|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 372A |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 372 A/01 |
|
MT |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
11.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 372/1 |
Avviż ta’ Post Battal għall-Pożizzjoni ta’ Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) — Helsinki (Aġent Temporanju — Grad AD 14)
COM/2016/20017
(2016/C 372 A/01)
Min aħna
L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) li twaqqfet fl-1 ta’ Ġunju 2007 mir-Regolament REACH u li tinsab f’Helsinki, il-Finlandja, għandha rwol ċentrali fl-implimentazzjoni tar-Regolamenti REACH, CLP, BPR u PIC.
Ir-REACH (1) huwa r-Regolament dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi. Dan daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2007. Huwa jissimplifika u jtejjeb il-qafas legislattiv preċedenti dwar is-sustanzi kimiċi tal-Unjoni Ewropea. Id-dispożizzjonijiet taħt l-Artikoli 75 sa 111 tar-REACH jirregolaw il-funzjonament tal-Aġenzija u jiddeskrivu l-kompiti li għandha twettaq.
Is-CLP (2) huwa r-Regolament dwar il-Klasifikazzjoni, l-Ittikkettar u l-Imballaġġ tas-sustanzi. Dan daħal fis-seħħ fl-20 ta’ Jannar 2009. L-Artikolu 50 tar-Regolament jiddeskrivi l-kompiti tal-Aġenzija.
Il-BPR (3) huwa r-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali li daħal fis-seħħ fl-2013 u li jikkonċerna t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, li jintużaw biex jipproteġu lill-bniedem, lill-annimali, lill-materjali jew lill-oġġetti kontra organiżmi ta’ ħsara, bħalma huma l-pesti jew il-batterji, bl-azzjoni tas-sustanzi attivi li jinsabu fil-prodott bijoċidali. Id-dispożizzjonijiet taħt l-Artikolu 74 tal-BRP jiddeskrivu r-rwol tal-Aġenzija.
Il-PIC (4) huwa r-Regolament dwar Kunsens Infurmat minn Qabel li daħal fis-seħħ fl-2014 u li jamministra l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ ċerti sustanzi kimiċi perikolużi u li jimponi obbligi fuq il-kumpaniji li jkunu jixtiequ jesportaw dawn is-sustanzi kimiċi lejn pajjiżi li mhumiex fl-UE. Dan jimplimenta, fl-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali. Id-dispożizzjonijiet taħt l-Artikolu 6 tal-PIC jiddeskrivu l-kompiti li għandhom jitwettqu mill-Aġenzija.
Għal aktar informazzjoni kkonsulta dan is-sit web:
http://www.ECHA.europa.eu/
Nipproponu
Id-Direttur Eżekuttiv huwa r-rappreżentant legali u l-wiċċ pubbliku tal-ECHA u huwa responsabbli lejn il-Bord tat-Tmexxija tal-ECHA, imwaqqaf mill-Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li jwaqqaf l-Aġenzija. Huwa jmexxi u jimmaniġġja l-ECHA u jassumi r-responsabbiltà globali għall-operazzjonijiet tagħha filwaqt li jiżgura li jintlaħqu l-objettivi tal-ECHA.
Id-Direttur Eżekuttiv ikun kompletament indipendenti fil-prestazzjoni fid-dmirijiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Bord tat-Tmexxija.
Id-Direttur Eżekuttiv ikun responsabbli għal:
|
— |
l-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-Aġenzija b’baġit fl-2016 ta’ madwar EUR 107 miljun u persunal ta’ 591, |
|
— |
l-immaniġġjar tal-ECHA f’konformità mad-dispożizzjonijiet bażi fir-Regolament REACH u mal-leġiżlazzjoni applikabbli fis-seħħ u mad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija tagħha, |
|
— |
ir-responsabbiltà ġenerali għall-immaniġġjar effettiv u effiċjenti tal-persunal tal-EMA, u t-trawwim ta’ spirtu ta’ tim u ambjent tax-xogħol tajbin, |
|
— |
l-immaniġġjar tar-riżorsi kollha tal-Aġenzija li huma neċessarji għat-twettiq tal-attivitajiet tal-korpi tagħha, inkluża d-disponibbiltà ta’ sostenn xjentifiku u tekniku xieraq, |
|
— |
it-tfassil tal-Istrateġija u l-abbozzi tal-Programmi ta’ Ħidma tal-ECHA, u r-rappurtar dwar id-direzzjoni u l-proċeduri għat-tfassil ta’ politika lill-Bord tat-Tmexxija, |
|
— |
ir-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tal-Programmi ta’ Ħidma u d-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tat-Tmexxija, |
|
— |
il-provvista tas-segretarjat lill-Bord tat-Tmexxija, |
|
— |
ir-responsabbiltà ġenerali għall-prestazzjoni ġenerali tal-kompiti assenjati lill-ECHA li jinkludu s-superviżjoni tal-kwalità tal-kontroll intern tagħha u tas-sistemi ta’ mmaniġġjar, |
|
— |
it-tħejjija u l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-ECHA f’konformità mar-Regolament Finanzjarju Qafas (5) għall-aġenziji u l-iżgurar li jkun immaniġġjat b’mod effiċjenti u f’konformità mal-prinċipju tal-amministrazzjoni finanzjarja tajba, |
|
— |
ir-responsabbiltà ġenerali għall-kwistjonijiet finanzjarji tal-ECHA inkluż, fost l-oħrajn, il-kontijiet finali u d-deċiżjonijiet ta’ finanzjament, |
|
— |
ir-rappreżentazzjoni tal-ECHA u l-komunikazzjoni mal-firxa tal-partijiet interessati u l-pubbliku fuq il-kwistjonijiet kollha fi ħdan il-mandat tal-Aġenzija, |
|
— |
l-iżgurar tal-kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri kif ukoll mal-korpi kompetenti fl-Istati Membri li jwettqu kompiti simili għal dawk tal-ECHA, |
|
— |
l-iżgurar li jinżammu l-iskadenzi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-adozzjoni tal-opinjonijiet mill-Aġenzija, |
|
— |
l-iżgurar ta’ koordinazzjoni xierqa bejn il-kumitajiet tagħha. |
X’qegħdin infittxu (il-kriterji tal-għażla)
Il-kandidati għandu jkollhom:
(a) Esperjenza maniġerjali, u b’mod partikolari:
|
— |
kapacità li jmexxu organizzazzjoni, kemm fuq livell strateġiku kif ukoll fuq livell ta’ mmaniġġjar operazzjonali, |
|
— |
kapaċità eċċellenti li jiżviluppaw u jimplimentaw viżjoni strateġika, jistipulaw objettivi u jimmotivaw u jmexxu lin-nies f’ambjent multikulturali u multilingwi, |
|
— |
ħiliet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tajbin ħafna, inkluża l-kapaċità li jieħdu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet kumplessi, |
|
— |
esperjenza ppruvata fl-immaniġġjar baġitarju, finanzjarju u tar-riżorsi umani f’kuntest nazzjonali, Ewropew u/jew internazzjonali, |
|
— |
viżjoni ċara biex jippromwovu l-missjoni tal-ECHA li jwasslu benefiċċji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kif ukoll għall-innovazzjoni u l-kompetittività u biex japplikaw il-prinċipji ta’ gwida tagħha ta’ ftuħ, trasparenza, indipendenza u eċċellenza xjentifika. |
(b) Għarfien tekniku, u b’mod partikolari:
|
— |
għarfien tajjeb dwar is-saħħa, l-ambjent, l-innovazzjoni u d-dimensjonijiet tas-suq intern tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar is-sustanzi kimiċi, |
|
— |
esperjenza u prattika f’wieħed minn dawn l-oqsma jkun ta’ vantaġġ: protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u/jew tal-ambjent, valutazzjoni tar-riskju u/jew ġestjoni tas-sustanzi kimiċi, Teknoloġiji tal-Informazzjoni. Idealment din l-esperjenza tkun inkisbet f’organizzazzjonijiet nazzjonali, Ewropej jew internazzjonali, |
|
— |
għarfien tajjeb tal-istituzzjonijiet Ewropej u kif joperaw u jinteraġixxu, |
(c) Ħiliet fil-komunikazzjoni u n-negozjar, u b’mod partikolari:
|
— |
ħila fil-komunikazzjoni effiċjenti u li tinftihem b’mod trasparenti u miftuħ mal-partijiet ikkonċernati, maċ-ċittadini, mal-awtoritajiet pubbliċi Ewropej, internazzjonali, nazzjonali u lokali, mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, mal-istampa, eċċ., |
|
— |
esperjenza soda marbuta ma’ negozjar f’ambjent internazzjonali, |
|
— |
ħiliet interpersonali eċċellenti u l-kapaċità li jżommu relazzjonijiet xierqa mal-istituzzjonijiet tal-UE u mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. |
Vantaġġi:
|
— |
Esperjenza miksuba f’ambjent multikulturali. |
Il-kandidati jeħtieġu (kriterji ta’ eliġibbiltà)
Sabiex jiġu kkunsidrati għall-fażi tal-għażla, il-kandidati jridu jilħqu l-kriterji formali li ġejjin sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet:
|
— |
Ċittadinanza: Il-kandidati jridu jkunu ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew ċittadini ta’ pajjiż miż-Żona Ekonomika Ewropea. |
|
— |
Lawrja jew diploma universitarja: Il-kandidati jrid ikollhom:
|
Il-lawrja universitarja preferibbilment għandha tkun f’qasam relevanti għall-missjoni tal-Aġenzija.
|
— |
Esperjenza professjonali: Il-kandidati għandu jkollhom mill-inqas 15-il sena esperjenza postgradwatorja f’livell li jagħtu aċċess għalih il-kwalifiki msemmija hawn fuq; mill-15-il sena esperjenza professjonali, mill-inqas ħames snin esperjenza professjonali miksuba f’qasam paragunabbli għall-attivitajiet tal-Aġenzija; |
|
— |
Esperjenza maniġerjali: mill-15-il sena esperjenza professjonali, mill-inqas ħames snin esperjenza professjonali miksuba f’kariga għolja ta’ tmexxija (6). |
|
— |
Lingwi: Il-kandidati jrid ikollhom għarfien tajjeb ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa oħra minn dawn il-lingwi safejn hu meħtieġ għall-qadi ta’ dmirijiethom. |
|
— |
Limitu tal-età: Sal-iskadenza tal-applikazzjonijiet, il-kandidati jridu jkunu kapaċi jtemmu l-mandat sħiħ ta’ ħames snin f’konformità mal-Artikolu 47(a) tal-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni qabel ma jilħqu l-età tal-irtirar. Għal persunal temporanju tal-UE li jidħlu fis-servizz mill-1 ta’ Jannar 2014, l-età tal-irtirar hija definita bħala l-aħħar tax-xahar li fih il-persuna tagħlaq is-66 sena (7). |
Indipendenza u dikjarazzjoni tal-interessi
Id-Direttur Eżekuttiv jaġixxi b’mod indipendenti fl-interess pubbliku u jiddikjara kull interess li jista’ jiġi kkunsidrat li jippreġudika l-indipendenza tiegħu. Il-kandidati jridu jikkonfermaw ir-rieda tagħhom li jagħmlu dan fl-applikazzjoni tagħhom.
Minħabba n-natura partikolari tal-funzjonijiet, il-kandidati mistiedna għall-intervisti ta’ qabel l-għażla jkunu mitluba jiffirmaw dikjarazzjoni relatata mal-interessi attwali jew futuri tagħhom li jistgħu jitqiesu ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom.
Il-kandidati jridu jikkonformaw ukoll mal-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti mill-Bord ta’ Tmexxija tal-ECHA fid-dokument MB/45/2013 finali (8).
F’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal (9), li d-dispożizzjonijiet tiegħu japplikaw b’analoġija għall-Aġenti Temporanji, id-Direttur Eżekuttiv, wara li jitlaq mis-servizz, jibqa’ marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b’integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.
Dan jinkludi l-obbligu li jinforma lill-Bord tat-Tmexxija tal-ECHA biżżejjed bil-quddiem bl-intenzjoni li jinvolvi ruħu f’attività okkupazzjonali, kemm jekk bil-qligħ kif ukoll jekk le, fi żmien sentejn minn meta jitlaq mis-servizz. Jekk dik l-attività tkun marbuta max-xogħol imwettaq matul l-aħħar tliet snin tas-servizz u tista’ twassal għal kunflitt mal-interessi leġittimi tal-ECHA, il-Bord tat-Tmexxija tal-ECHA jista’, wara li jikkunsidra l-interessi tas-servizz, ma jippermettilux li jidħol għaliha, jew jagħti l-approvazzjoni tiegħu soġġetta għal kull kundizzjoni li jqis xierqa.
Għażla u ħatra
Id-Direttur Eżekuttiv se jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija tal-ECHA fuq il-bażi ta’ lista mħejjija mill-Kummissjoni Ewropea wara li jkun għamel stqarrija u wieġeb il-mistoqsijiet mill-Parlament Ewropew. Dan l-avviż ta’ post battal huwa l-bażi għall-istabbiliment tal-lista tal-Kummissjoni Ewropea. Il-kandidati għandhom jinnotaw li l-inklużjoni fil-lista tal-Kummissjoni Ewropea mhijiex garanzija ta’ ħatra.
Il-Kummissjoni Ewropea se torganizza l-għażla tad-Direttur Eżekuttiv tal-ECHA skont il-proċeduri ta’ selezzjoni u reklutaġġ tagħha (ara wkoll id-Dokument dwar il-Politika għall-Uffiċjali b’Kariga Għolja) (10). Għal dan l-għan, hija għandha twaqqaf bord tal-għażla li jistieden lilil-kandidati li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha ta’ eliġibbiltà msemmija hawn fuq u li għandhom l-aħjar profil għar-rekwiżiti speċifiċi fuq il-bażi tal-merti tagħhom u l-kriterji stabbiliti hawn fuq għal intervista. Dan il-bord tal-għażla jfassal lista ta’ kandidati li jkunu proposti għal intervista oħra mal-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Ħatriet (Consultative Committee on Appointments, CCA). Il-kandidati, li jissejħu għal intervista mas-CCA, iridu jagħmlu eżami mmexxi miċ-ċentru ta’ valutazzjoni f’idejn il-konsulenti esterni tar-reklutaġġ.
Wara din l-intervista, is-CCA ifassal lista preliminari. Il-kandidati li jitpoġġew fuq il-lista preliminari mis-CCA imbagħad jiġu intervistati mill-Kummissarju/Kummissarji relevanti.
Għal raġunijiet prattiċi u sabiex il-proċedura tal-għażla titlesta malajr kemm jista’ jkun fl-interess tal-kandidati kif ukoll tal-ECHA, il-proċedura tal-għażla ssir biss bl-Ingliż u/jew bil-Franċiż (11). Madankollu, il-bordijiet tal-għażla se jivverifikaw waqt l-intervista/i jekk il-kandidati jikkonformawx mar-rekwiżit ta’ għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa uffiċjali oħra tal-UE.
Wara l-intervista mal-Kummissarju/i rilevanti, il-Kummissjoni Ewropea se tadotta lista tal-aktar kandidati adattati, li tiġi kkomunikata lill-Bord tat-Tmexxija tal-ECHA.
Dan il-Bord jintervista lil dawn il-kandidati u jaħtar lil wieħed milil-kandidati minn fuq il-lista preliminari tal-Kummissjoni bħala Direttur Eżekuttiv tal-ECHA. Madankollu, qabel ma jinħatar mill-Bord Maniġerjali, il-kandidati nnominati jintalbu jindirizzaw lill-Parlament Ewropew u jwieġbu għall-mistoqsijiet tagħhom.
Il-kandidati jistgħu jintalbu jagħmlu iktar intervisti jew testijiet apparti dawk indikati hawn fuq.
Opportunitajiet indaqs
L-Unjoni Ewropea tapplika politika ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ nondiskriminazzjoni skont l-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal (12). Hija tagħti attenzjoni speċjali sabiex tevita kull għamla ta’ diskriminazzjoni fil-proċeduri ta’ reklutaġġ tagħha u tħeġġeġ attivament il-parteċipazzjoni tan-nisa.
Kundizzjonijiet tal-impjieg
Id-Direttur Eżekuttiv jinħatar bħala persunal tal-ECHA bħala aġent temporanju fil-grad ta’ AD 14 skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra tal-Unjoin Ewropea (13) għal perjodu ta’ ħames snin, li jistgħu jiġu estiżi darba.
Il-post tal-impjieg huwa Helsinki, fejn hi bbażata l-ECHA.
Proċedura ta’ applikazzjoni
Qabel ma tissottometti l-applikazzjoni tiegħek, għandek tiċċekkja b’attenzjoni jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà kollha, b’mod partikolari rigward it-tip ta’ diplomi, it-tmexxija f’livell għoli u l-esperjenza professjonali meħtieġa kif ukoll il-kapaċità lingwistika meħtieġa. Min ma jissodisfax xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà jiġi eskluż awtomatikament mill-proċedura tal-għażla.
Jekk tixtieq tapplika, trid tapplika permezz tal-Internet billi żżur is-sit web
https://ec.europa.eu/dgs/human-riżorsi/seniormanagementvacancies/
u ssegwi l-istruzzjonijiet li ssib hemm dwar id-diversi stadji tal-proċedura.
Irid ikollok indirizz tal-posta elettronika validu. Dan jintuża biex tiġi kkonfermata r-reġistrazzjoni tiegħek kif ukoll biex jinżamm kuntatt miegħek matul l-istadji differenti tal-proċedura tal-għażla. Informa lill-Kummissjoni Ewropea b’kull bidla fl-indirizz tal-posta elettronika tiegħek.
Biex l-applikazzjoni tiegħek tkun kompluta, jeħtieġ li ttella’ CV fil-format PDF u li timla ittra ta’ motivazzjoni onlajn (massimu ta’ 8 000 karattru). Kemm is-CV kif ukoll l-ittra ta’ motivazzjoni għandhom ikunu bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż.
Meta tlesti r-reġistrazzjoni onlajn tiegħek, inti tirċievi ittra elettronika li tikkonferma li l-applikazzjoni tiegħek ġiet irreġistrata. L-ittra elettronika jkun fiha wkoll numru ta’ reġistrazzjoni li jkun in-numru ta’ referenza tiegħek f’kull kwistjoni li tirrigwarda l-applikazzjoni tiegħek. Jekk ma tirċievi l-ebda konferma bil-posta elettronika, l-applikazzjoni tiegħek ma tkunx ġiet irreġistrata!
Nixtiequ niġbdulek l-attenzjoni li mhuwiex possibbli li ssegwi l-progress tal-applikazzjoni tiegħek onlajn. Inti tiġi kkuntattjat(a) direttament dwar l-istatus tal-applikazzjoni tiegħek.
Jekk għandek xi diżabbiltà li minħabba fiha ma jkunx possibbli għalik li tirreġistra onlajn, tista’ tibgħat l-applikazzjoni tiegħek (is-CV u l-ittra ta’ motivazzjoni) fuq karta bil-posta rreġistrata (14), u tindika b’mod ċar: Vacancy for Executive Director of the European Chemicals Agency(ECHA) (COM/2016/20017), u l-ittra trid tkun ittimbrata mhux aktar tard mid-data tal-għeluq tar-reġistrazzjoni. Kull komunikazzjoni sussegwenti bejnek u bejn il-Kummissjoni tkun bil-posta. F’dan il-każ, mas-CV u l-ittra ta’ motivazzjoni tiegħek trid tehmeż ċertifikat, maħruġ minn entità rikonoxxuta, li jissostanzja d-diżabilità tiegħek. Għandek issemmi wkoll, fuq karta separata, kwalunkwe arranġamenti speċjali li taħseb li jistgħu jkunu meħtieġa biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tiegħek fil-proċess tal-għażla.
Jekk teħtieġ aktar tagħrif jew tiltaqa’ ma’ problemi tekniċi, ibgħat ittra elettronika lil HR-MANAGEMENT-ONLINE@ec.europa.eu
Data tal-għeluq
Id-data tal-għeluq tar-reġistrazzjoni hi l-10 ta’ Novembru 2016. Ir-reġistrazzjoni onlajn ma tkunx possibbli wara 12.00 (nofsinhar) ħin ta’ Brussell.
Trid tlesti r-reġistrazzjoni onlajn tiegħek fil-ħin. Nirrakkomandaw bil-qawwa li ma tistenniex sal-aħħar ftit jiem sabiex tapplika, peress li konġestjoni qawwija fuq l-Internet jew xi difett fil-konnessjoni tal-Internet tiegħek jistgħu jwasslu biex ir-reġistrazzjoni online tiġi tterminata qabel ma tkun lestejtha, u b’hekk ikollok tirrepeti l-proċess. Ladarba jiskadi ż-żmien għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, ma tkunx tista’ tapplika. Reġistrazzjonijiet bil-posta elettronika normali li jaslu tard ma jiġux aċċettati.
Informazzjoni importanti għall-kandidati
Il-kandidati huma mfakkra li x-xogħol tad-diversi kumitati tal-għażla huwa kunfidenzjali. Il-kandidati huma pprojbiti milli jagħmlu kuntatt dirett jew indirett mal-membri tagħhom jew li ħaddieħor jagħmel dan f’isimhom.
Protezzjoni ta’ dejta personali
Il-Kummissjoni Ewropea (matul il-fażi preparatorja) u iżjed tard l-ECHA, jiżguraw li d-dejta personali tal-kandidati tkun ipproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (15).
(1) http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02006R1907-20140410&from=EN
(2) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2008:353:0001:1355:mt:PDF
(3) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2012:167:0001:0123:mt:PDF
(4) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2012:201:0060:0106:mt:PDF
(5) http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32013R1271&from=EN
(6) Fis-CVs tagħhom il-kandidati għandhom jindikaw mill-inqas għal dawn il-ħames snin x’tip ta’ esperjenza ta’ amministrazzjoni f’livell għoli inkisbet: (1) it-titlu u r-rwol tal-pożizzjonijiet maniġerjali li kienu fihom, (2) in-numru ta’ membri tal-persunal li kienu jamministraw f’dawn il-pożizzjonijiet, (3) id-daqs tal-baġits ġestiti, u (4) in-numru ta’ livelli ġerarkiċi ‘l fuq u ‘l isfel u n-numru ta’ persunal fl-istess livell.
(7) Ir-Regolament tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni. http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CONSLEG:1962R0031:20140101:MT:PDF
(8) http://echa.europa.eu/documents/10162/13555/final_mb_45_2013_eligibility_crit_guid_en.pdf
(9) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 7.
(10) http://ec.europa.eu/civil_service/docs/official_policy_mt.pdf
(11) Il-bord tal-għażla jiżgura li ma jingħata l-ebda vantaġġ inġust lill-kelliema nattivi ta’ dawn il-lingwi
(12) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 7.
(13) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 7.
(14) European Commission, Directorate-General for Human Resources and Security, Unit for Senior Management & CCA, SC11 8/62, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.