ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 434

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
24 ta' Novembru 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 434/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8151 — Naxicap/TimePartners) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 434/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2016/C 434/03

Rapport Speċjali Nru 31/2016 — Infiq ta' mill-inqas euro wieħed minn kull ħamsa mill-baġit tal-UE fuq l-azzjoni klimatika: qed isir xogħol ambizzjuż, iżda hemm riskju serju li ma jkunx suffiċjenti

3

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2016/C 434/04

Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni

4

2016/C 434/05

L-ebda għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2016/C 434/06

Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali

6

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 434/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8180 — Verizon Communications Inc./Yahoo Holdings, Inc.) ( 1 )

7

2016/C 434/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8300 — Hewlett Packard Enterprise Services/Computer Sciences Corporation) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8

2016/C 434/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8244 — The Coca-Cola Company/Coca-Cola HBC/Neptūno Vandenys) ( 1 )

9

2016/C 434/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8265 — Carlyle/KAP) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

10


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 434/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8151 — Naxicap/TimePartners)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 434/01)

Fil-11 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8151. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 434/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-23 ta’ Novembru 2016

(2016/C 434/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0602

JPY

Yen Ġappuniż

118,04

DKK

Krona Daniża

7,4398

GBP

Lira Sterlina

0,85393

SEK

Krona Żvediża

9,7863

CHF

Frank Żvizzeru

1,0731

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,0680

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,027

HUF

Forint Ungeriż

310,04

PLN

Zloty Pollakk

4,4154

RON

Leu Rumen

4,5165

TRY

Lira Turka

3,5944

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4294

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4260

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,2232

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5039

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5136

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 248,20

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,9912

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3157

HRK

Kuna Kroata

7,5280

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 351,42

MYR

Ringgit Malażjan

4,7122

PHP

Peso Filippin

52,899

RUB

Rouble Russu

68,1458

THB

Baht Tajlandiż

37,743

BRL

Real Brażiljan

3,5860

MXN

Peso Messikan

21,8340

INR

Rupi Indjan

72,8745


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 434/3


Rapport Speċjali Nru 31/2016

“Infiq ta' mill-inqas euro wieħed minn kull ħamsa mill-baġit tal-UE fuq l-azzjoni klimatika: qed isir xogħol ambizzjuż, iżda hemm riskju serju li ma jkunx suffiċjenti”

(2016/C 434/03)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 31/2016 “Infiq ta' mill-inqas euro wieħed minn kull ħamsa mill-baġit tal-UE fuq l-azzjoni klimatika: qed isir xogħol ambizzjuż, iżda hemm riskju serju li ma jkunx suffiċjenti” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu jew mill-EU Bookshop: https://bookshop.europa.eu


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 434/4


Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni

(2016/C 434/04)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura li ġejja dwar l-għajnuna mill-Istat:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

fis-6 ta’ Lulju2016.

Każ Nru

:

79160

Nru tad-Deċiżjoni

:

150/16/COL

Stat tal-EFTA

:

In-Norveġja

Titlu

:

Emenda tal-Att dwar it-Taxxa Norveġiża dwar tibdil fir-regoli ta’ deprezzament għal impjanti eoliċi

Bażi ġuridiku

:

Att Nru 52 tad-19.6.2015 dwar l-emenda tal-Att Nru 14 tas-26.3.1999 (L-Att dwar it-Tassazzjoni), paragrafi 14-51.

Tip ta’ miżura

:

Skema

Objettiv

:

Protezzjoni ambjentali

Forma ta’ għajnuna

:

Benefiċċju fuq it-taxxa

Baġit

:

NOK 115 miljun

Intensità

:

3,7 %

Tul ta’ żmien

:

19.6.2015 – 31.12.2021

Setturi ekonomiċi

:

Enerġija

Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti

:

Ministry of Finance

P.O. Box 8008 Dep.

NO-0030 Oslo

NORWAY

Informazzjoni oħra

:

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 434/5


L-ebda għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE

(2016/C 434/05)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA hija tal-fehma li l-miżura li ġejja ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

it-13 ta’ Lulju 2016

Kawża Nru

:

78079

Nru tad-Deċiżjoni

:

155/16/COL

Stat tal-EFTA

:

In-Norveġja

Reġjun

:

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

:

Bażi ġuridika

:

Att dwar id-Dwana

Tip ta’ miżura

:

Eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni għal ċerti prodotti importati minn konsumaturi finali ta’ valur baxx

Objettiv

:

Forma ta’ għajnuna

:

L-ebda għajnuna

Baġit

:

Intensità

:

Tul ta’ żmien

:

Setturi ekonomiċi

:

Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti

:

Royal Ministry of Finance

Akersgate 40

NO-0030 Oslo

NORWAY

Informazzjoni oħra

:

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 434/6


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI

(2016/C 434/06)

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjoni ġenerali li ġejja:

 

EPSO/AD/330/16 — AMMINISTRATURI FIL-QASAM TAL-ENERĠIJA NUKLEARI (AD 7)

għall-profili li ġejjin:

1.

SPETTURI TA’ SALVAGWARDJI NUKLEARI

2.

UFFIĊJALI GĦALL-POLITIKA

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat f’24 lingwa f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 434 A tal-24 ta’ Novembru 2016.

Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit web tal-EPSO: http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 434/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8180 — Verizon Communications Inc./Yahoo Holdings, Inc.)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 434/07)

1.

Fis-17 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Verizon Communications Inc. (“Verizon”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tan-negozju operattiv kollu kemm hu ta’ Yahoo Inc. (“Yahoo”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma. Hija mhix se takkwista l-flus kontanti u t-titoli negozjabbli ta’ Yahoo, l-ishma tagħha f’Alibaba Group Holdings Limited, l-ishma tagħha f’Yahoo Japan Corporation, ċerti investimenti minoritarji, jew Excalibur IP, LLC, sussidjarja proprjetà kollha kemm hi ta’ Yahoo li għandha ċerta proprjetà intellettwali mhux fil-qalba tan-negozju operattiv ta’ Yahoo.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Verizon: fornitur ta’ komunikazzjonijiet, informazzjoni u divertiment ta’ prodotti u servizzi għall-konsumaturi, negozji u aġenziji governattivi. Hija tipprovdi servizzi mingħajr fili u bil-fili, b’numru ta’ prodotti u servizzi relatati, u tħaddem infrastruttura tan-netwerk. AOL, waħda mis-sussidjarji tagħha, hija kumpanija tat-teknoloġija tal-midja li tgħaqqad fuq il-pjattaformi tagħha pubblikaturi, min jagħmel il-riklami u l-konsumaturi,

—   għal Yahoo: kumpanija tat-teknoloġija li toffri esperjenzi personalizzati lill-konsumaturi u tgħaqqad lil min jirreklama ma’ udjenzi fil-mira. Hi tipprovdi diversi servizzi tal-Internet bħat-tiftix, il-komunikazzjonijiet, u l-kontenut diġitali. L-assi ta’ Yahoo jinkludu marki tad-ditta tal-kontenut fil-finanzi, l-aħbarijiet, l-isport, kif ukoll servizzi tal-emails. Yahoo għandha bħala proprjetà diversi assi tat-teknoloġija fl-ispazju għar-rekalamar.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8180 — Verizon Communications Inc./Yahoo Holdings, Inc., f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 434/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8300 — Hewlett Packard Enterprise Services/Computer Sciences Corporation)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 434/08)

1.

Fis-17 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha n-negozju ta’ servizzi tal-intrapriża ta’ Hewlett Packard Enterprise Company, (“HPES”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Kompjuter Sciences Corporation kollha kemm hi (“CSC”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal HPES: il-provvista ta’ konsulenza, tat-teknoloġija tal-informatika (“IT”) l-esternalizzazzjoni u servizzi ta’ appoġġ u servizzi ta’ intrapriżi offerti tradizzjonali,

—   għal CSC: il-provvista ta’ servizzi u soluzzjonijiet tal-IT.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8300 — Hewlett Packard Enterprise Services/Computer Sciences Corporation, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 434/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8244 — The Coca-Cola Company/Coca-Cola HBC/Neptūno Vandenys)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 434/09)

1.

Fis-17 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi The Coca-Cola Company (l-Istati Uniti tal-Amerika) u Coca-Cola HBC AG (l-Isvizzera) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Neptūno Vandenys UAB (il-Litwanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal The Coca-Cola Company: hija sid ta’ marka tad-ditta u toħroġ il-liċenzja ta’ diversi marki tad-ditta użati biex jikkummerċjalizzaw u jbiegħu xorb mhux alkoħoliku. Hija tipproduċi wkoll konċentrat u ġulepp għal soft drinks li hi tissupplixxi lill-operaturi li jibbottiljaw fil-fliexken u l-laned kif ukoll lill-bejjiegħa bl-imnut tal-funtani,

—   għal Coca-Cola HBC AG: hija kumpanija tal-ibbottiljar awtorizzata ta’ The Coca-Cola Company li tipproduċi, tinnegozja u tbigħ xorb tad-ditta tal-Coca-Cola Company u xorb ieħor fl-UE u bnadi oħra fl-Ewrasja u l-Afrika,

—   għal Neptūno Vandenys UAB: testratta, tibbottilja, tinnegozja u tbigħ ilma ppakkettjat u ilma b’togħmiet differenti fil-Litwanja bl-isem tad-ditta Neptūnas.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir- referenza M.8244 — The Coca-Cola Company/Coca-Cola HBC/Neptūno Vandenys, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 434/10


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8265 — Carlyle/KAP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 434/10)

1.

Fit-18 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża The Carlyle Group (“Carlyle”, l-Istati Uniti tal-Amerika), permezz tas-sussidjarja tiegħu Carlyle Strategic Partners IV, L.P. (“CSP IV”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża KAP Beteiligungs AG kollha kemm hi (“KAP”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Carlyle: ġestjoni tal-assi alternattivi f’livell dinji, li tiġġestixxi fondi li jinvestu f’livell dinji f’diversi dixxiplini ta’ investiment,

—   għal KAP: investiment f’intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8265 — Carlyle/KAP, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.