ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 383

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
17 ta' Ottubru 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 383/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2016/C 383/02

Kawża C-370/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Novara (l-Italja) fl-4 ta’ Lulju 2016 – Bruno Dell’Acqua vs Eurocom Srl, Regione Lombardia

2

2016/C 383/03

Kawża C-403/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fid-19 ta’ Lulju 2016 – Soufiane El Hassani vs Minister Spraw Zagranicznych

2

2016/C 383/04

Kawża C-408/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fil-21 ta’ Lulju 2016 – Compania Națională de Autostrăzi și Drumuri Naționale din România SA vs Ministerul Fondurilor Europene — Direcția generală managementul fondurilor externe

3

2016/C 383/05

Kawża C-416/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Faro (il-Portugall) fis-27 ta’ Lulju 2016 – Luís Manuel Piscarreta Ricardo vs Portimão Urbis, EM, SA – fi stralċ et

4

2016/C 383/06

Kawża C-426/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussell (il-Belġju) fl-1 ta’ Awwissu 2016 – Liga van Moskeeën en Islamitische Organisaties Provincie Antwerpen et vs Vlaams Gewest

5

2016/C 383/07

Kawża C-442/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fit-8 ta’ Awwissu 2016 – Florea Gusa vs Minister for Social Protection, Attorney General

6

2016/C 383/08

Kawża C-451/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fit-12 ta’ Awwissu 2016 – MB vs Secretary of State for Work and Pensions

6

2016/C 383/09

Kawża C-452/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Awwissu 2016 – Openbaar Ministerie vs Krzysztof Marek Poltorak

7

2016/C 383/10

Kawża C-453/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Awwissu 2016 – Openbaar Ministerie vs Halil Ibrahim Özçelik

7

2016/C 383/11

Kawża C-477/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ Settembru 2016 – Openbaar Ministerie vs Ruslanas Kovalkovas

8

2016/C 383/12

Kawża C-481/16: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

9

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 383/13

Kawża T-460/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2016 – Sun Pharmaceutical Industries u Ranbaxy (UK) vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-prodotti mediċinali ta’ kontra d-depressjoni li jinkludu l-ingredjent farmaċewtiku attiv citalopram — Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan — Kompetizzjoni potenzjali — Prodotti mediċinali ġeneriċi — Barrieri għad-dħul fis-suq li jirriżultaw mill-eżistenza ta’ privattivi — Ftehim konkluż bejn proprjetarju ta’ privattivi u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi — Multi — Ċertezza legali — Prinċipju ta’ nulla poena sine lege — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi tal-2006 — Tul tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni)

10

2016/C 383/14

Kawża T-467/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2016 – Arrow Group u Arrow Generics vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-prodotti mediċinali ta’ kontra d-depressjoni li jinkludu l-ingredjent farmaċewtiku attiv citalopram — Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan — Kompetizzjoni potenzjali — Prodotti mediċinali ġeneriċi — Barrieri għad-dħul fis-suq li jirriżultaw mill-eżistenza ta’ privattivi — Ftehimiet konklużi bejn proprjetarju ta’ privattivi u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi — Multi — Ċertezza legali — Prinċipju ta’ nulla poena sine lege — Tul tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni — Drittijiet tad-difiża — Ksur uniku u kontinwu)

10

2016/C 383/15

Kawża T-469/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2016 – Generics (UK) vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-prodotti mediċinali ta’ kontra d-depressjoni li jinkludu l-ingredjent farmaċewtiku attiv citalopram — Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan — Kompetizzjoni potenzjali — Prodotti mediċinali ġeneriċi — Barrieri għad-dħul fis-suq li jirriżultaw mill-eżistenza ta’ privattivi — Ftehimiet konklużi bejn proprjetarju ta’ privattivi u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi — Żball ta’ liġi — Żball ta’ evalwazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Multi)

11

2016/C 383/16

Kawża T-470/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2016 – Merck vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-prodotti mediċinali ta’ kontra d-depressjoni li jinkludu l-ingredjent farmaċewtiku attiv citalopram — Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan — Kompetizzjoni potenzjali — Prodotti mediċinali ġeneriċi — Barrieri għad-dħul fis-suq li jirriżultaw mill-eżistenza ta’ privattivi — Ftehimiet konklużi bejn il-proprjetarju ta’ privattivi u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi — Żball ta’ liġi — Żball ta’ evalwazzjoni — Imputabbiltà tal-ksur — Responsabbiltà tal-kumpannija omm għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq minn waħda mis-sussidjarji tagħha — Ċertezza legali — Terminu raġonevoli — Multi)

12

2016/C 383/17

Kawża T-204/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2016 – Victor International vs EUIPO – Ovejero Jiménez u Becerra Guibert (VICTOR) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali VICTOR — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti victoria — Raġuni relattiva għal rifjut — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Natura tal-użu — Forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv — Artikolu 15(1) u Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009]

12

2016/C 383/18

Kawża T-4/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2016 – Beiersdorf vs EUIPO (Q10) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Q10 — Rifjut ta’ reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni dwar il-firxa tal-protezzjoni — Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009]

13

2016/C 383/19

Kawża T-360/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2016 – Dr Vita vs EUIPO (69) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea 69 — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

14

2016/C 383/20

Kawża T-379/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2016 – Basicmed Enterprises et vs Il-Kunsill et

14

2016/C 383/21

Kawża T-386/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2016 – Falegnameria Universo dei F.lli Priarollo vs EUIPO – Zanini Porte (silente PORTE & PORTE)

15

2016/C 383/22

Kawża T-401/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2016 – Spanja vs Il-Kummissjoni

16

2016/C 383/23

Kawża T-448/16: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2016 – Mr. Kebab vs EUIPO – Mister Kebap (Mr. KEBAB)

17

2016/C 383/24

Kawża T-455/16 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2016 minn Elia Fernández González mis-sentenza mogħtija fl-14 ta’ Ġunju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-121/15, Fernández González vs Il-Kummissjoni

17

2016/C 383/25

Kawża T-456/16: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2016 – Galletas Gullón vs EUIPO – Hug (GULLON DARVIDA)

18

2016/C 383/26

Kawża T-461/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2016 – Kaddour vs Il-Kunsill

19

2016/C 383/27

Kawża T-467/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2016 – Flir Systems Trading Belgium vs Il-Kummissjoni

19

2016/C 383/28

Kawża T-470/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2016 – X-cen-tek vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ trijangolu)

20

2016/C 383/29

Kawża T-472/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2016 – Marsh vs EUIPO (LegalPro)

21

2016/C 383/30

Kawża T-475/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2016 – FTI Touristik vs EUIPO – Prantner und Giersch (Fl)

22

2016/C 383/31

Kawża T-479/16: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2016 – Colgate-Palmolive vs EUIPO (AROMASENSATIONS)

22

2016/C 383/32

Kawża T-622/16: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2016 – sheepworld vs EUIPO (Alles wird gut)

23

2016/C 383/33

Kawża T-623/16: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2016 – Volkswagen vs EUIPO – Paalupaikka (MAIN AUTO WHEELS)

23

2016/C 383/34

Kawża T-624/16: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2016 – Gollnisch vs Il-Parlament

24

2016/C 383/35

Kawża T-626/16: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2016 – Troszczynski vs Il-Parlament

26

2016/C 383/36

Kawża T-633/16: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2016 – Bilde vs Il-Parlament

27

2016/C 383/37

Kawża T-634/16: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2016 – Montel vs Il-Parlament

28

2016/C 383/38

Kawża T-465/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Lulju 2016 – Moravia Gas Storage vs Il-Kummissjoni

29

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2016/C 383/39

Kawża F-75/15: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 – OT vs Il-Kummissjoni

30

2016/C 383/40

Kawża F-150/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2015 – ZZ vs BEI

30

2016/C 383/41

Kawża F-4/16: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awissu – OT vs Il-Kummissjoni

31

2016/C 383/42

Kawża F-20/16: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

32


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 383/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 371, 10.10.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 364, 3.10.2016

ĠU C 350, 26.9.2016

ĠU C 343, 19.9.2016

ĠU C 335, 12.9.2016

ĠU C 326, 5.9.2016

ĠU C 314, 29.8.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Novara (l-Italja) fl-4 ta’ Lulju 2016 – Bruno Dell’Acqua vs Eurocom Srl, Regione Lombardia

(Kawża C-370/16)

(2016/C 383/02)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Novara

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bruno Dell’Acqua

Konvenuti: Eurocom Srl, Regione Lombardia

Domandi preliminari

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea qed tiġi mistoqsija jekk l-awtorizzazzjoni minn qabel skont l-aħħar sentenza tal-Artikolu 1 tal-“Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea” (ĠU C 310, p. 261, 16.12.2004,) hijiex neċessarja jew le meta, fil-proċeduri ta’ infurzar f’idejn parti terza, il-flus maqbuda ma għadhomx f’idejn il-Kummissjoni Ewropea, iżda diġà ġew ittrasferiti lill-aġenziji ta’ pagamenti nazzjonali.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fid-19 ta’ Lulju 2016 – Soufiane El Hassani vs Minister Spraw Zagranicznych

(Kawża C-403/16)

(2016/C 383/03)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Soufiane El Hassani

Konvenut: Minister Spraw Zagranicznych

Domanda preliminari

L-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (1), fid-dawl tal-premessa 29 tal-Kodiċi dwar il-Viżi u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu rimedju effettiv (appell) quddiem organu ġudizzjarju?


(1)  ĠU L 243, p. 1


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fil-21 ta’ Lulju 2016 – Compania Națională de Autostrăzi și Drumuri Naționale din România SA vs Ministerul Fondurilor Europene — Direcția generală managementul fondurilor externe

(Kawża C-408/16)

(2016/C 383/04)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Compania Națională de Autostrăzi și Drumuri Naționale din România SA

Konvenut: Ministerul Fondurilor Europene — Direcția generală managementul fondurilor externe

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 15(c) tad-Direttiva 2004/18/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil Stat Membru li ma jikkonformax ruħu, wara l-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea, mad-direttiva inkwistjoni sa fejn jibbenefika minn kuntratt ta’ finanzjament konkluż mal-Bank Ewropew tal-Investiment, qabel l-adeżjoni, li abbażi tiegħu l-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi japplikaw il-kriterji speċifiċi imposti mill-entità li tipprovdi l-finanzjament, bħal dawk inkwistjoni f’dan il-każ, li huma iktar restrittivi minn dawk previsti mid-direttiva?

2)

Id-Direttiva 2004/18/KE għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi l-eżistenza ta’ att leġiżlattiv ta’ dritt intern, bħalma huwa d-digriet ta’ emerġenza tal-Gvern Nru 72/2007, li tipprevedi li d-dispożizzjonijiet tal-gwida ta’ għoti ta’ kuntratti tal-Bank Ewropew tal-Investiment japplikaw b’deroga għall-att leġiżlattiv li jittrasponi d-direttiva fid-dritt nazzjonali, f’dan il-każ id-digriet ta’ emerġenza tal-Gvern Nru 34/2006, għal raġunijiet bħal dawk indikati fin-nota ta’ informazzjoni, sabiex jiġi osservat il-kuntratt ta’ finanzjament konkluż qabel l-adeżjoni?

3)

Fir-rigwad tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 9(5) u tal-Artikolu 60(a) tar-Regolament Nru 1083/2006 (2), proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku organizzata skont id-dispożizzjonijiet tal-gwida ta’ għoti ta’ kuntratti tal-Bank Ewropew tal-Investiment u skont d-dritt intern tista’ titiqes li hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u eliġibbli għal finanzjament Ewropew mhux rimborsabbli, mogħti retroattivament?

4)

Jekk id-domanda preċedenti tingaħta risposta negattiva, fil-każ ta’ kuntratt iddikjarat konformi mar-rekwiżiti tal-programm operattiv settorali “Transport” 2007-2013, tali preżunzjoni ta’ ksur tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni dwar il-kuntratti pubbliċi (stabbiliment ta’ kriterji ta’ pre-kwalifikazzjoni tal-offerenti bħal dawk previsti fil-gwida ta’ għoti ta’ kuntratti tal-Bank Ewropew tal-Investiment, iktar restrittivi minn dawk previsti fid-Direttiva 2004/18 (ippreżentati fid-dettall fil-punti 12 sa 14 ta’ dan ir-rinviju) jikkostitwixxu “irregolarità” fis-sens tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament Nru 1083/2006, li joħloq obbligu fuq l-Istat Membru inkwistjoni li jimponi korrezzjoni finanzjarja/tnaqqis tal-perċentwali skont l-Artikolu 98(2) tal-imsemmi regolament?


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132)

(2)  Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU 2006, L 210, p. 25).


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Faro (il-Portugall) fis-27 ta’ Lulju 2016 – Luís Manuel Piscarreta Ricardo vs Portimão Urbis, EM, SA – fi stralċ et

(Kawża C-416/16)

(2016/C 383/05)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca de Faro

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Luís Manuel Piscarreta Ricardo

Konvenuti: Portimão Urbis EM, SA, – fi stralċ, Município de Portimão, Emarp –Empresa Municipal de Águas e Resíduos de Portimão, EM, SA

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1, b’mod partikolari [l-paragrafu 1](b) tiegħu, tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE (1), tat-12 ta’ Marzu 2001, huwa applikabbli għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha impriża muniċipali (li l-uniku azzjonist tagħha huwa l-kunsill muniċipali) tiġi llikwidata (fuq deċiżjoni tal-organu eżekuttiv tal-kunsill muniċipali), fejn l-attivitajiet tagħha jiġu ttrasferiti parzjalment lill-kunsill muniċipali u parzjalment lil impriża muniċipali oħra (li l-għanijiet tagħha ġew emendati f’dan is-sens – u li hija wkoll kollha kemm hija miżmuma mill-kunsill muniċipali), jiġifieri, f’dawn iċ-ċirkustanzi jista’ jitqies li seħħ trasferiment ta’ negozju, fis-sens tal-imsemmija direttiva?

2)

Ħaddiem li ma jinsabx f’sitwazzjoni ta’ eżerċizzju effettiv ta’ funzjonijiet (b’mod speċifiku, minħabba li l-kuntratt tax-xogħol tiegħu jinsab sospiż) jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “ħaddiem” fis-sens tal-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 2001/23/KE u, konsegwentement, id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt tax-xogħol għandhom jitqiesu li ġew ittrasferiti lill-persuna li lilha jsir trasferiment, konformement ma’ kif jirriżulta mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23/KE?

3)

Il-provvista ta’ restrizzjonijiet għat-trasferiment ta’ ħaddiema, b’mod speċifiku skont it-tip ta’ kuntratt ta’ xogħol jew tul ta’ żmien tiegħu, fil-kuntest ta’ trasferiment ta’ negozju, b’mod partikolari tat-tip previst fl-Artikolu 62(5), (6) u 11 tar-RJAEL (2) hija ammissibbli fis-sens li għandha titqies konformi mad-dritt tal-Unjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98).

(2)  Regime Jurídico da Atividade Empresarial Local e das Participações Locais [regolamentazzjoni tan-negozji lokali u tal-entitajiet lokali]


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussell (il-Belġju) fl-1 ta’ Awwissu 2016 – Liga van Moskeeën en Islamitische Organisaties Provincie Antwerpen et vs Vlaams Gewest

(Kawża C-426/16)

(2016/C 383/06)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Liga van Moskeeën en Islamitische Organisaties Provincie Antwerpen, VZW, Unie van Moskeeën en Islamitische Verenigingen van Limburg, VZW, Unie van Moskeeën en Islamitische Verenigingen Oost-Vlaanderen, VZW, Unie der Moskeeën en Islamitische Verenigingen van West-Vlaanderen, VZW, Unie der Moskeeën en Islamitische Verenigingen van Vlaams-Brabant, VZW, Association Internationale Diyanet de Belgique, IVZW, Islamitische Federatie van België, VZW, Rassemblement des Musulmans de Belgique, VZW, Erkan Konak, Chaibi El Hassan

Konvenuta: Vlaams Gewest

Parti oħra fil-proċedura: Global Action in the Interest of Animals, VZW

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(4) moqri flimkien mal-Artikolu 2(k) tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 (1), huwa vvizzjat b’invalidità minħabba ksur tal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, tal-Artikolu 10 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u/jew tal-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, inkwantu jipprevedi li l-annimali li huma suġġetti għal metodi partikolari ta’ qtil preskritti minn riti reliġjużi jistgħu jiġu maqtula mingħajr ma jiġu storduti biss f’biċċerija li tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 (2), minkejja l-fatt li fir-Reġjun Fjamming, fl-imsemmija biċċeriji ma teżistix kapaċità suffiċjenti sabiex tiġi ssodisfatta d-domanda li tirriżulta ta’ kull sena għal annimali maqtula bil-forma ritwali mingħajr ma jiġu storduti fl-okkażjoni tal-Festa Islamika tas-Sagrifiċċju, u l-oneri sabiex jiġu kkonvertiti temporanjament biċċeriji, għall-Festa Islamika tas-Sagrifiċċju, rikonoxxuti u kkontrollati mill-awtoritajiet, f’biċċeriji li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 ma jidhrux li huma rilevanti sabiex jintlaħqu l-għanijiet segwiti għall-benesseri tal-annimali u tas-saħħa pubblika u, għaldaqstant, ma jidhrux li huma proporzjonati?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009, tal-24 ta’ Settembru 2009, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (ĠU 2009, L 303, p. 1).

(2)  Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 14)


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fit-8 ta’ Awwissu 2016 – Florea Gusa vs Minister for Social Protection, Attorney General

(Kawża C-442/16)

(2016/C 383/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Florea Gusa

Konvenuti: Minister for Social Protection, Attorney General

Domandi preliminari

1)

Ċittadin tal-Unjoni 1) ċittadin ta’ Stat Membru ieħor; 2) li rrisjeda legalment u eżerċita attività ta’ persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru ospitanti għal madwar erba’ snin; 3) li waqaf mix-xogħol tiegħu jew l-attività ekonomika tiegħu minħabba nuqqas ta’ xogħol u 4) li huwa persuna li qed tfittex xogħol irreġistrata mal-uffiċċju tal-impjiegi kompetenti jżomm il-kwalità ta’ persuna li taħdem għal rasha skont l-Artikolu 7(1)(a), jew l-Artikolu 7(3)(b) tad-Direttiva 2004/38/KE (1) jew għal raġuni differenti?

2)

Jekk le, iżomm id-dritt li jirrisjedi fl-Istat Membru ospitanti mingħajr ma jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 7(1)(b) jew (c) tad-Direttiva 2004/38/KE jew huwa protett kontra t-tkeċċija skont l-Artikolu 14(4)(b) tal-istess direttiva?

3)

Jekk le, ir-rifjut li tingħata lil tali persuna benefiċċju għal persuna li qed tfittex xogħol (li jikkostitwixxi benefiċċju speċjali ta’ natura mhux kontributorja skont l-Artikolu 70 tar-Regolament nru 883/2004 (2)) minħabba li din il-persuna ma jkollhiex dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti, huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari, mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004?


(1)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fit-12 ta’ Awwissu 2016 – MB vs Secretary of State for Work and Pensions

(Kawża C-451/16)

(2016/C 383/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MB

Konvenut: Secretary of State for Work and Pensions

Domanda preliminari

Id-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE (1) tipprekludi l-impożizzjoni fid-dritt nazzjonali ta’ rekwiżit li, minbarra li tissodisfa l-kriterju fiżiku, soċjali u psikoloġiku għar-rikonoxximent ta’ bidla tas-sess, persuna li tkun biddlet is-sess għandha wkoll ma tkunx miżżewġa sabiex tikkwalifika għal pensjoni tal-irtirar tal-Istat?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215).


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Awwissu 2016 – Openbaar Ministerie vs Krzysztof Marek Poltorak

(Kawża C-452/16)

(2016/C 383/09)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Openbaar Ministerie

Konvenut: Krzysztof Marek Poltorak

Domandi preliminari

1)

L-espressjonijiet “awtorità ġudizzjarja” prevista fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584/ĠAI (1) u “deċiżjoni ġudizzjarja” prevista fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584/ĠAI huma kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda titlob risposta affermattiva: fuq il-bażi ta’ liema kriterji jista’ wieħed jiddetermina jekk awtorità tal-Istat Membru emittenti hijiex “awtorità ġudizzjarja” ta’ din in-natura u jekk il-mandat ta’ arrest Ewropew li hija ħarġet huwiex, minħabba f’hekk, “deċiżjoni ġudizzjarja” ta’ din in-natura?

3)

Fil-każ li l-ewwel domanda titlob risposta affermattiva: id-Direttorat Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali Svediża jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja” previst fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584/ĠAI u l-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ minn din l-awtorità huwa, minħabba f’hekk, “deċiżjoni ġudizzjarja” bħal dik prevista fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584/ĠAI?

4)

Fil-każ li l-ewwel domanda titlob risposta negattiva: in-nomina ta’ awtorità nazzjonali tal-pulizija bħad-Direttorat Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali bħala awtorità ġudizzjarja emittenti hija konformi mad-dritt tal-Unjoni?


(1)  Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri – (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34).


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Awwissu 2016 – Openbaar Ministerie vs Halil Ibrahim Özçelik

(Kawża C-453/16)

(2016/C 383/10)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Openbaar Ministerie

Konvenut: Halil Ibrahim Özçelik

Domandi preliminari

1)

L-espressjoni “deċiżjoni ġudizzjarja” fis-sens tal-Artikolu 8(1)(c) tad-Deċiżjoni kwadru 2002/584/ĠAI (1) tikkostitwixxi kunċett tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi interpretat b’mod awtonomu u uniformi?

2)

F’każ li r-risposta għad-domanda preċedenti tkun fin-negattiv, liema hija t-tifsira li għandha tingħata lil dan il-kunċett?

3)

Il-validazzjoni, bħal dik fil-kawża preżenti, minn membru tal-Uffiċċju tal-Prosekutur, ta’ mandat ta’ arrest nazzjonali maħruġ preċedentement mill-pulizija, tikkostitwixxi tali “deċiżjoni ġudizzjarja”?


(1)  Id-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34).


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ Settembru 2016 – Openbaar Ministerie vs Ruslanas Kovalkovas

(Kawża C-477/16)

(2016/C 383/11)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Openbaar Ministerie

Konvenut: Ruslanas Kovalkovas

Domandi preliminari

1)

L-espressjonijiet “awtorità ġudizzjarja” msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI (1) u “deċiżjoni ġudizzjarja” msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI huma kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni?

2)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta affermattiva: abbażi ta’ liema kriterji jista’ jiġi ddeterminat jekk awtorità tal-Istat Membru emittenti hijiex “awtorità ġudizzjarja” ta’ din il-kwalità u jekk il-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ minnha huwiex, għaldaqstant, “deċiżjoni ġudizzjarja” ta’ din il-kwalità?

3)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta affermattiva: il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja jaqa’ fil-kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja” imsemmi fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI u l-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ minn din l-awtorità huwa, għaldaqstant, “deċiżjoni ġudizzjarja” kif imsemmi fl-Artikolu I(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI?

4)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta negattiva: l-indikazzjoni ta’ awtorità bħall-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja bħala awtorità ġudizzjarja emittenti hija konformi mad-dritt tal-Unjoni?


(1)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34; rettifika fil-ĠU L 17, 22.1.2009, p. 45)


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/9


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-481/16)

(2016/C 383/12)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u B. Stromsky, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tikkonstata li r-Repubblika Ellenika, billi ma adottatx fit-termini previsti l-miżuri kollha neċessarji għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Marzu 2014, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.34572 (13/C) (ex 13/NN) implimentata mill-Ġreċja għal Larco General Mining & Metallurgical Company S.A. jew, f’kull każ, billi ma informatx b’mod xieraq lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati fis-sens tal-Artikolu 5 tad-deċiżjoni, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3, 4 u 5 tal-imsemmija deċiżjoni u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

Skont id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ Marzu 2014 (proċedura SA.34572), ir-Repubblika Ellenika kellha tiġbor lura fi żmien erba’ xhur l-għajnuna inkompatibbli li hija kienet tat lill-kumpannija Larco, u tinforma b’mod xieraq lill-Kummissjoni Ewropea bil-miżuri neċessarji għal dan il-għan. L-għajnuna inkwistjoni kienet tikkonsisti minn garanziji mill-Istat mogħtija lill-kumpannija Larco fl-2008, fl-2010 u fl-2011 u mill-parteċipazzjoni tal-Istat għaż-żieda fil-kapital tal-kumpannija fl-2009.

2.

Madankollu, ir-Repubblika Ellenika ma ġabritx lura l-għajnuna inkwistjoni fi żmien erba’ xhur, kif hija kellha l-obbligu li tagħmel. Barra minn hekk, ir-Repubblika Ellenika baqgħet ma adottatx il-miżuri neċessarji għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni. F’kull każ, ir-Repubblika Ellenika ma informatx b’mod xieraq lill-Kummissjoni Ewropea bil-miżuri dwar l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni.


Il-Qorti Ġenerali

17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2016 – Sun Pharmaceutical Industries u Ranbaxy (UK) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-460/13) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-prodotti mediċinali ta’ kontra d-depressjoni li jinkludu l-ingredjent farmaċewtiku attiv citalopram - Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Kompetizzjoni potenzjali - Prodotti mediċinali ġeneriċi - Barrieri għad-dħul fis-suq li jirriżultaw mill-eżistenza ta’ privattivi - Ftehim konkluż bejn proprjetarju ta’ privattivi u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi - Multi - Ċertezza legali - Prinċipju ta’ nulla poena sine lege - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi tal-2006 - Tul tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni”))

(2016/C 383/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sun Pharmaceutical Industries Ltd, li qabel kienet Ranbaxy Laboratories Ltd (Vadodara, l-Indja) u Ranbaxy (UK) Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Vidal, A. Penny, solicitors, u B. Kennelly, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Vollrath, F. Castilla Contreras u B. Mongin, aġenti, assistiti minn D. Bailey, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 final, tad-19 ta’ Ġunju 2013, li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT/39226 – Lundbeck), u talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sun Pharmaceuticals Industries Ltd u Ranbaxy (UK) Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 325, 9.11.2013.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2016 – Arrow Group u Arrow Generics vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-467/13) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-prodotti mediċinali ta’ kontra d-depressjoni li jinkludu l-ingredjent farmaċewtiku attiv citalopram - Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Kompetizzjoni potenzjali - Prodotti mediċinali ġeneriċi - Barrieri għad-dħul fis-suq li jirriżultaw mill-eżistenza ta’ privattivi - Ftehimiet konklużi bejn proprjetarju ta’ privattivi u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi - Multi - Ċertezza legali - Prinċipju ta’ nulla poena sine lege - Tul tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni - Drittijiet tad-difiża - Ksur uniku u kontinwu”))

(2016/C 383/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Arrow Group ApS (Roskilde, id-Danimarka) u Arrow Generics Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. D. Kon, C. Firth u C. Humpe, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras u B. Mongin, aġenti, assistiti minn G. Peretz, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 final, tad-19 ta’ Ġunju 2013, li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT/39226 – Lundbeck), u talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Arrow Group ApS u Arrow Generics Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 313, 26.10.2013.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2016 – Generics (UK) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-469/13) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-prodotti mediċinali ta’ kontra d-depressjoni li jinkludu l-ingredjent farmaċewtiku attiv citalopram - Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Kompetizzjoni potenzjali - Prodotti mediċinali ġeneriċi - Barrieri għad-dħul fis-suq li jirriżultaw mill-eżistenza ta’ privattivi - Ftehimiet konklużi bejn proprjetarju ta’ privattivi u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi - Żball ta’ liġi - Żball ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Multi”))

(2016/C 383/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Generics (UK) Ltd (Potters Bar, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: I. Vandenborre u T. Goetz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Bourke, F. Castilla Contreras u T. Vecchi, sussegwentement F. Castilla Contreras, T. Vecchi, B. Mongin u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn S. Kingston, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 final, tad-19 ta’ Ġunju 2013, li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT/39226 – Lundbeck), u talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Generics (UK) Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 3254, 9.11.2013.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2016 – Merck vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-470/13) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-prodotti mediċinali ta’ kontra d-depressjoni li jinkludu l-ingredjent farmaċewtiku attiv citalopram - Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Kompetizzjoni potenzjali - Prodotti mediċinali ġeneriċi - Barrieri għad-dħul fis-suq li jirriżultaw mill-eżistenza ta’ privattivi - Ftehimiet konklużi bejn il-proprjetarju ta’ privattivi u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi - Żball ta’ liġi - Żball ta’ evalwazzjoni - Imputabbiltà tal-ksur - Responsabbiltà tal-kumpannija omm għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq minn waħda mis-sussidjarji tagħha - Ċertezza legali - Terminu raġonevoli - Multi”))

(2016/C 383/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment B. Bär-Bouyssière, K. Lillerud, L. Voldstad, B. Marschall, P. Sabbadini, R. De Travieso, M. Holzhäuser u S. O, avukati, M. Marelus, solicitor, u R. Kreisberger u L. Osepciu, barristers, sussegwentement B. Bär-Bouyssière, L. Voldstad, M. Holzhäuser, A. Cooke, M. Gampp, avukati, M. Marelus, R. Kreisberger u L. Osepciu)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Bourke, F. Castilla Contreras u T. Vecchi, sussegwentement F. Castilla Contreras, T. Vecchi, B. Mongin u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn S. Kingston, barrister)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Generics (UK) Ltd (Potters Bar, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment G. Drauz, M. Rosenthal u B. Record, avukati, sussegwentement G. Drauz u M. Rosenthal)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 final, tad-19 ta’ Ġunju 2013, li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT/39226 – Lundbeck), u talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Merck KGaA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Generics (UK) Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 325, 9.11.2013.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2016 – Victor International vs EUIPO – Ovejero Jiménez u Becerra Guibert (VICTOR)

(Kawża T-204/14) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali VICTOR - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti victoria - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Natura tal-użu - Forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv - Artikolu 15(1) u Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 383/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Victor International GmbH (Elmshorn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase u J.-C. Plate, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. García Murillo u A. Folliard Monguiral, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gregorio Ovejero Jiménez (Alicante, Spanja) u María Luisa Cristina Becerra Guibert (Alicante) (rappreżentant: M. Veiga Serrano, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22 ta’ Jannar 2014 (Każ R 2208/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn G. Ovejero Jiménez u M. Becerra Guibert, minn naħa, u Victor International, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Victor International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 245, 28.7.2014.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2016 – Beiersdorf vs EUIPO (Q10)

(Kawża T-4/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Q10 - Rifjut ta’ reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni dwar il-firxa tal-protezzjoni - Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 383/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Beiersdorf AG (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment A. Renck u J. Fuhrmann, sussegwentement J. Fuhrmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 2050/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Q10 bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Beiersdorf AG hija kkundannata li tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 65, 23.2.2015.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2016 – Dr Vita vs EUIPO (69)

(Kawża T-360/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea 69 - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 383/19)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Dr Vita sp. z o.o. (Olsztyn, il-Polonja) (rappreżentant: D. Rzążewska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ April 2015 (Każ R 2513/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv 69 bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dr Vita sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/14


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2016 – Basicmed Enterprises et vs Il-Kunsill et

(Kawża T-379/16)

(2016/C 383/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Basicmed Enterprises Ltd (Limassol, Ċipru) u 19 oħrajn (rappreżentanti: P. Tridimas, Barrister, K. Kakoulli, P. Panayides u C. Pericleous, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew, Il-Grupp tal-Euro, L-Unjoni Ewropea

Talbiet

tikkundanna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrenti s-somom indikati fl-iskeda annessa mar-rikors, flimkien mal-interessi li jiddekorru mis-16 ta’ Marzu 2013 sad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja; u

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Alternattivament, b’mod sussidjarju:

tikkonstata r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropew u/jew tal-istituzzjonijiet konvenuti;

tiddetermina l-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jiġi stabbilit it-telf li jista’ jiġi rkuprat effettivament imġarrab mir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti qegħdin jitolbu kumpens skont l-Artikolu 268 TFUE u skont it-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 340 TFUE, li jirregolaw ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea u tal-Bank Ċentrali Ewropew, għad-danni mġarrab minħabba t-tnaqqis fid-depożiti tar-rikorrenti b’konsegwenza tal-iskema ta’ salvataġġ intern għar-Repubblika ta’ Ċipru adottata mill-konvenuti.

Ir-rikorrenti jqisu li l-miżuri ta’ salvataġġ intern adottati mir-Repubblika ta’ Ċipru ġew introdotti biss sabiex jiġu implementati l-miżuri adottati mill-konvenuti u kienu approvati wkoll mill-istituzzjonijiet konvenuti. Ir-rikorrenti jqisu li l-iskema ta’ salvataġġ intern tikkostitwixxi ksur serju u, insostenn tar-rikors tagħhom, huma jressqu erba’ motivi:

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà, kif protett mill-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-prinċipju ta’ protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/15


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2016 – Falegnameria Universo dei F.lli Priarollo vs EUIPO – Zanini Porte (silente PORTE & PORTE)

(Kawża T-386/16)

(2016/C 383/21)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Falegnameria Universo dei F.lli Priarollo Snc (Caerano di San Marco, l-Italja) (rappreżentant: B. Osti, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zanini Porte (Corbiolo di Bosco Chiesanuova, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “silente PORTE & PORTE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 191 425

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ April 2016 fil-Każ R 240/2015-1.

Talbiet

Preliminarjament taċċerta ruħha mill-allegazzjoni li l-Bord tal-Appell ma osservax il-limiti tal-kawża (extra petita) u konsegwentement tirrinvijja l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju minħabba ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja; b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 1d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 216/96, tal-5 ta’ Frar 1996 kif emendat l-aħħar, li jirrigwarda r-rinviju ta’ kawża lura quddiem il-Bord tal-Appell li jkun għadu ma tax deċiżjoni;

Fil-mertu: tirriforma d-deċiżjoni kkontestata safejn din hija infondata fil-fatt u fid-dritt u konsegwentement, tikkundanna lill-Uffiċċju għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell; fi kwalunkwe tordna r-rimbors tal-ispejjeż anki jekk fuq il-bażi ta’ekwità;

Għall-finijet ta’ dan l-istadju, tordna l-ġbir tal-proċessi relattivi għall-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni għal dikjarazzjonijiet ta’ invalidità tal-Uffiċċju Nru 000008977 C u ta’ dawk relattivi għar-rikors suċċessiv Nru R0240/2015.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regola 37(b)(i) u tar-Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/16


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2016 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-401/16)

(2016/C 383/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: S. Centeno Huerta u M. García-Valdecasas Dorrego, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/324/16-Investigaturi (AD 7) u EPSO/AD/324/16-Investigaturi (AD 9): Kapijiet ta’ team;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament Nru 1/58, tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, minħabba limitazzjoni tas-sistema ta’ komunikazzjoni bejn l-EPSO u l-kandidat, li tinkludi wkoll il-formola ta’ kandidatura.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1/58, tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikoli 1d(1) u (6), 27 u 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 1 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea minħabba li l-għażla tat-tieni lingwa hija limitata indebitament biss għal tliet lingwi, li huma l-Inġliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż, bl-esklużjoni tal-lingwi uffiċjali l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa li hija pprojbita mill-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1/58, mill-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mill-Artikoli 1d(1) u (6), 27 u 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 1 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, peress li l-għażla tal-Inġliż, tal-Franċiż u tal-Ġermaniż hija arbitrarja.

Ir-rikorrenti tispeċifika, f’dan ir-rigward, li dawn il-motivi għandhom jinqraw fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Novembru 2012, mogħtija fil-Kawża C-566/10 P, L-Italja vs Il-Kummissjoni, kif ukoll fid-dawl tas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015, mogħtija fil-kawżi magħquda Spanja vs Il-Kummissjoni u L-Italja vs Il-Kummissjoni (T-191/13 u T-124/13), u tas-17 ta’ Diċembru 2015 (T-275/13, T-295/13 u T-510/13, L-Italja vs Il-Kummissjoni), sentenzi li saru definittivi fl-assenza ta’ appell min-naħa tal-Kummissjoni u li l-eżekuzzjoni tagħhom ma ġietx riflessa fl-avviż ta’ kompetizzjoni inkwistjoni f’dan il-każ.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/17


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2016 – Mr. Kebab vs EUIPO – Mister Kebap (Mr. KEBAB)

(Kawża T-448/16)

(2016/C 383/23)

Lingwa tar-rikors: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrenti: Mr. Kebab s. r. o (Košice-Západ, is-Slovakkja) (rappreżentant: L. Vojcik, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mister Kebap, SL (Finestrat, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża/Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “Mr. KEBAB” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 551 222

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-11 ta’ Mejju 2016, fil-Każ R 987/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata billi tiċħad kompletament l-oppożizzjoni mressqa mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell fl-20 ta’ Novembru 2014, Nru B 002370594, kontra l-applikazzjoni għal trade mark kumplessa tal-Unjoni Ewropea “Mr. KEBAB”,

tikkundanna lill-EUIPO, u jekk ikun il-każ lill-parti l-oħra fil-proċedimenti, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/17


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2016 minn Elia Fernández González mis-sentenza mogħtija fl-14 ta’ Ġunju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-121/15, Fernández González vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-455/16 P)

(2016/C 383/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Elia Fernández González (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Casado García-Hirschfeld u É. Boigelot, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-TSP (Imħallef uniku) fil-Kawża F-121/15, u mogħtija fl-14 ta’ Ġunju 2016 fil-kawża Elia Fernandez Gonzalez vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha, inklużi dawk sostnuti quddiem il-TSP

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka aggravju uniku, ibbażat fuq l-iżnaturament tal-fatti mis-sentenza appellata, u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li jirriżultaw f’motivazzjoni żbaljata fid-dritt. L-appellanti tikkontesta b’mod partikolari l-punti 29 sa 31 tas-sentenza appellata, kif ukoll il-punti 36 sa 39.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/18


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2016 – Galletas Gullón vs EUIPO – Hug (GULLON DARVIDA)

(Kawża T-456/16)

(2016/C 383/25)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Galletas Gullón, SA (Aguilar de Campoo, Spanja) (rappreżentant: M. Escudero Pérez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hug AG (Malters, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “GULLON DARVIDA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 705 738

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 773/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra, jekk hija tintervjeni, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/19


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2016 – Kaddour vs Il-Kunsill

(Kawża T-461/16)

(2016/C 383/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Khaled Kaddour (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: V. Davies u V. Wilkinson, Solicitors u R. Blakeley, Barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850, tas-27 ta’ Mejju 2016, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/840, tas-27 ta’ Mejju 2016, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, sa fejn dawn għandhom rabta ma’/jew jirreferu għar-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-miżuri kkontestati (i) jikkostitwixxu użu ħażin ta’ proċedura u għaldaqstant użu ħażin ta’ poter; u (ii) jammontaw għal ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent kif protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u/jew mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, f’dak li jikkonċerna d-dritt tar-rikorrent għal amministrazzjoni tajba u d-dritt tiegħu għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 66 TFUE.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni li jivvizzja l-miżuri kkontestati.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-miżuri kkontestati jammontaw għal ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent kif protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u/jew mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, f’dak li jikkonċerna d-dritt tar-rikorrent għar-rispett għar-reputazzjoni tiegħu u d-dritt għall-paċifiku pussess tal-proprjetà tiegħu, u l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-miżuri kkontestati jiksru l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/19


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2016 – Flir Systems Trading Belgium vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-467/16)

(2016/C 383/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Flir Systems Trading Belgium (Meer, il-Belġju) (rappreżentati minn: N. Reypens, C. Docclo u T. Verstraeten, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tgħaqqad din il-kawża u l-Kawża T-131/16 minħabba l-konnessjoni bejniethom, għall-finijiet tal-parti orali tal-proċedura u tas-sentenza;

tqis ammissibbli u tilqa’ t-talbiet għal annullament imqajma f’dan ir-rikors;

tannulla l-Artikoli 1 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata (1);

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn ma jipprovdix miżuri tranżiorji;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq allegat żball manifest fl-identifikazzjoni tal-atti legali li jipprovdu għall-allegata għajnuna mill-Istat u żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament Nru 2015/1589 (2).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ fatt fid-deskrizzjoni tal-iskema ta’ referenza, żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-analiżi tagħha u żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE u l-Artikolu 1(a) tar-Regolament Nru 2015/1589.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball fl-evalwazzjoni tal-vantaġġ ekonomiku u żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE u l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2015/1589.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball fl-evalwazzjoni tas-selettività neċessarja sabiex l-iskema inkwistjoni tiġi kkwalifikata bħala għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) TFUE u l-Artikolu 1(a) tar-Regolament Nru 2015/1589 u żball ta’ evalwazzjoni fl-analiżi tal-mekkaniżmi tal-iskema inkwistjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni fl-analiżi tal-ġustifikazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-iskema kkontestata.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-allegat vantaġġ miksub mill-iskema inkwistjoni u nuqqas ta’ preċiżjoni fl-eżami tal-iskema inkwistjoni.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-aspettattivi leġittimi tal-persuni suġġetti għall-ħlas tat-taxxa u taċ-ċertezza legali.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat permezz ta’ eżenzjoni għall-profitt eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implementata mir-Renju tal-Belġju.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/20


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2016 – X-cen-tek vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ trijangolu)

(Kawża T-470/16)

(2016/C 383/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: X-cen-tek GmbH & Co. KG (Wardenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Hillers, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni (Rappreżentazzjoni ta’ trijangolu) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 167 654

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 2565/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/21


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2016 – Marsh vs EUIPO (LegalPro)

(Kawża T-472/16)

(2016/C 383/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Marsh GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Riegger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “LegalPro” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 954 177

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 146/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/22


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2016 – FTI Touristik vs EUIPO – Prantner und Giersch (Fl)

(Kawża T-475/16)

(2016/C 383/30)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: FTI Touristik GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Parr, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Harald Prantner (Hamburg, il-Ġermanja) u Daniel Giersch (Monako, Monako)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “F1” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 201 273

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 480/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-kawża.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/22


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2016 – Colgate-Palmolive vs EUIPO (AROMASENSATIONS)

(Kawża T-479/16)

(2016/C 383/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Colgate-Palmolive Co. (New York, New York) (rappreżentanti: M. Zintler, A. Stolz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni figurattiva li tinkludi l-element verbali “AROMASENSATIONS”) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 198 824

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 2482/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata inkwantu tiċħad l-appell sa fejn huwa bbażat fuq l-Artikolu 7(1)(b);

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/23


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2016 – sheepworld vs EUIPO (Alles wird gut)

(Kawża T-622/16)

(2016/C 383/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: sheepworld AG (Ursensollen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. von Rüden, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Alles wird gut” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 170 062

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 212/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti tal-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/23


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2016 – Volkswagen vs EUIPO – Paalupaikka (MAIN AUTO WHEELS)

(Kawża T-623/16)

(2016/C 383/33)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Schrammek, C. Drzymalla, S. Risthaus u J. Engberding, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Paalupaikka Oy (Iisalmi, il-Finlandja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “MAIN AUTO WHEELS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 863 643

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 2189/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/24


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2016 – Gollnisch vs Il-Parlament

(Kawża T-624/16)

(2016/C 383/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bruno Gollnisch (Villiers-le-Mahieu, Franza) (rappreżentanti: N. Fakiroff, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Lulju 2016, innotifikata fis-6 ta’ Lulju 2016, li tipprovdi “li ammont ta’ EUR 275 984,23 tħallas indebitament lil Bruno GOLLNISCH” u li tordna lill-uffiċjal awtorevoli kompetenti u lill-kontabilist jirkupraw din is-somma;

tannulla barra minn hekk in-notifika u l-miżuri ta’ eżekuzzjoni tal-imsemmija deċiżjoni, inklużi fl-ittra tad-Direttur Ġenerali tal-Finanzi tas-6 ta’ Lulju 2016, ref. D 201920;

tannulla l-intier tan-nota ta’ debitu Nru 2016-914 iffirmata mill-istess Direttur Ġenerali tal-Finanzi fil-5 ta’ Lulju 2016;

tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 40 000 bħala kumpens għad-dannu morali li jirriżulta kemm mill-akkużi infondati esposti qabel il-konklużjoni tal-inkjesta, kemm mill-ħsara li saret għar-reputazzjoni tiegħu, kif ukoll mill-problemi kbar ħafna fil-ħajja personali u politika tiegħu li kienu l-konsegwenza tad-deċiżjoni kkontestata;

tħallas ukoll is-somma ta’ EUR 24 500 bħala ispejjeż li ġew sostnuti għas-servizz tal-konsulenza legali, għall-preparazzjoni ta’ dan ir-rikors u għall-ispejjeż tal-kopji u għall-preżentata tal-imsemmi rikors, u tad-dokumenti annessi;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha;

sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti Ġenerali ma tqisx li hija kompletament konvinta mir-rilevanza u mill-ġenwinità tal-motivi ta’ dritt u u ta’ fatt esposti mir-rikorrent, fl-interess tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja b’kunsiderazzjoni għar-rabta inevitabbli bejn l-allegati fatti li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata, u dawk li huma s-suġġett tal-inkjesta kriminali mibdija mill-Presient tal-Parlament Ewropew:

tissosspendi l-proċeduri sakemm tingħata deċiżjoni definittiva, li jkollha l-awtorità ta’ res judicata, mogħtija mill-qorti ġudizzjarja Franċiża li quddiemha tkun tressqet kawża mill-President tal-Parlament Ewropew;

konsegwentement tordna s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata sakemm tintemm il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħdax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tas-Segretarju Ġenerali sabiex jadotta l-atti kkontestati. Il-kompetenza fil-qasam tad-deċiżjonijiet finanzjarji li jirrigwardaw id-deputati u l-gruppi tagħhom hija, min-naħa l-oħra, tal-Bureau tal-Parlament Ewropew.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt, kif ukoll tar-rekwiżiti relatati ma’ amministrazzjoni tajba, inkwantu l-amministrazzjoni tal-Parlament kien messa stenniet ir-riżultati tal-investigazzjoni u tal-proċeduri li huwa kien beda qabel tadotta l-atti kkontestati.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent. L-atti kkontestati kisru l-preżunzjoni ta’ innoċenza tar-rikorrent, id-dritt tiegħu għal aċċess għall-ġustizzja, il-possibbiltà tiegħu li jieħu pożizzjoni fuq id-dokumenti kollha li l-amministrazzjoni kellha l-intenzjoni tuża kontrih, u kisru d-dritt tiegħu għal kontroeżami.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq inverżjoni illegali tal-oneru tal-prova, inkwantu l-amministrazzjoni tal-Parlament talbet ġustifikazzjonijiet a posteriori lir-rikorrent rigward ix-xogħol imwettaq mill-assistent tiegħu u rigward ir-remunerazzjonijiet li ngħatawlu.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tal-atti kkontestati, li juru natura kompletament arbitrarja.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq preġudizzju għall-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi, kif ukoll fuq l-applikazzjoni ta’ regoli ineżistenti jew retroattivi.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq preġudizzju għad-drittijiet politiċi tal-assistenti parlamentari.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq in-natura diskriminatorja tal-atti kkontestati u tal-użu ħażin tal-poter li wassal għall-adozzjoni tagħhom.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq preġudizzju għall-indipendenza tad-deputati u n-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni għar-rwol tal-assistenti parlamentari lokali.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq il-fatt li l-ilmenti tal-amministrazzjoni tal-Parlament huma infondati fil-fatt.

11.

Il-ħdax-il motiv, imqajjem sussidjarjament, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/26


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2016 – Troszczynski vs Il-Parlament

(Kawża T-626/16)

(2016/C 383/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Mylène Troszczynski (Noyon, Franza) (rappreżentant: M. Ceccaldi, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2016, meħuda b’applikazzjoni tal-Artikoli 33, 43, 62, 67 u 68 tad-Deċiżjoni 2009/C 159/01 tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar “miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew” kif emendata, li tikkonstata dejn fil-konfront tar-rikorrent fl-ammont ta’ EUR 56 554,00 euros fuq il-bażi ta’ ammonti indebitament imħallsa fil-kuntest tal-assistenza parlamentari u li timmotiva l-irkupru tiegħu b’applikazzjoni tal-Artikolu 68 tal-miżuri ta’ applikazzjoni u tal-Artikoli 78, 79 u 80 tar-Regolament Finanzjarju;

tannulla n-nota ta’ debitu Nru 2016-888, mhux datata, li tinforma lir-rikorrenti li ġie kkonstatat dejn fir-rigward tagħha wara deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tat-23 ta’ Ġunju 2016, irkupru ta’ somom indebitament imħallsa fuq il-bażi tal-assistenza parlamentari, skont l-Artikolu 68 tal-Miżuri ta’ Implimentezzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u l-Artikoli 78, 79 u 80 tar-Regolament Finanzjarju;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-istanza;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas lil Mylène Troszczynski, bħala rimbors ta’ spejjeż rekuperabbli, is-somma ta’ EUR 50 000,00

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq vizzji li jaffettwaw il-legalità esterna tal-atti kkontestati. Dan il-motiv huwa diviż fi tliet partijiet.

L-ewwel parti, skont liema l-atti kkontestati jaqgħu fil-kompetenza materjali tal-Burieau tal-Parlament Ewropew u mhux tas-Segretarju Ġenerali tiegħu, fir-rigward ta’ deċiżjonijiet finanzjarji li jirrigwardaw lill-partiti politiċi u għaldaqstant lill-membri tal-Parlament Ewropew.

It-tieni parti, skont liema l-Bureau tal-Parlament Ewropew ma huwiex id-detentur tal-kompetenza tiegħu stess, u ma jistax għalhekk ibbidel in-natura u l-portata tagħha. Issa, is-Segretarju Ġenerali ma għandu ebda delega regolari min-naħa tal-President tal-Bureau tal-Parlament li tagħtih is-setgħa li jadotta u li jinnotifika l-atti kkontestati fir-rigward tar-riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet finanzjarji li jikkonċernaw membru tal-Parlament Ewropew.

It-tielet parti, skont liema r-rekwiżit ta’ motivazzjoni ma ġiex sodisfatt mill-awtur tal-atti kkontestati. Għalhekk, il-motivazzjoni mogħtija ma tkoprix is-sitwazzjoni ta’ fatt sostnuta fl-imsemmija atti u tirriżulta f’kontradizzjoni irreduċibbli bejn il-fatt allegat lill-assistent tar-rikorrenti li jeżerċita effettivament żewġ funzjonijiet fl-istess ħin u dik li jeżerċita biss waħda b’esklużjoni ta’ kwalunkwe oħra, it-tieni ipoteżi hija esklużivament msemmija mis-Segretarju Ġenerali.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq vizzji li jaffettwaw l-legalità interna tal-atti kkontestati. Dan il-motiv jinqasam f’disa’ partijiet.

L-ewwel parti, skont liema l-fatti allegati insostenn tal-atti kkontestati huma ineżistenti.

It-tieni parti, skont liema l-atti kkontestati ġew adottati bi ksur tar-regoli u l-prinċipji ġenerali tad-dritt applikabbli fil-qasam tal-istabbiliment u l-oneru tal-prova.

It-tielet parti, skont liema d-deċiżjoni ta’ rkupru tal-ħlasijiet indebiti meħuda mis-Segretarju Ġenerali tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Barra minn hekk, is-somma mitluba la hija mmotivata fid-dettali u lanqas fil-metodu ta’ kalkolu.

Ir-raba parti skont liema l-atti kkontestati jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet politiċi tal-assistenti lokali tal-membri tal-Parlament Ewropew.

Il-ħames parti, skont liema l-atti kkontestati huma vvizzjati minn użu ħażin ta’ poter, peress li s-Segretarju Ġenerali użurpa s-setgħat ta’ infurzar ta’ natura finanzjarja li ma humiex tiegħu sabiex jillimita l-mezzi ta’ azzjoni ta’ membru tal-Parlament Ewropew li huwa magħruf pubblikament u b’mod inkontestabbli li ma jikkondividix la l-ideat u l-anqas il-programm politiku tiegħu.

Is-sitt parti skont liema l-atti kkontestati huma diskriminatorji u li dawn jippreżumu l-intenzjoni li jikkawżaw ħsara lill-attività politika tar-rikorrenti, għalhekk jeżisti fumus persecutionis.

Is-seba’ parti skont liema l-atti kkontestati jikkawżaw preġudizzju lill-indipendenza tar-rikorrenti bħala membru tal-Parlament Ewropew.

It-tmien parti skont liema l-atti kkontestati jiksru l-prinċipju ta’ una via electa u jqajmu l-kwistjoni tal-parzjalità tal-OLAF li jwettaq l-investigazzjonijiet tiegħu biss fil-konfront tal-membri tal-Parlament Ewropew Franċiżi eletti mil-listi tal-Front National.

Id-disa’ parti skont liema l-atti kkontestati jikkostitwixxu ksur tal-prinċipju ġenerali tad-dritt “le pénal tient le civil en l’état” peress li l-proċeduri ta’ rkupru tal-ħlas indebitu għandhom jiġu sospiżi fl-istennija tat-tmiem ta’ proċeduri oħra b’mod partikolari dawk Franċiżi, kif ukoll ta’ ksur tar-regola ne bis in idem.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/27


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2016 – Bilde vs Il-Parlament

(Kawża T-633/16)

(2016/C 383/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Dominique Bilde (Lagarde, Franza) (rappreżentant: G. Sauveur, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2016, innotifikata fis-6 ta’ Lulju 2016, li tipprovdi “li ammont ta’ EUR 40 320 tħallas indebitament lil Dominique BILDE” u li tordna lill-uffiċjal awtorevoli kompetenti u lill-kontabilist tal-istituzzjonijiet jirkupraw din is-somma;

tannulla barra minn hekk in-notifika u l-miżuri ta’ eżekuzzjoni tal-imsemmija deċiżjoni inklużi fl-ittri tad-Direttur Ġenerali tal-Finanzi tat-30 ta’ Ġunju u Lulju 2016, ref. D 201921 u D 31255; u

tannulla l-intier tan-nota ta’ debitu Nru 2016-889 iffirmata mill-istess Direttur Ġenerali tal-Finanzi tad-29 ta’ Ġunju 2016;

tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 20 000 bħala kumpens għad-dannu morali li jirriżulta kemm mill-akkużi infondati esposti qabel il-konklużjoni tal-inkjesta, kemm mill-ħsara li saret għar-reputazzjoni tagħha, kif ukoll mill-problemi kbar ħafna fil-ħajja personali u politika tagħha li kienu l-konsegwenza tad-deċiżjoni kkontestata;

tħallas ukoll is-somma ta’ EUR 15 000 bħala spejjeż li ġew sostnuti għas-servizz tal-konsulenza legali, għall-preparazzjoni ta’ dan ir-rikors u għall-fotokopjar u għall-preżentata tal-imsemmi rikors u tad-dokumenti annessi, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas din is-somma;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha;

sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti Ġenerali ma tqisx li hija kompletament konvinta mir-rilevanza u mill-ġenwinità tal-motivi ta’ dritt u ta’ fatt esposti mir-rikorrenti, fl-interess tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja b’kunsiderazzjoni għar-rabta inevitabbli bejn l-allegati fatti li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata u dawk li huma s-suġġett tal-inkjesta kriminali mibdija mill-President tal-Parlament Ewropew:

tissospendi l-proċeduri sakemm tingħata deċiżjoni definittiva, li jkollha l-awtorità ta’ res judicata, mogħtija mill-qorti ġudizzjarja Franċiża li quddiemha tkun tressqet kawża mill-President tal-Parlament Ewropew;

konsegwentement tordna s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata sakemm tintemm il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħdax-il motiv li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-624/16, Gollnisch vs Il-Parlament.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/28


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2016 – Montel vs Il-Parlament

(Kawża T-634/16)

(2016/C 383/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sophie Montel (Saint-Vit, Franza) (rappreżentant(: G. Sauveur, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2016, innotifikata fis-6 ta’ Lulju 2016, fir-rigward ta’ “ammont ta’ EUR 77 276,42 ġew imħallsa indebitament favur Sophie MONTEL” u li tordna l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-istituzzjoni sabiex jirkupraw din is-somma;

tannulla wkoll in-notifika u l-miżuri ta’ implementazzjoni tad-deċiżjoni ċċitati iktar ’il fuq fl-ittri tad-Direttur Ġenerali tal-Finanzi tal-5 u s-6 ta’ Lulju 2016, Ref. D 201922 u D 201851;

tannulla wkoll in-nota ta’ debitu Nru 2016-897 iffirmata mill-istess Direttur Ġenerali tal-Finanzi fl-4 ta’ Lulju 2016;

talloka lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 30 000 bħala kumpens għad-danni morali li jirriżultaw fl-istess ħin kemm mill-akkużi infondati maħruġa qabel il-konklużjoni tal-investigazzjoni, kif ukoll mill-preġudizzju kkawżat lir-reputazzjoni tagħha, u mill-preġudizzju sinjifikattiv inflitt fil-ħajja personali u politika tagħha permezz tad-deċiżjoni kkontestata;

li tallokalha wkoll is-somma ta’ EUR 15 000 bħala spejjeż għall-ħlas tal-avukati tagħha, l-abbozzar ta’ dan ir-rikors, l-ispejjeż tal-kopji tal-preżentata tal-imsmemi rikors u tad-dokumenti annessi miegħu u tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas ta’ din is-somma;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha;

sussidjarjament, fil-każ fejn il-Qorti Ġenerali ma tqisx ruħha konvinta b’mod sħiħ mir-rilevanza u s-sinċerità tal-punti ta’ liġi u ta’ fatt esposti mir-rikorrenti, fl-interess tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni tal-konnessjoni indiskutibbli bejn il-fatti allegati li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata, u dawk li jifformaw is-suġġett tal-investigazzjoni kriminali mibdija mill-President tal-Parlament Ewropew:

tissospendi l-proċeduri, sakemm tittieħed deċiżjoni finali, li jkollha l-awtorità ta’ res judicata, deċiża mill-qorti Franċiża adita b’azzjonijiet ġudizzjarji mibdija mill-President tal-Parlament Ewropew;

konsegwentement, tikkundanna għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata sat-tmiem tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħdax-il motiv li essenzjalment huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-624/16, Gollnisch vs Il-Parlament.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Lulju 2016 – Moravia Gas Storage vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-465/11) (1)

(2016/C 383/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 305, 15.10.2011.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/30


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 – OT vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-75/15)

(2016/C 383/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: OT (rappreżentant: D. Sobor, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta tas-26 ta’ Settembru 2014 li tirrifjuta li taċċetta l-kandidatura tar-rikorrent għall-pożizzjoni ta’ Direttur taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi u talba għall-kumpens għad-danni materjali u immaterjali li r-rikorrent jallega li sostna.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tas-26 ta’ Settembru 2014 li tirrifjuta li taċċetta l-kandidatura tar-rikorrent għall-pożizzjoni ta’ Direttur taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi;

jannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tad-9 ta’ April 2015 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

jordna lill-konvenuta tħallas is-somma ta’ EUR 2 836 107 (jiġifieri żewġ miljuni tmien mijja u sitt u tletin elf mija u seba’ Ewro) li tkopri d-danni materjali sostnuti mir-rikorrent;

jordna lill-konvenuta tħallas is-somma ta’ EUR 100 000 (jiġifieri mitt elf Ewro) li tkopri d-danni immaterjali sostnuti mir-rikorrent; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/30


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2015 – ZZ vs BEI

(Kawża F-150/15)

(2016/C 383/40)

Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: E. Nordh, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-BEI li jiddikjaraw l-“eżenzjoni mis-servizz” tar-rikorrent u ta’ deċiżjonijiet oħra relatati ma’ din id-deċiżjoni, kif ukoll talba għal kumpens għad-danni morali u materjali allegatament subiti.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjonijiet tal-konvenut tat-13 ta’ April 2015, tat-12 ta’ Mejju 2015, tas-16 ta’ Ġunju 2015 u tal-20 ta’ Ottubru 2015 li jiddikjaraw l-“eżenzjoni mis-servizz” tar-rikorrent;

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tat-18 ta’ Ġunju 2015 li jiġi bblokkat l-aċċess tar-rikorrent għas-sistema ta’ messaġġi elettronika u għall-konnessjonijiet informatiċi;

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut li ma jagħtix lir-rikorrent l-aċċess għar-rendikonti ta’ remunerazzjoni tiegħu u li neħħieh mil-lista ta’ membri tal-persunal tiegħu;

tikkundanna lill-konvenut li jħallas is-somma ta’ EUR 950 000 bħala kumpens tad-danni morali subiti mir-rikorrent minħabba dawn id-deċiżjonijiet kif ukoll minħabba n-nuqqasijiet tiegħu mid-dmir ta’ premura u ta’ ksur tal-garanziji proċedurali, somma ddeterminata flimkien mal-interessi;

tikkundanna lil konvenut għall-ispejjeż.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/31


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awissu – OT vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-4/16)

(2016/C 383/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: OT (rappreżentant: D. Sobor, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jirrifjutaw il-kandidatura tar-rikorrent għall-pożizzjoni ta’ Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, li tintlaqa’ t-talba għal assistenza magħmula mir-rikorrent jew li tiftaħ stħarriġ amministrattiv fir-rigward ta’ allegati irregolaritajiet u illegalitajiet fil-proċedura ta’ selezzjoni kkonċernata, u tat-talba għal kumpens għad-danni materjali u mhux materjali li r-rikorrent jallega li ġarrab.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Settembru 2014, li tirrifjuta li taċċetta l-kandidatura tar-rikorrent għall-pożizzjoni ta’ Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga;

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ April 2015 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent u t-talba għal assistenza;

jannulla d-deċiżjoni tat-22 ta’ Ottubru 2015 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas is-somma ta’ EUR 2 836 107 bħala kumpens għad-danni materjali mġarrba mir-rikorrent;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas is-somma ta’ EUR 100 000 bħala kumpens għad-danni mhux materjali mġarrba mir-rikorrent;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/32


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-20/16)

(2016/C 383/42)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Żołyniak, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla għall-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD 177/10-ECO2013 tas-27 ta’ Mejju 2014 li isem ir-rikorrenti ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla għall-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD 177/10-ECO2013 tas-27 ta’ Mejju 2014 li tirrifjuta l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ riżerva;

jordna lill-Awtorità tal-Ħatra timplementa s-sentenza billi tinkludi isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ riżerva stabbilita abbażi ta’ din il-kompetizzjoni ġenerali bil-kundizzjoni li l-perijodu ta’ validita ta’ din iż-żieda jkun ekwivalenti għall-perijodu ta’ validità tal-lista;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-partijiet skont ir-regoli previsti.