ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 393

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
25 ta' Ottubru 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 393/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2016/C 393/02

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-30 ta’ Ġunju 2014 rigward abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ AT.39612(1) — Perindopril (Servier) — Rapporteur: l-Awstrija

2

2016/C 393/03

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-7 ta’ Lulju 2014 rigward abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ AT.39612(2) — Perindopril (Servier) — Rapporteur: L-Awstrija

3

2016/C 393/04

Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Perindopril (Servier) (AT.39612)

4

2016/C 393/05

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2014 relatat mal-proċedura skont l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Il-Każ AT.39612 — Perindopril (Servier)) (notifikat bid-dokument C(2014) 4955)

7


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 393/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8250 — Ardian/Weber Automotive) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

13

2016/C 393/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8232 — Diamond Offshore Wind Holdings II/Eneco Wind Belgium/Elnu/Norther) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

14


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

25.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 393/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-24 ta’ Ottubru 2016

(2016/C 393/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0891

JPY

Yen Ġappuniż

113,29

DKK

Krona Daniża

7,4394

GBP

Lira Sterlina

0,89015

SEK

Krona Żvediża

9,7050

CHF

Frank Żvizzeru

1,0821

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,9855

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

308,53

PLN

Zloty Pollakk

4,3166

RON

Leu Rumen

4,5065

TRY

Lira Turka

3,3501

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4282

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4547

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,4478

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5215

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5159

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 234,29

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,1167

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3775

HRK

Kuna Kroata

7,5083

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 178,99

MYR

Ringgit Malażjan

4,5444

PHP

Peso Filippin

52,562

RUB

Rouble Russu

67,7970

THB

Baht Tajlandiż

38,119

BRL

Real Brażiljan

3,4200

MXN

Peso Messikan

20,2263

INR

Rupi Indjan

72,7975


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


25.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 393/2


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-30 ta’ Ġunju 2014 rigward abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ AT.39612(1) — Perindopril (Servier)

Rapporteur: l-Awstrija

(2016/C 393/02)

(1)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-suq rilevanti għall-formulazzjonijiet tal-perindopril fir-Renju Unit, Franza, in-Netherlands u l-Polonja u għat-teknoloġija tal-ingredjent farmaċewtiku attiv (API, Active Pharmaceutical Ingredient) tal-perindopril f’tal-anqas l-UE.

(2)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li Servier kellha pożizzjoni dominanti fis-suq għall-formulazzjonijiet tal-perindopril fir-Renju Unit, Franza, in-Netherlands u l-Polonja u f’tal-anqas fis-suq fl-UE kollha għat-teknoloġija tal-API tal-perindopril, fil-perjodi ta’ żmien rispettivi.

(3)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-partijiet rispettivi kkonkludew ftehimiet li kellhom bħala oġġett li jirrestrinġu l-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE.

(4)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-partijiet rispettivi kkonkludew ftehimiet li kellhom bħala effett li jirrestrinġu l-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE, fl-Istati Membri rilevanti.

(5)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet bejn Servier u l-kumpaniji ġeneriċi kellhom il-kapaċità jkollhom effett konsiderevoli fuq il-kummerċ fost l-Istati Membri tal-UE fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE.

(6)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) TFUE mhumiex issodisfati.

(7)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li Servier abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha billi segwiet strateġija ta’ esklużjoni li tgħaqqad l-akkwiżizzjoni tat-teknoloġija Azad u l-konklużjoni ta’ ħames ftehimiet ta’ soluzzjoni ta’ privattivi, li flimkien jikkostitwixxu ksur wieħed u kontinwu tal-Artikolu 102 TFUE.

(8)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet ta’ ġustifikazzjoni oġġettiva għall-ksur tal-Artikolu 102 TFUE mhumiex issodisfati.

(9)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-konklużjoni li l-abbuż kellu l-kapaċità jkollu effett konsiderevoli fuq il-kummerċ fost l-Istati Membri tal-UE fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE.

(10)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-durata tal-ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE.

(11)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji kollha tad-Deċiżjoni, speċifikament rigward ir-responsabbiltà tal-kumpanija prinċipali.

(12)

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


25.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 393/3


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-7 ta’ Lulju 2014 rigward abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ AT.39612(2) — Perindopril (Servier)

Rapporteur: L-Awstrija

(2016/C 393/03)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għandhom jiġu imposti multi fuq id-destinatarji tal-abbozz tad-Deċiżjoni.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi għal Servier.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-approċċ tal-Kummissjoni li tibbaża l-kalkolu tal-multi għall-impriżi ġeneriċi fuq il-valur trasferit.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi għall-impriżi ġeneriċi.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fl-intier tagħha.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali.


25.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 393/4


Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Perindopril (Servier)

(AT.39612)

(2016/C 393/04)

Introduzzjoni

1.

Dan il-każ jikkonċerna ftehimiet dwar is-soluzzjoni ta’ privattivi bejn il-produttur farmaċewtiku oriġinatur (Servier) u ħames produtturi ġeneriċi bejn l-2005 u l-2007 u akkwiżizzjoni tat-teknoloġija minn Servier fl-2004 f’rabta mal-manifattura u l-bejgħ tal-perindopril, mediċina għat-trattament tal-mard kardjovaskulari.

2.

Wara investigazzjoni ex officio, il-Kummissjoni tat bidu għal proċedimenti, fit-2 ta’ Lulju 2009, kontra Servier S.A.S, Servier Laboratories Limited, Les Laboratoires Servier, Adir u Biogaran (kollha f’daqqa “Servier”), Krka, tovarna zdravil, d.d., Novo mesto (“Krka”), Lupin Limited (“Lupin”), Mylan Laboratories Limited (2), Niche Generics Limited (“Niche”) u Teva Pharmaceutical Industries Ltd. Fis-27 ta’ Lulju 2012 infetħu wkoll proċedimenti kontra Teva Pharmaceuticals Europe B.V. u Teva UK Limited (3), Unichem Laboratories Limited (“Unichem”) u Mylan Inc (4). (tintuża r-referenza “il-partijiet” għad-destinatarji kollha f’daqqa).

Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet

3.

Fis-27 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”). Skont ir-riżultati preliminari tad-DO, Servier u Krka, Lupin, Mylan, Niche, Teva u Unichem rispettivament kienu daħlu fi ftehimiet antikompetittivi dwar is-soluzzjoni ta’ privattivi permezz ta’ pagamenti invertiti bl-għan li ssir esklużjoni jew ikun hemm dewmien fid-dħul fis-suq tal-perindopril f’għadd ta’ Stati Membri tal-UE. Dawk il-ftehimiet dwar is-soluzzjoni ta’ privattivi ġew ikkunsidrati li jikkostitwixxu ksur tal-Artikolu 101 TFUE.

4.

Skont ukoll ir-riżultati preliminari tad-DO, Servier kienet abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq għall-perindopril meta kkonkludiet ftehimiet dwar is-soluzzjoni ta’ privattivi permezz ta’ pagamenti invertiti u akkwistat ċerti teknoloġiji tal-API (5).

Aċċess għall-fajl

5.

F’Awwissu 2012, il-partijiet ingħataw aċċess għall-fajl f’għamla ta’ DVD-ROM. Ingħata aċċess addizzjonali għall-fajl minn kamra tad-dejta lil Servier, Lupin, Niche, Teva u Unichem f’Settembru 2012.

Rikjesti għal aċċess addizzjonali għall-fajl

6.

F’Novembru 2012, irċevejt tliet rikjesti mingħand Servier bl-għan li jinkiseb aċċess għal ċerti dokumenti fil-fajl tal-Kummissjoni għal-liema d-DĠ Kompetizzjoni kien ċaħad l-aċċess abbażi ta’ talbiet ta’ kunfidenzjalità mill-fornituri tal-informazzjoni. Servier talbet ukoll għall-intervent tiegħi sabiex nivverifika li l-aċċess għall-fajl fil-każ attwali kien ingħata f’konformità mal-ġurisprudenza u mar-regoli applikabbli. Servier indikat li problemi sistemiċi kienu kkaġunaw danni fil-proċedura ta’ aċċess għall-fajl sal-punt li kien meħtieġ li l-proċess jiġi aġġustat biex jerġa’ jibda mill-ġdid kompletament.

7.

Hekk kif intervjenejt, id-DĠ Kompetizzjoni ddivulga lil Servier il-biċċa l-kbira tal-informazzjoni rikjesta. Għal ftit dokumenti, ċħadt ir-rikjesta ta’ Servier skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE. B’mod partikolari, ċħadt ir-rikjesta tagħha għal aċċess ulterjuri għal dokument li kien fih sigrieti kummerċjali ta’ kumpanija oħra u ma kienx jidher ta’ rilevanza għad-difiża ta’ Servier. Ċħadt ukoll ir-rikjesta tagħha għall-aċċess ulterjuri għal informazzjoni li (i) ma kinitx relatata ma’ prodotti soġġetti għall-investigazzjoni jew (ii) kienet relatata ma’ ġuriżdizzjonijiet li mhumiex taż-ŻEE.

8.

B’reazzjoni għall-pretensjoni ġenerali ta’ Servier rigward “problemi sistematiċi” fil-proċedura ta’ aċċess għall-fajl, innutajt li Servier kienet talbitni li nsib soluzzjoni għal tilwima li kienet tikkonċerna biss madwar 1 % tad-dokumenti meqjusa kunfidenzjali mid-DĠ Kompetizzjoni. Għaldaqstant ma stajtx naqbel ma’ Servier li kien hemm “problema sistemika”. Is-sempliċi fatt li kien jinħtieġ l-involviment tiegħi sabiex tinkiseb id-divulgazzjoni ta’ kważi d-dokumenti kollha inkwistjoni ma kienx jimplika li l-proċedura ta’ aċċess għall-fajl kienet sofriet danni u li kien meħtieġ li l-proċess jiġi aġġustat biex jerġa’ jibda mill-ġdid kompletament. F’dak ir-rigward, ta’ min jinnota li l-proċedura skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, li tistipula sistema ta’ kontroll u ta’ soluzzjoni tat-tilwimiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, tagħmel parti integrali mill-proċedura ta’ aċċess għall-fajl.

Aċċess għar-risposti tal-partijiet l-oħra għad-DO

9.

Id-DĠ Kompetizzjoni ta aċċess lill-partijiet kollha għal kopji tal-verżjoni mhux konfidenzjali tar-risposti tal-partijiet l-oħra għad-DO. Il-partijiet ingħataw l-opportunità li jippreżentaw kummenti bil-miktub qabel is-seduta ta’ smigħ. Servier biss għamlet użu minn dik l-opportunità (6).

Skadenza għar-risposta għad-DO

10.

Inizjalment, id-DĠ Kompetizzjoni stabbilixxa skadenza ta’ tliet xhur biex issir ir-risposta għad-DO u estendiha b’10 ijiem għal Krka, Lupin, Mylan u Servier. Ftit wara dan, dawn il-partijiet irreferewli l-kwistjoni tal-estensjoni tal-iskadenza għar-risposta tagħhom għad-DO. Abbażi tal-argumenti tagħhom, jien ukoll estendejt l-iskadenzi rispettivi tagħhom biex jagħtu risposta għad-DO.

11.

Sussegwentement, tajt estensjoni ulterjuri lil Servier sal-14 ta’ Jannar 2013, sabiex ikollha biżżejjed żmien biex tirċievi, tanalizza mill-ġdid u twieġeb għad-dokumenti riċevuti b’segwitu għar-rikjesta tagħha għal aċċess addizzjonali għall-fajl.

Persuni Terzi Interessati

12.

Fuq rikjesta tagħhom, ippermettejt lir-rikorrenti fil-Kawża Is-Segretarju tal-Istat għas-Saħħa et al vs Servier Laboratories Limited et al quddiem il-High Court of Justice tal-Ingilterra u ta’ Wales li jinstemgħu bħala persuni terzi interessati. Ikkunsidrajt li kienu wrew biżżejjed interess (7) għaliex huma parti mis-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa tal-Ingilterra, li għandu rwol ewlieni fl-akkwist tal-perindopril fl-Ingilterra, u kienu r-rikorrenti fi proċedimenti nazzjonali li ppreżentaw sovrappożizzjonijiet sinifikanti mal-proċedimenti fil-Każ AT.39612.

13.

B’segwitu għar-rikjesta fil-kummenti bil-miktub tagħhom, iddeċidejt ukoll li nippermetti lill-partijiet terzi interessati jieħdu sehem fis-seduta ta’ smigħ.

Seduta ta’ smigħ

14.

Is-seduta ta’ smigħ saret bejn il-15 u t-18 ta’ April 2013. Ipparteċipaw il-partijiet kollha u l-partijiet terzi interessati ammessi.

Ittra ta’ fatti

15.

F’Diċembru 2013, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ fatti lill-partijiet kollha li wieġbu għaliha f’Jannar 2014. Verżjonijiet mhux kunfidenzjali tar-risposti għall-ittri ta’ fatti ġew iċċirkolati lill-partijiet kollha.

16.

F’April 2014, il-Kummissjoni bagħtet it-tieni ittra ta’ fatti lil Mylan u lil Niche/Unichem, li kienet tinkludi evidenza ġdida li l-Kummissjoni kienet beħsiebha tuża f’rabta mal-imputazzjoni tar-responsabbiltà tal-kumpanija prinċipali. Fir-risposta tagħha għall-ittra ta’ fatti, Mylan ilmentat li l-Kummissjoni kienet użat l-ittra ta’ fatti biex tifformula mill-ġdid u tissupplimenta l-oġġezzjonijiet tagħha, u b’mod partikolari li kienet biddlet il-bażi tal-konstatazzjoni ta’ responsabbiltà tal-kumpanija prinċipali. Għaldaqstant Mylan esprimiet dubju dwar jekk l-evidenza l-ġdida setgħetx tkun ikkomunikata f’ittra ta’ fatti u ma kellhiex għalfejn tinħareġ Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet Supplimentari (DOS), jekk il-Kummissjoni kienet beħsiebha sserraħ fuqha.

17.

Minkejja li Mylan ma qajmitx il-kwistjoni miegħi, irrevedejt il-pretensjoni fid-dawl tal-oġġezzjonijiet li tqajmu fid-DO u l-evidenza inkluża fl-ittra ta’ fatti. Tabilħaqq, l-ittra ta’ fatti introduċiet argument ġdid f’rabta mal-imputazzjoni tar-responsabbiltà tal-kumpanija prinċipali li kien ta’ natura differenti mill-argumenti ppreżentati fid-DO. Iżda dan l-argument ġdid fl-aħħar mill-aħħar ma ntużax fl-abbozz ta’ Deċiżjoni. Għaldaqstant id-drittijiet tad-difiża ta’ Mylan ma ġewx miksura.

Aċċess addizzjonali għall-fajl wara s-seduta ta’ smigħ

18.

F’Jannar 2014, Servier għamlet rikjesta għal aċċess ulterjuri għall-fajl f’rabta ma’ dokumenti li ssemmew fl-ittra ta’ fatti. Wara li inizjalment id-DĠ Kompetizzjoni kien ċaħad din ir-rikjesta, Servier irreferietli l-kwistjoni (8). Wara l-intervent tiegħi, id-DĠ Kompetizzjoni talab lill-fornituri tal-informazzjoni biex jerġgħu jikkunsidraw it-talbiet ta’ kunfidenzjalità tagħhom. Qablu li jipprovdu verżjonijiet tad-dokumenti rikjesti irriveduti u mhux kunfidenzjali, li sussegwentement ġew iddivulgati lil Servier.

19.

F’Ġunju 2014, meta l-proċedimenti amministrattivi kienu diġà waslu biex jilħqu l-fażi ta’ konsultazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv, Servier għamlet rikjesta ġdida għal aċċess ulterjuri għal dokument fil-fajl. Id-DĠ Kompetizzjoni ċaħad din ir-rikjesta u, meta Servier irreferietli l-kwistjoni, ikkonfermajt din iċ-ċaħda. L-aċċess għal fajl mhuwiex għan fih innifsu, iżda għandu l-iskop li jippermetti lid-destinatarju ta’ dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet biex effettivament jesprimi l-fehmiet tiegħu dwar il-konklużjonijiet li l-Kummissjoni waslet għalihom b’mod proviżorju fid-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet (9). Servier ingħatat aċċess għall-fajl, u kellha biżżejjed opportunitajiet biex titlob aċċess ulterjuri għall-fajl qabel twieġeb għad-DO, kif ukoll qabel twieġeb għall-ittra ta’ fatti, u f’dawn l-okkażjonijiet talbet u rċeviet aċċess ulterjuri għad-dokument inkwistjoni. Aċċess ulterjuri għall-fajl f’din il-fażi hekk avvanzata tal-proċedimenti ma jservi għall-ebda skop għajr biex jagħmilha aktar diffiċli għall-Kummissjoni li tikkonforma mal-obbligu tagħha li tadotta d-Deċiżjoni fi żmien raġonevoli, f’konformità mal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

L-abbozz ta’ Deċiżjoni

20.

Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, eżaminajt jekk l-abbozz tad-Deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet fir-rigward ta’ liema l-partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom, u wasalt għal konklużjoni pożittiva.

21.

B’mod ġenerali, nikkonkludi li l-partijiet kollha rnexxielhom jeżerċitaw b’mod effettiv id-drittijiet tagħhom f’dan il-każ.

Brussell, is-7 ta’ Lulju 2014.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).

(2)  Dik li kienet Matrix Laboratories Limited.

(3)  Tintuża r-referenza “Teva” għal Teva UK Limited, Teva Pharmaceuticals Europe BV u Teva Pharmaceutical Industries Ltd kollha f’daqqa.

(4)  Tintuża r-referenza “Mylan” għal Mylan Laboratories Limited u Mylan Inc. kollha f’daqqa.

(5)  Ingredjent farmaċewtiku attiv (API, Active Pharmaceutical Ingredient).

(6)  Fl-ittra tagħha, Servier talbet ukoll aċċess ulterjuri għal bosta paġni minn dokument. Dan wassal għal verżjoni tad-dokument irriveduta u mhux kunfidenzjali, li d-DĠ Kompetizzjoni ddivulga lill-partijiet kollha.

(7)  Skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1); l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18); u l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE.

(8)  Servier talbet ukoll aċċess ulterjuri għal dokumenti addizzjonali, mingħajr ma ressqet l-ewwel it-talba lid-DĠ Kompetizzjoni bħalma s-soltu jkun meħtieġ skont l-Artikolu 7(1) flimkien mal-Artikolu 3(7) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE.

(9)  F’dak is-sens, ara l-Kawża T-25/95, eċċ. Cimenteries CBR et. vs il-Kummissjoni EU:T:2000:77, il-paragrafi 156 u 142.


25.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 393/7


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-9 ta’ Lulju 2014

relatat mal-proċedura skont l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

(Il-Każ AT.39612 — Perindopril (Servier))

(notifikat bid-dokument C(2014) 4955)

(It-test Ingliż u Franċiż biss huma awtentiċi)

(2016/C 393/05)

Fid-9 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni li tirrigwarda proċedura skont l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-Deċiżjoni, inklużi kwalunkwe pieni imposti, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-Deċiżjoni Perindopril (Servier) tikkonċerna (i) ħames ftehimiet ta’ soluzzjoni ta’ privattivi bejn Servier (2), kumpanija ta’ produttur farmaċewtiku oriġinatur u ħames produtturi ġeneriċi (2005-2007); u (ii) akkwist tat-teknoloġija minn Servier (2004), li kellu l-għan li jdewwem id-dħul ġeneriku fis-suq tal-perindopril, mediċina għat-trattament tal-mard kardjovaskulari.

(2)

Ftehimiet dwar is-soluzzjoni ta’ privattivi kienu ffirmati bejn Servier u rispettivament ma’:

Niche Generics Limited (“Niche”) u Unichem Laboratories Limited (“Unichem”): ftehim li jkopri lill-Istati Membri kollha minbarra l-Italja u l-Kroazja. Id-data tal-bidu tal-ksur kienet it-8 ta’ Frar 2005 (3); u d-data tat-tmiem kienet il-15 ta’ Settembru 2008 (4);

Mylan Laboratories Limited (li qabel kienet magħrufa bħala Matrix Laboratories Limited) (“Matrix”) u Mylan Inc. (“Mylan”): ftehim li jkopri lill-Istati Membri kollha minbarra l-Italja u l-Kroazja. Id-data tal-bidu tal-ksur kienet it-8 ta’ Frar 2005 (5); u d-data tat-tmiem kienet il-15 ta’ Settembru 2008 (6);

Teva UK Limited, Teva Pharmaceutical Industries Ltd, u Teva Pharmaceuticals Europa B.V. (“Teva”): ftehim li jkopri r-Renju Unit mit-13 ta’ Ġunju 2006 sas-6 ta’ Lulju 2007;

Krka, tovarna zdravil, d.d., Novo mesto (“Krka”): tliet ftehimiet, li jikkostitwixxu fi ksur uniku u kontinwu li jkopru lill-Istati Membri kollha barra l-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja Id-data tal-bidu tal-ksur kienet is-27 ta’ Ottubru 2006 (7); u d-data tat-tmiem kienet is-6 ta’ Mejju 2009 (8);

Lupin Limited (“Lupin”): ftehim li jkopri lill-Istati Membri kollha minbarra l-Kroazja. Id-data tal-bidu tal-ksur kienet it-30 ta’ Jannar 2007 (9); u d-data tat-tmiem kienet is-6 ta’ Mejju 2009 (10);

(3)

Perindopril hija enżima ta’ konverżjoni tal-anġjotensina (ACE) prodott tal-inbitur intużat għat-trattament ta’ marda kardjovaskulari bħall-ipertensjoni. Perindopril saret l-iktar prodott ta’ Servier li rnexxa, bil-bejgħ annwali globali għas-snin 2006 u 2007 jaqbeż il-USD 1 biljun.

(4)

Il-Kummissjoni investigat jekk Servier fasslitx, aġġornatx u implimentatx strateġija biex tikkonfronta l-entrata ġenerika, li saret possibli minħabba li d-data tal-iskadenza tal-privattiva li hija komponent ewlieni fil-perjodu 2001-2005. Entrata ġenerika għall-prodotti bħall-perindopril normalment twassal għal żewġ tibdiliet notevoli fis-suq. L-ewwel, hemm nuqqas sinifikanti fil-prezzijiet (sa 90 %) u t-tieni, hemm tibdiliet ta’ volum sostanzjali mill-kumpaniji tal-oriġinatur għal kumpaniji generiċi.

(5)

L-evidenza uriet li Servier ħejjiet strateġija biex testendi l-esklussività tagħha fuq il-perindopril. Servier qagħdet fuq u applikat numru ta’ proċessi u privattivi ta’ forom kristallin. Fl-2004, Servier xtrat mingħand Azad teknoloġija biex tipproduċi l-perindopril, billi tneħħi sors magħluq ta’ kompetizzjoni barra mis-suq, li marret lil hinn minn sempliċiment taffronta l-kompetizzjoni u d-difiża leġittima tal-proprjetà intellettwali tagħha. Sussegwentement, Servier affirmat il-privattivi tagħha u kienet involuta f’litigazzjoni tal-privattivi b’numru ta’ kompetituri ġeneriċi, li emmnu li kien hemm possibilitajiet li l-prodotti tal-perindopril ma jkunux qed jiksru l-privattivi ta’ Servier, u/jew li d-947 privattivi ta’ Servier kienu invalidi.

(6)

Barra minn hekk, bejn 2005 u 2007, Servier ikkonkludiet ħames ftehimiet ta’ soluzzjoni ta’ privattivi fuq il-bażi ta’ inċentivi sinifikanti lejn kumpaniji ġeneriċi rispettivi (hekk imsejħa pagamenti invertiti tas-soluzzjonijiet ta’ privattivi). Dawn l-inċentivi ħafna drabi ħadu l-forma ta’ pagamenti diretti, li jammontaw għal total possibli ta’ EUR 90 miljun. Fil-każ ta’ Krka, din ħadet il-forma ta’ ftehim ta’ tqassim tas-suq fejn Servier tat liċenzja għas-swieq bażiċi ta’ Krka bħala korrispettiv talli Krka rtirat mill-kompetizzjoni fl-ikbar suq ta’ Servier (partikulari r-Renju Unit u Franza). Il-ħames ftehimiet ta’ soluzzjoni ta’ privattivi pprojbixxew l-entrata bil-prodott ġeneriku żviluppat qabel mal-iskadenza tal-privattivi ġet segwita, u waqqfu numru ta’ sfidi legali għall-validità ta’ 947 privattivi li wara kienu annullati u deskritti mill-Qorti tar-Renju Unit bħala “it-tip ta’ privattiva li tista’ tagħti s-sistema ta’ privattiva reputazzjoni negattiva”.

(7)

Ħarsa ġenerali tal-akkwisti u s-soluzzjonijiet fi kwistjoni huma provduti hawn isfel:

Kompetituri

Azad

Niche/Unichem

Matrix

Teva

Krka

Lupin

Prattika

Akkwist tat-teknoloġija

Ftehim tas-soluzzjoni privattiva

Żona koperta

UE

UE

UE

Ir-Renju Unit

20MS

UE

Data tal-iffirmar

9.11.2004

8.2.2005

8.2.2005

13.6.2006

27.10.2006

30.1.2007

Data tat-tmiem

mhux applikabbli

Effetti li temmew bl-annulament tal-hekk imsejħa privattiva “alfa-kristallin”

(Ir-Renju Unit: 6.7.2007, NL: 12.12.2008, IT: 13.2.2009, UEP: 6.5.2009) (11)

Valur tat-trasferiment (f’miljun EUR)

13,4

17,2  (12)

17,2

15,6

Sehem mis-suq bil-profitti duwopolju fis-7 MS (13)

40

(ippreżentat bħala pagament għall-IPR)

Ksur

L-Artikolu 102

L-Artikolu 101/102

2.   PROĊEDURA

(8)

F’Novembru 2008, il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet għall-għarrieda fl-uffiċji ta’ Servier u bosta kumpaniji ġeneriċi. Fit-2 u s-27 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni formalment fetħet proċeduri u addottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet indirizzata lil Servier, Niche/Unichem, Matrix/Mylan, Teva, Krka u Lupin, inklużi ċerti gruppi ta’ kumpaniji affiljati ma’ dawn l-impriżi (flimkien, il-“Partijiet”). Is-Seduta tas-Smigħ saret bejn il-15 u t-18 ta’ April 2013. Ittra tal-Fatti ntbagħtet lill-Partijiet fit-18 ta’ Diċembru 2013 u, fl-4 ta’ April 2014, Ittra tal-Fatti li tikkonċerna l-kwistjonijiet tal-kumpanija prinċipali kienu ntbagħtu lil Niche/Unichem u Matrix/Mylan.

(9)

Fit-30 ta’ Ġunju 2014 u s-7 ta’ Lulju 2014, il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Projbizzjoni skont l-Artikolu 7 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

(10)

Fis-7 ta’ Lulju 2014 l-Uffiċjal tas-Seduta ħareġ ir-rapport finali tiegħu.

3.   SOMMARJU TAL-VALUTAZZJONI LEGALI TAL-KUMMISSJONI

(11)

Ftehimiet dwar is-soluzzjoni ta’ privattivi huma valutati skont l-Artikolu 101 tat-Trattat. B’rispett għal Servier, dawk il-ftehimiet, kif ukoll l-akkwist tat-teknoloġija, huma valutati wkoll skont l-Artikolu 102 tat-Trattat.

1.   Definizzjoni tas-suq u tal-pożizzjoni dominanti

(12)

Il-Kummissjoni sabet li l-perindopril ikkostitwixxit suq relevanti separat fir-Renju Unit, Franza, in-Netherlands u l-Polonja.

(13)

Filwaqt li ċertu grad ta’ sostitwibbiltà funzjonali bejn il-perindopril u l-inibituri tal-ACE oħra kien rikonoxxut fir-rigward ta’ pazjenti b’użu għall-ewwel darba, il-Kummissjoni ġiet imwassla għall-konklużjoni ġenerali tagħha mill-osservazzjonijiet li ġejjin relatati mal-bejgħ ta’ perindopril: grad ta’ differenzjazzjoni mhux negliġibbli bejn il-perindopril u trattamenti oħra, in-natura tal-esperjenza tajba esibita mill-perindopril, l-ispejjeż tal-bdil importanti (minħabba riskji assoċjati, pazjenti li kellhom ħabta jaderixxu għat-trattament ta’ suċċess) li jaffettwaw il-biċċa l-kbira ta’ pazjenti tal-perindopril, il-preżenza ta’ lealisti fost il-preskriventi (li kellhom ħabta jippreskrivu l-prodott li kien approvat bħala suċċess għall-pazjenti preċedenti tagħhom), l-intensittività tal-prezz ġenerali tad-domanda għall-perindopril, il-qafas regolatorju li pproteġa lill-perindopril minn pressjoni kompetittiva, u l-fatt li l-pressjoni tal-prezz fuq il-perindopril mill-ġeneriċi tagħha stess kienet minn bosta ordnijiet ta’ skala akbar minn dik eżerċitata minn mediċini alternattivi. Dawn l-elementi kollha nstabu li jsaħħu lil xulxin

(14)

Servier instabet li kienet dominanti fis-suq għall-perindopril fir-Renju Unit, Franza, in-Netherlands u l-Polonja, għall-perjodu li jibda mis-sena 2000 u jispiċċa bejn l-2007 u l-2009 (jiddependi fuq is-suq nazzjonali speċifiku).

(15)

Id-Deċiżjoni tiddelinja wkoll suq għat-teknoloġiji biex jipproduċu l-perindopril API. Il-konklużjoni kienet notevolment ibbażata fuq in-nuqqas ta’ elastiċità tad-domanda kif enfasizzata minn għadd ta’ fatturi (pereżempju, in-nuqqas ta’ possibbiltà biex jużaw it-teknoloġija API għal mediċini oħra biex tagħmel il-perindopril API). Servier kienet instabet ukoll li hija dominanti fis-suq tat-teknoloġija talanqas fil-perjodu 2001-2007.

2.   Applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-Trattat għal ftehimiet tas-soluzzjoni għall-privattivi

(a)   Valutazzjoni bħala restrizzjonijiet minn oġġezzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat.

(16)

Fuq il-bażi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni sabet fid-Deċiżjoni tagħha li ftehimiet dwar is-soluzzjonijiet privattivi, bħal kwalunkwe ftehimiet oħra, huma soġġetti għal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. Id-deċiżjoni hija tal-fehma li ftehim li jissetilja litigazzjoni u jinvolvi limitazzjonijiet fuq il-libertà kummerċjali tal-kumpanija ġenerika għat-trasferiment ta’ valur jista’, fiċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, ikun ikkunsidrat bħala restrizzjoni ta’ kompetizzjoni minn oġġett fit-tifsira tal-Artikolu 101 (1) tat-Trattat.

(17)

Sabiex tidentifika jekk kull ftehim kopert mid-deċiżjoni jkollux il-potenzjal li jirrestrinġi l-kompetizzjoni min-natura tiegħu stess, il-Kummissjoni analizzat il-fatti speċifiċi tal-każ relatat ma’ kull ftehim biex tiddetermina jekk:

l-impriża ġenerika u l-impriża oriġinatriċi kinux tal-inqas kompetituri potenzjali;

l-impriża ġenerika kkomettietx lilha nfisha fil-ftehim biex tirrestrinġi, għat-tul ta’ żmien tal-ftehim, l-isforzi indipendenti tagħha biex tidħol f’suq wieħed jew iktar tal-UE bi prodott ġeneriku; u,

il-ftehim kienx relatat ma’ trasferiment ta’ valur minn impriża oriġinatriċi, bħala inċentiv sinifikanti, li sostanzjalment naqqas l-inċentivi tal-impriża ġenerika biex indipendentement tkompli bl-isforzi tagħha biex tidħol f’suq jew aktar tal-UE bi prodott ġeneriku.

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ħadet f’kunsiderazzjoni l-kuntest ekonomiku u ġuridiku li wassal biex jiġi konkluż il-ftehim, il-kontenut u l-objettivi reali tal-ftehim, u l-intenzjonijiet suġġettivi ta’ kull parti, kif irriżulta mill-fatti tal-każ.

(18)

Fil-każ preżenti, ittieħdu f’kunsiderazzjoni wkoll fatturi importanti oħra.

L-ewwel, ir-restrizzjonijiet jew damu għaddejjin tul il-perjodu kollu tat-terminu tal-privattiva, jew ma kellhom ebda impenn minn Servier biex joqogħdu lura minn proċedimenti ta’ ksur f’każ ta’ entrata indipendenti bi prodotti ġeneriċi relevanti wara d-data tal-għeluq tal-ftehim.

It-tieni, f’ħafna mill-ftehimiet, jekk mhux kollha, il-valur li Servier trasferixxiet għal ġeneriċi kkunsidra l-fatturat jew il-qligħ li l-impriża ġenerika kienet tistenna li jkollha kieku daħlet b’suċċess fis-suq;

It-tielet, l-obbligazzjonijiet fuq ċerti impriżi ġenerċi fil-ftehim marru lil hinn mid-drittijiet mogħtija lil proprjetarji tal-privattiva, hekk kif ir-restrizzjonijiet f’xi ftehimiet marru lil hinn minn dak li Servier setgħet kisbet legalment minn infurzar b’suċċess tal-pazjenti tagħha fid-diżgwid/tilwim sottostanti.

(19)

L-analiżi tal-Kummisjoni tal-ftehimiet dwar is-soluzzjoni ta’ privattiva individwali stabbilixxiet li l-kontenut, l-objettivi, u l-kuntesti legali u ekonomiċi tal-ftehimiet dwar is-soluzzjoni tal-privattiva konklużi bejn Servier u l-kumpaniji ġeneriċi kkostitwixxew restrizzjonijiet minn oġġetti.

(b)   Valutazzjoni bħala restrizzjoni minn effett skont it-tifsira tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat.

(20)

Skont il-ġurdisprudenza stabbilita, ma hemmx bżonn li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-effetti konkreti ta’ ftehim meta huwa stabbilit li għandu bħala objettiv tiegħu r-restrizzjoni tal-kompetizzjoni.

(21)

Għall-finijiet ta’ kompletezza, il-Kummissjoni analizzat effetti restrittivi probabbli fuq il-ftehimiet ta’ soluzzjoni ta’ privattiva fuq il-kompetizzjoni. Meta sar dan, ħadet inkonsiderazzjoni l-kundizzjonijiet attwali li fihom il-ftehimiet ipproduċew l-effetti tagħhom, l-iktar fil-kuntest ekonomiku u ġuridiku, in-natura tal-prodott konċernat, il-kundizzjonijiet reali tal-funzjonament u tal-istruttura tas-suq ikkonċernat; kif ukoll, il-kompetizzjoni eżistenti u potenzjali.

(22)

Għas-swieq fir-Renju Unit, Franza, in-Netherlands u l-Polonja (14), il-Kummissjoni kkonkludiet li kull ftehimiet tas-soluzzjoni tal-privattiva (inklużi l-ftehimiet relatati) kienu tali li jinvolvu l-effetti restrittivi fuq il-kompetizzjoni bil-ħsieb li l-kompetizzjoni li tkun eżistenti mingħajr il-ftehim u l-grad limitu tal-kompetizzjoni li jifdal.

(c)   Valutazzjoni skont l-Artikolu 101(3) tat-Trattat

(23)

Ħadd mill-partijiet ma ppreżenta l-evidenza neċessarja biex juri li l-erba’ kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat intlaħqu.

3.   Applikazzjoni tal-Artikolu 102 tat-Trattat għall-akkwist tat-teknoloġija u l-ftehimiet dwar is-soluzzjoni għall-privattiva

(24)

Id-Deċiżjoni stabbilixxiet li Servier abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha billi fittxet strateġija ta’ esklużjoni li tikkonsisti f’serje ta’ tranżizzjonijiet (akkwist ta’ teknoloġija u ħames ftehimiet ta’ soluzzjoni ta’ privattiva). L-istrateġija ta’ esklużjoni ta’ Servier immirat biex tneħħi l-iktar sorsi qrib ta’ kompetizzjoni għall-perindopril tad-ditta tagħha.

(25)

B’rabta mal-akkwist tat-teknoloġija, id-Deċiżjoni sabet li t-teknoloġija ta’ Azad biex tipproduċi l-API mhux koperta mill-privattivi ta’ Servier kienet potenzjalment tippermetti u tirrappreżenta sors potenzjali ta’ kompetizzjoni fuq is-suq tal-API u s-suq tal-prodott finali. It-teknoloġija akkwistata qatt ma ntużat minn Servier. L-evidenza turi li kienet parti mill-“mekkaniżmu ta’ difiża” ta’ Servier. L-akkwist ta’ Servier eskluda sors ta’ kompetizzjoni potenzjalment importanti u skars ħafna. Il-kompetizzjoni ma tneħħietx fuq il-merti tat-teknoloġija ta’ Servier, imma minn akkwist li elimina dan is-sors indipendenti. Dan wassal għal tagħwir fl-istruttura kompettitiva tas-swieq tal-perindopril identifikati mill-Kummissjoni u kontribwixxew għall-probabbiltà ta’ effetti ta’ esklużjoni tal-istrateġija ta’ esklużjoni ta’ Servier, li tagħmel l-entrata ġenerika iktar diffiċli, jew imdewma.

(26)

L-akkwist tat-teknoloġija kien ikkumplimentat mill-konklużjoni suċċessiva ta’ Servier ta’ ħames ftehimiet ta’ soluzzjoni ta’ privattiva, li kienu kapaċi jipproteġu jew probabbilment li jipproteġu l-pożizzjoni tas-suq ta’ Servier u tbiegħdu minn kompetizzjoni minn merti, u kkontribwixxew għall-effetti kumplessivi tal-ksur uniku u kontinwu ta’ Servier tal-Artikolu 102 tat-Trattat.

(27)

L-azzjoni konsistenti u lineari ta’ Servier fix-xiri ta’ sors ta’ kompetizzjoni potenzjali kemm permezz ta’ akkwist ta’ proprjetà intellettwali u kemm dwar is-soluzzjoni ta’ privattivi permezz ta’ pagamenti invertiti nstabet li jkunu qed jitbiegħdu mill-kompetizzjoni fuq il-merti. Id-dikjarazzjonijiet ta’ effiċjenza ta’ Servier rigward l-akkwist tat-teknoloġija u l-ftehimiet dwar is-soluzzjoni tal-privattiva ma kinux issostanzjati u ma laħqux il-kundizzjonijiet ta’ tali kondotta biex tkun iġġustifikata b’mod oġġettiv.

(28)

L-istrateġija ta’ esklużjoni ta’ Servier, implimentata minn sitt tranżazzjonijiet msemmija hawn fuq ġew konklużi fi żmien 27 xahar, b’hekk tikkostitwixxi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 102 tat-Trattat fil-perjodu 2004-2009 fis-suq għal formulazzjonijiet tal-perindopril fir-Renju Unit, Franza, in-Netherlands, u l-Polonja, u fis-suq tal-UE għat-teknoloġija tal-API tal-perindopril. Fid-Deċiżjoni, ebda mill-elementi kostituttivi ma nstabu li jikkonstitwixxu ksur awtonomu tal-Artikolu 102 tat-Trattat.

4.   RESPONSABBILTÀ TA’ KUMPANIJA PRINĊIPALI

(29)

Is-sussidjarji kollha ta’ kumpaniji prinċipali nżammu responsabbli għall-ksur rilevanti kienu akkwiżiti totalment mill-kumpanija prinċpali tagħhom, ħlief Niche u Matrix. Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-preżunzjoni ta’ influwenza deċiżiva applikata f’dan il-każ u ddikjarat li l-kumpanija prinċipali b’obbligazzjoni in solidum mas-sussidjarja.

(30)

Fir-rigward ta’ Niche, 60 % tal-ishma tagħha kienu proprjetà ta’ Unichem matul parti mill-perjodu tal-ksur. Filwaqt li għal Matrix, 71,5 % tal-ishma tagħha kienu akkwistati minn Mylan waqt il-perjodu tal-ksur. Il-Kummisjoni sabet li Unichem u Mylan eżerċitaw influwenza deċiżiva fuq is-sussidjarji rispettivi tagħhom, u ddikjarat li dawn il-kumpaniji prinċipali b’obbligazzjoni in solidum għall-multa.

5.   DESTINATARJI

(31)

Il-kumpaniji li ġejjin kienu destinatarji tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni:

Servier S.A.S.

Servier Laboratories Limited

Les Laboratoires Servier

Biogaran

Niche Generics Limited

Unichem Laboratories Limited

Mylan Laboratories Limited

Mylan Inc.

Teva UK Limited

Teva Pharmaceuticals Europe B.V.

Teva Pharmaceutical Industries Ltd

Krka, tovarna zdravil, d.d., Novo mesto

Lupin Limited

6.   MULTI

(32)

Filwaqt li titqies il-gravità u t-tul tal-ksur tal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat, u skont il-Linji Gwida dwar il-multi (15), il-Kummissjoni imponiet fuq Servier total ta’ multi ta’ EUR 330 997 200 għall-ksur inkwistjoni; u fuq l-impriżi ġeneriċi (u l-kumpaniji prinċipali tagħhom) total ta’ EUR 96 699 308 għall-ksur tal-Artikolu 101 tat-Trattat.

(33)

Rigward Servier, il-multi jikkunsidraw il-bejgħ attwali tal-perindopril ta’ Servier. Rigward il-kontroparti ġeneriċi ta’ Servier, il-multi ma jistgħux ikunu kkalkulati fuq bażi ta’ valur ta’ bejgħ, peress li l-imġieba antikompetittiva kienet immirata li żżommom “l barra mis-suq. B’hekk, id-Deċiżjoni applikat il-paragrafu 37 tal-Linji Gwida fuq il-multi (16) u qagħdet fuq it-trasferiment tal-valur riċevut mill-ġeneriċi kontroparti. L-ammont tal-valur trasferit li sar mill-oriġinatur għall-impriżi ġeneriċi jinkludi wkoll varji aspetti li l-partijiet setgħu kkunsidraw meta daħlu fil-ftehim, b’mod notevoli s-saħħa tal-entrata potenzjali. Il-multa kkalkulata għal Niche/Unichem taqbeż l-10 % tal-limitu tal-fatturat u allura l-ammont finali tal-multa kien mnaqqas. Għall-impriżi kollha l-oħra, il-multa tibqa” inqas mill-10 % tal-limitu tal-fatturat.

(34)

Il-multi speċifiċi imposti għall-ksur tal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat kienu dawn li ġejjin:

Għall-ksur bejn Niche/Unichem u Servier tal-Artikolu 101 tat-Trattat:

(a)

Niche Generics Limited u Unichem Laboratoies Limited, b’obbligazzjoni in solidum: EUR 13 968 773;

(b)

Servier S.A.S. Les Laboratoires Servier; Servier Laboratories Limited u Biogaran, b’obbligazzjoni in solidum: EUR 131 532 600;

Għall-ksur bejn Matrix/Mylan u Servier tal-Artikolu 101 tat-Trattat:

(a)

Mylan Laboratories Limited: EUR 17 161 140, li minnhom EUR 8 045 914, b’obbligazzjoni in solidum ma’ Mylan Inc.;

(b)

Servier S.A.S. u Les Laboratoires Servier, b’obbligazzjoni in solidum: EUR 79 121 700;

Għall-ksur bejn Teva u Servier tal-Artikolu 101 tat-Trattat:

(a)

Teva UK Limited; Teva Pharmaceuticals Europe B.V. u Teva Pharmaceutical Industries Ltd, b’obbligazzjoni in solidum: EUR 15 569 395;

(b)

Servier S.A.S.; Les Laboratoires Servier u Servier Laboratories Limited, b’obbligazzjoni in solidum: EUR 4 309 000.

Għall-ksur bejn Krka u Servier tal-Artikolu 101 tat-Trattat:

(a)

Krka, tovarna zdravil, d.d., Novo mesto: EUR 10 000 000;

(b)

Servier S.A.S. u Les Laboratoires Servier, b’obbligazzjoni in solidum: EUR 37 661 800.

Għall-ksur bejn Lupin u Servier tal-Artikolu 101 tat-Trattat:

(a)

Lupin Limited: EUR 40 000 000;

(b)

Servier S.A.S. u Les Laboratoires Servier, b’obbligazzjoni in solidum: EUR 37 102 100.

Għall-ksur ta’ Servier tal-Artikolu 102 tat-Trattat:

(a)

Servier S.A.S b’obbligazzjoni in solidum ma’ Les Laboratoires Servier: EUR 41 270 000.

(35)

Il-Kummissjoni ordnat lill-impriżi kkonċernati biex joqogħdu lura milli jirrepetu kwalunkwe att jew imġiba li jkollhom l-istess jew simili l-għan jew l-effett.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  Kumpaniji tal-grupp Servier se jissejħu bħala “Servier”.

(3)  Ħlief rigward: il-Latvja, fejn il-ksur beda fl-1 ta’ Lulju 2005; il-Bulgarija u r-Rumanija, fejn il-ksur beda fl-1 ta’ Jannar 2007; u Malta, fejn il-ksur beda fl-1 ta’ Marzu 2007.

(4)  Ħlief rigward: ir-Renju Unit, fejn il-ksur intemm fis-6 ta’ Lulju 2007; u n-Netherlands, fejn il-ksur intemm fit-12 ta’ Diċembru 2007.

(5)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 3. Il-ksur ta’ Mylan Inc. beda fit-8 ta’ Jannar 2007 sad-data tat-tmiem tal-ksur.

(6)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.

(7)  Ħlief rigward: il-Bulgarija u r-Rumanija, fejn il-ksur beda fl-1 ta’ Jannar 2007; u Malta, fejn il-ksur beda fl-1 ta’ Marzu 2007. u l-Italja, fejn il-ksur beda fit-13 ta’ Frar 2009.

(8)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.

(9)  Ħlief rigward: Malta, fejn il-ksur beda fl-1 ta’ Marzu 2007; u l-Italja, fejn il-ksur beda fit-13 ta’ Frar 2009.

(10)  Ħlief rigward: ir-Renju Unit, fejn il-ksur intemm fis-6 ta’ Lulju 2007; u n-Netherlands, fejn il-ksur intemm fit-12 ta’ Diċembru 2007; u Franza, fejn il-ksur intemm fis-16 ta’ Settembru 2008.

(11)  Fir-rigward ta’ Lupin, id-data tat-tmiem fi Franza kienet 16.9.2008, li kienet l-aħħar ġurnata qabel l-entrata ġenerika fuq skala limitata, illiberat lil Lupin mill-obbligazzjoni ta’ nuqqas ta’ dħul.

(12)  Niche ikkonkludiet negozju addizzjonali ma’ Biogram, is-sussidjarju ġeneriku ta’ Servier, għal GBP 2,5 miljun iktar bħala parti minn “konsiderazzjoni ta’ soluzzjoni globali”.

(13)  Segwit minn xiri IPR minn Servier għal EUR 30 miljun fil-5 ta’ Jannar 2007.

(14)  Il-ftehim tas-soluzzjoni tal-privattiva Teva nstab li kien jirrestrinġi biss il-kompetizzjoni fir-Renju Unit, u l-ftehimiet dwar is-soluzzjoni tal-privattiva Krka fir-Renju Unit, Franza u n-Netherlands.

(15)  Il-Linji Gwida dwar il-metodu ta’ kif jiġu stabbiliti l-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2) (“Linji Gwida dwar il-multi”).

(16)  Il-paragrafu 37 tal-Linji Gwida fuq il-multi jipprevedi li “il-partikolaritajiet ta’ każ partikolari jew il-bżonn biex jiksbu l-funzjoni tagħhom ta’ deterrent f’każ partikulari jista’ jiġġustifika li jitilqu minn metodoloġija [ġenerali].”


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

25.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 393/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8250 — Ardian/Weber Automotive)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 393/06)

1.

Fis-17 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Adrian SAS (“Ardian”, Franza) se takkwista l-kontroll esklussiv fuq Weber Automotive GmbH (“Weber Automotive”, il-Ġermanja), fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Ardian hija kumpanija indipendenti ta' investiment privat bbażata f'Pariġi, li tamministra diversi fondi li jispeċjalizzaw f'investiment ta' ekwità privata u ġestjoni ta' assi għal investituri istituzzjonali,

Weber Automotive timmanifattura u tbigħ komponenti tal-karozzi, b'mod partikolari komponenti maħdma ta' sistemi ta' propulsjoni, inklużi blokok tal-magni, irjus taċ-ċilindri, kisi ta' trażmissjoni u kisi ġenerali. Il-kumpanija wkoll tibni sistemi ta' propulsjoni għall-vetturi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks +32 22964301) jew bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8250 — Ardian/Weber Automotive, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


25.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 393/14


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8232 — Diamond Offshore Wind Holdings II/Eneco Wind Belgium/Elnu/Norther)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 393/07)

1.

Fl-14 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Eneco Wind Belgium NV (“EWB”, il-Belġju) taħt il-kontroll ta’ Eneco Holding NV, Elnu NV (il-Belġju) taħt il-kontroll ta’ Elicio NV, u Diamond Offshore Wind Holdings II BV (“DOWH”, il-Belġju) taħt il-kontroll ta’ Mitsubishi Corporation, takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Norther NV (“Norther”, il-Belġju) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

EWB hija attiva fil-Belġju fil-produzzjoni tal-elettriku mill-enerġija li tiġi mir-riħ. EWB tipparteċipa fi proġetti ta’ parks eoliċi kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar, u ġġestihom. Għall-parks eoliċi fuq l-art, EWB hija attiva kemm fl-istadju tal-iżvilupp kif ukoll f’dak tal-isfruttament għall-parks eoliċi fuq il-baħar, EWB bħalissa fil-Belġju tinsab attiva biss fl-istadju tal-iżvilupp.

Elnu hija sussidjarja 100 % ta’ Elicio NV (“Elicio”). Fil-Belġju, Elicio (permezz tas-sussidjarji tagħha) tiġġenera l-elettriku minn parks eoliċi operazzjonali fuq l-art u qiegħda tiżviluppa diversi proġetti marbuta mal-produzzjoni tal-enerġija li tiġi mill-bijomassa u mir-riħ (inklużi l-parks eoliċi fuq il-baħar). Elicio hija sussidjarja ta’ Nethys SA.

DOWH hija veikolu stabbilit minn Diamond Generating Europe Limited, sussidjarja 100 % ta’ Mitsubishi Corporation (“MC”). MC hija kumpanija Ġappuniża attiva fil-livell globali f’bosta industriji. Bħalissa ma għandha l-ebda attività fil-Belġju fis-settur tar-riħ.

Norther hija negozju konġunt bejn EWB u Elnu. Norther se tkun is-sid, se topera u se tagħmel il-manutenzjoni ta’ park eoliku fil-Baħar tat-Tramuntana.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li tittieħed nota tal-fatt li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

L-osservazzjonijiet iridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.8232 — Diamond Offshore Wind Holdings II/Eneco Wind Belgium/Elnu/Norther, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.