ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 403

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
1 ta' Novembru 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 403/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8018 — Sony Corporation of America/Sony-ATV Music Publishing) ( 1 )

1

2016/C 403/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8210 — HNA Aviation/SR Technics) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 403/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2016/C 403/04

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

3

2016/C 403/05

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 403/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8150 — Danone/The WhiteWave Foods Company) ( 1 )

4

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 403/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

5

2016/C 403/08

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

9

2016/C 403/09

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

14

2016/C 403/10

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

20


 

Rettifika

2016/C 403/11

Rettifika tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) ( ĠU C 249, 8.7.2016 )

26


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 403/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8018 — Sony Corporation of America/Sony-ATV Music Publishing)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 403/01)

Fl-1 ta’ Awwissu 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

—

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

—

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8018. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


1.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 403/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8210 — HNA Aviation/SR Technics)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 403/02)

Fl-24 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

—

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

—

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8210. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 403/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-31 ta’ Ottubru 2016

(2016/C 403/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0946

JPY

Yen Ġappuniż

114,97

DKK

Krona Daniża

7,4393

GBP

Lira Sterlina

0,90050

SEK

Krona Żvediża

9,8650

CHF

Frank Żvizzeru

1,0820

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,0345

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,024

HUF

Forint Ungeriż

308,44

PLN

Zloty Pollakk

4,3278

RON

Leu Rumen

4,5060

TRY

Lira Turka

3,3965

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4397

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4665

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,4887

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5313

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5251

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 254,89

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,8482

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4156

HRK

Kuna Kroata

7,5093

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 273,82

MYR

Ringgit Malażjan

4,5970

PHP

Peso Filippin

53,063

RUB

Rouble Russu

69,2498

THB

Baht Tajlandiż

38,327

BRL

Real Brażiljan

3,4836

MXN

Peso Messikan

20,7150

INR

Rupi Indjan

73,0940


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

1.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 403/3


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2016/C 403/04)

B’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella li ġejja:

Data u żmien tal-għeluq

16.9.2016

Durata

16.9.2016 – 31.12.2016

Stat Membru

Spanja

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

BSF/8910-

Speċi

Ċinturin iswed (Aphanopus carbo)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

—

Numru ta’ referenza

32/TQ1367


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


1.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 403/3


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2016/C 403/05)

B’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella li ġejja:

Data u żmien tal-għeluq

5.10.2016

Tul ta’ żmien

5.10.2016–31.12.2016

Stat Membru

Spanja

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

ALF/3X14-

Speċi

Alfonsinos (Beryx spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

—

Numru ta’ referenza

33/TQ1367


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 403/4


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8150 — Danone/The WhiteWave Foods Company)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 403/06)

1.

Fis-26 ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Danone SA (“Danone”, Franza) takkwista, fi ħdan it-tifsira tl-Artikolu 3(1)(b) il-kontroll sħiħ ta' The WhiteWave Foods Company (“WhiteWave”, l-Istati Uniti) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Danone: grupp ta' kumpaniji ta' prodotti tal-ikel bi preżenza madwar id-dinja, attiv l-aktar fi (i) prodotti friski tal-ħalib; (ii) ilma; (iii) prodotti tan-nutrizzjoni bikrija; kif ukoll (iv) prodotti ta' nutrizzjoni b'effett mediku;

—   għal WhiteWave: il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni ta' prodotti tal-ikel ta' oriġini veġetali kif ukoll ta' varjetajiet ta' ħalib, sostituti tal-ħalib għall-kafè kif ukoll xarbiet, prodotti tal-ħalib ta' kwalità fina, kif ukoll prodotti organiċi l-aktar fl-Amerika ta’ Fuq.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8150 — Danone/The WhiteWave Foods Company, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

1.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 403/5


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2016/C 403/07)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

“KOPI ARABIKA GAYO”

Nru tal-UE: PGI-ID-02115 – 26.1.2016

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem

“Kopi Arabika Gayo”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

L-Indoneżja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.8. Prodotti oħra tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Kopi Arabika Gayo” jiġi prodott f’altitudni ta’ bejn 900 m u 1 700 m ‘il fuq mil-livell tal-baħar fit-tliet distretti amministrattivi ta’ “Aceh Tengah”, “Bener Meriah” u “Gayo Lues” li jinsabu fil-Gayo Highland.

Il-“Kopi Arabika Gayo” huwa kafè li jissodisfa l-istandards nazzjonali, ipproċessat bil-metodu tipiku nofsu maħsul “Sumatra semi-washed” magħruf ukoll bħala l-metodu tat-tneħħija tal-ħliefa fl-umdu “wet hulling” (minn issa ‘l quddiem: “il-metodu tat-tneħħija tal-ħliefa fl-umdu”), u li għandu l-karatteristiċi li ġejjin: togħma uniformi, aċidità qawwija (l-ebda indikatur ta’ kejl - sempliċement effett sensorjali/organolettiku mad-dewqien tal-kafè), inqas morr, b’aroma intensa u qawwija. Barra minn hekk, il-“Kopi Arabika Gayo” jippreżenta l-karatteristiċi ta’ palat u ta’ aroma b’kumplessità unika, li jixbħu dawk tal-lewż, tal-karamel, taċ-ċikkulata, tal-frott, b’aċidità ħafifa, u b’intensità qawwija u dewwiema.

Fil-Gayo Highland tikber biss l-ispeċi tal-Arabica. Il-varjetajiet tal-kafè jew tal-pjanti tal-ispeċi tal-Arabica li jiġu kkultivati għall-“Kopi Arabika Gayo” huma: Borbor, Timtim, Ateng Jaluk, S 795 u P-88. Dawn il-varjetajiet jistgħu jintużaw bħala varjetajiet singoli jew imħallta.

L-Indikazzjoni Ġeografika “Kopi Arabika Gayo” tkopri l-prodotti li ġejjin: il-kafeni miksuba bil-metodu tat-tneħħija tal-ħliefa fl-umdu.

Il-kulur tal-kafena qabel it-tneħħija tal-ħliefa fl-umdu huwa griż fl-abjad u l-kontenut tal-ilma huwa ta’ bejn 35 u 40 %).

Wara t-tneħħija tal-ħliefa fl-umdu, il-kulur tal-kafena huwa bejn blu u aħdar fil-blu u l-kontenut tal-ilma huwa ta’ bejn 12 u 12,5 %.

Il-kafeni tal-“Kopi Arabika Gayo” fis-suq internazzjonali huma tal-kwalità tal-grad 1 (l-istandard nazzjonali li jirreferi għall-valur tad-difett fiżiku), li tfisser valur b’difett fiżiku ta’ inqas minn 11 għal kull 300 g. L-issortjar finali wara l-estrazzjoni tal-polpa jipproduċi kafeni b’daqs minimu ta’ 6,5 mm jew akbar.

Il-kafè ppreżentat lill-konsumatur biss li fih esklussivament 100 % “Kopi Arabika Gayo”, irrispettivament mill-istat tiegħu (aħdar jew mixwi), jirriproduċi l-karatteristiċi msemmija hawn fuq.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

—

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-passi fil-produzzjoni li ġejjin iridu jseħħu fiż-żona ġeografika identifikata tal-“Kopi Arabika Gayo”:

—

Il-produzzjoni taċ-ċirasa tal-kafè,

—

Il-proċeduri tal-ipproċessar sal-ipproċessar finali tal-kafeni.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ., tal-prodott li għalih jirreferi l-isem reġistrat

It-tqegħid fi xkejjer tal-kafeni għandu jsir fiż-żona ġeografika tal-“Kopi Arabika Gayo” sabiex tinżamm il-kwalità tal-kafeni u sabiex tiġi żgurata t-traċċabilità tagħhom.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem reġistrat

Il-kafè kopert bl-IĠP “Kopi Arabika Gayo” se jiġi ppreżentat fis-suq lill-klijenti jew lill-konsumaturi finali f’imballaġġ u f’kontenituri li juru biċ-ċar it-tismija li ġejja: “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” jew IĠP, l-isem “Kopi Arabika Gayo” waħdu jew flimkien mat-traduzzjoni tiegħu fi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE jekk ikun mixtieq, il-logo “Kopi Arabika Gayo” irreġistrat bħala trejdmark tal-UE (European Union Trademark) u l-logo Ewropew IĠP, jekk ikun mixtieq.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-“Kopi Arabika Gayo” jiġi prodott f’altitudni ta’ bejn 900 m u 1 700 m ‘il fuq mil-livell tal-baħar fit-tliet distretti amministrattivi ta’ “Aceh Tengah”, “Bener Meriah” u “Gayo Lues” li jinsabu fil-Gayo Highland.

Image

Il-mappa fuq ix-xellug turi t-tliet distretti koperti mill-IĠP. Iż-żoni ta’ lewn ġriż u ta’ lewn abjad (“Hutan Produksi” u “APL”) jirrappreżentaw dik il-parti fit-tliet distretti fejn jiġi prodott il-kafè.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

Il-“Kopi Arabika Gayo” jippreżenta karatteristiċi ta’ palat u ta’ aroma b’kumplessità unika minħabba l-fatturi naturali u umani li jinsabu fiż-żona ġeografika. Dawn il-kwalitajiet jagħtu r-reputazzjoni tal-Kopi Arabika Gayo fis-suq.

L-influwenza ta’ fatturi naturali:

Il-“Kopi Arabika Gayo” joriġina fiż-żona speċifika fl-għoli ta’ bejn 900 u 1 700 m ‘il fuq mil-livell tal-baħar. Il-post fejn jinsab il-Gayo Highland jagħmel użu minn fruntieri naturali bħal widien jew toroq fil-partijiet tal-Punent u tal-Lvant. Il-“Kopi Arabika Gayo” jikber taħt is-siġar tad-dell tal-legumi ta’ Leucane sp. (l-isem lokali huwa pete). Il-kultivazzjoni tal-kafè f’kundizzjonijiet ta’ altitudni għolja u ta’ intensità tad-dawl aktar baxxa, xi 60 % tad-dawl tax-xemx, se jirriżultaw fi proċess ta’ maturazzjoni aktar gradwali. Dan il-proċess se jinvolvi l-formazzjoni ta’ komposti kimiċi li se jikkostitwixxu t-togħma tal-kafè li tixbaħ dik tal-lewż, tal-karamel, taċ-ċikkulata, tal-frott, b’aċidità ħafifa, u b’intensità qawwija u dewwiema.

Din iż-żona għandha arja kiesħa u niexfa, bi preċiptazzjoni annwali ta’ 1 834 mm b’149 jum ta’ xita, b’medja ta’ 60 – 347 mm fix-xahar. It-temperatura tvarja bejn 16 u 24 °C matul is-sena kollha, filwaqt li l-umdità relattiva hija ta’ aktar minn 80 %. Fil-Gayo Highland hemm differenza ta’ temperaturi estremi ta’ madwar 5 °C binhar u billejl. Konsegwentement, l-arbuxxelli tal-“Kopi Arabika Gayo” jipproduċu ċirasa tal-kafè matul is-sena kollha, b’żewġ perjodi prinċipali tal-istaġun tal-ħsad, jigifieri f’Marzu - April u f’Ottubru - Novembru. Id-distribuzzjoni tal-produzzjoni taċ-ċirasa matul is-sena se tevita l-produzzjoni żejda u għandha impatt fuq l-aroma speċifika tal-kafè (aroma tal-lewż, tal-karamel, taċ-ċikkulata, tal-frott, b’aċidità ħafifa, u b’intensità qawwija u dewwiema).

Il-Gayo Highland jappartjeni għal żona tropikali umduża. Huwa magħmul minn ħamrija vulkanika fertili (Andosol, Inseptisol, Ultisol u Oxisol). F’termini ta’ karatteristiċi fiżiċi, is-sura tal-ħamrija f’din iż-żona hija kkostitwita l-aktar minn bilanċ bejn ramel, ħama u tafal. Din is-sitwazzjoni tiffaċilita li l-għeruq tal-kafè jikbru tajjeb. Il-biċċa l-kbira tal-ħamrija tal-Gayo Highland għandha wkoll proprjetajiet kimiċi tajbin bħal livell minn għoli sa għoli ħafna ta’ materja/materjal organiku (C-organic), livell medju sa għoli ħafna ta’ kontenut ta’ nitroġenu (N-total) u proporzjon baxx sa medju ta’ C/N kif ukoll ir-rekwiżit ottimu ta’ pH għall-kultivazzjoni tal-kafè (5,5 sa 7,0).

Bis-saħħa tal-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi msemmija tal-ħamrija, il-“Kopi Arabika Gayo” jikber b’mod vigoruż. Pjanta b’saħħitha normalment għandha tħalli biżżejjed weraq b’saħħithom biex isostnu t-tkabbir tal-kafena sal-maturazzjoni sħiħa. B’hekk, il-kafena tkun tista’ tilħaq il-massimu ta’ tkabbir biex tifforma l-aħjar prekursuri xierqa tat-togħma.

Għaldaqstant, it-togħma speċifika tal-kafè mhijiex determinata minn fattur wieħed. Din se tkun influwenzata mill-interazzjoni ta’ bosta fatturi li tikkonsisti l-aktar mill-art (l-iktar il-fertilità tal-ħamrija u l-altitudni), mit-tkabbir tal-pjanti (il-qawwa u s-saħħa), u mill-metodi ta’ produzzjoni bħall-użu tas-siġar li jagħtu d-dell, l-attakki minn pesti u mard (inkluż id-diżordni fiżjoloġika), il-qtugħ tal-frott (il-livell ta’ maturazzjoni u l-freskezza), u t-trattament ta’ wara l-ħsad (permezz tal-proċess tat-tneħħija tal-ħliefa fl-umdu nofsu maħsul).

L-influwenza ta’ fatturi umani:

Minbarra l-fatturi msemmijin hawn fuq, il-“Kopi Arabika Gayo” huwa wkoll prominenti f’termini ta’ fatturi umani. Il-“Kopi Arabika Gayo” huwa prodott ta’ kwalità u ta’ reputazzjoni għolja minħabba li jitkabbar minn nies li għandhom għal qalbhom il-kwalità tiegħu.

L-għarfien tan-nies ta’ Gayo li jaffettwa l-kwalità tal-kafè huwa prinċipalment ibbażat fuq il-prattiki tat-tkabbir tal-kafe, il-qtugħ taċ-ċirasa, u t-trattament ta’ wara l-ħsad permezz tal-proċess tat-tneħħija tal-ħliefa fl-umdu nofsu maħsul.

F’termini ta’ prattiki agrikoli, in-nies ta’ Gayo jkabbru l-kafè taħt is-siġar tad-dell bħal-lewċena tal-fjura bajda (lamtorogung), l-avokado u l-larinġa tal-Mandarin (jeruk keprok), iżommu manutenzjoni tajba tal-fertilità tal-ħamrija kif ukoll jagħmlu żbir regolari.

Barra minn hekk, il-produtturi tradizzjonalment jużaw l-artijiet mhux irrigati għall-pjantaġġuni tal-kafè. Barra minn hekk, hija d-drawwa tal-bdiewa li jiffertilizzaw il-pjanti tal-kafè b’fertilizzanti organiċi biss, b’mod speċjali dawk li huma magħmula minn kombinazzjoni ta’ qxur tal-kafè u diversi materjali lokali, bħal biċċiet mil-lewċena tal-fjura bajda (lamtorogung) u demel (Karim, et al., 2000). Ħafna mill-bdiewa jeħtieġu jużaw aktar fertilizzanti organiċi, minħabba li ħafna artijiet huma baxxi fin-nutrienti-p.

Huma dejjem il-bdiewa tal-kafè Gayo li jagħżlu ċ-ċirasa ħamra, billi dawn jifhmu tajjeb l-impatt tal-qtugħ fuq l-ipproċessar ta’ wara l-ħsad kif ukoll fuq il-kwalità tal-kafè (l-aspett, it-togħma u l-aroma).

F’termini tat-trattament ta’ wara l-ħsad, il-komunità tal-Gayo Highland tuża l-proċess tat-tneħħija tal-ħliefa fl-umdu. F’dan ir-rigward, il-proċess tat-tneħħija tal-parċmina jew “dehulled” iseħħ meta l-parċmina tal-kafeni tkuna għadha niedja (b’kontenut ta’ ndewwa ta’ bejn 35 u 40 %)). Il-kafeni pproċessati bil-proċess tat-tneħħija tal-ħliefa fl-umdu nofsu maħsul se jiksbu intensità qawwija, aċidità ħafifa u togħma kumplessa li tixbaħ il-lewż, iċ-ċikkulata, il-karamel, il-frott, b’aċidità ħafifa u b’intensità qawwija u dewwiema. Il-kontenut ta’ ndewwa għandu jkun ta’ bejn 12 u 12,5 % u dawn il-karatteristiċi huma kkontrollati għall-finijiet ta’ kummerċ.

Ir-reputazzjoni tal- “Kopi Arabika Gayo”:

L-isem “Gayo” huwa marbut mal-produzzjoni tal-kafè u l-produzzjoni tal-kafè hija magħrufa bħala produzzjoni tradizzjonali ta’ din iż-żona u hija integrata fil-prattiki kulturali tan-nies tal-lokal.

Il-“Kopi Arabika Gayo” għandu storja twila. Beda fi ġnien sperimentali f’Berendal, villaġġ fid-Distrett Aceh Tengah, matul l-era kolonjali Olandiża u żviluppa fiż-żoni kollha tal-Gayo Highland. Minħabba t-tradizzjoni lokali ta’ kultivazzjoni, ir-reġjun jipproduċi kafè ta’ kwalità. Għalhekk, il-“Kopi Arabika Gayo” għandu reputazzjoni tajba u fl-Indoneżja huwa magħruf bħala wieħed mill-kafejiet tal-oriġini u bħala kafè ta’ speċjalità.

Ċerti pubblikazzjonijiet xjentifiċi jikkonfermaw ir-reputazzjoni tal-Kopi Arabika Gayo:

Evaluation Criteria of Land Suitability to Arabica Gayo coffee in the Gayo Highlands/Evaluasi Kriteria Kesesuaian Lahan Kopi Arabika Gayo di Dataran Tinggi Gayo - R Salima, A Karim, S Sugianto - Jurnal Manajemen …, 2012 - jurnal.unsyiah.ac.id; Guide to raise and process Gayo Arabica Coffee/Panduan Budidaya dan Pengolahan Kopí Arabika Gayo - S Mawardi, R Hulupi, A Wibawa, S Wiryaputra - 2008


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


1.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 403/9


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2016/C 403/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1).

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDI MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“RHEINISCHES ZUCKERRÜBENKRAUT”/“RHEINISCHER ZUCKERRÜBENSIRUP”/“RHEINISCHES RÜBENKRAUT”

Nru tal-UE: DE-PGI-0105-01288 — 1.12.2014

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Schutzgemeinschaft Rheinischer Zuckerrübensirup/Rheinisches Apfelkraut

Wormersdorfer Straße 22-26

53340 Meckenheim

DEUTSCHLAND

Interess leġittimu:

L-assoċjazzjoni ta’ protezzjoni hija l-istess bħall-applikant oriġinali. Hija assoċjazzjoni ta’ produtturi u proċessuri tal-prodott inkwistjoni.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Il-Ġermanja

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

—

☐

Isem il-prodott

—

☒

Deskrizzjoni tal-prodott

—

☐

Żona ġeografika

—

☐

Prova tal-oriġini

—

☐

Metodu ta’ produzzjoni

—

☒

Rabta maż-żona ġeografika

—

☐

Tikkettar

—

☐

Oħrajn

4.   Tip ta’ emenda/I

—

☒

Emendi għall-ispeċifikazzjoni ta’ prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhomx jiġu kkwalifikati bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

—

☐

Emendi għall-ispeċifikazzjoni ta’ prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma ġiex ippubblikat Dokument Uniku (jew ekwivalenti) li ma jistgħux jiġu kwalifikati bħala minuri skont it-tifsira tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

5.   Emenda/i

(b)   Deskrizzjoni

L-ispeċifikazzjoni attwali tal-prodott tipprevedi l-kontenut minimu ta’ ħadid, manjeżju u aċidu foliku li ġej:

—   Ħadid: min. 10 mg/100 g

—   Manjeżju: min. 70 mg/100 g

—   Aċidu foliku: min. 90 μg/100 g

Il-kontenut minimu ta’ ħadid u manjeżju għandu jitbaxxa kif ġej:

—   Ħadid: min. 4 mg/100 g

—   Manjeżju: min. 60 mg/100 g

Ir-rekwiżit minimu tal-kontenut ta’ aċidu foliku għandu jitneħħa għal kollox.

Raġunijiet:

Il-valuri attwali huma bbażati fuq kejl li sar fuq il-pitravi taz-zokkor minn sena partikolari qabel ma ġiet irreġistrata l-IĠP. Kejl sussegwenti wera li, minħabba l-fluttwazzjonijiet naturali fil-kontenut tas-sustanzi speċifikati, ma jistax ikun garantit li dawk il-valuri dejjem jintlaħqu. Il-kwantità ta’ ħadid, manjeżju u aċidu foliku f’pitrava taz-zokkor misjura li tkun għadha kemm inqatgħet, u allura fil-prodott finali, tvarja skont jekk tkunx għamlet ftit li xejn xita jew inkella ħafna. Jista’ jkun ukoll li t-temperatura, is-sigħat ta’ dawl u fatturi oħrajn ikollhom x’jaqsmu wkoll. Il-ħtieġa li jitbaxxa l-kontenut minimu ta’ ħadid u manjeżju nħolqot minħabba dawn il-fluttwazzjonijiet naturali.

Rigward l-aċidu foliku, irid jiġi kkunsidrat il-fatt li dan jiddegrada b’mod naturali. Peress li r-Rheinisches Zuckerrübenkraut iżomm għal żmien twil ħafna, dan ifisser li wara ċertu perjodu ta’ żmien jista’ jitkejjel biss ammont limitat ta’ aċidu foliku fil-prodott lest għall-ikel. Barra minn hekk, il-kontenut ta’ aċidu foliku mkejjel fit-tank tal-kumpanija li tipproduċih ma jkunx rilevanti għall-konsumatur, peress li ma jibqax hemm meta jinbiegħ. Għaldaqstant mhuwiex xieraq li jintalab kontenut speċifiku ta’ aċidu foliku.

(f)   Rabta maż-żona ġeografika:

Fis-subparagrafu 2, “Speċifiċità tal-prodott”, is-sentenza:

“Il-prodott fih ukoll il-potassju u l-aċidu foliku”.

għandha tiġi emendata kif ġej:

“Il-prodott fih ukoll il-potassju u l-aċidu foliku, għalkemm f’ammonti varjabbli li jonqsu maż-żmien kemm idum maħżun il-prodott.”

Raġunijiet:

Ara r-raġunijiet taħt (b) Deskrizzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“RHEINISCHES ZUCKERRÜBENKRAUT”/“RHEINISCHER ZUCKERRÜBENSIRUP”/“RHEINISCHES RÜBENKRAUT”

Nru tal-UE: DE-PGI-0105-01288 — 1.12.2014

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem (ismijiet)

“Rheinisches Zuckerrübenkraut”/“Rheinischer Zuckerrübensirup”/“Rheinisches Rübenkraut”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Il-Ġermanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’1

Il-meraq pur, naturali u kkonċentrat ta’ pitravi taz-zokkor li jkunu għadhom kemm inqatgħu b’ebda fibra veġetali jew xi addittiv ieħor.

—

Dehra: xropp kannella skur, magħqud u jwaħħal ħafna

—

Togħma: ħelwa u ta’ xgħir

—

Riħa: ħelwa, ta’ xgħir u ta’ karamella

—

Kontenut finali ta’ zokkor (tolleranza ta’ ± 3 %)

Sukrożju: 33 %

Glukożju: 17 %

Fruttożju: 16 %

—

Gradi Brix: tal-inqas 78 ° Brix

—

pH: minn 4,4 sa 5,0

—

Kontenut ta’ ilma: massimu 22 %

—

Ħadid: min. 4 mg/100 g

—

Manjeżju: min. 60 mg/100 g

—

Potassju: min. 50 mg/100 g

—

Ix-xropp tal-pitravi taz-zokkor huwa prodott mingħajr addittivi. Il-prodott isir fil-perjodu tal-qtugħ tal-pitravi taz-zokkor bejn l-aħħar tas-sajf u r-rebbiegħa. Il-metodu tradizzjonali ta’ produzzjoni bbażat fuq il-leġiżlazzjoni moderna dwar l-ikel huwa kif ġej:

—   Il-wasla tal-oġġett/il-kwalità: jiġu kkonsenjati l-pitravi taz-zokkor li jkunu għadhom kemm inqatgħu.

—   L-ittestjar ta’ aċċettazzjoni: id-determinazzjoni tal-kontenut taz-zokkor sabiex jiġu definiti l-parametri operattivi meħtieġa (it-temperatura, it-tul tal-proċess tat-tisjir, eċċ.). Spezzjoni viżiva tal-ħamrija u tal-weraq.

—   Ħażna: perjodu qasir ta’ ħażna kemm fir-razzett kif ukoll fil-post ta’ produzzjoni, il-koordinazzjoni tal-ħsad u tal-kunsinna.

—   Trattament qabel ikompli l-ipproċessar: tindif ta’ qabel; tneħħija ta’ weraq, ħamrija u ġebel; tindifa fil-magna tal-ħasil tal-pitravi taz-zokkor.

—   Iproċessar: L-ipproċessar iseħħ fiż-żona ġeografika. Il-pitravi taz-zokkor jiġu pproċessati sħaħ jew imqattgħin. Il-maxx tissaħħan għal diversi sigħat u titgħalla bil-mod. Wieħed irid joqgħod attent li jagħti biżżejjed ħin biex il-maxx toqgħod. It-tul ta’ ħin li matulu l-pitravi jitgħallew u t-temperatura jiddependu fuq it-tradizzjoni tal-kumpanija. Imbagħad ix-xropp jiġi estratt taħt pressjoni għolja biex jinkiseb il-meraq mhux ipproċessat. Jintuża tagħmir ta’ filtri li jneħħu kważi l-frak solidu kollu mill-meraq mhux ipproċessat estratt. Il-meraq ċar jintbagħat lejn l-unità ta’ evaporazzjoni fejn l-ilma jitneħħa minnu bil-mod ġo vakwu. Il-kontenut ta’ materja niexfa fil-prodott finali huwa tal-inqas 78 ° Brix. Qabel il-ħażna, il-pH, il-lewn, is-sukrożju, il-fruttożju, il-glukożju u s-sustanza niexfa tal-prodott finali jiġu analizzati fl-impjant tal-ipproċessar. Il-prodott finali jiġi eżaminat b’mod regolari minn laboratorju estern. Ix-xropp tal-pitravi taz-zokkor miksub jinħażen f’tankijiet minn fejn jittieħed għall-ippakkjar.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Mingħajr eċċezzjoni, il-pitravi taz-zokkor kollha użati bħala materja prima jridu jkunu ġejjin miż-żona ġeografika inkwistjoni.

Tradizzjonalment, il-pitrava taz-zokkor użata biex minnha jsir ix-xropp tal-pitravi taz-zokkor tiġi biss mill-produtturi tal-pitravi taz-zokkor fir-reġjun.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-proċess sħiħ ta’ produzzjoni jseħħ fiż-żona ġeografika.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

—

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

—

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Fl-Istat ta’ North Rhine-Westphalia dan jinkludi r-reġjuni tal-gvern ta’ Cologne (minbarra d-distrett ta’ Oberbergisch) u d-distretti li ġejjin fir-reġjun tal-gvern ta’ Düsseldorf: Mettmann, il-Belt ta’ Düsseldorf, id-Distrett tar-Renu ta’ Neuss, il-Belt ta’ Mönchengladbach, Viersen, il-Belt ta’ Krefeld, id-Distrett ta’ Cleves u d-Distrett ta’ Wesel. Fl-Istat ta’ Rhineland-Palatinate, din tinkludi d-distretti rurali ta’ Ahrweiler u Mayen-Koblenz.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika:

It-tradizzjoni ta’ sekli sħaħ fir-Rhineland ta’ manifattura tax-xropp wasslet għall-perfezzjoni fil-proċess ta’ produzzjoni u togħma. Il-ħiliet rilevanti ġew mgħoddija minn ġenerazzjoni għal oħra. Fis-sekli erbatax u ħmistax, il-pitrava taz-zokkor ġiet stabbilita sew bħala għalla mkabbra fl-irziezet. Fir-Rhineland, il-pitravi taz-zokkor kienu waħda mid-dieċmi li l-bdiewa kien ikollhom iħallsu lill-mexxejja fewdali tagħhom mis-seklu ħmistax ’il quddiem. Fil-bidu tas-seklu sbatax, il-Gwerra ta’ Tletin Sena wasslet għal perjodu ta’ ġuħ; it-tkabbir tal-pitravi taz-zokkor deher li kien aktar faċli u produttiv mit-tkabbir taċ-ċereali. Fir-Rhineland, fost postijiet oħrajn fejn l-inkwiet kellu inqas effett, in-nies setgħu jinvestu l-ħin u l-isforzi meħtieġa biex ikabbru dawn il-pitravi bojod u ħelwin.

Illum, huwa impossibbli li wieħed jgħid meta bdiet il-produzzjoni tax-xropp tal-pitravi taz-zokkor fir-Rhineland, iżda probabbilment saret komuni fis-seklu tmintax. Iċ-ċentru ta’ produzzjoni tar-“Rübenkraut” huwa r-reġjun ta’ Isfel tar-Renu. Madwar l-1860, id-distrett ta’ Grevenbroich waħdu kellu madwar 63 pressa rreġistrata (dak iż-żmien kien hemm 309 produtturi tax-xropp fl-Istat Prussjan). Għall-bidu, ix-xropp tal-pitravi taz-zokkor kien ikun magħmul mill-mangelwurzels jew miz-zunnarija. Fis-seklu 19, madankollu, daħlet sew il-“Lanker Rübe”, tip ta’ mangelwurzel imkabbar fin-naħa ta’ isfel tar-Renu. Lejn l-aħħar tas-seklu, il-pitravi taz-zokkor saru l-aktar materja prima popolari. Ir-rekords minn madwar l-1870 tal-kamra tal-kummerċ f’Cologne juru li bejn 6 000 u 10 000 Zehntner (= 300 u 500 tunnellata) ta’ xropp tal-pitravi taz-zokkor kienu prodotti kull sena.

Barra minn hekk, ix-xropp tal-pitravi taz-zokkor jidher bħala ingredjent tradizzjonali importanti f’firxa ta’ riċetti tipiċi tar-Renu, eż. għar-riċetta taċ-ċanga marinata “Rheinischer Sauerbraten” u l-gingerbread “Aachener Printen”. It-tradizzjoni twila tal-produzzjoni tax-xropp tal-pitravi taz-zokkor fir-Rhineland hija evidenti wkoll fil-lingwa lokali: in-nies mir-Rhineland isejħulha “Rübenkraut” (fl-antik “Rüöwenkrut” jew “Röbenkraut”). Dan it-terminu għadu jintuża u jinftiehem, anki barra mir-Rhineland. Qabel ma kien magħruf li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni taz-zokkor, il-mangelwurzels kienu jintużaw bħala ħxejjex. L-isem “Rübenkraut”, imfassal fuq il-kelma “Apfelkraut”, li kien l-isem mogħti lil xropp magħmul mit-tuffieħ, ingħata lix-xropp magħmul mill-mangelwurzels.

Il-Figura 2 f’pubblikazzjoni minn Block bl-isem ta’ Rübensirup — Seine Herstellung, Beurteilung und Verwendung (“Ix-xropp tal-pitravi taz-zokkor — il-produzzjoni, il-valutazzjoni u l-użu tiegħu”), Leipzig 1920, turi li kien hemm konċentrazzjoni ta’ fabbriki tax-xropp tal-pitravi taz-zokkor (ċrieki suwed) fir-Rhineland. Il-fabbriki taz-zokkor kienu mifruxa ħafna fl-Imperu Ġermaniż, iżda kienu ftit ħafna u mbiegħda fir-Rhineland. Madankollu, ir-Rhineland patta għal dan bil-konċentrazzjoni unika tiegħu ta’ fabbriki tal-meraq tal-pitravi taz-zokkor. Anki llum, il-meraq tal-pitravi għadu jiġi prodott fi kwantitajiet kbar fir-Rhineland.

Speċifiċità tal-prodott:

Il-metodu ta’ produzzjoni bir-reqqa, stabbilit sew fir-reġjun minħabba t-tradizzjoni, jiggarantixxi li l-prodott finali jżomm fih minerali siewja bħall-manjeżju u l-ħadid. Il-prodott fih ukoll il-potassju u l-aċidu foliku, għalkemm f’ammonti varjabbli li jonqsu maż-żmien kemm idum maħżun il-prodott. Huwa jsir mingħajr ebda addittiv.

Minħabba t-togħma unika, ferm ħelwa u ta’ xgħir li għandu u li, bħall-aroma ħelwa ta’ xgħir u ta’ karamelli, hija r-riżultat tal-metodu ta’ produzzjoni bir-reqqa, huwa adatt mhux biss biex jiddellek iżda wkoll biex jiżdied fit-tisjir jew fil-ħami biex itejjeb it-togħma.

Il-prodott issa ilu żmien twil igawdi minn fama kbira u minn reputazzjoni tajba ħafna, b’mod partikolari fir-Rhineland iżda wkoll lil hinn mill-fruntieri tagħha. Il-fama u r-reputazzjoni li għandu l-prodott ġejjin mill-istorja twila tiegħu fiż-żona ġeografika.

Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għal IĠP):

Ir-reputazzjoni eċċellenti li għandu l-prodott ġejja mill-oriġini ġeografika tiegħu.

Ir-“Rübenkraut” kien ivvintat fir-Rhineland u ilu jiġi prodott hemmhekk minn dak iż-żmien. Minn dejjem kien isir mill-pitravi taz-zokkor mir-Rhineland. Il-fatt li l-pitravi taz-zokkor joriġinaw miż-żona ta’ produzzjoni huwa r-raġuni ewlenija għaliex il-prodott igawdi minn reputazzjoni daqshekk tajba. Huwa l-użu tal-materja prima lokali (il-pitravi taz-zokkor) li huwa inseparabbilment marbut mal-awtentiċità tal-prodott.

Illum ix-xropp tal-pitravi taz-zokkor għadu jsir kważi bl-istess mod kif kien isir sekli ilu. Il-pitravi taz-zokkor miż-żona ġeografika biss kienu jiġu pproċessati. Huwa għalhekk ukoll li hemm tant konċentrazzjoni ta’ fabbriki tal-meraq tal-pitravi taz-zokkor fir-Rhineland. Fir-Rhineland għadhom jitkabbru kwantitajiet kbar ta’ pitravi taz-zokkor — il-parti l-kbira minnhom tintuża għall-produzzjoni taz-zokkor, iżda kwantità konsiderevoli xorta waħda tiġi pproċessata biex isir ir-“Rübenkraut”.

Tradizzjonalment, il-pitrava taz-zokkor użata biex minnha jsir ix-xropp tal-pitravi taz-zokkor tiġi biss mill-produtturi tal-pitravi taz-zokkor fir-reġjun. Il-pitravi taz-zokkor jitkabbru fuq il-bażi ta’ arranġament kuntrattwali bejn il-proċessuri u l-bdiewa, u b’hekk jiġu ffaċilitati l-pariri ta’ biedja komprensivi. Il-kooperazzjoni bejn il-produtturi u l-proċessuri issa hija ssimplifikata, trasparenti u responsabbli. Garanzija tal-bejgħ tiżgura li dawk li jkabbru l-pitravi taz-zokkor ikollhom is-sigurtà bażika li għandhom bżonn biex jippjanaw għall-futur. Il-kwalità kimika tal-pitravi taz-zokkor tiġi kkontrollata b’mod regolari permezz ta’ proċeduri analitiċi identiċi.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

http://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/40829


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


1.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 403/14


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2016/C 403/09)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“PISTACCHIO VERDE DI BRONTE”

Nru tal-UE: PDO-IT-02144 — 7.6.2016

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Consorzio Tutela Pistacchio Verde di Bronte DOP [Assoċjazzjoni ta’ Protezzjoni tad-DOP Pistacchio Verde di Bronte]

Indirizz

:

Piazza Nunzio Azzia, 14

95034 Bronte (CT)

ITALIA

Email

:

presidente@consorziopistacchioverde.it

Il-Consorzio Tutela Pistacchio Verde di Bronte D.O.P huwa intitolat li jissottometti applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tal-Ministeru tal-Politika tal-Agrikoltura, l-Ikel u l-Forestrija Digriet Nru 12511 tal-14 ta’ Ottubru 2013.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Italja

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

—

☐

Isem tal-prodott

—

☒

Deskrizzjoni tal-prodott

—

☐

Żona ġeografika

—

☐

Prova tal-oriġini

—

☒

Metodu ta’ produzzjoni

—

☐

Rabta

—

☒

Tikkettar

—

☒

Ieħor [aġġornamenti]

4.   Tip ta’ emenda/i

—

☒

Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP reġistrata li ma għandhiex tiġi kwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

—

☐

Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP reġistrata li għaliha ma ġiex ippubblikat Dokument Uniku (jew l-ekwivalenti) li ma għandhiex tiġi kwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott

Artikolu 6 — Karatteristiċi tal-prodott

1.

Il-punti li ġejjin fl-Artikolu 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott:

—

“kulur tal-kotiledoni: aħdar intens; proporzjon tal-klorofilla a għall-klorofilla b: bejn 1,3 u 1,5;”

—

“kontenut ta’ umdità: bejn 4 % u 6 %;”

—

“il-pistaċċa fiha livell għoli ta’ xaħam monoinsaturat (b’mod predominanti l-aċidu olejku (72 %), segwit mill-aċidu linolejku (15 %) u mill-aċidu palmitiku (10 %)).”

huma emendati kif ġej:

—

“il-kulur tal-kotiledoni: aħdar intens; proporzjon tal-klorofilla a għall-klorofilla b: 1,3 jew iktar;”

—

“kontenut tal-umdità 6 % jew inqas;”

—

“il-pistaċċa fiha livell għoli ta’ xaħmijiet monoinsaturati (b’mod predominanti aċidu palmitiku 10 % jew aktar; aċidu linolejku 15 % jew aktar, u kontenut tal-aċidu olejku li ma jaqbiżx it-72 %).”

Il-“Pistacchio Verde di Bronte” huwa differenti b’mod sinfikanti minn tipi oħrajn ta’ pistaċċi minħabba li kapaċi jżomm il-kulur aħdar intens sakemm isir għalkollox, li jiggarantixxi t-togħma ħafifa tiegħu (mhux “ħadranija” jew fenolika). Il-kulur aħdar huwa dovut mhux biss għall-konċentrazzjoni għolja ta’ klorofilli, iżda l-aktar minħabba prevelanza qawwija tal-klorofilla a fuq il-klorofilla b. Aktar kemm ikun għoli l-proporzjon a/b, aktar tkun għolja l-kwalità tal-Pistacchio di Bronte (Bellomo, M. G., u B. Fallico, “Anthocyanins, chlorophylls and xanthophylls in pistachio nuts (Pistacia vera) of different geographic origin.” Journal of Food Composition and Analysis (2007): p. 352-359). Għalhekk, iż-żieda fil-valur massimu ta’ dan il-proporzjon hija meħtieġa sabiex tiġi evitata l-ħela tal-prodott li mhijiex iġġustifikata minn perspettiva kwalitattiva.

Il-kontenut ta’ umdità tal-pistaċċi tnaqqas biex il-prodott jiġi ssalvagwardjat aħjar kontra l-moffa.

Il-proporzjon ta’ aċidi grassi huwa influwenzat minn diversi parametri attribwibbli għal-latitudni, il-kompożizzjoni tal-ħamrija u t-tibdil fil-klima; għalhekk huwa meqjus neċessarju, mill-aspett tekniku, li l-perċentwali tal-aċidu palmitiku, linolejiku u olejku jiġu espressi b’mod differenti. Fir-rigward tal-aċidu palmitiku u dak linolejiku, l-emenda tipproponi valur minimu permess (aċidu palmitiku 10 % jew aktar; aċidu linolejiku 15 % jew aktar) u valur massimu għall-aċidu olejku (li ma jaqbiżx it-72 %).

Metodu tal-produzzjoni

L-Artikolu 5 — Preparazzjoni tal-art

2.

Il-frażi:

“Għal imsaġar ġodda, il-preparazzjoni tal-art, tinvolvi l-livellar taż-żona kkonċernata biex tiffaċilita l-iskular tal-ilma, ix-xogħol tal-kultivazzjoni u l-fertilizzazzjoni bin-nutrijenti qabel il-kultivazzjoni.”

għandha tiġi emendata kif ġej:

“Għal imsaġar ġodda, fejn ikun possibbli l-preparazzjoni tal-art tinvolvi l-livellar taż-żona kkonċernata biex tiffaċilita l-iskular tal-ilma, ix-xogħol tal-kultivazzjoni u l-fertilizzazzjoni bin-nutrijenti qabel il-kultivazzjoni.”

Din l-emenda tqis il-karatteristiċi tal-art fi msaġar ġodda, fejn mhux dejjem ikun possibbli li l-art titħejja minħabba li din tkun vulkanika jew tkun tinsab fil-Park Nazzjonali tal-Etna.

L-Artikolu 5 — Regoli tal-kultivazzjoni

3.

Il-paragrafu:

“il-kundizzjonijiet partikolari tal-klima u tal-ħamrija, kif ukoll it-teknika tat-tneħħija taż-żahar ipparttikata fiż-żona tal-produzzjoni tad-DOP ‘Pistacchio Verde di Bronte’, kif deskritti fl-Artikolu 3, iżidu l-varjazzjonijiet naturali f’termini ta’ speċi u jsaħħu l-protezzjoni tal-pjanti.”

għandu jiġi emendat kif ġej:

“L-imsaġar għall-produzzjoni tal-‘Pistacchio Verde di Bronte’ jistgħu jiġu kkultivati kif ġej:

—

is-sistema konvenzjonali, skont ir-regoli ta’ prattika agrikola tajba tar-Reġjun ta’ Sqallija u/jew organizzazzjonijiet internazzjonali;

—

is-sistema ta’ Ġestjoni Integrata tal-Organiżmi ta’ Ħsara, skont ir-rekwiżiti stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1257/99, kif emendat;

—

is-sistema ta’ Ġestjoni Integrata tal-Organiżmi ta’ Ħsara, skont ir-rekwiżiti stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 834/2007, kif emendat;

L-operatur huwa obbligat li jwettaq:

—

żbir annwali;

—

kontroll tal-ħaxix ħażin;

—

tneħħija taż-żahar matul is-sena li fiha ma ssirx produzzjoni, li permezz tagħha tkun tista’ tiżdied il-varjazzjoni tal-ispeċi u titjieb il-protezzjoni tal-pjanti;

—

attivitajiet sabiex jiġu indirizzati b’mod effettiv id-danni avversi kollha, kemm abijotiċi kif ukoll bijotiċi fin-natura.”

Il-paragrafu t’hawn fuq kif emendat jippermetti iktar preċiżjoni fid-deskrizzjoni tar-regoli ta’ kultivazzjoni permessi fl-ispeċifikazzjoni u tal-prattiki li l-operatur għandu jwettaq fil-qasam.

4.

Tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Huwa ppjanat rendiment massimu awtorizzat għal sentejn ta’ 1 700 kg ta’ prodott fil-qoxra, għal kull ettaru.”

L-inklużjoni tar-rendiment massimu għal kull ettaru ta’ prodott fil-qoxra għandha skop doppju. L-ewwel għandha l-għan li tiskoraġġixxi prattiki agrikoli intensivi li, filwaqt li jżidu l-produzzjoni, jistgħu jaffettwaw b’mod ħażin il-kwalità tal-prodott. It-tieni huwa li tipprovdi element addizzjonali ta’ kontroll fuq il-produzzjoni tal-“Pistacchio Verde di Bronte” għall-benefiċċju ta’ kontroll akbar ta’ frodi.

L-Artikolu 5 — Ħsad, ħażna u proċessar

5.

Il-frażi:

“Il-ħsad isir bl-idejn, billi s-siġar jiġu mċaqilqa ‘l quddiem u lura, jew billi l-frott jinġabar bl-użu ta’ basktijiet, filwaqt li tingħata attenzjoni biex jiġi evitat li l-frott jaqa’ mal-art”.

hija emendata kif ġej:

“Il-ħsad isir billi s-siġar jiġu mċaqilqa ‘l quddiem u lura jew billi l-frott jinġabar bl-użu ta’ basktijiet, filwaqt li tingħata attenzjoni biex jiġi evitat li l-frott jaqa’ mal-art”.

Permezz ta’ din l-emenda jista’ jinġabar l-użu ta’ għodod mekkaniċi bħal shakers li jaħdmu b’mutur u vibraturi li jiffaċilitaw il-fażi tal-ġbir mingħajr ma tiġi affettwata l-kwalità tal-prodott.

6.

Is-sentenza:

“Il-prodott fil-qoxra jrid imbagħad jitnixxef minnufih f’xemx diretta jew bl-użu ta’ sistemi oħrajn tat-tnixxif, li jżommu t-temperatura tal-prodott bejn 40 °C u 50 °C, sakemm il-kontenut tal-umdità residwali tal-pistaċċi jkun bejn 4 % u 6 %.”

għandha tiġi emendata kif ġej:

“Il-prodott fil-qoxra jrid imbagħad jitnixxef minnufih f’xemx diretta jew bl-użu ta’ sistemi oħrajn tat-tnixxif, li jżommu t-temperatura tal-prodott taħt il-50 °C, sakemm il-kontenut massimu tal-umdità residwali tal-pistaċċi jkun 6 %.”

L-għażla tat-tnixxif tal-prodott anki f’temperaturi anqas minn 40 °C tippermetti preservazzjoni aħjar tal-kulur tal-pistaċċi.

Il-bidla fil-valur tissalvagwardja l-prodott aħjar kontra l-moffa u b’hekk jitjieb iż-żmien tal-ħżin tal-prodott.

7.

Is-sentenza:

“Il-prodott niexef għandu jitpoġġa fl-ippakkjar il-ġdid tal-ġuda, karti jew polietilen, f’postijiet xotti u vventilati, sabiex jiġi evitat kuntatt mal-art u l-ħitan.”

ġiet emendata kif ġej:

“Il-prodott niexef għandu jitpoġġa fl-ippakkjar il-ġdid skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ u jinħażen f’postijiet xotti u vventilati, sabiex jiġi evitat kuntatt mal-art u l-ħitan.”

L-emenda hija meħtieġa sabiex jiġi permess l-użu ta’ kontenituri magħmula minn kwalunkwe materjal permess mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

8.

Il-frażi:

“Matul il-perjodu ta’ Marzu–Ottubru skont il-kondizzjonijiet tat-temp, il-prodott fil-forom differenti tiegħu, jiġifieri, fil-qoxra, imfesdaq jew imqaxxar, għandu jinżamm f’temperatura ta’ bejn 13-il grad C u 17-il grad C, jew issiġillat fi ppakkjar f’vakwu jew f’atmosfera modifikata.”

ġiet emendata kif ġej:

“Matul il-perjodu ta’ Marzu - Ottubru skont il-kondizzjonijiet tat-temp, il-prodott fil-forom differenti tiegħu, jiġifieri, fil-qoxra, imfesdaq jew imqaxxar, għandu jinżamm f’temperatura ta’ 15-il grad C jew inqas, jew issiġillat fi ppakkjar f’vakwu jew f’atmosfera modifikata.”

Il-bidla fit-temperatura tal-ħżin tqis it-temperaturi fl-imħażen. B’mod partikolari, jekk il-prodott jitħalla jinħażen f’temperaturi ta‘ 15 °C jew inqas, il-prodott ikun jista’ jiġi ppreservat aħjar u għal perjodi itwal.

Tikkettar

L-Artikolu 8 — Ippakkjar u tikkettar

9.

Is-sentenza:

“L-isem tal-imballatur, l-isem u l-indirizz tal-kumpanija għandhom ukoll jidhru fuq l-ippakkjar, kif ukoll l-ismijiet tal-azjendi li mingħandhom ikun ġie l-frott, jekk disponibbli, il-piż gross oriġinali u s-sena tal-produzzjoni.”

ġiet emendata kif ġej:

“L-isem tal-imballatur, l-isem u l-indirizz tal-kumpanija għandhom ukoll jidhru fuq l-ippakkjar, kif ukoll l-ismijiet tal-azjendi li mingħandhom ikun ġie l-frott, jekk disponibbli, il-piż nett oriġinali u s-sena tal-produzzjoni.”

Il-paragrafu ġie allinjat mar-regoli tal-Unjoni dwar it-tikkettar li jeħtieġ li l-piż nett tal-ikel jiġi indikat minflok il-piż gross.

Aġġornamenti

Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 510/2006 ġew aġġornati mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Il-korp ta’ spezzjoni nnominat ġie sostitwit bi: Istituto Zooprofilattico Sperimentale della Sicilia “A. Mirri”, Via G. Marinuzzi 3, 90129 Palermo, Tel. +39 0916565328, Fax +39 0916565437, Email: servizio certificazioni@izssicilia.it

DOKUMENT UNIKU

“Pistacchio Verde di Bronte”

Nru tal-UE: PDO-IT-02144 — 7.6.2016

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem

“Pistacchio Verde di Bronte”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Id-DOP “Pistacchio Verde di Bronte” hija riżervata għall-prodott fil-qoxra, imfesdaq jew imqaxxar tal-pjanta tal-ispeċi botanika Pistacia vera, varjetà Napoletana, magħrufa wkoll bħala Bianca jew Nostrale, imlaqqma minn Pistacia terebinthus. Huwa permess perċentwal li ma jaqbiżx 5 % tal-pjanti ta’ varjetajiet oħra u/jew ta’ għeruq minn pjanti differenti li mhumiex il-Pistaca terebinthus. Dan il-perċentwal jirreferi għall-pjanti kollha flimkien li hemm fil-pjantaġġuni. Fi kwalunkwe każ il-prodotti li jiġu mill-pjanti ta’ varjetajiet oħrajn, li ma jappartjenux għall-varjetà Napoletana, ikunu esklużi miċ-ċertifikazzjoni.

Id-DOP “Pistacchio Verde di Bronte” meta jinħareġ għall-konsum għandu jkollu, minbarra l-istandards komuni ta’ kwalità, dawn il-karatteristiċi fiżiċi u organolettiċi: il-kotiledoni ta’ kulur: aħdar skur; proporzjon ta’ klorofilla a/b f’firxa ta’ 1,3 jew iktar; togħma aromatika qawwija, mingħajr traċċa ta’ moffa jew togħmiet barranin; kontenut ta’ umdità ta’ 6 % jew inqas; il-pistaċċi fih livell għoli ta’ xaħmijiet monoinsaturati (preżenza qawwija ta’ aċidu palmitiku ta’ 10 % jew iktar; aċidu linoleiku ta’ 15 % jew iktar, u kontenut ta’ aċidu olejku li ma jaqbiżx it-72 %).

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

—

3.4.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

It-tkabbir, il-ħsad u l-ipproċessar tal-“Pistacchio Verde di Bronte” jitwettqu fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-prodott jitqiegħed għall-bejgħ f’diversi forom ta’ ppakkjar ġdid, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, fi żmien sentejn mill-ħsad.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-“Pistacchio Verde di Bronte” jista’ jinħareġ għall-konsum biss fi ppakkjar bil-logo tad-Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta.

L-ippakkjar għandu jkollu wkoll, b’ittri ċari, li ma jitħassrux u li jintgħarfu faċilment mill-bqija tal-kitba fuq it-tikketta, il-kliem “Pistacchio Verde di Bronte”.

L-isem tal-imballatur, l-isem u l-indirizz tal-kumpanija għandhom ukoll jidhru fuq l-ippakkjar, kif ukoll l-ismijiet tal-azjendi li mingħandhom ikun ġie l-frott, jekk disponibbli, il-piż nett oriġinali u s-sena tal-produzzjoni.

L-indikazzjoni tal-ġimgħa tal-ħsad tal-prodott hija fakultattiva. Il-logo tad-DOP jinkludi l-kliem “Denominazione d’Origine Protetta DOP”, bi stampa tal-Muntanja Etna taħtha, u pistaċċa bil-kliem “Pistacchio Verde di Bronte” taħtha.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-“Pistacchio Verde di Bronte” titkabbar fil-muniċipalitajiet ta’ Bronte, Adrano u Biancavilla fil-Provinċja ta’ Katanja bejn 400 m u 900 m mil-livell tal-baħar.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni għandha ħamrija ta’ oriġini vulkanika u klima Mediterranea semiarida u subtropikali, bi sjuf li jdumu u xotti, b’xita kkonċentrata fil-ħarifa u fix-xitwa u b’varjazzjonijiet notevoli fit-temperatura bejn il-jum u l-lejl. Dawn il-fatturi tal-ħamrija u l-klima, flimkien mal-użu tas-siġra tal-batan (Pistacia terebinthus) introdotta mill-bniedem f’din iż-żona, jagħtu lill-frotta l-kwalitajiet partikolari (il-kulur aħdar skur tagħha tipiku għat-territorju, il-forma tawwalija tagħha, it-togħma aromatika tagħha u l-kontenut għoli ta’ xaħmijiet aċidużi monoinsaturati tagħha), li diffiċli jinkisbu f’żoni oħra ta’ produzzjoni jew xi mkien ieħor fuq il-muntanja tal-Etna. Din il-kombinazzjoni partikolari tal-fatturi tal-ħamrija, fatturi klimatiċi u umani tagħti lill-“Pistacchio Verde di Bronte” DOP il-karatteristiċi partikolari li jagħmlu lil dan il-prodott wieħed uniku.

Fi Sqallija, it-tkabbir tal-“Pistacchio Verde di Bronte” b’mod mifrux beda fil-perjodu tal-ħakma Għarbija (fis-seklu 8 u 9 W.K). Meta l-imperu Ruman waqa’ taħt l-impatt tal-invażjonijiet tal-Barbari, Sqallija ntrebħet mill-Għarab (Berberi mit-Tuneżija, Musulmani, u Suwed tas-Sudan), li ddeskrivew lil Sqallija bħala “il-ġnien tal-Eden”. Kienu proprju l-Għarab li minbarra t-tkabbir tal-lumi, tal-larinġ, taz-zokkor tal-kannamieli, tal-qoton, tal-palmi, tal-papiru u tal-brunġiel, introduċew ukoll it-tkabbir tal-pistaċċi. Sal-lum, il-“Pistacchio Verde di Bronte” huwa l-ingredjent li jikkaratterizza d-diżerti u l-ħelu Sqallin, b’mod partikolari dawk fiż-żona ta’ Katanja.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

Il-Ministeru nieda l-proċedura nazzjonali ta’ oppożizzjoni bil-pubblikazzjoni tal-proposta għall-emendar tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għad-DOP “Pistacchio Verde di Bronte” fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana Nru 56 tat-8 ta’ Marzu 2016.

It-test konsolidat tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa disponibbli fuq l-Internet: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew inkella:

billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit web tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija (www.politicheagricole.it) u jikklikkja fuq il-kliem “Prodotti DOP e IGP” (fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u wara jikklikkja fuq il-kliem “Prodotti DOP, IGP e STG” (fin-naħa tax-xellug tal-iskrin) u finalment fuq “Disciplinari di produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


1.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 403/20


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2016/C 403/10)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1).

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

“SCHWÄBISCHE SPÄTZLE”/“SCHWÄBISCHE KNÖPFLE”

Nru tal-UE: DE-PGI-0105-01384 — 12.10.2015

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Schutzgemeinschaft Schwäbische Spätzle

Indirizz

:

Dottingerstraße 69

72525 Münsingen

DEUTSCHLAND

Interess leġittimu:

L-organizzazzjoni li qed tibgħat din l-applikazzjoni hija l-organizzazzjoni li kienet bagħtet l-applikazzjoni oriġinali. L-għaqda msejħa “Schutzgemeinschaft Schwäbische Spätzle” hija għaqda ta’ produtturi u proċessuri tal-prodott ikkonċernat.

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Il-Ġermanja

3.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda

—

☐

Isem il-prodott

—

☒

Deskrizzjoni tal-prodott

—

☐

Żona ġeografika

—

☐

Prova tal-oriġini

—

☒

Metodu tal-produzzjoni

—

☒

Rabta maż-żona ġeografika

—

☐

Tikkettar

—

☐

Affarijiet oħra [speċifika]

4.   Tip ta’ emenda/i

—

☒

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma tistax titqies bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

—

☐

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) u li ma tistax titqies bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

5.   Emenda/i

(b)   Deskrizzjoni

(1)

Fl-ewwel sentenza, wara l-frażi “…tip ta’ għaġin ibbażat fuq il-bajd magħmul mill-bajd frisk” qed tiżdied il-frażi li ġejja: “(fil-każ tal-għaġin niexef) jew mill-bajd sħiħ u/jew mill-bajd frisk (fil-każ tal-għaġin frisk)”.

(2)

Fi tmiem l-ewwel paragrafu qed jiżdiedu s-sentenzi li ġejjin, li oriġinarjament kienu inklużi fit-Taqsima e) Metodu tal-produzzjoni:

“Il-prodott ‘Schwäbische Spätzle’/‘Schwäbische Knöpfle’ jinbiegħ direttament għall-konsum bħala għaġin frisk jew inkella ppasturizzat u/jew imkessaħ jew iffriżat. Barra minn hekk, l-għaġin tat-tip ‘Spätzle’ jinbiegħ ukoll bħala għaġin niexef li jżomm ħafna.”

(3)

Fil-paragrafu msejjaħ “Kompożizzjoni”:

—

fl-ewwel sentenza, wara l-frażi “…huma d-dqiq oħxon, il-bajd frisk” qed tiżdied il-frażi li ġejja: “(fil-każ tal-għaġin niexef tat-tip ‘Spätzle’/‘Knöpfle’) u l-bajd sħiħ u/jew il-bajd frisk (fil-każ tal-għaġin frisk tat-tip ‘Spätzle’/‘Knöpfle’)”;

—

fi tmiem il-paragrafu qed tiżdied is-sentenza li ġejja:

“B’mod fakultattiv, l-għaġin frisk tat-tip ‘Schwäbische Spätzle’/‘Schwäbische Knöpfle’ jista’ jiżdiedlu miegħu żejt tat-tisjir li ma jaffettwax it-togħma jew il-lewn tal-għaġin.”

(4)

Fil-paragrafu msejjaħ “Il-karatteristiċi ewlenin”:

—

id-dettalji dwar “Il-kwalità tal-bajd” qed jinbidlu b’dan li ġej:

“Il-kwalità tal-bajd għall-għaġin niexef tat-tip ‘Schwäbische Spätzle’/‘Schwäbische Knöpfle’: bajd frisk kif jintuża normalment għall-għaġin.

Il-kwalità tal-bajd għall-għaġin frisk tat-tip ‘Schwäbische Spätzle’/‘Schwäbische Knöpfle’: bajd sħiħ u/jew bajd frisk kif jintuża normalment għall-għaġin.”;

—

wara l-frażi “Il-kwalità tad-dqiq oħxon”, il-frażi “…jew dqiq oħxon tal-qamħ tat-tip Triticum spelta” qed tinbidel b’dan li ġej: “… u/jew dqiq oħxon tal-qamħ tat-tip Triticum spelta”;

—

wara l-frażi “Il-kwalità tad-dqiq oħxon għall-għaġin frisk tat-tip ‘Schwäbische Spätzle’/‘Schwäbische Knöpfle’”, il-frażi “dqiq oħxon tal-qamħ jew dqiq oħxon tal-qamħ tat-tip Triticum spelta” qed tinbidel bil-frażi “dqiq oħxon tal-qamħ u/jew dqiq oħxon tal-qamħ tat-tip Triticum spelta”;

—

fi tmiem il-paragrafu qed jiżdied dan li ġej:

“Żejt tat-tisjir li ma jaffettwax it-togħma jew il-lewn tal-għaġin: fakultattiv fil-każ tal-għaġin frisk tat-tip ‘Schwäbische Spätzle’/‘Schwäbische Knöpfle’ sabiex ma’ dan l-għaġin jiżdied iż-żejt”.

Raġuni għall-emendi:

(1)

Il-bidla tal-frażi “bajd frisk” bil-frażi “bajd sħiħ” fil-każ tal-għaġin frisk tat-tip “Spätzle”/“Knöpfle”:

Filwaqt li ħafna mill-produtturi tal-għaġin niexef jofqsu l-bajd tat-tiġieġ huma stess u jipproċessawh malajr bħala bajd frisk, il-produtturi tal-għaġin frisk ħafna drabi ma jofqsux il-bajd tat-tiġieġ huma stess, sakemm dawn ma jkunux azjendi tal-ikel jew azjendi artiġjanali żgħar.

Minħabba li l-massa mhix pasturizzata tal-bajd hija suxxettibbli ħafna li titħassar bil-mikrobi, ir-riskju li dan ikollu impatt ħażin fuq il-materjal nej u b’hekk ukoll fuq il-prodott finali huwa kbir ħafna, b’mod speċjali fil-każ tal-produtturi tal-għaġin frisk. Għalhekk, il-produtturi tal-għaġin frisk jużaw il-bajd sħiħ pasturizzat mixtri mingħand fornituri rrikonoxxuti minflok.

Dawn il-fornituri jridu jkunu lliċenzjati skont id-dispożizzjonijiet regolatorji tal-UE fil-qasam veterinarju u tal-ikel u jridu jagħmlu diversi testijiet, b’mod regolari, kemm fuq il-materja prima (il-bajd bil-qoxra) kif ukoll fuq il-prodott finali. It-test fuq il-materja prima jinkludi spezzjoni regolari u komprensiva tal-prodotti li jkunu qed jaslu fl-azjenda, li tinkludi analiżi tal-kundizzjonijiet tal-ħżin, tal-kwantità tal-arja fil-bajd u tas-sustanzi niġġiesa minn laboratorji esterni akkreditati. Wara l-pastorizzazzjoni jsiru analiżijiet mikrobijoloġiċi u kimiċi-fiżiċi oħrajn b’rabta mal-lottijiet li jiggarantixxu li l-prodott imwassal ikun sikur ħafna mil-lat ta’ kemm hu frisk, ta’ kemm iżomm u ta’ kemm ikollu karatteristiċi kostanti. F’dan il-kuntest, għall-freskezza, hija importanti ferm b’mod speċjali l-identifikazzjoni tal-aċidi organiċi (l-aċidu lattiku, l-aċidu betaidrossibutiriku u l-aċidu dibażiku kristallin li jittieħed mill-ambra).

Il-bajd frisk fit-tifsira tal-linji gwida għall-għaġin jista’ jinxtara wkoll mingħand azjendi lliċenzjati meta l-prodotti ppasturizati tal-bajd jintbagħtu lill-produttur tal-għaġin fi żmien 24 siegħa u mbagħad dan irid jipproċessahom malajr.

Għall-produtturi tal-għaġin frisk it-trasformazzjoni fil-proċess operattiv hija diffiċli l-iktar wara tmiem il-ġimgħa u wara l-festi.

Min-naħa l-oħra, f’dan il-kuntest, fil-linji gwida għall-għaġin ma jingħad xejn dwar kemm irid ikun frisk il-bajd, iżda tingħata informazzjoni biss dwar kemm irid ikun għadda żmien minn meta jinfaqas sa meta jiġi pproċessat.

Madankollu, kemm ikun frisk il-bajd b’rabta mal-kundizzjonijiet tal-ħżin huwa importanti ħafna għall-kwalità. Iżda dan il-fattur ma jitqiesx fil-linji gwida. M’hemm l-ebda dubju dwar il-fatt li kemm fil-każ tal-bajd sħiħ u kemm fil-każ tal-bajd frisk, irid jintuża biss bajd tal-kategorija A. Il-bajd sħiħ ippasturizzat użat għall-għaġin frisk ibbażat fuq il-bajd jista’ jinħażen għal massimu ta’ 14-il jum. Il-perjodi tal-ħżin deskritti ma jvarjawx għall-bajd frisk.

Miċ-ċirkustanzi deskritti jidher li, minn naħa, l-użu tal-bajd sħiħ fil-produzzjoni tal-għaġin frisk tat-tip “Spätzle”/“Knöpfle” jikkorrispondi għar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-produzzjoni u, min-naħa l-oħra, l-użu tal-bajd frisk huwa ta’ mill-inqas l-istess u ma jwassal għall-ebda telf fil-kwalità tal-prodott finali.

(2)

Mil-lat tematiku, id-deskrizzjoni tal-forom differenti li fihom il-prodott “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” jinbiegħ bħala għaġin frisk jew niexef tidħol fit-Taqsima b) tal-ispeċifikazzjoni u għalhekk trid titneħħa mit-Taqsima e) u minflok titpoġġa f’dik it-Taqsima.

(3)

Iż-żejt tat-tisjir bħala ingredjent fakultattiv:

Wara l-produzzjoni tiegħu, l-għaġin frisk ma jitnixxifx, lanqas parzjalment. Minħabba li jkun fih iktar ilma mill-għaġin niexef, faċli jeħel ma’ xulxin. Għalhekk hemm bżonn li miegħu jiżdied iż-żejt tat-tisjir sabiex ma jeħilx ma’ xulxin. Dan jagħti lill-għaġin frisk il-konsistenza u l-forma tiegħu u b’hekk tiżdied il-kwalità tal-prodott meta jkun qed jitħejja għall-konsumatur aħħari. Fil-fatt, b’hekk l-għaġin ikun jista’ jinħareġ faċilment mill-pakkett u jissaħħan.

L-użu ta’ żejt tat-tisjir li ma jaffettwax it-togħma jew il-lewn tal-għaġin jiżgura li t-togħma u l-lewn tal-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” jibqgħu l-istess.

Il-fatt li mal-għaġin jiżdied iż-żejt huwa prattika stabbilita ta’ meta l-għaġin jitlesta u jinħażen anki fir-ristoranti u fid-djar privati. Ġeneralment, meta jkun qed jitħejja l-għaġin niexef ukoll jintefa’ ftit żejt fl-ilma tal-borma sabiex l-għaġin ma jeħilx ma’ xulxin.

B’hekk l-użu taż-żejt tat-tisjir sabiex mal-għaġin frisk tat-tip “Spätzle”/“Knöpfle” jiżdied iż-żejt jikkorrispondi għar-rekwiżiti teknoloġiċi u ma jaffettwax ħażin il-kwalità u l-karatteristiċi tipiċi tal-prodott.

(4)

Minn naħa, il-frażi “… jew dqiq oħxon tal-qamħ tat-tip Triticum spelta” qed tinbidel bil-frażi “… u/jew dqiq oħxon tal-qamħ tat-tip Triticum spelta” biex jiġi kkoreġut żball evidenti u, min-naħa l-oħra, biex tiġi ċċarata kif xieraq it-tradizzjoni tal-produtturi li ġieli jużaw id-dqiq oħxon tal-qamħ u d-dqiq oħxon tal-qamħ tat-tip Triticum spelta flimkien.

Din tal-aħħar hija wkoll ir-raġuni għala l-frażi “dqiq oħxon tal-qamħ jew dqiq oħxon tal-qamħ tat-tip Triticum spelta” qed tinbidel bil-frażi “dqiq oħxon tal-qamħ u/jew dqiq oħxon tal-qamħ tat-tip Triticum spelta”.

(e)   Metodu tal-produzzjoni

Fi tmiem din it-Taqsima, is-sentenza “Fil-każ tal-għaġin frisk, il-prodott jitkessaħ jekk ikun meħtieġ, jiġi ppasturizzat u mbagħad jerġa’ jitkessaħ għal 2 sa 7 °C.” qed tinbidel b’dan li ġej:

“Fil-każ tal-għaġin frisk, il-prodott jiġi ppasturizzat jekk ikun meħtieġ, u mbagħad jitkessaħ għal 2 sa 7 °C jew jiġi ffriżat.”

Raġuni għall-emenda:

Din l-emenda hija waħda ta’ editjar u sservi wkoll biex tiċċara li l-għaġin frisk jista’ jiġi ffriżat ukoll. Mid-deskrizzjoni li hemm fit-Taqsima b) Deskrizzjoni diġà jidher li l-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” jista’ jinbiegħ iffriżat ukoll.

(f)   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità tal-prodott:

Fl-ewwel sentenza, wara l-frażi “…tip ta’ għaġin ibbażat fuq il-bajd magħmul mill-bajd frisk” qed tiżdied il-frażi li ġejja: “(fil-każ tal-għaġin niexef) jew mill-bajd sħiħ u/jew mill-bajd frisk (fil-każ tal-għaġin frisk)”.

Raġuni għall-emenda:

Ara r-raġuni mogħtija fit-Taqsima b) Deskrizzjoni għall-bidla tal-frażi “bajd frisk” bil-frażi “bajd sħiħ” fil-każ tal-għaġin frisk tat-tip “Spätzle”/“Knöpfle”.

DOKUMENT UNIKU

“SCHWÄBISCHE SPÄTZLE”/“SCHWÄBISCHE KNÖPFLE”

Nru tal-UE: DE-PGI-0105-01384 — 12.10.2015

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Ismijiet

“Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Il-Ġermanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Il-klassi 2.5 Għaġin

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-prodott “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” huwa tip ta’ għaġin ibbażat fuq il-bajd magħmul mill-bajd frisk (fil-każ tal-għaġin niexef) jew mill-bajd sħiħ u/jew mill-bajd frisk (fil-każ tal-għaġin frisk) b’karatteristiċi ta’ prodott magħmul id-dar. Il-prodott għandu forma irregolari u għandu wiċċ aħrax u poruż. L-għaġina titgħalla direttament fl-ilma jew fil-fwar. Fil-lingwaġġ ta’ kuljum, iż-żewġ ismijiet jirreferu għall-istess prodott magħmul mill-istess għaġina u jistgħu jintużaw wieħed flok l-ieħor. Il-forma tal-għaġin ibbażat fuq il-bajd tvarja minn ħoxna għal irqiqa u minn qasira għal twila. Bil-kemm tista’ ssir distinzjoni bejn iż-żewġ ismijiet, id-differenzi bejniethom mhumiex ċari u l-interpretazzjoni tagħhom tvarja minn reġjun għall-ieħor.

Il-prodott “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” jinbiegħ direttament għall-konsum bħala għaġin frisk jew inkella ppasturizzat u/jew imkessaħ jew iffriżat. Barra minn hekk, l-għaġin tat-tip “Spätzle” jinbiegħ ukoll bħala għaġin niexef li jżomm ħafna.

Il-karatteristiċi ewlenin:

Il-kulur/id-dehra: Naturali, minn isfar lewn id-deheb għal isfar ċar.

L-għamla: prodott tal-għaġin ibbażat fuq il-bajd b’forma irregolari; wiċċ aħrax u poruż; prodott tat-tip magħmul id-dar; il-forma tvarja minn ħoxna għal irqiqa u minn qasira għal twila.

Il-konsistenza: soda meta l-prodott jingidem, tajba għat-tisjir u ma twaħħalx, b’wiċċ aħrax.

Il-kwalità tal-bajd għall-għaġin niexef tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle”: bajd frisk kif jintuża normalment għall-għaġin.

Il-kwalità tal-bajd għall-għaġin frisk tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle”: bajd sħiħ u/jew bajd frisk kif jintuża normalment għall-għaġin.

Il-kontenut tal-bajd għal kull kilo ta’ dqiq oħxon/dqiq:

għall-għaġin niexef tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle”: mill-inqas żewġ bajdiet għal kull kilo ta’ dqiq oħxon, imma normalment jiżdiedu 4 sa 6 bajdiet ma’ kull kilo ta’ dqiq oħxon;

għall-għaġin frisk tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle”: mill-inqas 8 bajdiet għal kull kilo ta’ dqiq oħxon u dqiq.

Il-kwalità tad-dqiq oħxon: dqiq oħxon tal-qamħ durum u/jew dqiq oħxon tal-qamħ tat-tip Triticum spelta.

Il-kwalità tad-dqiq oħxon għall-għaġin frisk tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle”: dqiq oħxon tal-qamħ u/jew dqiq oħxon tal-qamħ tat-tip Triticum spelta.

Il-kwalità tal-ilma: ilma tax-xorb frisk.

Melħ: fakultattiv, massimu ta’ 1 %.

Ħwawar, ħxejjex aromatiċi, spinaċi: fakultattivi.

Aċidu ċitriku: fakultattiv fil-każ tal-għaġin frisk tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle”.

Żejt tat-tisjir li ma jaffettwax it-togħma jew il-lewn tal-għaġin: fakultattiv fil-każ tal-għaġin frisk tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle”.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

L-ingredjenti użati biex isir l-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” huma d-dqiq oħxon, il-bajd frisk (fil-każ tal-għaġin niexef tat-tip “Spätzle”/“Knöpfle”) u l-bajd sħiħ u/jew il-bajd frisk (fil-każ tal-għaġin frisk tat-tip “Spätzle”/“Knöpfle”) u l-ilma tax-xorb. Magħhom jistgħu jiżdiedu wkoll il-melħ (sa massimu ta’ 1 %), il-ħwawar, il-ħxejjex aromatiċi u l-ispinaċi. Għall-għaġin frisk tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” jista’ jiżdied l-aċidu ċitriku u flok id-dqiq oħxon kollu jew parti minnu jista’ jintuża d-dqiq. B’mod fakultattiv, l-għaġin frisk tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” jista’ jiżdiedlu miegħu żejt tat-tisjir li ma jaffettwax it-togħma jew il-lewn tal-għaġin.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Biex tiġi ggarantita l-awtentiċità ta’ dan il-prodott tradizzjonali li huwa tipiku tar-reġjun tiegħu, u biex tkun żgurata kwalità li tkun dejjem tajba, l-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” għandu jiġi prodott fiż-żona ġeografika ddefinita. L-istadji tal-produzzjoni tal-għaġin frisk u niexef huma l-istess sal-punti tat-tkessiħ u t-tnixxif. Tradizzjonalment, l-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” jsir bl-idejn. Kien biss fil-bidu tas-seklu 20 li beda jiġi prodott bil-magni. L-ingredjenti jitħalltu flimkien u l-għaġina tibqa’ tingħaġen sa ma tikseb il-konsistenza li suppost ikollha. Minn meta ġew introdotti l-magni, dan il-proċess sar mekkanizzat ħafna. L-għaġina tingħata l-forma u titgħalla fl-ilma jew fil-fwar. Il-konsistenza tal-għaġina u t-temperatura u l-ħin tajbin tat-tisjir jeħtieġu għarfien u esperjenza li mhux faċli jiġu standardizzati. Is-sengħa tal-produtturi u l-għarfien espert reġjonali dwar l-ipproċessar għandhom rwol importanti f’dan il-proċess. Fil-każ tal-għaġin niexef, l-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” li jiġi prodott jitnixxef minn qabel u mbagħad jerġa’ jitnixxef fl-aħħar. Fil-każ tal-għaġin frisk, il-prodott jiġi ppasturizzat jekk ikun meħtieġ, u mbagħad jitkessaħ għal 2 sa 7 °C jew jiġi ffriżat.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

—

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

—

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika ta’ Schwaben tinkludi r-reġjun kollu ta’ Baden-Württemberg kif ukoll id-distrett amministrattiv kollu ta’ Schwaben fir-reġjun tal-Bavarja.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika

L-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” ilu sekli sħaħ jiġi prodott fiż-żona ġeografika u għandu rwol importanti ħafna fit-tisjir tipiku ta’ Schwaben. Is-sengħa tal-produtturi u l-għarfien espert reġjonali dwar l-ipproċessar għandhom rwol importanti f’dan il-proċess. Tradizzjonalment, l-għaġina tal-għaġin tat-tip “Spätzle” tinqata’ bl-idejn u, sal-lum il-ġurnata, il-qtugħ bl-idejn tal-għaġina fuq mejda huwa kkunsidrat bħala simbolu speċjali tal-kwalità. Minħabba raġunijiet ekonomiċi, il-produzzjoni tal-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” b’karatteristiċi ta’ prodott magħmul id-dar, jiġifieri daqslikieku l-għaġina tinqata’ bl-idejn, bdiet issir bil-magni mill-bidu tas-seklu 20. L-ewwel privattivi bbażati fuq il-prattika ġew irreġistrati biex iżommu l-awtentiċità tal-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” u l-karattru tiegħu ta’ prodott magħmul id-dar (ara, pereżempju, id-“Deutsches Reichpatent” 471046). Diversi wirjiet juru l-għarfien tradizzjonali dwar il-produzzjoni li kien jeżisti fir-reġjun ta’ Schwaben sa minn żmien imbiegħed u li għadu jeżisti sal-ġurnata tal-lum (ara l-wirja msejħa “Spätzle und Knöpfle - Geschichte(n) rund um das Leibgericht der Schwaben”, b’mod speċjali l-parti msejħa “Alte Zeiten” li tinsab f’Ofterdingen; u dik imsejħa “Spätzle – Schaben, pressen, hobeln” li tinsab fil-“Freilichtmuseum” (mużew li jinsab barra) f’Beuren). Għadd kbir ta’ kompetizzjonijiet tat-tisjir u diversi rekords dinjin fit-tqattigħ tal-għaġina tal-għaġin tat-tip “Spätzle” juru l-ispeċifiċità taż-żona ġeografika b’rabta mal-fatturi umani. L-għarfien espert tan-nies ta’ din iż-żona dwar kif issir l-għaġina ntiret minn ġenerazzjoni għall-oħra u għandu rwol importanti għall-karatteristiċi sussegwenti tal-prodott. It-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-għaġin tat-tip “Spätzle” fi Schwaben tmur lura sas-seklu 18. Fl-1725, Rosino Lentilio, kunsillier u tabib minn Württemberg, ikkonkluda li l-kliem “Knöpflein” u “Spazen” kienu jirreferu għal “kull ħaġa li ssir mid-dqiq”. Dak iż-żmien, il-qamħ tat-tip Triticum spelta kien jitkabbar ħafna fiż-żona ta’ Schwaben Ġermaniża. Dawn iċ-ċereali jikbru f’ħamrija fqira u kienu popolari ħafna f’dan ir-reġjun, fejn kien hemm ħafna ażjendi agrikoli żgħar u n-nies kienu foqra ħafna. Minħabba li d-dqiq oħxon tal-qamħ tat-tip Triticum spelta fih livelli għoljin ta’ glutina, fi żminijiet ta’ faqar kbir l-għaġina setgħet issir mingħajr ma jiżdied magħha l-bajd u, għalhekk, għall-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” kien jintuża primarjament il-qamħ tat-tip Triticum spelta. Dan il-prodott kiseb il-fama fiż-żona ta’ Münsinger Alb. Meta bdiet l-industrijalizzazzjoni u żdiedet il-prosperità, l-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” nbidel minn ikel ordinarju ta’ kuljum għal speċjalità kulinarja li tittiekel fil-jiem ta’ festi. F’deskrizzjoni ta’ raħal tal-bdiewa fi Schwaben li nkitbet fl-1937 l-għaġin tat-tip “Spätzle” ġie deskritt bħala ikel tal-festi. Sena qabel, il-poeta lokali Sebastian Blau kien sejjaħ lill-għaġin tat-tip “Spätzle” s-simbolu tal-identità reġjonali ta’ Schwaben: “… l-għaġin tat-tip ‘Spätzle’ huwa l-bażi tal-kċina tagħna, l-fama ta’ pajjiżna, … l-alfa u l-omega tal-menu ta’ Schwaben …”. F’postijiet fiż-żona ġeografika li fihom in-natura ma toffrix daqshekk vantaġġi, il-metodu tradizzjonali, reġjonali tal-produzzjoni tal-għaġin tat-tip “Spätzle”, flimkien mas-sengħa marbuta ma’ din il-produzzjoni, li hija żviluppata ħafna, ippermetta li dan isir prodott ta’ valur għoli. Illum il-ġurnata, fi Schwaben l-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” jiġi prodott mill-produtturi kważi kollha tal-prodotti tal-għaġin u jintuża mir-ristoranti kważi kollha, u dan il-prodott ilu mis-snin tmenin jiġi esportat b’suċċess. Għan-nies li jgħixu fiż-żona ġeografika, il-prodott sar simbolu tal-identità tagħhom. Ir-rwol importanti li l-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” għandu fit-tisjir tipiku ta’ Schwaben tidher, fost l-oħrajn, min-novella li ġiet ippubblikata għall-ewwel darba fl-1827 bl-isem “Die Geschichte von den Sieben Schwaben” (“L-istorja tas-seba’ ‘Schwaben’”). Skont din in-novella, it-tradizzjoni fir-reġjun ta’ Schwaben hija “li tiekol ħames darbiet kuljum, ħames darbiet soppa u darbtejn ‘Knöpfle’ jew ‘Spätzle’”. Fl-1892, Elise Henle kitbet li huwa xieraq li mara fi Schwaben tkun taf issajjar l-għaġin tat-tip “Spätzle”. Hija kitbet: “Mara ma tkunx mara vera minn Schwaben jekk ma tkunx taf issajjar l-għaġin tat-tip ‘Spätzle’”. Dan l-aħħar, fil-ktieb tiegħu tat-tisjir imsejjaħ “Schwäbische Spätzleküche” (“Il-kċina tal-għaġin tat-tip ‘Spätzle’ tar-reġjun ta’ Schwaben”), l-awtur minn Schwaben Siegfried Ruoss elenka iktar minn 50 riċetta differenti mir-reġjun ta’ Schwaben li fihom jintuża l-għaġin tat-tip “Spätzle”.

Speċifiċità tal-prodott

Għall-kuntrarju ta’ tipi oħra ta’ għaġin, l-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” huwa tip ta’ għaġin ibbażat fuq il-bajd magħmul mill-bajd frisk (fil-każ tal-għaġin niexef) jew mill-bajd sħiħ u/jew mill-bajd frisk (fil-każ tal-għaġin frisk) b’karatteristiċi ta’ prodott magħmul id-dar. Il-prodott għandu forma irregolari u għandu wiċċ aħrax u poruż. L-għaġina titgħalla direttament fl-ilma jew fil-fwar. Il-forma tiegħu tista’ tkun irqiqa jew ħoxna u tawwalija jew qasira. Dan huwa l-uniku tip ta’ għaġin li jitgħalla għall-ewwel darba waqt li jkun qed jiġi prodott. L-għaġina niedja jew tingħadda minn ġo pjanċi mtaqqbin jew titħalla toqtor minn ġo fihom għal ġo reċipjent bl-ilma sħun. Jekk ikun hemm bżonn, l-għaġina tinqata’ matul dan il-proċess.

Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)

Ir-rabta kawżali bejn il-karatteristiċi speċjali tal-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” u l-oriġini ġeografika tiegħu ġejja mill-fama li jgawdi minnha l-prodott fid-dawl tal-oriġini tiegħu. Il-prodott huwa speċjalità tal-għaġin li għandu tradizzjoni twila ħafna u li huwa tipiku ta’ dan ir-reġjun ta’ Schwaben, li huwa magħruf sew u jgawdi minn fama tajba b’mod partikulari fir-reġjun, iżda wkoll lil hinn minnu. Dan huwa kkonfermat mill-maġġoranza tal-kummenti li waslu għand l-awtorità nazzjonali u minn stħarriġ tal-konsumaturi li sar fl-2002.

Barra minn hekk, jeżistu għadd ta’ referenzi fil-letteratura, fl-artikli tal-istampa u f’kotba reġjonali tat-tisjir li lkoll jikkonfermaw ir-rwol fundamentali tal-għaġin tat-tip “Spätzle”/“Knöpfle” fit-tisjir tipiku ta’ Schwaben u l-fama li jgawdi minnha dan il-prodott bħala l-“platt nazzjonali ta’ Schwaben”.

Illum il-ġurnata, fi Schwaben l-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” jiġi prodott mill-produtturi kważi kollha tal-prodotti tal-għaġin u jintuża mir-ristoranti kważi kollha, u dan il-prodott ilu mis-snin tmenin tas-seklu li għadda jiġi esportat b’suċċess. Il-fama li jgawdi minnha l-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” ġejja l-aktar mill-metodu tradizzjonali, reġjonali tal-produzzjoni tal-għaġin tat-tip “Spätzle”, flimkien mas-sengħa marbuta ma’ din il-produzzjoni, li hija żviluppata ħafna f’dan ir-reġjun, u l-għaġin tat-tip “Spätzle” maqtugħ bl-idejn igawdi minn fama tassew għolja. Il-produzzjoni bil-magni wkoll teħtieġ għarfien u esperjenza, u b’hekk is-sengħa u l-għarfien espert reġjonali tal-produtturi f’dak li għandu x’jaqsam mal-ipproċessar ukoll għandhom rwol importanti. Għalhekk, wieħed jista’ jissoponi li l-fama tal-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” hija assoċjata mill-qrib mar-reġjun tal-produzzjoni.

L-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” huwa magħruf ħafna mal-konsumaturi u, minħabba l-oriġini reġjonali tiegħu, għandu fama tajba bbażata fuq it-tradizzjoni twila tiegħu bħala speċjalità tar-reġjun ta’ Schwaben u fuq is-sengħa li ġiet żviluppata hemmhekk marbuta mal-produzzjoni ta’ dan it-tip ta’ għaġin, u l-għaġin tat-tip “Spätzle” maqtugħ bl-idejn jitqies bħala għaġin ta’ kwalità tassew tajba. Sa mill-1965, meta kien sar stħarriġ fuq skala nazzjonali mill-koperattiva tal-konsumaturi ta’ Stuttgart imsejħa “Konsumgenossenschaft Stuttgart e.G.” għar-reġjuni ta’ Stuttgart u Reutlingen, intwera li l-għaġin tat-tip “Spätzle” jgawdi minn fama tajba ħafna. Il-letteratura ta’ Schwaben hija rikka wkoll bil-poeżiji dwar l-ikel favorit tan-nies ta’ Schwaben, bħall-poeżija ppubblikata fl-1838 fil-gazzetta “Schwarzwälder Boten” bl-isem ta’ “Das Lob der Schwabenknöpfle”, il-poeżija “Schwäbische Leibspeisa” jew dik imsejħa “Spätzles-Lied”. Barra minn hekk, insibu għadd ta’ festi u drawwiet li fihom jissemma l-għaġin tat-tip “Schwäbiche Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle”. Il-prodott jiġi kkummerċjalizzat ukoll fl-industrija tat-turiżmu permezz ta’ ġimgħat iddedikati lill-ispeċjalitajiet tal-ikel, korsijiet, seminars u kompetizzjonijiet dwar kif għandu jinqatal-għaġin tat-tip “Spätzle”. Dan l-aħħar, l-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” ingħata r-rwol ta’ ambaxxatur kulinari tar-reġjun ta’ Schwaben.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://register.dpma.de/DPMAregister/blattdownload/marken/2016/26/Teil-7/20160701


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


Rettifika

1.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 403/26


Rettifika tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom

(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 249 tat-8 ta’ Lulju 2016 )

(2016/C 403/11)

F’paġna 4, l-istandard EN 60065:2014,

minflok:

“Cenelec

EN 60065:2014

Rekwiżiti ta’ sigurtà għal apparati awdjo, vidjow, u apparati elettroniċi simili - Rekwiżiti ta’ sigurtà

IEC 60065:2014 (Modifikat)

17/04/2015

EN 60065:2002

+ A11:2008

+ A12:2011

+ A1:2006

+ A1:2006

+ A2:2010

Nota 2.1

17/11/2017

Artikolu 3.1.a

(& Artikolu 2 2006/95/KE)

 

EN 60065:2014/AC:2016

Din hi l-ewwel pubblikazzjoni”

 

 

 

aqra:

“Cenelec

EN 60065:2014

Rekwiżiti ta’ sigurtà għal apparati awdjo, vidjow, u apparati elettroniċi simili - Rekwiżiti ta’ sigurtà

IEC 60065:2014 (Modifikat)

17/04/2015

EN 60065:2002

+ A11:2008

+ A12:2011

+ A1:2006

+ A1:2006

+ A2:2010

Nota 2.1

17/11/2017

Artikolu 3.1.a

(& Artikolu 2 2006/95/KE)

 

EN 60065:2014/AC:2016

8/07/2016”

 

 

 

F’paġna 4, l-istandard EN 60825-1:2014,

minflok:

“Cenelec

EN 60825-1:2014

Sigurtà ta’ apparati laser - Parti 1: Klassifikazzjoni tal-apparat u rekwiżiti

IEC 60825-1:2014

10/07/2015

EN 60825-1:2007

Nota 2.1

19/06/2017

Artikolu 3.1.a

(& Artikolu 2 2006/95/KE)”

aqra:

“Cenelec

EN 60825-1:2014

Sigurtà ta’ apparati laser - Parti 1: Klassifikazzjoni tal-apparat u rekwiżiti

IEC 60825-1:2014

10/07/2015

EN 60825-1:2007

Nota 2.1

12/06/2017

Artikolu 3.1.a

(& Artikolu 2 2006/95/KE)”

F’paġna 6, l-istandard EN 61000-3-2:2014,

minflok:

“Cenelec

EN 61000-3-2:2014

Kompatibilità elettromanjetika (EMC) - Parti 3-2: Limiti - Limiti għal emissjonijiet ta’ kurrent armoniku (kurrent li jidħol fit-tagħmir sa 16 A kull fażi jew inqas)

IEC 61000-3-2:2014

17/04/2015

EN 61000-3-2:2006

+ A1:2009

+ A2:2009

Nota 2.1

30/06/2017

Artikolu 3.1.b”

aqra:

“Cenelec

EN 61000-3-2:2014

Kompatibilità elettromanjetika (EMC) - Parti 3-2: Limiti - Limiti għal emissjonijiet ta’ kurrent armoniku (kurrent li jidħol fit-tagħmir sa 16 A kull fażi jew inqas)

IEC 61000-3-2:2014

17/04/2015

EN 61000-3-2:2006

+ A1:2009

+ A2:2009

Nota 2.1

12/06/2017

Artikolu 3.1.b”

F’paġni 8 u 9, l-istandard EN 62368-1:2014,

minflok:

“Cenelec

EN 62368-1:2014

Tagħmir awdjo/video, teknoloġija tal-informatika u komunikazzjoni - Parti 1: Rekwiżiti ta’ sigurtà (IEC 62368-1:2014, modifikat)

IEC 62368-1:2014 (Modifikat)

17/04/2015

EN 60065:2014

EN 60950-1:2006

+ A11:2009

+ A12:2011

+ A1:2010

+ A2:2013

Nota 2.1

20/06/2019

Artikolu 3.1.a

(& Artikolu 2 2006/95/KE)

 

EN 62368-1:2014/AC:2015

Din hi l-ewwel pubblikazzjoni

 

 

 

 

EN 62368-1:2014/AC:2015

Din hi l-ewwel pubblikazzjoni

 

 

 

 

EN 62368-1:2014/AC:2015

10/07/2015”

 

 

 

aqra:

“Cenelec

EN 62368-1:2014

Tagħmir awdjo/video, teknoloġija tal-informatika u komunikazzjoni - Parti 1: Rekwiżiti ta’ sigurtà (IEC 62368-1:2014, modifikat)

IEC 62368-1:2014 (Modifikat)

17/04/2015

EN 60065:2014

EN 60950-1:2006

+ A11:2009

+ A12:2011

+ A1:2010

+ A2:2013

Nota 2.1

12/06/2017

Artikolu 3.1.a

(& Artikolu 2 2006/95/KE)

 

EN 62368-1:2014/AC:2015

10/07/2015

 

 

 

 

EN 62368-1:2014/AC:2015

08/07/2016

 

 

 

 

EN 62368-1:2014/AC:2015

08/07/2016”

 

 

 

F’paġna 34, l-istandard EN 301 908-13 V7.1.1,

minflok:

“ETSI

EN 301 908-13 V7.1.1

Netwerks ċellulari għal IMT; EN armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva R&TTE; Parti 13: Tagħmir għall-Utenti (UE) b’aċċess bir-Radju Terrestri Universali Evolut (E-UTRA)

Din hi l-ewwel pubblikazzjoni

EN 301 908-13 V6.2.1

Nota 2.1

30/09/2017

Artikolu 3(2)”

aqra:

“ETSI

EN 301 908-13 V7.1.1

Netwerks ċellulari għal IMT; EN armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva R&TTE; Parti 13: Tagħmir għall-Utenti (UE) b’aċċess bir-Radju Terrestri Universali Evolut (E-UTRA)

08/07/2016

EN 301 908-13 V6.2.1

Nota 2.1

12/06/2017

Artikolu 3(2)”

F’paġna 36, l-istandard EN 301 908-2 V7.1.1:

minflok:

“ETSI

EN 301 908-2 V7.1.1

Netwerks ċellulari IMT; EN Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva R&TTE; Parti 2: CDMA Firxa Diretta (UTRA FDD) Tagħmir għall-Utenti (UE)

Din hi l-ewwel pubblikazzjoni

EN 301 908-2 V6.2.1

Nota 2.1

30/09/2017

Artikolu 3(2)”

aqra:

“ETSI

EN 301 908-2 V7.1.1

Netwerks ċellulari IMT; EN Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva R&TTE; Parti 2: CDMA Firxa Diretta (UTRA FDD) Tagħmir għall-Utenti (UE)

08/07/2016

EN 301 908-2 V6.2.1

Nota 2.1

12/06/2017

Artikolu 3(2)”