ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 413

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
10 ta' Novembru 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2016/C 413/01 BĊE/2016/29

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Ottubru 2016 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland (BĊE/2016/29)

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 413/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8200 — Platinum Equity Group/Emerson Network Power Business) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 413/03

Rata tal-kambju tal-euro

3

 

Aġenzija Ewropea għad-Difiża

2016/C 413/04

Pubblikazzjoni tal-kontijiet finali għas-sena finanzjarja 2015

4

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2016/C 413/05

Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni

5

2016/C 413/06

L-ebda għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE

6

2016/C 413/07

L-ebda għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE

7


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2016/C 413/08

Azzjoni mressqa fit-3 ta’ Awwissu 2016 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra r-Renju tan-Norveġja (Il-Kawża E-9/16)

8

2016/C 413/09

Azzjoni mressqa fit-3 ta’ Awwissu 2016 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda (Il-Kawża E-10/16)

10

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 413/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8226 — TowerBrook Capital Partners/Van Dijk Educatie Beheer) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

11


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

10.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-28 ta’ Ottubru 2016

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland

(BĊE/2016/29)

(2016/C 413/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti tal-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland, Grant Thornton, intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2015. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2016.

(3)

Il-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland għażel lil Mazars bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2016 sa 2020,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi Mazars għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland għas-snin finanzjarji 2016 sa 2020.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-28 ta’ Ottubru 2016.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

10.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8200 — Platinum Equity Group/Emerson Network Power Business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 413/02)

Fl-4 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8200. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

10.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-9 ta’ Novembru 2016

(2016/C 413/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1022

JPY

Yen Ġappuniż

114,54

DKK

Krona Daniża

7,4417

GBP

Lira Sterlina

0,89030

SEK

Krona Żvediża

10,0025

CHF

Frank Żvizzeru

1,0793

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,1193

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,027

HUF

Forint Ungeriż

304,95

PLN

Zloty Pollakk

4,3388

RON

Leu Rumen

4,5050

TRY

Lira Turka

3,5215

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4336

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4798

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,5467

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5065

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5365

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 270,65

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,8301

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4771

HRK

Kuna Kroata

7,5048

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 539,12

MYR

Ringgit Malażjan

4,6688

PHP

Peso Filippin

53,780

RUB

Rouble Russu

69,8562

THB

Baht Tajlandiż

38,516

BRL

Real Brażiljan

3,5565

MXN

Peso Messikan

21,8522

INR

Rupi Indjan

73,3765


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Aġenzija Ewropea għad-Difiża

10.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/4


Pubblikazzjoni tal-kontijiet finali għas-sena finanzjarja 2015

(2016/C 413/04)

Il-verżjoni sħiħa tal-kontijiet finali tinsab fl-indirizz segwenti:

http://www.eda.europa.eu/Aboutus/who-we-are/Finance


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

10.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/5


Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni

(2016/C 413/05)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura li ġejja dwar l-għajnuna mill-Istat:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

fil-15 ta’ Ġunju 2016.

Każ Nru

:

78841

Nru tad-Deċiżjoni

:

126/16/COL

Stat tal-EFTA

:

In-Norveġja

Reġjun

:

Mhux applikabbli

Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju)

:

Emendi għall-iskema ta’ għotja għall-produzzjoni għall-mezzi tax-xandir tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti

Bażi ġuridika

:

Emendi għar-Regolament tal-25 ta’ Marzu 2014 dwar għotjiet għall-produzzjoni għall-mezzi tax-xandir tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti

Tip ta’ miżura

:

Skema

Objettiv

:

Il-promozzjoni tal-pluralità u d-diversità tax-xandir

Forma tal-għajnuna

:

Għotja

Baġit

:

NOK 14,8 miljun

Terminu

:

Sal-2020

Setturi ekonomiċi

:

Mezzi tax-xandir tal-aħbarijiet u l-ġrajjiet kurrenti

Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti

:

L-Awtorità Norveġiża tal-Mezzi tax-Xandir

Nygata 4

NO-1607 Fredrikstad

IN-NORVEĠJA

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/


10.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/6


L-ebda għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE

(2016/C 413/06)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA hija tal-fehma li l-miżura li ġejja ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

fil-15 ta’ Ġunju 2016.

Każ Nru

:

79001

Nru tad-Deċiżjoni

:

127/16/COL

Stat tal-EFTA

:

In-Norveġja

Reġjun

:

Oslo

Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju)

:

Urbanium AS

Bażi ġuridika

:

Tip ta’ miżura

:

Bejgħ ta’ proprjetà

Objettiv

:

Forma tal-għajnuna

:

L-ebda għajnuna

Baġit

:

Intensità

:

Terminu

:

Setturi ekonomiċi

:

Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti

:

Il-Belt ta’ Oslo, L-Aġenzija għall-Proprjetà Immobbli u t-Tiġdid Urban

Christian Krohgs gate 16

N-0105 Oslo

IN-NORVEĠJA

Informazzjoni oħra

:

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/


10.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/7


L-ebda għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE

(2016/C 413/07)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA hija tal-fehma li l-miżura li ġejja ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

is-17 ta’ Ġunju 2016

Il-Każ Nru

:

79159

Id-Deċiżjoni Nru

:

130/16/2016

Stat tal-EFTA

:

L-Iżlanda

Titolu (u/jew l-isem tal-benefiċjarju)

:

Il-bejgħ tal-elettriku lil Thorsil

Bażi ġuridika

:

Kuntratt tal-elettriku ffirmat bejn Thorsil ehf. u Landsvirkjun

Tip ta’ miżura

:

L-ebda għajnuna mill-Istat

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

10.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/8


Azzjoni mressqa fit-3 ta’ Awwissu 2016 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra r-Renju tan-Norveġja

(Il-Kawża E-9/16)

(2016/C 413/08)

Fit-3 ta’ Awwissu 2016 tressqet azzjoni quddiem il-Qorti tal-EFTA kontra r-Renju tan-Norveġja mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Carsten Zatschler u Auður Ýr Steinarsdóttir, li jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, 1040 Brussell.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA tiddikjara li:

1.

Billi żammet fis-seħħ leġiżlazzjoni nazzjonali bħat-taqsima 2, il-paragrafu 32, tar-Regolament Norveġiż dwar il-Prodotti li tipprojbixxi l-manifattura, l-importazzjoni, l-esportazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tal-konsumatur li fihom ċerti konċentrazzjonijiet ta’ aċidu perfluworoottanojku (PFOA), in-Norveġja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha li jirriżultaw minn dan l-Att imsemmija fil-punt 12zc tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, kif emendat), b’mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu, kif adattat għall-Ftehim ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu.

2.

Alternattivament, billi żammet fis-seħħ dispożizzjoni nazzjonali bħal dik imsemmija iktar ‘il fuq, ladarba tnieda l-proċess ta’ restrizzjoni skont it-Titolu VIII tal-Att imsemmi aktar ’il fuq, li ssir referenza għalih fil-punt 12zc tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE, in-Norveġja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-Artikolu 3 tal-Ftehim ŻEE moqri flimkien mal-Artikolu 128(1) ta’ dak l-Att.

3.

Billi żammet fis-seħħ leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik imsemmija iktar ‘il fuq, in-Norveġja naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-Artikolu 11 tal-Ftehim ŻEE.

4.

Ir-Renju tan-Norveġja jerfa’ l-ispejjeż tal-proċedimenti.

L-isfond legali u fattwali u l-eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (ESA) ssostni li r-Renju tan-Norveġja kiser l-obbligi tiegħu skont ir-Regolament REACH, u/jew l-obbligi tiegħu skont il-Ftehim taż-ŻEE, billi żamm fis-seħħ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-manifattura, l-importazzjoni, l-esportazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tal-konsumatur li fihom 0,001 % jew aktar, bil-piż, ta’ sustanza komunement magħrufa bħala “PFOA”.

L-ESA qed tfittex li tikseb kjarifika li meta sustanza tkun ġiet identifikata bħala li tippreżenta riskju mhux ikkontrollat għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, ir-regolamentazzjoni unilaterali nazzjonali ta’ sustanzi koperti minn REACH tkun permissibbli biss f’ċerti ċirkustanzi ddefiniti b’mod strett, previsti mir-Regolament REACH.

Din l-Applikazzjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni nazzjonali adottata fin-Norveġja biex tirrestrinġi l-PFOA. Permezz ta’ din l-applikazzjoni, l-ESA bl-ebda mod ma tfittex li tqiegħed dubju fuq il-ħtieġa ta’ regolamentazzjoni tal-PFOA bħala sustanza. Pjuttost, din hija kwistjoni importanti ta’ proċedura li wasslet lill-ESA sabiex tippreżenta din l-azzjoni dwar ksur: meta Stat taż-ŻEE jidentifika riskju għas-saħħa jew għall-ambjent li jirriżulta minn sustanza koperta mir-REACH, huwa essenzjali għall-funzjonament tas-sistema stabbilita minn REACH li dawk il-preokkupazzjonijiet tittieħed azzjoni dwarhom fil-qafas ta’ dik is-sistema, minflok li jirriżultaw f’azzjoni unilaterali.

Fis-27 ta’ Awwissu 2013, il-Gvern Norveġiż informa lill-ESA li regolament li jemenda r-Regolament Norveġiż dwar il-Prodotti permezz tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq il-manifattura, l-importazzjoni, l-esportazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti għall-konsumatur li fihom il-PFOA u ċertu melħ u esteri tal-PFOA kien ġie adottat fis-27 ta’ Mejju 2013.

Fit-8 ta’ Lulju 2015, l-ESA pprovdiet opinjoni motivata dwar il-kwistjoni. Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 31 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (SCA — Surveillance and Court Agreement), l-ESA obbligat lin-Norveġja biex tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma ma’ din l-opinjoni motivata fi żmien xahrejn wara n-notifika, jiġifieri mhux aktar tard mit-8 ta’ Settembru 2015.

B’ittra tas-16 ta’ Ottubru 2015, in-Norveġja wieġbet għal din l-opinjoni motivata billi żammet il-pożizzjoni tagħha u pprovdiet xi kummenti addizzjonali. Peress li n-Norveġja kienet għadha qed iżżomm fis-seħħ id-dispożizzjonijiet nazzjonali kkonċernati fid-data tal-iskadenza stabbilita fl-opinjoni motivata, l-ESA ddeċidiet li tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-EFTA skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 31 SCA.


10.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/10


Azzjoni mressqa fit-3 ta’ Awwissu 2016 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda

(Il-Kawża E-10/16)

(2016/C 413/09)

Fit-3 ta’ Awwissu 2016 tressqet azzjoni quddiem il-Qorti tal-EFTA kontra l-Iżlanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Carsten Zatschler, Øyvind Bø u Marlene Lie Hakkebo, li jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, 1040 Brussell, il-Belġju.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

1.

Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punt 6a u fil-punt 6e tal-Kapitlu VIII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, (id-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni), kif adattata għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa sabiex timplimenta l-Artikolu 13 tal-Att fiż-żmien preskritt, jew fi kwalunkwe każ billi naqset milli tavża lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA b’dan.

2.

Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.

L-isfond legali u fattwali u l-eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:

L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Iżlanda li tikkonforma, sa mhux aktar tard mit-13 ta’ Marzu 2016, ma’ opinjoni motivata mogħtija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fit-13 ta’ Jannar 2016 dwar in-nuqqas ta’ dan l-Istat li jimplimenta fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tiegħu, id-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni, kif imsemmija fil-punt 6a u fil-punt 6e tal-Kapitolu VIII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u kif adattata għal dan il-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tagħha (“l-Att”).

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tissottometti li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa biex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

10.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/11


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8226 — TowerBrook Capital Partners/Van Dijk Educatie Beheer)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 413/10)

1.

Fit-3 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża TowerBrook Capital Partners L.P. (“TowerBrook”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdieni tal-impriża Van Dijk Educatie Beheer BV (“Van Dijk”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

TowerBrook hija ditta ta’ ekwità privata li tinvesti fi prodotti u servizzi tal-kura tas-saħħa, servizzi finanzjarji, oġġetti tal-konsum, telekomunikazzjonijiet, il-midja, il-kimiċi, servizzi tal-għerf u setturi industrijali magħżula;

Van Dijk tbigħ u tikri l-kotba tal-iskola u riżorsi edukattivi oħrajn għall-iskejjel sekondarji u lill-istudenti fl-edukazzjoni vokazzjonali, dik għolja, professjonali u universitarja. Hija tbigħ ukoll kotba professjonali u ta’ ġestjoni lil aġenziji tal-gvern u tipprovdi servizzi ta’ aġenzija ta’ abbonament għal aġenziji tal-gvern u impriżi privati.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8226 — TowerBrook Capital Partners/Van Dijk Educatie Beheer, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.