ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 359 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2016/C 359/01 |
||
2016/C 359/02 |
||
2016/C 359/03 |
||
2016/C 359/04 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2016/C 359/05 |
||
2016/C 359/06 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2016/C 359/07 |
Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 ) |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2016/C 359/08 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8211 — Marubeni/Toho Gas/Galp Energia/GGND) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2016/C 359/09 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8016 — Sanofi Pasteur/Vaccines of Sanofi Pasteur MSD) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2016/C 359/10 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 359/1 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
(2016/C 359/01)
L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni msemmijin fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1746 (2), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1735 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.
Il-Kunsill emenda d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal Houmam Jaza’iri (Nru 1), Maher Al-Assad (Nru 2), Atej Najib (Nru 4), Jamil Hassan (Nru 10), Ghassan Ahmed Ghannan (Nru 13), Munir Adanov (Nru 45), Ali Abdullah Ayyub (Nru 56), Fahd Jasim al-Furayj (Nru 57), Zuhair Hamad (Nru 62), Asma Al-Assad (Nru 72), Mohammad Ibrahim Al Sha’ar (Nru 107), Suleiman Al Abbas (Nru 181), Ismael Ismael (Nru 185), Suhayl Hassan (Nru 193) u Emad Hamsho (Nru 204), persuni elenkati fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012.
Il-persuni konċernati huma b’dan infurmati li huma jistgħu jippreżentaw osservazzjonijiet qabel l-1 ta’ Marzu 2017 fl-indirizz li ġej:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
DG C 1 |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
(1) ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.
(2) ĠU L 264, 30.9.2016, p. 30.
(4) ĠU L 264, 30.9.2016, p. 1.
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 359/2 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1745 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi
(2016/C 359/02)
L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 (1), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1745 (2) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755 (3) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom ikomplu jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 kif emendata mid-Deċiżjoni (PESK) 2016/1745 u fir-Regolament (UE) 2015/1755 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta’ dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.
Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2015/1755, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill qabel l-1 ta’ Lulju 2017, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa’ tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
DG C 1C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
Kwalunkwe osservazzjoni li tasal ser jittieħed kont tagħha għall-fini tar-reviżjoni li jmiss tal-Kunsill, skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763, kif emendata mid-Deċiżjoni (PESK) 2016/1745 u l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (UE) 2015/1755 tal-lista ta’ persuni deżinjati.
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u fir-raba’ u s-sitt paragrafu tal-Artikolu 263, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 257, 2.10.2015, p. 37.
(2) ĠU L 264, 30.9.2016, p. 29.
(3) ĠU L 257, 2.10.2015, p. 1.
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 359/3 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1748, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1736 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
(2016/C 359/03)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1748 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1736 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan.
Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1988 (2011), li timponi miżuri restrittivi fir-rigward tal-individwi u l-entitajiet indikati, qabel id-data tal-adozzjoni ta’ dik ir-Riżoluzzjoni, bħala t-Taliban, u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, kif speċifikat fit-Taqsima A (“Individwi assoċjati mat-Taliban”) u t-Taqsima B (“entitajiet u gruppi u impriżi oħrajn assoċjati mat-Taliban”) tal-Lista Konsolidata tal-Kumitat stabbilit skont ir-Riżoluzzjonijiet 1267 (1999) u 1333 (2000), kif ukoll individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati mat-Taliban.
Fis-7 ta’ Settembru 2016, il-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, emenda u aġġorna l-lista ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.
Il-persuni kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 30 tal-UNSCR 1988 (2011), flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni tinkludihom fil-lista tan-NU tkun tista’ tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz segwenti:
United Nations — Focal point for delisting |
Security Council Subsidiary Organs Branch |
Room TB-08045D |
United Nations |
New York, N.Y. 10017 |
UNITED STATES OF AMERICA |
Tel. +1 9173679448 |
Fax. +1 2129631300/3778 |
Indirizz elettroniku: delisting@un.org |
Għal aktar informazzjoni ara: https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/1988
B’segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuna indikata min-NU għandha tiddaħħal fil-listi ta’ persuni, gruppi, impriżi u entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/486/PESK u r-Regolament (UE) Nru 753/2011. Ir-raġunijiet li l-persuna kkonċernata tiddaħħal fil-lista jidhru fl-entrati rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni u fl-Anness I għar-Regolament.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni konċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 753/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 5 tar-Regolament).
Il-persuni konċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li hija tiddaħħal fil-listi msemmijin hawn fuq tkun ikkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz segwenti:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
DG C 1C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni konċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.
(2) ĠU L 264, 30.9.2016, p. 38.
(4) ĠU L 264, 30.9.2016, p. 8.
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 359/5 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġett tad-data li għalih japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1736 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
(2016/C 359/04)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġett tad-data għall-informazzjoni li ġejja skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija r-Regolament (UE) Nru 753/2011 (2), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1736 (3).
Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ C li wieħed jista’ jikkuntattja f’dan l-indirizz:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
DG C 1C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi skont ir-Regolament (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1736.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw kriterji għall-elenkar kif stabbilit f’dak ir-Regolament.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna konċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.
Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu skont it-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (4).
Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.
Is-soġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
(3) ĠU L 264, 30.9.2016, p. 8.
(4) ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.
Il-Kummissjoni Ewropea
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 359/6 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-29 ta’ Settembru 2016
(2016/C 359/05)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1221 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
113,88 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4523 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,86138 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,6218 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0876 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,0403 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
27,022 |
HUF |
Forint Ungeriż |
308,65 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3065 |
RON |
Leu Rumen |
4,4530 |
TRY |
Lira Turka |
3,3661 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4642 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4683 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,7021 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5451 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5287 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 235,19 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,4740 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,4820 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5153 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 559,25 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6270 |
PHP |
Peso Filippin |
54,231 |
RUB |
Rouble Russu |
70,8848 |
THB |
Baht Tajlandiż |
38,881 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,6300 |
MXN |
Peso Messikan |
21,7955 |
INR |
Rupi Indjan |
75,0305 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 359/7 |
KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ GĦAS-SIGURTÀ SOĊJALI GĦALL-ĦADDIEMA MIGRANTI
Rati ta' kambju ta' muniti konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72
(2016/C 359/06)
Artiklu 107 (1), (2) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72
Perjodu ta' referenza: Lulju 2016
Perjodu ta' applikazzjoni: Ottubru, Novembru, Diċembru 2016
07-2016 |
EUR |
BGN |
CZK |
DKK |
HRK |
HUF |
PLN |
1 EUR = |
1 |
1,95580 |
27,0418 |
7,43902 |
7,49300 |
314,353 |
4,39636 |
1 BGN = |
0,511300 |
1 |
13,8264 |
3,80357 |
3,83117 |
160,729 |
2,24786 |
1 CZK = |
0,0369798 |
0,0723252 |
1 |
0,275094 |
0,277090 |
11,6247 |
0,162577 |
1 DKK = |
0,134426 |
0,262911 |
3,63512 |
1 |
1,00726 |
42,2573 |
0,590987 |
1 HRK = |
0,133458 |
0,261017 |
3,60894 |
0,992796 |
1 |
41,9529 |
0,586730 |
1 HUF = |
0,00318114 |
0,00622167 |
0,0860236 |
0,023665 |
0,0238363 |
1 |
0,0139854 |
1 PLN = |
0,227461 |
0,444868 |
6,15094 |
1,69209 |
1,70436 |
71,5030 |
1 |
1 RON = |
0,222938 |
0,436022 |
6,02864 |
1,65844 |
1,67047 |
70,0812 |
0,980116 |
1 SEK = |
0,105549 |
0,206434 |
2,85424 |
0,785185 |
0,790882 |
33,1798 |
0,464034 |
1 GBP = |
1,18898 |
2,32541 |
32,1521 |
8,84484 |
8,9090 |
373,759 |
5,22718 |
1 NOK = |
0,106735 |
0,208753 |
2,88631 |
0,794005 |
0,799766 |
33,5525 |
0,469247 |
1 ISK = |
0,00740519 |
0,0144831 |
0,200249 |
0,0550873 |
0,0554870 |
2,32784 |
0,032556 |
1 CHF = |
0,920253 |
1,79983 |
24,8853 |
6,84578 |
6,89545 |
289,284 |
4,04577 |
07-2016 |
RON |
SEK |
GBP |
NOK |
ISK |
CHF |
1 EUR = |
4,48555 |
9,47423 |
0,841058 |
9,36898 |
135,040 |
1,08666 |
1 BGN = |
2,29346 |
4,84417 |
0,430033 |
4,79036 |
69,0462 |
0,555607 |
1 CZK = |
0,165875 |
0,350355 |
0,031102 |
0,346463 |
4,99378 |
0,0401844 |
1 DKK = |
0,602976 |
1,27359 |
0,113060 |
1,25944 |
18,1530 |
0,146075 |
1 HRK = |
0,598633 |
1,26441 |
0,1122458 |
1,25037 |
18,0222 |
0,145023 |
1 HUF = |
0,0142692 |
0,0301388 |
0,00267552 |
0,0298040 |
0,429582 |
0,00345681 |
1 PLN = |
1,020287 |
2,15502 |
0,191308 |
2,13108 |
30,7164 |
0,247172 |
1 RON = |
1 |
2,11217 |
0,187504 |
2,08870 |
30,1057 |
0,242257 |
1 SEK = |
0,473448 |
1 |
0,0887732 |
0,98889 |
14,2535 |
0,114696 |
1 GBP = |
5,33323 |
11,2647 |
1 |
11,1395 |
160,560 |
1,29201 |
1 NOK = |
0,478766 |
1,011234 |
0,0897704 |
1 |
14,4136 |
0,115985 |
1 ISK = |
0,033216 |
0,070158 |
0,00622819 |
0,0693791 |
1 |
0,00804690 |
1 CHF = |
4,12785 |
8,71869 |
0,773986 |
8,62184 |
124,271 |
1 |
Nota: il-valuti inkroċjati kollha li jinvolvu l-ISK huma kkalkolati bl-użu ta' dejta tar-rati ISK/EUR mill-Bank Ċentrali tal-Islanda.
referenza: Lulju-16 |
EUR 1 fil-munita nazzjonali |
Unità 1 tal-munita nazzjonali f'EUR |
BGN |
1,95580 |
0,511300 |
CZK |
27,0418 |
0,0369798 |
DKK |
7,43902 |
0,134426 |
HRK |
7,49300 |
0,133458 |
HUF |
314,353 |
0,00318114 |
PLN |
4,39636 |
0,227461 |
RON |
4,48555 |
0,222938 |
SEK |
9,47423 |
0,105549 |
GBP |
0,841058 |
1,18898 |
NOK |
9,36898 |
0,106735 |
ISK |
135,040 |
0,00740519 |
CHF |
1,08666 |
0,920253 |
Nota: Ir-rati ISK/EUR msejsa fuq dejta mill-Bank Ċentrali tal-Islanda.
1. |
Regolament (KEE) Nru 574/72 jgħid li r-rata ta' kambju ta' ammonti ta' flus f'munita meta mqabbla ma' Ir-munita oħra tkun ir-rata kkalkulata mill-Kummissjoni u bbażata fuq il-medja ta' xahar, matul il-perjodu speċifikat f'paragrafu 2 tar-rati tal-kambju referenza, ippubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew. |
2. |
Il-perjodu ta' referenza jkun:
Ir-rati tal-kambju jiġu ppubblikati fit-tieni Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C) tax-xhur ta' Frar, Mejju, Awwissu u Novembru. |
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 359/9 |
Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 359/07)
Stat Membru |
Franza |
|||||||
Rotta kkonċernata |
Lorient (Lann-Bihoué) – Lyon (Saint-Exupéry) |
|||||||
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mill-10 ta’ April 2017 sad-9 ta’ April 2020 |
|||||||
Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti |
It-12 ta’ Diċembru 2016 (qabel nofsinhar, ħin lokali) |
|||||||
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti, u kwalunkwe tagħrif u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mas-sejħa għall-offerti u mal-obbligu ta’ servizz pubbliku |
|
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 359/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8211 — Marubeni/Toho Gas/Galp Energia/GGND)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 359/08)
1. |
Fil-21 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Marubeni Corporation (“Marubeni” tal-Ġappun), Toho Gas Co., Ltd (“Toho Gas” tal-Ġappun) u Galp Energia, SGPS, SA (“Galp Energia” tal-Portugall) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Galp Gás Natural Distribuição, SA (“GGND” tal-Portugall) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Marubeni: kummerċ dinji f’diversi industriji, fosthom fl-enerġija u proġetti relatati mal-enerġija, — għal Toho Gas: provvista tal-gass u servizzi relatati fil-Ġappun, kif ukoll attivitajiet f’diversi industriji oħra, — għal Galp Energia: esplorazzjoni u produzzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, raffinar u bejgħ ta’ prodotti taż-żejt, u l-bejgħ tal-gass naturali u tal-elettriku, — għal GGND: distribuzzjoni tal-gass naturali fil-Portugall. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8211 — Marubeni/Toho Gas/Galp Energia/GGND, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 359/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8016 — Sanofi Pasteur/Vaccines of Sanofi Pasteur MSD)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 359/09)
1. |
Fit-23 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Sanofi Pasteur SA (“Sanofi Pasteur”, Franza) finalment ikkontrollata minn Sanofi SA (“Sanofi”, Franza) takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdieni ta’ partijiet minn Sanofi Pasteur MSD SNC (“SPMSD”, Franza), permezz tax-xiri ta’ beni. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Sanofi Pasteur: attiva fir-riċerka, l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ tilqim fl-Istati Uniti tal-Amerika, l-Asja, l-Amerika Latina, l-Afrika, il-Lvant Nofsani u l-Ewropa tal-Lvant. — SPMSD: attiva fl-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ vaċċini għall-bniedem fi 18-il pajjiż taż-ŻEE. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8016 — Sanofi Pasteur/Vaccines of Sanofi Pasteur MSD, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 359/12 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi ta’ kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2016/C 359/10)
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed jopponi għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
TALBA GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEORAFIKA PROTETTA
Talba għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“FOIN DE CRAU”
Nru tal-UE: PDO-FR-02091 — 18.11.2015
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Comité du Foin de Crau
Indirizz: |
|
|||
Tel. |
+33 490472933 |
|||
Fax |
+33 490474209 |
|||
Posta elettronika: |
comite@foindecrau.com |
Il-Comité du Foin de Crau hu kompost minn produtturi tal-“Foin de Crau” u għalhekk, għandu interess leġittimu biex jissottometti l-applikazzjoni.
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Franza
3. L-intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwat mill-emenda/i
— |
☐ |
Isem tal-prodott |
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
— |
☒ |
Żona ġeografika |
— |
☒ |
Prova tal-oriġini |
— |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
— |
☐ |
Rabta |
— |
☒ |
Tikkettar |
— |
☒ |
Oħrajn [dettalji tal-awtoritajiet kompetenti u l-istrutturi ta’ kontroll ikkoordinati tal-grupp, kontrolli, rabta] |
4. Tip ta’ emenda(i)
— |
☐ |
Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma tistax titqies bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
— |
☒ |
Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata, li għaliha ma jkunx ġie ppubblikat dokument uniku (jew ekwivalenti), li ma tistax titqies bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
5. Emenda(i)
Deskrizzjoni tal-prodott
Id-deskrizzjoni tal-prodott ġiet riveduta u mwessgħa sabiex tispeċifika iktar l-ispeċifiċità tal-“Foin de Crau”:
— |
il-karatteristiċi tal-kompożizzjoni floristika tiegħu, li ma jinbidlux, ġew speċifikati f’din it-taqsima. Qabel kienu taħt it-taqsima “Metodu ta’ produzzjoni”; ġie speċifikat li l-“Foin de Crau” jiġi minn mergħat naturali permanenti komposti minn għoxrin speċi ta’ foraġġ spontanji. |
— |
b’mod konformi mal-prattiki, ġie speċifikat ukoll li hu magħmul minn ħuxlief li jkun nixef bix-xemx f’għalqa. Il-prattika ma nbiddlitx iżda din l-ispeċifikazzjoni teskludi l-possibbiltà ta’ tnixxif f’matmura li jwassal biex jinqabżu l-ispeċifiċitajiet tal-klima lokali. |
— |
ġie speċifikat li l-ħuxlief ma jiddegradax kawża tax-xita. Dan jagħti garanzija għal ħuxlief ta’ kwalità għolja. |
— |
żdied il-karattru ftit jew wisq raff tal-ħjut tal-ħuxlief. Tabilħaqq, il-mod kif jinqatgħu l-ħjut jista’ jagħmilhom inqas raffi. Bl-istess mod, ħuxlief “bla weraq” jiddependi mill-qtugħ u hu kkorrelat mal-karattru ftit jew wisq raff tal-ħjut. Jekk l-ewwel qtugħ ikun ta’ ħjut ħoxnin u bla weraq, it-tieni u l-iktar it-tielet qtugħ, ikollhom iktar weraq u ħjut inqas raffi. Hu propost li titħassar ir-referenza għall-karattru “bla weraq” tal-ħuxlief. L-abbozz tal-proposta l-ġdida tqis il-karatteristiċi ta’ kull qtugħ mingħajr ma temenda l-karatteristiċi ġenerali u essenzjali tal-“Foin de Crau”. |
— |
tħassret ir-referenza għar-rikkezza partikolari fil-minerali u l-enerġija tal-“Foin de Crau” u mhijiex assoċjata mad-definizzjoni li tikkorrispondi mal-valuri minimi. Barra minn hekk, il-palat u l-mod partikolari ta’ diġestjoni tal-“Foin de Crau”, għalkemm rikonoxxuti mill-utenti, huma diffiċli biex jitkejlu, ir-referenza għal dawn il-karatteristiċi tħassrret f’din it-taqsima tal-ispeċifikazzjoni. Marbuta mal-intensità qawwija olfattiva, il-karattru “apetituż” tal-ħuxlief jissemma fit-taqsima “rabta mal-oriġini ġeografika” tad-dokument uniku u tal-ispeċifikazzjonijiet. |
— |
il-modi ta’ preżentazzjoni għall-bejgħ tal-“Foin de Crau” huma speċifikati (il-ħuxlief jitpoġġa f’munzell) u estiżi għall-produzzjoni ta’ ħuxlief fil-boroż b’piż massimu ta’ 10 kilogrammi kull borża. Is-suq tal-boroż ilaħħaq mad-domanda tas-supermarkits kbar u tad-DIY, ċentri għall-ġardiniera, u negozji tal-annimali u servizzi agrikoli liberi. Id-daqs tal-boroż jista’ jvarja skont id-domanda. Il-produzzjoni tal-boroż mill-munzelli tal-“Foin de Crau” ma taffettwax il-kwalità u l-karatteristiċi tal-ħuxlief jekk tingħata attenzjoni speċjali fit-tħejjija tiegħu, billi tiġi kkontrollata l-priżervazzjoni tal-ispeċi ta’ pjanti speċifiċi tal-“Foin de Crau”. Il-kwalità tal-ħuxlief hi żgurata billi tiġi rrispettata r-rata massima ta’ umdità ta’ 14 % tal-muzelli u jinħażen għall-anqas għal 60 jum qabel jitpoġġa f’munzelli minn meta jkun sar il-ħsad. |
Żona ġeografika
Konfini taż-żona ġeografika tal-“Foin de Crau” approvati oriġinarjament fl-1997, kienu inklużi fuq talbiet individwali minn produtturi tal-ħuxlief, partijiet ġodda ta’ muniċipalitajiet li diġà jagħmlu parti miż-żona ġeografika tal-“Foin de Crau” (Grans, Istres, Lamanon u Salon-de-Provence). Din l-integrazzjoni hija proposta wara li ġie vverifikat li hemm relazzjoni mal-istess kriterji ġeoloġiċi, pedoloġiċi, klimatiċi u floristiċi tal-konfini mal-bqija tad-denominazzjoni tal-oriġini.
Barra minn hekk:
— |
hu speċifikat li l-“Foin de Crau” hu prodott li jsir fil-pjanura ta’ Crau fid-dipartiment ta’ Bouches-du-Rhône; |
— |
hu speċifikat li l-imballaġġ tal-ħuxlief (f’munzelli minħabba li dan il-proċess isir waqt il-ħsad, iżda wkoll it-tqegħid fil-boroż) isir fiż-żona ġeografika. Il-ġustifikazzjoni għat-tqegħid tal-ħuxlief fil-boroż fiż-żona ġeografika tingħata fl-ispeċifikazzjoni u fid-dokument uniku; |
— |
hu speċifikat li l-muniċipalitajiet taż-żona peografika jinżammu fil-parti tagħhom u tiġi indikata b’mod grafiku billi jiġu stabbiliti l-konfini taż-żona ġeografika u jintbagħtu lill-kunsill lokali responsabbli mis-servizzi tal-Istitut nazzjonali tal-oriġini u l-kwalità (INAO). Għal dawn il-muniċipalitajiet, iż-żona kartografika tista’ tiġi kkonsultata fuq is-sit tal-Internet tal-awtorità kompetenti nazzjonali b’konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva INSPIRE. |
— |
fit-test kollu ta’ din it-taqsima, it-terminu “mergħa” ġie ssostitwit bit-terminu “roqgħa agrikola” peress li hu iktar xieraq. Ġew speċifikati l-proċeduri ta’ identifikazzjoni tal-irqajja’ agrikoli li fihom isir il-ħsad tal-“Foin de Crau”: din l-identifikazzjoni issir abbażi tal-kriterji stabbiliti mill-Kumitat Nazzjonali INAO fit-23 ta’ April 1997, il-lista tal-irqajja’ agrikoli identifikati u l-kriterji ta’ identifikazzjoni huma disponibbli mill-INAO u l-grupp involut. |
Prova tal-oriġini
L-intestatura “Evidenza li l-prodott joriġina fiż-żona ġeografika” ġiet ikkonsolidata u tiġbor fiha, b’mod partikolari, l-obbligi ta’ dikjarazzjoni u ta’ żamma ta’ reġistri li jirrigwardaw it-traċċabbiltà tal-prodott u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni.
Barra minn hekk, f’din it-taqsima żdiedu diversi dispożizzjonijiet relatati mar-reġistri u mad-dokumenti ta’ dikjarazzjoni li jiggarantixxu t-traċċabbiltà u l-kontroll tal-konformità tal-prodotti mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni.
Metodu ta’ kisba
— |
Kultivazzjoni tal-mergħa: ġiet speċifikata l-lista tal-ispeċi ta’ pjanti li tinkludi b’mod obbligatorju u fil-biċċa l-kbira l-“Foin de Crau”. Żdiedu l-ismijiet latini li jiddeskrivu dawn l-ispeċi. Barra minn hekk, żdiedet ukoll il-lista ta’ pjanti li l-preżenza tagħhom teskludi l-benefiċċju tad-denominazzjoni sabiex tiċċara l-kunċett ta’ mergħa li jkollha “bilanċ ta’ flora determinat” u tiżgura l-konformità tal-ħuxlief magħmul f’dawn il-mergħat mal-karatteristiċi tad-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodott. |
— |
Impjantazzjoni tal-mergħa: sabiex jiġi żgurat il-karattru “naturali” tal-mergħat ta’ “Foin de Crau”, qed jiġi ppreċiżat li l-benefiċċju tad-denominazzjoni tal-oriġini “Foin de Crau” ma jistax jingħata lill-ħuxlief li jkun ġej minn mergħat li minn fuqhom ma tkunx għaddiet il-ħames sena li fiha tkun saret l-impjantazzjoni. |
— |
Tisqija: tneħħa r-rekwiżit ta’ tisqija tal-mergħat kull tmien sa tnax-il jum minn Marzu sa Ottubru għal bosta sigħat skont id-distribuzzjoni tat-torri tal-ilma. Fil-fatt, it-tisqija għandha tiġi ġestita skont kemm tinżel xita; mhijiex sistematika. Barra minn hekk, il-produttur ma jagħżilx it-torrijiet tal-ilma hu; dawn ikunu imposti mill-assoċjazzjoni awtorizzata tal-unions ta’ dawk li jsaqqu u li dawn ikunu jiddependu minnha. Il-prattika importanti li għandha tinżamm fil-produzzjoni tal-“Foin de Crau” ta’ kwalità hija t-tisqija bil-gravità permezz tal-għargħar tal-mergħat li tista’ ssir minn Marzu sa Ottubru inkluż. |
— |
Fertilizzazzjoni: ġie propost li jitnaqqsu d-dożi tan-nitroġenu minerali introdotti minn 60 unitajiet kull ettaru għal 40 massimu. L-esperjenza ta’ bosta snin ta’ produzzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini turi li mhux neċessarju li jitpoġġew 60 unitajiet ta’ nitroġenu minerali f’kull ettaru. |
— |
Emendi: tħassret ir-referenza għall-proċessi u d-dati ta’ applikazzjoni tad-demel magħżula ta’ dan it-tip sabiex ma jkunx hemm demel fil-ħuxlief sakemm dawn il-proċessi u d-dati ta’ applikazzjoni tad-demel mhumiex definiti x’imkien ieħor għajr f-ispeċifikazzjoni u għalhekk jibqgħu inkontrollabbli. Madankollu, jinżamm ir-rekwiżit li ma jinstabux traċċi tad-demel fil-ħuxlief. Barra minn hekk, ġew speċifikati l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tad-demel u tal-kontroll tal-użu tal-fertilizzanti organiċi ta’ oriġini agrikola u mhux agrikola. Ġie speċifikat li “l-uniċi fertilizzanti organiċi awtorizzati huma komposti jew diġestati, demel, demel likwidu, demel (ta’ oriġini agrikola) u demel organiku ta’ oriġini mhux agrikolu, tip ta’ ħama ta’ drenaġġ (jew prodotti sekondarji), skart veġetali”. Barra minn hekk, ġie speċfikat li: “kull applikazzjoni tad-demel mhux agrikolu għandha tkun akkumpanjata b’segwitu analitiku għal kull kunsinna (trakk, tanker…) tal-patoġeni, tal-metalli tqal u l-komposti mit-traċċi organiċi li baqgħu fir-regolamentazzjoni. L-applikazzjoni tal-fertilizzanti organiċi ta’ oriġini mhux agrikola hija awtorizzata fuq l-uċuħ tar-raba’ maħduma, iżda bi dfin immedjat, u skont ir-regolamentazzjoni fis-seħħ fir-rigward tal-limitazzjonijiet partikolari (dati, perimetri protetti, …), fir-rigward tal-kwantitajiet. Hu neċessarju li wieħed jirrispetta l-perjodu ta’ dewmien wara l-applikazzjoni tad-demel ta’ mill-anqas 8 ġimgħat qabel isir il-ħrit jew ir-ragħa”. Dawn id-dispożizzjonijiet jippermettu li jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ kontaminazzjoni tal-ħuxlief mill-elementi li jniġġsu. |
— |
Ħsad jew ħżin tal-ħuxlief: Id-dispożizzjoni “il-ħsad hu maqsum fi tliet qatgħat” ġiet emendata u miżjuda. |
Jiġi offrut lill-produtturi sabiex ikollhom il-possibbiltà li jibdluh kull sena, qatgħa waħda mit-tlieta għal kull mergħa. Tabilħaqq, il-produzzjoni tal-“Foin de Crau” u t-trobbija (speċjalment tal-mogħoż) imorru flimkien. Ir-raħħala tradizzjonalment jipprattikaw sistema ta’ ragħa magħrufa bħala “tat-tieni wiċċ” lejn l-aħħar ta’ Frar, wara t-tielet qatgħa, li hi ta’ benefiċċju għall-mergħat ta’ Crau. Madankollu, fil-każ ta’ nuqqas ta’ foraġġ f’ċerti perjodi matul is-sena (fir-rebbiegħa fi Crau jew fis-sajf fil-mergħat tal-muntanji għoljin), il-merħliet ikollhom għaldaqstant jirrikorru għal riżorsi magħmula mill-foraġġ li l-mergħat tar-ragħha fi Crau jissostitwixxu mal-ewwel u t-tielet qatgħa. Din il-prattika ma timmodifikax il-kwalità floristika tal-mergħat sakemm jiġi rrispettat il-perjodu minimu bejn il-qtugħ u r-ragħa. Sabiex ikun żgurat li jikber biżżejjed ħaxix u jkun hemm l-aqwa żvilupp tal-ispeċi ta’ pjanti, mingħajr ma jkun intlaħaq livell għoli ta’ maturità li jista’ jkun ta’ dannu għall-palat u għall-valuri ta’ foraġġ tal-ħuxlief, hu speċifikat ukoll li l-ewwel qatgħa ssir għallanqas 60 jum wara r-ragħa u li l-perjodu bejn iż-żewġ qatgħat ikun bejn erbgħin u sittin jum.
Ġie propost ukoll li jiġu mħassra l-iskadenzi għall-implimentazzjoni tal-qatgħat varji li kienu oriġinarjament iffissati għall-31 ta’ Mejju, il-25 ta’ Lulju u t-t-30 ta’ Settembru, għajr għal xi eċċezzjoni. Tabilħaqq, il-kwalità tal-ħuxlief tiddependi mill-maturità tal-ħaxix. Din hija kkundizzjonata minn kemm idum biex jikber. Għalhekk, hu importanti li jiġu mħarsal-iskadenzi ffissati bejn kull qatgħa u bejn kull qatgħa u r-ragħa. Rigward it-tnixxif tal-ħaxix maqtugħ, ġie speċifikat, skont prattiki lokali antiki, li dan għandu jsir fl-għelieqi. It-tnixxif fil-matmura hu għaldaqstant eskluż. It-tnixxif naturali hu iktar ippreferut minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi jibqgħu fl-istat naturali (xemx u riħ).
Id-dispożizzjoni tindika li l-ħuxlief ma għandux jibqa’ fl-għalqa għal iktar minn ħamest ijiem għall-ewwel u t-tielet qatgħa, iktar minn tlitt ijiem qabel titneħħa t-tieni qatgħa minħabba li l-iskadenzi jkunu wisq arbitrarji. Fil-fatt, l-aqwa żmien għat-tnixxif tal-ħuxlief fl-għalqa jiddependi sew mill-kundizzjonijiet klimatiċi. Għalhekk, il-ġestjoni ta’ dan iż-żmien jeħtieġ is-sengħa tal-produtturi.
Sabiex titneħħa kwalunkwe ambigwità, hu speċifikat li wara li jsir it-tnixxif fl-għalqa, il-ħuxlief jitqiegħed f’munzelli. Iddaħħlu dispożizzjonijiet relatati mat-tqegħid f’munzelli: sabiex jiġi identifikat il-prodott, it-tqegħid f’munzelli jsir bi spaga b’żewġ kuluri komposta minn ħajt abjad u ħajt aħmar u biex tinżamm il-kwalità tal-ħuxlief, il-ħuxlief għandu jitgħabba fl-istess ġurnata sabiex jiġi evitat li jitla’ l-livell tal-umdità tal-ħamrija matul il-lejl, ħlief f’każijiet ta’ riħ qawwi mill-Majjistral (riħ xott u qawwi mit-Tramuntana/Majjistral) fejn il-munzelli jistgħu jinżammu lejl fl-għalqa.
Sabiex titneħħa kwalunkwe ambigwità fuq il-kundizzjonijiet tal-ħżin, id-dispożizzjoni “il-ħuxlief jinħażen f’remissa u għandu jkun iżolat mill-ħamrija u l-ħitan tar-remissa” hija emendata kif ġej: “il-ħuxlief jinħażen f’remissa filwaqt li wieħed jara li ma jkunx hemm kuntatt mal-umdità tal-ħamrija u l-ħitan”, l-uċuħ tal-art u tal-ħitan tar-remissa mhemmx għalfejn ikunu magħmula minn materjal iżolanti. Barra minn hekk, id-dispożizzjoni hija miżjuda billi tispeċifika li dan ma japplikax għall-bejgħ “fuq il-post” jew “bil-karretta” li jikkorrispondi għal bejgħ mgħaġġel ħafna tal-ħuxlief wara li jkun tqiegħed f’munzelli fl-għalqa.
Rendiment tal-produzzjoni:
ġie introdott rendiment totali massimu tal-produzzjoni tal-ħuxlief li jammonta għal mhux iktar minn 11-il tunnellata għal kull ettaru ta’ mergħa sabiex jinżammu l-livelli ta’ rendiment biex tiġi ggarantita l-kwalità tal-prodott, iżda wkoll sabiex ikunu ffaċilitati l-kontrolli fuq it-traċċibbiltà u l-volumi. Dan ir-rendiment hu tabilħaqq karatteristika tal-“Foin de Crau”, il-livelli tar-rendimenti osservati fi mergħat ta’ oriġini ġeografiċi oħra huma ġeneralment ogħla. Il-limitu fuq ir-rendiment jiżgura konformità mad-dożi tan-nitroġenu mitfugħa, kwantità eċċessiva tista’ tibdel il-karatteristiċi floristiċi tal-ħuxlief. Ġie speċifikat ukoll li dan ir-rendiment hu kkalkulat fuq it-total tal-irqajja’ agrikoli kollha identifikati tal-azjendi agrikoli tal-produzzjoni tal-ħuxlief destinat għad-denominazzjoni tal-oriġini,
imballaġġ tal-ħuxlief: kif indikat iktar ‘il fuq taħt il-bidla fid-deskrizzjoni tal-prodott u l-modi ta’ preżentazzjoni tiegħu, hemm il-possibbiltà li jinbiegħ taħt id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Foin de Crau” fil-boroż. Sabiex tkun żgurata l-kwalità tal-ħuxlief u jitqiegħed fis-suq, il-kundizzjonijiet speċjali tal-imballaġġ fil-boroż huma mfissra sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-prodott u l-imballaġġ mingħajr ma jkun hemm riskju ta’ danni jew fermentazzjoni, il-ħuxlief fil-boroż għandu jkun niexef sew u jkun diġà waqaf jimmatura. Il-ħuxlief meta jkun lest għandu jkollu kontenut massimu ta’ umdità ta’ 14 % u jinħażen għallanqas 60 jum minn meta jkun sar il-ħsad. Baarra minn hekk, sabiex tkun żgurata l-konformità mal-karatteristiċi tal-prodott fil-ħin, hu speċifikat li “Il-boroż ma jkunux maħżuna f’post umdu jew bix-xemx fuqhom. Il-boroż tal-ħuxlief ma jistgħux jibqgħu jiġu ċċirkulati fis-suq taħt id-DOP ‘Foin de Crau’ jekk ikunu ilhom maħżuna għal iktar minn 6 xhur mid-data tal-imballaġġ fil-boroż.” Ukoll biex tiġi żgurata t-traċċibbiltà tal-prodott lill-utent finali, hu propost li l-boroż jingħalqu “permezz ta’ sistema tamper-proof li ttellef l-integrità tal-prodott ladarba jinfetaħ.”
L-imballaġġ fil-boroż tal-“Foin de Crau” għandu jsir mill-operaturi fis-settur fiż-żona ġeografika tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta. Dan ir-rekwiżit għandu objettiv doppju biex iħares il-kwalità billi jissalvagwardja u jiżgura l-oriġini ġeografika tad-DOP “Foin de Crau”. Dwar il-kwalità, dan għandu jippriżerva l-karatteristiċi tal-prodott inkluża l-kompożizzjoni floristika tiegħu. Tabilħaqq, l-imballaġġ fil-boroż jirrikjedi proċess (tneħħija tar-rabta mal-post u l-identifikazzjoni tal-munzell, il-ħatt tal-munzell), jippreżenta r-riskju li jelimina ċerti speċi (l-ispeċi l-iktar ħfief bħax-xnien, jista’ jonqos fit-trab u jiġi eliminat meta l-munzell tal-ħuxlief jinħatt u jkun soġġett għal mina tar-riħ) u jimmodifika l-karatteristiċi tal-ħjut tal-ħuxlief (preżenza eċċessiva ta’ trab). Il-verifika tal-konformità finali tal-prodott, partikolarment il-preżenza tal-ispeċi ta’ pjanti, tirrikjedi l-għarfien tal-operaturi fis-settur. Dwar il-garanzija tal-oriġini ġeografika tal-prodott, din il-kundizzjoni tnaqqas ir-riskju tas-sostituzzjoni jew tat-taħlit tal-prodott ma’ ħuxlief ta’ oriġini ġeografika oħra, li jista’ jiżdied minħabba l-proċess meħtieġ biex jiġi mballat fil-boroż.
Tikkettar
Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi fuq it-tikketta huma konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u jispeċifikaw il-mod ġdid kif se jiġi preżentat għall-bejgħ il-“Foin de Crau” fil-boroż. L-użu tas-simbolu tal-Unjoni Ewropea għad-DOP u l-kliem “denominazzjoni tal-oriġini protetta” huma obbligatorji li jissemmew fit-tikkettar tal-prodott tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta tal-“Foin de Crau”.
Oħrajn
— |
Fir-rigward tal-iżviluppi leġiżlattivi u regolamentari nazzjonali, it-taqsima “Esiġenzi nazzjonali” hija ppreżentata fil-forma ta’ tabella ta’ punti prinċipali li għandhom jiġu kkontrollati, il-valuri ta’ referenza tagħhom u l-metodu ta’ evalwazzjoni tagħhom. |
— |
Taqsimiet “Referenzi għall-istrutturi tal-kontroll” u “awtorità kompetenti tal-Istat Membru” u l-grupp ta’ kuntatt: l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korpi uffiċjali ta’ kontroll kif ukoll id-dettalji tal-grupp ġew aġġornati. |
— |
Prova tal-oriġini: Tħassru l-elementi relatati mal-istorja tal-isem minn taħt din it-taqsima u ddaħħlu għal darb’oħra, fit-taqsima “Rabta maż-żona ġeografika”. |
— |
Rabta: Mingħajr ma jiġu emendati l-għeruq, ir-rabta intima bejn il-produzzjoni tal-“Foin de Crau” u l-bhejjem hija espliċita tant li tispjega li jistgħu jiġu prodotti żewġ jew tliet qatgħat ħuxlief assoċjati ma’ mergħa waħda jew tnejn mingħajr ma jiġu affettwati la l-kwalità u lanqas il-karatteristiċi tal-“Foin de Crau”. |
DOKUMENT UNIKU
“FOIN DE CRAU”
Nru tal-UE: PDO-FR-02091 — 18.11.2015
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Isem/Ismijiet
“Foin de Crau”
2. Stat membru jew pajjiż terz
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 2.9. Ħuxlief
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1
Il-“Foin de Crau” ġej mill-mergħat naturali permanenti komposti minn għoxrin foraġġ spontanju (ħaxix, legumi, komposti u oħrajn). Hu kompost primarjament mill-qamħ (Arrhenatherum elatius P. Beauv. ex J. Presl & C. Presl), mid-dekkuka (Dactylis glomerata L.), mix-xnien vjola (Trifolium pratense L.) u xnien abjad (Trifolium repens L.).
Il-“Foin de Crau” jitnixxef f’għalqa fix-xemx. Dan m’għandux ikun ġarrab degradazzjoni minħabba x-xita. Għandu dehra viżiva partikolari marbuta mal-ħjut ftit jew wisq ħoxnin ta’ kulur aħdar u intensità qawwija olfattiva inkluż karattru floristiku.
Il-“Foin de Crau” jinbiegħ f’munzell jew f’borża (massimu ta’ 10 kilogramma).
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-proċess kollu mill-produzzjoni sat-tnixxif tal-ħuxlief isir fiż-żona ġeografika.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ., tal-prodott li għalih jirreferi l-isem
Skont l-użanzi, wara l-qtugħ u t-tnixxif fix-xemx f’għalqa, il-ħuxlief jiġi imballat f’munzelli bi spag aħmar u abjad li jidentifika l-“Foin de Crau”.
Il-ħuxlief intenzjonat biex jiġi mballat għandu jkollu livell massimu ta’ umdità ta’ 14 % u jkun inħażen għallanqas 60 ġurnata minn meta jkun sar il-ħsad.
Il-boroż jingħalqu permezz ta’ sistema li ma tistax tiġi mbagħbsa u li ma tibqax attiva ladarba l-prodott jinfetaħ.
Il-boroż ma jinħażnux f’post umduż u fix-xemx. Il-boroż tal-ħuxlief ma jistgħux jibqgħu jiġu ċċirkulati fis-suq taħt id-DOP “Foin de Crau” jekk ikunu ilhom maħżuna għal iktar minn 6 xhur mid-data tal-imballaġġ fil-boroż.
L-imballaġġ tal-munzelli fil-boroż isir fiż-żona ġeografika. Dan ir-rekwiżit għandu l-objettiv li jħares kemm il-kwalità u kemm l-oriġini ġeografika tad-DOP “Foin de Crau”: il-priżervazzjoni tal-karatteristiċi tal-prodott u speċjalment l-ispeċi tal-pjanti msemmija fil-punt 3.2. Fil-fatt, l-imballaġġ fil-boroż jirrikjedi ċertu maniġġar li jaf jippreżenta r-riskju li jelimina ċerti speċi (l-ispeċi l-iktar ħfief, bħax-xnien, jistgħu jispiċċaw trab u jiġu eliminati meta l-munzell tal-ħuxlief jinħatt u jingħadda mill-mina tar-riħ) tant li jimmodifika l-karatteristiċi tal-ħjut tal-ħuxlief (preżenza eċċessiva ta’ trab). Dan ifisser li wieħed għandu jikkontrolla wkoll il-livell ta’ umdità tal-ħuxlief fil-boroż u l-perjodu minimu ta’ ħżin tal-ħuxlief wara l-ħsad, il-kundizzjonijiet neċessarji biex tkun żgurata l-maturazzjoni tal-ħuxlief u biex ikunu żgurati l-aqwa kundizzjonijiet għall-preżervazzjoni tal-prodott.
Il-verifika tal-konformità tal-prodott finali, b’mod partikolari f’dawk li għandhom x’jaqsmu l-ispeċi ta’ pjanti, tirrikjedi għarfien espert tal-operaturi fis-settur li għandhom għarfien dettaljat tal-karatteristiċi u l-ispeċifiċitajiet tal-prodott.
Dwar il-garanzija tal-oriġini ġeografika tal-prodott, din il-kundizzjoni tnaqqas ir-riskju tas-sostituzzjoni jew tat-taħlit tal-prodott ma’ ħuxlief ta’ oriġini ġeografika oħra, li jista’ jiżdied minħabba l-proċess meħtieġ biex jiġi mballat fil-boroż (tneħħija tar-rabta mal-post u l-identifikazzjoni tal-munzell, il-ħatt tal-munzell).
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem
Il-munzelli tal-“Foin de Crau” ikollhom spaga b’żewġ kuluri aħmar u abjad.
Kull lot ta’ munzelli ta’ ħuxlief kummerċjalizzat jiġi b’qoxra li tispeċifika dan li ġej:
— |
l-isem tad-denominazzjoni tal-oriġini “Foin de Crau” segwita mill-kliem “denominazzjoni tal-oriġini protetta”; |
— |
is-simbolu tal-Unjoni Ewropea għad-DPO. |
— |
In-numru ta’ identità tal-kummerċjant: |
— |
in-numru tal-prodott; |
— |
Is-sena u n-numra tal-qatgħa. |
It-tikkettar tal-boroż jinkludi:
— |
l-isem u d-denominazzjoni tal-oriġini “Foin de Crau” segwiti mill-kliem “denominazzjoni tal-oriġini protetta”’ |
— |
is-simbolu tal-Unjoni Ewropea għad-DPO; |
L-isem u d-denominazzjoni tal-oriġini “Foin de Crau” segwiti mill-kliem “denominazzjoni tal-oriġini protetta” huma obbligatorju fuq id-dokumenti ta’ akkumpanjament u l-fatturi.
4. Deskrizzjoni fil-qosor tal-limiti taż-żona ġeografika
Il-“Foin de Crau” hu prodott fil-pjanura ta’ Crau (dipartiment ta’ Bouches-du-Rhône). Il-pjanura ta’ Crau hi delta magħmula mill-blat antik ta’ Durance, fit-Tramuntana tmiss mal-Alpilles, u mil-Lvant mal-għoljiet ta’ Salon-de-Provence u l-vaska ta’ Berre u mill-Punent mal-Grand Rhône.
Iż-żona ġeografika tad-denominazzjoni tal-oriġini “Foin de Crau” hi definita minn perimetru fuq ġewwa tal-muniċipalitajiet li jmissu mad-dipartiment Bouches-du-Rhône, koperta parzjalment minn: Arles, Aureille, Eyguières, Fos-sur-Mer, Grans, Istres, Lamanon, Miramas, Mouriès, Saint-Martin de Crau, Salon de Provence.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-reġjun ta’ Crau hu trijanglu b’iktar minn 51 000 ettaru fid-dipartiment ta’ Bouches du Rhône. Jinsab bejn Arles mill-Majjistral, Lamanon mill-Grigal, Istres u Fos-sur-Mer min-Nofinshar. Għandu konfini mit-Tramuntana max-xagħri ta’ Baux, il-kosta ta’ Malacarcia u Alpilles, mil-Lvant mal-għoljiet mijoċene ta’ Salon-de-Provence, Grans, Miramas, Istres u Fos-sur-Mer u max-xagħri tan-naħa tax-xellug tax-xatt tal-Grand Rhône mil-Lvant. Jikkonsisti mill-qiegħ antik tax-xmara torrenzjali Durance u hu ppreżentat bħala pjanura miksija biċ-ċagħaq, u qisu deżert.
Il-ħamrija hija ħamrija ħamra jew bil-ġebel kannella fuq qoxra, tinsab f’fond ta’ ftit ċentimetri sa metru. Din il-ħamrija fiha ħama, tafal, u fil-biċċa l-kbira ġebel jew ċagħaq. Fil-wiċċ hija ddekalċifikata sew u ftit alkalinizzata. Iċ-ċagħaq ta’ Crau fih saff li l-provvista tiegħu hija fil-biċċa l-kbira żgurata bit-tisqija tal-mergħat (massimu ta’ 70 %).
Il-klima, tat-tip mediterranju, hija kkaratterizzata minn xtiewi ħfief, sjuf xotti u sħan, b’riħ qawwi u kważi xejn inżul tax-xita bejn ix-xahar ta’ April u x-xahar ta’ Ottubru. Ir-riħ ikun qawwi, speċjalment mill-Majjistral. Il-perjodu li fih tiżreġ ix-xemx hu iktarx eċċezzjonali. Il-mekkaniżmu ta’ evaporazzjoni hu importanti ħafna.
Il-produzzjoni tal-“Foin de Crau” u l-prattiki tat-trobbija u tat-tisqija jmorru flimkien. L-iżvilupp tat-tisqija mis-seklu sitttax ‘il hawn, oriġina mill-preżenza tal-mergħat naturali u permanenti fi Crau. Bejn l-1554 u l-1559, Adam de Craponne bena kanal li jwassal l-ilmijiet mid-Durance sa Salon, Eyguières u Istres. Kellhom ikunu r-riżerva ta’ Serre-Ponçon u l-impjant idroelettriku ta’ Durance minn Jannar 1955 biex bdew jirregolaw il-proċess tal-provista tal-kanali kollha ta’ Basse Durance, u partikolarment ta’ Crau. Minn dakinhar, Crau bbenefika minn provvista regolari ta’ ilma.
Fl-1890, Eugène RISLER, professur u direttur tal-Institut National Agronomique à Paris, kiteb fix-xogħol tiegħu “Géologie agricole” (Paris, Berger-Levrault et Cie, librairie agricole): “ir-riżultati tal-ħolqien ta’ dawn iż-żewġ kanali (Craponne u Alpines) kienu konsiderevoli. Dawn taw lok biex tinkiseb medda ta’ art agrikola ta’ kważi 20 000 ettaru. L-art misqija, iffurmata bi blokk sekwenzjali, li wasslu għal mergħat sbieħ li faċilment jieħdu 10 000 sa 11 000 kilogramm ta’ ħuxlief kull ettaru. Dawn jagħtu kważi 3 qatgħat ta’ ħuxlief aromatiku ta’ stima tajba fi Provence, kif ukoll it-tieni qatgħa fix-xitwa li jirgħu l-mogħoż”.
Il-ġestjoni tal-ilma għaqqdet lill-bdiewa għal sekli sħaħ fi strutturi ta’ assoċjazzjonijiet. It-tisqija tal-mergħat issir permezz ta’ tisqija bil-gravità permezz tal-għargħar għal bosta sigħat, skont it-torri tal-ilma li jkun ħafna drabi taħt il-kontroll tal-gwardja tal-kanali (“eygadiers”).
Il-kontroll tal-fertilizzazzjoni bin-nitroġenu huwa importanti għaż-żamma tal-bilanċ floristiku tal-mergħat ta’ Crau. L-inputs tan-nitroġenu huma limitati. Eċċess ta’ dawn l-inputs iwasslu għal riskju li tabilħaqq jiġi msaħħaħ l-iżvilupp ta’ ċerti ħxejjex li jistgħu jkunu ta’ dannu għall-qamħ.
Ladarba jinqata’, il-ħuxlief jinxef b’mod naturali fl-għalqa, fix-xemx, għal xi ġranet permezz tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi (fix-xemx, fir-riħ).
Il-ħuxlief imbagħad jitqiegħdu f’munzelli fl-għalqa u, ħlief f’każ ta’ bejgħ “fl-għalqa” (jew “bil-karretta”), jinħażen dakinhar stess jew dakinhar li jsir il-ħsad sabiex ikun protett mix-xita u mill-umdità, Dawn il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jagħtu lok ukoll għal fermentazzjoni tajba (maturazzjoni) tal-ħuxlief.
Ir-ragħa fil-pjanura ta’ Crau hija prattika antika li tinvolvi, kif xieraq, transumanza fis-sajf fl-Alpi. L-annimali (mogħoż, baqar, żwiemel) jiżguraw żieda fir-ragħa fit-tmiem tat-tielet qatgħa tal-ħuxlief. Jitilqu mill-mergħat ta’ Crau fl-aħħar ta’ Frar. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ foraġġ li jirriżulta minn nuqqas ta’ ragħa fil-“coussouls” ta’ Crau, ir-rotot jew il-ħwawar tar-rebbiegħa, ir-ragħa fil-mergħat imsoqqija jkunu l-unika soluzzjoni ta’ għalf għall-merħliet. Il-produtturi jistgħu jibdlu l-ewwel qatgħa ħuxlief bir-ragħa. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ foraġġ fil-mergħat tal-muntanji għoljin, il-mogħoż iniżżlu t-transumanza fil-bidu ta’ Settembru u jkollhom riżorsi mill-foraġġ għal dan il-perjodu tas-sena fejn ir-ragħa tal-mergħat ta’ Crau jibdlu t-tielet qatgħa ħuxlief. Għaldaqstant, il-produzzjoni tal-“Foin de Crau” tista’ ssir f’żewġ jew tliet qatgħat assoċjati ma’ mergħa waħda jew tnejn skont il-ħtiġijiet mingħajr ma tiġi affettwata l-kwalità floristika tal-ħuxlief, sakemm ikun ġie rrispettat il-perjodu minimu impost bejn il-qtugħ u r-ragħa.
Hemm distinzjoni bejn il-“Foin de Crau” u l-ħuxlief ta’ oriġini ġeografiċi oħra minħabba l-ispeċifiċità tal-kompożizzjoni floristika tiegħu. Il-“Foin de Crau” ġej mill-mergħat naturali permanenti komposti mill-anqas għoxrin foraġġ spontanju (ħaxix, legumi, komposti u oħrajn) u hu kkaratterizzat mill-preżenza sistematika ta’ qamħ (Arrhenatherum elatius P. Beauv. ex J. Presl & C. Presl), ta’ dekkuka (Dactylis glomerata L.), ta’ xnien vjola (Trifolium pratense L.) u xnien abjad (Trifolium repens L.). Dan hu ħuxlief imnixxef b’mod naturali fix-xemx. Hu rinomat għar-riħa pjaċevoli tiegħu li tagħti palat qawwi ħafna. Il-“Foin de Crau” hu għalf li jista’ jingħata liż-żwiemel tat-tiġrija u lill-baqar u lin-nagħaġ u lill-mogħoż tal-ħalib; hu magħruf li jippromwovi l-produzzjoni tal-ħalib li jkun fih ħafna xaħam.
Il-kwalitajiet tal-“Foin de Crau” ġejjin minn diversi fatturi li jinterferixxu bejniethom: L-ambjent naturali (klima, ħamrija) u fatturi umani (tisqija, tekniki tal-produzzjoni, rwol tal-merħliet, metodi ta’ ħsad u konservazzjoni). It-tisqija bl-ilma tax-xmara Durance tagħti lok għall-kultivazzjoni mill-aqwa tal-pjanura ta’ Crau. Tali provvista tal-ilma hija meħtieġa matul il-perjodu xott bejn April u Ottubru. Issir tisqija bil-gravità permezz tal-għargħar, tippermetti li ġġib fertilizzanti meħtieġa għall-mergħat, kalċifikazzjoni mill-ġdid tal-ħamrija u t-tafal u l-ħamrija biċ-ċagħaq li tinżel mal-ħama.
Il-klima mediterranja normalment tiġi mill-Majjistral. Kważi ma tinżel xejn xita bejn ix-xahar ta’ April u x-xahar ta’ Ottubru, tant li tiffaċilita il-produzzjoni tal-ħuxlief u dan ir-riħ xott inaqqas iż-żmien meħtieġ biex jinxef il-ħuxlief, tant li jnaqqas l-elementi nutrittivi tal-ħuxlief minħabba r-raġġi ultravjola.
B’mod li jimxi maċ-ċiklu tal-ħaxix, il-merħliet jitilqu mill-mergħat ta’ Crau fl-aħħar ta’ Frar sabiex iħallu l-ħaxix jikber qabel ma ssir l-ewwel qatgħa. Dan ir-ragħa hu ta’ benefiċċju għall-manutenzjoni tal-mergħat.
Il-bilanċ tal-flora speċifika tal-mergħat naturali u permanenti ta’ Crau jinkiseb u jinżamm permezz tal-interazzjoni tal-prattiki kollha tal-produzzjoni li ilhom jintużaw sekli sħaħ: tisqija, għarfien dwar il-fertilizzazzjoni, assoċjazzjonijiet tal-ħsad u tar-ragħa. Il-kwalità tal-ħuxlief hija priżervata permezz ta’ metodi tradizzjonali ta’ ħżin mgħaġġel mhux f’post umduż sakemm jiġi kkummerċjalizzat.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-a8a6d6ad-8ae0-488f-be94-22573ca44ae8/telechargement
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.