|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 367/01 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 367/02 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8152 — Arkema/Den Braven) ( 1 ) |
|
|
2016/C 367/03 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8215 — Apollo Management/Rackspace Hosting) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2016/C 367/04 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8187 — Axcel IV/PFA/PKA/DSF) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2016/C 367/05 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8210 — HNA Aviation/SR Technics) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
Rettifika |
|
|
2016/C 367/06 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
6.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-5 ta’ Ottubru 2016
(2016/C 367/01)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1211 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
115,65 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4417 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,88155 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,6260 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0959 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,9872 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,028 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
305,85 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2941 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4621 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,4235 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4722 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4816 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,6958 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5612 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5365 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 250,31 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,4086 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,4829 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5080 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 612,32 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6397 |
|
PHP |
Peso Filippin |
54,055 |
|
RUB |
Rouble Russu |
69,9836 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
39,020 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,6374 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,6129 |
|
INR |
Rupi Indjan |
74,6349 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
6.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/2 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8152 — Arkema/Den Braven)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 367/02)
|
1. |
Fit-28 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Arkema S.A. (“Arkema”, Franza) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet DBEW Holding B.V. (“Den Braven”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz tax-xiri tal-ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Arkema- produzzjoni, distribuzzjoni u bejgħ mad-dinja kollha ta’ prodotti kimiċi, jiġifieri soluzzjonijiet ta’ kisjiet, speċjalitajiet tal-industrija u materjali bi prestazzjoni għolja, fosthom kolla, siġillanti u fowm tal-PU. — Den Braven- il-manifattura u l-bejgħ mad-dinja kollha ta’ kolla, siġillanti, fowm tal-PU u aerosols tekniċi. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8152 — Arkema/Den Braven, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
6.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/3 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8215 — Apollo Management/Rackspace Hosting)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 367/03)
|
1. |
Fid-29 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha fondi ta’ investiment ġestiti minn affiljati tal-impriża Apollo Management L.P. (“Apollo”, l-Istati Uniti tal-Amerika) ultimament ikkontrollata minn Apollo Global Management LLC jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ parti mill-impriża Rackspace Hosting, Inc. (“Rackspace”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Apollo: affiljati ta’ Apollo jinvestu f’kumpaniji u djun maħruġa minn kumpaniji involuti f’diversi negozji madwar id-dinj li jinkludu fost oħrajn kumpaniji fin-negozju tal-kimiċi, kroċjieri, konsulenza fl-IT, sigurtà, servizzi finanzjarji u imballaġġ tal-ħġieġ. — għal Rackspace: kumpaniji Amerikana kkwotata fil-Borża, li l-attività prinċipali tagħha hija l-provvista ta’ Infrastruttura bħala Servizz (Infrastructure as a Service, IaaS), li toffri wkoll servizzi ġestiti tal-cloud. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permez tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8215 — Apollo Management/Rackspace Hosting, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
6.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8187 — Axcel IV/PFA/PKA/DSF)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 367/04)
|
1. |
Fid-29 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Axcel IV K/S, IV K/S 2, Ax Management Invest II K/S, Ax Management Invest K/S (id-Danimarka, imsemmija flimkien bħala “Axcel IV”), PFA Pension, Forsikringsaktieselskab (id-Danimarka, “PFA”) u PKA Funds (id-Danimark) (2) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Danmarks Skibskredit A/S kollha kemm hi (Danish Ship Finance, id-Danimarka, “DSF”) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (3), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibgħatulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8187 — Axcel IV/PFA/PKA/DSF, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) Pensionskassen for Sundhedsfaglige (Il-Fond tal-Pensjonijiet tal-Professjonisti fil-Kura tas-Saħħa), Pensionskassen for Sygeplejersker og Lægesekretærer (Il-Fond tal-Pensjonijiet tal-Infermiera (SRNs) u s-Segretarji Mediċi) u Pensionskassen for Socialrådgivere, Socialpædagoger og Kontorpersonale (Il-Fond tal-Pensjonijiet tal-Ħaddiema Soċjali, Pedagoġiċi Soċjali u tal-Istaff tal-Uffiċċju).
(3) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
6.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/5 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8210 — HNA Aviation/SR Technics)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 367/05)
|
1. |
Fid-29 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha HNA Aviation Group Co., Ltd (“HNA Aviation”, ir-Repubblika tal-Popolari taċ-Ċina) li tappartjenti lil HNA Group Co., Ltd (ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontrolll waħdieni ta’ SR Technics Holdco 1 GmbH (“SR Technics”, l-Isvizzera) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal HNA Aviation: trasport bl-ajru u l-operazzjonijiet ta’ sostenn għalih fosthom il-manutenzjoni, it-tiswija u eżami bir-reqqa (overhaul) (maintenance, repair, overhaul, MRO), avjazzjoni ġenerali (akkademja tal-avjazzjoni), servizzi ta’ vjaġġar għan-negozju, sostenn fuq l-art, loġistika tal-avjazzjoni u investimenti finanzjarji. — għal SR Technics: provvista ta’ servizzi MRO għall-ajruplani kummerċjali, servizzi MRO ta’ soluzzjonijiet tal-komponenti u servizzi tekniċi tal-magni. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8210 — HNA Aviation/SR Technics, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
Rettifika
|
6.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/6 |
Rettifika tan-Notifika mill-Kummissjoni dwar l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi, li tikkodifika d-Direttiva 98/27/KE, rigward l-entitajiet ikkwalifikati biex jieħdu azzjoni skont l-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 361 tat-30 ta’ Settembru 2016 )
(2016/C 367/06)
Fil-paġni 6 u 13,
minflok:
IL-ĠERMANJA
|
Isem il-korp |
Dettalji ta' kuntatt |
Għan |
||||||||
|
|
Tħares l-interessi tal-konsumaturi billi tipprovdi tagħrif u pariri; awtorizzata li tieħu azzjonijiet kollettivi fl-interess tal-konsumaturi (ara l-Artikolu 2(1) tal-Istatut). |
||||||||
|
|
Tħares l-interessi tal-konsumaturi billi tipprovdi informazzjoni u pariri dwar kwistjonijiet tas-servizzi finanzjarji; awtorizzata li tieħu azzjonijiet kollettivi fl-interess tal-kerrejja (l-Artikoli 3 u 4 tal-Istatut). |
aqra:
IL-ĠERMANJA
|
Isem il-korp |
Dettalji ta' kuntatt |
Għan |
||||||||
|
|
Tħares l-interessi tal-konsumaturi billi tipprovdi tagħrif u pariri; awtorizzata li tieħu azzjonijiet kollettivi fl-interess tal-konsumaturi (ara l-Artikolu 2(1) tal-Istatut). |
||||||||
|
|
Tħares l-interessi tal-konsumaturi billi tipprovdi informazzjoni u pariri dwar kwistjonijiet tas-servizzi finanzjarji; awtorizzata li tieħu azzjonijiet kollettivi fl-interess tal-kerrejja (l-Artikoli 3 u 4 tal-Istatut). |