ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 366

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
5 ta' Ottubru 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2016/C 366/01 BĊE/2016/28

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta’Settembru 2016 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banca d’Italia (BĊE/2016/28)

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 366/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2016/C 366/03

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Barraxa tal-azzar (Pometon) (AT.39792)

3

2016/C 366/04

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta’ April 2016 rigward abbozz ta’ deċiżjoni dwar Il-Każ AT.39792(1) Barraxa tal-Ħadid — Rapporteur: L-Ungerija

5

2016/C 366/05

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-23 ta’ Mejju 2016 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ AT.39792(2) Steel Abrasives — Relatur: L-Ungerija

5

2016/C 366/06

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2016 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ AT.39792 — Barraxa tal-azzar) (Notifikat bid-dokument C(2016) 3121)

6

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2016/C 366/07

Rapport Speċjali Nru 24/2016 — Jeħtieġ li jsiru aktar sforzi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni u tiġi infurzata l-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-politika ta’ koeżjoni

8


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

5.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-23 ta’Settembru 2016

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banca d’Italia

(BĊE/2016/28)

(2016/C 366/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti ta' Banca d’Italia, PriceWaterhouseCoopers SpA., intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2015. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2016.

(3)

Il-Banca d’Italia għażel lil BDO Italia SpA bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2016 sa 2022,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrikkmandat illi BDO Italia SpA għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banca d’Italia għas-snin finanzjarji 2016 sa 2022.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-23 ta’ Settembru 2016.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-4 ta’ Ottubru 2016

(2016/C 366/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1161

JPY

Yen Ġappuniż

114,50

DKK

Krona Daniża

7,4418

GBP

Lira Sterlina

0,87540

SEK

Krona Żvediża

9,6005

CHF

Frank Żvizzeru

1,0949

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,9175

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

307,42

PLN

Zloty Pollakk

4,2936

RON

Leu Rumen

4,4583

TRY

Lira Turka

3,3883

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4564

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4697

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6565

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5327

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5289

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 238,16

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,1834

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4462

HRK

Kuna Kroata

7,5070

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 507,07

MYR

Ringgit Malażjan

4,6067

PHP

Peso Filippin

53,856

RUB

Rouble Russu

69,7125

THB

Baht Tajlandiż

38,729

BRL

Real Brażiljan

3,5816

MXN

Peso Messikan

21,5831

INR

Rupi Indjan

74,2035


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


5.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/3


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Barraxa tal-azzar (Pometon)

(AT.39792)

(2016/C 366/03)

Dan il-każ jikkonċerna ksur tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE li jikkonsisti f’koordinazzjoni tal-prezzijiet madwar iż-ŻEE kollha fis-settur tal-barraxa tal-azzar.

Dan il-każ huwa każ ta’ kartell ibridu. Il-Kummissjoni diġà adottat, fit-2 ta’ April 2014, deċiżjoni indirizzata lil erba’ impriżi li għażlu l-proċedura għas-saldu tal-kartell (“id-Deċiżjoni ta’ Saldu”) (2). Dan l-abbozz ta’ deċiżjoni huwa indirizzat lil Pometon S.p.A. (“Pometon”), li ma ppreżentatx sottomissjoni ta’ saldu.

Fit-3 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet (“DO”) kontra Pometon, li ġiet innotifikata lil Pometon fil-5 ta’ Diċembru 2014. Fid-DO, il-Kummissjoni esprimiet l-opinjoni preliminari tagħha li Pometon ikkoordinat il-prezz tal-barraxa tal-azzar fiż-ŻEE. B’mod partikolari, id-DO ikkonkluda b’mod preliminari li Pometon ikkonfoffat ma’ partijiet oħrajn dwar komponent ewlieni tal-prezz tal-barraxa tal-azzar, is-soprataxxa għar-ruttam, fiż-ŻEE u qablet ukoll ma’ dawk il-partijiet biex ma jikkompetux fil-prezzijiet fir-rigward ta’ klijenti individwali. Il-Kummissjoni kkostatat li l-allegat ksur seħħ mit-3 ta’ Ottubru 2003 sas-16 ta’ Mejju 2007. Fid-DO, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li timponi multi fuq Pometon skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament 1/2003 (3).

Pometon ngħatat aċċess għall-fajl fil-bini tal-Kummissjoni fit-18 u d-19 ta’ Diċembru 2014 kif ukoll permezz ta’ CD-ROM fid-19 ta’ Diċembru 2014 u ngħatat skadenza ta’ sitt ġimgħat biex twieġeb għad-DO, liema skadenza ġiet estiża fuq talba tagħha b’ġimgħatejn, sas-16 ta’ Frar 2015. Pometon wieġbet għad-DO fit-13 ta’ Frar 2015 b’talba għal seduta orali.

Waqt is-seduta, li saret fis-17 ta’ April 2015, Pometon, b’żieda mal-argumenti żviluppati fir-risposta bil-miktub tagħha għad-DO, qajmet tħassib fir-rigward tat-trattament imparzjali tal-każijiet tagħha u l-preżunzjoni ta’ innoċenza. L-ewwel nett, Pometon ilmentat li d-Deċiżjoni ta’ Saldu kien fiha referenzi għaliha mhux meħtieġa. It-tieni, Pometon ilmentat li fit-23 ta’ Diċembru 2014 il-Kummissjoni ppubblikat fuq is-sit web tagħha verżjoni mhux kunfidenzjali provviżorja tad-Deċiżjoni ta’ Saldu li minnha l-isem ta’ Pometon ma tneħħiex. Dik il-verżjoni baqgħet aċċessibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni sas-6 ta’ Jannar 2015, id-data li fiha hija ġiet issostitwita minn verżjoni ġdida mhux kunfidenzjali provviżorja, li fiha l-isem Pometon ġie sostitwit minn “[impriża oħra]”. Id-Direttur tad-Direttorat dwar il-Kartelli rrisponda t-tieni argument ta’ Pometon waqt is-seduta, u talab apoloġija għall-iżball uman li minħabba fih seħħ l-iżvelar mhux intenzjonat, filwaqt li assigura lil Pometon li l-inċident ma jbiddilx il-valutazzjoni imparzjali mill-Kummissjoni fil-każ Pometon.

Kif il-Qorti Ġenerali reċentement ikkonfermat (4), f’każ ta’ kartell ibridu, il-proċedimenti ta’ saldu għall-partijiet li jagħżlu s-saldu, u l-proċedura standard għal partijiet li ma jagħżlux is-saldu, huma żewġ proċeduri separati. Għalhekk ma tista’ tinġibed l-ebda konklużjoni dwar il-ħtija ta’ Pometon mid-Deċiżoni ta’ Saldu. Barra minn hekk, jirriżulta mill-premessa 29 u mid-dokument imsemmi fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32 tad-Deċiżjoni ta’ Saldu li d-data tal-bidu tal-parteċipazzjoni fil-ksur tal-parti li għażlet is-saldu, MtS (5), kif ikkonstatat fid-Deċiżjoni ta’ Saldu, hija bbażata fuq ittra bil-posta elettronika minn wieħed mill-maniġers ta’ Pometon b’dik id-data. B’hekk sar inevitabbli li jissemma li Pometon kienet waħda mill-parteċipanti tal-laqgħa tat-3 ta’ Ottubru 2003 u fil-kuntatti sussegwenti. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta’ Saldu tindika fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 li hija mhix indirizzata lil Pometon, li r-referenzi għal Pometon fid-deskrizzjonijiet fattwali kienu użati biss sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà tal-partijiet li għażlu s-saldu, u li l-proċedimenti kontra Pometon kienu għadhom pendenti. Jien għalhekk nikkunsidra li d-dritt ta’ Pometon għar-rispett tal-preżunzjoni tal-innoċenza ma ġiex miksur bir-referenzi għal Pometon fid-Deċiżjoni ta’ Saldu.

Fl-aħħar nett, fil-fehma tiegħi, l-apoloġija u l-assigurazzjoni mogħtija mis-servizzi tal-Kummissjoni waqt is-seduta jikkostitwixxi reazzjoni adegwata għall-iżvelar mhux intenzjonat tal-isem ta’ Pometon fil-verżjoni mhux kunfidenzjali provviżorja tad-Deċiżjoni ta’ Saldu, ippubblikata fit-23 ta’ Diċembru 2014, minħabba li l-iżvelar kien riżultat ta’ żball uman.

F’konformità mal-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, jien eżaminajt jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom Pometon ingħatat l-opportunità li tesprimi l-opinjonijiet tagħha. Nikkonkludi li dan hu minnu.

Bħala konklużjoni ġenerali, nikkonsidra li f’dan il-każ, l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali ġie rispettat.

Brussell, l-24 ta’ Mejju 2016.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2074 finali tat-2 ta’ April 2014, pubblikazzjoni sommarja, ĠU C 362, 14.10.2014, p. 8 u r-rapport finali tal-uffiċjal tas-seduta (ĠU C 362, 14.10.2014, p. 7).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(4)  Sentenza Timab Industries u CFPR v il-Kummissjoni, T-456/10, EU:T:2015:296, paragrafi 71 u 72.

(5)  Metalltechnik Schmidt GmbH & Co. KG.


5.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/5


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta’ April 2016 rigward abbozz ta’ deċiżjoni dwar Il-Każ AT.39792(1) Barraxa tal-Ħadid

Rapporteur: L-Ungerija

(2016/C 366/04)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-komportament antikompetittiv kopert mill-abbozz ta’ deċiżjoni jikkostitwixxi ftehimiet u/jew prattiċi miftiehma bejn impriżi fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriża konċernata mill-abbozz ta’ deċiżjoni pparteċipat fi ksur waħdieni u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehimiet u/jew il-prattiċi miftiehma kien li jirrestrinġu l-kompetizzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew il-prattiċi miftiehma kienu kapaċi jaffetwaw b’mod sinifikanti l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE u taż-ŻEE.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward it-tul tal-ksur.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni għar-rigward tad-destinatarja tad-deċiżjoni.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


5.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/5


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-23 ta’ Mejju 2016 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ AT.39792(2) Steel Abrasives

Relatur: L-Ungerija

(2016/C 366/05)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għandha tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta’ deċiżjoni.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont bażiku tal-multa.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-determinazzjoni tad-durata għall-finijiet tal-kalkolu tal-multi.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemm l-ebda ċirkostanzi aggravanti applikabbli f’dan il-każ.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis abbażi taċ-ċirkostanzi mitiganti.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fuq l-adattament tal-multi abbażi tal-punt 37 tal-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multa.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


5.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/6


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-25 ta’ Mejju 2016

li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE

(Il-Każ AT.39792 — Barraxa tal-azzar)

(Notifikat bid-dokument C(2016) 3121)

(It-test bl-Ingliż biss hu awtentiku)

(2016/C 366/06)

Fil-25 ta’ Mejju 2016, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-isem tal-parti u l-kontenut prinċipali tad-Deċiżjoni, inkluż kull penalità imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-Deċiżjoni tikkonċerna l-parteċipazzjoni tal-impriża Pometon S.p.A. (“Pometon”) fi ksur wieħed u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE fis-settur tal-barraxa tal-azzar. Il-ksur fil-każ ta’ Pometon dam sejjer mit-3 ta’ Ottubru 2003 sas-16 ta’ Mejju 2007 u kien jikkonsisti minn prattika miftiehma għall-koordinazzjoni tal-ipprezzar ta’ barraxa tal-azzar.

(2)

Il-barraxa tal-azzar huma partiċelli maħlula tal-azzar, li jkunu jew f’forma tonda (boċċi tal-azzar) jew angulari (naqal tal-azzar), li jintużaw prinċipalment fl-industriji tal-azzar, tal-awtovetturi, tal-metallurġija, tal-petrokimika u tal-qtugħ tal-ġebel. Dawn jiġu manifatturati permezz tal-atomizzazzjoni ta’ azzar maħlul minn fdalijiet tal-azzar, u wara jsiru diversi proċessi ta’ trattament termali u mekkanimu sabiex jieħdu l-karatteristiċi finali tagħhom. L-aġir antikompetittiv identifikat f’dan il-każ ikopri kemm il-boċċi tal-azzar kif ukoll in-naqal tal-azzar fil-gradi kollha tagħhom.

(3)

F’dan il-każ ġew adottati żewġ deċiżjonijiet: fuq naħa waħda deċiżjoni dwar l-erba’ impriżi li ppreżentaw talba formali ta’ saldu (2) u li kienu d-destinatarji tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ April 2014 (id-“Deċiżjoni ta’ Saldu”) (3), jiġifieri (i) Ervin (ii) Winoa; (iii) Metalltechnik Schmidt u (iv) Eisenwerk Würth, u, min-naħa l-oħra, deċiżjoni għal Pometon, li ma ppreżentatx talba ta’ saldu. Dan is-sommarju huwa marbut mad-deċiżjoni indirizzata lil Pometon.

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Il-Proċedura

(4)

Il-każ infetaħ abbażi ta’ applikazzjoni ta’ immunità minn Ervin. Il-Kummissjoni għamlet spezzjonijiet għall-għarrieda bejn il-15 u s-17 ta’ Ġunju 2010 fil-proprjetajiet ta’ diversi produtturi tal-barraxa tal-azzar.

(5)

Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni bagħtet ukoll diversi talbiet għal informazzjoni skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

(6)

Fis-16 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 kontra d-destinatarja tad-Deċiżjoni kif ukoll kontra erba’ impriżi oħra bil-għan li tidħol f’diskussjonijiet dwar saldu. Il-laqgħat għal saldu saru bejn Frar 2013 u Diċembru 2013. Fi tmiem in-negozjati, Pometon iddeċidiet li ma tippreżentax talba għal saldu u għalhekk il-Kummissjoni marret lura għall-proċedura standard tal-kartell.

(7)

Fit-3 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet indirizzata lil Pometon.

(8)

Wara li ngħatat aċċess sħiħ għall-fajl, Pometon wieġbet bil-miktub għad-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet fis-16 ta’ Frar 2015, u pparteċipat f’seduta orali li saret fis-17 ta’ April 2015.

(9)

Il-Kumitat Konsultattiv fil-Qasam tal-Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fil-25 ta’ April u fit-23 ta’ Mejju 2016 u l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fil-25 ta’ Mejju 2016.

2.2.   Sommarju tal-ksur

(10)

Id-Deċiżjoni tikkonċerna kartell li l-għan aħħari tiegħu kien li jikkoordina l-prezzijiet ta’ barraxa tal-azzar u li jirrestrinġi l-kompetizzjoni fil-prezzijiet. Sabiex jilħqu l-għan tagħhom il-partijiet daħlu f’kuntatti antikompetittivi bilaterali u multilaterali. Dawn il-kuntatti ntużaw mill-partijiet biex jiddiskutu l-elementi ewlenin tal-prezz applikabbli għall-bejgħ kollu tagħhom fiż-ŻEE ta’ barraxa tal-azzar. B’mod partikolari, Pometon użat dawn il-kontatti biex:

(a)

tikkoordina l-introduzzjoni ta’ mudell uniformi ta’ kalkolu għal sovraimpożizzjoni komuni għar-ruttam — sovraimpożizzjoni varjabbli li tkun applikabbli għall-prezz tal-barraxa kollha tal-azzar fiż-ŻEE; is-sovraimpożizzjoni komuni kienet applikabbli matul il-perijodu kollu tal-ksur;

(b)

tikkoordina l-komportament fejn jidħlu kljenti individwali; il-partijiet iddiskutew (l-aktar permezz ta’ kuntatti bilaterali) liema parametri ta’ kompetizzjoni jkunu jistgħu jużaw bejniethom fejn jidħlu klijenti individwali: fil-prinċipju l-kompetizzjoni fil-prezzijiet ġiet ristretta, li llimita l-kompetizzjoni biss għal fejn jidħlu kwalità u servizzi.

(11)

L-ambitu ġeografiku tal-komportament kien madwar iż-ŻEE kollha.

2.3.   Rimedji

(12)

Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji-Gwida tal-2006 dwar il-Multi (4) u timponi multi fuq Pometon.

2.3.1.   Ammont bażiku tal-multa

(13)

Fil-kalkolu tal-multi, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-bejgħ ta’ Pometon fis-swieq ikkonċernati fl-aħħar sena qabel it-tmiem tal-kartell, il-fatt li l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet huma fost ir-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni l-iktar serji, it-tul tal-ksur u li kopriet iż-ŻEE kollha. L-ammont bażiku tal-multa ġie ffissat għal 16 % tal-valur tal-bejgħ relevanti kif definiti hawn fuq u l-ammont addizzjonali ta’ 16 % sabiex l-impriżi jiġu skoraġġiti milli jidħlu fi prattiki ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet.

2.3.2.   Aġġustamenti tal-ammont bażiku: ċirkostanzi aggravanti jew mitiganti

(14)

Il-Kummissjoni ma applikat l-ebda ċirkostanza aggravanti. Il-Kummissjoni kkunsidrat li fil-każ ta’ Pometon japplikaw ċirkustanzi mitiganti peress li l-evidenza wriet li hija kkontribwiet f’livell anqas minn partijiet oħra fiż-żamma tal-arranġamenti dwar il-koordinazzjoni fil-każ ta’ klijenti individiwali.

2.3.3.   Adozzjoni tal-ammont bażiku aġġustat

(15)

Fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ dan il-każ, il-Kummissjoni eżerċitat id-diskrezzjoni tagħha skont il-punt 37 tal-Linji Gwida dwar il-multi tal-2006 u adattat il-multa ta’ Pometon f’livell li huwa proporzjonali mal-ksur u li jikseb effett suffiċjenti ta’ deterrent.

2.3.4.   Applikazzjoni tal-limitu massimu tal-10 % tal-fatturat

(16)

L-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jipprovdi li l-multa imposta għal kull ksur ma għandhiex taqbeż 10 % tal-fatturat totali ta’ impriża fis-sena ta’ negozju li tiġi qabel id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(17)

F’dan il-każ, il-multa ma’ teċċedix 10 % tal-fatturat totali ta’ Pometon għall-2015.

3.   KONKLUŻJONI

(18)

Ġiet imposta l-multa li ġejjia skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003:

(a)

Pometon: EUR 6 197 000.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  L-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 622/2008, għar-rigward tat-tmexxija ta’ proċeduri ta’ saldu f’każijiet li jikkonċernaw il-kartelli.

(3)  C(2014) 2074 final (ĠU C 362, 14.10.2014, p. 8).

(4)  ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2.


Il-Qorti tal-Awdituri

5.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/8


Rapport Speċjali Nru 24/2016

“Jeħtieġ li jsiru aktar sforzi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni u tiġi infurzata l-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-politika ta’ koeżjoni”

(2016/C 366/07)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 24/2016 “Jeħtieġ li jsiru aktar sforzi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni u tiġi infurzata l-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-politika ta’ koeżjoni” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu jew mill-EU Bookshop: https://bookshop.europa.eu