|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 409/01 |
Bidu ta’ proċeduri (Il-Każ M.7962 — ChemChina/Syngenta) ( 1 ) |
|
|
2016/C 409/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8208 — CPPIB/Glencore/Glencore Agri) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 409/03 |
||
|
2016/C 409/04 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
2016/C 409/05 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 409/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8059 — Investindustrial/Black Diamond/Polynt/Reichhold) ( 1 ) |
|
|
Rettifika |
|
|
2016/C 409/07 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409/1 |
Bidu ta’ proċeduri
(Il-Każ M.7962 — ChemChina/Syngenta)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 409/01)
Fit-28 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.
Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301) jew b’imejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.7962 — ChemChina/Syngenta, fl-indirizz li ġej:
|
Kummissjoni Ewropea |
|
Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, |
|
Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
5.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8208 — CPPIB/Glencore/Glencore Agri)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 409/02)
Fit-28 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8208. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-4 ta’ Novembru 2016
(2016/C 409/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1093 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
114,24 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4412 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,88808 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,9630 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0774 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,1098 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,021 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
306,13 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3188 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4995 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,4930 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4438 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4901 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,6034 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5169 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5357 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 269,41 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,0121 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,4955 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5135 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 519,46 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6661 |
|
PHP |
Peso Filippin |
53,837 |
|
RUB |
Rouble Russu |
71,0672 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,803 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,5996 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,2285 |
|
INR |
Rupi Indjan |
74,0395 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
5.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409/3 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2016/C 409/04)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ferm f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż tal-ħruġ : Andorra
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-25 anniversarju tar-Radju u tat-Televiżjoni ta’ Andorra
Id-deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri mikrofonu u antenna mdawra minn diversi linji ċirkolari bl-iskrizzjoni “25è ANIVERSARI DE RÀDIO I TELEVISIÓ D’ANDORRA” u s-sena tal-ħruġ “2016” u l-isem tal-Istat tal-ħruġ “ANDORRA”. Din il-munita kommemorattiva tiċċelebra l-25 anniversarju mit-twaqqif tal-midja f’Andorra permezz tal-bidu tax-xandir bir-radju u t-televiżjoni pubbliċi ta’ Andorra.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu :
Id-data tal-istampar : Diċembru 2016
(1) Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
5.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409/4 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2016/C 409/05)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż tal-ħruġ : Andorra
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : 150 sena mir-Riforma l-Ġdida tal-1866
Id-deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri s-sala prinċipali ta’ “Casa de la Vall” (fil-bini tal-Parlament ta’ Andorra) bl-iskrizzjoni “150 ANYS DE LA NOVA REFORMA DE 1866”, is-sena tal-ħruġ “2016” u l-isem tal-Istat tal-ħruġ “ANDORRA”. Din il-munita kommemorattiva tiċċelebra 150 sena mid-Digriet tar-Riforma l-Ġdida, wieħed mill-akbar passi fl-istorja ta’ Andorra u tal-Consell General (il-Parlament ta’ Andorra), li kien jirrappreżenta trasformazzjoni soċjali u politika fil-Prinċipat ta’ Andorra.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu :
Id-data tal-istampar : Diċembru 2016
(1) Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409/5 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8059 — Investindustrial/Black Diamond/Polynt/Reichhold)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 409/06)
|
1. |
Fis-26 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-fondi affiljati ma’ Investindustrial, permezz ta’ Global Chemicals SARL (“Investindustrial”, il-Lussemburgu), u l-fondi affiljati ma’ Black Diamond Capital Management L.L.C. (“Black Diamond”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Polynt Group (“Polynt”, l-Italja) u Reichhold Group (“Reichhold”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Polynt: L-iżvilupp, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ kimiċi ta’ speċjalità u kimiċi tal-pestazzjoni. B’mod partikolari, Polynt hija attiva fil-produzzjoni ta’ UPR, kimiċi intermedji (anidridi), komoditajiet relatati (plastifikanti) u speċjalitajiet (komposti bis-sħana); — Reichhold: Il-manifattura u l-provvista ta’ reżini użati fil-komposti u fil-kisi; — Investindustrial: Kumpanija azzjonarja li takkwista u tiġġestixxi l-parteċipazzjoni fl-ishma f’kumpaniji oħra. — Black Diamond: Ditta ta’ konsulenza tal-investiment b’enfasi fuq erba’ oqsma ta’ investiment: (i) fondi opportunistiċi kontrollati/fondi ta’ ekwità privata; (ii) fondi hedge; (iii) fondi mezzana u obbligi ta’ self kollateralizzat; u (iv) veikoli strutturati oħrajn. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8059 — Investindustrial/Black Diamond/Polynt/Reichhold, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
Rettifika
|
5.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409/6 |
Rettifika għar-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-8, mid-9, mill-10 u mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 375 tat-13 ta’ Ottubru 2016 )
(2016/C 409/07)
Fil-paġni 306 u 307, fil-kolonna tal-lemin intitolata “Ir-risposti mill-Kummissjoni”, dawk ir-risposti nnumerati bħala l-paragrafi 42, 43 u 44 għandhom ikunu nnumerati bħala risposti għall-paragrafi 39, 40 u 41 tal-osservazzjonijiet tal-Qorti.
Fil-paġna 308, fil-kolonna tal-lemin intitolata “Ir-risposti mill-Kummissjoni”, ir-risposta nnumerata bħala l-paragrafu 48 għandha tkun innumerata bħala risposta għall-paragrafu 45 tal-osservazzjonijiet tal-Qorti.