ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 386

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
20 ta' Ottubru 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 386/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8020 — Sherwin-Williams/Valspar) ( 1 )

1

2016/C 386/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8088 — Midea Group/Kuka) ( 1 )

1

2016/C 386/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8203 — Blackstone/New Mountain/JDA Software) ( 1 )

2

2016/C 386/04

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2016/C 386/05

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Ottubru 2016 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 386/06

Rata tal-kambju tal-euro

8

2016/C 386/07

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2016 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid (Terrasses du Larzac (DOP))

9

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2016/C 386/08

Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni

13


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 386/09

Sejħa għall-proposti 2017 — EAC/A03/2016 — Il-Programm Erasmus+

14

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 386/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Kawża M.8220 — Euro Garages/EFR) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

17

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 386/11

Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE — Talba mingħand Entità Kontraenti — estensjoni tal-iskadenza

18


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8020 — Sherwin-Williams/Valspar)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 386/01)

Fl-10 ta’ Awwissu 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8020. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8088 — Midea Group/Kuka)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 386/02)

Fit-12 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8088. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8203 — Blackstone/New Mountain/JDA Software)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 386/03)

Fl-10 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8203. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/2


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni

(2016/C 386/04)

Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2020 fl-Irlanda hija Galway.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Ottubru 2016

li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

(2016/C 386/05)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-lista tan-nominazzjonijiet għall-ħatra sottomessa lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem,

Wara li kkunsidra l-lista tal-membri u tal-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjonijiet tiegħu tat-2 ta’ Diċembru 2013 (2), tat-12 ta’ Ġunju 2014 (3), tat-18 ta’ Novembru 2014 (4), tal-15 ta’ Diċembru 2014 (5), tas-16 ta’ Marzu 2015 (6), tal-20 ta’ April 2015 (7), tal-10 ta’ Novembru 2015 (8) u tal-15 ta’ Frar 2016 (9), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fis-7 ta’ Novembru 2016.

(2)

Il-membri jibqgħu fil-kariga sa meta jiġu sostitwiti jew sat-tiġdid tal-ħatriet tagħhom.

(3)

Il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għandhom jinħatru għal perijodu ta’ tliet snin,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma maħtura membri u membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mit-8 ta’ Novembru 2016 sas-7 ta’ Novembru 2019:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Belġju

Is-Sinjura Véronique CRUTZEN

Is-Sinjura Nadine GILIS

Bulgarija

Is-Sinjura Darina KONOVA

Is-Sinjura Vaska SEMERDZHIEVA

Repubblika Ċeka

Is-Sur Jaroslav HLAVÍN

Is-Sur Zdeněk ŠMERHOVSKÝ

Danimarka

Is-Sinjura Charlotte SKJOLDAGER

Is-Sinjura Annemarie KNUDSEN

Ġermanja

Is-Sur Kai SCHÄFER

Is-Sinjura Ellen ZWINK

Estonja

Is-Sinjura Maret MARIPUU

Is-Sinjura Eva PÕLDIS

Irlanda

Is-Sur Paul CULLEN

Is-Sinjura Marie DALTON

Greċja

Is-Sur Ioannis KONSTANTAKOPOULOS

Is-Sur Georgios GOURZOULIDIS

Spanja

Is-Sinjura María Dolores LIMÓN TAMÉS

Is-Sinjura Mercedes TEJEDOR AIBAR

Franza

Is-Sur Frédéric TEZE

Is-Sur Arnaud PUJAL

Kroazja

Is-Sur Zdravko MURATTI

Is-Sur Jere GAŠPEROV

Italja

Ċipru

Is-Sur Anastassios YANNAKI

Is-Sur Aristodemos ECONOMIDES

Latvja

Is-Sur Renārs LŪSIS

Is-Sinjura Jolanta GEDUŠA

Litwanja

Is-Sinjura Aldona SABAITIENĖ

Is-Sinjura Vilija KONDROTIENĖ

Lussemburgu

Is-Sur Marco BOLY

Is-Sur John SCHNEIDER

Ungerija

Is-Sinjura Katalin BALOGH

Is-Sur Gyula MADARÁSZ

Malta

Is-Sur Melhino MERCIECA

Is-Sur Mark GAUCI

Netherlands

Is-Sur Rob TRIEMSTRA

Is-Sur Martin G. DEN HELD

Awstrija

Is-Sinjura Gertrud BREINDL

Is-Sinjura Anna RITZBERGER-MOSER

Polonja

Is-Sinjura Danuta KORADECKA

Is-Sinjura Joanna FAŁDYGA

Portugall

Is-Sur Antόnio SANTOS

Is-Sur Carlos PEREIRA

Rumanija

Is-Sur Dantes Nicolae BRATU

Is-Sinjura Anca Mihaela PRICOP

Slovenja

Is-Sur Nikolaj PETRIŠIČ

Is-Sinjura Vladka KOMEL

Slovakkja

Is-Sinjura Romana ČERVIENKOVÁ

Finlandja

Is-Sur Leo SUOMAA

Is-Sur Wiking HUSBERG

Żvezja

Is-Sinjura Erna ZELMIN EKENHEM

Is-Sinjura Boel CALLERMO

Renju Unit

Is-Sur Clive FLEMING

Is-Sur Stuart BRISTOW


II.   RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-ĦADDIEMA

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Belġju

Is-Sur Herman FONCK

Is-Sinjura Caroline VERDOOT

Bulgarija

Is-Sur Aleksander ZAGOROV

Is-Sur Ivan KOKALOV

Repubblika Ċeka

Is-Sinjura Radka SOKOLOVÁ

Is-Sur Václav PROCHÁZKA

Danimarka

Is-Sur Jan KAHR FREDERIKSEN

Is-Sinjura Maria BJERRE

Ġermanja

Is-Sinjura Sonja KÖNIG

Is-Sur Moriz-Boje TIEDEMANN

Estonja

Is-Sinjura Aija MAASIKAS

Is-Sur Argo SOON

Irlanda

Is-Sur Dessie ROBINSON

Is-Sur Sylvester CRONIN

Greċja

Is-Sur Andreas STOIMENIDIS

Is-Sur Ioannis ADAMAKIS

Spanja

Is-Sur Pedro J. LINARES

Franza

Kroazja

Is-Sinjura Gordana PALAJSA

Is-Sur Marko PALADA

Italja

Ċipru

Is-Sur Nikos SATSIAS

Is-Sur Stelios CHRISTODOULOU

Latvja

Is-Sur Ziedonis ANTAPSONS

Is-Sur Mārtiņš PUŽULS

Litwanja

Is-Sinjura Inga RUGINIENĖ

Is-Sur Ričardas GARUOLIS

Lussemburgu

Is-Sur Jean-Luc DE MATTEIS

Is-Sur Robert FORNIERI

Ungerija

Is-Sur Károly GYÖRGY

Malta

Is-Sur Anthony CASARU

Is-Sur Alfred LIA

Netherlands

Is-Sur H. VAN STEENBERGEN

Is-Sur W. VAN VEELEN

Awstrija

Is-Sinjura Julia NEDJELIK-LISCHKA

Is-Sur Alexander HEIDER

Polonja

Is-Sinjura Agnieszka MIŃKOWSKA

Is-Sur Dariusz GOC

Portugall

Is-Sinjura Vanda Teresa ROGADO PEREIRA DA CRUZ

Rumanija

Is-Sur Corneliu CONSTANTINOAIA

Is-Sinjura Mihaela DARLE

Slovenja

Is-Sinjura Lučka BÖHM

Is-Sinjura Katja GORIŠEK

Slovakkja

Is-Sur Peter RAMPAŠEK

Is-Sur Róbert STAŠKO

Finlandja

Is-Sinjura Paula ILVESKIVI

Is-Sur Erkki AUVINEN

Żvezja

Is-Sinjura Karin FRISTEDT

Is-Sinjura Christina JÄRNSTEDT

Renju Unit

Is-Sur Hugh ROBERTSON


III.   RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Belġju

Is-Sur Kris DE MEESTER

Is-Sur Thierry VANMOL

Bulgarija

Is-Sur Georgi STOEV

Repubblika Ċeka

Is-Sur Martin RÖHRICH

Danimarka

Is-Sinjura Lena SØBY

Ġermanja

Is-Sur Eckard METZE

Is-Sur Stefan ENGEL

Estonja

Is-Sinjura Marju PEÄRNBERG

Is-Sinjura Piia SIMMERMANN

Irlanda

Is-Sur Michael GILLEN

Greċja

Is-Sur Christos KAVALOPOULOS

Is-Sinjura Anastasia AVLONITOU

Spanja

Is-Sinjura Marina GORDÓN ORTÍZ

Is-Sinjura Laura CASTRILLO NUÑEZ

Franza

Kroazja

Is-Sur Nenad SEIFERT

Is-Sinjura Admira RIBIČIĆ

Italja

Ċipru

Is-Sur Emilios MICHAEL

Is-Sur Polyvios POLYVIOU

Latvja

Is-Sinjura Ilona KIUKUCĀNE

Litwanja

Is-Sur Vaidotas LEVICKIS

Is-Sur Jonas GUZAVIČIUS

Lussemburgu

Is-Sur François ENGELS

Is-Sur Pierre BLAISE

Ungerija

Malta

Netherlands

Is-Sur W.M.J.M. VAN MIERLO

Is-Sur R. VAN BEEK

Awstrija

Is-Sinjura Christa SCHWENG

Is-Sinjura Julia ENZELSBERGER

Polonja

Is-Sur Rafał HRYNYK

Portugall

Is-Sur Manuel Marcelino Peralta PENA COSTA

Is-Sur Luís HENRIQUE

Rumanija

Is-Sur Ovidiu NICOLESCU

Is-Sinjura Daniela SÂRBU

Slovenja

Is-Sur Igor ANTAUER

Is-Sinjura Karmen FORTUNA JEFIM

Slovakkja

Is-Sinjura Silvia SUROVÁ

Is-Sur Róbert MEITNER

Finlandja

Is-Sur Jan SCHUGK

Is-Sinjura Riitta WÄRN

Żvezja

Is-Sinjura Bodil MELLBLOM

Is-Sur Ned CARTER

Renju Unit

Is-Sinjura Rachel SMITH

Artikolu 2

F’data iktar tard il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx nominati.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta’ Ottubru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

L. SÓLYMOS


(1)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2013 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s- Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU C 360, 10.12.2013, p. 8).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2014 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal-Litwanja u Malta (ĠU C 182, 14.6.2014, p. 14) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2014 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal Franza (ĠU C 186, 18.6.2014, p. 5).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2014 li taħtar membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal-Latvja (ĠU C 420 22.11.2014, p. 6).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2014 li taħtar membru tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-Ġermanja (ĠU C 453, 17.12.2014, p. 2).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/453 tas-16 ta’ Marzu 2015 li taħtar membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għad-Danimarka u l-Ġermanja (ĠU L 75, 19.3.2015, p. 18).

(7)  Id-Deċiżjoni Tal-Kunsill tal-20 ta’ April 2015 li taħtar għall-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol membru għas-Slovenja u membru supplenti għall-Iżvezja (ĠU C 130, 22.4.2015, p. 2) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ April 2015 li taħtar membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-Slovakkja (ĠU C 130, 22.4.2015, p. 5).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2015 li taħtar membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-Ungerija (ĠU C 380, 14.11.2015, p. 2).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2016 li taħtar membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal Spanja (ĠU C 62, 18.2.2016, p. 2).


Il-Kummissjoni Ewropea

20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/8


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta’ Ottubru 2016

(2016/C 386/06)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0979

JPY

Yen Ġappuniż

113,49

DKK

Krona Daniża

7,4409

GBP

Lira Sterlina

0,89338

SEK

Krona Żvediża

9,6980

CHF

Frank Żvizzeru

1,0854

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,9585

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

307,08

PLN

Zloty Pollakk

4,3180

RON

Leu Rumen

4,5020

TRY

Lira Turka

3,3724

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4298

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4361

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,5175

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5232

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5228

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 233,88

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,2650

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3963

HRK

Kuna Kroata

7,5075

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 267,21

MYR

Ringgit Malażjan

4,5971

PHP

Peso Filippin

52,692

RUB

Rouble Russu

68,6223

THB

Baht Tajlandiż

38,317

BRL

Real Brażiljan

3,5063

MXN

Peso Messikan

20,4850

INR

Rupi Indjan

73,1890


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/9


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Ottubru 2016

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid

(Terrasses du Larzac (DOP))

(2016/C 386/07)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Franza applikat għall-protezzjoni tal-isem “Terrasses du Larzac” skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 dwar il-protezzjoni tad-deżinjazzjonijiet ta’ oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-settur tal-inbid. Skont l-Artikolu 97(2) ta’ dak ir-Regolament, l-applikazzjoni ta’ Franza ġiet eżaminata mill-Kummissjoni.

(2)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 93 sa 96, l-Artikolu 97(1) u l-Artikoli 100 sa 102 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ġew issodisfati.

(3)

Sabiex tkun tista’ ssir il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) ta’ dak ir-Regolament u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni li saret matul il-proċedura nazzjonali għall-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Terrasses du Larzac” għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Id-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-referenza tal-ispeċifikazzjoni għall-isem “Terrasses du Larzac” (DOP) huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tikkonferixxi d-dritt tal-oġġezzjoni għall-protezzjoni tal-isem speċifikat fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


ANNESS

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet li għandu/għandhom jiġi/u rreġistrat(i)

Terrasses du Larzac

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Dawn huma inbejjed ħomor, xotti u bla gass b’kulur vjola jew granata, b’riflessjonijiet suwed okkażjonali. L-inbejjed lesti biex jitqiegħdu fis-suq bl-ingrossa jew ibbottiljati għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli li ma jeċċedix 3 g/l. L-inbejjed għandhom riħa fina u kumplessa: jiddominaw l-aromi ta’ frott aħmar (ċirasa, lampun, eċċ.), frott iswed (tuta, ribes) u ħwawar (bżar, imsiemer tal-qronfol, eċċ.) u dawn huma kkomplementati bl-aromi tal-likwirizja, taż-żebbuġ iswed u tal-vjoletti kif ukoll attributi ta’ inkaljar u rwejjaħ tax-xagħri (ġnibru, sagħtar, rand, eċċ.). Hemm ukoll attributi ta’ ġilda, ħuxlief jew tabakk. Fil-ħalq, l-inbejjed huma rikki bi struttura tannika tajba, filwaqt li jibqgħu eleganti. Hemm attributi ta’ frott misjur u ħwawar.

Karatteristiki analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% ta’ volum)

 

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’% ta’ volum)

12

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

Prattika enoloġika:

Huwa pprojbit kull trattament termiku tal-ħsad tal-għeneb għall-inbid fejn it-temperatura taqbeż l-40 °C;

L-użu ta’ laqx tal-injam huwa pprojbit.

Barra mid-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, il-prattiki enoloġiċi użati għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-livell tal-UE kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.

Ġestjoni tad-dwieli:

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 400 pjanta għal kull ettaru;

Id-distanza bejn ir-ringieli tad-dwieli ma għandhiex teċċedi 2,25 m;

L-erja disponibbli għal kull pjanta ma għandhiex teċċedi 2,25 m2. Din l-erja tinkiseb billi jiġu mmultiplikati d-distanzi bejn ir-ringieli u l-ispazju bejn il-pjanti fl-istess ringiela.

tista’ tiġi awtorizzata l-irrigazzjoni

b.   Rendimenti massimi

45 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona demarkata

L-għeneb jinqata’ u l-inbejjed isiru, jiġu żviluppati u jimmaturaw fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-dipartiment ta’ Hérault: Aniane, Arboras, Argelliers, Le Bosc, Brissac, Causse-de-la-Selle, Ceyras, Gignac, Jonquières, Lagamas, Lauroux, Mérifons, Montoulieu, Montpeyroux, Moulès-et-Baucels, Murles, Octon, Pégairolles-de-Buègues, Pégairolles-de-l’Escalette, Poujols, Puéchabon, Saint-André-de-Buègues, Saint-André-de-Sangonis, Saint-Félix-de-Lodez, Saint-Guiraud, Saint-Jean-de-Buèges, Saint-Jean-de-Fos, Saint-Jean-de-la-Blaquière, Saint-Privat, Saint-Saturnin-de-Lucian, Soubès u Usclas-du-Bosc.

Iż-żona demarkata hija ta’ 61 713 ettaru fid-daqs.

7.   Għenbiet ewlenin tal-inbid

 

Grenache N

 

Carignan N

 

Mourvèdre N

 

Syrah N

8.   Deskrizzjoni tal-rabta/rabtiet

Iż-żona ġeografika tkopri 32 muniċipalità tad-dipartiment ta’ Hérault u hija kkonfinata:

fit-Tramuntana, mill-irdumijiet kalkarji li jmissu mal-Larzac, li l-altitudni tagħhom tvarja bejn 700 u 800 metru;

fin-Nofsinhar, mill-estwarju tal-Lergue u l-Hérault, b’pajsaġġ miftuħ fuq il-wied wiesa’ tal-Hérault fid-direzzjoni tal-baħar.

Il-vinja hija protetta mill-rjiħat tat-tramuntana permezz tal-altipjan tal-Larzac. Għandha medja ta’ xita annwali ta’ bejn 800 u 900 mm u t-temperaturi huma iktar kesħin mill-bqija tar-reġjun tal-vitikultura tal-Languedoc. Il-varjazzjonijiet fit-temperatura bejn il-jum u l-lejl huma kbar matul ix-xhur tas-sajf u jaffettwaw is-sajran fenoliku tal-frott tal-għeneb. Il-ħamrija f’din iż-żona tippreżentaw livell baxx ta’ fertilità, infiltrazzjoni tajba, ammont kbir ta’ żrar kalkarju u riżerva limitata tal-ilma distribwit fil-fond.

Il-preżenza ta’ dwieli fit-“Terrasses du Larzac” tmur lura għal żmien ir-Rumani, għalkemm il-vinji ma ġarrbux tkabbir sinifikanti sal-Medju Evu u mbagħad mill-ġdid fis-seklu 18, bl-iżvilupp tal-kummerċ. Minkejja li l-istorja tat-“Terrasses du Larzac” intagħġnet aktar tard ma’ dik tal-vitikultura fil-Languedoc, kien ċar li l-mudell ta’ produzzjoni intensiva kien ftit li xejn xieraq għal dan ir-reġjun, fejn il-ħamrija inqas fertili u f’altitudni ftit ogħla tillimita b’mod naturali r-rendimenti. L-inbejjed tat-“Terrasses du Larzac” jiġu minn inbejjed ġejjin minn disa’ varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid tradizzjonali tal-Languedoc, u l-produtturi tal-inbid irnexxielhom jibbenefikaw minn din id-diversità minħabba l-għarfien profond tagħhom tal-art u billi għażlu l-aħjar postijiet għal kull varjetà u ħejjew cuvées minn tal-anqas tliet varjetajiet, sabiex kull qtigħ u għasir ta’ għeneb jirifletti l-identità tal-inbejjed tagħhom.

Il-kwalità u l-karatteristiki speċifiċi tal-inbejjed “Terrasses du Larzac” ġew rikonoxxuti sa minn tmiem is-snin 1950, meta ntagħżlu għad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Coteaux du Languedoc”, inbid delimitat ta’ kwalità superjuri.

Konxji tal-kwalità u l-ispeċifiċità tal-ambjent naturali tagħhom, il-produtturi tat-“Terrasses du Larzac” ilhom jippruvaw jiksbu rikonoxximent tal-identità tal-vinji tagħhom għal kważi 20 sena. Abbażi tal-qtigħ u l-għasir tal-għeneb tal-2004, intlaħaq stadju importanti bir-rikonoxximent tal-isem ġeografiku komplementari “Terrasses du Larzac” fi ħdan id-denominazzjoni ta’ oriġini kontrollata “Coteaux du Languedoc”.

L-isfumaturi li l-altitudni tagħti lill-klima Mediterranja u d-distanza mill-baħar għandhom ukoll rwol ewlieni fit-tiswir tal-karatteristiki tipiċi tal-inbejjed. L-alternanza bejn il-granet sħan u l-iljieli friski matul l-istaġun ta’ maturazzjoni tal-għeneb tiffaroxxi s-sinteżi tal-aromi, speċjalment dawk tal-ħwawar u tal-frott aħmar. It-temperaturi, li huma aktar baxxi minn mal-kosta, jippermettu ħsad aktar tardiv, u jżommu l-finezza u l-freskezza tal-inbejjed. Id-dawl qawwi u l-klima moderata jippermettu li l-għeneb tal-inbid jesprimi l-potenzjal kollu tiegħu. Għaldaqstant, dawn l-inbejjed, b’kulur vjola jew tal-granata b’riflessjonijiet suwed okkażjonali, għandhom riħa fina u kumplessa. L-aromi dominanti tal-frott aħmar, tal-frott iswed u tal-ħwawar jingħaqdu b’mod armonjuż mal-attributi tal-likwirizja, taż-żebbuġ iswed u tal-vjoletti kif ukoll l-attributi tal-inkaljar u l-irwejjaħ mix-xagħri. Jista’ jkun hemm ukoll attributi ta’ ġilda, ta’ ħuxlief jew ta’ tabakk jew anki ta’ tartuf. Fil-ħalq, l-inbejjed huma rikki bi struttura tannika tajba u b’ewkilibriju speċifiku bejn il-ġenerożita u l-freskezza. Hemm attributi ta’ frott misjur u ħwawar.

Dawn l-inbejjed bażikament jitjiebu maż-żmien u xi wħud minnhom juru l-karattru tagħhom wara 15 jew anki 20 sena jew aktar.

Fil-qosor, l-inbejjed huma kkaratterizzati mill-ekwilibriju tagħhom, mill-kumplessità pjaċevoli tagħhom u mill-kapaċità kbira tagħhom li jitjiebu maż-żmien kif ukoll minn eleganza tipika ġenerali.

L-istorja rikka tal-vitikultura taż-żona tfisser tul il-ġenerazzjonijiet inkiseb għarfien dettaljat tal-ambjent naturali. Fuq il-bażi ta’ dan l-għarfien kien possibbli li l-varjetajiet differenti tal-għeneb tal-inbid jiġu addattati għall-ħamrija u l-mikrolokalizzazzjonijiet tagħha. Dawn l-inbejjed huma nbejjed imħallta (tal-anqas 3 varjetajiet) li jkunu saru nbid b’mod tradizzjonali, bit-trattament fil-btieti spiss idum għaddej għal aktar minn 15-il jum u anki sa 30 jum. L-istruttura tal-inbejjed teħtieġ perjodu ta’ maturazzjoni wara l-fermentazzjoni sabiex jiksbu firxa aromatika kumplessa iżda wkoll biex jiġu rfinuti t-tannini.

Il-konsistenza tal-prodotti jiddependi mill-progress li sar mill-produtturi fil-vinja u fil-kantina iżda wkoll mill-isforz kollettiv tagħhom, li ppermettilhom biex flimkien jiddefinixxu b’mod ċar il-profil u l-identità tal-inbid bl-isem “Terrasses du Larzac”.

Bħala konklużjoni, il-pożizzjoni ġeografika partikolari - ekwilibriju bejn il-ġenerożità tal-Mediterran u l-freskezza tal-altipjan tal-Larzac - tikkontribwixxi għall-karattru speċifiku tal-inbejjed tad-denominazzjoni ta’ oriġini kontrollata “Terrasses du Larzac”, u dan huwa msaħħaħ bl-għarfien tal-produtturi.

9.   Kundizzjonijiet essenzjali oħra

Żona fi prossimità immedjata

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni supplimentari:

Derogi li jikkonċernaw il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni

Iż-żona fi prossimità immedjata, iddefinita b’deroga għall-produzzjoni, l-iżvilupp u l-maturazzjoni tal-inbejjed, tikkonsisti mit-territorju tal-muniċipalità ta’ Komun ta’ La Vacquerie-et-Saint-Martin-de-Castries (Dipartiment ta’ Hérault).

Unità ġeografika usa’

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni supplimentari:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni

L-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini kontrollata jistgħu jispeċifikaw fuq it-tikketti tagħhom l-unità ġeografika usa’ ta’ “Languedoc”.

Id-daqs tal-ittri għal din l-unità ġeografika usa’ ma għandux ikun akbar, fl-għoli jew fil-wisa’, minn nofs id-daqs tal-ittri li jifformaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kontrollata.

Unità ġeografika iżgħar

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni supplimentari:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni

Id-daqs tal-ittri tat-termini fakultattivi kollha li l-użu tagħhom jista’, skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni, jiġi rregolat mill-Istati Membri, ma għandux ikun akbar, fl-għoli jew fil-wisa’, minn nofs id-daqs tal-ittri li jifformaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kontrollata.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-28398d7f-8879-48ac-a46c-16573436bdbd


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/13


Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni

(2016/C 386/08)

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura li ġejja dwar l-għajnuna mill-Istat:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

Is-27 ta' April 2016

Numru tal-każ

:

78783

Nru tad-Deċiżjoni

:

085/16/COL

Stat tal-EFTA

:

In-Norveġja

Titolu

:

L-iskema ta’ refużjoni fiskali għall-impjegar ta' baħħara

Bażi ġuridika

:

Ir-Regolament 2016-02-26-204 dwar ir-refużjonijiet għall-impjegar ta’ baħħara

Tip ta’ miżura

:

Skema

Objettiv

:

It-trasport marittimu

Forma ta' għajnuna

:

Rifużjoni tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali

Baġit

:

Għal Marzu — Diċembru 2016 NOK 1 892 miljun. Fis-snin ta’ wara, l-iskema se tkun applikabbli għall-perjodu sħiħ ta’ 12-il xahar fis-sena.

Terminu

:

10 snin mill-1 ta’ Marzu 2016 sat-28 ta’ Frar 2026

Setturi ekonomiċi

:

It-trasport bil-baħar

Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti

:

Norwegian Maritime Authority

P.O. Box 2222

N-5509 Haugesund

NORWAY

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/14


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI 2017 — EAC/A03/2016

Il-Programm Erasmus+

(2016/C 386/09)

1.   Introduzzjoni u għanijiet

Din is-sejħa għall-proposti hija msejsa fuq ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-“Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport kif ukoll fuq il-programmi ta’ ħidma annwali Erasmus+ tal-2016 u l-2017. Il-Programm Erasmus+ ikopri l-perjodu mill-2014 sal-2020. L-għanijiet speċifiċi tal-Programm Erasmus+ jinsabu fl-Artikoli 4, 5, 11 u 16 tar-Regolament.

2.   Azzjonijiet

Din is-sejħa għall-proposti tkopri dawn l-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+:

L-Azzjoni Ewlenija 1 (KA1) — Il-mobbiltà fit-tagħlim tal-individwi

Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ

Proġetti SVE strateġiċi

Avvenimenti fuq Skala Kbira tas-Servizz Volontarju Ewropew

Masters Konġunti Erasmus Mundus

L-Azzjoni Ewlenija 2 (KA2) — Koperazzjoni għall-innovazzjoni u l-iskambju ta’ prattiki tajba

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ

Alleanzi tal-għarfien

It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam tal-edukazzjoni għolja

It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam taż-żgħażagħ

L-Azzjoni Ewlenija 3 (KA3) — Appoġġ għar-riforma politika

Djalogu strutturat: Laqgħat bejn iż-żgħażagħ u min jieħu d-deċiżjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ

Attivitajiet Jean Monnet

Seduti Jean Monnet

Moduli Jean Monnet

Ċentri ta’ Eċċellenza Jean Monnet

Appoġġ Jean Monnet għall-Assoċjazzjonijiet

Netwerks Jean Monnet

Proġetti Jean Monnet

L-Isport

Sħubijiet kollaborattivi

Sħubijiet kollaborattivi żgħar

Avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta’ qligħ

3.   L-eliġibbiltà

Kull korp pubbliku jew privat li hu attiv fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jista’ japplika għal finanzjament mill-Programm Erasmus+. Barra minn hekk, il-gruppi taż-żgħażagħ li huma attivi fil-ħidma taż-żgħażagħ, iżda mhux bilfors fil-kuntest ta’ organizzazzjoni taż-żgħażagħ, jistgħu japplikaw għal finanzjament fejn tidħol il-mobbiltà tat-tagħlim taż-żgħażagħ u tal-ħaddiema żgħażagħ kif ukoll għal Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ.

Dawn il-Pajjiżi tal-Programm jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ (1):

it-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea,

il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.

Il-pajjiżi kandidati tal-UE: it-Turkija, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn pajjiżi sħab.

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.

4.   Il-baġit u t-tul tal-proġetti

L-istima tal-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti hija EUR 2 157,1 miljun.

L-Edukazzjoni u t-Taħriġ

:

EUR 1 905,4 miljun (2)

Iż-Żgħażagħ

:

EUR 209,1 miljun

Jean Monnet

:

EUR 10,8 miljun

L-Isport

:

EUR 31,8 miljun

Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu huma indikattivi, u jistgħu jiġu mmodifikati soġġett għal emenda tal-Programmi ta’ Ħidma Annwali tal-Erasmus+. L-applikanti potenzjali mistiedna jikkonsultaw regolarment il-Programmi ta’ Ħidma Annwali Erasmus+ u l-emendi tagħhom, ippubblikati fuq:

http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/more_info/awp/index_en.htm

fir-rigward tal-baġit disponibbli għal kull azzjoni koperta mis-sejħa.

Il-livell tal-għotjiet kif ukoll it-tul tal-proġetti jvarja skont fatturi bħat-tip ta’ proġett u l-għadd ta’ sħab involuti.

5.   L-iskadenza biex jitressqu l-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt jistgħu jitressqu sa 12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.

Azzjoni Ewlenija 1

Il-mobilità tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ

It-2 ta’ Frar 2017

Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

It-2 ta’ Frar 2017

Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

Is-26 ta’ April 2017

Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

L-4 ta’ Ottubru 2017

Proġetti EVS strateġiċi

Is-26 ta’ April 2017

Avvenimenti fuq skala kbira tas-Servizz Volontarju Ewropew

Il-5 ta’ April 2017

Masters Konġunti Erasmus Mundus

Is-16 ta’ Frar 2017

Azzjoni Ewlenija 2

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ

Id-29 ta’ Marzu 2017

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ

It-2 ta’ Frar 2017

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ

Is-26 ta’ April 2017

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ

L-4 ta’ Ottubru 2017

Alleanzi tal-għarfien

It-28 ta’ Frar 2017

It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam tal-edukazzjoni għolja

Id-9 ta’ Frar 2017

It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam taż-żgħażagħ

It-8 ta’ Marzu 2017

Azzjoni Ewlenija 3

Laqgħa bejn iż-żgħażagħ u min jieħu d-deċiżjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ

It-2 ta’ Frar 2017

 

Is-26 ta’ April 2017

 

L-4 ta’ Ottubru 2017

Azzjonijiet Jean Monnet

Sedji, Moduli, Ċentri tal-Eċċellenza, Appoġġ għall-Istituzzjonijiet u għall-Assoċjazzjonijiet, Netwerks, Proġetti

It-23 ta’ Frar 2017

Azzjonijiet tal-Isport

Sħubijiet kollaborattivi

Is-6 ta’ April 2017

Sħubijiet kollaborattivi żgħar

Is-6 ta’ April 2017

Avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta’ qligħ

Is-6 ta’ April 2017

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.

6.   Dettalji sħaħ

Ara l-kundizzjonijiet ta’ din is-sejħa għall-proposti fid-dettall, inklużi l-prijoritajiet, fil-Gwida tal-Programm Erasmus+: http://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources_en

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ tifforma parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u l-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.


(1)  L-attivitajiet Jean Monnet huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn madwar id-dinja kollha.

(2)  Dan l-ammont jinkludi fondi għad-Dimensjoni Internazzjonali tal-Edukazzjoni Għolja (EUR 301,6 miljun b’kollox).


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/17


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Kawża M.8220 — Euro Garages/EFR)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 386/10)

1.

Fl-10 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Euro Garages Ltd (“Euro Garages”, ir-Renju Unit) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ EFR Group B.V. (“EFR”, in-Netherlands) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Euro Garages: attiva fit-tħaddim tal-pompi tal-petrol, ħwienet lokali (convenience stores), ħasil ta’ karozzi u restoranti tal-fast food fir-Renju Unit,

—   għal EFR: attiva fl-operazzjoni ta’ pompi tal-petrol, ħwienet lokali (convenience stores), ħasil tal-karozzi, fran tal-ħobż u lukandi fil-Belġju, Franza, il-Lussemburgu u n-Netherlands.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8220 — Euro Garages/EFR, – fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/18


Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba mingħand Entità Kontraenti — estensjoni tal-iskadenza

(2016/C 386/11)

Fit-2 ta’ Frar 2016, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1). L-ewwel jum tax-xogħol wara l-wasla tat-talba huwa t-3 ta’ Frar 2016.

Din it-talba qed issir minn Vapo Oy u tikkonċerna l-attivitajiet marbuta mal-isfruttament ta’ żona ġeografika għall-finijiet tal-estrazzjoni tal-pit tal-fjuwil fit-territorju tal-Finlandja. L-avviż rilevanti ġie ppubblikat fil-paġna 9 tal-ĠU C 96 fil-11 ta’ Marzu 2016. Avviż ta’ prolungazzjoni ġie ppubblikat fil-paġna 25 tal-ĠU C 301 fid-19 ta’ Awwissu 2016.

Skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, il-Kummissjoni tista’ tesiġi li l-Istat Membru, jew l-applikant, jew l-awtorità nazzjonali indipendenti kompetenti, jew kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti oħra, jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa kollha, jew li jissupplimentaw jew jiċċaraw l-informazzjoni mogħtija f’limitu ta’ żmien adatt. Fis-7 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Finlandiżi biex jipprovdu informazzjoni addizzjonali sat-28 ta’ Ġunju 2016.

Skont it-tieni frażi tal-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, fil-każ ta’ tweġibiet għat-talba tal-Kummissjoni għal kjarifika jew għal informazzjoni addizzjonali li jaslu tard jew li ma jkunux kompluti, l-iskadenzi għandhom jiġu sospiżi għall-perjodu ta’ bejn l-iskadenza tal-limitu taż-żmien stabbilit fit-talba għall-informazzjoni, u l-wasla tal-informazzjoni kompluta u korretta. It-tweġiba tal-awtoritajiet Finlandiżi waslet fis-26 ta’ Settembru 2016. Għalhekk l-iskadenza finali hija t-23 ta’ Jannar 2017.


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.