|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2016/C 349/01 |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 349/02 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 349/03 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7917 — Boehringer Ingelheim/Sanofi Animal Health Business) ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Kunsill
|
24.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Settembru 2016
dwar l-istabbiliment ta’ Bordijiet Nazzjonali tal-Produttività
(2016/C 349/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292, flimkien mal-Artikolu 121(2) u l-Artikolu 136 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
It-tkabbir potenzjali fiż-żona tal-euro u fl-Unjoni b’mod ġenerali naqqas ir-ritmu b’mod konsiderevoli mill-2000 ‘l hawn. Ix-xejra negattiva tat-tkabbir fil-prodott potenzjali hija dovuta l-aktar minħabba tnaqqis kostanti fil-kontribuzzjoni tal-produttività totali tal-fatturi. Sa mill-2008, it-tkabbir ekonomiku ddgħajjef ulterjorment minħabba tnaqqis fl-investimenti. Jekk wieħed iħares ‘il quddiem, it-tkabbir ekonomiku fl-aħħar mill-aħħar ser jiddependi fuq iż-żieda fil-produttività. Iż-żieda fil-produttività hija sfida multidimensjonali li tirrikjedi sett ta’ politiki bbilanċjati tajjeb immirati, b’mod partikolari, biex jappoġġaw l-innovazzjoni, iżidu l-ħiliet, inaqqsu r-riġiditajiet fis-swieq tax-xogħol u tal-prodotti, kif ukoll jippermettu li jkun hemm allokazzjoni aħjar tar-riżorsi. Filwaqt li hemm bżonn li titjieb il-prestazzjoni tal-produttività u tal-kompetittività fl-Unjoni, il-kriżi reċenti wriet li l-Istati Membri li jużaw l-euro bħala munita (“Stati Membri taż-żona tal-euro”) jistgħu jkunu partikolarment soġġetti għall-possibbiltà ta’ żieda u ta’ korrezzjoni f’daqqa ta’ żbilanċi makroekonomiċi li jistgħu jkollhom effett kollaterali fi Stati Membri oħra taż-żona tal-euro u Stati Membri mhux taż-żona tal-euro. Fin-nuqqas ta’ rati tal-kambju nominali flessibbli, huma jeħtieġu mekkaniżmi adegwati ta’ aġġustament għal xokkijiet li huma speċifiċi għall-pajjiżi. Id-dinamika tal-produttività u l-kompetittività huma ta’ rilevanza kemm għall-akkumulazzjoni kif ukoll għall-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (pereżempju d-defiċits kummerċjali u fil-kontijiet kurrenti, l-istokkijiet ta’ passivi domestiċi u esterni) u għall-aġġustament effettiv għal xokkijiet asimmetriċi. Ir-riċerka u l-analiżi ta’ politiki li għandhom effett fuq id-dinamika tal-produttività u tal-kompetittività għandhom jipprovdu bażi għal żviluppi kompatibbli mal-objettiv ta’ funzjonament bla xkiel tal-unjoni ekonomika u monetarja. |
|
(2) |
Filwaqt li din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri taż-żona tal-euro, l-Istati Membri mhux taż-żona tal-euro huma mħeġġa jidentifikaw jew jistabbilixxu korpi simili. Stati Membri mhux taż-żona tal-euro li jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jsegwu din ir-Rakkomandazzjoni għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fuq termini ugwali fl-aspetti kollha tal-kooperazzjoni relatati mal-bordijiet tal-produttività. |
|
(3) |
Is-Semestru Ewropew, b’mod partikolari l-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku kif stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jipprovdi qafas għal koordinazzjoni u sorveljanza tal-politika ekonomika integrati. Bil-ħsieb li jsir progress fir-riformi strutturali, dawn il-mekkaniżmi eżistenti għandhom jibbenefikaw minn sjieda nazzjonali b’saħħitha. Għal dan l-għan, l-iżgurar ta’ analiżi indipendenti fil-livell nazzjonali u t-tisħiħ tad-djalogu ta’ politika fl-Istati Membri jidhru li huma meħtieġa. |
|
(4) |
It-twaqqif ta’ bordijiet nazzjonali tal-produttività li jsegwu l-iżviluppi u jinformaw id-dibattitu nazzjonali fil-qasam tal-produttività u l-kompetittività għandu jikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sjieda ta’ politiki u riformi meħtieġa fil-livell nazzjonali u għat-titjib tal-bażi tal-għarfien għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika tal-Unjoni. Dawn il-bordijiet għandhom janalizzaw l-iżviluppi fil-qasam tal-produttività u l-kompetittività, inkluż rigward kompetituri globali, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali u l-prattiki stabbiliti. |
|
(5) |
L-ambitu tad-dijanjosi u l-analiżi mill-bordijiet ta’ produttività ikopri kunċett komprensiv ta’ produttività u kompetittività. Huma għandhom iqisu l-fatturi dejjiema li jixprunaw u jiffaċilitaw il-produttività u l-kompetittività, inkluż l-innovazzjoni, u l-kapaċità li jiġu attirati l-investimenti, l-impriżi u l-kapital uman, u li jiġu indirizzati fatturi marbuta mal-ispejjeż u dawk li mhumiex hekk marbuta li jistgħu jaffettwaw fuq perijodu qasir il-prezzijiet u l-kontenut tal-kwalità tal-prodotti u s-servizzi, inkluż rigward kompetituri globali. |
|
(6) |
Barra minn hekk, analiżi ekonomika indipendenti ta’ kwalità għolja tal-isfidi ta’ politika żżid it-trasparenza fid-dibattiti ta’ orjentazzjoni. Il-valutazzjoni tal-isfidi tal-politika tista’ żżid il-konsapevolezza tal-partijiet ikkonċernati kollha. Dan jista’ jkollu impatt pożittiv fuq l-appoġġ pubbliku u s-sjieda għar-riformi meħtieġa. Barra minn hekk, jekk u sa fejn ikun previst fil-mandat nazzjonali tagħhom, il-bordijiet tal-produttività ikun jista’ jivvaluta l-effetti tal-għażliet ta’ politika billi jagħmel espliċiti l-kompromessi ta’ politika. |
|
(7) |
Il-bordijiet tal-produttività għandu jkollhom awtonomija funzjonali fir-rigward ta’ kwalunkwe awtorità pubblika inkarigata bit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki fil-qasam tal-produttività u l-kompetittività fl-Istat Membru jew fil-livell Ewropew. B’mod partikolari, huma għandhom ikunu jistgħu jipproduċu analiżi indipendenti fl-ambitu tal-qasam ta’ ħidma tagħhom. Filwaqt li l-kompożizzjoni tal-bordijiet tal-produttività tkun soġġetta għad-diskrezzjoni nazzjonali, din għandha tkun imparzjali, fis-sens li dawn m’għandhomx jittrasmettu biss jew prinċipalment fehmiet ta’ gruppi speċifiċi ta’ partijiet ikkonċernati. Tali rekwiżiti ta’ indipendenza u imparzjalità huma mmirati biex jiżguraw li l-bordijiet ta’ produttività ikollhom is-setgħa li jipproduċu analiżi esperta fformulata fl-interess ġenerali. |
|
(8) |
Il-karatteristiċi tal-bordijiet tal-produttività għandhom josservaw għalkollox l-Artikolu 152 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u għandhom jirrispettaw il-prattika u l-istituzzjonijiet nazzjonali għall-formazzjoni tal-pagi. F’konformità mal-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-funzjonament tal-bordijiet tal-produttività ma għandux jaffettwa d-dritt tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem, jew tal-organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom, li jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi fil-livelli xierqa jew li jieħdu azzjoni kollettiva f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u l-liġijiet u l-prattiki nazzjonali. |
|
(9) |
Il-bordijiet tal-produttività għandhom ikunu involuti f’kuntatti ma’ bordijiet tal-produttività ta’ Stati Membri parteċipanti oħra bl-għan li jiskambjaw fehmiet u l-aħjar prattiki, filwaqt li jqisu wkoll id-dimensjoni usa’ taż-żona tal-euro u tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tista’ tiffaċilita l-iskambju ta’ fehmiet bejn il-bordijiet tal-produttività tal-Istati Membri parteċipanti kollha. Għandu jkun hemm ukoll diskussjoni regolari bejn il-bordijiet tal-produttività u l-Kumitat tal-Politika Ekonomika dwar kwistjonijiet fil-qasam ta’ kompetenza ta’ dan il-Kumitat, li tinvolvi esperti rilevanti fi Stati Membri mhux parteċipanti. |
|
(10) |
Il-bordijiet tal-produttività għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom fuq bażi kontinwa. Huma għandhom jagħmlu l-analiżi tagħhom disponibbli pubblikament u jippubblikaw rapport annwali, li jkun jista’ jiġi integrat f’rapport li diġà jeżisti. L-għarfien espert indipendenti pprovdut minn dawn il-bordijiet, inkluż permezz ta’ rapporti annwali, jista’ jintuża mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u l-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku. |
|
(11) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ fehmiet fil-livell supranazzjonali, għandu jkun hemm bord tal-produttività identifikabbli wieħed f’kull Stat Membru. Huwa importanti li wieħed jibni fuq strutturi eżistenti sabiex jiġi ppreservat dak li diġà jiffunzjona u jiġu minimizzati l-ispejjeż amministrattivi. Fejn ikun xieraq, il-bord tal-produttività jista’ jkun ibbażat fuq struttura nazzjonali diġà stabbilita u rispettata inkluż f’dak li jirrigwarda l-involviment u l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati. Madankollu, biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom korrettament, il-bordijiet tal-produttività min-naħa tagħhom jistgħu jutilizzaw korpi differenti separati u eżistenti, sakemm l-analiżi tagħhom tkun tal-istess kwalità għolja. |
|
(12) |
Din ir-Rakkomandazzjoni ma tbiddilx ir-responsabbiltajiet assenjati għas-Semestru Ewropew, inkluż il-formulazzjoni u l-monitoraġġ tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż, jew l-applikazzjoni tal-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1176/2011, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
I. Objettivi u kamp ta’ applikazzjoni
|
1. |
L-objettiv ta’ din ir-Rakkomandazzjoni huwa l-identifikazzjoni jew it-twaqqif ta’ bordijiet nazzjonali tal-produttività li jkollhom l-għan li janalizzaw l-iżviluppi u l-politiki fil-qasam tal-produttività u l-kompetittività, biex b’dan il-mod jikkontribwixxu għat-trawwim tas-sjieda u l-implimentazzjoni tar-riformi meħtieġa fil-livell nazzjonali, u b’hekk irawmu tkabbir ekonomiku u konverġenza sostnuti. |
|
2. |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri taż-żona tal-euro. L-Istati Membri mhux taż-żona tal-euro huma mħeġġa wkoll biex jidentifikaw jew jistabbilixxu korpi simili. |
|
3. |
L-applikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni għandha tosserva għalkollox l-Artikolu 152 TFUE u għandha tirrispetta l-prattiki u l-istituzzjonijiet nazzjonali għall-formazzjoni tal-pagi. Din ir-Rakkomandazzjoni tieħu kont tal-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u għalhekk ma taffettwax id-dritt li wieħed jinnegozja, jikkonkludi jew jinforza ftehimiet kollettivi jew li jieħu azzjoni kollettiva f’konformità mal-liġijiet u l-prattiki nazzjonali. |
II. Bordijiet tal-produttività
|
4. |
Kull Stat Membru għandu jkollu bord tal-produttività li jkun inkarigat li jagħmel:
|
|
5. |
Kull Stat Membru għandu jidentifika bord tal-produttività wieħed, li min-naħa tiegħu jista’ jutilizza, jew ikun magħmul minn, korpi eżistenti differenti. |
|
6. |
Il-bordijiet tal-produttività għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom fuq bażi kontinwa. Huma għandhom jagħmlu l-analiżi tagħhom disponibbli għall-pubbliku u jippubblikaw rapport annwali. Huma għandhom ikunu involuti f’kuntatti ma’ bordijiet tal-produttività ta’ Stati Membri mhux taż-żona tal-euro bl-għan li jiskambjaw fehmiet u l-aħjar prattiki, u fejn adatt jagħmlu analiżi konġunta, filwaqt li jqisu wkoll id-dimensjoni usa’ taż-żona tal-euro u tal-Unjoni. Il-Kummissjoni fuq bażi regolari ser tiskambja fehmiet mal-bordijiet tal-produttività parteċipanti kollha, inkluż matul missjonijiet ta’ ġbir ta’ informazzjoni fl-Istati Membri, u tista’ tiffaċilita l-iskambju ta’ fehmiet bejn il-bordijiet tal-produttività. |
III. Karatteristiċi tal-bordijiet tal-produttività
|
7. |
Il-bordijiet tal-produttività għandu jkollhom awtonomija funzjonali fir-rigward ta’ kwalunkwe awtorità pubblika responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki fil-qasam tal-produttività u l-kompetittività fl-Istat Membru jew fil-livell Ewropew. Sabiex jissodisfaw il-kompiti ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, huma għandhom ikunu bbażati fuq dispożizzjonijiet nazzjonali li jiżguraw grad għoli ta’ awtonomija u responsabbiltà funzjonali, inkluż:
|
|
8. |
Il-bordijiet tal-produttività għandhom ikunu oġġettivi, newtrali u indipendenti għalkollox fir-rigward tal-analiżi u l-kontenut. Huma jistgħu jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, iżda ma għandhomx iwasslu biss jew prinċipalment l-opinjonijiet u l-interessi ta’ grupp partikolari ta’ partijiet ikkonċernati. |
|
9. |
Il-bordijiet tal-produttività għandu jkollhom il-kapaċità li jwettqu analiżi ekonomika u statistika b’livell għoli ta’ kwalità, inkluż kif rikonoxxut mill-komunità akkademika. L-analiżi tista’ ssir minn korpi eżistenti u separati dment li tkun tal-istess kwalità għolja. |
IV. Relazzjoni mas-Semestru Ewropew
|
10. |
L-għarfien espert indipendenti pprovdut minn dawk il-bordijiet, inkluż permezz ta’ rapporti annwali, jista’ jintuża mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u l-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku. Din ir-Rakkomandazzjoni ma tbiddilx ir-responsabbiltajiet assenjati għas-Semestru Ewropew, inkluż it-tfassil u l-monitoraġġ tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż, jew l-applikazzjoni tal-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1176/2011. |
V. Responsabbiltà u trasparenza
|
11. |
Bħala regola, l-analiżi prodotta minn dawk il-bordijiet għandha ssir pubblika. |
VI. Dispożizzjonijiet finali
|
12. |
L-Istati Membri huma taż-żona tal-euro huma mistiedna jimplimentaw il-prinċipji stabbiliti f’din ir-Rakkomandazzjoni sal-20 ta’ Marzu 2018. |
|
13. |
Sal-20 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni hija mistiedna tħejji rapport ta’ progress, abbażi tal-informazzjoni rilevanti mill-Istati Membri kollha dwar l-implimentazzjoni u l-adegwatezza ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, inkluż jekk l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet ulterjuri tidhirx neċessarja. Jekk ikun ġustifikat, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta ta’ adattament ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
I. KORČOK
(1) Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25).
(2) Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8).
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/5 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-23 ta’ Settembru 2016
(2016/C 349/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1214 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
113,02 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4552 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86435 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,5820 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0887 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,1028 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,022 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
305,51 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2869 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4475 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,3059 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4685 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4625 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,6979 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5435 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5231 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 235,78 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,2370 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,4797 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5005 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 663,99 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6028 |
|
PHP |
Peso Filippin |
53,881 |
|
RUB |
Rouble Russu |
71,2201 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,834 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,5931 |
|
MXN |
Peso Messikan |
22,0086 |
|
INR |
Rupi Indjan |
74,7110 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/6 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7917 — Boehringer Ingelheim/Sanofi Animal Health Business)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 349/03)
|
1. |
Fid-19 ta' Settembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-grupp Boehringer Ingelheim (BI, il-Ġermanja), permezz tas-sussidjarja totalment proprjetà tiegħu Boehringer Ingelheim International GmbH, jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tan-negozju tas-saħħa tal-annimali ta' Sanofi (Merial, Franza), permezz ta’ xiri ta’ ishma u beni. L-istess konċentrazzjoni diġà kienet ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fit-8 ta' Ġunju 2016, iżda l-avviż ġie sussegwentement irtirat fit-22 ta' Lulju 2016. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal BI: attiv mad-dinja kollha fl-iżvilupp, il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni ta’ farmaċewtiċi, fosthom prodotti bir-riċetta, prodotti għall-kura tas-saħħa tal-konsumatur, bijofarmaċewtiċi u prodotti tas-saħħa tal-annimali. — għal Merial: produttur ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti farmaċewtiċi u vaċċini tal-annimali madwar id-dinja. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.7917 — Boehringer Ingelheim/Sanofi Animal Health Business, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).