ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 394

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
26 ta' Ottubru 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 394/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8105 — Marmedsa/UECC/UECC Ibérica) ( 1 )

1

2016/C 394/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8015 — Synthos/Ineos Styrenics) ( 1 )

1


 

III   Atti preparatorji

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2016/C 394/03 CON/2016/44

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Settembru 2016 dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (CON/2016/44)

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 394/04

Rata tal-kambju tal-euro

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 394/05

Avviż lill-operaturi ekonomiċi — Sensiela ġdida ta’ talbiet għas-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli

6

2016/C 394/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8177 — AMC UK/Odeon and UCI Cinemas) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

7


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

26.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 394/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8105 — Marmedsa/UECC/UECC Ibérica)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 394/01)

Fit-18 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8105. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


26.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 394/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8015 — Synthos/Ineos Styrenics)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 394/02)

Fis-26 ta’ Awwissu 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8015. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


III Atti preparatorji

Il-Bank Ċentrali Ewropew

26.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 394/2


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-12 ta' Settembru 2016

dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej

(CON/2016/44)

(2016/C 394/03)

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-3 ta' Awwissu 2016 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill għal opinjoni dwar proposta (1) għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju (2) u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (3) (iktar 'il quddiem ir-“Regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi r-regolament propost fih dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kompiti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali biex timplimenta l-politika monetarja u biex tikkontribwixxi għat-tmexxija bla xkiel tal-politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti relatati mal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) u l-Artikolu 127(5) tat-Trattat. F'konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

1.   Osservazzjonijiet ġenerali

Il-BĊE jappoġġa l-għanijiet tar-regolament propost, li huwa parti importanti mill-Pjan ta' Azzjoni għall-Unjoni tas-Swieq tal-Kapitali (“CMU”) (4) u jikkumplimenta pilastri oħrajn tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa (5). Ir-Regolament propost għandu jagħmilha eħfef għall-investituri, il-maniġers ta' fondi u impriżi ta' portafoll li jikkwalifikaw għal dawk l-investimenti biex jibbenefikaw minn fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju (iktar ’il quddiem “EuVECA”) u fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (iktar 'il quddiem “EuSEF”), biex b'hekk jassisti fit-tlestija tas-CMU u jgħin sabiex jiġu ddiversifikati s-sorsi ta' finanzjament u jiftaħ l-aċċess għall-kapital.

2.   Osservazzjonijiet speċifiċi

2.1.   Reġistrazzjoni ta' fondi EuVECA u EuSEF u l-maniġers tagħhom

Il-BĊE jinnota li r-Regolament propost jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti mill-maniġers awtorizzati taħt id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) meta jirreġistraw il-fondi EuVECA u EuSEF. Dawn il-kundizzjonijiet jinkludu l-għoti ta' informazzjoni li tidentifika l-fondi, l-unitajiet jew ishma tagħhom li jkunu ser jiġu kkummerċjalizzati, u l-persuni li effettivament jamministraw dawk il-fondi.

Kif iddikjara qabel il-BĊE b'rabta mas-CMU (7), l-istandardizzazzjoni ta' informazzjoni statistika, jiġifieri permezz ta' identifikaturi uniċi għall-istituzzjonijiet, prodotti u transazzjonijiet, hija prijorità ewlenija sabiex tinkiseb infrastruttura ta' dejta li taħdem u ta' kwalità għolja. B'mod partikolari, il-BĊE jappoġġa bis-saħħa l-użu ta' standards miftiehma internazzjonalment, bħan-Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (ISIN) u l-Identifikatur tal-Entitajiet Ġuridiċi (LEI) globali, bħala identifikaturi uniċi sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' rapportar dwar is-swieq tat-titoli (8). Fil-każ ta' fondi EuVECA u EuSEF, il-BĊE jikkunsidra li l-informazzjoni li għandha tingħata mill-maniġers meta jirreġistraw dawk il-fondi għandha, bħala rekwiżit obbligatorju, tinkludi l-LEI globali għall-identifikazzjoni tal-fondi u l-maniġers awtorizzati tagħhom (9). L-ISIN għandu jkun inkluż sabiex jidentifika l-unitajiet tal-fondi li jkunu ser jiġu kkumerċjalizzati jew ishma fihom. Dan għandu jtejjeb l-affidabbiltà ta' dik l-informazzjoni statistika u b'hekk jippermetti l-implimentazzjoni effettiva tal-politika monetarja. Il-fondi EuVECA u EuSEF huma parti mill-popolazzjoni li tirrapporta għal statistiċi dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet ta' fondi ta' investiment, kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/38) (10), u l-ishma jew unitajiet tagħhom huma parti mid-database ċentralizzata ta' titoli, b'mod konformi mal-Linja Gwida BĊE/2012/21 tal-Bank Ċentrali Ewropew (11). Din id-dejta tintuża mill-BĊE biex tiddefinixxi l-politika monetarja tal-Unjoni, inklużi l-monitoraġġ u l-analiżi ta' miżuri mhux standard.

Barra minn hekk, ir-rekwiżit obbligatorju propost tal-BĊE biex jirrapporta l-LEI globali u l-ISIN għandu japplika għas-swieq finanzjarji kollha u mhux biss għal setturi speċifiċi tas-suq. Dik l-applikazzjoni għandha tiżgura li sett minimu ta' informazzjoni standardizzata li tkopri l-karatteristiċi ewlenin tal-istituzzjonijiet, prodotti u transazzjonijiet kollha dwar is-swieq finanzjarji jkun disponibbli għall-partijiet interessati kollha.

Il-BĊE għaldaqstant huwa tal-fehma li, fejn ikun xieraq u safejn possibbli, bidliet leġiżlattivi oħrajn li jirdfu s-CMU għandhom jistabbilixxu wkoll ir-rapportar obbligatorju ta' identifikaturi uniċi. Dan għandu jwitti t-triq għall-istabbiliment tal-ipproċessar awtomatiku tad-dejta li għandu jiffaċilita d-distribuzzjoni ta' informazzjoni standardizzata lill-partijiet interessati kollha fis-swieq kapitali. Il-BĊE qabel kien esprima l-fehma li meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ fi swieq finanzjarji rregolati, l-informazzjoni ewlenija fis-sommarju tal-prospett għandha tkun disponibbli b'mod li jinqara minn magna u għandha tinkludi identifikaturi uniċi fir-rigward tal-emittent, l-offerent, kwalunkwe garanti u t-titoli nfushom (12). Unitajiet maħruġa minn impriżi ta' investiment kollettiv, minbarra dawk tat-tip magħluq, ġew esklużi espressament mill-ambitu tar-regolament propost dwar il-prospett (13) u b'hekk mhumiex koperti mis-sejħa tal-BĊE għal rapportar obbligatorju ta' identifikaturi uniċi f'dak ir-rigward (14) Għalhekk, sabiex jingħalaq parzjalment dak id-distakk, ir-Regolament propost għandu jinkludi wkoll ir-rapportar obbligatorju ta' identifikaturi uniċi, bħala parti mill-emendi proposti għar-rekwiżiti ta' informazzjoni għall-maniġers meta jirreġistraw il-fondi tagħhom EuvVECA u EuSEF.

2.2.   Databases ċentrali tal-ESMA ta' maniġers ta' fondi EuVECA u EuSEF

Il-BĊE jinnota li r-Regolament propost jeħtieġ li l-Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għandha tistabbilixxi databases ċentrali li jkunu aċċessibbli pubblikament: (a) li jidentifikaw lill-maniġers kollha ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti li jużaw id-denominazzjoni “EuVECA”, il-fondi li għalihom jużaw dik id-denominazzjoni u l-pajjiżi fejn huma kkummerċjalizzati dawk il-fondi; u (b) li jidentifikaw il-maniġers kollha ta' fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti li jużaw id-denominazzjoni “EuSEF”, il-fondi li għalihom jużaw dik id-denominazzjoni u l-pajjiżi fejn dawk il-fondi huma kkummerċjalizzati.

B'mod konformi mal-osservazzjonijiet mogħtija hawn fuq, il-BĊE jipproponi li dawn id-databases li għandhom jiġu stabbiliti mill-ESMA għandhom jinkludu l-LEI ta' kull fond u l-maniġer tiegħu u l-ISIN għall-unitajiet jew ishma tal-fond.

3.   Osservazzjonijiet tekniċi u proposti ta' abbozzar

Fejn il-BĊE jirrakkomanda li r-regolament proposti jiġi emendat, qed jiġu stipulati proposti speċifiċi tal-abbozzar f'dokument ta' ħidma tekniku separat flimkien ma’ test spjegattiv.

Id-dokument ta' ħidma tekniku huwa anness ma' din l-Opinjoni u huwa disponibbli bl-Ingliż fuq is-sit elettroniku tal-BĊE.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-12 ta' Settembru 2016.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  COM(2016) 461 final.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p.1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p.18).

(4)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan ta' Azzjoni għall-Bini ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali (COM(2015) 468 final).

(5)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment: Pjan ta' Investiment għall-Ewropa (COM(2014) 903 final).

(6)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattiv u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p.1).

(7)  Ara “Building a Capital Markets Union — Eurosystem contribution to the European Commission’s Green Paper”; disponibbli bl-Ingliż fuq: https://www.ecb.europa.eu/pub/pdf/other/150521_eurosystem_contribution_to_green_paper_-_building_a_cmuen.pdf

(8)  Ara s-sitt subparagrafu tal-paragrafu 2.4 tal-Opinjoni CON/2014/49. L-opinjonijiet kollha tal-BCE huma ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu. Hemm ukoll standards oħrajn miftiehma internazzjonalment li qegħdin jiġu żviluppati, jiġifeiri identifikatur uniku ta' prodott u identifikatur uniku ta' kummerċ, li għandhom jiġu kkunsidrati għal użu fis-swieq bħala identifikaturi uniċi ulterjuri.

(9)  Il-punt (c) tal-Aritkolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 345/2013 jiddefinixxi maniġer ta' fondi ta' kapital ta' riskju bħala “persuna ġuridika li n-negozju regolari tagħha hija l-ġestjoni ta' mill-inqas fond wieħed ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti”. Maniġers ta' fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti huma ddefiniti b'mod simili fil-punt (c) tal-Aritkolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 346/2013.

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika dwar l-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2013/38) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 73).

(11)  Linja Gwida BĊE/2012/21 tas-26 ta’ Settembru 2012 dwar il-qafas ta’ mmaniġġjar tal-kwalità tad-dejta għall-Bażi ta’ Dejta Ċentralizzata dwar it-Titoli (ĠU L 307, 7.11.2012, p. 89).

(12)  Ara l-paragrafi 2.2 u 2.3 tal-Opinjoni CON/2016/15.

(13)  Ara l-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament propost tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ (COM(2015) 583 final).

(14)  Ara l-paragrafi 2.2 u 2.3 tal-Opinjoni CON/2016/15.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

26.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 394/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-25 ta’ Ottubru 2016

(2016/C 394/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0872

JPY

Yen Ġappuniż

113,65

DKK

Krona Daniża

7,4387

GBP

Lira Sterlina

0,88998

SEK

Krona Żvediża

9,7180

CHF

Frank Żvizzeru

1,0848

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,9868

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

308,16

PLN

Zloty Pollakk

4,3042

RON

Leu Rumen

4,4901

TRY

Lira Turka

3,3407

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4229

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4478

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,4331

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5208

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5133

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 230,63

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,0403

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3685

HRK

Kuna Kroata

7,5030

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 140,12

MYR

Ringgit Malażjan

4,5142

PHP

Peso Filippin

52,418

RUB

Rouble Russu

67,4963

THB

Baht Tajlandiż

37,998

BRL

Real Brażiljan

3,3872

MXN

Peso Messikan

20,1024

INR

Rupi Indjan

72,6370


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

26.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 394/6


Avviż lill-operaturi ekonomiċi — Sensiela ġdida ta’ talbiet għas-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli

(2016/C 394/05)

L-operaturi ekonomiċi huma infurmati li l-Kummissjoni rċeviet talbiet skont l-arranġamenti amministrattivi previsti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi (2011/C-63/02) (1) għar-rawnd ta’ Lulju tal-2017.

Il-lista tal-prodotti li għalihom qed tintalab sospensjoni tat-tariffa issa hija disponibbli fuq il-websajt tematika tal-Kummissjoni (Europa) dwar l-unjoni doganali (2).

L-operaturi ekonomiċi huma infurmati wkoll li l-iskadenza għall-oġġezzjonijiet kontra t-talbiet ġodda għandhom jaslu għand il-Kummissjoni, permezz tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, hija s-16 ta’ Diċembru 2016, li hija d-data tat-tieni laqgħa skedata tal-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja.

L-operaturi interessati huma avżati biex jikkonsultaw il-lista b’mod regolari sabiex ikollhom informazzjoni dwar kif tkun is-sitwazzjoni fejn jidħlu t-talbiet.

Aktar informazzjoni dwar il-proċedura tas-sospensjonijiet tat-tariffi awtonomi tinsab fuq il-websajt Europa:

http://ec.europa.eu/taxation_customs/customs/customs_duties/tariff_aspects/suspensions/index_en.htm


(1)  ĠU C 363, 13.12.2011, p. 6.

(2)  http://ec.europa.eu/taxation_customs/dds2/susp/susp_home.jsp?Lang=en


26.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 394/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8177 — AMC UK/Odeon and UCI Cinemas)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 394/06)

1.

Fid-19 ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża AMC Entertainment Holdings Inc. (l-Istati Uniti), proprjetà ta' Dalian Wanda Group (ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta' Odeon and UCI Cinemas (ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal AMC: AMC hija attiva fis-servizzi ta' wirjiet ċinematografiċi fl-Istati Uniti tal-Amerika u r-Renju Unit. Hija topera 386 ċinema, li l-biċċa l-kbira minnhom jinsabu fl-Istati Uniti u wieħed biss jinsab fl-Ewropa. Hija għandha wkoll interessi fir-reklamar fuq l-iskrin taċ-ċinema u f'attivitajiet ta' distribuzzjoni tal-films fl-Istati Uniti, għalkemm hija stess ma tidħolx f'dan in-negozju b'mod dirett.

—   għal Odeon and UCI Cinemas: Odeon and UCI Cinemas topera 242 ċinema taħt l-ismijiet kummerċjalli Odeon, UCI, UCI Kinowelt u Cinesa fir-Renju Unit, l-Irlanda, Spanja, il-Portugall, l-Italja, il-Ġermanja u l-Awstrija. Odeon għandha wkoll numru ta’ impriżi konġunti f'oqsma anċillari għal servizzi ta’ wirjiet ċinematografiċi, inkluża kumpanija tar-reklamar fuq l-iskrin taċ-ċinema u impriża konġunta tad-distribuzzjoni tal-films ibbażata fir-Renju Unit u pjattaforma ta' bejgħ ta' biljetti online fil-Ġermanja. Odeon għandha interess limitat f'servizzi ta' wirjiet ċinematografiċi fiċ-Ċina.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'din in-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jippreżentaw il-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8177 — AMC UK/Odeon and UCI Cinemas, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.