|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
||
|
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
It-Tlieta 9 ta’ Ġunju 2015 |
|
|
2016/C 407/01 |
||
|
2016/C 407/02 |
||
|
2016/C 407/03 |
||
|
|
L-Erbgħa 10 ta’ Ġunju 2015 |
|
|
2016/C 407/04 |
||
|
2016/C 407/05 |
||
|
2016/C 407/06 |
||
|
2016/C 407/07 |
||
|
|
Il-Ħamis 11 ta’ Ġunju 2015 |
|
|
2016/C 407/08 |
||
|
2016/C 407/09 |
||
|
2016/C 407/10 |
||
|
2016/C 407/11 |
||
|
2016/C 407/12 |
||
|
|
L-Erbgħa 24 ta’ Ġunju 2015 |
|
|
2016/C 407/13 |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
L-Erbgħa 24 ta’ Ġunju 2015 |
|
|
2016/C 407/14 |
||
|
2016/C 407/15 |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
IL-PARLAMENT EWROPEW |
|
|
|
It-Tlieta 9 ta’ Ġunju 2015 |
|
|
2016/C 407/16 |
||
|
|
L-Erbgħa 10 ta’ Ġunju 2015 |
|
|
2016/C 407/17 |
||
|
2016/C 407/18 |
||
|
2016/C 407/19 |
||
|
2016/C 407/20 |
||
|
|
L-Erbgħa 24 ta’ Ġunju 2015 |
|
|
2016/C 407/21 |
||
|
2016/C 407/22 |
|
Tifsira tas-simboli użati
(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att) Emendi tal-Parlament: Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. |
|
MT |
|
|
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407/1 |
IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2015–2016
Dati tas-seduti: 8-11 ta’ Ġunju 2015
Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 247, 7.7.2016
TESTI ADOTTATI
Data tas-seduta: 24 ta’ Ġunju 2015
Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 256, 14.7.2016
TESTI ADOTTATI
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew
It-Tlieta 9 ta’ Ġunju 2015
|
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407/2 |
P8_TA(2015)0218
L-istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar l-istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015 (2014/2152(INI))
(2016/C 407/01)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (ECHR), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1949 dwar is-Soppressjoni tat-Traffikar tal-Bnedmin u l-Isfruttament tal-Prostituzzjoni ta' Oħrajn, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Pekin adottati mir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995 u d-dokumenti riżultanti sussegwenti adottati fis-sessjonijiet speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Pekin + 5 (2000), Pekin + 10 (2005) u Pekin + 15 (2010) u dwar id-dokument riżultanti tal-konferenza ta' reviżjoni Pekin + 20, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1567/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar l-għajnuna għal strateġiji u azzjonijiet dwar ir-riproduttività u s-saħħa sesswali u d-drittijiet fil-pajjiżi li għadhom jiżviluppaw (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/99/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-ordni Ewropea ta' protezzjoni (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (5), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-principju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (6), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta' Marzu 2010, li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-liv tal-ġenituri konkluż minn BusinessEurope, UEAPME, CEEP u ETUC u li tħassar id-Direttiva 96/34/KE (7), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (8), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (9), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi (10) u s-sentenza relatata tal-1 ta' Marzu 2011 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawża Test-Achats (C-236/09) (11), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020), adottat mill-Kunsill Ewropew f'Marzu 2011 (12), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2010 bl-isem “Impenn imsaħħaħ għall-ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel: Karta f’Isem il-Mara” (COM(2010)0078), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2010 intitolata “Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015” (COM(2010)0491), |
|
— |
Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 intitolata “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2011 bit-titolu “Insostnu t-tkabbir u l-impjiegi – aġenda għall-immodernizzar tas-sistemi ta' edukazzjoni għolja fl-Ewropa” (COM(2011)0567), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tas-16 ta' Settembru 2013 intitolat “Mid-term review of the Strategy for equality between women and men (2010-2015)” (SWD(2013)0339), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-8 ta' Marzu 2010 intitolat “EU Plan of Action on Gender Equality and Women's Empowerment in Development (2010-2015)” (SWD(2010)0265), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur tad-19-20 ta' Ġunju 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju mid-Dipartiment C tal-Politika tal-Parlament Ewropew intitolat “Study on the Evaluation of the Strategy for Equality between Women and Men 2010-2015 as a contribution to achieve the goals of the Beijing Platform for Action”, ippubblikat fl-2014, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) bl-isem “Violence against women – an EU-wide survey. Main results” ippubblikat f'Marzu 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) bl-isem “Discrimination against and living conditions of Roma women in 11 EU Member States”, li ġie ppubblikat f'Ottubru 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) bl-isem “Being Trans in the EU – Comparative analysis of the EU LGBT survey data”, li ġie ppubblikat f'Diċembru 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Ġunju 1995 dwar ir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa f'Pekin: “Ugwaljanza, Żvilupp u Paċi” (13), tal-10 ta' Marzu 2005 dwar is-segwitu għar-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa – Pjattaforma ta' Azzjoni, Pekin + 10 (14), u tal-25 ta' Frar 2010 dwar Pekin + 15 – Pjattaforma ta' Azzjoni tan-NU għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (15), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta' Frar 2010 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2009 (16), tat-8 ta' Marzu 2011 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2010 (17),u tat-13 ta' Marzu 2012 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2011 (18), u tal-10 ta' Marzu 2015 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – fl-2013 (19), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta' valur ugwali (20), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2013 dwar l-eliminazzjoni tal-istereotipi tas-sessi fl-UE (21), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar aspetti rigward il-ġeneru fil-kuntest tar-reċessjoni ekonomika u l-kriżi finanzjarja (22) u tat-12 ta' Marzu 2013 dwar l-impatt tal-kriżi ekonomika fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa (23), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2013 dwar is-57 sessjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa (CSW) tan-NU: l-eliminazzjoni u l-prevenzjoni tal-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet (24), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Mejju 2012 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta' valur ugwali (25), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2013, dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati (26). |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-Vjolenza Fuq in-Nisa (27). |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-25 ta' Frar 2014 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2014 (28), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0163/2015), |
|
A. |
billi d-dritt għal trattament ugwali huwa dritt fundamentali deċiżiv rikonoxxut fit-Trattati tal-Unjoni Ewropea fermament stabbilit fis-soċjetà Ewropea u huwa indispensabbli għall-iżvilupp ulterjuri ta' din is-soċjetà u għandu japplika fil-leġiżlazzjoni, fil-prattika, fil-ġurisprudenza kif ukoll fil-ħajja reali; |
|
B. |
billi l-UE storikament ħadet passi importanti biex issaħħaħ id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi, iżda kien hemm tnaqqis fl-azzjoni politika u r-riforma għall-ugwaljanza bejn is-sessi matul l-aħħar għaxar snin fil-livell tal-UE; billi l-istrateġija preċedenti tal-Kummissjoni kienet wisq dgħajfa u ma rriżultatx f'azzjoni suffiċjenti għall-ugwaljanza bejn is-sessi; billi strateġija ġdida jeħtiġilha tagħti spinta ġdida u twassal għal azzjoni konkreta biex id-drittijiet tan-nisa jissaħħu u tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi; |
|
C. |
billi wħud mill-għanijiet stabbiliti ntlaħqu permezz tal-istrateġija preċedenti tal-Kummissjoni, iżda ma nkisbitx ugwaljanza sħiħa, filwaqt li evidenza ta' interazzjoni bejn forom differenti ta' diskriminazzjoni, miri preċiżi u miżuri ta' analiżi effettivi spiss kienu nieqsa u l-integrazzjoni taż-żewġ sessi baqgħet tiġi implimentata sa punt limitat biss; |
|
D. |
billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija valur bażiku tal-UE rikonoxxut fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-UE assumiet il-kompitu speċifiku li tintegra dan fl-attivitajiet kollha tagħha; billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija essenzjali bħala objettiv strateġiku sabiex jintlaħqu l-objettivi ġenerali tal-UE, bħall-mira tar-rata tal-impjieg fi ħdan l-istrateġija Ewropa 2020 u assi ekonomiku essenzjali għall-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku ekwu u inklussiv; billi t-tnaqqis tal-inugwaljanza okkupazzjonali mhuwiex biss għan f'termini ta' trattament ugwali, iżda wkoll f'termini ta' effiċjenza u fluwidità fis-suq tax-xogħol; |
|
E. |
billi d-distakk fl-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa u d-diskriminazzjoni bejn ir-Roma u s-soċjetà ġenerali jibqa' wiesa', u s-sitwazzjoni tan-nisa Roma fl-UE hija saħansitra agħar bħala riżultat ta' diskriminazzjoni multipla bbażata kemm fuq l-etniċità kif ukoll is-sess; |
|
F. |
billi l-pożizzjoni ekonomika u politika tal-Ewropa tista' biss titjieb u l-konsegwenzi tal-bidla demografika jistgħu jiġu evitati jekk it-talenti u l-potenzjal tan-nisa u l-irġiel kollha jiġu sfruttati; |
|
G. |
billi ma nistgħux nibqgħu marbuta ma' mudelli ekonomiċi skaduti u ambjentalment mhux sostenibbli li huma bbażati fuq sistema ta' distribuzzjoni tax-xogħol ibbażata fuq is-sess li skadiet u li issa ġiet superata mill-integrazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; billi għandna bżonn ta' mudell ġdid u soċjalment sostenibbli bbażat fuq l-għarfien u l-innovazzjoni, li jinkorpora fih il-firxa sħiħa tat-talenti tan-nisa fin-nisġa produttiva, inkluż billi jinxteħet dubju dwar xi normi industrijali u l-fatturi li jassenjaw l-irġiel u n-nisa kompiti differenti, li jirrimedja l-bilanċ tar-responsabbiltà bejn l-irġiel u n-nisa fl-isfera pubblika u privata u li jarmonizza l-ħajja personali u professjonali tal-ħaddiema taż-żewġ sessi; |
|
H. |
billi l-possibilità ta' aċċess għal servizzi ta' kura tat-tfal u ta' appoġġ għall-anzjani bi prezz raġonevoli u ta' kwalità għolja kif ukoll għal persuni oħra dipendenti huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali tal-irġiel u n-nisa fis-suq tax-xogħol, fl-edukazzjoni u t-taħriġ; |
|
I. |
billi l-Pjattaforma ta' Peking għall-Azzjoni din is-sena tagħlaq għoxrin sena u l-għanijiet u l-implimentazzjoni sħiħa tagħha huma aktar rilevanti minn qatt qabel; |
|
J. |
billi l-vjolenza kontra n-nisa, kemm jekk hi fiżika, sesswali jew psikoloġika, hija ostaklu ewlieni għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u tibqa' l-vjolazzjoni l-aktar mifruxa tad-drittijiet tal-bniedem li taffettwa l-livelli kollha tas-soċjetà, iżda waħda mid-delitti l-anqas rappurtati; billi, minkejja l-miżuri kollha meħuda kontra l-fastidju sesswali, skont l-istħarriġ tal-FRA li sar f'Marzu 2014, 55 % tan-nisa esperjenzaw forma waħda jew aktar ta' fastidju sesswali matul ħajjithom u 33 % tan-nisa esperjenzaw vjolenza fiżika u/jew sesswali sa mill-età ta' 15-il sena; billi ħajja ħielsa mill-vjolenza hija prerekwiżit għal parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà, u għandhom jiġu introdotti miżuri b'saħħithom biex tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa; |
|
K. |
billi l-prostituzzjoni furzata hija vjolenza li taffettwa b'mod partikolari lil dawk l-aktar vulnerabbli, hija l-aktar relatata ma' netwerks tal- kriminalità organizzata u t-traffikar tal-bnedmin u hija ostaklu għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; |
|
L. |
billi n-nisa, minħabba strutturi tradizzjonali u diżinċentivi fiskali, ġie impost fuqhom status ta' persuna sekondarja li taħdem bi qligħ fil-familja, fil-forma ta' segregazzjoni kemm vertikali kif ukoll orizzontali fis-suq tax-xogħol, karriera b'lakuni u inugwaljanza fil-paga rilevanti għas-sess, u billi, barra minn hekk, ix-xogħol ta' kura bla ħlas, il-kura tat-tfal, il-kura tal-anzjani u ta' dipendenti oħra u x-xogħol domestiku huma konsiderevolment imwettqa aktar spiss min-nisa, u għalhekk in-nisa jkollhom anqas ħin disponibbli biex isegwu attività bi qligħ, u, min-naħa l-oħra, dan iwassal għal pensjoni ħafna iktar baxxa, u għaldaqstant ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja tal-familja, anki biex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, għandha tiġi promossa permezz ta' miżuri konkreti, fejn l-irġiel, b'mod partikolari, għandhom ikunu involuti aktar mill-qrib; |
|
M. |
billi r-rata ta' impjieg tan-nisa hija ta' 63 %, jew 53,5 % jekk l-impjiegi jitkejlu f'ekwivalenti ta' full-time (29); billi d-distakk fil-paga bejn is-sessi huwa ta' 16,4 % u d-distakk tal-pensjonijiet bejn is-sessi huwa f'medja ta' 39 %; billi l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol mhux dejjem tissarraf f'influwenza, pożizzjonijiet ta' poter u teħid ta' deċiżjonijiet li spiss huma okkupati mill-irġiel, li jillimita lin-nisa fil-kapaċità tagħhom li jkunu influwenti u jirrappreżenta defiċit demokratiku fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet, minħabba li n-nisa jagħmlu nofs il-popolazzjoni; billi l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi tmur lil hinn mill-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, u azzjoni pożittiva b'appoġġ għan-nisa tat prova tal-fatt li hija essenzjali għall-integrazzjoni sħiħa tagħhom fis-suq tax-xogħol, fit-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi u ekonomiċi u s-soċjetà b'mod ġenerali; billi l-esklużjoni tan-nisa minn pożizzjonijiet ta' poter u l-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet għandha effett ħażin fuq il-kapaċità tagħhom li jinfluwenzaw kemm l-iżvilupp u l-emanċipazzjoni tagħhom stessu l-iżvilupp tas-soċjetà; |
|
N. |
billi l-kwoti tas-sessi u ż-zipped lists fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi ddimostraw li huma għodod effettivi ħafna biex jindirizzaw id-diskriminazzjoni u żbilanċi ta' poter bejn is-sessi u biex titjieb ir-rappreżentanza demokratika f'korpi tat-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi; |
|
O. |
billi n-nuqqas ta' promozzjoni tal-politiki ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-promozzjoni insuffiċjenti ta' sigħat tax-xogħol flessibbli, speċjalment fost l-irġiel, u r-rata baxxa tal-użu ta' liv tal-ġenituri u tal-paternità jippreżentaw ostakli kbar għall-indipendenza ekonomika tan-nisa u l-kondiviżjoni ugwali tar-responsabilitajiet tal-familja u dawk domestiċi; |
|
P. |
billi l-wiċċ tal-faqar fl-Ewropa huwa sproporzjonatament wieħed femminili, u dan jinkludi b'mod partikolari l-ommijiet waħedhom, in-nisa b'diżabilità, in-nisa żgħażagħ, in-nisa anzjani, nisa migranti u nisa minn minoritajiet etniċi, li kollha huma milquta mill-faqar u mill-esklużjoni soċjali, sitwazzjoni aggravata mill-kriżi ekonomika u l-miżuri ta' awsterità speċifiċi, li ma għandux jiġġustifika li jsir inqas xogħol għall-ugwaljanza, kif ukoll in-nuqqas ta' sikurezza tal-impjieg, impjieg part-time, pagi u pensjonijiet baxxi, id-diffikultà ta' aċċess għal servizzi soċjali u tas-saħħa, u l-fatt li huma partikolarment l-impjiegi fis-settur pubbliku u s-servizzi fis-settur tal-kura li qed jiġu eliminati, li jagħmel il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi anki aktar importanti; |
|
Q. |
billi n-nisa li jgħixu f'żoni rurali huma aktar vittmi tad-diskriminazzjoni multipla u tal-istereotipi tas-sess min-nisa li jgħixu fiż-żoni urbani, u r-rata ta' impjieg tan-nisa li jgħixu fiż-żoni rurali hija ħafna inqas minn dik tan-nisa li jgħixu fil-bliet; billi ż-żoni rurali huma milquta min-nuqqas ta' opportunitajiet ta' impjieg ta' kwalità għolja; billi, barra minn hekk, għadd kbir ta' nisa qatt ma huma attivi fis-suq uffiċjali tax-xogħol u, għalhekk, mhumiex reġistrati bħala qiegħda jew inklużi fl-istatistiki ta' dawk qiegħda, ħaġa li tikkawża problemi finanzjarji u legali partikolari fir-rigward tad-drittijiet tal-maternità u l-liv tal-mard, l-akkwist tad-drittijiet tal-pensjoni u l-aċċess għas-sigurtà soċjali, kif ukoll problemi fil-każ ta' divorzju; |
|
R. |
billi r-rwoli tradizzjonali tas-sessi u l-istereotipi għadhom jeżerċitaw influwenza kbira ħafna fuq id-diviżjoni tax-xogħol fid-dar, fl-edukazzjoni, fil-karrieri, fuq il-post tax-xogħol u fis-soċjetà b'mod ġenerali; |
|
S. |
billi l-istereotipi tas-sessi u strutturi tradizzjonali għandhom impatt negattiv fuq is-saħħa, u billi l-aċċess universali għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet assoċjati huma drittijiet fundamentali tal-bniedem u għalhekk ma għandhomx jiġu limitati; billi d-dritt li wieħed jikkontrolla ġismu stess u d-dritt tal-awtodeterminazzjoni huma prerekwiżiti fundamentali għall-ugwaljanza universali; |
|
T. |
billi wieħed minn kull sitt koppji madwar id-dinja jesperjenzaw xi forma ta' problema ta' infertilità; billi l-Kummissjoni għandha tressaq Analiżi Komparattiva ġdida ta' Riproduzzjoni Assistita Medikament fl-UE, peress li l-istudju tal-2008 (SANCO/2008/C6/051), li dak iż-żmien uriet inugwaljanza sinifikanti ta' aċċess għat-trattament tal-fertilità, huwa skadut; |
|
U. |
billi għad hemm istituzzjonijiet edukattivi li jipprattikaw is-segregazzjoni tas-sessi, u materjali edukattivi spiss ikun fihom stereotipi li jgħinu biex jipperpetwaw ir-rwoli tradizzjonali separati assenjati lill-bniet u s-subien, li għandu impatt negattiv fuq l-għażliet tagħhom; billi dawn il-patterns tar-rwoli huma msaħħa aktar speċjalment minn rappreżentazzjonijiet u immaġni tan-nisa trażmessi mill-mezzi tax-xandir, materjal disponibbli fuq l-internet u r-reklamar; |
|
V. |
billi l-persuni transsesswali frekwentement jiffaċċjaw diskriminazzjoni, fastidju u vjolenza madwar l-UE llum minħabba l-identità tal-ġeneru jew l-espressjoni tal-ġeneru tagħhom; |
|
W. |
billi l-UE għandha responsabilità u rwol bħala mudell għall-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa, li għandhom isiru kwistjoni ta' tħassib ewlenija fl-azzjonijiet esterni tagħha; billi l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tas-sess u l-għoti tas-setgħa lin-nisa huma essenzjali jekk il-miri internazzjonali tal-iżvilupp għandhom jintlaħqu u għas-suċċess tal-politiki tal-UE dwar l-affarijiet barranin, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-politiki tal-kummerċ internazzjonali; billi n-nisa mhux biss huma aktar vulnerabbli għall-effetti tal-enerġija, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, iżda huma wkoll atturi effettivi f'dak li għandu x'jaqsam ma' strateġiji ta' mitigazzjoni u adattament, kif ukoll bħala mutur għal mudell ta' tkabbir ekwu u sostenibbli; |
|
X. |
billi l-mekkaniżmi istituzzjonali jiffurmaw bażi neċessarja għall-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi; billi l-ugwaljanza bejn is-sessi jeħtiġilha tiġi trattata bħala aspett importanti u trasversali tal-oqsma kollha tal-politika fl-UE u l-Istati Membri tagħha, flimkien mal-kunċetti ta' integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, l-ibbaġitjar fuq il-bażi tal-ġeneru u l-valutazzjoni tal-impatt fuq il-ġeneru; |
|
Y. |
billi l-analiżi sistematika tad-dejta skont is-sess hija għodda vitali biex jinkiseb progress ġenwin u sabiex ir-riżultati jiġu valutati b'mod effiċjenti; |
|
Z. |
billi f’dawn l-aħħar snin il-movimenti kontra l-ugwaljanza bejn is-sessi għamlu avvanz fil-qasam pubbliku f'għadd ta' Stati Membri, billi ppruvaw isaħħu r-rwoli tradizzjonali tas-sessi u sfidaw il-kisbiet eżistenti fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi; |
|
AA. |
billi l-isfidi attwali u l-esperjenza miksuba juru li n-nuqqas ta' politika koerenti bejn l-oqsma differenti għamlitha diffiċli biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-passat, u li proporzjon xieraq ta' fondi u koordinazzjoni aħjar, it-tixrid u l-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa huma meħtieġa, filwaqt li jitqiesu s-sitwazzjonijiet differenti; |
Rakkomandazzjonijiet ġenerali
|
1. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal u tadotta strateġija separata ġdida għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fl-Ewropa mmirata lejn il-ħolqien ta' opportunitajiet indaqs u bbażata fuq l-oqsma ta' prijorità tal-istrateġija preċedenti bil-ħsieb li ttemm kull forma ta' diskriminazzjoni li jħabbtu wiċċhom magħha n-nisa fis-suq tax-xogħol, fir-rigward tal-pagi, il-pensjonijiet, it-teħid ta' deċiżjonijiet, l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi, ir-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tal-familja u l-ħajja tax-xogħol u l-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa u biex tneħħi l-istrutturi u l-prattiki diskriminatorji relatati mal-ġeneru; jenfasizza li l-Istrateġija l-ġdida tad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jeħtieġ li tqis il-forom multipli u intersezzjonali ta' diskriminazzjoni kif imsemmi fl- Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li għandhom fatturi sottostanti komuni iżda li jaffettwaw lin-nisa b'mod differenti, u jeħtieġ li tiżviluppa azzjonijiet speċifiċi li jsaħħu d-drittijiet ta' gruppi differenti ta' nisa, inklużi n-nisa b'diżabilità, in-nisa migranti u ta' minoranza etnika, in-nisa Roma, in-nisa aktar anzjani, ommijiet waħedhom u l-LGBTI; |
|
2. |
Jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tiżviluppa miżuri maħsuba biex jeliminaw id-diskriminazzjoni kontra n-nisa kollha fid-diversità tagħhom taħt strateġija usa' ta' antidiskriminazzjoni u pjan direzzjonali LGBTI distint u separat; għal dak il-għan, iħeġġeġ lill-Kunsill biex jilħaq pożizzjoni komuni malajr kemm jista' jkun dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età, il-ġeneru jew orjentazzjoni sesswali, li ilha imblukkata minn mindu ġiet adottata mill-Parlament f'April 2009; |
|
3. |
Jiddispjaċih li l-Istrateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 ma tindirizzax b'mod speċifiku d-diżabilità, minkejja l-fatt li n-nisa b'diżabilità ta' spiss huma f’sitwazzjoni inqas favorevoli mill-irġiel b'diżabilità u huma aktar esposti għar-riskji tal-faqar u l-esklużjoni soċjali; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tindirizza l-bżonnijiet tan-nisa b'diżabilità sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni akbar tagħhom fis-suq tax-xogħol; f'dan is-sens jiddispjaċih ukoll li l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 ma tinkludix ukoll perspettiva integrata dwar il-ġeneru jew kapitolu separat iddedikat għall-politiki tad-diżabilità b'konċentrazzjoni speċjali fuq il-ġeneru; |
|
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lis-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali b'mod strutturat fl-iżvilupp u l-evalwazzjoni kontinwa tal-istrateġija; |
|
5. |
Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu u jinfurzaw l-eżerċizzju sħiħ ta' negozjar kollettiv fis-settur privat u dak pubbliku, bħala għodda indispensabbli għar-regolazzjoni tar-relazzjonijiet tax-xogħol, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fil-paga u l-promozzjoni tal-ugwaljanza; |
|
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni, meta tkun qed tevalwa l-applikazzjoni tad- Direttiva 2004/113/KE li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi, biex tikkunsidra l-każijiet ta' diskriminazzjoni |
|
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiċċara r-rwol li hija tixtieq li l-UE jkollha fid-dinja u fil-ħidma tagħha mal-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet kompetenti tagħhom fir-rigward tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kemm fi ħdan kif ukoll barra l-fruntieri tal-Unjoni, u ssegwi dawn l-għanijiet kemm permezz tal-kunċett tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma kollha kif ukoll permezz ta' miżuri speċifiċi, immirati u konkreti; jenfasizza l-ħtieġa li l-perspettiva tal-ġeneru u l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru jiġu integrati fil-politika barranija tal-UE, il-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-politika tal-kummerċ internazzjonali u li jiġu ssalvagwardjati l-istrumenti finanzjarji u r-riżorsi umani neċessarji; |
|
8. |
Jiddispjaċih għal darb'oħra dwar il-fatt li l-istrateġija Ewropa 2020 ma inkludietx b'mod sodisfaċenti l-perspettiva tal-ġeneru, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw li l-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi inkorporata fil-programmi, l-azzjonijiet u l-inizjattivi kollha mnedija fil-qafas ta' dik l-istrateġija u biex jintroduċu pilastru speċifiku għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fi ħdan l-istrateġija, biex jikkunsidraw l-objettivi tal-istrateġija futura bħala aspett tas-Semestru Ewropew, u biex idaħħlu l-perspettiva tal-ġeneru fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi u l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir; |
|
9. |
Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiġbru, janalizzaw u jippubblikaw dejta statistika affidabbli mqassma skont is-sess u indikaturi tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma kollha tal-politika u fil-livelli kollha ta' governanza, li tibni fuq il-ħidma tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, sabiex jagħmluha possibbli li d-disinn u l-applikazzjoni tal-istrateġiji għall-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE u l-Istati Membri jkunu jistgħu jiġu analizzati, sabiex dawk l-istrateġiji jiġu aġġornati u l-applikazzjoni tal-inklużjoni ta' kwistjonijiet dwar is-sessi fl-oqsma kollha tal-politika nazzjonali u tal-Unjoni tiġi analizzata, u, fejn possibbli, tali dejta tkompli tiġi diżaggregata fuq il-bażi tar-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin u d-diżabilità, biex issir possibbli analiżi intersezzjonali għall-oqsma kollha tal-politika, u b'hekk tiġi dokumentata d-diskriminazzjoni multipla li jġarrbu ċerti gruppi ta' nisa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jagħtu bidu għal valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-ġeneri fil-politiki tal-Istati Membri, speċjalment meta jipproponu riformi tal-pensjonijiet u tax-xogħol; |
|
10. |
Jistieden lill-Kummissjoni tfassal l-istrateġija fil-forma ta' pjan ta' azzjoni prattiku b'indikazzjoni ċara tal-partijiet responsabbli interessati, filwaqt li tiżgura li tikkunsidra b'mod partikolari s-suġġerimenti speċifiċi stipulati hawn isfel, li jkopru l-oqsma tal-vjolenza kontra n-nisa, ix-xogħol u l-ħinijiet tax-xogħol, in-nisa fil-poter u t-teħid ta' deċiżjonijiet, ir-riżorsi finanzjarji, is-saħħa, l-għarfien, l-edukazzjoni u l-midja, id-dinja minn perspettiva usa' kif ukoll il-mekkaniżmi istituzzjonali u l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu introdotti, fejn applikabbli u b'rispett sħiħ tal-kompetenzi tal-UE, inputs leġiżlattivi bil-għan li jissaħħaħ il-qafas legali għall-ugwaljanza bejn is-sessi; |
Il-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza bbażata fuq is-sess
|
11. |
Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni, magħmula fir-riżoluzzjoni tiegħu tal- 25 ta' Frar 2014, li tinkludi rakkomandazzjonijiet biex tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa, biex tippreżenta att legali li jipprovdi kemm sistema konsistenti għall-ġbir ta' dejta statistika kif ukoll approċċ imsaħħaħ mill-Istati Membri għall-prevenzjoni u t-trażżin tal-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u tal-vjolenza bbażata fuq is-sess u sabiex l-aċċess għall-ġustizzja jiġi ffaċilitat; |
|
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi definizzjoni ta' vjolenza bbażata fuq is-sess f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2012/29/UE fl-istrateġija futura u biex tippreżenta strateġija komprensiva dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru li tinkludi att leġiżlattiv vinkolanti mill-aktar fis possibbli; jistieden lill-Kunsill biex jattiva l-klawsola passerelle, billi jadotta deċiżjoni unanima sabiex mal-oqsma tal-kriminalità elenkati fl- Artikolu 83(1) tiżdied il-vjolenza bbażata fuq is-sess; |
|
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-possibbiltà ta' adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ta' Istanbul u biex tibda din il-proċedura mill-aktar fis possibbli, kif ukoll biex tippromwovi r-ratifika tal-Konvenzjoni ta' Istanbul mill-Istati Membri permezz tal-istrateġija l-ġdida u biex taħdem b'mod attiv biex tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet; jistieden lill-Istati Membri biex jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul kemm jista' jkun malajr; |
|
14. |
Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex is-sena 2016 tiġi ddikjarata s-Sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet, fejn matulha għandha tingħata prijorità lill-promozzjoni ta' strateġiji fuq firxa wiesgħa u effettivi sabiex titnaqqas b'mod sinifikanti l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet; |
|
15. |
Jitlob lill-UE tappoġġa lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta' kampanji u strateġiji kontra l-fastidju ta' kuljum fil-konfront tan-nisa fil-pubbliku, u fil-proċess tgħaddi l-aħjar prattiki lill-Istati Membri; |
|
16. |
Iqis bħala neċessarji u urġenti l-monitoraġġ ulterjuri tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-direttiva li tistabilixxi standards minimi dwar id-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi ta' atti kriminali, ir-regolament dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili, u d-Direttiva dwar l-Ordni Ewropea ta' Protezzjoni sa u lil hinn mill-2015; |
|
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi fermament kampanji ta' “tolleranza żero” fl-istrateġija u tappoġġja lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jagħmlu s-soċjetà aktar konxja tal-problema tal-vjolenza kontra n-nisa u fil-promozzjoni tagħhom ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni annwali dwar l-oriġini tal-vjolenza u l-abbuż u fir-rigward tal-prevenzjoni, l-aċċess għall-ġustizzja, u l-appoġġ għall-vittmi; jenfasizza l-importanza tal-inklużjoni tas-soċjetà kollha kemm hi, u b'mod partikolari l-irġiel u s-subien b'mod aktar speċifiku, fil-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tkompli taħdem fuq l-inizjattivi tagħha fil-ġlieda kontra l-mutilazzjoni ġenitali femminili; |
|
18. |
Jenfasizza li biex wieħed jiġġieled b'mod effettiv kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-impunità, tinħtieġ bidla fl-attitudni lejn in-nisa u l-bniet fis-soċjetà, fejn in-nisa huma ta' spiss rappreżentati fi rwoli subordinati u l-vjolenza kontrihom hi ħafna drabi ttollerata jew ma tingħatax importanza; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fl-azzjoni biex jipprevjenu u jiġġieldu kontra l-vjolenza fil-ħafna forom tagħha u l-kawżi fl-għeruq u fil-protezzjoni tan-nisa abbużati, u biex jadottaw miżuri speċifiċi għall-aspetti differenti, inkluż aktar appoġġ għall-postijiet ta' kenn għan-nisa u l-organizzazzjonijiet li jaħdmu biex jappoġġjaw lin-nisa li huma vittmi ta’ vjolenza bbażata fuq il-ġeneru u azzjonijiet preventivi bħalma huma l-ġlieda kontra l-istereotipi tas-sessi u attitudnijiet soċjokulturali diskriminatorji minn età żgħira 'l quddiem, kif ukoll li jiġu kkastigati dawk li jinsabu ħatja; |
|
19. |
Jinnota li l-femminizzazzjoni tal-faqar tista' twassal għal żieda fit-traffikar tan-nisa, l-isfruttament sesswali u l-prostituzzjoni furzata, ħaġa li tirreduċi lin-nisa għal dipendenza finanzjarja akbar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jesploraw ir-raġunijiet għalfejn in-nisa jirrikorru għall-prostituzzjoni u modi biex tiġi skoraġġita d-domanda; jissottolinja l-importanza ta' programmi għall-ħruġ mill-prostituzzjoni; |
|
20. |
Jinnota l-importanza ta' taħriġ sistematiku għal persunal kwalifikat li jieħu ħsieb lin-nisa vittmi ta' vjolenza fiżika, sesswali jew psikoloġika; iqis li dan it-taħriġ huwa essenzjali għal dawk li jipprovdu kura tal-ewwel u t-tieni linja, inklużi s-servizzi ta' emerġenza soċjali, il-protezzjoni medika u ċivili, u servizzi tal-pulizija; |
|
21. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, u jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa u tissorvelja l-implimentazzjoni u tidentifika l-aħjar prattiki biex jiġu kondiviżi mill-Istati Membri bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' strateġija ġdida għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin wara li l-istrateġija attwali tiskadi fl-2016, li għandha tinkorpora perspettiva dwar is-sessi u tagħti prijorità lid-drittijiet tal-vittmi tat-traffikar, b'pilastru speċifiku dwar it-traffikar tal-bnedmin għal finijiet ta' sfruttament sesswali u b'enfasi partikolari fuq metodi ġodda ta' traffikar li qed jiżviluppaw filwaqt li metodi oħra aktar stabbiliti qed jieqfu, kif ukoll biex tiżgura li l-politiki tal-Istati Membri, il-baġits u l-eżiti kollha fi ħdan l-iżvilupp tal-istrateġija jkunu trasparenti u aċċessibbli; |
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri billi tiżgura li l-vittmi tal-istalking ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-protezzjoni mogħtija minn miżuri eżistenti bħall-Ordni Ewropea ta' Protezzjoni, ir-regolament dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili, u d-direttiva tal-UE dwar il-vittmi meta dawn jiċċaqalqu minn Stat Membru għal ieħor, u biex tikkunsidra aktar miżuri biex ittejjeb il-protezzjoni tal-vittmi tal-istalking, meta wieħed iqis li ċ-ċifri juru li 18 % tan-nisa fl-UE esperjenzaw l-istalking sa mill-età ta' 15-il sena, u wieħed minn kull ħames vittmi tal-istalking qalu li l-imġiba abużiva kompliet għal sentejn jew aktar (30); |
|
23. |
Jistieden lill-Kummissjoni tassisti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fit-tfassil tal-programmi ta' azzjoni tagħhom għall-ugwaljanza bejn is-sessi u biex tagħti attenzjoni partikolari għall-forom ġodda ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, bħall-fastidju ċibernetiku, is-cyberstalking (31) u l-bullying ċibernetiku, u kif ukoll tagħmel evalwazzjonijiet kontinwi; jenfasizza wkoll, f'dan il-kuntest, l-importanza tal-kooperazzjoni mill-qrib mas-soċjetà ċivili sabiex jiġu identifikati problemi fi stadju aktar bikri u biex jiġu indirizzati b'mod aktar effettiv; |
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri kollha jagħmluha possbbli li l-ġeneru ppreferit ta' persuna jiġi rikonoxxut legalment bis-sħiħ, inkluż il-bdil tal-isem, in-numru tas-sigurtà soċjali u indikaturi oħra tas-sess fuq id-dokumenti ta' identità; |
|
25. |
Jistieden lill-Kummissjoni, għal darb'oħra, tistabbilixxi mill-aktar fis possibbli Osservatorju Ewropew dwar il-Vjolenza kontra n-Nisa, fil-bini tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u dirett minn Koordinatur tal-UE dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet; |
Ix-xogħol u l-ħinijiet
|
26. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni speċjali fl-istrateġija l-ġdida għad-diversi modi li jirrikonċiljaw il-ħajja tal-familja u x-xogħol; jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, dwar il-falliment tan-negozjati dwar l-adozzjoni tad-Direttiva dwar il-liv tal-maternità, u jtenni r-rieda mingħajr limitu tal-Parlament li jikkoopera; jitlob sadattant lill-Istati Membri jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-maternità tagħhom, biex jieħdu miżuri biex jipprevjenu t-tkeċċija inġusta tal-impjegati matul it-tqala u jipproteġu n-nisa u l-irġiel b'responsabilitajiet ta' kura mit-tkeċċija inġusta; |
|
27. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, minkejja l-finanzjament tal-UE disponibbli, uħud mill-Istati Membri għamlu tnaqqis fil-baġits li qed jaffettwaw id-disponibilità, il-kwalità u l-ispejjeż tas-servizzi ta' kura tat-tfal, b'impatt negattiv sussegwenti fuq ir-rikonċiljazzjoni tal-familja u l-ħajja tax-xogħol, li taffettwa b'mod partikolari lin-nisa; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-ilħuq tal-objettivi ta' Barċellona u biex tkompli tappoġġja lill-Istati Membri fil-ħolqien servizzi ta' kura tat-tfal ta' kwalità għolja u bi prezz raġonevoli u b'sigħat ta' attendenza sensibbli u biex suċċessivament jiżviluppaw miri ġodda fil-qasam tal-istrutturi għall-kura tat-tfal; jenfasizza f'dan ir-rigward l-importanza ta' żieda fid-disponibilità, il-kwalità u l-aċċessibilità ta' kura tas-saħħa u servizzi ta' kura għat-tfal, l-anzjani, u persuni li jeħtieġu kura speċjali bi prezzijiet raġonevoli, inkluża l-għajnuna lil persuni dipendenti, u sadattant jiġi żgurat li d-disponibilità ta' dawn is-servizzi tkun kompatibbli mas-sigħat tax-xogħol full-time kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel; jinnota żieda fl-assistenza ta' kuljum u l-faċilitajiet tan-nurseries ma tiddependix biss fuq il-politiki pubbliċi meħtieġa, iżda wkoll fuq inċentivi għal min jimpjega l-ħaddiema sabiex jipprovdi dawn is-soluzzjonijiet; |
|
28. |
Jenfasizza l-importanza ta' forom flessibbli ta' xogħol biex jippermettu lin-nisa u l-irġiel jirrikonċiljaw ix-xogħol u l-ħajja tal-familja, bil-kondizzjoni li l-ħaddiem ikun liberu li jagħmel l-għażla, u jagħti istruzzjonijiet lill-Kummissjoni biex tikkoordina u tippromwovi l-iskambji tal-aħjar prattiki; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa għal kampanji ta' sensibilizzazzjoni għal qsim indaqs tax-xogħol domestiku u l-kura kif ukoll il-kura tas-saħħa, investiment aħjar fl-infrastruttura tal-kura, u l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni tal-irġiel u l-introduzzjoni ta' liv tal-paternità ta' mill-inqas 10 ijiem u l-liv tal-ġenituri disponibbli għaż-żewġ ġenituri, imma b'inċentivi qawwijin għall-missirijiet, bħal liv tal-ġenituri mhux trasferibbli; jenfasizza li liv tal-ġenituri ugwali huwa ta' benefiċċju għall-membri kollha tal-familja kollha u jista' jservi bħala inċentiv biex titnaqqas id-diskriminazzjoni assoċjata mal-liv tal-ġenituri; |
|
29. |
Jitlob li jiġu adottati l-miżuri meħtieġa biex jiġu promossi rati ogħla ta' impjieg fost in-nisa, bħall-kura u l-kura tat-tfal bi prezzijiet raġonevoli, skemi adegwati ta' maternità, paternità u liv tal-ġenituri u flessibbiltà fil-ħinijiet tax-xogħol u l-postijiet tax-xogħol; jenfasizza l-importanza ta' kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin u sikuri li jippermettu kemm lin-nisa kif ukoll lill-irġiel jirrikonċiljaw ix-xogħol u l-ħajja privata, u jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina u tippromwovi t-tisħiħ tad-drittijiet tax-xogħol għal iktar ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; jenfasizza li titjib fil-bilanċ bejn il-ħajja tal-familja, il-ħajja personali u l-ħajja professjonali huwa element importanti għall-irkupru ekonomiku, id-demografija sostenibbli u l-benesseri personali u soċjali u jinnota li parteċipazzjoni ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fis-suq tax-xogħol tista' żżid b'mod sinifikanti l-potenzjal ekonomiku tal-UE, filwaqt li tikkonferma n-natura ekwa u inklużiva tagħha; jinnota li skont it-tbassir tal-OECD, konverġenza sħiħa tar-rati ta' parteċipazzjoni tirriżulta f'żieda ta' 12,4 % tal-PDG per capita sal-2030; jinnota li għalkemm ix-xogħol part-time, li jsir fil-biċċa l-kbira min-nisa, jista' jagħmilha aktar faċli sabiex wieħed jirrikonċilja l-ħajja tal-familja u l-ħajja tax-xogħol, huwa daqstant minnu wkoll li dan jinvolvi inqas opportunitajiet ta' karriera, pagi u pensjonijiet aktar baxxi, użu insuffiċjenti tal-kapital uman u, konsegwentement, inqas tkabbir ekonomiku u prosperità; |
|
30. |
Jenfasizza l-importanza li l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi jintalab jiġbor dejta b'mod komprensiv, speċifika għas-sessi fil-qasam tal-allokazzjoni tal-ħin dedikat għall-kura tal-familja, il-kura tas-saħħa u x-xogħol domestiku u l-ħin liberu, bil-għan li ssir evalwazzjoni regolari; |
|
31. |
Jirrakomanda li, peress li l-kompożizzjoni u d-definizzjoni tal-familji jinbidlu maż-żmien, il-leġiżlazzjoni dwar il-familja u x-xogħol għandha ssir aktar komprensiva fir-rigward ta' familji b'ġenitur waħdu u ġenituri LGBT; |
|
32. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-vuċi tan-nisa fid-djalogu soċjali u r-rappreżentanza tan-nisa fit-trade unions fis-setturi kollha; |
|
33. |
Jistieden lill-Kummissjoni, bħala parti mill-istrateġija, tħeġġeġ lill-Istati Membri jirratifikaw il-Konvenzjoni 189 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, biex jissaħħu d-drittijiet tal-persuni inkarigati mix-xogħol domestiku u l-kura tal-familja; |
|
34. |
Jistieden lill-Kummissjoni tassisti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex jinħolqu inċentivi għall-impjegati biex jittrasformaw xogħol informali f'impjiegi uffiċjali; jenfasizza l-livell għoli ta' xogħol mhux iddikjarat li jista' jiġi osservat speċjalment f'setturi ddominati min-nisa, bħalma huwa x-xogħol fi djar privati; jistieden lill-Istati Membri jiġġieldu kontra x-xogħol prekarju u l-impjieg mhux iddikjarat tan-nisa, li jikkontribwixxu għad-deregolamentazzjoni sħiħa tal-istrutturi ta' ħlas tan-nisa u jikkawżaw aktar faqar fost in-nisa, speċjalment aktar tard fil-ħajja, u dan għandu impatt negattiv kemm fuq is-sigurtà soċjali tan-nisa kif ukoll fuq il-livelli tal-PDG tal-UE, u biex jiżguraw li l-ħaddiema jgawdu protezzjoni soċjali adegwata; jitlob li tiġi stabbilita malajr Pjattaforma Ewropea biex issir prevenzjoni aħjar tax-xogħol mhux dikjarat u anki biex dan jiġi mxekkel; |
|
35. |
Jenfasizza li l-feminizzazzjoni tal-faqar hija r-riżultat ta' bosta fatturi li jinkludu l-waqfien fil-karriera tan-nisa, id-distakk bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa (16,4 %), id-distakk fil-pensjonijiet bejn is-sessi (39 %), l-inugwaljanzi bejn is-sessi fil-progress tal-karriera, il-fatt li spiss in-nisa jiġu impjegati b'kuntratti mhux standard (bħal xogħol part-time furzat, kuntratti interim jew ta' “sigħat żero”) u l-assenza ta' status ta' sigurtà soċjali għal sħab li jassistu lil persuni li jaħdmu għal rashom, u faqar fil-familji mmexxija minn ommijiet waħedhom; jissottolinja li t-tnaqqis fil-faqar b'20 miljun ruħ sal-2020 jista' jintlaħaq permezz ta' politiki kontra l-faqar u kontra d-diskriminazzjoni li huma msejsa fuq integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, programmi ta' azzjoni li jiddedikaw attenzjoni partikolari lil nisa żvantaġġati u li huma appoġġjati minn azzjonijiet li jimmiraw lejn il-faqar fost in-nisa, u minn titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol f'setturi bi dħul baxx li fihom in-nisa huma eċċessivament rappreżentati; jissottolinja li d-diskriminazzjoni multipla li jħabbtu wiċċhom magħha n-nisa abbażi ta' diżabilità, sfond razzjali u etniku, status soċjoekonomiku, l-identità tal-ġeneru u fatturi oħra, tikkontribwixxi għall-feminizzazzjoni tal-faqar; jenfasizza l-importanza tal-monitoraġġ tal-effetti tal-ġeneru fuq l-effetti tat-tassazzjoni u l-mudelli tal-ħinijiet tax-xogħol fuq in-nisa u l-familji; |
|
36. |
Jistenna li l-Kummissjoni tadotta l-miżuri kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha u ssaħħaħ l-aspetti kollha tad-direttivi tal-UE dwar it-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa, inklużi s-sħab soċjali li jinnegozjaw ftehimiet kollettivi, u li tħeġġeġ id-djalogu mas-sħab soċjali biex jiġu eżaminati kwistjonijiet bħat-trasparenza tal-ħlas, il-kundizzjonijiet ta' kuntratt ta' xogħol part-time jew għal terminu fiss għan-nisa, filwaqt li tħeġġeġ ukoll il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-setturi “ħodor” u innovattivi; jenfasizza li l-pensjonijiet huma fattur determinanti importanti tal-indipendenza ekonomika tal-benefiċjarji tagħhom u li d-distakki fil-pensjonijiet jirriflettu l-iżvantaġġi akkumulati ta' karriera mgħoddija f'suq tax-xogħol bi preġudizzju bbażat fuq il-ġeneru; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri adegwati biex jitnaqqas id-distakk fil-pensjonijiet bejn is-sessi, li huwa konsegwenza diretta tad-distakk fil-pagi bejn is-sessi, u biex jivvalutaw l-impatt tas-sistemi tal-pensjoni fuq in-nisa, b'attenzjoni partikolari għall-kuntratti part-time u l-kuntratti atipiċi; |
|
37. |
Jenfasizza l-importanza li titqajjem kuxjenza dwar il-kunċett ta' sjieda kondiviża fil-livell tal-UE sabiex jiġi żgurat rikonoxximent sħiħ tad-drittijiet tan-nisa fis-settur agrikolu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkontribwixxu għall-promozzjoni ta' strateġija li twassal għall-ħolqien ta' impjiegi għan-nisa f'żoni rurali u, b'mod impliċitu, biex jiżguraw pensjonijiet deċenti għal nisa rtirati fl-UE li jgħixu f'kundizzjonijiet prekarji, u jitlob appoġġ għal sforzi politiċi sabiex jissaħħaħ ir-rwol tan-nisa fl-agrikoltura u għal rappreżentanza xierqa tagħhom fil-fora politiċi, ekonomiċi u soċjali kollha tas-settur agrikolu; |
|
38. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu kont tal-ostakli soċjoekonomiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa f'ċirkustanzi speċifiċi bħal f'żoni rurali, f'setturi ddominati mill-irġiel, f'età aktar avvanzata u n-nisa b'diżabilità; jenfasizza li n-nisa qed ikomplu jesperjenzaw nuqqas ta' sikurezza fl-impjieg aktar mill-irġiel u li n-nuqqas ta' sikurezza żdied bħala riżultat tal-kriżi, u jesprimi tħassib dwar in-numru u l-proporzjon ta' nisa li jbatu l-faqar fost dawk li jaħdmu; huwa tal-fehma li l-għajnuna għan-nisa biex jirritornaw lura fis-suq tax-xogħol tirrikjedi soluzzjonijiet multidimensjonali ta' politika li jinkludu t-taħriġ tul il-ħajja u azzjoni għall-ġlieda kontra x-xogħol prekarju u li jippromwovu x-xogħol bi drittijiet u prattiki differenzjati ta' organizzazzjoni tax-xogħol; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-perspettiva tal-ġeneru fil-programmi kollha għall-ħolqien tal-impjiegi, joħolqu impjiegi ta' kwalità għolja skont l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO; |
|
39. |
Jenfasizza li t-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività fl-UE jiddipendu fuq il-possibilità jingħalaq id-distakk bejn dak li n-nisa jiksbu fl-edukazzjoni tagħhom (60 % ta' dawk li jiggradwaw mill-università fl-Ewropa huma nisa) u s-sehem u l-pożizzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol; jenfasizza l-ħtieġa tal-ġlieda kontra l-aspetti kollha ta' segregazzjoni vertikali u orizzontali, peress li tali segregazzjoni tillimita l-impjieg tan-nisa għal ċerti setturi u teskludihom minn livelli ogħla fil-ġerarkija tal-kumpaniji; jenfasizza li l-leġiżlazzjoni eżistenti li fiha azzjoni pożittiva, b'mod partikolari fis-settur pubbliku ta' xi Stati Membri, tejbet l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livell ta' dħul, iżda li jeħtieġ li tiġi estiża għal-livelli kollha tal-karriera; |
Parteċipazzjoni fit-teħid ta' deċiżjonijiet u l-intraprenditorija femminili
|
40. |
Jirrimarka li l-akbar żieda minn issa fil-proporzjon ta' nisa fil-bordijiet korporattivi seħħet f'pajjiżi li diġà adottaw leġiżlazzjoni dwar kwoti obbligatorji, u li fl-Istati Membri fejn l-ebda miżuri obbligatorji ma ġew implimentati l-kumpaniji għadhom 'il bogħod milli jilħqu bilanċ aċċettabbli bejn is-sessi; jenfasizza l-ħtieġa ta' appoġġ għall-proċeduri trasparenti għall-ħatra ta' nisa bħala membri mhux eżekuttivi f'bordijiet ta' kumpaniji elenkati fil-boroż; iħeġġeġ lis-settur pubbliku u dak privat biex jipprevedu skemi volontarji li jippromwovu lin-nisa f'pożizzjonijiet maniġerjali; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fl-istrateġija miżuri speċifiċi sabiex tippromwovi rappreżentanza ugwali tan-nisa u l-irġiel f'pożizzjonijiet ta' tmexxija u biex tappoġġja lill-Kunsill fin-negozjati għall-adozzjoni tad-direttiva għal rappreżentanza bbilanċjata ta' rġiel u nisa f'bordijiet mhux eżekuttivi; jitlob lill-Kunsill biex jilħaq pożizzjoni komuni malajr kemm jista' jkun dwar dan l-abbozz ta' direttiva; |
|
41. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq inċentivi għall-Istati Membri biex joħolqu rappreżentanza aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fil-kunsilli muniċipali, fil-parlamenti reġjonali u nazzjonali u l-Parlament Ewropew, u jenfasizza f'dan ir-rigward l-importanza ta' listi elettorali bbilanċjati fir-rigward tas-sess immexxija b'mod alternat minn raġel u mara; jenfasizza l-importanza ta' kwoti biex tiżdied il-preżenza tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi; jitlob lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE jieħdu miżuri interni biex tiżdied l-ugwaljanza fi ħdan korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom stess, billi jipproponu kemm kandidat femminili u kemm maskili għal pożizzjonijiet ta' livell għoli tal-UE; jemmen li l-ugwaljanza għandha tkun rekwiżit għall-Kummissjoni u li l-ħatra ta' Kummissjoni abbażi tal-ugwaljanza hija indikatur importanti għal xogħol ta' ugwaljanza fil-futur; |
|
42. |
Jiġbed l-attenzjoni lejn l-iżbilanċ eżistenti fil-parteċipazzjoni tal-irġiel u n-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet fil-politika, fil-gvern u fl-ekonomija, u lejn il-fatt li l-ostakli għall-parteċipazzjoni tan-nisa jistgħu jiġu attribwiti għal taħlita ta' diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, imġiba stereotipata li għandha tendenza li tippersisti fin-negozju, il-politika u s-soċjetà; jinnota li n-nisa jirrappreżentaw 60 % tal-gradwati l-ġodda, iżda mhumiex rappreżentati biżżejjed, pereżempju, fis-settur tax-xjenza u r-riċerka; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri iżidu s-sensibilizzazzjoni tan-nisa dwar opportunitajiet ta' taħriġ f'dan il-qasam u biex tiżgura li jkollhom l-istess possibilitajiet daqs l-irġiel biex jibdew il-professjonijiet korrispondenti u minnhom jagħmlu karriera; jinnota li n-nisa b'mod ġenerali għandhom karrieri li ma jippermettulhomx jagħmlu progress sinifikanti; jistieden lill-Istati Membri joffru l-inkoraġġiment u l-appoġġ tagħhom lin-nisa sabiex ikun jista' jkollhom karrieri ta' suċċess, inkluż permezz ta' azzjonijiet pożittivi bħal programmi ta' networking u ta' mentoring, kif ukoll billi joħolqu kundizzjonijiet adegwati u jiżguraw opportunitajiet indaqs mal-irġiel fl-etajiet kollha għat-taħriġ, l-avvanz, il-prattika ta' ħiliet mill-ġdid u t-taħriġ mill-ġdid; jenfasizza l-importanza ta' politiki mmirati lejn l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-impjiegi waqt li jiġu rikonoxxuti l-vulnerabilitajiet potenzjali tan-nisa fl-ogħla professjonijiet; jenfasizza li, b'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tippromwovi politiki kontra l-fastidju fuq il-post tax-xogħol (32); |
|
43. |
Jisħaq fuq il-fatt li n-nisa jikkostitwixxu 52 % tal-popolazzjoni totali Ewropea, iżda terz biss ta' dawk li jaħdmu għal rashom jew dawk li jibdew negozju fl-UE; jenfasizza l-importanza ta' programmi ta' appoġġ għal intraprendituri nisa u għal nisa fix-xjenza, u jħeġġeġ lill-UE biex tappoġġja tali programmi b'mod aktar tanġibbli. jistieden lill-Kummissjoni tanalizza u tiżviluppa proposti għal modi biex in-nisa jinteressaw ruħhom fl-istabbiliment ta' impriżi; jenfasizza li nisa imprendituri, xjenzati u akkademiċi potenzjali għandhom ikunu magħmula konxji ta' programmi ta' appoġġ u opportunitajiet ta' finanzjament; jinkoraġixxi lill-Istati Membri biex jippromwovu politiki u azzjonijiet ta' assistenza u pariri għal dawk in-nisa li jiddeċiedu li jsiru imprendituri u biex jinkoraġġixxu l-intraprenditorija tan-nisa, jiffaċilitaw u jissimplifikaw l-aċċess għall-finanzjament u appoġġ ieħor, u jnaqqsu l-burokrazija u ostakoli oħra għall-ftuħ ta' negozji min-nisa; |
Riżorsi Finanzjarji
|
44. |
Għal darb'oħra jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għad hemm distakk fil-pagi bejn is-sessi li bilkemm ġie mnaqqas f'dawn l-aħħar snin; jenfasizza li d-distakk bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa huwa kkawżat min-nuqqas ta' parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, mis-segregazzjoni vertikali u orizzontali, u mill-fatt li s-setturi fejn in-nisa huma rrappreżentati żżejjed spiss huma kkaratterizzati minn salarji iktar baxxi; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tad- Direttiva 2006/54/KE u biex tippreżenta miżuri speċifiċi li jqisu d-differenzi strutturali fil-pagi, kemm leġiżlattivi kif ukoll mhux leġiżlattivi, sabiex tiżgura trasparenza tal-pagi u tapplika sanzjonijiet, biex b'hekk jitnaqqas id-distakk fil-pagi bejn is-sessi, u biex tissottometti rapport ta' progress annwali dwar dan is-suġġett; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħrfu l-potenzjal tal-aħħar direttiva dwar l-akkwist pubbliku bħala għodda għall-promozzjoni u t-tisħiħ tal-politika tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, billi tikkonsidra l-istabbiliment ta' rekwiżiti bbażati fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti dwar it-trattament ugwali u l-ugwaljanza bejn is-sessi bħala prerekwiżiti għall-kuntratti tal-akkwist pubbliku fejn ikun applikabbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżaminaw jekk klawżoli soċjali fl-akkwist pubbliku jistgħux jintużaw bħala għodda potenzjali biex jissaħħu l-politiki ta' inklużjoni soċjali; jirrikonoxxi li l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kompetizzjoni għandha tiġi rrispettata fl-iżvilupp ta' din l-idea; |
|
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex iqisu l-iżviluppi demografiċi u l-bidliet fid-daqs u l-kompożizzjoni tal-unitajiet domestiċi fit-tfassil tal-politiki fiskali tagħhom, l-arranġamenti tas-sigurtà soċjali u s-servizzi pubbliċi; |
|
46. |
Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-faqar, li taffettwa b'mod partikolari l-ommijiet waħedhom u li żdiedet minħabba l-kriżi, ħaġa li wasslet għall-esklużjoni soċjali; |
|
47. |
Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fl-użu tal-Fondi Strutturali għall-investiment fis-servizz pubbliku tal-kura tat-tfal u l-kura tal-anzjani, bħala strateġija essenzjali biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; |
|
48. |
Itenni li d-Direttiva 2006/54/KE fil-forma attwali tagħha mhijiex effettiva biżżejjed biex jiġi indirizzat id-distakk bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u jinkiseb l-objettiv tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-impjiegi u l-okkupazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrevedi din id-direttiva mingħajr dewmien; |
|
49. |
Iqis li l-politiki u l-istrumenti maħsuba biex jindirizzaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ, bħall-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi għal irġiel u nisa żgħażagħ sabiex jippermettulhom li jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol; jinnota li l-proporzjon ta' nisa żgħażagħ li jinsabu barra mill-impjieg, l-edukazzjoni jew taħriġ (NEET) huwa ogħla minn dak tal-irġiel żgħażagħ; jitlob ukoll il-ġbir ta' dejta diżaggregata skont is-sess fil-qasam tal-qgħad fost iż-żgħażagħ sabiex jiġu żviluppati politiki mfassla b'mod immirat u bbażati fuq l-evidenza; |
|
50. |
Jistieden lill-Kummissjoni tfassal kemm il-pakkett ta' investimenti adottat fl-2014 kif ukoll il-Garanzija għaż-Żgħażagħ b'mod aktar mill-qrib lejn is-sitwazzjoni speċifika u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-bniet u tan-nisa; |
|
51. |
Jenfasizza l-importanza tal-iskambju tal-aħjar prattika u inizjattivi sabiex tiġi kkombattuta t-tendenza lejn id-dekwalifikazzjoni tan-nisa, sabiex jiġu żviluppati ħiliethom, jew jingħataw taħriġ li jippermettilhom jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol wara żmien iddedikat esklussivament biex jieħdu ħsieb uliedhom jew persuni dipendenti oħra; jenfasizza wkoll l-importanza li jittejjeb u jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent ta' diplomi u kwalifiki, sabiex jiġi evitat li l-ħiliet tan-nisa kkwalifikati tajjeb ma jintilfux, li spiss huwa l-każ fir-rigward ta' migranti nisa; |
Is-Saħħa
|
52. |
Jistieden lill-Kummissjoni tgħin lill-Istati Membri biex jiżguraw servizzi ta' kwalità għolja, aċċessibbli ġeografikament u finanzjarjament fil-qasam tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, l-abort sikur u legali u mezzi ta' kontraċezzjoni kif ukoll il-kura tas-saħħa ġenerali; |
|
53. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi (SRHRs) fl-Istrateġija tas-Saħħa tal-UE li jmiss, sabiex tiżgura ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u biex tikkomplementa l-politiki nazzjonali SRHR; |
|
54. |
Jistieden lill-Istati Membri jiffukaw fuq il-prevenzjoni ta' mard trażmess sesswalment u metodi ta' prevenzjoni, kif ukoll dwar il-prevenzjoni u r-riċerka sabiex itejjeb l-iskoperta bikrija ta' mard bħall-kanċer tan-nisa (kanċer tas-sider, tal-għonq tal-utru, u tal-ovarji) permezz ta' kontrolli u analiżijiet ġinekoloġiċi regolari; |
|
55. |
Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa biex ineħħu d-disturbi tal-identità tal-ġeneru mil-lista ta' disturbi mentali u tal-imġiba, u biex tiżgura riklassifikazzjoni li ma tqishomx bħala patoloġiji fin-negozjati relatati dwar il-ħdax-il verżjoni tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard (ICD-11), u biex jiġi żgurat li d-diversità tal-ġeneru fit-tfulija ma titqiesx bħala patoloġija; |
|
56. |
Filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-importanza tad-drittijiet sesswali u riproduttivi, jistieden lill-Kummissjoni toħloq mudelli tal-aħjar prattika ta' edukazzjoni dwar is-sess u r-relazzjonijiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa; |
|
57. |
Jenfasizza li l-Kummissjoni jeħtieġ li twettaq il-verifika skont is-sessi sabiex jiġi żgurat li l-politiki tas-saħħa tal-UE u r-riċerka ffinanzjata mill-UE jindirizzaw dejjem aktar l-istatus u d-dijanjożi tas-saħħa tan-nisa; |
|
58. |
Jenfasizza l-importanza ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni dwar sintomi ta' mard relatat mas-sess kif ukoll dwar rwoli u stereotipi speċifiċi għas-sess, li għandhom impatt fuq is-saħħa, u jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-programmi ta' riċerka relatati mas-sessi; |
|
59. |
Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jippromwovu appoġġ (mediku) għall-fertilità u biex ittemm id-diskriminazzjoni fl-aċċess għat-trattament tal-fertilità u r-riproduzzjoni assistita; jinnota wkoll f'dan ir-rigward l-importanza ta' appoġġ għall-adozzjoni; |
|
60. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni biex jimplimentaw programmi ta' edukazzjoni sesswali fl-iskejjel u jiżguraw pariri u aċċess għall-kontraċezzjoni għaż-żgħażagħ; |
L-għarfien, l-edukazzjoni u l-midja
|
61. |
Jistieden lill-Kummissjoni toħloq inċentivi fl-Istati Membri għal edukazzjoni kompetenti b'imġiba kritika lejn il-midja biex jitpoġġew fid-dubju l-istereotipi u l-istrutturi kif ukoll biex jiskambjaw eżempji tal-aħjar prattika għall-eżami tal-materjal użat fit-tagħlim fil-konfront ta' modi ta' rappreżentazzjoni ta' rwoli stereotipati; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tappoġġja programmi biex tqajjem kuxjenza ta' stereotipi, sessiżmu u rwoli tradizzjonali tas-sessi fis-settur tal-edukazzjoni u tal-mezzi tax-xandir kif ukoll biex twettaq kampanji għal role models pożittivi femminili u maskili; jenfasizza f'dan ir-rigward il-fatt li l-ġlieda kontra l-bullying u l-preġudizzju kontra persuni LGBTI fl-iskejjel, kemm ta' studenti, ġenituri jew għalliema, għandhom ikunu parti mill-isforzi tal-UE fil-ġlieda kontra l-istereotipi tas-sessi; jenfasizza f'dan il-kuntest l-importanza ta' pedagoġija ta' ekwità bejn is-sessi għall-għalliema, sabiex ikunu jistgħu jispjegaw b'mod ċar il-benefiċċji tal-ugwaljanza bejn is-sessi kif ukoll ta' soċjetà diversa; |
|
62. |
Jistieden lill-Istati Membri, u speċjalment ir-regolaturi tal-midja, biex iqisu l-pożizzjoni mogħtija – kemm f'termini kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi – lin-nisa u biex jippromwovu immaġini bilanċjata u mhux stereotipata tan-nisa, b'mod li jirrispetta d-dinjità tan-nisa, ir-rwoli differenti u l-identità tagħhom, u biex jiżguraw li l-midja awdjoviżiva kummerċjali ma jkun fiha ebda diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess jew rappreżentazzjoni umiljanti tan-nisa, b'mod partikolari b'referenza għall-midja bbażata fuq l-internet li ta' spiss tkun immirata fuq in-nisa u l-bniet; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom itejbu wkoll l-aċċess tan-nisa għal opportunitajiet ta' xogħol fil-midja u, b'mod partikolari, għal pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni tissensibilizza l-Istati Membri favur il-ħtieġa li l-midja pubblika u dik legali jaġixxu bħala role model fil-preżentazzjoni tad-diversità; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom b'aktar konvinzjoni biex itemmu l-istereotipi tas-sessi trażmessi mill-mezzi tax-xandir u jiġbed l-attenzjoni lejn il-miżuri importanti li huma inklużi fir-rapport tal-Parlament dwar l-eliminazzjoni tal-istereotipi tas-sessi, li ġie adottat fl-2013; |
|
63. |
Jiġbed l-attenzjoni lejn ir-rwol deċiżiv li l-edukazzjoni u l-għoti tas-setgħa għandhom fil-ġlieda kontra l-istereotipi tas-sessi u biex itemmu d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, u lejn l-impatt pożittiv għan-nisa kif ukoll għas-soċjetà u l-ekonomija b'mod ġenerali; jissottolinja li huwa estremament importanti li dawn il-valuri jiġu inkulkati minn età bikrija, u biex jitwettqu kampanji ta' sensibilizzazzjoni fil-postijiet tax-xogħol u fil-mezzi tax-xandir, li jenfasizzaw ir-rwol tal-irġiel fil-promozzjoni tal-ugwaljanza, id-distribuzzjoni ugwali tar-responsabilitajiet tal-familja u l-kisba ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; |
|
64. |
Jenfasizza li l-konformità mal-ugwaljanza bejn is-sessi għandha tiġi kkunsidrata bħala kriterju għall-programmi ta' kultura, ta' edukazzjoni u ta' riċerka ffinanzjati mill-UE, u jitlob lill-Kummissjoni tinkludi qasam speċifiku ta' riċerka dwar is-sessi fi ħdan il-programm Orizzont 2020; |
|
65. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-Kummissjoni biex twettaq studju tal-impatt ta' kuljum ta' rappreżentazzjoni tal-ġeneru fil-ħajja pubblika, fil-mezzi tax-xandir u l-istituzzjonijiet edukattivi, li tiffoka b'mod partikolari fuq il-bullying fl-iskejjel, id-diskors ta' mibegħda u l-vjolenza bbażata fuq is-sess; |
|
66. |
Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja kampanji u inizjattivi għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini fis-soċjetà, speċjalment għan-nisa u l-irġiel migranti; |
Perspettiva globali usa'
|
67. |
Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-kooperazzjoni Ewropea għall-iżvilupp issegwi approċċ li jkun ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem, u b'mod partikolari tenfasizza l-ugwaljanza bejn is-sessi, it-taħriġ għan-nisa, il-ġlieda kontra l-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa, u l-qerda tat-tħaddim tat-tfal; jenfasizza li l-aċċess universali għas-saħħa, partikolarment is-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet assoċjati, hija dritt fundamentali tal-bniedem, u jenfasizza d-dritt ta' aċċess volontarju għas-servizz tal-ippjanar tal-familja, inkluża l-kura relatata mal-abort sikur u legali, u informazzjoni u edukazzjoni biex titnaqqas il-mortalità tal-ommijiet u tat-trabi u l-eliminazzjoni ta' kull forma ta' vjolenza bbażata fuq is-sess, inkluża l-mutilazzjoni ġenitali femminili, iż-żwieġ tat-tfal, bikri u furzat, il-ġeneriċidju, l-isterilizzazzjoni furzata u l-istupru fiż-żwieġ; |
|
68. |
Jenfasizza li huwa assolutament meħtieġ li l-perspettiva tal-ġeneru tiġi integrata fl-elementi kollha tal-programmazzjoni għas-sikurezza tal-ikel, peress li n-nisa huma responsabbli għal 80 % tal-agrikoltura fl-Afrika; |
|
69. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, fit-tkabbir u l-Politika tal-viċinat u fl-oqsma tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-kummerċ u r-relazzjonijiet diplomatiċi, taħdem għall-introduzzjoni ta' standard li jiddefinixxi d-drittijiet tan-nisa bħala dritt tal-bniedem u li jirrendi r-rispett ta' dan id-dritt obbligatorju u parti mid-djalogi strutturati fis-sħubijiet kollha u n-negozjati bilaterali tal-UE; jenfasizza l-importanza ta' kollaborazzjoni parteċipattiva mal-partijiet interessati kollha, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-assoċjazzjonijiet tal-gvern lokali u reġjonali fil-kuntest tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrikonoxxi li t-tqegħid tal-bniet fuq quddiem nett fl-iżvilupp dinji jagħti qafas biex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-bniedem li għandhom igawdu l-bniet jiġu rispettati, promossi u mwettqa, u jitlob l-inklużjoni ta' “Dikjarazzjoni tal-Bniet” u l-għanijiet tagħha fil-qalba ta' strateġija dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi wara l- 2015; jenfasizza l-importanza li jitmexxew kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni fil-komunitajiet fejn huma pprattikati vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem abbażi tal-ġeneru; |
|
70. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-istabbiliment ta' pjan ta' azzjoni bbażat fuq ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1325 u 1820 dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, mill-Istati Membri; ifakkar lill-komunità internazzjonali dwar is-salvagwardji meħtieġa għan-nisa u l-bniet, b'mod partikolari l-protezzjoni kontra l-istupru bħala arma ta' gwerra u prostituzzjoni furzata; jikkundanna bil-qawwa l-użu kontinwu tal-vjolenza sesswali kontra n-nisa bħala arma ta' gwerra; jenfasizza li jrid isir aktar biex ikun żgurat ir-rispett għal-liġi internazzjonali, il-protezzjoni tal-vittmi, u l-aċċess għas-servizzi mediċi u l-appoġġ psikoloġiku għan-nisa u l-bniet abbużati fil-kunflitti; |
|
71. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-provvista tal-għajnuna umanitarja min-naħa tal-UE u l-Istati Membri m'għandhiex tkun soġġetta għal restrizzjonijiet imposti minn donaturi sħab oħra fir-rigward ta' kura medika neċessarja, inkluż l-aċċess għal abort sikur għal nisa u bniet vittmi ta' stupru f'kunflitti armati. |
|
72. |
Jenfasizza l-importanza ta' politika tal-asil u tal-migrazzjoni sensittiva għall-ugwaljanza bejn is-sessi, ir-rikonoxximent tat-theddida għall-mutilazzjoni ġenitali bħala raġuni għall-asil, u l-iżvilupp ta' linji gwida xierqa u koordinazzjoni ta' eżempji tal-aħjar prattika; jenfasizza f'dan ir-rigward l-indispensabilità ta' dritt individwali ta' permanenza, għax inkella jkun hemm żbilanċ ta' poter, b'referenza partikolari għan-nisa migranti f'każijiet ta' vjolenza domestika; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta u tidentifika azzjonijiet speċifiċi li jistgħu jiżguraw li d-drittijiet tan-nisa li jfittxu asil jissaħħu u jkunu rispettati bis-sħiħ matul il-proċedura tal-asil; |
|
73. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiġbor data speċifika għas-sessi bil-ħsieb li twettaq valutazzjoni tal-impatt għan-nisa fl-oqsma tal-politika dwar il-klima, l-ambjent u l-enerġija; |
|
74. |
Jirrimarka li għalkemm hemm konsulenti dwar is-sess kemm fil-missjoni ta' ġestjoni ta' kriżi ċivili kif ukoll militari li l-UE tieħu sehem fihom, in-numru ta' nisa involuti f'operazzjonijiet u missjonijiet fil-livelli kollha tat-teħid ta' deċiżjonijiet u fin-negozjati għall-paċi u l-proċessi ta' rikostruzzjoni għad irid jiżdied; jinsisti li għandu jkun hemm strateġija ddedikata rigward id-drittijiet tan-nisa u l-bniet u l-ugwaljanza bejn is-sessi għal kull missjoni; iqis ukoll li kapitolu speċifiku dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi jeħtieġ li jiġi integrat fil-Pjan ta' Azzjoni li jmiss tad-drittijiet tal-bniedem tas-SEAE; jenfasizza f'dan ir-rigward l-importanza ta' kooperazzjoni kontinwa u intensiva bejn il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u s-SEAE; |
Mekkaniżmi istituzzjonali u l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi
|
75. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-użu tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, l-ibbaġittjar skont is-sessi u l-valutazzjoni tal-impatt fuq il-sessi fl-oqsma kollha u għal kull proposta leġiżlattiva fil-livell kollha ta' governanza, u b'hekk tiżgura objettivi speċifiċi fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi; jitlob lill-Qorti tal-Awdituri wkoll biex tinkorpora l-perspettiva tal-ġeneru meta tkun qed tivvaluta l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-Unjoni; jitlob lill-Istati Membri biex bl-istess mod jintroduċu d-dimensjoni tal-ġeneru fil-baġits tagħhom sabiex janalizzaw il-programmi u l-politiki tal-gvern, l-impatt tagħhom fuq l-allokazzjoni tar-riżorsi u l-kontribut tagħhom għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa; |
|
76. |
Jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u s-sħab soċjali; |
|
77. |
Jenfasizza l-importanza ta' finanzjament adegwat ta' korpi nazzjonali tal-ugwaljanza bejn is-sessi u korpi kontra d-diskriminazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib l-effettività ta' korpi nazzjonali ta' lment u proċeduri fl-implimentazzjoni ta' direttivi għall-ugwaljanza bejn is-sessi; jistieden f'dan ir-rigward lill-Kummissjoni wkoll biex tappoġġja l-implimentazzjoni tal-Karta Ewropea għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-ħajja lokali u l-kontinwità ta' NGOs, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u organizzazzjonijiet oħra li jaħdmu fuq kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi, permezz ta' assistenza finanzjarja adegwata u prevedibbli; isejjaħ f'dan il-kuntest ukoll għal appoġġ finanzjarju kontinwu għall-programm Daphne, u sabiex il-profil tiegħu jinżamm sabiex b'mod partikolari ikompli jagħti l-possibilità lill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa lokalment fl-Istati Membri li jaħdmu kontra l-vjolenza kontra n-nisa; |
|
78. |
Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni f'forma ta' sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Parlament, u għalhekk jipproponi li l-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tippreżenta rapport ta' progress annwali f'forma orali u bil-miktub lill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, kemm mill-perspettiva tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Istati Membri u tadotta approċċ speċifiku għall-pajjiż fir-rappurtar b'informazzjoni speċifika dwar kull Stat Membru, dwar l-objettivi stabbiliti fl-istrateġija; |
|
79. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkollabora mal-Parlament u mal-Kunsill u biex issejjaħ summit annwali tal-UE għall-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa, sabiex tidentifika l-progress li sar, u biex tagħmel impenji mġedda; |
o
o o
|
80. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 181, 29.6.2013, p. 4.
(3) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.
(4) ĠU L 338, 21.12.2011, p. 2.
(5) ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1.
(6) ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1.
(7) ĠU L 68, 18.3.2010, p. 13.
(8) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.
(9) ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1.
(10) ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.
(11) ĠU C 130, 30.4.2011, p. 4.
(12) Anness tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2011.
(13) ĠU C 166, 3.7.1995, p. 92.
(14) ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 247.
(15) ĠU C 348 E, 21.12.2010, p. 11.
(16) ĠU C 341 E, 16.12.2010, p. 35
(17) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 65.
(18) ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 1.
(19) Testi adottati, P8_TA(2015)0050.
(20) Testi adottati, P7_TA(2013)0375.
(21) Testi adottati, P7_TA(2013)0074.
(22) ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 79.
(23) Testi adottati, P7_TA(2013)0073.
(24) Testi adottati, P7_TA(2013)0045.
(25) ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 75.
(26) Testi adottati, P7_TA(2013)0488.
(27) Testi adottati, P7_TA(2014)0126.
(28) Testi adottati, P7_TA(2014)0128.
(29) Commission report on progress on equality between women and men 2012 (SWD(2013)0171), p. 8.
(30) Violence against women: an EU-wide survey. Main results – rapport mill-FRA, pp. 83-84 u 92-93.
(31) Violence against women: an EU-wide survey. Main results – rapport mill-FRA, p. 87.
(32) Violence against women: an EU-wide survey. Main results – rapport mill-FRA, p. 96.
|
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407/18 |
P8_TA(2015)0219
Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali f'pajjiżi terzi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2015 tal-dwar “Strateġija għall-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali f'pajjiżi terzi” (2014/2206(INI))
(2016/C 407/02)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-1 ta' Lulju 2014 bit-titolu “Kummerċ, tkabbir u proprjetà intellettwali – Strateġija għall-ħarsien u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fil-pajjiżi terzi” (COM(2014)0389), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Kummissjoni għall-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali f’pajjiżi terzi (1) u l-evalwazzjoni indipendenti tagħha ta’ Novembru 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 11(1) u 17(2) tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istrateġija Ewropa 2020 (COM(2010)2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-21 ta' Marzu 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-2008 mill-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar l-impatt ekonomiku tal-iffalsifikar u l-piraterija, kif aġġornat fl-2009, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-2009 tal-OECD dwar il-piraterija tal-kontenut diġitali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju konġunt tal-2013 mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi u l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UEP/UASI) dwar l-industriji intensivi fid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali: kontribut għall-prestazzjoni ekonomika u għall-impjiegi fl-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra Dokument ta’ Ħidma tal-Politika għall-Kummerċ tal-2010 mill-OECD dwar “Kontributi Politiċi għat-Tisħiħ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali f’Pajjiżi li qed Jiżviluppaw”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju tal-2013 mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-promozzjoni tal-aċċess għal teknoloġiji mediċi u l-innovazzjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (2) (Regolament dwar l-ostakoli għall-kummerċ), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 816/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-liċenzjar obbligatorju ta' privattivi relatati mal-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi li għandhom problemi ta' saħħa pubblika (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 953/2003 tas-26 ta’ Mejju 2003 biex jevita diversifikazzjoni fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti mediċini prinċipali (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (TRIPS) u d-Dikjarazzjoni ta’ Doha dwar il-Ftehim TRIPS u s-saħħa pubblika adottata mill-Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fl-14 ta’ Novembru 2001, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Lulju 2007 dwar il-Ftehim TRIPS u l-aċċess għall-mediċini (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-impatt tal-iffalsifikar fuq il-kummerċ internazzjonali (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Settembru 2010 dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern (10), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar l-infurzar doganali tal-UE tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali — Riżultati fil-fruntiera tal-UE 2013 (11), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar il-Pjan ta' Azzjoni Doganali tal-UE għall-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (IPR) għas-snin 2013 sal-2017 (12), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0161/2015), |
|
A. |
billi l-kompetittività tal-UE saret u se tkun ibbażata dejjem aktar fuq il-kreattività u l-innovazzjoni, u billi t-''tkabbir intelliġenti'', jiġifieri l-iżvilupp ta’ ekonomija msejsa fuq l-għarfien u l-innovazzjoni, huwa wieħed mit-tliet prijoritajiet tal-istrateġija Ewropa 2020; |
|
B. |
billi d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR) jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-innovazzjoni u l-kreattività; billi l-protezzjoni tagħhom hija kwistjoni ewlenija għall-kompetittività tal-Ewropa u billi, għalhekk, l-UE teħtieġ strateġija aktar ambizzjuża dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fir-rigward tas-sħab kummerċjali tagħha; |
|
C. |
billi huwa essenzjali li jiġi promoss it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-edukazzjoni, in-negozju, ir-riċerka u l-innovazzjoni, u l-proprjetà intellettwali; billi l-proċeduri għall-ġlieda kontra l-ksur tal-IPR jiswew il-flus u jieħdu l-ħin, b’mod partikolari għall-SMEs, inklużi detenturi tad-drittijiet individwali; |
|
D. |
billi l-UE u l-Istati Membri tagħha, bħala membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, huma marbuta bil-Ftehim dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS), u għalhekk huma impenjati li jadottaw u jimplimentaw standards minimi ta' miżuri effikaċi kontra kwalunkwe ksur tal-IPR; |
|
E. |
billi d-dibattitu dwar l-IPR għandu jkun ibbażat fuq riflessjoni kwalifikata ta’ esperjenzi tal-passat kif ukoll fuq xejriet teknoloġiċi tal-ġejjieni, filwaqt li jżomm il-konsistenza bejn l-aspetti interni u esterni u jiddistingwi bejn l-ambjenti fiżiċi u diġitali, fejn xieraq, filwaqt li jqis it-tħassib tal-partijiet interessati kollha, inklużi l-SMEs u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, u jimmira li jiżgura trasparenza sħiħa ta’ interessi u leġittimità adegwata biex jintlaħaq bilanċ ġust bejn l-interessi kollha involuti; |
|
F. |
billi l-iffalsifikar m'għadux aktar ristrett għal prodotti ta’ lussu, iżda jinkludi wkoll oġġetti użati b’mod komuni, bħal ġugarelli, mediċini, kosmetiċi u ikel li, jekk jiġu ffalsifikati, jistgħu jikkaġunaw korrimenti jew joħolqu riskji serji għas-saħħa tal-konsumaturi; |
|
G. |
billi fl-2013 l-awtoritajiet doganali tal-UE żammew kważi 36 miljun oġġett suspettati li huma fi ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, bil-valur tal-merkanzija interċettata jisboq EUR 760 miljun; |
|
H. |
billi 72 % tal-qbid kollu fl-2013 kien relatat ma' kunsinni żgħar; billi għar-raba’ sena konsekuttiva, il-mediċini kienu fl-ogħla kategorija, u jikkostitwixxu 19 % ta’ dan il-qbid u 10 % tal-qbid kollu; |
|
I. |
billi huwa neċessarju li jiġi miġġieled il-ksur tal-IPR sabiex: jitnaqqsu r-riskji li jistgħu jippreżentaw għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumatur u għall-ambjent; jitħares il-ħolqien tal-valur fl-UE u f’pajjiżi terzi; jiġu evitati konsegwenzi ekonomiċi u soċjali għan-negozji tal-UE u l-ħallieqa; u jiġu evitati r-riskji għad-diversità kulturali fl-Ewropa u f’pajjiżi terzi; billi jeħtieġ li tingħata attenzjoni lill-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata li tibbenefika mill-kummerċ f’oġġetti ffalsifikati jew mill-piraterija; |
|
J. |
billi qafas ġuridiku komprensiv tal-IPR għandu jkun ikkombinat ma’ infurzar effettiv, b’referenza, fejn xieraq, għal miżuri ta’ infurzar u penali, filwaqt li jiġi żgurat li l-miżuri ta’ infurzar tal-IPR ma jtaqqlux bla bżonn il-kummerċ leġittimu; |
|
K. |
billi karatteristika importanti tal-ħarsien tal-proprjetà intellettwali tikkonsisti fl-infurzar korrett tal-liġijiet u tal-impenji internazzjonali eżistenti, fosthom l-istatuti tal-penali; |
Kummenti ġenerali
|
1. |
Japprezza l-approċċ segwit mill-Kummissjoni, b’mod partikolari għal dak li għandu x’jaqsam mas-sejħa għal bilanċ bejn l-interessi diverġenti; |
|
2. |
Iqis li d-dibattitu dwar bilanċ ġust bejn l-interessi tad-detenturi tad-drittijiet u l-interessi tal-utenti aħħarin huwa multidimensjonali u kumplessa ħafna, b’interessi ekonomiċi fuq in-naħat kollha; iqis li l-Kummissjoni għandha tesplora kif jista' jsir dibattitu pubbliku infurmat u trasparenti dwar il-protezzjoni u l-infurzar tal-proprjetà intelletwali u xi jfisser għall-konsumaturi; iqis li l-appell għal involviment imtejjeb mill-partijiet interessati fid-dibattitu dwar l-IPR jeħtieġ li jkun akkumpanjat minn passi li jiżguraw it-trasparenza u l-leġittimità għall-parteċipanti kollha; iqis li m’hemm l-ebda evalwazzjoni fil-komunikazzjoni li tqis l-Istrateġija tal-2004 għall-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali f’pajjiżi terzi kif ukoll it-twarrib tal-Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA); |
|
3. |
Jenfasizza li mhuwiex ċar biżżejjed b’liema mod u b’liema metodu jistgħu jinkisbu r-riżultati inklużi fil-komunikazzjoni, b’mod partikolari rigward liema riżorsi se jintużaw u minn fejn se jittieħdu, anke meta wieħed iqis ir-riżorsi limitati disponibbli biex jappoġġjaw lid-detenturi tad-drittijiet tal-UE li jesportaw jew li jistabbilixxu lilhom infushom fi swieq terzi; |
|
4. |
Iqis li m’hemm l-ebda indikazzjoni ċara ta’ koordinazzjoni bejn il-politiki interni u l-politiki esterni dwar il-protezzjoni tal-IPR, u jenfasizza l-importanza li jsir titjib intern dwar din il-kwistjoni; jirrikonoxxi li l-koerenza bejn il-politiki interni u esterni ma jiċħadx il-ħtieġa ta' approċċ imfassal apposta, li jirrikonoxxi l-fatti speċifiċi u ċ-ċirkostanzi li jkunu jeżistu f’suq ta’ pajjiż terz inkwistjoni; |
|
5. |
Jenfasizza li l-ħarsien tal-IPR għandu jitqies bħala l-ewwel pass – meħtieġ iżda mhux biżżejjed – lejn il-ħolqien ta’ aċċess għal suq ta’ pajjiż terz, u li l-abbiltà li wieħed jeżerċita b’mod effettiv id-drittijiet rikonoxxuti tal-proprjetà intelletwali tiddependi minn ħarsien sostantiv, inkluż l-infurzar effettiv u r-rimedji, fil-pajjiż ikkonċernat; |
|
6. |
Jenfasizza li n-natura kummerċjali ta’ bosta każijiet ta’ ksur tal-IPR, u l-involviment dejjem jikber tal-kriminalità organizzata fihom, saret kwistjoni ewlenija; jiddispjaċih li l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (il-Konvenzjoni ta’ Palermo) għad m'għandhiex protokoll dwar il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom b’mod konsiderevoli sabiex dan iseħħ; |
|
7. |
Japprezza u jappoġġja l-għan ta’ koerenza aħjar bejn il-protezzjoni u l-infurzar tal-IPR u politiki oħra, u bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri biex tintlaħaq din il-mira; iqis li l-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u miżuri adegwati biex jiġġieldu kontra l-ksur tal-IPR, jistgħu jikkontribwixxu fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa u għall-iżvilupp ta’ suq diġitali ġust, sostenibbli, b’garanzija għall-futur u favur l-innovazzjoni; |
|
8. |
Jappoġġja lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha sabiex tidentifika prijoritajiet ġeografiċi, billi tuża bħala punt ta’ tluq ir-rapporti biennali tagħha dwar il-protezzjoni u l-infurzar tal-IPR f’pajjiżi terzi; |
|
9. |
Iqis li l-istrateġija ma tirrikonoxxix biżżejjed id-distinzjoni bejn il-falsifikazzjoni fiżika tal-marki kummerċjali u l-privattivi minn naħa, u l-ksur tad-drittijiet tal-awtur, b’mod speċjali fl-ambjent diġitali, min-naħa l-oħra; jinnota li billi l-pass lejn id-diġitizzazzjoni qed ikun dejjem aktar mgħaġġel, il-kwistjoni ta’ protezzjoni u infurzar tal-IPR fid-dinja diġitali ser issir iktar importanti madwar id-dinja; |
|
10. |
Iqis li l-istrateġija għandha tkun adattata aħjar għall-ambjent diġitali u tinkludi kollaborazzjoni qawwija mal-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq biex tkun żgurata l-koerenza orizzontali; |
|
11. |
Jenfasizza li l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-protezzjoni tagħhom huma importanti daqs tipi oħra ta’ proprjetà intellettwali hekk kif dawn jiżguraw li l-prodotti jkunu traċċabbli sal-ħin tal-konsum u jissalvagwardjaw l-għarfien tal-produtturi; |
|
12. |
Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-indikazzjonijiet ġeografiċi jkunu rikonoxxuti u protetti b’mod ġenwin meta tkun qed tinnegozja ftehimiet ta’ kummerċ ħieles ma’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari fir-rigward tas-Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP); |
|
13. |
Huwa tal-fehma li l-ftehim TRIPS għandu jiġi implimentat b’mod effettiv u bilanċjat fejn xieraq u li kwalunkwe flessibbiltà fil-formulazzjoni tiegħu għandha tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipju fundamentali ta’ trattament mhux diskriminatorju għal kull qasam tat-teknoloġija, kif stabbilit fl-Artikolu 27(1) tiegħu; jemmen li d-Dikjarazzjoni ta’ Doha għandha tiġi kkunsidrata wkoll, filwaqt li jenfasizza li ħarsien u infurzar imsaħħa tal-proprjetà intellettwali mhux biss jibbenefikaw lill-pajjiżi tal-UE iżda jgħinu wkoll lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jibnu u jiżviluppaw l-oqfsa domestiċi meħtieġa li jinkoraġġixxu u jipproteġu l-innovazzjoni u r-riċerka, kwistjoni ta’ rilevanza dejjem akbar hekk kif dawn jimxu 'l quddiem fi ħdan ktajjen ta’ valur kummerċjali internazzjonali; |
L-infurzar u l-għarfien tal-pubbliku
|
14. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta’ dibattitu pubbliku infurmat, bilanċjat u aktar trasparenti dwar l-infurzar, bl-involviment tal-partijiet interessati kollha u li jibbilanċja l-interessi privati u pubbliċi kollha; |
|
15. |
Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiżdied l-għarfien fost il-konsumaturi dwar it-telf finanzjarju, il-ħsara għall-innovazzjoni u l-kreattività u, f'xi każijiet, il-periklu għas-saħħa u s-sigurtà kkawżat mix-xiri jew l-aċċess għal oġġetti li jiksru l-IPR; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li infurzar aktar b’saħħtu waħdu mhux se jsolvi t-tħassib eżistenti u futur dwar il-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali u l-infurzar, u għandu jkun kumplimentari għal żieda fl-għarfien fost il-konsumaturi; jenfasizza r-rwol tas-settur tan-negozju f’dan ir-rigward; |
|
16. |
Iqis li huwa ċar li għandu jinkiseb l-appoġġ tal-pubbliku favur l-IPR; jinnota f’dan il-kuntest il-ħidma tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), li tinkludi kampanji ta’ sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini dwar l-impatti tal-ksur tal-proprjetà intelletwali fuq skala kummerċjali; |
L-internet u l-IPR
|
17. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-memorandum ta’ ftehim, iffirmat fl-4 ta’ Mejju 2011, bejn id-detenturi tad-drittijiet u l-pjattaformi tal-internet fi sforz konġunt biex jitnaqqas il-bejgħ ta’ oġġetti ffalsifikati permezz ta’ pjattaformi tal-kummerċ elettroniku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jidħlu fi djalogu strutturat ma’ pjattaformi onlajn dwar kif l-aħjar li jiġi identifikat u ttrattat il-bejgħ ta’ oġġetti ffalsifikati; |
|
18. |
Jinnota li l-problema tal-ksur tal-IPR żdiedet f’dawn l-aħħar snin b'konsegwenza tad-diġitalizzazzjoni u l-għadd dejjem jikber ta’ pjattaformi ta’ bejgħ diġitali, fejn jinbiegħu u jitqassmu prodotti ffalsifikati mad-dinja kollha mingħajr mezzi effettivi ta’ kontroll; jitlob f’dan ir-rigward li ssir riflessjoni aktar fil-fond immirata lejn l-adozzjoni ta’ għodod aktar effiċjenti biex jikkontrollaw il-bejgħ onlajn ta’ prodotti fiżiċi; |
|
19. |
Iqis li l-formulazzjoni tal-istrateġija dwar il-promozzjoni ta’ protezzjoni b'saħħitha tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fuq l-internet se jeħtiġilha tkun aktar speċifika sabiex jiġu ppreżentati objettivi konkreti; |
|
20. |
Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Korporazzjoni tal-Internet dwar l-Ismijiet u n-Numri Assenjati (ICANN) u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO), sabiex tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ protezzjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi fuq l-internet; |
|
21. |
Iqis li r-responsabbiltajiet ta’ intermedjarji jeħtieġ li jiġu evalwati bir-reqqa; kien jilqa' f’dan ir-rigward strateġija aktar sofistikata, filwaqt li jirrikonoxxi li din il-kwistjoni hija suġġett ta’ dibattitu separat; |
L-iżvilupp u l-ekonomiji emerġenti
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkontribwixxi lejn il-ħolqien ta’ ambjent li fih l-interessi tal-Istati Membri u ta’ pajjiżi terzi huma konverġenti, u jkun hemm interess reċiproku fil-ħolqien ta’ oqfsa ta’ protezzjoni ta’ standard għoli flimkien ma’ rimedji effettivi biex jitneħħew il-lakuni fil-protezzjoni tal-IPR; jinnota l-ħtieġa li ssir distinzjoni bir-reqqa bejn iċ-ċirkostanzi differenti ta’ “pajjiżi li qed jiżviluppaw”, u bejn il-kwistjonijiet kummerċjali involuti, filwaqt li jittieħed kont taċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ pajjiżi individwali li qegħdin jiżviluppaw; |
|
23. |
Jilqa’ il-ħidma li saret mill-Kummissjoni fl-appoġġ, fuq bażi ta’ każ b’każ, ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw li jixtiequ jtejbu s-sistemi tal-IPR tagħhom, u jistieden lill-Kummissjoni tkompli u tintensifika dawn l-isforzi billi tibqa' tipprovdi assistenza teknika adegwata fil-forma ta’ programmi ta’ sensibilizzazzjoni, assistenza leġiżlattiva u taħriġ ta’ uffiċjali, filwaqt li jitqies il-livell ta’ żvilupp f’kull pajjiż; |
L-aċċess għall-mediċini
|
24. |
Jaqbel mas-sejħa għal rispons wiesa' għal din il-problema kumplessa u multidimensjonali tar-relazzjoni bejn l-IPR u l-aċċess universali għal mediċini li jkunu għall-but ta’ kulħadd, filwaqt li jiġbed l-attenzjoni f’dan il-kuntest lejn l-importanza li fis-settur farmaċewtiku jkun hemm approċċ għall-IPR li jiffoka fuq il-pazjent; |
|
25. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jiżguraw appoġġ għal djalogu kostruttiv dwar l-aċċess għal mediċini li jinvolvi l-partijiet interessati rilevanti kollha, u biex isibu modi biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-mediċini għall-popolazzjonijiet tal-ifqar pajjiżi, li ma jistgħux jiksbu l-aħjar trattamenti disponibbli bħalissa; |
|
26. |
Huwa tal-fehma li, filwaqt li l-interessi u l-kompetittività ta’ kumpaniji farmaċewtiċi tal-UE għandhom jiġu protetti billi tiġi ppreżervata l-kapaċità tagħhom għall-innovazzjoni, filwaqt li jittieħed kont tal-fatt li xi intrapriżi tal-UE jipprovdu aċċess għall-mediċini permezz ta’ programmi ta’ assistenza u bi prezzijiet imraħħsa skont il-kwantità, jeħtieġ li l-prezzijiet tal-mediċini jkunu jintlaħqu min-nies tal-pajjiż fejn ikunu qed jinbiegħu, l-appoġġ għall-użu tal-flessibbiltajiet previsti fil-Ftehim TRIPS u rikonoxxuti fid-Dikjarazzjoni ta’ Doha jsir fattur essenzjali, filwaqt li jitqies ukoll it-tfixkil tas-suq ikkawżat mill-bejgħ mill-ġdid ta’ mediċini f’pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jagħmlu sforzi ħalli jiġi żgurat li l-miżuri konfinali intiżi sabiex jostakolaw l-importazzjoni ta’ mediċini ffalsifikati ma jaffettwawx b’mod negattiv it-tranżitu ta’ mediċini ġeneriċi; |
|
27. |
Jenfasizza li l-kumpaniji għandhom jitħeġġew jikkollaboraw aħjar fl-ambjent kompetittiv tagħhom u jaħdmu flimkien mal-awtoritajiet pubbliċi bil-għan li jiġi garantit aċċess akbar u mtejjeb għall-mediċini fl-Istati Membri u f’pajjiżi terzi; Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra mekkaniżmi innovattivi ta’ sostenn bħal ġabriet ta’ privattivi li jistimolaw ir-riċerka filwaqt li tiġi żgurata l-produzzjoni ġenerika; |
|
28. |
Iqis li l-Unjoni jeħtiġilha tidħol f’dibattitu usa’ b'rabta mal-promozzjoni tal-kura tas-saħħa madwar id-dinja, inklużi strateġiji biex jissaħħu s-sistemi tas-saħħa; |
|
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistimola l-esportazzjonijiet bikrija ta’ mediċini ġeneriċi u bijosimili manifatturati fl-UE hekk kif dawn ma jibqgħux protetti bi privattiva f’pajjiżi terzi; |
Nipprovdu data aħjar
|
30. |
Iqis li xi data statistika kkwotata fil-komunikazzjoni tnisslet bl-użu ta’ metodoloġija kontroversjali u diġà kkritikata, u li d-data statistika għandha tittejjeb sabiex tirrifletti aħjar is-sitwazzjoni attwali rigward ċ-ċentralità tal-IPR u l-protezzjoni u l-infurzar tagħhom għall-ekonomija tal-UE, u dan mhux biss biex tinforma u ttejjeb il-politika eżistenti iżda biex tkompli tappoġġja l-prinċipju ta’ tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza; |
|
31. |
Jaqbel mar-raġunament tal-Kummissjoni għall-istabbiliment ta’ Osservatorju tal-UE dwar il-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, u jitlob li jiġu allokati riżorsi ddedikati; |
|
32. |
Jirrimarka li l-Osservatorju għandu jkun kompost b'mod komprensiv u m’għandux jirreplika korpi diġà eżistenti; |
|
33. |
Jistieden lill-Kummissjoni taħdem lejn Osservatorju li jżomm l-indipendenza tiegħu, biex tiżgura li ħidmietu ma tkunx imminata minn preġudizzji reali jew perċepiti; |
Il-leġiżlazzjoni tal-UE u l-kooperazzjoni fi ħdan l-UE
|
34. |
Jirrikonoxxi li politiki adegwatament armonizzati, interni u mtejba b'rabta mal-IPR jistgħu jkunu utli fl-isforz biex jitjieb l-istandard tal-protezzjoni u l-infurzar tal-IPR fil-livell globali; |
|
35. |
Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri lejn ir-ratifika tat-Trattat tad-WIPO dwar il-Liġi tal-Marki Kummerċjali, l-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim tal-Aja u l-Ftehim ta’ Lisbona dwar il-Protezzjoni ta’ Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u r-Reġistrazzjoni Internazzjonali tagħhom, u ftehimiet internazzjonali oħrajn relatati mal-IPR; |
|
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi ulterjuri f’konformità mal-eżitu tal-konsultazzjoni pubblika tal-Green Paper tagħha “Nagħmlu l-aħjar mill-kompetenzi tradizzjonali tal-Ewropa” (COM(2014)0469) fir-rigward tal-estensjoni possibbli tal-Unjoni għall-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi għal prodotti mhux agrikoli; |
Il-protezzjoni u l-infurzar tal-IPR f’pajjiżi terzi
|
37. |
Jappoġġja l-wegħda tal-Kummissjoni li bħala prijorità tippromwovi l-infurzar u l-ħarsien aħjar tal-IPR fid-WTO u fi kwalunkwe areni internazzjonali oħrajn, u b’hekk jinfetħu swieq ġodda għall-esportaturi Ewropej u jitjieb l-aċċess għas-suq eżistenti; |
|
38. |
Jinnota li l-għoti ta’ status ta’ ekonomija tas-suq f’termini ta’ strumenti ta’ difiża tal-kummerċ jiddependi, fost kriterji oħra, fuq il-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali fil-pajjiż ikkonċernat; |
|
39. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaffermaw l-IPRs b'mod iktar effettiv fl-organizzazzjonijiet multilaterali relevanti kollha (id-WTO, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali), u biex jaħdmu lejn l-inklużjoni fis-sistema tad-WTO ta’ dawk il-ftehimiet internazzjonali relatati mal-IPR li għadhom ma jagħmlux parti minnha, bħat-Trattat tad-WIPO dwar il-Liġi tal-Marki Kummerċjali, it-Trattat tad-WIPO dwar il-Fonogrammi u l-Prestazzjoni, it-Trattat tad-WIPO dwar id-drittijiet tal-awtur, l-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim tal-Aja u l-Ftehim ta’ Lisbona dwar il-Protezzjoni ta’ Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u r-Reġistrazzjoni Internazzjonali tagħhom; |
|
40. |
Iqis li fin-negozjati għal ftehimiet bilaterali ta’ kummerċ ħieles għandha tingħata attenzjoni adegwata lill-kapitoli dwar il-proprjetà intellettwali, u li l-partijiet li qed jinnegozjaw għandhom jirrikonoxxu li d-dritt li wieħed imexxi negozju għandu jqis ir-rispett tal-IPR u l-konformità mal-oqfsa ġuridiċi eżistenti; jilqa’ l-ħidma tal-Kummissjoni li saret sa issa fl-integrazzjoni b’suċċess tal-kapitoli dwar il-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali u l-infurzar fi ftehimiet ta’ kummerċ ħieles bilaterali; |
|
41. |
Iqis li r-ratifika tat-trattati tad-WIPO elenkati hawn fuq għall-inklużjoni fis-sistema tad-WTO għandha tiġi inkluża fil-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles bilaterali konklużi mill-Unjoni; |
|
42. |
Jappoġġja l-approċċ tal-Kummissjoni li tistabbilixxi djalogi dwar il-proprjetà intellettwali u gruppi ta’ ħidma ma' pajjiżi prijoritarji li magħhom m'hemmx negozjati komprensivi għaddejjin, u dan bil-għan li jinkisbu u jissaħħu impenji speċifiċi dwar il-ħarsien u l-infurzar tal-proprjetà intellettwali; jenfasizza l-ħtieġa li jiddaħħlu l-IPR fuq l-aġenda ta’ laqgħat politiċi ta’ livell għoli meta ma jkunx qed isir progress fil-livell ta’ djalogi dwar il-proprjetà intelletwali kif ukoll fil-livell ta’ laqgħat bejn l-aġenziji; |
|
43. |
Jenfasizza li l-kooperazzjoni fil-qasam tal-IPR bejn l-Unjoni u blokok reġjonali oħra għandha tissaħħaħ kull meta jkun possibbli; |
|
44. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel rikors aktar regolari għall-mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim, inkluż il-Korp għar-Riżoluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO, meta jinkisru d-drittijiet ta’ operaturi ekonomiċi tal-Unjoni, inklużi d-detenturi kollha tal-IPR; |
|
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-pajjiżi terzi jagħtu rikonoxximent reċiproku lid-dritt tal-esperti ġuridiċi tal-proprjetà intellettwali li jipprattikaw; |
|
46. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw il-kooperazzjoni doganali fl-Unjoni u mal-pajjiżi terzi għall-qbid ta' prodotti ffalsifikati, u jissemplifikaw il-proċeduri doganali; |
|
47. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkooperaw aktar mill-qrib ma’ pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet ta’ drittijiet tal-awtur u l-liċenzjar; |
|
48. |
Jinsab konvint li t-titjib fil-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u fl-implimentazzjoni effikaċi tar-regoli rilevanti f'pajjiżi terzi jissarraf f'inċentiv qawwi għall-investituri mill-Unjoni Ewropea u lil hinn minnha biex jinvestu, jaqsmu ħiliet teknoloġiċi ġodda u jaġġornaw it-teknoloġiji eżistenti; |
Assistenza f’pajjiżi terzi u l-enfasi ġeografika
|
49. |
Jinnota li xi Stati Membri għandhom attachés tal-proprjetà intelletwali fi ħdan id-delegazzjonijiet tagħhom f’ċerti pajjiżi ewlenin; jemmen li koordinazzjoni aħjar u qsim ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri jistgħu jipprovdu opportunitajiet ġodda sabiex jintlaħqu għanijiet komuni f’termini ta’ protezzjoni tal-proprjetà intelletwali f’pajjiżi terzi; |
|
50. |
Iqis li l-operaturi ekonomiċi tal-UE u l-konsumaturi f’pajjiżi terzi fejn il-ksur tal-IPR huwa aktar komuni għandhom jiġu partikolarment protetti permezz ta’ estensjoni tal-Helpdesk tal-IPR; |
o
o o
|
51. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU C 129, 26.5.2005, p. 3.
(2) ĠU L 349, 31.12.1994, p. 71.
(3) ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45.
(5) ĠU L 135, 3.6.2003 p. 5. 5.
(6) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(7) ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15.
(8) ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 591.
(9) ĠU C 45 E, 23.2.2010, p. 47.
(10) ĠU C 50 E, 21.2.2012, p. 48.
(11) http://ec.europa.eu/taxation_customs/resources/documents/customs/customs_controls/counterfeit_piracy/statistics/2014_ipr_statistics_en.pdf.
(12) ĠU C 80, 19.3.2013, p. 1.
|
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407/25 |
P8_TA(2015)0220
Id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali: Pjan ta' Azzjoni tal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar “Lejn kunsens imġedded dwar l-infurzar tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali: Pjan ta’ Azzjoni tal-UE” (2014/2151(INI))
(2016/C 407/03)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (1) (“id-Direttiva tal-Infurzar tad-DPI”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru.386/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' April 2012 li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) jiġi fdat b’ċerti kompiti relatati mal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta’ rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal- proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-UASI u tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (UEP) ippreżentat f’Settembru 2013 u intitolat “Intellectual property rights intensive industries: contribution to economic performance and employment in the European Union”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-25 ta' Ġunju 2008 bit-titolu '“Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” – “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa' (COM(2008)0394), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Settembru 2009 dwar “Li ssaħħaħ l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern” (COM(2009)0467), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-22 ta' Diċembru 2010 intitolat “Applikazzjoni tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' April 2004, dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali” (COM(2010)0779) u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanjaha (3), |
|
— |
wara li kkunsidra s-sommarju li sar mill-Kummissjoni tar-risposti għall-konsultazzjoni pubblika “Infurzar Ċivili tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali: konsultazzjoni pubblika dwar l-effiċjenza tal-proċedimenti u l-aċċessibbiltà ta' miżuri” ta' Lulju 2013 (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-1 ta' Lulju 2014 bit-titolu “Lejn kunsens imġedded dwar l-infurzar tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali: Pjan ta' Azzjoni tal-UE” (COM(2014)0392), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-1 ta' Lulju 2014 bit-titolu “Kummerċ, tkabbir u proprjetà intellettwali – Strateġija għall-ħarsien u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fil-pajjiżi terzi” (COM(2014)0389), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pjan tal-Kummissjoni li toħloq suq diġitali uniku tal-UE u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-20 ta’ April 2012 dwar suq uniku diġitali kompetittiv (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-4-5 ta' Diċembru 2014 dwar l-infurzar tad-DPI (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar il-Pjan ta' Azzjoni Doganali tal-UE għall-ġlieda kontra l-ksur tad-DPI għas-snin 2013 sal-2017 (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Settembru 2010 dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern (8), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-24 ta' Marzu 2011 dwar ir-Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/48/KE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 27 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, li tistipula li kulħadd għandu d-dritt għall-protezzjoni tal-interessi morali u materjali li jirriżultaw minn kwalunkwe produzzjoni xjentifika, letterarja jew artistika li huma jkunu l-awtur tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0169/2015), |
|
A. |
billi t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jagħmlu enfasi partikolari fuq il-proprjetà intellettwali, fl-Artikoli 118 u 17 rispettivament; |
|
B. |
billi d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huma wieħed mill-istimoli tal-innovazzjoni u l-kreattività u kontributur ewlieni għall-kompetittività, l-impjieg u d-diversità kulturali; billi l-awtentiċità tal-prodott m’għandhiex dejjem tingħaqad mas-sigurtà tal-prodott u l-kwistjonijiet tal-kwalità tal-prodott, u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkollu rwol biex jiżgura s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi; billi d-dħul li jinkiseb mill-falsifikazzjoni ġeneralment jikkontribwixxi biex tissaħħaħ l-ekonomija klandestina u l-kriminalità organizzata; |
|
C. |
billi l-UE qed taffaċċja għadd kbir ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u billi l-volum u l-valur finanzjarju ta’ dan il-ksur huwa allarmanti, kif ġie rrappurtat mill-Kummissjoni fir-rapport tagħha dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (COM(2010)0779); billi dawn iċ-ċifri juru wkoll il-valur li jirrappreżentaw id-DPI għall-ekonomija Ewropea fil-kompetizzjoni dinjija; |
|
D. |
billi l-ksur tad-DPI, inkluż il-falsifikazzjoni, jiskoraġġixxi t-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi, l-innovazzjoni u l-kreattività; |
|
E. |
billi l-ksur tad-dritt tal-proprjetà intellettwali jikkawża dannu mhux materjali u ekonomiku għall-intrapriżi Ewropej, u jwassal għal telf ekonomiku u fiskali kbir għall-istati; |
|
F. |
billi protezzjoni adegwata tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tikkostitwixxi rekwiżit għall-iżvilupp tal-ekonomija diġitali u tas-suq uniku diġitali; |
|
G. |
billi l-iżvilupp, li dejjem qed jikber b'mod aktar rapidu, tal-kummerċ elettroniku u tal-attivitajiet fuq l-internet biddel il-mod kif għandu jitqies l-infurzar tad-DPI fl-ambjent diġitali, b’mod partikolari għaliex dan joffri possibbiltajiet ġodda għal ksur anki permezz ta’ imgiba soċjali ġdida tal-utenti; |
|
H. |
billi l-Parlament innota bi tħassib dak li r-rapport tal-UASI juri rigward l-eżistenza, fost minoranza sinifikanti ta' Ewropej, ta' ċertu livell ta' tolleranza għall-idea li l-ksur tad-DPI jista' jitqies bħala aċċettabbli (9); billi hemm nuqqas ta' għarfien adegwat tal-importanza soċjali u kulturali tad-DPI u tal-azzjonijiet meqjusa bħala ksur tagħhom, u nuqqas ta' kuxjenza, speċjalment fost Ewropej żgħażagħ, tal-konsegwenzi potenzjali tal-ksur tad-DPI fuq l-ekonomija u s-soċjetà tal-UE, u fuq is-sikurezza ġenerali taċ-ċittadini; billi huwa neċessarju u possibbli li jsiru kampanji xierqa ta' kuxjenza u informazzjoni għall-utenti; |
|
I. |
billi hemm bżonn li jiġu rduppjati l-isforzi għall-ġlieda kontra l-kummerċ illegali fl-oġġetti ffalsifikati u li ħadd ma għandu jagħmel profitt minn ksur tad-DPI; |
|
J. |
billi l-infurzar tal-liġi huwa essenzjali rigward il-prevedibbiltà tal-liġi, u billi huwa tal-akbar importanza li jinstabu mezzi effikaċi, proporzjonati u dissważivi biex jiġu infurzati d-DPI bejn il-fruntieri; |
|
K. |
billi l-ksur tad-DPI għandu impatt partikolari fuq l-SMEs, inkluż f'servizzi bejn in-negozji, u jista' jwassal għat-telf ta' swieq u falliment; |
|
L. |
billi l-fatt li jitqiesu l-aspetti internazzjonali huwa fundamentali għall-infurzar tad-DPI peress li l-ksur tad-DPI huwa fenomenu globali; |
|
M. |
billi għandu jitqies il-ksur, kemm onlajn kif ukoll offlajn, fl-azzjonijiet politiċi kontra l-ksur tad-DPI; |
|
1. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Lulju 2014 li tippreżenta Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għal kunsens ġdid dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; jappoġġja l-approċċ tagħha lejn l-infurzar tad-DPI, ibbażat fuq azzjonijiet preventivi u fuq għodod ta' politika li għandhom il-ħsieb li jċaħħdu lil dawk li jiksru l-liġi fuq skala kummerċjali mid-dħul tagħhom u jagħmluha aktar diffiċli għall-prodotti mhux konformi milli jitqiegħdu fis-suq; |
|
2. |
Jenfasizza li r-responsabilità primarja għall-infurzar tad-DPI tibqa' tal-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri; |
|
3. |
Jenfasizza li l-objettiv ewlieni tal-Pjan ta' Azzjoni għandu jkun li jiżgura l-infurzar effettiv u bbażat fuq l-evidenza tad-DPI, u li għandu rwol ewlieni fl-istimular tal-innovazzjoni, il-kreattività, il-kompetittività, it-tkabbir u d-diversità kulturali; jinnota li l-miżuri meħuda għall-infurzar tal-IPR għandhom ikunu bbażati fuq dejta preċiża u affidabbli; |
|
4. |
Jenfasizza li fi żminijiet tal-kriżi finanzjarja, li fiha l-assistenza finanzjarja tal-qasam kulturali titnaqqas drastikament, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ħafna drabi huma s-sors tad-dħul prinċipali għall-artisti kreattivi, għalhekk jenfasizza li l-iżgurar ta’ remunerazzjoni ġusta għall-artisti kreattivi għandu jkun aspett ewlieni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE; |
|
5. |
Huwa tal-fehma li l-miżuri għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali għandhom ikunu żgurati b’mod trasparenti u li l-pubbliku u l-partijiet ikkonċernati l-oħra kollha jkunu informati b’mod komprensiv, fl-interess li l-innovazzjoni, il-kreattività u l-kompetittività ma jkunux affettwati; |
|
6. |
Jirrikonoxxi li l-infurzar tad-DPI mhuwiex biss mutur għall-impjiegi u t-tkabbir madwar l-Unjoni, iżda huwa essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq uniku – speċjalment fid-dawl ta’ fatturi bħas-sehem tal-PDG tal-UE u l-impjiegi, u l-firxa tal-industriji li jibbenefikaw mid-DPI u li jisfruttaw minnhom – u jiżvolġi rwol ewlieni fl-istimular tal-innovazzjoni, il-kreattività, il-kompetittività u d-diversità kulturali; |
|
7. |
Jenfasizza li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkunu garanti b’mod partikolari tal-kreattività, l-innovazzjoni u l-kompetittività tal-industriji kulturali u kreattivi, iżda wkoll ta' setturi industrijali oħrajn, kif enfasizzat il-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha “Għal Rinaxximent Industrijali Ewropew”; jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli l-ħidma sabiex id-DPI jitqiesu bħala fattur ta’ kompetittività tal-ekonomija Ewropea; |
|
8. |
Jissottolinja l-fatt li d-DPI mhumiex biss drittijiet tal-awtur iżda wkoll marki kummerċjali u privattivi, fost oħrajn, u li kull wieħed minn dawn huwa vitali għall-valur tal-prodotti u s-servizzi tal-Ewropa; |
|
9. |
Jinnota li skont il-Kummissjoni, is-setturi kulturali u kreattivi, li ta’ spiss jinvolvu d-DPI, diġà jirrappreżentaw sa 4,5 % tal-PDG u sa 8,5 miljun impjieg fl-UE u mhux biss huma essenzjali għad-diversità kulturali iżda wkoll jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku; |
L-involviment tal-atturi kollha fil-katina tal-provvista, kemm onlajn kif ukoll offlajn;
|
10. |
Jemmen li l-atturi kollha fil-katina tal-provvista għandhom rwol x’jaqdu fil-ġlieda kontra l-ksur tad-DPI u għandhom ikunu involuti f’dan il-proċess; jenfasizza li approċċ li jinvolvi l-atturi kollha għandhom jiġu żviluppati kemm f’kuntest onlajn kif ukoll offlajn; jemmen li d-drittijiet fundamentali jeħtieġ li jkunu bbilanċjati sabiex dan ikun ta’ suċċess, peress li l-miżuri li jolqtu d-drittijiet fundamentali ma jistgħux jitwettqu b’mod volontarju mill-operaturi kummerċjali, iżda jeħtieġu bażi legali u sorveljanza ġudizzjarja; |
|
11. |
ifakkar li l-inkorporazzjoni tal-atturi onlajn fil-ġlieda kontra l-ksur tad-dritt tal-proprjetà intellettwali għandha tkun f’konformità mal-prinċipji tad-Direttiva 2000/31/KE (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
12. |
Jinnota li l-prodotti fiżiċi falsifikati u li jiksru d-DPI qed jiġu dejjem aktar innegozjati u mibjugħa minn swieq onlajn, fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom kapaċitajiet limitati biex jikkontrollaw il-bejgħ; jenfasizza l-ħtieġa li s-sidien tal-pjattaformi tas-swieq jiġu involuti fl-isforzi kollha biex jiġu infurzati l-IPRs, inklużi l-isforzi biex jitneħħew il-prodotti falsifikati u biex il-bejjiegħa ta' prodotti falsifikati jiġu pprojbiti mis-siti tagħhom; |
|
13. |
Jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-applikazzjoni ta’ diliġenza dovuta fil-katina tal-provvista kollha, inkluża l-katina tal-provvista diġitali u l-atturi u l-operaturi ewlenin kollha fiha, bħalma huma l-ħallieqa, l-artisti u d-detenturi tad-drittijiet, il-produtturi, l-intermedjarji, il-fornituri tas-servizzi tal-internet, il-pjattaformi tal-bejgħ online, l-utenti aħħarin u l-awtoritajiet pubbliċi; |
|
14. |
Jemmen li l-applikazzjoni tad-diliġenza dovuta fil-katina tal-provvista u sorveljanza tas-suq imtejba u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali jtejbu l-ambjent tan-negozju u jikkontribwixxu biex jevitaw prodotti u servizzi li jikkostitwixxu vjolazzjoni milli jidħlu fis-suq; jenfasizza li l-proporzjon bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji u l-effettività ta’ kwalunkwe skemi ta’ awditjar kwalitattivi għandhom ikunu vvalutati sew u li l-għoti ta’ appoġġ lill-SMEs għandu jkun kunsiderazzjoni b’saħħitha f’dak ir-rigward; |
|
15. |
Jinnota wkoll il-proposti dwar il-konsultazzjoni inklużiva tal-partijiet interessati dwar l-applikazzjoni tad-diliġenza dovuta tal-UE fil-katina tal-provvista kollha, inklużi l-fornituri ta' servizzi ta' pagament, għall-prevenzjoni tal-ksur tad-DPI, u jitlob li l-eżitu tal-konsultazzjonijiet u l-iskema volontarja ta’ diliġenza dovuta tal-UE jiġu ppreżentati lill-Parlament fuq bażi annwali aktar milli kull sentejn; |
|
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel trasparenti u f'waqthom il-konsultazzjonijiet kollha mal-partijiet interessati u biex tiżgura li l-eżitu tal-konsultazzjonijiet jiġi analizzat kemm kwalitattivament kif ukoll kwantitattivament u jiġi kondiviż mal-partijiet interessati, inkluż il-Parlament u istituzzjonijiet oħra tal-UE; |
|
17. |
Jenfasizza l-importanza ta’ ftehimiet skont is-settur u gwidi ta’ prattika tajba għall-ġlieda kontra l-ksur tal-IPR; jistieden lill-operaturi tal-industrija biex jaqsmu informazzjoni dwar pjattaformi li jagħtu aċċess għal kontenut li jikser l-IPR, u biex jieħdu miżuri koordinati u proporzjonati, bħal notifika u tneħħija (notice and takedown), sabiex jitnaqqas l-introjtu ġġenerat minn dan it-tip ta' kontenut jew pjattaformi; jinnota li tali miżuri ma għandhomx jinkludu mblukkar mhux ġudizzjarju ta' websajts; |
|
18. |
Jirrimarka li pjattaformi “cyberlocker” huma wieħed miċ-ċentri ewlenin għall-ksur tal-IPR, li minnu huma indirettament jidderivaw dħul permezz ta’ reklamar u/jew abbonamenti; |
|
19. |
Jilqa’ l-approċċ li jċaħħad lill-persuni li jiksru d-DPI mid-dħul tagħhom permezz ta’ ftehim bejn id-detenturi tad-drittijiet u s-sħab tagħhom; jappoġġja l-elaborazzjoni ta’ memoranda ta’ fehim bħala miżuri legali flessibbli li jiġġieldu kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija, u jappoġġja l-idea li jiġu żviluppati aktar miżuri bħal dawn fost il-partijiet interessati; f’dan ir-rigward, jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex twettaq studju dwar kif dawn l-operazzjonijiet ta’ falsifikazzjoni qed jiffinanzjaw bejniethom l-attivitajiet tagħhom (ibiegħu prodotti foloz u jipprovdu kontenut illegali); |
|
20. |
Ifakkar li minn Mejju tal-2011, jeżisti Memorandum ta’ Qbil dwar il-Bejgħ ta’ Oġġetti Ffalsifikati fuq l-Internet u jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa r-riżultati tal-implimentazzjoni ta' dan il-Memorandum ta' Qbil u tagħti rendikont lill-Parlament; |
|
21. |
Jemmen li l-Kummissjoni għandha tqis ukoll l-effettività ta' inizjattivi eżistenti u attivitajiet futuri possibbli fir-rigward tar-rwol ta' intermedjarji fl-indirizzar tal-ksur tad-DPI; |
|
22. |
Jirrimarka li fis-settur kulturali u kreattiv b’mod partikolari, għandha titħeġġeġ il-kooperazzjoni – inkluż abbażi ta’ awtoregolamentazzjoni – bejn id-detenturi tad-drittijiet, l-awturi, l-operaturi tal-pjattaforma, l-intermedjarji u l-konsumaturi finali, bil-għan li ksur tad-DPI jinqabad fi stadju bikri; jenfasizza li l-effikaċja ta’ din l-awtoregolamentazzjoni jeħtieġ tiġi vvalutata mill-Kummissjoni fil-futur qarib u li miżuri leġiżlattivi ulterjuri jistgħu jkunu meħtieġa; |
|
23. |
Jenfasizza li fis-settur kulturali u kreattiv, il-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas għandhom ikunu involuti fid-djalogu bil-għan li jitnaqqas il-profitt iġġenerat mill-ksur tad-DPI fil-kuntest onlajn; |
|
24. |
Ifakkar fl-involviment tal-kriminalità organizzata f’attivitajiet internazzjonali ta’ ksur tad-DPI u l-importanza kbira li tiġi ppreżentata soluzzjoni Ewropea koordinata, li ssaħħaħ il-miżuri ta’ awditjar fis-seħħ filwaqt li jiġi implimentat il-prinċipju “segwi l-flus”, għas-salvagwardja tal-interessi tal-konsumaturi u l-integrità tal-katina tal-provvista; |
Sensibilizzazzjoni u informazzjoni tal-konsumaturi
|
25. |
Jilqa’ l-approċċ li ttieħed mill-Kummissjoni biex tiżviluppa kampanji ta’ sensibilizzazzjoni fil-mira; jemmen li huwa essenzjali li kulħadd għandu jifhem il-konsegwenzi konkreti tal-ksur tad-DPI għas-soċjetà kollha kemm hi, u għall-konsumaturi u ċ-ċittadini b’mod individwali; jemmen li l-konsumaturi għandhom ikunu infurmati aħjar dwar minn xiex jikkonsistu d-DPI, u x’jista’ jsir jew ma jistax isir bil-prodotti u l-kontenut protetti; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex ikomplu jiżviluppaw azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni mmirati lejn udjenzi speċifiċi u swieq rilevanti; |
|
26. |
Jirrakkomanda kampanja ta’ informazzjoni usa’ rigward il-Pjattaforma tal-Awtoritajiet tal-Infurzar u d-Detenturi tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali sabiex id-detenturi tad-drittijiet ikollhom rwol aktar attiv fid-difiża tad-drittijiet tagħhom madwar l-Unjoni Ewropea permezz tal-integrazzjoni tad-Database tal-Infurzar man-netwerk sikur tad-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali; jitlob għal aktar integrazzjoni, u li tkun aktar rapida, mal-awtoritajiet tal-pulizija u awtoritajiet tad-dwana oħrajn mad-dinja kollha biex jiżguraw infurzar aħjar tad-DPI; |
|
27. |
Jenfasizza fuq il-ħtieġa li tiġi indirizzata b’mod aktar speċifiku l-ġenerazzjoni żagħżugħa permezz ta’ kampanji xierqa li jżidu s-sensibilizzazzjoni minħabba li huwa magħruf li, kif jirriżulta minn servej reċenti dwar il-perċezzjoni tal-proprjetà intellettwali, hija dik il-ġenerazzjoni partikolari li tirrispetta l-inqas id-DPI; |
|
28. |
Jinsisti fuq l-importanza ta’ inizjattivi li għandhom l-għan li jivvalutaw u jimmonitorjaw l-iżvilupp tal-għarfien dwar il-fehim taż-żgħażagħ u l-perċezzjoni tal-proprjetà intellettwali sabiex inkunu nistgħu nifhmu aħjar il-bżonnijiet tagħhom u jiġu definiti l-aktar azzjonijiet xierqa li għandhom jittieħdu; |
|
29. |
Jilqa’, b’mod partikolari, l-isforzi tal-Osservatorju Ewropew dwar il-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, li jinsab fi ħdan l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), li għandhom l-għan li jqajmu kuxjenza fost il-konsumaturi dwar il-benefiċċji li jagħżlu prodotti li jirrispettaw id-DPI u l-iffaċilitar tal-aċċess għal dawn il-prodotti; |
|
30. |
Jemmen li fl-istess ħin il-konsumaturi għandu jkollhom kapaċità aħjar biex jidentifikaw offerti li jiksru d-drittijiet sabiex ikunu jistgħu jiddeċiedu li ma jipproċedux b'xiri partikolari; jiddeplora l-fatt li l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni ma tinkludi l-ebda azzjoni mfassla biex ittejjeb il-kapaċità tal-konsumaturi li jidentifikaw prodotti u kontenuti illegali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirriflettu aktar dwar l-iżvilupp ta’ għodod u linji gwida speċifiċi, u li jkun hemm analiżi bbażata fuq l-evidenza u l-iżvilupp possibbli ta’ sistema armonizzata ta’ proċeduri ta’ notifika/irtirar ta’ prodotti u kontenut illegali, b’tali mod li l-konsumaturi u l-impriżi jkunu jistgħu jieħdu azzjoni meta dawn jiġu mqarrqa, bl-istess mod kif huma jistgħu jaħdmu biex tinġibed l-attenzjoni għal kontenut mhux mixtieq, abbażi tal-esperjenzi miġbura mill-Kummissjoni u l-Osservatorju Ewropew dwar il-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, speċjalment fir-rigward tal-qsim tal-aħjar prattiki; |
|
31. |
Jinnota li s-sistema tan-notifika u t-tneħħija, ta' URL wieħed wieħed, ta’ kontenut li jikser l-IPR, għandha limitazzjonijiet prattiċi minħabba l-ħeffa li biha l-kontenut inkwistjoni jista’ jerġa jkun magħmul disponibbli; jistieden, għaldaqstant, lill-operaturi f’dan is-settur biex jibdew jaħsbu dwar kif is-sistema tan-notifika u t-tneħħija tista’ssir aktar effettiva fuq tul ta’ żmien; |
|
32. |
Jirrimarka li l-atturi kollha involuti fil-katina ta’ distribuzzjoni għandhom jikkooperaw fl-iżvilupp ta’ kampanji tal-informazzjoni li jagħtu lill-konsumaturi informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom filwaqt li jaċċedu u jużaw il-kontenut kreattiv faċilment; |
|
33. |
Iqis li trasparenza akbar u informazzjoni aqwa jistgħu jiġu implimentati b'mod effettiv biss bil-kooperazzjoni tal-atturi interessati ewlenin tal-internet li jiċċirkolaw kontenut protett mid-DPI, u li għalhekk jaqbel li dawn jiġu involuti f’tali sforzi biex jintlaħqu t-trasparenza u ċ-ċirkolazzjoni ta’ informazzjoni; |
|
34. |
Jinsisti fuq il-bżonn li jiġu kkoordinati inizjattivi u kampanji fl-Istati Membri kollha sabiex tiġi evitata d-dupplikazzjoni tax-xogħol u żgurati l-koerenza u l-effiċjenza; |
|
35. |
Jitlob lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jiżguraw li prodotti li jiksru l-IPRs, li jkunu riskju għas-sikurezza, jiġu inklużi fin-notifiki ta' RAPEX, irrispettivament minn jekk dawn il-prodotti jinbigħux legalment jew illegalment fl-Istat Membru inkwistjoni; |
L-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju ġodda
|
36. |
Jemmen li, f’ċerti setturi, in-nuqqas ta’ għarfien tal-konsumatur dwar offerti legali, u l-provvista ta’ prodotti u kontenut li ma jiksrux id-drittijiet, li xi kultant tkun diffiċli biex taċċessja jew tkun għalja, jistgħu jagħmluha diffiċli biex il-konsumaturi jiġu evitati milli jixtru prodotti illegali jew jużaw kontenut illegali; huwa tal-fehma li jeħtieġ isir iktar progress f’dan il-qasam, u jtenni t-talba tiegħu li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ipoġġu aktar pressjoni fuq l-industrija biex jiġu żviluppati, fl-Istati Membri kollha, offerti leċiti li jkunu kemm diversifikati kif ukoll attraenti sabiex il-konsumaturi ġenwinament ikollhom opportunità biex jixtru prodotti leċiti jew jużaw kontenut leċitu; |
|
37. |
Jenfasizza l-bżonn ta' approċċ aktar olistiku b’enfasi fuq kif tintlaħaq id-domanda tal-konsumatur billi jiżdiedu d-disponibilità u l-konsum ta’ offerti legali, innovattivi u bi prezz raġonevoli, ibbażati fuq mudelli tan-negozju adattati għall-internet li jippermettu li jitneħħew l-ostakli, u b'hekk jinħoloq suq li hu tassew suq uniku diġitali Ewropew, filwaqt li jżommu bilanċ bejn id-drittijiet tal-konsumaturi u l-protezzjoni tal-innovaturi u l-ħallieqa; |
|
38. |
Huwa tal-fehma wkoll li waħda mill-possibbiltajiet għat-tisħiħ tad-DPI tista’ tkun l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju innovattivi; jenfasizza wkoll li f’dan ir-rigward għandu jiġi meqjus mill-ġdid it-titjib u l-adattament kostanti għat-teknoloġija li kontinwament qiegħda tiżviluppa għal oqsma partikolari tal-industrija; |
Fokus fuq l-SMEs
|
39. |
Jenfasizza l-importanza li jitjiebu l-proċeduri ċivili ta’ infurzar tal-IP għall-SMEs u l-ħallieqa individwali, billi dawn għandhom rwol importanti fis-setturi kulturali u kreattivi u ta’ spiss ma jkollhomx il-kapaċità jinfurzaw id-drittijiet tagħhom minħabba l-kumplessità, l-ispejjeż u t-tul ta’ dawn il-proċeduri; |
|
40. |
Jilqa’ l-intenzjoni ddikjarata mill-Kummissjoni li tappoġġja l-SMEs fl-infurzar tad-DPI tagħhom, permezz tat-titjib ta’ modi aċċessibbli ta’ rimedju ċivili, sabiex jiġġieldu aħjar l-abbuż tas-suq minn kompetituri akbar u, b’mod partikolari, li tivvaluta aktar il-ħtiġijiet tal-SMEs għal azzjoni futura tal-UE; |
|
41. |
Jilqa’ d-deċiżjoni meħuda fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Lulju 2014 dwar Pjan ta' Azzjoni tal-UE, u b’mod aktar speċifiku l-Azzjoni 4 tagħha, li kienet immirata lejn it-titjib tal-proċeduri ta’ infurzar ċivili tad-DPI għall-SMEs, b’mod partikolari fir-rigward tat-talbiet ta’ valur baxx u l-azzjoni possibbli f’dak il-qasam; |
|
42. |
jenfasizza li, għall-SMEs, huwa kruċjali li jkun hemm strutturi ċari u ġestibbli għall-infurzar tal-IPRs tagħhom; |
|
43. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li kwalunkwe miżura meħuda jkollha impatt limitat f’termini ta’ piż u spejjeż imposti fuq l-SMEs; b'mod partikolari, jistieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta ulterjorment kif l-SMEs jistgħu jieħdu sehem fi skemi ta' awditjar kwalitattivi u jidentifikaw liema miżuri speċifiċi jistgħu jittieħdu favur l-SMEs għal dan l-għan; |
|
44. |
Jinsisti fuq il-ħtieġa li jitqiesu l-SMEs fl-abbozzar tal-leġiżlazzjoni, u jtenni li l-prinċipju “aħseb l-ewwel fiż-żgħir” għandu dejjem jiġi applikat; |
|
45. |
Jenfasizza l-importanza tal-aċċess għall-ġustizzja u tal-kosteffettività ta' proċedimenti ġudizzjarji, speċjalment għall-SMEs, u jitlob għall-iżvilupp ta' servizzi ta' medjazzjoni u ta' skemi alternattivi oħra għas-soluzzjoni ta' tilwim bejn in-negozji fil-qasam tad-DPI; |
|
46. |
Jinsisti fuq l-importanza li jittieħed impenn sabiex jiġu analizzati regolarment fatturi determinati mill-SMEs sabiex jużaw jew ma jużawx id-DPI tagħhom, b’tali mod li jiġi identifikat fejn jista’ jsir titjib kemm fir-rigward ta’ SMEs innovattivi jew dawk li jkunu qed jaffaċċjaw problemi, partikolarment f’termini ta’ implimentazzjoni tad-DPI tagħhom; |
|
47. |
Jistenna b'ħerqa li jirċievi informazzjoni dwar l-inizjattivi nazzjonali eżistenti li jindirizzaw l-infurzar ċivili tad-DPI għall-SMEs sal-aħħar tal-2015; jilqa’ b’sodisfazzjon il-Green Paper li ġejja dwar il-ħtieġa għal azzjoni tal-Unjoni fil-ġejjieni bbażata fuq l-aħjar prattiki li jinsabu fl-iskemi finanzjati nazzjonalment li jgħinu lill-SMEs jinfurzaw id-DPI tagħhom; |
Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali
|
48. |
Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu dwar l-iżvilupp tal-attivitajiet tal-Osservatorju Ewropew tal-ksur tad-drittijiet tal- proprjetà intellettwali bħala appoġġ utli għar-riflessjoni għal dawk li jfasslu l-politika u għodda għall-ġbir u l-iskambju ta’ data u informazzjoni dwar il-forom kollha ta’ ksur tad-DPI; |
|
49. |
Jenfasizza li d-dmir tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) – li jikseb data li tiddokumenta ksur tad-DPI mill-industrija u li jiġġenera data u analiżi affidabbli tal-impatt reali tal-ksur fuq l-atturi ekonomiċi – għandu jkun parti mill-Pjan ta' Azzjoni ta' għaxar punti u tal-bażi għal azzjonijiet ulterjuri fis-setturi differenti l-aktar affettwati; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb id-database tal-Għodda ta' Appoġġ għall-Intelligence fil-Ġlieda kontra l-Falsifikazzjoni (ACIST) żviluppata mill-UASI sabiex ikollha aċċess għal informazzjoni dwar dawk li jiffalsifikaw il-prodotti u u tiżgura li l-prodotti ffalsifikati ma jinxtrawx mill-awtoritajiet kontraenti; |
|
50. |
Jenfasizza li sabiex jinkiseb infurzar sinifikanti tad-DPI, l-informazzjoni sħiħa għandha tkun disponibbli u aċċessibbli rigward it-tip ta' DPI (pereżempju, il-privattiva, il-marka kummerċjali u d-dritt tal-awtur) li huma ta' relevanza f'kull sitwazzjoni, l-istatus tal-validità ta' dawn id-drittijiet u l-identità tas-sidien, inkluż f'forma ta' metadata fil-każ ta' fajls diġitali; |
|
51. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel użu sħiħ ta’ dejta miġbura mill-Osservatorju u dwar ir-riżultati tal-attivitajiet tal-Osservatorju, biex tislet konklużjonijiet u tipproponi soluzzjonijiet għat-titjib tal-infurzar tad-DPI li għandhom jintużaw minn dawk li jfasslu l-politika; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta lura lill-Parlament dwar dan fuq bażi regolari; |
|
52. |
Jinnota li t-taħriġ għall-iżvilupp tal-infurzar tad-DPI settorjali fuq livell nazzjonali huwa essenzjali, bħalma huwa r-rwol li l-Osservatorju se jkollu biex jgħin fit-taħriġ tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u fl-iskambju tal-aħjar prattika, b’mod partikolari billi jippromwovi kampanji aċċessibbli b’mod diġitali li jagħtu valur għall-flus u jikkoordinawhom mal-aġenziji u l-korpi rilevanti; |
Il-Grupp ta' Esperti tal-Kummissjoni dwar l-infurzar tad-DPI
|
53. |
Jilqa’ t-twaqqif mill-Kummissjoni ta’ grupp ta’ esperti tal-infurzar tad-DPI, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-Parlament, u fejn ikun meħtieġ, l-Osservatorju Ewropew dwar il-Ksur tad-Drittijiet tal-Propjetà Intellettwali, ikun involut aktar mill-qrib fil-ħidma tal-grupp u li jissejjaħ b’mod partikolari biex jibgħat esperti biex jattendu l-laqgħat tiegħu; |
L-evoluzzjoni tal-qafas legali
|
54. |
Jilqa' l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Infurzar tad-DPI (10), filwaqt li jinnota li, f'ċerti każijiet, jistgħu jsiru biss konklużjonijiet limitati minħabba li, f’xi Stati Membri, it-traspożizzjoni tad-direttiva saret tard; jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi analiżi ulterjuri tal-impatt tad-direttiva, b’mod partikolari fuq l-innovazzjoni u fuq l-iżvilupp tas-soċjetà tal-informazzjoni, kif jeżiġi l-Artikolu 18(1) tagħha u kif mitlub mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmi hawn fuq tal-22 ta’ Settembru 2010; ifakkar, madankollu, li l-Kummissjoni identifikat numru ta’ aspetti oħra rigward l-infurzar tad-DPI, bħar-rwol tal-intermedjarji fil-ġlieda kontra l-infrazzjonijiet, li jista’ jkun utli wkoll fil-ġlieda kontra l-abbużi; |
|
55. |
Jieħu nota tar-rapport tal-Kummissjoni li jindika li d-Direttiva dwar l-Infurzar tad-DPI hija, f’xi każijiet, inadegwata għall-era diġitali u insuffiċjenti għall-ġlieda kontra l-ksur onlajn; Jistieden lill-Kummissjoni biex tħejji valutazzjoni dettaljata tal-limitazzjonijiet tal-qafas legali attwali fir-rigward tal-attivitajiet onlajn u, jekk ikun xieraq, bi proposti għall-adattament tal-qafas leġiżlattiv tal-UE għall-ambjent tal-internet; jinsisti li dawn il-proposti eventwali jkunu s-suġġett ta’ studju dettaljat dwar l-impatti tagħhom; |
|
56. |
Jieħu nota tas-sejba li interpretazzjonijiet diverġenti ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-direttiva jirriżultaw f'differenzi fl-applikazzjoni tagħha fl-Istati Membri, u jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni biex issolvi l-problemi identifikati fir-rapport, inkluż permezz ta' kjarifika ulterjuri tad-direttiva; |
|
57. |
Itenni t-talba tiegħu għal strateġija komprensiva tad-DPI, inkluż qafas legali komprensiv fil-ġlieda kontra l-ksur tad-DPI adatti għall-ambjent onlajn, b’rispett sħiħ tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, il-proċessi ġusti, il-proporzjonalità u l-protezzjoni tad-data; iqis li l-protezzjoni legali hija meħtieġa b’mod urġenti għall-kreazzjonijiet ġodda peress li dan se jinkoraġġixxi l-investiment u jwassal għal aktar innovazzjonijiet; |
|
58. |
Jenfasizza li kwalunkwe leġiżlazzjoni relatata mad-DPI trid tirrifletti l-iżvilupp tal-era diġitali filwaqt li jitqiesu l-ambjent onlajn u diversi mezzi ta' distribuzzjoni li jiggarantixxu approċċ bilanċjat li jirrappreżenta l-interessi tal-partijiet ikkonċernati kollha involuti u b'mod partikolari tal-konsumaturi u d-dritt tagħhom ta' aċċess għall-kontenut, waqt li fl-istess ħin jiġu promossi l-artisti, il-kreaturi u l-innovazzjoni fl-Ewropa; |
|
59. |
Itenni li jinħtieġ qafas modern tad-drittijiet tal-awtur favur il-kompetizzjoni u favur il-konsumatur, u jinħtieġ ukoll li dan il-qafas jappoġġja l-kreattività u l-innovazzjoni billi jiżgura ambjent protett, adegwat u sigur għall-inventuri u l-ħallieqa; |
|
60. |
Jenfasizza li l-industriji kulturali u kreattivi tal-Unjoni Ewropea li huma mutur għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku kif ukoll għall-ħolqien ta’ impjiegi fl-Ewropa, filwaqt li jfakkar li l-kontribut notevoli tat-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni jinħoloq ukoll mill-kreaturi, id-disinjaturi u l-istituzzjonijiet li jiddependu fuq l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet għad-drittijiet tal-awtur; jenfasizza li kwalunkwe inizjattiva leġiżlattiva biex jiġi mmodernizzat id-dritt tal-awtur għandha tkun ibbażata fuq evidenza indipendenti rigward l-impatt fuq it-tkabbir u l-impjiegi (partikularment fir-rigward tal-SMEs fis-setturi kulturali u kreattivi), l-aċċess għall-għarfien u l-kultura, kif ukoll l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali; |
Ktajjen tal-provvista internazzjonali u r-rwol tad-dwana u l-kooperazzjoni internazzjonali
|
61. |
Jinsisti dwar ir-rwol importanti tal-awtoritajiet tad-dwana, u l-kooperazzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra l-ksur tad-DPI f’kummerċ transkonfinali, u jenfasizza l-ħtieġa li tiġi appoġġjata u ffaċilitata l-ħidma tas-servizzi doganali f'kooperazzjoni reċiproka, billi jiġu ċċarati r-regoli operattivi, b’mod partikolari sabiex din il-ħidma tippermetti l-prestazzjoni effettiva tal-ispezzjonijiet tal-prodotti li jkunu fi tranżitu fit-territorju tal-UE; |
|
62. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, meta tkun qed timplimenta l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Infurzar tad-DPI, tqis l-inizjattivi relatati, speċjalment il-Pjan ta' Azzjoni Doganali tal-UE sabiex tiġġieled kontra l-ksur tad-DPI u l-istrateġija għall-ħarsien u l-infurzar tad-DPI f'pajjiżi terzi; |
|
63. |
Jistieden sorveljanza tas-suq imtejba, ġestjoni tar-riskju u l-iskambju tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet doganali dwar il-kwistjonijiet li tqajmu fil-kuntest tal-infurzar tad-DPI mid-dwana, pereżempju fir-rigward tal-ħażna u tal-qerda ta’ prodotti illegali; |
|
64. |
Jenfasizza l-importanza ta’ kooperazzjoni mill-qrib u skambju ta’ informazzjoni u taħriġ xieraq tal-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet ġudizzjarji; |
Kwistjonijiet oħra
|
65. |
Jenfasizza r-rwol kruċjali li jaqdu l-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha, fosthom dawk lokali, reġjonali u nazzjonali, permezz tal-akkwist pubbliku u ta’ xiri, u jfaħħar ir-rieda tal-Kummissjoni li tiżviluppa, tippromwovi u tippubblika gwida dwar l-aħjar prattiki biex l-awtoritajiet pubbliċi f'kull livell jevitaw li jixtru prodotti ffalsifikati; |
|
66. |
Jilqa’ l-Green Paper proposta tal-Kummissjoni dwar konsultazzjoni mal-partijiet interessati dwar l-impatt tal-fatturazzjoni b’lura u ta' skemi relatati biex jiġi indirizzat il-ksur tad-DPI fuq skala kummerċjali u sabiex tiġi vvalutata l-ħtieġa li jittieħdu azzjonijiet aktar konkreti f’dan il-qasam, kemm fil-kuntest onlajn kif ukoll f'dak offlajn; jemmen li l-introduzzjoni ta' dritt fl-UE kollha ta' 'fatturazzjoni b'lura' fuq l-oġġetti falsifikati mixtrija bla intenzjoni tista' tkun benefiċċju pożittiv għall-konsumaturi u tinkoraġġixxi lin-negozjanti jivverifikaw l-oġġetti qabel ma jbigħuhom; |
|
67. |
Jappoġġja l-enfasi fuq il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-importanza tal-ħidma mal-Istati Membri, l-iskambju tal-informazzjoni u tal-aħjar prattika, u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ infurzar transkonfinali; |
|
68. |
Jenfasizza li sabiex tiġi stimulata l-innovazzjoni u l-kompetittività f’setturi bbażati fuq l-għarfien fl-Unjoni, b’mod kompatibbli mad-DPI, jeħtieġ li tiġi stimulata riċerka miftuħa u l-qsim tal-għarfien, li huma wkoll identifikati bħala elementi ewlenin fl-istrateġiji “Ewropa Globali” u “Ewropa 2020”; |
|
69. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta' sistemi ta’ detezzjoni preċiżi li jwasslu għal interruzzjoni rapida ta’ attivitajiet li jiksru d-DPI fuq skala kummerċjali; |
|
70. |
Jirrimarka li l-introjtu ġġenerat permezz tal-użu tal-IPR jirrappreżenta sors importanti ta’ finanzjament estern għal proġetti ta’ riċerka, u għaldaqstant joffri forza mexxejja għall-innovazzjoni u l-iżvilupp u l-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u l-intrapriżi; |
|
71. |
Jitlob li l-pjan ta’ azzjoni jiġi implimentat malajr, sabiex, jekk ikun meħtieġ, il-miżuri meħtieġa biex jiġu nfurzati l-IPR, b’mod partikolari fis-settur kulturali u kreattiv, ikunu jistgħu jiġu riveduti fil-futur qrib biex jitqiesu l-ħtiġijiet reali; |
|
72. |
Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-implimentazzjoni ta’ kull waħda mill-azzjonijiet ippreżentati fil-Pjan ta' Azzjoni u biex tirrapporta lura dwarhom lill-Parlament sa mhux aktar tard minn Lulju 2016; |
o
o o
|
73. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45.
(2) ĠU L 129, 16.5.2012, p. 1.
(3) “Analiżi tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' April 2004, dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fl-Istati Membri”, (SEC(2010)1589).
(4) http://ec.europa.eu/internal_market/consultations/docs/2012/intellectual-property-rights/summary-of-responses_en.pdf.
(5) ĠU C 258 E, 7.9.2013, p. 64.
(6) http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-15321-2014-INIT/en/pdf.
(8) ĠU C 50 E, 21.2.2012, p. 48.
(9) Ara r-rapport UASI “Iċ-Ċittadini Ewropej u l-proprjetà intellettwali: perċezzjoni, sensibilizzazzjoni u mġiba”, Novembru 2013.
(10) COM(2010)0779 finali.
L-Erbgħa 10 ta’ Ġunju 2015
|
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407/35 |
P8_TA(2015)0225
L-istat tar-relazzjonijiet UE-Russja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ġunju 2015 dwar l-istat tar-relazzjonijiet UE-Russja (2015/2001(INI))
(2016/C 407/04)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2012 dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar il-Ftehim ġdid UE-Russja (1), tat-12 ta' Settembru 2013 dwar il-pressjoni mir-Russja fuq il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant (fil-kuntest tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant li jmiss f'Vilnjus) (2), tas-6 ta' Frar 2014 dwar is-Summit UE-Russja (3) u tat-18 ta' Settembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina u s-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet UE-Russja (4) u tat-12 ta' Marzu 2015 dwar l-omiċidju tal-kap tal-oppożizzjoni Russu Boris Nemtsov u l-istat tad-demokrazija fir-Russja (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet u d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew, tal-Kunsill Affarijiet Barranin u tal-mexxejja tal-G7 matul dawn l-aħħar 18-il xahar dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina u dwar ir-relazzjonijiet mar-Russja, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehimiet milħuqa f'Minsk fil-5 u fid-19 ta' Settembru 2014 u fit-12 ta' Frar 2015 (6), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-5 ta' Settembru 2014 tas-Summit tan-NATO f'Wales, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fis-27 ta' Marzu 2014 (7) u mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fis-17 ta' Frar 2015 (8), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0162/2015), |
|
A. |
billi l-UE ilha għal għexieren ta' snin tistinka biex tibni sħubija strateġika ta' benefiċċju reċiproku mar-Russja bbażata fuq valuri u prinċipji kondiviżi, bħad-demokrazija u l-istat tad-dritt, u fuq interessi komuni; billi l-UE tibqa' miftuħa għal tali relazzjoni u għal djalogu li jwassal għaliha, u tixtieq tirritorna għal relazzjoni kooperattiva mar-Russja, kemm-il darba l-awtoritajiet Russi jissodisfaw l-obbligi ġuridiċi u internazzjonali tagħhom; |
|
B. |
billi, b'reazzjoni għal u minkejja l-vjolazzjoni min-naħa tar-Russja tal-integrità territorjali Ġeorġjana fl-2008, l-okkupazzjoni kontinwa tar-reġjuni Ġeorġjani tal-Abkażja u r-reġjun ta' Tskhinvali/Ossezja tan-Nofsinhar, kif wkoll in-nuqqas ta' osservanza min-naħa tar-Russja tal-obbligi kollha tagħha skont il-ftehim dwar il-waqfien mill-ġlied tal-2008, l-UE għażlet mudell ta' kooperazzjoni akbar bħala mod kif jitkompla l-involviment mar-Russja, għall-benefiċċju reċiproku tagħhom; billi, minflok ma ttieħdu miżuri restrittivi, tnedew jew issaħħew sensiela ta' inizjattivi għal kooperazzjoni aktar b'saħħitha – bħalma huma l-ispazji komuni, is-Sħubija għall-Modernizzazzjoni, in-negozjati dwar Ftehim Ġdid UE-Russja u d-djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
C. |
billi r-Russja – minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea, azzjoni li ġiet ikkundannata bil-qawwa mill-UE u li mhux ser tkun rikonoxxuta, u minħabba l-kunflitt armat kontra l-Ukraina, bil-parteċipazzjoni diretta u indiretta tas-servizzi militari u tas-sigurtà, u billi qiegħda deliberatament tiddestabbilizza dan il-pajjiż ġar sovran u indipendenti – qiegħda tagħmel ħsara kbira lir-relazzjoni tagħha mal-UE, inkwantu qiegħda tipperikola l-prinċipji bażiċi tas-sigurtà tal-Ewropa, ma tirrispettax il-fruntieri u tikser l-impenji internazzjonali tagħha, b'mod partikolari l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Att Finali ta' Ħelsinki, il-Memorandum ta' Budapest, il-Karta ta' Pariġi għal Ewropa Ġdida tal-1990, u t-Trattat bilaterali ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Sħubija; billi s-sitwazzjoni umanitarja fil-Krimea u fl-Ukraina tal-Lvant marret għall-agħar b'mod konsiderevoli, b'diversi eluf ta' mwiet; |
|
D. |
billi r-Russja hija direttament jew indirettament, involuta f'għadd ta' “kunflitti ffriżati” fil-viċinat tagħha – fit-Transnistrija, fl-Ossezja tan-Nofsinhar, fl-Abkażja u f'Nagorno-Karabakh – li jikkostitwixxu impediment gravi għall-iżvilupp u għall-istabbiltà tal-pajjiżi ġirien kkonċernati u għall-avviċinament tagħhom mal-Unjoni Ewropea; |
|
E. |
billi l-Federazzjoni Russa għadha kemm niżżlet fuq lista sewda 89 politiku tal-UE – fosthom ex Membri jew Membri attwali tal-Parlament Ewropew – u uffiċjali, u ċaħditilhom id-dħul għar-Russja; |
|
F. |
billi r-Russja – kontra l-ispirtu ta' relazzjonijiet ta' bon viċinat, u bi ksur tad-dritt, tar-regoli u tal-istandards internazzjonali – abbażi ta' duttrina li skontha tikkunsidra ruħha li għandha d-dritt li tipproteġi l-kompatrijotti Russi barra l-pajjiż, ħadet deliberatament azzjonijiet immirati lejn id-destabbilizzazzjoni tal-ġirien tagħha permezz ta' embargi kummerċjali illegali jew konklużjoni ta' trattati ta' integrazzjoni ma' separatisti u reġjuni seċessjonisti; |
|
G. |
billi, b'reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea u għall-gwerra ibrida mnedija mir-Russja kontra l-Ukraina, l-UE adottat serje gradwali ta' miżuri restrittivi; billi għadd ta' pajjiżi oħra adottaw sanzjonijiet simili b'reazzjoni għall-aggressjoni tar-Russja; |
|
H. |
billi relazzjoni kostruttiva bejn l-UE u r-Russja għandha tinstab fuq medda twila ta' żmien, fl-interess taż-żewġ partijiet u bil-għan li jiġu ffaċċjati sfidi globali komuni, bħat-tibdil fil-klima, żviluppi teknoloġiċi ġodda u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, l-estremiżmu u l-kriminalità organizzata; billi l-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Russja għandha riżultati pożittivi f'ċerti oqsma bħal pereżempju d-dimensjoni tat-Tramuntana u l-kooperazzjoni transkonfinali; billi r-Russja adottat atteġġjament kostruttiv fin-negozjati reċenti mal-Iran; |
|
I. |
billi dawn il-miżuri restrittivi u speċifiċi mhumiex diretti kontra l-poplu Russu iżda kontra ċerti individwi u impriżi konnessi mat-tmexxija Russa, li qegħdin jieħdu vantaġġ dirett mill-kriżi attwali mal-Ukraina, fis-settur ekonomiku u dak tad-difiża, u l-għan tagħhom huwa li jistimulaw bidla fil-politiki tal-gvern Russu lejn il-viċinat komuni, u azzjonijiet fih; billi s-sanzjonijiet relatati mad-destabbilizzazzjoni fl-Ukraina tal-Lvant għandhom jitneħħew malli r-Russja timplimenta bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet ta' Minsk; billi dawn is-sanzjonijiet għandhom jiġu msaħħa kemm-il darba li r-Russja tagħżel li tkompli tiddestabbilizza, direttament jew indirettament, lill-Ukraina u li tippreġudika l-integrità territorjali tagħha; billi s-sanzjonijiet relatati mal-annessjoni illegali tal-Krimea se jibqgħu fis-seħħ sakemm il-peniżola tkun irritornata lill-Ukraina; |
|
J. |
billi l-Federazzjoni Russa, bħala membru sħiħ tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, u firmatarja tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, impenjat ruħha li tħares il-prinċipji universali tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; billi l-UE tappoġġa bis-sħiħ l-adeżjoni u l-parteċipazzjoni tar-Russja f'diversi organizzazzjonijiet u fora internazzjonali, bħall-G8, il-G20 u d-WTO; billi l-inklużjoni tar-Russja f'dawn l-organi ħolqot tensjonijiet minħabba vjolazzjonijiet ripetuti ta' regoli min-naħa tar-Russja, pereżempju n-nuqqas ta' konformità mal-istandards u l-obbligi tad-WTO (bl-introduzzjoni ta' għadd ta' miżuri diskriminatorji kontra Stati Membri individwali tal-UE u pajjiżi oħra fil-viċinat tagħha), u n-nuqqas tagħha li timplimenta aktar minn elf sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u li tiggarantixxi drittijiet bażiċi tal-bniedem; billi l-konsultazzjonijiet UE-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem mhumiex konklużivi jew ma wasslux għal riżultati konkreti; |
|
K. |
billi l-istat tad-dritt, bħala wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-UE, jimplika mhux biss rispett għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, iżda wkoll konformità mad-dritt internazzjonali, garanzija li l-liġi tiġi applikata u eżegwita b'mod ġust, kif ukoll l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura; billi dawn il-kundizzjonijiet mhumiex sodisfatti fir-Russja, fejn l-awtoritajiet jonqsu milli jiddefendu l-istat tad-dritt u jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, u fejn id-drittijiet politiċi, il-libertajiet ċivili u l-libertà tal-midja ddeterjoraw f'dawn l-aħħar snin; billi reċentement ġiet adottata leġiżlazzjoni b'dispożizzjonijiet ambigwi li qegħdin jintużaw sabiex jiżdiedu aktar restrizzjonijiet fuq l-atturi tal-oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili; billi l-adozzjoni reċenti tal-liġi li tikkriminalizza l-hekk imsejħa “propaganda omosesswali” wasslet għal żieda fi vjolenza u diskors ta' inċitament għall-mibegħda omofobika u kontra persuni LGBTI, li l-awtoritajiet naqsu milli jindirizzaw; billi, wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni, iddeterjora b'mod serju fil-peniżola tal-Krimea, bil-komunità tat-Tatari partikolarment affettwata; |
|
L. |
billi Alexei Navalny, mexxej prominenti tal-oppożizzjoni, ġie akkużat u kkundannat abbażi ta' provi ffalsifikati, u huwa sottopost għal intimidazzjoni u fastidju fuq bażi kontinwa, inkluż bil-priġunerija ta' ħuh; billi l-Partit tal-Progress li huwa jippresjedi qiegħed jinżamm milli jipparteċipa fl-elezzjonijiet parlamentari li jmiss; billi Nadiya Savchenko, Membru tar-Rada tal-Ukraina, tinsab detenuta illegalment fir-Russja, bi ksur tad-dritt internazzjonali; |
|
M. |
billi l-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni tikklassifika lill-Federazzjoni Russa fil-136 post fost 175 li jfisser li r-Russja tqajjem tħassib serju rigward il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus internazzjonali, li hija theddida għall-ekonomiji Ewropej u għall-integrità tagħhom; |
|
N. |
billi r-Russja tuża b'mod attiv armi ibridi, iċċajpar deliberatament il-linji ta' bejn attività militari/paramilitari u l-attiviżmu politiku; |
|
O. |
billi l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Midja tal-2014 tikklassifika lill-Federazzjoni Russa fil-148 post fost 180; billi twessa' u żdied b'mod sinifikanti l-finanzjament tal-mezzi tal-midja kkontrollati mill-Istat; billi l-inizjattivi u l-attivitajiet tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili, l-avversarji politiċi, il-midja indipendenti u ċ-ċittadini ordinarji ta' spiss jiġu ristretti jew imxekkla; billi l-ispazju għal espressjoni ta' opinjonijiet indipendenti u pluralistiċi naqas u huwa kontinwament mhedded; billi l-Fond Ewropew għad-Demokrazija qiegħed jikkonċentra fuq il-kwistjoni tal-pluralità tal-midja Russa, u billi, flimkien mas-sħab tiegħu, huwa mistieden jiżviluppa inizjattivi ġodda tal-midja; |
|
P. |
billi azzjonijiet irresponsabbli ta' ġettijiet tal-gwerra Russi qrib l-ispazju tal-ajru tal-UE u l-Istati Membri tan-NATO jikkompromettu s-sikurezza ta' titjiriet ċivili u jistgħu jkunu ta' theddida għas-sigurtà tal-ispazju tal-ajru Ewropew; billi manuvri provokattivi militari fuq skala kbira twettqu mir-Russja fil-viċinanza immedjata tal-UE, filwaqt li theddid ta' attakki militari u saħansitra nukleari mir-Russja saru pubbliċi; billi r-Russja ssospendiet il-parteċipazzjoni tagħha fin-negozjati dwar it-Trattat dwar il-Forzi Armati Konvenzjonali fl-Ewropa, u tinsab fi ksur tat-Trattat għall-Eliminazzjoni tal-Missili b'Medda Medja (Trattat INF); |
|
Q. |
billi l-enerġija, li għandha rwol ċentrali u strateġiku fir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja, hija strument fundamentali tal-politika barranija Russa; billi r-reżiljenza tal-UE għal pressjonijiet esterni tista' tinkiseb permezz ta' diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija u tnaqqis fid-dipendenza mir-Russja; billi l-UE għandha titkellem b'vuċi waħda u turi solidarjetà interna b'saħħitha fir-rigward tas-sigurtà tal-enerġija tagħha; |
|
R. |
billi l-Federazzjoni Russa ppromoviet b'mod attiv l-Unjoni Ekonomika Ewro-Asjatika; billi dan il-proġett ta' integrazzjoni ekonomika ma għandhiex titqies bħala kompetizzjoni għall-Unjoni Ewropea; |
|
1. |
Itenni li l-involviment dirett u indirett tar-Russja fil-kunflitt armat fl-Ukraina u l-annessjoni illegali tal-Krimea, kif ukoll il-vjolazzjoni min-naħa tar-Russja tal-integrità territorjali tal-Ġeorġja, u l-koerċizzjoni ekonomika u d-destabbilizzazzjoni politika tal-ġirien Ewropej tagħha, jikkostitwixxu vjolazzjoni deliberata tal-prinċipji demokratiċi u l-valuri fundamentali u tad-dritt internazzjonali; f'dan il-kuntest, l-UE ma tistax tipprevedi li tirritorna għaż-“żamma tal-istatus quo” u ma għandha l-ebda għażla ħlief li tipproċedi għal rivalutazzjoni kritika tar-relazzjonijiet tagħha mar-Russja, li tinkludi l-abbozzar, kemm jista' jkun malajr, ta' pjan ta' kontinġenza bis-setgħa tal-persważjoni u sabiex jikkumbatti l-politiki aggressivi u diviżivi tar-Russja, u ta' pjan komprensiv dwar ir-relazzjonijiet futuri tagħha ma' dak il-pajjiż u s-sħab Ewropej tal-Lvant tagħha; jissottolinja li r-riżoluzzjoni tal-kunflitt fil-Lvant tal-Ukraina tista' tkun biss ta' natura politika; |
|
2. |
Jisħaq fuq il-fatt li f'dan il-punt, ir-Russja, minħabba azzjonijietha fil-Krimea u fl-Ukraina tal-Lvant, ma tistax tibqa' tiġi ttrattata, jew ikkunsidrata, bħala “sieħba strateġika”; jirrimarka li sħubijiet strateġiċi għandhom ikunu msejsa fuq il-fiduċja reċiproka u r-rispett tad-dritt internazzjonali, li huwa bbażat fuq id-demokrazija, is-sovranità statali u l-libertà tal-għażla tal-ordinament kostituzzjonali intern u l-orjentamenti ta' politika barranija, l-integrità territorjali tal-Istat, u r-rispett għall-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, u l-prinċipji tad-diplomazija u l-kummerċ internazzjonali; |
|
3. |
Jinsab serjament imħasseb dwar il-fatt li r-Russja issa apertament ħadet pożizzjoni u taġixxi bħala rivali tal-komunità demokratika internazzjonali u l-ordinament ġuridiku tagħha, b'mod partikolari billi tfittex li tirridefinixxi bil-forza l-fruntieri fi ħdan l-Ewropa; jinsab allarmat biż-żieda ta' atmosfera ta' mibegħda diretta kontra l-attivisti tal-oppożizzjoni, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-minoranzi u l-pajjiżi tal-viċinat, u d-deterjorament fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-Russja; jikkundanna l-intimidazzjoni fuq vuċijiet kritiċi permezz ta' vjolenza, proċessi, priġuneriji u miżuri oħra użati mill-Istat; |
|
4. |
Jikkundanna l-miżura arbitrarja li politiċi u uffiċjali tal-UE huma pprojbiti milli jidħlu fit-territorju Russu u jenfasizza li t-tmexxija Russa qiegħda tikser ripetutament id-dritt internazzjonali u qiegħda tikser l-istandards universali u timpedixxi t-trasparenza; iqis dan l-att bħala kontroproduċenti u ta' ħsara għall-kanali ta' komunikazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja li diġà huma dgħajfa; jenfasizza li l-politiċi u l-uffiċjali tal-UE milquta mill-miżura għandhom jiġu infurmati bir-raġunijiet għala huma mċaħħda milli jidħlu fit-territorju Russu u għandu jkollhom id-dritt li jirrikorru f'appell ta' din id-deċiżjoni quddiem qorti indipendenti; |
|
5. |
Huwa tal-opinjoni li, fuq terminu twil, relazzjoni kostruttiva u prevedibbli bejn l-UE u r-Russja hija possibbli u mixtieqa għall-benefiċċju reċiproku tagħhom, speċjalment fid-dawl tar-relazzjonijiet eżistenti politiċi, kummerċjali, fit-trasport u fl-enerġija, kuntatti interpersonali inkluż permezz tal-Erasmus+ u l-Passi Komuni (9), kooperazzjoni transkonfinali, it-tibdil fil-klima, l-ambjent, u kooperazzjoni settorjali, meta jitqies li sanzjonijiet reċiproċi huma ta' ħsara għaż-żewġ ekonomiji, li sfidi u interessi komuni fix-xena dinjija għandhom jiġu indirizzati, u li n-natura diviżiva tal-perċezzjoni tas-sigurtà fl-Ewropa tista' tingħeleb permezz ta' aktar djalogu; jilqa', f'dan ir-rigward, l-eżitu pożittiv tal-kooperazzjoni UE-Russja f'diversi oqsma, bħalma huma l-ġlieda kontra t-terroriżmu, l-estremiżmu u l-kriminalità organizzata, is-sħubija tad-dimensjoni tat-Tramuntana, it-taħdidiet nukleari mal-Iran, u l-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani; jistieden lir-Russja tipparteċipa b'mod kostruttiv sabiex tinstab soluzzjoni għall-kunflitt fis-Sirja; |
|
6. |
Jissottolinja li r-relazzjonijiet UE-Russja għandhom minn issa 'l quddiem ikunu bbażati fuq ir-rispett tad-dritt internazzjonali u djalogu, li permezz tiegħu l-UE tkun lesta li timpenja ruħha u tniedi mill-ġdid kooperazzjoni mal-awtoritajiet f'Moska f'għadd ta' oqsma speċifiċi ta' interess komuni; jissottolinja li l-issoktar ta' kooperazzjoni għandha tiġi prevista bil-kundizzjoni li r-Russja tirrispetta l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukraina, inkluża l-Krimea, timplimenta bis-sħiħ il-Ftehimiet ta' Minsk (li jinkludu kontroll sħiħ tal-fruntieri mill-awtoritajiet Ukraini, irtirar mingħajr kundizzjonijiet ta' truppi u armi Russi, u waqfien immedjat tal-għoti ta' għajnuna lill-gruppi ribelli, u tieqaf milli tiddestabbilizza attivitajiet militari u ta' sigurtà fuq il-fruntieri tal-Istati Membri tal-UE; jenfasizza li l-OSKE wriet li hija struttura kapaċi tagħti kontribut lir-riżoluzzjoni tal-kriżijiet; jenfasizza li tali kooperazzjoni potenzjalment imġedda ma għandhiex issir għad-detriment ta' prinċipji internazzjonali, valuri Ewropej, standards u impenji internazzjonali; jenfasizza li l-UE għandha tiddefinixxi b'mod ċar kemm x'tistenna mir-Russja, speċjalment fir-rigward tar-rispett tad-dritt internazzjonali u tal-impenji kuntrattwali kif ukoll li taġixxi bħala sieħba prevedibbli, u dwar il-miżuri li se jittieħdu wara l-31 ta' Diċembru 2015, jekk ir-Russja tonqos milli tonora l-impenji tagħha (jew qabel dik id-data f'każ ta' żviluppi serji fuq il-post), u l-issoktar tal-kooperazzjoni li hija tkun lesta li toffri f'każ ta' konformità; jenfasizza li kooperazzjoni bħal din għandha taderixxi għalkollox mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
7. |
Ifaħħar is-solidarjetà u l-għaqda murija mill-Istati Membri fil-kuntest tal-annessjoni illegali Russa tal-Krimea u l-involviment dirett fil-gwerra fl-Ukraina, li tippermetti l-adozzjoni u estensjoni ulterjuri ta' miżuri ta' risposta, u l-konnessjoni tagħhom mal-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehimiet ta' Minsk; jistieden lill-Istati Membri jqisu il-preservazzjoni ta' din l-għaqda bħala prijorità assoluta u sabiex jastjenu minn relazzjonijiet u ftehimiet bilaterali li jistgħu jkunu ta' dannu għal din l-għaqda jew jiġu interpretati b'dan il-mod; itenni li l-għaqda fl-azzjoni u s-solidarjetà fost l-Istati Membri u mal-pajjiżi kandidati hija essenzjali biex tkun żgurata l-kredibilità, il-leġittimità u l-effikaċja tal-politiki tal-UE u l-kapaċità tagħha li tirreżisti l-isfidi u l-pressjonijiet esterni, filwaqt li fl-istess ħin trawwem relazzjoni aktar profonda u kooperattivi mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant; |
|
8. |
Jissottolinja, f'dan ir-rigward, li l-approfondiment tal-integrazzjoni tal-UE u l-koerenza bejn il-politiki interni u esterni tagħha hija essenzjali għal politika esterna u ta' sigurtà tal-UE aktar koerenti, effikaċi u ta' suċċess, inkluż fil-konfront tar-Russja; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jkomplu u jintensifikaw l-isforzi tagħhom, għall-eliminazzjoni effikaċi tan-nuqqas ta' qbil fit-teħid ta' deċiżjonijiet u, kif ukoll flimkien ma' pajjiżi kandidati, għall-konsolidament ta' politiki komuni, b'mod partikolari fl-oqsma tal-kummerċ, tas-servizzi u tranżazzjonijiet finanzjarji, tal-migrazzjoni, tal-enerġija, tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, tal-informazzjoni u taċ-ċibersigurtà; |
|
9. |
Itenni l-appell tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri sabiex jagħmlu użu sħiħ mid-dispożizzjonijiet u mill-istrumenti tat-Trattat ta' Lisbona, bil-ħsieb li tiġi msaħħa n-natura strateġika li tħares 'il quddiem tal-politika estera u ta' sigurtà komuni Ewropea; jinsab konvint bil-qawwa, barra minn hekk, li r-rwol ċentrali tad-drittijiet tal-bniedem f'kull aspett tal-azzjoni esterna tal-UE huwa prerekwiżit għall-garanzija tar-rwol rispettat u kredibbli tagħha bħala attur globali; |
|
10. |
Itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-politika dwar l-enerġija hija element sinifikanti tal-politika esterna tal-UE; jappoġġa bis-sħiħ, għalhekk, il-ħolqien malajr ta' Unjoni tal-Enerġija Ewropea b'saħħitha, b'mod speċifiku l-interkonnessjoni ta' netwerks nazzjonali tal-enerġija sabiex titnaqqas b'mod konsiderevoli d-dipendenza ta' Stati Membri individwali mill-fornituri ta' enerġija esterni, b'mod partikolari r-Russja; jinsab konvint bil-qawwa li l-isfidi għas-solidarjetà Ewropea, u l-vulnerabbiltà tagħha, u l-esponiment tal-Istati Membri individwali u l-pajjiżi kandidati, għall-użu tal-enerġija bħala pedina fin-negozjati politiċi u diplomatiċi jista' jiġi miġġieled biss b'mod effikaċi permezz tal-applikazzjoni sħiħa ta' leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-enerġija, u b'mod partikolari l-implimentazzjoni tat-tielet pakkett dwar l-enerġija u t-tlestija ta' suq intern tal-enerġija liberu, trasparenti, integrat u sinkronizzat, effiċjenti fl-użu tal-enerġija – bi proporzjon adegwat ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli — u reżiljenti, bi provvista diversifikata, f'liema każ il-leġiżlazzjoni dwar il-kompetizzjoni għandha tapplikaw mingħajr ebda ekwivoku; jistieden lill-UE tipprovdi appoġġ adegwat lill-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija li impenjaw ruħhom biex jimplimentaw l-acquis tal-UE dwar l-enerġija, bil-ħsieb li jsaħħu l-pożizzjoni ta' negozjati tagħhom fil-konfront tal-fornituri esterni tal-enerġija; |
|
11. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa u r-rilevanza tas-sospensjoni tal-kooperazzjoni mar-Russja fis-settur tad-difiża fid-dawl tal-attitudni aggressiva tagħha, u jistieden lill-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati jastjenu milli jieħdu kwalunkwe deċiżjoni li tista' tikkomprometti din il-pożizzjoni unanima; huwa għalhekk tal-fehma li, minkejja n-natura bilaterali tagħhom, il-ftehimiet fil-qasam tal-kooperazzjoni tad-difiża mar-Russja għandhom ikunu vvalutati bir-reqqa fil-livell tal-UE, bil-għan li jiġi definit approċċ konsistenti u xieraq; jikkonstata l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO f'dan ir-rigward; |
|
12. |
Jinsab mħasseb ħafna bir-restrizzjonijiet li qegħdin jiżdiedu fuq il-libertà tal-midja u tal-internet, iż-żieda fil-kontroll tal-midja online, l-użu tal-koerċizzjoni biex jitrażżan ir-rappurtar imparzjali u t-tgħawwir tal-istandards ġurnalistiċi fir-Russja, kif ukoll iż-żieda tal-monopolju fl-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku Russofonu barra mill-pajjiż mill-midja statali; jikkundanna l-projbizzjoni fuq ix-xandir ta' stazzjonijiet televiżivi Ukraini u tat-Tatari fil-Krimea; |
|
13. |
Iġedded l-appell tiegħu għal żvilupp ta' kapaċitajiet analitiċi u ta' monitoraġġ imsaħħa tal-propoganda Russa, speċjalment bil-lingwa Russa, sabiex ikunu jistgħu jidentifikaw u jirreaġixxu malajr u b'mod xieraq, kontra informazzjoni deliberatament partiġjana mifruxa f'diversi lingwi tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni talloka mingħajr dewmien finanzjament adegwat għal proġetti konkreti li għandhom l-għan li jiġġieldu l-propoganda Russa u d-diżinformazzjoni fi ħdan l-UE u barra minnha, u li jipprovdu informazzjoni oġġettiva għall-pubbliku ġenerali fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, u biex tiżviluppa strumenti xierqa għal komunikazzjoni strateġika; jilqa', f'dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-20 ta' Marzu 2015 dwar pjan ta' azzjoni kontra kampanji ta' diżinformazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu wkoll mekkaniżmu koordinat għat-trasparenza u għall-ġbir, monitoraġġ u rappurtar tal-għajnuna finanzjarja, politika jew teknika pprovduta mir-Russja lill-partiti politiċi u lill-organizzazzjonijiet oħra fi ħdan l-UE, bil-ħsieb li jivvaluta l-involviment u l-influwenza tagħha fuq il-ħajja politika u l-opinjoni pubblika fl-UE u fil-pajjiżi ġirien fil-Lvant, u sabiex tieħu miżuri xierqa; |
|
14. |
Huwa mħasseb ħafna dwar it-tendenza reċenti tal-midja Russa, ikkontrollata mill-Istat, li terġa' tikteb u tinterpreta avvenimenti storiċi tas-seklu XX, bħalma huma l-iffirmar tal-Patt Molotov-Ribbentrop u l-protokolli sigrieti tiegħu, kif ukoll r-rikors għal narrativa storika selettiva għal finijiet ta' propaganda politika attwali; |
|
15. |
Jinsab imħasseb ħafna bil-kuntatti intensivi u bil-kooperazzjoni, ittollerati mit-tmexxija Russa, bejn partiti populisti, faxxisti u tal-lemin estrem Ewropej minn naħa, u gruppi nazzjonalistiċi fir-Russja min-naħa l-oħra; jirrikonoxxi li din tirrappreżenta periklu għall-valuri demokratiċi u l-istat tad-dritt fl-UE; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni kontra din it-theddida emerġenti ta' “Internazzjonali Nazzjonalista”; |
|
16. |
Jinsab mħasseb ħafna bl-appoġġ tar-Russja u bil-finanzjament ta' partiti estremisti u radikali fl-Istati Membri tal-UE; iqis il-laqgħa reċenti f'San Pietruburgu tal-partiti tal-lemin estrem bħala insult għall-memorja ta' miljuni ta' Russi li ssagrifikaw ħajjithom sabiex isalvaw id-dinja min-Nażiżmu; |
|
17. |
Jistieden lill-UE tagħti appoġġ lill-proġetti mmirati biex jippromwovu u jiżviluppaw standards ġurnalistiċi għoljin, libertà tal-midja u informazzjoni imparzjali u affidabbli fir-Russja, u li jikkumbattu l-propaganda fi ħdan l-UE u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel disponibbli finanzjament adegwat għall-inizjattivi li qegħdin jiżviluppaw midja Russofona alternattiva għall-midja Russa kkontrollata mill-Istat, sabiex jipprovdu lill-pubbliku Russofonu b'sorsi ta' informazzjoni kredibbli u indipendenti; |
|
18. |
Itenni li rispett bla kompromessi għall-istat tad-dritt huwa prinċipju ewlieni u fundamentali tal-UE, u jappella għall-applikazzjoni stretta, rapida u mingħajr kundizzjonijiet tiegħu f'każ ta' kwalunkwe ksur tar-regoli; jistieden lill-Kummissjoni tapplika bl-istess determinazzjoni l-prinċipju ta' kompetizzjoni ħielsa u ġusta fis-suq uniku, inkluż fil-proċedimenti kontra Gazprom; huwa tal-fehma li l-UE u l-Istati Membri jridu jagħmlu aktar enfasi fuq il-ħtieġa li r-Russja tindirizza is-sħubija tagħha fid-WTO b'mod kostruttiv u sabiex tikkonforma bis-sħiħ mal-impenji sussegwenti, inkluż billi ttemm restrizzjonijiet inġustifikati għall-kummerċ u tipprovdi aċċess mhux diskriminatorju għas-swieq tagħha; |
|
19. |
Jistieden lir-Russja tikkoopera bis-sħiħ mal-komunità internazzjonali dwar l-investigazzjoni dwar it-twaqqigħ tat-titjira MH17, u jikkundanna kwalunkwe tentattiv jew deċiżjoni sabiex tingħata amnestija jew iddewwem il-prosekuzzjoni ta' dawk identifikati bħala responsabbli; itenni l-istedina tiegħu lir-Russja tagħti lura minnufih il-fdalijiet u l-kaxxi s-suwed kollha tal-ajruplan tal-Gvern Pollakk li kkraxxja fi Smolensk; jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE jqajmu dawn it-talbiet f'kull kuntatt bilaterali mal-awtoritajiet Russi; |
|
20. |
Jistieden lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa jirrikonoxxi l-portata u l-gravità tal-problema ta' vjolenza u fastidju kontra persuni LGBTI fir-Russja, u li jimpenja ruħu li jieħdu passi biex jintemmu dawn l-abbużi u li jħassar id-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 135-FŻ tad-29 ta' Ġunju 2013 (il-liġi dwar il-“propaganda omosesswali”) li jipprojbixxu d-distribuzzjoni ta' informazzjoni dwar relazzjonijiet LGBTI; jistieden lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE jqajmu l-kwistjoni tal-omofobija u l-vjolenza kontra persuni u attivisti LGBTI f'laqgħat ma' uffiċjali Russi rilevanti, inkluż fl-ogħla livell; jistieden lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE – f'konformità mal-linji gwida tal-UE ta' Ġunju 2013 – jippromwovu u jipproteġu t-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha minn persuni LGBTI, jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra kwalunkwe forma ta' vjolenza kontra persuni LGBTI billi jfittxu għajnuna u rimedju għal vittmi ta' tali vjolenza, u billi jappoġġaw inizjattivi tas-soċjetà ċivili u governattivi għall-monitoraġġ ta' każijiet ta' vjolenza, u billi jedukaw il-persunal inkarigat mill-eżekuzzjoni tal-liġi; |
|
21. |
Filwaqt li jqis l-arrikkiment ta' soċjetà permezz tal-iżvilupp ta' soċjetà ċivili ġenwina u indipendenti, jesprimi tħassib serju dwar l-istat tad-drittijiet tal-bniedem li dejjem qed immur għall-agħar, inklużi d-drittijiet tal-libertà ta' espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda u d-drittijiet ta' persuni LGBTI, u l-istat tad-dritt fir-Russja u fil-Krimea wara l-annessjoni illegali tagħha; jikkundanna bil-qawwa t-trażżin kontinwu tal-gvern ta' fehmiet dissidenti billi jimmira lejn l-organizzazzjonijiet mhux governattivi indipendenti permezz tal-hekk imsejħa “liġi tal-aġenti barranin” u t-trażżin persistenti u multiformi ta' attivisti, avversarji politiċi u ta' dawk li jikkritikaw ir-reġim; jiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari għall-qtil ta' Anna Politkovskaya, Natalya Estemirova, Boris Nemtsov u Sergey Magnitsky, Alexander Litvinenko u oħrajn; jitlob li kull qtil ta' attivisti politiċi, ġurnalisti u infurmaturi jiġi investigat kif suppost u indipendentement, li dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja bħala sinjal tal-ġlieda kontra l-impunità mingħajr kompromessi, u li jitqiesu miżuri restrittivi mmirati jekk l-investigazzjonijiet imwettqa mhumiex konformi mal-istandards internazzjonali; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jonora l-impenn tiegħu li jiddefendi dawn il-prinċipji, u li jadotta, fuq proposta li għandha tiġi ppreżentata mingħajr dewmien mill-VP/RGħ, miżuri restrittivi għall-uffiċjali involuti fil-każ dokumentat sew ta' Magnitsky; jissottolinja li l-obbligu tar-Russja li tikkonforma mad-drittijiet tal-bniedem u mal-istandards tal-istat tad-dritt joħroġ direttament mis-sħubija tagħha man-NU, mal-Kunsill tal-Ewropa u mal-OSKE; |
|
22. |
jenfasizza l-importanza ta' appoġġ kontinwu politiku u finanzjarju għall-attivisti tas-soċjetà ċivili indipendenti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-bloggers, il-midja indipendenti, akkademiċi li jikkritikaw u personaġġi pubbliċi u NGOs, bil-għan li jiġu promossi l-valuri demokratiċi, il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem fir-Russja u fil-Krimea okkupata; jistieden lill-Kummissjoni tipprogramma għajnuna finanzjarja lis-soċjetà ċivili Russa aktar ambizzjuża mill-istrumenti finanzjarji esterni eżistenti; iħeġġeġ lill-UE tiddjaloga mal-uffiċjali u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Russi li huma lesti jiżviluppaw viżjoni tar-relazzjonijiet politiċi u diplomatiċi mal-UE bbażati fuq sħubija u kooperazzjoni; jissottolinja l-ħtieġa li jkunu promossi, kemm jista' jkun, kuntatti interpersonali u sabiex jinżammu, minkejja l-istat attwali tar-relazzjonijiet, djalogu u kooperazzjoni b'saħħithom bejn l-UE u l-istudenti u r-riċerkaturi Russi, bejn is-soċjetajiet ċivili u bejn l-awtoritajiet lokali, bil-ħsieb li tittaffa t-tensjoni u ttejjeb il-fehim reċiproku; |
|
23. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni li tiżgura t-trasparenza sħiħa tal-finanzjament politiku u l-finanzjament tal-partiti politiċi fl-UE skont ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Ewropew fir-rigward b'mod partikolari ta' partijiet interessati politiċi jew ekonomiċi esterni għall-UE; |
|
24. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2012)0505.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0383.
(3) Testi adottati, P7_TA(2014)0101.
(4) Testi adottati, P8_TA(2014)0025.
(5) Testi adottati, P8_TA(2015)0074.
(6) “Protokoll dwar ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet tal-Grupp ta' Kuntatt Tripartitiku”, iffirmat fil-5 ta' Settembru 2014, u “Pakkett ta' miżuri għall-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Minsk”, adottat fit-12 ta' Frar 2015.
(7) Riżoluzzjoni A/RES/68/262 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar l-integrità territorjali tal-Ukraina.
(8) Riżoluzzjoni S/RES/2202 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.
(9) Passi Komuni lejn vjaġġar għal żmien qasir mingħajr bżonn ta' viża, taċ-ċittadini Russi u tal-UE.
|
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407/42 |
P8_TA(2015)0226
Rapport annwali tal-2014 tal-Kumitat Superviżorju tal-OLAF
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ġunju 2015 dwar ir-rapport annwali tal-2014 tal-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-OLAF (2015/2699(RSP))
(2016/C 407/05)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' April 2014 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar ir-Rapport Annwali 2011 dwar Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE – Il-ġlieda kontra l-frodi (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-Rapport Annwali 2013 dwar Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE – Il-ġlieda kontra l-frodi (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Attività 2014 tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-OLAF (minn issa 'l quddiem “il-KS”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 4/2014 tal-KS, bl-isem “Kontroll tad-dewmien tal-investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-reazzjoni tal-OLAF għall-Opinjoni Nru 4/2014 tal-KS, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 5/2014 tal-KS, bl-isem “Ir-rappurtar estern tal-OLAF dwar id-dewmien tal-investigazzjonijiet”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-reazzjoni tal-OLAF għall-Opinjoni Nru 5/2014 tal-KS, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Nru 1/2014 tal-KS, bl-isem “Is-salvagwardja tal-indipendenza investigattiva tal-OLAF”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2014 tal-KS, bl-isem “L-implimentazzjoni mill-OLAF tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Sorveljanza”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Nru 3/2014 tal-KS, bl-isem “Ftuħ ta’ każijiet fl-OLAF fl-2012”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-reazzjoni tal-OLAF għar-Rapport Nru 3/2014 tal-KS, |
|
— |
wara li kkunsidra n-Nota tal-KS dwar l-Analiżi tal-Abbozz tal-Prijoritajiet tal-Politika ta’ Investigazzjoni tal-OLAF għall-2015 tal-Kumitat ta' Sorveljanza, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Attività 2013 tal-KS, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2013 tal-KS, bl-isem “It-twaqqif ta’ proċedura interna tal-OLAF għall-ilmenti”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 1/2014 tal-KS, bl-isem “Il-Prijoritajiet tal-Politika ta’ Investigazzjoni tal-OLAF”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2014 tal-KS, bl-isem “L-għażla tal-każijiet fl-OLAF”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet tal-KS dwar il-proċeduri ta’ investigazzjoni fl-OLAF, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjonijiet tal-2012 tal-KS, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument tal-KS bl-isem “Missjoni, kompetenzi u objettivi tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi – Reviżjoni ta' nofs il-perjodu (2014-2015)”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Arranġamenti ta' Ħidma tal-KS mal-OLAF, |
|
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar ir-rapport annwali 2014 tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-OLAF (O-000060/2015 – B8-0553/2015, O-000061/2015 – B8-0554/2015 u O-000066/2015 – B8-0555/2015), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 128(5) u l-Artikolu 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi fir-Rapport Annwali tal-Attività 2014 tiegħu l-Kumitat ta’ Sorveljanza (KS) tal-OLAF innota li waqt ir-riorganizzazzjoni tal-OLAF (fl-1 ta’ Frar 2012), infetħu 423 każ fl-istess jum permezz ta’ deċiżjoni unika tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF (DĠ tal-OLAF); billi, abbażi tal-analiżi tiegħu, il-KS ikkonkluda li (i) l-OLAF ma mexxa l-ebda valutazzjoni xierqa tal-informazzjoni li daħlet għall-ebda wieħed mill-każijiet analizzati mill-KS, (ii) fil-maġġoranza l-kbira tal-każijiet ma kien hemm l-anqas ħjiel ta’ xi attività ta' valutazzjoni, u (iii) id-DĠ tal-OLAF fetaħ il-każijiet kollha inkwistjoni mingħajr ma stabbilixxa minn qabel li kien hemm suspett serju biżżejjed li kienu twettqu frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni – u dan imur kontra r-rekwiżit ġuridiku għall-ftuħ ta' investigazzjoni tal-OLAF li kien fis-seħħ f’dak iż-żmien; |
|
B. |
billi l-KS, fil-komunikazzjonijiet tiegħu lill-istituzzjonijiet tal-UE, irrimarka li minkejja l-obbligu ċar stabbilit fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, id-DĠ tal-OLAF ma rrappurtax lill-KS fl-2014 dwar dawk ir-rakkomandazzjonijiet għall-OLAF li ma ġewx implimentati; |
|
C. |
billi fl-ewwel nofs tal-mandat tiegħu l-KS ħareġ 50 rakkomandazzjoni lill-OLAF, li minnhom tmienja biss ġew implimentati għalkollox, sitta ġew implimentati parzjalment, waħda hija pendenti, 20 ma ġewx implimentati, u billi fi 15-il każ il-KS ma kienx f’pożizzjoni li jivverifika l-implimentazzjoni minħabba li ma kienx hemm biżżejjed informazzjoni sostantiva; |
|
D. |
billi l-KS – fin-nota tiegħu dwar l-abbozz tal-Prijoritajiet tal-Politika ta’ Investigazzjoni tal-OLAF għall-2015 – osserva li l-OLAF ma kienx qies it-tliet rakkomandazzjonijiet li saru fl-Opinjoni tal-KS Nru 1/2014: (i) id-DĠ tal-OLAF ma kienx ippubblika linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-għażla li jirriżultaw mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 (użu effiċjenti tar-riżorsi, proporzjonalitá, sussidjarjetà/valur miżjud) u, minflok ma eżamina mill-ġdid l-indikaturi finanzjarji biex jadattahom għar-realtà tal-programmi ta’ nfiq, kien abolixxihom kompletament; (ii) l-Abbozz tal-Prijoritajiet tal-Politika ta’ Investigazzjoni għall-2015 deher li kien qed jieħu inkunsiderazzjoni għadd ta' dokumenti minn partijiet ikkonċernati, iżda ma jidher li sar l-ebda djalogu mal-partijiet ikkonċernati fir-rigward tal-indikaturi finanzjarji u rigward is-segwitu possibbli tal-każijiet li juru suspett suffiċjenti ta' frodi, iżda li kienu ġew imwarrba abbażi tal-Prijoritajiet tal-Politika ta’ Investigazzjoni jew il-prinċipji tal-għażla; (iii) id-DĠ tal-OLAF ma għaddiex lill-KS valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-Prijoritajiet tal-Politika ta’ Investigazzjoni preċedenti jew sommarju tal-feedback mogħti mill-partijiet ikkonċernati, minkejja impenn preċedenti li jagħmel dan; |
|
E. |
billi l-KS kien irrimarka b'mod kostanti l-inabilità tiegħu li jissorvelja l-independenza tal-OLAF, il-funzjoni investigattiva tiegħu, l-applikazzjoni tal-garanziji proċedurali u d-dewmien tal-investigazzjonijiet, minħabba n-nuqqas ta' aċċess għall-informazzjoni neċessarja; |
|
F. |
billi l-KS iddikjara li l-qalba tal-problema fir-rigward tal-effettività tar-rwol ta’ sorveljanza tiegħu mhix l-implimentazzjoni fqira tal-Arranġamenti ta’ Ħidma, iżda differenza fundamentali ta’ fehmiet bejn il-KS u d-DĠ tal-OLAF fil-perċezzjonijiet tagħhom tar-rwol tal-KS; |
|
G. |
billi l-Parlament, fir-riżoluzzjonijiet imsemmija qabel dwar ir-Rapporti Annwali 2011 u 2013 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE – il-ġlieda kontra l-frodi, talab titjib fl-abilità tal-KS biex iwettaq ir-rwol tiegħu; |
|
H. |
billi l-KS f'għadd ta' okkażjonijiet stieden lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jew isaħħu l-kompetenzi tiegħu, b'mod partikolari permezz ta' aċċess sħiħ għall-fajls tal-każijiet tal-OLAF, jew biex jieħdu miżuri oħra biex jiżguraw l-obbligu ta' rendikont tal-OLAF; |
|
I. |
billi f'Marzu 2014 id-DĠ tal-OLAF impenja ruħu li jagħmel rapport lill-KS darba fis-sena dwar il-għadd ta' lmenti li jkunu ntlaqgħu, l-ipproċessar tagħhom kemm sar fil-ħin u l-klassifikazzjoni tagħhom bħala jew ġustifikati jew mhumiex; billi, madankollu, il-KS jirrapporta li huwa ma kien irċieva l-ebda informazzjoni bħal din; |
|
J. |
billi r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 saħħaħ ir-rwol tal-KS fis-sorveljanza tad-dewmien tal-investigazzjonijiet tal-OLAF; billi, minkejja r-rispett formali tal-OLAF għall-obbligu li jirrapporta regolarment għand il-KS dwar l-investigazzjonijiet li jieħdu aktar minn 12-il xahar, il-KS ikkonkluda, fl-Opinjoni Nru 4/2014 tiegħu bl-isem “Kontroll tad-dewmien tal-investigazzjonijiet immexxija mill-OLAF”, li l-informazzjoni mogħtija lilu ma kenitx biżżejjed biex ikun jista' jissorvelja kif xieraq u b'mod effettiv id-dewmien tal-investigazzjonijiet tal-OLAF; |
|
K. |
billi, fl-Opinjoni Nru 5/2014 tiegħu bl-isem “Ir-rappurtar estern tal-OLAF dwar id-dewmien tal-investigazzjonijiet”, il-KS ikkonkluda li r-rappurtar dwar id-dewmien tal-investigazzjonijiet min-naħa tal-OLAF ma kienx ta ħarsa komprensiva tal-prestazzjoni investigattiva tiegħu; billi, filwaqt li l-OLAF iddikjara fir-rapport annwali tiegħu li “l-investigazzjonijiet qed jitlestew f'inqas żmien”, il-KS ikkonkluda li t-titjib fir-riżultati tal-investigazzjonijiet tal-OLAF kien dovut għall-introduzzjoni ta' metodi ġodda ta' kalkolu; |
|
L. |
billi, fir-Rapport Nru 1/2014 tiegħu bl-isem “Is-salvagwardja tal-indipendenza tal-OLAF”, il-KS talab għal kjarifika tar-rwol tal-OLAF fl-implimentazzjoni tal-politika ta' kontra l-frodi tal-Kummissjoni fis-settur tas-sigaretti; |
|
M. |
billi għal sentejn wara xulxin il-KS esprima, fir-Rapport Annwali tal-Attività tiegħu, it-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' trasparenza rigward il-parteċipazzjoni tal-OLAF fil-laqgħat tal-“Kamra tal-Ikklirjar” tal-Kummissjoni u r-riskji inerenti fir-rigward tal-indipendenza investigattiva tal-OLAF; |
|
N. |
billi l-KS ġibed l-attenzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE lejn il-ħtieġa li jiġu implimentati r-rekwiżiti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 rigward il-funzjonament indipendenti tas-Segretarjat tal-KS; |
|
O. |
billi l-KS identifika erba’ kundizzjonijiet bażiċi li jiżguraw il-funzjonament indipendenti tas-Segretarjat: (i) reklutaġġ, valutazzjoni u promozzjoni tal-Kap tas-Segretarjat abbażi tad-deċiżjonijiet tal-KS; (ii) klassifikazzjoni mill-ġdid tal-Kap tas-Segretarjat bħala maniger anzjan; (iii) reklutaġġ, evalwazzjoni u promozzjoni tal-persunal tas-Segretarjat mill-Kap tiegħu; (iv) sottodelegazzjoni tal-implimentazzjoni tal-baġit tas-Segretarjat lill-Kap tiegħu; |
|
P. |
billi l-Parlament ikkunsidra r-reazzjonijiet tal-OLAF għar-rapporti u l-opinjonijiet tal-KS li ntbagħtu lill-Parlament; |
|
1. |
Jenfasizza bil-qawwa r-responsabilità li għandu l-OLAF li jirrispetta r-rekwiżiti ġuridiċi għall-ftuħ ta' investigazzjoni; ifakkar li, fir-rigward tal-423 każ li nfetħu fl-istess jum, 8,4 % biss ta' dawk li ngħalqu rriżultaw f'rakkomandazzjonijiet; jistieden lill-KS jagħti segwitu għar-rispett tar-rekwiżiti ġuridiċi fuq bażi regolari; |
|
2. |
Jirreferi għar-riżoluzzjoni tiegħu imsemmija qabel tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, u jħeġġeġ lill-OLAF, mingħajr dewmien, jagħti ġustifikazzjoni għall-każijiet li fihom ma implimentax ir-rakkomandazzjonijiet tal-KS; |
|
3. |
Iqis li huwa ta' dispjaċir li l-KS sabha impossibbli li jikkonkludi jekk il-Prijoritajiet tal-Politika ta' Investigazzjoni kinux identifikati korrettament u jekk l-applikazzjoni tagħhom kellhomx konsegwenzi pożittivi jew negattivi għall-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni; |
|
4. |
Jiddeplora l-fatt li l-KS mhuwiex kapaċi jimplimenta l-mandat tiegħu għalkollox; jirreferi għar-riżoluzzjonijiet tiegħu imsemmija qabel dwar ir-Rapporti Annwali tal-2011 u l-2013 dwar Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE – Il-ġlieda kontra l-frodi, u jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex ittejjeb l-abilità tal-KS li jissorvelja l-indipendenza tal-OLAF, il-funzjoni investigattiva tiegħu, l-applikazzjoni tal-garanziji proċedurali u d-dewmien tal-investigazzjonijiet, mingħajr, madankollu, ma jqiegħed l-indipendenza tal-OLAF f'riskju; |
|
5. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffaċilita n-negozjati bejn l-OLAF u l-KS billi tfassal pjan ta' azzjoni sal-31 ta' Diċembru 2015 bil-ħsieb li temenda l-Arranġamenti ta' Ħidma biex jinħoloq ambjent ta' ħidma li fih il-KS jkun jista' jwettaq il-mandat tiegħu; hu tal-fehma li l-Arranġamenti ta' Ħidma emendati għandhom jiċċaraw ir-rwol tal-KS lill-partijiet ikkonċernati kollha; jinnota li s-segretarjat tal-korp superviżorju jaqa' taħt il-kontroll (amministrattiv) tal-korp issorveljat; |
|
6. |
Jitlob li jitwettaq l-impenn li ta d-DĠ tal-OLAF li jagħti lill-KS il-għadd ta' lmenti li jkunu ntlaqgħu, l-ipproċessar tagħhom kemm sar fil-ħin u l-klassifikazzjoni tagħhom bħala jew ġustifikati jew mhumiex; |
|
7. |
Iħeġġeġ lill-OLAF jirrispetta r-rekwiżiti ġuridiċi ħalli l-KS jkun jista' jaqdi waħda mill-funzjonijiet ewlenin tiegħu fir-rigward tas-superviżjoni tad-dewmien tal-investigazzjonijiet tal-OLAF; |
|
8. |
Jilqa', madankollu, il-fatt li l-OLAF u l-KS bdew jaħdmu flimkien biex itejbu l-informazzjoni li l-OLAF jagħti lill-KS u biex jarrikkixxu l-kontenut tar-rapporti dwar l-investigazzjonijiet li jdumu aktar minn 12-il xahar; |
|
9. |
Jinnota li minn 134 investigatur fi tmiem l-2014, 13 (10 %) minnhom ġew assenjati lill-unità tat-tabakk u l-kontrafatti, u 44 (33 %) lill-unitajiet tal-agrikoltura u l-fondi strutturali, li kienu jikkostitwixxu 86 % tal-interessi finanzjarji involuti (EUR 1,9 biljun); jirrakkomanda, għalhekk, li l-OLAF jikkunsidra mill-ġdid l-allokazzjoni tar-riżorsi tiegħu; |
|
10. |
Jesprimi tħassib dwar it-trasparenza tal-parteċipazzjoni tal-OLAF fil-laqgħat tal-“Kamra tal-Ikklirjar” tal-Kummissjoni; |
|
11. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti nazzjonali u lill-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-OLAF. |
(1) ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.
(2) Testi adottati, P8_TA(2015)0118.
(3) Testi adottati, P7_TA(2014)0287.
(4) Testi adottati, P7_TA(2013)0318.
(5) Testi adottati, P8_TA(2015)0062.
|
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407/46 |
P8_TA(2015)0227
Is-sitwazzjoni fl-Ungerija
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ġunju 2015 dwar is-sitwazzjoni fl-Ungerija (2015/2700(RSP))
(2016/C 407/06)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-preambolu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari t-tieni premess u mir-raba' sas-seba' premessi tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra b'mod partikolari l-Artikoli 2, 3(3), it-tieni subparagrafu, l-Artikoli 6 u 7 tat-TUE, kif ukoll l-artikoli tat-TUE u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) relatati mar-rispett, il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta' Diċembru 2000, ipproklamata fit-12 ta' Diċembru 2007 fi Strasburgu u li daħlet fis-seħħ mat-Trattat ta' Lisbona f'Diċembru 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 1, 2 u 19 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 13 tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, b'rabta mat-tneħħija tal-piena tal-mewt fiċ-ċirkostanzi kollha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB), il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u l-konvenzjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, ir-riżoluzzjonijiet u r-rapporti tal-Assemblea Parlamentari, il-Kumitat tal-Ministri, il-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2013 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali: standards u prattiki fl-Ungerija (skont ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012) (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2012) (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2014 bit-titolu “Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt” (COM(2014)0158), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tas-16 ta' Diċembru 2014 mill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa wara ż-żjara tiegħu fl-Ungerija bejn l-1 u l-4 ta' Lulju 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar l-iżgurar tar-rispett għall-istat tad-dritt, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sessjoni ta' smigħ dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ungerija, li saret fit-22 ta' Jannar 2015 mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mressqa waqt id-dibattitu plenarju li sar fil-Parlament Ewropew fil-11 ta' Frar 2015 dwar qafas tal-UE għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-iskambju ta' fehmiet li sar fis-7 ta' Mejju 2015 mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern wara d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-30 ta' April 2015, dwar l-effetti possibbli, inkluż fuq id-drittijiet u l-istatus ta' pajjiż bħala membru tal-Unjoni Ewropea, f'każ li Stat Membru jiddeċiedi li jintroduċi mill-ġdid il-piena tal-mewt, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mressqa fid-dibattitu plenarju li sar fil-Parlament Ewropew fid-19 ta' Mejju 2015 dwar is-sitwazzjoni fl-Ungerija, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Unjoni Ewropea hija msejsa fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, u billi dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn il-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel huma prevalenti (Artikolu 2 tat-TUE); |
|
B. |
billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tipprojbixxi kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, jew l-orjentazzjoni sesswali; |
|
C. |
billi t-tneħħija tal-piena tal-mewt hija prekundizzjoni għal sħubija mal-UE, bl-UE ssostni pożizzjoni b'saħħitha u bbażata fuq prinċipji kontra l-piena tal-mewt, li t-tneħħija tagħha hija objettiv ewlieni tal-politika tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
|
D. |
billi d-dritt għall-asil huwa garantit, b'rispett dovut għar-regoli tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 u l-Protokoll tagħha tal-31 ta' Jannar 1967 dwar l-istatus tar-refuġjati u b'konformità mat-TUE u t-TFUE; |
|
E. |
billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ġew inkorporati kompletament fil-kostituzzjoni tal-Ungerija; billi l-iżviluppi reċenti fl-Ungerija wasslu madankollu għal tħassib fuq is-sitwazzjoni tal-pajjiż; |
|
F. |
billi wara l-avvenimenti reċenti fl-Ungerija, il-Prim Ministru tal-Ungerija Viktor Orbán għamel dikjarazzjoni fit-28 ta' April 2015 dwar il-ħtieġa li jkun hemm dibattitu pubbliku dwar il-piena tal-mewt; billi fit-30 ta' April 2015 il-President tal-Parlament Ewropew, Martin Schulz, ħareġ stqarrija għall-istampa li fiha ddikjara li Viktor Orbán kien żgurah li l-Gvern Ungeriż ma kellu l-ebda pjan jieħu passi biex jerġa' jdaħħal il-piena tal-mewt, u li kien se jħares u jirrispetta t-trattati Ewropej u l-leġiżlazzjoni Ewropea kollha; billi Viktor Orbán tenna dikjarazzjonijiet simili fl-1 ta' Mejju 2015, iżda matul intervista fuq ir-radju nazzjonali żied li d-deċiżjoni għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-piena tal-mewt għandha tkun unikament kompetenza tal-Istati Membri, u b'hekk tbiegħed mid-dispożizzjonijiet tat-Trattati tal-UE; |
|
G. |
billi f'Mejju 2015 il-Gvern Ungeriż nieda konsultazzjoni pubblika dwar il-migrazzjoni, wara li fl-imgħoddi kien wettaq għadd ta' konsultazzjonijiet simili fuq kwistjonijiet oħra; billi l-konsultazzjoni pubblika tista' sservi ta' strument importanti u ta' valur biex il-gvernijiet jiżviluppaw politiki li jgawdu bażi soda ta' appoġġ fost il-pubbliku; billi l-kwistjonijiet ġew ikkritikati għan-natura suġġestiva u retorika tagħhom, billi jistabbilixxu rabta diretta bejn il-fenomeni migratorji u t-theddid għas-sigurtà; |
|
H. |
billi matul l-iskambju ta' fehmiet fil-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, il-maġġoranza tal-gruppi politiċi kienu tal-fehma li l-introduzzjoni mill-ġdid tal-piena tal-mewt u l-mistoqsijiet li saru fil-konsultazzjoni pubblika kienu inaċċettabbli; |
|
I. |
billi, fl-istqarrija tiegħu mressqa fid-dibattitu plenarju li sar fil-Parlament Ewropew fid-19 ta' Mejju 2015 dwar is-sitwazzjoni fl-Ungerija, il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddikjarat li l-Kunsill ma kienx ddiskuta s-sitwazzjoni fl-Ungerija u għalhekk ma adotta l-ebda pożizzjoni formali dwar din il-kwistjoni; |
|
J. |
billi l-isforzi biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni attwali fl-Ungerija ma għandhomx l-għan li jiġi individwat Stat Membru jew gvern partikolari iżda li jissodisfaw obbligu kollettiv fuq l-istituzzjonijiet kollha tal-UE, u b'mod partikolari l-Kummissjoni bħala l-gwardjan tat-Trattati, li jiżguraw l-applikazzjoni u l-konformità mat-Trattati u l-Karta fl-Unjoni kollha u f'kull Stat Membru; |
|
1. |
Jinsisti li l-piena tal-mewt hija inkompatibbli mal-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, u li għalhekk kwalunkwe Stat Membru li jintroduċi mill-ġdid il-piena tal-mewt ikun qed jikser it-Trattati u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE; jafferma mill-ġdid bl-aktar mod riżolut, li t-tneħħija tal-piena tal-mewt hija punt importanti fl-iżvilupp tad-drittijiet fundamentali fl-Ewropa; |
|
2. |
Ifakkar li ksur serju minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE jiskatta l-proċedura tal-“Artikolu 7”; |
|
3. |
Jikkundanna bil-qawwa d-dikjarazzjonijiet ripetuti magħmula mill-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán li jagħtu lok għal dibattitu dwar l-introduzzjoni mill-ġdid potenzjali tal-piena tal-mewt fl-Ungerija, biex b'hekk jiġi istituzzjonalizzat u alimentat kunċett li jikser il-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni; jinnota għalhekk id-dikjarazzjoni li saret minn Viktor Orbán li ma jerġax idaħħal il-piena tal-mewt fl-Ungerija, u jissottolinja r-responsabbiltà ta' prim ministru, bħala kap ta' gvern, li jippromwovi l-valuri tal-UE u jagħti eżempju; |
|
4. |
Jinnota li l-Istati Membri għandhom id-dritt sovran li jniedu konsultazzjonijiet nazzjonali; ifakkar madankollu li l-konsultazzjonijiet għandhom jirriflettu r-rieda tal-gvernijiet li jeżerċitaw governanza responsabbli intiża biex tiżgura soluzzjonijiet politiċi demokratiċi u r-rispett għall-valuri fundamentali Ewropej; |
|
5. |
Jikkundanna l-konsultazzjoni pubblika dwar il-migrazzjoni u l-kampanja relatata fuq billboards madwar il-pajjiż kollu mnedija mill-Gvern Ungeriż, u jenfasizza li l-kontenut tal-konsultazzjoni partikolari mnedija fl-Ungerija, kif ukoll il-lingwaġġ li ntuża dwar l-immigrazzjoni u t-terroriżmu huma ferm qarrieqa, żbilanċjati u mimlija preġudizzji, hekk kif jistabbilixxu rabta diretta u preġudikata bejn il-fenomeni migratorji u t-theddid għas-sigurtà; jindika li t-tweġibiet għall-kwestjonarju onlajn għandhom jiġu kkomplementati minn data personali, li b'hekk tiżvela l-opinjonijiet politiċi ta' dak li jkun bi ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data; jappella għalhekk sabiex din il-konsultazzjoni tiġi rtirata; |
|
6. |
Jiddispjaċih li l-konsultazzjoni pubblika titfa' l-ħtija fuq l-istituzzjonijiet tal-UE u l-politiki tagħhom mingħajr ma tirrikonoxxi r-responsabbiltà tal-Istati Membri għal dawn l-oqsma; ifakkar li l-Istati Membri huma involuti kompletament fil-proċess leġiżlattiv tal-UE; |
|
7. |
Jistieden lill-Istati Membri kollha jipparteċipaw b'mod kostruttiv fid-diskussjoni li għaddejja dwar l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, li taffettwa ugwalment il-politiki interni, esterni u tal-iżvilupp li jridu jiġu implimentati fl-UE; |
|
8. |
Jemmen li l-Istati Membri kollha jeħtiġilhom jottemperaw ruħhom bis-sħiħ mad-dritt tal-UE fil-prattika leġiżlattiva u amministrattiva tagħhom, u li kwalunkwe leġiżlazzjoni, inkluża l-liġi primarja ta' kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż kandidat, trid tirrifletti u tkun konformi mal-valuri bażiċi Ewropej, jiġifieri l-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; |
|
9. |
Jiddeplora n-nuqqas ta' reazzjoni min-naħa tal-Kunsill għall-iżviluppi l-aktar reċenti fl-Ungerija, u jikkundanna n-nuqqas ta' impenn mill-Istati Membri biex jiżguraw ir-rispett għall-istat tad-dritt kif speċifikat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Diċembru 2014; iħeġġeġ lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Kunsill Ewropew jorganizzaw diskussjoni u jadottaw konklużjonijiet dwar is-sitwazzjoni fl-Ungerija; |
|
10. |
Jinnota li dawn l-iżviluppi reċenti wasslu għal tħassib dwar il-prinċipji tal-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali fl-Ungerija matul is-sena li għaddiet, li, ikkunsidrati flimkien, jistgħu jirrappreżentaw theddida sistemika emerġenti għall-istat tad-dritt f'dan l-Istat Membru; |
|
11. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaddem l-ewwel stadju tal-qafas tal-UE biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt, u għalhekk biex tagħti bidu minnufih għal proċess fil-fond ta' monitoraġġ dwar is-sitwazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-Ungerija, billi tevalwa ksur potenzjali sistemiku serju tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni skont l-Artikolu 2 tat-TUE, inkluż l-impatt kombinat ta' għadd ta' miżuri li jaggravaw is-sitwazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, u billi tevalwa l-ħolqien ta' theddida sistemika għall-istat tad-dritt f'dak l-Istat Membru li tista' tiżviluppa f'riskju ċar ta' ksur serju skont it-tifsira tal-Artikolu 7 tat-TUE; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar din il-kwistjoni lill-Parlament u lill-Kunsill qabel Settembru 2015; |
|
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, bħala għodda għall-konformità mal-Karta u t-Trattati u l-infurzar tagħhom kif iffirmata mill-Istati Membri kollha, li tibbaża fuq indikaturi komuni u oġġettivi, u biex twettaq valutazzjoni annwali imparzjali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha, mingħajr diskriminazzjoni u fuq bażi ugwali, bl-involviment ta' evalwazzjoni mill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, flimkien ma' mekkaniżmi xierqa vinkolanti u korrettivi sabiex jimtlew il-lakuni eżistenti u jkun hemm rispons awtomatiku u gradwali għall-ksur tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fil-livell tal-Istati Membri; jagħti istruzzjonijiet lill-Kumitat tiegħu għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-elaborazzjoni ta' din il-proposta fil-forma ta' rapport leġiżlattiv fuq inizjattiva proprja li għandu jiġi adottat sa tmiem is-sena; |
|
13. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ungerija, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati, lill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0315.
(2) Testi adottati, P7_TA(2014)0173.
|
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407/50 |
P8_TA(2015)0228
Rapport ta' Progress 2014 dwar it-Turkija
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ġunju 2015 dwar ir-Rapport ta' Progress 2014 tal-Kummissjoni dwar it-Turkija (2014/2953(RSP))
(2016/C 407/07)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport ta' Progress 2014 tal-Kummissjoni dwar it-Turkija (SWD(2014)0307), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Ottubru 2014 bit-titlu “L-Istrateġija tat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2014-15” (COM(2014)0700), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari dawk tal-10 ta' Frar 2010 dwar ir-rapport dwar il-progress tat-Turkija 2009 (1), tad-9 ta' Marzu 2011 dwar ir-rapport ta' progress tat-Turkija għall-2010 (2), tad-29 ta' Marzu 2012 dwar ir-rapport ta' progress 2011 dwar it-Turkija (3), tat-18 ta' April 2013 dwar ir-Rapport ta' Progress 2012 dwar it-Turkija (4), tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar is-sitwazzjoni fit-Turkija (5), tat-12 ta' Marzu 2014 dwar ir-Rapport ta' Progress 2013 dwar it-Turkija (6), tat-13 ta' Novembru 2014 dwar azzjonijiet Tork li joħolqu tensjonijiet fiż-żona ekonomika esklussiva ta' Ċipru (7), u tal-15 ta' Jannar 2015 dwar il-libertà tal-espressjoni fit-Turkija (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2015 dwar għeluq il-mitt sena mill-Ġenoċidju Armen (9), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Qafas ta' Negozjar għat-Turkija tat-3 ta' Ottubru 2005, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/157/KE tat-18 ta' Frar 2008 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija għall-Adeżjoni mar-Repubblika tat-Turkija (10) (“is-Sħubija għall-Adeżjoni”), kif ukoll id-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kunsill tal-2001, l-2003 u l-2006 dwar is-Sħubija għall-Adeżjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2010, tal-5 ta' Diċembru 2011, tal-11 ta' Diċembru 2012, tal-25 ta' Ġunju 2013, tal-24 ta' Ottubru 2014 u tas-16 ta' Diċembru 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) li jistabbilixxi li l-partijiet kontraenti jimpenjaw ruħhom li jirrispettaw is-sentenzi finali tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) fi kwalunkwe każ li jkunu parti fih, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Bank Dinji tat-28 ta' Marzu 2014 bit-titlu 'Evaluation of the EU-Turkey Customs Union' (Evalwazzjoni tal-Unjoni Doganali UE-Turkija), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar il-progress tat-Turkija fl-issodisfar tar-rekwiżiti tal-pjan direzzjonali tagħha tal-liberalizzazzjoni tal-viża (COM(2014)0646), |
|
— |
wara li kkunsidra x-xogħol ta' Kati Piri bħala r-rapporteur permanenti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin għat-Turkija, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi n-negozjati għall-adeżjoni mat-Turkija nfetħu fit-3 ta' Ottubru 2005 u billi l-ftuħ ta' tali negozjati huwa l-punt tat-tluq ta' proċess li jieħu ħafna żmien u li għandu eżitu miftuħ, ibbażat fuq kundizzjonalità ġusta u rigoruża u impenn favur ir-riformi; |
|
B. |
billi l-UE għadha impenjata favur tkabbir ulterjuri bħala politika fundamentali għall-promozzjoni tal-paċi, tad-demokrazija, tas-sigurtà u tal-prosperità fl-Ewropa; billi kull pajjiż kandidat se jiġi ġġudikat fuq il-merti proprji tiegħuu, abbażi ta' dan, il-Kummissjoni ma tipprevedix xi adeżjoni ġdida fl-UEf'din il-leġislatura; |
|
C. |
billi t-Turkija impenjat ruħha li tissodisfa l-kriterji ta' Kopenħagen, twettaq riformi adegwati u effikaċi, iżżomm relazzjonijiet ta' bon viċinat u twettaq allinjament progressiv mal-UE; billi dawn l-isforzi għandhom jitqiesu bħala opportunità għat-Turkija biex issaħħaħ l-istituzzjonijiet tagħha u tissokta l-proċess tagħha ta' demokratizzazzjoni u modernizzazzjoni; |
|
D. |
billi, skont il-klassifikazzjoni magħmula minn Freedom House għal-libertà tal-istampa u tal-midja, it-Turkija issa qed tiġi kklassifikata bħala pajjiżi li m'għandux libertà tal-istampa u li fih il-libertà tal-internet hija biss parzjali; |
|
E. |
billi Reporters without Borders (Ġurnalisti Mingħajr Fruntieri) fl-2014 ikklassifikat it-Turkija bħala pajjiż fost dawk li fihom il-ġurnalisti l-aktar li sofrew theddidiet u attakki fiżiċi; |
|
F. |
billi l-UE għandha tibqa’ l-punt ta’ riferiment għar-riformi fit-Turkija; |
|
G. |
billi l-bażi għall-adeżjoni mal-UE għadha l-konformità sħiħa mal-kriterji ta' Kopenħagen u l-kapaċità ta' integrazzjoni tal-UE, bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2006; |
|
H. |
billi, fil-proċess tal-adeżjoni, l-istat tad-dritt – li jinkludi, partikolarment, is-separazzjoni tal-poteri, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, il-libertà tal-għaqda u tal-protesta paċifika, il-libertà tal-espressjoni u tal-mezzi ta' komunikazzjoni, id-drittijiet tan-nisa, id-drittijiet tar-reliġjon, id-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi (nazzjonali), u l-indirizzar tad-diskriminazzjoni fil-konfront ta' gruppi vulnerabbli bħar-Rom u l-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI) – huwa ta' importanza ċentrali; |
|
I. |
billi fil-komunikazzjoni tagħha bit-titlu “L-Istrateġija tat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2014-15” il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Turkija hija sieħba strateġika għall-Unjoni Ewropea, f'termini ekonomiċi u ta' sigurtà enerġetika, u li l-kooperazzjoni mat-Turkija fi kwistjonijiet ta' politika barranija hija kruċjali, billi, fl-istess komunikazzjoni, il-Kummissjoni esprimiet it-tħassib tagħha rigward il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, l-indipendenza tal-ġudikatura, l-istat tad-dritt, id-dritt ta' għaqda u l-libertà ta' espressjoni; |
|
J. |
billi t-Turkija, għad-disa' sena konsekuttiva, għadha ma implimentatx id-dispożizzjonijiet li joħorġu mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija u l-Protokoll Addizzjonali tiegħu; billi dan ir-rifjut għadu jħalli effett negattiv profond fuq il-proċess tan-negozjati; |
|
K. |
billi, bil-ħsieb li ttejjeb l-istabbiltà u tippromwovi r-relazzjonijiet ta' bon viċinat, it-Turkija jeħtiġilha tintensifika l-isforzi tagħha sabiex issolvi kwistjonijiet bilaterali pendenti, inklużi obbligi ġuridiċi pendenti u tilwimiet li għadhom mhux solvuti dwar il-fruntieri tal-art, tal-baħar u tal-ispazju tal-ajru mal-ġirien diretti tagħha, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-Karta tan-NU u mad-dritt internazzjonali; |
|
L. |
billi l-awtoritajiet Torok ma qablux li jerġgħu jiftħu s-seminarju Ortodoss fuq il-gżira ta' Heybeliada; |
Is-sitwazzjoni attwali fir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija
|
1. |
Jilqa' favorevolment ir-rapport ta' progress 2014 tal-Kummissjoni dwar it-Turkija u jikkondividi l-konklużjoni tiegħu li t-Turkija hija sieħba strateġika għall-Unjoni Ewropea u li negozjati ta' adeżjoni attivi u kredibbli jipprovdu qafas adatt biex il-potenzjal tar-relazzjonijiet UE-Turkija jiġi sfruttat bis-sħiħ; jenfasizza li l-proċess ta' riforma fil-kuntest ta' negozjati mal-UE jista' jippreżenta opportunità sinifikanti għat-Turkija biex din tiżviluppa sistema demokratika pluralista qawwija, b'istituzzjonijiet sodi, għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha tat-Turkija, kif ukoll għal relazzjonijiet eqreb mal-UE; jitlob li l-Kummissjoni terġa' tivvaluta l-mod li bih in-negozjati tmexxew s'issa u kif ir-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni bejn l-UE u t-Turkija jistgħu jittejbu u jiġu intensifikati; |
|
2. |
Jissottolinja li relazzjoni effikaċi u li tiffunzjona sewwa, ibbażata fuq id-djalogu, kooperazzjoni aktar stretta, impenn reċiproku u negozjati bejn l-UE u t-Turkija – fid-dawl tal-qrubija ġeografika tagħhom, ir-rabtiet storiċi bejniethom, il-komunità Torka kotrana li tgħix fl-UE, ir-rabtiet ekonomiċi stretti u l-interessi strateġiċi komuni tagħhom – tkun ta' benefiċċju għaż-żewġ partijiet; jistieden lit-Turkija tqiegħed il-proċess ta' riforma fil-qalba tal-għażliet ta' politika nazzjonali tagħha; huwa tal-fehma li l-UE għandha taħtaf din l-opportunità li ssir l-ankra prinċipali tal-proċess tad-demokratizzazzjoni ulterjuri fit-Turkija billi tippromwovi valuri universali u l-istandards regolatorji Ewropej bħala punti ta' riferiment għall-proċess ta' riforma, u billi tappoġġa lit-Turkija fl-iżvilupp ta' istituzzjonijiet demokratiċi sodi u ta' leġiżlazzjoni effikaċi bbażati fuq ir-rispett tal-libertajiet fundamentali, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt u li jirrappreżentaw u jiddefendu l-interessi tas-sezzjonijiet kollha tas-soċjetà Torka; |
|
3. |
Iħeġġeġ lill-Gvern Tork iħaffef il-pass tan-negozjati u jħeġġu jimpenja ruħu bla ekwivoċi li jirrispetta l-valuri u l-prinċipji demokratiċi, li huma fil-qalba tal-Unjoni Ewropea; jappoġġa l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea l-ġdida biex tintensifika l-ħidma mat-Turkija abbażi ta' interessi kondiviżi u sfidi komuni; jieħu nota tal-ftuħ tan-negozjati dwar il-Kapitolu 22 (Politika reġjonali) f'Novembru 2013; |
|
4. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-elezzjoni tal-aktar parlament inklużiv u rappreżentattiv fl-istorja moderna Torka, li jirrifletti d-diversità tal-pajjiż; ifaħħar ir-reżiljenza tad-demokrazija Torka u l-ispirtu demokratiku taċ-ċittadini tagħha, kif tixhed ir-rata għolja ħafna ta' votanti li ħarġu jivvutaw u l-parteċipazzjoni impressjonanti tal-volontiera tas-soċjetà ċivili f'jum l-elezzjoni; jistieden lill-partiti politiċi kollha biex jaħdmu għat-twaqqif ta' gvern stabbli u inklużiv bil-għan li jissaħħaħ il-proċess ta' demokratizzazzjoni tat-Turkija u d-djalogu ta' riforma tagħha mal-UE; |
|
5. |
Jissottolinja l-importanza li ninvestu aktar sforzi f'kuntatti interpersonali biex jinħoloq ambjent favorevoli ta' kooperazzjoni bejn it-Turkija u l-UE; jenfasizza, għalhekk, li fl-interess ta' rabtiet aktar stretti bejn l-UE u t-Turkija, għandu jsir progress konkret fil-qasam tal-liberalizzazzjoni tal-viżi abbażi tat-twettiq tar-rekwiżiti stabbiliti fil-pjan direzzjonali lejn reġim ta' eżenzjoni ta' viża mat-Turkija; jenfasizza li fil-perjodu intermedju, l-UE għandha tagħmilha aktar faċli li persuni tan-negozju jiksbu viża, u li programmi ta' skambju ta' studenti u akkademiċi u l-opportunitajiet ta' aċċess għas-soċjetà ċivili għandhom jiġu promossi b'mod attiv; jemmen li l-opportunitajiet ta' aċċess imtejjeb għall-UE jafu jipprovdu aktar appoġġ għall-proċess ta' riforma fit-Turkija; |
L-Istat tad-Dritt u d-Demokrazija
|
6. |
Josserva li t-Turkija kompliet timplimenta r-riformi mis-snin preċedenti; jilqa' pożittivament, f'dan ir-rigward, il-bidliet fil-qafas ġuridiku fil-qasam tal-partiti politiċi u tal-kampanji elettorali, li issa jippermetti li l-kampanji politiċi jsiru b'lingwi oħra u mhux biss bit-Tork, jagħti lok għall-kopresidenza tal-partiti u jiffaċilita r-regoli tal-organizzazzjoni lokali tal-partiti politiċi; itenni l-importanza li l-limitu elettorali minimu ta' 10 % jitbaxxa, b'mod li jkun jippermetti parteċipazzjoni politika tal-komponenti kollha tas-soċjetà fit-Turkija; |
|
7. |
Jenfasizza li kostituzzjoni ġdida bbażata fuq dispożizzjonijiet li jippromwovu soċjetà pluralistika, inklużiva u tolleranti tista’ ssaħħaħ il-proċess ta’ riforma u tipprovdi bażi soda għal-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt; ifaħħar ix-xogħol li għamel il-kumitat ta' konċiljazzjoni kostituzzjonali, li, qabel ma ġie xolt, laħaq kunsens fuq 60 emenda kostituzzjonali; itenni t-talba tiegħu biex jitkompla l-proċess ta' riforma kostituzzjonali u jenfasizza l-ħtieġa li kostituzzjoni ġdida tissejjes fuq kunsens wiesa' mill-ispektrum politiku kollu u mis-soċjetà kollha kemm hi; iħeġġeġ lit-Turkija tikkonsulta mal-Kummissjoni ta’ Venezja fil-qafas tal-proċess ta’ Riforma Kostituzzjonali; |
|
8. |
Jilqa’ l-istrateġija l-ġdida mfassla mill-Gvern tat-Turkija biex il-leġiżlazzjoni l-ġdida kollha tiġi mgħoddija permezz tal-Ministeru tal-Affarijiet tal-UE, bil-għan li jiżdied ir-rwol tiegħu fir-rigward tal-koordinazzjoni u li titjieb il-konformità tal-abbozzi ta’ leġiżlazzjoni mal-istandards Ewropej; jirrakkomanda, f'dan ir-rigward, li kull meta jkun possibbli, issir konsultazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni ta' Venezja kif ukoll djalogu aktar intensiv mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-leġiżlazzjoni l-ġdida li tkun qed titħejja u dwar l-implimentazzjoni tal-liġijiet eżistenti, bil-għan li tkun żgurata l-kompatibilità mal-acquis tal-UE; |
|
9. |
Jenfasizza l-importanza ta’ konsultazzjoni adegwata tas-soċjetà ċivili fil-proċess leġiżlattiv; jirrakkomanda, għalhekk, li għandhom jiġu żviluppati mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni strutturati tas-soċjetà ċivili bħala parti mill-proċess leġiżlattiv u tat-tfassil tal-politika u fil-proċess tal-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida; ifaħħar il-vitalità tas-soċjetà ċivili fit-Turkija; jenfasizza li huma meħtieġa riformi konsistenti biex jiggarantixxu l-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni, biex l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jingħataw lok joperaw liberament mingħajr restrizzjonijiet u li jtejbu l-aċċess tagħhom għall-finanzjament; |
|
10. |
Jappoġġja u jinkoraġġixxi bis-sħiħ l-isforzi min-naħa tal-Gvern tat-Turkija u l-partijiet interessati l-oħrajn kollha biex tintlaħaq konklużjoni komprensiva u sostenibbli tal-proċess ta’ paċi mal-komunità Kurda abbażi ta’ negozjati mal-PKK), li jinsab fil-lista ta’ organizzazzjonijiet terroristiċi tal-Unjoni Ewropea, u proċess ta' integrazzjoni soċjoekonomika u politika tal-komunità Kurda; jappoġġja bil-qawwa t-tħabbira min-naħa tal-HDP ta' kungress straordinarju tal-PKK biex iċedu l-arma u li jippromwovi l-politika demokratika bħala metodu; jinkoraġġixxi b'qawwa lill-Gvern biex ikompli jagħti prijorità, u jtejjeb, id-drittijiet soċjali, kulturali u politiċi kif ukoll it-trattament indaqs, taċ-ċittidini ta' oriġini Kurda; jilqa' favorevolment il-liġi intiża li “toħloq bażi ġuridika aktar soda għall-proċess ta' riżoluzzjoni”, adottata mit-TGNA fil-11 ta' Ġunj u 2014, li tipprevedi miżuri li jeqirdu t-terroriżmu, isaħħu l-inklużjoni soċjali, jintegraw mill-ġdid lill-persuni li jħallu l-PKK u jċedu l-armi u jippreparaw l-opinjoni pubblika għar-ritorn tal-ex-ġellieda; huwa tal-fehma li riżoluzzjoni b'suċċess tal-kwistjoni Kurda hi importanti ħafna u tagħti kontribut pożittiv sostanzjali lid-demokrazija, il-paċi, l-istabilità u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija; iħeġġeġ għaldaqstant, lill-partiti politiċi kollha biex isostnu dan il-proċess; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi assistenza teknika u tiddedika riżorsi disponibbli taħt l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA),inter alia, għal programmi ta' integazzjoni soċjoekonomika u edukazzjoni fix-Xlokk bħala mezz għat-tisħiħ tal-proċess ta' riżoluzzjoni Kurd; josserva li n-negozjati dwar il-Kapitolu 22 (Politika Reġjonali) jistgħu jgħinu lit-Turkija fid-definizzjoni ta' programm ta' koeżjoni effikaċi għax-Xlokk tat-Turkija; |
|
11. |
Jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni min-naħa tal-Impriża Idrawlika Statali tat-Turkija li tkompli bix-xogħlijiet fuq id-diga ta’ Ilisu, li se jkollha effetti soċjali, ambjentali u politiċi devastanti; ifakkar li l-parti l-kbira tal-popolazzjoni ta' dan ir-reġjun huma Kurdi, u li l-kostruzzjoni se tolqot ħażin ħafna lill-popolazzjoni u l-kultura Kurda; |
|
12. |
Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-Indiċi tal-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni 2014, maħruġ mill-organizzazzjoni Transparency International fit-3 ta' Diċembru 2014, jindika żieda qawwija fil-perċezzjoni tal-korruzzjoni fit-Turkija matul is-sena li għaddiet, u li issa l-pajjiż jinsab fl-64 post fl-indiċi; jiddispjaċih ħafna dwar il-mod ta' kif il-Gvern u l-Parlament tat-Turkija rreaġixxew fir-rigward tal-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni magħmula f'Diċembru 2013, inklużi dawk kontra persuna li qabel kienu Membri tal-Gvern, u dwar il-fatt li ma kien hemm l-ebda segwitu tal-investigazzjonijiet tal-korruzzjoni serji ħafna; jesprimi tħassib dwar il-prosekuzzjoni kriminali ta’ ġurnalisti investigattivi li segwew il-każijiet ta’ korruzzjoni; jappella għal investigazzjoni trasparenti u indipendenti tal-akkużi li saru f’Diċembru 2013; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' aktar rieda politika għall-iżvilupp ta' qafas ġuridiku adegwat għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li mhux biss iddgħajjef il-funzjonament tal-istituzzjonijiet u l-fiduċja taċ-ċittadini fid-demokrazija, iżda tista' wkoll tagħmel ħsara lill-iżvilupp ekonomiku u lil klima favorevoli għall-investimenti; |
|
13. |
Jesprimi tħassib dwar l-emendi reċenti għal-Liġi dwar il-Kunsill Għoli tal-Imħallfin u l-Prosekuturi u r-riassenjazzjonijiet u t-tkeċċijiet sussegwenti numerużi ta’ imħallfin u prosekuturi u l-arresti, riassenjazzjonijiet u tkeċċijiet ta’ uffiċjali tal-pulizija, li qajmu tħassib serju u iġġustifikat dwar l-indipendenza, l-imparzjalità u l-effiċjenza tal-ġudikatura u tas-separazzjoni tas-setgħat u r-rispett tal-prinċipju tal-istat tad-dritt, li għadhom il-qalba tal-kriterji politiċi ta’ Kopenħagen; jinsab imħasseb dwar il-fatt li sikwit isiru tibdiliet f'leġiżlazzjoni ewlenija mingħajr konsultazzjoni xierqa mal-partijiet interessati rilevanti; jilqa' pożittivament l-abolizzjoni tal-Artikolu 10 tal-liġi kontra t-terroriżmu; jinsab imħasseb, madankollu, dwar il-fatt li d-definizzjonijiet wiesgħa ħafna jagħmlu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi kontra t-terroriżmu eċċessiv u jippermettu interpretazzjonijiet verament wiesgħa; ifakkar il-bżonn li ssir riforma tal-Artikolu 314 tal-kodiċi kriminali, sabiex dawk biss li huma membri ta' organizzazzjoni terroristika jew armata, jew jikkontribwixxu għall-attivatajiet ta' tali organizzazzjoni, ikun jistgħu jittellgħu quddiem il-qorti; jitlob li tiġi adottata strateġija għal riforma ġudizzjarja allinjata ma' standards Ewropej, b'kooperazzjoni mal-partijiet konċernati kollha; japprezza l-ewwel pass meħud favur it-tnaqqis tat-tul massimu ta' arrest preventiv qabel is-smigħ tal-kawża minn 10 għal 5 snin, iżda jisħaq li jeħtieġ ikun hemm aktar tnaqqis biex ikun evitat li l-arrest preventiv qabel is-smigħ tal-kawża jsir kastig de facto; jenfasizza l-importanza li jinħolqu qrati reġjonali tal-appell u li jiġu adottati l-miżuri relevanti kollha biex jiġi żgurat proċess xieraq; iħeġġeġ lit-Turkija tkompli r-riforma tas-sistema ġudizzjarja u biex tiżgura aċċess ġust u effettiv għall-ġustizzja għat-tfal kollha; |
|
14. |
Jesprimi tħassib serju dwar il-Liġi 6532 li daħlet fis-seħħ fis-26 ta’ April 2014 u li żiedet b’mod drammatiku s-setgħat tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Intelligence, dgħajfet il-libertà tal-midja, il-libertà ta’ espressjoni u d-dritt ta' aċċess għall-informazzjoni ta’ interess pubbliku, biex b’hekk il-persunal tal-Aġenzija saru prattikament immuni minn proċedimenti legali u l-ksur tar-regoli tal-privatezza billi tagħmilha possibbli għall-Aġenzija li takkwista data personali mingħajr ordni tal-qorti; iqis li dawk id-dispożizzjonijiet jiksru l-obbligi tat-Turkija fir-rigward tad-dritt umanitarju internazzjonali u l-liġijiet nazzjonali tiegħu stess; |
|
15. |
Jilqa' pożittivament għadd ta' deċiżjonijiet importanti li ħadet il-Qorti Kostituzzjonali tat-Turkija biex tħares l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, bħal-libertà ta' espressjoni, fatt li wera r-reżiljenza tas-sistema kostituzzjonali; josserva, barra minn hekk, li s-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali enfasizzaw l-irregolaritajiet fit-twettiq tal-investigazzjonijiet u fil-proċessi sussegwenti fil-kawżi Energekon u Sledgehammer; japprezza l-fatt li l-Qorti Kostituzzjonali għadha tirċievi rikorsi individwali; jesprimi tħassib dwar emendi għall-Kodiċi Kriminali, u b’mod partikolari l-użu tat-terminu “suspett raġonevoli”, li jagħti lok għal attakki arbitrarji fuq l-oppożizzjoni; jirrimarka li dawn l-emendi ġew adottati mingħajr konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għall-kuntrarju ta’ dak li ġie miftiehem matul in-negozjati; |
|
16. |
Jesprimi tħassib serji dwar il-livell għoli ta' polarizzazzjoni politika fit-Turkija; ifakkar li l-pluraliżmu għandu jkun fil-qalba ta’ kwalunkwe sistema demokratika; iħeġġeġ, għalhekk, il-promozzjoni tad-djalogu fl-ispektrum politiku kollu tat-Turkija; jenfasizza li fir rigward ta' proċessi ta’ riforma ewlenin u fit-tul, kostituzzjoni ġdida u t-taħditiet dwar ftehim għall-Kurdi, djalogu ta' dan it-tip huwa indispensabbli; jistieden lill-partit fil-gvern u lill-oppożizzjoni biex jagħmlu kull sforz possibbli biex jikkooperaw u jilħqu kunsens, u biex jinkludu lis-soċjetà ċivili attivament fil-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet; |
Rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali
|
17. |
Jilqa' l-adozzjoni, f'Marzu 2014, tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Prevenzjoni ta' Vjolazzjonijiet tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) bħala pass sinifikanti lejn l-allinjament tal-qafas ġuridiku tat-Turkija mal-ġurisprudenza tal-QEDB u jistenna li l-Gvern jadotta aktar provvedimenti biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu; jenfasizza li s-sħubija tat-Turkija fil-Kunsill tal-Ewropa timpenja lit-Turkija ssegwi standards politiċi u legali għoljin u jitlob lit-Turkija timpenja ruħha b'mod sħiħ mal-Kunsill tal-Ewropa u l-Kummissjoni ta' Venezja dwar il-proċess ta' riforma tagħha; ifakkar li l-progress fin-negozjati jiddependi mir-rispett tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali; |
|
18. |
Jinnota bi tħassib li l-maġġor parti tal-investigazzjonijiet dwar il-ġrajjiet tal-park ta' Gezi f'Mejju/Ġunju 2013 u l-allegazzjonijiet dwar ir-rikors sproporzjonat għall-forza u l-abbuż min-naħa tal-pulizija għadhom pendenti u ftit sar progress fl-identifikazzjoni tal-allegati awturi ta' dawn ir-reati; jenfasizza li wara numru ta' lmenti li waslu dwar ir-rikors għall-forza mill-uffiċjali tal-pulizija waqt il-protesti f'Gezi, l-Ombudsman ħarġet rapport fejn sabet rikors sproporzjonat għall-forza; jistieden lill-awtoritajiet Torok jagħmlu tajjeb għal dawk il-vittmi kollha, li kienu dimostranti mhux vjolenti jew li ma kinux fost id-dimostranti, iżda kienu biss fuq is-sit ta' dawn l-avvenimenti b'mod aċċidentali; jitlob itt-tlestija ta' investigazzjonijiet effikaċi u imparzjali dwar il-każijiet kollha tal-allegati maltrattatamenti min-naħa tal-uffiċjali statali u jappella sabiex dawk responsabbli jinġiebu quddiem il-ġustizzja; jissottolinja l-bżonn ta' adozzjoni sussegwenti ta' regoli ċari dwar ir-rikors għall-forza u r-rwol tal-pulizija f'konformità mal-istandards internazzjonali; iħeġġeġ bil-qawwa r-revoka tar-restrizzjonijiet għall-għaqda paċifika u jenfasizza li ma għandhomx jiġu invokati liġijiet oħrajn, bħal-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu, biex in-nies ma jitħallewx jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' protesta paċifika u li d-dimostrazzjonijiet paċifiċi ma jkunux raġuni għal arrest; jistieden lill-Gvern Tork biex jipprovdi kontrokontrolli adegwati, oġġettivi u trasparenti fuq is-setgħa tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi; jirrakkomanda li l-awtoritajiet Torok iwaqqfu mekkaniżmu indipendenti u effikaċi għall-ilmenti li jikkonċernaw lill-pulizija; jesprimi tħassib serju dwar il-pakkett tas-sigurtà domestika li jmur kontra l-prinċipju ta' sorveljanza ġudizzjarja tal-attivitajiet tal-pulizija u li huwa eċċessiv fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu; |
|
19. |
Jissottolinja l-ħtieġa ta' reviżjoni tal-liġi dwar l-Istituzzjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (NHRI) tat-Turkija bil-għan li jsir korp indipendenti, mgħammar b'riżorsi adegwati, responsabbli fil-konfront tal-pubbliku u bil-parteċipazzjoni ta' gruppi tas-soċjetà ċivili; jieħu nota tar-rakkomandazzjonijiet fir-rapport maħruġ mill-Ombudsman, inkluża t-talba għar-rikors gradwali u proporzjonat għall-forza mill-pulizija, u biss bħala l-aħħar riżorsa u taħt supeviżjoni; jenfasizza l-importanza li jissaħħaħ id-dritt ta' inizjattiva tal-Ombudsman, il-kapaċità tiegħu li jwettaq kontrolli u garanziji fuq il-post biex jagħti segwitu adegwat għad-deċiżjonijiet tal-Ombudsman; |
|
20. |
Ifaħħar lit-Turkija dwar soċejtà ċivili tar-Rom dejjem tikber; jittama li l-organizzazzjonijiet il-ġodda tar-Rom jingħataw l-appoġġ u l-ħin li jippermettulhom jieħdu sehem sinifikanti f'inizjattivi ta' kooperazzjoni biex ifasslu u jimplimentaw miżuri kemm fil-livell lokali kif ukoll dak nazzjonali; jirrakkomanda li l-Gvern jikkombina proġetti ta' akkomodazzjoni eżistenti ma' aspetti soċjali u fit-tul bħall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni; jilqa' l-pjanijiet ta' azzjoni ġenerali biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni li jistgħu jagħtu lir-Rom aċċess akbar għas-suq tax-xogħol; |
|
21. |
Iħeġġeġ lill-Gvern tat-Turkija jiggarantixxi l-libertà tal-midja bħala kwistjoni ta' prijorità u jipprovdi qafas ġuridiku adegwat li jiggarantixxi l-pluraliżmu f'konformità mal-istandards internazzjonali; jikkundanna l-isforzi tal-Gvern Tork biex jipprojbixxi l-aċċess għall-midja soċjali u s-siti web jew jagħlaq dawn tal-aħħar mingħajr ordni tal-qorti, l-approċċ restrittiv tiegħu għal-libertà ta' espressjoni u l-pressjoni fuq il-midja u l-ġurnalisti, li ħafna drabi jirriżultaw fl-intimidazzjoni, it-tkeċċija jew l-arrest ta' ġurnalisti u awtoċensura mifruxa; jirrimarka li l-vjolazzjonijiet tal-libertà ta' espressjoni żdiedu wara l-iskandlu tal-korruzzjoni ta' Diċembru 2013; iqis li huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas ġuridiku li jippermetti li jkun hemm trasparenza sħiħa dwar is-sjieda tal-grupp tal-midja; itenni l-impenn tal-UE favur il-libertà ta' espressjoni f'kull forma tagħha u jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE għat-Turkija biex tkompli tissorvelja proċessi ta' ġurnalisti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
22. |
Jikkundanna r-raids reċenti tal-pulizija u d-detenzjoni ta' għadd ta' ġurnalisti u rappreżentanti tal-midja fl-14 ta' Diċembru 2014; ifakkar li stampa libera u pluralista hija komponent essenzjali ta' kwalunkwe demokrazija, bħalma huma proċess ġust u l-indipendenza tal-ġudikatura; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li fil-każijiet kollha (i) tingħata informazzjoni biżżejjed u trasparenti dwar l-allegazzjonijiet kontra l-akkużati, (ii) l-akkużati jingħataw aċċess sħiħ għall-evidenza inkriminatorja u drittijiet sħaħ ta' difiża, u (iii) jiġi żgurat li l-każijiet jitmexxew sewwa b'tali mod li jistabbilixxu l-veraċità tal-akkużi bla dewmien u lil hinn minn kull dubju raġonevoli; jistieden lill-awtoritajiet tat-Turkija jeżaminaw u jindirizzaw dawn il-każijiet malajr kemm jista' jkun u jaderixxu mal-istandards internazzjonali ta' proċess ġust, f'każ li jinsistu dwar it-tkomplija tal-proċedimenti; |
|
23. |
Isostni li l-azzjoni reċenti tal-Gvern Tork kontra l-libertà tal-istampa u l-pluralità tal-opinjonijiet hija inkompatibbli mad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'hekk hi f'konflitt mal-ispirtu tal-proċess tan-negozjati; |
|
24. |
Huwa tal-fehma li, f'konformità mal-impenn tal-UE favur l-istat tad-dritt u l-valuri fundamentali, b'mod urġenti jinħtieġu riformi fit-Turkija fl-oqsma tal-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali u l-ġusitzzja, il-libertà u s-sigurtà rispettivament; jemmen ukoll li l-komunikazzjoni tal-parametri tal-ftuħ uffiċjali għall-Kapitoli 23 (ġudikatura u drittijiet fundamentali) u 24 (ġustizzja, libertà u sigurtà) hija pass importanti biex jiġu promossi riformi tassew effikaċi u kif jiġi żgurat li l-proċess ta' riforma fit-Turkija jkun imsawwar abbażi ta' valuri u standards Ewropej; itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex, ladarba jkunu sodisfatti l-kriterji stabbiliti, jibda negozjati dwar il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali u dwar il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà; jistieden lit-Turkija tikkoopera kemm jista' jkun għal dan il-għan; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi mingħajr dewmien aktar djalogu u kooperazzjoni mat-Turkija fl-oqsma koperti mill-Kapitoli 23 u 24 biex tippromwovi fehim komuni dwar ir-riformi meħtieġa; |
|
25. |
Jilqa' d-deċiżjoni li r-riformi relatati mal-istat tad-dritt u mad-drittijiet fundamentali, mal-affarijiet interni u mas-soċjetà ċivili għandhom jirċievu aktar finanzjamenti fl-ambitu tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) II għall-perjodu 2014-2020; jirrimarka li l-promozzjoni tal-istat tad-dritt, id-demokrazija u l-libertajiet fundamentali huma prinċipji ewlenin li jirregolaw l-appoġġ ta' qabel l-adeżjoni; itenni l-konklużjoni tal-Kunsill ta' Diċembru 2014 li ser tiġi introdotta koerenza msaħħa bejn l-assistenza finanzjarja u l-progress ġenerali li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni, inkluż ir-rispett sħiħ għall-istat tad-dritt u l-libertajiet fundamentali; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni Ewropea biex timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-IPA II fil-pajjiżi kandidati kollha u biex tiddedika riżorsi disponibbli taħt l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) biex tiġi appoġġjata l-libertà ta' espressjoni, inklużi l-libertà u l-pluraliżmu tal-mezzi ta' komunikazzjoni, il-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' assemblea, id-drittijiet relatati mat-trade unions, u l-libertà tal-ħsieb; |
|
26. |
Jieħu nota tal-fatt li t-Turkija kkontribwiet għad-dħul fis-seħħ, fl-1 ta' Awwissu 2014, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul); jesprimi, madankollu, tħassib dwar il-livelli għolja u persistenti ta' vjolenza fuq in-nisa u n-nuqqas ta' implimentazzjoni ta' protezzjonijiet tal-liġi domestika għall-prevenzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa; jistieden lill-awtoritajiet Torok jipprovdu biżżejjed faċilitajiet ta' akkoljenza għall-protezzjoni tan-nisa u l-minuri li huma vittmi ta' vjolenza; jirrakkomanda li l-Gvern jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma politiċi, ekonomiċi, soċjali, kulturali u ċivili jew fi kwalunkwe qasam ieħor; jistieden lill-Gvern tat-Turkija biex, b'kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili u l-assoċjazzjonijiet tal-impriżi rilevanti, jiffaċilita l-intraprenditorija tan-nisa u jnaqqas l-ostakli għall-aċċess tan-nisa għal attivitajiet ekonomiċi u jħeġġeġ lill-Gvern tat-Turkija, f'dan ir-rigward, biex jistabbilixxi mira ambizzjuża fejn jidħol l-aċċess tan-nisa għall-impjiegi; jirrimarka li t-Turkija qiegħda fil-125 post minn 142 pajjiż fir-rapport tal-Forum Ekonomiku Dinji dwar id-Disparità Globali bejn is-Sessi tal-2014; jiddispjaċih bil-qawwi għar-rimarki li saru minn xi uffiċjali u rappreżentanti tal-Gvern dwar ir-rwol tan-nisa fis-soċjetà Torka u jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra l-isterjotipi u l-preġudizzji fis-soċjetà kontra n-nisa; |
|
27. |
Jenfasizza l-importanza li jitkompla l-proċess ta' riforma fil-qasam tal-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon billi jingħata lok sabiex il-komunitajiet reliġjużi jiksbu personalità ġuridika, billi jiġu eliminati r-restrizzjonijiet kollha fuq it-taħriġ, il-ħatra, ir-residenza legali u s-suċċessjoni tal-kleru, u billi tiġi żgurata implimentazzjoni adegwata tad-deċiżjonijiet kollha rilevanti tal-QEDB u tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġi promoss djalogu mal-komunità Alevi u li jingħata rikonoxximent xieraq lid-djar Cem bħala postijiet ta' qima, li jiġi permess il-ftuħ mill-ġdid tas-seminarju Grieg Ortodoss ta' Halki u jitneħħew l-ostakli kollha għall-funzjonament tajjeb tiegħu, kif ukoll li jiġi permess l-użu uffiċjali tat-titolu ekkleżjastiku tal-Patrijarka Ekumeniku; jitlob lill-awtoritajiet rilevanti Torok jindirizzaw il-kwistjonijiet kollha pendenti relatati mar-radd lura tal-art li kienet tappartjeni lill-monasteru ta' Mor Gabriel u r-rivendikazzjonijiet territorjali kollha l-oħra tal-Knisja Sirijaka; ifakkar fl-importanza li ssir implimentazzjoni adegwata tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar Imvros u Tenedos fir-rigward tal-protezzjoni ta' proprjetà u drittijiet relatati mal-edukazzjoni; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi rispettat bis-sħiħ, f'konformità mal-valuri Ewropej, id-dritt għal stili ta' ħajja differenti, kemm sekulari kif ukoll ibbażati fuq il-fidi, u li tinżamm is-separazzjoni tal-istat mir-reliġjon; jenfasizza l-importanza li jiġu protetti d-drittijiet tal-minoranzi; jesprimi dispjaċir dwar il-fatt li, wara t-tneħħija tal-liġi preċedenti sentejn ilu u minħabba lakuna ġuridika eżistenti, mhuwiex possibbli li l-fondazzjonijiet tal-karità li mhumiex Musulmani jagħżlu l-korpi ta' tmexxija tagħhom; |
|
28. |
Jenfasizza l-bżonn li jiġi rikonoxxut id-dritt għall-oġġezzjoni ta' kuxjenza għas-servizz militari obbligatorju; |
|
29. |
Jistieden lit-Turkija tagħmel sforzi serji biex tipproteġi d-drittijiet tal-komunità LGBTI u huwa tal-fehma li l-ħolqien ta' korp speċifiku għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, id-diskors ta' mibegħda, ir-razziżmu, il-ksenofobija, l-antisemitiżmu u l-intolleranza jsaħħaħ id-drittijiet individwali fit-Turkija; jistieden lit-Turkija biex tiddigrieta leġiżlazzjoni komprensiva kontra d-diskriminazzjoni, li tinkludi l-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni u diskors ta' mibegħda abbażi ta' etniċità, reliġjon, orjentazzjoni sesswali, ġeneru jew identità tal-ġeneru, u biex tinkludi l-projbizzjoni ta' tali diskriminazzjoni f'kostituzzjoni ġdida; jesprimi tħassib dwar l-attakki frekwenti fuq persuni transġeneru u n-nuqqas ta' protezzjoni pprovduta lill-persuni LGBTI kontra atti ta' vjolenza; jiddispjaċih ħafna li r-reati ta' mibegħda kontra persuni LGBTI spiss jibqgħu mhux ikkastigati jew li s-sentenzi tat-trasgressuri jkunu mnaqqsa minħabba “provokazzjoni inġusta” min-naħa tal-vittma; itenni l-appell tiegħu lill-Gvern tat-Turkija biex jordna lill-Forzi Armati Torok jieqfu jikklassifikaw l-omosesswalità u t-transesswalità bħala “marda psikosesswali”; |
|
30. |
Jesprimi dispjaċir għat-telf ta' bosta ħajjiet wara d-diżastri fil-minjieri ta' Soma u Ermenek; jilqa' r-ratifika min-naħa tat-Turkija tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar is-sikurezza u s-saħħa fil-minjieri u jitlob l-implimentazzjoni tagħha bla dewmien; jenfasizza l-importanza li jissolvew il-kwistjonijiet relatati mas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali fis-setturi kollha u jħeġġeġ biex il-monitoraġġ tal-inċidenti fatali fuq ix-xogħol ikun aktar trasparenti; huwa tal-fehma li l-libertà tat-trade unions, id-djalogu soċjali u l-involviment tas-sħab soċjali huma fundamentali għall-iżvilupp ta' soċjetà prospera u pluralista, u jissottolinja l-importanza ta' aktar progress fl-oqsma tal-politika soċjali u l-impjiegi, abbażi ta' implimentazzjoni adegwata u f'waqtha tal-konvenzjonijiet tal-ILO; jieħu nota tan-nuqqasijiet leġiżlattivi fil-qasam tad-drittijiet tax-xogħol u tat-trade unions; jenfasizza li d-dritt għall-organizzazzjoni, għan-negozjar kollettiv u d-dritt ta' strajk għall-impjegati tas-settur privat u għall-impjegati taċ-ċivil għandhom ikunu allinjati mal-acquis tal-UE u mal-istandards internazzjonali; iħeġġeġ lill-Gvern Tork iħejji pjan direzzjonali biex itejjeb il-leġiżlazzjoni u jallinjaha mal-istandards tal-ILO; jenfasizza l-importanza li t-Turkija tissodisfa l-parametri tal-ftuħ dwar il-politika soċjali u l-impjiegi; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi assistenza teknika adegwata lit-Turkija fil-qasam tar-riforma tax-xogħol u kif jiġu promossi l-istandards tal-UE; |
|
31. |
Jistieden lit-Turkija tilleġiżla dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' ħaddiema part-time, pereżempju, li bħalissa huma soġġetti għal kundizzjonijiet ħżiena, nuqqas ta' sigurtà tax-xogħol u problemi biex jissieħbu fit-trade unions; jinnota li s-setturi tal-minjieri u tal-kostruzzjoni huma l-aktar industriji perikolużi fit-Turkija u jitlob investigazzjonijiet trasparenti f'inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol; |
|
32. |
Jistieden lill-Gvern Tork iwaqqaf il-pjanijiet tiegħu għall-kostruzzjoni tal-impjant tal-enerġija nukleari Akkuyuy; jirrimarka li s-sit previst jinsab f'reġjun suxxettibbli għal terremoti severi, u għalhekk jippreżenta theddida serja mhux biss għat-Turkija iżda għar-reġjun tal-Mediterran; għaldaqstant, jitlob lill-Gvern Tork jingħaqad mal-Konvenzjoni Espoo, li qed timpenja l-partijiet jinnotifikaw u jikkonsultaw lil xulxin dwar proġetti ewlenin taħt kunsiderazzjoni li x'aktarx ikollhom impatt ambjentali negattiv sinifikanti bejn il-fruntieri; għal dan il-għan, jitlob lill-Gvern Tork jinvolvi lill-gvernijiet tal-pajjiżi ġirien tiegħu, bħall-Greċja u Ċipru, li jkunu involuti jew għall-inqas ikkonsultati matul kwalunkwe żvilupp ulterjuri fl-inizjattiva ta' Akkuyu; |
Interessi kondiviżi u sfidi komuni
|
33. |
Jissottolinja l-benefiċċji importanti tal-Unjoni Doganali (UD) bejn l-UE u t-Turkija; ifakkar li, mill-bidu tal-UD fl-1996, il-valur tal-kummerċ bilaterali bejn it-Turkija u l-UE kiber aktar minn erba' darbiet, b'żieda sinifikanti parallela tal-investiment dirett barrani mill-UE lejn it-Turkija u integrazzjoni aktar profonda bejn l-impriżi Torok u Ewropej għall-ġid tat-tnejn li huma; jenfasizza f'dan ir-rigward, madankollu, li kwalunkwe żieda fl-impatt pożittiv tal-UD hija marbuta mill-qrib ma' konformità mar-regoli u r-rekwiżiti tagħha, u għaldaqstant huwa mħasseb ħafna dwar il-problemi dejjem jikbru għall-kumpaniji Ewropej li qegħdin jagħmlu kummerċ mat-Turkija; jirrimarka l-valutazzjoni reċenti tal-UD min-naħa tal-Bank Dinji, li jisħaq fuq il-bżonn li jiddaħħlu għadd ta' riformi biex jinżamm ambjent favorevoli għal kooperazzjoni ekonomika stretta anki fil-futur; jiġbed partikolarment l-attenzjoni fuq il-bżonn: (i) li titwessa' l-UD biex tkopri wkoll il-prodotti agrikoli, is-servizzi u l-akkwist pubbliku, (ii) li jinħolqu kundizzjonijiet favorevoli għat-tkabbir kontinwu tal-kummerċ, inkluża l-faċilitazzjoni tal-viżi għal min isiefer fuq xogħol, u (iii) biex konsultazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija fir-rigward tal-impatt fuq it-Turkija tal-Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles iffirmati mill-UE mal-pajjiżi terzi, ikunu segwiti b'aktar intensità; |
|
34. |
Huwa tal-fehma li d-djalogu politiku bejn it-Turkija u l-UE għandu jkun integrat bi djalogu ekonomiku regolari strutturat, f'livell għoli, dwar kwistjonijiet ta' interess komuni, fosthom ir-relazzjonijiet kummerċjali mal-pajjiżi terzi; jissottolinja, f'dan ir-rigward, l-interazzjoni bejn il-funzjonament korrett tal-istat tad-dritt u l-iżvilupp ekonomiku; jemmen fl-importanza f'li jiġi żviluppat u msaħħaħ il-qafas ekonomiku, istituzzjonali u ġuridiku tat-Turkija fil-qasam tal-politika ekonomika u monetarja, partikolarment għal dik li hija l-indipendenza tal-Bank Ċentrali, u jemmen li dan jista' jikkontribwixxi għall-allinjament tat-Turkija mal-acquis; jinnota li l-kooperazzjoni ekonomika tkun imsaħħa sewwa bit-Turkija tikkonforma b'mod suffiċjenti mal-istandards tal-UE dwar l-akkwist pubbliku, il-kompetizzjoni u l-impjieg u l-politika soċjali; |
|
35. |
Jerġa' jafferma l-appoġġ tiegħu għad-dħul fis-seħħ, fl-1 ta' Ottubru 2014, tal-ftehim ta' riammissjoni mal-UE; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tkompli l-monitoraġġ tal-progress mit-Turkija fl-issodisfar tar-rekwiżiti tal-pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viżi; jilqa' l-isforzi effikaċi magħmula biex jiġu sodisfatti l-kriterji identifikati fil-pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viżi; ifakkar li d-djalogu għal-liberalizzazzjoni tal-viża huwa proċess ibbażat fuq mertu u li t-Turkija għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-pjan direzzjonali tal-viża, inkluża, b'mod partikolari, l-implimentazzjoni sħiħa u effikaċi tad-dispożizzjonijiet kollha tal-ftehim ta' riammissjoni; itenni l-obbligu tat-Turkija biex timplimenta, bis-sħiħ u b'mod effikaċi, il-ftehim ta' riammissjoni u l-liberalizzazzjoni tal-viżi fil-konfront tal-Istati Membri kollha inkluż aċċess mingħajr viża u nondiskriminatorju għat-territorju Tork għaċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha tal-UE; jistieden lit-Turkija timplimenta bis-sħiħ u b'mod effikaċi l-ftehimiet bilaterali ta' riammissjoni eżistenti; ifakkar li t-Turkija hija waħda mill-pajjiżi ta' tranżitu ewlenin għall-migrazzjoni irregolari lejn l-UE u jappella għat-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali tat-Turkija mal-Istati Membri ġirien tal-UE f'dan ir-rigward; jilqa' b'sodisfazzjon id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar il-Barranin u l-Protezzjoni Internazzjonali u l-istabbiliment tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġestjoni tal-Migrazzjoni (GDMM) f'April 2014 bħala passi sostanzjali lejn allinjament mal-istandards tal-UE fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-migranti regolari u irregolari; jinnota li jeħtieġ li tiżdied il-kooperazzjoni bejn it-Turkija u l-Istati Membri kollha tal-UE, bil-għan partikolari li tissaħħaħ il-ġestjoni tal-fruntieri komuni mal-Istati Membri kollha tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa li t-Turkija tkompli ssaħħaħ is-sigurtà tal-fruntieri sabiex tiġi miġġielda l-migrazzjoni irregolari lejn il-pajjiżi tal-UE; |
|
36. |
Ifakkar fl-importanza strateġika tat-Turkija għas-sigurtà tal-enerġija tal-UE u jqis lit-Turkija bħala sieħeb importanti fis-settur tal-enerġija; jindika t-tliet proġetti ta' Kurituri tal-Gass tan-Nofsinhar, approvati fi tmiem l-2013, li se jtejbu s-sigurtà tal-provvista tal-gass għat-Turkija u l-aċċess għall-UE bħala s-suq enerġetiku ewlieni; huwa tal-fehma li, f'kuntest ta' swieq tal-enerġija dejjem aktar kompetittivi u fid-dawl tal-bżonn ta' sorsi enerġetiċi u rotot tal-provvista diversifikati, it-Turkija, bil-potenzjal notevoli tagħha ta' enerġiji rinnovabbli, tista' tagħti kontribut sinifikanti lis-sigurtà enerġetika tal-UE u lill-ambizzjonijiet tagħha rigward id-diversifikazzjoni tal-enerġija f'konformità mad-dritt internazzjonali; jinsab imħasseb dwar kooperazzjoni aktar mill-qrib fil-qasam tal-enerġija bejn it-Turkija u r-Russja u għalhekk jemmen li l-UE għandha tħaffef in-negozjati dwar l-enerġija; |
|
37. |
Ifakkar fil-pożizzjoni strateġika tat-Turkija bħala sieħba tal-UE u Membru tan-NATO u għalhekk fl-importanza ġeopolitika kruċjali u r-rilevanza tagħha għal strateġija komprensiva li tfittex li tindirizza s-sigurtà u l-istabbiltà fil-Viċinati tal-Lvant u tan-Nofsinhar, b'referenza partikolari għas-Sirja u l-Iraq; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-iżviluppi serji ħafna fir-reġjun u l-attakki mwettqa fuq art Ewropea jagħmluha kruċjali li jiżdiedu d-djalogu u l-kooperazzjoni mal-UE dwar kwistjonijiet ta' politika barranija fil-qafas ta' djalogu politiku bejn l-UE u t-Turkija; jistieden lit-Turkija jkollha rwol attiv fil-koalizzjoni internazzjonali kontra gruppi terroristiċi bħall-ISIL u jistieden lit-Turkija tuża r-riżorsi kollha għad-dispożizzjoni tagħha; jistieden lit-Turkija żżid miżuri biex tevita li l-hekk imsejħa ġellieda barranin, flus jew tagħmir jilħqu l-ISIL u gruppi estremisti oħrajn permezz tat-territorju tagħha; jisħaq fuq il-bżonn li d-djalogu regolari bejn l-UE u t-Turkija kontra t-terroriżmu jitkompla u jissaħħaħ u li jittieħdu miżuri konkreti u azzjoni bħala parti mill-isforzi komuni tagħna fil-ġlieda kontra kull forma ta' terroriżmu; jistieden lit-Turkija tiżgura kontroll effikaċi tal-fruntieri filwaqt li tkompli tipprovdi l-assistenza meħtieġa bis-saħħa ta' mezzi ta' għajnuna umanitarja lir-rifuġjati li jidħlu mis-Sirja u tiżgura s-sigurtà tal-vittmi tal-gwerra ċivili Sirjana; jissottolinja l-importanza ta' djalogu u konsultazzjoni f'livell għoli aktar frekwenti bejn l-UE u t-Turkija dwar kwistjonijiet marbuta mal-politika barranija u s-sigurtà sabiex jiġi żgurat li l-politiki tagħna jikkomplementaw lil xulxin u li t-Turkija tallinja b'mod progressiv il-politika barranija tagħha ma' dik tal-UE; |
|
38. |
Huwa tal-opinjoni li l-Ministru Tork għall-Affarijiet Barranin għandu jkun mistieden jattendi laqgħat tal-Kunsill Affarijiet Barranin kull meta jkun rilevanti; huwa tal-opinjoni li jeħtieġ qafas ta' djalogu strutturat, kooperazzjoni u koordinament fir-rigward tal-kwistjonijiet tal-politika barranija ta' sigurtà u difiża; |
|
39. |
Jiddispjaċih li t-theddida ta' casus belli ddikjarata mill-Gran Assemblea Nazzjonali Torka kontra l-Greċja għadha ma ġietx irtirata minkejja rekord tajjeb ta' djalogu u kooperazzjoni bejn il-Greċja u t-Turkija; |
|
40. |
Ifaħħar lit-Turkija għall-assistenza kontinwa tagħha lir-rifuġjati, stmati għal 1,6 miljun, mill-Iraq u mis-Sirja u għaż-żamma ta' politika ta' fruntieri miftuħa għal skopijiet umanitarji; jilqa' b'sodisfazzjon id-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja adottata f'Ottubru 2014, li tagħti status ġuridiku sikur lir-rifuġjati u tippermettilhom jirċievu karti tal-identità u aċċess għas-suq tax-xogħol; jistieden lill-UE tkompli l-appoġġ finanzjarju tagħha għall-għajnuna umanitarja lir-rifuġjati tas-Sirja u tal-Iraq fit-Turkija; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kampijiet tar-rifuġjati ma jesgħux aktar nies kif ukoll għall-piż tat-tfittxija ta' alloġġ fuq il-ħajja u r-riżorsi tar-rifuġjati; huwa tal-fehma li l-UE għandha tagħti appoġġ attiv lill-Gvern Tork fid-definizzjoni ta' programmi ta' assistenza fit-tul għar-rifuġjati u fil-promozzjoni tal-aċċess għall-edukazzjoni, għall-kura tas-saħħa u għall-impjieg (legali); jistieden lill-Kummissjoni żżid ir-riżorsi disponibbli fl-ambitu tal-IPA-2 u tal-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi bil-għan li tingħata assistenza adegwata lill-komunitajiet lokali milquta minn flussi kbar ta' rifuġjati; jistieden ukoll lill-Istati Membri tal-UE jfornu (temporanjament) postijiet ta' risistemazzjoni għar-rifuġjati l-aktar vulnerabbli, fi spirtu ta' kondiviżjoni awtentika tar-responsabilitajiet; |
|
41. |
Jistieden lit-Turkija, bl-appoġġ tekniku u finanzjarju ta' sħabha, biex tipprovdi aċċess għall-edukazzjoni għall-għadd dejjem jikber ta' tfal Sirjani li jgħixu ġewwa t-Turkija; |
Il-bini ta' relazzjonijiet tajba ta' viċinat
|
42. |
Iħeġġeġ lill-Gvern Tork itemm il-ksur kontinwu tal-ispazju tal-ajru u l-ilmijiet territorjali Griegi kif ukoll it-titjiriet tal-inġenji tal-ajru militari Torok fuq il-gżejjer Griegi; |
|
43. |
Jistieden lill-Gvern Tork jiffirma u jirratifika mingħajr dewmien il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS), li ġiet iffirmata u rratifikata mill-UE u t-28 Stati Membri tagħha, u jissottolinja d-dritt leġittimu tar-Repubblika ta' Ċipru li tkun involuta fi ftehimiet bilaterali li jikkonċernaw iż-żona ekonomika esklużiva tagħha; itenni t-talbiet tiegħu lit-Turkija biex tirrispetta d-drittijiet sovrani tal-Istati Membri kollha, inklużi dawk relatati mal-esplorazzjoni u mal-isfruttament tar-riżorsi naturali meta jikkonformaw mal-acquis tal-Unjoni u mad-dritt internazzjonali; jistieden lit-Turkija toqgħod lura minn kwalunkwe azzjoni li tagħmel il-ħsara lir-relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien u klima li twassal għal soluzzjoni paċifika ta' tilwim bilaterali; |
|
44. |
Jiddeplora r-rifjut tat-Turkija li tissodisfa l-obbligu tagħha li timplimenta bis-sħiħ u b'mod nondiskriminatorju l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija fir-rigward tal-Istati Membri kollha; ifakkar li dan ir-rifjut għadu qed ikollu effett qawwi fuq il-proċess tan-negozjati; |
|
45. |
Itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għar-riunifikazzjoni ta' Ċipru, abbażi ta' soluzzjoni ġusta, komprensiva u vijabbli għaż-żewġ komunitajiet, taħt l-awspiċji tas-Segretarju Ġenerali tan-NU u skont ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-valuri u l-prinċipji li fuqhom hija mibnija l-UE għal federazzjoni bikomunali u biżonali b'sovranità unika, personalità ġuridika internazzjonali unika u ċittadinanza unika b'ugwaljanza politika bejn iż-żewġ komunitajiet u opportunitajiet indaqs għaċ-ċittadini kollha tagħha; jilqa' l-aħbar mill-Mibgħut Speċjali tan-NU Espen Barth Eide li l-kapijiet taż-żewġ komunitajiet għandhom jissuktaw mill-aktar fis in-negozjati taħt l-awspiċji tas-Segretarju Ġenerali tan-NU u jesprimi s-sostenn qawwi tiegħu għall-isforzi li għamel il-Konsulent Speċjali tan-NU għal Ċipru biex joħloq il-kundizzjonijiet għall-issoktar tat-taħditiet; jesprimi t-tama li l-messaġġ ta' riunifikazzjoni u ta' rikonċiljazzjoni mill-mexxej Ċiprijott Tork li ġie elett dan l-aħħar se jiftaħ tieqa ġdida ta' opportunità fil-proċess tan-negozjati; jitlob lit-Turkija u lill-partijiet ikkonċernati kollha biex jappoġġaw b'mod attiv in-negozjati dwar ir-riunifikazzjoni u biex jieħdu l-passi meħtieġa lejn in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet ma' Ċipru; jistieden lit-Turkija tibda tirtira l-forzi tagħha minn Ċipru u tittrasferixxi ż-żona magħluqa ta' Famagusta lin-NU skont ir-Riżoluzzjoni 550 (1984) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jistieden b'mod parallel lir-Repubblika ta' Ċipru tiftaħ il-port ta' Famagusta, taħt is-superviżjoni doganali tal-UE, sabiex tippromwovi klima pożittiva għal soluzzjoni b'suċċess tan-negozjati għar-riunifikazzjoni li għaddejjin, u tippermetti liċ-Ċiprijotti Torok jinnegozjaw mal-UE b'mod leġittimu li jkun aċċettabbli għal kulħadd; |
|
46. |
Itenni d-deċiżjonijiet rilevanti tal-QEDB u jistieden lill-Gvern Tork biex b'mod immedjat iwaqqaf il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem taċ-ċittadini Ċiprijotti u jieqaf iċaħħadhom mit-tgawdija u l-eżerċizzju tal-proprjetà u r-reliġjon tagħhom u drittijiet tal-bniedem oħrajn li joħorġu mill-ordni kostituzzjonali tar-Repubblika ta' Ċipru u l-acquis communautaire, kif ukoll il-prinċipji fundamentali u l-valuri tal-UE; |
|
47. |
Jiddeplora l-politika ta' insedjament tat-Turkija u jistieden lit-Turkija żżomm lura minn aktar insedjamenti taċ-ċittadini tat-Turkija fiż-żoni okkupati ta' Ċipru, li tmur kontra l-Konvenzjoni ta' Ġinevra u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali; iħeġġeġ lit-Turkija ttemm l-azzjonijiet kollha li jbiddlu l-bilanċ demografiku fuq il-gżira u b'hekk jimpedixxu soluzzjoni futura; |
|
48. |
Jistieden lit-Turkija tippermetti lill-Kumitat għall-Persuni Neqsin aċċess sħiħ għall-arkivji rilevanti u ż-żoni militari fil-parti tat-Tramuntana ta' Ċipru għall-eżumazzjoni u tagħti l-informazzjoni rilevanti kollha li twassal għas-sejba ta' fdalijiet rilokati; jappella għal kunsiderazzjoni speċjali fil-konfront tax-xogħol li wettaq il-Kumitat dwar il-Persuni Nieqsa; |
|
49. |
Iħeġġeġ lit-Turkija u lill-Armenja jipproċedu għal normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet tagħhom billi jirratifikaw, mingħajr kundizzjonijiet preliminari, il-protokolli dwar l-istabbiliment tar-relazzjonijiet diplomatiċi, jiftħu l-fruntiera u jtejbu b'mod attiv ir-relazzjonijiet tagħhom, b'referenza partikolari għall-kooperazzjoni transkonfinali u għall-integrazzjoni ekonomika; jilqa' b'sodisfazzjon id-djalogu li għaddej bħalissa bejn it-Turkija u l-Armenja; |
o
o o
|
50. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-RGħ/VP, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, lill-President tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tat-Turkija. |
(1) ĠU C 341 E, 16.12.2010, p. 59.
(2) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 98.
(3) ĠU C 257 E, 6.9.2013, p. 38.
(4) Testi adottati, P7_TA(2013)0184.
(5) Testi adottati, P7_TA(2013)0277.
(6) Testi adottati, P7_TA(2014)0235.
(7) Testi adottati, P8_TA(2014)0052.
(8) Testi adottati, P8_TA(2015)0014.
(9) Testi adottati, P8_TA(2015)0094.
(10) ĠU L 51, 26.2.2008, p. 4.
Il-Ħamis 11 ta’ Ġunju 2015
|
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407/61 |
P8_TA(2015)0229
Sirja: is-sitwazzjoni f'Palmira u l-każ ta' Mazen Darwish
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2015 dwar is-Sirja: is-sitwazzjoni f'Palmira u l-każ ta' Mazen Darwish (2015/2732(RSP))
(2016/C 407/08)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sirja, inkluża dik tat-30 ta' April 2015 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Frar 2015 bit-titolu “Elementi għal strateġija reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll it-theddida tad-Da'esh”, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet u r-rapporti mis-Segretarju Ġenerali tan-NU u mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-kunflitt fis-Sirja, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta' Inkjesta dwar is-Sirja, stabbilita mill-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali adottat fis-17 ta' Lulju 1998, b'mod partikolari l-Artikolu 8(2)(b)(ix) tiegħu, li jiddikjara li l-attakki diretti b'mod intenzjonali kontra monumenti storiċi jikkostitwixxu delitt tal-gwerra, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' April 2015 dwar il-qerda ta' siti kulturali mwettqa mill-ISIS/Da'esh (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jiddikjara li “l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkultivaw il-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tal-kultura”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-esportazzjoni tal-oġġetti kulturali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni dwar il-ħolqien ta' netwerk informali ta' awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-kompetenza esperta fil-qasam ta' oġġetti kulturali (EU CULTNET) adottata mill-Kunsill fil-laqgħa tiegħu tal-25 u tas-26 ta' Ottubru 2012, |
|
— |
wara li kkunsidra t-Tieni Protokoll (1999) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1954 għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Kulturali fil-Każ ta' Kunflitt Armat, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, tal-21 ta' Mejju 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Palmira; u wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kelliem tar-Rappreżentant Għoli, Catherine Ashton tas-17 ta' Frar 2012 li tikkundanna l-arrest ta' Mazen Darwish, u tal-Istqarrija Lokali tal-UE tat-3 ta' April 2012 dwar id-detenzjoni kontinwa mingħajr kapi ta' akkuża tas-Sur Mazen Darwish u ta' seba' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem oħrajn, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem adottati f'Ġunju 2004 u aġġornati fl-2008, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 2222 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (2015), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi aktar minn 220 000 persuna, fil-parti l-kbira tagħhom nies ċivili, tilfu ħajjithom sa mill-bidu tal-kunflitt fis-Sirja fl-2011; billi r-reġim ta' Assad, l-IS/Da’esh, al-Nusra u l-partijiet l-oħra involuti fil-kunflitt wettqu ksur massiv u rikorrenti tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali; billi l-parti l-kbira ta' dawn ir-reati s'issa għadhom ma ġewx ikkastigati; |
|
B. |
billi r-rikors għat-tortura, l-arresti tal-massa u l-qerda mifruxa ta' żoni popolati eskalaw drammatikament fix-xhur li għaddew; u billi numru kbir ta' Sirjani ġew spustati, fejn uħud minnhom ġew mġiegħla jitbiegħdu aktar mill-assistenza umanitarja li jenħtieġu; |
|
C. |
billi l-IS/Da'esh qatlu minn tal-inqas 400 persuna, inkluż nisa u tfal, f'Palmira, sa mill-qbid ta' din il-belt Sirjana antika u, skont l-Osservatorju Sirjan għad-Drittijiet tal-Bniedem, iġġustizzjaw mill-anqas 217-il persuna u żammew taħt arrest 600 persuna oħra, inkluż nisa u tfal fuq akkuża li kellhom kuntatt mal-forzi tar-reġim u li kienu qegħdin jaħbu membri tar-reġim fi djarhom; |
|
D. |
billi l-qbid tal-belt ta' Palmira kien segwit b'attakki mill-arju feroċi mill-forzi favur Assad li qatlu għexieren ta' ċittadini u wassal lil ħafna mill-abitanti tal-belt li kien għad fadal biex jaħarbu; |
|
E. |
billi wara offensiva ġdida f'April-Mejju 2015 l-IS/Da'esh ħatfu Ramadi fis-17 ta' Mejju 2015 u Palmira fil-21 ta' Mejju 2015, li wasslet biex 50 % tat-territorju Sirjan spiċċa taħt il-kontroll tagħhom; billi l-karattru transnazzjonali tal-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku, li għandu riżorsi finanzjarji sinifikanti u madwar 200 000 ġellied skont uħud mis-sorsi, joħloq theddida għar-reġjun usa'; billi eluf ta' persuni barranin, inklużi ċittadini tal-UE, huma stmati li qed jiġġieldu fi ħdan dawn il-gruppi armati; billi l-qawmien tal-IS/Da'esh aggrava l-kriżi umanitarja, partikolarment permezz ta' spostament massivta' nies ċivili; |
|
F. |
billi fil-5 ta' Ġunju 2015 il-membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU esprimew indinjazzjoni għal-livell għoli ta' vjolenza u għall-attakki kollha kontra n-nies ċivili fis-Sirja u kkundannaw l-attakki terroristiċi mwettqa mill-IS/Da'esh, al-Nusra u minn gruppi terroristiċi oħrajn li joperaw fil-pajjiż, |
|
G. |
billi Palmira tinsab bejn Damasku u l-belt tal-Lvant ta' Deir al-Zour u għandha bjar tal-gass u minjieri tal-fosfat importanti fil-viċinanza tagħha; billi l-qbid ta' Palmira kkoinċida mal-ħtif ta' Ramadi, fil-provinċja ta' Anbar tal-Iraq, mill-IS/Da’esh, iżda wkoll, ftit wara t-telfiet territorjali mill-Is/Da'esh madwar Tikrit; |
|
H. |
billi Palmira, li hi eqdem minn 2 000 sena, hi sit kulturali importanti u hi nkluża fil-Lista ta' Patrimonju Dinji tal-UNESCO; billi fil-21 ta' Mejju 2015, id-Direttur Ġenerali tal-UNESCO appella għat-tmiem immedjat tal-ostilitajiet fil-belt; |
|
I. |
billi Palmira hi simbolu tal-patrimonju kulturali għani tas-Sirja, u għandha fdalijiet monumentali ta' belt kbira, li kienet waħda miċ-ċentri kulturali fost l-iktar importanti tad-dinja antika; billi l-qtil tal-massa mill-IS/Da'esh u l-atti ta' qerda ta' patrimonju arkeoloġiku u kulturali, taħt ċerti ċirkostanzi huma meqjusa bħala reati kontra l-umanità u bħala forma ta' “tindif kulturali”, u jikkostitwixxu għal delitt tal-gwerra skont l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali; billi dawn l-attakki sistematiċi fuq il-patrimonju kulturali ġew deskritti bħala “tindif kulturali” mid-Direttur Ġenerali tal-UNESCO, Irina Bokova; |
|
J. |
billi l-IS/Da'esh qiegħed jattakka u jeqred il-patrimonju kulturali kemm tal-Iraq u kemm tas-Sirja bħala tattika tal-gwerra għall-firxa tat-terrur u tal-mibegħda; billi, kaġun tal-qbid ta' Palmira mill-IS/Da'esh, il-patrimonju storiku ta' din il-belt jinsab taħt theddida ta' qerda; |
|
K. |
billi fl-istrateġija reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq u t-theddida tal-IS/Da'esh, li ġiet adottata mill-Kunsill Affarijiet Barranin fis-16 ta' Marzu 2015, l-UE tikkundanna bil-qawwa kontra l-qerda intenzjonata tal-patrimonju arkeoloġiku u kulturali, u jinnota li tali azzjonijiet jistgħu jikkostitwixxu delitt tal-gwerra skont it-tifsira tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI); |
|
L. |
billi l-UNESCO u s-sħab l-oħrajn nedew il-Proġett għall-Protezzjoni b'Urġenza tal-Patrimonju Sirjan għal perjodu ta' tliet snin, bil-għan li jiżguraw il-ħarsien b'urġenza tal-patrimonju kulturali; |
|
M. |
billi l-kummerċ illeċitu ta' oġġetti kulturali issa huwa t-tielet l-aktar kummerċ illegali sinifikanti, wara d-drogi u l-armi, billi dan il-kummerċ illeċitu huwa ddominat minn netwerks kriminali organizzati, u billi l-mekkaniżmi nazzjonali u internazzjonali attwali la huma mgħammra u lanqas mhuma sostnuti b'mod adegwat biex jittrattaw din il-kwistjoni; billi l-UE ħadet il-passi kollha xierqa skont ir-Riżoluzzjoni Nru 2199 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (2015) biex tipprevjeni l-kummerċ illegali tal-proprjetà kulturali; |
|
N. |
billi mill-bidu tal-kunflitt Sirjan f'Marzu 2011, kien hemm ksur mifrux u serju tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-attakki mmirati intenzjonati, id-detenzjoni arbitrarja u l-għajbien ta' ġurnalisti indipendenti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ħaddiema umanitarji u persunal mediku, soġġetti għal theddid, vjolenza, arrest arbitrarju u għajbien fis-Sirja; |
|
O. |
billi Mazen Darwish, ġurnalist u attivist Sirjan u President taċ-Ċentru Sirjan għall-Midja u l-Libertà ta' Espressjoni spiċċa miżmum f'ħabs mill-2012, bħal kif ġralhom Hani Al-Zaitani u Hussain Ghrer, għall-ħidma tagħhom fil-ħarsien tal-libertà ta' espressjoni; billi ġie rrapportat li Mazen Darwish kien soġġett għal tortura ħarxa u trattament ħażin u li fis-6 ta' Mejju 2015 ittieħed f'post mhux magħruf; billi Mazen Darwish ingħata l-Premju UNESCO għal-Libertà tal-Istampa 2015, kif ukoll għotja oħra internazzjonali importanti, bħall-Preis der Lutherstädte – “Das unerschrockene Wort” 2015, il-Bruno-Kreisky-Preis für Verdienste um die Menschenrechte 2013, u l-Premju PEN-Pinter 2014; billi l-priġunerija kontinwa ta' Mazen Darwish, Hani Al-Zaitani u Hussain Ghrer hija evidenza ulterjuri tan-natura repressiva tar-reġim ta' Bashar al-Assad fis-Sirja; |
|
P. |
billi r-Riżoluzzjoni Nru 67/262 tal-15 ta' Mejju 2013 tal-Assemblea Ġeneral tan-NU talbet li l-awtoritajiet Sirjani jeħilsu b'mod immedjat il-persuni kollha miżmuma arbitrarjament, inklużi l-membri taċ-Ċentru Sirjan għall-Midja u l-Libertà ta' Espressjoni; |
|
Q. |
billi fid-19 ta' Frar 2015, il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Zeid Ra'ad Al Hussein, ħeġġeġ lill-awtoritajiet Sirjani jeħilsu lil dawk kollha miżmuma l-ħabs talli esprimew b'mod paċifiku l-fehmiet tagħhom, inkluż Mazen Darwish; |
|
R. |
billi mijiet ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ġew soġġetti għal theddid, vjolenza, arrest arbitrarju u għajbien fis-Sirja; billi dan jinkludi l-avukata tad-drittijiet tal-bniedem u rebbieħa tal-Premju Sakharov tal-2011 Razan Zeitouneh, li nħatfet f'Duma fid-9 ta' Diċembru 2013; |
|
1. |
Jikkundanna bil-qawwa l-abbużi sistematiċi u mifruxa orribbli tad-drittijiet tal-bniedem, il-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali mwettaq mir-reġim ta' al-Assad, minn terroristi li jappartjenu għall-IS/Da'esh u gruppi ġiħadisti oħra fis-Sirja, u s-sentenzi u l-akkużi kontra l-attivisti, il-bloggers u l-ġurnalisti politiċi, ċivili u tad-drittijiet tal-bniedem; itenni mill-ġdid il-kundanna assoluta tiegħu tat-tortura, il-bumbardamenti intensifikati u l-użu ta' bumbardamenti mill-ajru, inklużi l-bombi f'forma ta' bittija (barrel bombs), mill-Gvern Sirjan; jesprimi s-solidarjetà qawwija tiegħu mal-vittmi; jibqa' iddispjaċut profondament għal-livell ta' tbatija umana u t-telf ta' ħajja fil-kunflitt tas-Sirja, u huwa mħasseb ħafna dwar id-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni umanitarja u tas-sigurtà fis-Sirja; |
|
2. |
Jikkundanna l-qbid ta' Palmira mill-IS/Da'esh fil-21 ta' Mejju 2015 wara attakk li dam għaddej disat ijiem li sewa ħafna ħajjiet u l-fatt li sa issa qatel mill-inqas 217-il persuna fi u madwar il-belt u kompla jwettaq abbużi u atroċitajiet mifruxa fil-“kalifat” li pproklama fiż-żoni li jikkontrolla fis-Sirja u l-Iraq; |
|
3. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni fis-sit ta' Palmira u l-eluf ta' residenti minn Palmira ġewwa l-belt, kif ukoll dwar dawk spostati minħabba l-avvanz tal-IS/Da'esh u għan-nisa u t-tfal f'Palmira, fejn innota t-tendenza tal-IS/Da'esh li jaħtfu, jisfruttaw u jabbużaw in-nisa u t-tfal band'oħra, inkluż bl-istupru, l-abbuż sesswali, iż-żwieġ sfurzat u r-reklutaġġ sfurzat tat-tfal; |
|
4. |
Iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli jagħmlu disponibbli r-riżorsi finanzjarji u umani kollha meħtieġa sabiex jgħinu lir-rifuġjati; |
|
5. |
Jilqa' l-impenn li jiġu rduppjati l-isforzi kollettivi biex jingħeleb l-IS/Da'esh meħuda fil-laqgħa ministerjali tal-koalizzjoni internazzjonali kontra l-IS/Da'esh f'Pariġi fit-2 ta' Ġunju 2015; jistieden lill-koalizzjoni żżid l-isforzi biex timplimenta strateġija komuni, multidimensjonali u fit-tul biex iddgħajjef u eventwalment teqred l-IS/Da'esh; jisħaq il-ħtieġa li din l-istrateġija tkun akkumpanjata b'kooperazzjoni msaħħa mal-istati reġjonali kollha u l-atturi mhux statali kommessi għall-ġlieda kontra l-IS/Da'esh; |
|
6. |
Jibqa' konvint li la jista' jkun hemm riżoluzzjoni tal-kunflitti effikaċi u lanqas paċi sostenibbli fis-Sirja mingħajr ma tittieħed responsabilità għar-reati mwettqa min-naħat kollha waqt il-kunflitt; |
|
7. |
Jirrimarka li soluzzjoni sostenibbli għall-kriżi tas-Sirja tista' tinkiseb biss permezz ta' riżoluzzjoni politika inklużiva bbażata fuq il-Komunikat ta' Ġinevra tat-30 ta' Ġunju 2012 u appoġġjata mill-komunità internazzjonali; jistieden lill-Mibgħut Speċjali tan-NU Staffan de Mistura jaħdem mal-partijiet kollha lejn tranżizzjoni politika ġenwina li tissodisfa l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-poplu Sirjan u b'mod indipendenti u demokratiku tippermettilhom jiddeterminaw il-futur tagħhom stess; |
|
8. |
Jesprimi tħassib serju għan-nuqqas serju ta' finanzjament għall-appelli tan-NU fl-2014, li wassal għas-sospensjoni temporanja tal-assistenza mill-Programm Dinji tal-Ikel lir-refuġjati Sirjani; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-komunità internazzjonali, biex iżżid il-finanzjament u l-assistenza tagħha b'rispons għall-appelli futuri; |
|
9. |
Jistieden lill-komunità internazzjonali żżid l-isforzi biex issib soluzzjoni ħalli ttaffi l-kriżi u ttemm il-gwerra fis-Sirja u tleħħen l-appoġġ tagħha għal dawk impenjati jiġġieldu lill-IS/Da'esh fis-Sirja u l-Iraq; jistieden lill-gvernijiet tar-reġjun jaħdmu flimkien, peress li kooperazzjoni mill-qrib dwar kwistjonijiet ta' sigurtà hija l-uniku mezz biex ikun hemm paċi u sigurtà fir-reġjun; |
|
10. |
Jistieden lill-komunità internazzjonali tagħmel dak kollu li huwa fis-setgħa tagħha biex tipproteġi l-popolazzjoni ċivili u tħares il-patrimonju kulturali uniku ta' Palmira, u jistieden lill-partijiet kollha għal twaqqif immedjat tal-ostilitajiet f'Palmira u biex jingħata passaġġ sikur liċ-ċivili kollha li qegħdin jaħarbu l-vjolenza; |
|
11. |
Jeżiġi l-waqfien immedjat tal-qerda tal-patrimonju kulturali tas-Sirja u l-Iraq, inklużi s-siti u l-oġġetti reliġjużi; jenfasizza li ma jistgħux jiġu tollerati tali atti mwettqa mill-IS/Da'esh jew individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn, u jistieden ukoll għall-preservazzjoni tal-patrimonju kulturali tal-Iraq billi jiġu protetti l-proprjetà u s-siti kulturali u reliġjużi skont id-dritt umanitarju internazzjonali; |
|
12. |
Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jagħtu bidu għall-kampanji ta' sensibilizzazzjoni sabiex jiskoraġġixxu x-xiri u l-bejgħ illeċitu ta' oġġetti kulturali miż-żoni ta' kunflitt; |
|
13. |
Itenni mill-ġdid il-valur għoli tal-patrimonju kulturali għall-umanità kollha u għaldaqstant jikkunsidra li l-qerda tiegħu ma għandhiex tiġi meqjusa bħala delitt tal-gwerra li ma tistax tiddefendih; |
|
14. |
Jissottolinja l-ħtieġa għal sforzi konġunti mill-komunità internazzjonali biex tipprevjeni l-kummerċ illegali fil-proprjetà kulturali u t-traffikar illeċitu tal-artifatti kulturali, li jikkontribwixxu għall-iffinanzjar tal-IS/Da'esh; |
|
15. |
Japprova d-dikjarazzjonijiet magħmula mid-Direttur Ġenerali tal-UNESCO u l-miżuri speċjali kollha meħuda min-NU u l-UNESCO bil-ħsieb li tiġi mħarsa Palmira u kwalunkwe sit kulturali u storiku ieħor li jispiċċaw taħt theddida; |
|
16. |
Jistieden lis-Segretarju Ġenerali tan-NU jirreferi l-kwistjoni tal-ħarsien tas-siti kulturali kollha taħt theddida minn gruppi terroristiċi, inkluż l-IS/Da'esh, lill-Kunsill tas-Sigurtà, bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' riżoluzzjoni dwar is-suġġett; |
|
17. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu passi prattiċi, f'kooperazzjoni man-Nazzjonijiet Uniti, biex iħarsu s-siti kulturali, storiċi, reliġjużi u arkeoloġiċi li huma taħt theddida f'Palmira u l-Lvant Nofsani kollu kemm hu; |
|
18. |
Jilqa' u jissottolinja l-importanza kritika tax-xogħol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali u internazzjonali fid-dokumentazzjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tal-evidenza ta' delitti tal-gwerra, tad-delitti kontra l-umanità u vjolazzjonijiet oħra; jesprimi l-ammirazzjoni u s-solidarjetà profonda tiegħu għall-attivisti kollha Sirjani li, mingħajr waqfien, ikomplu jimmonitorjaw, jiddokumentaw u jirrapportaw dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż tagħhom mifni bil-gwerra, b'riskju għall-ħajjithom stess; |
|
19. |
Huwa mħasseb serjament dwar id-degradazzjoni dejjem sejra għall-agħar tas-sitwazzjoni umanitarja u tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja u jenfasizza l-ħtieġa li tiġi rispettata l-libertà ta' espresssjoni u l-libertà tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem biex iwettqu xogħolhom, f'konformità mal-obbligi internazzjonali tas-Sirja; jirrimarka li kull individwu għandu dritt għal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni, u li dan huwa dritt tal-bniedem fundamentali; jikkundanna l-vjolazzjonijiet kollha tal-libertajiet tal-istampa u l-atti kollha ta' vjolenza kontra ġurnalisti fis-Sirja; |
|
20. |
Jistieden lill-awtoritajiet Sirjani biex b'mod immedjat u inkondizzjonalment jeħilsu u jwaqqgħu l-akkużi kollha kontra Marzan Darwish u dawk kollha arrestati, ikkundannati u/jew li ngħataw sentenza biex b'mod paċifiku jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-liberta ta' espressjoni u ta' assoċjazzjoni, kif ukoll id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-attivisti tad-drittijiet politiċi kollha arbitrarjament imċaħħda mil-libertà tagħhom abbażi tal-attivitajiet tagħhom relatati mad-drittijiet tal-bniedem; |
|
21. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Sirjani jiddivulgaw/jiżvelaw b'mod immedjat x'sar minnhom u fejn qegħdin it-tliet irġiel u jiżguraw li huma mħarsa minn tortura u trattament ħażin, jiġi permess lilhom kuntatt immedjat mal-familji u l-avukati tagħhom, u provduti b'kull attenzjoni medika li jeħtieġu; |
|
22. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jirratifikaw il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat bħala kwistjoni ta' prijorità; jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Istati Membri jippromwovu ratifikazzjoni universali u l-implimentazzjoni ta' dan l-istrument ewlieni tad-drittijiet tal-bniedem u biex jappoġġjaw il-ħidma tal-Kumitat tan-NU dwar l-Għajbien Sfurzat, stabbilit taħt din il-Konvenzjoni; |
|
23. |
Jagħti istruzzjonijiet lil-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Mibgħut Speċjali tan-NU u tal-Lega Għarbija għas-Sirja, u lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt fis-Sirja. |
(1) Testi Adottati, P8_TA(2015)0187.
(2) Testi Adottati, P8_TA(2015)0179.
|
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407/66 |
P8_TA(2015)0230
Paragwaj: aspetti ġuridiċi relatati mat-tqala tat-tfal
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2015 dwar il-Paragwaj: aspetti ġuridiċi relatati mat-tqala tat-tfal (2015/2733(RSP))
(2016/C 407/09)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas ta' Kooperazzjoni Interreġjonali konkluż fl-1999 bejn l-UE u l-Mercosur, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2015 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2013 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1567/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar l-għajnuna għal strateġiji u azzjonijiet dwar ir-riproduttività u s-saħħa sesswali u d-drittijiet fil-pajjiżi li għadhom jiżviluppaw (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kodiċi Kriminali tal-Paragwaj (Liġi Nru 1160/97) tas-26 ta' Novembru 1997, b'mod partikolari l-Artikolu 109(4) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ħames Għan ta' Żvilupp tal-Millennju (it-titjib tas-saħħa materna), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (Konvenzjoni ta' Istanbul), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-11 ta' Mejju 2015 mill-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar il-kwistjoni tad-diskriminazzjoni kontra n-nisa fil-liġi u fil-prattika, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura, li daħlet fis-seħħ fis-26 ta' Ġunju 1987, |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba ta' Marzu 2015 mill-Kumitat għad-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali li l-Paragwaj jirrevedi u jemenda l-leġiżlazzjoni tiegħu dwar l-abort biex jiżgura l-kompatibilità tagħha ma' drittijiet oħra bħalma huma d-dritt għas-saħħa u d-dritt għall-ħajja, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi skont data reċenti tan-NU, 19 % tal-bniet tqal fil-Paragwaj huma minuri, żewġ każijiet ta' twelid kuljum huma lil bniet ta' taħt l-età ta' 14-il sena, u bniet ta' bejn l-10 u l-14-il sena jikkostitwixxu 2,13 % tal-imwiet matern; billi madwar 600 tifla tal-età ta' 14-il sena jew anqas toħroġ tqila kull sena fil-Paragwaj, pajjiż ta' 6,8 miljun ruħ, u billi r-rata tat-tqala fost it-tfal hija sa 10 darbiet ogħla minn dik ta' pajjiżi oħra fir-reġjun; |
|
B. |
billi fl-Amerika Latina r-riskju tal-mewt materna huwa erba' darbiet ogħla fost l-adolexxenti ta' taħt l-età ta' 16-il sena, u billi 65 % tal-każijiet ta' fistula ostetrika jokkorru fit-tqaliet tal-adolexxenti, b’konsegwenzi serji għall-ħajja tagħhom, inklużi problemi tas-saħħa severi u esklużjoni soċjali; billi t-tqala bikrija hija wkoll perikoluża għat-tarbija, b'rata ta' mortalità li hija 50 % ogħla mill-medja; billi sa 40 % tan-nisa fir-reġjun kienu vittmi ta' vjolenza sesswali, u billi 95 % tal-aborti li jitwettqu fl-Amerika Latina mhumiex sikuri; |
|
C. |
billi fil-21 ta' April 2015, tifla ta' 10 snin marret fl-isptar tal-maternità u tat-tfal ta' Trinidad (Trinidad Maternity and Children’s Hospital) f’Asunción u nstabet tqala ta' 21 ġimgħa; billi wara li t-tifla ġiet eżaminata d-direttur tal-isptar pubblikament irrikonoxxa li t-tqala tagħha kienet waħda ta' riskju għoli; billi r-raġel ta' omm it-tifla li kien maħrub ġie arrestat fid-9 ta' Mejju 2015 u huwa mixli bl-istupru tagħha; billi t-tifla kienet marret għand diversi ċentri mediċi minn Jannar 2015 'il quddiem tilmenta minn uġiegħ ta' stonku, iżda billi t-tqala ma ġietx ikkonfermata qabel il-21 ta' April; |
|
D. |
billi fit-28 ta' April 2015 omm it-tifla talbet it-tmiem volontarju tat-tqala ta' bintha minħabba l-età żgħira tagħha u l-livell għoli ta' riskju għal saħħitha u għal ħajjitha; billi omm it-tifla qed tinżamm taħt arrest talli naqset li tipproteġiha mill-abbuż sesswali li rriżulta fit-tqala; billi skont l-aħħar rapporti t-tifla ta' 10 snin ġiet mibgħuta f'ċentru tal-ommijiet żgħar u ġiet isseparata minn ommha stess; |
|
E. |
billi lura f'Jannar 2014 omm it-tifla kienet ressqet ilment dwar l-abbuż sesswali ta' bintha mir-raġel tagħha li ma kienx missier it-tifla, iżda billi l-prosekuturi ma ħadu l-ebda azzjoni, ma investigawx u ma pprovdew l-ebda miżura ta' protezzjoni peress li ma dehrilhomx li kienet f'riskju; |
|
F. |
billi dan il-każ huwa biss wieħed minn ħafna fil-Paragwaj u pajjiżi oħra tal-Amerika Latina; billi l-Paragwaj ikompli, għal raġunijiet ta' reliġjon, iċaħħad lit-tifla minn aċċess għal abort sikur u legali, u b'hekk qed jikser id-drittijiet tagħha għas-saħħa, għall-ħajja u għall-integrità fiżika u psikoloġika; billi t-tifla se tiffaċċja riskji psikoloġiċi u tas-saħħa jekk titwieled it-tarbija, minħabba l-età żgħira tagħha u ċ-ċirkostanti li rriżultaw fit-tqala; billi fis-7 ta' Mejju 2015 ġie stabbilit panel ta' esperti interdixxiplinari, iffurmat minn tliet professjonisti proposti minn organizzazzjonijiet lokali, tliet membri tal-Ministeru tas-Saħħa u tliet membri tal-Qorti Suprema, biex jissorvelja l-kundizzjoni tagħha; |
|
G. |
billi, skont l-Artikolu 109(4) tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Paragwaj, l-abort huwa pprojbit fil-każijiet kollha ħlief fejn it-tqala jkollha kumplikazzjonijiet li jheddu l-ħajja tal-mara jew tat-tifla, u mingħajr l-ebda eċċezzjoni oħra, inkluż f'każijiet ta' stupru, inċest jew fetu li ma jkunx vijabbli; billi l-awtoritajiet argumentaw li s-saħħa tat-tifla ma tinsabx f'riskju; billi din is-superstiti tal-istupru li għandha 10 snin qiegħda għaldaqstant tiġi mġiegħla tkompli bit-tqala mhux mixtieqa tagħha u biex twelled; |
|
H. |
billi esperti tan-NU wissew li d-deċiżjoni tal-awtoritajiet tal-Paragwaj qed tirriżulta fi vjolazzjonijiet gravi tad-dritt tat-tifla għall-ħajja, għas-saħħa u għall-integrità fiżika u mentali, u tad-dritt tagħha għall-edukazzjoni, u b'hekk qed iqiegħdu f'periklu l-opportunitajiet ekonomiċi u soċjali tagħha; |
|
I. |
billi, skont l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, l-aħjar interessi tat-tfal għandhom dejjem ikunu kunsiderazzjoni primarja fl-azzjonijiet kollha li jikkonċernaw it-tfal, kemm jekk jittieħdu minn istituzzjonijiet tal-assistenza soċjali pubbliċi jew privati, qrati tal-ġustizzja, awtoritajiet amministrattivi jew korpi leġiżlattivi, u billi l-istati għandhom obbligu li jiżguraw aċċess għal abort sikur u legali meta l-ħajja ta' mara tqila tkun tinsab f'riskju; |
|
J. |
billi f'Marzu 2015 il-Kumitat tan-NU għad-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali talab lill-Paragwaj jirrevedi u jemenda l-leġiżlazzjoni tal-abort tiegħu biex jiżgura l-kompatibilità tagħha ma' drittijiet oħra bħalma huma d-dritt għas-saħħa u d-dritt għall-ħajja, billi l-vjolenza fiżika, sesswali u psikoloġika kontra n-nisa hija vjolazzjoni estensiva tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
K. |
billi l-Paragwaj ipparteċipa b'mod attiv fid-59 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa, u billi l-partijiet kollha għandhom ikompu jippromwovu l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Pekin tan-NU rigward, fost elementi oħra, l-aċċess għall-edukazzjoni u għas-saħħa bħala drittijiet bażiċi tal-bniedem, u d-drittijiet sesswali u riproduttivi; |
|
L. |
billi korpi li jissorveljaw it-trattati tan-NU, inklużi l-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem (HRC) u l-Kumitat għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), stiednu lil diversi stati tal-Amerika Latina jistabbilixxu eċċezzjonijiet għal-liġijiet restrittivi tal-abort f'każijiet fejn tqala tkun tippreżenta riskju għall-ħajja jew is-saħħa ta' mara, fejn ikun hemm indeboliment sever tal-fetu, u fejn it-tqala tkun ir-riżultat ta' stupru jew inċest; |
|
M. |
billi dan l-att inuman ħalla l-ġisem tat-tifla ta' 10 snin li ssemmiet aktar ’il fuq, li kienet tiżen biss 34 kg qabel it-tqala, f'periklu gravi; billi l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) identifikat il-perikli tat-tqala għall-bniet żgħar li ġisimhom ikun għadu ma żviluppax għalkollox; billi l-WHO tiddefinixxi s-saħħa bħala stat ta' benessri fiżiku, mentali u soċjali sħiħ u mhux sempliċement bħala n-nuqqas ta' mard jew diżabilità; |
|
N. |
billi l-Kumitat kontra t-Tortura sab li għadd ta' restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa riproduttiva, flimkien mal-abbużi li jseħħu meta n-nisa jfittxu dawn is-servizzi, jistgħu jikkostitwixxu vjolazzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra – li ġiet ratifikata mill-Paragwaj u mill-Istati Membri tal-UE kollha – għar-raġuni li huma jqiegħdu f'riskju s-saħħa u l-ħajja tan-nisa jew jistgħu b'xi mod ieħor jikkawżawlhom uġiegħ jew tbatija fiżiċi jew mentali severi; |
|
O. |
billi l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, kemm jekk tkun fiżika, sesswali jew psikoloġika, tibqa' l-aktar ksur mifrux tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja, li taffettwa l-livelli kollha tas-soċjetà, iżda hija wieħed mill-anqas reati rapportati; |
|
1. |
Jafferma mill-ġdid il-kundanna tiegħu tal-forom kollha ta' abbuż u vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, speċjalment l-użu tal-vjolenza sesswali bħala arma tal-gwerra, u l-vjolenza domestika; jistieden lill-Paragwaj jiżgura li n-nisa u t-tfal ikollhom aċċess għal abort sikur u legali, għall-anqas, meta s-saħħa u l-ħajja tagħhom ikunu jinsabu f'periklu, fejn ikun hemm indeboliment sever tal-fetu u f'każijiet ta' stupru u inċest; |
|
2. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-għadd kbir ta’' tqaliet tat-tfal fil-Paragwaj; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Paragwaj jissodisfaw l-obbligi internazzjonali tagħhom u jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem billi jiżguraw li l-bniet kollha jkollhom aċċess għall-informazzjoni possibbli kollha u għas-servizzi mediċi kollha għall-immaniġġjar tat-tqaliet ta' riskju għoli li jirriżultaw minn stupru; |
|
3. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Paragwaj imexxu investigazzjoni indipendenti u imparzjali tal-istupru msemmi hawn fuq u jressqu l-ħati quddiem il-ġustizzja; jistieden lill-awtoritajiet tal-Paragwaj jeħilsu lil omm it-tifla immedjatament; jilqa' l-proposta tal-membri tal-Kungress tal-Paragwaj biex is-sentenza massima ta' priġunerija għall-istupru ta' minuri tiżdied minn 10 snin għal 30 sena; |
|
4. |
Jinnota l-ħolqien ta' panel interdixxiplinari ta' esperti u jistenna li jwettaq valutazzjoni komprensiva tal-kundizzjoni tat-tifla u jiżgura r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem kollha tagħha, b'mod partikolari d-dritt għall-ħajja, id-dritt għas-saħħa u d-dritt għall-integrità fiżika u psikoloġika; |
|
5. |
Jaraha ħaġa ta' dispjaċir li l-ġisem tan-nisa u l-bniet, speċifikament fir-rigward tas-saħħa sesswali u tad-drittijiet riproduttivi tagħhom, għadhom jikkostitwixxu qasam ta' battalja ideoloġika, u jistieden lill-Paragwaj jirrikonoxxi d-drittijiet inaljenabbli tan-nisa u l-bniet għall-integrità tal-ġisem u għat-teħid ta' deċiżjonijiet awtonomu fir-rigward, inter alia, tad-dritt għall-aċċess għall-ippjanar tal-familja volontarju u għal abort sikur u legali; jemmen li l-projbizzjoni ġenerali tal-abort terapewtiku u l-abort tat-tqaliet li jirriżultaw mill-istupru u l-inċest, u t-tiċħid li tingħata kopertura tas-saħħa b'xejn f'każijiet ta' stupru, jammontaw għal tortura; |
|
6. |
Jirrikonoxxi li l-vjolenza ostetrika hija intersezzjoni bejn il-vjolenza istituzzjonali u l-vjolenza kontra n-nisa, li tikkostitwixxi ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem bħalma huwa d-dritt għall-ugwaljanza, għal-libertà mid-diskriminazzjoni, għall-informazzjoni, għall-integrità, għas-saħħa u għall-awtonomija riproduttiva, li l-konsegwenzi tagħhom huma ħlas degradanti u inuman, kumplikazzjonijiet tas-saħħa, problemi psikoloġiċi severi, trawma u saħansitra l-mewt; |
|
7. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-gvernijiet li jagħlqu għajn waħda għall-każijiet inumani ta' tqala tat-tfal u l-abbuż sesswali tan-nisa, fi żmien meta waħda minn kull tliet nisa madwar id-dinja se tesperjenza l-vjolenza f'ħajjitha; |
|
8. |
Jenfasizza li l-ebda tifla ta' 10 snin ma hija lesta biex issir omm, u jenfasizza li l-bniet ikkonċernati jiġu mfakkra l-ħin kollu fil-vjolazzjoni li tkun twettqet kontrihom, ħaġa li tikkawża stress trawmatiku serju u ġġorr ir-riskju ta' problemi psikoloġiċi dejjiema; |
|
9. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaffef il-ħidma tagħha fuq proposta lill-Parlament u lill-Kunsill bil-ħsieb li tagħmilha possibbli li l-UE tirratifika u timplimenta l-Konvenzjoni ta' Istanbul, sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn l-azzjoni interna u dik esterna tal-UE dwar il-vjolenza kontra t-tfal, in-nisa u l-bniet; |
|
10. |
Jistieden lill-Kunsill jinkludi l-kwestjoni tal-abort sikur u legali fil-Linji Gwida tal-UE dwar l-istupru u l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp Ewropea ssegwi approċċ li jkun ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem, b'enfasi partikolari fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u li jiġġieled lill-forom kollha ta' vjolenza sesswali kontra n-nisa u l-bniet; jenfasizza l-fatt li l-aċċess universali għas-saħħa, b'mod partikolari għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet assoċjati, huwa dritt tal-bniedem fundamentali, u jenfasizza d-dritt tal-aċċess volontarju għas-servizzi tal-ippjanar tal-familja, inkluża kura sikura u legali relatata mal-abort, u l-ħtieġa ta' informazzjoni u edukazzjoni mmirati biex titnaqqas il-mortalità materna u tat-trabi u li jiġu eliminati l-forom kollha ta' vjolenza sessista, inkluża l-mutilazzjoni ġenitali femminili, iż-żwieġ tat-tfal, iż-żwieġ bikri u dak furzat, il-ġeneriċidju, l-isterilizzazzjoni furzata u l-istupru fiż-żwieġ; |
|
11. |
Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżviluppaw metodi ta' ġbir ta' data u indikaturi fir-rigward ta' dan il-fenomenu, u jħeġġeġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jinkludi din il-kwestjoni fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-pajjiżi dwar id-drittijiet tal-bniedem; barra minn hekk iħeġġeġ lis-SEAE jistabilixxi prattiki tajba għall-ġlieda kontra l-istupru u l-vjolenza sesswali kontra n-nisa u l-bniet f'pajjiżi terzi, bil-għan li jiġu indirizzati b’mod deċiżiv il-kawżi fundamentali ta' din il-problema; iħeġġeġ li l-provvediment tal-għajnuna umanitarja min-naħa tal-UE u l-Istati Membri tagħha m'għandhiex tkun soġġetta għal restrizzjonijiet imposti minn donaturi sħab oħra fir-rigward ta' kura medika neċessarja, inkluż l-aċċess għal aborti sikuri għan-nisa u l-bniet li jkunu vittmi ta' stupru jew inċest. |
|
12. |
Jitlob lill-Kapijiet ta' Stat jew Gvernijiet tal-UE-CELAC (Komunità ta' Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew), biex fit-tieni summit tagħhom, iżidu mal-kapitolu dwar il-vjolenza sessista fil-Pjan ta' Azzjoni 2013-2015 tal-UE-CELAC, li ġie adottat fl-ewwel summit tagħhom f'Santiago de Chile f'Jannar 2013, bil-ħsieb li jistabbilixxu kalendarju ta' azzjoni ċar u jimplimentaw miżuri maħsuba biex jiggarantixxu d-diliġenza dovuta fir-rigward tal-prevenzjoni u l-investigazzjoni tal-atti kollha ta' vjolenza kontra n-nisa u s-sanzjonijiet għal dawk l-atti u joffru kumpens adegwat lill-vittmi; |
|
13. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvern u lill-Kungress tar-Repubblika tal-Paragwaj, lill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Parlasur, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani. |
(1) Testi Adottati, P8_TA(2015)0076.
|
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407/70 |
P8_TA(2015)0231
Is-sitwazzjoni fin-Nepal wara t-terremoti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2015 dwar is-sitwazzjoni fin-Nepal wara t-terrimoti (2015/2734(RSP))
(2016/C 407/10)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar in-Nepal, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-25 ta' April 2015 mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, il-Kummissarju għall-Iżvilupp, Neven Mimica, u l-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u r-Rispons għall-Kriżi, Christos Stylianides, dwar it-terremot fl-Asja, u dikjarazzjonijiet uffiċjali oħra, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-30 ta' April 2015 mill-President tad-Delegazzjoni tiegħu għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Asja dwar it-terremot fin-Nepal, |
|
— |
wara li kkunsidra ż-żjara fin-Nepal tad-Delegazzjoni tiegħu għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Asja fl-okkażjoni tad-9 Laqgħa Interparlamentari tan-Nepal/PE li saret mit-8 sal-10 ta' April 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-15 ta' Mejju 2015 dwar it-tisħiħ tal-għajnuna ta' emerġenza, ir-rijabilitazzjoni u r-rikostruzzjoni f'reazzjoni għall-effetti devastanti tat-terremot fin-Nepal, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali tal-1966, |
|
— |
wara li kkunsidra l-inizjattivi tan-Nepal ta’ wara t-terremot bħall-Pjan Nazzjonali ta' Riabilitazzjoni u Rikostruzzjoni l-Valutazzjoni tal-Ħtiġijiet ta’ Wara d-Diżastru, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi s-sitwazzjoni umanitarja li taffettwa lin-Nepal u lir-reġjun tal-madwar, wara t-terremot devastanti tal-25 ta’ April 2015 u t-terremot sussegwenti tat-12 ta’ Mejju 2015 tibqa’ estremament gravi, b’aktar minn 8 800 ruħ irrapportati mejta u ħafna aktar midruba, u mill-inqas nofs miljun dar meqruda, 2,8 miljun persuna spostata u miljuni ta’ nies fil-bżonn ta’ għajnuna umanitarja urġenti; |
|
B. |
billi, barra minn hekk, madwar 1,7 miljun tifel u tifla ntlaqtu minn spostament, mewt ta’ wieħed jew iż-żewġ ġenituri, jew il-qerda ta’ djarhom jew skejjel; billi l-orfni huma f’riskju akbar li jmutu bil-ġuħ, mard, abbuż, negliġenza u t-traffikar; billi l-pulizija tan-Nepal rrappurtaw każijiet ta’ gruppi ta’ tfal li qed jittieħdu minn adulti li ma jiġux minnhom; billi projbizzjoni tal-ivvjaġġar għall-minuri mhux akkumpanjati ġiet imħabbra u l-adozzjonijiet internazzjonali ġew sospiżi; |
|
C. |
billi apparti telf terribbli ta’ ħajjiet u ħafna nies feruti, it-terremot għamel ħsara kbira lill-wirt kulturali, reliġjuż u storiku tal-pajjiż, inkluż erbgħa minn seba’ siti ta’ Patrimonju Internazzjonali u eluf ta’ monumenti, tempji u monasteri, li jirrappreżenta daqqa ta’ ħarta għall-identità nazzjonali kif ukoll jaffettwa sorsi indispensabbli ta’ dħul; |
|
D. |
billi aktar minn 500 uqigħ tal-art xott kbar ġew irrappurtati madwar reġjuni muntanjużi, ta’ spiss, jimblukkaw il-fluss ta’ xmajjar, b’riskju ta’ għargħar jew għargħar estrem glaċjali; billi r-riskji ta’ aktar uqigħ tal-art, għargħar u riskji li jinfaqgħu l-lagi huma kbar ħafna fid-dawl tal-wasla tal-istaġun tal-monsun; |
|
E. |
billi hemm tħassib serju dwar ir-riskju ta’ tifqigħ ta’ mard li jinxtered, b’mod partikolari f’żoni ffullati u f’żoni fejn is-sistemi tal-ilma, is-sanità u l-iġjene ġew interrotti; |
|
F. |
billi x-xita tal-monsun hija mistennija li tibda dalwaqt u se taffettwa b’mod sinifikanti l-isforzi ta' għajnu, b’mod partikolari fiż-żoni l-aktar imbiegħda; |
|
G. |
billi n-NU stmat li 1,4 miljun ruħ jeħtieġu għajnuna f’ikel minħabba l-ħsara kbira għall-għajxien ibbażat fuq l-agrikultura; billi l-istaġun tat-tħawwil jibda dan ix-xahar u madwar 236 000 ruħ jeħtieġu dħul agrikoli, inkluż ross u żerriegħa tal-ħaxix, u billi s-sitwazzjoni hija aggravata minħabba t-telf fuq skala kbira ta’ bhejjem; billi l-bdiewa li jitilfu l-istaġun tat-tħawwil ta’ din is-sena ma jkunux jistgħu jaħsdu qabel tmiem l-2016; |
|
H. |
billi l-Kummissarju Stylianides żar ż-żoni milquta flimkien mad-deputat Segretarju Ġenerali tan-NU Valerie Amos mit-30 ta’ April sat-2 ta’ Mejju 2015; |
|
I. |
billi l-UE u l-Istati Membri tagħha pprovdew assistenza finanzjarja sinifikanti b’reazzjoni, l-għoti immedjat ta’ EUR 6 miljun għal ħtiġijiet urġenti u nefqa totali s'issa ta’ EUR 22,6 miljun min-naħa tal-Kummissjoni, minbarra li offrew oġġetti ta’ għajnuna u timijiet ta’ tfittxija u salvataġġ permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili; |
|
J. |
billi, madankollu, il-koordinatur umanitarju tan-NU ddikjara fl-4 ta’ Ġunju 2015 li fondi internazzjonali b’appoġġ għan-Nepal għadu mhux sodisfaċenti u li n-NU rċeviet biss USD 120 miljun mit-total ta’ USD 422 miljun mwiegħda; |
|
K. |
billi riċentement ġie inawgurat ċentru ta' għajnuna għal diżastri u ż-żona umanitarja li pprovdew razzjonijiet tal-ikel għal 200 000 persuna għal ġimagħtejn, appoġġati wkoll minn finanzjament tal-UE, operaw b’suċċess u huma eżempji tajba tad-direzzjoni li fiha l-gvern kien miexi qabel it-terremot; |
|
L. |
billi, madankollu, l-isforz ta’ għajnuna kien imxekkel minn infrastruttura limitata u mġarrfa, imma r-rotot ta’ provvista ġew stabbiliti permezz ta’ pajjiżi ġirien, b’mod partikolari l-Indja permezz tal-“Operazzjoni Ħbiberija” ('Operation Friendship'); |
|
M. |
billi, għalkemm parzjalment solvuta, għad hemm il-problemi fir-rigward ta’ proċeduri doganali mtawla għall-provvisti umanitarji mibgħuta lejn in-Nepal minn donaturi uffiċjali u privati; billi skadiet eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni ta’ 30 jum u ġiet sostitwita b’lista ta’ oġġetti kompletament jew parzjalment eżentati minn taxxi tal-importazzjoni, u bħala riżultat id-dazji fuq l-importazzjoni huma issa imposti fuq ċerti oġġetti ta’ għajnuna; |
|
N. |
billi eluf fi bżonn ta’ għajnuna wara t-terremoti qed jirriskjaw li jitħallew ifendu għal rashom fost sinjali inkwetanti li d-diskriminazzjoni bejn is-sessi, il-kasti u dik etnika qed ixxekklu l-isforzi ta’ għajnuna; billi aktar minn nofs il-Komunità Dalita tal-pajjiż għadha qed tistenna għall-kenn u r-razzjonijiet tal-ikel; |
|
O. |
billi l-istimi mill-Ministeru tal-Finanzi tan-Nepal qiegħdu l-ispiża tar-rikostruzzjoni għal madwar USD 10 biljun, li hija nofs il-PDG annwali tal-pajjiż; |
|
P. |
billi l-Gvern tan-Nepal ħabbar li ser jorganizza konferenza internazzjonali fil-25 ta’ Ġunju 2015 f’Kathmandu sabiex jiġi mmobilizzat appoġġ finanzjarju internazzjonali għar-rikostruzzjoni u r-rijabilitazzjoni tal-pajjiż; |
|
Q. |
billi n-Nepal, li hi fost l-ifqar pajjiżi fid-dinja, ħareġ biss reċentement u bil-mod minn gwerra ċivili ta’ 10 snin; billi, madankollu, il-gvern għamel sforzi f’dawn l-aħħar snin biex jipprepara għas-sitwazzjoni mistennija fil-każ ta’ terremot kbir; |
|
1. |
Jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lil dawk kollha affettwati minn din it-traġedja terribbli, inklużi l-familji ta’ iktar minn 8 800 persuna li tilfu ħajjithom fin-Nepal, l-Indja, iċ-Ċina u l-Bangladexx; |
|
2. |
Ifaħħar l-isforzi tal-istituzzjonijiet u s-soċjetà tan-Nepal wara t-terremoti; |
|
3. |
Jilqa’ l-għajnuna rapida pprovduta mill-Kummissjoni u l-Istati Membri lin-Nepal u jistieden lill-komunità internazzjonali biex tkompli tgħin lill-Gvern tan-Nepal b'appoġġ umanitarju fuq perjodu qasir u bl-isforzi ta’ rkupru u ta’ riabilitazzjoni fuq perjodu twil, b’enfasi speċjali fuq is-settur agrikolu u żoni li diffiċli jintlaħqu, u li tonora l-impenji tagħha; |
|
4. |
Jenfasizza l-importanza tal-kura tas-saħħa ta’ emerġenza u tal-miżuri mmirati sabiex jevitaw it-tfaqqigħ ta' mard li jittieħed; jistieden lill-UE u lill-komunità internazzjonali biex jappoġġaw it-tiġdid ta’ faċilitajiet u servizzi tas-saħħa fil-pajjiż, b’mod partikolari f’żoni remoti, inkluż bil-konsenja ta’ tined u tagħmir mediku għal faċilitajiet tas-saħħa li saritilhom il-ħsara jew li nqerdu; |
|
5. |
Jistieden lill-Gvern tan-Nepal u lill-komunità internazzjonali biex jiżguraw li t-tfal li ġew separati mill-familji tagħhom jiġu riunifikati magħhom malajr kemm jista’ jkun u biex it-tfal jitqiegħdu fiċ-ċentru tal-intervent umanitarju; barra minn hekk, jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lis-sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli tat-tfal, inklużi l-bosta każijiet ta’ malnutrizzjoni u r-riskji ta’ abbuż u traffikar; jenfasizza l-importanza li wieħed iġib t-tfal lura lejn l-iskola; |
|
6. |
Huwa mħasseb dwar rapporti ta’ abbużi u intimidazzjoni tan-nisa u t-tfal fil-kampijiet improvviżati, u jistieden lill-Gvern tan-Nepal biex jieħu miżuri addizzjonali ħalli jiżgura s-sikurezza ta’ persuni vulnerabbli u l-investigazzjoni rapida ta’ tali rapporti; |
|
7. |
Jistieden lill-komunità internazzjonali biex tassisti lill-Gvern tan-Nepal fl-irkupru u r-restawr tal-wirt kulturali, reliġjuż u storiku li saritilhom il-ħsara; |
|
8. |
Jenfasizza li n-Nazzjonijiet Uniti tqis li żieda ta’ USD 298,2 miljun hija urġentement meħtieġa sabiex tipprovdi għajnuna umanitarja, b’mod partikolari fid-dawl tal-fatt li qed joqrob l-istaġun tal-monsun, u jitlob għal sforz globali mġedded biex jiġu indirizzati dawn il-ħtiġijiet ta’ finanzjament urġenti; |
|
9. |
Iħeġġeġ lill-Gvern tan-Nepal biex isolvi l-problemi li jifdal fir-rigward ta’ proċeduri doganali għall-provvisti umanitarji, biex ineħħi kwalunkwe hekk imsejħa “taxxa ta' għajnuna” milli tiġi imposta fuq provvisti umanitarji mill-pulizija lokali mal-fruntieri tan-Nepal, u biex jaħdem flimkien mal-aġenziji ta’ għajnuna sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna tilħaq malajr il-postijiet fejn tkun meħtieġa; |
|
10. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar rapporti ta’ diskriminazzjoni fit-tqassim tal-għajnuna umanitarja, u jistieden lill-Gvern tan-Nepal biex jiżgura li l-għajnuna tasal għand dawk li jinħtiġuha, indipendentement minn min huma u minn fejn tkun ġejja l-għajnuna; barra minn hekk, jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tindirizza din il-kwistjoni fl-ogħla livell politiku possibbli fil-kuntatti tagħha man-Nepal; |
|
11. |
Ifaħħar lill-gvernijiet fir-reġjun, b’mod partikolari lill-Gvern tal-Indja, għall-assistenza tagħhom f’dan l-isforz ta’ għajnuna internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati internazzjonali sabiex ikomplu jaħdmu mal-Gvern tan-Nepal u gvernijiet oħra fir-reġjun fuq il-kwistjoni tat-titjib tat-tħejjija u r-reżiljenza fir-rigward tad-diżastri naturali, inkluż fir-rigward ta’ kodiċijiet ta’ bini, infrastruttura u pjanijiet ta’ emerġenza; jenfasizza li l-Pjan ta’ Riabilitazzjoni u ta’ Rikostruzzjoni Nazzjonali għandu jindirizza wkoll kwistjonijiet ewlenin oħra, inkluż il-ġlieda kontra l-faqar, il-ħarsien tal-ambjent u t-tibdil fil-klima; |
|
12. |
Jenfasizza li n-Nepal, bħala pajjiż ta’ wara kunflitt, jeħtieġ aktar sforzi domestiċi u appoġġ internazzjonali fit-tranżizzjoni tiegħu lejn id-demokrazija; jistieden lill-forzi politiċi tan-Nepal biex jaħdmu flimkien fi spirtu ta’ kooperazzjoni kostruttiva u ta' tiftix għall-kompromess bil-ħsieb li tiġi adottata kostituzzjoni ġdida, demokratika u inklużiva li tissodisfa l-aspirazzjonijiet tal-poplu tan-Nepal, bħala pass importanti fil-proċess ta’ paċi u kontribut sinifikanti għal irkupru rapidu u b'suċċess ta' wara d-diżastri; jilqa’, f’dan il-kuntest, il-ftehim li ntlaħaq fit-8 ta’ Ġunju 2015 bejn il-partiti politiċi ewlenin tan-Nepal; |
|
13. |
Jenfasizza li huwa ta' importanza kbira li jiġu organizzati elezzjonijiet lokali li jmisshom ilhom li seħħew, meta jitqies li sforzi ta' suċċess għar-rikostruzzjoni se jkunu jiddependu mill-kapaċitajiet amministrattivi tal-awtoritajiet lokali; |
|
14. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvernijiet u l-Assemblea Kostitwenti tan-Nepal, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Assoċjazzjoni tal-Asja tan-Nofsinhar għall-Kooperazzjoni Reġjonali u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. |
|
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407/74 |
P8_TA(2015)0232
Is-sitwazzjoni militari strateġika fil-Baċir tal-Baħar l-Iswed wara l-annessjoni illegali tal-Krimea mir-Russja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2015 dwar is-sitwazzjoni militari strateġika fil-Baċir tal-Baħar l-Iswed wara l-annessjoni illegali tal-Krimea mir-Russja (2015/2036(INI))
(2016/C 407/11)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Ukraina, b'mod partikolari dik tal-15 ta' Jannar 2015 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta' Settembru 2013 dwar id-Dimensjoni Marittima tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (2), tat-12 ta' Settembru 2012 dwar ir-Rapport Annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (3), tat-3 ta' Lulju 2012 dwar l-aspetti kummerċjali tas-Sħubija tal-Lvant (4) u tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Jannar 2011 dwar Strateġija tal-UE għall-Baħar l-Iswed (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE tas-17 ta' Marzu 2014, tal-21 ta' Marzu 2014 u tat-18 ta' Diċembru 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill (Affarijiet Barranin) dwar l-Ukraina tas-17 ta' Novembru 2014 u tad-29 ta' Jannar 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra l-aħħar dikjarazzjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tad-9 ta' Frar 2015 u tas-16 ta' Marzu 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni tal-UE mal-Ukraina, il-Moldova u l-Ġeorġja, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni preċedenti tiegħu dwar il-Federazzjoni Russa, b'riferiment partikolari għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2014 dwar l-invażjoni tal-Ukraina mir-Russja (7), tas-17 ta' April 2014 dwar il-pressjoni Russa fuq il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u, b'mod partikolari, id-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina (8) u tat-18 ta' Settembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina u s-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja (9), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-5 ta' Settembru 2014 tas-Summit tan-NATO f'Wales, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0171/2015), |
|
A. |
billi l-Baċir tal-Baħar l-Iswed huwa wieħed mill-aktar reġjuni strateġiċi tad-dinja u għandu importanza ewlenija għall-UE u għall-Istati Membri tagħha, b'mod partikolari biex jiżgura s-sigurtà u d-difiża tagħhom, kif ukoll għall-Politika tal-Viċinat tal-UE u għas-Sħubija tal-Lvant; billi l-importanza ta' kooperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tar-reġjun kienet rikonoxxuta mis-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed – il-politika reġjonali tal-UE varata fl-2008; billi l-kunflitti kollha eżistenti li ilhom għaddejjin żmien fir-Repubblika tal-Moldova (Transnistrija), il-Ġeorġja (Ossezja tan-Nofsinhar u Abkażja) u Nagorno-Karabakh jinsabu fil-Baċir tal-Baħar l-Iswed; |
|
B. |
billi l-Baċir tal-Baħar l-Iswed jirrappreżenta fruntiera esterna tal-Unjoni Ewropea importanti ħafna; |
|
C. |
billi l-Kunsill Ewropew ikkundanna bil-qawwa l-annessjoni min-naħa tal-Federazzjoni Russa tal-Krimea u ta' Sebastopli – bi ksur tal-Karta tan-NU, tal-Karta ta' Pariġi u tal-Att Finali ta' Ħelsinki tal-OSKE, u bi ksur tal-obbligi tar-Russja skont il-Memorandum ta' Budapest tal-1994 – u mhuwiex se jirrikonoxxi tali annessjoni; billi r-Russja aġixxiet biex tiddestabilizza s-sitwazzjoni fil-Lvant tal-Ukraina; billi b'konsegwenza ta' dan ġew imposti restrizzjonijiet fuq il-kummerċ bejn l-UE u l-Krimea; |
|
D. |
billi n-NATO kkundannat l-eskalazzjoni militari tal-Federazzjoni Russa fil-Krimea, l-annessjoni illegali u illeġittima tagħha fil-konfront tal-Krimea u d-destabilizzazzjoni kontinwa u intenzjonali tagħha fil-konfront tal-Lvant tal-Ukraina bi ksur tad-dritt internazzjonali; |
|
E. |
billi wara l-annessjoni illegali tal-Krimea l-bilanċ militari fil-Baċir tal-Baħar l-Iswed ġie alterat, peress li issa r-Russja qed tikkontrolla illegalment mijiet ta' kilometri tal-littoral tal-Krimea u l-ilmijiet tal-madwar li jagħtu fuq il-fruntieri marittimi tal-UE u tan-NATO; billi r-Russja żiedet l-azzjonijiet aggressivi fit-territorju Ukrain; |
|
F. |
billi qabel l-annessjoni illegali, il-forzi Russi tal-art u tal-ajru fil-Krimea kienu minimi u l-preokkupazzjoni primarja tagħhom kienet id-difiża ta' Sebastopli – il-bażi prinċipali tal-Flotta Russa tal-Baħar l-Iswed – u ta' żewġ bażijiet navali fil-qrib; billi l-annessjoni tal-Krimea dgħajfet serjament il-forzi armati tal-Ukraina, b'effetti b'mod partikolari fuq il-forzi navali tagħha li tagħhom il-truppi Russi assumew il-kontroll; billi permezz ta' żieda fil-preżenza militari tagħha fil-Krimea u fil-Baċir tal-Baħar l-Iswed wara l-annessjoni, ir-Russja għaddiet għall-ħolqien ta' forza militari offensiva konġunta magħmula mill-forzi navali u dawk tal-art u tal-ajru; |
|
G. |
billi wara l-annessjoni r-Russja ħaffet il-pass tal-espansjoni u tal-modernizzazzjoni tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed; billi l-pjan ta' modernizzazzjoni tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed huwa waħda mill-aktar partijiet ambizzjużi tal-programm tal-Istat Russu għall-akkwist tal-armi għall-perjodu 2011-2020; billi f'Diċembru 2014 il-Gvern Russu approva duttrina militari ġdida li tqis in-NATO bħala theddida ewlenija għas-sigurtà tar-Russja; |
|
H. |
billi fl-2007 r-Russja ssospendiet il-parteċipazzjoni tagħha fit-Trattat dwar il-Forzi Armati Konvenzjonali fl-Ewropa (CFE); billi fil-11 ta' Marzu 2015, ir-Russja waqqfet il-parteċipazzjoni tagħha fil-Grupp Konġunt Konsultattiv fi ħdan il-qafas tas-CFE u, bħala riżultat ta' dan, irtirat totalment mit-Trattat; |
|
I. |
billi t-Turkija hija pajjiż kandidat tal-UE, alleata tan-NATO, qawwa navali, protagonista attiva fil-politika barranija fir-reġjun u sieħeb ewlieni għall-UE, mhux l-anqas fi kwistjonijiet li jikkonċernaw is-sigurtà tal-enerġija u tal-fruntieri; billi l-pożizzjoni strateġika tat-Turkija hija wkoll ta' rilevanza għolja għat-theddida maġġuri l-oħra li qed iħabbtu wiċċhom magħha kemm in-NATO kif ukoll l-UE, l-awtproklamata Daesh (l-Istat Iżlamiku); billi t-Turkija tista' tiżvolġi rwol importanti fil-ġlieda kontra t-theddid fil-Baħar l-Iswed u d-Daesh; billi t-Turkija, minkejja li tqis l-annessjoni tal-Krimea bħala illegali, ma esprimietx pożizzjoni ċara dwar dan il-fatt u dwar il-konsegwenzi tiegħu; billi l-pożizzjonijiet diplomatiċi reċenti tat-Turkija, b'mod partikolari fir-rigward tal-kunflitti fil-qrib, ħallew lok għal ambigwità u ma kinux konsistenti mal-pożizzjonijiet tal-UE u tan-NATO; billi t-Turkija hija sieħeb strateġiku fil-qasam tas-sigurtà u għandha rwol importanti x'tiżvolġi fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, anki kif stabbilit mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Montreux tal-1936; |
|
J. |
billi r-reazzjoni tal-UE għall-aggressjoni tar-Russja fil-konfront tal-integrità territorjali tal-Ġeorġja fl-2008, kif ukoll il-ksur ta' tali integrità, setgħu ħeġġew lir-Russja taġixxi b'mod analogu fl-Ukraina; billi l-UE, in-NATO u l-Istati Uniti kkundannaw it-“trattati” ffirmati f'Novembru 2014 u f'Marzu 2015 rispettivament bejn ir-Russja u l-awtoritajiet separatisti tal-Abkażja u tal-Ossezja tan-Nofsinhar, u affermaw mill-ġdid l-appoġġ tagħhom għas-sovranità u għall-integrità territorjali tal-Ġeorġja; billi dawn it-“trattati” jiksru l-prinċipji fundamentali tad-dritt internazzjonali kif ukoll l-impenji internazzjonali tar-Russja, inklużi dawk meħuda fl-ambitu tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ġlied tat-12 ta' Awwissu 2008; |
|
K. |
billi mill-okkupazzjoni min-naħa tal-forzi Russi, l-Abkażja, ir-reġjun ta' Tskhinvali/Ossezja tan-Nofsinhar u, aktar reċentement, il-Krimea kienu teatri ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem; billi fil-Krimea l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem qegħdin jolqtu lill-gruppi minoritarji u lill-oppożituri tal-okkupazzjoni Russa, partikolarment it-Tatari indiġeni tal-Krimea, l-attivisti pro-Ukraini u tas-soċjetà ċivili u l-persuni li jixtiequ jżommu ċ-ċittadinanza Ukraina tagħhom; |
Bidla fil-panorama strateġika u tas-sigurtà tal-Baħar l-Iswed
|
1. |
Jappoġġa bil-qawwa n-nonrikonoxximent tal-annessjoni min-naħa tar-Russja tal-Krimea; itenni l-impenn tiegħu favur l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukraina, f'konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, partikolarment l-Artikolu 2 tagħha; jappoġġa bis-sħiħ il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew li l-UE mhijiex se tirrikonoxxi l-annessjoni illegali tal-Krimea u ta' Sebastopli; jenfasizza li l-annessjoni tikser ukoll it-Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Sħubija tal-1997 bejn l-Ukraina u l-Federazzjoni Russa; jenfasizza l-bżonn li l-UE u l-Istati Membri tagħha jitkellmu b'vuċi waħda u magħquda dwar ir-relazzjonijiet tal-UE mar-Russja; |
|
2. |
Jinnota bi tħassib li l-annessjoni illegali tal-Krimea wasslet għal bidla mgħaġġla u sinifikanti fil-panorama strateġika tal-Baċir tal-Baħar l-Iswed u ż-żona ta' madwaru; iqis li l-azzjonijiet aggressivi min-naħa tar-Russja jirrappreżentaw ritorn lejn approċċ ostili bbażat fuq ir-rivalità bejn żewġ blokok; iwissi li billi okkupat il-peniżola kollha, ir-Russja kisbet żona importanti ħafna għall-varar ta' attakki li tħares kemm lejn il-Punent (il-Balkani, it-Transnistrija u l-bokok tad-Danubju), kemm lejn in-Nofsinhar (il-Mediterran tal-Lvant), fejn stabbiliet task force navali permanenti, u li l-annessjoni illegali tal-Krimea qiegħda toffri lir-Russja “Kaliningrad tan-Nofsinhar”, stakkament ieħor direttament mal-fruntieri tan-NATO; |
|
3. |
Jemmen li l-bidla fil-panorama ġeostrateġika, is-sitwazzjoni militari f'evoluzzjoni fil-Baċir tal-Baħar l-Iswed u l-annessjoni furzata tal-Krimea min-naħa tar-Russja jikkostitwixxu sinjali ta' sfidi usa' u sistemiċi għall-arkitettura tas-sigurtà Ewropea ta' wara l-Gwerra l-Bierda bbażata fuq normi; jemmen li l-UE u l-Istati Membri tagħha jrid ikollhom risposta ta' sigurtà għal dawn l-isfidi u jerġgħu jikkunsidraw il-politika barranija u ta' sigurtà tagħhom fid-dawl ta' dawn, u tali risposta trid tkun riflessa f'reviżjoni tal-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà, fl-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà Marittima kif ukoll fl-Istrateġija tal-UE għall-Baħar l-Iswed; huwa mħasseb dwar il-pressjoni intensifikata Russa fuq il-fruntiera tal-Lvant tal-UE, inklużi r-Rumanija, il-Polonja u l-Istati Baltiċi, li tirrappreżenta riskju gravi; |
|
4. |
Jenfasizza li jkun opportun li l-UE ssaħħaħ ir-reżiljenza tagħha stess u tirrispondi għall-isfida ta' informazzjoni u ta' sigurtà tal-informazzjoni armati; jilqa' pożittivament id-deċiżjoni tal-Kunsill tad-19-20 ta' Marzu 2015 dwar it-tnedija ta' proġett li jikkuntrasta l-propaganda Russa u li jinkludi l-finanzjament ta' bosta stazzjonijiet televiżivi russofoni; |
|
5. |
Jinsab imħasseb ħafna dwar iż-żieda attwali fil-preżenza militari difensiva u offensiva tar-Russja fil-Baħar l-Iswed, u l-pjanijiet ta' espansjoni u modernizzazzjoni tal-Flotta Russa tal-Baħar l-Iswed, li jinvolvu ż-żieda ta' sitt sottomarini moderni ġodda li jaħdmu bid-diżil tat-tip Rostov-on-Don u sitt frejgati ġodda tat-tip Ammiral Grigorovich; ifakkar li l-pożizzjonament ta' attivitajiet offensivi tal-forza tal-ajru u t-titjib tal-infrastrutturi militari tal-Krimea se jsaħħu l-qagħda militari offensiva tar-Russja kif ukoll il-kapaċità tagħha li tipprojetta l-poter lil hinn mit-territorju tagħha; |
|
6. |
Josserva bi tħassib iż-żieda kontinwa fil-preżenza militari Russa fir-reġjuni okkupati tal-Abkażja u ta' Tskhinvali/Ossezja tan-Nofsinhar tal-Ġeorġja; josserva li din l-infrastruttura militari kemm ta' natura difensiva kif ukoll offensiva, bir-raġġ ta' azzjoni wiesa' tagħha, toħloq theddida gravi għar-reġjun tal-Baħar l-Iswed kollu kemm hu; |
|
7. |
Jinnota bi tħassib li r-Russja saħħet id-difiżi navali u tal-ajru tagħha fil-Baċir tal-Baħar l-Iswed, billi skjerat difiża navali ġdida bl-użu ta' missili għal kontra l-vapuri (li jkopru medda ta' 600 km, u li kapaċi jilħqu l-Bosforu) u billi żgurat li l-ajruplani tal-ġlied Russi jikkontrollaw madwar tliet kwarti tal-ispazju tal-ajru tal-Baċir tal-Baħar l-Iswed (billi prattikament kabbret bi tliet darbiet l-għadd ta' ajruporti fil-Krimea); jinnota, f'dan ir-rigward, li r-Russja saħħet il-kapaċitajiet tagħha kemm mil-lat strateġiku kif ukoll mil-lat tattiku: mil-lat strateġiku bombardieri fuq distanza twila, li kapaċi jġorru missili “cruise”, u inġenji tal-ajru għar-rikonjizzjoni li joperaw qrib ix-xtut tal-Punent tal-Baħar l-Iswed, u li jistgħu jippenetraw sew fl-Ewropa Ċentrali; mil-lat tattiku, skjerat żewġ brigati tal-infanterija navali – potenzjalment appoġġati minn “helicopter carriers” tat-tip Mistral – li joħolqu theddida ta' żbark ta' potenzjal sinifikanti; jilqa' d-deċiżjoni ta' Franza li terġa tikkunsidra l-konsenja ta' vapuri ta' assalt anfibji tal-klassi Mistral lir-Russja u jilqa' n-negozjati ta' Franza biex b'mod mhux ekwivokabbli u b'mod aħħari tħassar din it-tranżazzjoni; |
|
8. |
Huwa mħasseb bil-kbir bid-dikjarazzjoni tal-President Putin li afferma li kien lest li jpoġġi f'allert il-forzi nukleari Russi matul l-okkupazzjoni tal-Krimea fil-każ li l-Punent kien se jintervjeni kontra l-annessjoni; huwa estremament inkwetat anki bid-dikjarazzjoni ta' theddid ta' uffiċjali għoljin Russi, skont min ir-Russja għandha d-dritt li tiskjera u żżomm armi nukleari fil-Krimea, fatt li jkun ikollu konsegwenzi globali; josserva bi tħassib li, f'Marzu 2015, ir-Russja stazzjonat fil-Krimea, matul taħriġ militari, għadd mhux dikjarat ta' bombardieri strateġiċi nukleari Tu-22M3; huwa mħasseb bid-duttrina militari Russa l-ġdida ta' Diċembru 2014 li tippermetti l-użu tal-armi nukleari kontra Stat li mhuwiex fil-pussess ta' tali armi; |
|
9. |
Jinnota li l-iskjerament potenzjali min-naħa tar-Russja ta' sistemi ta' armi b'kapaċità doppja fil-Krimea jixħet fid-dubju l-intenzjonijiet tajba tar-Russja f'dak li għandu x'jaqsam mal-ksib ta' progress fl-aġenda dwar id-diżarm nukleari multilaterali fir-rieżami li jmiss tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari, u dan jimmina l-isforzi li diġà saru f'dik id-direzzjoni; |
|
10. |
Iqis li t-titjiriet li għaddew ftit 'il fuq minn bastimenti tal-gwerra tan-NATO u pjattaformi ta' esplorazzjoni fil-Baħar l-Iswed imwettqa reċentement minn inġenji tal-ajru tal-ġlied Russi, huma sinjal ċar ta' pożizzjoni aktar aggressiva tar-Russja fil-Baċir tal-Baħar l-Iswed, u jwissi li jeżisti riskju akbar ta' eskalazzjoni; jitlob linji ta' komunikazzjoni diretti bejn il-forzi armati biex ikun evitat nuqqas ta' fehim traġiku b'konsegwenzi militari u ta' sigurtà ta' skala vasta; |
|
11. |
Jinsab imħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni estremament serja fil-Lvant tal-Ukraina – fejn il-gwerra qiegħda twassal għad-destabilizzazzjoni tal-Ukraina u tar-reġjun kollu – inkluż l-eventwali theddida tal-istabbiliment ta' kuritur fuq l-art li jgħaqqad it-territorju Russu mal-Krimea permezz ta' territorju kkontrollat mis-separatisti tul ix-xatt tal-Punent tal-Baħar Azov (Mariupol), bħala riżultat ta' dan l-Ukraina taf tkun kompletament imċaħħda minn żbokk fuq il-baħar; iħeġġeġ lill-Ukraina u lir-Repubblika tal-Moldova jieħdu miżuri biex jipprevjenu l-proviżjoni ta' armi u ta' fornimenti militari lir-reġjun tat-Transnistrija, kemm mill-art kif ukoll mill-ajru; |
|
12. |
Jikkundanna l-fatt li r-Russja qiegħda tipprovdi appoġġ dirett u indirett lill-gruppi separatisti fl-Ukraina, inkluż fil-forma ta' armi u ta' reklutaġġ, b'hekk tiġi ffaċilitata l-kontinwazzjoni ta' gwerra; huwa inkwetat bir-rapporti ta' delitti tal-gwerra kommessi fir-reġjun ikkontrollat mis-separatisti appoġġati mir-Russja, inkluż l-episodju li fih twaqqa' l-ajruplan ta' passiġġieri ċivili MH-17, li attwalment jinsab taħt investigazzjoni indipendenti u internazzjonali; iħeġġeġ lir-Russja tirtira minnufih il-forzi militari kollha tagħha mit-territorju Ukrain u taderixxi mal-Ftehimiet ta' Minsk; iħeġġeġ lir-Russja u lill-partijiet kollha involuti jużaw l-influwenza tagħhom biex iwaqqfu l-ostilitajiet u jipprevjenu li jiġu kommessi aktar delitti tal-gwerra u vittmi ġodda; itenni li l-ebda amnistija ma tista' tingħata għad-delitti tal-gwerra kommessi; |
|
13. |
Jiddispjċih li l-inizjattivi ta' kooperazzjoni reġjonali għas-sigurtà fil-Baħar l-Iswed BLACKSEAFOR u Black Sea Harmony, intiżi li juru lid-dinja esterna li l-pajjiżi tal-littoral jistgħu jassumu r-responsabilità primarja tas-sigurtà tagħhom filwaqt li jżommu l-potenzjal tagħhom li jagħtu ħajja ġdida lill-kooperazzjoni futura possibbli fost dawn l-Istati, attwalment jinsabu f'paraliżi; |
Iż-żamma ta' pożizzjoni soda u l-komunikazzjoni mar-Russja
|
14. |
Jenfasizza li r-relazzjoni mar-Russja, li hija attur prinċipali fix-xena internazzjonali, fuq medda twila ta' żmien għandha, ġeneralment, tkun kooperattiva aktar milli kunflittwali; huwa tal-fehma madankollu li, fuq terminu qasir u medju, minħabba n-nuqqas ta' fiduċja wara l-aħħar azzjonijiet li wettqet ir-Russja, kwalunkwe ssoktar tal-kooperazzjoni irid jissejjes, l-ewwel nett, fuq garanzija strateġika soda offruta min-NATO lill-membri tal-Lvant tagħha u, it-tieni nett, fuq bidla fil-politika Russa fil-konfront tal-Ukraina, partikolarment bl-implimentazzjoni sħiħa u inkundizzjonata tal-Ftehimiet ta' Minsk ta' Settembru 2014 u Frar 2015 (li japplikaw biss għall-kunflitt fl-Ukraina tal-Lvant) u fuq ir-radd lura tal-Krimea lill-Ukraina, b'hekk jerġa' jinġieb l-istatus quo ante u l-kontroll tal-awtoritajiet Ukraini fuq it-territorju tal-pajjiż fi ħdan fruntieri rikonoxxuti fuq livell internazzjonali; |
|
15. |
Jesprimi t-tama li l-ftehim ta' Minsk għall-waqfien mill-ġlied, li ntlaħaq fit-12 ta' Frar 2015, se jżomm u b'hekk jagħti ż-żmien għal soluzzjoni politika negozjata; huwa mħasseb bil-bosta indikazzjonijiet ta' ksur tal-ftehim min-naħa tar-Russja u tas-separatisti; jissottolinja li l-qafas ġuridiku internazzjonali attwali jrid ikun rispettat totalment; |
|
16. |
Iqis li fl-eventwalità li r-Russja ma timplimentax bis-sħiħ il-ftehimiet ta' waqfien mill-ġlied ta' Minsk u tkompli bid-destabilizzazzjoni tal-Ukraina tal-Lvant u bl-annessjoni illegali tal-Krimea, għandu jitkompla u jissaħħaħ ir-reġim ta' sanzjonijiet kif ukoll l-appoġġ biex l-Ukraina żżid il-kapaċitajiet ta' difiża tagħha; jisħaq fuq il-fatt li l-UE trid turi għaqda, solidarjetà u impenn hija u tissanzjona l-azzjonijiet Russi kontra n-normi applikabbli tad-dritt internazzjonali; |
|
17. |
Jistieden lill-Istati Membri tal-UE jibqgħu riżoluti u magħquda fl-impenn tagħhom biex japplikaw is-sanzjonijiet maqbula fil-konfront tar-Russja, anki billi jiffriżaw kull tip ta' kooperazzjoni militari u ta' difiża u jikkanċellaw il-kuntratti, pereżempju l-kunsinna ta' bastimenti ta' assalt anfibji Mistral lir-Russja; u jħares 'il quddiem lejn l-għeluq b'suċċess tan-negozjati biex dan il-kuntratt jitħassar; |
Is-sigurtà tal-enerġija, marittima, tal-fruntieri u tal-bniedem fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed
|
18. |
Jilqa' l-implimentazzjoni tal-politika tal-enerġija tal-UE mmirata lejn il-promozzjoni tas-sigurtà tal-enerġija għall-Istati Membri kollha; iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex inaqqsu d-dipendenza enerġetika u jiżguraw is-sigurtà fl-attivitajiet ta' estrazzjoni u trasport ta' żejt u gass fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed; jistieden lill-UE ssostni l-inizjattivi għad-diversifikazzjoni tar-riżorsi enerġetiċi tal-Baħar l-Iswed anki permezz ta' miżuri finanzjarji u ta' investimenti fl-ambitu ta' strateġija għall-indipendenza enerġetika; jistieden lill-Kummissjoni tissokta x-xogħol li jwassal għall-bini tal-pipeline tal-gass Nabucco; huwa tal-fehma li relazzjoni kostruttiva ta' fiduċja fost il-pajjiżi ġirien hija l-aħjar garanzija għall-provvista enerġetika tal-Istati Membri; |
|
19. |
Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-benefiċċji tal-attivitajiet ta' estrazzjoni u trasport ta' żejt u gass fil-Baħar l-Iswed jiddependu dejjem aktar mil-livell ta' militarizzazzjoni mqanqal mill-annessjoni illegali tal-Krimea mir-Russja u t-tisħiħ sussegwenti tal-kapaċitajiet tagħha f'din iż-żona; itenni li, fid-dawl tal-instabbiltà potenzjali u, b'mod partikolari, id-dipendenza tal-Ewropa mill-Baħar l-Iswed għat-tranżitu tal-provvisti enerġetiċi, l-UE għandha interess strateġiku li tiddisswadi lill-atturi reġjonali milli jadottaw politika tas-sogru kalkolat u li, f'dan is-sens, taf ikollha timmobilizza r-riżorsi navali u tal-ajru Ewropej fil-Baħar l-Iswed; jagħmel appell lill-Istati Membri bil-għan li jadottaw il-miżuri neċessarji biex jiggarantixxu s-sigurtà tal-attivitajiet ta' estrazzjoni u trasport ta' żejt u gass fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed; |
|
20. |
Jissottolinja li l-kriżi attwali tolqot il-kooperazzjoni f'oqsma importanti oħra, bħall-ġestjoni u s-sigurtà tal-fruntieri (b'mod partikolari l-kontroll tal-migrazzjoni), it-traffikar u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; |
|
21. |
Jikkundanna l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li sar minn mindu bdiet l-okkupazzjoni mill-forzi Russi, inklużi l-intimidazzjoni u l-għadd dejjem akbar ta' għajbien furzat (10), iċ-ċensura tal-libertà tal-kelma u l-persekuzzjoni tal-minoranzi, li jolqtu partikolarment il-minoranzi etniċi u nazzjonali; jikkundanna l-persekuzzjoni sistematika tat-Tatari nattivi tal-Krimea li ħadu sehem f'dimostrazzjonijiet favur is-sostenn tal-integrità territorjali tal-Ukraina; ifakkar fl-eluf ta' Tatari tal-Krimea li ħarbu mill-patrija tagħhom minħabba biża' ta' persekuzzjoni u fittxew rifuġju f'reġjuni oħrajn fl-Ukraina; jesprimilhom is-solidarjetà tiegħu u jitlob b'urġenza li s-sitwazzjoni tagħhom titjieb; jistieden lill-awtoritajiet Russi jtemmu minnufih l-vessazzjonijiet fil-konfront tal-organu eżekuttiv tat-Tatari tal-Krimea, il-Mejlis; jistieden lir-Russja tirrispetta totalment id-drittijiet tal-bniedem tal-popolazzjoni lokali tal-Krimea u jistieden lill-Ukraina, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżommu taħt għajnejhom ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-Krimea; |
|
22. |
Jitlob li jsiru investigazzjonijiet u li jitjieb l-aċċess għall-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem għall-każijiet kollha ta' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Krimea; jistieden lill-Gvern tal-Ukraina juża l-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tiegħu biex jinvestiga u jressaq quddiem il-ġustizzja d-delitti tal-gwerra kommessi fit-territorju tiegħu; jistieden lill-komunità internazzjonali u lill-Qorti tal-Aja jibdew inkjesta dwar l-eventwali reati kommessi matul l-annessjoni illegali tal-Krimea u l-kunflitt fl-Ukraina tal-Lvant; |
|
23. |
Jiġbed l-attenzjoni fuq il-vulnerabbiltà ambjentali estrema tal-Baċir tal-Baħar l-Iswed; jissottolinja l-fatt li l-militarizzazzjoni dejjem ikbar tar-reġjun toħloq aktar riskju għal din l-ekosistema delikata, u jitlob it-twaqqif ta' mekkaniżmu effikaċi ta' prevenzjoni tal-inċidenti, b'sistema affidabbli għall-iskambju ta' informazzjoni f'każ ta' emerġenza bejn l-Istati kollha tal-littoral; |
|
24. |
Ifakkar li l-UE trid tibqa' magħquda u titkellem b'vuċi waħda rigward il-gwerra ibrida Russa fl-Ukraina; huwa konvint li l-għaqda hija kundizzjoni preliminari għal risposta effikaċi għat-theddid kollu għas-sigurtà u għall-isfidi politiċi kollha li ġejjin minn taħlita ta' azzjonijiet militari u mhux militari tar-Russja fl-Ukraina; |
Ir-rwol tal-UE u tal-atturi internazzjonali
|
25. |
Jenfasizza li r-reġjun tal-Baħar l-Iswed għandu jikkostitwixxi prijorità reali għall-UE; iqis li l-format attwali tas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed (BSS) huwa antikwat; jistieden għal darba oħra lill-Kummissjoni u lis-SEAE jfasslu, mill-aktar fis possibbli, strateġija komprensiva tal-UE għar-reġjun tal-Baħar l-Iswed; jisħaq fuq il-fatt li d-dispożizzjonijiet tal-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għandhom ukoll japplikaw fil-każ tal-Baħar l-Iswed; jagħmel appell għal rieżami tal-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà u jistenna li r-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li tieħu kont tal-programmi rilevanti kollha li jirrigwardaw ir-reġjun, tissarraf f'aktar kooperazzjoni tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni mall-Istati sħab tal-littoral tal-Baħar l-Iswed; |
|
26. |
Jisħaq fuq il-fatt li, minkejja li l-BSS hija prattikament sospiża, il-kooperazzjoni effikaċi mal-Istati fil-Baċir tal-Baħar l-Iswed għandha tkompli; jilqa' b'sodisfazzjon il-missjonijiet tal-PSDK li għaddejjin bħalissa – il-Missjoni ta' Konsulenza tal-UE, il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-UE u l-Missjoni tal-UE ta' Assistenza fil-Fruntiera – bħala komponenti importanti tal-kontribut tal-UE biex issolvi l-kunflitti li ilhom għaddejjin żmien fir-reġjun; jilqa' pożittivament l-isforzi li għamlu l-Istati Membri biex itejbu l-kapaċitajiet militari tal-Istati tal-littoral tal-Baħar l-Iswed u b'hekk jiżdied il-potenzjal tagħha li jirrispondu għas-sitwazzjonijiet ta' kriżi fir-reġjun; iqis li l-UE għandha bżonn strateġija awdaċi u effikaċi, speċjalment għal dak li għandu x'jaqsam mas-setturi tal-ekonomija, tad-difiża u tas-sigurtà, bil-għan li l-UE tissaħħaħ internament, taġġorna u ttejjeb l-istrumenti eżistenti u twessa' l-kapaċità tagħha ta' reazzjoni għall-iżviluppi fil-viċinat li għandhom riperkussjonijiet fuq is-sigurtà Ewropea; |
|
27. |
Jissottolinja l-importanza fundamentali tal-koordinament man-NATO, partikolarment mal-Istati tal-littoral tal-Baħar l-Iswed li huma membri tal-Alleanza, u mal-Istati Uniti, billi l-Baċir tal-Baħar l-Iswed jirrappreżenta komponent fundamentali tas-sigurtà Ewro-Atlantika; jissottolinja li l-modernizzazzjoni u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet militari ta' dawk l-Istati tal-littoral tal-Baħar l-Iswed li huwa membri tal-UE u tan-NATO huma vitali biex tkun garantita s-sigurtà u l-istabbiltà fir-reġjun; jilqa' l-impenn tan-NATO li tappoġġa l-isforzi reġjonali tal-istati tal-littoral tal-Baħar l-Iswed maħsuba biex jiżguraw is-sigurtà u l-istabbiltà; jissottolinja l-bżonn ta' appoġġ min-naħa tal-UE u tan-NATO biex il-Baħar l-Iswed jinżamm spazju ekonomiku miftuħ; jistieden lill-OSKE tkabbar il-kamp ta' applikazzjoni tal-isforzi tagħha fir-rigward tas-sigurtà fil-Baħar l-Iswed; jistieden lill-UE ssostni preżenza msaħħa tal-OSKE u inizjattivi ġodda tal-Organizzazzjoni fir-reġjun intiżi li jtaffu s-sitwazzjoni tas-sigurtà; |
|
28. |
Ifakkar li, partikolarment fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-Baċir tal-Baħar l-Iswed, l-Istati Membri kollha tal-UE għandhom jibbenefikaw mill-istess livell ta' sigurtà, konformement mal-Artikolu 42(7) tat-TUE; |
|
29. |
Jilqa' favorevolment l-impenn min-naħa tal-Istati Membri tan-NATO fir-rigward tas-sigurtà kollettiva u, jekk neċessarju, jiġi attwat l-Artikolu 5 tat-Trattat ta' Washington; jilqa' pożittivament id-deċiżjoni tas-Summit tan-NATO f'Wales dwar il-miżuri ta' garanzija strateġika u l-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Prontezza, li huma elementi importanti għas-sigurtà tal-Istati Membri tan-NATO l-aktar milquta; jistieden lin-NATO tkompli tiżviluppa l-kapaċitajiet tagħha fil-qasam tad-difiża ċibernetika u missilistika, anki fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, u tiżviluppa pjanijiet ta' kontinġenza għall-iskoraġġiment u l-ġlieda kontra l-gwerer asimmetriċi u ibridi; |
|
30. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssostni lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom maħsuba biex jidentifikaw soluzzjonijiet ħalli jżidu l-baġit tagħhom għad-difiża sal-livell ta' 2 %; japprezza l-impenn li ħadu l-membri tan-NATO fl-okkażjoni tal-aħħar Summit tan-NATO fi Newport, biex jiżguraw li n-nefqa tagħhom għad-difiża tilħaq almenu 2 % tal-PDG sal-2024; jesprimi tħassib bil-fatt li wħub mill-alleati ħabbru l-intenzjoni tagħhom li jqaċċtu mill-ġdid in-nefqa għad-difiża; ifakkar, f'dan il-kuntest, l-Artikolu 3 tat-Trattat ta' Washington; |
|
31. |
Ifakkar li, minkejja l-applikazzjonijiet ta' adeżjoni tal-Ġeorġja u tal-Ukraina tal-2008 mal-Pjan ta' Azzjoni tan-NATO ma kinux ġew aċċettati, in-NATO, fl-okkażjoni tas-Summit ta' Bukarest, iddikjarat li l-Ġeorġja u l-Ukraina se jsiru membri tal-Alleanza; jikkonstata li, wara l-gwerra tal-2008 fil-Ġeorġja u l-annessjoni illegali tal-Krimea fl-2014, ir-Russja mmutilat mil-lat territorjali ż-żewġ pajjiżi, b'hekk għamlithom ineleġibbli għall-adeżjoni man-NATO; iqis li, minkejja ma tistax tiddefendihom direttament, in-NATO għandha obbligu morali li tgħin lill-kapaċità tal-Ġeorġja u tal-Ukraina biex jiddefendu lilhom infushom; |
|
32. |
Jenfasizza li n-NATO għandha tippreserva s-superjorità navali u tal-ajru ġenerali tagħha fil-Baċir tal-Baħar l-Iswed u żżomm il-kapaċità tagħha biex tissorvelja ż-żona; |
o
o o
|
33. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE u lill-pajjiżi kollha tal-Baħar l-Iswed. |
(1) Testi adottati, P8_TA(2015)0011.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0380.
(3) ĠU C 353 E, 3.12.2013, p. 77.
(4) ĠU C 349 E, 29.11.2013, p. 38.
(5) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 26.
(6) ĠU C 136 E, 11.5.2012, p. 81.
(7) Testi adottati, P7_TA(2014)0248.
(8) Testi adottati, P7_TA(2014)0457.
(9) Testi adottati, P8_TA(2014)0025.
(10) Fi ħdan it-tifsira tal- Artikolu 7(1)(i) tal-Istatut ta' Ruma (2002).
|
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407/81 |
P8_TA(2015)0233
Revelazzjonijiet reċenti ta' każijiet ta' korruzzjoni fl-ogħla livelli tal-FIFA
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2015 dwar ir-rivelazzjonijiet reċenti ta' każijiet ta' korruzzjoni fl-ogħla livelli tal-FIFA (2015/2730(RSP))
(2016/C 407/12)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-UE Kontra l-Korruzzjoni, maħruġ mill-Kummissjoni fit-3 ta' Frar 2014 (COM(2014)0038), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2011 bit-titolu “Nissieltu kontra l-Korruzzjoni fl-UE” (COM(2011)0308), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Jannar 2011 bit-titolu “L-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea fl-Isport” (COM(2011)0012), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2012 dwar id-dimensjoni Ewropea fl-isport (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni dwar l-Isport, tal-11 ta' Lulju 2007 (COM(2007)0391), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tal-21 ta' Mejju 2014 dwar Pjan ta' Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport (2014-2017), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2013 dwar ix-xiri tal-logħob u l-korruzzjoni fl-isport (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tat-23 ta' April 2015 dwar ir-riforma tal-governanza tal-futbol, |
|
— |
wara li kkunsidra l-programm il-ġdid dwar l-isport fl-ambitu ta' Erasmus+, b'mod partikolari l-objettiv tiegħu li jindirizza theddidiet transfruntiera għall-integrità tal-isport, bħad-doping, ix-xiri tal-logħob u l-vjolenza, kif ukoll kull tip ta' intolleranza u diskriminazzjoni, u li jippromwovi u jappoġġja l-governanza tajba fl-isport, |
|
— |
wara li kkunsidra l-''Programm ta’ Stokkolma – Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini'', |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tal-Istatut tal-FIFA, li jistabbilixxi fost l-oħrajn l-objettivi tal-FIFA li ġejjin: “il-promozzjoni tal-integrità, l-etika u l-fair play fil-prospettiva tal-prevenzjoni ta' kull metodu jew prattika, bħall-korruzzjoni, id-doping jew il-manipulazzjoni tal-logħob, li jistgħu jipperikolaw l-integrità tal-logħob, il-kompetizzjonijiet, il-plejers, l-uffiċjali u l-membri jew jagħtu lok għal abbuż tal-Association Football”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport ta' Michael Garcia dwar il-proċess kontroversjali ta' aġġudikazzjoni tal-Kampjonati tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 u l-2022, li l-FIFA qablet li tippubblikah f'Diċembru 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi 14-il uffiċjal tal-FIFA, inkluż il-Viċi President tagħha, ġew arrestati nhar is-27 ta' Mejju 2015 mill-awtoritajiet Svizzeri fi Zurich; billi l-arresti saru fuq talba tad-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti abbażi ta' akkużi ta' ħasil tal-flus, intrigi ta' qerq, tixħim u frodi fl-ammont ta' aktar minn USD 150 miljun; |
|
B. |
billi l-awtoritajiet tal-Isvizzera u tal-Istati Uniti taw bidu wkoll għal investigazzjoni kriminali separata dwar il-modalitajiet tal-aġġudikazzjoni lir-Russja u lill-Qatar tal-Kampjonati tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 u tal-2022 rispettivament; |
|
C. |
billi għal bosta snin il-FIFA operat bħala organizzazzjoni mingħajr l-obbligu li tagħti rendikont ta' għemilha lil xi ħadd, opaka u notorjament korrotta; billi l-arresti reċenti jikkonfermaw li l-frodi u l-korruzzjoni fil-FIFA huma sistematiċi, mifruxa u persistenti aktar milli jinvolvu każijiet iżolati ta' mġiba ħażina, kif iddikjara l-ex President tal-FIFA, Joseph Blatter; |
|
D. |
billi minkejja l-arresti u l-akkużi li saru fil-konfront tal-persunal eżekuttiv tal-FIFA u l-kriżi li kienet qed taħkem l-organizzazzjoni, Joseph Blatter ġie elett mill-ġdid fid-29 ta' Mejju 2015 bħala President tal-FIFA għall-ħames mandat; billi l-elezzjoni mill-ġdid ta' Joseph Blatter bħala president u d-deċiżjoni li ma jiġux ippubblikati r-riżultati tar-rapport Garcia dwar l-għażla tar-Russja u l-Qatar biex jospitaw it-Tazzi tad-Dinja tal-2018 u l-2022 rispettivament, juru li l-FIFA kienet qed taġixxi b'mod irresponsabbli u mingħajr l-obbligu li tagħti rendikont ta' għemilha u baqgħet mhux lesta tirriforma jew tagħmel il-bidliet meħtieġa biex ittejjeb il-governanza tal-futbol internazzjonali; |
|
E. |
billi r-riżenja ta' Joseph Blatter u l-arresti ta’ uffiċjali tal-FIFA ħolqu l-kundizzjonijiet għal riformi radikali fl-istrutturi u l-prattiki tal-FIFA biex titjieb b'urġenza l-governanza tagħha u tiġi miġġielda l-korruzzjoni fl-organizzazzjoni; |
|
F. |
billi l-integrità tal-organizzazzjonijiet sportivi hija ta' importanza kbira, peress li kemm l-isport professjonali u kemm dak tad-dilettanti jiżvolġu rwol fundamentali fil-promozzjoni globali tal-paċi, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u s-solidarjetà, iġibu benefiċċji ekonomiċi u tas-saħħa lis-soċjetajiet u għandhom rwol essenzjali fl-għoti ta' importanza lill-valuri edukattivi u kulturali fundamentali kif ukoll fil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali; |
|
G. |
billi l-Kummissarju Ewropew inkarigat mill-Edukazzjoni, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u l-Isport Tibor Navracsics ikkundanna, fid-dikjarazzjoni tiegħu tat-3 ta' Ġunju 2015, l-aħħar żviluppi fi ħdan il-FIFA, u appella biex terġa' tinġieb il-fiduċja u tiġi stabbilita sistema soda ta' governanza tajba fi ħdan il-FIFA; |
|
H. |
billi l-Kummissjoni u l-Kunsill irrikonoxxew il-bżonn ta' sħubija bejn l-entitajiet ta' tmexxija tal-futbol u l-awtoritajiet pubbliċi għal finijiet ta' governanza tajba tal-logħba, li tirrispetta n-natura awtoregolatorja tal-isport professjonali u li wasslet għad-djalogu strutturat dwar l-isport; |
|
I. |
billi t-trasparenza, ir-responsabbiltà u d-demokrazija – fi kliem ieħor, il-governanza tajba – fl-organizzazzjonijiet sportivi jikkostitwixxu rekwiżiti preliminari għal tali reġim awtoregolatorju, u għall-moviment sportiv biex jimpedixxi u jiġġieled kontra l-frodi u l-korruzzjoni fl-isport b'mod effikaċi u f'livell strutturat; |
|
J. |
billi l-Parlament preċedentement appella lill-entitajiet ta' tmexxija tal-futbol jistabbilixxu aktar demokrazija, trasparenza, leġittimità u responsabbiltà (jiġifieri awditjar finanzjarju minn awtorità indipendenti inkarigata mill-awditjar) u governanza tajba, u talab lill-Kummissjoni tagħti gwida dwar kif tista' tiġi sostnuta l-awtoregolamentazzjoni leġittima u adegwata; |
|
K. |
billi l-korruzzjoni, jekk ma tiġix affrontata b'urġenza u b'mod adegwat, tista' tkompli timmina l-fiduċja fl-istituzzjonijiet sportivi u thedded l-integrità tal-isport kollu kemm hu; |
|
L. |
billi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni tikkostitwixxi waħda mill-prijoritajiet tal-Programm ta' Stokkolma, li qiegħed jiggwida l-azzjonijiet tal-Kummissjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni; |
|
M. |
billi l-isport jirrappreżenta wkoll settur kbir u li qed jespandi malajr tal-ekonomija tal-UE, u jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-tkabbir u l-impjiegi, b'valur miżjud u effetti fuq l-impjiegi li jisbqu r-rati medji tat-tkabbir; |
|
1. |
Jikkundanna l-korruzzjoni sistematika u terribbli tal-FIFA u jiddikjara uffiċjalment il-fehma tiegħu li dawn l-allegazzjonijiet xejn ma kienu sorprendenti; |
|
2. |
Jistieden lill-organizzazzjonijiet sportivi, lill-Istati Membri u lill-UE jikkooperaw bis-sħiħ mal-investigazzjonijiet kollha li għaddejjin u dawk futuri dwar allegazzjonijiet ta’ prattiki korrotti fi ħdan il-FIFA; |
|
3. |
Jissottolinja l-importanza enormi tal-investigazzjoni mill-awtoritajiet ġuridiċi tal-Isvizzera u tal-Istati Uniti dwar id-deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-FIFA li jaġġudika l-Kampjonati tat-Tazza tad-Dinja tal-1998, l-2010, l-2018 u l-2022 lill-Franza, l-Afrika t'Isfel, ir-Russja u l-Qatar rispettivament; |
|
4. |
Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-investigazzjoni ta' segwitu dwar il-prattiki ta' korruzzjoni tal-passat fi ħdan il-FIFA tinkludi, fejn ikun ġustifikat, it-tneħħija ta' kull uffiċjal involut f'kondotta ħażina finanzjarja, u rieżami tad-deċiżjonijiet marbuta ma' attivitajiet korrotti jew kriminali; jappella biex l-UE timmonitorja mill-qrib dan il-proċess u tippermetti l-kundizzjonijiet meħtieġa biex issir investigazzjoni esterna imparzjali; jilqa' d-dikjarazzjoni mill-kap tal-Kumitat tal-Awditjar u l-Konformità tal-FIFA, li l-aġġudikazzjoni tal-Kampjonati tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 u l-2022 tista' tiġi invalidata jekk ikun hemm evidenza li l-aġġudikazzjoni kienet ir-riżultat ta' attivitajiet korrotti; |
|
5. |
Jikkundanna l-fatt li għalkemm il-FIFA kienet qablet li tippubblika r-Rapport Garcia f'Diċembru 2014, din sa issa għadha ma ppubblikatux, u jappella sabiex tagħmel dan mingħajr dewmien; |
|
6. |
Ifakkar fl-importanza li jkun hemm regoli ċari u trasparenti għall-aġġudikazzjoni tal-Kampjonati tat-Tazza tad-Dinja, u li jiġi żgurat l-istabbiliment ta' mekkaniżmu adegwat ta' informazzjoni u ta' superviżjoni, b'mod li jiġi żgurat li din il-proċedura tiggarantixxi l-ugwaljanza bejn il-pajjiżi li jkunu qed iressqu l-offerti u deċiżjoni finali bbażata strettament fuq il-mertu tal-proġetti tagħhom; |
|
7. |
Jistieden lill-organizzazzjonijiet sportivi internazzjonali kollha jiżguraw li kwalunkwe pajjiż li joffri biex jospita avveniment sportiv importanti jintrabat, fl-attivitajiet kollha marbuta mal-organizzazzjoni u t-tmexxija tal-avveniment, li jirrispetta l-istandards internazzjonali rigward id-drittijiet fundamentali; |
|
8. |
Jesprimi tħassib dwar is-sitwazzjoni tal-ħaddiema migranti fl-infrastruttura tal-bini tal-Qatar għat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-2022, inklużi: is-sistema kafala, li tikkostitwixxi xogħol furzat, kundizzjonijiet tax-xogħol perikolużi, il-fatt li qed jiġu mġiegħla jaħdmu f'kundizzjonijiet ta' sħana estrema għal sitt ijiem fil-ġimgħa, u l-fatt li huma mġiegħla jgħixu f'kampijiet tax-xogħol iffollati u skwallidi; jistieden lill-Qatar biex jirratifika, jilleġiżla u jinfurza d-drittijiet tax-xogħol fundamentali u l-Konvenzjoni Internazzjonali tan-NU dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familji tagħhom; |
|
9. |
Jenfasizza li l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus huma marbuta intrinsikament u għadd kbir ta’ Stati Membri ġew affettwati mix-xiri tal-logħob u reati finanzjarji oħra li ta’ spiss huma relatati ma’ organizzazzjonijiet kriminali li joperaw fuq skala internazzjonali; |
|
10. |
Ifaħħar il-ġurnaliżmu investigattiv li qajjem tħassib serju dwar korruzzjoni fi ħdan il-FIFA u fil-proċess tal-għażla tat-Tazza tad-Dinja; iħeġġeġ f'dan ir-rigward lill-organizzazzjonijiet sportivi kollha jistabbilixxu qafas regolatorju effettiv biex jiffaċilitaw u jipproteġu lill-informaturi; |
|
11. |
Jesprimi l-opinjoni kostanti tiegħu li l-korruzzjoni fi ħdan il-FIFA hija rampanti, sistemika u profonda, u jemmen li l-organizzazzjoni ppreġudikat serjament l-integrità tal-futbol dinji, b'impatt devastanti mill-ogħla skaluni tal-futbol professjonali sal-klabbs tad-dilettanti ż-żgħar; |
|
12. |
Jenfasizza bil-qawwa li l-futbol, bħala l-aktar sport popolari fid-dinja, m'għandux jittebba' b'din il-kultura ta' korruzzjoni, u li għandu jitħares mill-iżviluppi attwali fi ħdan il-FIFA aktar milli jiġi stigmatizzat minnhom; |
|
13. |
iItenni li l-futbol u l-isport inġenerali jħallu impatt pożittiv profond fuq il-ħajja ta' kuljum ta' miljuni ta' ċittadini, partikolarment iż-żgħażagħ; |
|
14. |
Jilqa' r-riżenja ta' Joseph Blatter minn President tal-FIFA, u l-investigazzjonijiet kriminali li għaddejjin bħalissa; iħeġġeġ lill-Kumitat Eżekuttiv tal-FIFA jimplimenta riformi strutturali bil-għan li jistabbilixxi trasparenza u responsabbiltà, u jiggarantixxi proċessi ta' teħid tad-deċiżjonijiet miftuħa, ibbilanċjati u demokratiċi fi ħdan l-assoċjazzjoni, inkluż proċess ta' elezzjoni għall-president il-ġdid u politika ta' tolleranza żero għall-korruzzjoni fl-isport; |
|
15. |
Jesprimi madankollu tħassib serju dwar il-fatt li l-kredibilità tal-FIFA, bħala l-korp regolatorju tal-futbol dinji, kif ukoll ir-riformi urġenti meħtieġa, ma jistgħux jibdew bis-serjetà qabel tinħatar tmexxija ġdida, u li dan skont ir-regolamenti tal-FIFA jista' ma jseħħx qabel disa' xhur oħra; jistieden għalhekk lill-FIFA tagħżel mexxej interim adegwat biex minn issa 'l quddiem jieħu post Joseph Blatter, u dan b'mod trasparenti u inklużiv; |
|
16. |
Ifakkar li l-governanza tajba fl-isport hija kundizzjoni preliminari għall-awtonomija u għall-awtoregolamentazzjoni tal-organizzazzjonijiet sportivi, f'konformità mal-prinċipji tat-trasparenza, ir-responsabbiltà u d-demokrazija, u jisħaq fuq il-bżonn ta' politika ta' tolleranza żero fir-rigward tal-korruzzjoni fl-isport; jenfasizza l-bżonn ta' rappreżentanza xierqa tal-partijiet interessati kollha fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u jinnota li għandha tiġi adottata l-aħjar prattika minn organizzazzjonijiet sportivi oħra; |
|
17. |
Jitlob li jkun hemm impenn bla rażan mill-FIFA għal rieżami dettaljat tad-deċiżjonijiet tal-passat u tal-preżent u għal trasparenza sħiħa għall-ġejjieni, inkluż fir-rigward tar-rimunerazzjoni tal-livell maniġerjali eżekuttiv u superjuri, bil-ħsieb li jiġu stabbiliti proċeduri awtoregolatorji interni u mekkaniżmi effettivi ta' identifikazzjoni, investigazzjoni u ta' sanzjoni; |
|
18. |
Jemmen li dan ir-rieżami għandu jkopri l-istatuti, l-istruttura, il-kodiċi u l-politiki u l-prattiki operattivi tal-FIFA, l-introduzzjoni ta' limiti ta' żmien għall-mandati tal-membri tal-Kumitat Eżekuttiv, inkluż il-president, u ta' diliġenza dovuta indipendenti għalihom, flimkien ma' awditjar finanzjarju estern u kompletament indipendenti li jevalwa l-affidabilità tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha; |
|
19. |
Iħeġġeġ lill-FIFA timplimenta standards etiċi rigorużi u kodiċi ta' kondotta għal-livell maniġerjali u għall-Kumitat Eżekuttiv tagħha, li għandhom jiġu sorveljati minn entità ta' monitoraġġ indipendenti; |
|
20. |
Jitlob li l-korpi kollha ta' tmexxija tal-isport jikkommettu ruħhom favur prattiki ta' governanza tajba u żieda fit-trasparenza, sabiex inaqqsu r-riskju li wieħed jisfa vittma tal-korruzzjoni; jirrakkomanda f’dan ir-rigward rispett akbar tal-bilanċ bejn is-sessi fil-ħatra ta’ membri ta’ bordijiet u kumitati eżekuttivi tal-organizzazzjonijiet kollha, b’mod speċjali sabiex ifakkru li l-isport, u b’mod partikolari l-futbol, mhumiex biss prerogattiva magħluqa għall-irġiel; jemmen li dan it-tip ta' ftuħ ikun ifisser żieda fit-trasparenza; |
|
21. |
Jappella lill-isponsors u lix-xandara kollha b'kuntratt biex jeżiġu u jsostnu l-proċess ta' riforma fi ħdan il-FIFA billi joħorġu dikjarazzjonijiet pubbliċi kontra l-korruzzjoni fl-isport, u biex jagħtu segwitu għal kliemhom permezz ta' pressjoni kontinwa; |
|
22. |
Jitlob lill-UEFA u lill-assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-futbol jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jimplimentaw miżuri ta' riforma fundamentali fi ħdan il-FIFA, u b'mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet stipulati f'din ir-riżoluzzjoni, kemm direttament u kemm permezz tar-rappreżentanti tagħhom fil-Kumitat Eżekuttiv tal-FIFA u l-assoċjazzjonijiet tal-futbol nazzjonali, sa tmiem l-2016; |
|
23. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw u jagħtu prijorità lill-ħidma u lill-azzjonijiet relatati mal-governanza tajba fi ħdan il-Pjan ta' Ħidma tal-UE għall-Isport, u jaċċertaw li l-assoċjazzjonijiet nazzjonali sportivi jkunu involuti bis-sħiħ fl-azzjoni mmirata lejn it-titjib fil-governanza fil-livell Ewropew u dak internazzjonali; |
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, b'mod ikkoordinat mal-Istati Membri u f'kooperazzjoni mal-Interpol, il-Europol u l-Eurojust, tieħu l-miżuri kollha xierqa, fost l-oħrajn l-infurzar effettiv, sabiex tindirizza kwalunkwe indikazzjoni ta' korruzzjoni min-naħa tal-FIFA jew mill-uffiċjali tal-assoċjazzjonijiet tal-futbol nazzjonali fit-territorju tal-UE, u biex issaħħaħ il-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġijiet Ewropej permezz ta' timijiet konġunti tal-investigazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' prosekuzzjoni; |
|
25. |
Jenfasizza li, fid-dawl tan-natura transnazzjonali tal-korruzzjoni fl-isport, l-isforzi biex din tal-aħħar tkun miġġielda jeħtieġu aktar kooperazzjoni effikaċi fost il-partijiet interessati, fosthom l-awtoritajiet pubbliċi, l-aġenziji inkarigati mill-eżekuzzjoni tal-liġi, l-industrija sportiva, l-atleti u l-partitarji, u għandha tingħata enfasi anke lill-edukazzjoni u l-azzjoni preventiva f'dan il-qasam; |
|
26. |
Jilqa' l-programm tal-isport il-ġdid fl-ambitu ta' Erasmus+, li jappoġġja proġetti edukattivi transnazzjonali li jindirizzaw theddidiet transfruntieri għall-integrità u l-etika tal-isport, bħad-doping, ix-xiri tal-logħob u l-vjolenza, kif ukoll kull tip ta' intolleranza u diskriminazzjoni, u li jimmira li jippromwovi u jappoġġja l-governanza tajba fl-isport; |
|
27. |
Jistieden lill-Istati Membri u l-federazzjonijiet sportivi jinformaw u jedukaw lill-isportivi u lill-konsumaturi b'mod adegwat, sa minn età żgħira u fil-livelli kollha tal-isport, kemm fil-livell ta' dilettanti u kemm fil-livell professjonali; iħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet sportivi jistabbilixxu u jibqgħu għaddejjin bi programmi edukattivi u ta' prevenzjoni persistenti li jinvolvu obbligi ċari għall-klabbs, il-legi u l-federazzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward ta' minorenni; |
|
28. |
Jilqa' l-ftehim reċenti b'rabta mar-Raba' Direttiva dwar il-Ħasil tal-Flus, u jappoġġja l-użu proattiv tal-mezzi kollha previsti mil-leġiżlazzjoni l-ġdida biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja b'mod konsistenti l-leġiżlazzjoni tal-UE kontra l-ħasil tal-flus biex tiżgura li din tkun biżżejjed biex tiġġieled il-korruzzjoni fl-isport u tiżgura l-iskrutinju ta' korpi governattivi sportivi reġistrati fl-UE u l-uffiċjali tagħhom; |
|
29. |
Jinsisti li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fir-rigward tal-governanza tal-FIFA tkun akkumpanjata wkoll minn impenji u miżuri ċari min-naħa tal-FIFA, l-UE, l-Istati Membri u partijiet interessati oħra kontra offiżi oħra li jaffettwaw l-organizzazzjonijiet sportivi, partikolarment ix-xiri tal-logħob, li spiss ikunu relatati ma' kriminalità organizzata li topera fuq livell internazzjonali; |
|
30. |
Jisħaq fuq il-bżonn li r-riformi futuri kollha fl-ambitu tal-isport professjonali, u b'mod partikolari fil-futbol, ikunu jinkludu provvedimenti sostanzjali li jħarsu d-drittijiet tal-atleti, tal-ħarrieġa u tat-timijiet; jissottolinja, f'dan ir-rigward, l-importanza li tkun indirizzata s-sjieda ta' terzi tal-atleti fl-isport Ewropew; |
|
31. |
Jappoġġja l-appell tal-kampanja “New FIFA Now” għall-istabbiliment ta' Kummissjoni indipendenti u mhux governattiva ta' Riforma tal-FIFA, li tkun ssorveljata minn awtorità internazzjonali indipendenti; |
|
32. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Association Football (FIFA), lill-Unjoni tal-Assoċjazzjonijiet Ewropej tal-Futbol (UEFA), lill-assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-futbol, lill-Assoċjazzjoni tal-Legi Ewropej tal-Futbol Professjonali (EPFL), lill-Assoċjazzjoni tal-Klabbs Ewropej (ECA) u lill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Plejers Professjonisti tal-Futbol (FIFPRO). |
(1) ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73.
(2) ĠU C 239 E, 20.8.2013, p. 46.
(3) Testi adottati, P7_TA(2013)0098.
L-Erbgħa 24 ta’ Ġunju 2015
|
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407/86 |
P8_TA(2015)0238
Ir-rieżami tal-qafas ta’ governanza ekonomika: analiżi u sfidi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ġunju 2015 dwar ir-rieżami tal-qafas ta’ governanza ekonomika: analiżi u sfidi (2014/2145(INI))
(2016/C 407/13)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tat-3 ta’ Lulju 2013 minn dak li kien il-Viċi President tal-Kummissjoni, Olli Rehn, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet tal-budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1177/2011 tat-8 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (5), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta’ Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2014 dwar l-inkjesta dwar ir-rwol u l-attivitajiet tat-Trojka (BĊE, Kummissjoni u FMI) fir-rigward tal-pajjiżi tal-programm taż-żona tal-euro (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2013 dwar problemi kostituzzjonali ta’ governanza b’diversi livelli fl-Unjoni Ewropea (10), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar is-Semestru Ewropew għall-Koordinazzjoni tal-Politika Ekonomika (11), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2011 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet rigward il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu (12), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2014 bit-titolu 'Rieżami tal-governanza ekonomika – Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1173/2011, 1174/2011, 1175/2011, 1176/2011, 1177/2011, 472/2013 u 473/2013' (COM(2014)0905); |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Jannar 2015 dwar “l-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-Patt tal-Istabbiltà u Tkabbir”(COM(2015)0012), |
|
— |
wara li kkunsidra s-Sitt Rapport tal-Kummissjoni dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tat-23 ta' Lulju 2014 (COM(2014)0473), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew ta’Ġunju u Diċembru 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-summit tal-Ewro ta' Ottubru 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra d-diskors tal-15 ta’ Lulju 2014 tal-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker fil-Parlament Ewropew, |
|
— |
wara li kkunsidra d-diskors tat-22 ta’ Awwissu 2014 mill-President tal-BĊE Mario Draghi fis-simpożju annwali tal-Bank Ċentrali f'Jackson Hole, |
|
— |
wara li kkunsidra Dokument Okkażjonali Nru 157 tal-BĊE ta’ Novembru 2014 bit-titolu “The identification of fiscal and macroeconomic imbalances – unexploited synergies under the strengthened EU governance framework” (L-identifikazzjoni tal-iżbilanċi fiskali u makroekonomiċi — sinerġiji mhux sfruttati fil-qafas ta’ governanza msaħħa tal-UE), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma Nru 163 tal-OECD dwar aspetti Soċjali, tal-Impjieg u tal-Migrazzjoni, tad-9 ta’ Diċembru 2014 intitolat “Trends in income inequality and its impact on economic growth” (Tendenzi fl-inugwaljanza tal-introjtu u l-impatt tagħha fuq it-tkabbir ekonomiku), |
|
— |
wara li kkunsidra n-nota ta’ diskussjoni tal-persunal tal-Fond Monetarju Internazzjonali ta’ Settembru 2013 bit-titolu “Towards a fiscal union for the euro area”(Lejn Unjoni Fiskali għaż-Żona tal-Euro), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposti tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE tal-10 ta' Ġunju 2010 bit-titolu “Reinforcing Economic Governance in the Euro Area” (Insaħħu l-Governanza Ekonomika fiż-Żona tal-Euro), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-sitt rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali: Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, adottati mill-Kunsill Affarijiet Ġenerali (Koeżjoni) fid-19 ta' Novembru 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0190/2015), |
|
A. |
billi l-governanza ekonomika fiż-żona tal-euro li kienet maħsuba biex tevita finanzi pubbliċi insostenibbli u tikkoordina politiki fiskali mibdija mill-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST) li jikkonsisti f'żewġ regoli sempliċi sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq l-Unjoni Ekonomika Monetarja (UEM) kollha kemm hi; |
|
B. |
billi immedjatament wara l-introduzzjoni tal-euro, bdiet tinħass l-għejja tal-konsolidazzjoni rigward l-implimentazzjoni ta' dawn ir-regoli, li kienet ir-raġuni ta' wieħed mill-elementi tal-kriżi attwali fl-UEM; |
|
C. |
billi riforma tal-PST oriġinali seħħet fl-2005 li introduċiet għadd ta' rfinamenti u żiedet il-flessibbiltà u li ma indirizzatx biżżejjed il-problemi ta' dgħjufija tad-dispożizzjonijiet tal-infurzar u l-koordinazzjoni; |
|
D. |
billi meta diversi pajjiżi kienu f'riskju ta' inadempjenza fuq id-dejn tagħhom, li kien ser jirriżulta f'firxa madwar id-dinja tal-kriżi u d-dipressjoni, is-sitwazzjoni tista' tiġi evitata billi jiġu stabbiliti mekkaniżmi ad hoc bħall-EFSF u l-EFSM; |
|
E. |
billi, sabiex tkun evitata rikorrenza ta' dan it-tip ta' kriżi, kif ukoll il-firxa tal-kriżi lejn pajjiżi oħrajn permezz tas-settur bankarju, ittieħdu għadd ta' miżuri, inkluż il-ħolqien tal-Unjoni Bankarja, l-MES, leġiżlazzjoni ta' governanza ekonomika mtejba fil-forma tas-6-pack u t-2-pack, it-TSKG u s-Semestru Ewropew, li lkoll għandhom jitqiesu bħala pakkett; |
|
F. |
billi, skont l-aħħar tbassir tar-rebbiegħa tal-Kummissjoni, wara sentejn konsekuttivi ta' tkabbir negattiv, il-prodott domestiku gross (PDG) fiż-żona tal-euro huwa previst li jiżdied, li jfisser li l-irkupru ekonomiku qiegħed jitjieb bil-mod il-mod u jeħtieġ jissaħħaħ aktar peress li l-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni ser jibqa' kbir; |
|
G. |
billi jibqgħu jiddominaw differenzi kbar bejn l-Istati Membri f'termini tal-proporzjonijiet tad-dejn, il-proporzjonijiet tal-iżbilanċ, il-livelli tal-qgħad, il-bilanċi tal-kont kurrenti u l-livelli ta' ħarsien soċjali anki wara l-implimentazzjoni tal-programmi, u dan jirrifletti d-differenzi fl-oriġini tal-kriżijiet u l-punt tat-tluq tiegħu, u fl-ambizzjoni, l-impatt u s-sjieda nazzjonali waqt l-implimentazzjoni tal-miżuri miftiehma bejn l-Istituzzjonijiet u l-Istati Membri kkonċernati; |
|
H. |
billi l-investiment fiż-żona tal-euro naqas bi 17 % mill-perjodu ta' qabel il-kriżi, u għadu dgħajjef; billi kemm nuqqas ta' investiment orjentat fil-futur u li jsaħħaħ it-tkabbir u kemm dejn pubbliku u privat mhux sostenibbli huma ta' piż għal ġenerazzjonijiet futuri; |
|
I. |
billi qed jitwaqqaf pjan ta' investiment Ewropew bħala strument importanti biex jistimola l-investiment privat biex jimmobilizza EUR 315 biljun f'investimenti ġodda matul it-tliet snin li ġejjin; billi jekk jintlaħqu l-miri finanzjarji proposti, dan il-pjan huwa biss element wieħed destinat biex jegħleb id-diskrepanza fl-investiment akkumulata, flimkien mal-implimentazzjoni ta' riformi strutturali biex jinħoloq ambjent favorevoli għall-investitur fl-Istati Membri; |
Rendikont tal-qafas ta' governanza ekonomika attwali
|
1. |
Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2014 dwar ir-rieżami tal-governanza ekonomika; iqis li l-valutazzjoni mill-Kummissjoni tagħti stampa ta' kif u sa liema punt l-għodod differenti u l-proċeduri ġew użati u implimentati; |
|
2. |
Jenfasizza li fil-qalba tas-sistema ta' governanza ekonomika hemm il-prevenzjoni ta' livelli eċċessivi ta' defiċit u dejn u żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi, kif ukoll il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika; jissottolinja għaldaqstant li l-mistoqsija ċentrali hija jekk l-UEM ġietx magħmula aktar reżiljenti permezz tal-qafas il-ġdid ta' governanza ekonomika, speċjalment fir-rigward tal-kapaċità tagħha li tevita li Stat Membru jonqos milli jħallas id-dejn tiegħu, filwaqt li tikkontribwixxi għall-koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tiżgura livell għoli ta' trasparenza, kredibilità u responsabbiltà demokratika; |
|
3. |
Jieħu nota tal-fatt li f'xi Stati Membri, sar progress fl-indirizzar tal-livell tad-dejn jew fil-ħruġ mill-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv; |
|
4. |
Jikkondividi l-analiżi tal-Kummissjoni li partijiet tal-qafas il-ġdid kisbu riżultati iżda li l-kapaċità li wieħed jasal għal konklużjonijiet dwar l-effikaċja tar-regolamenti fi żminijiet ekonomiċi normali hija limitata; |
|
5. |
Jirrikonoxxi li valutazzjoni tal-applikazzjoni tas-6-pack u t-2-pack f'dan l-istadju għadha parzjali u ma tistax tiġi iżolata mis-Semestru Ewropew, it-TFUE u l-Patt Fiskali; |
|
6. |
Jilqa' l-fatt li s-6-pack u t-2-pack iwessgħu l-kamp ta' applikazzjoni tal-patt ta' stabbiltà u tkabbir permezz taż-żieda ta' proċeduri li jipprevjenu u jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi ġewwa u fost l-Istati Membri u li jċaqilqu d-dipendenza żejda fuq il-kriterju tad-defiċit għall-attenzjoni ta' kemm id-defiċit u kemm id-dejn globali, u għaldaqstant jippruvaw jidentifikaw u jikkoreġu problemi possibbli u jipprevjenu l-emerġenza ta' kriżijiet fl-aktar stadju bikri filwaqt li fl-istess waqt jippermettu flessibbiltà f'forma ta' klawżoli għal riformi strutturali, investimenti u kundizzjonijiet ta' ċiklu tan-negozju negattivi; ifakkar li l-flessibbiltà ma tistax tipperikola n-natura preventiva tal-Patt; |
|
7. |
Jissottolinja l-importanza tat-tabella ta' valutazzjoni biex tidentifika żbilanċi makroekonomiċi fi stadju bikri u l-importanza ta' riformi strutturali sostenibbli meta wieħed jipprova jegħleb żbilanċi makroekonomiċi; |
|
8. |
Jenfasizza li implimentazzjoni konsistenti u ġusta tal-qafas fil-pajjiżi differenti u fuq tul ta' żmien iżżid il-kredibilità; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex japplikaw u jaġixxu fl-ispirtu tal-bidliet li saru lill-PST taħt is-6-pack u t-2-pack, notevolment fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta' infurzar; |
|
9. |
Jemmen li s-sitwazzjoni ekonomika attwali bit-tkabbir fraġli tagħha u b'rata għolja ta' qgħad titlob miżuri urġenti, komprensivi u deċiżivi f'approċċ olistiku bbażat fuq konsolidazzjoni fiskali li tiffavorixxi t-tkabbir, ir-riformi strutturali u t-tisħiħ tal-investiment biex jerġa' jkun hemm tkabbir sostenibbli u kompetittività, biex titrawwem l-innovazzjoni u biex jiġi miġġieled il-qgħad filwaqt li jiġi indirizzat ir-riskju ta' inflazzjoni baxxa persistenti jew it-theddida possibbli ta' pressjonijiet deflazzjonarji, kif ukoll l-iżbilanċi makroekonomiċi persistenti; jenfasizza li l-qafas ta' governanza ekonomika jrid jikkostitwixxi komponent ewlieni ta' dan l-approċċ olistiku li jkun kapaċi jindirizza dawn l-isfidi; |
|
10. |
Jaqbel mad-dikjarazzjoni tal-Kummissarju Thyssen li l-pajjiżi li jipprovdu impjiegi ta' kwalità għolja u protezzjoni soċjali aħjar u li jinvestu fil-kapital uman huma iżjed reżiljenti għall-kriżijiet ekonomiċi; jistieden lill-Kummissjoni biex għall-ġejjieni tirrifletti fuq din il-pożizzjoni fil-politiki kollha tagħha tas-semestru Ewropew u fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż; |
|
11. |
Jenfasizza l-fatt li l-qafas ta' governanza ekonomika attwali jeħtieġ li jiġi implimentat u fejn meħtieġ imtejjeb biex iwassal stabbiltà fiskali, jiffavorixxi dibattitu xieraq dwar il-valutazzjoni globali taż-żona tal-euro kollha kemm hi filwaqt li jippermetti responsabbiltà fiskali li tiffavorixxi t-tkabbir, biex itejjeb il-konverġenza ekonomika mill-perspettiva taż-żona tal-euro u biex jindirizza fuq bażi ugwali s-sitwazzjonijiet ekonomiċi u fiskali differenti tal-Istati Membri; jinsisti li l-qafas isofri minn nuqqas ta' sjieda fil-livell nazzjonali u minn attenzjoni limitata tal-perspettiva ekonomika internazzjonali fil-mekkaniżmu ta' responsabbiltà demokratika xierqa; |
|
12. |
Jenfasizza li s-sitwazzjoni attwali titlob koordinazzjoni ekonomika msaħħa u inklużiva li tqis liż-żona tal-euro kollha kemm hi u li ttejjeb is-sjieda nazzjonali u r-responsabbiltà demokratika għall-implimentazzjoni tar-regoli (biex terġa' tinkiseb il-fiduċja, tiġi favorita l-konverġenza bejn l-Istati Membri, tittejjeb s-sostenibbiltà fiskali, jiġu inkoraġġuti riformi strutturali sostenibbli u tingħata spinta lill-investimenti) kif ukoll reazzjoni rapida biex jiġu kkoreġuti l-aktar nuqqasijiet ovvji, biex titjieb l-effikaċja tal-qafas ta' governanza ekonomika u biex tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti u ġusta tal-qafas bejn il-pajjiżi u tul iż-żmien; |
|
13. |
Jissottolinja l-importanza ta' proċeduri sempliċi u trasparenti tal-governanza ekonomika u jwissi li l-kumplessità tal-qafas attwali kif ukoll in-nuqqas ta' implimentazzjoni u s-sjieda huma ta' detriment għall-effikaċja u l-aċċettazzjoni tagħha mill-parlamenti nazzjonali, l-awtoritajiet lokali, is-sħab soċjali u ċ-ċittadini fl-Istati Membri; |
|
14. |
Jirrikonoxxi li sar xi ftit progress permezz ta' dibattitu dwar l-Objettiv ta' Terminu Medju (OTM) u f'termini ta' sjieda aħjar tad-dibattitu nazzjonali fl-Istati Membri taż-żona tal-euro, permezz ukoll tal-kontribuzzjoni tal-kunsilli fiskali nazzjonali li jaġixxu bħala korpi indipendenti li jissorveljaw il-konformità mar-regoli fiskali u mat-tbassir makroekonomiku; jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta ħarsa ġenerali dwar l-istruttura u l-funzjonament tal-kunsilli fiskali nazzjonali tal-Istati Membri u kif dawn il-kunsilli jistgħu jtejbu s-sjieda fil-livell nazzjonali; |
|
15. |
Iqis il-qafas tal-governanza ekonomika bħala inizjattiva politika ewlenija li ssostni l-pedamenti tal-għanijiet tal-Ewropa 2020 u inizjattivi ewlenin li għandhom l-għan li jisfruttaw b'mod sħiħ il-potenzjal ta' tkabbir mhux sfruttat tas-Suq Uniku; jemmen li billi jinfetaħ il-potenzjal ta' tkabbir tas-Suq Uniku, l-Istati Membri se jissodisfaw aktar faċilment il-miri integrati fil-qafas tal-governanza ekonomika; barra minn hekk, iqis li l-atturi primarji fis-Suq Uniku huma l-konsumaturi u n-negozji; |
Liema hija l-aħjar applikazzjoni ta' flessibbiltà fir-regoli eżistenti?
|
16. |
Jenfasizza li l-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST) li ġie stabbilit biex jiżgura s-sostenibbiltà fiskali tal-Istati Membri li jipparteċipaw fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja, jippermetti lill-Istati Membri jwettqu politika antiċiklika meta jkun meħtieġ, u jippermetti l-ispazju fiskali possibbli għall-istabbilizzaturi awtomatiċi biex jaħdmu sew; jissottolinja li mhux l-Istati Membri kollha laħqu bilanċ favorevoli meta l-ekonomija kienet qed tiffjorixxi u li xi klawżoli ta' flessibbiltà eżistenti previsti fil-leġiżlazzjoni ma sarx użu minnhom bis-sħiħ fis-snin preċedenti; |
|
17. |
Jilqa' l-fatt li fil-komunikazzjoni interpretattiva tagħha dwar il-flessibbiltà, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-mod kif jiġu interpretati r-regoli fiskali attwali huwa wieħed mill-elementi biex titnaqqas id-differenza fl-investiment fl-UE u biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali li jsaħħu t-tkabbir, sostenibbli u bbilanċjati soċjalment; jinnota li l-komunikazzjoni ma tagħmel l-ebda bidla fir-rigward tal-kalkolu tad-defiċit iżda li ċerti investimenti jistgħu jiġġustifikaw devjazzjoni temporanja mill-Objettiv ta' Terminu Medju (OTM) tal-Istat Membru kkonċernat jew mill-pjan ta' aġġustament biex dan jintlaħaq; |
|
18. |
Jappoġġja kull inċentiv propost mill-Kummissjoni Ewropea biex jiġi ffinanzjat il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) il-ġdid, l-aktar billi jsiru kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-fond li jkunu fiskalment newtrali fir-rigward tal-kisba tal-OTM u l-isforz ta' aġġustament fiskali meħtieġ mingħajr ma jiġi mmodifikat fit-taqsima preventiva jew fit-taqsima korrettiva tal-PST; jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tevita milli tniedi l-proċedura ta' defiċit eċċessiv (EDP) jekk, biss minħabba l-kontribuzzjoni addizzjonali lejn il-FEIS, defiċit ta' Stat Membru jmur kemmxejn u temporanjament lil hinn mil-limitu tad-defiċit ta' 3 %; jiġbed l-attenzjoni għall-kontribut vitali tal-PST għall-bini tal-fiduċja meta jkun qed jiġi attirat investiment barrani; jenfasizza l-importanza tal-addizjonalità tal-iffinanzjar tal-FEIS peress li proġetti ffinanzjati mill-FEIS ma jridu, bl-ebda mod, sempliċement jissostitwixxu investiment diġà ppjanat u minflok, irid jiżdied b'mod effikaċi l-investiment nett bħala riżultat ta' dan; |
|
19. |
Jilqa' l-fatt li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni għandha l-għan li tikkjarifika l-kamp ta' applikazzjoni tal-klawsola dwar l-investiment, fejn tippermetti li jkun hemm ċerta flessibbiltà fit-taqsima preventiva tal-PST, fil-forma ta' devjazzjoni temporanja mill-OTM, sakemm din id-devjazzjoni ma twassalx għal eċċess fuq il-valur ta' referenza tad-defiċit ta' 3 % u marġini ta' sikurezza xieraq biex jakkomoda programmi ta' investiment mill-Istati Membri, b'mod partikolari fir-rigward tan-nefqa fuq proġetti skont il-politika strutturali u ta' koeżjoni, inklużi l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, netwerks trans-Ewropej u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, u l-kofinanzjament taħt il-FEIS; |
|
20. |
Jemmen li prekundizzjoni għall-applikazzjoni tal-klawsola tar-riforma strutturali taħt it-taqsima preventiva u l-kunsiderazzjoni tal-pjanijiet ta' riforma strutturali taħt it-taqsima korrettiva huma adozzjoni parlamentari nazzjonali formali ta' riforma u l-implimentazzjoni reali tagħha, li tippermetti aktar effiċjenza u sjieda; jenfasizza li l-proċess ta' riforma għandu jinvolvi bis-sħiħ lis-sħab soċjali fl-istadji kollha; |
|
21. |
Jitlob djalogu msaħħaħ bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar il-kontenut u t-tipi ta' riformi strutturali l-aktar xierqa u effikaċi li għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, kompatibbli mat-Trattat u mal-liġi sekondarja, filwaqt li jqisu l-analiżi tal-kostbenefiċċju, il-valutazzjoni orjentata lejn ir-riżultati u l-impatt tal-iskeda taż-żmien, u jikkontribwixxu għall-kisba tal-OTM; |
|
22. |
Iħeġġeġ lill-Kumitati dwar il-Finanzi tal-parlamenti nazzjonali biex sistematikament jistiednu lill-Kummissarji Ewropej responsabbli fil-qasam ta' governanza ekonomika jattendu dibattitu pubbliku mal-kumitati tagħhom qabel l-adozzjoni tal-abbozzi ta' baġits tal-Istati Membri; |
|
23. |
Jemmen li r-riformi strutturali mwettqa fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma għandhom, fit-terminu medju u twil, ikollhom redditi pożittivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali, u jtejbu l-effiċjenza u l-effikaċja tal-kapaċità amministrattiva; |
|
24. |
Jinnota li minħabba li setgħet wasslet għal eżerċizzju biex jiġu stabbiliti t-tipi kollha ta' ipoteżi bil-periklu li titħalla barra dik li fil-fatt se jseħħ, il-komunikazzjoni ma tittrattax in-natura ta' “ċirkostanzi mhux normali” li jaqgħu barra l-kontroll ta' Stat Membru li jwassluh biex jiddevja temporanjament mill-perkors ta' aġġustament biex jilħaq l-OTM tiegħu; jissottolinja l-ħtieġa li sitwazzjonijiet simili jiġu ttrattati b'modi simili; |
|
25. |
Jappella li tiġi pprovduta koeżjoni ekonomika u soċjali akbar permezz ta' tisħiħ tal-Fond Soċjali Ewropew u tal-Fond ta' Koeżjoni sabiex jiġu mħarsa u maħluqa impjiegi bi drittijiet billi jiġu appoġġjati miżuri li jiġġieldu l-qgħad u l-faqar; |
|
26. |
Jissottolinja l-importanza li jissaħħaħ it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda, b'mod partikolari l-impjiegi għaż-żgħażagħ, għall-aċċettazzjoni pubblika tal-qafas Ewropew ta' governanza ekonomika; |
|
27. |
Jinnota bi tħassib kbir li l-qgħad fit-tul irdoppja matul il-kriżi; jinnota wkoll li din iż-żieda kienet anke ogħla fost il-ħaddiema bi ftit kwalifiki; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-ġlieda kontra l-qgħad fit-tul tiġi riflessa fil-politiki tagħha u fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż; |
|
28. |
Jemmen li l-livelli ta' inugwaljanza li qegħdin jiżdiedu fl-Ewropa għandhom jingħataw l-ikbar importanza fil-kuntest tal-qafas ekonomiku Ewropew; jemmen li wieħed mill-aħjar modi kif tiġi miġġielda din l-inugwaljanza li qed tiżdied huwa billi jiġu rdoppjati l-isforzi fil-ħolqien ta' iżjed impjiegi ta' kwalità fl-Ewropa; |
Koordinazzjoni aktar mill-qrib, konverġenza ekonomika u simplifikazzjoni tas-Semestru Ewropew
|
29. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tapplika bis-sħiħ il-PST u tiżgura l-implimentazzjoni ġusta skont ir-reviżjoni reċenti tagħha tas-6-pack u t-2-pack u l-komunikazzjoni dwar il-flessibbiltà; jemmen li, fejn ikun meħtieġ u possibbli, is-Semestru Ewropew għandu jiġi ssimplifikat u msaħħaħ fi ħdan il-qafas leġiżlattiv attwali; jenfasizza li kull simplifikazzjoni u kull rinforz bħal dawn fil-futur għandhom fi kwalunkwe każ ikunu orjentati lejn l-istabbiltà; |
|
30. |
Jemmen li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tiċċara fejn jeżisti spazju għall-flessibbiltà taħt il-leġiżlazzjoni eżistenti; jilqa' t-tentattiv biex ikun hemm aktar ċarezza f'dan il-qasam ikkumplikat u jistenna li l-Kummissjoni tagħmel użu mill-flessibbiltà li hija mibnija fir-regoli eżistenti f'konformità mal-komunikazzjoni filwaqt li tiżgura l-prevedibbiltà, it-trasparenza u l-effikaċja tal-qafas ta' governanza ekonomika; |
|
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex ifasslu aħjar l-oqfsa fiskali u makroekonomiċi sabiex ikun jista' jsir dibattitu aktar bikri u aktar konsistenti bejn il-partijiet interessati kollha, filwaqt li jittieħed kont tal-interessi Ewropej servuti b'dawn l-oqfsa, il-ħtieġa li tiżdied il-konverġenza bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro, id-deliberazzjoni bejn il-parlamenti nazzjonali u r-rwol tas-sħab soċjali jew tal-awtoritajiet lokali dwar is-sjieda ta' riformi strutturali sostenibbli u bbilanċjati soċjalment; |
|
32. |
Jinsisti li l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SAT) kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSR) iridu jiġu implimentati aħjar u jqisu l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji kemm fiż-żona tal-euro kollha kemm hi kif ukoll fl-Istati Membri individwali; jissuġġerixxi li din il-valutazzjoni ġenerali prevista fir-Regolament (UE) Nru 473/2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro għandha tiġi ppreżentata f'dibattitu fil-plenarja tal-Parlament Ewropew mal-Kunsill, il-President tal-Grupp tal-Euro u l-Kummissjoni qabel il-Kunsill tar-Rebbiegħa u tiġi implimentata kif xieraq matul is-Semestru Ewropew; |
|
33. |
Jirrikonoxxi li s-Semestru Ewropew sar veikolu importanti biex iwassal riformi fil-livelli nazzjonali u tal-UE billi jiżgura li l-UE u l-Istati Membri tagħha jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi tagħhom; jiddispjaċih madankollu bin-nuqqas ta' responsabbiltà li qed jirriżulta f'livell insodisfaċenti tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż; |
|
34. |
Jemmen li s-Semestru Ewropew għandu jiġi ssimplifikat u msaħħaħ, mingħajr ma jiġi mmodifikat il-qafas legali attwali, u li d-dokumenti relatati mas-Semestru għandhom ikunu kkoordinati aħjar, biex b'hekk jiżdiedu l-attenzjoni, l-effikaċja u s-sjieda sabiex jinkisbu l-għanijiet Ewropej ta' governanza ekonomika tajba; |
|
35. |
Jitlob li r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż (CSRs) ikunu, fejn rilevanti, ikkoordinati aħjar mar-rakkomandazzjonijiet tal-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv (EDP) sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn is-sorveljanza tal-pożizzjoni fiskali u l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika; |
|
36. |
Jiffavorixxi proċedura msaħħa fil-livell tal-UE u dak nazzjonali dwar it-tfassil, is-segwitu, l-appoġġ u l-monitoraġġ tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż li jippermetti wkoll li ssir il-verifika tal-implimentazzjoni reali tagħhom u tal-paragun bejn il-kwalità u t-twassil; |
|
37. |
Ifakkar li l-leġiżlazzjoni teħtieġ lill-Kummissjoni li tqis, fost l-oħrajn, il-miri tal-2020 meta tħejji r-rakkomandazzjonijiet tagħha u tistabbilixxi l-prinċipju li skontu “l-Kunsill mistenni, bħala regola, isegwi r-rakkomandazzjonijiet u l-proposti tal-Kummissjoni jew jispjega l-pożizzjoni tiegħu pubblikament”; |
|
38. |
Jinsab imħasseb dwar iż-żieda fid-dejn f'pajjiżi li diġà għandhom livell għoli ta' dejn, li huwa kontradizzjoni qawwija mar-regola 1/20 dwar it-tnaqqis tad-dejn; jitlob lill-Kummissjoni tispjega kif biħsiebha tindirizza din il-kontradizzjoni u tiżgura li l-proporzjon tad-dejn jitnaqqas għal livelli sostenibbli f'konformità mal-PST; |
|
39. |
Jappoġġa l-istrateġija tat-tliet pilastri tal-Kummissjoni (investimenti li jsaħħu t-tkabbir, il-konsolidazzjoni fiskali u r-riformi strutturali), ippreżentata fis-SAT 2015 u jitlobha biex tagħmilha aktar konkreta skont il-valutazzjoni kumplessiva tas-sitwazzjoni baġitarja u tal-prospetti fiż-żona tal-euro u fis-CSRs; |
|
40. |
Jirrikonoxxi l-bżonn ta' analiżi indipendenti u pluralistika tal-perspettivi ekonomiċi tal-Istati Membri fil-livell tal-UE; f'dan il-kuntest iħeġġeġ biex tiġi żviluppata aktar l-Unità tal-Kummissjoni magħrufa bħala l-Analist Prinċipali tal-Ekonomija biex tipprovdi analiżi oġġettiva, indipendenti u trasparenti tad-data rilevanti, li għandha ssir pubblika u sservi ta' bażi għal dibattitu infurmat sew u t-teħid ta' deċiżjonijiet fil-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew; jitlob li l-Analist Prinċipali tal-Ekonomija jintbagħtulu d-dokumenti rilevanti kollha fi żmien opportun biex iwettaq il-kompiti tiegħu; jenfasizza r-rwol utli tal-kunsilli fiskali nazzjonali kemm fil-livell nazzjonali u kif ukoll fil-livell tal-UE u jinkoraġġixxi t-twaqqif ta' netwerk Ewropew; |
|
41. |
Ifakkar li l-MIP hija maħsuba biex tevita li tinqala' kriżi permezz tal-identifikazzjoni bikrija ta' żbilanċi makroekonomiċi dannużi fuq il-bażi ta' valutazzjoni oġġettiva tal-iżvilupp tal-varjabbli makroekonomiċi ewlenin; jemmen li l-MIP trid tintuża biex jiġi vvalutat b'mod effiċjenti u effikaċi l-iżvilupp ta' fatturi varjabbli makroekonomiċi prinċipali kemm f'pajjiżi b'defiċit kif ukoll b'surplus, partikolarment fir-rigward tat-tisħiħ tal-kompetittività u b'kunsiderazzjoni aħjar taż-żona tal-euro kollha kemm hi, inklużi l-effetti konsegwenzjali; ifakkar li s-sorveljanza makroekonomika għandha l-għan ukoll li tidentifika l-pajjiżi li x'aktarx se jesperjenzaw żbilanċi futuri u biex tevitahom permezz tat-tnedija f'waqtha ta' riformi strutturali sostenibbli u soċjalment ibbilanċjati, meta jkun għad hemm lok għal azzjoni; |
|
42. |
Jissottolinja d-differenzjazzjoni ċara tal-Kummissjoni bejn it-taqsimiet preventivi u korrettivi tal-PST, fir-rigward ta' investiment li jippermetti devjazzjoni temporanja mill-OTM, jew mill-pjan ta' aġġustament lejn l-objettiv, fi ħdan l-eżistenza ta' marġni ta' sigurtà taħt it-taqsima preventiva; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex ikunu konsistenti f'dan il-qasam mal-eżitu tal-pożizzjoni tal-koleġiżlaturi rigward ir-Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi; |
|
43. |
Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra fl-analiżi tagħha l-fatturi importanti kollha, fosthom it-tkabbir reali, l-inflazzjoni, l-investiment pubbliku fit-tul u r-rati tal-qgħad meta tevalwa s-sitwazzjonijiet ekonomiċi u fiskali tal-Istati Membri, u tindirizza b'mod urġenti d-diskrepanza fl-investiment fl-UE billi ċċaqlaq l-infiq lejn it-tkabbir u l-impjiegi l-aktar produttivi, sostenibbli u li jsaħħu l-investiment; |
|
44. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-mod kif jitqiesu l-azzjonijiet effikaċi taħt l-EDP għandu jkun ibbażat fuq kriterji ċari, numerikament kwantifikabbli u kwalitattivi; |
|
45. |
Jinsisti li l-attenzjoni fuq id-defiċits strutturali sa mir-riforma tal-2005 tal-PST, flimkien mal-introduzzjoni ta' regola tal-infiq bir-riforma tal-2011, kif ukoll il-kunċett tal-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni li huwa diffiċli ħafna li jiġi kwantifikat, joħolqu inċertezza, kumplessità u marġni ta' flessibilità u għaldaqstant id-diskrezzjoni ta' implimentazzjoni tal-PST; jibża' li l-kalkolu ta' tkabbir u l-output potenzjali, li huwa l-bażi tal-valutazzjoni tad-defiċit strutturali, u dak tar-regola tal-infiq, huma soġġetti għal diversi suppożizzjonijiet dubjużi li jwasslu għal reviżjonijiet sostanzjali bejn il-previżjonijiet tal-Ħarifa u dawk tar-Rebbiegħa tal-Kummissjoni u għalhekk iwasslu għal kalkoli differenti u valutazzjonijiet diverġenti rigward l-implimentazzjoni tal-PST; |
|
46. |
Jistieden lill-Kummissjoni, meta tkun qed timmonitorja u tevalwa l-pożizzjonijiet fiskali tal-Istati Membri, biex tikkunsidra l-implikazzjonijiet prattiċi tal-miżuri u r-riformi fiskali miftiehma; jistieden lill-Kummissjoni timmira għal tfassil ta' politika konsistenti u prevedibbli, tibbaża l-analiżi tagħha fuq fatti konkreti u data affidabbli u teżerċita l-akbar kawtela meta tuża stimi f'kunċetti bħall-istima tal-potenzjal ta' tkabbir tal-PDG u l-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni; |
|
47. |
Jissottolinja l-importanza ta' tkabbir ġdid u ħolqien tal-impjiegi għall-aċċettazzjoni pubblika tal-qafas tal-governanza ekonomika, u jitlob, għaldaqstant, lill-Kummissjoni ttejjeb l-ambjent tan-negozju fl-Ewropa b'attenzjoni partikolari għall-SMEs, it-tneħħija ta' burokrazija u l-aċċess għall-finanzi; ifakkar, f'dan ir-rigward, il-bżonn li jiġi pprovdut appoġġ lill-SMEs biex ikunu jistgħu jkollhom aċċess ukoll għas-swieq mhux tal-UE bħal dak tal-Istati Uniti, il-Kanada, iċ-Ċina u l-Indja; |
Ir-responsabbiltà demokratika u l-isfidi għall-ġejjieni fit-tisħiħ tal-governanza ekonomika
|
48. |
Jemmen li UEM aktar profonda u aktar reżiljenti teħtieġ b'mod urġenti inqas kumplessità, sjieda aħjar u aktar trasparenza, aktar milli sempliċement iżżid saffi ġodda ta' regoli ma' dawk li diġà jeżistu; jissottolinja li, kif ir-responsabbiltajiet fil-qasam tal-UEM huma maqsuma bejn il-livell nazzjonali u dak Ewropew, jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata l-koerenza u r-responsabbiltà tal-governanza ekonomika kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew; jemmen, barra minn hekk, li istituzzjonijiet soġġetti għal responsabbiltà demokratika għandhom jaqdu rwol prinċipali u jissottolinja l-ħtieġa għal aktar involviment parlamentari, fejn iridu jittieħdu r-responsabbiltajiet fil-livell ta' teħid jew implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet; |
|
49. |
Jirrikonoxxi, abbażi tas-sitwazzjoni attwali, li l-qafas ta' governanza ekonomika jrid jiġi ssimplifikat, infurzat aħjar u fejn meħtieġ, korrett u kkompletat biex ikun possibbli li l-UE u ż-żona tal-euro jilqgħu l-isfidi ta' konverġenza, tkabbir sostenibbli, impjieg sħiħ, benessri taċ-ċittadini, kompetittività, finanzi pubbliċi sodi u sostenibbli, futur orjentat b'investiment fit-tul li jkollu redditu soċjoekonomiku għoli u reżiljenza; |
|
50. |
Jemmen li, minħabba li l-kontribut parlamentari għal-linji gwida dwar il-politika ekonomika huwa aspett importanti ta' kull sistema demokratika, leġittimità akbar fil-livell Ewropew tista' tiġi żgurata permezz tal-adozzjoni ta' Linji Gwida ta' Konverġenza li jkollhom fil-mira l-prijoritajiet għas-snin li ġejjin, soġġetti għal proċedura ta' kodeċiżjoni li għandha tiġi introdotta fil-bidla li jmiss tat-Trattat; |
|
51. |
Ifakkar fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew li jispeċifikaw li l-ħolqien tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) u t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza (“il-Patt Fiskali”) barra l-istruttura tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jirrappreżenta intopp għall-integrazzjoni politika tal-Unjoni u, għalhekk, jitlob li l-MES u l-Patt Fiskali jiġu integrati bis-sħiħ fil-qafas Komunitarju abbażi ta' valutazzjoni tal-esperjenza tal-implimentazzjoni tiegħu, kif stipulat fl-Artikolu 16 tat-TSKG u konsegwentement ikunu formalment responsabbli quddiem il-Parlament; |
|
52. |
Ifakkar it-talba tiegħu biex jiġu żviluppati għażliet għal qafas legali ġdid għal programmi ta' aġġustament makroekonomiku futur, li jissostitwixxi t-Trojka, sabiex jiżdiedu t-trasparenza u s-sjieda ta' dawn il-programmi u jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet kollha tal-UE jittieħdu, fejn hu possibbli, skont il-metodu tal-Komunità; jemmen li għandu jkun hemm konsistenza bejn in-natura tal-mekkaniżmu ta' stabbiltà użat u l-istituzzjoni responsabbli għall-mobilizzazzjoni tiegħu, filwaqt li jirrikonoxxi li, peress li l-assistenza finanzjarja hija garantita mill-Istati Membri taż-żona tal-euro, għandha titqies il-kelma tagħhom rigward ir-rilaxx tiegħu; |
|
53. |
Jitlob li titnieda valutazzjoni mill-ġdid tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Grupp tal-Euro sabiex tkun prevista responsabbiltà demokratika xierqa; jilqa' r-rieda tal-President tal-Grupp tal-Euro li jipparteċipa b'mod regolari fil-laqgħat tal-Kumitat ECON bl-istess mod bħall-President tal-Kunsill ECOFIN, u b'hekk jikkontribwixxi għal livell simili ta' responsabbiltà demokratika; |
|
54. |
Ifakkar li s-6-pack u t-2-pack huma bbażati fuq rwol imsaħħaħ ta' Kummissarju indipendenti li għandu jiżgura l-applikazzjoni ġusta u mhux diskriminatorja tar-regoli, jemmen li passi ulterjuri fl-istabbiliment istituzzjonali tal-governanza ekonomika, bħat-tisħiħ tar-rwol tal-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jew il-ħolqien ta' Uffiċċju tat-Teżor Ewropew iridu jirrispettaw is-separazzjoni tal-poteri bejn l-istituzzjonijiet differenti u jkunu marbuta ma' mezzi adegwati għar-responsabbiltà demokratika u l-leġittimità, bl-involviment tal-Parlament Ewropew; |
|
55. |
Ifakkar li l-Unjoni Bankarja kienet ir-riżultat tar-rieda politika biex jiġi evitat it-tiġdid ta' kriżi finanzjarja, biex jinqata ċ-ċirku vizzjuż bejn il-banek u s-sovrani kif ukoll biex jiġu minimizzati l-konsegwenzi negattivi li jirriżultaw minn kriżi tad-dejn sovran, u li l-istess rieda hija meħtieġa biex tinkiseb UEM approfondita; |
|
56. |
Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta pjan direzzjonali ambizzjuż għall-istabbiliment ta' unjoni ekonomika u monetarja approfondita li tqis il-proposti kif spjegati f'din ir-riżoluzzjoni, u tibni fuq il-mandat mogħti mis-summit taż-żona tal-euro, ikkonfermat mill-Kunsill biex “jitħejjew il-passi li jmiss għal governanza ekonomika aħjar fiż-żona tal-euro” kif ukoll tibni fuq xogħol preċedenti bħar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-20 ta' Novembru 2012“Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina” (13), u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2012“Pjan ta' Azzjoni għal Unjoni Ekonomika u Monetarja profonda u ġenwina. It-tnedija ta' Dibattitu Ewropew” (COM(2012)0777) u r-rapport finali tal-Erba' Presidenti tal-5 ta' Diċembru 2012; |
|
57. |
Jistieden lill-partijiet interessati f'dan il-pass meħtieġ li jmiss tal-UEM biex iqisu tkabbir possibbli fil-futur viċin taż-żona tal-euro u biex jesploraw il-possibbiltajiet kollha li japprofondixxu u jsaħħu lill-UEM u jagħmluha aktar reżiljenti u li twassal għal tkabbir, impjiegi u stabbiltà, bħal pereżempju:
|
|
58. |
Jitlob li jiġu elaborati aktar passi possibbli fl-UEM abbażi ta' approċċ ta' “4+1 Presidenti”, inkluż il-President tal-PE, li għandu jkun mistieden għal-laqgħat kollha, jingħata l-informazzjoni kollha, u jingħata d-dritt li jipparteċipa fid-dibattiti; jinnota li l-President tal-Kummissjoni indika l-intenzjoni tiegħu li jibbaża ruħu fuq l-input mill-President tal-Parlament Ewropew fir-riflessjonijiet tiegħu matul il-preparazzjoni tar-rapporti tal-4 Presidenti; |
|
59. |
Jitlob lill-President tiegħu, biex iwettaq koordinament ex-ante mal-Presidenti tal-gruppi politiċi jew ma' dawk il-Membri speċifikament maħtura mill-gruppi tagħhom jew mill-Parlament, biex jirrappreżenta lill-Parlament fil-kompitu li jmiss fuq il-bażi tal-mandat mogħti minn din ir-Riżoluzzjoni u jindirizza, inter alia, il-mistoqsijiet fin-Nota Analitika tal-Erba' Presidenti dwar “Preparing Next Steps on Better Economic Governance in the Euro area” (Inħejju l-Passi li jmiss dwar Governanza Ekonomika Aħjar fiż-Żona tal-Euro); |
o
o o
|
60. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Presidenti tal-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Grupp taż-Żona tal-Euro u l-BĊE, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1.
(2) ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11.
(3) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12.
(4) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 33.
(5) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.
(6) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.
(7) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.
(8) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8.
(9) Testi Adottati, P7_TA(2014)0239.
(10) Testi adottati, P7_TA(2013)0598.
(11) ĠU C 165 E, 11.6.2013, p. 24.
(12) ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 140.
(13) Testi adottati, P7_TA(2012)0430.
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Parlament Ewropew
L-Erbgħa 24 ta’ Ġunju 2015
|
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407/96 |
P8_TA(2015)0234
Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Sotirios Zarianopoulos
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ġunju 2015 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Sotirios Zarianopoulos (2015/2015(IMM))
(2016/C 407/14)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Sotirios Zarianopoulos, imressqa fit-8 ta' Diċembru 2014 mill-Viċi Prosekutur tal-Arios Pagos (Qorti Suprema) tal-Greċja, b'rabta mal-proċediment G2010/1744 pendenti quddiem it-Tielet Monomeles Plimmeliodikio (Qorti Monokratika tal-Maġistrati) ta' Salonka, u mħabbra fis-seduta plenarja fit-13 ta' Jannar 2015, |
|
— |
wara li sema' lil Sotirios Zarianopoulos, skont l-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u fil-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0191/2015), |
|
A. |
billi l-Viċi Prosekutur Pubbliku tal-Arios Pagos (Qorti Suprema) tal-Greċja talab it-tneħħija tal-immunità ta' Sotirios Zarianopoulos, Membru tal-Parlament Ewropew, fil-kuntest ta' istruttorja dwar l-allegat reat; |
|
B. |
billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew jibbenefikaw fit-territorju nazzjonali mill-immunitajiet rikonoxxuti lill-Membri tal-Parlament ta' pajjiżhom; |
|
C. |
billi, skont l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika, matul il-leġislatura, mingħajr il-kunsens tal-parlament deputat la jista' jkun sottopost għal proċediment kriminali, arrest jew detenzjoni u lanqas suġġett għal miżuri restrittivi oħrajn tal-libertà; |
|
D. |
billi Sotirios Zarianopoulos huwa akkużat li rrikorra għal theddid ta' vjolenza fiżika, daħal illegalment fis-sede tat-televiżjoni pubblika Griega ERT-3 fl-4 ta' Marzu 2010 biex jinterrompi il-bullettin tal-aħbarijiet ta' nofsinhar u jaqra komunikat; |
|
E. |
billi huwa ċar li l-allegat reat ma għandu l-ebda rabta mal-pożizzjoni ta' Sotirios Zarianopoulos inkwantu Membru tal-Parlament Ewropew, peress li l-allegat reat huwa marbut ma' azzjoni tat-trade union Griega PAME u li Sotirios Zarianopoulos ma kienx Membru tal-Parlament Ewropew meta seħħew il-fatti; |
|
F. |
billi, skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, opinjoni espressa fil-qadi tal-mandat ta' Membru tal-Parlament Ewropew hija definita bħala valutazzjoni suġġettiva li tippreżenta rabta diretta u evidenti mal-qadi tal-funzjonijiet parlamentari, iżda billi l-allegati azzjonijiet ta' Sotirios Zarianopoulos ma jidħlux f'din id-definizzjoni; |
|
G. |
billi għaldaqstant il-proċediment kriminali ma jirrigwarda l-ebda opinjoni espressa jew vot mitfugħ fil-qadi tal-mandat ta' Membru tal-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea; |
|
H. |
billi, skont l-Artikolu 9(7) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali fl-ebda ċirkustanza m'għandu jippronunzja ruħu dwar il-ħtija jew l-innoċenza tal-Membru, u lanqas dwar jekk l-opinjonijiet u l-atti attribwiti lilu jiġġustifikawx jew le l-prosekuzzjoni tiegħu, anke jekk, waqt li jkun qed jikkunsidra t-talba, jikseb tagħrif dettaljat tal-fatti tal-każ; |
|
I. |
billi, peress li Sotirios Zarianopoulos isostni li l-akkuża hija motivata minn raġunijiet politiċi, il-Kumitat, wara li sema' lill-parlamentari u wara l-eżami tad-dokumenti fornuti minn dan tal-aħħar, eżamina anki d-dikjarazzjonijiet imressqa lill-awtoritajiet ta' investigazzjoni mix-xhieda fl-2010, li jikkostitwixxu l-bażi tal-akkuża; |
|
J. |
billi l-imsemmijin dikjarazzjonijiet tressqu fl-ambitu tal-proċediment ġudizzjarju a karigu ta' Sotirios Zarianopoulos u li, min-naħa l-oħra, mhuwiex id-dmir tal-Kumitat li jipproċedi b'investigazzjoni dwar il-mertu tal-każ u wisq inqas jiddeċiedi dwar il-ħtija jew l-innoċenza tal-Membru tal-Parlament Ewropew sottopost għal proċediment ġudizzjarju; |
|
K. |
billi, għalhekk, fid-dawl tal-informazzjoni li l-Kumitat għandu fil-pussess tiegħu, ma tissussisti l-ebda raġuni biex jiġi preżunt li l-proċediment jiddependi mill-intenzjoni li tiġi preġudikata l-attività politika tal-Membru (fumus persecutionis), meta dak li jkun iqis ukoll li l-proċediment beda bosta snin qabel il-bidu tal-mandat tal-Membru; |
|
1. |
Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Sotirios Zarianopoulos; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Prosekutur tar-Repubblika tal-Arios Pagos (Qorti Suprema) tal-Greċja u lil Sotirios Zarianopoulos. |
(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure u oħrajn, 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C 200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C 163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 et T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.
|
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407/98 |
P8_TA(2015)0235
Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Udo Voigt
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ġunju 2015 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Udo Voigt (2015/2072(IMM))
(2016/C 407/15)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Udo Voigt, mibgħuta fid-9 ta' Frar 2015 mill-imħallef li jippresiedi l-Kammergericht ta' Berlin (Ref. (3) 161 Ss 189/14 (14/15)) u mħabbra fis-seduta tal-plenarja tal-25 ta' Marzu 2015, |
|
— |
wara li sema' lil Udo Voigt skont l-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, tad-19 ta' Marzu 2010, tas-6 ta' Settembru 2011 u tas-17 ta' Jannar 2013 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), u l-Artikoli 6(1), u (9) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0192/2015), |
|
A. |
billi l-imħallef li jippresiedi l-Kammergericht ta' Berlin ressaq talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Udo Voigt b'rabta ma' azzjoni legali dwar reat allegat; |
|
B. |
billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri jgawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament ta' pajjiżhom; |
|
C. |
billi, skont l-Artikolu 46(2) tal-Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, membru tal-parlament ma jistax jiġi miżmum responsabbli jew arrestat għal reat punibbli mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-parlament, għajr għal ċerti ċirkostanzi speċifiċi; |
|
D. |
billi Udo Voigt jinsab akkużat b'inċitament u insulti kollettivi f'pubblikazzjoni maħruġa mill-Partit Demokratiku Nazzjonali tal-Ġermanja, li hu kien responsabbli għaliha bħala l-president tal-partit, fi żmien it-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-2006; |
|
E. |
billi l-akkużi huma manifestament mhux relatati mal-pożizzjoni ta' Udo Voigt bħala Membru tal-Parlament Ewropew u jirriżultaw mill-pożizzjoni tiegħu bħala President tal-Partit Demokratiku Nazzjonali tal-Ġermanja; |
|
F. |
billi l-azzjonijiet allegati mhumiex marbuta ma' opinjonijiet espressi jew voti mitfugħa mill-Membru tal-Parlament Ewropew fil-qadi ta' dmirijietu skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li jiġi kkunsidrat li l-akkuża hija marbuta ma' azzjonijiet imwettqa fl-2006, ferm qabel ma Udo Voigt ġie elett fil-Parlament Ewropew fl-2014; |
|
G. |
billi Udo Voigt isostni li t-tul tal-proċeduri, li bdew fl-2006, għandu l-għan li jostakolaw ix-xogħol parlamentari tiegħu; billi, madankollu, it-talba preżenti għat-tneħħija tal-immunità hija sostnuta bi proċeduri ulterjuri li nfetħu bħala azzjoni ta' rimedju minn Udo Voigt innifsu, u għaldaqstant il-prinċipju nemo auditur propriam turpitudinem allegans japplika għal din l-oġġezzjoni; |
|
H. |
billi ma hemm l-ebda suspett li l-proċeduri huma attentat ta' ostakolu għax-xogħol parlamentari ta' Udo Voigt (fumus persecutionis), inkwantu li dawn bdew għadd ta' snin qabel ma huwa ħa l-kariga tas-siġġu tiegħu fil-Parlament Ewropew; |
|
1. |
Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Udo Voigt; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Kammergericht ta' Berlin u lil Udo Voigt. |
(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C 200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C 163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 et T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.
III Atti preparatorji
IL-PARLAMENT EWROPEW
It-Tlieta 9 ta’ Ġunju 2015
|
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407/100 |
P8_TA(2015)0217
Rata ta’ aġġustament għall-pagamenti diretti għall-2015 ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jiffissa r-rata ta’ aġġustament prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1306/2013 għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2015 (COM(2015)0141 – C8-0083/2015 – 2015/0070(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2016/C 407/16)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0141), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0083/2015), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tal-1 ta' Ġunju 2015 sabiex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, f'konformità mal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0174/2015), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Opinjoni tat-22.04.2015 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
P8_TC1-COD(2015)0070
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Ġunju 2015, bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jiffissa r-rata ta’ aġġustament prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1306/2013 għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2015
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/1146.)
L-Erbgħa 10 ta’ Ġunju 2015
|
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407/101 |
P8_TA(2015)0221
Il-konklużjoni tal-Emenda ta' Doha għall-Protokoll ta' Kyoto ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ġunju 2015 dwar l-abbozz ta' proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Emenda ta' Doha għall-Protokoll ta' Kyoto għall-Konvenzjoni ta' Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt tal-obbligi tiegħu (10400/2014 – C8-0029/2015 – 2013/0376(NLE))
(Approvazzjoni)
(2016/C 407/17)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10400/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Emenda għall-Protokoll ta' Kyoto adottata fit-tmien sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kyoto, li saret f'Doha, il-Qatar f'Diċembru 2012 (l-Emenda ta' Doha għall-Protokoll ta' Kyoto), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0029/2015), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0167/2015), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Emenda ta' Doha għall-Protokoll ta' Kyoto; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lin-Nazzjonijiet Uniti. |
|
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407/102 |
P8_TA(2015)0222
Ftehim UE-Islanda dwar il-parteċipazzjoni tal-Islanda fit-tieni perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ġunju 2015 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Islanda min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Islanda fit-twettiq konġunt tal-impenji tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Islanda fit-tieni perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kyoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (10883/2014 – C8-0088/2015 – 2014/0151(NLE))
(Approvazzjoni)
(2016/C 407/18)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (10883/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Islanda, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Islanda fit-twettiq konġunt tal-impenji tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Islanda għat-tieni perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kyoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (10941/2014); |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0088/2015), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0166/2015), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Islanda. |
|
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407/103 |
P8_TA(2015)0223
L-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ġunju 2015 dwar ir-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni tad-29 ta' Mejju 2000, stabbilita mill-Kunsill skont l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll tiegħu tas-16 ta' Ottubru 2001 (COM(2014)0685 – C8-0275/2014 – 2014/0321(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2016/C 407/19)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2014)0685), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 3(4) u 3(5) tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C8-0275/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0156/2015), |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
|
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407/104 |
P8_TA(2015)0224
L-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-UE *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ġunju 2015 dwar ir-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni tas-26 ta' Mejju 1997, imfassla abbażi tal-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (COM(2014)0661 – C8-0274/2014 – 2014/0322(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2016/C 407/20)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2014)0661), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 3(4) u (5) tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C8-0274/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0157/2015), |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
L-Erbgħa 24 ta’ Ġunju 2015
|
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407/105 |
P8_TA(2015)0236
Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ġunju 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 (COM(2015)0010 – C8-0007/2015 – 2015/0009(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2016/C 407/21)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0010), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 172 u173, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 175 u l-Artiolu 182(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8–0007/2015), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Regjuni (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tad-9 ta' Ġunju 2015 sabiex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, f'konformità mal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0139/2015), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġiżlattiv finali; |
|
3. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni, li se jiġu ppubblikati fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġiżlattiv finali; |
|
4. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Opinjoni tad-19 ta' Marzu 2015 (għadha mhiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tas-16 ta' April 2015 (għadha mhiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
P8_TC1-COD(2015)0009
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Ġunju 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/1017.)
ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
1. Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar it-tqassim għal Orizzont 2020
“Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu li l-linji baġitarji li ġejjin mhumiex ser jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-FEIS: ‘It-tisħiħ tar-riċerka fil-fruntieri fil-Kunsill Ewropew għar-Riċerka’, ‘L-azzjonijiet Marie Sklodowska-Curie’ u ‘It-tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni’. L-ammont li jifdal li jirriżulta mill-użu addizzjonali tal-marġini kif imqabbel mal-proposta tal-Kummissjoni ser jerġa' jitqiegħed fil-linji baġitarji l-oħra ta' Orizzont 2020 fi proporzjon mat-tnaqqis propost mill-Kummissjoni. It-tqassim indikattiv huwa stabbilit fl-Anness I għar-Regolament dwar il-FEIS.”
2. Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-abbozz ta' baġit għall-2016
“Il-Kummissjoni ser tanalizza l-impatt potenzjali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEIS mil-linji baġitarji differenti ta' Orizzont 2020 fuq l-implimentazzjoni effettiva tal-programmi rispettivi u, jekk xieraq, ser tipproponi ittra emendatorja għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2016 biex taġġusta t-tqassim tal-linji baġitarji ta' Orizzont 2020.”
3. Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tagħha ta' kontribuzzjonijiet ta' darba fil-kuntest tal-inizjattiva tal-FEIS sabiex ikun implimentat il-Patt ta' Stabbilità u Tkabbir
“Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Kunsill fl-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbilità u Tkabbir (PST), kontribuzzjonijiet ta' darba mill-Istati Membri, jew minn Stat Membru jew minn banek promozzjonali nazzjonali kklassifikati fis-settur pubbliku ġenerali jew li jaġixxu f'isem Stat Membru, fil-FEIS jew fi pjattaformi ta' investiment, tematiċi jew multinazzjonali stabbiliti għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Investiment, bħala prinċipju għandhom jikkwalifikaw bħala miżuri ta' darba, fis-sens tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 u tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97.”
|
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407/107 |
P8_TA(2015)0237
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: EGF/2015/000 TA 2015 – Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ġunju 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/000 TA 2015 – Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) (COM(2015)0156 – C8-0093/2015 – 2015/2076(BUD))
(2016/C 407/22)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0156 – C8-0093/2015), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (ir-Regolament dwar il-FEG), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba (3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Settembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta ' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/000 TA 2014 – Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0185/2015), |
|
A. |
billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex toffri appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji u biex tassistihom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol; |
|
B. |
billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u b'konsiderazzjoni xierqa għall-FII tat-2 ta’ Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG); |
|
C. |
billi l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-FEG tirrifletti l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiġi introdott mill-ġdid il-kriterju tal-mobilizzazzjoni b'rabta mal-kriżi, biex tiżdied il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal 60 % tal-ispejjeż totali stmati tal-miżuri proposti, biex tiżdied l-effiċjenza għat-trattament tal-applikazzjonijiet għall-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u għall-approvazzjoni, biex jiġu estiżi l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eleġibbli għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għaż-żgħażagħ, u biex jiġu finanzjati l-inċentivi għat-twaqqif ta' impriżi proprji; |
|
D. |
billi l-baġit annwali massimu disponibbli għall-FEG fl-2015 huwa ta’ EUR 150 miljun (fi prezzijiet tal-2011) u billi l-Artikolu 11(1) tar-Regolament dwar il-FEG jiddikjara li 0,5 % ta’ dan l-ammont (jiġifieri EUR 811 825 fl-2015) jista’ jsir disponibbli għal għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, sabiex jiffinanzja l-preparazzjoni, il-monitoraġġ, il-ġbir tat-tagħrif u l-ħolqien ta’ bażi ta’ għarfien, l-appoġġ amministrattiv u tekniku, attivitajiet ta’ tagħrif u komunikazzjoni, kif ukoll l-attivitajiet ta’ awditjar, kontroll u evalwazzjoni meħtieġa biex jiġi implimentat ir-Regolament dwar il-FEG; |
|
E. |
billi l-Parlament Ewropew spiss enfasizza l-ħtieġa ta' viżibbiltà aħjar tal-FEG bħala strument komunitarju ta' solidarjetà mal-ħaddiema li ngħataw is-sensja; |
|
F. |
billi l-ammont propost ta' EUR 630 000 jikkorrispondi għal madwar 0,39 % tal-baġit annwali massimu disponibbli għall-FEG fl-2015; |
|
1. |
Jaqbel mal-miżuri proposti mill-Kummissjoni bħala għajnuna teknika biex tiffinanzja n-nefqa msemmija fl-Artikoli 11(1) u (4) kif ukoll fl-Artikoli 12(2), (3) u (4) tar-Regolament dwar il-FEG; |
|
2. |
Ifakkar fl-importanza tan-netwerking u tal-iskambju ta' informazzjoni dwar il-FEG, partikolarment fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar il-FEG il-ġdid; jappoġġa, għalhekk, il-finanzjament tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Persuni ta’ Kuntatt tal-FEG u s-seminars ta’ netwerking dwar l-implimentazzjoni tal-FEG; |
|
3. |
Jenfasizza li objettiv ewlieni ta' dawn il-laqgħat għandu jkun li tiġi analizzata l-evalwazzjoni ex-post tal-FEG (2007-2013) u li r-rakkomandazzjonijiet tagħha jiġu diskussi bir-reqqa; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta analiżi u rapport kompluti tal-fondi FEG diġà implimentati lill-Parlament Ewropew; |
|
4. |
Jilqa’ l-ħidma kontinwa fuq il-proċeduri standardizzati għall-applikazzjonijiet tal-FEG u l-ġestjoni li jużaw il-funzjonalitajiet tas-sistema ta' skambju elettroniku tad-data (SFC2014), li tippermetti s-simplifikazzjoni u l-ipproċessar aktar mgħaġġel tal-applikazzjonijiet kif ukoll rappurtar aħjar; |
|
5. |
Jinnota li l-proċess ta’ integrazzjoni tal-FEG fis-sistema ta' skambju elettroniku tad-data (SFC2014) ilha għaddejja għal snin twal u l-ispejjeż rilevanti mill-baġit tal-FEG se jkomplu jkunu relattivament għolja għas-sentejn jew it-tliet snin li ġejjin, sakemm jitlesta l-proċess ta’ integrazzjoni; |
|
6. |
Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta l-progress tal-integrazzjoni fl-SFC2014 mill-bidu tagħha fl-2011 sal-2014; |
|
7. |
Jirrakkomanda li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiffukaw l-attivitajiet ta' netwerking tagħhom b'mod partikolari fuq li ġej:
|
|
8. |
Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tevalwa r-raġunijiet li rriżultaw, għal xi proġetti, f’dewmien f’termini ta’ approvazzjoni jew ta’ implimentazzjoni u li tippreżenta r-rakkomandazzjonijiet tagħha pubblikament. |
|
9. |
Jenfasizza l-importanza li tiżdied is-sensibilizzazzjoni ġenerali dwar il-FEG u l-viżibbiltà tiegħu; ifakkar lill-Istati Membri applikanti dwar ir-rwol tagħhom li jippubbliċizzaw l-azzjonijiet iffinanzjati mill-FEG lill-benefiċjarji, l-awtoritajiet, is-sħab soċjali, il-media u l-pubbliku ġenerali fil-mira, kif stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament dwar il-FEG; |
|
10. |
Jinnota li l-ispiża tal-attivitajiet ta' informazzjoni tkompli tkun imnaqqsa b'mod sinifikanti fl-2015; iqis li dan ma għandux ikollu effett negattiv fuq il-produzzjoni u d-distribuzzjoni meħtieġa ta' materjal ta’ informazzjoni u gwida neċessarja; |
|
11. |
Jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħu iżjed il-kuntatti bejn dawk kollha involuti fl-applikazzjonijiet tal-FEG, inklużi b’mod partikolari, is-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati fil-livell reġjonali u lokali, sabiex jinħoloq l-ogħla għadd ta' sinerġiji possibbli; l-interazzjoni bejn il-persuna ta' kuntatt nazzjonali u s-sħab responsabbli mill-ġestjoni tal-każijiet fil-livell reġjonali jew lokali għandha tissaħħaħ u l-arranġamenti ta’ komunikazzjoni u ta' appoġġ kif ukoll il-flussi ta’ informazzjoni (id-diviżjonijiet interni, il-kompiti u r-responsabbiltajiet) għandhom isiru espliċiti u maqbula mis-sħab kollha kkonċernati; |
|
12. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi estiż l-aċċess għall-appoġġ mill-FEG lil żgħażagħ sal-età ta’ 25 sena li huma barra mill-edukazzjoni, impjieg, jew taħriġ (NEETs) f'livell indaqs tal-ħaddiema li jirċievu appoġġ f’reġjuni b’qgħad għoli fost iż-żgħażagħ, jekk jintwera fl-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu li hemm bżonn li tinżamm din il-miżura wara Diċembru 2017; |
|
13. |
Isejjaħ lill-Kummissjoni biex tistieden lill-Parlament għal-laqgħat u s-seminars ta' gruppi ta' esperti skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (5); jenfasizza barra minn hekk l-importanza ta’ iktar koordinazzjoni fost dawk kollha involuti fl-applikazzjonijiet tal-FEG, inklużi s-sħab soċjali; |
|
14. |
Jitlob għall-pubblikazzjoni f'waqtha tal-evalwazzjoni finali skont l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
|
15. |
Jitlob lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet kollha involuti jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; jinnota, f’dan ir-rigward, ir-rieda tal-Parlament li jabbozza rapport fuq inizjattiva proprja bbażat fuq l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni li tqis il-funzjonament tar-Regolament il-ġdid dwar il-FEG u l-applikazzjonijiet eżaminati; jinnota li l-proċedura mtejba stabbilita mill-Kummissjoni, li ssegwi t-talba tal-Parlament biex tiżgura li l-FEG ikun verament strument ta' urġenza u biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, għandha l-għan li tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibbiltà ta' applikazzjoni tal-FEG flimkien mal-proposta għall-mobilizzazzjoni tal-FEG; jilqa' t-tħaffif sinifikanti tal-eżami u l-awtorizzazzjoni ta' applikazzjonjiet li nħoloq permezz tal-Regolament il-ġdid dwar il-FEG;; |
|
16. |
Jenfasizza li evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu li se titnieda fl-2015 għandha tqis ukoll l-impatt fit-tul tal-kriżi u tal-globalizzazzjoni fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u għalhekk tevalwa l-possibbiltà li jitnaqqsu l-kriterji ta’ 500 ħaddiem li ngħataw is-sensja stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-FEG, kif issuġġerit mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Settembru 2014. |
|
17. |
Jitlob lill-Istati Membri biex jenfasizzaw l-addizzjonalità tal-applikazzjonijiet tal-FEG, biex jinħolqu rabtiet aktar ċari ma’ fondi oħrajn u biex iqisu l-aktar modi xierqa għall-FEG biex jiżdied il-valur u jiġu evitati effetti ta’ ċaqliq; |
|
18. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
19. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
20. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Testi adottati, P8_TA(2014)0016.
(5) ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.
(6) Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1).
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2015/000 TA 2015 – Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (EU) 2015/1179.)