ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2016/C 373/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8165 — Eneco/Elicio/Norther JV) ( 1 ) |
|
2016/C 373/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8166 — THOM/Stroili Oro) ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2016/C 373/03 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2016/C 373/04 |
||
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2016/C 373/05 |
Deċiżjoni ta’ għeluq ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali wara rtirar minn Stat Membru — Għajnuna mill-Istat — Il-Ġermanja (L-Artikoli minn 107 sa 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) — Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) TFUE — Irtirar ta’ notifika — Għajnuna mill-Istat SA.43014 16/C (ex 16/N) — Għajnuna għal REHAU AG + Co ( 1 ) |
|
Rettifika |
|
2016/C 373/06 |
Addendum ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ĠU C 101 tas-27 ta’ April 2004 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
12.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8165 — Eneco/Elicio/Norther JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 373/01)
Fil-5 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8165. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
12.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8166 — THOM/Stroili Oro)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 373/02)
Fit-3 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8166. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
12.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-11 ta’ Ottubru 2016
(2016/C 373/03)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1079 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
114,90 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4412 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,90233 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,7318 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0938 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,0395 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
27,021 |
HUF |
Forint Ungeriż |
304,43 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2712 |
RON |
Leu Rumen |
4,4885 |
TRY |
Lira Turka |
3,4139 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4679 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4653 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,5977 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5657 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5277 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 245,11 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,8020 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,4440 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5095 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 451,84 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6354 |
PHP |
Peso Filippin |
53,817 |
RUB |
Rouble Russu |
69,1597 |
THB |
Baht Tajlandiż |
39,209 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,5634 |
MXN |
Peso Messikan |
20,9088 |
INR |
Rupi Indjan |
73,7760 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
12.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/3 |
Notifika ta’ bidu ta’ rieżami tal-iskadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
(2016/C 373/04)
Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).
1. Talba għal reżami
It-talba ġiet ippreżentata fit-12 ta’ Lulju 2016 minn żewġ produtturi tal-Unjoni, Toyota Material Handling Manufacturing Sweden AB u PR Industrial S.r.l., flimkien imsejħa “l-applikant”, li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom.
2. Il-prodott taħt rieżami
Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri x-xażi u s-sistemi idrawliċi (“il-prodott taħt rieżami”), li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 8427 90 00 (kodiċi TARIC 8427900011 u 8427900019) u ex 8431 20 00 (kodiċi TARIC 8431200011 u 8431200019).
3. Il-miżuri eżistenti
Il-miżuri fis-seħħ bħalissa huma dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1008/2011 (3), kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 946/2014 (4). Il-miżuri ġew estiżi għal importazzjonijiet ikkunsinnati mit-Tajlandja bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 499/2009 (5) u għal importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn kemm kemm modifikati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1346 (6).
4. Raġunijiet għar-rieżami
It-talba hija bbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għall-issoktar ta’ dumping u għall-kontinwazzjoni ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.
4.1. Allegazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping
Billi, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (imsejjaħ ukoll “il-pajjiż ikkonċernat”) titqies bħala pajjiż li l-ekonomija tiegħu mhijiex waħda tas-suq, l-applikant stabbilixxa valur normali għall-produtturi esportaturi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fuq il-bażi tal-prezz f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, jiġifieri l-Brażil. L-allegazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping hija msejsa fuq tqabbil tal-valur normali mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott taħt rieżami meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.
Abbażi tat-tqabbil ta’ hawn fuq, li juri l-eżistenza ta’ dumping, l-applikant jallega li hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping min-naħa tal-pajjiż ikkonċernat.
4.2. Allegazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ ħsara
L-applikant ipprovda wkoll evidenza prima facie li l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni baqgħu sinifikanti f’termini assoluti u f’termini ta’ sehem mis-suq.
L-evidenza prima facie li pprovda l-applikant turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat taħt rieżami kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-livell tal-prezzijiet imposti mill-industrija tal-Unjoni, bir-riżultat li kien hemm effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali u fuq il-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.
Barra minn hekk, l-applikant jallega li kwalunkwe żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat x’aktarx li twassal għal aktar ħsara għall-industrija tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.
5. Proċedura
Wara li ġie ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li teżisti biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ rieżami tal-iskadenza, il-Kummissjoni b’dan tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.
Ir-rieżami tal-iskadenza se jiddetermina jekk l-iskadenza tal-miżuri hijiex probabbilment se twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dumping tal-prodott taħt rieżami li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat, kif ukoll għal kontinwazzjoni jew għal rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.
5.1. Il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami u l-perjodu kkunsidrat
L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2015 sat-30 ta’ Settembru 2016 (“il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami”). L-eżaminazzjoni ta’ xejriet rilevanti biex tiġi vvalutata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tal-ħsara se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).
5.2. Proċedura biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping
Il-produtturi esportaturi (7) tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.2.1. L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina involuti f’dan ir-rieżami tal-iskadenza, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li għandhom jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, huma hawnhekk mitluba jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness I ta’ din in-Notifika.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.
Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward il-kampjunar, minbarra l-informazzjoni mitluba fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi esportaturi jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jistgħu raġonevolment jiġu investigati fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħżula għall-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu qed jikkooperaw (“il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”).
5.2.2. Proċedura addizzjonali marbuta mal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li ma għandux ekonomija tas-suq
F’konformità mal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, rigward l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-valur normali se jiġi ddeterminat abbażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq.
Fl-investigazzjoni preċedenti, il-Brażil intuża bħala pajjiż terz b’ekonomija tas-suq bil-għan li jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Għall-fini ta’ din l-investigazzjoni, fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinsab fit-talba, huwa previst li għal darb’oħra l-Brażil jintuża bħala pajjiż analogu. Skont l-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, produtturi oħrajn b’ekonomija tas-suq jistgħu jkunu qegħdin inter alia fl-Indja, fil-Malasja, fl-Iżvizzera, fit-Tajwan u fit-Turkija. Il-Kummissjoni, bil-għan li fl-aħħar nett tagħżel pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, se teżamina jekk hemmx produzzjoni u bejgħ tal-prodott taħt rieżami f’dawk il-pajjiżi terzi b’ekonomija tas-suq li dwarhom hemm indikazzjonijiet li teżisti l-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkummentaw dwar l-għażla tal-pajjiż analogu fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.2.3. L-investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati (8) (9)
Importaturi mhux relatati tal-prodott taħt rieżami mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.
Minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza u sabiex tlesti l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita għal għadd raġonevoli l-importaturi mhux relatati li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness II ta’ din in-Notifika.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward il-kampjunar, minbarra l-informazzjoni mitluba fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott taħt rieżami fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien għad-dispożizzjoni. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula għall-kampjun.
Biex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun.
5.3. Proċedura biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ ħsara
Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tal-ħsara lill-industrija tal-Unjoni, il-produtturi fl-Unjoni tal-prodott taħt rieżami huma mistednin jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
Minħabba li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan ir-rieżami tal-iskadenza, u sabiex ittemm l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar jitwettaq f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Il-Kummissjoni għażlet proviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li jista’ jiġi vverifikat mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (biex jagħmlu dan iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni billi jużaw id-dettalji ta’ kuntatt mogħtija fit-taqsima 5.7 iktar ‘l isfel). Produtturi oħrajn tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi l-produtturi tal-Unjoni li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-miżuri fis-seħħ, li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn għandhom ikunu inklużi fil-kampjun iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-produtturi tal-Unjoni u/jew l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar liema kumpaniji jkunu finalment intgħażlu biex jiġu inklużi fil-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hi meħtieġa fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun.
5.4. Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping u tal-ħsara, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru, sal-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.
Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom sal-limitu ta’ żmien ta’ hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata jew f’format ħieles inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F’kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.
5.5. Preżentazzjonijiet oħrajn bil-miktub
Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jesprimu l-opinjoni tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.6. Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
5.7. Struzzjonijiet għall-preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza
L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ partijiet terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu a) lill-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.
Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta minn partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali jkunu mmarkati bħala “Ristretti” (10). Kull talba għal trattament kunfidenzjali trid tiġi ġġustifikata b’mod xieraq.
Partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Ristretta” huma rikjesti li jagħtu ġabriet fil-qosor mhux kunfidenzjali ta’ din l-informazzjoni skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn il-ġabriet fil-qosor iridu jkunu ddettaljati tant li jippermettu li l-qofol tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni fuq bażi kunfidenzjali ma tipprovdix ġabra fil-qosor mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u fil-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ ittra elettronika u jinkludu dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li għandhom jitressqu fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra reġistrata. Meta jużaw ittri elettroniċi, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/june/tradoc_152577.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tan-negozju uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma jkunx jeħtieġ l-użu ta’ posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
European Commission |
|||
Directorate-General for Trade |
|||
Directorate H |
|||
Uffiċċju: CHAR 04/039 |
|||
1049 Bruxelles/Brussel |
|||
BELGIQUE/BELGIË |
|||
|
6. Nuqqas ta’ kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fit-termini preskrittivi stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, il-konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Meta jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u l-konklużjonijiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
In-nuqqas li tingħata risposta kompjuterizzata ma għandux jiġi kkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dejjem jekk il-parti interessata turi li biex tippreżenta r-risposta kif mitlub ikun ifisser piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tagħmel kuntatt mal-Kummissjoni immedjatament.
7. L-Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati b’mod sħiħ.
It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
L-Uffiċjal tas-Seduta se jipprovdi wkoll il-possibbiltà li jsir smigħ li jinvolvi lill-partijiet bil-għan li jippermettilhom jippreżentaw fehmiet differenti u li jressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u ħsara, id-dumping, il-ħsara, ir-rabta kawżali u l-interess tal-Unjoni.
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni elettroniċi tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.
8. Skeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. Possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku
Billi dan ir-rieżami tal-iskadenza qed jinbeda f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-konklużjonijiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawn il-miżuri jitħassru jew jinżammu skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.
Jekk xi parti interessata tqis li jkun iġġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista’ titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.
Il-partijiet li jixtiequ jitolbu għal rieżami ta’ dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami tal-iskadenza msemmi f’din in-Notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.
10. L-ipproċessar ta’ dejta personali
Kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (11).
(1) Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping (ĠU C 34, 29.1.2016, p. 15).
(2) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1008/2011 tal-10 ta’ Ottubru 2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tiegħu mibgħuta mit-Tajlandja, sew jekk dikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja u sew jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 268, 13.10.2011, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 946/2014 tal-4 ta’ Settembru 2014 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1008/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara analiżi tal-“esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 265, 5.9.2014, p. 7).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 499/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 li jestendi d-dazju definittiv antidumping impost bir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 fuq l-importazzjonijiet tal-pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkunsinnati mit-Tajlandja, kemm jekk ikun iddikjarat li oriġinaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le (ĠU L 151, 16.6.2009, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1346 tat-8 ta’ Awwissu 2016 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1008/2011, kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 372/2013, dwar l-importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn kemm kemm modifikati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 214, 9.8.2016, p. 1).
(7) Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott taħt rieżami lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ parti terza, inkluż kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami.
(8) Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relalati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom ir-relazzjonijiet segwenti bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv), (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hi rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità lbiex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(9) Id-dejta mogħtija minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll f’rabta ma’ aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti d-determinazzjoni tad-dumping.
(10) Dokument “Ristrett” huwa dokument trattat b’mod kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Antidumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
12.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/13 |
DEĊIŻJONI TA’ GĦELUQ TA’ PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI WARA RTIRAR MINN STAT MEMBRU
Għajnuna mill-Istat — Il-Ġermanja
(L-Artikoli minn 107 sa 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)
Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) TFUE — Irtirar ta’ notifika
Għajnuna mill-Istat SA.43014 16/C (ex 16/N) — Għajnuna għal REHAU AG + Co
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 373/05)
Il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE, mibdija fit-13 ta’ Ġunju 2016 rigward il-miżura msemmija hawn fuq, u rreġistrat li l-Ġermanja rtirat in-notifika tagħha fl-24 ta’ Ġunju 2016 u li mhux se taħdem aktar fuq dan il-proġett ta’ għajnuna.
Rettifika
12.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/14 |
Addendum ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ĠU C 101 tas-27 ta’ April 2004
(2016/C 373/06)
Fl-edizzjoni bil-Malti, tiżdied din il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni:
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI
Avviż
Linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat
(2004/C 101/08)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
1. DAĦLA
1. |
L-Artikolu 81(3) tat-Trattat jistabbilixxi regola ta' eċċezzjoni, li tipprovdi difiża għall-intrapriżi kontra konklużjoni ta' ksur tal-Artikolu 81(1) tat-Trattat. Il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet tal-assoċjazzjonijiet ta' intrapriżi u l-prattiki miftiehma (1) li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 81(1) li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 81(3) huma validi u infurzabbli, mingħajr ma tkun meħtieġa l-ebda deċiżjoni minn qabel f'dak is-sens. |
2. |
L-Artikolu 81(3) jista' jiġi applikat f'każijiet individwali jew għal kategoriji ta' ftehimiet u ta' prattiki miftiehma permezz ta' regolament ta' eżenzjoni ta' kategorija. Ir-Regolament 1/2003 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stipulati fl-Artikoli 81 u 82 (2) ma jaffettwax il-validità u n-natura legali tar-regolamenti ta' eżenzjoni ta' kategorija. Ir-regolamenti kollha eżistenti ta' eżenzjoni ta' kategorija jibqgħu fis-seħħ u l-ftehimiet koperti mir-regolamenti ta' eżenzjoni ta' kategorija huma legalment validi u infurzabbli anki jekk huma restrittivi għall-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 81(1) (3). Ftehimiet ta' din ix-xorta jistgħu jiġu projbiti biss għall-futur, u biss mal-irtirar formali tal-eżenzjoni ta' kategorija mill-Kummissjoni jew minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni (4). Il-ftehimiet li jeżentaw kategorija ma jistgħux jitqiesu bħala invalidi mill-qrati nazzjonali fil-kuntest ta' litigazzjoni privata. |
3. |
Il-linji gwida eżistenti dwar it-trażżin vertikali, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni orizzontali u l-ftehimiet tat-trasferiment tat-teknoloġija (5) jittrattaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 81 għal diversi tipi ta' ftehimiet u ta' prattiki miftiehma. L-iskop ta' dawk il-linji gwida huwa li jistabbilixxu l-fehma tal-Kummissjoni tal-kriterji sostantivi ta' valutazzjoni applikati għad-diversi tipi ta' ftehimiet u ta' prattiki. |
4. |
Il-linji gwida preżenti jistabbilixxu l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal-kundizzjonijiet għall-eċċezzjoni li tinsab fl-Artikolu 81(3). B'dan tipprovdi gwida dwar kif se tapplika l-Artikolu 81 f'każijiet individwali. Minkejja li mhumiex vinkolanti għalihom, dawn il-linji gwida għandhom ukoll il-ħsieb li jagħtu gwida lill-qrati u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri fl-applikazzjoni tagħhom tal-Artikolu 81(1) u (3) tat-Trattat. |
5. |
Il-linji gwida jistabbilixxu qafas analitiku għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3). L-iskop huwa li tiġi żviluppata metodoloġija għall-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni tat-Trattat. Din il-metodoloġija hija bbażata fuq il-metodu ekonomiku diġà introdott u żviluppat fil-linji gwida dwar it-trażżin vertikali, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni orizzontali u l-ftehimiet ta' trasferiment tat-teknoloġija. Il-Kummissjoni se ssegwi l-linji gwida preżenti, li jipprovdu gwida aktar dettaljata dwar l-applikazzjoni tal-erba' kundizzjonijiet tal-Artikolu 81(3) mil-linji gwida dwar it-trażżin vertikali, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni orizzontali u l-ftehimiet ta' trasferiment tat-teknoloġija, anki rigward ftehimiet koperti minn dawk il-linji gwida. |
6. |
L-istandards stabbiliti fil-linji gwida preżenti jridu jiġu applikati fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi għal kull każ. Dan jeskludi applikazzjoni mekkanika. Kull każ irid ikun ivvalutat fuq il-fatti tiegħu stess u l-linji gwida jridu jkunu applikati b'mod raġonevoli u flessibbli. |
7. |
Dwar għadd ta' kwistjonijiet, il-linji gwida preżenti jiddeskrivu fil-qosor l-istat kurrenti tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, il-Kummissjoni biħsiebha wkoll tispjega l-politika tagħha dwar kwistjonijiet li ma ġewx ittrattati fil-ġurisprudenza, jew li huma soġġetti għal interpretazzjoni. Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni, madankollu, hija mingħajr preġudizzju għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti tal-Prim'Istanza dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 81(1) u (3), u għall-interpretazzjoni li jistgħu jagħtu l-Qrati Komunitarji lil dawk id-dispożizzjonijiet fil-futur. |
2. IL-QAFAS ĠENERALI TAL-ARTIKOLU 81 KE
2.1. Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat
8. |
L-Artikolu 81(1) jipprojbixxi l-ftehimiet kollha bejn l-intrapriżi, id-deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta' intrapriżi u l-prattiki miftiehma li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri (6) u li għandhom bħala l-għan jew l-effett tagħhom il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni (7). |
9. |
Bħala eċċezzjoni għal din ir-regola, l-Artikolu 81(3) jipprovdi li l-projbizzjoni li tinsab fl-Artikolu 81(1) tista' tiġi ddikjarata inapplikabbli fil-każ ta' ftehimiet li jikkontribwixxu għat-titjib tal-produzzjoni jew tad-distribuzzjoni tal-oġġetti jew għall-promozzjoni tal-progress tekniku jew ekonomiku, filwaqt li jħallu lill-konsumaturi sehem ġust mill-benefiċċji li jirriżultaw, u li ma jimponux restrizzjonijiet li mhumiex indispensabbli għall-kisba ta' dawn l-għanijiet, u ma jagħtux lil intrapriżi ta' din ix-xorta l-possibbiltà li jeliminaw il-kompetizzjoni fejn għandha x'taqsam parti sostanzjali tal-prodotti kkonċernati. |
10. |
Skont l-Artikolu 1(1) tar-Regolament 1/2003, il-ftehimiet li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 81(1) u li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 81(3) huma projbiti, mingħajr ma tkun meħtieġa deċiżjoni minn qabel f'dak is-sens (8). Skont l-Artikolu 1(2) tal-istess Regolament, il-ftehimiet li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 81(1) iżda li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 81(3) mhumiex ipprojbiti, mingħajr ma tkun meħtieġa deċiżjoni minn qabel f'dak is-sens. Ftehimiet ta' din ix-xorta huma validi u infurzabbli mill-mument li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 81(3) u sakemm dak jibqa' l-każ. |
11. |
Il-valutazzjoni skont l-Artikolu 81 għalhekk tikkonsisti f'żewġ partijiet. L-ewwel pass huwa li jiġi vvalutat jekk ftehim bejn l-intrapriżi, li kapaċi jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, għandux objettiv antikompetittiv jew effetti antikompetittivi effettivi jew potenzjali (9). It-tieni pass, li jsir rilevanti biss meta ftehim jirriżulta li huwa restrittiv għall-kompetizzjoni, huwa li jiġu determinati l-benefiċċji prokompetittivi prodotti minn dak il-ftehim u li jiġi vvalutat jekk dawn l-effetti prokompetittivi humiex akbar mill-effetti antikompetittivi. L-ibbilanċjar tal-effetti antikompetittivi u dawk prokompetittivi jsir esklużivament fil-qafas stabbilit mill-Artikolu 81(3) (10). |
12. |
Il-valutazzjoni ta' kwalunkwe effett kontrobilanċjanti skont l-Artikolu 81(3) neċessarjament teħtieġ determinazzjoni minn qabel tan-natura restrittiva u tal-impatt tal-ftehim. Biex l-Artikolu 81(3) jitqiegħed fil-kuntest xieraq tiegħu, ta' min jagħti deskrizzjoni qasira tal-objettiv u tal-kontenut prinċipali tar-regola ta' projbizzjoni tal-Artikolu 81(1). Il-linji gwida tal-Kummissjoni dwar it-trażżin vertikali, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni orizzontali u l-ftehimiet ta' trasferiment tat-teknoloġija (11) fihom gwida sostanzjali dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) għal diversi tipi ta' ftehimiet. Il-linji gwida preżenti għalhekk huma limitati għal li jfakkru l-qafas analitiku bażiku biex jiġi applikat l-Artikolu 81(1). |
2.2. Ir-regola ta' projbizzjoni tal-Artikolu 81(1)
2.2.1. Rimarki ġenerali
13. |
L-objettiv tal-Artikolu 81 huwa li titħares il-kompetizzjoni fis-suq bħala mezz biex jittejjeb il-benesseri tal-konsumatur u biex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi. Il-kompetizzjoni u l-integrazzjoni tas-suq iservu dawn l-għanijiet ladarba l-ħolqien u l-preservazzjoni ta' suq uniku miftuħ jippromwovu allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi mal-Komunità kollha għall-benefiċċju tal-konsumaturi. |
14. |
Ir-regola ta' projbizzjoni tal-Artikolu 81(1) tapplika għall-ftehimiet restrittivi u għall-prattiki miftiehma bejn l-intrapriżi u għad-deċiżjonijiet mill-assoċjazzjonijiet tal-intrapriżi sa fejn huma kapaċi jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Prinċipju ġenerali li jirfed l-Artikolu 81(1), li huwa espress fil-ġurisprudenza tal-Qrati Komunitarji, huwa li kull operatur ekonomiku jrid jiddetermina b'mod indipendenti l-politika li biħsiebu jadotta fis-suq (12). Minħabba dan il-Qrati Komunitarji ddefinew “ftehimiet”, “deċiżjonijiet” u “prattiki miftiehma” bħala kunċetti tad-dritt Komunitarju li jippermettu li ssir distinzjoni bejn il-kondotta unilaterali ta' intrapriża u l-koordinazzjoni tal-imġiba jew il-kollużjoni bejn l-intrapriżi (13). Il-kondotta unilaterali hija soġġetta biss għall-Artikolu 82 tat-Trattat sa fejn huwa kkonċernat id-dritt Komunitarju tal-kompetizzjoni. Barra minn dan, ir-regola ta' konverġenza stabbilita fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament 1/2003 ma tapplikax għall-kondotta unilaterali. Din id-dispożizzjoni tapplika biss għall-ftehimiet, għad-deċiżjonijiet u għall-prattiki miftiehma, li kapaċi jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. L-Artikolu 3(2) jipprovdi li meta ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma ta' din ix-xorta ma jkunux ipprojbiti mill-Artikolu 81, ma jistgħux jiġu projbiti mid-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni. L-Artikolu 3 huwa mingħajr preġudizzju għall-prinċipju fundamentali tas-supremazija tad-dritt Komunitarju, li jimplika b'mod partikolari li l-ftehimiet u l-prattiki abbużivi projbiti mill-Artikoli 81 u 82 ma jistgħux jiġu difiżi mid-dritt nazzjonali (14). |
15. |
It-tip ta' koordinazzjoni tal-imġiba jew tal-kollużjoni bejn l-intrapriżi li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) hija dik fejn mill-inqas intrapriża waħda vis-à-vis intrapriża oħra timpenja ruħha li tadotta ċerta kondotta fis-suq jew li b'riżultat ta' kuntatti bejniethom titneħħa jew għall-inqas titnaqqas b'mod sostanzjali l-inċertezza dwar il-kondotta tagħhom fis-suq (15). Għaldaqstant, il-koordinazzjoni tista' tieħu l-forma ta' obbligi li jirregolaw il-kondotta fis-suq ta' mill-inqas waħda mill-partijiet kif ukoll ta' arranġamenti li jinfluwenzaw il-kondotta fis-suq ta' mill-inqas waħda mill-partijiet billi jikkawżaw bidla fl-inċentivi tagħha. Mhuwiex meħtieġ li l-koordinazzjoni tkun fl-interess tal-intrapriżi kollha kkonċernati (16). Il-koordinazzjoni wkoll mhux neċessarjament trid tkun espliċita. Tista' wkoll tkun taċita. Biex ftehim ikun kapaċi jitqies bħala li kien konkluż b'aċċettazzjoni taċita, irid jkun hemm stedina minn intrapriża lil intrapriża oħra, kemm espliċita jew impliċita, biex għan ikun issodisfat b'mod konġunt (17). F'ċerti ċirkostanzi ftehim jista' jiġi dedott minn relazzjoni kummerċjali li tkun għaddejja bejn il-partijiet u jista' jiġi attribwit lilha (18). Madankollu, is-sempliċi fatt li miżura adottata minn intrapriża taqa' fil-kuntest ta' relazzjonijiet kummerċjali li jkunu għaddejjin mhuwiex suffiċjenti (19). |
16. |
Il-ftehimiet bejn l-intrapriżi jaqgħu fl-ambitu tar-regola ta' projbizzjoni tal-Artikolu 81(1) meta huwa probabbli li jkollhom impatt negattiv apprezzabbli fuq il-parametri tal-kompetizzjoni fis-suq, bħall-prezz, il-produzzjoni, il-kwalità tal-prodott, il-varjetà tal-prodott u l-innovazzjoni. Il-ftehimiet jista' jkollhom dan l-effett billi jnaqqsu b'mod apprezzabbli r-rivalità bejn il-partijiet għall-ftehim jew bejniethom u l-partijiet terzi. |
2.2.2. Il-prinċipji bażiċi għall-valutazzjoni tal-ftehimiet skont l-Artikolu 81(1)
17. |
Il-valutazzjoni ta' jekk ftehim huwiex restrittiv għall-kompetizzjoni trid issir fil-kuntest effettiv li fih kieku sseħħ il-kompetizzjoni fin-nuqqas tal-ftehim bir-restrizzjonijiet allegati tiegħu (20). Meta ssir din il-valutazzjoni huwa meħtieġ li jitqies l-impatt probabbli tal-ftehim fuq il-kompetizzjoni bejn il-marki (jiġifieri l-kompetizzjoni bejn il-fornituri ta' marki f'kompetizzjoni) u fuq il-kompetizzjoni fi ħdan il-marka (jiġifieri l-kompetizzjoni bejn id-distributuri tal-istess marka). L-Artikolu 81(1) jipprojbixxi r-restrizzjonijiet kemm tal-kompetizzjoni bejn il-marki kif ukoll tal-kompetizzjoni fi ħdan il-marka (21). |
18. |
Sabiex issir valutazzjoni jekk ftehim jew il-partijiet individwali tiegħu jistax jirrestrinġi l-kompetizzjoni bejn il-marki u/jew il-kompetizzjoni fi ħdan il-marka jeħtieġ li jitqies kemm u sa fejn il-ftehim jaffettwa jew huwa probabbli li jaffettwa l-kompetizzjoni fis-suq. Iż-żewġ mistoqsijiet li ġejjin jipprovdu qafas utli biex issir din il-valutazzjoni. L-ewwel mistoqsija hija marbuta mal-impatt tal-ftehim fuq il-kompetizzjoni bejn il-marki filwaqt li t-tieni mistoqsija hija marbuta mal-impatt tal-ftehim fuq il-kompetizzjoni fi ħdan il-marka. Ladarba r-restrizzjonijiet jistgħu jkunu kapaċi jaffettwaw kemm il-kompetizzjoni bejn il-marki kif ukoll il-kompetizzjoni fi ħdan il-marka fl-istess ħin, jista' jkun meħtieġ li restrizzjoni tiġi analizzata fid-dawl taż-żewġ mistoqsijiet qabel ma jkun jista' jiġi konkluż jekk il-kompetizzjoni hijiex ristretta jew le fis-sens tal-Artikolu 81(1):
|
19. |
Fl-applikazzjoni tal-qafas analitiku stabbilit fil-paragrafu ta' qabel, irid jitqies li l-Artikolu 81(1) jagħmel distinzjoni bejn dawk il-ftehimiet li għandhom restrizzjoni għall-kompetizzjoni bħala l-objettiv tagħhom u dawk il-ftehimiet li għandhom restrizzjoni għall-kompetizzjoni bħala l-effett tagħhom. Ftehim jew restrizzjoni kuntrattwali huwa projbit mill-Artikolu 81(1) biss jekk l-objettiv jew l-effett tiegħu huwa li jirrestrinġi l-kompetizzjoni bejn il-marki u/jew il-kompetizzjoni fi ħdan il-marka. |
20. |
Id-distinzjoni bejn ir-restrizzjonijiet fl-objettiv u r-restrizzjonijiet fl-effett hija importanti. Ladarba jkun ġie stabbilit li ftehim għandu bħala l-objettiv tiegħu li jirrestrinġi l-kompetizzjoni, ma hemm l-ebda ħtieġa li jitqiesu l-effetti konkreti tiegħu (25). Fi kliem ieħor, għall-iskop tal-applikazzjoni tal-Artikolu 81(1), ma jeħtieġ li jintwera l-ebda effett antikompetittiv effettiv meta l-ftehim ikollu bħala l-objettiv tiegħu restrizzjoni għall-kompetizzjoni. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 81(3), ma jagħmilx distinzjoni bejn ftehimiet li jirrestrinġu l-kompetizzjoni fl-objettiv, u ftehimiet li jirrestrinġu l-kompetizzjoni fl-effett. L-Artikolu 81(3) japplika għall-ftehimiet kollha li jissodisfaw l-erba' kundizzjonijiet li jinsabu fih (26). |
21. |
Ir-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni dovuti għall-għan huma dawk li min-natura tagħhom stess għandhom il-potenzjal li jirrestrinġu l-kompetizzjoni. Dawn huma restrizzjonijiet li fid-dawl tal-objettivi segwiti mir-regoli tal-kompetizzjoni Komunitarji għandhom potenzjal tant għoli ta' effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni li mhuwiex meħtieġ, għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 81(1), li jintwera kwalunkwe effett effettiv fuq is-suq. Din il-preżunzjoni hija bbażata fuq in-natura serja tar-restrizzjoni u fuq l-esperjenza li turi li huwa probabbli li r-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni dovuti għall-għan jipproduċu effetti negattivi fuq is-suq u jqiegħdu fil-periklu l-objettivi tar-regoli tal-kompetizzjoni Komunitarji. Ir-restrizzjonijiet dovuti għall-għan bħall-iffissar tal-prezzijiet u l-kondiviżjoni tas-suq inaqqsu l-output u jgħollu l-prezzijiet, li jwasslu għal allokazzjoni ħażina tar-riżorsi, għaliex l-oġġetti u s-servizzi mitluba mill-klijenti ma jiġux prodotti. Iwasslu wkoll għal tnaqqis fil-benesseri tal-konsumatur, għaliex il-konsumaturi jkollhom iħallsu prezzijiet ogħla għall-oġġetti u għas-servizzi inkwistjoni. |
22. |
Il-valutazzjoni ta' jekk ftehim għandux jew le r-restrizzjoni għall-kompetizzjoni bħala l-għan tiegħu hija bbażata fuq għadd ta' fatturi. Dawn il-fatturi jinkludu, b'mod partikolari, il-kontenut tal-ftehim u l-miri oġġettivi tiegħu. Jista' jkun ukoll meħtieġ li jitqies il-kuntest li fih (għandu) jiġi applikat u l-kondotta u l-imġiba effettiva tal-partijiet fis-suq (27). Fi kliem ieħor, jista' jkun meħtieġ eżami tal-fatti li jirfdu l-ftehim u taċ-ċirkostanzi speċifiċi li jopera fihom qabel ma jkun jista' jiġi konkluż jekk restrizzjoni partikolari tikkostitwix restrizzjoni għall-kompetizzjoni dovuta għall-għan. Il-mod li bih ftehim ikun effettivament implimentat jista' jiżvela restrizzjoni dovuta għall-għan anki meta l-ftehim formali ma jkunx fih dispożizzjoni espliċita f'dak is-sens. L-evidenza ta' intenzjoni soġġettiva min-naħa tal-partijiet li jirrestrinġu l-kompetizzjoni hija fattur rilevanti iżda mhijiex kundizzjoni meħtieġa. |
23. |
Gwida mhux eżawrjenti dwar x'jikkostitwixxi restrizzjonijiet dovuti għall-għan tinsab fir-Regolamenti, fil-linji gwida u fl-avviżi ta' eżenzjoni ta' kategorija tal-Kummissjoni. Ir-restrizzjonijiet li jitqiegħdu fuq il-lista s-sewda f'eżenzjonijiet ta' kategorija jew li jiġu identifikati bħala restrizzjonijiet assolutament ipprojbiti fil-linji gwida u fl-avviżi, ġeneralment jitqiesu min-naħa tal-Kummissjoni bħala li jikkostitwixxu restrizzjonijiet dovuti għall-għan. Fil-każ tal-ftehimiet orizzontali, ir-restrizzjonijiet għall-kompetizzjoni dovuti għall-għan jinkludu l-iffissar tal-prezzijiet, il-limitazzjoni tal-output u l-kondiviżjoni tas-swieq u tal-klijenti (28). Dwar il-ftehimiet vertikali, il-kategorija tar-restrizzjonijiet dovuti għall-għan tinkludi, b'mod partikolari, iż-żamma tal-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid iffissati u minimi u r-restrizzjonijiet li jipprovdu protezzjoni territorjali assoluta, inklużi r-restrizzjonijiet fuq il-bejgħ passiv (29). |
24. |
Jekk ftehim ma jkunx restrittiv għall-kompetizzjoni minħabba l-għan, irid jiġi eżaminat jekk għandux effetti restrittivi fuq il-kompetizzjoni. Iridu jitqiesu kemm l-effetti effettivi kif ukoll dawk potenzjali (30). Fi kliem ieħor il-ftehim irid ikollu effetti probabbilment antikompetittivi. Fil-każ ta' restrizzjonijiet għall-kompetizzjoni dovuti għall-effett ma hemm l-ebda preżunzjoni ta' effetti antikompetittivi. Biex ftehim ikun restrittiv fl-effett, irid jaffettwa l-kompetizzjoni effettiva jew potenzjali sa tali punt li fis-suq rilevanti jistgħu jkunu mistennija effetti negattivi fuq il-prezzijiet, l-output, l-innovazzjoni jew il-varjetà jew il-kwalità tal-oġġetti u tas-servizzi b'livell raġonevoli ta' probabbiltà (31). Effetti negattivi ta' din ix-xorta jridu jkunu apprezzabbli. Ir-regola ta' projbizzjoni tal-Artikolu 81(1) ma tapplikax meta l-effetti antikompetittivi identifikati jkunu insinifikanti (32). Dan it-test jirrifletti l-approċċ ekonomiku li qiegħda tapplika l-Kummissjoni. Il-projbizzjoni tal-Artikolu 81(1) tapplika biss meta fuq il-bażi ta' analiżi xierqa tas-suq jista' jiġi konkluż li l-ftehim x'aktarx għandu effetti antikompetittivi fuq is-suq (33). Mhuwiex suffiċjenti għal konklużjoni ta' din ix-xorta li l-ishma tas-suq tal-partijiet jaqbżu l-limiti stabbiliti fl-avviż de minimis tal-Kummissjoni (34). Il-ftehimiet li jaqgħu fl-isfera ta' sikurezza tar-regolamenti ta' eżenzjoni ta' kategorija jistgħu jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 81(1) iżda dan mhuwiex bilfors il-każ. Barra minn dan, il-fatt li minħabba l-ishma tas-suq tal-partijiet, ftehim jaqa' barra mill-isfera ta' sikurezza ta' eżenzjoni ta' kategorija huwa minnu nnifsu bażi insuffiċjenti biex jirriżulta li l-ftehim jaqa' fl-ambitu tal-Artikolu 81(1) jew li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 81(3). Hija meħtieġa valutazzjoni individwali tal-effetti probabbli prodotti mill-ftehim. |
25. |
Huwa probabbli li l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni fis-suq rilevanti jseħħu meta l-partijiet b'mod individwali jew konġunt ikollhom jew jiksbu xi grad ta' setgħa fis-suq u l-ftehim jikkontribwixxi għall-ħolqien, għaż-żamma jew għat-tisħiħ ta' dik is-setgħa fis-suq jew jippermetti lill-partijiet jisfruttaw setgħa fis-suq ta' din ix-xorta. Is-setgħa fis-suq hija l-abbiltà li l-prezzijiet jinżammu 'l fuq mil-livelli kompetittivi għal perjodu ta' żmien sinifikanti jew li l-output jinżamm f'termini ta' kwantitajiet tal-prodott, ta' kwalità tal-prodott u ta' varjetà jew ta' innovazzjoni taħt il-livelli kompetittivi għal perjodu ta' żmien sinifikanti. Fi swieq bi spejjeż fissi għoljin, l-intrapriżi jridu jistabbilixxu l-prezz tagħhom ferm ogħla mill-ispejjeż marġinali tal-produzzjoni tagħhom sabiex jiżguraw profitt kompetittiv fuq l-investiment tagħhom. Il-fatt li l-intrapriżi jistabbilixxu prezz ogħla mill-ispejjeż marġinali tagħhom għalhekk mhuwiex minnu nnifsu sinjal li l-kompetizzjoni fis-suq mhijiex taħdem sew u li l-intrapriżi għandhom setgħa fis-suq li tippermettilhom jistabbilixxu prezz ogħla mil-livell kompetittiv. Huwa meta r-restrizzjonijiet kompetittivi jkunu insuffiċjenti biex jinżammu l-prezzijiet u l-output fil-livelli kompetittivi li l-intrapriżi jkollhom setgħa fis-suq fis-sens tal-Artikolu 81(1). |
26. |
Il-ħolqien, iż-żamma jew it-tisħiħ tas-setgħa fis-suq jistgħu jirriżultaw minn restrizzjoni għall-kompetizzjoni bejn il-partijiet għall-ftehim. Jistgħu jirriżultaw ukoll minn restrizzjoni għall-kompetizzjoni bejn kwalunkwe waħda mill-partijiet u l-partijiet terzi, pereż. minħabba li l-ftehim iwassal għall-esklużjoni tal-kompetituri jew minħabba li jżid l-ispejjeż tal-kompetituri, filwaqt li jillimita l-kapaċità tagħhom li jikkompetu b'mod effettiv mal-partijiet kontraenti. Is-setgħa fis-suq hija kwistjoni ta' grad. Il-grad ta' setgħa fis-suq normalment meħtieġ biex jinstab li jkun hemm ksur skont l-Artikolu 81(1) fil-każ ta' ftehimiet li huma restrittivi għall-kompetizzjoni minħabba l-effett huwa inqas mill-grad ta' setgħa fis-suq meħtieġ biex jinstab li jkun hemm dominanza skont l-Artikolu 82. |
27. |
Sabiex jiġu analizzati l-effetti restrittivi ta' ftehim normalment ikun meħtieġ li s-suq rilevanti jiġi definit (35). Normalment ikun ukoll meħtieġ li jiġu eżaminati u vvalutati, fost l-oħrajn, in-natura tal-prodotti, il-pożizzjoni fis-suq tal-partijiet, il-pożizzjoni fis-suq tal-kompetituri, il-pożizzjoni fis-suq tax-xerrejja, l-eżistenza ta' kompetituri potenzjali u l-livell ta' ostakli għad-dħul. Fi wħud mill-każijiet, madankollu, jista' jkun possibbli li jintwerew effetti antikompetittivi direttament billi tiġi analizzata l-kondotta tal-partijiet għall-ftehim fis-suq. Pereżempju, jista' jkun possibbli li jiġi aċċertat li ftehim wassal għal żidiet fil-prezzijiet. Il-linji gwida dwar il-ftehimiet ta' kooperazzjoni orizzontali u dwar it-trażżin vertikali stabbilew qafas dettaljat għall-analiżi tal-impatt kompetittiv ta' tipi differenti ta' ftehimiet orizzontali u vertikali skont l-Artikolu 81(1) (36). |
2.2.3. Ir-restrizzjonijiet anċillari
28. |
Il-paragrafu 18 ta' hawn fuq jistabbilixxi qafas għall-analiżi tal-impatt ta' ftehim u tar-restrizzjonijiet individwali tiegħu fuq il-kompetizzjoni bejn il-marki u l-kompetizzjoni fi ħdan il-marka. Jekk fuq il-bażi ta' dawk il-prinċipji jiġi konkluż li t-tranżazzjoni prinċipali koperta mill-ftehim mhijiex restrittiva għall-kompetizzjoni, isir rilevanti li jiġi eżaminat jekk ir-restrizzjonijiet individwali li jinsabu fil-ftehim humiex ukoll kompatibbli mal-Artikolu 81(1) għaliex huma anċillari għat-tranżazzjoni prinċipali li mhijiex restrittiva. |
29. |
Fid-dritt tal-kompetizzjoni Komunitarju, il-kunċett tar-restrizzjonijiet anċillari jkopri kwalunkwe restrizzjoni allegata għall-kompetizzjoni li hija direttament relatata u meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' tranżazzjoni prinċipali li mhijiex restrittiva u li hija proporzjonata għaliha (37). Jekk ftehim, fil-partijiet prinċipali tiegħu, pereżempju ftehim ta' distribuzzjoni jew intrapriża konġunta, ma jkollux ir-restrizzjoni għall-kompetizzjoni bħala l-għan jew l-effett tiegħu, mela r-restrizzjonijiet, li huma direttament relatati mal-implimentazzjoni ta' dik it-tranżazzjoni u neċessarji għall-implimentazzjoni tagħha, ukoll jaqgħu barra mill-Artikolu 81(1) (38). Dawn ir-restrizzjonijiet relatati jissejħu restrizzjonijiet anċillari. Restrizzjoni hija direttament relatata mat-tranżazzjoni prinċipali jekk tkun subordinata għall-implimentazzjoni ta' dik it-tranżazzjoni u tkun marbuta magħha b'mod inseparabbli. It-test tan-neċessità jimplika li r-restrizzjoni trid tkun oġġettivament neċessarja għall-implimentazzjoni tat-tranżazzjoni prinċipali u trid tkun proporzjonata għaliha. Għaldaqstant, it-test tar-restrizzjonijiet anċillari huwa simili għat-test stabbilit fil-paragrafu 18(2) ta' hawn fuq. Madankollu, it-test tar-restrizzjonijiet anċillari japplika fil-każijiet kollha li fihom it-tranżazzjoni prinċipali mhijiex restrittiva għall-kompetizzjoni (39). Mhuwiex limitat għad-determinazzjoni tal-impatt tal-ftehim fuq il-kompetizzjoni fi ħdan il-marka. |
30. |
Trid issir distinzjoni bejn l-applikazzjoni tal-kunċett tar-restrizzjonijiet anċillari u l-applikazzjoni tad-difiża skont l-Artikolu 81(3) li huwa relatat ma' ċerti benefiċċji ekonomiċi prodotti minn ftehimiet restrittivi u li huma bbilanċjati skont l-effetti restrittivi tal-ftehimiet. L-applikazzjoni tal-kunċett tar-restrizzjonijiet anċillari ma tinvolvi l-ebda ponderazzjoni tal-effetti prokompetittivi u antikompetittivi. Ibbilanċjar ta' din ix-xorta huwa riżervat għall-Artikolu 81(3) (40). |
31. |
Il-valutazzjoni tar-restrizzjonijiet anċillari hija limitata għad-determinazzjoni jekk, fil-kuntest speċifiku tat-tranżazzjoni jew tal-attività prinċipali li mhijiex restrittiva, restrizzjoni partikolari hijiex neċessarja għall-implimentazzjoni ta' dik it-tranżazzjoni jew ta' dik l-attività u jekk hijiex proporzjonata għaliha. Jekk fuq il-bażi ta' fatturi oġġettivi jista' jiġi konkluż li mingħajr ir-restrizzjoni t-tranżazzjoni prinċipali li mhijiex restrittiva tkun diffiċli jew impossibbli li tiġi implimentata, ir-restrizzjoni tista' titqies bħala oġġettivament neċessarja għall-implimentazzjoni tagħha u proporzjonata għaliha (41). Jekk, pereżempju, l-għan ewlieni ta' ftehim ta' franchising ma jirrestrinġix il-kompetizzjoni, mela r-restrizzjonijiet, li huma meħtieġa għall-funzjonament xieraq tal-ftehim, bħall-obbligazzjonijiet li għandhom l-għan li jħarsu l-uniformità u r-reputazzjoni tas-sistema ta' franchising, ukoll jaqgħu barra mill-Artikolu 81(1) (42). B'mod simili, jekk intrapriża konġunta fiha nnifisha mhijiex restrittiva għall-kompetizzjoni, mela allura r-restrizzjonijiet li huma neċessarji għall-funzjonament tal-ftehim jitqiesu li huma anċillari għat-tranżazzjoni prinċipali u għalhekk ma jaqgħux fl-ambitu tal-Artikolu 81(1). Pereżempju f'TPS (43) il-Kummissjoni kkonkludiet li obbligu fuq il-partijiet li ma jkunux involuti f'kumpaniji li huma involuti fid-distribuzzjoni u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-programmi tat-televiżjoni bis-satellita kien anċillari għall-ħolqien tal-intrapriża konġunta matul il-fażi inizjali. Ir-restrizzjoni għalhekk tqieset li taqa' barra mill-Artikolu 81(1) għal perjodu ta' tliet snin. Biex waslet għal din il-konklużjoni, il-Kummissjoni qieset l-investiment qawwi u r-riskji kummerċjali involuti fid-dħul fis-suq għat-televiżjoni bi ħlas. |
2.3. Ir-regola ta' eċċezzjoni tal-Artikolu 81(3)
32. |
Il-valutazzjoni tar-restrizzjonijiet dovuti għall-għan u għall-effett skont l-Artikolu 81(1) hija biss lat wieħed tal-analiżi. Il-lat l-ieħor, li huwa rifless fl-Artikolu 81(3), huwa l-valutazzjoni tal-effetti ekonomiċi pożittivi tal-ftehimiet restrittivi. |
33. |
L-għan tar-regoli tal-kompetizzjoni Komunitarji huwa li jħarsu l-kompetizzjoni fis-suq bħala mezz biex jittejjeb il-benesseri tal-konsumatur u biex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi. Il-ftehimiet li jirrestrinġu l-kompetizzjoni, fl-istess ħin, jista' jkollhom effetti prokompetittivi permezz ta' żidiet fl-effiċjenza (44). L-effiċjenzi jistgħu joħolqu valur addizzjonali billi jbaxxu l-ispiża għall-produzzjoni ta' output, itejbu l-kwalità tal-prodott jew joħolqu prodott ġdid. Meta l-effetti prokompetittivi ta' ftehim ikunu akbar mill-effetti antikompetittivi tiegħu, kumplessivament, il-ftehim ikun prokompetittiv u kompatibbli mal-objettivi tar-regoli tal-kompetizzjoni Komunitarji. L-effett nett ta' ftehimiet ta' din ix-xorta huwa li jiġi promoss il-qofol proprju tal-proċess kompetittiv, jiġifieri li jintrebħu l-klijenti billi jiġu offruti prodotti jew prezzijiet aħjar minn dawk li joffru r-rivali. Dan il-qafas analitiku huwa rifless fl-Artikolu 81(1) u fl-Artikolu 81(3). Id-dispożizzjoni tal-aħħar tirrikonoxxi b'mod espliċitu li l-ftehimiet restrittivi jistgħu jiġġeneraw benefiċċji ekonomiċi oġġettivi sabiex l-effetti negattivi tar-restrizzjoni għall-kompetizzjoni jiġu ssuperati (45). |
34. |
L-applikazzjoni tar-regola ta' eċċezzjoni tal-Artikolu 81(3) hija soġġetta għal erba' kundizzjonijiet kumulattivi, tnejn pożittivi u tnejn negattivi:
Meta dawn l-erba' kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, il-ftehim itejjeb il-kompetizzjoni fis-suq rilevanti, għaliex iwassal lill-intrapriżi kkonċernati biex joffru prodotti orħos jew aħjar lill-konsumaturi, filwaqt li jikkumpensaw lil dawn tal-aħħar għall-effetti avversi tar-restrizzjonijiet għall-kompetizzjoni |
35. |
L-Artikolu 81(3) jista' jiġi applikat jew għal ftehimiet individwali jew għal kategoriji ta' ftehimiet permezz ta' regolament ta' eżenzjoni ta' kategorija. Meta ftehim ikun kopert minn eżenzjoni ta' kategorija, il-partijiet għall-ftehim restrittiv jittneħħielhom l-obbligu tagħhom skont l-Artikolu 2 tar-Regolament 1/2003 juru li l-ftehim individwali tagħhom jissodisfa kull waħda mill-kundizzjonijiet tal-Artikolu 81(3). Iridu biss jipprovaw li l-ftehim restrittiv jibbenefika minn eżenzjoni ta' kategorija. L-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) għal kategoriji ta' ftehimiet permezz ta' regolament ta' eżenzjoni ta' kategorija hija bbażata fuq is-suppożizzjoni li l-ftehimiet restrittivi li jaqgħu fl-ambitu tagħhom (46) jissodisfaw kull waħda mill-erba' kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 81(3). |
36. |
Jekk f'każ individwali, il-ftehim jaqa' fl-ambitu tal-Artikolu 81(1) u l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 81(3) ma jiġux ssodisfati, l-eżenzjoni ta' kategorija tista' tiġi rtirata. Skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament 1/2003, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tirtira l-benefiċċju ta' eżenzjoni ta' kategorija meta ssib li f'każ partikolari ftehim kopert minn regolament dwar l-eżenzjoni ta' kategorija għandu ċerti effetti li huma inkompatibbli mal-Artikolu 81(3) tat-Trattat. Skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament 1/2003, awtorità tal-kompetizzjoni ta' Stat Membru tista' tirtira wkoll il-benefiċċju ta' regolament ta' eżenzjoni ta' kategorija tal-Kummissjoni fir-rigward tat-territorju tagħha (jew parti mit-territorju tagħha), jekk dan it-territorju jkollu l-karatteristiċi kollha ta' suq ġeografiku distint. Fil-każ ta' rtirar huma l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni kkonċernati li għandhom juru li l-ftehim jikser l-Artikolu 81(1) u li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 81(3). |
37. |
Il-qrati tal-Istati Membri ma għandhom l-ebda setgħa li jirtiraw il-benefiċċju ta' regolamenti ta' eżenzjoni ta' kategorija. Barra minn hekk, fl-applikazzjoni tagħhom tar-regolamenti ta' eżenzjoni ta' kategorija, il-qrati tal-Istati Membri ma jistgħux jimmodifikaw il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom billi jestendu l-isfera ta' applikazzjoni tagħhom għal ftehimiet li mhumiex koperti mir-regolament ta' eżenzjoni ta' kategorija inkwistjoni (47). Barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-regolamenti ta' eżenzjoni ta' kategorija, il-qrati tal-Istati Membri għandhom is-setgħa li japplikaw l-Artikolu 81 b'mod sħiħ (ara l-Artikolu 6 tar-Regolament 1/2003). |
3. L-APPLIKAZZJONI TAL-ERBA' KUNDIZZJONIJIET TAL-ARTIKOLU 81(3)
38. |
Il-bqija ta' dawn il-linji gwida se jqisu kull waħda mill-erba' kundizzjonijiet tal-Artikolu 81(3) (48). Minħabba li dawn l-erba' kundizzjonijiet huma kumulattivi (49) mhuwiex neċessarju li tiġi eżaminata kwalunkwe kundizzjoni li jifdal ladarba jirriżulta li waħda mill-kundizzjonijiet tal-Artikolu 81(3) mhijiex issodisfata. Fil-każijiet individwali għalhekk jista' jkun xieraq li jitqiesu l-erba' kundizzjonijiet f'ordni differenti. |
39. |
Għall-iskopijiet ta' dawn il-linji gwida jitqies xieraq li l-ordni tat-tieni u tat-tielet kundizzjoni tinqaleb u għalhekk tiġi ttrattata l-kwistjoni tal-indispensabilità qabel il-kwistjoni tat-trasferiment lill-konsumaturi. L-analiżi tat-trasferiment teħtieġ ibbilanċjar tal-effetti negattivi u pożittivi ta' ftehim dwar il-konsumaturi. Din l-analiżi ma għandhiex tinkludi l-effetti ta' kwalunkwe restrizzjoni, li diġà falliet it-test tal-indispensabilità u li għal dik ir-raġuni hija projbita mill-Artikolu 81. |
3.1. Il-prinċipji ġenerali
40. |
L-Artikolu 81(3) tat-Trattat isir rilevanti biss meta ftehim bejn l-intrapriżi jirrestrinġi l-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 81(1). Fil-każ ta' ftehimiet mhux restrittivi ma hemm l-ebda ħtieġa li jiġi eżaminat kwalunkwe benefiċċju ġġenerat mill-ftehim. |
41. |
Meta f'każ individwali restrizzjoni għall-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 81(1) tkun ġiet ipprovata, l-Artikolu 81(3) jista' jiġi invokat bħala difiża. Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament 1/2003 l-oneru tal-provi skont l-Artikolu 81(3) huwa tal-intrapriża/i involuta/i li tinvoka/jinvokaw il-benefiċċju tar-regola ta' eċċezzjoni. Meta l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 81(3) ma jiġux issodisfati, il-ftehim huwa null u bla effett, ara l-Artikolu 81(2). Madankollu, nullità awtomatika ta' din ix-xorta tgħodd biss għal dawk il-partijiet tal-ftehim li huma inkompatibbli mal-Artikolu 81, dment li partijiet ta' din ix-xorta jkunu jistgħu jinqatgħu mill-ftehim fl-intier tiegħu (50). Jekk parti biss tal-ftehim tkun nulla u bla effett, huwa d-dritt nazzjonali applikabbli li għandu jiddetermina l-konsegwenzi ta' dan għall-parti li jifdal tal-ftehim (51). |
42. |
Skont il-ġurisprudenza stabbilita l-erba' kundizzjonijiet tal-Artikolu 81(3) huma kumulattivi (52), jiġifieri jridu jiġu ssodisfati kollha biex ir-regola ta' eċċezzjoni tkun applikabbli. Jekk ma jkunux, l-applikazzjoni tar-regola ta' eċċezzjoni tal-Artikolu 81(3) trid tiġi rifjutata (53). L-erba' kundizzjonijiet tal-Artikolu 81(3) huma wkoll eżawrjenti. Meta jiġu ssodisfati, l-eċċezzjoni hija applikabbli u ma tistax issir dipendenti fuq kwalunkwe kundizzjoni oħra. Il-miri ta' dispożizzjonijiet oħrajn tat-Trattat jistgħu jitqiesu jekk ikunu jistgħu jiġu inkorporati skont l-erba' kundizzjonijiet tal-Artikolu 81(3) (54). |
43. |
Il-valutazzjoni skont l-Artikolu 81(3) tal-benefiċċji li jirriżultaw minn ftehimiet restrittivi fil-prinċipju ssir fil-limiti ta' kull suq rilevanti ma' liema l-ftehim huwa relatat. Ir-regoli tal-kompetizzjoni Komunitarji għandhom bħala l-objettiv tagħhom il-ħarsien tal-kompetizzjoni fis-suq u ma jistgħux jitbiegħdu minn dan l-objettiv. Barra minn hekk, il-kundizzjoni li l-konsumaturi (55) jridu jirċievu sehem ġust tal-benefiċċji jimplika, b'mod ġenerali, li l-effiċjenzi ġġenerati mill-ftehim restrittiv f'suq rilevanti jridu jkunu suffiċjenti biex jegħlbu l-effetti antikompetittivi prodotti mill-ftehim fl-istess suq rilevanti (56). L-effetti negattivi fuq il-konsumaturi f'suq wieħed ġeografiku jew tal-prodotti ma jistgħux normalment ikunu bilanċjati skont l-effetti pożittivi u kkumpensati minnhom għall-konsumaturi f'suq ieħor ġeografiku jew tal-prodotti mhux relatat. Madankollu, meta żewġ swieq ikunu relatati, l-effiċjenzi miksuba fi swieq separati jistgħu jitqiesu dment li dak il-grupp ta' konsumaturi affettwati mir-restrizzjoni u li jibbenefikaw miż-żidiet fl-effiċjenza jkunu sostanzjalment l-istess (57). Tabilħaqq, f'xi wħud mill-każijiet jiġu affettwati mill-ftehim biss il-konsumaturi f'suq downstream, f'liema każ l-impatt tal-ftehim fuq konsumaturi ta' din ix-xorta jrid jiġi vvalutat. Pereżempju dan huwa minnu fil-każ ta' ftehimiet ta' xiri (58). |
44. |
Il-valutazzjoni ta' ftehimiet restrittivi skont l-Artikolu 81(3) issir fil-kuntest effettiv li jseħħu fih (59) u fuq il-bażi tal-fatti li jkunu jeżistu fi kwalunkwe mument. Il-valutazzjoni hija sensittiva għal bidliet materjali fil-fatti. Ir-regola ta' eċċezzjoni tal-Artikolu 81(3) tapplika sakemm l-erba' kundizzjonijiet jiġu ssodisfati u ma tibqax tapplika meta dan ma jibqax aktar il-każ (60). Meta jiġi applikat l-Artikolu 81(3) f'konformità mal-prinċipji huwa meħtieġ li jitqiesu l-investimenti inizjali irrekuperabbli li saru minn kwalunkwe waħda mill-partijiet u l-ħin meħtieġ u t-trażżin meħtieġ biex jiġi impenjat u rkuprat investiment li jtejjeb l-effiċjenza. L-Artikolu 81 ma jistax ikun applikat mingħajr ma jitqies b'mod debitu investiment ex ante ta' din ix-xorta. Ir-riskju li jiffaċċjaw il-partijiet u l-investiment irrekuperabbli li jrid jiġi impenjat biex jiġi implimentat il-ftehim għalhekk jistgħu jwasslu biex il-ftehim jaqa' barra mill-Artikolu 81(1) jew jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 81(3), skont kif ikun il-każ, għall-perjodu ta' żmien meħtieġ biex jiġi rkuprat l-investiment. |
45. |
Fi wħud mill-każijiet il-ftehim restrittiv huwa avveniment irriversibbli. Ladarba l-ftehim restrittiv ikun ġie implimentat, is-sitwazzjoni ex ante ma tistax terġa' tiġi stabbilita. F'każijiet ta' din ix-xorta, il-valutazzjoni trid issir esklużivament fuq il-bażi tal-fatti li għandhom x'jaqsmu fil-waqt tal-implimentazzjoni. Pereżempju, fil-każ ta' ftehim ta' riċerka u ta' żvilupp li fih kull parti taqbel li tabbanduna l-proġett ta' riċerka rispettiv tagħha u tiġbor flimkien il-kapaċitajiet tagħha ma' dawk ta' parti oħra, minn perspettiva oġġettiva jista' jkun teknikament u ekonomikament impossibbli li proġett li jkun ġie abbandunat jingħata l-ħajja mill-ġdid. Il-valutazzjoni tal-effetti antikompetittivi u prokompetittivi tal-ftehim li jiġu abbandunati l-proġetti ta' riċerka individwali għalhekk trid issir minn dak il-ħin li titlesta l-implimentazzjoni tiegħu. Jekk f'dak il-ħin il-ftehim ikun kompatibbli mal-Artikolu 81, pereżempju minħabba li numru suffiċjenti ta' partijiet terzi jkollhom proġetti ta' riċerka u ta' żvilupp li jikkompetu ma' xulxin, il-ftehim tal-partijiet li jabbandunaw il-proġetti individwali tagħhom jibqa' kompatibbli mal-Artikolu 81, anki jekk aktar tard fiż-żmien il-proġetti tal-partijiet terzi jfallu. Madankollu, il-projbizzjoni tal-Artikolu 81 tista' tapplika għal partijiet oħrajn tal-ftehim f'liema rigward ma tqumx il-kwistjoni tal-irriversibbiltà. Jekk, pereżempju, minbarra r-riċerka u l-iżvilupp konġunti, il-ftehim jipprovdi għal sfruttament konġunt, l-Artikolu 81 jista' japplika għal din il-parti tal-ftehim jekk minħabba żviluppi fis-suq sussegwenti l-ftehim isir restrittiv għall-kompetizzjoni u ma jissodisfax (aktar) il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 81(3) filwaqt li jitqiesu b'mod debitu l-investimenti irrekuperabbli ex ante, ara l-paragrafu preċedenti. |
46. |
L-Artikolu 81(3) ma jeskludix a priori ċerti tipi ta' ftehimiet mill-kamp ta' applikazzjoni tiegħu. Bħala kwistjoni ta' prinċipju l-ftehimiet restrittivi kollha li jissodisfaw l-erba' kundizzjonijiet tal-Artikolu 81(3) huma koperti mir-regola ta' eċċezzjoni (61). Madankollu, huwa improbabbli li restrizzjonijiet severi għall-kompetizzjoni jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 81(3). Restrizzjonijiet ta' din ix-xorta normalment jitqiegħdu fil-lista s-sewda tar-regolamenti ta' eżenzjoni ta' kategorija jew jiġu identifikati bħala restrizzjonijiet assolutament ipprojbiti fil-linji gwida u fl-avviżi tal-Kummissjoni. Il-ftehimiet ta' din in-natura ġeneralment ma jissodisfawx (għall-inqas) l-ewwel żewġ kundizzjonijiet tal-Artikolu 81(3). La joħolqu benefiċċji ekonomiċi oġġettivi (62) u lanqas ma jkunu ta' benefiċċju għall-konsumaturi (63). Pereżempju, ftehim orizzontali biex jiġu ffissati l-prezzijiet jillimita l-output li jwassal għal allokazzjoni ħażina tar-riżorsi. Jittrasferixxi wkoll il-valur mill-konsumaturi għall-produtturi, billi jwassal għal prezzijiet ogħla mingħajr ma jipproduċi l-ebda valur kontrobilanċjanti għall-konsumaturi fis-suq rilevanti. Barra minn dan, dawn it-tipi ta' ftehimiet ġeneralment ukoll ifallu t-test tal-indispensabilità skont it-tielet kundizzjoni (64). |
47. |
Kwalunkwe pretensjoni li l-ftehimiet restrittivi huma ġustifikati għaliex għandhom l-għan li jiżguraw kundizzjonijiet ġusti ta' kompetizzjoni fis-suq hija min-natura tagħha bla bażi u trid titwarrab (65). L-iskop tal-Artikolu 81 huwa li jħares il-kompetizzjoni effettiva billi jiżgura li s-swieq jibqgħu miftuħa u kompetittivi. Il-ħarsien tal-kundizzjonijiet ġusti tal-kompetizzjoni huwa kompitu għal-leġiżlatur f'konformità mal-obbligi tal-liġi Komunitarja (66) u mhux għall-intrapriżi biex jirregolaw lilhom innifishom. |
3.2. L-ewwel kundizzjoni tal-Artikolu 81(3): Iż-żidiet fl-effiċjenza
3.2.1. Rimarki ġenerali
48. |
Skont l-ewwel kundizzjoni tal-Artikolu 81(3) il-ftehim restrittiv irid jikkontribwixxi għat-titjib tal-produzzjoni jew tad-distribuzzjoni tal-oġġetti jew għall-promozzjoni tal-progress tekniku jew ekonomiku. Id-dispożizzjoni tirreferi b'mod espliċitu għall-oġġetti biss, iżda b'analoġija tapplika wkoll għas-servizzi. |
49. |
Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja joħroġ li jistgħu jitqiesu biss benefiċċji oġġettivi (67). Dan ifisser li l-effiċjenzi mhumiex ivvalutati mill-perspettiva soġġettiva tal-partijiet (68). Ma jistax jitqies l-iffrankar tal-ispejjeż li jirriżulta mis-sempliċi eżerċizzju tas-setgħa fis-suq mill-partijiet. Pereżempju, meta l-kumpaniji jaqblu li jiffissaw il-prezzijiet jew jikkondividu s-swieq inaqqsu l-output u b'hekk l-ispejjeż tal-produzzjoni. Il-kompetizzjoni mnaqqsa tista' twassal ukoll għal inqas infiq għall-bejgħ u għall-kummerċjalizzazzjoni. Tnaqqis fl-ispejjeż ta' din ix-xorta huwa konsegwenza diretta ta' tnaqqis fl-output u fil-valur. It-tnaqqis fl-ispejjeż inkwistjoni ma jipproduċi l-ebda effett prokompetittiv fis-suq. B'mod partikolari, ma jwassalx għall-ħolqien ta' valur permezz ta' integrazzjoni tal-assi u tal-attivitajiet. Sempliċement jippermetti lill-intrapriżi kkonċernati li jżidu l-profitti tagħhom u għalhekk huma irrilevanti mill-perspettiva tal-Artikolu 81(3). |
50. |
L-iskop tal-ewwel kundizzjoni tal-Artikolu 81(3) huwa li jiġu ddefiniti t-tipi ta' żidiet fl-effiċjenza li jistgħu jitqiesu u jkunu soġġetti għat-testijiet ulterjuri tat-tieni u tat-tielet kundizzjonijiet tal-Artikolu 81(3). L-għan tal-analiżi huwa li jiġi aċċertat liema huma l-benefiċċji oġġettivi maħluqa mill-ftehim u x'inhi l-importanza ekonomika ta' effiċjenzi ta' din ix-xorta. Minħabba li biex japplika l-Artikolu 81(3) l-effetti prokompetittivi li jirriżultaw mill-ftehim iridu jkunu akbar mill-effetti antikompetittivi tiegħu, huwa neċessarju li jiġi verifikat x'inhi r-rabta bejn il-ftehim u l-effiċjenzi pretiżi u x'inhu l-valur ta' dawn l-effiċjenzi. |
51. |
Għalhekk il-pretensjonijiet kollha tal-effiċjenza jridu jkunu sostanzjati sabiex dan li ġej jkun jista' jiġi vverifikat:
|
52. |
L-ittra (a) tippermetti lil min qiegħed jieħu d-deċiżjoni li jivverifika jekk l-effiċjenzi pretiżi humiex oġġettivi min-natura tagħhom, ara l-paragrafu 49 aktar 'il fuq. |
53. |
L-ittra (b) tippermetti lil min qiegħed jieħu d-deċiżjoni li jivverifika jekk hemmx rabta kawżali suffiċjenti bejn il-ftehim restrittiv u l-effiċjenzi pretiżi. Din il-kundizzjoni normalment tirrikjedi li l-effiċjenzi jirriżultaw mill-attività ekonomika li ssawwar l-objettiv tal-ftehim. Attivitajiet ta' din ix-xorta, pereżempju, jistgħu jkollhom l-għamla ta' distribuzzjoni, liċenzjar tat-teknoloġija, produzzjoni konġunta jew riċerka u żvilupp konġunti. Madankollu, sa fejn ftehim għandu effetti usa' li jtejbu l-effiċjenzi fis-suq rilevanti, pereżempju għax iwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż fl-industrija kollha, dawn il-benefiċċji addizzjonali jitqiesu wkoll. |
54. |
Ir-rabta kawżali bejn il-ftehim u l-effiċjenzi pretiżi normalment trid tkun diretta (69). Il-pretensjonijiet ibbażati fuq effetti indiretti bħala regola ġenerali huma wisq inċerti u wisq remoti biex jitqiesu. Teżisti rabta kawżali diretta pereżempju meta ftehim ta' trasferiment tat-teknoloġija jippermetti lid-detenturi tal-liċenzja li jipproduċu prodotti ġodda jew imtejba jew ftehim ta' distribuzzjoni jippermetti li prodotti jitqassmu bi spiża aktar baxxa jew li jiġu prodotti servizzi ta' valur. Eżempju ta' effett indirett ikun każ li fih ikun pretiż li ftehim restrittiv jippermetti lill-intrapriżi kkonċernati jżidu l-profitti tagħhom, billi jingħataw il-possibbiltà li jinvestu aktar fir-riċerka u fl-iżvilupp għall-benefiċċju aħħari tal-konsumaturi. Filwaqt li jista' jkun hemm rabta bejn il-profitabilità u r-riċerka u l-iżvilupp, din ir-rabta ġeneralment mhijiex diretta biżżejjed biex titqies fil-kuntest tal-Artikolu 81(3). |
55. |
L-ittri (c) u (d) jippermettu lil min qiegħed jieħu d-deċiżjoni li jivverifika l-valur tal-effiċjenzi pretiżi, li fil-kuntest tat-tielet kundizzjoni tal-Artikolu 81(3) iridu jkunu bbilanċjati skont l-effetti antikompetittivi tal-ftehim, ara l-paragrafu 101 aktar 'l isfel. Minħabba li l-Artikolu 81(1) japplika biss f'każijiet fejn huwa probabbli li l-ftehim ikollu effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u fuq il-konsumaturi (fil-każ ta' restrizzjonijiet assolutament ipprojbiti effetti ta' din ix-xorta huma preżunti), il-pretensjonijiet tal-effiċjenza jridu jkunu sostanzjati sabiex ikunu jistgħu jiġu vverifikati. Il-pretensjonijiet mhux sostanzjati jiġu miċħuda. |
56. |
Fil-każ ta' effiċjenzi fl-ispejjeż pretiżi, l-intrapriżi li jinvokaw il-benefiċċju tal-Artikolu 81(3) iridu, b'mod preċiż kemm jista' jkun possibbli raġonevolment, jikkalkulaw jew jistmaw il-valur tal-effiċjenzi u jiddeskrivu fid-dettall kif l-ammont ġie kkalkulat. Iridu wkoll jiddeskrivu l-metodu/i użat(i) li permezz tiegħu(tagħhom) inkiseb(inkisbu) jew se jinkiseb(jinkisbu) l-effiċjenzi. Id-data sottomessa trid tkun verifikabbli sabiex ikun hemm grad suffiċjenti ta' ċertezza li l-effiċjenzi mmaterjalizzaw jew huwa probabbli li jimmaterjalizzaw. |
57. |
Fil-każ ta' effiċjenzi pretiżi fil-forma ta' prodotti ġodda jew imtejba u effiċjenzi oħrajn mhux ibbażati fuq l-ispejjeż, l-intrapriżi li jitolbu l-benefiċċju tal-Artikolu 81(3) iridu jiddeskrivu u jispjegaw fid-dettall x'inhi n-natura tal-effiċjenzi u kif u għaliex jikkostitwixxu benefiċċju ekonomiku oġġettiv. |
58. |
F'każijiet fejn il-ftehim ikun għad irid jiġi implimentat b'mod sħiħ, il-partijiet iridu jissostanzjaw kwalunkwe projezzjoni sa mid-data meta l-effiċjenzi jkunu se jsiru operattivi sabiex ikun hemm effett pożittiv sinifikanti fis-suq. |
3.2.2. Il-kategoriji differenti tal-effiċjenzi
59. |
It-tipi ta' effiċjenzi elenkati fl-Artikolu 81(3) huma kategoriji wesgħin li huma maħsuba biex ikopru l-effiċjenzi ekonomiċi oġġettivi kollha. Hemm trikkib konsiderevoli bejn il-kategoriji differenti msemmija fl-Artikolu 81(3) u l-istess ftehim jista' jagħti lok għal diversi tipi ta' effiċjenzi. Għalhekk mhuwiex xieraq li jsiru distinzjonijiet ċari u sodi bejn id-diversi kategoriji. Għall-iskop ta' dawn il-linji gwida, issir distinzjoni bejn l-effiċjenzi fl-ispejjeż u l-effiċjenzi ta' natura kwalitattiva fejn il-valur jinħoloq fil-forma ta' prodotti ġodda jew imtejba, varjetà akbar ta' prodotti, eċċ. |
60. |
B'mod ġenerali, l-effiċjenzi huma frott integrazzjoni ta' attivitajiet ekonomiċi fejn l-intrapriżi jikkombinaw l-assi tagħhom biex jiksbu dak li ma setgħux jiksbu b'mod daqshekk effiċjenti waħidhom jew fejn jinkarigaw intrapriża oħra b'kompiti li jistgħu jitwettqu b'mod aktar effiċjenti minn dik l-intrapriża l-oħra. |
61. |
Ir-riċerka u l-iżvilupp, il-proċess tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni jistgħu jitqiesu bħala katina ta' valur li tista' tinqasam f'għadd ta' stadji. F'kull stadju ta' din il-katina, intrapriża trid tagħmel għażla bejn li twettaq l-attività hija stess, twettaqha flimkien ma' intrapriża/i oħra jew testernalizza għalkollox l-attività lil intrapriża/i oħra. |
62. |
F'kull każ meta l-għażla magħmula tinvolvi kooperazzjoni fis-suq ma' intrapriża oħra normalment ikun jeħtieġ li jiġi konkluż ftehim fis-sens tal-Artikolu 81(1). Dawn il-ftehimiet jistgħu jkunu vertikali, kif inhu l-każ meta l-partijiet joperaw fuq livelli differenti tal-katina tal-valur, jew orizzontali, kif inhu l-każ meta d-ditti joperaw fuq l-istess livell tal-katina tal-valur. Iż-żewġ kategoriji ta' ftehimiet jistgħu joħolqu l-effiċjenzi billi jħallu lill-intrapriżi inkwistjoni jwettqu kompitu partikolari bi spiża aktar baxxa jew b'valur miżjud ogħla għall-konsumaturi. Ftehimiet ta' din ix-xorta jista' wkoll ikun fihom restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni jew iwasslu għalihom, f'liema każ ir-regola ta' projbizzjoni tal-Artikolu 81(1) u r-regola ta' eċċezzjoni tal-Artikolu 81(3) jistgħu jsiru rilevanti. |
63. |
It-tipi ta' effiċjenzi msemmija f'dawn li ġejjin huma biss eżempji u mhumiex maħsuba li jkunu eżawrjenti. |
3.2.2.1.
64. |
L-effiċjenzi fl-ispejjeż li jirriżultaw minn ftehimiet bejn l-intrapriżi jistgħu joriġinaw minn għadd ta' sorsi differenti. Sors wieħed importanti ħafna tal-iffrankar tal-ispejjeż huwa l-iżvilupp ta' teknoloġiji u ta' metodi ġodda ta' produzzjoni. B'mod ġenerali, huwa meta jsiru l-qabżiet teknoloġiċi li jinkiseb l-akbar potenzjal għall-iffrankar tal-ispejjeż. Pereżempju, l-introduzzjoni tal-linja ta' mmontar wasslet għal tnaqqis sostanzjali ħafna fl-ispiża tal-produzzjoni tal-vetturi b'magna. |
65. |
Sors ieħor importanti ħafna ta' effiċjenza huwa s-sinerġiji li jirriżultaw minn integrazzjoni tal-assi eżistenti. Meta l-partijiet għal ftehim jikkombinaw l-assi rispettivi tagħhom jistgħu jkunu kapaċi jiksbu konfigurazzjoni ta' spiża/produzzjoni li b'mod ieħor kieku ma tkunx possibbli. L-ikkombinar ta' żewġ teknoloġiji eżistenti li għandhom saħħiet komplementari jista' jnaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni jew iwassal għall-produzzjoni ta' prodott ta' kwalità ogħla. Pereżempju, jista' jkun li l-assi tal-produzzjoni tad-ditta A jiġġeneraw produzzjoni għolja kull siegħa iżda jeħtieġu input relattivament għoli ta' materja prima għal kull unità ta' produzzjoni, filwaqt li l-assi tal-produzzjoni tad-ditta B jiġġeneraw produzzjoni aktar baxxa fis-siegħa iżda jeħtieġu input relattivament anqas ta' materja prima għal kull unità ta' produzzjoni. Is-sinerġiji jinħolqu jekk permezz tat-twaqqif ta' intrapriża konġunta ta' produzzjoni li tikkombina l-assi tal-produzzjoni ta' A u B il-partijiet jistgħu jiksbu livell għoli(ogħla) ta' output fis-siegħa b'input (aktar) baxx ta' materja prima għal kull unità ta' output. B'mod simili, jekk intrapriża waħda tkun ottimizzat parti waħda mill-katina ta' valur u intrapriża oħra tkun ottimizzat parti oħra mill-katina ta' valur, l-ikkombinar tal-operazzjonijiet tagħhom jista' twassal għal spejjeż aktar baxxi. Id-ditta A, pereżempju, jista' jkollha faċilità ta' produzzjoni awtomatizzata ħafna li tirriżulta fi spejjeż baxxi tal-produzzjoni għal kull unità, filwaqt li B tkun żviluppat sistema effiċjenti għall-ipproċessar tal-ordnijiet. Is-sistema tippermetti li l-produzzjoni tiġi mfassla skont it-talba tal-klijent, filwaqt li tiżgura konsenja f'waqtha u tnaqqas l-ispejjeż tal-ħażna u tal-obsolexxenza. Billi jikkombinaw l-assi tagħhom, A u B jistgħu jkunu kapaċi jiksbu tnaqqis fl-ispejjeż. |
66. |
L-effiċjenzi fl-ispejjeż jistgħu jirriżultaw anki minn ekonomiji ta' skala, jiġifieri l-ispejjeż għal kull unità ta' output jonqsu hekk kif jiżdied l-output. Eżempju ta' dan: l-investiment fit-tagħmir u f'assi oħrajn ta' sikwit ikollu jsir fi blokok indiviżibbli. Jekk intrapriża ma tistax tutilizza blokk b'mod sħiħ, l-ispejjeż medji tagħha se jkunu ogħla milli kieku tkun tista' tagħmel dan. Pereżempju, l-ispejjeż biex jitħaddem trakk huma kważi l-istess irrispettivament minn jekk huwiex kważi vojt, nofsu mimli jew mimli. Il-ftehimiet li permezz tagħhom l-intrapriżi jikkombinaw l-operazzjonijiet loġistiċi tagħhom jistgħu jħalluhom iżidu l-fatturi tat-tagħbija u jnaqqsu l-għadd ta' vetturi użati. Skala akbar tista' wkoll tagħti lok għal diviżjoni aħjar tax-xogħol li twassal għal spejjeż inqas għal kull unità. Id-ditti jistgħu jiksbu ekonomiji ta' skala fir-rigward tal-partijiet kollha tal-katina ta' valur, inklużi r-riċerka u l-iżvilupp, il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni. L-ekonomiji ta' tagħlim jikkostitwixxu tip relatat ta' effiċjenza. Hekk kif tinkiseb l-esperjenza fl-użu ta' proċess partikolari ta' produzzjoni jew fit-twettiq ta' kompiti partikolari, il-produttività tista' tiżdied għaliex il-proċess jibda jiġi ġestit b'mod aktar effiċjenti jew minħabba li l-kompitu jitwettaq b'aktar ħeffa. |
67. |
L-ekonomiji ta' firxa huma sors ieħor ta' effiċjenza fl-ispejjeż, li jseħħu meta d-ditti jiksbu ffrankar fl-ispejjeż billi jipproduċu prodotti differenti fuq il-bażi tal-istess input. Effiċjenzi ta' din ix-xorta jistgħu jirriżultaw mill-fatt li huwa possibbli li jintużaw l-istess komponenti u l-istess faċilitajiet u impjegati biex jiġu prodotti firxa ta' prodotti. B'mod simili, l-ekonomiji ta' firxa jistgħu jirriżultaw fid-distribuzzjoni meta diversi tipi ta' oġġetti jitqassmu fl-istess vetturi. Pereżempju, produttur ta' pizez tal-friża u produttur ta' ħaxix tal-friża jistgħu jiksbu ekonomiji ta' firxa billi jiddistribwixxu b'mod konġunt il-prodotti tagħhom. Iż-żewġ gruppi ta' prodotti jridu jiġu distribwiti f'vetturi mkessħin u huwa probabbli li jkun hemm trikkib sinifikanti f'termini ta' klijenti. Billi jikkombinaw l-operazzjonijiet tagħhom iż-żewġ produtturi jistgħu jiksbu spejjeż ta' distribuzzjoni aktar baxxi għal kull unità mqassma. |
68. |
L-effiċjenzi fl-għamla ta' tnaqqis fl-ispejjeż jistgħu wkoll jirriżultaw minn ftehimiet li jippermettu ppjanar aħjar tal-produzzjoni, bi tnaqqis fil-ħtieġa li jinżamm stokk li jiswa l-flus u li jagħtu lok għal utilizzazzjoni aħjar tal-kapaċità. L-effiċjenzi ta' din in-natura, pereżempju, jistgħu jirriżultaw mill-użu ta' xiri “eżatt fil-ħin”, jiġifieri obbligu fuq il-fornitur tal-komponenti li jipprovdi b'mod kontinwu lix-xerrej skont il-ħtiġijiet tiegħu biex b'hekk tkun evitata l-ħtieġa li x-xerrej iżomm stokk sinifikanti ta' komponenti li hemm sogru li ma jibqax tajjeb. L-iffrankar tal-ispejjeż jista' wkoll jirriżulta minn ftehimiet li jippermettu lill-partijiet jirrazzjonalizzaw il-produzzjoni fil-faċilitajiet kollha tagħhom. |
3.2.2.2.
69. |
Il-ftehimiet bejn l-intrapriżi jistgħu jiġġeneraw diversi effiċjenzi ta' natura kwalitattiva li huma rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3). F'għadd ta' każijiet il-potenzjal ewlieni għat-titjib tal-effiċjenzi tal-ftehim mhuwiex it-tnaqqis tal-ispejjeż; huwa t-titjib fil-kwalità u l-effiċjenzi l-oħra ta' natura kwalitattiva. Skont il-każ individwali effiċjenzi ta' din ix-xorta, għalhekk, jistgħu jkunu ta' importanza ugwali jew akbar mill-effiċjenzi fl-ispejjeż. |
70. |
L-avvanzi tekniċi u teknoloġiċi jifformaw parti essenzjali u dinamika mill-ekonomija, filwaqt li jiġġeneraw benefiċċji sinifikanti fl-għamla ta' oġġetti u servizzi ġodda jew imtejba. Permezz tal-kooperazzjoni, l-intrapriżi jistgħu jkunu kapaċi joħolqu effiċjenzi li ma kinux ikunu possibbli mingħajr il-ftehim restrittiv jew kienu jkunu possibbli biss b'dewmien sostanzjali jew bi spiża ogħla. Effiċjenzi ta' din ix-xorta jikkostitwixxu sors importanti ta' benefiċċji ekonomiċi koperti mill-ewwel kundizzjoni tal-Artikolu 81(3). Il-ftehimiet li kapaċi jipproduċu effiċjenzi ta' din in-natura jinkludu, b'mod partikolari l-ftehimiet ta' riċerka u żvilupp. Eżempju jkun A u B li joħolqu intrapriża konġunta għall-iżvilupp u, jekk jirnexxu, il-produzzjoni konġunta ta' tajer magħmul minn ċelluli. It-titqib ta' ċellula waħda ma jaffettwax liċ-ċelluli l-oħra, li jfisser li ma hemmx riskju li t-tajer jinżel f'każ ta' panċer. Għalhekk it-tajer huwa aktar sikur mit-tajers tradizzjonali. Ifisser ukoll li ma hemm l-ebda ħtieġa immedjata li jinbidel it-tajer u għalhekk li jinġarr stepni. Iż-żewġ tipi ta' effiċjenzi jikkostitwixxu benefiċċji oġġettivi fis-sens tal-ewwel kundizzjoni tal-Artikolu 81(3). |
71. |
Bl-istess mod li l-ikkombinar tal-assi komplementari jista' jagħti lok għall-iffrankar tal-ispejjeż, il-kombinazzjonijiet tal-assi jistgħu wkoll joħolqu sinerġiji li joħolqu effiċjenzi ta' natura kwalitattiva. L-ikkombinar tal-assi ta' produzzjoni pereżempju, jista' jwassal għall-produzzjoni ta' prodotti ta' kwalità ogħla jew ta' prodotti b'karatteristiċi ġodda. Pereżempju dan jista' jkun il-każ għall-ftehimiet dwar liċenzji, u għall-ftehimiet li jipprovdu produzzjoni konġunta ta' prodotti jew servizzi ġodda jew imtejba. Il-ftehimiet dwar liċenzji jistgħu, b'mod partikolari, jiżguraw tixrid aktar mgħaġġel teknoloġija ġdida fil-Komunità u jippermettu lid-detentur/i tal-liċenzja li jagħmlu disponibbli prodotti ġodda jew jużaw tekniċi ġodda ta' produzzjoni li jwasslu għal titjib fil-kwalità. Il-ftehimiet ta' produzzjoni konġunta, jistgħu, b'mod partikolari, jippermettu li jiġu introdotti prodotti jew servizzi ġodda jew imtejba fis-suq b'mod aktar mgħaġġel jew bi spiża aktar baxxa (70). Pereżempju, fis-settur tal-mezzi ta' telekomunikazzjoni, kien iddikjarat li l-ftehimiet ta' kooperazzjoni joħolqu l-effiċjenzi billi jagħmlu disponibbli servizzi globali ġodda b'aktar ħeffa (71). Fis-settur bankarju, ġie ddikjarat ukoll li l-ftehimiet ta' kooperazzjoni li għamlu disponibbli faċilitajiet imtejba biex isiru l-ħlasijiet transfruntieri joħolqu l-effiċjenzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ewwel kundizzjoni tal-Artikolu 81(3) (72). |
72. |
Il-ftehimiet ta' distribuzzjoni jistgħu wkoll jagħtu lok għal effiċjenzi kwalitattivi. Pereżempju, id-distributuri speċjalizzati jistgħu jkunu kapaċi jipprovdu servizzi li huma mfassla aħjar għall-ħtiġijiet tal-konsumatur jew li jipprovdu konsenja b'aktar ħeffa jew assigurazzjoni ta' kwalità aħjar fil-katina tad-distribuzzjoni kollha (73). |
3.3. It-tielet kundizzjoni tal-Artikolu 81(3): L-indispensabilità tar-restrizzjonijiet
73. |
Skont it-tielet kundizzjoni tal-Artikolu 81(3), il-ftehim restrittiv ma jridx jimponi restrizzjonijiet li mhumiex indispensabbli għall-kisba tal-effiċjenzi maħluqa mill-ftehim inkwistjoni. Din il-kundizzjoni timplika test doppju. L-ewwel nett, il-ftehim restrittiv bħala tali jrid ikun raġonevolment neċessarju sabiex jinkisbu l-effiċjenzi. It-tieni, ir-restrizzjonijiet individwali għall-kompetizzjoni li ġejjin mill-ftehim iridu wkoll ikunu raġonevolment neċessarji għall-kisba tal-effiċjenzi. |
74. |
Fil-kuntest tat-tielet kundizzjoni tal-Artikolu 81(3) il-fattur deċiżiv huwa jekk il-ftehim restrittiv u r-restrizzjonijiet individwali jagħmluhiex possibbli jew le li l-attività inkwistjoni ssir b'mod aktar effiċjenti milli probabbilment kien ikun il-każ fin-nuqqas tal-ftehim ikkonċernat jew tar-restrizzjoni kkonċernata. Il-kwistjoni mhijiex jekk fin-nuqqas tar-restrizzjoni l-ftehim ma kienx jiġi konkluż, iżda jekk hux qegħdin jiġu prodotti aktar effiċjenzi bil-ftehim jew bir-restrizzjoni milli fin-nuqqas tal-ftehim jew tar-restrizzjoni (74). |
75. |
L-ewwel test li jinsab fit-tielet kundizzjoni tal-Artikolu 81(3) jirrikjedi li l-effiċjenzi jkunu speċifiċi għall-ftehim ikkonċernat fis-sens li ma jkun hemm l-ebda mezz ieħor ekonomikament prattikabbli u inqas restrittiv biex jinkisbu l-effiċjenzi. Meta ssir din il-valutazzjoni tal-aħħar, iridu jitqiesu l-kundizzjonijiet tas-suq u r-realtajiet tan-negozju li jiffaċċjaw il-partijiet għall-ftehim. L-intrapriżi li jinvokaw il-benefiċċju tal-Artikolu 81(3) mhumiex meħtieġa li jqisu l-alternattivi ipotetiċi jew teoretiċi. Il-Kummissjoni mhijiex se tantiċipa l-ġudizzju tan-negozju tal-partijiet. Se tintervjeni biss fejn ikun raġonevolment ċar li hemm alternattivi realistiċi u li jistgħu jinkisbu. Il-partijiet iridu biss jispjegaw u juru għaliex alternattivi għall-ftehim ta' din ix-xorta li jidhru realistiċi u ferm inqas restrittivi jkunu ferm inqas effiċjenti. |
76. |
Huwa partikolarment rilevanti li jiġi eżaminat, filwaqt li jitqiesu b'mod xieraq iċ-ċirkostanzi tal-każ individwali, jekk il-partijiet setgħux jiksbu l-effiċjenzi permezz ta' tip ta' ftehim ieħor inqas restrittiv u jekk iva, meta x'aktarx li jkunu jistgħu jiksbu l-effiċjenzi. Jista' wkoll ikun meħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-partijiet setgħux jiksbu l-effiċjenzi waħidhom. Pereżempju, fejn l-effiċjenzi pretiżi jieħdu l-forma ta' tnaqqis fl-ispejjeż li jirriżultaw mill-ekonomiji ta' skala jew ta' ambitu, l-intrapriżi kkonċernati jridu jispjegaw u jissostanzjaw għaliex x'aktarx li l-istess effiċjenzi ma jinkisbux permezz ta' tkabbir intern u kompetizzjoni fil-prezzijiet. Meta ssir din il-valutazzjoni huwa rilevanti li jitqies, fost l-oħrajn, x'inhi l-iskala minima effiċjenti fis-suq ikkonċernat. L-iskala minima effiċjenti hija l-livell ta' output meħtieġ sabiex tiġi minimizzata l-ispiża medja u jiġu eżawriti l-ekonomiji ta' skala (75). Aktar ma tkun kbira l-iskala minima effiċjenti meta mqabbla mad-daqs attwali ta' kwalunkwe waħda mill-partijiet għall-ftehim, aktar ikun hemm probabbiltà li l-effiċjenzi jitqiesu li jkunu speċifiċi għall-ftehim. Fil-każ ta' ftehimiet li jipproduċu sinerġiji sostanzjali permezz tal-ikkombinar tal-assi u tal-kapaċitajiet komplementari, in-natura stess tal-effiċjenzi tagħti lok għal preżunzjoni li l-ftehim ikun neċessarju biex jinkisbu. |
77. |
Dawn il-prinċipji jistgħu jiġu spjegati permezz tal-eżempju ipotetiku li ġej: A u B jikkombinaw fi ħdan intrapriża konġunta t-teknoloġiji ta' produzzjoni rispettivi tagħhom biex jiksbu output ogħla u konsum aktar baxx tal-materja prima. L-intrapriża konġunta tingħata liċenzja esklużiva għat-teknoloġiji tal-produzzjoni rispettivi tagħhom. Il-partijiet jittrasferixxu l-faċilitajiet tal-produzzjoni eżistenti tagħhom lill-intrapriża konġunta. Jittrasferixxu wkoll lill-persunal ewlieni biex jiżguraw li l-ekonomiji ta' tagħlim eżistenti jkunu jistgħu jiġu sfruttati u żviluppati ulterjorment. Huwa vvalutat li dawn l-ekonomiji jnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni b'5 % ulterjuri. L-output tal-intrapriża konġunta jinbiegħ b'mod indipendenti minn A u B. F'dan il-każ il-kundizzjoni ta' indispensabilità teħtieġ valutazzjoni ta' jekk il-benefiċċji jistgħux jinkisbu b'mod sostanzjali permezz ta' ftehim dwar liċenzji jew le, li probabbilment ikun inqas restrittiv minħabba li A u B jkomplu jipproduċu b'mod indipendenti. Fiċ-ċirkostanzi deskritti mhux probabbli li dan ikun il-każ għaliex skont ftehim dwar liċenzji l-partijiet ma jkunux jistgħu jibbenefikaw bl-istess mod bla intoppi u fit-tul mill-esperjenza rispettiva tagħhom fl-operar taż-żewġ teknoloġiji, li jirriżulta f'ekonomiji ta' tagħlim sinifikanti. |
78. |
Ladarba jinstab li l-ftehim inkwistjoni huwa meħtieġ sabiex jiġu prodotti l-effiċjenzi, trid tiġi vvalutata l-indispensabilità ta' kull restrizzjoni għall-kompetizzjoni li tirriżulta mill-ftehim. F'dan il-kuntest irid jiġi vvalutat jekk ir-restrizzjonijiet individwali humiex raġonevolment neċessarji sabiex jiġu prodotti l-effiċjenzi. Il-partijiet għall-ftehim iridu jissostanzjaw il-pretensjoni tagħhom rigward kemm in-natura tar-restrizzjoni kif ukoll l-intensità tagħha. |
79. |
Restrizzjoni hija indispensabbli jekk in-nuqqas tagħha jelimina jew inaqqas b'mod sinifikanti l-effiċjenzi li jirriżultaw mill-ftehim jew jagħmilha ferm inqas probabbli li jimmaterjalizzaw. Il-valutazzjoni tas-soluzzjonijiet alternattivi trid tqis it-titjib effettiv u potenzjali fil-qasam tal-kompetizzjoni bl-eliminazzjoni ta' restrizzjoni partikolari jew bl-applikazzjoni ta' alternattiva inqas restrittiva. Aktar ma tkun restrittiva r-restrizzjoni, aktar ikun strett it-test skont it-tielet kundizzjoni (76). Restrizzjonijiet li jitqiegħdu fil-lista s-sewda tar-regolamenti ta' eżenzjoni ta' kategorija jew li jiġu identifikati bħala restrizzjonijiet assolutament ipprojbiti fil-linji gwida u fl-avviżi tal-Kummissjoni x'aktarx li ma jiġux ikkunsidrati indispensabbli. |
80. |
Il-valutazzjoni tal-indispensabilità ssir fil-kuntest effettiv li fih jopera l-ftehim u, b'mod partikolari, trid tqis l-istruttura tas-suq, ir-riskji ekonomiċi relatati mal-ftehim, u l-inċentivi li jiffaċċjaw il-partijiet. Aktar ma s-suċċess tal-prodott kopert mill-ftehim ikun inċert, aktar tista' tkun meħtieġa restrizzjoni biex jiġi żgurat li l-effiċjenzi se jimmaterjalizzaw. Ir-restrizzjonijiet jistgħu wkoll ikunu indispensabbli sabiex l-inċentivi tal-partijiet ikunu allinjati u jiġi żgurat li jikkonċentraw l-isforzi tagħhom fuq l-implimentazzjoni tal-ftehim. Pereżempju, restrizzjoni tista' tkun meħtieġa biex jiġu evitati problemi ta' rinunzja għal ċerti investiment ladarba waħda mill-partijiet tkun għamlet investiment irrekuperabbli sostanzjali. Pereżempju, ladarba fornitur ikun għamel investiment sostanzjali speċifiku għar-relazzjoni bl-għan li jipprovdi lil klijent b'input, il-fornitur jintrabat mal-klijent. Sabiex jiġi evitat li ex post il-klijent jisfrutta din id-dipendenza biex jikseb termini aktar favorevoli, jista' jkun neċessarju li jiġi impost obbligu li ma jixtrix il-komponent mingħand partijiet terzi jew li jixtri kwantitajiet minimi tal-komponent mingħand il-fornitur (77). |
81. |
F'xi każijiet restrizzjoni tista' tkun indispensabbli biss għal ċertu perjodu ta' żmien, f'liema każ l-eċċezzjoni tal-Artikolu 81(3) tapplika biss matul dak il-perjodu. Meta ssir din il-valutazzjoni huwa neċessarju li jitqies b'mod xieraq il-perjodu ta' żmien meħtieġ biex il-partijiet jiksbu l-effiċjenzi li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tar-regola ta' eċċezzjoni (78). Fil-każijiet li fihom il-benefiċċji ma jistgħux jinkisbu mingħajr investiment konsiderevoli, irid jitqies, b'mod partikolari, il-perjodu ta' żmien meħtieġ biex jiġi żgurat redditu adegwat fuq investiment ta' din ix-xorta, ara wkoll il-paragrafu 44 aktar 'il fuq. |
82. |
Dawn il-prinċipji jistgħu jiġu spjegati permezz tal-eżempji ipotetiċi li ġejjin: P jipproduċi u jqassam il-pizez tal-friża, u għandu 15 % tas-suq fl-Istat Membru X. Il-konsenji jsiru direttament lill-bejjiegħa bl-imnut. Minħabba li l-parti l-kbira tal-bejjiegħa bl-imnut għandhom kapaċità limitata ta' ħżin, huma meħtieġa konsenji relattivament frekwenti, li jwasslu għal utilizzazzjoni baxxa tal-kapaċitajiet u għal użu ta' vetturi relattivament żgħar. T huwa grossista tal-pizez tal-friża u prodotti oħrajn iffriżati, li jagħmel konsenji lill-biċċa l-kbira tal-istess klijenti bħal P. Il-prodotti tal-pizza li jqassam T għandhom 30 % tas-suq. T għandu flotta ta' vetturi akbar u għandu kapaċità żejda. P jikkonkludi ftehim ta' distribuzzjoni esklużiv ma' T għall-Istat Membru X u jimpenja ruħu li jiżgura li d-distributuri fl-Istati Membri l-oħrajn mhumiex se jbigħu fit-territorju ta' T la b'mod attiv u lanqas b'mod passiv. T jimpenja ruħu li jirreklama l-prodotti, jistħarreġ il-gosti tal-konsumaturi u r-rati ta' sodisfazzjon u jiżgura l-konsenja lill-bejjiegħa bl-imnut tal-prodotti kollha fi żmien 24 siegħa. Il-ftehim iwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż totali tad-distribuzzjoni ta' 30 % għaliex il-kapaċità qiegħda tintuża b'mod aħjar u d-duplikazzjoni tar-rotot ġiet eliminata. Il-ftehim iwassal ukoll għall-forniment ta' servizzi addizzjonali lill-konsumaturi. Ir-restrizzjonijiet fuq il-bejgħ passiv huma restrizzjonijiet assolutament ipprojbiti skont ir-regolament ta' eżenzjoni ta' kategorija dwar it-trażżin vertikali (79) u jistgħu jitqiesu indispensabbli biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-pożizzjoni stabbilita fis-suq ta' T u n-natura tal-obbligi imposti fuqu jindikaw li dan mhuwiex każ eċċezzjonali. Il-projbizzjoni formali fuq il-bejgħ attiv, min-naħa l-oħra, x'aktarx tkun indispensabbli. Huwa probabbli li T jkollu inqas inċentiv li jbigħ u jirriklama d-ditta ta' P, jekk id-distributuri fl-Istati Membri l-oħra jistgħu jbigħu b'mod attiv fl-Istat Membru X u għalhekk igawdu minn fuq dahar l-isforzi ta' T. Dan huwa partikolarment il-każ, għaliex T jqassam ukoll ditti ta' prodotti li jikkompetu u għalhekk għandu l-possibbiltà li jimbotta aktar id-ditti li huma l-inqas esposti għal vantaġġi minn fuq dahar l-oħrajn. S huwa produttur ta' luminati bil-gass u għandu 40 % tas-suq. L-eqreb kompetitur għandu 20 %. S jikkonkludi ftehimiet ta' provvista ma' klijenti li huma responsabbli għal 25 % tad-domanda, li fihom jimpenjaw ruħhom li jixtru esklużivament mingħand S għal ħames (5) snin. S jikkonkludi ftehimiet ma' klijenti oħrajn li huma responsabbli għal 15 % tad-domanda li fihom jingħataw tnaqqis immirat kull tliet xhur, jekk ix-xiri tagħhom jaqbeż ċerti miri stabbiliti individwalment. S isostni li l-ftehimiet iħalluh jipprevedi d-domanda b'mod aktar preċiż u għalhekk li jippjana l-produzzjoni aħjar, inaqqas il-ħażna tal-materja prima u l-ispejjeż tal-ħażna u jevita n-nuqqasijiet fil-provvisti. Minħabba l-pożizzjoni fis-suq ta' S u l-kopertura kombinata tar-restrizzjonijiet, ma tantx huwa probabbli li r-restrizzjonijiet jitqiesu bħala indispensabbli. L-obbligu ta' xiri esklużiv imur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex tiġi ppjanata l-produzzjoni u l-istess japplika għall-iskema tat-tnaqqis immirat. Il-prevedibbiltà tad-domanda tista' tinkiseb b'mezzi inqas restrittivi. Pereżempju, S jista' jipprovdi inċentivi għall-klijenti biex jordnaw kwantitajiet kbar f'daqqa billi joffri tnaqqis għall-kwantitajiet jew billi joffri tnaqqis lill-klijenti li jagħmlu ordnijiet definittivi minn qabel għall-konsenja f'dati speċifikati. |
3.4. It-tieni kundizzjoni tal-Artikolu 81(3): Sehem ġust għall-konsumaturi
3.4.1. Rimarki ġenerali
83. |
Skont it-tieni kundizzjoni tal-Artikolu 81(3) il-konsumaturi jridu jirċievu sehem ġust mill-effiċjenzi ġġenerati mill-ftehim restrittiv. |
84. |
Il-kunċett ta' “konsumaturi” jinkludi l-utenti kollha diretti jew indiretti tal-prodotti koperti mill-ftehim, inklużi l-produtturi li jużaw il-prodotti bħala input, il-grossisti, il-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi finali, jiġifieri l-persuni fiżiċi li qegħdin jaġixxu għal skopijiet li jistgħu jitqiesu li jaqgħu barra min-negozju jew mill-professjoni tagħhom. Fi kliem ieħor, il-konsumaturi fis-sens tal-Artikolu 81(3) huma l-klijenti tal-partijiet għall-ftehim u x-xerrejja sussegwenti. Dawn il-klijenti jistgħu jkunu intrapriżi bħal fil-każ ta'xerrejja ta' makkinarju industrijali jew input għal ipproċessar ulterjuri jew konsumaturi finali, bħal pereżempju, fil-każ ta' xerrejja ta' ġelati maħsuba għall-konsum immedjat jew ta' roti. |
85. |
Il-kunċett ta' “sehem ġust” jimplika li t-trasferiment tal-benefiċċji jrid mill-inqas jikkumpensal-konsumaturi għal kwalunkwe impatt effettiv jew probabbli kkawżat lilhom mir-restrizzjoni għall-kompetizzjoni li tinsab taħt l-Artikolu 81(1). F'konformità mal-objettiv kumplessiv tal-Artikolu 81 tal-prevenzjoni ta' ftehimiet antikompetittivi, l-effett nett tal-ftehim irid għall-inqas ikun newtrali mill-perspettiva ta' dawk il-konsumaturi li huma direttament jew x'aktarx affettwati mill-ftehim (80). Jekk konsumaturi ta' din ix-xorta jkunu qegħdin f'pożizzjoni agħar wara l-ftehim, it-tieni kundizzjoni tal-Artikolu 81(3) ma tiġix issodisfata. L-effetti pożittivi ta' ftehim iridu jkunu bbilanċjati skont l-effetti negattivi tiegħu fuq il-konsumaturi (81) u jridu jagħmlu tajjeb għalihom. Meta dak ikun il-każ il-konsumaturi ma jsofru l-ebda dannu mill-ftehim. Barra minn dan, is-soċjetà kollha tibbenefika meta l-effiċjenzi jwasslu jew biex jintużaw inqas riżorsi biex jiġi prodott l-output kkunsmat jew għall-produzzjoni ta' prodotti ta' aktar valur u għalhekk għal allokazzjoni aktar effiċjenti tar-riżorsi. |
86. |
Mhuwiex meħtieġ li l-konsumaturi jirċievu sehem minn kull żieda fl-effiċjenza identifikata skont l-ewwel kundizzjoni. Huwa suffiċjenti li biżżejjed benefiċċji jiġu trasferiti biex jagħmlu tajjeb għall-effetti negattivi tal-ftehim restrittiv. F'dak il-każ, il-konsumaturi jirċievu sehem ġust tal-benefiċċji kumplessivi (82). Jekk huwa probabbli li ftehim restrittiv iwassal għal prezzijiet ogħla, il-konsumaturi jridu jkunu kumpensati b'mod sħiħ permezz ta' kwalità akbar jew benefiċċji oħrajn. Jekk le, it-tieni kundizzjoni tal-Artikolu 81(3) ma tiġix issodisfata. |
87. |
Il-fattur deċiżiv huwa l-impatt kumplessiv fuq il-konsumaturi tal-prodotti fis-suq rilevanti u mhux l-impatt fuq il-membri individwali ta' dan il-grupp ta' konsumaturi (83). F'xi każijiet, jista' jkun meħtieġ ċertu perjodu ta' żmien qabel ma jimmaterjalizzaw l-effiċjenzi. Sa tali żmien, il-ftehim jista' jkollu biss effetti negattivi. Il-fatt li t-trasferiment lill-konsumatur iseħħ b'ċertu dewmien fiż-żmien minnu nnifsu ma jeskludix l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3). Madankollu, aktar ma jkun kbir id-dewmien, aktar ma jridu jkunu kbar l-effiċjenzi biex jikkumpensaw anki għat-telf lill-konsumaturi matul il-perjodu ta' qabel ir-trasferiment. |
88. |
Meta ssir din il-valutazzjoni jrid jitqies li l-valur ta' gwadann għall-konsumaturi fil-futur mhuwiex l-istess bħal gwadann għall-konsumaturi fil-preżent. Il-valur li jiġu ffrankati EUR 100 illum huwa akbar mill-valur li jiġi ffrankat l-istess ammont sena wara. Gwadann għall-konsumaturi fil-futur għalhekk ma jikkumpensax b'mod sħiħ għal telf fil-preżent għall-konsumatur tal-istess daqs nominali. Sabiex ikun hemm lok għal paragun xieraq ta' telf fil-preżent għall-konsumaturi bi gwadann futur għall-konsumaturi, il-valur tal-gwadanni futuri jrid ikun skontat. Ir-rata ta' skont applikata trid tirrifletti r-rata tal-inflazzjoni, jekk ikun hemm, u l-interessi mitlufa bħala indikazzjoni tal-valur aktar baxx tal-gwadanni futuri. |
89. |
F'każijiet oħrajn il-ftehim jista' jippermetti lill-partijiet li jiksbu l-effiċjenzi aktar kmieni milli kien ikun possibbli mod ieħor. F'ċirkostanzi ta' din ix-xorta huwa meħtieġ li jitqies l-impatt negattiv probabbli fuq il-konsumaturi fis-suq rilevanti ladarba dan it-terminu jkun skada. Jekk permezz tal-ftehim restrittiv il-partijiet jiksbu pożizzjoni b'saħħitha fis-suq, ikunu jistgħu jitolbu prezz ferm ogħla milli kien ikun il-każ b'mod ieħor. Biex tkun sodisfatta t-tieni kundizzjoni tal-Artikolu 81(3) il-benefiċċju għall-konsumaturi li jkollhom aċċess aktar bikri għall-prodotti jrid ikun sinifikanti b'mod ugwali. Pereżempju, dan jista' jkun il-każ fejn ftehim jippermetti lil żewġ manifatturi tat-tajers li jqiegħdu fis-suq tliet snin qabel tajer ġdid li joffri sikurezza sostanzjalment akbar iżda fl-istess ħin, billi jżidu s-setgħa tagħhom fis-suq, jippermettilhom iżidu l-prezzijiet b'5 %. F'każ ta' din ix-xorta huwa probabbli li l-aċċess bikri għal prodott sostanzjalment imtejjeb, bħala importanza, jegħleb iż-żieda fil-prezzijiet. |
90. |
It-tieni kundizzjoni tal-Artikolu 81(3) tinkorpora skala li tonqos gradwalment. Aktar ma tkun kbira r-restrizzjoni għall-kompetizzjoni li tinsab taħt l-Artikolu 81(1) aktar iridu jkunu kbar l-effiċjenzi u t-trasferiment lill-konsumaturi. Dan il-metodu ta' skala li tonqos gradwalment jimplika li jekk l-effetti restrittivi ta' ftehim ikunu relattivament limitati u l-effiċjenzi jkunu sostanzjali huwa probabbli li sehem ġust tal-iffrankar tal-ispejjeż se jiġi trasferit lill-konsumaturi. Għalhekk f'każijiet ta' din ix-xorta normalment mhuwiex neċessarju li tkun involuta analiżi dettaljata tat-tieni kundizzjoni tal-Artikolu 81(3), dment li jkunu ssodisfati t-tliet kundizzjonijiet l-oħra għall-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni. |
91. |
Min-naħa l-oħra, jekk l-effetti restrittivi tal-ftehim ikunu sostanzjali u l-iffrankar tal-ispejjeż ikun relattivament insinifikanti, ma tantx huwa probabbli li t-tieni kundizzjoni tal-Artikolu 81(3) tiġi ssodisfata. L-impatt tar-restrizzjoni għall-kompetizzjoni jiddependi mill-intensità tar-restrizzjoni u mill-grad ta' kompetizzjoni li jifdal b'riżultat tal-ftehim. |
92. |
Jekk il-ftehim għandu kemm effetti sostanzjali antikompetittivi kif ukoll effetti sostanzjali prokompetittivi, hija meħtieġa analiżi bir-reqqa. Fl-applikazzjoni tat-test tal-ibbilanċjar, f'każijiet ta' din ix-xorta, irid jitqies li l-kompetizzjoni hija xprun importanti tal-effiċjenza u tal-innovazzjoni fuq terminu twil. L-intrapriżi li mhumiex soġġetti għal limitazzjonijiet effettivi għall-kompetizzjoni – bħal, pereżempju, id-ditti dominanti – għandhom inqas inċentiv biex iżommu l-effiċjenzi jew jibnu fuqhom. Aktar ma jkun sostanzjali l-impatt tal-ftehim dwar il-kompetizzjoni, aktar se jkun probabbli li eventwalment ibatu l-konsumaturi. |
93. |
Iż-żewġ taqsimiet li ġejjin jiddeskrivu f'aktar dettall il-qafas analitiku għall-valutazzjoni tat-trasferiment lill-konsumatur taż-żidiet fl-effiċjenza. L-ewwel taqsima tittratta l-effiċjenzi fl-ispejjeż, filwaqt li t-taqsima ta' wara tkopri tipi oħrajn ta' effiċjenzi bħall-prodotti ġodda jew imtejba (effiċjenzi kwalitattivi). Il-qafas, li huwa żviluppat f'dawn iż-żewġ taqsimiet, huwa partikolarment importanti f'każijiet li fihom mhuwiex immedjatament ovvju li d-danni kompetittivi jeċċedu l-benefiċċji għall-konsumaturi jew bil-kontra (84). |
94. |
Fl-applikazzjoni tal-prinċipji stabbiliti aktar 'l isfel, il-Kummissjoni se tqis il-fatt li f'ħafna każijiet huwa diffiċli li r-rata tat-trasferiment lill-konsumaturi u tipi oħrajn ta' trasferimenti lill-konsumaturi jiġu kkalkulati b'mod preċiż. L-intrapriżi huma obbligati biss li jissostanzjaw il-pretensjonijiet tagħhom billi jipprovdu stimi u dejta oħra sa fejn ikun raġonevolment possibbli, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi tal-każ individwali. |
3.4.2. It-trasferiment u l-ibbilanċjar tal-effiċjenzi fl-ispejjeż
95. |
Meta s-swieq, bħalma huwa normalment il-każ, ma jkunux perfettament kompetittivi, l-intrapriżi jkunu jistgħu jinfluwenzaw il-prezz tas-suq ftit jew wisq billi jibdlu l-output tagħhom (85). Jaf ukoll ikunu jistgħu jiddiskriminaw fil-prezzijiet bejn il-klijenti. |
96. |
Fi wħud miċ-ċirkostanzi, l-effiċjenzi fl-ispejjeż jistgħu jwasslu għal output akbar u għal prezzijiet aktar baxxi għall-konsumaturi affettwati. Jekk minħabba l-effiċjenzi fl-ispejjeż l-intrapriżi inkwistjoni jistgħu jżidu l-profitti billi jespandu l-output, jista' jseħħ it-trasferiment lill-konsumaturi. Fil-valutazzjoni ta' kemm huwa probabbli li l-effiċjenzi fl-ispejjeż jiġu trasferiti lill-konsumaturi u tal-eżitu tat-test tal-ibbilanċjar li jinsab fl-Artikolu 81(3), jitqiesu b'mod partikolari l-fatturi li ġejjin:
Normalment iridu jitqiesu l-fatturi kollha. Ladarba l-Artikolu 81(3) japplika biss f'każijiet fejn il-kompetizzjoni fis-suq tkun ristretta b'mod apprezzabbli, ara l-paragrafu 24 aktar 'il fuq, ma jista' jkun hemm l-ebda preżunzjoni li l-kompetizzjoni residwali se tiżgura li l-konsumaturi jirċievu sehem ġust mill-benefiċċji. Madankollu, il-grad ta' kompetizzjoni li jifdal fis-suq u n-natura ta' din il-kompetizzjoni jinfluwenzaw il-probabbiltà tat-trasferiment. |
97. |
Aktar ma jkun kbir il-grad ta' kompetizzjoni residwali, aktar huwa probabbli li l-intrapriżi individwali jipprovaw iżidu l-bejgħ tagħhom billi jittrasferixxu l-effiċjenzi fl-ispejjeż. Jekk l-intrapriżi jikkompetu l-aktar fuq il-prezz u ma jkunux soġġetti għal limitazzjonijiet sinifikanti fuq il-kapaċità, it-trasferiment jista' jseħħ relattivament b'ħeffa. Jekk il-kompetizzjoni ssir l-aktar fuq il-kapaċità u l-adattamenti tal-kapaċità jseħħu b'ċertu dewmien fiż-żmien, it-trasferiment se jseħħ aktar bil-mod. Huwa probabbli wkoll li t-trasferiment ikun aktar bil-mod meta l-istruttura tas-suq twassal għal kollużjoni taċita (86). Jekk huwa probabbli li l-kompetituri jirritaljaw kontra żieda fl-output minn parti waħda jew aktar għall-ftehim, l-inċentiv biex jiżdied l-output jista' jittaffa, ħlief jekk il-vantaġġ kompetittiv ikkonferit mill-effiċjenzi jkun tali li l-intrapriżi kkonċernati jkollhom inċentiv biex jitbiegħdu mill-politika komuni adottata fis-suq mill-membri tal-oligopolju. Fi kliem ieħor, l-effiċjenzi li jiġġenera l-ftehim jistgħu jibdlu lill-intrapriżi kkonċernati fl-hekk imsejħa “kumpaniji li jaġixxu għal rashom” (mavericks) (87). |
98. |
In-natura taż-żidiet fl-effiċjenza għandha wkoll rwol importanti. Skont it-teorija ekonomika, l-intrapriżi jimmassimizzaw il-profitti tagħhom billi jbigħu l-unitajiet tal-output sakemm id-dħul marġinali jkun daqs l-ispiża marġinali. Id-dħul marġinali huwa l-bidla fid-dħul totali li tirriżulta mill-bejgħ ta' unità ta' output addizzjonali u l-ispiża marġinali hija l-bidla fl-ispiża totali li tirriżulta mill-produzzjoni ta' dik l-unità ta' output addizzjonali. Minn dan il-prinċipju joħroġ li bħala regola ġenerali, id-deċiżjonijiet dwar l-output u l-ipprezzar ta' intrapriża li timmassimizza l-profitti ma jiġux iddeterminati mill-ispejjeż fissi tagħha (jiġifieri spejjeż li ma jvarjawx skont ir-rata ta' produzzjoni) iżda mill-ispejjeż varjabbli tagħha (jiġifieri spejjeż li jvarjaw skont ir-rata ta' produzzjoni). Wara li jiġġarbu l-ispejjeż fissi u tiġi ffissata l-kapaċità, id-deċiżjonijiet dwar l-ipprezzar u l-output jiġu determinati mill-ispiża varjabbli u mill-kundizzjonijiet tad-domanda. Ara bħala eżempju sitwazzjoni fejn kull waħda minn żewġ kumpaniji tipproduċi żewġ prodotti fuq żewġ linji ta' produzzjoni li joperaw biss b'nofs il-kapaċitajiet tagħhom. Ftehim ta' speċjalizzazzjoni jista' jippermetti li ż-żewġ intrapriżi jispeċjalizzaw fil-produzzjoni ta' wieħed miż-żewġ prodotti u jneħħu t-tieni linja ta' produzzjoni għall-prodott l-ieħor. Fl-istess ħin, l-ispeċjalizzazzjoni tista' tippermetti li l-kumpaniji jnaqqsu l-input varjabbli u l-ispejjeż tal-istokkjar. L-iffrankar tal-aħħar biss ikollu effett dirett fuq id-deċiżjonijiet dwar l-ipprezzar u l-output tal-intrapriżi, billi jinfluwenza l-ispejjeż marġinali tal-produzzjoni. It-tneħħija min-naħa ta' kull intrapriża ta' waħda mil-linji ta' produzzjoni tagħhom ma tnaqqasx l-ispejjeż varjabbli tagħhom u ma jkollhiex impatt fuq l-ispejjeż ta' produzzjoni tagħhom. Għaldaqstant l-intrapriżi jista' jkollhom inċentiv dirett biex jittrasferixxu lill-konsumaturi fl-għamla ta' output ogħla u ta' effiċjenzi fil-prezzijiet aktar baxxi li jnaqqsu l-ispejjeż marġinali, filwaqt li ma jkollhom l-ebda inċentiv dirett ta' din ix-xorta fir-rigward ta' effiċjenzi li jnaqqsu l-ispejjeż fissi. Għalhekk huwa aktar probabbli li l-konsumaturi jirċievu sehem ġust mill-effiċjenzi fl-ispejjeż fil-każ ta' tnaqqis fl-ispejjeż varjabbli milli fil-każ ta' tnaqqis fl-ispejjeż fissi. |
99. |
Il-fatt li l-intrapriżi jista' jkollhom inċentiv biex jittrasferixxu ċerti tipi ta' effiċjenzi fl-ispejjeż ma jimplikax li r-rata ta' trasferiment se tkun neċessarjament ta' 100 %. Ir-rata ta' trasferiment effettiva tiddependi minn kemm il-konsumaturi jirrispondu għall-bidliet fil-prezz, jiġifieri l-elastiċità tad-domanda. Aktar ma tkun kbira ż-żieda fid-domanda kkawżata minn tnaqqis fil-prezz, akbar ma tkun ir-rata ta' trasferiment. Dan isegwi mill-fatt li aktar ma jkun kbir il-bejgħ addizzjonali kkawżat minn tnaqqis fil-prezz minħabba żieda fl-output, aktar ma jkun probabbli li dan il-bejgħ jagħmel tajjeb għat-telf fid-dħul ikkawżat mill-prezz aktar baxx li jirriżulta miż-żieda fl-output. Fin-nuqqas ta' diskriminazzjoni fil-prezzijiet, meta jitbaxxew il-prezzijiet jintlaqtu l-unitajiet kollha mibjugħa mill-intrapriża, f'liema każ id-dħul marġinali jkun inqas mill-prezz miksub għall-prodott marġinali. Jekk l-intrapriżi kkonċernati jistgħu jżommu prezzijiet differenti lil klijenti differenti, jiġifieri jiddiskriminaw fil-prezzijiet, it-trasferiment normalment ikun ta' benefiċċju biss għall-konsumaturi sensittivi għall-prezzijiet (88). |
100. |
Irid jitqies ukoll li ż-żidiet fl-effiċjenza ta' spiss ma jaffettwawx l-istruttura kollha tal-ispejjeż tal-intrapriżi kkonċernati. F'każ ta' din ix-xorta, l-impatt fuq il-prezz għall-konsumaturi huwa mnaqqas. Jekk, pereżempju, ftehim jippermetti li l-partijiet inaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni b'6 %, iżda l-ispejjeż tal-produzzjoni huma biss terz mill-ispejjeż li fuq il-bażi tagħhom jiġu ddeterminati l-prezzijiet, l-impatt fuq il-prezz tal-prodott huwa ta' 2 %, jekk wieħed jassumi li l-ammont sħiħ jiġi trasferit. |
101. |
Fl-aħħar nett, u importanti ferm, huwa neċessarju li jiġu bbilanċjati ż-żewġ forzi opposti li jirriżultaw mir-restrizzjoni għall-kompetizzjoni u mill-effiċjenzi fl-ispejjeż. Min-naħa l-waħda, kwalunkwe żieda fis-setgħa fis-suq ikkawżata mill-ftehim restrittiv tagħti lill-intrapriżi kkonċernati l-abbiltà u l-inċentiv li jgħollu l-prezz. Min-naħa l-oħra, it-tipi ta' effiċjenzi fl-ispejjeż li jitqiesu jistgħu jagħtu lill-intrapriżi kkonċernati inċentiv biex inaqqsu l-prezz, ara l-paragrafu 98 aktar 'il fuq. L-effetti ta' dawn iż-żewġ forzi opposti jridu jkunu bbilanċjati wieħed kontra l-ieħor. Ta' min ifakkar f'dan ir-rigward li l-kundizzjoni tat-trasferiment lill-konsumatur tinkorpora skala li tonqos gradwalment. Meta l-ftehim jikkawża tnaqqis sostanzjali fil-limitazzjoni kompetittiva li jiffaċċjaw il-partijiet, normalment huma meħtieġa effiċjenzi fl-ispejjeż ta' kobor straordinarju biex ikun hemm trasferiment suffiċjenti. |
3.4.3. It-trasferiment u l-ibbilanċjar ta' tipi oħrajn ta' effiċjenzi
102. |
It-trasferiment lill-konsumatur jista' wkoll ikollu l-għamla ta' effiċjenzi kwalitattivi bħal prodotti ġodda u mtejba, fejn jinħoloq valur suffiċjenti għall-konsumaturi biex jikkumpensa għall-effetti antikompetittivi tal-ftehim, inkluża żieda fil-prezz. |
103. |
Kwalunkwe valutazzjoni ta' din ix-xorta neċessarjament teħtieġ ġudizzju tal-valur. Huwa diffiċli li jiġu assenjati valuri preċiżi lill-effiċjenzi dinamiċi ta' din in-natura. Madankollu l-objettiv fundamentali tal-valutazzjoni jibqa' l-istess, jiġifieri li jiġi aċċertat l-impatt kumplessiv tal-ftehim fuq il-konsumaturi fis-suq rilevanti. L-intrapriżi li jippretendu l-benefiċċju tal-Artikolu 81(3) iridu jissostanzjaw li l-konsumaturi jiksbu benefiċċji kumpensatorji (ara f'dan ir-rigward il-paragrafi 57 u 86 aktar 'il fuq). |
104. |
Id-disponibbiltà ta' prodotti ġodda u mtejba tikkostitwixxi sors importanti ta' benesseri tal-konsumatur. Sakemm iż-żieda fil-valur li ġejja minn titjib ta' din ix-xorta tkun akbar minn kwalunkwe dannu minn żamma jew żieda fil-prezz ikkawżata mill-ftehim restrittiv, il-konsumaturi jkunu f'pożizzjoni aħjar milli mingħajr il-ftehim u r-rekwiżit tat-trasferiment lill-konsumatur tal-Artikolu 81(3) normalment ikun issodisfat. F'każijiet li fihom l-effett probabbli tal-ftehim huwa li jżid il-prezzijiet għall-konsumaturi fis-suq rilevanti, irid jiġi vvalutat bir-reqqa jekk l-effiċjenzi pretiżi joħolqux valur reali għall-konsumaturi f'dak is-suq sabiex jikkumpensaw għall-effetti avversi tar-restrizzjoni għall-kompetizzjoni. |
3.5. Ir-raba' kundizzjoni tal-Artikolu 81(3): L-ebda eliminazzjoni tal-kompetizzjoni
105. |
Skont ir-raba' kundizzjoni tal-Artikolu 81(3), il-ftehim ma jridx jagħti lill-intrapriżi kkonċernati l-possibbiltà li jeliminaw il-kompetizzjoni fir-rigward ta' parti sostanzjali tal-prodotti kkonċernati. Fl-aħħar mill-aħħar il-ħarsien tar-rivalità u tal-proċess kompetittiv jingħata prijorità fuq iż-żidiet fl-effiċjenza potenzjalment prokompetittivi li jistgħu jirriżultaw mill-ftehimiet restrittivi. L-aħħar kundizzjoni tal-Artikolu 81(3) tagħraf il-fatt li r-rivalità bejn l-intrapriżi hija xprun essenzjali tal-effiċjenza ekonomika, inklużi l-effiċjenzi dinamiċi fl-għamla tal-innovazzjoni. Fi kliem ieħor, l-għan aħħari tal-Artikolu 81 huwa li jħares il-proċess kompetittiv. Meta l-kompetizzjoni tiġi eliminata, il-proċess kompetittiv jiġi fi tmiemu u ż-żidiet fl-effiċjenza fuq terminu qasir jinqabżu minn telf fuq terminu itwal li jirriżulta, fost l-oħrajn, minn infiq magħmul mill-operatur preeżistenti biex iżomm il-pożizzjoni tiegħu (tiftix ta' renta), minn allokazzjoni ħażina tar-riżorsi, minn tnaqqis fl-innovazzjoni u minn prezzijiet ogħla. |
106. |
Il-kunċett fl-Artikolu 81(3) tal-eliminazzjoni tal-kompetizzjoni rigward parti sostanzjali tal-prodotti kkonċernati huwa kunċett awtonomu tad-dritt Komunitarju speċifiku għall-Artikolu 81(3) (89). Madankollu, fl-applikazzjoni ta' dan il-kunċett huwa neċessarju li titqies ir-relazzjoni bejn l-Artikolu 81 u 82. Skont il-ġurisprudenza stabbilita, l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) ma tistax tipprevjeni l-applikazzjoni tal-Artikolu 82 tat-Trattat (90). Barra minn dan, ladarba l-Artikoli 81 u 82 it-tnejn li huma għandhom l-għan li jżommu kompetizzjoni effettiva fis-suq, il-konsistenza tirrikjedi li l-Artikolu 81(3) jkun interpretat bħala li jipprekludi kwalunkwe applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni għall-ftehimiet restrittivi li jikkostitwixxu abbuż minn pożizzjoni dominanti (91) (92). Madankollu, mhux il-ftehimiet restrittivi kollha li jiġu konklużi minn intrapriża dominanti jikkostitwixxu abbuż minn pożizzjoni dominanti. Pereżempju, dan jiġri meta intrapriża dominanti tkun parti f'intrapriża konġunta b'funzjoni mhux sħiħa (93), li jirriżulta li hija restrittiva għall-kompetizzjoni iżda fl-istess ħin tinvolvi integrazzjoni sostanzjali ta' assi. |
107. |
Jekk il-kompetizzjoni tkunx qiegħda tiġi eliminata fis-sens tal-aħħar kundizzjoni tal-Artikolu 81(3) jiddependi mill-grad ta' kompetizzjoni eżistenti qabel il-ftehim u mill-impatt tal-ftehim restrittiv fuq il-kompetizzjoni, jiġifieri t-tnaqqis fil-kompetizzjoni li jġib il-ftehim. Aktar ma tkun diġà mdgħajfa l-kompetizzjoni fis-suq kkonċernat, aktar se jkun ħafif it-tnaqqis ulterjuri meħtieġ biex il-kompetizzjoni tkun eliminata fis-sens tal-Artikolu 81(3). Barra minn dan, aktar ma jkun kbir it-tnaqqis tal-kompetizzjoni kkawżat mill-ftehim, aktar tkun kbira l-probabbiltà li l-kompetizzjoni fir-rigward ta' parti sostanzjali tal-prodotti kkonċernati tkun f'riskju li tiġi eliminata. |
108. |
L-applikazzjoni tal-aħħar kundizzjoni tal-Artikolu 81(3) teħtieġ analiżi realistika tas-sorsi diversi tal-kompetizzjoni fis-suq, tal-livell ta' limitazzjoni kompetittiva li jimponu fuq il-partijiet għall-ftehim u tal-impatt tal-ftehim fuq din il-limitazzjoni kompetittiva. Iridu jitqiesu kemm il-kompetizzjoni effettiva kif ukoll dik potenzjali. |
109. |
Filwaqt li l-ishma tas-suq huma rilevanti, il-kobor tas-sorsi li jifdal ta' kompetizzjoni effettiva ma jistgħux jiġu vvalutati esklużivament fuq il-bażi ta' sehem mis-suq. Normalment tkun meħtieġa analiżi kwalitattiva u kwantitattiva aktar estensiva. Il-kapaċità tal-kompetituri effettivi li jikkompetu u l-inċentiv tagħhom biex jagħmlu dan iridu jiġu eżaminati. Jekk, pereżempju, il-kompetituri jiffaċċjaw limitazzjonijiet fil-kapaċità jew ikollhom spejjeż tal-produzzjoni relattivament ogħla, ir-reazzjoni kompetittiva tagħhom bilfors se tkun limitata. |
110. |
Fil-valutazzjoni tal-impatt tal-ftehim fuq il-kompetizzjoni huwa wkoll rilevanti li tiġi eżaminata l-influwenza tiegħu fuq il-parametri differenti tal-kompetizzjoni. L-aħħar kundizzjoni għall-eċċezzjoni skont l-Artikolu 81(3) ma tiġix issodisfata, jekk il-ftehim jelimina l-kompetizzjoni f'waħda mill-espressjonijiet l-aktar importanti tagħha. Dan huwa partikolarment il-każ meta ftehim jelimina l-kompetizzjoni fil-prezzijiet (94) jew il-kompetizzjoni fir-rigward tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp ta' prodotti ġodda. |
111. |
Il-kondotta effettiva fis-suq tal-partijiet tista' tagħti idea tal-impatt tal-ftehim. Jekk wara l-konklużjoni tal-ftehim il-partijiet ikunu implimentaw u żammew żidiet sostanzjali fil-prezzijiet jew involvew ruħhom f'kondotta oħra li tindika l-eżistenza ta' grad konsiderevoli ta' setgħa fis-suq, hija indikazzjoni li l-partijiet mhuma soġġetti għall-ebda pressjoni kompetittiva reali u li l-kompetizzjoni ġiet eliminata fir-rigward ta' parti sostanzjali tal-prodotti kkonċernati. |
112. |
L-interazzjoni kompetittiva tal-imgħoddi wkoll jaf tagħti indikazzjoni tal-impatt tal-ftehim fuq l-interazzjoni kompetittiva tal-ġejjieni. Intrapriża tista' tkun kapaċi telimina l-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 81(3) billi tikkonkludi ftehim ma' kompetitur li fl-imgħoddi kien “jaġixxi għal rasu” (95). Ftehim ta' din ix-xorta jista' jibdel l-inċentivi kompetittivi u l-kapaċitajiet tal-kompetitur u b'hekk ineħħi sors importanti tal-kompetizzjoni fis-suq. |
113. |
F'każijiet li jinvolvu prodotti differenzjati, jiġifieri prodotti li huma differenti f'għajnejn il-konsumaturi, l-impatt tal-ftehim jista' jiddependi mir-relazzjoni kompetittiva bejn il-prodotti mibjugħa mill-partijiet għall-ftehim. Meta l-intrapriżi joffru prodotti differenzjati, il-limitazzjoni kompetittiva li l-prodotti individwali jimponu fuq xulxin hija differenti skont il-grad ta' sostitwibilità ta' bejniethom. Għalhekk irid jitqies x'inhu l-grad ta' sostitwibilità bejn il-prodotti li joffru l-partijiet, jiġifieri x'inhi l-limitazzjoni kompetittiva li jimponu fuq xulxin. Aktar ma l-prodotti tal-partijiet għall-ftehim ikunu sostituti mill-qrib ta' xulxin, aktar ikun kbir l-effett restrittiv probabbli tal-ftehim. Fi kliem ieħor, aktar ma l-prodotti jkunu sostitwibbli, aktar tkun kbira l-bidla probabbli li jġib il-ftehim f'termini ta' restrizzjoni għall-kompetizzjoni fis-suq, u aktar ma jkun probabbli li l-kompetizzjoni fir-rigward ta' parti sostanzjali tal-prodotti kkonċernati tkun f'riskju li tiġi eliminata. |
114. |
Filwaqt li s-sorsi tal-kompetizzjoni effettiva s-soltu jkunu l-aktar importanti, għaliex huma l-aktar li jistgħu faċilment jiġu vverifikati, is-sorsi tal-kompetizzjoni potenzjali jridu jitqiesu wkoll. Il-valutazzjoni tal-kompetizzjoni potenzjali teħtieġ analiżi tal-ostakli għad-dħul li jiffaċċjaw l-intrapriżi li mhumiex qegħdin diġà jikkompetu fis-suq rilevanti. Kwalunkwe affermazzjoni mill-partijiet li hemm ostakli baxxi għad-dħul fis-suq trid tkun appoġġjata minn informazzjoni li tidentifika s-sorsi tal-kompetizzjoni potenzjali u l-partijiet iridu wkoll jissostanzjaw għaliex dawn is-sorsi jikkostitwixxu pressjoni kompetittiva reali fuq il-partijiet. |
115. |
Fil-valutazzjoni tal-ostakli għad-dħul u tal-possibbiltà reali għal dħul ġdid fuq skala sinifikanti, huwa rilevanti li, fost l-oħrajn, jiġi eżaminat dan li ġej:
|
116. |
Il-prinċipji ta' hawn fuq jistgħu jiġu spjegati b'dawn l-eżempji ipotetiċi li ġejjin, li mhumiex maħsuba biex jistabbilixxu l-limiti: Id-ditta A tagħmel il-birra, u għandha 70 % tas-suq rilevanti, li jinkludi l-bejgħ tal-birra permezz tal-kafetteriji u ta' stabbilimenti oħrajn kummerċjali. Matul l-aħħar ħames (5) snin, A żiedet is-sehem mis-suq tagħha minn 60 %. Hemm erba' kompetituri oħrajn fis-suq, B, Ċ, D u E li għandhom ishma mis-suq ta' 10 %, 10 %, 5 % u 5 %. Dan l-aħħar ma seħħ l-ebda dħul ġdid u l-bidliet fil-prezzijiet implimentati minn A ġeneralment ġew segwiti mill-kompetituri. A tikkonkludi ftehimiet ma' 20 % tal-istabbilimenti kummerċjali li jirrappreżentaw 40 % tal-volumi tal-bejgħ li permezz tagħhom il-partijiet kontraenti jimpenjaw ruħhom li jixtru l-birra biss mingħand A għal perjodu ta' ħames (5) snin. Il-ftehimiet iżidu l-ispejjeż u jnaqqsu d-dħul għar-rivali, li jiġu esklużi mill-ħwienet l-aktar attraenti. Minħabba l-pożizzjoni fis-suq ta' A, li ssaħħet f'dawn l-aħħar snin, in-nuqqas ta' dħul ġdid u l-pożizzjoni diġà dgħajfa tal-kompetituri, x'aktarx li l-kompetizzjoni fis-suq hija eliminata fis-sens tal-Artikolu 81(3). Id-ditti tat-trasport bil-baħar A, B, Ċ u D, li b'mod kollettiv għandhom aktar minn 70 % tas-suq rilevanti, jikkonkludu ftehim li permezz tiegħu jaqblu li jikkoordinaw l-iskedi u t-tariffi tagħhom. Wara l-implimentazzjoni tal-ftehim, il-prezzijiet jogħlew bejn 30 % u 100 %. Hemm erba' fornituri oħrajn, bl-akbar wieħed għandu madwar 14 % tas-suq rilevanti. Ma kien hemm l-ebda dħul ġdid f'dawn l-aħħar snin u l-partijiet għall-ftehim ma tilfux sehem sinifikanti mis-suq wara ż-żidiet fil-prezzijiet. Il-kompetituri eżistenti ma ġabu l-ebda kapaċità ġdida sinifikanti fis-suq u ma kien hemm l-ebda dħul ġdid. Fid-dawl tal-pożizzjoni tal-partijiet fis-suq u tan-nuqqas ta' reazzjoni kompetittiva għall-kondotta konġunta tagħhom, jista' raġonevolment jiġi konkluż li l-partijiet għall-ftehim mhumiex soġġetti għal pressjoni kompetittiva reali u li l-ftehim jagħtihom il-possibbiltà li jeliminaw il-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 81(3). A huwa produttur ta' tagħmir elettriku għall-utenti professjonali b'sehem mis-suq ta' 65 % ta' suq nazzjonali rilevanti. B huwa manifattur f'kompetizzjoni b'sehem mis-suq ta' 5 % li żviluppa tip ġdid ta' mutur li huwa aktar b'saħħtu filwaqt li jikkonsma inqas elettriku. A u B jikkonkludu ftehim li permezz tiegħu jistabbilixxu intrapriża konġunta tal-produzzjoni biex jipproduċu l-mutur il-ġdid. B jimpenja ruħu li jagħti liċenzja esklużiva lill-intrapriża konġunta. L-intrapriża konġunta tikkombina t-teknoloġija l-ġdida ta' B mal-proċess effiċjenti tal-manifattura u tal-kontroll tal-kwalità ta' A. Hemm kompetitur wieħed ieħor ewlieni li għandu 15 % tas-suq. Kompetitur ieħor b'sehem mis-suq ta' 5 % dan l-aħħar ġie akkwistat minn Ċ, produttur internazzjonali ewlieni tat-tagħmir tal-elettriku f'kompetizzjoni, proprjetarju huwa stess ta' teknoloġiji effiċjenti. Sa issa Ċ ma kienx attiv fis-suq l-aktar minħabba l-fatt li l-preżenza u l-għoti ta' servizzi lokali huma mixtieqa mill-klijenti. Permezz tal-akkwist, Ċ jikseb aċċess għall-organizzazzjoni tas-servizzi meħtieġa biex jippenetra s-suq. X'aktarx li d-dħul ta' Ċ jiżgura li l-kompetizzjoni mhijiex qiegħda tiġi eliminata. |
(1) F'dan li ġej, it-terminu “ftehim” jinkludi l-prattiki miftiehma u d-deċiżjonijiet tal-assoċjazzjonijiet ta' intrapriżi.
(2) ĠU L 1, 2003, p. 1.
(3) Ir-regolamenti ta' eżenzjoni ta' kategorija u l-avviżi kollha eżistenti tal-Kummissjoni huma disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kompetizzjoni: http://www.europa.eu.int/comm/dgs/competition.
(4) Ara l-paragrafu 36 aktar 'l isfel.
(5) Ara l-Avviż tal-Kummissjoni rigward il-Linji gwida dwar it-trażżin vertikali (ĠU C 291, 2000, p. 1), l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat għal ftehimiet ta' kooperazzjoni orizzontali (ĠU C 3, 2001, p. 2), u l-Avviż tal-Kummissjoni rigward il-Linji Gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat għall-ftehimiet ta' trasferiment tat-teknoloġija, li għadu ma ġiex ippubblikat.
(6) Il-kunċett tal-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri huwa ttrattat f'linji gwida separati.
(7) F'dan li ġej il-kelma “restrizzjoni” tinkludi l-prevenzjoni u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni.
(8) Skont l-Artikolu 81(2) ftehimiet ta' din ix-xorta huma awtomatikament mingħajr effett.
(9) L-Artikolu 81(1) jipprojbixxi effetti antikompetittivi kemm effettivi kif ukoll potenzjali, ara pereż., il-Kawża C-7/95 P, John Deere, [1998] Ġabra I-3111, il-paragrafu 77.
(10) Ara l-Kawża T-65/98, Van den Bergh Foods, [2003] Ġabra II-, il-paragrafu 107 u l-Kawża T-112/99, Métropole télévision (M6) u oħrajn, [2001] Ġabra II-2459, il-paragrafu 74, fejn il-Qorti tal-Prim'Istanza ddikjarat li huwa biss fil-qafas preċiż tal-Artikolu 81(3) li l-aspetti favur u kontra l-kompetittività ta' restrizzjoni jistgħu jintiżnu.
(11) Ara n-nota 5 aktar 'il fuq.
(12) Ara pereż., il-Kawża C-49/92 P, Anic Partecipazioni, [1999] Ġabra I-4125, il-paragrafu 116; u l-Kawżi Konġunti minn 40/73 sa 48/73 u oħrajn, Suiker Unie, [1975] Ġabra paġna 1663, il-paragrafu 173.
(13) Ara f'dan ir-rigward il-paragrafu 108 tas-sentenza f'Anic Partecipazioni ċċitat fin-nota ta' qabel u l-Kawża C-277/87, Sandoz Prodotti, [1990] Ġabra I-45.
(14) Ara f'dan ir-rigward pereż., il-Kawża 14/68, Walt Wilhelm, [1969] Ġabra 1, u aktar reċenti l-Kawża T-203/01, Michelin (II), [2003] Ġabra II-, il-paragrafu 112.
(15) Ara l-Kawżi konġunti T-25/95 u oħrajn, Cimenteries CBR, [2000] Ġabra II-491, il-paragrafi 1849 u 1852; u l-Kawżi Konġunti T-202/98 u oħrajn, British Sugar, [2001] Ġabra II-2035, il-paragrafi minn 58 sa 60.
(16) Ara f'dak is-sens il-Kawża C-453/99, Courage v Crehan, [2001] Ġabra I-6297, u l-paragrafu 3444 tas-sentenza f'Cimenteries CBR iċċitata fin-nota ta' qabel.
(17) Ara f'dan ir-rigward il-Kawżi konġunti C-2/01 P u C-3/01 P, Bundesverband der Arzneimittel-Importeure, [2004] Ġabra I-, il-paragrafu 102.
(18) Ara pereż., il-Kawżi Konġunti 25/84 u 26/84, Ford, [1985] Ġabra 2725.
(19) Ara f'dan ir-rigward il-paragrafu 141 tas-sentenza f'Bundesverband der Arzneimittel-Importeure ċċitata fin-nota 17.
(20) Ara l-Kawża 56/65, Société Technique Minière, [1966] Ġabra 337, u l-paragrafu 76 tas-sentenza f'John Deere, iċċitata fin-nota 9.
(21) Ara f'dan ir-rigward pereż., il-Kawżi Konġunti 56/64 u 58/66, Consten u Grundig, [1966] Ġabra 429.
(22) Ara f'dan ir-rigward pereż., id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni f'Elopak/Metal Box – Odin (ĠU L 209, 1990, p. 15), u f'TPS (ĠU L 90, 1999, p. 6).
(23) Ara f'dan ir-rigward is-sentenza f' Société Technique Minière ċċitata fin-nota 20 u l-Kawża 258/78, Nungesser, [1982] Ġabra 2015.
(24) Ara r-regola 10 fil-paragrafu 119 tal-Linji Gwida dwar it-trażżin vertikali ċċitat fin-nota 5 aktar 'il fuq, skont liema, fost l-oħrajn, ir-restrizzjonijiet fuq il-bejgħ passiv – restrizzjoni assolutament ipprojbita – huma ddikjarati li jaqgħu barra l-Artikolu 81(1) għal perjodu ta' sentejn meta r-restrizzjoni tkun marbuta mal-ftuħ ta' swieq ta' prodott ġdid jew swieq ġeografiċi ġodda.
(25) Ara pereż. il-paragrafu 99 tas-sentenza f'Anic Partecipazioni ċċitata fin-nota 12.
(26) Ara l-paragrafu 46 aktar 'l isfel.
(27) Ara l-Kawżi Konġunti 29/83 u 30/83, CRAM u Rheinzink, [1984] Ġabra 1679, il-paragrafu 26, u l-Kawżi Konġunti 96/82 u oħrajn, ANSEAU-NAVEWA, [1983] Ġabra 3369, il-paragrafi 23-25.
(28) Ara l-Linji gwida dwar il-ftehimiet ta' kooperazzjoni orizzontali, iċċitati fin-nota 5, il-paragrafu 25, u l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni 2658/2000 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta' ftehim ta' speċjalizzazzjoni (ĠU L 304, 2000, p. 3).
(29) Ara l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni 2790/1999 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta' ftehim vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU L 336, 1999, p. 21), u l-Linji Gwida dwar it-Trażżin Vertikali, iċċitati fin-nota 5, il-paragrafu 46 et seq. Ara wkoll il-Kawża 279/87, Tipp-Ex, [1990] Ġabra I-261, u l-Kawża T-62/98, Volkswagen vs il-Kummissjoni, [2000] Ġabra II-2707, il-paragrafu 178.
(30) Ara l-paragrafu 77 tas-sentenza f'John Deere ċċitata fin-nota 9.
(31) Mhuwiex suffiċjenti minnu nnifsu li l-ftehim jirrestrinġi l-libertà ta' azzjoni ta' parti waħda jew aktar, ara l-paragrafi 76 u 77 tas-sentenza f'Métropole television (M6) iċċitata fin-nota 10. Dan jikkonforma mal-fatt li l-objettiv tal-Artikolu 81 huwa li jħares il-kompetizzjoni fis-suq għall-benefiċċju tal-konsumaturi.
(32) Ara pereż., il-Kawża 5/69, Völk, [1969] Ġabra 295, il-paragrafu 7. Gwida dwar il-kwistjoni tal-apprezzabilità tinsab fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar ftehimiet ta' importanza minuri li ma jirrestrinġux il-kompetizzjoni b'mod apprezzabbli taħt l-Artikolu 81(1) tat-Trattat (ĠU C, 368, 2001, p. 13). L-avviż jiddefinixxi l-apprezzabilità b'mod negattiv. Il-ftehimiet, li jaqgħu barra l-ambitu tal-avviż de minimis, mhux neċessarjament ikollhom effetti restrittivi apprezzabbli. Hija meħtieġa valutazzjoni individwali.
(33) Ara f'dan ir-rigward il-Kawżi Konġunti T-374/94 u oħrajn, European Night Services, [1998] Ġabra II-3141.
(34) Ara n-nota 32.
(35) Ara f'dan ir-rigward l-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-iskopijiet tad-dritt Komunitarju tal-kompetizzjoni (ĠU C 372, 1997, p. 1).
(36) Għar-referenza fil-ĠU ara n-nota 5.
(37) Ara l-paragrafu 104 tas-sentenza f'Métropole télévision (M6) u oħrajn, iċċitata fin-nota 10.
(38) Ara pereż, il-Kawża C-399/93, Luttikhuis, [1995] Ġabra I-4515, il-paragrafi minn 12 sa 14.
(39) Ara f'dan ir-rigward il-paragrafi 118 et seq. tas-sentenza f'Métropole television iċċitata fin-nota 10.
(40) Ara l-paragrafu 107 tas-sentenza f'Métropole télévision iċċitata fin-nota 10.
(41) Ara pereż., id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni f'Elopak/Metal Box – Odin iċċitata fin-nota 22.
(42) Ara l-Kawża 161/84, Pronuptia, [1986] Ġabra 353.
(43) Ara n-nota 22. Id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata mill-Qorti tal-Prim'Istanza fis-sentenza f'Métropole télévision (M6) iċċitata fin-nota 10.
(44) L-iffrankar tal-ispejjeż u gwadanji oħra għall-partijiet li jirriżultaw mis-sempliċi eżerċizzju tas-setgħa fis-suq mill-partijiet ma jwasslux għal benefiċċji oġġettivi u ma jistgħux jitqiesu, ara l-paragrafu 49 aktar 'l isfel.
(45) Ara s-sentenza f'Consten u Grundig, iċċitata fin-nota 21.
(46) Il-fatt li ftehim jaqa' f'kategorija eżentata minnu nnifsu ma jindikax li l-ftehim individwali jaqa' fl-ambitu tal-Artikolu 81(1).
(47) Ara pereż., il-Kawża C-234/89, Delimitis, [1991] Ġabra I-935, il-paragrafu 46.
(48) L-Artikolu 36(4) tar-Regolament 1/2003, fost l-oħrajn, ħassar l-Artikolu 5 tar-Regolament 1017/68 li japplika r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma intern. Madankollu, il-prattika tal-Kummissjoni fil-każijiet adottati skont ir-Regolament 1017/68 tibqa' rilevanti għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) fis-settur tat-trasport intern.
(49) Ara l-paragrafu 42 aktar 'l isfel.
(50) Ara s-sentenza f'Société Technique Miniere ċċitata fin-nota 20.
(51) Ara f'dan ir-rigward il-Kawża 319/82, Kerpen & Kerpen, [1983] Ġabra 4173, il-paragrafi 11 u 12.
(52) Ara pereż., il-Kawża T-185/00 u oħrajn, Métropole télévision SA (M6), [2002] Ġabra II-3805, il-paragrafu 86, il-Kawża T-17/93, Matra, Ġabra [1994] II-595, il-paragrafu 85; u l-Kawżi Konġunti 43/82 u 63/82, VBVB u VBBB, [1984] Ġabra 19, il-paragrafu 61.
(53) Ara l-Kawża T-213/00, CMA CGM u oħrajn, [2003] Ġabra II-, il-paragrafu 226.
(54) Ara f'dak is-sens b'mod impliċitu l-paragrafu 139 tas-sentenza Matra ċċitata fin-nota 52, u l-Kawża 26/76, Metro (I), [1977] Ġabra 1875, il-paragrafu 43.
(55) Dwar il-kunċett ta' konsumaturi, ara l-paragrafu 84 aktar 'l isfel li fih jiġi ddikjarat li l-konsumaturi huma l-klijenti tal-partijiet u x-xerrejja sussegwenti. Il-partijiet stess mhumiex “konsumaturi” għall-iskopijiet tal-Artikolu 81(3).
(56) It-test huwa speċifiku għas-suq, ara f'dak is-sens il-Kawża T-131/99, Shaw, [2002] Ġabra II-2023, il-paragrafu 163, li fiha l-Qorti tal-Prim'Istanza ddikjarat li l-valutazzjoni skont l-Artikolu 81(3) kellha ssir fl-istess qafas analitiku bħal dak użat biex jiġu vvalutati l-effetti restrittivi, u l-Kawża C-360/92 P, Publishers Association, [1995] Ġabra I-23, il-paragrafu 29, li fiha f'każ li fih is-suq rilevanti kien usa' minn skala nazzjonali, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li fl-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) ma kienx korrett li jitqiesu biss l-effetti tat-territorju nazzjonali.
(57) Fil-Kawża T-86/95, Compagnie Générale Maritime u oħrajn, [2002] Ġabra II-1011, il-paragrafi minn 343 sa 345, il-Qorti tal-Prim'Istanza ddikjarat li l-Artikolu 81(3) ma jirrikjedix li l-benefiċċji jkunu marbuta ma' suq speċifiku u li f'każijiet xierqa jridu jitqiesu l-benefiċċji “għal kull suq ieħor li l-ftehim inkwistjoni jista' jkollu effetti ta' benefiċċju fuqu, u anki, f'sens aktar ġenerali, għal kwalunkwe servizz li l-kwalità jew l-effiċjenza tiegħu tista' tittejjeb bl-eżistenza ta' dak il-ftehim”. Madankollu f'dan il-każ huwa ta' importanza li l-grupp ta' konsumaturi affettwati kien l-istess. Il-każ kien jikkonċerna s-servizzi tat-trasport intermodali li kienu jinkludu, fost l-oħrajn, it-trasportazzjoni interna u marittima provdut lill-kumpaniji tat-tbaħħir madwar il-Komunità. Ir-restrizzjonijiet kienu relatati mas-servizzi tat-trasport intern, li kien iddikjarat li jikkostitwixxu suq separat, filwaqt li kien sostnut li l-benefiċċji kienu jseħħu f'relazzjoni mas-servizzi tat-trasport marittimu. Iż-żewġ servizzi kienu mitluba minn spedituri li kienu jirrikjedu servizzi ta' trasport intermodali bejn l-Ewropa ta' Fuq u l-Asja tax-Xlokk u tal-Lvant. Is-sentenza f'CMA CGM, iċċitata fin-nota 53 aktar 'il fuq, ikkonċernat ukoll sitwazzjoni li fiha l-ftehim, filwaqt li jkopri diversi servizzi distinti, affettwa l-istess grupp ta' konsumaturi, jiġifieri l-ispedituri ta' merkanzija ttrasportata fil-kontejners bejn l-Ewropa ta' Fuq u l-Lvant Imbiegħed. Skont il-ftehim, il-partijiet iffissaw l-imposti u l-ħlasijiet addizzjonali relatati mas-servizzi tat-trasport intern, mas-servizzi fil-portijiet u mas-servizzi tat-trasport marittimu. Il-Qorti tal-Prim'Istanza ddikjarat (ara l-paragrafi minn 226 sa 228) li fiċ-ċirkostanzi tal-każ ma kien hemm l-ebda ħtieġa li jiġu definiti s-swieq rilevanti għall-iskop tal-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3). Il-ftehim kien restrittiv għall-kompetizzjoni minħabba l-għan tiegħu stess u ma kien hemm l-ebda benefiċċju għall-konsumaturi.
(58) Ara l-paragrafi 126 u 132 tal-Linji Gwida dwar il-ftehimiet ta' kooperazzjoni orizzontali ċċitati fin-nota 5 aktar 'il fuq.
(59) Ara s-sentenza Ford iċċitata fin-nota 18.
(60) Ara, f'dan ir-rigward, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni f'TPS (ĠU L 90, 1999, p. 6). B'mod simili l-projbizzjoni tal-Artikolu 81(1) tapplika biss sakemm il-ftehim ikollu objettiv restrittiv jew effetti restrittivi.
(61) Ara l-paragrafu 85 tas-sentenza Matra ċċitata fin-nota 52.
(62) Dwar din il-kundizzjoni ara l-paragrafu 49 aktar 'l isfel.
(63) Ara pereż., il-Kawża T-29/92, Vereniging van Samenwerkende Prijsregelende Organisaties in de Bouwnijverheid (SPO), [1995] Ġabra II-289.
(64) Ara pereż., il-Kawża 258/78, Nungesser, [1982] Ġabra 2015, il-paragrafu 77, dwar il-protezzjoni territorjali assoluta.
(65) Ara, f'dan ir-rigward pereż. is-sentenza f'SPO iċċitata fin-nota 63.
(66) Il-miżuri nazzjonali, fost l-oħrajn, iridu jikkonformaw mar-regoli tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi, tal-persuni u tal-kapital.
(67) Ara pereż. is-sentenza f'Consten u Grundig iċċitata fin-nota 21.
(68) Ara, f'dan ir-rigward, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni f'Van den Bergh Foods (ĠU L 246, 1998, p. 1).
(69) Ara, f'dan ir-rigward, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fi Glaxo Wellcome (ĠU L 302, 2001, p. 1).
(70) Ara pereż. id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni f'GEAE/P&W (ĠU L 58, 2000, p. 16); fi British Interactive Broadcasting/Open (ĠU L 312, 1999, p. 1); u f'Asahi/Saint Gobain (ĠU L 354, 1994, p. 87).
(71) Ara pereż., id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni f'Atlas (ĠU L 239, 1996, p. 23), u f'Phoenix/Global One (ĠU L 239, 1996, p. 57).
(72) Ara pereż. id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni f'Uniform Eurocheques (ĠU L 35, 1985, p. 43).
(73) Ara pereż. id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni f'Cégétel + 4 (ĠU L 88, 1999, p. 26).
(74) Dwar il-kwistjoni ta' qabel, li tista' tkun rilevanti fil-kuntest tal-Artikolu 81(1), ara l-paragrafu 18 aktar 'il fuq.
(75) L-ekonomiji ta' skala huma normalment eżawriti f'xi punt jew ieħor. Wara dan, l-ispejjeż medji jistabbilizzaw ruħhom u eventwalment jiżdiedu minħabba, pereżempju, limitazzjonijiet u restrizzjonijiet tal-kapaċità.
(76) Ara, f'dan ir-rigward, il-paragrafi minn 392 sa 395 tas-sentenza f'Compagnie Générale Maritime ċċitata fin-nota 57.
(77) Għal aktar dettal ara l-paragrafu 116 tal-Linji Gwida dwar it-Trażżin Vertikali ċċitati fin-nota 5.
(78) Ara l-Kawżi Konġunti T-374/94 u oħrajn, European Night Services, [1998] Ġabra II-3141, il-paragrafu 230.
(79) Ara r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2790/1999 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta' ftehim vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU L 336, 1999, p. 21).
(80) Ara, f'dan ir-rigward, is-sentenza f'Consten u Grundig iċċitata fin-nota 21, li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li t-titjib fis-sens tal-ewwel kundizzjoni tal-Artikolu 81(3) irid juri vantaġġi oġġettivi apprezzabbli ta' natura tali li tikkumpensa għall-iżvantaġġi li jikkawżaw fil-qasam tal-kompetizzjoni.
(81) Ta' min ifakkar li l-effetti pożittivi u negattivi fuq il-konsumaturi, fil-prinċipju, huma bbilanċjati f'kull suq rilevanti (ara l-paragrafu 43 aktar 'il fuq).
(82) Ara, f'dan ir-rigward, il-paragrafu 48 tas-sentenza f'Metro (I) iċċitata fin-nota 54.
(83) Ara l-paragrafu 163 tas-sentenza f'Shaw iċċitata fin-nota 56.
(84) Fit-taqsimiet li ġejjin, għall-konvenjenza, id-dannu kompetittiv jissemma f'termini ta' prezzijiet ogħla; id-dannu kompetittiv jista' jfisser ukoll kwalità aktar baxxa, inqas varjetà jew inqas innovazzjoni milli kien iseħħ b'mod ieħor.
(85) Fi swieq perfettament kompetittivi, l-intrapriżi individwali jkunu dawk li jimxu mal-prezzijiet. Ibigħu l-prodotti tagħhom bil-prezz tas-suq, li huwa ddeterminat mill-provvista u mid-domanda kumplessivi. L-output tal-intrapriża individwali jkun tant żgħir li kwalunkwe bidla fl-output ta' intrapriża individwali ma taffettwax il-prezz fis-suq.
(86) L-intrapriżi jagħmlu kollużjoni bejniethom b'mod taċitu meta f'suq oligopolistiku jkunu jistgħu jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom fis-suq mingħajr ma jirrikorru għal ftehim espliċitu ta' kartell.
(87) Dan it-terminu jirreferi għall-intrapriżi li jillimitaw l-imġiba rigward l-ipprezzar ta' intrapriżi oħrajn fis-suq li kieku kien mod ieħor jaf kienu jagħmlu kollużjoni b'mod taċitu.
(88) Il-ftehim restrittiv jista' wkoll jippermetti li l-intrapriżi inkwistjoni jżommu prezz ogħla lill-klijenti b'elastiċità baxxa tad-domanda.
(89) Ara l-Kawżi Konġunti T-191/98, T-212/98 u T-214/98, Atlantic Container Line (TACA), [2003] Ġabra II-, il-paragrafu 939, u l-Kawża T-395/94, Atlantic Container Line, [2002] Ġabra II-875, il-paragrafu 330.
(90) Ara l-Kawżi Konġunti C-395/96 P u C-396/96 P, Compagnie maritime belge, [2000] Ġabra I-1365, il-paragrafu 130. B'mod simili, l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) ma tipprevenix l-applikazzjoni tar-regoli tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi, tal-persuni u tal-kapital. Dawn id-dispożizzjonijiet f'ċerti ċirkostanzi huma applikabbli għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma fis-sens tal-Artikolu 81(1), ara f'dak is-sens il-Kawża C-309/99, Wouters, [2002] Ġabra I-1577, il-paragrafu 120.
(91) Ara f'dan ir-rigward il-Każ T-51/89, Tetra Pak (I), [1990] Ġabra II-309, u l-Kawżi Konġunti T-191/98, T-212/98 u T-214/98, Atlantic Container Line (TACA), [2003] Ġabra II-, il-paragrafu 1456.
(92) Dan huwa kif il-paragrafu 135 tal-Linji Gwida dwar it-Trażżin Vertikali u l-paragrafi 36, 71, 105, 134 u 155 tal-Linji Gwida dwar il-ftehimiet ta' kooperazzjoni orizzontali, iċċitati fin-nota 5, għandhom jinftiehmu meta jiddikjaraw li, fil prinċipju, il-ftehimiet restrittivi konklużi minn intrapriżi dominanti ma jistgħux jiġu eżentati.
(93) L-intrapriżi konġunti b'funzjoni sħiħa, jiġifieri intrapriżi konġunti li jwettqu fuq bażi dejjiema l-funzjonijiet kollha ta' entità ekonomika awtonoma, huma koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 257, 1990, p. 13).
(94) Ara l-paragrafu 21 tas-sentenza f'Metro (I) iċċitata fin-nota 54.
(95) Ara l-paragrafu 97 aktar 'il fuq.
(96) Ara, f'dan ir-rigward, il-Kawża T-228/97, Irish Sugar, [1999] Ġabra II-2969, il-paragrafu 101.