjoni kemm fost il-partijiet interessati pubbliċi kif ukoll dawk privati . Se jitqies l-għoti ta' appoġġ, inkluż ma’ Stati Membri, lill-alleanzi tal-atturi ta' riċerka pubblika, partikolarment, l-Alleanza Ewropea għar-Riċerka fl-Enerġija stabbilita taħt il-Pjan SET sabiex jiġu raggruppati riżorsi u infrastrutturi pubbliċi tar-riċerka biex jiġu indirizzati oqsma kritiċi ta' interess Ewropew. Azzjonijiet ta' koordinazzjoni internazzjonali għandhom jappoġġaw il-prijoritajiet tal-pjan SET skont il-prinċipju ta’ ġeometrija varjabbli, filwaqt li jitqiesu l-kapaċitajiet u speċifiċitajiet tal-pajjiżi. Se jiġu stabbiliti wkoll rabtiet mal-azzjonijiet tas-Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni rilevanti u mal-aspetti rilevanti tal-aġendi tar-riċerka u l-innovazzjoni ta' Pjattaformi Ewropej għat-Teknoloġija.

Jista' jiġi kkunsidrat appoġġ għal Inizjattivi għall-Iprogrammar Konġunt (JPI) rilevanti u sħubijiet pubbliċi-pubbliċi u pubbliċi-privati rilevanti. L-attivitajiet għandhom jikkonċentraw ukoll biex iżidu l-appoġġ u l-promozzjoni tal-involviment tal-SMEs.

Is-Sistema ta' Informazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea sistema tal-Pjan SET (SETIS) setiġi mmobilizzata biex tiżviluppa, flimkien mal-partijiet interessati, indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) li jimmonitorjaw il-progress tal-implimentazzjoni u lisetiġi riveduta fuq bażi regolari sabiex jitqiesu l-aħħar żviluppi. Fuq livell aktar ġenerali, l-implimentazzjoni taħt din l-Isfida se tipprova ttejjeb l-koordinazzjoni tal-Programmi, inizjattivi u politiki rilevanti tal-Unjoni, bħall-Politika ta’ Koeżjoni, partikolarment permezz ta' strateġiji nazzjonali u reġjonali għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, u l-mekkaniżmi tal-Iskema tan-Negozjar tal-Kwoti tal-Emissjonijiet, pereżempju fir-rigward tal-appoġġ għal proġetti ta’ dimostrazzjoni.

4.   TRASPORT INTELLIĠENTI, EKOLOĠIKU U INTEGRAT

4.1.   Trasport li juża r-riżorsi b’effiċjenza u li jħares l-ambjent

L-Ewropa stabbiliet mira ta' politika li jinkiseb tnaqqis ta' 60 % ta' CO2 sal-2050 meta mqabbel mal-livelli tal-1990 . L-għan tagħha huwa li l-użu ta' karozzi bi “fjuwil konvenzjonali” fl-ibliet jitnaqqas bin-nofs u tinkiseb loġistika fl-ibliet li hija ħielsa mis-CO2-fiċ-ċentri urbani ewlenin sal-2030. Fjuwils b'livelli baxxi ta' karbonju fl-avjazzjoni għandhom ilaħħqu l-40 % sal-2050, u l-emissjonijiet ta' CO2 mill-fjuwils tal-bunkers marittimi għandhom jitnaqqsu b'40 % sal-2050 (10) meta mqabbel mal-livelli tal-2005 .

Huwa essenzjali li jitnaqqas dan l-impatt ambjentali permezz ta' titjib teknoloġiku mmirat, b'kunsiderazzjoni li kull mod ta' trasport jiffaċċja sfidi varji u huwa karatterizzat minn ċikli speċifiċi ta' integrazzjoni teknoloġika.

Ir-riċerka u l-innovazzjonisejikkontribwixxu sostanzjalment għall-iżvilupp u l-adozzjoni tas-soluzzjonijiet neċessarji għall-modi kollha tat-trasport, liseinaqqsu drastikament l-emissjonijiet tat-trasport li huma ta' ħsara għall-ambjent (bħal pereżempju CO2, NOx, SOx u l-istorbju ), inaqqsu d-dipendenza tiegħu fuq il-fjuwils fossili, u b’hekk inaqqsu l-impatt tat-trasport fuq l-bijodiversità u t-tibdil fil-klima u jħarsu r-riżorsi naturali.

Dan se jsir permezz tal-ħidma fuq l-attivitajiet speċifiċi li ġejjin:

4.1.1.   Inġenji tal-ajru, vetturi u bastimenti iktar nodfa u inqas storbjużi se jtejbu l-prestazzjoni ambjentali u jnaqqwu l-istorbju u vibrazzjoni perċepiti.

L-attivitajiet f'din l-isfera se jiffukaw fuq il-prodotti aħħarin, iżda wkoll jindirizzaw id-disinn ħafif u ekoloġiku tal-proċessi ta' manifattura , b'kunsiderazzjoni għall-proċess taċ-ċiklu tal-ħajja kollu u b'kapaċità ta' riċiklaġġ integrata fil-fażi ta' disinn. L-attivitajietseikopru wkoll l-aġġornar tal-prodotti u s-servizzi eżistenti permezz tal-integrazzjoni ta' teknoloġiji ġodda.

(a)

L-iżvilupp u l-aċċelerazzjoni tal-involviment ta' teknoloġiji ta’ propulsjoni iktar nodfa u silenzjużi huma importanti sabiex jitnaqqsu jew jiġu eliminati l-impatti fuq il-klima u s-saħħa taċ-ċittadini Ewropej eż. CO2, l-istorbju u t-tniġġis mit-trasport. Soluzzjonijiet ġodda u innovattivi huma neċessarji, imsejsa fuq magni u batteriji elettriċi, l-idroġenu u ċ-ċelloli tal-fjuwil, magni li jaħdmu bil-gass, arkitetturi u teknoloġiji avvanzati fil-magni jew propulsjoni ibrida. L-iskoperti rivoluzzjonjarji teknoloġiċisejgħinu wkoll fit-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tas-sistemi ta’ propulsjoni tradizzjonali u dawk ġodda .

(b)

L-esplorazzjoni tal-alternattivi għall-użu ta’ enerġiji alternattivi b'emissjonijiet baxxi se jgħinu fit-tnaqqis tal-konsum ta’ fjuwils fossili. Dan jinkludi l-użu ta’ fjuwils u elettriku sostenibbli mis-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-modi kollha ta’ trasport, inkluż l-avjazzjoni, it-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwil permess tal-ħsad ta’ enerġija jew provvista diversifikata ta’ enerġija u soluzzjonijiet innovattivi oħra. Approċċi ħolistiċi ġoddaseikunu segwiti u jinkludu l-vetturi, ħżin tal-enerġija, provvista tal-enerġija, infrastruttura għall-provvista tal-fjuwil u l-iċċarġjar , inklużi l-interfaċċji tal-mezz ta' twassil għall-grilja u s-soluzzjonijiet innovattivi għall-użu ta’ fjuwils alternattivi.

(c)

Titjib fil-prestazzjoni ġenerali tal-inġenji tal-ajru, il-bastimenti u l-vetturi permezz tat-tnaqqis tal-piż tagħhom u r-reżistenza aerodinamika idrodinamika jew għad-dawrien bl-użu ta' materjali eħfef, strutturi eħfef u disinn innovattiv, sejikkontribwixxu għal inqas konsum ta’ fjuwil.

4.1.2.   Żvilupp ta’ tagħmir, infrastrutturi u servizzi intelliġenti

Dan se jgħin fl-ottimizzazzjoni tal-operazzjonijiet tat-trasport u fit-tnaqqis tal-konsum tar-riżorsi. L-attenzjonisetkun fuq soluzzjonijiet għall-ippjanar, it-tfassil , l-użu u l-ġestjoni effiċjenti tal-ajruporti, portijiet, pjattaformi loġistiċi u infrastrutturi ta' trasport bis-superfiċje, kif ukoll fuq sistemi ta' manutenzjoni, monitoraġġ u spezzjoni awtonomi u effiċjenti. Se jiġu adottati politiki, mudelli ta' negozju, kunċetti, teknoloġiji u soluzzjonijiet tal-IT ġodda biex tiżdied il-kapaċità . Attenzjoni partikolarisetingħata lir-reżiljenza kontra l-klima tat-tagħmir u tal-infrastrutturi, soluzzjonijiet kosteffiċjenti bbażati fuq approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja, u adozzjoni usa’ ta’ materjali ġodda u teknoloġiji li jippermettu manutenzjoni iktar effiċjenti u spejjeż iktar baxxi. Ser tingħata attenzjoni wkoll lill-aċċessibbiltà, il-faċilità tal-użu mill-utenti u l-inklużività soċjali.

4.1.3.   Titjib tat-trasport u l-mobbiità fiż-żoni urbani

Dan se jibbenefika minn sehem kbir li qiegħed dejjem jikber tal-popolazzjoni li tgħix u taħdem fl-ibliet jew li tużahom għas-servizzi u divertiment. Kunċetti ta’ mobbiltà, organizzazzjoni tat-trasport, mudelli għall-aċċessibbiltà multimodali , loġistika, il-forniment ta' vetturi innovattivi u servizzi pubbliċi urbani u soluzzjonijiet ta’ ppjanar ġodda jeħtieġu jiġu żviluppati u ttestjati, lisejikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-konġestjoni , it-tniġġis fl-arja u l-istorbju, u jtejbu l-effiċjenza tat-trasport urban . Għandhom jiġu żviluppati trasport pubbliku u mhux motorizzat kif ukoll alternattivi oħra ta’ trasport effiċjenti fir-riżorsi għall-passiġġieri u l-merkanzija bħala alternattiva reali għall-użu tal-vetturi privati bil-mutur, appoġġati minn użu ikbar tas-sistemi ta’ trasport intelliġenti kif ukoll minn ġestjoni innovattiva tal-provvista u tad-domanda. Għandha tingħata enfasi fuq l-interazzjoni bejn is-sistema ta' trasport u sistemi urbani oħra.

4.2.   Mobbiltà aħjar, inqas konġestjoni, iktar sikurezza u sigurtà

Il-miri rilevanti tal-politika Ewropea għat-trasport għandhom l-għan li jottimizzaw il-prestazzjoni u l-effiċjenza fid-dawl tad-domanda dejjem akbar għall-mobbiltà, sabiex l-Ewropa issir l-iktar reġjun sikur għall-avjazzjoni, il-ferroviji u trasport fuq l-ilma u tersaq lejn il-mira ta' żero fatalitajiet fit-trasport fit-triq sal-2050 u tnaqqas bin-nofs l-imwiet fit-toroq sal-2020 . Sal-2030, 30 % tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ta' iktar minn 300 kilometru għandu jaqleb għal trasport bil-ferrovija jew fuq l-ilma. Trasport pan-Ewropew kontinwu, aċċessibbli, bi prezz raġonevoli, orjentat lejn l-utent u effiċjenti għan-nies u l-oġġetti, li jinternalizza wkoll l-ispejjeż esterni, jeħtieġ ġestjoni, informazzjoni u sistema ta’ pagament tat-trasport multimodali Ewropew , kif ukoll interfaċji effiċjenti bejn netwerks fuq distanza twila u dawk ta' mobbiltà urbana .

Sistema ta' trasport Ewropew aħjarsetikkontribwixxi għal użu aktar effiċjenti ta' trasport u se ttejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jagħmlu kontribuzzjonijiet importanti lejn dawn il-miri ambizzjużi tal-politika, permezz ta’ attivitajiet fl-attivitajiet speċifiċi li ġejjin:

4.2.1.   Tnaqqis sostanzjali tal-konġestjoni tat-traffiku

Dan jista’ jinkiseb permezz tal-implimentazzjoni ta' sistema ta’ trasport intelliġenti, multimodali u kompletament intermodali “minn bieb għal bieb” u permezz tal-evitar ta’ użu mhux meħtieġ tat-trasport. Dan ifisser promozzjoni ta’ iktar integrazzjoni bejn il-modi ta’ trasport, l-ottimizzazzjoni tal-ktajjen ta’ trasport u  operazzjonijiet u servizzi ta’ trasport integrati aħjar. Tali soluzzjonijiet innovattivisejiffaċilitaw ukoll l-aċċessibbiltà u  l-għażliet tal-passiġġieri , inkluż għall-popolazzjoni li qed tixjieħ u l-utenti vulnerabbli u jipprovdu opportunitajiet biex titnaqqas il-konġestjoni billi titjieb il-ġestjoni tal-inċidenti u l-iżvilupp ta' skemi għall-ottimizzazzjoni tat-traffiku .

4.2.2.   Ttitjib sostanzjali fil-mobbiltà tan-nies u tal-merkanzija

Dan jista’ jinkiseb permezz tal-iżvilupp, it-turija u l-użu mifrux ta’ applikazzjonijiet u sistemi ta’ ġestjoni intelliġenti tat-trasport. Dan jesiġi: ippjanar ta' analiżi u ġestjoni tad-domanda, sistemi ta’ informazzjoni u ħlas li huma interoperabbli madwar l-Ewropa; u l-integrazzjoni sħiħa tal-flussi ta’informazzjoni, sistemi ta' ġestjoni, netwerks tal-infrastruttura u servizzi ta' mobbiltà f’qafas multimodali komuni ġdid imsejjes fuq pjattaformi miftuħa. Dansejiżgura wkoll flessibbiltà u reazzjonijiet rapidi għall-ġrajjiet ta’ kriżi u kundizzjonijiet estremi tat-temp billi jiġi kkonfigurat mill-ġdid l-ivjaġġar u t-trasport tul il-modi. Applikazzjonijiet ġodda ta’ pożizzjonament, navigazzjoni u tal-ħin, li huma possibbli permezz tas-sistemi ta’ navigazzjoni bis-satellita Galileo u EGNOS, se jkunu strumentali fil-kisba ta’ dan l-objettiv.

a)

It-teknoloġiji innovattivi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru se jikkontribwixxu għal avvanz fis-sikurezza u effiċjenza b’domanda, dejjem akbar, għall-puntwalità, sabiex jitnaqqas il-ħin moħli f'proċeduri relatati mal-ivvjaġġar fl-ajruporti u sabiex tinkiseb reżiljenza fis-sistema tat-trasport bl-ajru. L-implimentazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-'Ajru Uniku Ewropew’seikunu appoġġati b'attivitajiiet ta' riċerka u innovazzjoni li jipprovdu soluzzjonijiet għal awtomazzjoni u awtonomija akbar fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-operazzjoni u l-kontroll tal-inġenji tal-ajru, integrazzjoni aħjar tal-komponenti tal-ajru u l-art, u soluzzjonijiet ġodda għall-immaniġġar effiċjenti u kontinwu tal-passiġieri u l-merkanzija tul is-sistema ta’ trasport.

(b)

Għat-trasport bl-ilma, l-ippjanar u teknoloġiji ta' ġestjoni mtejba u integrati se jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' 'Ċinturin Blu' fl-ibħra madwar l-Ewropa, sabiex jittejbu l-operazzjonijiet fil-port, għal qafas xieraq għall-passaġġi tal-ilma fuq l-art.

(c)

Għall-ferroviji u t-trasport bit-triq, l-ottimizzazzjoni tal-ġestjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerk se ttejjeb l-użu effiċjenti tal-infrastruttura u tagħmel l-operazzjonijiet transkonfinali iktar faċli. Ġestjoni tat-traffiku fit-triq u sistemi ta’ informazzjoni kooperattivi u komprensivi se jiġu żviluppati, billi jkunu msejsa fuq il-komunikazzjoni minn vettura għal vettura u minn vettura għall-infrastruttura.

4.2.3.   L-iżvilupp ▌ta' kunċetti ġodda tat-trasport tal-merkanzija u l-loġistika

Dan jista’ jnaqqas mill-pressjoni fuq is-sistema ta’ trasport u l-ambjent, u jtejjeb is-sikurezza u l-kapaċità tal-merkanzija. Dawn jistgħu, pereżempju, jikkombinaw il-vetturi ta’ prestazzjoni għolja u impatt ambjentali baxx b'sistemi intelliġenti, siguri abbord u bbażati fuq l-infrastruttura ▌. Dan għandu jkun ibbażat fuq approċċ integrat tal-loġistika fil-qasam tat-trasport. L-attivitajiet se jappoġġaw ukoll l-iżvilupp tal-viżjoni tal-Merkanzija-e ta' proċess ta' trasport tal-merkanzija mingħajr karti, fejn il-flussi ta' informazzjoni elettronika, servizzi u pagamenti huma marbuta mal-flussi fiżiċi tal-merkanzija tul il-modi ta’ trasport.

4.2.4.   Tnaqqis tar-rati ta’ inċidenti, fatalitajiet u mwiet u titjib tas-sigurtà

Dan se jinkiseb permezz ta’ indirizzar tal-aspetti inerenti għall-organizzazzjoni, ġestjoni u monitoraġġ tal-prestazzjoni u riskju tas-sistemi ta’ trasport; u permezz ta' ffukar fuq it-tfassil, il-manifatturar u l-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru, vetturi u bastimenti, infrastrutturi u terminali. L-attenzjonisetkun fuq is-sikurezza passiva u attiva, sikurezza preventiva, u proċessi ta' awtomazzjoni u taħriġ imsaħħa biex jitnaqqas ir-riskju u l-impatt tal-iżbalji umani. Sabiex jiġi antiċipat, evalwat u mitigat aħjar l-impatt tat-temp, il-perikli naturali u sitwazzjonijiet oħra ta' kriżi se jkunu mfassla għodod u tekniki speċjali. L-attivitajietsejiffukaw ukoll fuq l-integrazzjoni tal-aspetti ta’ sigurtà fl-ippjanar u ġestjoni tal-flussi tal-passiġġieri u l-merkanzija, fuq il-konċepiment tal-ajruplani, vetturi u bastimenti, fuq il-ġestjoni tat-traffiku u tas-sistema u fuq it-tfassil ta' infrastrutturi tat-trasport u tat-terminali tal-merkanzija u l-passiġġieri . It-trasport intelliġenti u l-applikazzjonijiet tal-konnettività jistgħu jipprovdu wkoll għodod utli għal sigurtà mtejba. L-attivitajietsej jiffukaw ukoll fuq it-titjib tas-sigurtà tal-utenti kollha tat-triq speċjalment dawk fl-akbar riskju, partikolarment f'żoni urbani. -{}-

4.3.   Tmexxija globali għall-industrija Ewropea tat-trasport

Billi jkunu fuq quddiem fl-iżvilupp teknoloġiku fit-titjib tal-kompetittività ta' proċessi ta' manifattura eżisteni, ir-riċerka u l-innovazzjonisejikkontribwixxu għat-tkabbir u impjiegi ta’ ħiliet għolja fl-industrija Ewropea tat-trasport, fid-dawl tal-kompetizzjoni dejjem akbar. F'riskju huwa l-iżvilupp ulterjuri tal-kompetittività ta’ settur ekonomiku kbir li jirrappreżenta direttament 6,3 % tal-PDG tal-Unjoni u li jħaddem 13-il miljun ruħ fl-Ewropa. Objettivi speċifiċi jinkludu l-iżvilupp ta’ mezzi ta’ trasport innovattivi tal-ġenerazzjoni li jmiss u mezzi ta' trasport li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, fl-ajru, it-trasport fuq l-ilma u dak bl-art, li jiżgura manifatturar sostenibbli ta' sistemi innovattivi u tagħmir u tħejjija tal-bażi għall-mezzi tat-trasport futuri , permezz tal-ħidma fuq teknoloġiji, kunċetti u disinni ġodda, sistemi ta' kontroll intelliġenti, proċessi ta' żvilupp u produzzjoni effiċjenti , servizzi innovattivi u proċeduri ta' ċertifikazzjoni . L-Ewropa għandha l-għan li ssir il-mexxej dinji fl-effiċjenza , il-prestazzjoni ambjentali u s-sigurtà fil-modi kollha ta’ trasport u li ssaħħaħ it-tmexxija tagħha fis-swieq globali kemm għall-prodotti aħħarin kif ukoll għas-sottosistemi.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni għandhom jiffukaw fuq l-attivitajiet speċifiċi li ġejjin:

4.3.1.   L-iżvilupp tal-mezzi ta’ trasport tal-ġenerazzjoni li jmiss bħala l-mezz ta' kif jiġi żgurat is-sehem tas-suq fil-futur.

Dansejgħin fit-tisħiħ tat-tmexxija Ewropea fl-oqsma tal-ingenji tal-ajru, ferroviji ta’ veloċità għolja, trasport tal-ferrovija konvenzjonali u (sub)urban, vetturi tat-triq, elettromobbiltà, vapuri tal-passigieri, laneċ tal-passigieri u vapuri b'teknoloġija għolja u pjattaformi marittimi . Dan se jistimula wkoll il-kompetittività tal-industriji Ewropej fit-teknoloġiji u sistemi li jmiss u jappoġġa d-diversifikazzjoni tagħhom lejn is-swieq ġodda, inkluż fis-setturi oħra għajr dawk tat-trasport. Dan jinkludi l-iżvilupp ta’ inġenji tal-ajru, vetturi u bastimenti innovattivi, sikuri u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u li jinkorporaw sistemi effiċjenti ta' propulsjoni, prestazzjoni għolja u sistemi ta' operazzjoni u kontroll intelliġenti.

4.3.2.   Sistemi ta' kontroll abbord u intelliġenti

Dawn huma meħtieġa sabiex jiġu rrealizzati livelli ogħla ta’ prestazzjoni u integrazzjoni tas-sistemi fit-trasport. L-interfaċċji xierqa għall-komunikazzjonijiet bejn l-inġenji tal-ajru, vetturi u infrastrutturi fil-kombinazzjonijiet kollha rilevantisejiġu żviluppati, b'kont meħud tal-impatti tal-kampijiet elettromanjetiċi, bil-ħsieb li jiġu definiti standards operattivi komuni. Dawn jistgħu jinkludu it-twassil ta' informazzjoni dwar il-ġestjoni tat-traffiku u l-utenti direttament lit-tagħmir fil-vetturi, appoġġati minn data dwar it-traffiku f'ħin reali dwar il-kondizzjonijiet u l-konġestjoni fit-toroq mill-istess tagħmir.

4.3.3.   Proċessi ta’ produzzjoni avvanzati

Dawnsejippermettu l-addattar, spiża taċ-ċiklu tal-ħajja u ħin għall-iżvilupp iktar baxxi u l-iffaċilitar tal-istandardizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru, vetturi u bastimenti kif ukoll il-komponenti tagħhom, tagħmir u infrastruttura relatata. L-attivitajiet f'dan il-qasam se jiżviluppaw disinn u tekniki ta’ manifattura mgħaġġla u kosteffiċjenti, inkluż l-assemblaġġ, kostruzzjoni, manutenzjoni u reċiklaġġ, permezz tal-għodod u awtomazzjoni diġitali, u kapaċità li jiġu integrati s-sistemi kumplessi. Danseirawwem ktajjen ta’ provvista kompetittivi li huma kapaċi li jfornu lis-suq fi żmien qasir u b'inqas spejjeż mingħajr ma jikkompromettu s-sikurezza u s-sigurtà operattiva. L-applikazzjonijiet tat-trasport ta' materjali innovattivi huma wkoll prijorità kemm għall-objettivi ambjentali u kompetittivi kif ukoll għal aktar sikurezza u sigurtà.

4.3.4.   Esplorazzjoni ta’ kunċetti ta’ trasport kompletament ġodda

Dan se jgħin biex jissaħħaħ il-vantaġġ kompetittiv Ewropew f'perspettiva fit-tul. Ir-riċerka multidixxiplinari strateġika u l-attivitajiet tal-prova kunċettwali għandhom jindirizzaw soluzzjonijiet ta’ trasport innovattivi. Dansejinkludi tipi kompletament awtomatizzati u tipi oħrajn ġodda ta’ inġenji tal-ajru, vetturi u bastimenti b’potenzjal fit-tul u prestazzjoni ambjentali għolja kif ukoll servizzi ġodda .

4.4.    Riċerka soċjoekonomika u komportamentali u attivitajiet għall-ġejjieni għat-tfassil tal-politika

Azzjonijiet għall-appoġġ tal-analiżi u l-iżvilupp tal-politika inkluż il-ġbir ta' evidenza dwar il-kawżalità biex wieħed jifhem l-imġiba dwar l-aspetti spatjali, soċjoekonomiċi u soċjetali aktar usa' tat-trasport huma neċessarji għall-promozzjoni tal-innovazzjoni u  għall-ħolqien ta' bażi ta' evidenza kondiviża biex jintlaħqu l-isfidi mqajma mit-trasport. L-attivitajiet se jimmiraw għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-riċerka u innovazzjoni tal-politiki Ewropej għat-trasport u għall-mobbiltà , studji prospettivi u antiċipazzjoni teknoloġika, u lejn it-tisħiħ taż-Żona Ewropea għar-Riċerka.

L-intendiment tal-ispeċifiċitajiet lokali u reġjonali, l-imġiba u l-perċezzjonijiet tal-utenti, l-aċċettazzjoni soċjali, l-impatt tal-miżuri tal-politika, il-mobbiltà, ħtiġijiet u xejriet li jinbidlu, l-evoluzzjoni tad-domanda futura, mudelli tan-negozju huma ta’ importanza vitali għall-evoluzzjoni tas-sistema Ewropea tat-trasport. Ser jitwettaq żvilupp tax-xenarji li jqisu x-xejriet soċjetali, evidenza dwar l-imwiet, objettivi tal-politika u antiċipazzjoni teknoloġika f’perspettiva tal-2050. Fid-dawl tal-intendiment aħjar tar-rabtiet bejn l-iżvilupp territorjali , il-koeżjoni soċjali u s-sistema Ewropea tat-trasport, hemm bżonn ta’ mudelli robusti li fuqhom jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet tal-politika sodi.

Ir-riċerkasetiffoka fuq kif għandhom jonqsu l-inugwaljanzi soċjali u territorjali fl-aċċess għall-mobbiltà, u kif għandha titjieb il-pożizzjoni tal-utenti tat-trasport vulnerabbli. Il-kwistjonijiet ekonomiċi għandhom ukoll ikunu indirizzati, bl-iffukar tal-modi ta' internalizzazzjoni tal-esternalitajiet tat-trasport fost il-modi, kif ukoll il-mudelli ta' tassazzjoni u pprezzar. Hija meħtieġa riċerka prospettiva biex tivvaluta r-rekwiżiti futuri għall-ħiliet u impjiegi , l-iżvilupp u l-adattament tar-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll il-kooperazzjoni transnazzjonali .

4.5.   Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

L-attivitajietsejiġu organizzati b'mod li jiġi permess approċċ integrat u speċifiku għal kull mezz kif adatt. Ser tkun meħtieġa viżibbiltà u kontinwità multiannwali sabiex jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet ta' kull mezz ta' trasport u n-natura olistika tal-isfidi kif ukoll aspetti rilevanti tal-aġendi ta' riċerka u innovazzjoni strateġiċi tal-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija.

Jista' jiġi kkunsidrat appoġġ għal Inizjattivi ta' Ipprogrammar Konġunt (JPI) rilevanti u l-isħubijiet pubbliċi-pubbliċi u pubbliċi-privati rilevanti. Ser jiġu stabbilit wkoll rabtiet adegwati mal-azzjonijiet tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni rilevanti. L-attivitajiet għandhom jikkonċentraw ukoll biex iżidu l-appoġġ u l-promozzjoni tal-involviment tal-SMEs.

5.   AZZJONI DWAR IL-KLIMA, L-AMBJENT , L-UŻU EFFIĊJENTI TAR-RIŻORSI U TAL-MATERJA PRIMA

5.1.   Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-adattar għalih

Il-konċentrazzjonijiet attwali ta’ CO2 fl-atmosfera huma kważi 40 % ogħla minn dawk fil-bidu tar-rivoluzzjoni industrijali u fl-ogħla livelli esperjenzati fl-aħħar 2 miljun sena. Gassijiet serra mhux ta’ CO2 jikkontribwixxu wkoll għat-tibdil fil-klima u għandhom rwol sinifikanti li qiegħed dejjem jikber. Mingħajr azzjoni deċiżiva, it-tibdil fil-klima jista’ jiswa lid-dinja mill-inqas 5 % tal-PDG kull sena; u sa 20 % taħt ċerti xenarji. B’kuntrast ma' dan, b'azzjoni bikrija u effettiva, l-ispejjeż netti jistgħu jkunu limitati għal madwar 1 % tal-PDG kull sena. Li tintlaħaq il-mira ta’ 2 oC u l-evitar tal-agħar impatti tat-tibdil fil-klima se jesiġu li l-pajjiżi żviluppati jaqtgħu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra sa 80-95 % sal-2050 meta mqabbla mal-livelli tal-1990.

Għalhekk, l-għan ta' din l-attività huwa li jiġu żviluppati u vvalutati miżuri u strateġiji innovattivi, kosteffettivi u sostenibbli ta' adattament u ta' mitigazzajoni, li jindirizzaw kemm il-gassijiet serra b'CO2 kif ukoll dawk mingħajr CO2 u aerosols , u jenfasizzaw kemm soluzzjonijiet ekoloġiċi teknoloġiċi u dawk li mhumiex, permezz tal-ġenerazzjoni ta' evidenza għal azzjoni infurmata, bikrija u effettiva u n-netwerking tal-kompetenzi meħtieġa.

Sabiex jintlaħaq dan, ir-riċerka u l-innovazzjoni għandha tiffoka fuq dan li ġej:

5.1.1.   Titjib tal-fehim tat-tibdil fil-klima u l-għoti ta’ projezzjonijiet tal-klima li huma affidabbli

Intendiment aħjar tal-kawżi u l-evoluzzjoni tat-tibdil fil-klima u projezzjonijiet klimatiċi iktar preċiżi huma kruċjali sabiex is-soċjeta’ tipproteġi l-ħajjiet, oġġetti u infrastrutturi u tiżgura t-teħid effettiv ta’ deċiżjonijiet u alternattivi adegwati ta' mitigazzjoni u adattament . Huwa essenzjali li titjieb iktar il-bażi ta’ għarfien xjentifiku tal-katalizzaturi klimatiċi, proċessi, mekkaniżmi, reazzjonijiet u limiti assoċjati mal-iffunzjonar ▌ tal-ekosistemi terrestri , tal-baħar u polari u l-atmosfera. Intendiment aħjarsejippermetti ukoll li ssir identifikazzjoni aktar preċiża tat-tibdil fil-klima u l-attribuzzjoni għal fatturi naturali u antropoġeniċi kawżali . L -affidabbiltà mtejba tal-previżjonijiet u tbassir klimatiċi fuq skali temporali u spazjali pertinentiseikunu appoġġati permezz tat-titjib fil-kalkoli u permezz tal-iżvilupp ta' xenarji u mudelli aktar preċiżi, inkluż mudelli tas-sistema tad-Dinja akkoppjati kompletament b'kont meħud tal-istorja tal-paleoklima .

5.1.2.   Valutazzjoni tal-impatti, l-vulnerabbiltajiet u l-iżvilupp ta’ miżuri ta' adattament u ta' prevenzjoni u ġestjoni tar-riskju innovattivi u kosteffettivi

Hemm għarfien mhux komplut dwar l-kapaċità tas-soċjetà, l-ekonomija u l-ekosistemi li jadattaw għat-tibdil fil-klima. Hemm għarfien mhux komplut dwar l-kapaċità tas-soċjetà, l-ekonomija u l-ekosistemi li jadattaw għat-tibdil fil-klima. Miżuri effettivi, ġusti u soċjalment aċċettabbli lejn ambjent, ekonomija u soċjetà reżiljenti għall-klima jesiġu analiżi integrata tal-impatti, vulnerabbiltajiet, esponiment tal-popolazzjoni, riskji u l-ġestjoni tagħom, effetti sekondarji bħall-migrazzjoni u l-kunflitti, spejjeż u opportunitajiet assoċjati mat-tibdil u varjabbiltà fil-klima, filwaqt li jitqiesu l-avvenimenti estremi u perikli ikkaġunati mill-klima u r-rikorrenza tagħhom. Din l-analiżisetkun żviluppata ukoll fuq l-impatti avversi tat-tibdil fil-klima fuq il-bijodiversità, ekosistemi u servizzi tal-ekosistema, riżorsi tal-ilma, infrastrutturi u assi ekonomiċi u naturali. Se jkun hemm enfasi fuq l-ekosistemi naturali tal-iktar valur u ambjenti mibnija, kif ukoll setturi soċjali, kulturali u ekonomiċi ewlenin madwar l-Ewropa. L-azzjonijietsejinvestigaw l-impatti u r-riskji dejjem jibkru għas-saħħa tal-bniedem li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima, il-perikli li jiġu mill-klima u l-konċentrazzjonijiet miżjuda tal-gassijiet serra fl-atmosfera. Ir-riċerka se tevalwa it-tweġibiet innovattivi, distribwiti b’mod ġust u kosteffettivi ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, inkluż il-protezzjoni u l-adattament ta’ riżorsi naturali u ekosistemi, u effetti relatati, sabiex tinforma u tappoġġa l-iżvilupp tagħhom u l-implimentazzjoni fuq il-livelli u skali kollha. Dan ukollsejinkludi l-impatti, spejjeż, riskji u benefiċċji potenzjali, ta’ alternattivi ta’ ġeoinġinerija. L-interkonnessjonijiet, kunflitti u sinerġiji kumplessi ta’ alternattivi ta' adattament u ta' politiki ta' prevenzjoni tar-riskju ma' politiki tal-klima u settorjali oħra se jkunu investigati, inklużi l-impatti fuq l-impjiegi u l-istandards ta' għajxein ta' gruppi vulnerabbli.

5.1.3.   Appoġġ ta' politiki ta' mitigazzjoni , inkluż studji li jiffukaw fuq l-impatt minn politiki settorjali oħrajn

It-tranżizzjoni tal-Unjoni għal ekonomija u soċjetà kompetittivi, li jużaw ir-riżorsi b’effiċjenza u reżiljenti għat-tibdil fil-klima sal-2050 tesiġi id-disinn ta’ strateġiji effettivi, fit-tul, b’emissjonijiet baxxi u avvanzi ewlenin fil-ħila tagħna li ninnovaw. Ir-riċerka se tivvaluta r-riskji ambjentali u soċjoekonomiċi, l-opportunitajiet u l-impatti tal-alternattivi tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Hijasetivvaluta wkoll l-impatt fuq politiki settorjali oħra. Ir-riċerka se tappoġġa l-iżvilupp u l-validazzjoni ta’ mudelli ġodda ta’ klima-enerġija-ekonomija, filwaqt li tqis l-istrumenti ekonomiċi u esternalitajiet rilevanti, bl-għan li jiġu ttestjati l-alternattivi ta' politika ta' mitigazzjoni u perkorsi ta' teknoloġija b’livell baxx ta’ karbonju fi skali differenti u għas-setturi ekonomiċi u soċjali ewlenin fil-livell tal-Unjoni u dak globali. L-azzjonijietsejiffaċilitaw l-innovazzjoni teknoloġika, istituzzjonali soċjoekonomika billi jitjiebu r-rabtiet bejn ir-riċerka u l-appliazzjoni u bejn l-intraprendituri, utenti aħħarin, riċerkaturi, dawk li jfasslu l-politika u istituzzjonijiet ta’ għarfien.

5.2.     Protezzjoni tal-ambjent , ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, l-ilma, il-bijodiversità u l-ekosistemi

Is-soċjetajiet jaffrontaw sfida ewlenija biex jistabbilixxu bilanċ sostenibbli bejn il-ħtiġijiet tal-bniedem u l-ambjent. Ir-riżorsi ambjentali, inkluż l-ilma, l-arja, il-bijomassa, il-ħamrija fertili, il-bijodiversità, l-ekosistemi u s-servizzi li dawn jipprovdu, isostnu l-iffunzjonar tal-ekonomija Ewropea u globali u l-kwalità tal-ħajja. L-opportunitajiet kummerċjali globali relatati mar-riżorsi naturali huma mistennija li jammontaw għal iktar minn EUR 2 triljun sal-2050 (11). Minkejja dan, l-ekosistemi fl-Ewropa u globalment, qed jiġu degradati lil hinn mill-kapaċità naturali li jiġu riġenerati u r-riżorsi ambjentali qed jiġu sfruttati iżżejjed u saħansitra distrutti . Pereżempju, 1 000 km2 ta' wħud mill-iktar ħamrija fertili u ekosistemi ta’ valur jintilfu kull sena fl-Unjoni, filwaqt li jintilef kwart tal-ilma. Il-kontinwazzjoni ta’ dawn il-mudelli mhijiex alternattiva. Ir-riċerka għandha tikkontribwixxi sabiex jinqelbu x-xejriet li jagħmlu ħsara lill-ambjent u sabiex jiġi żgurat li l-ekosistemi jkomplu jipprovdu riżorsi, oġġetti u servizzi li huma essenzjali għall-benesseri u prosperità ekonomika u l-iżvilupp sostenibbli .

Għalhekk, il-mira ta' din l-attività hija li jiġu pprovduti għarfien u għodod għall-ġestjoni u l-protezzjoni tar-riżorsi naturali li jikseb bilanċ sostenibbli bejn ir-riżorsi limitati u l-ħtiġijiet tal-preżent u tal-futur tas-soċjetà u l-ekonomija.

Sabiex jintlaħaq dan, ir-riċerka u l-innovazzjoni għandha tiffoka fuq dan li ġej:

5.2.1.   Insaħħu l-fehim tagħna dwar il-bijodiversitá u l-iffunzjonar tal-ekosistemi, l-interazzjonijiet tagħhom mas-sistemi soċjali u r-rwol tagħhom fis-sostenn għall-ekonomija u l-benessri talbniedem.;

L-azzjonijiet tas-soċjetà jirriskjaw li permezz tagħhom jiskattaw il-bidliet fl-ambjent li huma irriversibbli u li jbiddlu l-karattru tal-ekosistemi u tal-bijodiversità tagħhom . Huwa vitali li dawn ir-riskji jiġu antiċipati permezz tal-valutazzjoni, monitoraġġ u tbassir tal-impatt tal-attivitajiet tal-bniedem , inkluż il-bdil fl-użu tal-art, u l-bidliet ambjentali fuq il-benesseri tal-bniedem. Ir-riċerka dwar l-ekosistemi tal-baħar (miż-żoni kostali għall-baħar fond inkluża s-sostenibbiltà tar-riżorsi tal-baħar), polari , tal-ilma ħelu, terrestri u urbani, inkluż l-ekosistemi dipendenti fuq l-ilma ta' taħt l-art, seittejjeb l-intendiment tagħna tal-interazzjonijiet kumplessi bejn ir-riżorsi naturali u s-sistemi soċjali, ekonomiċi u ekoloġiċi, inklużi l-punti kritiċi naturali, u r-reżiljenza, jew fraġilità, tas-sistemi umani u bijoloġiċi. Dansejeżamina kif il-bijodiversità u l-ekosistemi jiffunzjonaw u jirreaġixxu għall-impatti antropoġeniċi, kif dawn jistgħu jiġu rrestawrati, u kif dansejaffettwa l-ekonomiji u l-benesseri tal-bniedem. Dansejinvestiga wkoll soluzzjonijiet għall-indirizzar tal-isfidi għar-riżorsi fil-kuntest Ewropew u internazzjonali . Dansejikkontribwixxi għall-politiki u prattiki li jiżguraw li l-attivitajiet soċjali u ekonomiċi joperaw fi ħdan il-limiti tas-sostenibbilità u l-adattabilità tal-ekosistemi u bijodiversità

5.2.2.    L-iżvilupp ta' approċċi integrati li jindirizzaw l-isfidi relatati mal-ilma u t-tranżizzjoni għall-ġestjoni sostenibbli u l-użu ta' riżorsi u servizzi tal-ilma

Id-disponibbiltà u l-kwalità tal-ilma ħelu saru kwistjonijiet globali b'implikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali ta' portata kbira. Bid-domanda dejjem tikber għal użi differenti u ta' spiss konfliġġenti (eż. l-industrija agrikola, l-attivitajiet rekreazzjonali, is-servizzi pubbliċi, l-ekosistemi u l-manteniment tal-pajsaġġ, ir-ristawr u t-titjib ambejntali), il-vulnerabbiltà akbar tar-riżorsi aggravata bit-tibdil tal-klima u dak globali, l-urbanizzazzjoni, it-tniġġis u l-isfruttament eċċessiv tar-riżorsi ta' ilma ħelu, il-manteniment u t-titjib tal-kwalità u d-disponibbiltà tal-ilma, u t-tnaqqis tal-impatt tal-attivitajiet tal-bnedmin fuq l-ekosistemi tal-ilma ħelu qed issir sfida kritika għall-utenti tal-ilma f'diversi setturi kif ukoll għall-ekosistemi akkwatiċi.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni se tindirizza dawn il-pressjonijiet u se tipprovdi strateġiji integrati, għodod, teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi biex tlaħħaq mal-bżonnijiet attwali u futuri. Hija mmirata biex tiżviluppa strateġiji ta' ġestjoni tal-ilma xierqa, ittejjeb il-kwalità tal-ilma, tindirizza l-iżbilanċi bejn id-domanda għall-ilma u d-disponibbiltà jew il-provvista fl-livelli u skali differenti, tagħlaq il-ċiklu tal-ilma, tippromwovi mġiba sostenibbli tal-utent finali u r-riskji relatati mal-ilma filwaqt li ssostni l-integrità, l-istruttura u l-funzjonament tal-ekosistemi akkwatiċi f'konformità mal-politiki prevalenti tal-UE.

5.2.3.   Jiġu pprovduti għarfien u għodod għat-teħid ta' deċiżjonijiet u involviment pubblku effettivi

Sistemi soċjali ekonomiċi u ta’ governanza għad iridu jindirizzaw l-ezawriment tar-riżorsi u l-ħsara lill-ekosistemi. Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jsostnu d-deċiżjonijiet tal-politika meħtieġa sabiex jiġu mmaniġġjati r-riżorsi naturali u l-ekosistemi sabiex jevitaw, jew jadattaw għal tibdil klimatiku u ambjentali ta' sfrattu u sabiex jippromwovu l-bidla istituzzjonali, ekonomika, komportamentali u teknoloġika li tiżgura s-sostenibbiltà. Għalhekk ir-riċerkaseissostni l-iżvilupp ta' sistemi li jagħtu valur lill-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistemi, inkluż l-intendiment tal-istokk ta' kapital naturali u l-fluss tas-servizzi tal-ekosistemi. Ser titqiegħed enfasi fuq l-ekosistemi u s-servizzi tal-ekosistema kritiċi rilevanti għall-politika, bħall-ilma ħelu, l-ibħra u l-oċeani (inklużi ż-żoni kostali), il-foresti, ir-reġjuni polari , il-kwalità tal-arja, il-bijodiversità, l-użu tal-art u l-ħamrija. Ir-reżiljenza tas-soċjetajiet u l-ekosistemi għas-sustanzi li jniġġsu u l-patoġeni u għall-avvenimenti katastrofiċi, inklużi l-perikli naturali (bħall-perikli siżmiċi u volkaniċi, l-għargħar u n-nixfa) u n-nirien tal-foresti ,sejkunu appoġġati permezz tat-titjib tal-kapaċitajiet għat-tbassir, avviż bikri u valutazzjoni tal-vulnerabbiltajiet u l-impatti, inkluża d-dimensjoni ta’ bosta riskji. B'hekk ir-riċerka u l-innovazzjoni se jipprovdu appoġġ għall-politiki ambjentali u tal-użu effiċjenti tar-riżorsi, u l-alternattivi għal governanza effettiva bbażata fuq l-evidenza fi ħdan il-limiti ta' operat sikur. Se jiġu żviluppati modi innovattivi sabiex tiżdied il-koerenza tal-politika, jissolvew il-kompromessi u jiġu mmaniġġjati l-interessi kunfliġġenti, u titjieb il-kuxjenza pubblika dwar ir-riżultati tar-riċerka u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-teħid tad-deċiżjonijiet.

5.3.   Żgurar ta' provvista sostenibbli ta’ materja prima mhux tal-enerġija u mhux agrikola

Is-setturi bħal dawk tal-kostruzzjoni, kimika, vetturi, aerospazju, makkinarju u tagħmir, li għandhom valur miżjud kkombinat ta' iktar minn EUR 1,000 biljun u jipprovdu impjieg għal madwar 30 miljun persuna, kollha jiddependu fuq l-aċċess għall-materja prima. L-Unjoni hija awtosuffiċjenti fil-minerali ta’ kostruzzjoni. Madankollu, filwaqt li l-Unjoni hija waħda mill-ikbar manifatturi tad-dinja ta’ ċerti minerjali industrijali, tibqa’ importatriċi netta ta’ ħafna minnhom. Minbarra dan, l-UE hija dipendenti ħafna fuq l-importazzjoni ta’ minerali metalliċi u hija totalment dipendenti fuq l-importazzjoni ta’ ċerta materja prima kritika.

Ix-xejriet riċenti jindikaw li d-domanda għall-materja prima se tkun xprunata mill-iżvilupp ta’ ekonomiji emerġenti u minn diffużjoni rapida ta’ teknoloġiji abilitanti ewlenin. L-Ewropa trid tiżgura ġestjoni sostenibbli u tassigura provvista sostenibbli ta’ materja prima minn ġewwa u barra l-konfini tagħha għas-setturi kollha li jiddependu fuq l-aċċess għall-materja prima. Il-miri tal-politika għall-materja prima kritika huma deskritti fl-Inizjattiva tal-Kummissjoni dwar il-Materja Prima (12).

Għalhekk l-għan ta’ din l-attività huwa t-titjib tal-bażi ta’ għarfien dwar il-materja prima u jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi għall-esplorazzjoni, estrazzjoni, ipproċessar, użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru kosteffettivi, u li jħarsu l-ambjent, tal-materja prima u għas-sostituzzjoni tagħhom b'alternattivi ekonomikament attraenti u ambjentalment sostenibbli b’inqas impatt ambjentali.

Sabiex jintlaħaq dan, ir-riċerka u l-innovazzjoni għandha tiffoka fuq dan li ġej:

5.3.1.   Titjib tal-bażi ta' għarfien dwar id-disponibbiltà tal-materja prima

Se tittejjeb il-valutazzjoni tad-disponibbiltà fit-tul tar-riżorsi globali u tal-Unjoni, inkluż l-aċċess għall-minjieri urbani (skart li ġej mill-miżbla u mill-minjieri), riżorsi tal-baħar kostali u tal-fond tal-baħar (pereżempju t-tħaffir f'qiegħ il-baħar għal minerali tal-art rari) u l-inċertezzi assoċjati. Dan l-għarfien se jgħin is-soċjetà tilħaq użu, reċiklaġġ u użu mill-ġdid iktar effiċjenti ta’ materja prima skarsa jew li tagħmel ħsara lill-ambjent. Dan se jiżviluppa wkoll regoli, prattiki u standards globali li jirregolaw l-esplorazzjoni, estrazzjoni u ipproċessar ekonomikament vijabbli, ambjentalment sodi u soċjalment aċċettabbli, inklużi l-prattiki fl-użu tal-art u l-ippjanar spazjali fil-baħar abbażi ta' approċċ tal-ekosistemi .

5.3.2.   Promozzjoni tal-provvista u l-użu sostenibbli tal-materja prima, inkluż ir-riżorsi minerali, mill-art u l-baħar, li jkopru l-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, l-ipproċessar, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru

Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma meħtieġa tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-materjali, sabiex tiġi żgurata provvista u ġestjoni affordabbli, affidabbli u sostenibbli tal-materja prima li hija essenzjali għall-industriji tal-UE. L-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji tal-esplorazzjoni, estrazzjoni u ipproċessar ekonomikament vijabbli, soċjalment aċċettabbli u li jħarsu l-ambjent se jagħtu spinta lill-użu effiċjenti tar-riżorsi. Dan se jinkludi r-riżorsi minerali, mill-art u l-baħar, u se jisfrutta wkoll il-potenzjal tal-minjieri urbani. Teknoloġiji ġodda, ekonomikament vijabbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, ta' riċiklaġġ u ta' rkupru ta' materjali, kif ukoll mudelli u proċessi kummerċjali , inklużi proċessi u sistemi ta' ċirkwit magħluq, se jikkontribwixxu wkoll għat-tnaqqis tad-dipendenza tal-Unjoni fuq il-provvista ta' materja prima primarja. Dan se jinkludi l-bżonn ta' użu itwal, reċiklaġġ u rkupru ta’ kwalità ogħla, u l-bżonn li titnaqqas drastikament il-ħela tar-riżorsi. Se jiġi applikat approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ, mill-provvista ta’ materja prima disponibbli sa tmiem iċ-ċiklu, li jirrikjedi użu minimu tal-enerġija u r-riżorsi.

5.3.3.   Insibu alternattivi għall-materja prima kritika

B’antiċipazzjoni tat-tnaqqis possibbli tad-disponibbiltà globali ta’ ċerti materji, minħabba pereżempju restrizzjonijiet kummerċjali, se jkunu investigati u żviluppati sostituti u alternattivi sostenibbli għall-materja prima kritika, bi prestazzjoni funzjonali simili. Dan għandu jnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq il-materja prima primarja u jtejjeb l-impatt fuq l-ambjent.

5.3.4.   Jitjiebu l-kuxjenza u l-ħiliet tas-Soċjetà dwar il-materja prima

Il-qalba meħtieġa għal ekonomija iktar awtodipendenti u li tuża r-riżorsi b’effiċjenza se tesiġi bidla kulturali, fl-imġiba, soċjoekonomika , sistemika u istituzzjonali. Sabiex tiġi indirizzata l-problema dejjem akbar tan-nuqqas ta’ ħiliet fis-settur tal-materja prima fl-Unjoni (inkluża l-industrija Ewropea tal-minjieri), se jiġu mħeġġa aktar sħubijiet effettivi bejn l-universitajiet, l-istituti ta' studju ġeoloġiċu, l-industrija u partijiet interessati oħra . Dan ukoll se jkun essenzjali biex jappoġġa l-iżvilupp ta’ ħiliet innovattivi “ħodor”. Flimkien ma' dan il-kuxjenza pubblika dwar l-importanza tal-materja prima lokali għall-ekonomija Ewropea għadha limitata. Sabiex jiġu ffaċilitati l-bidliet strutturali meħtieġa, ir-riċerka u l-innovazzjoni se jkollhom l-għan li jagħtu s-setgħa liċ-ċittadini, lil dawk li jfasslu l-politika, lill-professjonisti u l-istituzzjonijiet.

5.4.   It-twettiq tat-transizzjoni lejn ekonomija u soċjetà ħodor permezz tal-ekoinnovazzjoni

L-Unjoni ma tistax tirnexxi f’dinja ta’ konsum ta’ riżorsi, degradazzjoni ambjentali u telf tal-bijodiversità dejjem jikbru. Id-diżakkoppjament tat-tkabbir mill-użu tar-riżorsi naturali jesiġi bidliet strutturali ta’ kif tali riżorsi jiġu użati, użati mill-ġdid u mmaniġġjati, filwaqt li jiġi salvagwardjat l-ambjent tagħna. L-ekoinnovazzjonijiet se jippermettulna nnaqqsu l-pressjoni fuq l-ambjent, inżidu l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, u nqiegħdu l-Unjoni fit-triq lejn ekonomija li tuża r-riżorsi u l-enerġija b’effiċjenza. L-ekoinnovazzjoni toħloq ukoll opportunitajiet ewlenin għat-tkabbir u l-impjiegi, u żżid il-kompetittività Ewropea fi ħdan is-suq globali, li huwa stmat li jikber għal suq ta’ triljun euro wara l-2015 (13). 45 % tal-kumpaniji diġà introduċew xi tip ta’ ekoinnovazzjoni. Huwa stmat li madwar 4 % tal-ekoinnovazzjonijiet wasslu għal tnaqqis ta' iktar minn 40 % fl-użu materjali għal kull unità ta' output (14), u dan jenfasizza l-potenzjal kbir għall-futur. Madankollu, mhix ħaġa rari li teknoloġiji, proċessi, servizzi u prodotti ekoinnovattivi li jippromettu ħafna u jkunu teknikament avvanzati ma jidhrux fis-suq minħabba sfidi ta’ qabel il-kummerċjalizzazzjoni u ma jilħqux il-potenzjal ambjentali u ekonomiku sħiħ tagħhom għax l-investituri privati jqisu ż-żieda fl-iskala kif ukoll l-introduzzjoni tagħhom fis-suq bħala riskju kbir wisq.

Għaldaqstant l-għan ta’ din l-attività huwa li jitrawwmu l-forom kollha tal-ekoinnovazzjoni li jippermettu t-tranżizzjoni għal ekonomija ħadra.

Sabiex jintlaħaq dan, ir-riċerka u l-innovazzjoni għandhom jiffokaw fuq dan li ġej:

5.4.1.   It-tisħiħ tat-teknoloġiji, proċessi, servizzi u prodotti ekoinnovattivi inkluż li jiġu studjati mezzi biex jitnaqqsu l-kwanitiajiet ta' materja prima fil-produzzjoni u l-konsum, u biex jingħelbu l-ostakoli f'dan il-kuntest u tingħata -ispinta għall-adozzjoni tagħhom fis-suq ▌

Se jkunu appoġġati l-forom kollha ta’ ekoinnovazzjoni , kemm inkrementali kif ukoll radikali, li jikkombinaw l-innovazzjoni teknoloġika, organizzattiva, tas-soċjetà, komportamentali, kummerċjali u politika, u li jsaħħu l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili. Dan se jsostni ekonomija aktar ċirkolari, filwaqt li jitnaqqsu l-impatti ambjentali , tiżdied ir-reżiljenza ambjentali u jitqiesu l-effetti ta' reazzjoni fuq l-ambjent u potenzjalment fuq setturi oħra . Dan se jinkludi innovazzjoni orjentata lejn l-utenti, mudelli kummerċjali, simbjożi industrijali, sistemi ta’ servizz tal-prodott, disinn tal-prodott, approċċi taċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ u ta’ minn nieqa sa nieqa kif ukoll li jiġu studjati mezzi għat-tnaqqis tal-kwantitajiet ta' materja prima fil-produzzjoni u l-konsum, u biex jingħelbu l-ostakoli f'dan il-kuntest . Se jiġi indirizzat il-potenzjal li ssir qalba għal xejriet ta’ konsum aktar sostenibbli. L-għan se ikun it-titjib tal-effiċjenza fl-użu ta’ riżorsi billi jitnaqqsu, f’termini assoluti, il-fatturi ta' produzzjoni, l-iskart u r-rilaxx ta’ sustanzi ta' ħsara (pereżempju dawk indikati fir-Regolament tar-REACH  (15) u oħarjn) tul il-katina ta’ valur u jitrawwem l-użu mill-ġdid, reċiklaġġ u s-sostituzzjoni tar-riżorsi. Se tingħata attenzjoni lill-iffaċilitar tat-transizzjoni mir-riċerka għas-suq, bl-involviment tal-industrija u b'mod partikulari l-istart-ups u l-SMEs innovattivi , l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-utenti aħħarin, mill-iżvilupp ta’ prototipi u d-dimostrazzjoni tal-prestazzjoni teknika, soċjali u ambjentali, sal-ewwel applikazzjoni u r-replikazzjoni fis-suq ta' tekniki, prodotti, servizzi jew prattiki ekoinnovattivi ta' rilevanza għall-Unjoni . L-azzjonijiet għandhom jikkontribwixxu biex ineħħu l-ostakoli għall-iżvilupp u l-applikazzjoni fil-wisa' tal-ekoinnovazzjoni, joħolqu jew ikabbru swieq għas-soluzzjonijiet ikkonċernati u jtejbu l-kompetittività tal-intrapriżi tal-Unjoni, l-aktar SMEs, fis-swieq dinjin. In-netwerking fost l-ekoinnovaturi se jfittex ukoll li jtejjeb id-disseminazzjoni u l-isfruttament tal-għarfien u jorbot b'mod aħjar il-provvista mad-domanda.

5.4.2.   Appoġġ għall-politiki innovattivi u bidliet tas-soċjetà

Il-bidliet strutturali u istituzzjonali huma meħtieġa biex jippermettu t-tranżizzjoni lejn ekonomija u soċjetà ħodor. Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jinidirizzaw l-ostakli ewlenin għall-bidla tas-soċjetà u tas-suq u se jimmiraw għall-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi, mexxejja kummerċjali u dawk li jfasslu l-politika biex jadottatw imġiba innovattiva u sostenibbli , b'kontributi mix-Xjenzi Soċjali u l-Istudji Umanistiċi . Se jkunu żviluppati għodod, metodi u mudelli robusti u trasparenti li jivvalutaw u jwasslu għall-bidliet ekonomiċi, soċjetali , kulturali u istituzzjonali ewlenin meħtieġa sabiex tinkiseb bidla fundamentali lejn ekonomija u soċjetà ħodor. Ir-riċerka se tesplora kif għandhom jiġu promossi l-istili ta' ħajja u l-mudelli ta' konsum sostenibbli, bl-inklużjoni tar-riċerka soċjoekonomika, ix-xjenza komportamentali, l-involviment tal-utent u l-aċċettazzjoni pubblika tal-innovazzjoni, kif ukoll attivitajiet li jtejbu l-komunikazzjoni u l-kuxjenza pubblika. Se jsir użu sħiħ mill-azzjonijiet ta’ dimostrazzjoni.

5.4.3.   Kejl u valutazzjoni tal-progress lejn ekonomija ħadra

Jeħtieġ li jiġu żviluppati indikaturi robusti fl-iskali spazjali kollha xierqa li huma kumplimentari għall-PDG, metodi u sistemi li jappoġġaw u jivvalutaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija ħadra u l-effettività tal-alternattivi tal-politika rilevanti. Xprunati minn approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja, ir-riċerka u l-innovazzjoni se jtejbu l-kwalità u l-disponibbiltà tad-dejta, metodi u sistemi ta’ kejl rilevanti għall-użu effiċjenti tar-riżorsi u l-ekoinnovazzjoni u jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' skemi ta' kumpens innovattivi. Ir-riċerka soċjoekonomika se tipprovdi fehim aħjar tal-kawżi primarji tal-imġiba tal-manifattur u konsumatur u b’hekk tikkontribwixxi għad-disinn ta’ iktar strumenti ta' politika effettivi sabiex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni għal ekonomija li tuża r-riżorsi b’effiċjenza u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Minbarra dan, il-metodoloġiji ta’ valutazzjoni tat-teknoloġija u l-immudellar integrat se jkunu żviluppati biex jappoġġaw il-politiki tal-użu effiċjenti tar-riżorsi u ekoinnovazzjoni fil-livelli kollha, filwaqt li tiżdied il-politika ta' koerenza u jissolvew il-kompromessi. Ir-riżultati se jippermettu l-monitoraġġ, il-valutazzjoni u t-tnaqqis fil-flussi ta’ materjal u enerġija involvuti fil-produzzjoni u l-konsum, u se jippermettu lil dawk li jfasslu l-politika u lin-negozji jintegraw l-ispejjeż ambjentali u l-esternalitajiet fl-azzjonijiet u deċiżjonijiet tagħhom.

5.4.4.   It-trawwim tal-użu effiċjenti tar-riżorsi permezz tas-sistemi diġitali:

L-innovazzjonijiet fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u komunikazzjoni jistgħu jikkostitwixxu għodda prinċipali għall-appoġġ tal-użu effiċjenti tar-riżorsi. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, ICT moderna u innovattiva se tikkontribrixxi għal gwadann sinifikanti ta' effiċjenza fil-produttività, notevolment permezz tal-proċessi awtomatizzati, monitoraġġ fil-ħin reali u sistemi ta' appoġġ għad-deċiżjoni. L-użu tal-ICT se jipprova jaċċellera d-dimaterjalizzazzjoni progressiva tal-ekonomija, billi tiżdied il-qalba lejn servizzi diġitali, u sabiex jiffaċilita l-bidliet ta' imġiba tfil-konsum u mudelli kummerċjali permezz tal-użu tal-ICT tal-futur.

5.5.   L-iżvilupp ta' sistemi komprensivi u sostnuti ta' osservazzjoni u informazzjoni ambjentali fuq livell dinji

L-osservazzjoni ambjentali komprensiva u s-sistemi ta’ informazzjoni huma essenzjali sabiex jiżguraw il-forniment tad-dejta u l-informazzjoni fit-tul meħtieġa sabiex tiġi indirizzata din l-isfida. Dawn is-sistemi se jintużaw sabiex jiġu ssorveljati, ivvalutati u mbassra l-kondizzjoni, l-istatus u x-xejriet tal-klima, ir-riżorsi naturali inkluża l-materja prima, l-ekosistemi terrestri u tal-baħar (miż-żoni kostali sal-baħar fond) u s-servizzi tal-ekosistema, kif ukoll sabiex jevalwaw politiki u alternattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju, ta' mitigazzjoni u ta' adattament għat-tibdil fil-klima, fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-informazzjoni u l-għarfien miksub bis-saħħa ta' dawn is-sistemi se jintużaw sabiex jistimulaw l-użu intelliġenti tar-riżorsi strateġiċi; sabiex jappoġġaw l-iżvilupp tal-politiki bbażati fuq l-evidenza; sabiex irawwmu servizzi ambjentali u klimatiċi ġodda; u sabiex jiżviluppaw opportunitajiet ġodda fis-swieq globali.

Il-kapaċitajiet, teknoloġiji, u infrastrutturi tad-dejta għall-osservazzjoni u l-monitoraġġ tad-dinja għandhom ikunu msejsa fuq l-avvanzi fl-ICT, teknoloġiji tal-ispazju u netwerks abilitanti, osservazzjonijiet b'sensuri remoti, sensuri ġodda fil-post, servizzi mobbli, netwerks ta’ komunikazzjoni, għodod parteċipatorji tas-servizz tal-web u informatika u infrastruttura tal-immudellar mtejba, bil-għan li kontinwament tiġi provduta informazzjoni, previżjonijiet u projezzjonijiet fil-mument opportun u preċiżi. Se jiġi mħeġġeġ l-aċċess liberu, miftuħ u mingħajr restrizzjonijiet għad-dejta u informazzjoni interoperabbli, kif ukoll il-ħżin, il-ġestjoni u d-disseminazzjoni effettivi u – jekk meħtieġ – siguri, tar-riżultati tar-riċerka. L-attivitajiet se jgħinu biex jiġu ddefiniti attivitajiet operattivi futuri tal-Programm Ewropew ta' Monitoraġġ tad-Dinja (Copernicus) u jittejjeb l-użu ta' dejta tal-Copernicus għal attivitajiet ta' riċerka.

5.6.     Il-wirt kulturali

Il-beni tal-wirt kulturali huma uniċi u ma jistgħux jiġu sostitwiti fil-forma tanġibbli tagħhom kif ukoll fil-valur intanġibbli, l-importanza kulturali u s-sinifikat tagħhom. Dawn huma mutur importanti tal-koeżjoni soċjetali, tal-identità u tal-benesseri kif ukoll jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għat-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi. Madankollu, il-wirt kulturali Ewropew huwa soġġett għad-deterjorament u ħsara, u huwa aggravat ulterjorment mill-esponiment dejjem jiżdied għall-attivitajiet tal-bnedmin (eż. it-turiżmu) u eventi estremi ta' maltemp li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima kif ukoll minħabba perikli u diżastri naturali oħrajn.

L-għan ta' din l-attività huwa li tipprovdi tagħrif u soluzzjonijiet innovattivi, permezz ta' strateġiji, metodoloġiji, teknoloġiji, prodotti u servizzi ta' adattament u mitigazzjoni għall-preservazzjoni u l-ġestjoni tal-wirt kulturali tanġibbli fl-Ewropa li jinsab fil-periklu minħabba t-tibdil fil-klima.

Sabiex jintlaħaq dan, ir-riċerka u l-innovazzjoni multidixxiplinarji se jiffokaw fuq dan li ġej:

5.6.1.     L-identifikazzjoni tal-livelli ta' reżiljenza permezz ta' osservazzjonijiet, monitoraġġ u mmudellar

Se jiġu żviluppati tekniki ġodda u mtejba għall-valutazzjoni, il-monitoraġġ u l-immudellar tal-ħsara biex tittejjeb il-bażi ta' għarfien xjentifiku tal-impatt fuq il-wirt kulturali tat-tibdil fil-klima u fatturi oħra ambjentali u umani tar-riskju. L-għarfien u l-fehim iġġenerati bl-għajnuna ta' xenarji, mudelli u strumenti, fosthom l-analiżi tal-perċezzjoni tal-valur, se jgħinu biex tingħata bażi xjentifika solida għall-iżvilupp ta' strateġiji, politiki u standards ta' reżiljenza, f'qafas koerenti għall-valutazzjoni tar-riskji u l-ġestjoni tal-beni tal-wirt kulturali.

5.6.2     Għarfien aħjar ta' kif il-komunitajiet jipperċepixxu u jirreaġixxu għat-tibdil fil-klima u l-perikli siżmiċi u volkaniċi

Ir-riċerka u l-innovazzjoni, permezz ta' approċċi integrati, se jiżviluppaw soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tar-riżorsi għall-prevenzjoni, l-adattament u l-mitigazzjoni, li jinvolvu metodoloġiji, teknoloġiji, prodotti u servizzi innovattivi għall-preservazzjoni tal-beni tal-wirt kulturali, pajsaggi kulturali u habitats storiċi

5.7.    Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

L-attivitajiet għandhom isaħħu l-parteċipazzjoni tal-UE fil-proċessi multilaterali u inizjattivi u l-kontribuzzjoni finanzjarja lejhom, bħall-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar il-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-Pjattaforma Intergovernattiva dwar is-Servizzi tal-Bijodiversità u l-Ekosistema (IPBES), u l-Grupp dwar l-Osservazzjonijiet tad-Dinja (GEO). Il-kooperazzjoni mal-finanzjaturi pubbliċi u privati tar-riċerka ewlenin kif ukoll man-netwerks ta' riċerka ewlenin se ttejjeb l-effiċjenza tar-riċerka globali u Ewropea u tikkontribwixxi għall-governanza tar-riċerka globali.

Il-kooperazzjoni fix-Xjenza u t-teknoloġija għandha tikkontribwixxi lill-mekkaniżmu ta’ teknoloġija globali tal-UNFCCC u tiffaċilita l-iżvilupp tat-teknoloġija, innovazzjoni u trasferiment bħala appoġġ għall-adattament tal-klima u l-mitigazzjoni tal-gassijiet serra.

Għandu jiġi esplorat mekkaniżmu, imsejjes fuq ir-riżultati tal-Konferenza tal-NU RIO+20, li b'mod sistematiku jiġbor, iqabbel u janalizza l-għarfien xjentifiku u teknoloġiku dwar il-kwistjonijiet ewlienin ta' żvilupp sostenibbli u l-ekonomija ekoloġika, li għandu jinkludi qafas għall-kejl tal-progress. Dan għandu jikkumplimenta l-gruppi u korpi xjentifiċi ezistenti u jfittex is-sinerġiji magħhom.

L-azzjonijiet ta’ riċerka taħt din l-isfida se jikkontribwixxu għas-servizzi operattivi tal-Programm Ewropew ta' Monitoraġġ tad-Dinja (Copernicus) billi tiġi provduta bażi ta’għarfien ta' żvilupp għall-Copernicus . Jista' jiġi kkunsidrat appoġġ għal Inizjattivi għall-Iprogrammar Konġunt (JPI) rilevanti u sħubijiet pubbliċi-pubbliċi u pubbliċi-privati rilevanti.

Se jiġu stabbiliti wkoll rabtiet xierqa mal-azzjonijiet tas-Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni rilevanti u l-aspetti rilevanti tal-aġendi tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Pjattaformi Ewropej għat-Teknoloġija.

Miżuri speċifiċi se jiżguraw li r-riżultati mir-riċerka u l-innovazzjoni fl-oqsma tal-klima, l-użu effiċjenti tar-riżorsi u l-materja prima jkunu użati b'mod mifrux minn programmi oħrajn tal-Unjoni, bħal pereżempju l-programm LIFE+, il-fondi strutturali u ta' innovazzjoni Ewropew , u programmi ta’ kooperazzjoni esterna.

Fost l-oħrajn, l-attivitajiet se jibnu wkoll fuq dawk imwettqin fil-Programm ta' Ekoinnovazzjoni u jsaħħuhom.

L-azzjonijiet se jipprovdu wkoll : l-analiżi kontinwa tal-progress xjentifiku u teknoloġiku fl-Unjoni u l-pajjiżi u reġjuni sħab tagħha; investigazzjoni bikrija tal-opportunitajiet tas-suq għat-teknoloġiji u prattiki ambjentali; kif ukoll it-tbassir fir-rigward tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-politika.

6.    L-EWROPA F'DINJA LI QED TINBIDEL – SOĊJETAJIET INKLUŻIVI, INNOVATTIVI U  RIFLESSIVI

Din it-taqsima tinkludi attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni li jikkontribwixxu biex is-soċjetajiet isiru aktar inklużivi, innovattivi u riflessivi, u wkoll għal miżuri speċifiċi li jappoġġaw kwistjonijiet trasversali partikolari msemmija f'din il-parti Sfida għas-Soċjetà  (16).

6.1.   Soċjetajiet inklużivi

Ix-xejriet attwali prezenti fis-soċjetajiet Ewropej iġibu magħhom opportunitajiet għal Ewropa iktar magħquda iżda ukoll riskji u sfidi . Dawn l-opportunitajiet, riskji u sfidi jeħtieġu li jkun mifhuma u antiċipati sabiex l-Ewropa tevolvi bis-solidarjetà u l-kooperazzjoni adegwati fuq livelli soċjali, ekonomiċi, politiċi , edukattivi u kulturali, filwaqt li titqies id-dinja dejjem aktar interkonnessa u interdipendenti .

F’dan il-kuntest, l-objettiv huwa li nifhmu, nanalizzaw u niżviluppaw l-inklużjoni soċjali, ekonomika u politika, kif ukoll is-swieq tax-xogħol aktar inklużivi, jiġu miġġielda l-faqar u l-marġinalizzazzjoni , jissaħħu d-drittijiet tal-bniedem, l-inklużività diġitali, l-ugwaljanza, is-solidarjetà u d-dinamiċi interkulturali permezz tal-appoġġ għax-xjenza mill-aktar avvanzata, ir-riċerka interdixxiplinarja, l-iżvilupp ta' indikaturi, l-avvanzi teknoloġiċi, l-innovazzjonijiet organizzattivi , l-iżvilupp ta' raggruppamenti reġjonali tal-innovazzjoni u forom ġodda ta' kollaborazzjoni u kokreazzjoni. Ir-riċerka u attivitajiet oħra għandhom jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020, kif ukoll politiki ▌oħra rilevanti tal-Unjoni. Ir-riċerka fix-Xjenzi Soċjali u fl-Umanistika għandha rwol prinċipali f'dan il-kuntest. L-ispeċifikazzjoni, il-monitoraġġ , il-valutazzjoni u l-indirizzar tal-objettivi tal-istrateġiji u l-politiki Ewropej se jesiġu riċerka ffukata ▌li tippermetti lil dawk li jfasslu l-politika li janalizzaw u jivvalutaw l-impatt u l-effettività tal-miżuri previsti, partikolarment dawk favur l-inklużjoni soċjali. Għal dan il-għan, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni soċjetali sħiħa għandhom jinkludu l-oqsma kollha tal-ħajja u l-etajiet kollha.

Se jiġu segwiti l-objettivi speċifiċi li ġejjin biex wieħed jifhem u jrawwem jew jimplimenta :

6.1.1.    Il-mekkaniżmi biex jiġi promoss tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv

L-Ewropa żviluppat kombinazzjoni speċifika u pjuttost unika ta' progress ekonomiku, politiki soċjali mmirati lejn livell għoli ta' koeżjoni soċjali, valuri kulturali u umanistiċi kondiviżi li jħaddnu d-demokrazija u l-istat tad-dritt komuni għal kulħadd, id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett u l-konservazzjoni tad-diversità, kif ukoll il-promozzjoni tal-edukazzjoni u x-xjenzi, l-arti u d-dixxiplini umanistiċi bħala muturi fundamentali tal-progress u tal-benessri soċjali u ekonomiku. It-tiftixa kostanti għal tkabbir ekonomiku iġġorr għadd ta' spejjeż umani, soċjali, ambjentali u ekonomiċi importanti. Tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-Ewropa jimplika bidliet sostanzjali fil-mod kif it-tkabbir u l-benessri soċjetali huma ddefiniti, imkejla (anke permezz tal-kejl tal-progress lil hinn mill-indikatur tal-PDG użat normalment), iġġenerati u sostnuti biż-żmien.

Ir-riċerka se tanalizza l-iżvilupp tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, stili ta’ ħajja sostenibbli, fehim kulturali u imġiba u valuri soċjoekonomiċi u kif dawn jirrelataw mal-paradigmi, politiki u funzjonament ta' istituzzjonijiet, komunitajiet, swieq, ditti, sistemi ta' governanza u twemmin fl-Ewropa u r-relazzjonijiet tagħhom ma' reġjuni u ekonomiji oħrajn . Din se tiżviluppa għodod għal valutazzjoni aħjar tal-impatti kuntestwali u reċiproki ta' tali evoluzzjonijiet , tqabbel il-politiki pubbliċi mad-diversità tal-isfidi fl-Ewropa kollha, tanalizza alternattivi ta' politika u mekkaniżmi tat-teħid tad-deċiżjonijiet f’oqsma bħall-impjiegi, tassazzjoni, inugwaljanzi, faqar, inklużjoni soċjali, edukazzjoni u ħiliet, żvilupp tal-komunità, kompetittività u s-Suq Intern bil-għan li jiġu mifhuma l-kundizzjonijiet u l-opportunitajiet il-ġodda għal integrazzjoni Ewropea akbar u r-rwol tal-elementi u s-sinerġiji soċjali, kulturali, xjentifiċi u ekonomiċi tiegħu bħala għejun ta' vantaġġi komparattivi tal-Unjoni f'livell dinji .

Se jiġu analizzati l-implikazzjonijiet għat-tkabbir, is-suq tax-xogħol u l-benessri tat-tibdil demografiku minħabba soċjetajiet li qed jixjieħu u movimenti migratorji. F'dan il-kuntest, sabiex l-isfida tat-tkabbir futur tkun tista' tiġi affrontata, huwa importanti li jitqiesu l-komponenti differenti tat-għarfien, billi r-riċerka tiffoka fuq kwistjonijiet ta' tagħlim, ta' edukazzjoni u ta' taħriġ, jew fuq ir-rwol u l-post taż-żgħażagħ fis-socjetà. Ir-riċerka se tiżviluppa wkoll strumenti aħjar għall-valutazzjoni tal-impatti għas-sostenibbiltà tal-linji ta' politika ekonomiċi differenti. Din se tanalizza wkoll kif jevolvu l-ekonomiji nazzjonali u liema forom ta’ governanza fuq livell Ewropew u internazzjonali jistgħu jgħinu sabiex jiġu evitati l-iżbilanċi makroekonomiċi, id-diffikultajiet monetarji, il-kompetizzjoni fiskali, il-qgħad u l-problemi ta’ impjiegi u forom oħra ta’ dizordni soċjetali, ekonomiku u finanzjarju. Din se tqis l-interdipendenzi dejjem jikbru bejn l-ekonomiji, is-swieq u s-sistemi finanzjarji tal-UE u dawk globali u l-isfidi li jirriżultaw għall-iżvilupp istituzzjonali u l-amministrazzjoni pubblika . Fl-isfond tal-kriżi tad-dejn pubbliku Ewropew, se jkun hemm enfasi fuq ir-riċerka sabiex tiddefinixxi l-kundizzjonijiet għal qafas biex ikun hemm sistemi finanzjarji u ekonomiċi Ewropej stabbli.

6.1.2.    Organizzazzjonijiet affidabbli, prattiki, servizzi u linji politiċi li huma neċessarji biex jinbnew soċjetajiet reżiljenti, inklużivi , parteċipatorji, miftuħa u kreattivi fl-Ewropa , b'mod partikolari billi jitqiesu l-migrazzjoni, l-integrazzjoni u t-tibdil demografiku

Il-fehim tat-trasformazzjonijiet soċjali , kulturali u politiċi fl-Ewropa jesiġi l-analiżi ta’ prattiki demokratiċi u aspettattivi li qed jinbidlu, kif ukoll l-evoluzzjoni storika tal-identitajiet, id-diversità, it-territorji, ir-reliġjonijiet, il-kulturi , il-lingwi u l-valuri. Dan jinkludi fehim tajjeb tal-istorja tal-integrazzjoni Ewropea. Ir-riċerka se tidentifika l-modi sabiex jiġu adattati u mtejba s-sistemi tal-welfare, servizzi pubbliċi u dimensjoni usa’ tas-sigurtà soċjali tal-politiki sabiex tinkiseb koeżjoni, l-ugwaljanza bejn is-sessi, jitrawmu soċjetajiet parteċipatorji, miftuħin u kreattivi u tiġi promossa iktar ugwaljanza soċjali u ekonomika u solidarjetà interġenerazzjonali. Ir-riċerka se tanalizza kif is-soċjetajiet u politiki isiru aktar Ewropej fis-sens wiesa’ permezz tal-evoluzzjonijiet tal-identitajiet, kulturi u valuri, iċ-ċirkolazzjoni tal-għarfien, ideat u twemmin u kombinazzjoni ta' prinċipji u prattiki ta’ reċiproċità, komunalità u ugwaljanza , b'attenzjoni partikolari għall-migrazzjoni, l-integrazzjoni u t-tibdil demografiku . Ir-riċerka għandha tanalizza kif il-popolazzjonijiet li huma vulnerabbli (eż. ir-Roma) jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fl-edukazzjoni, fis-soċjetà u fid-demokrazija, notevolament permezz tal-kisbiet ta’ diversi ħiliet u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem. Għaldaqstant, l-analiżi ta' kif jirreaġixxu s-sistemi politiċi jew le għal tali evoluzzjonijiet soċjali u kif huma jevolvu għandha tkun ċentrali. Ir-riċerka se tindirizza wkoll l-evoluzzjoni ta’ sistemi ewlenin li jipprovdu forom ta' bażi tar-rabtiet umani u soċjali, bħall-familja, ix-xogħol, l-edukazzjoni u l-impjiegi u li jgħinu fil-ġlieda kontra l-inugwaljanzi u l-esklużjoni soċjali u l-faqar. Il-koeżjoni soċjali u l-ġustizzja ġusta u prevedibbli, l-edukazzjoni, id-demokrazija, it-tolleranza u d-diversità huma fatturi li jeħtieġu jkunu kkunsidrati b'attenzjoni bil-għan li jiġu identifikati u sfruttati aħjar il-vantaġġi komparattivi Ewropej fuq livell dinji u li jingħata sostenn aħjar u bbażat fuq l-evidenza għall-politiki. Ir-riċerka għandha tqis l-importanza tal-mobbiltà u l-migrazzjoni, inklużi l-flussi intra-Ewropej, u d-demografija fl-iżvilupp futur tal-poltiki Ewropej.

Minbarra dan, fehim tad-diffikultajiet u opportunitajiet li jirriżultaw mill-adozzjoni tal-ICT, kemm fuq livelli individwali kif ukoll dawk kollettivi, huwa importanti sabiex jinfetħu toroq ġodda ta’ innovazzjoni inklużiva. Minħabba l-importanza soċjoekonomika dejjem akbar tal-inklużjoni diġitali, azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni ▌se jippromwovu s-soluzzjonijiet tal-ICT inklużivi u l-kisba effettiva tal-ħiliet diġitali li jwasslu għall-għoti ta’ setgħa liċ-ċittadini u forza tax-xogħol kompetittiva. L-enfasi se tingħata lill-avvanzi teknoloġiċi ġodda li jippermettu titjib radikali fil-personalizzazzjoni, faċilità u aċċessibilità għall-utent permezz ta’ fehim aħjar tal-imġiba u valuri tal-utenti, taċ-ċittadini u l-konsumaturi, inklużi l-persuni b’diżabilità. Din se tesiġi approċċ ta’ riċerka u innovazzjoni bl-“inklużjoni mid-disinn”.

6.1.3.    Ir-rwol tal-Ewropa bħala attur globali , b'mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġustizzja globali .

Is-sistema storika, politika, soċjali u kulturali distinta tal-Ewropa hija dejjem iktar konfrontata mill-impatt tal-bidliet globali. Sabiex tiġi żviluppata iktar l-azzjoni esterna tagħha fil-viċinat tagħha stess u lil hinn kif ukoll ir-rwol tagħha bħala attur globali, l-Ewropa għandha ttejjeb il-kapaċitajiet tagħha ta' definizzjoni, prijoritizzazzjoni, spjegazzjoni, valutazzjoni u promozzjoni tal-objettivi ta' politika tagħha f'interazzjoni ma' reġjuni tad-dinja u soċjetatjiet oħra sabiex ikun hemm aktar kooperazzjoni jew prevenzjoni jew soluzzjoni tal-kunflitti. F’dan ir-rigward, għandha ttejjeb ukoll il-kapaċitajiet tagħha ta’ antiċipazzjoni u reazzjoni għall-evoluzzjoni u impatti tal-globalizzazzjoni. Dan jesiġi fehim akbar tal-istorja, kulturi u sistemi politiċiekonomiċi ta' reġjuni oħrajn tad-dinja , u li nitgħallmu minnhom, kif ukoll tar-rwol u l-influwenza tal-atturi transnazzjonali. Finalment, l-Ewropa għandha wkoll tikkontribwixxi lill-governanza globali u lill-ġustizzja globali, fi sferi ewlenin bħall-kummerċ, l-iżvilupp, ix-xogħol, il-kooperazzjoni ekonomika, l-ambjent, l-edukazzjoni, l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tal-bniedem, id-difiża u s-sigurtà. Dan jimplika l-potenzjal li jinbnew kapaċitajiet ġodda kemm jekk f’termini ta’ għodod, servizzi, sistemi u strumenti ta’ analiżi jew f’termini ta’ diplomazija fl-arena internazzjonali formali u informali ma' atturi governattivi u dawk mhux governattivi.

6.1.4.     Il-promozzjoni ta' ambjenti sostenibbli u inklużivi permezz ta' ppjanar u disinn spazjali u urban innovattivi.

80 % taċ-ċittadini tal-UE llum jgħixu fil-bliet u madwarhom u, għaldaqstant, l-ippjanar u d-disinn urban inadegwati jista' jkollhom konsegwenzi tremendi fuq ħajjithom. Il-fehim ta' kif jiffunzjonaw għaċ-ċittadini kollha, id-disinn tagħhom, kemm wieħed jista’ jgħix kuntent fihom, kemm jistgħu jiġbdu l-investiment u l-ħiliet, fost l-oħrajn, huwa kruċjali għas-suċċess tal-Ewropa fil-ħolqien tat-tkabbir, impjiegi u ta' ġejjieni sostenibbli.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni Ewropea għandha tipprovdi strumenti u metodi għall-ippjanar u disinn urbani u periubani aktar sostenibbli, miftuħin, innovattivi u inklużivi; fehim aħjar tad-dinamika tas-soċjetajiet urbani u tat-tibdil soċjali u tar-rabta tal-enerġija, l-ambjent, it-trasport u l-użu tal-art, inkluża l-interazzjoni maż-żoni rurali tal-madwar; fehim aħjar tad-disinn u l-użu tal-ispazju pubbliku fil-bliet ukoll fil-kuntest tal-migrazzjoni sabiex jittejbu l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp u jonqsu r-riskji urbani u l-kriminalità; metodi ġodda biex jitnaqqsu l-pressjonijiet fuq ir-riżorsi naturali u jistimolaw it-tkabbir ekonomiku sostenibbli filwaqt li jtejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini urbani Ewropej; viżjoni li tħares 'il quddiem fir-rigward tat-tranżizzjoni soċjoekonomika lejn mudell ġdid ta' żvilupp urban li jsaħħaħ il-bliet tal-UE bħala ċentri ta' innovazzjoni u ċentri ta' ħolqien tal-impjiegi u tal-koeżjoni soċjali.

6.2.   Soċjetajiet innovattivi

Is-sehem tal-Unjoni tal-produzzjoni tal-għarfien globali għadu konsiderevoli, iżda jeħtieġ li l-impatti soċjoekonomiċi tagħha jiġu mmassimizzati . Se jsiru sforzi biex tiżdied l-effiċjenza tal-politiki ta' riċerka u innovazzjoni u  tas-sinerġiji transnazzjonali tal-politiki u l-koerenza tagħhom . L-innovazzjoni għandha tkun indirizzata f'sens wiesa’, inklużi l-politika, l-innovazzjoni xprunata mis-soċjetà, mill-utent u mis-suq ta’ skala kbira. Se jitqiesu l-esperjenza u l-qawwa innovattiva tal-Industriji Kreattivi u Kulturali. Dawn l-attivitajiet se jappoġġaw l-iżvilupp u l-iffunzjonar taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u b’mod partikolari l-inizjattivi Ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 favur l-“Unjoni tal-Innovazzjoni” u l-“Aġenda Diġitali għall-Ewropa”.

Se jiġu indirizzati l-objettivi li ġejjin:

6.2.1.    It-tisħiħ tal-bażi ta’ evidenza u tal-appoġġ għall-Unjoni tal-Innovazzjoni u ż-Żona Ewropea għar-Riċerka.

Sabiex jiġu vvalutati u prijoritizzati l-investimenti u jissaħħu l-Unjoni tal-Innovazzjoni u ż-Żona Ewropea għar-Riċerka, se jiġu appoġġati l-analiżi tal-politiki, is-sistemi u l-atturi tar-riċerka , l-edukazzjoni u l-innovazzjoni fl-Ewropa u pajjiżi terzi, kif ukoll l-iżvilupp ta’ indikaturi, infrastrutturi ta’ dejta u informazzjoni. Jeħtieġ ukoll li jiġu previsti attivitajiet li jħarsu 'l quddiem u inizjattivi pilota, analiżi ekonomika u tal-ġeneru, monitoraġġ tal-politika, tagħlim reċiproku, għodod u attivitajiet ta' koordinazzjoni u l-iżvilupp ta' metodoloġiji għall-istudju u l-valutazzjonijiet tal-impatt, billi jiġu sfruttati r-reazzjonijiet diretti mill-partijiet interessati ▌, l-impriżi, l-awtoritajiet pubbliċi, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini. Din l-analiżi għandha titwettaq f'koerenza mal-istudji dwar is-sistemi ta’ edukazzjoni ogħla fl-Ewropa u f'pajjiżi terzi fi ħdan l-“Erasmus għal kulħadd”.

Sabiex jiġi żgurat suq uniku għar-riċerka u innovazzjoni, għandhom jiġu implimentati miżuri biex jinċentivaw imġiba kompatibbli mall-ERA. Għandhom ikunu appoġġati l-attivitajiet li jsostnu l-politiki relatati mal-kwalità tat-taħriġ fir-riċerka, il-mobbiltà u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, inklużi inizjattivi li jipprovdu għas-servizzi ta' mobbiltà, reklutaġġ miftuħ, il-parteċipazzjoni tan-nisa fix-xjenzi, id-drittijiet tar-riċerkaturi u l-konnessjonijiet mal-komunitajiet ta' riċerkaturi globali. Dawn l-attivitajiet se jkunu implimentati filwaqt li jfittxu sinerġiji u koordinazzjoni mill-qrib mal-Azzjonijiet Marie Skłodowska- Curie taħt ix-“Xjenza eċċellenti”. L-istituzzjonijiet li jipprezentaw kunċetti innovattivi għall-implimentazzjoni rapida tal-prinċipji tal-ERA, inkluż il-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tal-proprjetà intellettwali f'attivitajiet ta' trasferiment tal-għarfien u l-Kodiċi ta' Prattika għall-universitajiet u istituzzjonijiet pubbliċi ta' riċerka oħrajn  (17), se jkunu appoġġati.

Fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-politiki, għandha tiġi stabbilita faċilita għall-parir ta' politika sabiex il-parir espert dwar il-politika jkun disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali meta jiġu ddefiniti l-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali u l-istrateġiji ta’ riċerka u innovazzjoni.

Sabiex tiġi implimentata l-inizjattiva tal-Unjoni tal-Innovazzjoni, hemm ukoll il-ħtieġa ta’ appoġġ għall-innovazzjoni xprunata mis-suq, innovazzjoni miftuħa , innovazzjoni tas-settur pubbliku u soċjali bl-għan ta’ tisħiħ tal-kapaċità ta’ innovazzjoni tad-ditti u t-trawwim tal-kompetittività Ewropea. Dan se jesiġi titjib fil-kundizzjonijiet qafas globali għall-innovazzjoni kif ukoll l-indirizzar tal-ostakli speċifiċi li jipprevjenu t-tkabbir ta 'kumpaniji innovattivi. Se jkunu appoġġati mekkaniżmi b'saħħithom ta' appoġġ għall-innovazzjoni (pereżempju ġestjoni mtejba tar-raggruppamenti, sħubijiet privati-pubbliċi u kooperazzjoni tan-netwerk), servizzi ta’ appoġġ għall-innovazzjoni ta' speċjalizzazzjoni għolja (dwar, pereżempju, il-ġestjoni/sfruttar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR), in-netwerking tas-sidien u l-utenti tal-IPR, il-ġestjoni tal-innovazzjoni, il-kapaċitajiet intraprenditorjali, in-netwerks ta' akkwirenti) u analiżi tal-politiki pubbliċi b'konnessjoni mal-innovazzjoni. Kwistjonijiet speċifiċi għall-SMEs se jiġu appoġġati taħt l-għan speċifiku “Innovazzjoni fl-SMEs”.

6.2.2.    Jiġu esplorati forom ġodda ta' innovazzjoni , b'enfasi speċjali fuq l-innovazzjoni soċjali u l-kreattività u jinftiehem kif kull forma ta' innovazzjoni tiġi żviluppata, tirnexxi jew tfalli

L-innovazzjoni soċjali tiġġenera oġġetti, servizzi, proċessi u mudelli ġodda li jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-soċjetà u joħolqu relazzjonijiet soċjali ġodda. Billi l-mezzi ta' innovazzjoni qed jinbidlu kontinwament, tinħtieġ aktar riċerka fl-iżvilupp tal-forom kollha ta' innovazzjoni u l-mod kif l-innovazzjoni tissodisfa l-ħtiġijiet tas-soċjetà. Huwa importanti li jinftiehem kif l-innovazzjoni u l-kreattività soċjali jistgħu jwasslu għal bidla fl-istrutturi , il-prattiki u l-politiki eżistenti u kif dawn jistgħu jkunu mħeġġa u skalati 'l fuq. Huwa importanti li ssir valutazzjoni ta' pjattaformi onlajn li joħolqu netwerking bejn iċ-ċittadini ▌. Se jingħata wkoll appoġġ għall-użu tad-disinn fil-kumpanniji, in-netwerking u l-isperimentazzjoni tal-użu tal-ICT biex itejbu l-proċessi tat-tagħlim, kif ukoll għan-networks ta' intraprendituri u innovaturi soċjali. Ir-riċerka se tiffoka wkoll fuq il-proċessi tal-innovazzjoni u kif dawn jiżviluppaw, jirnexxu jew ifallu (inkluż it-teħid tar-riskju u r-rwol ta' kuntesti regolatorji differenti).

Se jkun essenzjali li tiġi promossa l-innovazzjoni sabiex jitrawwmu servizzi pubbliċi effiċjenti, miftuħa u li jiffukaw fuq iċ-ċittadin ( eż. Gvern elettroniku). Dan se jeħtieġ riċerka multidixxiplinari fuq teknoloġiji u innovazzjoni ġodda fuq skala kbira relatati b’mod partikolari mal-privatezza diġitali, l-interoperabbiltà, l-identifikazzjoni elettronika ippersonifikata, id-dejta miftuħa, l-interfaċċji dinamiċi għall-utent, il-pjattaformi għat-tagħlim tul il-ħajja u t-tagħlim informatiku, is-sistemi ta’ tagħlim distribwit, il-konfigurazzjoni, l-integrazzjoni u l-innovazzjoni tas-servizz pubbliku li jiffoka fuq iċ-ċittadin xrpunati mill-utenti, inklużi x-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi. Tali azzjonijiet se jindirizzaw ukoll id-dinamika tan-netwerk soċjali u l-crowd-sourcing u smart-sourcing għall-koproduzzjoni ta’ soluzzjonijiet li jindirizzaw il-problemi soċjali, bbażati, pereżempju, fuq settijiet ta’ dejta miftuħa. Dawn se jgħinu fl-immaniġġjar tat-teħid ta' deċiżjonijiet kumplessi, b’mod partikolari l-immaniġġjar u l-analiżi ta' kwantitajiet enormi ta' dejta għall-immudellar kollaborattiv tal-politika, simulazzjoni tat-teħid tad-deċiżjoni, tekniki ta' viżwalizzazzjoni, immudellar tal-proċess u sistemi parteċipatorji, kif ukoll fl-analiżi tar-relazzjonijiet li jinbidlu bejn iċ-ċittadini u s-settur pubbliku.

Se jiġu żviluppati miżuri speċifiċi biex jinvolvu s-settur pubbliku bħala aġent għall-innovazzjoni u t-tibdil, fil-livell nazzjonali u tal-UE, b'mod partikolari permezz ta' miżuri ta' appoġġ għall-politika u miżuri transkonfinali ta' innovazzjoni fil-livell ġeografiku l-aktar wiesa' li jippermettu l-użu intelliġenti tal-ICT fl-amministrazzjonijiet pubbliċi u minnhom, għal forniment kontinwu ta' servizzi pubbliċi liċ-ċittadini u lin-negozji.

6.2.3.    Isir użu mill-potenzjal innovattiv, kreattiv u produttiv tal-ġenerazzjonijiet kollha

L-attivitajiet se jikkontribwixxu biex jiġu esplorati l-opportunitajiet tal-Ewropa li tkun innovattiva f'termini ta' prodotti u teknoloġiji ġodda, servizzi mtejba u mudelli ta' negozju u soċjali ġodda adattati għall-istruttura demografika tas-soċjetà li qed tinbidel. L-attivitajiet se jsaħħu l-isfruttar tal-potenzjal tal-ġenerazzjonijiet kollha billi jrawmu l-iżvilupp ta' politiki intelliġenti li jagħmlu t-tixjiħ attiv realtà f'kuntest interġenerazzjonali li qed jevolvi u billi jappoġġaw l-integrazzjoni tal-ġenerazzjonijiet taż-żgħażagħ Ewropej fl-oqsma kollha tal-ħajja soċjali, kulturali u ekonomika, billi jtiqiesu, fost l-oħrajn, il-perċezzjoni fil-konfront tal-opportunitajiet għall-innovazzjoni fil-kuntest tal-livelil għolja ta' qgħad f'bosta reġjuni tal-UE.

6.2.4.   Il-Promozzjoni ta’ kooperazzjoni koerenti u effettiva ma’ pajjiżi terzi

L-attivitajiet orizzontali se jiżguraw l–iżvilupp strateġiku tal-kooperazzjoni internazzjonali tul l-Orizzont 2020 u jindirizzaw l-objettivi trasversali tal-politika . L-attivitajiet li jappoġġaw il-djalogi bilaterali, multilaterali u bireġjonali, fir-riċerka u innovazzjoni, ma’ pajjiżi terzi, reġjuni, fora internazzjonali u organizzazzjonijiet se jiffaċilitaw l-iskambju ta’ politika, tagħlim reċiproku u iffissar tal-pijoritajiet, jippromwovu l-aċċess reċiproku għall-programmi u jimmonitorjaw l-impatt tal-kooperazzjoni. L-attivitajiet ta’ netwerking u ġemellaġġ se jiffaċilitaw l-isħubija ottimali bejn l-atturi tar-riċerka u l-innovazzjoni fuq iż-żewġ naħat u jtejbu l-kompetenzi u l-kapaċità ta’ kooperazzjoni f’pajjiżi terzi inqas avvanzati. L-attitivajiet se jippromwovu l-koordinazzjoni ta' politiki u programmi ta’ kooperazzjoni tal-Unjoni u dawk nazzjonali, kif ukoll azzjonijiet konġunti tal-Istati Membri u Pajjiżi Assoċjati ma’ pajjiżi terzi sabiex isaħħu l-impatt ġenerali. Finalment, il-preżenza tar-riċerka u innovazzjoni Ewropea fil-pajjiżi terzi għandha tkun ikkonsolidata u msaħħa, notevolment bl-esplorazzjoni tal-ħolqien tad-“djar ta’ xjenza u innovazzjoni” virtwali Ewropej, servizzi lill-organizzazzjonijiet Ewropej li jestendu l-attivitajiet tagħhom f’pajjiżi terzi u l-ftuħ ta’ ċentri ta’ riċerka stabbiliti b’mod konġunt ma’ pajjiżi terzi għal organizzazzjonijiet jew riċerkaturi minn Stati Membri oħra u Pajjiżi Assoċjati.

6.3.    Soċjetajiet riflessivi – Wirt kulturali u identità Ewropea

L-għan huwa li jsir kontribut għall-fehim tal-bażi intellettwali tal-Ewropa: l-istorja tagħha u l-bosta influwenzi Ewropej u mhux Ewropej; bħala ispirazzjoni għall-ħajjiet tagħna llum. L-Ewropa hija kkaratterizzata minn varjetà ta' nies (fosthom il-minoranzi u l-popli indiġeni), tradizzjonijiet u identitajiet reġjonali u nazzjonali differenti kif ukoll b'livelli differenti ta' żvilupp ekonomiku u tas-soċjetà. Il-migrazzjoni u l-mobilità, il-mezzi tax-xandir, l-industrija u t-trasport, jikkontribwixxu għad-diversità tal-fehmiet u l-istili tal-ħajja. Din id-diversità u l-opportunitajiet tagħha għandhom ikunu rikonoxxuti u kkunsidrati.

Ġabriet Ewropej f'libreriji, inklużi dawk diġitali, arkivji, mużewijiet, galleriji u istituzzjonijiet pubbliċi oħrajn għandhom rikkezza ta' dokumentazzjoni u oġġetti rikki mhux sfruttati għal studju. Dawn ir-riżorsi fl-arkivji, flimkien mal-wirt mhux tanġibbli, jirrappreżentaw l-istorja ta' Stati Membri individwali iżda wkoll il-patrimonju kollettiv ta' Unjoni Ewropea li żviluppat maż-żmien. Tali materjal għandu jsir aċċessibbli, ukoll permezz ta' teknoloġiji ġodda, għar-riċerkaturi u ċ-ċittadini sabiex wieħed ikun jista' jħares lejn il-futur permezz tal-arkivju tal-passat. L-aċċessibbiltà u l-preservazzjoni tal-patrimonju kulturali f'dawn il-forom hija meħtieġa għall-vitalità tal-impenji ħajjin fil-kulturi Ewropej u bejn kultura Ewropea u oħra issa u jikkontribwixxu għal tkabbir ekonomiku sostenibbli.

Il-fokus tal-attivitajiet għandu jkun:

6.3.1.     L-istudju tal-wirt, il-memorja, l-identità, l-integrazzjoni u l-interazzjoni u t-traduzzjoni kulturali, inkluż ir-rappreżentazzjonijiet tagħha f'kollezzjonijiet, arkivji u mużewijiet kulturali u xjentifiċi, biex il-preżent ikun infurmat u mifhum aħjar b'interpretazzjonijiet aktar rikki tal-imgħoddi.

L-attivitajiet se jikkontribwixxu għal analiżi kritika ta' kif wirt tanġibbli u mhux tanġibbli Ewropew żviluppa tul iż-żmien, inkluż il-lingwi, il-memorji, il-prattiki, l-istituzzjonijiet u l-identitajiet. Dawn se jinkludu studji tal-interpretazzjonijiet u l-prattiki ta' interazzjonijiet, integrazzjoni u esklużjoni kulturali.

Proċess ta' integrazzjoni Ewropea intensifikat issottolija li teżisti sfera usa' ta' identità Ewropea – waħda li tikkomplementa tipi oħra ta' identitajiet fl-Ewropa. Fil-kollezzjonijiet, arkiviji, mużewijiet u libreriji xjentifiċi Ewropej u mhux Ewropej u siti ta' partimonju kulturali Ewropej u mhux Ewropej tinsab medda wiesgħa ta' evidenza u testimonjanzi tal-identità Ewropea. Dawn joffru materjali u dokumenti li jippermettu l-fehim aħjar tal-proċessi li jibnu l-identità u li jippermettu riflessjonijiet dwar proċessi soċjali, kulturali jew anki ekonomiċi li jikkontribwixxu għall-forom passati, preżenti u futuri tal-identità Ewropea. L-objettiv hu li niżviluppaw innovazzjonijiet u nużaw u nanalizzaw oġġetti u/jew dokumentazzjoni f'kollezzjonijiet kulturali u xjentifiċi, arkivji u mużewijiet biex nttejbu l-fehim tagħna dwar kif l-identità Ewropea tista' tiġi traċċjata, mibnija jew dibattuta.

Se jiġu esplorati l-kwistjonijiet tal-multilingwiżmu, it-traduzzjoni u ċ-ċirkolazzjoni ta' ideat madwar l-Ewropa u minn u lejn l-Ewropa u kif dawn jiffurmaw parti minn wirt intelletwali Ewropew komuni.

6.3.2.     Ir-riċerka fl-istorja, il-lettaratura, l-arti, il-filosofija u r-reliġjonijiet tal-pajjiżi u r-reġjuni Ewropej u kif dawn sawru d-diversità Ewropea kontemporanja

Id-diversità kulturali hija aspett importanti li jikkostitwixxi s-singularità Ewropea u li tipprovdi sors ta' qawwa, dinamiżmu u kreattività. L-attivitajiet se jindirizzaw id-diversità kontemporanja Ewropea u kif din id-diversità issawret permezz tal-istorja, waqt li se jgħinu wkoll biex issir analiżi dwar kif din id-diversità twassal għal żviluppi interkulturali ġodda, jew anki tensjonijiet u kunflitti. Ir-rwol tal-arti, il-mezzi ta' komunikazzjoni, l-pajsaġġi, il-litteratura, il-lingwi, il-filosofija u r-reliġjonijiet, fir-rigward ta' din id-diversità, se jkun ċentrali għaliex huma joffru diversi interpretazzjonijiet tar-realtajiet soċjali, politiċi u kulturali u jinfluwenzaw il-viżjonijiet u l-prattiki tal-individwi u l-atturi soċjali.

6.3.3.     Ir-riċerka dwar ir-rwol tal-Ewropa fid-dinja, fuq l-influwenza reċiproka u r-rabtiet bejn ir-reġjuni tad-dinja, u ħarsa minn barra lejn il-kulturi Ewropej

L-attivitajiet se jindirizzaw il-kumplessità tar-rabtiet soċjoekonomiċi u kulturali bejn l-Ewropa u r-reġjuni l-oħra tad-dinja u jivvalutaw il-potenzjalità għal skambji interkulturali u djalogi mtejbin filwaqt li jqisu l-iżviluppi soċjali, politiċi u ekonomiċi aktar ġenerali. Huma se jgħinu fl-analiżi tal-iżvilupp tal-opinjonijiet diversi fl-Ewropa dwar ir-reġjuni l-oħra tad-dinja u viċi versa.

6.4.     Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

Sabiex tiġi promossa kombinazzjoni ottimali ta' approċċi, se titwaqqaf kooperazzjoni bejn din l-Isfida Soċjetali u l-pilastru tat-Tmexxija Industrijali fil-forma ta' azzjonijiet trasversali li jolqtu l-qasam tal-interazzjoni bejn il-bnedmin u t-teknoloġija. L-innovazzjoni teknoloġika bbażata fuq l-ICT se jkollha rwol importanti fit-tisħiħ tal-produttività u fl-involviment tal-kreattività taċ-ċittadini mill-ġenerazzjonijiet kollha f'soċjetà innovattiva.

L-implimentazzjoni taħt din l-Isfida se tgawdi wkoll mill-appoġġ tal-amministrazzjoni u l-koordinazzjoni ta' netwerks internazzjonali għal riċerkaturi u innovaturi eċċellenti bħal COST u EURAXESS, u għahekk tikkontribwixxi wkoll għaz-Żona Ewropea tar-Riċerka.

Jista' jiġi kkunsidrat appoġġ għal Inizjattivi għall-Iprogrammar Konġunt (JPI) rilevanti u sħubijiet pubbliċi-pubbliċi u pubbliċi-privati rilevanti.

Se jiġu stabbiliti wkoll rabtiet mal-azzjonijiet tas-Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni rilevanti u mal-aspetti rilevanti tal-aġendi tar-riċerka u l-innovazzjoni ta' Pjattaformi Ewropej għat-Teknoloġija.

L-azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni taħt din l-isfida se jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Unjoni ta' kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni, billi tinvolvi ruħha b'mod aktar strateġiku fil-kooperazzjoni xjentifika, teknoloġika u ta' innovazzjoni mas-sħab prinċipali tagħha fil-pajjiżi terzi. F'dan ir-rigward, il-Forum Strateġiku għall-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika (SFIC) se jkompli jagħti konsulenza strateġika lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar id-dimensjoni internazzjonali taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

7.    SOĊJETAJIET SIGURI - IL-PROTEZZJONI TAL-LIBERTÀ U S-SIGURTÀ TAL-EWROPA U Ċ-ĊITTADINI TAGĦHA

L-Unjoni Ewropea, iċ-ċittadini tagħha u s-sħab internazzjoni tagħha huma affrontati b’firxa ta’ theddid u sfidi għas-sigurtà bħall-kriminalità, it-terroriżmu u emerġenzi tal-massa minħabba diżastri kkawżati mill-bniedem jew naturali. Dawn jistgħu jaqsmu l-fruntieri jimmiraw għal objettivi fiżiċi jew iċ-ċiberspazju. Pereżempju l-attakki kontra infrastruttui kritiċi, netwerks u s-siti tal-Internet tal-awtoritajiet pubbliċi u l-entitajiet privati, mhux biss jimminaw il-fiduċja taċ-ċittadin iżda wkoll jaffettwaw serjament is-setturi essenzjali bħall-enerġija, it-trasport, is-saħħa, il-finanzi u t-telekomunikazzjonijiet.

Sabiex jiġi antiċipat, evitat u mmaniġġat dan it-theddid, jeħtieġ li jiġu żviluppati u applikati teknoloġiji, soluzzjonijiet, għodda ta' tbassir u għarfien innovattivi, tiġi stimulata l-kooperazzjoni bejn il-fornituri u l-utenti, jinstabu soluzzjonijiet tas-sigurtà ċivili, tittejjeb il-kompetittività tas-sigurtà, l-industrija u s-servizzi, inkluż l-ICT, Ewropej, u jiġi evitat u miġġieled l-abbuż tal-privatezza u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fuq l-Internet , u f'postijiet oħra, filwaqt li jiġu żgurati d-drittijiet u l-libertà individwali taċ-ċittadini Ewropej .

Għaldaqstant il-koordinazzjoni u t-titjib taż-żona ta’ riċerka u innovazzjoni tas-sigurtà se jkunu element essenzjali u se jgħinu fl-immappjar tal-isforzi ta’ riċerka preżenti, inkluż it-tbassir, u jtejbu il-kundizzjonijiet legali u l-proċeduri rilevanti għall-koordinazzjoni, inklużi l-attivitajiet prenormattivi.

L-attivitajiet f'din l-isfida se jkollhom fokus esklużiv fuq applikazzjonijiet ċivili li se jsegwu approċċ orjentat lejn il-missjoni , jippromwovu l-kooperazzjoni effiċjenti tal-utenti finali, l-industrija u r-riċerkaturi, u jintegraw id-dimensjonijiet soċjetali rilevanti filwaqt li jikkonformaw ma' prinċipji etiċi . Huma se jappoġġaw il-politiki tal-Unjoni għas-sigurtà interna u esterna, inkluża l-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni u l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni tagħha, u jtejbu iċ-ċibersigurtà, il-fiduċja u l-privatezza fis-Suq Diġitali Uniku. L-attivitajiet se jinkludu fokus fuq ir-riċerka u l-iżvilupp tal-ġenerazzjoni li jmiss ta' soluzzjonijiet innovattivi, permezz tal-ħidma fuq kunċetti u disinni oriġinali, u standards interoperabbli. Dan se jsir billi jiġu żviluppati teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi li jindirizzaw il-lakuni fis-sigurtà u jwasslu għal tnaqqis fir-riskju minn theddid għas-sigurtà.

Se jiġu indirizzati l-objettivi li ġejjin:

7.1.     Il-ġlieda kontra l-kriminalità , it-traffikar illegali u t-terroriżmu , inkluż il-fehim u l-indirizzar tal-ideat u t-twemmin terroristiċi

Il-ambizzjoni hija kemm li jkunu evitat inċidenti kif ukoll li jkunu mmitigati l-konsegwenzi potenzjali tagħhom. Dan jesiġi teknoloġiji u kapaċitajiet ġodda għall-ġlieda kontra u l-prevenzjoni tal-kriminalità (inkluż iċ-ċiberkriminalità), it-traffikar illegali u t-terroriżmu (inkluż iċ-ċiberterroriżmu), inkluż il-fehim tal-kawżi u l-impatti tar-radikalizzazzjoni u tal-estremiżmu vjolenti, u l-indirizzar tal-ideat u t-twemmin terroristiċi wkoll biex jiġi evitat theddid relatat mal-avjazzjoni .

7.2.     Il-protezzjoni u t-titjib tar-reżiljenza ta' infrastrutturi kritiċi, ktajjen tal-provvista u mezzi tat-trasport

Teknoloġiji , proċessi, metodi u kapaċitajiet dedikati ġodda se jgħinu biex jiġu protetti infrastrutturi (inklużi f'żoni urbani) , sistemi u servizzi kritiċi li huma essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-soċjetà u l-ekonomija (inklużi l-komunikazzjonijiet, it-trasport, il-finanzi, is-saħħa, l-ikel, l-ilma, l-enerġija, il-loġistika u l-katina tal-provvista, u l-ambjent). Dan se jinkludi l-analizzar u l-assigurar tal-infrastrutturi kritiċi pubbliċi u privati b'netwerks u servizzi kontra kwalunkwe tip ta’ theddid, inkluż theddid relatat mal-avjazzjoni. Dan se jinkludi wkoll il-protezzjoni tar-rotot tat-trasport marittimu

7.3.     it-tisħiħ tas-sigurtà permezz ta' mmaniġġjar tal-fruntieri

It-teknoloġiji u kapaċitajiet huma wkoll meħtieġa sabiex isaħħu s-sistemi, it-tagħmir, l-għodod, il-proċessi u l-metodi għall-identifikazzjoni rapida sabiex jittejbu s-sigurtà u l-immaniġġjar tal-fruntieri tal-art, marittimi u dawk kostali , inklużi kemm il-kwistjonijiet ta’ kontroll kif ukoll dawk ta’ sorveljanza, filwaqt li jiġi sfruttat il-potenzjal kollu tal-EUROSUR. Dawn se jiġu żviluppati u ttestjati filwaqt li jitqiesu l-effettività, il-konformita’ mal-prinċipji legali u etiċi, il-proporzjonalità, l-aċċettazzjoni soċjali u r-rispett tad-drittijiet fundamentali tagħhom. Ir-riċerka se tappoġġa wkoll it-titjib tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropej, anke permezz ta’ iktar kooperazzjoni mal-pajjiżi kandidati, kandidati potenzjali u pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat.

7.4.     Titjib taċ-ċibersigurtà

Iċ-ċibersigurtà hija prerekwiżit għan-nies, negozji u servizzi pubbliċi sabiex jibbenefikaw mill-opportunitajiet offruti mill-Internet jew minn kwalunkwe netwerk ieħor addizzjonali tad-dejta u infrastrutturi tal-komunikazzjoni . Din tesiġi li tiġi provduta sigurtà mtejba għas-sistemi, netwerks, apparat ta’ aċċess u softwer u servizzi, inkluż il-cloud computing, filwaqt li titqies l-interoperabbiltà ta' teknoloġiji multipli. Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jiġu appoġġati biex jgħinu fil-prevenzjoni, l-iskoperta u l-ġestjoni ta' ċiberattakki f'ħin reali madwar id-dominji u ġuriżdizzjonijiet multipli, u  jipproteġu l-infrastrutturi kritiċi tal-ICT. Is-soċjetà diġitali hija fi żvilupp sħiħ b'użi u abbużi, li jinbidlu b’mod kostanti, tal-Internet, modi ġodda ta’ interazzjoni soċjali, servizzi ġodda mobbli u bbażati fil-post u t-tfaċċar tal-Internet tal-Affarijiet. Dan jesiġi tip ta' riċerka ġdida li għandha tkun attivata mill-applikazzjonijiet u xejriet ta' użu u tas-soċjetà emerġenti. Se jitwettqu inizjattivi ta’ riċerka bi prontezza, inkluża r-Riċerka u l-Iżvlupp proattiva sabiex jirreaġixxu malajr għall-iżviluppi komtemporanji ġodda fil-fiduċja u s-sigurtà. Se tingħata attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tat-tfal, għaliex dawn huma ferm vulnerabbli għall-forom emerġenti ta' ċiberkriminalità u ċiberabbuż.

Il-ħidma f'dan il-qasam għandha titwettaq f'koordinazzjoni mill-qrib mal-fergħa tal-ICT tal-pilastru “Tmexxija Industrijali”.

7.5.     Tiżdied ir-reżiljenza tal-Ewropa għall-kriżijiet u d-diżastri

Din tesiġi l-iżvilupp ta' teknoloġiji u kapaċitajiet ddedikati li jappoġġaw it-tipi differenti ta’ operazzjonijiet ta’ ġestjoni ta’ emerġenza f'sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta' diżastru (bħal pereżempju il-protezzjoni ċivili, it-tifi tan-nar , il-kontaminazzjoni ambjentali, it-tniġġis tal-baħar, ▌ id-difiza ċivili, ▌l-iżvilupp ta’ kompiti ta’ salvataġġ tal-infrastrutturi ta’ informazzjoni medika , il-proċessi ta’ rkupru minn diżastru u l-istabilizzazzjoni ta' wara krizi), kif ukoll l-infurzar tal-liġi. Ir-riċerka se tkopri l-katina sħiħa tal-ġestjoni tal-kriżijiet u r-reżiljenza, u tappoġġa t-twaqqif ta' kapaċità Ewropea ta' reazzjoni għall-emerġenzi.

7.6.     L-iżgurar tal-privatezza u l-libertà, inkluż fl-Internet u t-tisħiħ tal-fehim legali u etiku tas-soċjetà tal-oqsma kollha tas-sigurtà, tar-riskju u l-ġestjoni

Is-salvagwardja tad-dritt tal-bniedem tal-privatezza inkluż fis-soċjetà diġitali tesiġi l-iżvilupp ta’ oqfsa u teknoloġiji ta' privatezza mid-disinn biex ikunu ta' pedament għal prodotti u servizzi ġodda . It-teknoloġiji se jkunu żviluppati biex jippermettu li l-utenti jikkontrollaw id-dejta personali tagħhom u l-użu tagħha minn partijiet terzi; kif ukoll għodod li jiskopru u jimblukkaw kontenut illegali u ksur tad-dejta u biex jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem onlajn filwaqt li jipprevjenu li l-imġiba tan-nies b’mod individwali jew fi gruppi tkun limitata mit-tiftix u pprofilar illegali.

Kwalunkwe soluzzjoni u teknoloġija ġdida ta' sigurtà għandha bżonn li tkun aċċettabbli għas-soċjetà, tkun konformi mal-liġi tal-UE u dik internazzjonali, tkun effettiva u proporzjonata fl-identifikazzjoni u l-indirizzar tat-theddida għas-sigurtà. Fehim aħjar tad-dimensjonijiet soċjoekonomiċi, kulturali u antropoloġiċi tas-sigurtà, tal-kawżi ta’ nuqqas ta’ sigurtà, ir-rwol tal-midja u l-komunikazzjoni u l-perċezzjonijiet taċ-ċittadin huma għalhekk essenzjali. Se jiġu indirizzati l-kwistjonijiet etiċi u legali u l-protezzjoni tal-valuri umani u d-drittijiet fundamentali , kif ukoll kwistjonijiet ta' riskju u ta' ġestjoni .

7.7.     Titjib tal-istandardizzazzjoni u l-interoperabbiltà tas-sistemi, inkluż għal finijiet ta' emerġenza.

L-attivitajiet prenormattivi u ta' standardizzazzjoni se jiġu appoġġati fost l-oqsma kollha ta' missjoni. Se tingħata attenzjoni għad-distakki ta' standardizzazzjoni u għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' strumenti u teknoloġiji. L-attivitajiet fost l-oqsma kollha ta' missjoni se jindirizzaw ukoll l-integrazzjoni u l-interoperabbiltà tas-sistemi u s-servizzi, inklużi l-aspetti bħall-komunikazzjoni, l-arkitetturi distribwiti u l-fatturi umani, inkluż għal finijiet ta' emerġenza.

7.7a.     Appoġġ għall-politiki tas-sigurtà esterni tal-Unjoni inkluż permezz tal-prevenzjoni tal-kunflitti u l-bini tal-paċi

Jinħtieġu teknoloġiji, kapaċitajiet u soluzzjonijiet ġodda biex jappoġġjaw il-politiki tas-sigurtà esterni tal-Unjoni f'kompiti ċivili li jvarjaw mill-protezzjoni ċivili għall-għajnuna umanitarja, l-immaniġġjar tal-konfini jew il-bini tal-paċi u l-istabilizzazzjoni wara kriżi, inklużi l-prevenzjoni tal-kunflitti, il-bini tal-paċi u l-medjazzjoni. Dan se jirrikjedi riċerka dwar ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti u r-restawr tal-paċi u l-ġustizzja, l-identifikazzjoni bikrija ta' fatturi li jwasslu għall-kunflitt u dwar l-impatt ta' proċessi tal-ġustizzja riparatorja .

Dan jesiġi ukoll il-promozzjoni tal-interoperabbiltà bejn il-kapaċitajiet ċivili u militari fil-kompiti ċivili li jvarjaw mill-protezzjoni ċivili sal-għajnuna umanitarja, il-ġestjoni tal-fruntieri jew iż-żamma tal-paċi. Dan se jinkludi l-iżvilupp teknoloġiku fil-qasam sensittiv tat-teknoloġiji ta’ użu duwali sabiex itejjeb l-interoperabbiltà bejn il-protezzjoni ċivili u l-forzi militari u fost il-forzi tal-protezzjoni ċivili madwar id-dinja, kif ukoll l-aspetti ta’ affidabbilità, ta’ organizzazzjoni, legali u etiċi, kwistjonijiet kummerċjali, il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità u l-integrità tal-informazzjoni u t-traċċabiltà tat-tranżazzjonijiet u proċessi kollha. [test imressaq minn dik li kienet it-Taqsima 7.5]

7.8.    Aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni

Peress li l-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni se jkollhom fokus esklussiv fuq applikazzjonijiet ċivili, il-koordinazzjoni mal-attivitajiet tal-Aġenzija Ewropea tad-Difiża (EDA) se tkun segwita b’mod attiv sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-EDA, notevolment permezz tal-Qafas Ewropew ta' Kooperazzjoni diġà stabbilit, u b'hekk ikun rikonoxxut li jeżistu oqsma ta' teknoloġija ta' użu duwali▌. Il-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, bħall-FRONTEX , l-EMSA , l-ENISA u l-Europol, se jiġu wkoll msaħħa aktar sabiex titjieb il-koordinazzjoni ta’ Programmi u politiki tal-Unjoni fil-qasam kemm tas-sigurtà interna kif ukoll dik esterna, u inizjattivi oħra tal-Unjoni.

Filwaqt li titqies in-natura partikolari tas-sigurtà, se jiġu stabbiliti arranġamenti speċifiċi fir-rigward tal-ipprogrammar u governanza, inklużi arranġamenti mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9 ta' din id-Deċiżjoni. L-informazzjoni klassifikata jew sensittiva relatata mas-sigurtà se tkun protetta u rekwiżiti partikolari u kriterji partikolari għal kooperazzjoni internazzjonali jistgħu jkunu speċifikati fi programmi ta’ ħidma. Dan se jkun rifless ukoll fl-ipprogrammar u l-arranġamenti ta' governanza għal Soċjetajiet Siguri (inklużi aspetti komitoloġiċi).

PARTI IIIa

IT-TIXRID TAL-EĊĊELLENZA U T-TWESSIGĦ TAL-PARTEĊIPAZZJONI

[din it-taqsima kollha ġiet allinjata mar-Regolament ta' Qafas]

Hemm differenzi sinifikanti madwar l-Ewropa fil-prestazzjoni tar-riċerka u innovazzjoni li jeħtieġ li jiġu indirizzati b'miżuri speċifiċi. Dawn il-miżuri se jimmiraw għall-isfruttar tal-eċċellenza u l-innovazzjoni u se jkunu distinti, u fejn xieraq, komplimentari u sinerġistiċi mal-politiki u l-azzjonijiet tal-fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej. Dawn jinkludu:

Li l-istituzzjonijiet ta' riċerka ta' eċċellenza u reġjuni tar-RŻI bi prestazzjoni baxxa jiġu kkombinati: Li l-għanijiet li jinħolqu ċentri ta' eċċellenza ġodda (jew jiġu aġġornati b'mod sinifikanti dawk eżistenti) fl-Istati Membri u firreġjuni tar-RŻI bi prestazzjoni baxxa jiġu kkombinati. Se jkun hemm fokus fuq il-fażi preparatorja għall-istabbiliment jew l-aġġornament u l-immodernizzar ta' dawn l-istituzzjonijiet, li tkun iffaċilitata bi proċess ta' kombinament ma' kontroparti ewlenija fl-Ewropa, inkluż l-appoġġ għall-iżvilupp ta' pjan ta' negozju. Huwa mistenni li jittieħed impenn mir-reġjun jew l-Istat Membru riċevitur (pereżempju appoġġ permezz tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej). Soġġett għall-kwalità tal-pjan ta' negozju, il-Kummissjoni tista' tipprovdi aktar appoġġ finanzjarju għall-ewwel passi tal-implimentazzjoni taċ-ċentru. Se jitqiesu l-ħolqien ta' rabtiet ma' raggruppamenti innovattivi u r-rikonoxximent tal-eċċellenza fl-Istati Membri u fir-reġjuni tar-RŻI bi prestazzjoni baxxa, inkluż mill-analiżi inter pares u l-għoti ta' tikketti ta' eċċellenza lil dawk l-istituzzjonijiet li jissodisfaw l-istandards internazzjonali.

Il-ġemellaġġ ta' istituzzjonijiet ta' riċerka: Il-ġemellaġġ għandu l-għan li jsaħħaħ b'mod sinifikanti qasam definit ta' riċerka f'istituzzjoni emerġenti permezz ta' rabtiet ma' tal-anqas żewġ istituzzjonijiet mexxejja fuq livell internazzjonali f'qasam definit. Se jkun appoġġat sett komprensiv ta' miżuri li jsaħħu din ir-rabta (pereżempju skambji tal-persunal, żjarat minn esperti, taħriġ fuq il-post jew virtwali għal żmien qasir, workshops; attendenza għal konferenzi; organizzazzjoni ta' attivitajiet konġunti tat-tip skolasajf; attivitajiet ta' disseminazzjoni u ta' komunikazzjoni).

'Presidenti tal-ERA': L-istabbiliment tal-“Presidenti tal-ERA” sabiex jiġu attirati akkademiċi brillanti lejn istituzzjonijiet b'potenzjal ċar ta' riċerka ta' eċċellenza, sabiex jgħinu lil dawn l-istituzzjonijiet jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal u għalhekk joħolqu kundizżonijiet ugwali għar-riċerka u l-innovazzjoni fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka. Dan se jinkludi appoġġ istituzzjonali għall-ħolqien ta’ ambjent kompetittiv ta’ riċerka u l-kundizzjonijiet qafas neċessarji għall-attirar, iż-żamma u l-iżvilupp tal-aħjar talent ta’ riċerka fi ħdan dawn l-istituzzjonijiet. Sinerġiji possibbli b'attivitajiet ERC għandhom jiġu esplorati.

Faċilità ta' Appoġġ tal-Politika (PSF): Din se jkollha l-għan li ttejjeb it-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki ta' riċerka u innovazzjoni nazzjonali/reġjonali. Hija se toffri konsulenza esperta lill-awtoritajiet pubbliċi f'livell nazzjonali jew reġjonali fuq bażi volontarja, li tkopri l-ħtiġijiet biex isir aċċess għal korp rilevanti ta' għarfien, biex wieħed jibbenefika mill-għarfien ta' esperti internazzjonali, biex jintużaw metodoloġiji u għodod mill-aktar avvanzati, biex tingħata konsulenza mfassla apposta.

L-appoġġ għall-aċċess għan-netwerks internazzjonali għal riċerkaturi u innovaturi eċċellenti li neqsin minn involviment suffiċjenti fin-netwerks Ewropej u internazzjonali. Dan għandu jinkludi l-appoġġ provdut permezz tal-COST.

It-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva u operattiva ta' netwerks transnazzjonali ta' Punti ta' Kuntatt Nazzjonali, inkluż permezz tat-taħriġ, appoġġ finanzjarju u tekniku, filwaqt li jittejbu l-qafas għat-tħaddim tal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali u l-fluss tal-informazzjoni bejnhom u l-korpi ta' implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, sabiex il-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali jkunu jistgħu jappoġġjaw aħjar lill-parteċipanti potenzjali.

PARTI IIIb

IX-XJENZA MAS-SOĊJETÀ U GĦAS-SOĊJETÀ

[din it-taqsima kollha ġiet allinjata mar-Regolament ta' Qafas]

L-għan huwa li tinbena kooperazzjoni effettiva bejn ix-xjenza u s-soċjetà, jiġi reklutat talent ġdid għax-xjenza u biex l-eċċellenza xjentifika tiġi kkombinata mal-kuxjenza u r-responsabilità soċjali.

Il-qawwa ta’ sistema xjentifika u teknoloġika Ewropea tiddependi mill-kapaċità tagħha li tiġbor it-talent u l-ideat kull fejn jeżistu. Dan jista’ jinkiseb biss jekk jiġu żviluppati djalogu produttiv u rikk u kooperazzjoni attiva bejn ix-xjenza u s-soċjetà biex jiżguraw xjenza aktar responsabbli u jippermettu l-iżvilupp ta’ linji ta' politika aktar rilevanti għaċ-ċittadini. Avvanzi rapidi fir-riċerka xjentifika u l-innovazzjoni kontemproranji wasslu biex qamu kwistjonijiet importanti etiċi, legali u soċjali li jaffettwaw ir-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà.

It-titjib tal-kooperazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà biex ikun jista’ jitwessa’ l-appoġġ soċjali u politiku tax-xejnza u tat-teknoloġija fl-Istati Membri kollha huwa dejjem aktar kwistjoni kruċjali li l-kriżi ekonomika attwali aggravat ħafna. L-investiment pubbliku fix-xjenza jirrikjedi kostitwenza soċjali u politika vasta li tikkondividi l-valuri tax-xjenza, li tkun edukata u impenjata fil-proċessi tagħha u kapaċi tirrikonoxxi l-kontributi tagħha lill-għarfien, is-soċjetà u l-progress ekonomiku.

Il-fokus tal-attivitajiet għandu jkun:

(a)

Li jagħmlu l-karrieri xjentifiċi u teknoloġiċi attraenti għall-istudenti żgħażagħ, u jrawmu l-interazzjoni sostenibbli bejn l-iskejjel u l-istituzzjonijiet tar-riċerka, l-industrija u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

(b)

Li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, b’mod partikolari permezz tal-appoġġ għall-bidliet fl-organizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tar-riċerka u fil-kontenut u disinn tal-attivitajiet ta' riċerka.

(c)

Li jintegraw is-soċjetà fil-kwistjonijiet tax-xjenza u l-innovazzjoni, politiki u attivitajiet sabiex jintegraw l-interessi u l-valuri taċ-ċittadini u jżidu l-kwalità, ir-rilevanza, l-aċċettabbiltà soċjali u s-sostenibbiltà tal-eżiti tar-riċerka u l-innovazzjoni f'diversi oqsma ta' attività, mill-innovazzjoni soċjali sa oqsma bħall-bijoteknoloġija u n-nanoteknoloġija;

(d)

Li jiżviluppaw l-aċċessibilità u l-użu tar-riżultati ta' riċerka ffinanzjata b'mod pubbliku;

(e)

Li jiżviluppaw il-governanza għall-avvanz tar-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli mill-partijiet interessati kollha (ir-riċerkaturi, l-awtoritajiet pubbliċi, l-industrija u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili), li hija sensittiva għall-bżonnijiet u t-talbiet tas-soċjetà; u l-promozzjoni ta’ qafas ta’ etika għar-riċerka u l-innovazzjoni

(f)

Li jieħdu prekawzzjonijiet debiti u proporzjonali fl-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni billi jantiċipaw u jevalwaw l-impatti potenzjali fuq l-ambjent, is-saħħa u s-sigurtà;

(g)

Li jtejbu l-għarfien dwar il-komunikazzjoni tax-xjenza sabiex itejbu l-kwalità u l-effettività tal-interazzjonijiet bejn ix-xjentisti, il-midja ġenerali u l-pubbliku.

PARTI IV

AZZJONIJIET DIRETTI MHUX NUKLEARI TAĊ-ĊENTRU KONĠUNT TAR-RIĊERKA (JRC)

Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandu jikkontribwixxi għall-objettivi u l-prijoritajiet ġenerali tal-Orizzont 2020 billi jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku għall-politiki tal-Unjoni b'kollaborazzjoni mal-partijiet interessati tar-riċerka nazzjonali u reġjonali rilevanti, fejn xieraq. L-attivitajiet tal-JRC se jitwettqu b'kont meħud tal-inizjattivi rilevanti fil-livell tar-reġjuni, l-Istati Membri jew l-UE, fil-perspettiva tat-tfassil taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

1.   XJENZA EĊĊELLENTI

Il-JRC se jwettaq riċerka biex itejjeb il-bażi tal-evidenza xjentifika għat-tfassil tal-politika ▌u sabiex jeżamina l-oqsma emerġenti tax-xjenza u t-teknoloġija, inkluż permezz ta' programm ta’ riċerka esploratorja.

2.   TMEXXIJA INDUSTRIJALI

Il-JRC se jikkontribwixxi għall-innovazzjoni u l-kompetittività:

(a)

Billi jkompli jikkontribrixxi għall-orjentazzjoni strateġika u l-aġenda tax-xjenza tal-istrumenti rilevanti tar-riċerka indiretta, bħall-Isħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni, kif ukoll l-isħubijiet privati-pubbliċi u sħubijiet pubbliċi-pubbliċi.

(b)

Billi jappoġġa t-trasferiment tal-għarfien u t-teknoloġija permezz tad-definizzjoni tal-oqfsa tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali għal strumenti differenti ta' riċerka u innovazzjoni, u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni fit-trasferiment tal-għarfien u teknoloġija fost l-organizzazzjonijiet ta' riċerka pubblika kbar.

(c)

Permezz ta' kontribuzzjonijiet sabiex jiġi ffaċiltat l-użu, l-istandardizzazzjoni u validazzjoni tat-teknoloġiji u dejta tal-ispazju, b’mod partikolari sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà.

3.   SFIDI TAS-SOĊJETÀ

3.1.   Is-saħħa, il-bidla demografika u l-benessri

Il-JRC se jikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni ta' metodi, standards u prattiki f'appoġġ għall-legizlazzjoni tal-UE li timmira għall-protezzjoni tas-saħħa u tal-konsumatur permezz ta’:

(a)

Valutazzjoni tar-riskji u opportunitajiet ta’ teknoloġiji u kimiki ġodda, inklużi n-nanomaterjali, fl-ikel, l-għalf u l-prodotti tal-konsumatur; l-iżvilupp u l-validazzjoni tal-kejl armonizzat, metodi ta’ identifikazzjoni u kwantifikazzjoni, strateġiji ta’ ttestjar integrat u għodod mill-aktar avvanzati għall-valutazzjoni tal-periklu tossikoloġiku, inklużi l-metodi alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali; il-valutazzjoni tal-effetti fuq is-saħħa mit-tniġġis ambjentali.

(b)

L-iżvilupp u l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-ittestjar tas-saħħa u prattiki ta’ skrinjar inkluż l-ittestjar ġenetiku u l-iskrinjar tal-kanċer.

3.2.   ▌Is-sikurezza tal-ikel, l-agrikoltura u l-foresterija sostenibbli, ir-riċerka dwar il-baħar u dik marittima u dwar l-ilmijiet interni u l-bijoekonomija

Il-JRC se jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki ta’ agrikoltura u sajd Ewropej, inkluż is-sigurtà tal-ikel u l-iżvilupp tal-bijoekonomija permezz ta':

(a)

L-istabbiliment ta’ sistema globali u għodod għat-tbassir tal-uċuħ tar-raba u monitoraġġ tal-produttività tal-uċuħ tar-raba; appoġġ għat-titjib tal-prospetti fuq medda ta' żmien qasir u dak medju għall-komoditajiet agrikoli, inklużi l-effetti mbassra tat-tibdil fil-klima.

(b)

Il-kontribut lill-innovazzjoni bijoteknoloġika u effiċjenza mtejba fl-użu tar-riżorsi sabiex jiġi prodott “iktar b’inqas” permezz ta’ analiżi u mmudellar teknoekonomiċi.

(c)

L-immudellar tax-xenarju għat-tfassil tad-deċiżjoni fil-politiki agrikoli u analiżi tal-impatt tal-politika fuq livelli makro/reġjonali/mikro; analiżi tal-impatt tal-"PAK lejn l-2020' fuq l-ekonomiji li qed jiżviluppaw/emerġenti.

(d)

L-iżvilupp ulterjuri tal-metodi għall-kontroll tas-sajd u l-infurzar u t-traċċabilità tal-ħut u prodotti tal-ħut; l-iżvilupp ta’ indikaturi robusti tas-saħħa tal-ekosistema u l-immudellar bijoekonomiku sabiex jinftiehmu aħjar l-effetti diretti (pereżempju is-sajd) u l-effetti indiretti (tibdil fil-klima) u l-attivitajiet umani fuq d-dinamika tal-stokkijiet tal-ħut, l-ambjent tal-baħar u l-impatt soċjoekonomiku tagħhom.

3.3.   Enerġija sigura, nadifa u effiċjenti

Il-JRC se jiffoka fuq il-miri tal-20/20/20 għall-klima u l-enerġija u t-tranżizzjoni tal-Unjoni lejn ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ karbonju sal-2050 bir-riċerka dwar l-aspetti teknoloġiċi u soċjoekonomiċi ta’:

(a)

Sigurtà tal-provvista ta’ enerġija, b’mod partikolari fir-rigward tal-konnessjonijiet u interdipendenzi mal-provvista tal-enerġija u s-sistemi ta' trażmissjoni extra-Ewropej; l-immappjar ta’ sorsi ta’ enerġija indiġeni primarji u esterni infrastrutturi li tiddependi fuqhom l-Ewropa.

(b)

Netwerks ta’ trażmissjoni tal-enerġija/elettriku, b’mod partikolari l-immudellar u s-simulazzjoni tan-netwerks trans-Ewropej ta’ enerġija, l-analiżi tat-teknoloġiji tal-grids intelliġenti/super grids, u s-simulazzjoni f'ħin reali tas-sistemi tal-enerġija.

(c)

L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, b’mod partikolari l-metodoloġiji għall-monitoraġġ u valutazzjoni tal-kisbiet tal-istrumenti tal-politika ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija, l-analiżi teknoekonomika tal-użu tat-teknoloġiji effiċjenti fl-enerġija u strumenti u grids intelliġenti.

(d)

Teknoloġiji b'livell baxx ta' karbonju (inkluża s-sikurezza tal-enerġija nukleari fil-programm Euratom), b’mod partikolari l-valutazzjoni tal-prestazzjoni u r-riċerka prenormativa tat-tekonoloġiji prospettivi b'livell baxx ta' karbonju; l-analiżi u l-immudellar ta' katalizzaturi u ostakli għall-iżvilupp u l-użu tagħhom; il-valutazzjoni tar-riżorsi rinnovabbli u l-punti ta' konġestjoni, bħal pereżempju l-materja prima kritika, fil-katina tal-provvista tat-teknoloġiji b'livell baxx ta' karbonju; l-iżvilupp kontinwu tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Pjan Strateġiku għat-Teknoloġija tal-Enerġija (SETIS) u l-attivitajiet relatati.

3.4.   Trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat

Il-JRC se jappoġġa l-miri tal-2050 ta' sistema tat-trasport kompetittiva, intelliġenti, li tuża r-riżorsi b’effiċjenza u integrata għat-trasport sikur u sigur tan-nies u prodotti permezz tal-istudji tal-laboratorju. immudellar u approċċi ta' monitoraġġ dwar:

(a)

Teknoloġiji strateġiċi tat-trasport b'livell baxx ta' karbonju għall-modi kollha tat-trasport, inkluża l-elettrifikazzjoni tat-trasport bit-triq u inġenji tal-ajru/bastimenti/vetturi imħaddma b'fjuwil alternattiv, u l-iżvilupp ulterjuri taċ-ċentru intern ta’ ikklirjar tal-Kummissjoni għall-ġbir u disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar it-teknoloġiji rilevanti; id-disponibbiltà u l-kosti tal-fjuwils u sorsi tal-enerġija mhux fossili, inklużi l-impatti tat-trasport tat-triq elettrifikat fuq il-grids tal-elettriku u l-ġenerazzjoni tal-elettriku.

(b)

Vetturi nodfa u effiċjenti, b’mod partikolari d-definizzjoni tal-proċeduri armonizzati ta' testjar u l-valutazzjoni tat-teknoloġiji innovattivi f'termini ta’ emissjonijiet, effiċjenza u sikurezza tal-fjuwils konvenzjonali u alternattivi; l-iżvilupp ta’ metodoloġiji mtejba għall-kejl tal-emissjoni u kalkoli ta’ pressjonijiet ambjentali; il-koordinazzjoni u l-armonizzar tal-attivitajiet ta' inventarji u monitoraġġ tal-emissjonijiet fuq livell Ewropew.

(c)

Sistemi ta’ mobbiltà intelliġenti sabiex tinkiseb mobbiltà sigura, intelliġenti u integrata, inklużi l-valutazzjoni teknoekonomika tas-sistemi u komponenti ġodda tat-trasport, l-applikazzjonijiet għal ġestjoni mtejba tat-traffiku u l-kontribut għat-tfassil ta' approċċ integrat għad-domanda u l-ġestjoni tat-trasport.

(d)

Is-sikurezza integrata tat-trasport, b’mod partikolari l-provvista ta’ għodod u servizzi għall-ġbir, it-tqassim u l-analizzar tal-informazzjoni dwar l-aċċidenti u l-inċidenti fis-setturi tat-trasport tal-avjazzjoni, marittimu u tal-art; it-tisħiħ tal-prevenzjoni tal-inċidenti permezz ta’ analiżi u tagħlimiet dwar is-sikurezza transmodali filwaqt li jingħata kontribut għall-iffrankar tal-ispejjeż u l-gwadann tal-effiċjenza.

3.5.   Azzjoni klimatika, l-ambjent, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-materja prima

Il-JRC se jikkontribwixxi għal Ewropa aktar ekoloġika, għas-sigurtà tal-provvista tar-riżorsi u ġestjoni sostenibbli globali tar-riżorsi naturali permezz ta':

(a)

L-aċċess għal dejta u informazzjoni ambjentali interoperabbli permezz tal-iżvilupp ulterjuri tal-istandards u arranġamenti tal-interoperabbiltà, għodod ġeospazjali u infrastrutturi innovattivi tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni, bħall-Infrastruttura għall-Informazzjoni Spazjali fl-Unjoni Ewropea (INSPIRE), u inzzjattivi tal-Unjoni u globali oħrajn.

(b)

Il-kejl u monitoraġġ ta' fatturi varjabbli ambjentali ewlenin u l-valutazzjoni tal-istat u l-bidla tar-riżorsi naturali permezz tal-iżvilupp ulterjuri tal-indikaturi u s-sistemi ta' informazzjoni li jikkontribwixxu għall-infrastrutturi ambjentali; il-valutazzjoni tas-servizzi tal-ekosistema, inklużi l-valutazzjoni tagħhom u l-effetti tat-tibdil fil-klima.

(c)

L-iżvilupp ta’ qafas integrat tal-immudellar għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà bbażat fuq il-mudelli tematiċi bħall-ħamrija, l-użu tal-art, l-ilma, il-kwalità tal-arja, il-bijodiversità, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-foresterija, l-agrikultura, l-enerġija u t-trasport, li jindirizza wkoll l-effetti tat-tibdil fil-klima u r-reazzjonijiet għalih.

(d)

L-appoġġ għall-miri tal-politika ta’ żvilupp tal-Unjoni permezz tal-promozzjoni tat-trasferiment tat-teknoloġija, il-monitoraġġ tar-riżorsi essenzjali (bħal pereżempju l-foresti, il-ħamrija u l-provvista tal-ikel), u riċerka sabiex jiġu limitati l-impatti tat-tibdil fil-klima u l-impatti ambjentali tal-użu tar-riżorsi, u sabiex jiġu riżolti l-kompromessi fil-kompetizzjoni għall-art għall-produzzjoni tal-ikel jew tal-enerġija, b'art għal, pereżempju, il-bijodiversità.

(e)

Il-valutazzjoni integrata relatata mal-politiki tal-produzzjoni u konsum sostenibbli, inkluża s-sigurtà tal-provvista tal-materja prima strateġika, l-użu effiċjenti tar-riżorsi, il-proċessi ta' produzzjoni u t-teknoloġiji b’livell baxx ta’ karbonju u nodfa, l-iżvilupp ta' prodotti u servizzi, ix-xejriet tal-konsum u l-kummerċ; żvilupp ulterjuri u integrazzjoni fl-analiżi tal-politika tal-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja.

(f)

L-analiżi integrata tal-impatt tal-alternattivi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u/jew l-adattament ibbażat fuq l-iżvilupp ta' sett kwantitattiv ta' għodod ta' mudelli fuq skala reġjonali u globali, li jvarjaw mil-livell settorjali għal dak makroekonomiku.

3.6.    L-Ewropa f'dinja li qed tinbidel  – Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u riflessivi

Il-JRC se jikkontribwixxi għall-miri tal-Unjoni tal-Innovazzjoni ▌u l-Ewropa Globali permezz tal-attivitajiet li ġejjin:

(a)

Analiżijiet komprensivi tal-katalizzaturi u ostakli għar-riċerka u l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ pjattaforma tal-immudellar għall-valutazzjoni tal-impatti mikro- u makroekonomiċi.

(b)

Kontributi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Unjoni tal-Innovazzjoni permezz ta' tabelli tar-riżultati, l-iżvilupp ta' indikaturi eċċ. u t-tħaddim ta' sistema pubblika ta' informazzjoni u intelligence li tilqa' dejta u informazzjoni rilevanti.

(c)

It-tħaddim ta' pjattaforma pubblika ta' informazzjoni u intelligence biex tassisti l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali bi speċjalizzazzjoni intelliġenti; analiżi ekonomika kwantitattiva tal-mudell spazjali tal-attività ekonomika, b'mod partikolari fl-indirizzar tad-differenzi ekonomiċi, soċjali u territorjali u t-tibdiliet fil-mudell bħala reazzjoni għall-iżviluppi teknoloġiċi.

(d)

L-ekonometrika u l-analiżi makroekonomika tar-riforma tas-sistema finanzjarja sabiex jikkontribwixxu għaz-zamma ta' qafas effiċjenti tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-krizi finanzjarja; filwaqt li jibqa' jiġi pprovdut appoġġ metodoloġiku għall-monitoraġġ tal-pożizzjonijiet baġitarji tal-Istati Membru fir-rigward tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.

(e)

Il-monitoraġġ tal-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA) u l-analiżi tal-katalizzaturi ta' wħud mill-elementi ewlenin tagħha u l-ostakli għaliha (bħall-mobbiltà tar-riċerka, il-ftuħ tal-programmi nazzjonali tar-riċerka) u l-proponiment ta' alternattivi rilevanti ta' politika; għad għandhom rwol importanti fl-ERA permezz tan-netwerking, it-taħriġ u l-ftuħ tal-faċilitajiet u l-bażijiet ta' dejta tagħha lill-utenti fl-Istati Membri u fil-Pajjiżi Kandidati u Assoċjati.

(f)

L-iżvilupp ta’ analiżi kwantitattiva ekonomika tal-Ekonomija Diġitali; titwettaq riċerka dwar l-impatt tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fuq il-miri tas-Soċjetà Diġitali; isir studju tal-impatt ta' kwistjonijiet sensittivi ta' sigurtà fuq il-ħajja tal-individwi (Għajxien Diġitali).

3.7.   Soċjetajiet sikuri – Protezzjoni tal-libertà u s-sigurtà tal-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha

Il-JRC se jikkontribwixxi għall-miri tas-Sigurtà u ċ-Ċittadinanza permezz tal-attivitajiet li ġejjin:

(a)

L-iffukar fuq l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-vulnerabilità tal-infrastrutturi kritiċi (inklużi s-sistemi ta’ navigazzjoni globali, swieq finanzjarji); it-titjib tal-għodod għall-ġlieda kontra l-frodi tal-baġit tal-Unjoni u għas-sorveljanza marittima; kif ukoll il-valutazzjoni tal-prestazzjoni operazzjonali tat-teknoloġiji għall-identità personali, jew li jaffettwaha (l-identità diġitali).

(b)

It-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni għat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastru u l-ġestjoni tad-diżastri naturali kkawżati mill-bniedem, l-aktar permezz tal-iżvilupp ta’ sistemi ta' informazzjoni globali ta' twissija bikrija ta' perikli multipli u ta' ġestjoni tar-riskji, bl-użu tat-teknoloġiji għall-Osservazzjoni tad-Dinja.

(c)

It-tkomplija tal-provvista ta’ għodod għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-isfidi ta’ sigurtà globali, bħat-terroriżmu u n-nonproliferazzjoni (kimika, bijoloġika, radjoloġika u nukleari (fil-programm Euratom)), theddid li jirriżulta mill-instabbiltà soċjopolitika u mard li jittieħed. Oqsma ġodda li għandhom jiġu indirizzati jinkludu l-vulnerabbiltà u r-reżijlenza għat-theddid emerġenti jew ibridu, pereżempju l-aċċessibiltà għall-materja prima, il-piraterija, l-iskarsezza/kompetizzjoni tar-riżorsi u l-effetti tat-tibdil fil-klima fuq l-okkorrenza tad-diżastri naturali.

4.   ASPETTI SPEĊIFIĊI TAL-IMPLIMENTAZZJONI

Skont il-prioritajiet tal-Ewropa Globali, il-JRC se jsaħħaħ il-kooperazzjoni xjentifika mal-organizzazzjonijiet internazzjonali ewlenin u pajjiżi terzi (pereżempju korpi tan-NU, l-OECD, l-Istati Uniti, il-Ġappun, ir-Russja, iċ-Ċina, il-Brażil, l-Indja) fl-oqsma li għandhom dimensjoni globali qawwija bħat-tibdil fil-klima, is-sigurtà tal-ikel, jew in-nanateknoloġiji. Din il-kooperazzjoni se tkun ikkoordinata mill-qrib mal-attivitajiet internazzjonali ta' kooperazzjoni tal-Unjoni u l-Istati Membri.

Sabiex jiġi pprovdut servizz imsaħħaħ għat-tfassil tal-politika, il-JRC se jiżviluppa iktar il-ħila tiegħu li janalizza u jipprovdi alternattivi ta' politika transettorjali u jwettaq valutazzjonijiet tal-impatt relatati. Din il-ħila għandha tkun appoġġata b’mod partikolari permezz tat-tisħiħ ta':

(a)

l-immudellar f’oqsma ewlenin (pereżempju l-enerġija u t-trasport, l-agrikoltura, il-klima, l-ambjent, l-ekonomija). L-attenzjoni se tkun kemm fuq il-mudelli settorjali kif ukoll dawk integrati (għall-valutazzjonijiet tas-sostenibbiltà), u tkopri l-aspetti xjentifiċi tekniċi kif ukoll dawk ekonomiċi.

(b)

Studji li jħarsu 'l quddiem li jipprovdu analiżi tax-xejriet u avvenimenti fix-xjenza, teknoloġija u soċjetà u dwar kif dawn jistgħu jaffetwaw il-politiki pubbliċi, jinfluwenzaw l-innovazzjoni, jirrinfurzaw il-kompetittività u t-tkabbir sostenibbli. Dan ikun jista' jista' jippermetti lill-JRC jiġbed l-attenzjoni għal kwistjonijiet li jistgħu jesiġu l-intervent ta' politika fil-futur u jantiċipa l-ħtiġijiet tal-konsumaturi.

Il-JRC se jsaħħaħ l-appoġġ tiegħu għall-proċess ta’ standardizzazzjoni u għall-istandards bħala komponent orizzontali fl-appoġġ għall-kompetittività Ewropea. L-attivitajiet se jinkludu r-riċerka prenormativa, l-iżvilupp ta' materjali u kejl ta’ referenza, u l-armonizzazzjoni tal-metodoloġiji. Ġew identifikati ħames oqsma ċentrali (l-enerġija, it-trasport; l-Aġenda Diġitali; is-sigurtà u s-sikurezza (inkluż dawk nukleari fil-programm Euratom); il-protezzjoni tal-konsumatur). Minbarra dan, il-JRC għandu jkompli jippromwovi id-disseminazzjoni tar-riżultati tiegħu u jipprovdi l-appoġġ dwar il-ġestjoni tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni.

Il-JRC se jistabbilixxi kapaċità fix-xjenzi komportamentali sabiex tkun ta' appoġġ għall-iżvilupp ta' regolamentazzjoni aktar effettiva, komplimentari għall-attivitajiet tal-JRC f'oqsma magħżula bħall-politiki ta' nutrizzjoni, ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija u dwar il-prodotti.

Ir-riċerka soċjoekonomika se tkun parti mill-attivitajiet fl-oqsma rilevanti bħall-Aġenda Diġitali, il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli jew is-saħħa pubblika.

Sabiex tintlaħaq il-missjoni tiegħu bħala ċentru ta’ referenza għall-Unjoni, biex ikompli jkollu rwol vitali fl-ERA, u biex jidħol f’oqsma ġodda ta’ riċerka, huwa essenzjali għall-JRC li jiddisponi minn infrastruttura avvanzata. Il-JRC se jkompli l-programm ta’ rinnovazzjoni u tiġdid sabiex jiżgura l-konformità mar-regolamenti ambjentali u tas-sikurezza u sigurtà applikabbli, u se jinvesti fl-infrastruttura xjentifika, inkluż l-iżvilupp tal-pjattaformi, faċilitajiet tal-immudellar, faċilitajiet għal oqsma ġodda bħall-ittestjar ġenetiku, eċċ. Tali investimenti se jkunu mwettqa f’koordinazzjoni mill-qrib mal-pjan direzzjonali tal-Forum Strateġiku Ewropew għall-Infrastrutturi tar-Riċerka (ESFRI) u jitqiesu l-faċilitajiet eżistenti fl-Istati Membri.


(1)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni ta’ proprjetà intelletwali f’attivitajiet għat-trasferiment ta’ għarfien u Kodiċi ta’ Prattika għal universitajiet u organizzazzjonijiet ta’ riċerka pubbliċi oħrajn (C(2008)1329, ta' 10.4.2008).

(2)  Fil-prinċipju mill-inqas 80 %

(3)  Il-Faċilità Reġjonali għall-Imsieħba (RPF – Regional Partner Facility) hi infrastruttura tar-riċerka ta' importanza nazzjonali jew reġjonali f'termini ta' gwadann soċjoekonomiku, taħriġ jew l-attirar ta' riċerkaturi u persuni tekniċi, li hija rikonoxxuta bħala sieħba fir-rigward ta' infrastruttura ESFRI pan-Ewropea jew xi infrastruttura tar-riċerka oħra mill-aqwa. Il-kwalità tal-RPF inkluż il-livell tas-servizz xjentifiku, il-ġestjoni u l-politika ta' aċċess tagħha għandha tissodisfa l-istess standards meħtieġa għall-infrastrutturi tar-riċerka pan-Ewropej.

(4)   Hekk kif ir-riċerka kollha ssir intensiva mil-lat tal-kompjuters u d-dejta, l-aċċess għall-infrastrutturi elettroniċi avvanzati sar essenzjali għar-riċerkaturi kollha. Pereżempju, GÉANT tikkonnettja 40 miljun utent f’iktar minn 8,000 istituzjoni madwar 40 pajjiż, filwaqt li l-infrastruttura tal-grilja Ewropea hija l-iktar infrastuttura informatika distribwita fid-dinja b’iktar minn 290 sit f’50 pajjiż. Il-progress li ma jieqaf qatt fl-ICT u l-bżonnijiet dejjem akbar tax-xjenza għall-komputazzjoni u pproċessar ta' ammonti massivi ta’ dejta jippreżentaw sfidi kbar ta’ finanzjament u ta’ organizzazzjoni għall-iżgurar ta’ servizzi mingħajr xkiel għar-riċerkaturi.

(5)  L-Internet tal-oġġetti se jkun ikkoordinat bħala kwistjoni trasversali.

(6)  Inklużi netwerks ibbażati fl-ispazju.

(7)   ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(8)  Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SEC(2009)1295 li jakkompanja l-Komunikazzjoni dwar “L-Investiment fl-Iżvilupp ta' Teknoloġiji b'livell baxx ta' Karbonju (SET-Plan)” COM(2009)0519

(9)  COM(2007)0723

(10)  White Paper tal-Kummissjoni dwar “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport — Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti” COM(2011)0144.

(11)  L-istimi żviluppati minn PricewaterhouseCoopers għall-“opportunitajiet kummċerjali globali relatati mas-sostenibbiltà tar-riżorsi naturali (inkluż l-enerġija, foresterija, ikel u agrikoltura, ilma u metalli)” u WBCSD (2010) Viżjoni 2050: L-Aġenda Ġdida għall-Kummerc, Kunsill Kummerċjali Dinji għall-Iżvilupp Sostenibbli: Ġinevra, URL: http://www.wbcsd.org/web/projects/BZrole/Vision2050-FullReport_Final.pdf

(12)  COM(2008)0699

(13)  Dipartiment tal-Politika Ekonomika u Xjentifika tal-Parlament Ewropew: “L-Ekoinnovazzjoni – Inpoġġu l-UE fit-triq lejn ekonomija li tuża r-riżorsi u l-enerġija b’effiċjenza, Studju u noti ta’ informazzzjoni”, Marzu 2009.

(14)  Ossservatorju tal-Ekoinnovazzjoni “The Eco-Innovation Challenge – Pathways to a resource-effiċient Europe – Annual Report 2010”, Mejju 2011.

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006,

(16)  Mingħajr preġudizzju għall-baġit allokat għal din l-Isfida Soċjetali.

(17)  C(2008)1329, 10.4.2008

ANNESS II

Indikaturi tal-prestazzjoni

It-tabella li ġejja tispeċifika, għall-objettivi speċifiċi ta' Orizzont 2020, għadd ▌ta' indikaturi ewlenin għall-valutazzjoni tar-riżultati u l-impatti li jistgħu jiġu rfinati matul l-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 .

1.   PARTI I. PRIJORITÀ 'XJENZA EĊĊELLENTI'

Indikaturi għall-objettivi speċifiċi:

Kunsill Ewropew għar-Riċerka

Sehem tal-pubblikazzjonijiet mill-proġetti ffinanzjati mill-ERC li huma fost l-ewwel 1 % l-aktar ikkwotati għal kull qasam tax-xjenza

Teknoloġiji Futuri u Emerġenti

Pubblikazzjonijiet fil-ġurnali analizzati inter pares ta' impatt qawwi

Applikazzjonijiet ta' privattivi u privattivi miksuba f'Teknoloġiji Futuri u Emerġenti

Azzjonijiet Marie Skłodowska- Curie dwar il-ħiliet, it-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera

Ċirkolazzjoni transettorjali u bejn il-pajjiżi tar-riċerkaturi, inklużi l-kandidati għal Dottorat

Infrastrutturi Ewropej għar-riċerka (inkluż l-Infrastutturi elettroniċi)

L-għadd ta' riċerkaturi li għandhom aċċess għall-infrastrutturi tar-riċerka permezz tal-appoġġ tal-Unjoni.

2.   PARTI II. PRIORITÀ 'TMEXXIJA INDUSTRIJALI'

Indikaturi għall-objettivi speċifiċi:

Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali (ICT, Nanoteknoloġiji, Materjali Avvanzati, Bijoteknoloġiji, Manifatturar avvanzat u Spazju)

L-applikazzjonijiet tal-privattivi u privattivi miksuba fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali differenti

Is-sehem ta' kumpaniji parteċipanti li jintroduċu innovazzjonijiet ġodda fil-kumpanija jew fis-suq (li jkopru l-perjodu tal-proġett u tliet snin miżjuda miegħu)

L-għadd ta' pubblikazzjonijiet pubbliċi privati konġunti

L-aċċess għal finanzjament ta’ riskju

L-investimenti totali mmobilizzati minn investimenti permezz tal-finanzjament tad-dejn u l-Kapital ta' Riskju

L-għadd ta' organizzazzjonijiet iffinanzjati u l-ammont ta' fondi privati mmobilizzati

Innovazzjoni fl-SMEs

Is-sehem tal-SMEs parteċipanti li jintroduċu innovazzjonijiet ġodda fil-kumpanija jew fis-suq (li jkopru l-perjodu tal-proġett u tliet snin miżjuda miegħu)

Tkabbir u ħolqien ta' impjiegi f'SMEs parteċipanti

3.   PARTI III. PRIORITÀ 'SFIDI TAS-SOĊJETÀ'

Indikaturi għall-objettivi speċifiċi:

Għall-Isfidi kollha tas-Soċjetà:

Pubblikazzjonijiet f'ġurnali analizzati inter pares ta' impatt qawwi fil-qasam tal-Isfidi differenti tas-Soċjetà.

Applikazzjonijiet ta' privattivi u privattivi miksuba fil-qasam ta' Sfidi differenti tas-Soċjetà Sfidi

L-għadd ta' prototipi u attivitajiet ta' ttestjar

L-għadd ta' pubblikazzjonijiet pubbliċi-privati konġunti

Barra minn dan, għal kull waħda mill-isfidi, għandu jiġi vvalutat il-progress meta mqabbel mal-kontribut għall-objettivi speċifiċi li huma ddettaljati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [Orizzont 2020].

4.   PARTI IV. AZZJONIJIET DIRETTI MHUX NUKLEARI TAĊ-ĊENTRU KONĠUNT TAR-RIĊERKA

Indikaturi għall-objettivi speċifiċi:

lL-għadd ta' okkorrenzi ta' impatti speċifiċi tanġibbli fuq politiki Ewropej li jirriżultaw minn appoġġ tekniku u xjentifiku mogħtija miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka

L-għadd ta’ pubblikazzjonijiet analizzati bejn il-pari f’ġurnali ta’ impatt għoli

ANNESS III

Monitoraġġ

Il-Kummissjoni se tissorvelja l-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 u b'mod partikolari dan li ġej:

1.

Il-kontribut għat-twettiq taż-Żona ta'Riċerka Ewropea

2.

It-twessigħ tal-parteċipazzjoni

3.

Il-parteċipazzjoni tal-SMEs

4.

Ix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi

5.

Ix-xjenza u s-soċjetà

6.

Is-sessi

7.

Il-kooperazzjoni internazzjonali

8.

L-ivilupp sostenibbli u t-tibdil fil-klima, inkluża l-informazzjoni dwar in-nefqa relatata mat-tibdil fil-klima

9.

Il-pont li jgħaqqad l-iskoperta mal-applikazzjoni fis-suq

10.

L-Aġenda Diġitali

11.

Parteċipazzjoni tas-settur privat

12.

Il-finanzjament għal sħubijiet pubbliċi-privati u sħubijiet pubbliċi-pubbliċi

13.

Il-komunikazzjoni u d-disseminazzjoni

14.

Ix-xejriet tal-parteċipazzjoni ta' esperti indipendenti

ANNESS IV

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8a(2)

1.

Informazzjoni dwar proġetti individwali, li jippermettu l-monitoraġġ tul il-ħajja kollha ta' kull proposta, li tkopri b'mod partikolari:

il-proposti ppreżentati,

ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet għal kull proposta,

il-ftehimiet dwar l-għotjiet,

il-proġetti lesti.

2.

Informazzjoni dwar l-eżitu ta' kull sejħa u l-implimentazzjoni ta' proġett, li tkopri b'mod partikolari:

ir-riżultati ta' kull sejħa,

l-eżiti tan-negozjati dwar il-ftehimiet dwar l-għotjiet,

l-implimentazzjoni tal-proġett, inklużi d-dejta dwar il-pagament u l-eżitu tal-proġetti.

3.

Informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm, inkluża l-informazzjoni rilevanti fil-livell tal-Programm Qafas, il-programm speċifiku u kull tema u l-JRC, kif ukoll is-sinerġiji ma' programmi oħra rilevanti tal-Unjoni.

4.

Informazzjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-Orizzont 2020, inkluża informazzjoni dwar l-impenji u l-pagamenti għall-inizjattivi tal-Artikolu 185 u 187.

ANNESS V

Konfigurazzjonijiet tal-Kumitati għall-Programm

Lista tal-konfigurazzjonijiet  (1) tal-Kumitati għall-Programm tal-Orizzont 2020 f'konformità mal-Artikolu 9.1a:

1.

Konfigurazzjoni strateġika: Ħarsa ġenerali strateġika tal-implimentazzjoni tal-programm kollu, il-koerenza bejn il-partijiet differenti tal-programm u kwistjonijiet trasversali li jinkludu “It-tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni”, u “Ix-xjenza mas-soċjetà u għas-Soċjetà”

Parti I – Xjenza ta' Eċċellenza:

2.

Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC), It-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti (FET) u l-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA)

3.

L-infrastrutturi tar-riċerka

Parti II – Tmexxija industrijali:

4.

It-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT)

5.

In-nanoteknoloġiji, il-materjali avvanzati, il-bijoteknoloġija, il-manifattura u l-ipproċessar avvanzati

6.

L-ispazju

7.

L-SMEs u l-aċċess għall-iffinanzjar ta’ riskju

Parti III – L-Isfidi tas-Soċjetà:

8.

Is-saħħa, il-bidla demografika u l-benessri

9.

Is-sikurezza tal-ikel, l-agrikoltura u l-foresterija sostenibbli, ir-riċerka dwar il-baħar u dik marittima u dwar l-ilmijiet interni, u l-bijoekonomija

10.

Enerġija sigura, nadifa u effiċjenti

11.

Trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat

12.

Azzjoni klimatika, l-ambjent, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-materja prima

13.

L-Ewropa f'dinja li qed tinbidel – Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u riflessivi

14.

Soċjetajiet sikuri – Protezzjoni tal-libertà u s-sigurtà tal-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha


(1)  Bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-programm, għal kull laqgħa tal-kumitat tal-programm kif definit fl-aġenda, il-Kummissjoni se tirrimborża, skond il-linji gwida stabbiliti tagħha, l-infiq ta' rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru, kif ukoll għal espert/konsulent wieħed għal kull Stat Membru għal dawk il-punti tal-aġenda fejn Stat Membru jeħtieġ kompetenza speċifika.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/380


P7_TA(2013)0505

L-Istatistika Ewropea ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-Istatistika Ewropea (COM(2012)0167 – C7-0101/2012 – 2012/0084(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/59)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0167),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0101/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Kungress tad-Deputati ta' Spanja u s-Senat Spanjol u l-Kunsill Federali Awstrijak, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew għas-6 ta' Novembru 2012 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0436/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 374, 4.12.2012, p. 2.


P7_TC1-COD(2012)0084

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regoalment (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-Istatistika Ewropea

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera)

[Emenda 43]

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Is-Sistema Statistika Ewropea (is-SSE), bħala partenarjat, irnexxielha ġeneralment tikkonsolida b'suċċess l-attivitajiet tagħha biex tiżgura l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea ta' kwalità għolja, regolata u affidabbli, inkluż bit-titjib tal-governanza tas-sistema.

(2)

Madankollu, ġew identifikati dgħufijiet , b'mod partikolari fir-rigward tal-qafas tal-immaniġġar tal-kwalità statistika. Dawn id-dgħufijiet servew biex enfasizzaw il-ħtieġa li tiġi żgurata indipendenza tal-awtoritajiet tal-istatistika minn pressjoni politika possibbli fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni.

(3)

Il-Kummissjoni ssuġġeriet li tittieħed azzjoni biex jiġu indirizzati dawn id-dgħufijiet u biex tissaħħaħ il-governanza tas-SSE fil-Komunikazzjoni tagħha tal-15 ta' April 2011 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill “Lejn immaniġġjar sod tal-kwalità għall-Istatistika Ewropea” . B'mod partikolari, din issuġġeriet emenda mmirata tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(4)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-20 ta' Ġunju 2011, il-Kunsill ECOFIN laqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni u saħaq fuq l-importanza li jitjiebu kontinwament il-governanza u l-effiċjenza tas-SSE.

(5)

Barra minn hekk, għandu jitqies l-impatt fuq id-dominju tal-istatistika tal-iżviluppi riċenti fil-kuntest tal-qafas tal-governanza ekonomika tal-Unjoni, b'mod partikolari, l-aspetti marbuta mal-indipendenza statistika bħall-proċeduri trasparenti tar-reklutaġġ u tas-sensja, l-allokazzjonijiet baġitarji u t-tħabbir minn qabel tad-dati tar-rilaxx tal-istatistika, kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), kif ukoll dawk marbuta mar-rekwiżit għall-korpi responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-regoli fiskali nazzjonali li jgawdu minn awtonomija funzjonali kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(6)

Dawk l-aspetti li jirrelataw mal-indipendenza professjonali, bħar-reklutaġġ trasparenti u l-proċessi ta' ssensjar, l-allokazzjonijiet tal-baġit u l-kalendarji tar-rilaxx tal-istatistika ma għandhomx jibqgħu limitati għall-istatistika prodotta għall-finijiet tas-sistema tas-sorveljanza fiskali u l-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv iżda għandhom japplikaw għall-istatistika Ewropea kollha żviluppata, prodotta u mxerrda mis-SSE.

(6a)

Il-kwalità tal-istatistika Ewropea u r-rilevanza tagħha għal-teħid ta' deċiżjonijiet abbażi ta' evidenza għandha tiġi rieżaminata fuq bażi kontinwa, inter alia billi jiġi analizzat il-valur miżjud tagħha għall-kisba tal-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020 kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 intitolata “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv”, inkluż dik relatata mat-tkabbir, l-impjiegi u l-ekonomija soċjali. Meta tkun rilevanti, il-kopertura tal-istatistika Ewropea għandha tiġi adattata.

(7)

Barra minn hekk, l-adegwatezza tar-riżorsi attribwiti fuq bażi annwali jew multiannwali u maħsuba biex jissodisfaw il-ħtiġijiet statistiċi, hija kundizzjoni meħtieġa għall-iżgurar tal-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet tal-istatistika u tal-kwalità għolja tad-dejta tal-istatistika .

(8)

Għal dan il-għan, l-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet tal-istatistika għandha tissaħħaħ u għandhom jiġu żgurati standards minimi, applikabbli mal-Unjoni kollha, u għandhom jiġu pprovduti garanziji speċifiċi lill-kapijiet tal-istituti nazzjonali tal-istatistika (NSIs), ▌f'termini tal-prestazzjoni tal-kompiti statistiċi, l-immaniġġar organizzazzjonali u l-allokazzjoni tar-riżorsi. Il-proċeduri għar-reklutaġġ ta' kapijiet tal-NSIs għandhom ikunu trasparenti u bbażati biss fuq kriterji professjonali, b'attenzjoni dovuta għall-opportunitajiet ugwali u, b'mod partikolari, il-bilanċ tal-ġeneru. Għal dan il-għan, il-parlamenti nazzjonali għandu jkollhom ukoll rwol sħiħ u għandhom, fejn xieraq u f'konformità mal-liġi nazzjonali, isaħħu l-indipendenza tal-proċeduri tal-istatistika u jżidu r-responsabilità demokratika tal-politika tal-istatistika.

(8a)

Filwaqt li statistika Ewropea kredibbli teħtieġ indipendenza professjonali qawwija min-naħa ta' dawk li jipproduċu l-istatistika, l-istatistika Ewropea għandha tirrispondi għall-ħtiġijiet tal-politika u għandha tipprovdi appoġġ statistiku għal inizjattivi ġodda tal-politika fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni.

(8b)

Huwa neċessarju li l-indipendenza tal-Eurostat tiġi kkonsolidata u ggarantita permezz ta' skrutinju u kontroll parlamentari effettiv.

(9)

Barra minn hekk, ir-rwol ta' koordinazzjoni li diġà ġie attribwit lill-NSIs għall-istatistika Ewropea prodotta permezz tas-SSE għandu jiġi ċċarat fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni, sabiex tinkiseb , fil-livell nazzjonali, koordinazzjoni aktar effiċjenti tal-attivitajiet statistiċi fi ħdan is-SSE , inkluż l-immaniġġar tal-kwalità , filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kompiti statistiċi mwettqa mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ). Il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni kontinwi bejn l-NSIs u l-Eurostat hija wkoll parti importanti tal-koordinazzjoni effiċjenti tal-attivitajiet statistiċi fi ħdan is-SSE. Is-separazzjoni istituzzjonali tas-SEBĊ u l-indipendenza tal-banek ċentrali għandha tiġi rispettata fil-qafas tal-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' statistika Ewropea taħt l-istruttura ta' governanza rispettiva u l-programmi ta' ħidma tal-istatitika tas-SSE u s-SEBĊ .

(10)

Sabiex jitnaqqas il-piż fuq l-awtoritajiet tal-istatistika u dawk li jwieġbu, l-NSIs u awtoritajiet nazzjonali oħra għandhom ikollhom aċċess immedjat u bla ħlas għar-rekords amminsitrattivi, inklużi dawk mimlija b'mod elettroniku, u jkunu jistgħu jużaw u jintegraw dawn ir-rekords mal-istatistika.

(10a)

L-istatistika Ewropea għandha tkun faċli biex titqabbel u biex isir aċċess għaliha u għandha tiġi aġġornata fil-pront u regolarment sabiex jiġi żgurat li l-politiki u l-inizjattivi ta' finanzjament tal-Unjoni jikkunsidraw bis-sħiħ l-iżviluppi fl-Unjoni, b'mod partikolari l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika.

(11)

L-NSIs għandhom ukoll jiġu kkonsultati fi stadju bikri dwar it-tfassil tar-rekords amministrattivi ġodda li jistgħu jipprovdu d-dejta għal finijiet statistiċi u dwar it-tibdil ippjanat jew it-twaqqif tas-sorsi amministrattivi eżistenti. Dawn għandhom ukoll jirċievu metadejta rilevanti mingħand is-sidien tad-dejta amministrattiva u jikkoordinaw l-attivtajiet ta' standardizzazzjoni dwar ir-rekords amministrattivi li jkunu rilevanti għall-produzzjoni tad-dejta statistika.

(12)

Il-kunfidenzjalità tad-dejta miksuba mir-rekords amministrattivi għandha titħares skont il-linji gwida u l-prinċipji komuni applikabbli għad-dejta kunfidenzjali kollha użata għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea. Għandhom jiġu stabbiliti u ppubblikati wkoll oqfsa għall-valutazzjoni tal-kwalità u t-trasparenza applikabbli għal din id-dejta.

(12a)

L-utenti kollha għandu jkollhom aċċess għall-istess dejta fl-istess ħin u l-embargi għandhom ikunu strettament rispettati. L-NSIs għandhom jistabbilixxu kalendarji tar-rilaxx ta' statistika għall-pubblikazzjoni ta' dejta perjodika.

(13)

Il-kwalità tal-istatistika Ewropea tista' tissaħħaħ u l-fiduċja tal-utenti tista' tiġi infurzata billi jiġu involuti l-gvernijiet nazzjonali fir-responsabbiltà tal-applikazzjoni rigoruża tal-Kodiċi tal-Prattika tal-Istatistika Ewropea (il-Kodiċi tl-Prattika). Għal dan il-għan, Impenn dwar il-Fiduċja fl-Istatistika ('Impenn'), stabbilit f'kull Stat Membru u li jikkunsidra speċifiċitajiet nazzjonali, għandu jinkludi impenji speċifiċi minn kull gvern biex jimplimenta l-prinċipji statistiċi li jinsabu fil-kodiċi ta' Prattika . Dan l-Impenn jista' jinkludi oqfsa nazzjonali għall-assigurazzjoni tal-kwalità, inklużi awtovalutazzjonijiet, azzjonijiet ta' titjib u mekkaniżmi ta' monitoraġġ.

(13a)

Il-websajt tal-Kummissjoni (Eurostat) għandha tippermetti aċċess faċli għal serje ta' dejta li tkun kompluta u faċli għall-utent. Fejn possibbli, aġġornamenti perjodiċi għandhom jipprovdu informazzjoni minn sena għal sena u minn xahar għal xahar dwar kull Stat Membru.

(14)

Billi l-produzzjoni tal-istatistika Ewropea trid tkun imsejsa fuq ippjanar operattiv u finanzjarju fuq medda twila ta' żmien sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' indipendenza, il-programm statistiku Ewropew għandu jkopri l-istess perjodu bħall-qafas finanzjarju multiannwali.

(15)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jagħti setgħat lill-Kummissjoni biex timplimenta wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE  (6). B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (7) , li jħassar id-Deċiżjoni 1999/468/KE , is-setgħat ikkonferiti lill-Kummissjoni ▌jridu jiġu allinjati ma' dak il-qafas legali l-ġdid u dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 . Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn l-atti ta' implimentazzjoni ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti la fuq l-Istati Membri u lanqas fuq l-unitajiet li jwieġbu.

(19)

Billi l-mira ta’ dan ir-Regolament ma tistax tintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda tkun tista', minħabba l-iskala u l-effetti tagħha tintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex tintlaħaq din il-mira.

(20)

Il-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea ġie kkonsultat.

(20a)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandu jiġi emendat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 223/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2(1), il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

‘indipendenza professjonali’ tfisser li l-istatistika għandha tkun żviluppata, prodotta u mxerrda b'mod indipendenti, partikolarment fir-rigward tal-għażla ta' tekniki, definizzjonijiet, metodoloġiji u sorsi li jridu jintużaw, kif ukoll l-għażla taż-żmien u l-kontenut tal-forom kollha ta' tixrid, ħielsa minn kull pressjoni politika jew minn gruppi ta' interess jew minn awtoritajiet nazzjonali jew tal-Unjoni;”

(2)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   L-awtorità nazzjonali tal-istatistika maħtura minn kull Stat Membru bħala l-korp responsabbli għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet kollha ▌għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea fil-livell nazzjonali skont dan ir-Regolament (NSI) għandha taġixxi bħala l-uniku punt ta' kuntatt għall-Kummissjoni (Eurostat) f'materji ta' statistika f'dan ir-rigward.

Ir-responsabbiltà ta' koordinazzjoni tal-NSI għandha tkopri l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra kollha responsabbli għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea prodotta skont dan ir-Regolament mill-awtoritajiet l-oħra kollha li jipparteċipaw fis-SSE . B'mod partikolari, l-NSI għandu jkun responsabbli li jikkoordina, fil-livell nazzjonali, l-ipprogrammar u r-rappurtar tal-istatisika, il-monitoraġġ tal-kwalità, il-metodoloġija ċara , it-trażmissjoni tad-dejta u l-komunikazzjoni dwar l-azzjonijiet statistiċi tas-SSE." L-NSI u l-bank ċentrali nazzjonali rilevanti (BĊN), fil-kapaċità tiegħu bħala membru tas-SEBĊ li jimplimenta l-programmi ta' ħidma tal-istatistika tas-SEBĊ, għandhom jikkooperaw dwar kwistjonijiet relatati mal-istatistika Ewropea li huma komuni għas-SSE u s-SEBĊ, bil-ħsieb li tiġi żgurata produzzjoni ta' statistika Ewropea kompluta u koerenti permezz tas-SSE u s-SEBĊ fl-oqsma ta' kompetenza rispettivi tagħhom. ”;

(3)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

Artikolu 5a

Kapijiet tal-NSIs u kapijiet tal-istatistika ta' awtoritajiet nazzjonali oħra

1.   Fis-sistema nazzjonali tal-istatistika tagħhom, l-Istati Membri għandom jiżguraw l-indipendenza professjonali ta' uffiċjali responsabbli għall-kompiti stipulati f'dan ir-Regolament.

2.    Għal dan il-għan, il-kapijiet tal-NSIs:

(a)

għandu jkollhom ir-responsabilità unika li jiddeċiedu dwar proċessi, metodi statistiċi, standards u proċeduri, u dwar il-kontenut u l-kalendarju tar-rilaxxi tal-istatistika u l-pubblikazzjonijiet għall-istatistika Ewropea żviluppata, prodotta u mxerrda mill-NSI;

(b)

għandhom jingħataw is-setgħa li jiddeċiedu dwar il-kwistjonijiet kollha li jirrigwardaw l-immaniġġjar intern tal-NSI;

(c)

għandhom jaġixxu b'manjiera indipendenti fit-twettiq tal-kompitu statistiku tagħhom, mingħajr ma jfittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet minn ebda gvern jew istituzzjoni oħra, korp, uffiċċju jew entità;

(d)

għandhom ikunu responsabbli għall-attivitajiet tal-istatistika u l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-NSI;

(e)

għandhom jippubblikaw rapport annwali u fejn xieraq jagħtu kummenti dwar kwistjonijiet ta' allokazzjoni tal-baġit relatati mal-attivitajiet tal-istatistika tal-NSI;

(f)

għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tal-istatistika tal-awtoritajiet nazzjonali kollha li jikkontribwixxu għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea, kif imsemmija fl-Artikolu 5;

(g)

għandhom jipproduċu linji gwida nazzjonali, fejn meħtieġ, biex jiżguraw kwalità fl-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika kollha Ewropea fi ħdan is-sistema statistika nazzjonali, u għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw konformità ma' dawn il-linji gwida fi ħdan l-NSI; u

(h)

għandhom jirrappreżentaw is-sistema statistika nazzjonali fi ħdan is-SSE.

3.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' statistika Ewropea jwettqu tali kompiti f'konformità mal-linji gwida nazzjonali prodotti mill-kap tal-NSI.

4.    Il-proċeduri għar-reklutaġġ, it-trasferiment u t-tneħħija ta' kapijiet tal-NSIs u, fejn xieraq, kapijiet tal-istatistika ta' awtoritajiet nazzjonali oħra li jipproduċu statistika Ewropea għandhom ikunu trasparenti u bbażati fuq kriterji professjonali biss, u mhux fuq raġunijiet politiċi. Huma għandhom jiżguraw li l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali jiġi rispettat, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġeneru. Għandhom jingħataw raġunijiet dettaljati għat-tneħħija ta' kap ta' NSI. Dawn il-proċeduri għandhom isiru pubbliċi.

4a.     L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu entità nazzjonali biex jassiguraw l-indipendenza professjonali tal-produtturi tal-istatistika Ewropea fl-Istat Membru. Il-kapijiet tal-NSIs u, fejn xieraq, il-kapijiet tal-istatistika ta' awtoritajiet nazzjonali li jipproduċu statistika Ewropea jistgħu jieħdu parir minn tali entitajiet. Il-proċeduri għar-reklutaġġ, it-trasferiment u t-tneħħija tal-membri ta' tali entitajiet għandhom ikunu trasparenti u bbażati biss fuq kriterji professjonali, u mhux fuq raġunijiet politiċi.”;

(4)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

“2.   Fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taġixxi b'mod indipendenti biex tiżgura l-produzzjoni tal-istatistika Ewropea skont ir-regoli stabbiliti u l-prinċipji tal-istatistika permezz ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-NSIs . ▌

3.     Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5 tal-Protokol dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u l-Bank Ċentrali Ewropew (‘l-istatut SEBĊ’), il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkoordina l-attivitajiet tal-istatistika tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, b'mod partikolari bil-għan li tiġi żgurata il-konsistenza u il-kwalità tad-dejta u l-imminimizzar tal-piż tar-rappurtar. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni (Eurostat) tista' tistieden kull istituzzjoni jew korp tal-Unjoni biex jikkonsultaha jew biex jikkoopera magħha għall-iskop tal-iżvilupp ta' metodi u sistemi għal skopijiet ta' statistika fil-qasam rispettiv tal-kompetenza tagħhom. Tali istituzzjoni jew korp li tipproponi li tipproduċi statistika għandha tikkonsulta mal-Kummissjoni (Eurostat) u għandha tikkunsidra kwalunkwe rakkomandazzjoni li tista' tagħmel f'dak il-kuntest”;

(4a)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 6a

Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni (Eurostat)

1.     L-uffiċċju tal-istatistika tal-Kummissjoni (Eurostat) għandu jkun immexxi minn Direttur Ġenerali. Id-Direttur Ġenerali għandu jinħatar mill-Kummissjoni, għal mandat ta' seba' snin li ma jiġġeddidx, skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 2.

2.     Il-Kummissjoni għandha tippubblika sejħa għall-applikazzjonijiet f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-mandat tad-Direttur Ġenerali fil-kariga. Il-proċedura għar-reklutaġġ, it-trasferiment u t-tneħħija tad-Direttur Ġenerali għandha tiżgura li l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali jiġi rispettat, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġeneru, għandha tkun trasparenti u għandha tkun ibbażata fuq kriterji professjonali biss, u mhux fuq raġunijiet politiċi. Il-Kummissjoni għandha taħtar lid-Direttur Ġenerali wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill.

3.     Id-Direttur Ġenerali għandu jkollu r-responsabbiltà esklużiva li jiddeċiedi dwar il-proċessi, il-metodi tal-istatistika, l-istandards u l-proċeduri, u dwar il-kontenut u l-kalendarju tar-rilaxxi u tal-pubblikazzjonijiet tal-istatistika kollha prodotta mill-Kummissjoni (Eurostat). Id-Direttur Ġenerali għandu jkollu s-setgħa li jiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet kollha li jirrigwardaw il-ġestjoni interna tal-Kummissjoni (Eurostat). Meta jwettaq dawn il-kompiti, id-Direttur Ġenerali għandu jaġixxi b'mod indipendenti u m'għandu la jitlob u lanqas jieħu istruzzjonijiet minn ebda gvern jew istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija. Jekk id-Direttur Ġenerali jqis li miżura meħuda mill-Kummissjoni tpoġġi l-indipendenza tiegħu f'dubju, hu għandu jinforma minnufih lill-Parlament Ewropew.

4.     Id-Direttur Ġenerali għandu jkun responsabbli għall-attivitajiet statistiċi u għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kummissjoni (Eurostat). Hu għandu jidher kull sena fil-qafas ta' Djalogu tal-Istatistika quddiem il-kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew biex jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-governanza tal-istatistika, il-metodoloġija, l-innovazzjoni statistika, u jesprimi kummenti dwar kwistjonijiet tal-allokazzjoni tal-baġit relatati mal-attivitajiet tal-istatistika tal-Kummissjoni (Eurostat).

5.     Qabel ma timponi kwalunkwe miżura dixxiplinari fuq id-Direttur Ġenerali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Parlament Ewropew. L-impożizzjoni ta' kwalunkwe miżura dixxiplinari fuq id-Direttur Ġenerali għandha tkun soġġetta għal deċiżjoni motivata, li għandha tintbagħat għal skopijiet ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika.”;

(5)

fl-Artikolu 11, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin :

“3.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimplimentaw il-prinċipji tal-istatistika kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) sabiex tinżamm il-fiduċja fl-istatistika Ewropea . Id-dettalji ta' dawn il-prinċipji għandhom jiġu stabbiliti fil-Kodiċi ta' Prattika.

3a.     ‘L-Impenn għall-Fiduċja fl-Istatistika’ (‘Impenn’) għandu jkollu l-għan li jiżgura l-fiduċja tal-pubbliku fl-Istatistika Ewropea u l-progress lejn l-implimentazzjoni tal-priċipji tal-istatistika li jinsabu fil-Kodiċi ta' Prattika bl-involviment tal-Istati Membri u bl-involviment tal-Kummissjoni biex jiġu stabbiliti l-mezzi xierqa , billi jiġu ppubblikati fuq il-websajt tagħhom, l-impenji speċifiċi tal-politika, li jimxu lejn fiduċja ġenerali fl-istatistika, inkluż sommarju għaċ-ċittadini.

3b.     L-impenji għandhom jiġu monitorjati regolarment mill-Kummissjoni abbażi tar-rapporti annwali mibgħuta mill-Istati Membri.

Fl-assenza ta' pubblikazzjoni ta' Impenn sa …  (*1) , Stat Membru rilevanti għandu jissottometti lill-Kummissjoni rapport ta' progress, filwaqt li jippubblikah, dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta' Prattika, u, fejn applikabbli, l-isforzi li jkunu saru biex jiġi stabbilit tali Impenn.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-Impenji pubblikati u, fejn xieraq, dwar ir-rapporti ta' progress, sa …  (*2).

3c.     L-Impenji minn naħa tal-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jiġu monitorjati regolarment mill-Bord Konsultattiv ta' Governanza tal-Istatistika Ewropea (ESGAB) fuq il-bażi ta' rapport annwali preżentati lill-Kummissjoni. L-ESGAB għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dawn l-impenji sa …  (*3).”;

(*1)   ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (2012/0084(COD)). "

(*2)   ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (2012/0084(COD)). "

(*3)   Tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (2012/0084(COD)). "

(6)

L-Artikolu  12 huwa b'dan emendat kif ġej :

(a)

Il-paragrafi 2 u 3 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

2.    Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-kwalità, bħall-valuri fil-mira u l-istandards minimi għall-produzzjoni tal-istatistika, jistgħu wkoll jiġu stabbiliti fil-leġiżlazzjoni settorjali.

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tal-kriterji ta' kwalità stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għad-dejta koperta minn leġiżlazzjoni settorjali f'oqsma speċifiċi tal-istatistika, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddefinixxu l-modalitajiet, l-istruttura u l-perjodiċità tar-rapporti ta' kwalità li tjippevedi għalihom il-leġiżlazzjoni settorjali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

3.     L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b'rapporti dwar il-kwalità tad-dejta trażmessa, inkluż kwanunkwe tħassib li jkollhom fir-rigward tal-preċiżjoni tad-dejta. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-kwalità tad-dejta trażmessa fuq il-bażi ta' analiżi xierqa, u għandha tħejji u tippubblika rapporti u komunikazzjonijiet dwar il-kwalità tal-istatistika Ewropea.”;

(b)

Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu:

3a.     Fl-interess tat-trasparenza, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, fejn xieraq, tiżvela pubblikament il-valutazzjoni tagħha tal-kwalità tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-istatistika Ewropea.

3b.     Fejn il-leġiżlazzjoni settorjali tipprevedi multi għal każijiet fejn l-Istati Membri jippreżentaw statistika difettuża, il-Kummissjoni tista', f'konformità mat-Trattati u tali leġiżlazzjoni settorjali, tagħti bidu għal investigazzjonijiet u tmexxihom skont kif meħtieġ, inkluż, fejn xieraq, ispezzjonijiet fuq il-post sabiex tistabbilixxi jekk tali difetti kinux serji jew intenzjonati jew minħabba negliġenza grassa. Il-Kummissjoni tista' titlob li informazzjoni relevanti tiġi pprovduta mill-Istat Membru taħt investigazzjoni.

3c.     Fejn il-Kummissjoni tqis li Stat Membru naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt dan ir-Regolament jew taħt il-leġiżlazzjoni settorjali applikabbli fir-rigward tar-rappreżentazzjoni ta' dejta statistika, hija għandha taġixxi f'konformità mal-Artikolu 258 tat-Trattat.”;

(7)

Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Il-programm statistiku Ewropew għandu jipprovdi il-qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea, filwaqt li jiddefinixxi l-oqsma ewlenin u l-miri tal-azzjonijiet previsti għal perjodu li jikkorrispondi għal dak tal-qafas finanzjarju multiannwali. Huwa għandu adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. L-impatt u l-effettività tiegħu fil-konfront tal-ispejjeż għandhom jiġu vvalutati bl-involviment ta' esperti indipendenti.”;

(7a)

Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.     Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tiddeċiedi dwar azzjoni statistika diretta temporanja sakemm:

(a)

l-azzjoni ma tipprevedix il-ġbir ta' dejta li jkopri iktar minn tliet snin ta' referenza;

(b)

id-dejta tkun diġà disponibbli jew aċċessibbli fi ħdan l-NSIs jew awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli, jew tista' tinkiseb direttament, permezz tal-użu tal-kampjuni adatti għall-osservazzjoni tal-popolazzjoni statistika fil-livell tal-Unjoni b'koordinament xieraq mal-NSIs u ma' awtoritajiet nazzjonali oħra; u

(c)

l-Unjoni għandha tagħmel kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-NSIs u lil awtoritajiet nazzjonali oħra biex tkopri l-ispejjeż żejda li jkunu ġarrbu, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (8).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).”;

(8)   Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1). "

(7b)

L-Artikolu 17 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 17

Programm annwali ta' ħidma

Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kumitat SSE il-programm ta' ħidma annwali tagħha sat-30 ta' April għas-sena ta' wara.

Fit-tħejjija tal-programm ta' ħidma, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jingħataw prijoritajiet effettivi inkluż ir-rieżami, ir-rappurtar dwar il-prijoritajiet statistiċi u l-allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kemm tista' l-kummenti tal-Kumitat SSE. Il-programmi ta' ħidma tagħha għandhom ikunu bbażati fuq il-Programm Ewropew tal-Istatistika u għandhom jindikaw, b'mod partikulari:

(a)

l-azzjonijiet li l-Kummissjoni tqis li għandhom prijorità, filwaqt li tikkunsidra l-ħtiġijiet tal-politika tal-Unjoni u r-restrizzjonijiet finanzjarji kemm nazzjonali u tal-Unjoni u kif ukoll il-piż tar-rispons;

(b)

l-inizjattivi li jirrigwardaw ir-rieżami tal-prijoritajiet, inklużi l-prijoritajiet negattivi, u t-tnaqqis tal-piż kemm fuq il-fornituri tad-dejta u l-produtturi tal-istatistika; u

(c)

il-proċeduri u kull strument legali previst mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma.”;

(8)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 17a

L-aċċess, l-użu u l-integrazzjoni tar-rekords amministrattivi

1.   Sabiex jitnaqqas il-piż fuq dawk li jwieġbu, l-NSIs, awtoritajiet nazzjonali oħra kif imsemmija fl-Artikolu 4 u l-Kummissjoni (Eurostat) għandu jkollhom id-dritt ta' aċċess immedjat u mingħajr ħlas għar-rekords amministrattivi kollha, kif ukoll id-dritt li jużaw dawn ir-rekords amministrattivi u jintegrawhom mal-istatistika, iżda biss safejn hu meħtieġ għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea prodotta skont dan ir-Regolament .

2.   L-NSIs u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jiġu kkonsultati u għandhom jipparteċipaw fit-tfassil inizjali, fl-iżvilupp sussegwenti u fil-waqfien tar-rekords amministrattivi li nħolqu u nżammu minn korpi oħra, u b'hekk jiġi ffaċilitat l-użu ulterjuri ta' dawn ir-rekords għall-iskop tal-produzzjoni tal-istatistika . Dawn għandu jiġu mistiedna jipparteċipaw fl-attivitajiet ta' standardizzazzjoni dwar ir-rekords amministrattivi li huma rilevanti għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea.

3.    Mingħajr preġudizju għall-Istatut tas-SEBĊ u l-indipendenza tal-banek ċentrali, l-aċċess u l-involviment tal-NSIs, ta' awtoritajiet nazzjonali oħra u tal-Kummissjoni (Eurostat) skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu limitati għar-rekords amministrattivi fis-sistema amministrattiva pubblika rispettiva tagħhom stess.

4.    Rekords amministrattivi magħmula disponibbli mid-detenturi tagħhom lill-NSIs, awtoritajiet nazzjonali oħra u l-Kummissjoni (Eurostat) sabiex jintużaw għall-produzzjoni ta' statistika Ewropea għandhom ikunu akkumpanjati b'metadejta relevanti.

5.   L-NSIs u d-detenturi ta' rekords amministrattivi għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi neċessarji ta' kooperazzjoni.”;

(8a)

Fl-Artikolu 20(4), it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“L-NSIs, awtoritajiet nazzjonali oħra u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw armonizzazzjoni tal-prinċipji u l-linji gwida fir-rigward tal-ħarsien fiżiku u loġiku tad-dejta kunfidenzjali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura tali armonizzazzjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).”;

(9)

Fl-Artikolu 23, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“L-arranġamenti, ir-regoli u l-kundizzjonijiet għall-aċċess fil-livell tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).”;

(10)

L-Artikolu 24 qed jitħassar.

(10a)

L-Artikolu 26 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 26

Ksur tal-kunfidentjalità tal-istatistika

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu u jippenalizzaw ksur tal-kunfidenzjalità tal-istatistika. Il-pieni stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.”;

(12)

L-Artikolu 27 jinbidel b'dan li ġej:

Artikolu 27

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(*4)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni.”."

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 374, 4.12.2012, p. 2.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013.

(3)  Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ dejta suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

(4)  Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet tal-baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12).

(5)  Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).

(7)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/390


P7_TA(2013)0506

Programm tal-UE għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni (COM(2011)0609 – C7-0318/2011 – 2011/0270(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/60)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0609),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 46(d), l-Artikolu 149, l-Artikolu 153(2)(a) u t-l-Artikolu 175(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0318/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata mressqa, fi ħdan il-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Parlament Svediż, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Frar 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' Mejju 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tal-10 ta' Lulju 2013 sabiex tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0241/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 88.

(2)  ĠU C 225, 27.7.2012, p. 167.


P7_TC1-COD(2011)0270

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (“EaSI”) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1296/2013.)


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/392


P7_TA(2013)0507

Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (COM(2011)0874 – C7-0498/2011 – 2011/0428(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/61)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0874),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0498/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' April 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Lulju 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill,, permezz tal-ittra tas-17 ta' Lulju 2013 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0294/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 111.

(2)  ĠU C 277, 13.9.2012, p. 61.


P7_TC1-COD(2011)0428

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1293/2013.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

STQARRIJIET TAL-KUMMISSJONI

Ammont massimu li jista' jirċevi Proġett Integrat wieħed

Il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lill-fatt li tiżgura distribuzzjoni proporzjonata tal-fondi fost il-proġetti integrati sabiex jiġu ffinanzjati kemm jista' jkun proġetti integrati u tiġi garantita distribuzzjoni bilanċjata ta’ proġetti integrati fost l-Istati Membri kollha. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni se tipproponi, meta jiġi diskuss l-abbozz tal-programm ta’ ħidma mal-membri tal-Kumitat LIFE, l-ammont massimu li proġett integrat wieħed ikun jista' jirċievi. Din il-proposta se tkun ippreżentata bħala parti mill-metodoloġija għall-għażla tal-proġetti li għandha tiġi adottata bħala parti mill-programm ta’ ħidma multiannwali.

L-istatus tal-finanzjament tal-Bijodiversità fil-pajjiżi u territorji extra-Ewropej

Il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lill-protezzjoni tal-ambjent u l-bijodiversità f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej, kif jidher mill-proposta għal Deċiżjoni tal-Assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li tinkludi dawn is-setturi fl-oqsma tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi u territorji extra-Ewropej u tispjega l-azzjonijiet differenti li jistgħu jkunu eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward.

L-azzjoni ta’ tħejjija BEST kienet inizjattiva ta’ suċċess li tħaddnet mill-pajjiżi u t-territorji ultraperiferiċi u tat riżultati tanġibbli għall-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema. Billi l-BEST qed tasal fi tmiemha, il-Kummissjoni qed tikkunsidra b’mod favorevoli li tagħtiha segwitu skont wieħed mill-istrumenti l-ġodda, jiġifieri programm dwar il-Beni u l-Isfidi Pubbliċi Globali taħt l-Istrument ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp.

Din il-possibbiltà speċifika għall-finanzjament tal-bijodiversità fil-pajjiżi u territorji extra-Ewropej se tkun ikkomplementata mill-opportunitajiet offruti taħt l-Artikolu 6 tal-Programm LIFE għall-perjodu 2014-2020.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/394


P7_TA(2013)0508

Programm ta' azzjoni għat-tassazzjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' azzjoni għat-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Fiscalis 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE (COM(2012)0465 – C7-0242/2012 – 2011/0341B(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/62)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0465),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 114, 197 u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0242/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tat-28 ta' Mejju 2013 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Frar 2012 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0399/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 48.


P7_TC1-COD(2011)0341B

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta’ azzjoni biex jittejjeb it-tħaddim tas-sistemi ta' tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2014-2020 (Fiscalis 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1286/2013.)


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/395


P7_TA(2013)0509

Programm ta' azzjoni għad-dwana ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE (COM(2012)0464 – C7-0241/2012 – 2011/0341A(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/63)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0706) u l-proposta emendata (COM(2012)0464),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 33 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0241/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tas-17 ta' Lulju 2013 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regola 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0026/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


P7_TC1-COD(2011)0341A

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta’ azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1294/2013.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI MILL-PARLAMENT EWROPEW

Approċċi effettivi, effiċjenti, moderni u armonizzati fir-rigward tal-kontrolli doganali fil-fruntiera esterna tal-Unjoni huma essenzjali:

biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha,

biex jiġi kkumbattut il-kummerċ illegali filwaqt li jingħata lok għall-iffaċilitar ta' attività leġittima tan-negozju,

biex jiġu żgurati s-sikurezza u s-sigurtà tal-Unjoni u l-abitanti tagħha, u l-protezzjoni tal-ambjent,

biex jiġu protetti d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u

biex tiġi żgurata l-konformità mal-politika kummerċjali komuni.

Sabiex jitwettqu kontrolli bħal dawn, huwa kruċjali li d-dwana jkollha aċċess għall-għodod adegwati, bħal tagħmir u teknoloġija ta' rilevament. Il-ħtieġa ta' dawn l-għodod tidher, fost l-oħrajn, fir-Rapport dwar it-Theddid mill-Kriminalità Organizzata tal-2011 tal-Europol, li jgħid li l-impatt ekonomiku tal-kuntrabandu tas-sigaretti jirrappreżenta telf fil-baġits tal-Istati Membri u tal-Unjoni li huwa stmat għal madwar EUR 10 biljun kull sena.

Bħalissa, id-diversi strumenti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) disponibbli biex jikkofinanzjaw il-kisba ta' għodod bħal dawn mhumiex sfruttati kemm jista' jkun. Biex tinkiseb allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi ta' finanzjament, il-Parlament jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport, mhux aktar tard min-nofs l-2018, dwar l-għoti tar-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex jinxtraw l-għodod adatti għall-kontrolli doganali fil-qasam imsemmi f'punt (a) tal-Artikolu 3(1) tat-TFUE, inkluż il-possibbiltà li dawn ir-riżorsi jiġu allokati permezz ta' fond uniku.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/397


P7_TA(2013)0510

Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Emenda għal Solvenza II) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvenza II) rigward id-dati tat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni u d-data tar-revoka ta' ċerti Direttivi (COM(2013)0680 – C7-0315/2013 – 2013/0327(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/64)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0680),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 62 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0315/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0352/2013),

A.

Billi għal raġunijiet ta' urġenza huwa ġustifikat li ssir il-votazzjoni qabel ma tagħlaq l-iskadenza ta' tmien ġimgħat stabbilita fl-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità;

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


P7_TC1-COD(2013)0327

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/138/KE (Solvenza II) rigward id-data tat-traspożizzjoni tagħha u d-data tal-applikazzjoni tagħha, u d-data tat-tħassir ta’ ċerti Direttivi (Solvenza I)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva Nru 2013/58/UE.)