|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 418I |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2016/C 418 I/01 |
||
|
2016/C 418 I/02 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
14.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 418/1 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
(2016/C 418 I/01)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni deżinjati fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (1), kif implimentata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1985 (2), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (3), kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1984 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK u fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness IIa għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 16 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill qabel l-1 ta' Marzu 2017, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
DG C 1C |
|
Rue de la Loi 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu |
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami li jmiss tal-Kunsill, skont l-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK u l-Artikolu 32(4) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, tal-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati.
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 u fir-raba' u s-sitt paragrafu tal-Artikolu 263, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.
(2) ĠU L 305 I, 14.11.2016, p. 4
(4) ĠU L 305 I, 14.11.2016, p. 1
|
14.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 418/2 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1984 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
(2016/C 418 I/02)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (2), kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1984 (3).
Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' proċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta' proċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ C li wieħed jista' jikkuntattja f'dan l-indirizz:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
DG C 1C |
|
Rue de la Loi 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu |
L-għan tal-operazzjoni ta' proċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 36/2012, kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1984.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati f'dak ir-Regolament.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kull data oħra marbuta ma' dan.
Id-data personali miġbura tista' tinqasam skont kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu f'konformità mat-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (4).
Id-data personali tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.
Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
(3) ĠU L 305 I, 14.11.2016, p. 1.
(4) ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.