ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 346

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
21 ta' Settembru 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

 

IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2015–2016
Dati tas-seduti: 27-30 ta’ April 2015
Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 206, 9.6.2016 .
It-testi adottati tad-29 ta’ April 2015 rigward il-kwittanzi għall-baġit tal-2013 ġew ippublikati fil- ĠU L 255, 30.9.2015 .
TESTI ADOTTATI

1


 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 28 ta’ April 2015

2016/C 346/01

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar is-segwitu għall-implimentazzjoni tal-Proċess ta’ Bolonja (2015/2039(INI))

2

2016/C 346/02

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-films Ewropej fl-era diġitali (2014/2148(INI))

10

2016/C 346/03

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti (2014/2223(INI))

17

 

L-Erbgħa 29 ta’ April 2015

2016/C 346/04

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (COM(2013)0534 – 2013/0255(APP))

27

2016/C 346/05

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar Strateġija dwar l-Alkoħol (2015/2543(RSP))

32

2016/C 346/06

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar it-tieni anniversarju tat-tiġrif tal-bini Rana Plaza u l-progress tal-Patt dwar is-Sostenibbiltà tal-Bangladexx (2015/2589(RSP))

39

2016/C 346/07

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-aħħar traġedji fil-Mediterran u l-politiki tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-asil (2015/2660(RSP))

47

 

Il-Ħamis 30 ta’ April 2015

2016/C 346/08

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' April 2015 dwar il-persekuzzjoni tal-Insara madwar id-dinja, b'rabta mal-qtil tal-istudenti fil-Kenja mill-grupp terroristiku Al-Shabaab (2015/2661(RSP))

51

2016/C 346/09

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' April 2015 dwar il-qerda ta' siti kulturali mwettqa mill-ISIS/Da'esh (2015/2649(RSP))

55

2016/C 346/10

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' April 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Maldive (2015/2662(RSP))

60

2016/C 346/11

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' April 2015 dwar ir-Rapport ta' Progress tal-2014 dwar l-Albanija (2014/2951(RSP))

63

2016/C 346/12

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' April 2015 dwar ir-Rapport ta' Progress 2014 dwar il-Bosnja-Ħerzegovina (2014/2952(RSP))

69

2016/C 346/13

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' April 2015 dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment – Rapport Annwali 2013 (2014/2156(INI))

77

2016/C 346/14

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' April 2015 dwar l-Expo Milano 2015: Ikel għall-Pjaneta, Enerġija għall-Ħajja (2015/2574(RSP))

88

2016/C 346/15

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' April 2015 dwar is-sitwazzjoni fin-Niġerja (2015/2520(RSP))

95

2016/C 346/16

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' April 2015 dwar il-każ ta’ Nadiya Savchenko (2015/2663(RSP))

101

2016/C 346/17

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' April 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-kamp tar-refuġjati ta’ Yarmouk fis-Sirja (2015/2664(RSP))

103

2016/C 346/18

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' April 2015 dwar il-priġunerija ta' ħaddiema u attivisti tad-drittijiet tal-bniedem fl-Alġerija (2015/2665(RSP))

106


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 28 ta’ April 2015

2016/C 346/19

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar l-iskrutinju tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji ta’ Kummissarji nnominati (interpretazzjoni tal-paragrafu 1(a) tal-Anness XVI tar-Regoli ta' Proċedura) (2015/2047(REG))

110


 

III   Atti preparatorji

 

IL-PARLAMENT EWROPEW

 

It-Tlieta 28 ta’ April 2015

2016/C 346/20

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex isiru parti, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (15528/2014 – C8-0295/2014 – 2013/0285(NLE))

111

2016/C 346/21

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni (07660/2015 – C8-0098/2015 – 2015/2013(BUD))

112

2016/C 346/22

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-iżvilupp tas-sistema eCall immuntata fil-vetturi bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (05130/3/2015 – C8-0063/2015 – 2013/0165(COD))

114

2016/C 346/23

P8_TA(2015)0100
Id-direttiva dwar il-kwalità tal-karburanti u d-direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (10710/2/2014 – C8-0004/2015 – 2012/0288(COD))
P8_TC2-COD(2012)0288
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-28 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli

115

2016/C 346/24

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bl-għan li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE rigward it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief (05094/1/2015 – C8-0064/2015 – 2013/0371(COD))

116

2016/C 346/25

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (17086/1/2014 – C8-0072/2015 – 2013/0224(COD))

118

2016/C 346/26

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-istatistika Ewropea (05161/2/2015 – C8-0073/2015 – 2012/0084(COD))

119

2016/C 346/27

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-28 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (COM(2014)0614 – C8-0174/2014 – 2014/0285(COD))

120

2016/C 346/28

P8_TA(2015)0105
L-obbligu ta' żbark ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2187/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 2347/2002 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar (KE) Nru 1434/98 fir-rigward tal-obbligu tal-ħatt (COM(2013)0889 – C7-0465/2013 – 2013/0436(COD))
P8_TC1-COD(2013)0436
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' April 2015 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2187/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 2347/2002 u (KE) Nru 1224/2009, u r-Regolamenti (UE) Nru 1379/2013 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-obbligu tal-ħatt u li jħassar r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/98

142

2016/C 346/29

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (11878/2014 – C8-0006/2015 – 2014/0052(NLE))

143

 

L-Erbgħa 29 ta’ April 2015

2016/C 346/30

P8_TA(2015)0110
Il-prefinanzjament inizjali mħallas għal programmi operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew, fir-rigward ta' żieda tal-ammont ta' prefinanzjament inizjali mħallas għal programmi operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (COM(2015)0046 – C8-0036/2015 – 2015/0026(COD))
P8_TC1-COD(2015)0026
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1304/2013, fir-rigward ta' ammont ta’ prefinanzjament inizjali addizzjonali mħallas għal programmi operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

144

2016/C 346/31

P8_TA(2015)0111
Tħassir tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi (COM(2014)0707 – C8-0271/2014 – 2014/0334(COD))
P8_TC1-COD(2014)0334
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi

145

2016/C 346/32

P8_TA(2015)0112
Miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim man-Norveġja ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta' salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (Kodifikazzjoni) (COM(2014)0304 – C8-0010/2014 – 2014/0159(COD))
P8_TC1-COD(2014)0159
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (kodifikazzjoni)

146

2016/C 346/33

P8_TA(2015)0113
Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Albanija ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra (test kodifikat) (COM(2014)0375 – C8-0034/2014 – 2014/0191(COD))
P8_TC1-COD(2014)0191
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra (kodifikazzjoni)

147

2016/C 346/34

P8_TA(2015)0114
Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ mal-Bożnija-Ħerzegovina***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (test kodifikat) (COM(2014)0443 – C8-0087/2014 – 2014/0206(COD))
P8_TC1-COD(2014)0206
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bożinja u l-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożinja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (kodifikazzjoni)

148

2016/C 346/35

P8_TA(2015)0115
Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ma' l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq l-oħra (Kodifikazzjoni) (COM(2014)0394 – C8-0041/2014 – 2014/0199(COD))
P8_TC1-COD(2014)0199
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra (kodifikazzjoni)

149

2016/C 346/36

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċertu kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (test kodifikat) (COM(2014)0377 – C8-0139/2014 – 2014/0192(NLE))

150

2016/C 346/37

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni) (COM(2014)0534 – C8-0212/2014 – 2014/0246(NLE))

151

2016/C 346/38

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fid-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi tas-Suq Monetarju (COM(2013)0615 – C7-0263/2013 – 2013/0306(COD))

152

2016/C 346/39

P8_TA(2015)0171
Importazzjoni ta' prodotti tessili minn ċerti pajjiżi terzi mhux koperti minn regoli tal-importazzjoni speċifiċi tal-Unjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokoll jew arranġamenti oħra, jew minn regoli tal-importazzjoni speċifiċi tal-Unjoni (riformulazzjoni) (COM(2014)0345 – C8-0023/2014 – 2014/0177(COD))
P8_TC1-COD(2014)0177
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli speċifiċi ta' importazzjoni tal-Unjoni oħrajn (tfassil mill-ġdid)

186

2016/C 346/40

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2016 (2015/2012(BUD))

188

 

Il-Ħamis 30 ta’ April 2015

2016/C 346/41

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-30 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu u li jissospendi l-applikazzjoni tiegħu fir-rigward tal-Bosnja-Ħerzegovina (COM(2014)0386 – C8-0039/2014 – 2014/0197(COD))

194


Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

***

Proċedura ta' approvazzjoni

***I

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari

***II

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari

***III

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att)

Emendi tal-Parlament:

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

MT

 


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/1


IL-PARLAMENT EWROPEW

SESSJONI 2015–2016

Dati tas-seduti: 27-30 ta’ April 2015

Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 206, 9.6.2016.

It-testi adottati tad-29 ta’ April 2015 rigward il-kwittanzi għall-baġit tal-2013 ġew ippublikati fil- ĠU L 255, 30.9.2015.

TESTI ADOTTATI

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 28 ta’ April 2015

21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/2


P8_TA(2015)0107

Segwitu tal-implimentazzjoni għall-proċess ta' Bolonja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar is-segwitu għall-implimentazzjoni tal-Proċess ta’ Bolonja (2015/2039(INI))

(2016/C 346/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u b'mod partikolari l-Artikolu 26 tagħha,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Sorbonne dwar l-armonizzazzjoni tal-arkitettura tas-sistema Ewropea tal-edukazzjoni għolja, mill-erba' ministri responsabbli minn dan il-qasam għal Franza, il-Ġermanja, l-Italja u r-Renju Unit, iffirmata f'Pariġi fil-25 ta' Mejju 1998 (id-Dikjarazzjoni ta' Sorbonna) (1),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Bolonja ffirmata fid-19 ta' Ġunju 1999 mill-Ministri tal-Edukazzjoni minn 29 pajjiż Ewropew (id-Dikjarazzjoni ta' Bolonja) (2),

wara li kkunsidra l-komunikat maħruġ mill-Konferenza tal-Ministri Ewropej responsabbli għall-Edukazzjoni Għolja li saret f’Leuven u Louvain-la-Neuve, fit-28 u d-29 ta’ April 2009 (3),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Budapest-Vjenna tat-12 ta' Marzu 2010 adottata mill-Ministri tal-Edukazzjoni ta' 47 pajjiż, li uffiċjalment varat iż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja (EHEA) (4),

wara li kkunsidra l-komunikat maħruġ mill-Konferenza Ministerjali u t-Tielet Forum Politiku ta’ Bolonja li saru f’Bukarest, fis-26 u s-27 ta’ April 2012 (5),

wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Mobilità 2020 għaż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja (EHEA) adottata mill-Konferenza Ministerjali tal-EHEA li saret f’Bukarest, fis-26 u s-27 ta’ April 2012 (6),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”) (7),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2005 biex jiġi faċilitat il-ħruġ mill-Istati Membri ta' viżi għal żjara qasira uniformi għar-riċerkaturi minn pajjiżi terzi li jkunu qed jivvjaġġaw fi ħdan il-Komunità bil-għan li jagħmlu riċerka xjentifika (8),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar iktar kooperazzjoni Ewropea fl-assigurazzjoni tal-kwalità tal-edukazzjoni għolja (9),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (EQF-LLL) (10),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”) (11),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-iżviluppar tar-rwol tal-edukazzjoni fi trijanglu tal-għarfien li jiffunzjona kompletament (12),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2010 dwar l-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja (13),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 2011 dwar linji politiċi sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel (14),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 bit-titolu "Żgħażagħ f'Moviment – il-promozzjoni tal-mobbiltà fit-tagħlim taż-żgħażagħ (15),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Mejju 2006 bit-titolu “Inwasslu għar-riżultati tal-aġenda ta’ modernizzazzjoni għall-universitajiet: l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni” (COM(2006)0208),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bit-titolu: “EWROPA 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Awwissu 2010 dwar Aġenda Diġitali għall-Ewropa (COM(2010)0245),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2011 bit-titolu 'Insostnu t-tkabbir u l-impjiegi – aġenda għall-immodernizzar tas-sistemi ta' edukazzjoni għolja fl-Ewropa' (COM(2011)0567),

wara li kkunsidra r-rapport bit-titolu “Higher Education in Europe 2009: Developments in the Bologna Process” (L-Edukazzjoni Għolja fl-Ewropa 2009: Żviluppi fil-Proċess ta’ Bolonja) (Eurydice, Kummissjoni Ewropea, 2009) (16),

wara li kkunsidra r-rapport bit-titolu “Focus on Higher Education in Europe 2010: The Impact of the Bologna Process”’ (Ħarsa Lejn l-Edukazzjoni Għolja fl-Ewropa 2010: l-Impatt tal-Proċess ta’ Bolonja) (Eurydice, Kummissjoni Ewropea, 2010) (17),

wara li kkunsidra r-rapport bit-titolu “The European Higher Education Area in 2012: Bologna Process Implementation Report” (Iż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja fl- 2012: Ir-Rapport dwar l-Implimentazzjoni tal-Proċess ta’ Bolonja) (Eurydice, Kummissjoni Ewropea, 2012) (18),

wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-2007 tal-Ewrobarometru dwar ir-riforma fl-edukazzjoni għolja fost il-professjonisti tat-tagħlim (19),

wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-2009 tal-Ewrobarometru dwar ir-riforma fl-edukazzjoni għolja fost l-istudenti (20),

wara li kkunsidra l-publikazzjoni tal-Eurostat tas-16 ta' April 2009 bit-titolu “The Bologna Process in Higher Education in Europe – Key indicators on the social dimension and mobility” (Il-Proċess ta' Bolonja fl-Edukazzjoni Għolja fl-Ewropa – Indikaturi ewlenin dwar id-dimensjoni soċjali u l-mobilità) (21),

wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament tal-Edukazzjoni Għolja li saret f’Yerevan, fl-Armenja, fit-8 u d-9 ta’ Settembru 2011 (22),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Settembru 2008 dwar il-Proċess ta’ Bolonja u l-mobilità tal-istudenti (23),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwar “Id-Djalogu bejn l-Universitajiet u n-Negozji: sħubija ġdida għall-modernizzazzjoni tal-universitajiet Ewropej” (24),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2012 dwar il-kontribut tal-istituzzjonijiet Ewropej għall-konsolidazzjoni u l-progress tal-Proċess ta' Bolonja (25),

wara li kkunsidra l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS) (26),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0121/2015),

A.

billi l-importanza tal-Proċess ta’ Bolonja fis-sitwazzjoni ekonomika attwali għandha tkun fit-twettiq tal-għanijiet ta’ żvilupp tal-ogħla livell possibbli tal-għarfien u l-innovazzjoni għaċ-ċittadini permezz ta’ aċċess wiesa’ għall-edukazzjoni u l-aġġornament kontinwu tiegħu, u billi dan għandu jkun rifless fir-reviżjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020, u fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa ta' Juncker;

B.

billi l-analiżijiet juru li kważi wieħed minn kull tliet impjegaturi fl-UE jkollu l-problemi biex isib impjegati b’ħiliet xierqa; billi mil-lat tal-għan li jitnaqqas in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet fl-UE (id-distakk bejn il-ħiliet tal-individwu għall-impjieg u d-domanda tas-suq tal-impjiegi) ir-riforma ta' Bolonja sa issa ma kinitx ta' suċċess kbir; billi n-nuqqas tat-tlaqqigħ tal-ħiliet sar sfida ċentrali għall-Ewropa, li taffettwa l-oqsma kollha tas-soċjetà, mill-produttività u l-effiċjenza tan-negozji sal-benessri attwali u futur taż-żgħażagħ;

C.

billi l-problema tal-qgħad fost iż-żgħażagħ ma ttejbitx wisq mill-bidu tal-kriżi fl-2008 'il hawn; billi fl-aħħar tal-2014 fl-UE kien hemm madwar 5 miljun żagħżugħ u żagħżugħa ta' taħt l-età ta' 25 sena li kienu qiegħda;

D.

billi, kif intqal minn wieħed filosfu, “it-tiftix għall-verità u s-sbuħija għandu jkun il-karatteristika tal-Universitajiet”, minbarra d-dmir tagħhom li jħejju professjonisti, xjentisti, inġiniera, għalliema, tobba, politiċi u ċittadini ġodda;

E.

billi huwa importanti li l-universitajiet jitqiesu bħala l-atturi ewlenin reali tal-Proċess ta' Bolonja, lil hinn mir-rwoli ta' appoġġ f'dawk li huma koordinazzjoni, regolazzjoni u riżorsi tal-istituzzjonijiet reġjonali u nazzjonali;

F.

billi din l-inizjattiva intergovernattiva, imwettqa b’kooperazzjoni mas-settur akkademiku, involviet sforzi biex jingħata rispons Ewropew komuni għal problemi serji f’ħafna pajjiżi, iżda dawn ma kinux biżżejjed;

G.

billi l-iskop reali tal-Proċess ta’ Bolonja huwa li jiġu appoġġati l-mobilità u l-internazzjonalizzazzjoni, kif ukoll li jiġu żgurati l-kompatibilità u l-komparabilità fl-istandards u l-kwalità ta’ sistemi differenti ta' edukazzjoni għolja filwaqt li tiġi rispettata l-awtonomija tal-universitajiet u b’hekk jingħata kontribut għall-ħolqien ta’ żona Ewropea ġenwinament demokratika li toffri opportunitajiet indaqs għaċ-ċittadini;

H.

billi jeħtieġ li ssir valutazzjoni tal-progress li sar tul dawn l-aħħar 15-il sena li tieħu kont kemm tal-istorja tas-suċċess f'dik li hi kooperazzjoni intrareġjunali u kemm tal-problemi persistenti li ġew iffaċċjati u n-nuqqas ta’ uniformità fl-ilħuq tal-għanijiet iddikjarati;

I.

billi filwaqt li fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi l-Proċess ta' Bolonja kien qed jiggwida u jimmotiva r-riformi edukattivi, f'xi pajjiżi jista' jidher bħala piż burokratiku minħabba komunikazzjoni żbaljata u nuqqas ta' fehim tal-viżjoni vera tiegħu;

J.

billi huwa importanti li wieħed jirrikonoxxi l-karattru pan-Ewropew tal-Proċess ta’ Bolonja, kif ukoll l-involviment tal-atturi kollha tiegħu, inklużi l-istudenti, l-għalliema, ir-riċerkaturi u l-persunal li ma jgħallmux;

K.

billi huwa kruċjali li jingħata appoġġ finanzjarju kontinwu u akbar għall-edukazzjoni, it-taħriġ, inkluż it-taħriġ vokazzjonali, l-għarfien u r-riċerka, speċjalment f’dan il-perjodu ta’ kriżi ekonomika;

L.

billi f'dan il-kuntest li qed dejjem jinbidel hemm il-ħtieġa li jiġi affermat mill-ġdid l-impenn politiku sottostanti għall-Proċess ta' Bolonja u l-involviment tal-istituzzjonijiet Ewropej, tal-gvernijiet nazzjonali u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra kollha fit-twettiq tal-proċess;

Ir-rwol tal-Proċess ta’ Bolonja

1.

Jinnota li l-edukazzjoni u r-riċerka huma wieħed mill-pilastri ewlenin tas-soċjetà tagħna meta niġu biex nippromwovu l-iżvilupp tal-ħiliet, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi; jenfasizza li investiment akbar fl-edukazzjoni huwa kruċjali biex jiġu indirizzati b'mod deċiżiv u effettiv il-faqar, l-inugwaljanzi soċjali u l-qgħad, b’mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ, u titrawwem l-inklużjoni soċjali;

2.

Jinnota li l-Proċess ta’ Bolonja jista’ jgħin biex jiġi indirizzat b'mod deċiżiv in-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet fl-UE li kieku kellu jagħti l-opportunità lill-istudenti li jiksbu u jiżviluppaw il-kompetenzi meħtieġa mis-suq tax-xogħol, u li meta qed jagħmel dan ikun jista’ jilħaq l-għan importanti li tissaħħaħ l-impjegabbiltà tal-gradwati;

3.

Jinsab konxju mir-rwol li l-Proċess ta' Bolonja għandu fil-ħolqien ta’ Ewropa ta’ Għarfien; jenfasizza li t-tixrid tal-għarfien, l-edukazzjoni u r-riċerka huwa element ewlieni tal-Istrateġija Ewropa 2020 u jikkontribwixxi għat-trawwim taċ-ċittadinanza Ewropea; jenfasizza wkoll, madankollu, il-bżonn li ssir konsulatazzjoni fi ħdan il-komunità tal-edukazzjoni għolja (għalliema, studenti u ħaddiema li ma jgħallmux) sabiex wieħed jifhem l-oppożizzjoni għar-riformi marbuta mal-Proċess ta' Bolonja, kif ukoll il-ħtieġa li tiġi ggarantita edukazzjoni pubblika li tkun bla ħlas u aċċessibbli għal kulħadd u li twieġeb għall-bżonnijiet tas-soċjetà;

4.

Jinnota li r-riformi ta’ Bolonja rriżultaw fil-varar ta’ Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja (EHEA), u ppermettew li jsiru kisbiet f’dawn l-aħħar 15-il sena billi ġabu l-istrutturi tal-edukazzjoni għolja aktar komparabbli, żiedu l-mobilità, ipprovdew sistemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità u fir-rikonoxximnet tad-diplomi, fit-titjib tal-kwalità tas-sistemi edukattivi kif ukoll l-attrazzjoni tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa;

5.

Jinnota li għad baqa' ħafna xogħol xi jsir fil-Proċess ta' Bolonja fil-qasam tal-aġġustament tas-sistemi edukattivi għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u fil-qasam tat-titjib tal-impjegabbiltà u l-kompetittività b'mod ġenerali, kif ukoll l-attrazzjoni tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa; jinnota li l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja (IEGħ) Ewropej għandhom ikunu kapaċi jwieġbu malajr għat-tibdil ekonomiku, kulturali, xjentifiku u teknoloġiku fis-soċjetà moderna sabiex jużaw il-potenzjal sħiħ tagħhom ħalli jinkoraġġixxu t-tkabbir, l-impjegabbiltà u l-koeżjoni soċjali;

6.

Jinnota l-għanijiet għas-snin li ġejjin, u l-prijoritajiet nazzjonali għall-azzjonijiet li għandhom jittieħdu sal-2015, kif deskritti fil-qosor mill-Konferenza Ministerjali tal-EHEA tal-2012 f'Bukarest, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tagħha għall-istrateġija ta’ mobilità tal-EHEA tal-2020, filwaqt li jirrakkomanda l-istabbiliment ta’ osservatorji ġodda, approċċi ġodda għad-diversi komunitajiet universitarji Ewropej, u sistemi ġodda għall-integrazzjoni tal-membri ta’ dawn il-komunitajiet universitarji fil-proċess ta’ riforma għal dan il-Pjan;

Il-prijoritajiet u l-isfidi

7.

Jistieden lill-pajjiżi tal-EHEA jimplimentaw riformi komuni li sar qbil dwarhom immirati lejn it-tħaffif tal-ilħuq tal-għanijiet tal-Proċess ta’ Bolonja, u jsaħħu l-kredibilità tal-EHEA; jinkoraġġixxi l-appoġġ għall-pajjiżi li qed jiffaċċjaw diffikultajiet fl-implimentazzjoni ta’ dawn ir-riformi; jappoġġa, f’dan ir-rigward, il-ħolqien ta’ sħubijiet wiesgħa bejn il-pajjiżi, ir-reġjuni, u l-partijiet ikkonċernati rilevanti;

8.

Jistieden lill-Istati Membri jtejbu iżjed u jaġġornaw il-valutazzjoni tal-istabbilimenti ta’ edukazzjoni għolja, skont l-istandards li ġew stabbiliti qabel mis-sistemi edukattivi fil-livell internazzjonali u jippremjaw l-eċċellenza bil-ħsieb li jmexxu 'l quddiem l-għarfien, ir-riċerka u x-xjenza;

9.

Jenfasizza l-importanza li tiġi ppreservata d-diversità fit-tagħlim, inkluża d-diversità tal-lingwi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-għotjiet tal-istudenti u jiżguraw li jkunu faċilment aċċessibbli;

10.

Jinnota l-ħtieġa li jsiru sforzi ulterjuri sabiex l-EHEA tiġi żviluppata, u wieħed jibni fuq il-progress li sar fl-ilħuq tal-objettivi tagħha u f’koordinazzjoni maż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni u Taħriġ, iż-Żona Ewropea ta’ Tagħlim tul il-Ħajja (LLL) u ż-Żona Ewropea tar-Riċerka;

11.

Jistieden lill-partijiet interessati kollha kkonċernati mill-implimentazzjoni tal-Proċess ta' Bolonja biex isaħħu l-assigurazzjoni tal-kwalità sabiex isseħħ żona Ewropea ta' edukazzjoni għolja li ttejjeb l-attrazzjoni tagħha bħala referenza ta' eċċellenza akkademika mad-dinja kollha;

12.

Jistieden lill-Istati Membri, lill-pajjiżi tal-EHEA u lill-UE kollha kemm hi, biex jinkoraġġixxu l-għarfien pubbliku tal-Proċess ta’ Bolonja u l-appoġġ għalih, inkluża azzjoni fil-livell l-aktar bażiku biex jinkiseb involviment aktar effettiv u dinamiku fl-ilħuq tal-għanijiet tiegħu;

13.

Jirrimarka li l-Kummissjoni, bħala membru tal-Proċess ta’ Bologna, għandha rwol importanti fl-iżvilupp l-EHEA, u jitlobha biex tkompli r-rwol tagħha fir-rilanċ tal-Proċess u fit-tħaffif tal-isforzi biex jintlaħqu l-objettivi ddikjarati;

14.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li fis-settur terzjarju tiġi inkluża l-kwalità tal-edukazzjoni u r-riċerka fl-għanijiet iddikjarati; iqis li wieħed mill-indikaturi tat-twettiq ta’ dawn l-għanijiet għandu jkun li tiżdied l-impjegabbiltà tal-gradwati, li huwa wkoll objettiv tal-istrateġija Ewropa 2020;

15.

Jitlob li jsir djalogu bejn il-gvernijiet u l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja (IEGħ) sabiex jitqiegħed fil-mira u jiġi massimizzat l-użu tal-fondi disponibbli u jiġu mfittxija mudelli ġodda u diversi għall-finanzjament biex jikkomplimentaw il-finanzjament pubbliku; jenfasizza f'dan ir-rigward l-importanza tal-Orizzont 2020 biex imexxi proġetti ta' riċerka kollaborattivi fost l-IEGħ Ewropej u jinsab imħasseb dwar l-attentati kontinwi biex jinqata' l-finanzjament tiegħu filwaqt li oqsma oħrajn tal-baġit jibqgħu mhux ikkontestati;

16.

Jistieden lill-gvernijiet itejbu l-effiċjenza fl-użu tal-finanzjament pubbliku fl-edukazzjoni u jirrispettaw il-mira ewlenija tal-UE li jiġu investit fir-R&Ż 3 % tal-PDG tal-UE sal-2020; jenfasizza li l-finanzjament ambizzjuż tal-edukazzjoni u r-riċerka huwa meħtieġ, peress li jikkostitwixxu wieħed mill-għodod ewlenin biex jiġi żgurat l-aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità għal kulħadd, kif ukoll biex jiġu miġġielda l-kriżi ekonomika u l-qgħad;

17.

Jinnota l-opportunitajiet ta' finanzjament potenzjali għall-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali li għandhom jiġu pprovduti mill-FEIS; jesprimi t-tħassib serju tiegħu għat-tnaqqis ippjanat fil-fondi għal Orizzont 2020 li huma konnessi direttament mar-riċerka u l-edukazzjoni, favur l-FEIS;

18.

Iwissi li kwalunkwe tnaqqis f’Orizzont 2020 bla dubju se jaffettwaw l-implimentazzjoni sħiħa tal-Proċess ta’ Bolonja, u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirtira kwalunkwe proposta bħal din;

19.

Jinkoraġġixxi kemm l-approċċ minn fuq għal isfel u kemm l-approċċ minn isfel għal fuq, li jinvolvu l-komunità akkademika kollha kemm hi u s-sħab soċjali, u jitlob li jkun hemm l-impenn politiku u l-kooperazzjoni tal-Ministri tal-EHEA fl-iżvilupp ta’ strateġija komuni għall-kisba tar-riformi ta’ Bolonja;

20.

Jitlob għall-iżvilupp ulterjuri ta’ programmi ta’ studju b’objettivi ddefiniti b’mod ċar, li jipprovdu l-għarfien u t-taħlita ta’ ħiliet, kemm ġenerali u kemm professjonali, li huma meħtieġa mhux biss biex il-gradwati jkunu mħejjija għar-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol u jibnu l-kapaċità tagħhom għat-tagħlim tul il-ħajja (LLL), iżda wkoll u b’mod kruċjali biex iċ-ċittadini jiġu integrati; jappoġġja l-implimentazzjoni sħiħa tal-qafas Ewropew għaċ-ċertifikazzjoni tal-kwalifiki professjonali;

21.

Jenfasizza r-rwol tad-dixxiplini XTIM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija, Matematika) u l-importanza tagħhom għas-soċjetà, l-ekonomija u l-impjegabbiltà tal-gradwati;

22.

Jitlob għall-implimentazzjoni korretta tas-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta’ Krediti (ECTS) u s-Suppliment tad-Diploma fl-EHEA, bħala l-għodod ewlenin marbuta mal-ammont ta' xogħol u r-riżultati tat-tagħlim tal-istudenti, sabiex tiġi faċilitata l-mobilità u l-istudenti jiġu megħjuna jikkompilaw il-kisbiet akkademiċi u ekstrakurrikulari tagħhom;

23.

Jenfasizza l-importanza li jiġu ggarantiti r-rikonoxximent reċiproku u l-kompatibilità tal-lawrji akkademiċi għat-tisħiħ tas-sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità fuq livell Ewropew u fil-pajjiżi kollha li ngħaqdu mal-EHEA, skont il-verżjoni riveduta tal-Istandards u l-Linji Gwida Ewropej għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità (ESG) fiż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja; jistieden lill-pajjiżi kollha tal-EHEA u lill-aġenziji tal-assigurazzjoni tal-kwalità rispettivi tagħhom, biex jingħaqdu fin-netwerks Ewropej għall-assigurazzjoni tal-kwalità (ENQA u EQAR);

24.

Iħeġġeġ lis-sħab tal-Proċess ta' Bolonja u b'mod speċjali lill-Kummissjoni biex b'mod regolari jkejlu n-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-kompetenzi u l-ħiliet fil-mument meta l-gradwati jidħlu fid-dinja tax-xogħol;

25.

Jenfasizza l-importanza tal-għan tal-istrateġija Ewropa 2020 skont liema għan 40 % ta' dawk li għandhom bejn it-30 u l-34 sena suppost li jkunu temmew l-edukazzjoni terzjarja u jkunu kisbu l-ħiliet u l-kompetenzi xierqa biex isibu impjieg li jissodisfahom;

26.

Jenfasizza l-valur tal-Qofsa tal-Kwalifiki (QK) sabiex tittejjeb it-trasparenza, u jistieden lill-pajjiżi kollha tal-Proċess ta’ Bolonja jagħmlu l-QK nazzjonali tagħhom kompatibbli ma’ dawk tal-EHEA u mal-QK Ewropej;

27.

Jenfasizza li l-Qofsa Nazzjonali tal-Kwalifiki (QNK) f'ħafna Stati Membri għad jonqoshom jiġu aġġustati għall-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK) kif ukoll għall-Istandards u l-Linji Gwida Ewropej għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità (ESG); jinnota li ħafna NQFs għadhom mhumiex irreġistrati fir-Reġistru Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja (EQAR);

28.

Jinnota li l-mobilità tal-istudenti, l-għalliema, ir-riċerkaturi u l-persunal li ma jgħallimx hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Proċess ta’ Bolonja; jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-opportunitajiet għal mobilità u l-kwalità, u jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Mobiltià 2020 għall-EHEA u wkoll li tintlaħaq mira kwantitattiva ta’ 20 % għall-mobilità tal-istudenti sal-2020; f’dan ir-rigward, jenfasizza r-rwol kruċjali tal-programm Erasmus + u Orizzont 2020, u l-importanza li tiġi żgurata l-implimentazzjoni u l-promozzjoni bla xkiel u effiċjenti tagħhom; jenfasizza li l-għotjiet għall-istudju li jappartjenu lill-Erasmus+ għandhom ikunu eżentati mit-taxxa u mill-imposti soċjali;

29.

Jitlob għall-inkorporazzjoni gradwali tal-mobilità tal-istudenti fil-kurrikuli universitarji uffiċjali;

30.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu involuti għadd xieraq ta’ studenti u persunal li jgħallem fl-oqsma tal-arti u l-mużika fil-programmi ta’ mobilità tal-UE;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri sabiex jivvalutaw, fil-qasam tal-kriterji ta’ klassifikar għall-universitajiet u l-istituzzjonijiet ta’ taħriġ għoli, il-livell tas-sħubija u tal-mobilità Ewropea u internazzjonali li jippromwovu;

32.

Jinnota r-rwol ċentrali tal-IEGħ fil-promozzjoni tal-mobilità u fil-produzzjoni ta' gradwati u riċerkaturi b'għarfien u ħiliet li jippermettulhom jagħmlu suċċess permezz tal-impjegabbiltà fl-ekonomija globali;

33.

Jistieden lill-Istati Membri, lill-UE u lill-EHEA jsaħħu l-mobilità billi jrawmu t-tagħlim tal-lingwi, ineħħu l-ostakli amministrattivi, jipprovdu mekkaniżmu ta’ appoġġ finanzjarju adegwat u jiggarantixxu t-trasferibilità tal-għotjiet, il-boroż ta' studju u l-krediti; jinnota li l-mobilità tibqa’ inqas aċċessibbli għall-istudenti li ġejjin minn sfondi inqas sinjuri;

34.

Jenfasizza, fir-rigward kemm tat-tfassil u kemm tat-twettiq tal-programmi, il-bidla fil-paradigma edukattiva lejn approċċ iktar iċċentrat fuq l-istudenti li jinkludi l-iżvilupp personali tal-istudenti; jissottolinja l-importanza tal-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-governanza tal-edukazzjoni għolja;

35.

Jissottolinja li l-programmi ta' studju għandhom jiffokaw fuq id-domandi fit-tul tas-suq; jenfasizza wkoll li l-impjegabbiltà tfisser li l-istudenti għandu jkollhom ħakma ta' firxa wiesgħa ta' kompetenzi differenti li jħejjuhom għas-suq tax-xogħol u jgħammruhom bil-kapaċità għat-tagħlim tul il-ħajja; jinkoraġġixxi f’dan ir-rigward id-djalogu attiv u l-kooperazzjoni nazzjonali u transfruntiera fuq programmi u kollokamenti tax-xogħol bejn il-komunità universitarja u n-negozju, li jistgħu jgħinu biex tingħeleb il-kriżi ekonomika, jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku, u jingħata kontribut għal soċjetà bbażata fuq l-għarfien u b’hekk jiġu pprovduti opportunitajiet f’sens soċjali aktar wiesa’; jinkoraġġixxi lill-IEGħ ikunu miftuħa għal studji transdixxiplinarji, il-ħolqien ta' istituti tar-riċerka universitarji u kollaborazzjoni ma' sħab diversi;

36.

Jenfasizza l-ħtieġa li jingħataw opportunitajiet wiesgħa għat-tagħlim tul il-ħajja, u għal forom kumplementari ta’ tagħlim bħalma huma l-edukazzjoni mhux formali u dik informali li huma kruċjali għall-iżvilupp tal-ħiliet interpersonali;

37.

Jitlob li jsiru sforzi biex tissaħħaħ ir-rabta bejn l-edukazzjoni għolja u r-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż permezz tal-promozzjoni ta’ edukazzjoni bbażata fuq ir-riċerka, u jenfasizza l-Programm Orizzont 2020 bħala mekkaniżmu ta’ finanzjament ewlieni biex tingħata spinta lir-riċerka; jitlob għal sinkronizzazzjoni aħjar tal-azzjonijiet li jappoġġjaw il-Proċess ta’ Bolonja bħalma huma l-programmi Orizzont 2020 u Erasmus+;

38.

Jitlob li jkun hemm toroq ta’ tagħlim aktar flessibbli li jinkludu programmi ta’ lawrji konġunti u studji interdixxiplinarji, u li jappoġġjaw l-innovazzjoni, il-kreattività, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV), l-edukazzjoni doppja, u l-intraprenditorija fl-edukazzjoni għolja, u jitlob li l-potenzjal offrut mit-teknoloġiji ġodda, id-diġitalizzazzjoni u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICTs) jiġi esplorat bil-għan li t-tagħlim kemm mill-istudenti u kemm mill-għalliema jsir aktar għani, kif ukoll sabiex jiġu żviluppati ulterjorment firxa wiesgħa ta' ħiliet u mudelli ġodda għat-tagħlim mill-istudenti, għat-tagħlim mill-għalliema u għall-valutazzjoni;

39.

Jistieden lill-IEGħ, l-amministrazzjonijiet pubbliċi, is-sħab soċjali u l-intrapriżi biex imexxu djalogu kontinwu li jiffaċilita u jsaħħaħ l-impjegabbiltà; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li d-diskussjoni tiffoka fuq il-potenzjal mhux użat tal-edukazzjoni għolja f'dawk li huma l-istimular tat-tkabbir u l-impjiegi; jistieden lill-pajjiżi tal-EHEA u l-IEGħ isaħħu l-koperazzjoni bil-għan li jiżguraw taħriġ prattiku professjonali u apprendistati ta’ kwalità u jsaħħu l-mobilità f’dan il-kuntest; jenfasizza li l-partijiet ikkonċernati għandhom jikkooperaw aħjar biex jgħollu l-kwalifiki inizjali u jġeddu forza tax-xogħol kwalifikata, kif ukoll biex itejbu l-forniment, l-aċċessibbiltà u l-kwalità tal-gwida dwar il-karrieri u l-impjiegi; iqis, barra minn hekk, li l-kollokamenti tax-xogħol fi ħdan il-programmi ta' studju u t-tagħlim fuq il-post tax-xogħol għandhom jiġu inkoraġġiti iżjed;

40.

Jenfasizza li huwa meħtieġ li r-refuġjati rikonoxxuti jkollhom aċċess għall-istituzzjonijiet kollha li jinsabu fl-EHEA li jkunu jistgħu jgħinuhom jibnu ħajja indipendenti permezz tal-edukazzjoni; barra minn hekk jenfasizza li l-permessi ta' residenza għall-gradwati li qed ifittxu attività professjonali kwalifikata għandhom jiġu liberalizzati iżjed; jenfasizza li l-isforzi għar-rikonoxximent reċiproku għar-refuġjati rikonoxxuti għandhom jiġu msaħħa, b'mod speċjali taħt l-aspett ta' mobilità għal tali l-istudenti;

41.

Jenfasizza li l-Istati Membri, u l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja kollha li ngħaqdu mal-EHEA, huma responsabbli li jipprovdu edukazzjoni ta’ kwalità li twieġeb għall-isfidi soċjetali u ekonomiċi, u jenfasizza l-ħtieġa tal-kooperazzjoni mill-qrib tagħhom bil-għan li jilħqu l-għanijiet stabbiliti fi ħdan il-Proċess ta' Bolonja;

42.

Jinnota li huma ftit biss l-Istati Membri li ħolqu strateġija komprensiva biex jinkludu l-istudenti minn sfondi soċjoekonomiċi żvantaġġjat fl-edukazzjoni għolja u b'hekk jindirizzaw b'mod deċiżiv il-problema tal-hekk imsejjaħ filtru soċjali;

43.

Jitlob għal iżjed involviment mill-għalliema tal-iskejjel sekondarji fil-Proċess ta' Bolonja f'dawk li huma l-promozzjoni tal-kwalità fit-taħriġ tal-għalliema u l-mobilità professjonali, sabiex jiġu ssodisfati d-domandi ġodda edukattivi u ta' taħriġ ta' soċjetà bbażata fuq l-għarfien u jingħata kontribut għal prestazzjoni tal-istudenti mtejba;

44.

Jenfasizza r-rwol tal-edukazzjoni u l-kwalità u l-missjoni tat-tagħlim tagħha fl-iffurmar tal-ġenerazzjonijiet futuri u fil-kontribuzzjoni għal koeżjoni soċjali u ekonomika usa' kif ukoll għall-ħolqien tal-impjiegi, kompetittività aqwa u potenzjal aqwa ta' tkabbir; jitlob f'dan ir-rigward għal rikonoxximent aħjar tal-professjoni tat-tagħlim;

45.

Jitlob li jsiru sforzi biex tittejjeb l-inklużjoni soċjali billi jiġi pprovdut aċċess ġust u miftuħ għal edukazzjoni ta’ kwalità għal kulħadd, billi jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent tal-kwalifiki akkademiċi u professjonali, kif ukoll tal-perijodi ta’ studju barra mill-pajjiż u tat-tagħlim preċedenti, tal-programmi tal-ħiliet interpersonali u t-tagħlim mhux formali u dak informali u billi tiġi pprovduta edukazzjoni rilevanti lil popolazzjoni ta' studenti diversifikata permezz tat-tagħlim tul il-ħajja;

46.

Jenfasizza d-dimensjoni soċjali tal-Proċess ta' Bolonja; jitlob li tittieħed azzjoni li timmira għal parteċipazzjoni akbar mill-gruppi li huma sottorappreżentati u żvantaġġjati, anke permezz ta’ programmi ta’ mobilità internazzjonali;

47.

Jenfasizza r-rwol tal-mobilità edukattiva fit-tagħlim interkulturali, u li l-Proċess ta' Bolonja għandu jieħu passi attivi biex irawwem l-għarfien u r-rispett interkulturali tal-istudenti;

48.

Jitlob li jsiru sforzi biex tiġi żviluppata aktar strateġija għad-dimensjoni esterna tal-EHEA, permezz ta’ kooperazzjoni ma’ reġjuni oħra tad-dinja, sabiex tiżdied il-kompetittività u l-attrazzjoni tagħha f'kuntest dinji, jittejjeb l-għoti ta' informazzjoni dwar l-EHEA, tissaħħaħ il-kooperazzjoni abbażi tas-sħubija, jiġi intensifikat id-djalogu dwar il-politika u jiġu rikonoxxuti iżjed il-kwalifiki;

49.

Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ il-ġbir tad-data fost il-pajjiżi tal-EHEA sabiex jiġu identifikati u indirizzati aħjar l-isfidi tal-Proċess ta' Bolonja;

50.

Jenfasizza l-importanza tal-Konferenza Ministerjali tal-EHEA li jmiss, li għandha ssir f’Yerevan f’Mejju 2015, f'dak li hu t-twettiq ta' rieżami oġġettiv u kritiku kemm tal-progress li sar fl-ilħiq tal-prijoritajiet stabbiliti għall-2012-2015 u kemm tal-problemi li żammew dan il-progress lura, bil-ħsieb li l-EHEA tingħata spinta u tkompli tiġi konsolidata aktar bl-appoġġ sħiħ tal-Unjoni;

o

o o

51.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  http://www.ehea.info/Uploads/Declarations/SORBONNE_DECLARATION1.pdf

(2)  http://www.ehea.info/Uploads/Declarations/BOLOGNA_DECLARATION1.pdf

(3)  http://www.ehea.info/Uploads/Declarations/Leuven_Louvain-la-Neuve_Communiqu%C3%A9_April_2009.pdf

(4)  http://www.ehea.info/Uploads/Declarations/Budapest-Vienna_Declaration.pdf

(5)  http://www.ehea.info/Uploads/(1)/Bucharest%20Communique%202012(1).pdf

(6)  http://www.ehea.info/Uploads/%281%29/2012%20EHEA%20Mobility%20Strategy.pdf

(7)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 132.

(8)  ĠU L 289, 3.11.2005, p. 23.

(9)  ĠU L 64, 4.3.2006, p. 60.

(10)  ĠU C 111, 6.5.2008, p. 1.

(11)  ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.

(12)  ĠU C 302, 12.12.2009, p. 3.

(13)  ĠU C 135, 26.5.2010, p. 12.

(14)  ĠU C 191, 1.7.2011, p. 1.

(15)  ĠU C 199, 7.7.2011, p. 1.

(16)  http://eacea.ec.europa.eu/education/eurydice/documents/thematic_reports/099EN.pdf

(17)  http://eacea.ec.europa.eu/education/eurydice/documents/thematic_reports/122EN.pdf

(18)  http://www.ehea.info/Uploads/(1)/Bologna%20Process%20Implementation%20Report.pdf

(19)  http://ec.europa.eu/public_opinion/flash/fl198_en.pdf

(20)  http://ec.europa.eu/public_opinion/flash/fl_260_en.pdf

(21)  http://ec.europa.eu/eurostat/documents/3217494/5713011/KS-78-09-653-EN.PDF/3eb9f4ec-dc39-4e51-a18b-b61eb7c2518b?version=1.0

(22)  http://www.ehea.info/news-details.aspx?ArticleId=253

(23)  ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 18.

(24)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 95.

(25)  ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 24.

(26)  Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 (COM(2015)0010).


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/10


P8_TA(2015)0108

Il-films Ewropej fl-era diġitali

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-films Ewropej fl-era diġitali (2014/2148(INI))

(2016/C 346/02)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali adottata mill-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) fl-20 ta’ Ottubru 2005,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) u li jirrevoka d-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE (3),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2014 dwar il-politika awdjoviżiva Ewropea fl-era diġitali (4),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bit-titolu “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Awwissu 2010 bit-titolu: “Aġenda Diġitali għall-Ewropa” (COM(2010)0245),

wara li kkunsidra l-Ewwel Rapport mill-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2012 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE “Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva” -Servizzi tal-Media Awdjoviżiva u Apparat Konness: Perspettivi Passati u Futuri (COM(2012)0203),

wara li kkunsidra l-Ewwel Rapport mill-Kummissjoni tal-24 ta’ Settembru 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 13, 16 u 17 tad-Direttiva 2010/13/UE għall-perjodu 2009-2010 – Promozzjoni tax-xogħlijiet Ewropej fis-servizzi tal-media awdjoviżiva fuq talba u skedati tal-UE (COM(2012)0522),

wara li kkunsidra t-Tielet Rapport tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2012 bit-titolu “On the challenges for European film heritage from the analogue and the digital era” (dwar l-isfidi għall-patrimonju ċinematografiku Ewropew mill-era analoġika u diġitali) (SWD(2012)0431) dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni 2005/865/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 dwar il-patrimonju ċinematografiku u l-kompetittività ta’ attivitajiet industrijali relatati,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2012 dwar il-kontenut fis-Suq Uniku Diġitali (COM(2012)0789),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tal-24 ta’ April 2013 dwar “It-tħejjija għal Dinja Awdjoviżiva Konverġenti b’Mod Komplet: Tkabbir, Ħolqien u Valuri” (COM(2013)0231),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2013 dwar għajnuna mill-Istat għal films u xogħlijiet awdjoviżivi oħrajn (5),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Mejju 2014 bit-titolu “Il-film Ewropew fl-era diġitali – Inqarrbu d-diversità kulturali mal-kompetittività (COM(2014)0272),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta’ Diċembru 2014 dwar “Il-film Ewropew fl-era diġitali”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-16 ta’ Novembru 2011 dwar iċ-ċinema Ewropea fl-era diġitali (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Settembru 2012 dwar id-distribuzzjoni onlajn ta’ xogħlijiet awdjoviżivi fl-Unjoni Ewropea (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2013 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-servizzi tal-media awdjoviżiva (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2014 dwar it-tħejjija għal dinja awdjoviżiva konverġenti b’mod komplet (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0123/2015),

A.

billi l-films huma prodotti ekonomiċi kif ukoll kulturali u jikkontribwixxu bil-kbir għall-ekonomija Ewropea f’termini ta’ tkabbir u impjiegi filwaqt li jgħinu biex jiffurmaw identitajiet Ewropej billi jirriflettu d-diversità kulturali u lingwistika, jippromwovu kulturi Ewropej bejn il-fruntieri u jiffaċilitaw l-iskambju kulturali u l-fehim reċiproku fost iċ-ċittadini, u jikkontribwixxu wkoll għall-formazzjoni u l-iżvilupp ta' ħsieb kritiku;

B.

billi l-potenzjal tas-setturi kulturali u kreattivi fl-Ewropa u b’mod partikolari tal-industrija ċinematografika Ewropea għad irid jiġi kompletament sfruttat fil-promozzjoni tad-diversità u l-patrimonju kulturali Ewropew u l-ħolqien ta’ tkabbir sostenibbli u impjiegi li mbagħad jistgħu jibbenefikaw ukoll minn setturi oħra tal-ekonomija, li jipprovdu lill-Ewropa b’vantaġġ kompetittiv fuq livell dinji;

C.

billi l-industrija Ewropea tal-films hija waħda mill-akbar produtturi fid-dinja, b’1 500 film maħruġa fl-2014, iżda hija kkaratterizzata minn struttura eteroġenika kemm f’termini ta’ finanzjament kif ukoll tat-tip ta’ produzzjoni;

D.

billi l-films Ewropej huma kkaratterizzati mid-diversità, l-oriġinalità u l-kwalità tagħhom, iżda jsofru minn promozzjoni u distribuzzjoni limitati fl-Unjoni kollha, u dan huwa rifless f’livelli relattivament baxxi tal-udjenzi miksuba filwaqt li jħabbtu wiċċhom ma' kompetizzjoni internazzjonali ħarxa u diffikultajiet biex jiġu distribwiti kemm fi ħdan l-Ewropa kif ukoll barra;

E.

billi ċ-ċirkolazzjoni ta’ films Ewropej mhux nazzjonali fl-Istati Membri għadha dgħajfa minkejja n-numru kbir ta’ films prodotti kull sena, filwaqt li l-produzzjonijiet mhux Ewropej jilħqu lil ħafna nies fl-Unjoni;

F.

billi d-diversità tal-films Ewropej li jirriflettu r-rikkezza u l-qawwa tad-diversità kulturali u lingwistika tal-Ewropa tfisser li s-suq Ewropew tal-films huwa naturalment frammentat;

G.

billi l-promozzjoni ta' produzzjoni tal-films ta' kwalità hija partikolarment importanti għall-Istati Membri żgħar li l-lingwi tagħhom għandhom numru żgħir ta' kelliema;

H.

billi s-sottoprogramm MEDIA tal-Ewropa Kreattiva (minn hawn 'il quddiem MEDIA) joffri sorsi ġodda ta’ finanzjament u opportunitajiet għad-distribuzzjoni u ċ-ċirkolazzjoni ta’ films mhux nazzjonali Ewropej u biex jiġu żviluppati l-udjenzi u jiġi appoġġat il-litteriżmu medjatiku;

I.

billi, wieħed mill-għanijiet ewlenin tas-Suq Uniku Diġitali għandu jkun biex jibni fiduċja u kunfidenza fl-internet u jżid l-aċċess għall-kontenut awdjoviżiv legali, għalhekk jikkontribwixxi għall-investiment fil-films Ewropej;

J.

billi l-iskrining ċinematografiku, bħala l-ewwel tieqa ta’ rilaxx, għadu responsabbli għal proporzjon kbir tad-dħul mill-films u huwa għalhekk essenzjali għall-finanzjament tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ċinematografika Ewropea, b’impatt konsiderevoli fuq is-suċċess tal-films ikkonċernati fi twieqi ta’ rilaxx sussegwenti;

K.

Billi, madankollu, numru li qed jikber ta’ films Ewropej bi produzzjoni u baġit ta’ promozzjoni modesti, jibbenefikaw minn strateġiji ta’ rilaxx iktar flessibbli u disponibbiltà iktar bikrija tal-VOD;

L.

billi organizzazzjoni aħjar tat-twieqi ta' rilaxx timmassimizza l-potenzjal pubbliku filwaqt li tnaqqas l-attraenza tal-konsum mhux awtorizzat tal-films;

M.

billi l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (AVMSD) jobbliga lill-Istati Membri biex jiżguraw li fornituri tas-servizz fuq talba jippromwovu xogħlijiet Ewropej; billi din id-dispożizzjoni ġiet implimentata b’mod divers b’livelli differenti ta’ rekwiżiti legali u wasslet għal fornituri li jistabbilixxu lilhom infushom fi Stati Membri bl-aktar rekwiżiti baxxi;

N.

billi l-biċċa l-kbira tal-finanzjament pubbliku għall-industrija ċinematografika Ewropea, kemm minn sorsi nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni, hija ddedikata għall-produzzjoni tal-films;

O.

billi fir-Regolament Nru (UE) Nru 1295/2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva l-Artikolu 14 jipprevedi li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-“Faċilità ta’ Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi” bil-għan li tiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs fis-setturi kulturali u kreattivi u li ttejjeb il-kapaċità tal-intermedjarji finanzjarji parteċipanti biex jiġu vvalutati r-riskji assoċjati mal-SMEs li jitolbu self u finanzjament;

P.

billi fit-tielet rapport tagħha tas-7 ta’ Diċembru 2012 dwar l-isfidi għall-patrimonju ċinematografiku Ewropew mill-era analoġika u diġitali, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni lejn il-fatt li 1,5 % biss mill-patrimonju ċinematografiku Ewropew għadu ma ġiex diġitalizzat; billi dan il-perċentwal għadu l-istess illum, minkejja t-tħassib imtenni li ħafna minn dan il-patrimonju jista' jintilef għal kollox għall-ġenerazzjonijiet futuri, kif jidher, pereżempju, mill-fatt li 10 % biss ta’ films muti ġew ippreservati;

Q.

billi d-diġitizzazzjoni u l-konverġenza tal-media joħolqu opportunitajiet ġodda għad-distribuzzjoni u l-promozzjoni tal-films Ewropej b’mod transkonfinali, kif ukoll potenzjal akbar għall-innovazzjoni u l-flessibbiltà, filwaqt li jikkawżaw bidliet sinifikanti fl-imġiba u l-aspettattivi tat-telespettaturi;

R.

billi huwa essenzjali li jiġu ggarantiti fondi għad-diġitalizzazzjoni, il-konservazzjoni u d-disponibbiltà online tal-patrimonju ċinematografiku u l-materjali relatati u li jiġu stabbiliti standards Ewropej dwar il-konservazzjoni tal-films diġitali;

S.

billi l-litteriżmu tal-media, u b'mod partikolari l-litteriżmu fil-films, jista’ jinkoraġġixxi liċ-ċittadini biex jiżviluppaw ħsieb kritiku u fehim u jista' jistimola l-kreattività u l-kapaċità tal-espressjoni tagħhom;

T.

billi d-drittijiet tal-awtur fl-era diġitali għandhom ikomplu jistimulaw l-investiment fil-produzzjoni u l-ħolqien tal-films u jiżguraw remunerazzjoni xierqa għad-detenturi tad-drittijiet, filwaqt li jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ servizzi ġodda u l-aċċess transkonfinali għaċ-ċittadini u jippermettu lill-industriji kulturali u kreattivi biex jibqgħu jikkontribwixxu għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi;

U.

billi hu importanti li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva 2012/28/UE dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet orfni u li l-films jiġu inklużi fid-definizzjoni ta' xogħlijiet orfni aċċessibli għall-pubbliku;

Promozzjoni, distribuzzjoni u aċċessibbiltà transkonfinali

1.

Jinkoraġġixxi lill-industrija Ewropea tal-films biex issegwi l-iżvilupp ta’ servizzi innovattivi, mudelli ġodda ta’ negozju u kanali ta’ distribuzzjoni biex ittejjeb id-disponibbiltà transkonfinali ta’ films Ewropej fl-Unjoni u lil hin minnha, biex it-telespettaturi fl-Unjoni jkollhom aċċess għal firxa dejjem akbar ta’ films madwar numru li dejjem jikber ta’ pjattaformi; jissuġġerixxi, f’dan ir-rigward, li l-industrija Ewropea tal-films jitgħallmu mill-aħjar prattiki kummerċjali barra mill-UE;

2.

Jirrikonoxxi l-impatt ta’ użu mhux awtorizzat ta’ xogħlijiet kreattivi fuq iċ-ċiklu kreattiv u d-drittijiet tal-awturi; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar offerti legali ta’ kwalità għolja, u għal sensibilizzazzjoni fost iż-żgħażagħ;

3.

Jissuġġerixxi li l-iżvilupp tal-portabilità transkonfinali tas-servizzi awdjoviżivi, filwaqt li jitqies it-tkabbir mgħaġġel tal-VOD u tranżazzjonijiet onlajn madwar l-Unjoni, jista’ jiġi esplorat ulterjorment billi dan jippermetti li t-telespettaturi jkollhom aċċess għall-films irrispettivament minn fejn ikunu;

4.

Jenfasizza l-importanza ta’ kummerċjalizzazzjoni mmirata madwar l-Unjoni li tqis l-ispeċifiċitajiet kulturali ta’ udjenzi Ewropej bil-ħsieb li tiġi żgurata promozzjoni aħjar u aktar effiċjenti tal-films Ewropej;

5.

Iħeġġeġ għal din ir-raġuni disponibbiltà akbar ta’ films bis-sottotitoli sabiex tingħata spinta liċ-ċirkolazzjoni transkonfinali tal-films Ewropej, jiżdied l-għarfien tad-diversità kulturali u lingwistika tal-Ewropa fost it-telespettaturi, u jittejjeb il-fehim reċiproku;

6.

Jinnota b’mod partikolari r-rwol tal-MEDIA fl-appoġġ għas-sottotitolar u d-doppjaġġ biex tiżdied id-disponibbiltà tal-films Ewropej, b'mod partikolari fil-verżjonijiet oriġinali bis-sottotitoli li jiffaċilitaw iċ-ċirkolazzjoni tagħhom u jtejbu l-għarfien u l-fehim tal-kulturi u l-lingwi Ewropej;

7.

Jenfasizza l-importanza tal-azzjoni preparatorja adottata riċentement “Is-sottotitolar permezz tal-crowdsourcing biex tiżdied iċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet Ewropej” u x-xogħol li għandu jsir mill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' din l-azzjoni;

8.

Jappoġġa, barra minn hekk, inizjattivi bħall-proġett pilota tal-Kummissjoni “It-trawwim ta’ integrazzjoni Ewropea permezz tal-kultura”, immirat lejn it-tisħiħ fil-provvista ta’ films Ewropej bis-sottotitoli billi jiġu pprovduti verżjonijiet ġodda bis-sottotitoli ta’ programmi tat-TV magħżula madwar l-Ewropa kollha;

9.

Itenni l-importanza fundamentali li tittejjeb aktar l-aċċessibbiltà għall-films għal persuni b’diżabilità, partikolarment permezz ta’ deskrizzjoni bl-awdjo u s-sottotitolar;

10.

jenfasizza dwar l-importanza partikolari ta’ stazzjonijiet televiżivi privati kif ukoll pubbliċi Ewropej fil-produzzjoni tal-films, kemm għat-televiżjoni kif ukoll koproduzzjonijiet għaċ-ċinema, u jenfasizza r-rwol ta’ sigurtà eżistenzjali tagħhom għal għadd ta’ studios għall-produzzjoni tal-films, speċjalment żgħar u medji, fl-UE;

11.

Ifakkar ir-rwol tal-Premju LUX tal-PE, li kiseb aktar rikonoxximent matul is-snin, fil-promozzjoni tal-films Ewropej permezz tat-traduzzjoni tas-sottotitoli għall-film rebbieħ fl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-Unjoni u b’hekk tiġi żgurata viżibbiltà, għarfien u disponibbiltà akbar għall-films Ewropej; jistieden lill-parlamenti nazzjonali biex ikomplu jippromwovu l-Premju LUX fl-Istati Membri f’kooperazzjoni mal-Uffiċċji tal-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew;

12.

Jissuġġerixxi li hemm bżonn li jkunu promossi u appoġġati l-koproduzzjonijiet Ewropej u li żieda fit-tali produzzjonijiet tista’ tirriżulta fi tqassim usa’ tal-films Ewropej madwar l-Ewropa;

13.

Barra minn hekk, jenfasizza s-suċċess dejjem jikber tas-serje tat-televiżjoni Ewropej ta’ kwalità għolja u l-importanza strateġika biex ikomplu jinkoraġġixxu l-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni ta' tali serje fis-swieq Ewropej u globali;

14.

Jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw u jippromwovu avvenimenti speċjali, bħal festivals tal-films u inizjattivi ta' turs taċ-ċinema, sabiex jinkoraġġixxu u jappoġġaw it-tixrid u ċ-ċirkolazzjoni ta’ films Ewropej fit-territorju tagħhom;

15.

Jissuġġerixxi li jiġu nfurzati miżuri diġà eżistenti li jippermettu ottimizzazzjoni aħjar tal-prezz taċ-ċinema, l-iżvilupp ta’ offerti promozzjonali innovattivi, kif ukoll offerti ta’ abbonament li jikkontribwixxu biex jiżguraw l-attraenza u l-aċċess għas-swali kollha taċ-ċinema;

Żvilupp tal-udjenzi

16.

Jinkoraġġixxi lid-distributuri u l-esibituri taċ-ċinemasabiex iżidu l-viżibbiltà u d-disponibbiltà ta’ films Ewropej mhux nazzjonali sabiex jintlaħqu udjenzi usa';

17.

Jirrikonoxxi li t-teatri taċ-ċinema għadhom l-iktar postijiet sinifikanti għall-preżentazzjoni u l-promozzjoni ta’ films, kif ukoll li l-bliet huma postijiet b’dimensjoni soċjali importanti fejn in-nies jiltaqgħu u jaqsmu l-fehmiet tagħhom; jenfasizza li l-għejbien tat-teatri taċ-ċinema żgħar u indipendenti, speċjalment fil-bliet iż-żgħar u fir-reġjuni inqas żviluppati, jillimita l-aċċess għar-riżorsi kulturali, il-patrimonju u d-djalogu Ewropej; f’dan il-kuntest, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipprovdu appoġġ biex jarmaw l-iskrins kollha bil-projezzjoni diġitali u teknoloġija tajba sabiex jippreservaw dawn it-teatri taċ-ċinema;

18.

Jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tal-films fi stadju bikri tal-produzzjoni, sabiex tittejjeb iċ-ċirkolazzjoni u jiġi żgurat għarfien akbar fost udjenzi potenzjali madwar l-Ewropa;

19.

Jenfasizza l-importanza tal-MEDIA fl-ittestjar ta’ approċċi innovattivi fl-iżvilupp tal-udjenza, b’mod partikolari permezz tal-appoġġar ta’ festivals, l-inizjattivi tal-litteriżmu tal-films u l-azzjonijiet tal-iżvilupp tal-udjenza;

Kundizzjonijiet ekwi

20.

Ifakkar li l-Artikolu 13.1 tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (AVMSD) jobbliga lill-Istati Membri biex jiżguraw li fornituri tas-servizz fuq talba jippromwovu xogħlijiet Ewropej; jenfasizza li din id-dispożizzjoni ġiet implimentata b’mod mhux uniformi b’livelli differenti ta’ rekwiżiti legali, u li dan jista’ jirriżulta f’fornituri li jistabbilixxu lilhom infushom fi Stati Membri bl-aktar rekwiżiti baxxi;

21.

huwa tal-fehma li għandhom ikunu involuti b’mod finanzjarju fil-ħolqien ta’ xogħlijiet ċinematografiċi Ewropej dawk kollha li, mill-offerta diretta, il-kummerċjalizzazzjoni jew id-distribuzzjoni, inkluż il-kollegament jew id-disponibbiltà permezz ta’ video-on-demand, anki jekk biss indirettament, jistgħu jiksbu vantaġġ ekonomiku minn xogħlijiet ċinematografiċi Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni biex, mil-lat tal-kompetizzjoni, tieħu kont ta’ din il-fehma anki waqt ir-reviżjoni ta’ sistemi tal-Istati Membri ta’ sussidji tal-films;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis dan t'hawn fuq meta tipproponi reviżjoni tal-qafas legali attwali, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq awdjoviżiv Ewropew b’kundizzjonijiet ġusti u ugwali għall-fornituri kollha;

23.

Jistieden lill-pjattaformi VOD u SVOD jagħmlu disponibbli b’mod pubbliku d-dejta dwar il-konsum ta’ kull film tal-katalogu tagħhom, sabiex tiġi żgurata evalwazzjoni korretta tal-impatt tagħhom;

Finanzjament

24.

Iqis li sabiex tittejjeb iċ-ċirkolazzjoni ta’ films Ewropej kemm fis-suq Ewropew kif ukoll dak internazzjonali, jeħtieġ li l-finanzjament pubbliku għall-produzzjoni u d-distribuzzjoni jkun bbilanċjat aħjar bil-għan li jiżdied l-appoġġ għall-iżvilupp, il-promozzjoni u d-distribuzzjoni internazzjonali;

25.

Iqis indispensabbli li jiżdied il-baġit f’termini assoluti għall-attivitajiet ta’ distribuzzjoni, promozzjoni u kummerċjalizzazzjoni tax-xogħlijiet ċinematografiċi mingħajr ma dan ikun ta' detriment għall-finanzjament tal-attivitajiet ta’ produzzjoni;

26.

Jistieden lill-Istati Membri b'mod partikolari biex iżidu l-finanzjament pubbliku sabiex jappoġġaw id-distribuzzjoni fi stadju bikri u l-promozzjoni ta’ films nazzjonali barra mill-pajjiż, kif ukoll films Ewropej mhux nazzjonali;

27.

Jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu inċentivi biex jiffaċilitaw il-produzzjoni, id-distribuzzjoni, id-disponibbiltà u l-attraenza tal-films Ewropej; huwa tal-fehma li l-applikazzjoni tal-istess rati mnaqqsa ta’ VAT għal xogħlijiet awdjoviżivi kulturali mibjugħin onlajn jew offlajn tistimula t-tkabbir ta’ servizzi u pjattaformi ġodda;

28.

Jenfasizza r-rwol li għandu jkollha l-Faċilità ta’ Garanzija tal-Ewropa Kreattiva għas-Setturi Kulturali u Kreattivi, f’termini ta’ faċilitazzjoni tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs fis-setturi kulturali u kreattivi u l-inkoraġġiment ta’ aktar investiment mill-intermedjarji finanzjarji, u b’hekk jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ finanzjament għall-industrija tal-films;

29.

Jissuġġerixxi li tiġi evalwata l-effettività u l-effiċjenza tas-sistemi Ewropej u nazzjonali ta’ sussidji tal-films, b’kont partikolari meħud tal-kwalità kif ukoll tal-firxa ta’ xogħlijiet sussidjati, filwaqt li għandu jiġi kkunsidrat ukoll kemm huma disponibbli u effiċjenti l-istrumenti ta’ appoġġ għall-promozzjoni u l-iżvilupp tal-udjenzi; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkomunika lil Stati Membri oħra eżempji tal-aħjar prattiki li ħarġu mir-riżultati;

30.

Ifakkar li l-produzzjoni u l-koproduzzjoni tal-films jirrikjedu investiment finanzjarju sostanzjali, u li l-qafas legali attwali ma jipprevenix liċenzjar multiterritorjali, għalhekk jenfasizza li d-diversità tal-iskemi tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni għandhom ikomplu japplikaw sabiex jinkoraġġixxu l-investiment fil-films Ewropej, sabiex jirrispondu għas-suq Ewropew lingwistikament u kulturalment differenti u jissalvagwardjaw u jippromwovu d-diversità kulturali;

31.

Jenfasizza li l-films Ewropej jibbenefikaw minn numru kbir ta’ fondi pubbliċi Ewropej, nazzjonali u reġjonali, fejn għandhom jiġu inkoraġġita kumplimentarjetà akbar fl-użu tagħhom sabiex tiġi infurzata l-effikaċja tagħhom;

Forum Ewropew tal-Films

32.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-Forum Ewropew tal-Films, sabiex jiġi ffaċilitat djalogu strutturat mal-partijiet ikkonċernati kollha fis-settur awdjoviżiv dwar l-isfidi li qed iħabbat wiċċu magħhom is-settur fl-era diġitali, bil-għan li tittejjeb il-kooperazzjoni, il-ġbir ta’ informazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki;

33.

Jitlob għar-rispett għal parteċipazzjoni u kooperazzjoni wiesgħa fost l-istituzzjonijiet ikkonċernati kollha, b’mod partikolari mal-Parlament Ewropew;

Litteriżmu medjatiku

34.

Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi tagħhom biex itejbu l-litteriżmu medjatiku, u b’mod partikolari l-litteriżmu tal-films, fil-kurrikula skolastiċi u f'istituzzjonijiet tal-edukazzjoni kulturali, u biex jiżviluppaw inizjattivi fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali li jkopru l-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ formali, informali u mhux formali;

35.

Huwa konxju tal-importanza partikolari taċ-ċinema bħala post tal-edukazzjoni transġenerazzjonali għal-litteriżmu tal-films u medjatiku u jilqa’ miżuri li jgħinu b’mod immirat lil din il-funzjoni taċ-ċinema;

36.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-promozzjoni ta’ films edukattivi għaż-żgħażagħ, u jappoġġa kompetizzjonijiet li fihom huma jiġu mħeġġa joħolqu xogħlijiet awdjoviżivi; jenfasizza wkoll il-possibilitajiet offruti mill-MEDIA fl-appoġġar tal-proġetti tal-litteriżmu tal-films;

Innovazzjoni

37.

Jappoġġa proġetti u prattiki innovattivi bħal azzjoni preparatorja tal-Kummissjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni ta’ films Ewropej fl-era diġitali, imfassla biex jittestjaw rilaxx aktar flessibbli ta’ films fil-media f’diversi Stati Membri, u jilqa’ l-integrazzjoni ta’ din l-azzjoni fil-programm Ewropa Kreattiva;

38.

Iqis li inizjattivi bħal dawn, billi t-twieqi ta’ rilaxx isiru aktar flessibbli, jistgħu jkunu ta' benefiċċju għal ċerti tipi ta’ films Ewropej f’termini ta’ viżibbiltà, ilħuq ta’ udjenzi, dħul u ffrankar fuq spejjeż, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu aktar kunsiderazzjoni lil dawn l-inizjattivi;

Diġitalizzazzjoni u arkivjar

39.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw id-diġitalizzazzjoni tax-xogħlijiet ċinematografiċi u jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ depożitu għall-formati diġitali jew jadattaw il-mekkaniżmi eżistenti għal dawn il-formati billi jitolbu d-depożitu ta’ master diġitali ta' standard internazzjonali għall-films diġitali;

40.

Jenfasizza l-importanza tal-arkivji awdjoviżivi, speċjalment dawk mill-istituzzjonijiet tal-patrimonju ċinematografiku u x-xandara tas-servizzi pubbliċi, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jiggarantixxu livell xieraq ta' fondi u skemi tal-approvazzjoni tad-drittijiet biex jiffaċilitaw is-sodisfazzjon tal-missjonijiet tal-interess pubbliku tagħhom, inkluż il-konservazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u t-tqegħid tal-patrimonju ċinematografiku għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;

41.

Jenfasizza r-rwol importanti tal-librerija diġitali Ewropea EUROPEANA bħala librerija diġitali għall-patrimonju awdjoviżiv Ewropew (kemm tal-films kif ukoll tat-televiżjoni);

o

o o

42.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10.

(3)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 221.

(4)  ĠU C 433, 3.12.2014, p. 2.

(5)  ĠU C 332, 15.11.2013, p. 1.

(6)  ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 102.

(7)  ĠU C 353 E, 3.12.2013, p. 64

(8)  Testi adottati, P7_TA(2013)0215.

(9)  Testi adottati, P7_TA(2014)0232.


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/17


P8_TA(2015)0109

Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar “Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti” (2014/2223(INI))

(2016/C 346/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem ta' “Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti” (COM(2013)0659),

wara li kkunsidra d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni (SWD(2013)0342) u (SWD(2013)0343) mehmuża mal-komunikazzjoni,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Agrikoltura u Sajd tad-19 ta’ Mejju 2014 dwar Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-30 ta' Jannar 2014, bl-isem ta' “Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti”,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta’ Lulju 2014 dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem ta' “Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' strateġija tal-Unjoni Ewropea għall-forestrija (1),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 – “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna”,

wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropa 2020, inkluż l-inizjattivi l-Unjoni ta' Innovazzjoni u Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi,

wara li kkunsidra il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjun bl-isem ta' “Strateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima” (COM(2013)0216),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat għar-Reġjuni bl-isem ta' “L-assigurazzjoni ta' ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020” (COM(2011)0244),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0126/2015),

A.

billi l-Unjoni Ewropea ma għandha l-ebda kompetenza biex tfassal politika forestali komuni, għalkemm uħud mill-politiki tal-Unjoni jista' jkollhom implikazzjonijiet fuq il-politiki forestali nazzjonali, filwaqt li huma l-Istati Membri li jiddeċiedu dwar l-approċċi politiċi għall-forestrija u l-foresti;

B.

billi, minkejja li jidher li hu ċar li dan hu qasam ta' responsabilità tal-Istat Membru, hemm vantaġġi potenzjali għan-negozji bbażati fuq il-foresti b'koordinament aħjar u aktar attiv u bi profil ogħla għal dan is-settur ekonomiku importanti, li jiggarantixxi impjiegi fil-livell Ewropew, partikolarment fl-oqsma rurali, filwaqt li jħares l-ekosistemi u joffri vantaġġi ekoloġiċi għal kulħadd, mingħajr ma jippreġudika r-responsabilità tal-Istati Membri;

C.

billi l-injam hu riżors rinnovabbli li spiss mhuwiex sfruttat biżżejjed fl-Ewropa, u l-użu intelliġenti u sostenibbli ta’ din il-materja prima jeħtieġ li jiġi żgurat, inkluż permezz tal-iżvilupp u l-iskambju ta’ know-how;

D.

billi l-foresti huma sors ta’ flora, fawna u fungi uniċi;

E.

billi d-daqs u l-karatteristiċi tal-foresti jvarjaw ħafna, b'xi Stati Membri jkollhom aktar minn nofs it-territorji tagħhom koperti minn foresti; billi l-foresti ġestiti b’mod sostenibbli għandhom importanza enormi f’termini ta’ żieda ta’ valur fil-livell lokali, reġjonali, Ewropew u fil-livell internazzjonali, bil-garanzija ta' impjiegi f’żoni rurali u b'kontribut għal soċjetà bbażata fuq il-bijoekonomija, li tirrappreżenta benefiċċju għas-saħħa tal-bniedem, speċjalment f’reġjuni strutturalment żvantaġġati, filwaqt li fl-istess ħin jagħtu kontribut essenzjali għall-ħarsien ambjentali u klimatiku kif ukoll għall-bijodiversità;

F.

billi l-bijomassa tal-foresti hija sors importanti ħafna ta’ enerġija rinnovabbli; billi l-foresti Ewropej attwalment jassorbu u jaħżnu madwar 10 % tal-emissjonijiet tal-karbonju tal-UE u għalhekk jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-isforzi ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

G.

billi, minħabba l-urbanizzazzjoni tas-soċjetà tagħna, iċ-ċittadini tal-UE jħossu inqas konnessjoni mal-foresti u għandhom ftit għarfien dwar il-forestrija jew dwar l-impatt tagħha fuq il-prosperità, l-impjiegi, il-klima, l-ambjent, is-saħħa tal-bniedem u l-katina tal-valuri kollha flimkien mar-rabta ma’ ekosistemi usa’;

H.

billi numru dejjem ikbar ta’ politiki tal-UE qed iżidu dejjem iktar il-pressjoni fuq il-foresti; billi din il-pressjoni teħtieġ li tiġi bbilanċjata bir-reqqa, u t-talba għal użi ġodda ta' injam fil-bijoekonomija u għall-bijoenerġija għandha tkun akkumpanjata minn użu effikaċi tar-riżorsi, l-użu ta’ teknoloġija ġdida u r-rispett għal-limitiazzjonijiet tal-provvista sostenibbli;

I.

billi l-forestrija Ewropea hi kkaratterizzata minn ġestjoni sostenibbli u minn ippjanar fit-tul, u billi l-prinċipju ta’ sostenibilità għandu jiġi enfasizzat b’iktar qawwa fil-livelli kollha, minn dak lokali għal dak globali, sabiex jinħolqu l-impjiegi, tiġi protetta l-bijodiversità, jittaffa t-tibdil fil-klima u tiġi miġġielda d-deżertifikazzjoni;

J.

billi jeħtieġ li jiġi enfasizzat ir-rwol ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-foresti, anke fil-kuntest tal-protezzjoni u l-promozzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali u l-promozzjoni ta’ (eko)turiżmu sostenibbli;

K.

billi popolazzjoni dinjija dejjem akbar tfisser żieda fid-domanda għall-enerġija, u għalhekk il-foresti għandhom iwettqu rwol aktar importanti fit-taħlita enerġetika futura tal-UE;

Ġenerali — l-importanza tal-foresti, il-forestrija u s-settur ibbażat fuq il-foresti għall-ekonomija u għas-soċjetà

1.

Jilqa’ l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti u d-dokumenti ta’ ħidma li jakkumpanjawha, u jenfasizza li l-istrateġija tal-UE għall-foresti għandha tiffoka fuq il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u r-rwol multifunzjonali tagħhom minn perspettivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali u għandha tiżgura koordinament u komunikazzjoni aħjar tal-politiki Komunitarji li huma direttament jew indirettament marbuta mal-forestrija; jirrimarka, f’dan il-kuntest, li numru dejjem jikber ta’ inizjattivi politiċi Ewropej f’oqsma bħall-politika ekonomika u tal-impjiegi, il-politika tal-enerġija u l-politika ambjentali u klimatika jeħtieġu kontribuzzjoni ikbar min-naħa tas-settur tal-forestrija;

2.

Jenfasizza l-bżonn li jiġi determinat b’mod aktar sistematiku l-valur tas-servizzi tal-ekosistemi tal-foresti u li għandu jittieħed kont ta' dan fit-teħid ta’ deċiżjonijiet kemm fis-setturi pubbliċi u f'dawk privati;

3.

Jinnota li l-foresti tal-muntanji li huma b’saħħithom u stabbli biss huma kapaċi jwettqu bis-sħiħ il-funzjonijiet tagħhom ta’ protezzjoni tal-bnedmin u tan-natura billi jkunu jifilħu għall-valangi tas-silġ u tat-tajn u jservu ta’ protezzjoni naturali kontra l-għargħar; jisħaq li f’dan il-kuntest, b’mod partikolari, il-komunikazzjoni transnazzjonali hi indispensabbli;

4.

Jenfasizza f’dan ir-rigward li għandu jiġi reżistit kull tentattiv biex il-forestrija ssir kwistjoni ta' politika tal-UE, u l-bażi lokali u reġjonali tas-settur u l-kompetenza tal-Istati Membri f’dan il-qasam għandhom jiġu rispettati filwaqt li għandha tinstab koerenza bejn il-kompetenzi rispettivi tal-UE u tal-Istati Membri;

5.

Jenfasizza li l-foresti tal-UE huma kkaratterizzati minn diversità kbira, inklużi differenzi kbar fis-sjieda, id-daqs, in-natura u l-isfidi ffaċċjati mill-foresti;

6.

Jenfasizza li l-istrateġija tal-UE għall-foresti għandha tikkunsidra l-fatt li l-foresti jkopru aktar minn nofs it-territorju ta’ xi Stati Membri u li foresti ġestiti b’mod sostenibbli huma importanti ħafna biex jiżdied il-valur fil-livell lokali u reġjonali u biex jiġu garantiti l-impjiegi f’żoni rurali, filwaqt li fl-istess ħin jagħtu kontribut vitali għall-ambjent;

7.

Jenfasizza r-rwol partikolarment ta’ valur ta’ taħlita ta' foresti stabbli inkluż ta' speċijiet indiġeni ta’ siġar adattati għall-kundizzjonijiet lokali, kif ukoll ir-rwol essenzjali li l-foresti mħallta jaqdu fl-ekosistemi u l-kontribut tagħhom għall-bijodiversità;

8.

Jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw l-isforzi tas-sidien tal-foresti biex jippreservaw u wkoll biex joħolqu foresti mħallta nattivi tipiċi taż-żona;

9.

Jesprimi d-diżappunt tiegħu għall-fatt li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-foresti mhumiex inklużi bħala punt ta’ referenza fl-istrateġija proposta, u jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra organizzazzjoni ta' xogħol intelliġenti, standards għoljin fit-teknoloġija u impjiegi ta’ kwalità;

10.

Jinnota li s-settur tal-foresti attwalment jimpjega 'l fuq minn 3 miljun ċittadin Ewropew, u jenfasizza li l-kompetittività fit-tul tiegħu tinkiseb biss b’forza tax-xogħol kompetenti;

11.

Iqis li l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jippermettu lill-UE li jkollha faċilitajiet ta’ taħriġ rilevanti u forza tax-xogħol li hi konxja bis-sħiħ tal-isfidi u t-theddid attwali ffaċċjati mis-settur tal-foresti, iżda wkoll tar-regoli ta’ sikurezza inerenti għall-ġestjoni tal-foresti;

12.

Jenfasizza l-ħtieġa għal strateġija komprensiva u olistika konġunta, u jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rikonoxximent tar-rwol ekonomiku, ambjentali u soċjali u l-benefiċċji tal-foresti u tas-settur ibbażat fuq il-foresta fl-UE;

13.

Jemmen li dan ir-rikonoxximent jipprovdi bażi soda ta' appoġġ għas-settur tal-forestrija tal-UE, inter alia fil-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ diżastri forestali, fit-titjib tal-effiċjenza tar-riżorsi, iż-żieda tal-kompetittività, bi spinta lill-impjiegi, it-tisħiħ tal-industriji bbażati fuq il-foresti u l-ippreservar tal-funzjonijiet ekoloġiċi;

14.

Jenfasizza r-rwol sinifikanti mwettaq mill-bijoekonomija f'termini tal-kisba tal-prijoritajiet il-ġodda ta' tkabbir, impjiegi u investiment tal-Kummissjoni;

15.

Jirrikonoxxi li l-UE għandha rwol xi twettaq fl-appoġġ ta’ politiki nazzjonali biex tinkiseb ġestjoni attiva, multifunzjonali u sostenibbli tal-foresti, inkluż il-ġestjoni ta’ tipi differenti ta’ foresti, u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni biex jiġu trattati l-isfidi transfruntiera, bħal nirien fil-foresti, it-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali, jew minn speċi aljeni invażivi;

16.

Hu tal-fehma li hemm bżonn li jittieħed kont akbar tal-problema tal-mard tas-siġar bħad-deklin tal-ballut (oak decline), li qed jagħmel ħerba mill-pjantaġġuni tas-siġar tal-ballut għas-sufra fil-Portugall, Franza u Spanja, u li qed jaffettwa wkoll Żoni ta' Protezzjoni Speċjali u riżervi tal-bijosfera;

17.

Jisħaq fuq il-fatt li t-tkabbir previst fid-domanda għall-injam huwa kemm opportunità kif ukoll sfida għall-foresti u s-setturi bbażati fuq il-foresti kollha, speċjalment peress li n-nixfiet, in-nirien, il-maltempati u l-annimali ta' ħsara huma mistennija li jikkawżaw dannu għall-foresti b'iktar frekwenza u b'mod iktar qawwi b'riżultat tat-tibdil fil-klima; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li l-foresti jiġu protetti minn dan it-theddid li qed jikber u li jiġu rikonċiljati l-funzjonijiet produttivi u protettivi tagħhom;

18.

Jilqa' l-azzjoni għal tkabbir tal-kopertura forestali speċjalment bi speċi nattivi, f'żoni mhux adattati għall-produzzjoni tal-ikel u partikolarment dawk qrib ħafna taż-żoni urbani b'mod li jiġu mitigati l-effetti ħżiena tas-sħana, jitnaqqas it-tniġġis u jissaħħu r-rabtiet bejn in-nies u l-foresti;

19.

Jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-isforzi tal-Kummissjoni għall-promozzjoni ta' impjiegi relatati mal-foresti u mal-ħolqien tal-prosperità fl-Ewropa b’mod sostenibbli;

20.

Jenfasizza r-rwol importanti ta' produzzjoni sostenibbli u l-użu tal-injam u materjal ieħor ibbażat fuq il-foresta, bħas-sufra, u derivati tal-injam inkluż fibri tessili għall-iżvilupp ta' mudelli ekonomiċi sostenibbli u l-ħolqien ta' impjiegi ekoloġiċi;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza d-diffikultajiet fin-naħa t'isfel tal-katina ta’ provvista relatati ma’ żieda fid-domanda minn pajjiżi terzi, partikolarment għal roundwoods, u tagħti appoġġ lil dan is-settur;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu inċentivi biex iħeġġu lill-grupp dejjem akbar ta’ nisa sidien ta' foresti jiksbu pariri u appoġġ speċjali b'rabta mal-ġestjoni attiva u sostenibbli tal-foresti tagħhom;

23.

Jenfasizza li madwar 60 % tal-foresti tal-UE huma privati, b’madwar 16-il miljun sid privat tal-foresti, u jenfasizza f’dan il-kuntest l-importanza tas-sjieda u tad-drittijiet ta’ proprjetà u jappoġġa l-miżuri kollha li jippermettu lil gruppi ta’ partijiet interessati jipparteċipaw fi djalogu dwar it-tisħiħ u l-implimentazzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u biex itejbu l-iskambju ta’ informazzjoni;

24.

Jinnota li s-sidien tal-foresti huma atturi ewlenin f'żoni rurali, u jilqa’ f’dan ir-rigward, ir-rikonoxximent tar-rwol tal-foresti u tal-agroforestrija, fil-Programm tal-Iżvilupp Rurali 2014-2020 tal-PAK;

25.

Iqis li l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Foresti tista’ tissaħħaħ jekk tiġi appoġġata b'koordinament xieraq b'finanzjament disponibbli mill-UE, inkluż mill-FAEŻR;

26.

Jenfasizza l-opportunità għall-Istati Membri u r-reġjuni biex jużaw il-fondi disponibbli fil-qafas tal-programmi tal-iżvilupp rurali rispettivi tagħhom, biex jagħtu appoġġ lill-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u jagħtu spinta lill-agroforestrija u biex jiksbu beni ambjentali pubbliċi bħall-produzzjoni tal-ossiġenu, bjar tal-karbonju u l-protezzjoni tal-uċuħ tar-raba’ kontra l-effetti tal-klima, kif ukoll l-istimular tal-ekonomiji lokali u l-ħolqien ta’ impjiegi ekoloġiċi;

27.

Jirrikonoxxi l-ħtieġa għal trasport u l-loġistika mtejba għall-ġestjoni tal-foresti u għall-estrazzjoni tal-injam; jistieden lill-Istati Membri, għalhekk, jiżviluppaw loġistiċi u sistemi sostenibbli ta’ qtugħ ta' siġar li jkollhom effett inqas negattiv fuq il-klima, inkluż l-użu ta’ trakkijiet u bastimenti mħaddma minn bijokarburanti sostenibbli kif ukoll l-użu estiż tal-ferroviji; iħeġġeġ, għal dan il-għan, l-użu tal-Fondi Strutturali tal-UE u tal-Programmi għall-Iżvilupp Rurali;

28.

Jirrikonoxxi r-rwol tal-foresti fis-soċjetà b’rabta mas-saħħa fiżika u mentali taċ-ċittadini u li l-beni pubbliċi prodotti mill-foresti jkunu ta’ valur ambjentali u rikreattiv għoli u b'rabta mal-kontribut għall-kwalità tal-ħajja, b’mod partikolari fir-rigward tal-provvista tal-ossiġenu, is-sekwestru tal-karbonju, il-filtrazzjoni tal-arja, il-ħżin u l-iffiltrar tal-ilma, il-kontroll tal-erożjoni u l-protezzjoni kontra l-valangi, kif ukoll billi jipprovdu post għal attivitajiet fil-beraħ;

29.

Iħeġġeġ konnessjonijiet ta' trasport pubbliku bejn żoni urbani u foresti sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-foresti u l-imsaġar;

30.

Jenfasizza l-importanza ta’ attivitajiet oħra relatati mal-foresti, pereżempju. il-ħażna ta’ prodotti tal-foresti mhux tal-injam bħal faqqiegħ jew frott artab, kif ukoll ragħa u trobbija tan-naħal;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi attivitajiet ekonomiċi li jistgħu jservu bħala sors ta’ materja prima għall-industriji farmaċewtiċi, kosmetiċi u tal-ikel u li dawn jintużaw bħala mezz alternattiv ta’ kif jiġu ttrattati l-qgħad u d-depopolazzjoni rurali, u wkoll biex tippromwovi l-prodotti ta’ dawk l-attivitajiet ta’ benefiċċju għas-saħħa tal-bniedem;

Effiċjenza fir-Riżorsi – l-injam bħala materja prima sostenibbli (ġestjoni sostenibbli tal-foresti)

32.

Jenfasizza li l-użu ta’ injam u prodotti tal-injam maħsud oħra bħala materja prima rinnovabbli u li ma tagħmilx ħsara lill-klima, min-naħa u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti mill-oħra, għandhom rwol importanti x’jaqdu fil-kisba tal-għanijiet soċjopolitiċi tal-UE bħat-tranżizzjoni tal-enerġija, il-mitigazzjoni u l-adattament klimatiku, u l-implimentazzjoni tal-miri tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-miri tal-bijodiversità; jinnota li n-nuqqas ta' ġestjoni attiva tal-foresti tmur kontra dawn il-miri;

33.

Jenfasizza li l-foresti ġestiti għandhom kapaċità ta’ assorbiment ogħla ta’ CO2 minn foresti mhux ġestiti, u jenfasizza l-importanza ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti biex jiġi massimizzat il-potenzjal ta’ sekwestru tal-karbonju tal-foresti tal-UE;

34.

Jemmen li l-foresti m’għandhomx jitqiesu biss bħala bjar tal-karbonju;

35.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li r-riżorsi tal-foresti u l-materjali tal-injam jintużaw u jerġgħu jintużaw b'mod effiċjenti, bħala mezz biex jitnaqqas id-defiċit kummerċjali tal-UE, biex titjieb l-awtosuffiċjenza tal-UE fil-qasam tal-injam, tissaħħaħ il-kompetittività tas-settur forestali tagħha, tingħata għajnuna għat-tnaqqis ta' ġestjoni insostenibbli tal-foresti, jitħares l-ambjent, u titnaqqas id-deforestazzjoni fil-pajjiżi barra mill-UE;

36.

Jesprimi appoġġ ċar għall-użu effiċjenti tal-injam bħala materja prima rinnovabbli, u versatili b'disponibilità limitata u jopponi l-użu ta' regoli legalment vinkolanti biex tingħata prijorità lill-użi tal-injam, peress li dan mhux biss jirrestrinġi s-suq tal-enerġija u l-iżvilupp ta' użi ġodda u innovattivi tal-bijomassa, iżda huwa wkoll impossibbli li jiġi infurzat f’ħafna żoni mbiegħda u rurali, jekk xejn minħabba raġunijiet ta' infrastruttura;

37.

Jappoġġa approċċ miftuħ, orjentat lejn is-suq u l-libertà għall-parteċipanti kollha tas-suq billi tingħata prijorità lil injam miksub lokalment sabiex tiġi minimizzata l-marka tal-karbonju maħluqa minn trasport barrani, u biex tkun stimolata l-produzzjoni sostenibbli lokali;

38.

Jikkunsidra essenzjali li, peress li parti mill-akbar riżors ta' bijomassa tal-Unjoni tinsab fl-aktar reġjuni mbiegħda u b'popolazzjoni baxxa, l-istrateġija għandha tqis bis-sħiħ ukoll l-ispeċifiċitajiet ta' dawk ir-reġjuni;

39.

Jirrikonoxxi l-valur tal-injam għal skopijiet ta’ enerġija bħala mezz biex jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku, u bħala kontribut għall-miri tal-enerġija rinnovabbli tal-qafas għall-klima u l-enerġija tal-2030, u l-ftuħ ta' opportunitajiet ta’ negozju ġodda;

40.

Iqis li l-istrateġija l-ġdida għall-foresti għandha tippermetti kooperazzjoni akbar dwar il-kwistjoni tal-istrutturar tal-industrija tal-injam u r-raggruppament tal-operaturi, bil-għan li jiġi żgurat użu aħjar tar-riżorsi tal-foresta;

41.

Huwa tal-fehma li l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti għandha tissejjes fuq prinċipji ġeneralment rikonoxxuti u aċċettati u fuq għodod, bħal kriterji u indikaturi għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, li għandhom dejjem japplikaw għas-settur kollu kemm hu, irrispettivament mill-użu aħħari tal-injam;

42.

Jappoġġa l-għanijiet tal-Kummissjoni li tiżviluppa, flimkien mal-Istati Membri u mal-partijiet interessati, ġabra ta' kriterji ambizzjużi, oġġettivi u xjentifiċi u indikaturi għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, filwaqt li jenfasizza li dawn il-kriterji għandhom jiġu allinjati mar-rekwiżiti ta’ Forest Europe (Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa) (2), li jiffurmaw bażi pan-Ewropea għal rappurtar uniformi dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u bażi għal ċertifikazzjoni tas-sostenibilità, filwaqt li titqies id-diversità tat-tipi ta’ foresti madwar l-Ewropa;

43.

Jirrikonoxxi d-domanda li dejjem tikber għal materjali ġejjin mill-foresti, primarjament minħabba ż-żieda fin-numru ta’ enerġiji rinnovabbli bbażati fuq il-bijomassa, jitlob li jinstabu mezzi ġodda ta’ żieda fid-disponibilità ta’ injam sabiex jiġi żgurat l-isfruttament sostenibbli tal-foresti;

44.

Jinnota l-progress sinifikanti li sar fin-negozjati fi ħdan il-Forest Europe lejn “Konvenzjoni Ewropea dwar il-Foresti” (3) bħala qafas vinkolanti għal ġestjoni sostenibbli tal-foresti u għat-titjib tal-bilanċ tal-interessi fil-politika dwar il-foresti, u jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jwettqu l-isforzi kollha meħtieġa biex ikomplu dawn in-negozjati u jmexxuhom 'il quddiem għal konklużjoni b’suċċess;

45.

Huwa tal-fehma li l-pjanijiet ta’ ġestjoni għall-foresti jew ta' strumenti ekwivalenti jistgħu jkunu strumenti strateġiċi importanti għall-implimentazzjoni ta’ miżuri konkreti fil-livell ta’ intrapriżi individwali, għall-ippjanar fit-tul u għall-implimentazzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti f’foresti Ewropej; jenfasizza, madankollu, li l-implimentazzjoni ta’ miżuri konkreti li jinsabu f’dawn il-pjanijiet f’livell ta’ azjenda forestali għandha tibqa’ soġġetta għar-regolamenti nazzjonali;

46.

Jistieden lill-Istati Membri biex, b’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, jissorveljaw u jippromwovu l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti mingħajr ma joħolqu piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa;

47.

Jilqa’ distinzjoni ċara bejn pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti u pjanijiet ta’ ġestjoni skont Natura 2000;

48.

Jirrimarka li pjanijiet għall-ġestjoni tal-forestrija huma biss kundizzjoni biex wieħed jirċievi fondi tal-UE għall-iżvilupp rurali għal benefiċjarji ta’ ’l fuq minn ċertu daqs ta’ azjenda, u li l-foresti taħt id-daqs limitu jkunu eżentati; barra minn hekk jinnota li jistgħu wkoll jiġu approvati strumenti ekwivalenti;

49.

Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ minn din il-flessibbiltà eżistenti fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, speċjalment għall-benefiċċju ta' operaturi iżgħar;

50.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu inċentivi u jappoġġaw mudelli kummerċjali ġodda, bħal pereżempju kooperattivi tal-produzzjoni, li jfittxu li jħeġġu lis-sidien tal-foresti privati żgħar sabiex jiġġestixxu l-foresti tagħhom b’mod attiv u sostenibbli;

51.

Isostni li, biex l-istrateġija tiġi implimentata kif jixraq, huwa essenzjali li jkun hemm pjan ta' azzjoni speċifiku fit-tul li jenfasizza l-importanza tal-mobilizzazzjoni u użu sostenibbli tal-injam forestali, bil-għan li jinħolqu valur miżjud u impjiegi, filwaqt li jiġi pprovdut mezz għat-tisħiħ tan-negozji forestali privati u jiġu appoġġati raggruppamenti organizzati ta' sidien ta' foresti;

52.

Jenfasizza li l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi għandha tinkludi programmi ta’ appoġġ għall-afforestazzjoni ta’ żoni ta' art li mhumiex adattati għall-agrikoltura, kif ukoll għall-ħolqien tal-ilqugħ mir-riħ (shelter belts);

Riċerka u Żvilupp – edukazzjoni u taħriġ

53.

Iqis li għandha tingħata prijorità lill-applikazzjoni prattika tar-riċerka, peress li s-settur kollu jkun jista’ jibbenefika minn ideat ġodda u l-industriji bbażati fuq il-foresti għandhom potenzjal ta’ tkabbir kbir; iqis ukoll li investimenti ulterjuri fl-innovazzjoni fis-settur jistgħu joħolqu niċeċ ta’ produzzjoni ġodda u proċessi aktar effiċjenti li jiżguraw użu aktar intelliġenti ta' riżorsi disponibbli u jistgħu jnaqqsu l-impatti negattivi fuq ir-riżorsi tal-foresti;

54.

Jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta, mil-lat ta’ prijoritajiet ta’ xogħol tal-forestrija u tal-injam, il-Programmi Ewropej ta' Riċerka u Żvillupp (Orizzont 2020) u l-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju (COSME) u, fejn xieraq, tiżviluppa strumenti ġodda fis-settur ibbażat fuq il-foresti u tippromwovi riċerka mmirata f'soluzzjonijiet kosteffettivi għal prodotti tal-injam ġodda u innovattivi ta' appoġġ għall-iżvilupp ta' bijoekonomija sostenibbli tal-injam;

55.

Jilqa’ l-benefiċċji ta' skambju tal-aħjar prattiki u għarfien eżistenti dwar il-foresti bejn l-Istati Membri, u jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jappoġġaw skambji bejn l-industrija, ix-xjenzjati u l-produtturi;

56.

Jenfasizza l-importanza li jiġu appoġġjati programmi ta’ qafas tal-UE għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni biex jinkiseb tkabbir intelliġenti u sostenibbli, prodotti b’valur miżjud ogħla, teknoloġija aktar nadifa u grad għoli ta’ avvanz teknoloġiku, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam ma’ bijokarburanti raffinati u bini industrijali li juża l-injam, kif ukoll fis-setturi tal-karozzi u tat-tessuti;

57.

Ifakkar li, skont il-Kummissjoni, fl-2009, il-bijoekonomija rrappreżentat suq li kien stmat 'il fuq minn EUR 2 triljun, li pprovdiet 20 miljun impjieg u kienet tirrappreżenta 9 % tal-impjieg totali fl-UE;

58.

Jinnota li kull euro investit fir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-bijoekonomija taħt Orizzont 2020 se jiġġenera madwar EUR 10 f’valur miżjud; jenfasizza li bħalissa l-foresti għandhom rwol kruċjali fil-bijoekonomija u se jibqgħu jaqdu dan ir-rwol fil-futur;

59.

Iqis li għandha titħeġġeġ is-sostituzzjoni ta’ materja prima bbażata fuq iż-żejt jew intensa fis-sħana bl-injam u prodotti tal-injam maħsud, b’konformità mal-progress fir-riċerka u t-teknoloġija, u li din tista’ tikkontribwixxi b’mod pożittiv lejn aktar kisbiet f’termini ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima kif ukoll il-ħolqien tal-impjiegi;

60.

Jappoġġa l-bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-ispejjeż tal-leġiżlazzjoni kollha tal-UE li taffettwa l-katini tal-valur tal-industriji bbażati fuq il-foresti, bil-għan li tiġi eliminata l-burokrazija kollha mhux neċessarja u ta' piż u jinħoloq qafas li jippermetti ż-żieda fil-kompetittività fuq tul ta' żmien twil tal-industriji b'mod sostenibbli, u wkoll, li jappoġġa l-prinċipju li kull proposta leġiżlattiva li taffettwa s-settur tal-foresti u l-katini ta' valur tal-industriji bbażati fuq il-foresti għandha tiġi vvalutata sew minn valutazzjoni tal-impatt.

61.

Huwa tal-fehma li l-estensjoni tal-bażi ta' għarfien relatata mal-foresti hi ta’ importanza kruċjali għar-riċerka u li informazzjoni affidabbli hi essenzjali għall-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-foresti;

62.

Jinnota d-disponibbiltà tar-riżorsi ta’ informazzjoni u ta' monitoraġġ permezz tal-programm Copernicus u inizjattivi spazjali oħra fil-livell Ewropew, u jirrakkomanda li jiżdied l-użu ta’ dawn ir-riżorsi u l-għodod;

63.

Jinnota li l-inventarji nazzjonali tal-foresti jirrappreżentaw għodda ta’ monitoraġġ komprensiv għall-ivvalutar tal-istokkijiet tal-forestrija u jieħdu kont tal-konsiderazzjonijiet reġjonali filwaqt li jirrispondu għat-talbiet għal inqas burokrazija u spejjeż;

64.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi tal-Kummissjoni għall-istabbiliment ta' sistema ta’ tagħrif dwar il-foresti Ewropej ibbażata fuq id-data u inizjattivi nazzjonali sabiex titjieb il-komparabilità ta’ data eżistenti u ġdida, u jittama, f’dan ir-rigward li jkun hemm it-tisħiħ tal-analiżi tad-data dwar l-ekonomija u l-impjiegi fis-settur tal-foresti u dak tal-ħidma fl-injam;

65.

Jirrakkomanda, b’mod partikolari, li għandu jkun hemm settijiet tad-data aktar fit-tul li tgħin il-fehim ta’ tendenzi fil-forestrija u l-adattament tagħha għat-tibdil fil-klima;

66.

Huwa tal-fehma li forza tax-xogħol tas-sengħa u mħarrġa tajjeb hi essenzjali għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ifasslu miżuri u, fejn hu possibbli, jużaw strumenti Ewropej eżistenti bħalma huma l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u programmi Ewropej ta’ Taħriġ (ET2020) biex jingħata appoġġ lit-tiġdid ġenerazzjonali u biex jingħata kumpens għal nuqqas ta’ forza tas-sengħa fil-foresti;

67.

Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa t-tħejjija ta’ kampanji ta’ informazzjoni għas-settur li jkollhom l-għan li jrawmu kuxjenza dwar l-opportunitajiet li joffri kontra l-qgħad u d-depopolazzjoni, kif ukoll biex isir aktar attraenti għaż-żgħażagħ;

68.

Huwa tal-fehma li għandhom jiġu żviluppati programmi ta’ taħriġ b’mod partikolari għal dawk li jidħlu ġodda u l-ħaddiema żgħażagħli jieħdu ħsieb il-foresti kif ukoll għal impjegati eżistenti fl-industrija tal-kostruzzjoni, sabiex jiżdied l-għarfien tagħhom dwar l-opportunitajiet li jinħolqu mill-użu tal-injam, sabiex jiġi żgurat it-trasferiment ta' għarfien dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u l-industriji tagħhom fn-naħa t'isfel tal-katina ta' produzzjoni;

69.

Jirrikonoxxi li l-ġestjoni sostenibbli tul il-ħajja kollha tal-prodotti forestali tista' tagħti kontribut sinifikanti għall-kisba tal-objettivi ta' ekonomija ekoloġika, b’mod partikolari dawk marbuta mal-politiki ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-użu effiċjenti tar-riżorsi;

70.

Iqis li l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-użu sostenibbli tal-prodotti tal-foresta fis-settur tal-kostruzzjoni, inkluż l-applikazzjoni għall-kostruzzjoni ta’ djar bi spejjeż raġonevoli mibnija minn sorsi ta' materja prima sostenibbli;

71.

Jinnota l-importanza ta’ użi tradizzjonali ta’ valur għoli li għad għandhom potenzjal kbir għat-tkabbir, bħall-użu tal-injam fil-kostruzzjoni u l-ippakkjar;

72.

Jinnota li l-iżviluppi teknoloġiċi attwali jippermettu l-kostruzzjoni ta’ djar ta’ kapaċità għolja magħmula l-aktar mill-injam u li b’hekk inaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet tas-CO2 fis-settur tal-bini;

73.

Jirrimarka li r-regoli dwar l-użu tal-injam għal skopijiet ta' bini jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; jitlob, għalhekk, impenn għall-adozzjoni ta' regoli tal-UE li jippromovu użu aktar estensiv tal-injam fil-bini;

74.

Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw inizjattivi li jappoġġjaw l-għarfien u t-trasferiment tat-teknoloġija u li jutilizzaw bis-sħiħ programmi eżistenti tal-UE ta' appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur tal-foresti u fis-settur ibbażat fuq il-foresti;

75.

Jinnota li hemm diskrepanzi sinifikanti fir-riċerka xjentifika u teknoloġika dwar l-adattament tal-forestrija għat-tibdil fil-klima, inkluż fir-riċerka dwar l-impatt taż-żieda ta' pesti u mard li joħolqu theddida serja għall-foresti tal-Ewropa u għas-setturi bbażati fuq il-foresti;

76.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jieħdu azzjoni biex ikabbru l-għarfien dwar l-impatti ekonomiċi, ambjentali u soċjali tar-rwol tal-foresti u l-forestrija Ewropej u l-importanza ta’ bijoekonomija sostenibbli bbażata fuq il-foresti u l-injam bħala waħda mill-materja prima rinnovabbli kruċjali tal-UE;

77.

Jikkunsidrali hu importanti li titħeġġeġ ħidma ta' riċerka xjentifika orjentata lejn l-użu razzjonali tal-bijomassa u l-iżvilupp ta' għelejjel enerġetiċi li jikbru malajr u li jinħoloq mudell li jipprovdi inċentiv ekonomiku għall-użu tal-iskart tal-bijomassa;

Sfidi globali – ambjent u tibdil fil-Klima

78.

Jenfasizza li l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti għandha impatt pożittiv fuq il-bijodiversità u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u tista' tnaqqas ir-riskji ta’ nirien fil-foresti, il-ħsara minn pesti u l-mard;

79.

Jisħaq fuq il-fatt li l-Unjoni qablet li, sal-2020, it-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tas-servizzi ekosistemiċi, inkluż id-dakkir, iridu jintemmu, l-ekosistemi u s-servizzi tagħhom iridu jinżammu u tal-anqas 15 % tal-ekosistemi degradati għandhom ikunu ġew restawrati; iżid jgħid li l-Unjoni qablet ukoll li l-ġestjoni tal-foresti trid tkun sostenibbli, li l-foresti, il-bijodiversità tagħhom u s-servizzi li jipprovdu jridu jiġu protetti u, sakemm ikun fattibbli, jissaħħu, u li r-reżiljenza tal-foresti għat-tibdil fil-klima, għan-nirien, għall-maltempati, għall-pesti u għall-mard trid tittejjeb; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li tiġi żviluppata u implimentata Strateġija mġedda tal-Unjoni dwar il-Foresti li tindirizza d-diversi domandi fuq il-foresti u l-benefiċċji tagħhom, u li tikkontribwixxi għal approċċ aktar strateġiku lejn il-ħarsien u t-tisħiħ tal-foresti, anke permezz ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti (4);

80.

Jirrimarka li kwistjonijiet oħra għandhom jiġu studjati aktar, b’mod partikolari l-problema tas-sovrapopolazzjoni ta’ annimali erbivori, is-saħħa tal-foresti u l-iffaċilitar ta' produzzjoni tal-injam sostenibbli, tar-Riżorsi Ġenetiċi tal-Foresti (FGR), miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra n-nirien fil-foresti u li jevitaw l-erożjoni tal-ħamrija, u l-irkupru tal-kopertura veġetali;

81.

Jirrikonoxxi li l-forestrija ta' newba qasira tista' tipprovdi bijomassa tal-injam sostenibbli filwaqt li tipprovdi l- manutenzjoni meħtieġa tat-territorju u b’hekk tnaqqas ir-riskju ta' erożjoni tal-ħamrija u wqigħ ta' art f'art imwarrba jew abbandunata;

82.

Jappella lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jieħdu azzjoni speċifika bl-għan li tintlaħaq il-Mira 5 ta' Aichi, li tirrikjedi li r-rata ta' telf tal-ħabitats naturali kollha, inklużi tal-foresti, għandha għallinqas titnaqqas bin-nofs sal-2020 u, meta jkun fattibbli, tinġieb viċin iż-żero, u li d-degradazzjoni u l-frammentazzjoni jitnaqqsu b'mod sinifikanti;

83.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jfasslu l-politika tagħhom dwar il-forestrija b'tali mod li jqisu bis-sħiħ l-importanza tal-foresti fir-rigward tal-ħarsien tal-bijodiversità, il-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija, l-iżgurar tal-assorbiment tal-karbonju u l-purifikazzjoni tal-arja u l-preżervazzjoni taċ-ċiklu tal-ilma;

84.

Jirrimarka li l-bijoekonomija hija meħtieġa bħala l-element ewlieni ta’ tkabbir intelliġenti u ekoloġiku fl-Ewropa biex jintlaħqu l-objettivi tal-inizjattivi ewlenin “Unjoni ta’ Innovazzjoni” u “Ewropa Effiċjenti fir-riżorsi” fil-qafas tal-istrateġija Ewropa 2020 u li l-injam bħala materja prima għandu rwol importanti għal din l-ekonomija fuq bażi bijoloġika;

85.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu ċċarati b'urġenza l-impatti b'effett ta' serra tal-użi differenti tal-bijomassa forestali għall-enerġija u li jiġu identifikati l-użi li jistgħu jiksbu l-akbar benefiċċji ta' mitigazzjoni bi skadenzi rilevanti għall-politika;

86.

Huwatal-fehma li huwa importanti li tiġi promossa l-implimentazzjoni tal-kunċett tal-bijoekonomija, filwaqt li tiġi rrispettata s-sostenibbiltà tal-konfini ta’ provvista tal-materja prima, sabiex tissaħħaħ il-vijabbiltà ekonomika ta’ katini ta’ valur tal-foresti permezz tal-innovazzjoni u t-trasferiment tat-teknoloġija;

87.

Jappella biex jingħata appoġġ ikbar għal prodotti varji tal-foresti, filwaqt li jiġi żgurat li t-talbiet differenti fuq prodotti tal-foresta jkunu bbilanċjati u evalwati abbażi tal-potenzjal ta’ provvista sostenibbli u ta' funzjonijiet u servizzi oħra tal-ekosistema pprovduti mill-foresti;

88.

Jesprimi tħassib serju dwar ir-ritmu ta’ deforestazzjoni fid-dinja, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u dan ta' spiss minħabba l-qtugħ illegali tas-siġar;

89.

Jappoġġja mekkaniżmi li jippromwovu l-iżvilupp globali lejn użu aktar sostenibbli tal-forestrija, u f’dan ir-rigward jirreferi b’mod partikolari għad-Direttiva tal-UE dwar l-Injam (5), li għandha l-għan li tiġġieled il-qtugħ illegali tas-siġar u t-tqegħid ta’ injam illegali fis-suq Ewropew minn importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, kif ukoll li għas-sistema ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni tal-injam għall-UE (FLEGT) (6) u għal ftehimiet ta’ sħubija volontarja;

90.

Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika r-reviżjoni mistennija tal-funzjonament u l-effikaċja tar-Regolament tal-UE dwar l-Injam, u jenfasizza li regolament ġdid għandu jkun proporzjonat u għandu jfittex mezzi biex jitnaqqsu l-ispejjeż bla bżonn u r-rekwiżiti ta’ rappurtaġġ għas-sidien tal-foresti tal-Ewropa u dawk li jieħdu ħsieb il-foresti mingħajr ma jkun kompromess l-għan tar-Regolament;

91.

Huwa tal-fehma li, b'kunsiderazzjoni tal-isfidi mit-tisħin globali u t-tibdil fil-klima, li l-ekosistemi u l-poplazzjonijiet ta’ speċi għandhom ikunu b’saħħithom, bijoloġikament varjati u robusti sabiex ikunu reżiljenti;

92.

Jenfasizza l-opportunitajiet ipprovduti mis-siti ta’ Natura 2000 fejn, grazzi għar-riżorsi naturali straordinarji tagħhom, huwa possibbli li jipprovdu prodotti bbażati fuq il-foresti u servizzi ta’ kwalità ambjentali u kulturali għolja;

93.

Jenfasizza l-importanza ta’ ekosistemi forestali b’saħħithom li joffru ħabitats għall-annimali u l-pjanti, iżda jenfasizza li leġiżlazzjoni b'intenzjoni tajba bħad-Direttiva tal-UE dwar il-Ħabitats taffettwa d-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tal-art u trid tiġi implimentata b’mod proporzjonali;

94.

Jirrikonoxxi r-rwol tal-foresti fl-iżvilupp ta’ setturi relatati, u jinsisti, f’dan ir-rigward, fuq l-importanza li jingħata appoġġ lill-kultivaturi tas-siġar melliferi, li min-naħa tagħhom jgħinu l-proċess ta' dakkir;

95.

Huwa tal-fehma li ċerti kwistjonijiet li jaffettwaw l-industrija tal-forestrija fil-livell globali, partikolarment il-qtugħ illegali tas-siġar, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-appoġġ għall-industrija tal-forestrija fost l-entitajiet assoċjati internazzjonali;

96.

Jinnota li t-talba għall-bijomassa, partikolarment l-injam, qed tiżdied, u għalhekk jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri sabiex jappoġġaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-miżuri tagħhom biex itejbu l-politika dwar il-forestrija u l-leġiżlazzjoni tal-foresti, partikolarment permezz tar-REDD+ (7) (Tnaqqis ta' Emissjonijiet mid-Deforestazzjoni u d-Degradazzjoni tal-Foresti).

97.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa pjan ta’ azzjoni dwar id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti sabiex tindirizza l-għanijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni tagħha dwar id-deforestazzjoni, kif mitlub permezz tas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali; Jikkunsidrali hu importanti li jsiru provvedimenti mhux biss għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-foresti eżistenti iżda wkoll għar-riforestazzjoni taż-żoni deforestati;

98.

Jikkunsidra li jrid isir ukoll riferiment separat għall-ħtieġa ta' riforestazzjoni estensiva fiż-żoni li ġew affettwati minn nirien forestali rikorrenti;

Implimentazzjoni u rappurtar

99.

Jenfasizza li l-implimentazzjoni ta’ strateġija tal-foresti tal-UE għandha tkun proċess koordinat multiannwali li fih l-opinjonijiet tal-Parlament għandhom jiġu kkunsidrati u li l-istrateġija għandha tkun implimentata b’mod effiċjenti, koerenti u b’burokrazija mill-inqas;

100.

Jiddispjaċih li l-proċess ta’ implimentazzjoni nbeda parzjalment qabel l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament, u jqis li dan mhuwiex konformi mal-għan ta’ koordinazzjoni aħjar ta’ politiki relatati mal-foresti kif iddikjarat mill-Kummissjoni fit-test tal-Istrateġija tagħha;

101.

Huwa tal-fehma li l-istrateġija l-ġdida għandha tistabbilixxi rabtiet bejn l-istrateġiji u l-pjanijiet ta’ finanzjament tal-UE u tal-Istati Membri u ssaħħaħ il-koeżjoni f’termini ta’ ppjanar, finanzjament u l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet transettorjali;

102.

Jappella għal implimentazzjoni inklużiva, strutturata u bbilanċjata tajjeb tal-istrateġija;

103.

Huwa tal-fehma, għalhekk, li l-mandat tal-Kumitat Permanenti għall-Forestrija għandu jissaħħaħ u għandu jkollu riżorsi aħjar biex il-Kummissjoni titħalla tagħmel użu sħiħ tal-għarfien espert mill-Istati Membri filwaqt li tkun implimentata l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar il-Foresti fil-livell tal-UE; Jistieden lill-Kummissjoni tikkonsulta lill-Kumitat Permanenti għall-Forestrija bl-għoti ta’ avviż suffiċjenti qabel ma tippreżenta kwalunkwe inizjattiva jew abbozz ta’ test li jkollhom impatt fuq il-ġestjoni tal-foresti u fuq l-industrija tal-injam;

104.

Jenfasizza r-rwol importanti tal-Grupp ta’ Djalogu Ċivili dwar il-Forestrija u s-Sufra u ta' partijiet interessati rilevanti oħrajn, u jitlob l-involviment xieraq tagħhom fl-implimentazzjoni tal-istrateġija;

105.

Huwa tal-fehma li n-natura trasversali ta’ kwistjonijiet forestali tirrikjedi l-kooperazzjoni interna bejn id-dipartimenti varji tal-Kummissjoni meta titqies kwalunkwe miżura li jista’ jkollha impatt fuq in-natura speċifika tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tal-industriji assoċjati; Għalhekk jistieden lid-DĠ Ambjent, id-DĠ Azzjoni Klimatika, id-DĠ AGRI, id-DĠ Enerġija, id-DĠ Riċerka u Innovazzjoni u DĠ oħrajn ikkonċernati biex jaħdmu flimkien b'mod strateġiku sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija permezz ta’ koordinazzjoni u komunikazzjoni mtejba;

106.

Iqis li, fid-dawl tal-lista tal-Kummissjoni tal-prijoritajiet fuq it-tkabbir, l-impjiegi u l-investiment, fl-implimentazzjoni ta’ strateġija ġdida tal-UE għall-foresti għandha tingħata wkoll prijorità biex tippromwovi l-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-settur tal-foresti, filwaqt li jingħata appoġġ kemm liż-żoni rurali u dawk urbani, l-espansjoni tal-bażi ta’ għarfien, il-ħarsien tal-foresti u l-preservazzjoni tal-ekosistemi tagħhom, jiġu promossi l-koordinazzjoni u l-komunikazzjoni, u jiżdied l-użu sostenibbli ta’ prodotti forestali tal-injam u dawk mhux tal-injam;

107.

Jistieden lill-Kummissjoni tissupplimenta l-istrateġija bi pjan ta’ azzjoni b'saħħtu li jkun fih miżuri speċifiċi, u tirrapporta lill-Parlament Ewropew kull sena dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont l-istrateġija;

108.

Jappoġġa s-sejħa ta’ Kumitat AGRI-ENVI-ITRE estiż li jippermetti diskussjoni bilanċjata dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-istrateġija l-ġdida tal-UE dwar il-foresti;

o

o o

109.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 290 E, 29.11.2006, p. 413.

(2)  Forest Europe – Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa, Kumitat ta’ Negozjar Intergovernattiv għall-Konklużjoni ta’ Ftehim Legalment Vinkolanti dwar il-Foresti fl-Ewropa: http://www.foresteurope.org/

(3)  Ara: http://www.forestnegotiations.org/

(4)  Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna”.

(5)  Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam

(6)  Regolament (UE) Nru 2173/2005 tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea (FLEGT = Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali)

(7)  Programm biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mid-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti: http://unfccc.int/methods/redd/items/7377.php


L-Erbgħa 29 ta’ April 2015

21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/27


P8_TA(2015)0173

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (COM(2013)0534 – 2013/0255(APP))

(2016/C 346/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (COM(2013)0534),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (1),

wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (COM(2012)0363),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu (2),

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) (COM(2013)0535),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, l-Artikoli 2, 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar pjan direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 86, 218, 263, 265, 267, 268 u 340 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport interim tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0055/2015),

A.

billi dejta miġbura u analizzata mill-Kummissjoni wasslet għall-identifikazzjoni ta' suspetti ta' frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għal medja ta' madwar EUR 500 miljun fis-sena, għalkemm hemm raġunijiet tajba sabiex jitwemmen li madwar EUR 3 biljun kull sena jistgħu ikunu f'riskju ta' frodi;

B.

billi r-rata ta' tressiq ta' akkuża huwa baxx – madwar 31 % fit-tmien snin bejn l-2006 u l-2013 – imqabbel man-numru ta' rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji maħruġa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) lill-Istati Membri; billi wieħed mill-għanijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) huwa li jnaqqas dan id-distakk;

C.

billi huwa possibbli li xi Stati Membri jkunu anqas effettivi fid-detezzjoni u fil-prosekuzzjoni ta' frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE, bi ħsara għall-kontribwenti tal-Istati Membri kollha li jikkontribwixxu għall-baġit tal-Unjoni;

D.

billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2014, il-Parlament talab lill-Kunsill għal involviment estensiv fix-xogħol leġiżlattiv permezz ta' fluss kostanti ta' informazzjoni u permezz ta' konsultazzjoni kontinwa;

E.

billi ġuriżdizzjonijiet, tradizzjonijiet legali, sistemi tal-infurzar tal-liġi u sistemi ġudizzjarji differenti fl-Istati Membri m'għandhomx itellfu jew jimminaw il-ġlieda kontra l-frodi u r-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

F.

billi t-terroriżmu huwa ffinanzjat ukoll mill-kriminalità organizzata, u l-gruppi kriminali jiġbru fondi permezz ta' frodi;

G.

billi l-Artikolu 86 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jippermetti l-estensjoni tas-setgħat tal-UPPE biex jinkludu reati serji b'dimensjoni transfruntiera; billi din il-possibilità tista' titqies mill-Kunsill ladarba l-UPPE jkun stabbilit u jkun qed jiffunzjona tajjeb;

1.

Jafferma mill-ġdid ir-rieda qawwija tiegħu biex jindirizza l-prijoritajiet għall-istabbiliment tal-UPPE u biex jidentifika l-prinċipji u l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom ikun jista' jagħti l-approvazzjoni tiegħu;

2.

Itenni l-kontenut tar-rapport interim preċedenti tiegħu adottat permezz ta' riżoluzzjoni tat-12 ta' Marzu 2014, u jfittex li jissupplimentah u jaġġornah wara l-aħħar żviluppi fid-dibattitu tal-Kunsill;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jiżgura trasparenza u leġittimità demokratika billi jżomm lill-Parlament infurmat b'mod sħiħ u konsultat regolarment; iħeġġeġ lill-Kunsill biex jikkunsidra l-fehmiet tiegħu kif jixraq, bħala prekundizzjoni biex tiġi żgurata l-awtorizzazzjoni għall-adozzjoni tar-Regolament dwar l-UPPE;

4.

Ifakkar li l-UPPE għandu jkollu kompetenza fuq reati relatati mal-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; ifakkar, filwaqt li jikkunsidra dan kollu, li r-reati kriminali relevanti għandhom ikunu stabbiliti fid-direttiva proposta dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (id-Direttiva PIF); jitlob lill-Kunsill, filwaqt li jirrikonoxxi l-progress magħmul mill-koleġiżlaturi fin-negozjati għall-adozzjoni tad-Direttiva PIF, iġedded l-isforzi tiegħu biex ifittex qbil dwar din id-direttiva għall-istabbiliment tal-UPPE;

5.

Jemmen li approċċ innovattiv huwa meħtieġ għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u t-tressiq il-qorti ta' dawk li jiffrodaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-ġlieda kontra l-frodi, ir-rata tal-irkupru u l-fiduċja tal-kontribwenti fl-istituzzjonijiet tal-UE;

6.

Iqis kruċjali li jiġi żgurat l-istabbiliment ta' UPPE uniku, b'saħħtu u indipendenti li jkun kapaċi jinvestiga, jipprosegwixxi u jressaq il-qorti dawk li jwettqu reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u jemmen li kwalunkwe soluzzjoni aktar dgħajfa tkun telf għall-baġit tal-Unjoni;

Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew indipendenti

7.

Jenfasizza li l-istruttura tal-UPPE għandha tkun interament indipendenti mill-gvernijiet nazzjonali u mill-istituzzjonijiet tal-UE u mħarsa mill-influwenza u l-pressjoni politika; jitlob, għaldaqstant, ftuħ, oġġettività u trasparenza fil-proċeduri tal-għażla u l-ħatra tal-Kap Prosekutur Ewropew, tad-deputati tiegħu/tagħha, tal-Prosekuturi Ewropej u tal-Prosekuturi Ewropej Delegati; jemmen li, sabiex jiġi evitat kull kunflitt ta' interess, il-kariga tal-Prosekutur Ewropew għandha tkun fuq bażi full-time;

8.

Jenfasizza l-importanza tal-involviment tiegħu fil-proċeduri ta' ħatra tal-Prosekuturi Ewropej u jissuġġerixxi kompetizzjoni miftuħa għall-kandidati li jkollhom il-kriterji meħtieġa ta' integrità, professjonalità, esperjenza u ħiliet; jemmen li l-Prosekuturi Ewropej għandhom jinħatru mill-Kunsill u l-Parlament bi ftehim abbażi ta' lista mqassra mfassla mill-Kummissjoni, wara valutazzjoni minn panel ta' esperti indipendenti magħżulin minn fost imħallfin, prosekuturi u avukati ta' kompetenza rikonoxxuta; il-Kap Prosekutur Ewropew għandu jinħatar skont l-istess proċedura wara smigħ mill-Parlament;

9.

Jemmen li l-membri tal-Kulleġġ għandhom jitkeċċew biss wara deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fuq talba tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Parlament u/jew tal-Kap Prosekutur Ewropew;

10.

Jenfasizza li l-Istati Membri jkollhom jinvolvu korpi ġudizzjarji nazzjonali awtonomi fil-proċeduri ta' nomina tal-Prosekuturi Ewropej Delegati skont il-prattiki u l-liġijiet nazzjonali;

11.

Jilqa' d-dispożizzjoni li tinsab fit-test tal-Kunsill rigward rapport annwali lill-Istituzzjonijiet tal-UE sabiex jiggarantixxi valutazzjoni kontinwa tal-attivitajiet imwettqa mill-korp il-ġdid; jitlob lill-Kunsill jiżgura li r-rapport annwali jkun fih, fost l-oħrajn, dettalji dwar ir-rieda tal-awtoritajiet nazzjonali li jikkooperaw mal-UPPE;

Diviżjoni ċara ta' ġuriżdizzjoni bejn l-UPPE u l-awtoritajiet nazzjonali

12.

Jemmen li regoli li jirregolaw id-diviżjoni ta' ġuriżdizzjoni bejn l-UPPE u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu definiti b'mod ċar sabiex jevitaw kull inċertezza jew miżinterpretazzjoni fil-fażi operazzjonali: l-UPPE għandu jkollu ġuriżdizzjoni biex jinvestiga u jipprosegwixxi r-reati li jikkostitwixxu frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni skont id-direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali; jemmen li l-UPPE għandu l-ewwel jiddeċiedi jekk ikollux kompetenza qabel ma l-awtoritajiet nazzjonali stess jibdew l-investigazzjonijiet tagħhom, bl-għan li jiġu evitati investigazzjonijiet paralleli li jkunu ineffiċjenti;

13.

Jinsisti li awtoritajiet nazzjonali li jwettqu investigazzjonijiet ta' reati li jistgħu jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UPPE għandhom ikunu obbligati jinfurmaw lill-UPPE dwar investigazzjonijiet tali; itenni l-ħtieġa li l-UPPE jkollu d-dritt li jmexxi investigazzjonijiet tali, fejn jiddetermina li dan ikun xieraq, sabiex l-indipendenza u l-effettività ta' dan l-Uffiċċju jkunu żgurati;

14.

Itenni li s-setgħat tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandhom jiġu estiżi għal reati oħra għajr dawk li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni biss meta, b'mod kumulattiv:

(a)

il-kondotta partikolari tikkostitwixxi fl-istess waqt kemm reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif ukoll reati oħrajn; u

(b)

ir-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu predominanti u l-oħrajn ikunu sempliċement anċillari; kif ukoll

(c)

ir-reati l-oħrajn ma jkunux jistgħu jitressqu l-qorti u ma jkunux jistgħu jiġu penalizzati jekk ma jkunux tħarrku u tressqu għall-ġudizzju tal-qorti flimkien mar-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

Jemmen, ukoll, li f'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-UPPE u l-awtoritajiet prosekutorji nazzjonali dwar l-eżerċizzju ta' kompetenza, l-UPPE għandu jiddeċiedi, f'livell ċentrali, min għandu jinvestiga u jipprosegwixxi; jemmen, barra minn hekk, li d-determinazzjoni ta' kompetenza, skont dawn il-kriterji, għandha dejjem tkun soġġetta għal rieżami ġudizzjarju;

Struttura effiċjenti għall-ġestjoni effettiva tal-każijiet

15.

Jinnota b'dispjaċir li l-għażla ta' struttura kolleġġjali qiegħda titqies mill-Istati Membri, minflok dik ġerarkika inizjalment proposta mill-Kummissjoni; f'dan ir-rigward, jemmen li d-deċiżjoni għall-prosekuzzjoni, l-għażla tal-ġuriżdizzjoni kompetenti, id-deċiżjoni ta' riallokazzjoni jew ta' twaqqigħ ta' każ u d-deċiżjoni dwar tranżazzjonijiet għandhom jittieħdu kollha f'livell ċentrali mill-Kmamar;

16.

Jissottolinja l-fatt li l-Kmamar għandu jkollhom rwol ewlieni fl-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet u ma jillimitawx l-attivitajiet tagħhom għal sempliċi funzjonijiet ta' koordinazzjoni, imma għandhom jissorveljaw ix-xogħol tal-Prosekuturi Ewropej Delegati fil-qasam;

17.

Huwa mħasseb dwar il-konnessjoni awtomatika bejn il-Prosekutur Ewropew fl-Uffiċċju Ċentrali u każ imressaq fl-Istat Membru tiegħu/tagħha, peress li dan jista' jagħti lok għal nuqqasijiet evidenti fejn tidħol l-indipendenza tal-prosekuturi u d-distribuzzjoni uniformi tal-każijiet;

18.

Jitlob, għaldaqstant, għall-organizzazzjoni razzjonali tal-volum tax-xogħol tal-Uffiċju fuq livell ċentrali; jinnota, f'dan ir-rigward, li s-sistema tal-allokazzjoni tal-każijiet fost il-Kmamar għandha ssegwi kriterji predeterminati u oġġettivi; jissuġġerixxi wkoll li fi stadju aktar avvanzat speċjalizzazzjoni speċifika tal-Kmamar tista' tkun prevista;

19.

Huwa konvint li l-għarfien, l-esperjenza u l-kompetenza meħtieġa tas-sistemi nazzjonali tal-infurzar tal-liġi se jkunu garantiti wkoll mill-persunal tal-UPPE fl-Uffiċċju Ċentrali;

Miżuri investigattivi u ammissibilità tal-provi

20.

Jistieden lil-leġiżlatur jiżgura proċeduri simplifikati biex l-UPPE jikseb l-awtorizzazzjoni għal miżuri investigattivi f'każijiet transfruntiera, skont il-liġi tal-Istati Membri fejn il-miżura inkwistjoni tiġi eżegwita; ifakkar li l-koleġiżlaturi qablu dwar kriterji biex l-Istati Membri jitolbu miżuri investigattivi bbażati fuq il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku fid-Direttiva 2014/41/UE rigward l-Ordni tal-Investigazzjoni Ewropea fi kwistjonijiet kriminali; jemmen li l-istess kriterji għandhom japplikaw rigward miżuri investigattivi li għandhom jiġu awtorizzati mill-UPPE partikolarment rigward raġunijiet għal ċaħda;

21.

Jistieden lill-Kunsill biex jiżgura l-ammissibilità tal-provi miġbura mill-UPPE b'rispett sħiħ għal-leġiżlazzjoni Ewropea u nazzjonali relevanti madwar l-Unjoni, peress li dan hu kruċjali għall-effettività tal-prosekuzzjonijiet, f'konformità mal-Artikolu 6 tat-TUE, mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

22.

Itenni l-ħtieġa li l-UPPE ifittex il-provi relevanti kollha, kemm jekk jakkużaw kif ukoll jekk jiskużaw; jinsisti, barra minn hekk, li huwa meħtieġ li persuni suspettati jew akkużati f'kull investigazzjoni mwettqa mill-UPPE jingħataw ċerti drittijiet dwar il-provi, b'mod partikolari:

(a)

Il-persuna suspettata jew akkużata għandu jkollha d-dritt tippreżenta provi għall-kunsiderazzjoni tal-UPPE;

(b)

Il-persuna suspettata jew akkużata għandu jkollha d-dritt li titlob li l-UPPE jiġbor il-provi kollha ta' rilevanza għall-investigazzjonijiet, fosthom il-ħatra ta' esperti u s-smigħ tax-xhieda;

23.

Jemmen, li minħabba li jista' jkun hemm ġuriżdizzjonijiet multipli għal reati transfruntiera li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UPPE, huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-Prosekuturi Ewropej, il-Prosekuturi Delegati Ewropej u awtoritajiet nazzjonali ta' prosekuzzjoni jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipju ta' ne bis in idem fir-rigward ta' prosekuzzjonijiet li jinvolvu reati li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UPPE;

Aċċess għal rieżami ġudizzjarju

24.

Jafferma li d-dritt għal rimedju ġudizzjarju għandu jkun dejjem rispettat b'riferenza għall-attività tal-UPPE u jirrikonoxxi wkoll il-ħtieġa li l-UPPE jopera effettivament; jemmen, għaldaqstant, li kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-UPPE għandha tkun soġġetta għal rieżami ġudizzjarju quddiem il-qorti kompetenti; jenfasizza li d-deċiżjonijiet meħuda mill-Kmamar, bħall-għażla ta' ġuriżdizzjoni għall-prosekuzzjoni, it-twaqqigħ jew ir-riallokazzjoni ta' każ jew tranżazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal rieżami ġudizzjarju quddiem il-qrati tal-Unjoni;

25.

Jemmen li għall-iskopijiet tar-rieżami ġudizzjarju tal-miżuri investigattivi kollha u ta' miżuri proċedurali oħrajn adottati fil-funzjoni prosekutorja tiegħu, l-UPPE għandu jkun meqjus awtorità nazzjonali quddiem il-qrati kompetenti tal-Istati Membri;

Protezzjoni legali koerenti ta' persuni suspettati jew akkużati

26.

Ifakkar li l-Uffiċċju l-ġdid għandu jwettaq l-attivitajiet tiegħu b'rispett sħiħ għad-drittijiet tal-persuni suspettati jew akkużati li huma minquxa fl-Artikolu 6 tat-TUE, fl-Artikolu 16 tat-TFUE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u f'dawk il-miżuri leġiżlattivi li diġà ġew adottati fil-livell tal-Unjoni dwar drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u dwar il-protezzjoni tad-dejta personali;

27.

Jafferma li d-direttiva futura dwar il-benefiċċju tal-għajnuna legali għandha tapplika bl-istess mod għall-persuni suspettati jew akkużati kollha li jkunu qed jiġu investigati jew ikunu qed jiġu mħarrka mill-UPPE; jistieden lill-Istati Membri, fin-nuqqas ta' direttiva tal-UE, sabiex jiżguraw aċċess effettiv għall-għajnuna legali f'konformità mal-liġijiet nazzjonali rilevanti;

28.

Jenfasizza li l-persuni suspettati jew akkużati kollha li jkunu qed jiġu investigati jew ikunu qed jiġu mħarrka mill-UPPE għandhom id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali tagħhom; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-fatt li l-ipproċessar ta' dejta personali mwettaq mill-UPPE jeħtieġ li jkun soġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001; jenfasizza li kwalunkwe dispożizzjoni speċifika dwar il-protezzjoni tad-dejta li tinsab f'regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-UPPE tista' biss tikkomplementa u telabora aktar id-dispożizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 45/2001, u biss sa fejn huwa meħtieġ;

29.

Jafferma mill-ġdid ir-rieda qawwija tiegħu biex jistabbilixxi l-UPPE u biex jirriforma l-Eurojust, kif ġie previst mill-Kummissjoni fiż-żewġ proposti tagħha; jitlob li l-Kummissjoni taġġusta mill-ġdid l-istimi tal-impatt baġitarju tal-istruttura kolleġġjali; jitlob li jiġu ċċarati r-relazzjonijiet bejn il-Eurojust, l-UPPE u l-OLAF sabiex ikun hemm distinzjoni bejn ir-rwoli rispettivi tagħhom fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jeżaminaw il-possibilità ta' approċċ integrat aktar b'saħħtu ta' dawn l-aġenziji sabiex l-investigazzjonijiet isiru aktar effettivi;

o

o o

30.

Iħeġġeġ lill-Kunsill biex isegwi dawn ir-rakkomandazzjonijiet u jenfasizza l-fatt li l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq huma essenzjali biex il-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' Regolament tal-Kunsill;

31.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2014)0234.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2013)0444.


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/32


P8_TA(2015)0174

Strateġija dwar l-Alkoħol

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar Strateġija dwar l-Alkoħol (2015/2543(RSP))

(2016/C 346/05)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-istrateġija tal-Unjoni dwar l-alkoħol (O-000008/2015 – B8-0108/2015),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar l-istabbiliment tat-tielet programm ta ' azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014- 2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE (1),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar it-Tnaqqis tal-Inugwaljanzi fis-Settur tas-Saħħa fl-UE (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jgħid li l-Unjoni għandha biss tikkomplementa l-azzjoni meħuda mill-Istati Membri dwar kwistjonijiet tas-saħħa pubblika,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2011 dwar il-Pjattaforma tal-UE dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Settembru 2007 dwar Strateġija tal-Unjoni Ewropea biex tassisti lill-Istati Membri jnaqqsu d-danni li ġejjin mill-konsum tal-alkoħol (3),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur fl-1 u t-2 ta' Diċembru 2011 dwar l-għeluq ta' lakuni fil-qasam tas-saħħa fl-UE permezz ta' azzjoni miftiehma li tippromwovi mġiba għal stil ta' ħajja san,

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-użu ħażin tal-alkoħol huwa t-tieni l-akbar kawża ta' mard relatat mal-istil ta' ħajja f’ċerti Stati Membri u l-vizzju tal-alkoħol huwa fattur ta' riskju għal aktar minn 60 marda kronika, inkluż il-mard tal-fwied marbut mal-alkoħol (ALD), il-pankreatite kronika alkoħolika u kważi kwalunkwe mard ieħor fl-apparat diġestiv, il-kanċer, id-dijabete, il-mard kardjovaskulari, l-obeżità, id-Disturbi tal-Ispettru Fetali Alkoħoliku (FASD), id-disturbi newropsikjatriċi bħal pereżempju, id-dipendenza fuq l-alkoħol;

B.

billi l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri huma l-aktar preparati tajjeb biex ifasslu politiki magħmula individwalment biex jipprevjenu lin-nies milli jabbużaw mill-alkoħol;

C.

billi hemm rabta kawżali bejn l-abbuż tal-alkoħol u medda sħiħa ta' disturbi mentali u ta' mġiba, apparti mard ieħor li ma jitteħidx u korrimenti;

D.

billi l-ispejjeż soċjali marbuta direttament u indirettament mal-użu ħażin tal-alkoħol huma stmati li laħħqu l-EUR 155,8 biljun fl-Ewropa fl-2010, li l-maġġoranza tagħhom (EUR 82,9 biljun) huma barra mis-sistema tal-kura tas-saħħa;

E.

billi l-abbuż tal-alkoħol jikkawża l-mewt ta' 3,3 miljun ruħ fis-sena madwar id-dinja, jew 5,9 % tal-imwiet; billi madwar 25 % tal-imwiet kollha fil-grupp tal-età bejn 20 u 39 jistgħu jiġu attribwiti għall-abbuż tal-alkoħol; billi dawn l-imwiet huma spiss riżultat ta’ inċidenti, vjolenza jew mard tal-fwied;

F.

billi madwar 5 sa 9 miljun tifel u tifla jgħixu f’familji li huma affettwati ħażin mill-konsum tal-alkoħol;

G.

billi mhux il-konsum kollu tal-alkoħol għandu l-istess konsegwenzi, peress li jiddependi ħafna fuq ix-xejra tal-konsum, inkluż dak li jiġi kkunsmat u l-mod kif inhu kkunsmat; billi x-xejriet u t-tendenzi tax-xorb ivarjaw ħafna bejn ir-reġjuni tal-Unjoni Ewropea, fejn hemm xejriet subreġjonali sinifikanti tal-effetti tal-konsum u tas-saħħa marbuta mal-użu ta' ħsara tal-alkoħol madwar l-UE; billi l-varjazzjonijiet soċjali, kulturali, ġeografiċi u ekonomiċi fil-pajjiżi tal-UE jagħmluha neċessarja li ssir distinzjoni bejn ix-xejriet u t-tendenzi ta’ konsum differenti;

H.

billi politika biex titnaqqas il-ħsara relatata mal-alkoħol u tappoġġja l-konsum responsabbli tal-alkoħol, li tkun imfassla għal sitwazzjonijiet reġjonali u lokali speċifiċi, tirriżulta fi tnaqqis fil-kura tas-saħħa u l-infiq soċjali relatati mal-effetti diretti u indiretti tal-ħsara relatata mal-alkoħol, bħad-dipendenza fuq l-alkoħol, il-mard kroniku, il-mortalità u l-vjolenza domestika, kif ukoll spejjeż relatati mal-alkoħol; billi politika għat-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol għandha tinvolvi mhux biss lis-settur tas-saħħa iżda wkoll lill-partijiet interessati rilevanti, inklużi l-assoċjazzjonijiet li jagħtu appoġġ lill-persuni li jsofru mill-abbuż tal-alkoħol, u għandhom ikunu konsistenti għall-aħħar mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tas-Saħħa fil-Politiki Kollha, filwaqt li jiġi żgurat titjib sinifikanti tas-saħħa pubblika;

I.

billi l-konsum abbużiv u ta' ħsara tal-alkoħol jista' jwassal għal dipendenza fuq l-alkoħol, ħaġa li għandha bżonn tiġi indirizzata permezz ta' attenzjoni u appoġġ miżjuda fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri;

J.

billi għandu jiġi enfasizzat li xi gruppi aktar għandhom it-tendenza li juru mġiba ħażina relatata mal-konsum tal-alkoħol, fosthom iż-żgħażagħ. billi l-imwiet assoċjati mal-alkoħol huma madwar 25 % tal-imwiet kollha fl-irġiel żgħażagħ bejn il-15 u d-29 sena, u huma waħda minn kull għaxra fost iż-żgħażagħ nisa; billi l-konsum eċċessiv ta’ alkoħol fost iż-żgħażagħ huwa prattika li qed tinfirex fl-Istati Membri b’tip partikolari ta’ konsum bħal pereżempju il-“binge drinking”; billi, bħala regola, il-fwied ta’ raġel jista’ jipproċessa l-alkoħol ħafna darbiet aktar malajr mill-fwied ta’ mara, li jfisser li n-nisa jsiru alkoħoliċi kroniċi aktar malajr u minkejja li jixorbu kwantitajiet iżgħar ta’ alkoħol;

K.

billi l-ħsara relatata mal-alkoħol hija marbuta ma' diversi fatturi, bħal-livell soċjoekonomiku, l-isfond kulturali u x-xejriet tax-xorb u l-influwenza mill-ġenituri jew minn oħrajn, kif ukoll id-daqs u l-livell tal-implimentazzjoni u l-infurzar ta' politiki xierqa f'dan il-qasam; billi l-vulnerabilitajiet f'soċjetà waħda jistgħu kultant ikunu differenti daqs il-vulnerabilitajiet bejn soċjetajiet differenti;

L.

billi f’xi reġjuni tal-Ewropa l-produzzjoni artiġjanali tax-xorb alkoħoliku hija waħda mill-pedamenti tat-turiżmu lokali;

M.

billi l-pubbliċità u l-kumerċjazlizzazzjoni għandhom impatt fuq il-livell tal-konsum tal-alkoħol, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ; billi l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva 2010/13/UE dwar is-servizzi tal-midja awdjoviżiva hija fundamentali għall-protezzjoni effettiva tal-iżvilupp fiżiku, mentali u morali tat-tfal u l-minorenni; billi hemm rabta bejn li wieħed jibda jixrob minn età żgħira u l-probabilità ta' problemi marbuta mal-alkoħol fil-kobor; billi l-aktar għodod effettivi fil-prevenzjoni tal-konsum eċċessiv tal-alkoħol miż-żgħażagħ huma l-edukazzjoni, l-informazzjoni u l-kampanji ta’ prevenzjoni; billi, għalhekk, il-Kummissjoni għandha tibda tfassal mingħajr dewmien strateġija ġdida Ewropea għall-alkoħol li tgħin biex jiġi ristrett il-konsum eċċessiv tal-alkoħol, u l-pubbliku għandu jiġi infurmat permezz ta’ kampanja li tqajjem il-kuxjenza dwar l-effetti negattivi tal-konsum tal-alkoħol fuq is-saħħa;

N.

billi l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tenfasizza l-ħtieġa ta’ aktar għarfien u azzjoni f’suġġetti bħar-rabta bejn il-konsum tal-alkoħol u t-tarbija fil-ġuf, l-anzjani, l-impatti fuq persuni soċjalment żvantaġġjati, u l-esklużjoni soċjali marbuta mal-abbuż tal-alkoħol;

O.

billi l-fatturi soċjali, kulturali, ġeografiċi u ekonomiċi differenti fl-Unjoni Ewropea joħolqu drawwiet u tendenzi tal-konsum tal-alkoħol li jvarjaw anki lokalment, u li joħolqu attitudnijiet differenti fil-konfront tax-xorb;

P.

billi jinħtieġ li jkun hemm distinzjoni ċara bejn il-konsum responsabbli tal-alkoħol u l-konsum ta' ħsara; billi l-konsum responsabbli tal-alkoħol hu kompatibbli ma' stil ta' ħajja li jkun tajjeb għas-saħħa;

Q.

billi madwar inċident wieħed tat-traffiku minn erbgħa jista' jiġi marbut mas-sewqan taħt l-effett tal-alkoħol, u tal-anqas 5 200 persuna fl-UE jinqatlu kull sena f'inċidenti tat-traffiku relatati mal-alkoħol; billi s-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb għadu t-tieni l-ikbar kawża ta' mwiet fit-toroq tal-UE;

R.

billi ħafna ċittadini tal-UE, speċjalment iż-żgħażagħ, mhumiex infurmati biżżejjed dwar il-perikli għas-saħħa tal-konsum ta' ħsara tal-alkoħol u d-dipendenza fuqu, u billi l-prevenzjoni u s-sensibilizzazzjoni huma għaldaqstant essenzjali fi ħdan l-istrateġija Ewropea l-ġdida dwar l-alkoħol; billi l-identifikazzjoni bikrija ta' persuni b'xejriet dannużi tal-konsum tal-alkoħol, kif ukoll l-għoti lilhom ta' pariri, irriżultaw effettivi; billi hemm ħafna lok għal titjib fir-rigward tal-protezzjoni tal-minorenni mir-reklamar tal-alkoħol;

S.

billi r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 (4) jikkonkludi li l-ikel li jitqies li hu ta' ħsara għas-saħħa jitqies ukoll bħala mhux sikur;

T.

billi faxex tal-età differenti juru tendenzi ta’ xorb differenti, li sa issa għadhom ma ġewx studjati b’mod proporzjonat;

U.

billi r- Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (5) eskluda x-xorb b’kontenut alkoħoliku ta’ aktar minn 1,2 % ta’ volum minn żewġ dispożizzjonijiet, jiġifieri l-lista tal-ingredjenti u rekwiżiti ta’ tikkettar nutrizzjonali; billi, minħabba n-natura tar-riskji marbuta mal-alkoħol, informazzjoni komprensiva dwar ix-xorb alkoħoliku xorta waħda hija meħtieġa;

V.

billi skont ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 il-Kummissjoni kienet meħtieġa tipproduċi sa Diċembru 2014 rapport li jevalwa jekk ix-xorb alkoħoliku fil-ġejjieni għandux ikun kopert mir-rekwiżit biex tingħata informazzjoni dwar il-valur enerġetiku, u r-raġunijiet li jiġġustifikaw eżenzjonijiet possibbli, kif ukoll proposta leġiżlattiva, jekk ikun xieraq, li tiddetermina r-regoli għal lista tal-ingredjenti jew dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni ta’ dawn il-prodotti;

W.

billi l-Istrateġija tal-UE dwar l-Alkoħol kellha suċċess fl-appoġġ tagħha tal-azzjonijiet tal-Istati Membri biex inaqqsu l-ħsara relatata mal-abbuż tal-alkoħol, b’mod partikolari permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki f’oqsma bħalma huma l-protezzjoni taż-żgħażagħ, it-tnaqqis tal-inċidenti tat-triq assoċjati mal-abbuż tal-alkoħol, l-edukazzjoni permezz ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-konsum tal-alkoħol, u database u monitoraġġ komuni fil-livell tal-UE, kif ukoll fit-tisħiħ tal-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, li fl-aħħar mill-aħħar wasslu għall-iżvilupp tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar ix-Xorb taż-Żgħażagħ u x-Xorb Bla Rażan Episodiku (2014-2016) mill-Kumitat dwar il-Politika u l-Azzjoni Nazzjonali dwar l-Alkoħol (CNAPA);

X.

billi l-involviment ta' firxa wiesgħa ta' partijiet interessati fil-Forum Ewropew dwar l-Alkoħol u s-Saħħa (EAHF), u lil hinn, rawwem l-iżvilupp ta' azzjonijiet konkreti u li jistgħu jitkejlu għat-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-abbuż mill-alkoħol fil-livell lokali fl-Unjoni Ewropea kollha;

Y.

billi t-tielet Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) jippromwovi l-adozzjoni tal-aħjar prattika vvalidata għall-miżuri ta' prevenzjoni kosteffettivi ffukati fuq il-fatturi ewlenin ta' riskju, inkluż l-abbuż mill-alkoħol;

Z.

billi l-evalwazzjoni esterna tal-Istrateġija mwettqa fl-2012 ikkonfermat ir-rilevanza u l-utilità tal-approċċ tal-Istrateġija eżistenti u t-temi ta’ prijorità tagħha;

1.

Jinnota li waqt il-laqgħa tas-CNAPA li saret fit-22 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri biex tiżviluppa Pjan ta’ Azzjoni Ewropew biex Titnaqqas il-Ħsara Relatata mal-Alkoħol; jinnota l-adozzjoni f’Settembru 2014 ta’ Pjan ta’ Azzjoni dwar ix-Xorb taż-Żgħażagħ u x-Xorb Bla Rażan Episodiku (binge drinking) (2014-2016), u jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-implimentazzjoni tiegħu mill-Istati Membri;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi gwida dwar il-ġlieda kontra l-ħsara relatata mal-alkoħol u biex tkompli bil-ħidma tagħha ta’ appoġġ lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri fejn dan iġib miegħu valur miżjud, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

3.

Jenfasizza li biex jitnaqqsu l-problemi ta’ saħħa, ta’ sigurtà u dawk soċjoekonomiċi kkawżati mill-alkoħol, ikun jeħtieġ li tittieħed azzjoni fuq id-daqs, ix-xejriet u l-kuntesti tal-konsum tal-alkoħol, kif ukoll fuq l-elementi determinanti soċjali usa’, permezz ta' mezzi bħall-edukazzjoni u t-tnedija ta’ kampanji ta’ informazzjoni;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni tibda minnufih il-ħidma fuq l-Istrateġija tal-UE dwar l-Alkoħol (2016-2022) bl-istess objettivi, filwaqt li taġġorna l-qafas regolatorju sabiex tappoġġja lill-gvernijiet nazzjonali biex jindirizzaw il-ħsara marbuta mal-alkoħol, biex tappoġġja l-monitoraġġ u l-ġbir tad-dejta affidabbli, biex tinkoraġġixxi l-prevenzjoni kif ukoll il-promozzjoni tas-saħħa u l-edukazzjoni, id-dijanjosi bikrija, l-aċċess imtejjeb għall-kura, l-appoġġ kontinwu għal dawk milquta u l-familji tagħhom, inklużi programmi ta’ pariri, sabiex jitnaqqsu l-inċidenti tat-traffiku kkawżati minn sewqan taħt l-effett tal-alkoħol u biex tiddifferenzja aħjar bejn ix-xejriet differenti tax-xorb, bejn imġiba u oħra, u bejn attitudnijiet differenti fil-konfront tal-konsum tal-alkoħol;

5.

Iqis li l-Istrateġija attwali tal-UE li tappoġġja lill-Istati Membri fl-indirizzar tal-ħsara relatata mal-alkoħol għandha tiġġedded bażikament fl-istess format, u bl-istess objettivi, jiġifieri li tindirizza l-ħsara relatata mal-alkoħol fuq livell tal-Istati Membri, tkun orjentata fuq l-azzjoni, u biex trawwem approċċ parteċipattiv ta’ ħafna partijiet interessati;

6.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproduċi minnufih ir-rapport li jesiġi r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 sa Diċembru 2014, li jevalwa jekk ix-xorb alkoħoliku għandux fil-ġejjieni jkun kopert mir-rekwiżit li fuq ix-xorb alkoħoliku tingħata informazzjoni dwar l-ingredjenti u l-kontenut nutrizzjonali; iqis li l-konsumaturi għandhom jiġu infurmati dwar l-ingredjenti u l-kontenut nutrizzjonali, filwaqt li jitqies, b'mod partikulari, l-impatt fuq l-SMEs u l-produzzjoni artiġjanali;

7.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex immedjatament titlob lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) biex tivvaluta mill-ġdid l-użu tal-aċetaldeid bħala sustanza aromatizzanti f’xorb alkoħoliku u mhux alkoħoliku;

8.

Jenfasizza l-ħtieġa li tal-inqas il-kontenut ta’ kaloriji tax-xorb alkoħoliku jiġi ddikjarat b’mod ċar fuq it-tikketti mill-aktar fis possibbli, u jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva korrispondenti mhux aktar tard mill-2016;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni tibda ħidma immedjata fuq Strateġija ġdida tal-UE dwar l-Alkoħol għall-perjodu 2016-2022, b’kont meħud tal-Pjan ta' Azzjoni tas-CNAPA u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni indipendenti tal-Istrateġija tal-UE dwar il-Ħsara Relatata mal-Alkoħol, sabiex jiġi żgurat li r-riżultati miksuba s’issa jkollhom impatt dewwiemi u biex tkompli tappoġġja lill-gvernijiet nazzjonali biex jindirizzaw il-ħsara relatata mal-alkoħol fuq perjodu twil ta’ żmien;

10.

Jenfasizza li l-kumplimentarjetà bejn il-liġijiet u l-kodiċijiet ta' kondotta dwar il-protezzjoni tal-minorenni mill-konsegwenzji negattivi tal-konsum perikoluż tal-alkoħol hija meħtieġa biex tiżgura l-protezzjoni effettiva tal-minorenni; jistieden lill-Istati Membri jinforzaw b’mod strett il-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti dwar il-limiti tal-età dwar il-konsum tal-alkoħol u biex tevalwa l-ħtieġa għal aktar rekwiżiti li jorbtu legalment biex jiżguraw il-protezzjoni effettiva tal-minorenni;

11.

Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw politiki u trattamenti fi ħdan is-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom, li jnaqqsu d-dipendenza tal-individwi fuq l-alkoħol;

12.

Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jedukaw lill-pubbliku ġenerali, partikolarment lill-minorenni u n-nisa tqal, dwar l-effetti ta' ħsara tal-konsum tal-alkoħol, u sabiex, meta jkun meħtieġ, jilleġiżlaw kif xieraq;

13.

Jirrikonoxxi d-differenzi fix-xejriet tal-konsum fost l-Istati Membri u l-aspetti kulturali tal-konsum responsabbli tal-alkoħol;

14.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ kampanja ta' informazzjoni fl-UE kollha li twissi lin-nisa tqal biex ma jikkunsmawx l-alkoħol, u jitlob lill-Kummissjoni teżamina l-effett tat-tikkettar f'din il-kwistjoni u tippreżenta proposta leġiżlattiva korrispondenti mhux aktar tard mill-2016;

15.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri, li f'dan il-qasam huma primarjament responsabbli li jfasslu, jimplimentaw u jivvalutaw il-politiki tas-saħħa pubblika maħsuba biex inaqqsu l-konsum ta' ħsara tal-alkoħol, jimplimentaw regoli stretti dwar il-bejgħ ta’ xorb alkoħoliku, b’mod partikolari lill-minorenni;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis l-implimentazzjoni ta’ tikketti fl-UE kollha li jwissu lill-konsumaturi dwar il-perikli tas-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa u, jekk ikun meħtieġ, tirriforma r-rwol u l-funzjonament tal-Forum Ewropew dwar l-Alkoħol u s-Saħħa, sabiex tiżgura li s-sħubija tkun verament rappreżentattiva tal-partijiet interessati kollha rilevanti, b’mod bilanċjat, b'rappreżentanza xierqa tal-operaturi ekonomiċi u tal-NGOs, u biex taħdem biex tinkoraġġixxi u tappoġġja l-parteċipazzjoni tagħhom fil-Forum u favur l-impenn tagħhom li jiżviluppaw azzjonijiet konkreti u effettivi biex inaqqsu l-ħsara relatata mal-alkoħol u jappoġġjaw azzjonijiet immirati li jkunu rilevanti fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi aktar titjib operattiv għall-implimentazzjoni attwali tal-istrateġija tal-UE, bħal: li testendi s-sħubija fl-EAHF mal-partijiet interessati rilevanti kollha; li jkun hemm żieda fl-interazzjoni mas-CNAPA fil-livell tal-UE; li tippromwovi l-prattiki tajba għat-tfassil, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-impenji; li tiġbor indikaturi aktar effikaċi li jipprovdu stampa oġġettiva, aġġornata u realistika tax-xejriet tax-xorb tal-alkoħol u l-ħsara relatata mal-alkoħol; u li tappoġġja azzjonijiet immirati li jkunu rilevanti fil-livelli lokali, abbażi tar-rispett sħiħ tar-regoli fundamentali tat-Trattat UE;

19.

Jenfasizza li l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Alkoħol m’għandhiex tistabbilixxi miri ġodda, iżda pjuttost għandha tappoġġja dawk il-miri li dwarhom diġà ntlaħaq ftehim bħala parti mill-pjan ta’ azzjoni Ewropew tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għall-2012-2020 biex jitnaqqas l-użu ta' ħsara tal-alkoħol;

20.

Jinnota li strateġija ġdida tal-UE tista’ tkun ta’ valur billi toffri lill-Istati Membri għażliet għal azzjoni ibbażati fuq l-evidenza, billi hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jużaw l-approċċ l-aktar adattat għat-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissokta fir-rwol ta’ valur tagħha fit-trawwim tar-riċerka tajba u l-kondiviżjoni tal-evidenza;

21.

Itenni l-importanza ta’ impenn politiku b’saħħtu mill-Kummissjoni, mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Istati Membri li jżidu l-isforzi biex jipprevjenu l-ħsara relatata mal-alkoħol u jipprovdu rispons ta’ politika adegwat ibbażat fuq l-evidenza li jirrifletti l-impatti severi u varji fuq is-saħħa u dawk soċjoekonomiċi tal-ħsara relatata mal-alkoħol u l-interrelazzjonijiet tagħha ma’ fatturi oħrajn ta’ riskju;

22.

Ifakkar fl-importanza tal-objettivi ta’ politika li jistgħu jitkejlu u li jkunu rigorużi u ta’ mekkaniżmi pluriennali adegwati biex jimmonitorjaw il-progress sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-Istrateġija fost l-Istati Membri; jisħaq dwar il-bżonn li tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali relatata mal-alkoħol;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw b’mod attiv it-titjib tal-indikaturi, il-ġbir ta’ data affidabbli, il-komparabbiltà u l-analiżi f’waqtha fir-rigward tal-konsum tal-alkoħol u l-konsegwenzi fuq is-saħħa u soċjali tiegħu, biex jallokaw riżorsi xierqa biex jitnaqqas il-piż minħabba l-abbuż tal-alkoħol u l-ispejjeż diretti u indiretti għas-soċjetà tal-ħsara relatata mal-alkoħol, u biex jippromwovu l-integrazzjoni effettiva tad-data rilevanti fil-politiki dwar l-alkoħol tal-UE u dawk nazzjonali bl-użu ta’ bażi ta’ evidenza komuni;

24.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi biex iħarsu liż-żgħażagħ mill-ħsara relatata mal-alkoħol, b’mod partikolari billi jgħollu l-limitu tal-età għal tal-anqas 18-il sena u jiżguraw li jkun hemm reklamar responsabbli;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvestu fl-edukazzjoni sabiex jenfasizzaw l-effetti fuq is-saħħa u s-soċjetà tal-konsum ta’ alkoħol li jagħmel il-ħsara filwaqt li jippromwovu l-konsum moderat u responsabbli tax-xorb alkoħoliku;

26.

Jenfasizza li l-flus pubbliċi m'għandhomx jintużaw sabiex jippromwovu l-konsum tal-alkoħol, bl-eċċezzjoni ta' miżuri ta' promozzjoni koperti mir-Regolamenti (UE) Nri 1144/2014 u 1308/2013;

27.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jillimitaw il-bejgħ tal-alkoħol għal dawk taħt l-età legali għax-xiri tal-alkoħol billi jwettqu miżuri ta’ kontroll regolari, b’mod partikolari qrib l-iskejjel; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza kif xieraq il-bejgħ transkonfinali tal-alkoħol fuq l-internet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu kampanji biex iqajmu kuxjenza dwar il-perikli tax-xorb bla rażan (binge drinking), speċjalment għal persuni taħt l-età, u jagħmlu aktar sforzi biex inaqqsu l-inċidenti tat-traffiku relatati mas-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb;

28.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE dwar is-servizzi tal-media awjdoviżiva u tikkunsidra li tirrivediha fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-alkoħol maż-żgħażagħ u l-isponsorizzazzjoni mill-alkoħol sabiex titnaqqas l-espożizzjoni taż-żgħażagħ għall-kummerċjalizzazzjoni tax-xorb alkoħoliku;

29.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, u lil kull parti interessata rilevanti oħra, jirrevedu u jsaħħu l-kampanji ta' sensibilizzazzjoni mmirati lejn il-konsum ta' ħsara tal-alkoħol, b'mod speċjali minn nisa tqal, u l-impatt tal-alkoħol fuq il-tarbija fil-ġuf;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw miżuri konkreti biex jirrestrinġu l-konsum tal-alkoħol, b’mod partikolari fost il-persuni taħt l-età u l-individiwi li jbatu minn kundizzjonijiet serji, mard kroniku jew dipendenzi kbar marbuta mal-konsum tal-alkoħol;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni żżomm, fl-istrateġija tagħha, l-appoġġ finanzjarju għall-proġetti effettivi u bbażati fuq ix-xjenza li jindirizzaw il-ħsara marbuta mal-abbuż tal-alkoħol u l-fehim tal-kawżi sottostanti tal-abbuż mill-alkoħol fl-ambitu tal-Programm tas-Saħħa l-ġdid u tal-Programm Orizzont 2020; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-appoġġ finanzjarju tagħha jkun indirizzat biss lejn proġetti b'metodoloġija xjentifikament tajba u b'operatur li jwettaq l-objettiv;

32.

Jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lil partijiet interessati oħra jiddiversifikaw il-kampanji ta’ informazzjoni dwar il-perikli tal-konsum tal-alkoħol għad-diversi gruppi ta’ etajiet, kif ukoll il-mod li bih isuqu n-nies u l-effetti tax-xorb u s-sewqan, sabiex jadattaw dawn il-kampanji għall-gruppi ta’ etajiet varji u biex jintlaħqu b’mod aktar vigoruż;

33.

Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ edukazzjoni mmirati lejn iż-żgħażagħ bħala parti mill-istrateġiji tagħhom biex jipprevjenu l-abbuż u biex ixerrdu l-aqwa prattiki;

34.

Jistieden lill-Istati Membri jibnu fuq l-Istrateġija tal-WHO dwar l-Alkoħol u jtejbu d-detezzjoni bikrija tal-konsum ta' ħsara tal-alkoħol fil-kura primarja, billi jippromwovu skrinjar u jiżguraw li jkun hemm servizzi ta' appoġġ adegwati għat-trattament tad-disturbi relatati mal-użu tal-alkoħol u l-kundizzjonijiet kroniċi relatati;

35.

Jenfasizza li r-regoli applikati mill-awtoritajiet rispettivi fl-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu sabiex titqajjem kuxjenza dwar il-konsegwenzi tal-abbuż mill-alkoħol, sabiex it-trattamenti jkunu aċċessibbli u bi prezz li jintlaħaq minn dawk li jbatu minn disturbi marbuta mal-konsum żejjed tal-alkoħol, u biex idaħħlu fis-seħħ programmi ta' skrinjar u interventi qosra fil-każijiet ta' konsum ta' alkoħol ta' ħsara u perikoluż; jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw sabiex isibu soluzzjonijiet biex jassistu lill-persuni li jbatu minn disturbi, kundizzjonijiet kroniċi jew dipendenzi qawwija marbuta mal-konsum tal-alkoħol, jgħinuhom jieħdu ħsieb tagħhom infushom u biex itemmu s-sitwazzjoni ta’ dipendenza tagħhom;

36.

Jiddispjaċih għat-tnaqqis fis-servizzi ewlenin għall-vizzju tal-alkoħol f'ċerti Stati Membri;

37.

Jistieden lill-Istati Membri u lil kull parti interessata rilevanti oħra jkomplu jintensifikaw u/jew jiżviluppaw politiki u azzjonijiet li jippromwovu l-imġiba favur stil ta’ ħajja li jkun tajjeb għas-saħħa, inklużi l-alimentazzjoni tajba u l-isport u attivitajiet rikreattivi tajbin għas-saħħa, filwaqt li tirrikonoxxi li t-tgawdija moderata tax-xorb alkoħoliku hija komponent sinifikanti tal-ħajja kulturali f’ħafna Stati Membri u m’għandhiex għalfejn tkun f’kunflitt ma’ stil ta’ ħajja li jkun tajjeb għas-saħħa;

38.

Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw bir-reqqa l-adegwatezza tal-introduzzjoni ta’ politiki nazzjonali mmirati biex jipprevjenu l-bejgħ ta’ alkoħol irħis ħafna, sakemm tali miżuri jiżguraw il-protezzjoni effettiva tas-saħħa u jirrispettaw il-prinċipji tal-proporzjonalità u s-sussidjarjetà u li l-opinjoni li hija mistennija tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-UE tal-politika ta’ prezzijiet minimi tal-Gvern Skoċċiż;

39.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jeżaminaw il-leġiżlazzjoni u l-inizjattivi eżistenti tagħhom relatati mal-informazzjoni lill-konsumatur u kultura xierqa tax-xorb, sabiex jedukaw u jissensibilizzaw dwar il-konsegwenzi tal-konsum ta’ ħsara tal-alkoħol u sabiex inaqqsu l-ħsara marbuta mal-abbuż tal-alkoħol; b'mod partikolari, jirrakkomanda lill-Istati Membri jissorveljaw ir-reklamar tal-alkoħol u l-effetti tiegħu fuq iż-żgħażagħ u jieħdu azzjoni xierqa bl-intenzjoni li jnaqqsu l-esponiment tagħhom għalih;

40.

Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-leġiżlazzjoni Ewropea eżistenti fir-rigward tal-ħtieġa li tittejjeb l-informazzjoni għall-konsumatur dwar l-alkoħol, filwaqt li tiżgura li l-konsumaturi jkunu konxji tal-kontenut tal-alkoħol u tal-kaloriji mingħajr ma timponi ostakli għas-suq uniku; jinsisti fuq l-importanza ta’ informazzjoni ċara, konċiża u effettiva dwar l-effetti tal-konsum tal-alkoħol u r-riskji tiegħu għas-saħħa; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-adozzjoni ta’ tikketta fil-livell tal-UE li jkun fiha twissija għall-konsumaturi dwar il-perikli marbuta mal-abbuż ta’ sustanzi alkoħoliċi waqt il-perjodu tat-tqala u waqt is-sewqan;

41.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu strateġiji xierqa u jintensifikaw il-kontrolli sabiex jindirizzaw il-problema tal-iffalsifikar tal-alkoħol, kif ukoll il-bejgħ illegali u klandestin tal-alkoħol, li għandhom effetti partikolarment negattivi għas-sezzjonijiet l-aktar żvantaġġati tas-soċjetà u għaż-żgħażagħ, u biex jiġu protetti l-indikazzjonijiet ġeografiċi fi ħdan l-Unjoni u globalment permezz ta’ ftehimiet kummerċjali internazzjonali;

42.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 86, 21.3.2014, p. 1.

(2)  ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 25.

(3)  ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 160.

(4)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/39


P8_TA(2015)0175

It-tieni anniversarju tat-tiġrif tal-bini Rana Plaza u l-progress tal-Patt dwar is-Sostenibbiltà tal-Bangladexx

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar it-tieni anniversarju tat-tiġrif tal-bini Rana Plaza u l-progress tal-Patt dwar is-Sostenibbiltà tal-Bangladexx (2015/2589(RSP))

(2016/C 346/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bangladexx, b'mod partikolari dawk tat-18 ta' Settembru 2014 (1), is-16 ta' Jannar 2014 (2), il-21 ta' Novembru 2013 (3) u l-14 ta' Marzu 2013 (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali (5) u dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali (6),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Popolari tal-Bangladexx dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp (7),

wara li kkunsidra l-Patt dwar is-Sostenibbiltà għal Titjib Kontinwu fid-Drittijiet tax-Xogħol u fis-Sikurezza tal-Fabbriki fl-Industrija tal-Ilbies u tax-Xogħol tal-Malja Lesti fil-Bangladexx,

wara d-Dikjarazzjoni Konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni Federica Mogherini, il-Kummissarju għall-Kummerċ Cecilia Malmström, il-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobilità tal-Ħaddiema Marianne Thyssen, u l-Kummissarju għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp Neven Mimica fl-okkażjoni tat-tieni anniversarju tat-traġedja ta' Rana Plaza,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Johannesburg tan-NU dwar il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli għall-promozzjoni tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku,

wara li kkunsidra l-Qafas Promozzjonali tal-ILO għas-Sikurezza u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (2006, C-187) u l-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol (1981, C-155) li għadhom ma ġewx ratifikati mill-Bangladexx, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet rispettivi tagħhom (R-197), wara li kkunsidra wkoll il-Konvenzjoni dwar l-Ispezzjoni tax-Xogħol (1947, C-081), li l-Bangladexx huwa firmatarju tagħha, u r-rakkomandazzjonijiet tagħha (R-164),

wara li kkunsidra l-Programm għal Xogħol Aħjar tal-ILO fil-Bangladexx, imniedi f’Ottubru 2013,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Strateġija rinnovata tal-UE 2011-2014 għar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva” (COM(2011)0681) u r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika dwar il-ħidma tal-Kummissjoni fir-rigward tad-direzzjoni tal-politika dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR) tagħha wara l-2014,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tas-6 ta' Frar 2013 dwar “ir-Responsabilità Soċjali Korporattiva: imġiba kummerċjali responsabbli u trasparenti u tkabbir sostenibbli” (8), u dwar “Ir-Responsabilità Soċjali Korporattiva: promozzjoni tal-interessi tas-soċjetà u rotta lejn l-irkupru sostenibbli u inklużiv” (9),

wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar il-Kummerċ u d-Drittijiet tal-Bniedem, li jistabbilixxu qafas kemm għall-gvernijiet kif ukoll għall-kumpaniji biex jipproteġu u jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem, kif approvati mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem f'Ġunju 2011,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, adottata fis-26 ta' Ġunju 2014, li tistabbilixxi grupp ta’ ħidma intergovernattiv bil-mandat li jiżviluppa strument internazzjonali legalment vinkolanti li jirregola l-attivitajiet ta' korporazzjonijiet transnazzjonali,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol,

wara li kkunsidra l-Patt Dinji tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem, ix-xogħol, l-ambjent u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni,

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni għal diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista (COM(2014)0111) bl-għan li l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta’ Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta’ Riskju Għoli jiġi traspost f'leġiżlazzjoni,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ liġi dwar id-diliġenza dovuta ta’ kumpaniji prinċipali u kumpaniji prinċipali ta’ kuntratturi (Nru 2578) adottat fl-ewwel qari mill-Assemblea Nazzjonali Franċiża fit-30 ta’ Marzu 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fl-24 ta' April 2013, Rana Plaza, bini ta' tmien sulari f'Savar, 'il barra minn Daka, fejn kien hemm diversi fabbriki tal-ilbies, iġġarraf u kkawża l-mewt ta' aktar minn 1 100 persuna u ħalla madwar 2 500 persuna midruba; billi t-tiġrif tal-bini Rana Plaza kienet l-agħar diżastru industrijali li qatt seħħ fil-Bangladexx u l-aktar kollass strutturali aċċidentali li kkawża mwiet fl-istorja moderna;

B.

billi mill-inqas 112-il persuna mietu fin-nirien li ħakmu l-fabbrika ta' Tazreen, fid-distrett ta' Ashulia f'Daka, fil-Bangladexx, nhar l-24 ta' Novembru 2012; billi n-nirien fil-fabbriki, it-tiġrif tal-bini u inċidenti oħra relatati ma' kwistjonijiet ta' saħħa u sikurezza fuq il-post tax-xogħol mhumiex limitati għas-settur tal-ilbies lest fil-Bangladexx biss, iżda huma kwistjonijiet li jqajmu tħassib serju f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u f'pajjiżi l-anqas żviluppati oħra b'settur qawwi tal-ilbies lest orjentat lejn l-esportazzjoni, bħall-Pakistan jew il-Kambodja;

C.

billi wara li skada l-Arranġament dwar il-Kummerċ Internazzjonali tat-Tessuti (MFA), u minħabba l-livell għoli ta' intensità tax-xogħol fis-settur tal-ilbies lest, pajjiżi li qed jiżviluppaw bħaċ-Ċina, il-Bangladexx, l-Indja u l-Vjetnam saru produtturi globali; billi l-Bangladexx kien sar it-tieni l-akbar esportatur tal-ilbies fid-dinja wara ċ-Ċina, u b'wieħed mill-iktar salarji baxxi tas-settur tal-ilbies, waqt li s-settur tat-tessuti jammonta għal kważi 85 % tal-esportazzjonijiet tal-pajjiż; billi 60 % tal-produzzjoni tal-ħwejjeġ tiegħu tmur lejn l-UE, li huwa s-suq ewlieni għall-esportazzjoni tal-Bangladexx;

D.

billi l-industrija tal-ilbies lest fil-Bangladexx timpjega madwar 4 miljun ruħ u b'mod indirett issostni l-għajxien ta' 40 miljun ruħ – madwar kwart tal-popolazzjoni tal-Bangladexx; billi l-industrija tal-ilbies lest għenet ħafna biex naqas il-faqar; billi l-Bangladexx għamel progress sinifikanti fit-tnaqqis tad-disparità bejn is-sessi fis-soċjetà, billi laħaq b'suċċess l-Għan ta' Żvilupp tal-Millenju tan-NU fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi, u billi s-settur tal-ilbies lest għen ħafna, peress li 3,2 miljun persuna mill-4 miljun ħaddiem impjegati fis-settur huma nisa; billi l-impjieg tan-nisa, f'ħafna każijiet, ikkontribwixxa għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tagħhom;

E.

billi r-riorganizzazzjoni tas-settur tal-ilbies lest fuq mudell integrat tal-katina tal-valur fissret li l-ordnijiet jistgħu jkunu żgurati biss permezz ta’ titjib fil-produttività u b'aktar tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni, u dan jagħmel il-forzi tax-xogħol tal-Bangladexx u ta' pajjiżi oħra li qed jiżviluppaw partikolarment vulnerabbli; billi l-Bangladexx u s-Sri Lanka, fejn l-ekonomija hi ferm dipendenti fuq fis-settur tal-ilbies lest, esperjenzaw tnaqqis fil-pagi minkejja żieda qawwija fil-faċilitajiet tal-produzzjoni u fl-impjiegi; billi fil-Bangladexx il-paga minima żdiedet b'mod sostanzjali wara d-diżastru ta' Rana Plaza, iżda xorta waħda ma tistax titqies li hi ta' livell adegwat biex tkopri l-ħtiġijiet bażiċi tal-ħaddiema;

F.

billi, skont diversi rapporti, aktar minn 600 ħaddiem tas-settur tal-ilbies mietu minħabba n-nirien li ħakmu fabbriki fil-Bangladexx bejn l-2006 u l-bidu tal-2013, waqt li, skont rapporti minn organizzazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem, ħadd mis-sidien jew maniġers tal-fabbriki ma tressaq quddiem il-qrati;

G.

billi l-bini mġarraf tal-kumpless ta' Rana Plaza kien mibni illegalment, u ma kienx jirrispetta l-istandards tas-sikurezza; billi wara d-diżastru 32 fabbrika ngħalqu b’mod permanenti fil-Bangladexx bħala riżultat ta’ tħassib sinifikanti dwar is-sikurezza, waqt li 26 fabbrika ngħalqu parzjalment; billi għad hemm numru sinifikanti ta’ fabbriki li għad iridu jgħollu l-istandards tagħhom għal livell legali; billi l-ILO qed tappoġġa l-inizjattiva tal-Gvern tal-Bangladexx biex isiru spezzjonijiet tas-sikurezza strutturali, elettrika u ta' kontra n-nirien ta' madwar 1 800 fabbrika tal-ilbies lest, li ħafna minnhom oriġinarjament kienu binjiet kummerċjali jew residenzjali;

H.

billi fl-24 ta’ April 2013, il-“Ftehim għal Arranġament Prattiku dwar il-Pagamenti lill-Vittmi tal-Aċċidenti ta' Rana Plaza u l-Familji tagħhom” (il-Fond Fiduċjarju tad-Donaturi) biex jiġu kkumpensati l-vittmi tad-diżastru u l-familji tagħhom ġie ffirmat mir-rappreżentanti tal-Gvern tal-Bangladexx, manifatturi tal-ilbies lokali u ditti tal-ilbies internazzjonali, trade unions lokali u internazzjonali u NGOs internazzjonali; billi l-ammont stabbilit biex ikopri l-ispejjeż tat-talbiet kollha huwa ta’ USD 30 miljun; billi sat-tieni anniversarju tad-diżastru, l-ammont totali miġbur minn kontribuzzjonijiet korporattivi volontarji kien ta’ madwar USD 27 miljun, li jfisser li 3 miljuni għadhom pendenti;

I.

billi l-kumpens finanzjarju hu appoġġ ekonomiku fundamentali u li mhux se jkun possibbli li jitħallsu l-ispejjeż mediċi ta’ dawk il-vittmi li jeħtieġu kura medika fit-tul jekk il-fond jibqa’ sottofinanzjat; billi l-Parlament Ewropew iddispjaċih li l-arranġament ta’ kumpens volontarju permezz tal-Fond Fiduċjarju tad-Donaturi ma kienx laħaq il-mira tiegħu, u nnota li mekkaniżmu mandatorju jkunu aktar ta’ benefiċċju għas-superstiti u l-qraba tal-vittmi;

J.

billi b'riżultat tal-avvenimenti traġiċi ta' Rana Plaza, u wara l-protesti pubbliċi u t-talbiet għal azzjoni min-naħa tal-Parlament Ewropew, l-UE b'kollaborazzjoni mal-Gvern tal-Bangladexx u l-ILO, nediet, fit-8 ta' Lulju 2013, il-“Patt għal Titjib Kontinwu fid-Drittijiet tax-Xogħol u s-Sikurezza fil-Fabbriki tal-Industrija tal-Ilbies u x-Xogħol tal-Malja lesti fil-Bangladexx”, li fih il-Bangladexx impenja ruħu li jieħu azzjoni biex ittejjeb l-istandards tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-industrija tal-ilbies lest tal-pajjiż;

K.

billi qabel l-aċċident, il-Bangladexx kellu biss 92 spettur biex jikkontrollaw madwar 5 000 fabbrika tal-ilbies lest u industriji oħra fil-pajjiż; billi l-Gvern tal-Bangladexx kien impenja ruħu li jirrekluta 200 spettur addizzjonali sa tmiem l-2013;

L.

billi l-ewwel rieżami tal-Patt sar f'Ottubru 2014, u ġie konkluż li waqt li sar progress tajjeb, il-Gvern tal-Bangladexx kien għad jonqsu jieħu passi importanti ulterjuri, notevolment rigward it-titjib u l-implimentazzjoni tal-Liġi tax-Xogħol, it-titjib tad-drittijiet tax-xogħol f'Żoni tal-Ipproċessar għall-Esportazzjoni u r-reklutaġġ ta' aktar spetturi tax-xogħol; billi t-tieni rieżami tal-Qbil se jsir fil-ħarifa tal-2015;

M.

billi l-Att dwar ix-Xogħol tal-Bangladexx (il-Liġi tax-Xogħol) kienet emendata f'Lulju 2013; billi l-liġi, filwaqt li tinkludi xi riformi pożittivi f'oqsma bħas-saħħa u s-sikurezza fil-post tax-xogħol, xorta għadu 'l bogħod milli jilħaq l-istandards internazzjonali dwar il-libertà tal-assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv, kif enfasizzat mill-kummenti tal-Kumitat ta’ Esperti tal-ILO dwar il-Konvenzjonijiet 87 u 98, inklużi limitazzjonijiet fuq id-dritt li jeleġġu rappreżentanti f'libertà sħiħa, limitazzjonijiet numerużi fuq id-dritt tal-istrajk u setgħat amministrattivi wiesgħa għall-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni ta' trade union, u billi l-gvern iddikjara ripetutament li m'għandu l-ebda intenzjoni li jikkunsidra emendi addizzjonali;

N.

billi l-Qbil dwar is-Sikurezza kontra n-Nirien u s-Sikurezza tal-Bini (il-Qbil), ftehim legalment vinkolanti, ġie ffirmat minn 187 impriża tal-ilbies, trade unions globali u lokali, NGOs u gruppi tad-drittijiet tal-ħaddiema fit-13 ta’ Mejju 2013, waqt li l-Alleanza għas-Sikurezza tal-Ħaddiema tal-Bangladexx ġiet stabbilita fid-9 ta’ Lulju 2013 u laqqgħet flimkien 26 impriża li l-parti l-kbira tagħhom huma mill-Amerika ta’ Fuq, iżda mingħajr involviment tat-trade unions; billi fil-preżent 175 impriża tal-moda u tal-bejgħ bl-imnut iffirmaw il-Qbil; billi l-Qbil u l-Alleanza wettqu spezzjonijiet f'1 904 fabbriki orjentati fuq l-esportazzjoni;

O.

billi l-Gvern tal-Bangladexx għadu ma addottax ir-regoli u r-regolamenti ta' implimentazzjoni tal-Liġi tax-Xogħol, minkejja wegħdiet ripetuti li se jagħmel dan, sa mhux aktar tard mis-sajd 2015; billi l-implimentazzjoni tal-Liġi hija kundizzjoni neċessarja għall-eliġibbiltà fil-Programm għal Xogħol Aħjar tal-ILO u għall-funzjonament tal-programm ta' taħriġ fl-ambitu tal-Qbil;

P.

billi fil-Bangladexx 10 % tal-forza tax-xogħol fis-settur tal-ilbies lest huma impjegata f'żoni tal-ipproċessar għall-esportazzjoni; billi Att dwar ix-Xogħol f'żoni tal-ipproċessar għall-esportazzjoni ġdid ġie adottat mill-kabinett f'Lulju 2014, iżda xorta waħda ma jagħtix lill-ħaddiema drittijiet li jikkorrispondu għad-drittijiet li għandhom ħaddiema oħra fil-Bangladexx; billi, filwaqt li l-projbizzjoni fuq l-istrajks skadiet fl-1 ta' Jannar 2014, l-Assoċjazzjonijiet tal-Benesseri tal-Ħaddiema m’għandhomx l-istess drittijiet u privileġġi bħat-trade unions;

Q.

billi madwar 300 trade union ġdida tas-settur tal-ilbies ġew reġistrati sa mill-bidu tal-2013; billi fl-2014, 66 applikazzjoni – 26 % tal-applikazzjonijiet kollha magħmula – ġew rifjutati; billi d-diskriminazzjoni kontra t-trade unions għadha problema serja ħafna u li qed tkompli tikber b'rata mgħaġġla; billi t-trade unions qed jirrapportaw li l-Gvern tal-Bangladexx qiegħed b’mod proattiv jostakola t-tentattivi tal-ħaddiema u ta' dawk li jħaddmu li jixtiequ jistabbilixxu kumitati tas-sikurezza tagħhom stess, skont ir-rekwiżiti tal-Qbil tal-Bangladexx;

R.

billi minn 177 pajjiż, il-Bangladexx jinsab fil-pożizzjoni 136 fl-Indiċi tat-Trasparenza u billi l-korruzzjoni hija endemika fil-katina tal-provvista globali tal-ilbies u tinvolvi kemm il-forzi politiċi kif ukoll il-korporazzjonijiet lokali u multinazzjonali;

S.

billi skont il-Konsorzju tad-Drittijiet tal-Ħaddiema, il-prezz tal-fabbrika ta’ kull waħda mis-7 biljun unità tal-ilbies mibjugħ kull sena mill-Bangladexx lil ditti tal-Punent jiżdied b'inqas minn 10 ċenteżmi kieku l-5 000 fabbrika tal-ilbies tal-pajjiż kellhom jgħollu l-istandards ta’ sikurezza tagħhom għal livell ekwivalenti għal dawk tal-Punent fi żmien 5 snin; billi ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-prezzijiet tal-artikli tal-ilbies u tat-tessuti żdiedu matul l-aħħar sentejn;

T.

billi s-settur tal-ilbies lest hu dominat sew minn bejjiegħa bl-imnut, produtturi u kummerċjanti tad-ditta kbar li jikkontrollaw il-produzzjoni globali tan-netwerks u jistipulaw direttament l-ispeċifikazzjonijiet tal-provvista; billi dawk li jimmanifatturaw l-ilbies u t-tessuti, fil-kuntest ta’ industrija globalizzata, spiss ma jkollhom l-ebda għażla ħlief li jaċċettaw prezzijiet aktar baxxi, iżidu l-istandards tal-kwalità, iqassru l-ħinijiet tal-konsenji, inaqqsu l-kwantitajiet minimi u jieħdu l-akbar riskju possibbli; billi hemm nuqqasijiet gravi fit-trasparenza u t-traċċabilità tal-katina tal-provvista globali; billi x-xogħol deċenti fil-katina tal-provvista globali se jkun punt ewlieni fuq l-aġenda tal-Konferenza tal-ILO tal-2016;

U.

billi wara d-diżastru kien hemm domanda bla preċedent min-naħa tal-konsumaturi Ewropew għal aktar informazzjoni dwar l-oriġini tal-prodotti u l-kundizzjoni tal-manifattura tagħhom; billi ċ-ċittadini Ewropej ressqu għadd kbir ta’ petizzjonijiet u kampanji organizzati li jesiġu responsabbiltà akbar minn ditti tal-ilbies biex jiżguraw li l-prodotti tagħhom ikunu manifatturati b’mod etiku;

V.

billi bħala wieħed mill-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati, il-Bangladexx jibbenefika minn aċċess bla dazju u bla kwoti għas-suq tal-UE għall-prodotti kollha tiegħu skont l-inizjattiva “Kollox Ħlief Armi” (“Everything but Arms” (EBA)), li tkopri 55 % tal-esportazzjoni mill-Bangladexx, li ħafna minnha tikkonsisti fi lbies jew tessuti, u għaldaqstant huwa marbut li jiżgura l-implimentazzjoni effettiva ta’ għadd ta’ konvenzjonijiet ewlenin tan-NU/ILO dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-ħaddiema;

1.

Ifakkar il-vittmi fl-okkażjoni tat-tieni anniversarju tat-traġedja ta' Rana Plaza, wieħed mill-aktar diżastri industrijali qerrieda li qatt ġraw; jesprimi l-kondoljanzi tiegħu għal darb' oħra lill-familji ta' dawk li mietu u lil dawk li sfaw korruti jew diżabbli; jenfasizza li dawn l-imwiet u korrimenti setgħu ġew evitati b'sistemi aqwa ta' sikurezza fuq il-post tax-xogħol;

2.

Ifakkar li l-Kumitat ta' Koordinament ta' Rana Plaza stabbilixxa l-Fond Fiduċjarju tad-Donaturi għal Rana Plaza bil-għan li volontarjament jiġbor donazzjonijiet minn kumpaniji biex il-vittmi u l-familji jingħataw kumpens; jiddeplora l-fatt li, mill-USD 30 miljun kumpens totali, USD 3 miljun kienu għadhom pendenti f'April 2015, u jħeġġeġ lid-ditti internazzjonali li kienu jieħdu l-prodotti minn Rana Plaza, jew li għandhom rabtiet sinifikanti mal-Bangladexx, mal-Gvern tal-Bangladexx u mal-Assoċjazzjonijiet tal-Manufatturi u Esportaturi tal-Ilbies tal-Bangladexx (BGMEA), biex jiżguraw li kull kumpens dovut jitqassam bla dewmien;

3.

Jiddenunzja l-fatt li madwar terz tal-kumpaniji li jitqiesu li għandhom rabtiet mal-kumpless ta' fabbriki, bħal Adler Modemarkte, Ascena Retail, Carrefour, Grabalok, J.C. Penney, Manifattura Corona, NKD, PWT jew YesZee, għadhom ma għamlu l-ebda ħlas fil-Fond Fiduċjarju; jiddispjaċih profondament dwar il-fatt li wara li damet tittrattieni xhur sħaħ, id-ditta Benetton għadha kkontribwiet biss USD 1.1 miljun għall-Fond Fiduċjarju tad-Donaturi Rana Plaza, minkejja l-fatt li l-kontribut meħtieġ huwa stmat li huwa ħafna ogħla abbażi tal-kapaċità tagħha li tħallas u l-firxa tal-involviment tagħha f’Rana Plaza; jiddispjaċih bl-istess mod li kull ditta marbuta ma’ Rana Plaza għamlet donazzjonijiet insuffiċjenti, u b’hekk dawn id-ditti naqsu milli jwettqu r-responsabilitajiet tagħhom lejn il-vittmi, inklużi Mango, Matalan, u Inditex, li jirrifjutaw li jiżvelaw id-donazzjoni tagħhom, flimkien ma’ oħrajn, bħal Walmart u The Children’s Place, li kkontribwew biss ammont minimu;

4.

Jirrimarka li l-kumpens għan-nirien f'Tazreen issa qed jiġi nnegozjat fuq l-istess bażi bħall-arranġament ta' Rana Plaza, jiddispjaċih bil-qawwa dwar id-dewmien persistenti, u jitlob li l-kumpens jasal f'waqtu;

5.

Jilqa' l-passi li qed jittieħdu lejn l-istabbiliment ta' skema nazzjonali permanenti ta' assigurazzjoni kontra aċċidenti fuq il-post tax-xogħol, u jinkoraġġixxi lill-Gvern tal-Bangladexx jonora l-impenn tiegħu fil-qafas tal-Pjan Tripartitiku ta' Azzjoni Nazzjonali f'dak ir-rigward; jitlob li l-Kummissjoni tappoġġja dan l-isforz fejn dan ikun f'loku, iżda jinnota li, dment li sforzi ta' kumpens jibqgħu pendenti, dan se jibqa' ostakolu għall-progress f'dan il-qasam;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-UE u lil oħrajn biex jikkunsidraw proposti għal oqfsa mandatorji li se jiżguraw li l-aċċess għal rimedju u kumpens ikun ibbażat fuq il-bżonn u r-responsabbiltà, u mhux biss fuq il-kapaċità ta’ gruppi li jagħmlu kampanji biex “isemmu u jiddenunzjaw” (“name and shame”), jew inkella fuq l-isforzi volontarji tal-kumpaniji;

7.

Jilqa' l-inizjattiva mmexxija mill-UE li nediet il-Patt, bil-għan li jkun hemm bidu ġdid fis-saħħa u s-sikurezza okkupazzonali, fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, fir-rispett tad-drittijiet tal-ħaddiema u fil-promozzjoni ta' mġiba responsabbli tan-negozji fl-industrija tal-ilbies lest fil-Bangladexx;

8.

Jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-ewwel rieżami tal-Patt f'Ottubru 2014, li rrappurtaw li l-awtoritajiet tal-Bangladexx kienu għamlu progress tajjeb, u jirrikonoxxi l-kontribut tal-Patt fit-titjib tas-saħħa u s-sikurezza fil-fabbriki u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-industrija tal-ilbies lest; iħeġġeġ. madankollu, lill-Gvern tal-Bangladexx itejjeb il-livell ta' ħidma tiegħu biex jimplimenta b'mod attiv kull impenn fil-Patt, bħala kwistjoni tal-ogħla prijorità; huwa fiduċjuż li, fit-tieni rieżami tal-Patt li għandu jsir fil-Ħarifa tal-2015, ikun jista' jsir progress sostanzjali fuq il-kwistjonijiet kollha tax-xogħol u s-sikurezza, b'mod partikolari rigward id-drittijiet tal-ħaddiema, l-ispezzjonijiet tax-xogħol, pagi deċenti, l-integrità strutturali tal-binjiet, is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali u l-imġiba responsabbli tan-negozji;

9.

Jieħu nota tal-passi li ħa l-Bangladexx biex jemenda l-Liġi tax-Xogħol tiegħu wara l-ġrajja ta' Rana Plaza, billi saħħaħ id-drittijiet fundamentali fl-oqsma tas-saħħa u sikurezza okkupazzjonali u d-drittijiet tal-ħaddiema; jiddispjaċih li għadd ta' restrizzjonijiet għal-liberta ta' assoċjazzjoni tal-ħaddiema ma ġewx indirizzati, u li l-Liġi għad mhijiex konformi mal-qofol tal-konvenzjonijiet tal-ILO;

10.

Bi qbil mal-impenji fil-Patt, iħeġġeġ lill-Gvern u lill-Parlament tal-Bangladexx jadottaw, bħala ħaġa ta' prijorita assoluta, ir-regoli u r-regolamenti meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni effikaċi tal-Liġi, b'konsultazzjoni sħiħa mal-Kunsill Konsultattiv Tripartitiku u b'attenzjoni partikolari għall-implimentazzjoni sħiħa tal-konvenzjonijiet 87 u 88 tal-ILO dwar il-libertà ta' assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv;

11.

Huwa mħasseb dwar is-sitwazzjoni fiż-Żoni ta' Produzzjoni għall-Esportazzjoni (EPZs), fejn it-trade unions għadhom projbiti u fejn il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-istandards tas-saħħa u s-sikurezza għadhom lura, u jenfasizza li l-ħaddiema hemmhekk għandhom igawdu libertajiet legali fundamentali u standards ta' sikurezza li jħabbtuha ma' dawk ta' ħaddiema fi nħawi oħra tal-pajjiż jiddispjaċih bil-qawwa li l-Att propost dwar ix-Xogħol fl-EPZ għadu jipprojbixxi lill-ħaddiema milli jiffurmaw unions fl-EPZs u jirrimarka li Assoċjazzjonijiet għall-Benessri tal-Ħaddiema bl-ebda mod m'għandhom drittijijet u privileġġi komparabbli ma' dawk ta' trade unions; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bangladexx biex jestendi l-Liġi tax-Xogħol għall-EPZs, minnufih u bis-sħiħ;

12.

Jilqa' ż-żieda b'77 % fil-paga minima fis-settur tal-ilbies lest, minn EUR 35 għal EUR 62 fix-xahar, u jħeġġeġ implimentazzjoni aktar universali; jinnota, madankollu, li fil-prattika l-paga minima fl-industrija tal-ilbies għadha ma tkoprix il-ħtiġijiet bażiċi tal-ħaddiema, u li għandha tammonta tal-anqas għal EUR 104 biex tkopri dawn il-ħtiġijiet, u lill-Gvern tal-Bangladexx jistiednu jistabbilixxi paga minima tal-għajxien b'konsultazzjoni sħiħa mat-trade unions u mal-impjegati; barra minn hekk, iħeġġeġ lill-Gvern jiżgura li l-fabbriki tal-ilbies tabilħaqq iħallsu l-pagi li jkunu dovuti;

13.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-reġistrazzjoni ta' madwar 300 trade union ġdida tas-settur tal-ilbies mill-bidu tal-2013 'il hawn, biex b'hekk l-għadd tagħhom fis-settur tal-ilbies irdoppja, imma huwa mħasseb li fl-2014 u fl-2015 il-proċess ta' reġistrazzjoni naqqas il-pass; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet tal-Bangladexx jibqgħu mexjin fix-xejra pożittiva inizjali biex jilħqu l-mira ta' rappreżentanza adegwata ta' 4 miljun ħaddiem fis-settur tal-ilbies lest;

14.

Jinsab imħasseb ħafna dwar rapporti li trade unions li għadhom kif ġew iffurmati sofrew diskriminazzjoni, tkeċċijiet u rappreżalji; iqsiha ħaġa terribbli li d-diskriminazzjoni komuni kontra l-unions, issottolinjata minn atti dokumentati sewwa ta' theddid, fastidju u vjolenza fiżika kontra r-rappreżentanti tal-ħaddiema, inkluż il-qtil ta' Aminul Islam, mexxej ta' trade union; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bangladexx jindirizza b'mod effikaċi prattiki tax-xogħol inġusti, billi jimplimenta l-miżuri meħtieġa biex jipprevjeni, jinvestiga u jipprosegwixxi aġir ħażin bla dewmien u b'mod trasparenti, bil-għan li jtemm l-impunità u wkoll iressaq il-qattiela ta' Aminul Islam quddiem il-ġustizzja; huwa konvint li taħriġ u tkattir tal-għarfien adegwati dwar id-drittijiet tal-ħaddiema huma mod effikaċi kif titnaqqas id-diskriminazzjoni kontra t-trade unions;

15.

Iqis li l-eżistenza ta' strutturi demokratiċi tattrade unions għandhom rwol importanti fl-ilħiq ta' standards aħjar tas-saħħa u s-sikurezza, pereżempju l-issuktar tal-iżvilupp ta' kumitati tas-sikurezza mmexxija mill-ħaddiema f'kull fabbrika; jisħaq ukoll fuq l-importanza li l-unions ikollhom aċċess għall-fabbriki biex jedukaw il-ħaddiema dwar kif jistgħu jipproteġu drittijiethom u s-sikurezza tagħhom, inkluż id-dritt tagħhom li jirrifjutaw xogħol li ma jkunx sikur;

16.

Jilqa' l-impenn tal-Gvern li jerġa' jibni d-Dipartiment tal-Ispezzjonijiet tal-Fabbriki u l-Istabbilimenti (DIFE), li mistenni li fl-aħħar mill-aħħar ikollu persunal ta' 993 ruħ u 23 uffiċċju distrettwali, it-tisħiħ tal-istatus tas-servizzi ta' spezzjoni tiegħu f'Jannar 2014 u l-adozzjoni ta' Politika Nazzjonali dwar is-Saħħa u s-Sikurezza, kif ukoll standards unifikati għall-ispezzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza; jistieden lill-Kummissjoni u lis-sħab internazzjonali biex jipprovdu assistenza teknika u kondiviżjoni tal-aħjar prattika biex jassistu t-tisħiħ tal-istatus tad-DIFE; jistieden lill-Gvern tal-Bangladexx jonora l-impenji tiegħu dwar l-ispezzjonijiet tax-xogħol u jirrispetta l-konvenzjoni 81 tal-ILO; jilqa' b'sodisfazzjon l-għeluq ta’ fabbriki li naqsu milli jissodisfaw l-istandards ta’ sikurezza;

17.

Għadu preokkupat dwar allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni endemika fil-Bangladexx bejn spetturi tas-saħħa u s-sikerezza u sidien tal-fabbriki tal-ilbies, u jitlob li jsir aktar biex tali prattiki jiġu miġġielda;

18.

Jifhem li huwa diffiċli li jsir progress fir-reklutaġġ ta' spetturi, minħabba l-ħtieġa li l-persuni jiġu mħarrġa sewwa b'referenza għal standard wieħed u għal proċeduri operattivi armonizzati qabel ma jintbagħtu jaqdu dmirijiethom fil-prattika; jiddispjaċih, madankollu, li anke l-mira li jiġu reklutati 200 spettur addizzjonali sa tmiem l-2013 għadha ma twettqitx, ladarba r-rekluti li hemm bħalissa jgħoddu 173, u jissottolinja li 200 spettur huma ferm anqas mill-għadd meħtieġ għas-superviżjoni ta' industrija ta’ 4 miljun ħaddiem;

19.

Jilqa' l-fatt li l-Qbil u l-Alleanza kkompletaw l-ispezzjonijiet tal-fabbriki kollha li kienu responsabbli għalihom, u ffinalizzaw aktar min 400 Pjan ta' Azzjoni Korrettiva (CAPs); iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bangladexx biex jikkomplementa din l-azzjoni billi jwettaq bil-ħeffa l-ispezzjoni tal-fabbriki taħt ir-responsabbiltà tiegħu u jadotta azzjonijiet ta' rimedju adegwati; jappoġġja l-ħidma importanti tal-ILO sabiex dan jiġi żgurat; jilqa' l-impenn ta' dawk il-manufatturi li jixtiequ jtejbu l-istandards u jistieden lill-persuni interessati kollha involuti jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tal-CAPs;

20.

Jilqa' l-fatt li, fil-preżent, aktar minn 250 ditta maġġuri tal-moda u tal-bejgħ lill-konsumaturi li jieħdu lbies lest mill-Bangladexx iffirmaw il-Qbil jew l-Alleanza biex jikkoordinaw l-isforzi tagħhom ħalli jkomplu jgħinu jtejbu s-sikurezza fil-fabbriki tal-Bangladexx li jfornuhom; f’dan il-kuntest, jinkoraġġixxi lil kumpaniji oħrajn, inklużi SMEs, biex jingħaqdu fil-Qbil; jissottolinja l-ħtieġa għal involviment xieraq tal-partijiet ikkonċernati kollha għal implimentazzjoni effikaċi tal-Qbil u jħeġġeġ ir-replikazzzjoni tiegħu f'pajjiżi oħra ta' riskju għoli;

21.

Jinkoraġġixxi lill-Qbil u lill-Alleanza biex itejbu l-kooperazzjoni bejniethom u jiskambjaw b'mod sistematiku rapporti ta' spezzjonijiet fil-fabbriki bil-għan li jevitaw xogħol doppju u standards diverġenti; jistieden lill-Allenza tippubblika wkoll ir-rapporti tagħha bil-Bengali, inkluż online, u żżewwaqhom bl-istampi b'tali mod li jkunu aċċessibbli għal kulħadd fil-pajjiż;

22.

Jemmen li bejjiegħa lill-konsumaturi u l-manufatturi ta' prodotti bil-marka madwar id-dinja għandhom responsabbiltà kbira, fix-xejriet ta' produzzjoni tal-lum, għall-fatt li taqqlu l-proċess tat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-pagi fil-pajjiżi tal-produzzjoni; huwa konvint li struttura tas-suq u kundizzjonijiet soċjali aktar ġusti jistgħu jinħolqu jekk dawk il-kumpaniji jimplimentaw, tul il-katini tal-provvista tagħhom, rispett sħiħ tal-istandards tax-xogħol ċentrali tal-ILO, l-istandards tar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva (CSR) rikonoxxuti internazzjonalment, b’mod partikolari l-Linji Gwida tal-OECD għal Intrapriżi Multinazzjonali li ġew aġġornati reċentement, l-għaxar prinċipji tal-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Istandard ta' Gwida ISO 26000 dwar ir-Responsabbiltà Soċjali, id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar Prinċipji li jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali, u l-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem; jilqa' l-inizjattiva ewlenija tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni responsabbli tal-katina tal-provvista fis-settur tal-ilbies, fil-qies tal-inizjattivi nazzjonali li diġà hemm fil-Ġermanja, fil-Pajjiżi l-Baxxi, fi Franza u fid-Danimarka, u jemmen li l-UE għandha l-kapaċità u d-dmir li tkun protagonista dinjija tar-responsabbiltà fil-katina tal-provvista;

23.

Jemmen li l-aċċess għall-informazzjoni fis-settur tal-ilbies ħafna drabi huwa l-akbar ostaklu għat-trattament ta' vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-katina tal-provvista dinjija u li jeħtieġ li jkun hemm sistema ta' informazzjoni mandatorja li tipprovdi informazzjoni li tgħaqqad lill-atturi kollha fil-katina tal-valur ta' prodott wieħed, mis-sit tal-produzzjoni sal-bejjiegħa lill-konsmaturi; iqis li jeħtieġ leġiżlazzjoni ġdida tal-UE biex toħloq obbligu legali ta' diliġenza debita għal kumpaniji tal-UE li jikkonkludu kuntratti għall-produzzjoni f'pajjiżi terzi, inklużi miżuri għall-iżgurar tat-traċċabbiltà u t-trasparenza, bi qbil mal-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Linji Gwida tal-OECD għal Intrapriżi Multinazzjonali;

24.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jinkludu klawsola obbligatorja u infurzabbli tas-CSR fil-ftehimiet bilaterali kollha dwar il-kummerċ u l-investiment iffirmati mill-UE, li torbot l-investituri Ewropej mal-prinċipji tas-CSR kif definiti fil-livell internazzjonali, inkluż l-aġġornament tal-2010 tal-Linji Gwida tal-OECD u l-istandards definiti min-NU, l-ILO u l-UE; jitlob li fil-ftehimiet kummerċjali futuri tal-UE ma' pajjiżi terzi, is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali jieħdu post aktar prominenti bħala parti mill-aġenda għal xogħol diċenti u li l-UE tipprovdi appoġġ tekniku għall-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet sabiex ma jikkostitwixxux ostaklu għall-kummerċ;

25.

Jirrikonoxxi li l-impieg fis-settur tal-ilbies għen miljuni ta’ nisa fqar rurali fil-Bangladexx u bnadi oħra biex jaħarbu mid-deprivazzjoni u d-dipendenza fuq is-sostenn mill-irġiel; jinnota li l-ħaddiema li mhumiex membri ta' unions essenzjalment huma ħaddiema bla kwalifiki u ħiliet u nisa fis-settur tal-ilbies lest f'pajjiżi li qed jiżviluppaw; jirrikonoxxi li l-progress fid-drittijiet tal-ħaddiema u l-protezzjoni huwa essenzjali għall-abilitazzjoni tan-nisa u jissottolinja l-ħtieġa li r-rappreżentanza tan-nisa fit-trade unions tikber, inklużi fit-trade unions li għadhom kemm ġew iffurmati fil-Bangladexx, u jilqa’ b’sodisfazzjon il-Patt li rrikonoxxa l-importanza ta’ aktar abilitazzjoni lin-nisa biex jittejbu l-istandards tax-xogħol;

26.

Jinnota li l-inizjattiva 'Kollox Barra l-Armi' (EBA) kellha rwol importanti għall-iżvilupp ekonomiku tal-Bangladexx u kkontribwiet għat-titjib tal-kundizzjonijiet materjali għal miljuni ta' nies, b'mod partikolari tan-nisa; huwa konvint, madankollu, li mingħajr kundizzjonalità soda fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, hemm is-sogru li l-EBA u l-SĠP jkomplu jgħarrqu l-istandards baxxi ta' protezzjoni tal-ħaddiema u jimminaw ix-xogħol deċenti; jitlob li l-Kummissjoni tiddetermina jekk il-Bangladexx huwiex qed jirrispetta d-drittijijet tal-bniedem, il-konvenzjonijiet tax-xogħol u ambjentali taħt l-SĠP, u tirrapporta lill-Parlament dwar dan; jenfasizza li pajjiżi li jagħmlu progress tajjeb fl-istandards soċjali u tax-xogħol għandhom jiġu ppremjati billi l-prodotti tagħhom ikomplu jgawdu aċċess sħiħ għas-suq;

27.

Iħeġġeġ lill-VP/RGħ Mogherini u lill-Kummissarju Malmström biex ikomplu jinkludu r-ratifika ta' standards ċentrali tal-ILO, l-ispezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza u l-libertà ta' assoċjazzjoni f'diskussjonijiet mal-Bangladexx dwar il-kontinwazzjoni ta' kummerċ preferenzjali;

28.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Bangladexx, u lid-Direttur Ġenerali tal-ILO.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2014)0024.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2014)0045.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2013)0516.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2013)0100.

(5)  ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 31.

(6)  ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 101.

(7)  ĠU L 118, 27.4.2001, p. 48.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2013)0049.

(9)  Testi adottati, P7_TA(2013)0050.


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/47


P8_TA(2015)0176

Laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew (23 ta' April 2015) – L-aħħar traġedji fil-Mediterran u l-politiki tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-asil

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-aħħar traġedji fil-Mediterran u l-politiki tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-asil (2015/2660(RSP))

(2016/C 346/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951 u l-protokoll addizzjonali tagħha,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-flussi migratorji fil-Mediterran, b'attenzjoni partikolari għall-ġrajjiet traġiċi ftit 'il barra minn Lampedusa (1),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-22 ta' Mejju 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni dwar il-ħidma tat-Task Force fil-Mediterran,

wara li kkunsidra d-dibattitu dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni, li sar fil-Parlament fil-25 ta' Novembru 2014,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni (2),

wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-Baħar Mediterran Ċentrali tal-UNHCR u l-proposti tal-UNHCR biex jiġu indirizzati l-wasliet attwali u futuri tal-persuni li jfittxu l-asil, ir-rifuġjati u l-migranti fl-Ewropa,

wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni fuq għaxar punti dwar il-migrazzjoni tal-Kunsill Konġunt tal-Affarijiet Barranin u l-Affarijiet Interni tal-20 ta' April 2015,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-summit speċjali tal-Kunsill tal-UE dwar il-kriżi tar-rifuġjati fil-Mediterran tat-22 ta' April 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, skont l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM), mill-bidu ta' din is-sena mietu aktar minn 1 500 persuna fil-Baħar Mediterran;

B.

billi skont l-IOM hu kkalkolat li 23 918-il migrant laħqu l-kosta Taljana mill-1 ta' Jannar 2015 'l hawn; billi skont l-awtoritajiet Griegi, 10 445 migrant ġew salvati mill-gwardja tal-kosta Griega fil-Baħar Eġew fl-ewwel kwart tal-2015;

C.

billi l-forzi marittimi Taljani, il-Gwardja tal-Kosta Taljana, il-qawwa Navali Taljana u bosta bastimenti kummerċjali wettqu operazzjonijiet bla heda biex isalvaw lill-migranti fil-periklu fuq il-Baħar Mediterran, u salvaw madwar 10 000 migrant f'sitt ijiem mill-Ġimgħa 10 ta' April sal-Ħamis 16 ta' April 2015;

D.

billi l-aħħar operazzjoni ddedikata biss għat-tfittxija u s-salvataġġ fil-Mediterran, Mare Nostrum, salvat 150 810 migrant matul perjodu ta’ 364 jum; billi bħalissa, stimi inizjali mhumiex qed juru tnaqqis fl-għadd ta' migranti li qed jaqsmu l-Mediterran;

E.

billi proporzjon ikbar ta’ nies li qed jippruvaw jaqsmu l-Mediterran qegħdin jaħarbu mill-kunflitti jew mill-persekuzzjoni fis-Sirja, l-Iraq, l-Eritrea, is-Somalja u l-Libja; billi madwar 700 migrant huma nieqsa u maħsuba mgħarrqa wara li d-dgħajsa tas-sajd tal-injam li kienu mgħaffġin fuqha nqalbet qrib il-Libja hekk kif bastiment merkantili Portugiż kien dirett lejhom biex jagħtihom l-għajnuna tard is-Sibt 18 ta' April 2015; billi wieħed minn dawk li salvaw ġie rrapurtat li informa lill-awtoritajiet Taljani li seta’ kien hemm massimu ta' 950 persuna abbord; billi traġedja simili seħħet aktar kmieni dan ix-xahar, fejn kien irrapurtat li 400 migrant kienu tilfu ħajjithom fuq il-baħar meta nqalbet dgħajsa tas-sajd tal-injam b'madwar 550 persuna abbord;

F.

billi l-operazzjoni konġunta “Triton” b'koordinament tal-Frontex, bdiet taħdem kompletament fl-1 ta' Novembru 2014, b'baġit inizjali ta' EUR 2.9 miljun fix-xahar biss, meta mqabbel ma' aktar minn EUR 9 miljuni fix-xahar għal Mare Nostrum; billi aktar minn 24 400 migrant irregolari ġie salvat fuq ir-rotta tal-Mediterran ċentrali mit-tnedija tal-Operazzjoni Konġunta “Triton” 'l hawn, inkluż madwar 7 860 bil-parteċipazzjoni tal-assi kofinanzjati mill-Frontex;

G.

billi l-kuntrabandisti u t-traffikanti tal-bnedmin jisfruttaw il-migrazzjoni irregolari u jipperikolaw il-ħajjiet tal-migranti għall-gwadann finanzjarju tagħhom, huma responsabbli għal eluf ta' mwiet, u jirrappreżentaw sfida serja għall-UE u għall-Istati Membri; billi t-traffikanti jiġġeneraw profitti ta' EUR 20 biljun fis-sena mill-attivitajiet kriminali tagħhom; billi skont il-Europol, il-gruppi kriminali organizzati li qegħdin jiffaċilitaw b'mod attiv it-trasport tal-migranti irregolari fil-Baħar Mediterran, kellhom rabta mat-traffikar tal-bnedmin, drogi, armi tan-nar u t-terroriżmu; billi fis-17 ta' Marzu 2015 il-Europol nieda t-Tim Operattiv Konġunt tiegħu “Mare” biex jindirizza dawn il-gruppi kriminali;

H.

billi l-instabbiltà u l-kunflitt reġjonali qegħdin ikollhom impatt fuq l-influss qawwi ta' migranti u l-flussi ta' persuni spostati u għalhekk, fuq l-għadd ta' individwi li qegħdin jippruvaw jaslu fl-UE; billi l-espansjoni rapida tal-IS u tad-Da’esh fiż-żoni ta' kunflitt tal-viċinat, fl-aħħar mill-aħħar se tħalli impatt fuq l-influss tal-massa tal-migranti u l-flussi ta' persuni spostati;

1.

Jesprimi dispjaċir u sogħba qawwija għat-telf traġiku ripetut ta’ ħajjiet fil-Mediterran; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri jkomplu jibnu fuq il-kooperazzjoni eżistenti u jagħmlu dak kollu possibbli ħalli jipprevjenu aktar imwiet fuq il-baħar; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri biex jagħmlu ħilithom sabiex jidentifikaw l-iġsma u l-persuni neqsin, u jinformaw lil qrabathom;

2.

Jappella lill-UE u lill-Istati Membri jipprovdu r-riżorsi meħtieġa biex jiżguraw li l-obbligi ta’ tfittxija u salvataġġ jiġu ssodisfati b’mod effikaċi u li għalhekk jiġu ffinanzjati kif inhu xieraq; jistieden lill-Istati Membri jkomplu juru solidarjetà u impenn billi jżidu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-baġits u l-operazzjonijiet ta' Frontex u tal-EASO, u jimpenja ruħu li jipprovdi lil dawn l-aġenziji bir-riżorsi (umani u tagħmir) neċessarji sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi tagħhom, u dan permezz tal-baġit tal-UE u l-fondi rilevanti tiegħu;

3.

Itenni l-ħtieġa li l-UE ssejjes r-reazzjoni tagħha għal dawn l-aħħar traġedji fil-Mediterran fuq is-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà, kif iddikjarat fl-Artikolu 80 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u tieħu approċċ Ewropew komprensiv; itenni l-ħtieġa li l-UE tintensifika l-kondiviżjoni ġusta ta’ responsabbiltà u solidarjetà għal dawk l-Istati Membri li jirċievu l-ogħla numru ta’ rifuġjati u persuni li jfittxu l-asil f’termini assoluti jew f'termini proporzjonali;

4.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn tal-Kunsill Ewropew li jsaħħaħ l-operazzjoni tal-UE Triton permezz ta’ aktar fondi u assi; iħeġġeġ lill-UE tistabbilixxi mandat ċar għal Triton sabiex tespandi ż-żona ta' operazzjoni li għandu u żżid il-mandat tiegħu għal operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ fil-livell tal-UE;

5.

Jitlob li jkun hemm operazzjoni Ewropea ta' salvataġġ umanitarju robusta u permanenti li, bħal Mare Nostrum, topera fl-ibħra miftuħa u li għaliha jkunu jistgħu jikkontribwixxu l-Istati Membri kollha b'mod finanzjarju u b'tagħmir u assi; iħeġġeġ lill-UE biex tikkofinanzja tali operazzjoni;

6.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kunsill Ewropew dwar l-ipproċessar konġunt tal-applikazzjonijiet għall-asil bl-appoġġ tat-timijiet tal-EASO; jistieden lill-Kummissjoni tespandi l-mandat tal-EASO biex tkabbar ir-rwol operattiv tiegħu fl-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal asil;

7.

Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-possibilitajiet eżistenti għall-ħruġ ta' viżi umanitarji fl-ambaxxati u l-uffiċċji konsulari tagħhom; jindika f'dan ir-rigward, li l-Kunsill għandu jqis serjament il-possibilità li jagħti bidu għad-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja tal-2001 jew għall-Artikolu 78(3) tat-TFUE, li t-tnejn jipprevedu mekkaniżmu ta’ solidarjetà fil-każ ta’ influssi tal-massa jew f’daqqa ta’ persuni spostati;

8.

Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu kontribuzzjonijiet akbar għall-programmi eżistenti ta' risistemazzjoni, speċjalment dawk l-Istati Membri li ma kkontribwixxew xejn;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi kwota vinkolanti għad-distribuzzjoni fost l-Istati Membri kollha tal-persuni li jfittxu asil;

10.

jenfasizza l-ħtieġa li jitħeġġu l-politiki ta' ritorn volontarju filwaqt li tiġi garantita l-protezzjoni tad-drittijiet għall-migranti kollha u jkun żgurat aċċess sikur u legali għas-sistema tal-asil tal-UE, b'rispett dovut tal-prinċipju tan-non refoulement;

11.

Jilqa' l-fatt li l-VP/RGħ u l-Presidenza Latvjana laqqgħu minnufih kunsill konġunt straordinarju tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin u l-Ministri tal-Intern fil-Lussemburgu, u jilqa' l-fatt li l-Istati Membru laqqgħu minnufih summit straordinarju sabiex isibu soluzzjonijiet komuni bi tweġiba għas-sitwazzjoni ta' kriżi fil-Mediterran; jinnota li sar l-ewwel dibattitu wiesa' dwar l-għażliet għas-salvataġġ tal-ħajjiet, il-ġlieda kontra l-kuntrabandisti u t-traffikanti u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà fost l-Istati Membri għal dak li jirrigwarda l-ilqugħ u l-protezzjoni; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw l-impenn ulterjorment, u jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' impenn min-naħa tal-Kunsill Ewropew li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' solidarjetà vinkolanti u kredibbli madwar l-UE kollha;

12.

Jitlob traspożizzjoni rapida u sħiħa u implimentazzjoni effettiva tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil mill-Istati Membri parteċipanti kollha, biex b'hekk jiġu żgurati standards Ewropej komuni, inkluż kundizzjonijiet ta' lqugħ tal-persuni li jfittxu asil u r-rispett tad-drittijiet fundamentali, kif previst skont il-leġiżlazzjoni eżistenti;

13.

Jitlob koordinament aktar mill-qrib tal-politiki tal-UE u tal-Istati Membri sabiex jiġu indirizzati l-kawżi bażiċi tal-migrazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa ta’ approċċ olistiku tal-UE, li jsaħħaħ il-koerenza tal-politiki interni u esterni tagħha u b’mod partikolari l-politika estera u ta’ sigurtà komuni, il-politika tal-iżvilupp u l-politika dwar il-migrazzjoni tagħha; jitlob it-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-UE ma’ pajjiżi sħab fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika biex jiġu promossi d-demokrazija, id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, is-sigurtà u l-prosperità;

14.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri u l-pajjiżi terzi jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali l-aktar qawwija kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-kuntrabandu kemm lejn l-UE kif ukoll fi ħdanha, u anke kontra individwi jew gruppi li jisfruttaw lill-migranti vulnerabbli fl-UE, filwaqt li jiżguraw li l-individwi li jgħinu lill-persuni li jfittxu asil u l-bastimenti f'diffikultà ma jiġux imħarrka;

15.

Jistieden lill-Istati Membri jaħdmu mill-qrib mal-Europol, il-Frontex, l-EASO u l-Eurojust fil-ġlieda kontra traffikanti tal-bnedmin u netwerks kriminali ta’ kuntrabandisti, u li jidentifikaw u jittraċċaw il-finanzjament tagħhom u jidentifikaw il-mod kif joperaw sabiex iwaqqfuhom milli jagħmlu l-flus billi jpoġġu l-ħajjiet tal-migranti f’riskju; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari dawk li jinsabu madwar il-Libja, fattur indispensabbli biex netwerks kriminali bħal dawn jitneħħew b'suċċess, u li dan għandu jsir kemm f'termini ta' taħriġ ta' infurzar tal-liġi u kemm ta' forniment ta' servizzi ta' informazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li l-pajjiżi terzi jirrispettaw id-dritt internazzjonali rigward is-salvataġġ tal-ħajjiet fuq il-baħar, u jiżguraw il-protezzjoni tar-rifuġjati u r-rispett tad-drittijiet fundamentali;

16.

Jenfasizza li jeħtieġ li jiġu indirizzati l-kawżi primarji tal-vjolenza u tas-sottożvilupp fil-pajjiżi ta’ oriġini sabiex jitwaqqaf il-fluss ta’ rifuġjati u migranti ekonomiċi; jinnota, f'dan il-kuntest, li t-tisħiħ sinifikanti tal-istrutturi ta' governanza bil-bini ta' istituzzjonijiet pubbliċi effikaċi u inklużivi, l-iżgurar ta' bini tal-kapaċità f'sistemi ta' asil ta' pajjiżi terzi, l-istabbiliment tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni endemika fil-livelli kollha, kif ukoll il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u ta' demokrazija ulterjuri, għandhom ikunu l-prijoritajiet ewlenin għall-gvernijiet kollha fil-pajjiżi tal-oriġni;

17.

Itenni l-appoġġ tiegħu għan-negozjati kollha mmexxija min-NU intiżi biex jistabbilixxu mill-ġdid l-awtorità tal-gvern fil-Libja, u l-impenn tagħha li żżid l-isforzi sabiex tindirizza l-kunflitti u l-instabbiltà fil-Libja u fis-Sirja; jenfasizza li l-ħolqien ta' stabbiltà reġjonali f'żoni ta' kunflitt huwa essenzjali għat-tnaqqis ta' aktar spostament ta' individwi;

18.

Ifakkar li l-għan ta' din ir-riżoluzzjoni huwa li jiġu indirizzati l-avvenimenti traġiċi reċenti fil-Mediterran u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' April 2015, u li jiġi propost sett ta' miżuri urġenti li għandhom jittieħdu minnufih, b'kunsiderazzjoni tal-fatt li l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, li huwa l-kumitat kompetenti fi kwistjonijiet bħal dawn, bħalissa qed ifassal rapport li se jirrifletti l-orjentazzjoni politika tal-Parlament fuq perjodu medju u fit-tul b'rabta mal-migrazzjoni;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa u tressaq aġenda Ewropea ambizzjuża dwar il-migrazzjoni, li tkun tqis l-aspetti kollha tal-migrazzjoni;

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2013)0448.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2014)0105.


Il-Ħamis 30 ta’ April 2015

21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/51


P8_TA(2015)0178

Il-persekuzzjoni tal-Insara madwar id-dinja, b'rabta mal-qtil ta' studenti fil-Kenja mill-grupp terroristiku Al-Shabaab

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' April 2015 dwar il-persekuzzjoni tal-Insara madwar id-dinja, b'rabta mal-qtil tal-istudenti fil-Kenja mill-grupp terroristiku Al-Shabaab (2015/2661(RSP))

(2016/C 346/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kenja,

wara li kkunsidra t-tieni Ftehim ta' Sħubija rivedut bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (il-“Ftehim ta' Cotonou”), b'mod partikolari l-Artikoli 8, 11, 26 tiegħu,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, tat-23 ta' Novembru 2014 dwar il-massakru ta' 28 vjaġġatur ċivili, u tat-3 ta' April 2015 dwar l-attakk brutali tal-Università ta' Garissa fil-Kenja,

wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa magħmula mill-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana (UA), fl-497 laqgħa tiegħu li saret fid-9 ta’ April 2015, dwar l-attakk terroristiku mwettaq f’Garissa, il-Kenja,

wara li kkunsidra l-attakk tal-forzi tal-ajru Kenjani fuq il-kampijiet tat-taħriġ ta' Al-Shabaab fis-Somalja bħala reazzjoni għall-massakru li sar fl-Università ta' Garissa,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Intolleranza u ta' Diskriminazzjoni abbażi tar-Reliġjon u t-Twemmin tal-1981,

wara li kkunsidra il-Karta Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli,

wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar id-Dritt Umanitarju Internazzjonali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-aktar attakk terroristiku riċenti f'Garissa, fil-Kenja, kellu fil-mira tiegħu iż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u għaldaqstant, il-ġejjieni tal-pajjiż; billi ż-żgħażagħ jirrappreżentaw it-tama u l-paċi, u huma d-difensuri futuri tal-iżvilupp tal-pajjiż; billi l-edukazzjoni hija essenzjali għall-ġlieda kontra l-estremiżmu u l-fundamentaliżmu vjolenti;

B.

billi l-għadd ta' attakki fuq minoranzi reliġjużi, b'mod partikolari il-gruppi reliġjużi, inklużi l-Insara, madwar id-dinja żdied ħafna f'dawn l-aħħar xhur; billi persuni Nsara qed jinqatlu brutalment, jissawwtu u jiġu arrestati kuljum l-aktar f’xi partijiet tad-dinja Għarbija minn terroristi ġiħadisti;

C.

billi l-Insara huma l-aktar grupp reliġjuż ippersegwitat; billi l-estremiżmu u l-persekuzzjoni ta’ dan it-tip qed jitfaċċaw bħala fattur sinifikanti fil-fenomenu dejjem jikber ta’ migrazzjoni tal-massa; billi skont data, l-għadd ta' Nsara maqtula kull sena hu akbar minn 150 000;

D.

billi fil-15 ta’ Frar 2015, il-grupp ISIS/Da’esh iddekapita 21 persuna Nsara Kopti Eġizzjani fil-Libja;

E.

billi l-mira intenzjonata tal-attakk ta' Garissa kienu l-persuni mhumiex Musulmani, u l-Insara kienu magħżula biex jinqatlu brutalment; billi Al-Shabaab iddikjara apertament u pubblikament li se jagħmel gwerra kontra l-Insara fir-reġjun;

F.

billi l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal u taż-żgħażagħ, u t-tisħiħ tal-ħiliet, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni, huma essenzjali biex jittejbu l-opportunitajiet ekonomiċi, soċjali u kulturali tagħhom u biex isaħħu l-iżvilupp tal-pajjiż;

G.

billi Al-Shabaab regolarment kellu fil-mira lil studenti, skejjel u faċilitajiet edukattivi oħra; billi fost l-oħrajn, f'Diċembru 2009 attakk suwiċida qatel 19-il persuna waqt ċerimonja tal-għoti tal-lawrji lill-istudenti tal-mediċina f'Mogadixu, fis-Somalja, u f'Ottubru 2011, il-grupp terroristiku ħa r-responsabbiltà ta' attakk bil-bombi li qatel 70 ruħ, fosthom student li kienu qed jistennew ir-riżultati tal-eżamijiet fil-Ministeru tal-Edukazzjoni tas-Somalja f'Mogadixu;

H.

billi fil-25 ta' Marzu 2015, tal-inqas 15-il persuna tilfu ħajjithom f'attakk imwettaq minn Al-Shabaab fuq lukanda f'Mogadixu, u billi Yusuf Mohamed Ismail Bari-Bari, ir-rappreżentant permanenti tas-Somalja fin-Nazzjonijiet Uniti f'Ġinevra, l-Iżvizzera, kien fost dawk maqtula fl-attakk;

I.

billi l-Kenja ilha tħabbat wiċċha ma' għadd ikbar ta' attakki kontra ċ-ċivili sa minn Ottubru 2011, meta t-truppi tagħha daħlu fin-nofsinhar tas-Somalja biex jieħdu sehem f'operazzjoni koordinata mal-armata tas-Somalja kontra żona kkontrollata minn Al-Shabaab wara li l-grupp terroristiku ħa erba' ostaġġi;

J.

billi sa minn Novembru 2011, it-truppi Kenjani ħadu sehem fil-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM), stabbilita fid-19 ta' Jannar 2007 mill-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana u awtorizzata fl-20 ta’ Frar 2007 mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (riżoluzzjoni 1744 (2007)), li reċentement ta approvazzjoni lill-UA biex tkompli l-missjoni tagħha sat-30 ta’ Novembru 2015 (riżoluzzjoni 2182 (2014));

K.

billi wieħed mill-kontributuri ewlenin tal-ġlieda kontra l-grupp terroristiku Al Shabaab kienet l-armata Etjopjana kif ukoll, u b'mod aktar limitat, l-armata tal-Uganda;

L.

billi Al-Shabaab ifforma rabtiet ma’ gruppi Iżlamisti oħra fl-Afrika, bħall-Boko Haram fin-Niġerja u l-Al Qaeda fil-Magreb Iżlamiku;

M.

billi l-grupp terroristiku Al-Shabaab regolarment jattakka bil-bombi, u joqtol, fil-parti kbira lil persuni ċivili, fis-Somalja u f’pajjiżi ġirien, bħal pereżempju f’Kampala, l-Uganda, f’Lulju 2010, u ħafna aktar ta’ sikwit fil-Kenja, fejn l-azzjonijiet fuq skala kbira biss kisbu l-attenzjoni internazzjonali, filwaqt li attakki iżgħar kienu karatteristika kostanti;

N.

billi l-grupp Al-Shabaab ħa r-responsabbiltà tal-attakki li saru f’Lulju 2014 fuq l-irħula ta’ Hindi, Gama, Lamu u Tana River mal-kosta tal-Kenja, li fihom inqatlu aktar minn mitt persuna, kif ukoll ta' żewġ attakki f’Mandela County fl-2014, li fihom inqatlu 64 persuna;

O.

billi wara l-attakk terroristiku fuql-Università ta' Garissa l-Gvern ta' Kenja hedded lill-Aġenzija tan-NU għar-Rifuġjati (UNHCR) li jagħlaq il-kamp tar-rifuġjati ta' Dadaab fi żmien tliet xhur; billi l-UNHCR wissiet li dan l-għeluq kien ikollu “konsegwenzi umanitarji u prattiċi estremi”; billi l-Konvenzjoni tan-NU dwar ir-Rifuġjati tipprojbixxi li rifuġjati jiġu mġiegħla jmorru lura f'żoni fejn ħajjithom jew il-libertà tagħhom tkun mhedda;

P.

billi l-Forza Afrikana ta' Intervent fil-Pront (ASF) għadha mhijiex operattiva, u billi l-UE ddikjarat ir-rieda tagħha li tappoġġa l-kapaċitajiet Afrikani taż-żamma tal-paċi bħala parti mill-Istrateġija għas-Sigurtà tagħha għall-Afrika;

Q.

billi skont l-Artikolu 11 tal-Ftehim ta' Sħubija bejn l-UE u l-AKP, “l-attivitajiet fil-qasam tal-ħolqien tal-paċi, u tal-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-konflitti, għandhom b'mod partikolari jinkludu sostenn għall-ibbilanċjar ta' opportunitajiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali f'kull qasam tas-soċjetà, biex jissaħħu l-leġittimità demokratika u l-effettività tal-governanza, biex jiġu stabbiliti mekkaniżmi effettivi għal konċiljazzjoni paċifika tal-interessi tal-gruppi, […] biex jingħelbu l-firdiet bejn diversi oqsma tas-soċjetà kif ukoll biex tigi sostnuta soċjetà ċivili attiva u organizzata”;

1.

Jikkundanna bl-aktar termini qawwija l-attakk terroristiku deliberat imwettaq minn Al-Shabaab fit-2 ta’ April 2015 f’Garissa, li fih inqatlu 147 student u studenta universitarji żgħażagħ innoċenti, filwaqt li 79 oħra ndarbu; jikkundanna bil-qawwa kull ksur tad-drittijiet tal-bniedem, speċjalment meta l-persuni jinqatlu minħabba r-reliġjon, it-twemmin jew l-oriġini etnika tagħhom;

2.

Jikkundanna għal darb'oħra l-attakki mwettqa minn Al-Shabaab fis-sajf tal-2014 fuq bosta rħula tax-xatt tal-Kenja, inkluż Mpeketoni, li fih inqatlu 50 ruħ; jikkundanna bil-qawwa l-attakk fil-Westgate Shopping Centre f'Nairobi fl-24 ta' Settembru 2013, li ħalla 67 katavru; jikkundanna l-attakk ta' Al-Shabaab tal-25 ta' Marzu 2015 f'Mogadixu, li fih tilef ħajtu l-Ambaxxatur Yusuf Mohamed Ismail Bari-Bari, ir-rappreżentant permanenti tas-Somalja fin-Nazzjonijiet Uniti f'Ġinevra;

3.

Jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-qraba tal-vittmi u lill-poplu u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kenja; jappoġġja lill-poplu Kenjan fil-konfront ta' dawn l-atti ta' aggressjoni deplorevoli;

4.

Ifakkar li l-libertà tar-reliġjon hija dritt fundamentali, u jikkundanna bil-qawwa kull tip ta’ vjolenza jew diskriminazzjoni abbażi tar-reliġjon;

5.

Jikkundanna l-attakki riċenti fuq komunitajiet Insara f'diversi pajjiżi, partikolarment fir-rigward tat-tfigħ fil-baħar ta' 12-il persuna Nisranija waqt vjaġġ reċenti mill-Libja u l-massakru ta' 30 persuna Nsara Etjopjani fid-19 ta' April 2015, u jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-qraba tal-vittmi;

6.

Jesprimi t-tħassib gravi tiegħu dwar l-abbuż tar-reliġjon minn dawk li jwettqu atti terroristiċi f’diversi nħawi tad-dinja, u t-tħassib profond tiegħu dwar il-proliferazzjoni ta’ episodji ta’ intolleranza, repressjoni u vjolenza kontra l-Insara, b'mod partikolari f'xi partijiet tad-dinja Għarbija; jikkundanna l-istrumentalizzazzjoni tar-reliġjon f’diversi kunflitti; jikkundanna l-għadd dejjem jiżdied ta’ attakki fuq knejjes madwar id-dinja, b’mod partikolari l-attakk li qatel 14-il persuna fil-Pakistan fil-15 ta’ Marzu 2015; jikkundanna bil-qawwa l-każijiet ta' priġunerija, għajbien, tortura, skjavitù u ġġustizzjar pubbliku tal-Insara fil-Korea ta' Fuq; jikkonferma u jappoġġa d-dritt inaljenabbli tal-minoranzi reliġjużi u etniċi kollha li jgħixu fl-Iraq u fis-Sirja, inklużi l-Insara, li jibqgħu jgħixu fl-art storika u tradizzjonali tagħhom f'kundizzjonijiet ta' dinjità, ugwaljanza u sikurezza; jinnota li għal sekli sħaħ, il-gruppi reliġjużi differenti f'dan ir-reġjun kienu jgħixu flimkien b'mod paċifiku;

7.

Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jikkonformaw mal-obbligu tagħhom skont l-Artikolu 17 tat-TFUE li jagħmlu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-knejjes u ma' organizzazzjonijiet reliġjużi, filosofiċi u mhux konfessjonali, biex jiżguraw li l-kwistjoni tal-persekuzzjoni ta' komunitajiet Insara u komunitajiet reliġjużi oħra tkun prijorità għall-UE;

8.

Jikkundanna l-użu ta' liġi antika ('patt dhimmi') mill-ISIS/Da'esh fis-Sirja u l-Iraq għall-estorsjoni tal-Insara permezz ta' obbligi fiskali reliġjużi u restrizzjonijiet, bit-theddida tal-mewt;

9.

Jafferma mill-ġdid is-solidarjetà tiegħu mal-Insara kollha ppersegwitati f’diversi partijiet tal-Afrika, b’kunsiderazzjoni speċjali tal-atroċitajiet ġiħadisti reċenti fil-Libja, in-Niġerja u s-Sudan;

10.

Jikkundanna u jiċħad kwalunkwe miżinterpretazzjoni tal-messaġġ tal-Iżlam biex tinħoloq ideoloġija vjolenti, krudili, totalitarja, oppressiva u espansiva li tagħti lok ta' leġittimizzazzjoni tal-esterminazzjoni ta' minoranzi Nsara; iħeġġeġ lill-mexxejja Musulmani jikkundannaw għalkollox l-attakki terroristiċi kollha, inklużi l-attakki kontra komunitajiet u minoranzi reliġjużi, u b'mod partikolari l-Insara;

11.

Jistieden lill-awtoritajiet iwettqu investigazzjoni bir-reqqa, imparzjali u effikaċi mill-iktar fis possibbli sabiex jiġu identifikati u jitressqu quddiem il-ġustizzja lil min wettaq, organizza, iffinanzja jew sponsorja dawn l-atti ta’ terroriżmu kundannabbli;

12.

Jirrikonoxxi li t-tweġiba reali jeħtieġ tkun organizzata madwar pajjiżi Afrikani oħra, u jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall- Affarijiet Barranin u l-Politika ta ' Sigurtà u l-Kunsill jindirizza t-theddidiet għas-sigurtà u theddidiet terroristiċi f'din iż-żona reġjonali b'kooperazzjoni mal-Unjoni Afrikana, b'appoġġ tal-isforzi kruċjali biex il-grupp Al-Shabaab jiġi miġġieled permezz tal-AMISOM; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea tappoġġa bil-qawwa l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi kontinentali u reġjonali għall-ġestjoni tal-kunflitti, prinċipalment il-Forza Afrikana ta' Intervent fil-Pront (ASF);

13.

Jistieden lill-Gvern Kenjan jassumi r-responsabbiltà u jindirizza kemm il-vjolenza ta’ Al-Shabaab kif ukoll il-kawżi ewlenin tagħha; iqis li s-sigurtà tista’ tinkiseb biss jekk il-qasmiet fis-soċjetajiet politiċi u ċivili tal-Kenja u l-iżbilanċi reġjonali fl-iżvilupp ikunu indirizzati b’mod xieraq; iqis li hi ta’ dispjaċir ir-reazzjoni tardiva tal-forzi tal-pulizija; b’mod partikolari, iħeġġeġ lill-gvern jibqa' lura milli juża l-attakki terroristiċi bħala pretest għat-trażżin tal-libertajiet ċivili; jistieden lill-awtoritajiet Kenjani jibbażaw l-istrateġija tagħhom għall-ġlieda kontra t-terroriżmu fuq l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet fundamentali; jinsisti dwar il-ħtieġa għal sorveljanza demokratika u ġudizzjarja tal-politiki ta' kontra t-terroriżmu;

14.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Kenjani jiżguraw li kwalunkwe diviżjoni bejn ir-reliġjonijiet, kif ukoll il-paralleli magħmula bejn il-komunità Musulmana u l-grupp Al-Shabaab jiġu prevenuti, u li jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw li tinżamm l-għaqda fil-pajjiż, għall-ġid tat-tkabbir u l-istabbiltà soċjali u ekonomiċi u d-dinjità u d-drittijiet tal-bniedem tal-poplu tiegħu; jistieden lill-Gvern tal-Kenja, lill-mexxejja tal-oppożizzjoni u lill-mexxejja reliġjużi biex jindirizzaw l-ilmenti storiċi ta' marġinalizzazzjoni, diviżjonijiet reġjonali fil-pajjiż u diskriminazzjoni istituzzjonali, u biex jiżguraw li l-operazzjonijiet kontra t-terroriżmu jimmiraw biss fuq l-awturi u mhux fuq il-komunitajiet etniċi u reliġjużi usa';

15.

Ifakkar lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Istati Membri fl-impenn tagħhom, skont il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija adottat f’Ġunju 2012, li jiżguraw li d-drittijiet tal-bniedem jitqajmu f'kull djalogu kontra t-terroriżmu ma’ pajjiżi terzi;

16.

Jistieden lill-UE timplimenta programm ta' missjoni ta' taħriġ militari fil-Kenja u tipprovdi tagħmir modern, filwaqt li tikkollabora mal-forzi militari u tal-pulizija Kenjani u tħarriġhom sabiex jiġġieldu kontra t-terroriżmu u jipprevjenu l-espansjoni ta' Al-Shabaab;

17.

Iħeġġeġ lill-Gvern Kenjan jagħmel l-isforzi kollha biex jikkonforma mal-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-libertajiet fundamentali, u jitlob lill-UE biex tmexxi lis-sieħeb internazzjonali tagħha f’din id-direzzjoni, u tiġbor kontribuzzjoni finanzjarja biex isaħħaħ il-programmi tal-governanza eżistenti, sabiex tiżgura s-sigurtà nazzjonali u ġġib il-paċi u l-istabbiltà fil-pajjiż u fir-reġjun; jinsisti li l-vjolenza ta' Al-Shabaab, li qed tkompli tiżdied, għandha tiġi indirizzata flimkien mal-pajjiżi ġirien; jitlob lill-UE tipprovdi l-appoġġ finanzjarju, loġistiku u espert kollu meħtieġ f'dan ir-rigward, inkluża l-possibbiltà li jintużaw il-Faċilità tal-Paċi Afrikana u l-istrumenti tal-ġestjoni tal-kriżijiet tal-UE;

18.

Jistieden lill-forzi tas-sigurtà Kenjani jiżguraw risponsi legali fil-ġlieda kontra t-theddida terroristika; jistieden lill-Gvern Kenjan jiżgura s-sigurtà u l-protezzjoni tal-kampijiet tar-rifuġjati fit-territorju tiegħu, skont id-dritt internazzjonali;

19.

Jenfasizza li t-terroriżmu internazzjonali hu ffinanzjat minn attivitajiet illegali bħall-ħasil tal-flus, ir-riskatti, it-traffikar tad-drogi u l-korruzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fejn jidħol l-iskambju ta’ intelligence rigward il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

20.

Itenni l-appoġġ tiegħu għall-inizjattivi kollha għall-promozzjoni tad-djalogu u r-rispett reċiproku bejn il-komunitajiet reliġjużi u komunitajiet oħra; jappella lill-awtoritajiet reliġjużi kollha biex jippromwovu t-tolleranza u jieħdu inizjattivi kontra l-mibegħda u r-radikalizzazzjoni vjolenti u estremista;

21.

Jiddenunzja l-użu ta' istituzzjonijiet u binjiet edukattivi bħala mira għal attakki terroristiċi, li huwa mezz biex tiddgħajjef l-edukazzjoni u d-dinjità taċ-ċittadini kollha filwaqt li jikkawża nuqqas ta' fiduċja u sens ta' diviżjoni bejn il-komunitajiet; ifakkar il-ħtif u l-għajbien tal-bniet Insara fil-belt Niġerjana ta' Chibok mill-grupp terroristiku ġiħadista Boko Haram fl-2014, li ġew ikkundannati mid-dinja kollha;

22.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern tal-Kenja, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lill-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD), lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, u lill-Kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-AKP-UE.


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/55


P8_TA(2015)0179

Il-qerda ta' siti kulturali mwettqa mill-ISIS/Da'esh

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' April 2015 dwar il-qerda ta' siti kulturali mwettqa mill-ISIS/Da'esh (2015/2649(RSP))

(2016/C 346/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Mistoqsijiet għal tweġiba orali lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-qerda ta' siti kulturali mwettqa mill-ISIS/Da'esh (O-000031/2015 – B8-0115/2015 u O-000032/2015 – B8-0116/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jistipula li “l-azzjoni tal-Unjoni għandu jkollha l-mira li tinkoraġġixxi l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri”, b'mod partikolari fil-qasam tal-“konservazzjoni u l-protezzjoni tal-wirt kulturali Ewropew sinifikanti” u li “l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkultivaw il-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tal-kultura”,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali (1),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2465/96 (2),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1332/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (3), adottati abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/760/PESK tat-13 ta' Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 11c tiegħu dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew it-trasferiment ta', oġġetti ta' proprjetà kulturali Sirjana,

wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2001/555/PESK tal-20 ta' Lulju 2001 dwar it-twaqqif ta' Ċentru tas-Satelliti tal-Unjoni Ewropea (5), emendata mill-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/834/PESK (6),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Ottubru 2012 dwar il-ħolqien ta' netwerk informali ta' awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-kompetenza esperta fil-qasam ta' oġġetti kulturali (EU CULTNET) (14232/2012),

wara li kkunsidra t-tieni Protokoll għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1954 għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Kulturali fil-Każ ta' Konflitt Armat, tal-1999,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Mezzi ta' Projbizzjoni u Prevenzjoni tal-Importazzjoni, Esportazzjoni u Trasferiment Illegali tas-Sjieda tal-Proprjetà Kulturali tal-14 ta' Novembru 1970,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni tal-Patrimonju Kulturali u Naturali Dinji tas-16 ta' Novembru 1972,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO għall-Ħarsien tal-Patrimonju Kulturali Intanġibbli tas-17 ta' Ottubru 2003,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali tal-20 ta' Ottubru 2005,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNIDROIT dwar l-Oġġetti Kulturali Misruqa jew Esportati Illegalment tal-1995,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2199 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-12 ta' Frar 2015 dwar theddid għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali kkawżat minn atti terroristiċi minn Al-Qaida (7),

wara li kkunsidra l-Karta ta' Venezja tal-1964 għall-Konservazzjoni u r-Restawr tal-Monumenti u s-Siti li tipprovdi qafas internazzjonali għall-preservazzjoni u r-restawr ta' binjiet antiki,

wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali adottat fis-17 ta' Lulju 1998, u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2)(b)(ix) tiegħu, li jirrikonoxxi bħala delitt tal-gwerra l-att ta' “twettiq ta' attakki intenzjonati fuq binjiet iddedikati għar-reliġjon, l-edukazzjoni, l-arti, ix-xjenza jew skopijiet ta' karità, monumenti storiċi, sptarijiet u postijiet fejn jinġabru l-morda u l-midruba, dment li dawn ma jkunux objettivi militari”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2015 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja 2013 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (8), li jistqarr fil-paragrafu 211 li “forom intenzjonati ta' qerda tal-wirt kulturali u artistiku, kif qed jiġri bħalissa fl-Iraq u fis-Sirja, għandha ssirilhom prosekuzzjoni bħala delitti tal-gwerra u bħala delitti kontra l-umanità”,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tas-6 ta' Frar 2015, intitolata “Elementi għal strateġija reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll għat-theddida tad-Da'esh” (JOIN(2015)0002), li fiha l-Kummissjoni u l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà rrikonoxxew is-serjetà tal-qerda u tas-sakkeġġ tal-wirt kulturali huma u jindirizzaw il-kriżijiet fis-Sirja u fl-Iraq kif ukoll it-theddida tad-Da'esh,

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi bosta siti arkeoloġiċi, reliġjużi u kulturali fis-Sirja u fl-Iraq, dan l-aħħar kienu soġġetti għal qerda intenzjonata mwettqa minn gruppi ta' estremisti marbuta partikolarment mal-Istat Iżlamiku fl-Iraq u s-Sirja (ISIS/Da'esh), u billi dawn l-attakki sistematiċi kontra l-wirt kulturali ġew deskritti mid-Direttur Ġenerali tal-UNESCO, Irina Bokova, bħala 'tindif kulturali';

B.

billi, skont l-UNESCO, it-terminu 'tindif kulturali' jirreferi għal strateġija intenzjonata li tipprova teqred id-diversità kulturali permezz ta' mmirar intenzjonat fuq individwi identifikati abbażi tal-isfond kulturali, etniku jew reliġjuż tagħhom, flimkien ma' attakki intenzjonati fuq il-postijiet ta' qima, ta' tifkira storika u ta' tagħlim tagħhom, u billi l-istrateġija ta' tindif kulturali li nistgħu nosservaw fl-Iraq u fis-Sirja hija riflessa f'attakki kontra l-wirt kulturali li huma fl-istess waqt diretti kontra espressjonijiet tal-kultura fiżiċi, tanġibbli u mibnija, bħal monumenti u binjiet, u kontra l-minoranzi u espressjonijiet kulturali intanġibbli, bħal drawwiet, tradizzjonijiet u twemmin (9);

C.

billi xi atti ta' qerda tal-wirt kulturali ġew ikkunsidrati, taħt ċerti kundizzjonijiet, bħala delitti kontra l-umanità (10); billi, b'mod partikolari, meta dawn l-atti jkunu diretti lejn membri ta' grupp reliġjuż jew etniku, jistgħu jiġu assimilati mad-delitt ta' persekuzzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 7(1)(h) tal-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;

D.

billi dawn l-atti ta' qerda ta' siti kulturali u storiċi u oġġetti mhumiex ġodda u mhumiex limitati biss għall-Iraq u s-Sirja; billi skont l-UNESCO, “il-wirt kulturali huwa komponent importanti tal-identità kulturali ta' komunitajiet, gruppi u individwi, u tal-koeżjoni soċjali, b'tali mod li l-qerda intenzjonata tiegħu jista' jkollu konsegwenzi negattivi fuq id-dinjità tal-bniedem u fuq id-drittijiet tal-bniedem” (11); filwaqt li, kif iddikjaraw l-UNESCO u oħrajn, il-prodotti tas-sakkeġġ u l-kuntrabandu, mill-ISIS/Da'esh, ta' siti u oġġetti kulturali u reliġjużi fl-Iraq u fis-Sirja qed jintużaw biex jgħinu fil-finanzjament tal-attivitajiet terroristiċi tal-ISIS/Da'esh, bir-riżultat li oġġetti artistiċi u kulturali qed isiru 'armi tal-gwerra';

E.

billi, bis-saħħa tal-finanzjament ipprovdut mill-Unjoni Ewropea, l-UNESCO u sħab strateġiċi oħra fl-1 ta' Marzu 2014 varaw proġett ta' tliet snin imsejjaħ 'Salvagwardja ta' Emerġenza għall-Wirt Sirjan', intiż, b'mod partikolari, biex jiżgura l-protezzjoni ta' emerġenza tal-wirt kulturali Sirjan;

F.

billi l-Unjoni Ewropea rratifikat il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità ta' Espressjonijiet Kulturali adottata fl-20 ta' Ottubru 2005, l-ewwel strument internazzjonali li rrikonoxxa n-natura doppja, ekonomika u kulturali, ta' oġġetti kulturali, li “għaldaqstant ma jridux jiġu ttrattati bħala oġġetti li għandhom biss valur kummerċjali”;

G.

billi l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Mezzi ta' Projbizzjoni u Prevenzjoni tal-Importazzjoni, l-Esportazzjoni u t-Trasferiment ta' Sjieda tal-Proprjetà Kulturali adottata fis-17 ta' Novembru 1970 u tal-Konvenzjoni tal-UNIDROIT dwar Oġġetti Kulturali Misruqa jew Esportati Illegalment adottata fl-24 ta' Ġunju 1995 huma strumenti essenzjali li bihom tissaħħaħ il-protezzjoni tal-wirt kulturali globali;

H.

billi l-kummerċ illeċitu fi prodotti kulturali issa huwa t-tielet l-aktar kummerċ illegali sinifikanti, wara d-drogi u l-armi, billi dan il-kummerċ illeċitu huwa ddominat minn netwerks kriminali organizzati, u billi l-mekkaniżmi nazzjonali u internazzjonali tal-lum la għandhom riżorsi adegwati u lanqas mhuma sostnuti b'mod adegwat biex jittrattaw din il-kwistjoni (12);

I.

billi, minkejja li l-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu fi prodotti kulturali mhijiex kompetenza speċifika tal-Unjoni Ewropea, inkwantu li mhijiex stabbilita bħala tali fit-trattati, madankollu taqa' fi ħdan diversi oqsma ta' kompetenza tal-UE, bħas-suq intern, l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (SLSĠ), il-kultura u l-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK);

J.

billi hemm ħtieġa urġenti li nikkoordinaw aħjar il-ġlieda kontra l-kummerċ illegali ta' prodotti kulturali u naħdmu flimkien mill-qrib sabiex nippromwovu s-sensibilizzazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni, u biex jinkiseb tisħiħ tal-oqfsa legali; ifakkar, f'dan il-kuntest, li fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Diċembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda fil-konfront tal-kriminalità rigward beni kulturali ġie rrakkomandat, inter alia, li l-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni bejn uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, awtoritajiet kulturali u organizzazzjonijiet privati;

K.

billi, f'Ottubru 2012, riżoluzzjoni tal-Kunsill ħolqot netwerk informali ta' awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ta' kompetenza esperta fil-qasam ta' oġġetti kulturali (EU CULTNET), li l-objettiv prinċipali tiegħu hu li jtejjeb l-iskambju ta' informazzjoni marbuta mal-prevenzjoni tal-kummerċ illeċitu f'beni kulturali u li jidentifika u jikkondividi informazzjoni dwar netwerks kriminali ssuspettati li huma involuti f'kummerċ illeċitu;

L.

billi nhar is-Sibt 28 ta' Marzu 2015, id-Direttur Ġenerali Irina Bokova nediet f'Bagdad il-kampanja #Unite4Heritage, li għandha l-għan li timmobilizza l-appoġġ globali għall-protezzjoni tal-wirt kulturali, bl-użu tas-setgħa tan-netwerks soċjali;

1.

Jikkundanna bil-qawwa l-qerda intenzjonata ta' siti kulturali, arkeoloġiċi u reliġjużi mwettqa mill-ISIS fis-Sirja u fl-Iraq;

2.

Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) biex tieħu azzjoni xierqa fil-livell politiku, bi qbil mar-Riżoluzzjoni 2199 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-12 ta' Frar 2015, sabiex jintemm il-kummerċ illegali fi proprjetà kulturali mit-territorji tas-Sirja u tal-Iraq tul perjodi ta' kunflitt f'dawk it-territorji, biex b'hekk ma jitħallewx jintużaw bħala sors ta' finanzjament;

3.

Jistieden lill-VP/RGħ tħaddem id-diplomazija kulturali u d-djalogu interkulturali bħala għodda f'dak l jirrigwarda r-rikonċiljazzjoni tal-komunitajiet differenti u r-rikostruzzjoni tas-siti meqruda;

4.

Jistieden lill-VP/RGħ, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jimplimentaw miżuri ta' sigurtà fil-fruntieri esterni tal-UE sabiex jipprevjenu l-kuntrabandu ta' oġġetti kulturali mis-Sirja u mill-Iraq lejn l-Unjoni, u jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw b'mod effikaċi f'azzjoni konġunta kontra l-kummerċ ta' oġġetti ta' oriġini Sirjana u Iraqina fl-Ewropa, minħabba li konċentrazzjoni għolja ta' kummerċ tal-arti tal-Lvant Nofsani hija ddestinata għas-suq tal-Ewropa, flimkien ma' dawk tal-Istati Uniti tal-Amerika u tar-reġjun tal-Golf;

5.

Jissuġġerixxi, f'dan il-kuntest, li l-Kummissjoni, bi qbil mal-paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 2199 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-12 ta' Frar 2015, jiffukaw fuq il-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu ta' oġġetti kulturali, b'mod speċifiku fir-rigward ta' oġġetti ta' wirt kulturali mneħħija illegalment mill-Iraq wara s-6 ta' Awwissu 1990 u mis-Sirja wara l-15 ta' Marzu 2011; jistieden lill-Kummissjoni tfassal approċċ koordinat għall-ġlieda kontra l-kummerċ illegali, f'ħidma flimkien ma' dawk responsabbli fil-livell nazzjonali fis-servizzi ta' investigazzjoni, u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-UNESCO u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra bħall-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet (ICOM), il-Kumitat Internazzjonali tal-'Blue Shield' (ICBS) tal-ICOM, il-Europol, l-Interpol, il-Unidroit (Istitut Internazzjonali għall-Unifikazzjoni tal-Liġi Privata), id-WCO (l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali), l-ICOMOS (il-Kunsill Internazzjonali dwar il-Monumenti u s-Siti) u l-ICCROM (iċ-Ċentru Internazzjonali għall-Istudju tal-Preservazzjoni u r-Restawr ta' Beni Kulturali);

6.

Jistieden lill-VP/RGħ tinvolvi ċ-Ċentru Satellitari ta' Torrejón tal-Unjoni Ewropea, li jirfed it-teħid ta' deċiżjonijiet fl-Unjoni fil-kuntest tal-PESK billi jipprovdi materjal li jirriżulta mill-analiżi tal-immaġini satellitari, għall-fini ta' monitoraġġ u elenkar ta' siti arkeoloġiċi u kulturali fis-Sirja u fl-Iraq u s-sostenn tal-attivitajiet ta' arkeologi Sirjani, bl-għan li ma jitħalliex isir aktar sakkeġġ u titħares il-ħajja tal-persuni ċivili;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi skambju rapidu u sigur tal-informazzjoni u kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri biex il-kummerċ illeċitu ta' oġġetti kulturali mneħħija illegalment mill-Iraq u mis-Sirja jiġi miġġieled b'mod effikaċi, u tħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw għodod internazzjonali għall-użu mill-pulizija u mill-uffiċjali tad-dwana kontra t-traffikar illeċitu ta' beni kulturali, bħad-database speċifiku tal-Interpol 'I-24/7' dwar opri tal-arti misruqa u l-għodda ta' komunikazzjoni online tal-programm ARCHEO tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO);

8.

Jitlob li tiġi kkunsidrata l-implimentazzjoni ta' programmi Ewropej ta' taħriġ għal imħallfin, pulizija u uffiċjali tad-dwana, amministrazzjonijiet tal-gvern u atturi tas-suq b'mod aktar ġenerali, biex b'hekk dawk involuti fil-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu fi prodotti kulturali jkunu jistgħu jiżviluppaw u jtejbu l-għarfien espert tagħhom, kif ukoll li jingħata appoġġ għal inizjattivi bħall-kors b'mezzi elettroniċi għall-Professjonisti tal-Wirt Sirjani, promoss mill-ICOMOS f'Jannar 2013, informazzjoni ta' tagħlim dwar il-ġestjoni tar-riskju tad-diżastri, miżuri tal-ewwel għajnuna għall-kollezzjonijiet kulturali u t-teknika tad-dokumentazzjoni;

9.

Jitlob lill-Kummissjoni tingħaqad ma' proġetti internazzjonali mis-soċjetà ċivili dwar il-protezzjoni u r-rappurtar dwar oġġetti kulturali f'periklu, bħall-proġett tat-teknoloġiji ġeospazjali AAAS, u jitlobha tkompli tappoġġja l-attivitajiet tal-komunitajiet ta' riċerka bħall-Proġett Mosul, żviluppat min-Netwerk ta' Taħriġ Inizjali għall-Wirt Kulturali Diġitali (iffinanzjati permezz ta' għotja tal-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie);

10.

Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi appoġġ aktar b'saħħtu għall-Osservatorju Internazzjonali dwar it-Traffikar Illeċitu f'Oġġetti Kulturali tal-ICOM, li pproduċa lista ħamra ta' emerġenza dwar antikitajiet Sirjani u Iraqini f'riskju, imfassla bħala għodda għal mużewijiet, uffiċjali tad-dwana, uffiċjali tal-pulizija, negozjanti u kolletturi tal-opri tal-arti, u li biħsiebu juża immaġni satellitari biex jissorvelja s-sitwazzjoni fil-post, b'kooperazzjoni ma' UNITAR;

11.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiżviluppaw kampanji ta' sensibilizzazzjoni intiżi biex jiskoraġġixxu x-xiri u l-bejgħ ta' beni kulturali ħerġin mill-kummerċ illeċitu minn żoni ta' gwerra;

12.

Jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa biex jinvolvu universitajiet, entitajiet ta' riċerka u istituzzjonijiet kulturali, inter alia permezz ta' kodiċi ta' etika, fil-ġlieda kontra l-kummerċ fil-beni kulturali minn żoni ta' gwerra;

13.

Jitlob li l-Kummissjoni tappoġġja l-kampanja #Unite4Heritage tal-UNESCO billi tibda kampanja ta' informazzjoni ffukata fuq l-Iraq u s-Sirja, bil-għan li tqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-wirt kulturali tagħhom, dwar il-mod kif il-prodott tas-sakkeġġ qed jintuża biex jiffinanzja l-attivitajiet terroristiċi, u dwar il-pieni possibbli assoċjati mal-importazzjoni illegali ta' oġġetti kulturali li ġejjin minn dawn il-pajjiżi, jew minn pajjiżi terzi oħra;

14.

Jitlob li l-Kummissjoni ssaħħaħ u ttejjeb il-funzjonament ta' netwerk informali tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ta' għarfien espert fil-qasam ta' oġġetti kulturali (EU CULTNET), maħluq mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Ottubru 2012, li l-għan tiegħu huwa li jtejjeb l-iskambju ta' informazzjoni relatata mal-prevenzjoni tal-kummerċ illeċitu f'beni kulturali, kif ukoll li tikkunsidra l-ħolqien ta' strument addizzjonali biex jikkontrolla l-importazzjoni ta' oġġetti kulturali mneħħija illegalment mis-Sirja u mill-Iraq u miġjuba fl-UE;

15.

Jistieden lill-Kunsill isaħħaħ l-unitajiet tal-Eurojust u tal-Europol iddedikati għas-sostenn ta' investigazzjonijiet li jkunu għaddejja, għall-prevenzjoni u għall-iskambju ta' informazzjoni rigward kummerċ kulturali f'beni kulturali;

16.

Jinkoraġġixxi r-rilanċ tal-azzjonijiet tal-Kumitat Internazzjonali tal-'Blue Shield' tal-ICOM;

17.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea tieħu l-passi meħtieġa, f'kollaborazzjoni mal-UNESCO u mal-Qorti Kriminali Internazzjonali, biex il-kategorija tad-dritt internazzjonali ta' delitti kontra l-umanità tiġi estiża b'tali mod li tħaddan atti intenzjonati li jagħmlu ħsara jew jeqirdu l-wirt kulturali tal-umanità fuq skala kbira;

18.

Jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan biex jirratifikaw il-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Mezzi ta' Projbizzjoni u Prevenzjoni tal-Importazzjoni, Esportazzjoni u Trasferiment Illegali tas-Sjieda tal-Proprjetà Kulturali tal-1970. il-Konvenzjoni tal-UNIDROIT tal-1995, u l-Konvenzjoni tal-Aja għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Kulturali fil-Każ ta' Kunflitt Armat tal-1954 u t-Tieni Protokoll tagħha tal-1999;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta ' Sigurtà, lid-Direttur Ġenerali tal-UNESCO, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 39, 10.2.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6.

(3)  ĠU L 335, 14.12.2013, p. 3.

(4)  ĠU L 335, 14.12.2013, p. 50.

(5)  ĠU L 200, 25.7.2001, p. 5.

(6)  ĠU L 297, 13.11.2009, p. 18.

(7)  http://www.refworld.org/docid/54ef1f704.html

(8)  Testi adottati, P8_TA(2015)0076.

(9)  http://www.unesco.org/new/en/media-services/single-view/news/conference_report_heritage_and_cultural_diversity_at_risk_in_iraq_and_syria/

(10)  It-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-Jugoslavja, Kordić & Čerkez, is-26 ta' Frar 2001, IT-95-14/2; paragrafi 207-8.

(11)  Id-Dikjarazzjoni tal-UNESCO dwar il-Qerda Intenzjonata tal-Wirt Kulturali, 2003.

(12)  http://www.africa-eu-partnership.org/newsroom/all-news/morocco-africa-eu-workshop-fight-against-illegal-trafficking-cultural-goods


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/60


P8_TA(2015)0180

Is-sitwazzjoni fil-Maldive

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' April 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Maldive (2015/2662(RSP))

(2016/C 346/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Maldive,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Lokali Konġunta tal-Unjoni Ewropea dwar l-iżviluppi reċenti fil-Maldive, inkluż l-arrest ta' mħallef tal-qorti kriminali, tal-20 ta' Jannar 2012,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Lokali Konġunta tal-Unjoni Ewropea rigward Theddid għas-Soċjetà Ċivili u d-Drittijiet tal-Bniedem fil-Maldive tat-30 ta' Settembru 2014,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Lokali Konġunta tal-Unjoni Ewropea dwar l-istat tad-dritt fil-Maldive tal-24 ta' Frar 2015,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kelliem għall-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) dwar l-attivazzjoni tal-piena tal-mewt fil-Maldive, tat-30 ta' April 2014,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kelliem għall-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) dwar il-kundanna tal-eks President tal-Maldive Mohamed Nasheed, tal-14 ta' Marzu 2015,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem Zeid Ra’ ad Al Hussein dwar il-proċess tal-eks President Mohamed Nasheed, tat-18 ta’ Marzu 2015,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-Indipendenza tal-Imħallfin u l-Avukati Gabriela Knaul, li l-ebda demokrazija mhi possibbli mingħajr ġustizzja ġusta u indipendenti fil-Maldive, tad-19 ta' Marzu 2015,

wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE għall-Elezzjonijiet Parlamentari fir-Repubblika tal-Maldive, tat-22 ta' Marzu 2014,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li l-Maldive hija stat parti tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fit-13 ta' Marzu 2015, l-eks President tal-Maldive Mohamed Nasheed ingħata sentenza ta' 13-il sena ħabs fuq akkużi ta' terroriżmu minħabba l-arrest f'Jannar 2012 tal-Prim Imħallef tal-qorti kriminali ta' dak iż-żmien, arrest li l-UE kienet esprimiet tħassib dwaru;

B.

billi l-proċess kontroversjali naqas milli jissodisfa l-istandards nazzjonali u internazzjonali tal-ġustizzja, minkejja l-appell tan-Nazzjonijiet Uniti u l-UE għal ġustizzja u trasparenza fil-proċedimenti ġuridiċi kontra l-eks President Nasheed;

C.

billi Mohamed Nasheed, li għandu rekord twil personali ta' azzjoni mhux vjolenti għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija pluralistika, intefa' l-ħabs bosta drabi matul it-30 sena dittatorjat tal-President Maumoon Abdul Gayoon u ħalla l-poter f'ċirkostanzi kontroversjali erba' snin wara li sar l-ewwel president demokratikament elett tal-Maldive;

D.

billi n-nuqqas ta' indipendenza politika u taħriġ tal-ġudikatura tal-Maldive jimmina l-kredibilità domestika u internazzjonali tas-sistema tal-ġudikatura tal-pajjiż;

E.

billi l-eks Ministri tad-Difiża Tholhath Ibrahim u Mohamed Nazim reċentement weħlu sentenza ta' 10 snin u 11-il sena ħabs rispettivament, u l-eks Deputat Speaker tal-Majlis Ahmed Nazim ġie kkundannat 25 sena ħabs fil-Maldive; billi dawn il-proċessi wkoll kienu vizzjati bl-irregolaritajiet;

F.

billi l-politiċi fl-oppożizzjoni qed ikomplu jiġu intimidati fuq bażi regolari, u billi rapport reċenti tal-Kumitat tal-Unjoni Interparlamentari dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Membri Parlamentari jidentifika lill-Maldive bħala wieħed mill-agħar pajjiżi fid-dinja għal attakki, tortura u intimidazzjoni kontra membri parlamentari tal-oppożizzjoni;

G.

billi fit-30 ta' Marzu 2015 il-Parlament tal-Maldive adotta emenda għall-Att tal-Maldive dwar il-Ħabs u l-Libertà Kondizzjonata, li jiskwalifika lil dawk li qed jiskontaw sentenza ta' ħabs milli jkunu membri f'partit politiku, u billi dan de facto se jneħħi lil Mohamed Nasheed mill-politika attiva u jżommu milli jikkontesta l-elezzjonijiet presidenzjali fl-2018;

H.

billi minn Frar 2015 'l hawn, ġew arrestati mill-inqas 140 dimostrant paċifiku, u dawn ġew meħlusa biss fuq kundizzjonijiet li jillimitaw bil-kbir id-dritt li jieħdu sehem f'dimostrazzjonijiet oħra;

I.

billi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem qed iħabbtu wiċċhom dejjem aktar ma' fastidji, theddid u attakki, inkluża l-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Maldive (HRCM), li tressqet quddiem il-Qorti Suprema fuq akkużi ta' tradiment tal-pajjiż u li mminat il-kostituzzjoni talli ressqet rapport dwar l-istat tad-drittijiet tal-bniedem fil-Maldive lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU għar-Rieżami Perjodiku Universali; billi l-NGOs ġew mhedda li jitneħħew mir-reġistru;

J.

billi l-libertà tal-istampa trażżnet bil-kbir f'dawn l-aħħar snin, ġew arrestati tliet ġurnalisti waqt li kienu qed jirrapurtaw dwar dimostrazzjonijiet politiċi għall-ħelsien ta' Mohamed Nasheed u Ahmed Rilwan, ġurnalist kritiku tal-gvern li għeb f'Awwissu 2014 u għadu ma nstabx u maħsub li mejjet;

K.

billi t-taqlib politiku qed ifeġġ fi żmien ta' tħassib dwar spirtu militanti Iżlamiku li qed jiżdied fil-Maldive u dwar l-għadd ta' żgħażagħ irġiel radikalizzati li allegatament issieħbu mal-ISIS;

L.

billi fis-27 ta' April 2014, il-Parlament tal-Maldive vvota sabiex itemm moratorju dwar il-piena kapitali stabbilita mill-1954, u b'hekk tippermetti s-sentenza ta' minuri fl-età żgħira ta' seba' snin, li jistgħu jinżammu responsabbli u jirċievu l-piena tal-mewt hekk kif jagħlqu t-18 u jinżammu mifnija fil-ħabs sa dak iż-żmien; billi dan imur kontra l-obbligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem tal-Maldive bħala stat parti tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal;

M.

billi l-ħaddiema immigranti jbatu minħabba xogħol furzat, il-konfiska tad-dokumenti tal-identità u tal-ivvjaġġar, iż-żamma tas-salarji jew in-nuqqas ta' ħlas tagħhom u rbit ta' dejn, u ġew mhedda mill-awtoritajiet tal-Maldive li jitkeċċew minħabba li pprotestaw kontra d-diskriminazzjoni u l-vjolenza wara sensiela ta' attakki fuq ħaddiema immigranti;

N.

billi għadd żgħir ta' nisa mis-Sri Lanka, it-Tajlandja, l-Indja, iċ-Ċina, il-Filippini, l-Ewropa tal-Lvant, il-pajjiżi tal-eks Unjoni Sovjetika, il-Bangladexx u l-Maldive huma soġġetti għal traffikar għal raġunijiet ta' sess fil-Maldive u xi tfal Maldivjani qed jiġu allegatament soġġetti għal abbuż sesswali u jistgħu jkunu vittmi ta' xogħol furzat;

1.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar iż-żieda fit-tendenza lejn tmexxija awtoritarja fil-Maldive, il-persekuzzjoni ta' opponenti politiċi u l-intimidazzjoni tal-midja u s-soċjetà ċivili, li jistgħu jipperikolaw il-kisbiet li saru f'dawn l-aħħar snin biex jiġu stabbiliti d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-pajjiż; jistieden lill-partijiet kollha biex iżommu lura minn kwalunkwe azzjoni li tista’ taggrava aktar il-kriżi, u biex jirrispettaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt;

2.

Jiddeplora l-irregolaritajiet serji fil-proċess tal-eks President Mohamed Nasheed; jinsisti li dan għandu jinħeles minnufih u li f'każ li s-sentenza tiegħu tiġi appellata, id-drittijietu għandhom jiġu rispettati bis-sħiħ skont l-obbligi internazzjonali tal-Maldive, il-kostituzzjoni tagħha stess u l-garanziji kollha rikonoxxuti internazzjonalment għal proċess ġust; iħeġġeġ lid-delegazzjoni tal-UE għas-Sri Lanka u l-Maldive tinsisti li tingħata permess issegwi mill-qrib il-proċess ta' appell;

3.

Jenfasizza l-fatt li r-rispett tal-istat tad-dritt, id-dritt ta' proċess ġust, proċess ġuridiku adegwat u l-indipendenza tal-ġudikatura, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ICCPR, huma elementi ċentrali tal-proċess demokratiku; jenfasizza li kull ċittadin tal-Maldive, inkluż l-eks President Nasheed, għandu jiġi ttrattat skont dawn il-prinċipji, li minnhom infushom huma importanti għal soċjetà pluralistika;

4.

Jitlob li jkun hemm proċess politiku kredibbli u inklużiv, bil-parteċipazzjoni tal-forzi demokratiċi kollha, bil-għan li tinġieb lura u tinżamm l-istabbiltà fil-Maldive u biex il-pajjiż jitpoġġa lura fit-triq tat-tranżizzjoni lejn id-demokrazija; jitlob li tintemm immedjatament l-intimidazzjoni ta’ avversarji politiċi; jistieden lill-Gvern tal-Maldive jieħu l-passi neċessarji kollha sabiex terġa' tiġi stabbilita l-fiduċja fl-impenn tiegħu lejn id-demokrazija, l-indipendenza ġudizzjarja u l-istat tad-dritt, inkluż ir-rispett tal-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-għaqda, u r-rispett ta' proċess adegwat;

5.

Jitlob li jintemm immedjatament l-indħil politiku fis-sistema ġudizzjarja tal-Maldive, u jitlob li ma tibqax politiċizzata; jitlob li jsiru riformi urġenti biex tiġi żgurata l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura tal-Maldive bil-għan li terġa’ tiġi stabbilita l-fiduċja domestika u internazzjonali fil-funzjonament tagħha; jenfasizza li dawn ir-riformi għandhom jiġu approvati u implimentati mingħajr aktar dewmien;

6.

Ifakkar lill-Gvern tal-Maldive li l-kostituzzjoni tal-pajjiż tiggarantixxi d-dritt għal dimostrazzjoni, u li l-kundizzjonijiet ta' ħelsien li jżommu lill-persuni milli jieħdu sehem f'dimostrazzjonijiet paċifiċi huma illegali;

7.

Jitlob li jintemmu immedjatament il-forom kollha ta' vjolenza, inkluża l-vjolenza kontra d-dimostranti paċifiċi, u jfakkar lill-forzi tas-sigurtà fid-dmir li għandhom li jipproteġu lid-dimostranti paċifiċi kontra gruppi vjolenti; jistieden lill-Gvern tal-Maldive jtemm l-impunità għall-vigilantes li użaw il-vjolenza kontra persuni li jippromwovu t-tolleranza reliġjuża, id-dimostranti paċifiċi, il-midja kritika u s-soċjetà ċivili; jitlob li min iwettaq dan it-tip ta' attakki vjolenti jitressaq quddiem il-ġustizzja;

8.

Jistieden lill-Gvern tal-Maldive jippermetti li ssir investigazzjoni adegwata dwar l-għajbien ta' Ahmed Rilwan;

9.

Jikkundanna l-introduzzjoni mill-ġdid tal-piena kapitali fil-Maldive, u jħeġġeġ lill-Gvern u lill-Parlament tal-Maldive jerġgħu jistabbilixxu moratorju għall-piena kapitali;

10.

Iħeġġeġ lill-atturi kollha fil-Maldive jaħdmu flimkien b'mod kostruttiv fl-oqsma kollha, speċjalment dwar is-suġġett tat-tibdil fil-klima li għandu l-potenzjal li jiddestabbilizza l-pajjiż;

11.

Jitlob lill-awtoritajiet lokali jikkonformaw kompletament mal-istandards minimi għall-eliminazzjoni tat-traffikar; ifaħħar l-isforzi li għaddejjin biex tiġi indirizzata l-problema u l-progress li sar, iżda jinsisti li d-dispożizzjonijiet tal-liġi kontra t-traffikar tal-bnedmin għandhom jiġu implimentati malajr peress li għad fadal problemi serji fl-infurzar ta' din il-liġi u l-protezzjoni tal-vittmi;

12.

Jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Istati Membri joħorġu twissijiet dwar ir-rekords tad-drittijiet tal-bniedem tal-Maldive fil-websajts tagħhom dwar il-pariri tal-ivvjaġġar;

13.

Iħeġġeġ lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u s-SEAE jkomplu jimmonitorjaw mill-qrib is-sitwazzjoni politika fil-Maldive u jwettqu rwol proattiv fir-relazzjonijiet bilaterali tal-UE mal-pajjiż u fil-fora multilaterali internazzjonali sabiex tinkiseb l-istabbiltà, jissaħħu d-demokrazija u l-istat tad-dritt, u jkun żgurat rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-pajjiż;

14.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-parlament u l-gvern tar-Repubblika tal-Maldive.


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/63


P8_TA(2015)0181

Rapport ta' Progress tal-2014 dwar l-Albanija

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' April 2015 dwar ir-Rapport ta' Progress tal-2014 dwar l-Albanija (2014/2951(RSP))

(2016/C 346/11)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Salonka tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 dwar il-prospettiva tal-adeżjoni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent mal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-26 u s-27 ta' Ġunju 2014 u tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2014,

wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Albanija biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea tad-9 ta' Novembru 2010 u r-Rapport tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ġunju 2014 bit-titolu “Il-progress tal-Albanija fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata u r-Riforma tas-Sistema Ġudizzjarja” (COM(2014)0331),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “L-Istrateġija tat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2014-2015” tat-8 ta' Ottubru 2014 (COM(2014)0700), akkumpanjata mid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (SWD(2014)0304) bit-titolu “Rapport ta' Progress tal-2014 dwar l-Albanija”, kif ukoll d-Dokument ta' Strateġija Indikattiv dwar l-Albanija (2014-2020) adottat fit-18 ta' Awwissu 2014,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Albaniż tal-24 ta' Diċembru 2014 dwar il-ftehim politiku bejn il-maġġoranza fil-gvern u l-oppożizzjoni,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Albanija,

wara li kkunsidra x-xogħol ta' Knut Fleckenstein bħala r-rapporteur permanenti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin għall-Albanija,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Albanija għamlet progress impressjonanti matul dawn l-aħħar snin fit-triq tagħha lejn l-adeżjoni mal-UE u għalhekk ingħatat l-istatus ta' pajjiż kandidat f'Ġunju 2014; billi għad fadal sfidi li jeħtieġ li jiġu indirizzati b'mod rapidu u effiċjenti ħalli jsir aktar progress fit-triq lejn l-adeżjoni mal-UE;

B.

billi l-adozzjoni konsistenti u l-implimentazzjoni effikaċi ta' riformi sostenibbli dwar il-ħames prijoritajiet ewlenin qed jgħinu t-trasformazzjoni demokratika tal-Albanija u jwittu t-triq biex jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni mal-UE; billi l-proċess tal-adeżjoni mal-UE sar xprun għar-riformi relatati mal-UE fl-Albanija, u billi l-iskeda ta' żmien tiegħu se tiġi determinata mir-rapidità u l-kwalità ta' dawn ir-riformi; billi l-ftuħ tan-negozjati tal-adeżjoni se jkun inċentiv li jagħti spinta 'l quddiem għal riformi ulterjuri billi joffri perspettiva tanġibbli u kredibbli tal-UE;

C.

billi l-adeżjoni mal-UE hija proċess inklużiv li jappartjeni lill-pajjiż kollu u liċ-ċittadini kollha tiegħu; billi djalogu politiku konstruttiv u sostenibbli dwar riformi relatati mal-UE, imwettaq fi spirtu ta' kooperazzjoni u kompromess bejn forzi politiċi kbar, huwa kruċjali għal aktar progress fil-proċess tal-adeżjoni mal-UE; billi hemm kunsens politiku u appoġġ pubbliku wiesa' għall-proċess tal-integrazzjoni mal-UE; billi s-suċċess tal-aġenda tar-riforma jiddependi bis-sħiħ fuq l-eżistenza ta' ambjent politiku demokratiku;

D.

billi l-Parlament Ewropew żvolġa rwol importanti fl-isforzi għall-istabbiliment ta' klima politika b'saħħitha fil-pajjiż;

E.

billi l-UE poġġiet l-istat tad-dritt fil-qalba tal-proċess ta' tkabbir tagħha; billi progress tanġibbli fl-indipendenza tal-ġudikatura u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata huwa essenzjali biex javvanza l-proċess ta' integrazzjoni mal-UE; billi appoġġ politiku b'saħħtu huwa essenzjali biex isir progress f'dawn l-oqsma;

F.

billi jeħtieġ li jsiru passi sinifikanti fir-riforma u fl-implimentazzjoni tar-riformi tas-sistema ġudizzjarja; billi, minkejja l-progress miksub, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata għadha sfida serja; billi l-libertà tal-espressjoni u l-indipendenza tal-midja għad iridu jiġu garantiti;

G.

billi l-eżistenza ta' amministrazzjoni pubblika professjonali, effikaċi u meritokratika hija s-sinsla tal-proċess ta' integrazzjoni għal kwalunkwe pajjiż li għandu l-aspirazzjoni li jsir membru tal-UE;

H.

billi r-relazzjonijiet tal-Albanija mal-ġirien tagħha huma kostruttivi u l-allinjament tagħha mal-politika barranija tal-UE huwa eżemplari;

1.

Jifraħ lill-Albanija talli kisbet l-istatus ta' pajjiż kandidat; jenfasizza li dan għandu jitqies bħala inkoraġġiment biex il-pajjiż jintensifika aktar l-isforzi tar-riforma; jesprimi l-appoġġ kontinwu tiegħu għall-proċess ta' integrazzjoni tal-Albanija fl-UE; jemmen li miżuri konkreti u impenn politiku sostnut li jiġu implimentati huma meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi ta' konsolidazzjoni b'suċċess tat-trasformazzjoni demokratika u jiġu segwiti riformi relatati mal-UE; iħeġġeġ lill-Albanija tistabbilixxi riżultati konkreti f'tali riformi;

2.

Iqis li huwa essenzjali li tiġi sostnuta u appoġġata kooperazzjoni politika ġenwina fost il-partiti politiċi kollha, li tinkludi kompetizzjoni ġusta għal ideat u kunċetti politiċi aħjar, kif ukoll li ssir ħidma lejn kultura ta' politika demokratika bbażata fuq il-fehma li proċessi politiċi demokratiċi huma mibnija fuq id-djalogu u l-abbiltà li wieħed ifittex u jaċċetta kompromessi; huwa konvint li dan se jqawwi l-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet pubbliċi; iħeġġeġ lill-koalizzjoni fil-gvern tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt tal-kontroll demokratiku tal-oppożizzjoni, u jħeġġeġ lill-oppożizzjoni teżerċita dan id-dritt b'mod sħiħ u responsabbli;

3.

Jilqa' l-ħolqien ta' gruppi ta' ħidma konġunti fid-Djalogu ta' Livell Għoli dwar il-Prijoritajiet Ewlenin bil-għan li tinbena pjattaforma komprensiva għat-twettiq bla xkiel ta' riformi u l-monitoraġġ tal-progress dwar il-ħames prijoritajiet ewlenin, b'mod partikolari r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, it-tisħiħ tal-ġudikatura, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, u t-tisħiħ tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet jintensifikaw ħidmithom dwar dawn il-prijoritajiet u jistabbilixxu riżultati konkreti għall-implimentazzjoni tagħhom;

4.

Jappella għat-twaqqif fil-pront ta' Kunsill Nazzjonali għall-Integrazzjoni Ewropea inklużiv, li jinkludi wkoll rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u tal-istituzzjonijiet indipendenti bil-għan li jiġi żgurat kunsens nazzjonali wiesa' dwar riformi relatati mal-UE u fil-proċess tal-adeżjoni mal-UE; jistieden lill-korpi xierqa jinfurmaw lill-partijiet interessati u lill-pubbliku inġenerali b'mod sħiħ u f'waqtu dwar il-progress tal-proċess tal-integrazzjoni mal-UE;

5.

Jenfasizza r-rwol tal-parlament bħala istituzzjoni demokratika ewlenija u għalhekk jitlob li jissaħħaħ ir-rwol superviżorju tiegħu u li jiġi żgurat proċess aktar istituzzjonalizzat ta' konsultazzjoni dwar abbozzi ta' leġiżlazzjoni; jilqa' f'dan ir-rigward l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni riveduta “Dwar ir-rwol tal-Parlament fil-proċess ta' integrazzjoni Ewropea tal-Albanija” fil-5 ta' Marzu 2015, kif ukoll ir-riżoluzzjoni parlamentari konsenswali tal-24 ta' Diċembru 2014 fejn sar qbil li l-oppożizzjoni tirritorna għall-ħidma parlamentari, filwaqt li l-maġġornaza governattiva għandha tfittex il-kunsens tal-oppożizzjoni dwar riformi importanti, li d-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali (QK) jiġu rispettati, u li tiġi indirizzata l-kwistjoni ta' persuni bi preċedenti penali li jokkupaw jew iridu jokkupaw kariga pubblika; jappella għall-implimentazzjoni tagħha f'waqtha b'mod xieraq u kostruttiv; jistieden lill-partiti politiċi kollha jtejbu l-bini ta' kunsens demokratiku, li huwa l-element ewlieni biex il-proċess tal-adeżjoni jimxi 'l quddiem; iqis li huwa importanti li s-soċjetà ċivili, il-midja u ċ-ċittadini tal-Albanija jżommu lill-mexxejja tagħhom responsabbli għar-riżultati tal-politiki speċifiċi;

6.

Jinsab imħasseb dwar il-polarizzazzjoni politika kontinwa fl-Albanija, li tista' tipperikola l-isforzi ulterjuri tal-integrazzjoni mal-UE; ifakkar lill-koalizzjoni fil-gvern u lill-oppożizzjoni dwar ir-responsabbiltà komuni tagħhom fil-konfront taċ-ċittadini għal djalogu politiku sostenibbli, kostruttiv u inklużiv, li jippermetti l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tar-riformi ewlenin; jistieden lill-maġġoranza li qed tiggverna kif ukoll lill-oppożizzjoni jagħmlu aktar sforzi biex jistabbilixxu djalogu politiku ġenwin u jikkooperaw b'mod kostruttiv;

7.

Jenfasiżża li amministrazzjoni pubblika professjonali hija strumentali għall-implimentazzjoni b'suċċess tar-riformi l-oħra kollha; jilqa' għalhekk il-fatt li l-liġi dwar is-Servizz Pubbliku bdiet tiġi implimentata, u jappella biex tiġi segwita l-implimentazzjoni korretta tagħha bil-għan li jittejbu l-kapaċitajiet amministrattivi, tiġi depolitiċizzata l-amministrazzjoni pubblika u miġġielda l-korruzzjoni fis-servizz pubbliku, tissaħħaħ il-meritokrazija fil-ħatriet, fil-promozzjonijiet u fit-tkeċċijiet, tiżdied l-effiċjenza, it-trasparenza, ir-responsabbiltà, il-professjonalità u s-sostenibbiltà finanzjarja tas-servizz pubbliku, kif ukoll tissaħħaħ il-governanza tajba fil-livelli kollha; jappella għat-tisħiħ tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, għal sistema ta' evalwazzjoni tal-impjegati taċ-ċivil u għal monitoraġġ indipendenti tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-servizz pubbliku; iħeġġeġ biex tiġi ffinalizzata strateġija komprensiva għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u l-promozzjoni kontinwa tad-depolarizzazzjoni u tal-għarfien tad-dritt u tal-proċessi deċiżjonali tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-integrità pubblika tissaħħaħ, li s-servizzi pubbliċi jittejbu u li r-riżorsi pubbliċi jiġu amministrati b'mod aktar effikaċi; jitlob titjib fl-aċċess pubbliku għas-servizzi u għall-informazzjoni; jilqa' f'dan ir-rigward il-liġi l-ġdida dwar l-aċċess għall-informazzjoni; jitlob għat-tisħiħ tal-istituzzjoni tal-Ombudsman billi jingħata segwitu adegwat għall-konklużjonijiet u għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu;

8.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi indirizzata s-sistema frammentata tal-gvern lokali u li tinħoloq sistema ta' governanza lokali funzjonali li kapaċi twieġeb għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini permezz tal-forniment effiċjenti tas-servizzi pubbliċi; jappella għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-gvernijiet lokali, li tippermettilhom li jeżerċitaw l-awtorità tagħhom u li jimplimentaw leġiżlazzjoni b'mod li jkun finanzjarjament sostenibbli; jitlob li jiġu infurzati t-trasparenza, l-effikaċja u l-inklussività tal-gvernijiet lokali; jinnota s-sentenza tal-QK dwar il-kontestazzjoni legali tar-riforma amministrattiva u d-diviżjoni territorjali tal-pajjiż;

9.

Jenfasizza l-importanta tal-elezzjonjiet lokali li ġejjin, u jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jimplementaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) u tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali; jappella għat-tisħiħ tal-indipendenza u tal-kapaċitajiet tal-korpi elettorali;

10.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-istat tad-dritt u r-riforma tal-ġudikatura jissaħħu sabiex titrawwem il-fiduċja taċ-ċittadini u tal-komunità tan-negozju fis-sistema ġudizzjarja; jilqa' l-impenn tal-Albanija għar-riformi ġudizzjarji iżda xorta waħda jiddeplora nuqqasijiet persistenti fil-funzjonament tas-sistema ġudizzjarja, bħall-politiċizzazzjoni u obbligu limitat ta' rendikont, livell għoli ta' korruzzjoni, nuqqas ta' riżorsi u kumulu ta' xogħol pendenti; itenni l-ħtieġa li jsiru aktar sforzi sostanzjali biex jiġu żgurati l-indipendenza, l-effiċjenza u r-responsabbiltà tal-ġudikatura u biex titjieb is-sistema tal-ħatriet, tal-promozzjoni u tad-dixxiplina tal-imħallfin, tal-prosekuturi u tal-avukati; jistieden lill-awtoritajiet isegwu riformi b'kooperazzjoni kostruttiva mal-partijiet interessati kollha rilevanti, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ), u b'involviment mal-Kummissjoni ta' Venezja jelaboraw u jimplimentaw strateġija ta' riforma ġudizzjarja fit-tul;

11.

Ifakkar ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Albaniż ta' Novembru 2013 dwar l-integrazzjoni Ewropea tal-Albanija, li approvat għadd ta' miżuri importanti, l-aktar dwar l-istat tad-dritt; jissottolinja l-importanza ta' rispett kbir lill-istat tad-dritt u l-indipendenza u t-trasparenza tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji bħall-Kunsill Għoli tal-Ġustizzja; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm konformità mad-deċiżjonijiet tal-QK dwar din il-kwistjoni; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jippromwovu l-integrità u l-indipendenza tal-istituzzjonijiet demokratiċi ewlenin u d-depolitiċizzazzjoni tal-ġudikatura; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jipproċedi mingħajr dewmien bla bżonn biex issir ġustizzja mal-vittmi tal-ġrajjiet tal-21 ta' Jannar 2011;

12.

Jirrimarka li s-sistema tal-ġustizzja tal-minorenni tinsab fi stat mhux sodisfaċenti; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jressqu pjanijiet biex itejbu s-sitwazzjoni;

13.

Jinsab imħasseb li l-korruzzjoni, inkluż fis-sistema ġudizzjarja, għadha problema serja; iħeġġeġ lill-Albanija ssaħħaħ l-isforzi tagħha b'mod serju biex tiġġieled il-korruzzjoni f'kull livell u ttejjeb il-qafas leġiżlattiv, il-kapaċità istituzzjonali u l-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni interistituzzjonali; jilqa' l-ħatra ta' Koordinatur Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni, li se jikkoordina l-isforzi u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni fil-livell ċentrali, u jitlob l-adozzjoni ta' strateġija kontra l-korruzzjoni komprensiva u preċiza, u ta' pjanijiet ta' azzjoni għall-perjodu 2014-2020; itenni l-ħtieġa li jiġi żviluppat qafas kontra l-korruzzjoni aktar b'saħħtu, li għandu jinkludi firxa wiesgħa ta' istituzzjonijiet; jinnota b'mod pożittiv il-passi lejn aktar trasparenza, fosthom il-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-assi minn uffiċjali għolja kif ukoll it-twaqqif ta' punti fokali kontra l-korruzzjoni għall-ministeri kollha;

14.

Itenni l-ħtieġa li jiġu żviluppati riżultati konkreti ta' investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u kundanni fil-livelli kollha, inkluż f'każijiet ta' korruzzjoni ta' livell għoli; iqis li huwa essenzjali li jkun hemm titjib fl-effiċjenza tal-investigazzjonijiet u li jiġu pprovduti biżżejjed riżorsi, taħriġ u persunal speċjalizzat fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, b'mod partikolari fl-oqsma tal-akkwist pubbliku, is-saħħa, it-tassazzjoni, l-edukazzjoni, il-pulizija, id-dwana u l-amministrazzjoni lokali; iħeġġeġ il-parteċipazzjoni u r-rwol ta' monitoraġġ tal-OSĊ fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jappella għall-użu sistematiku ta' sekwestru ta' assi kriminali, għal kundanni għall-ħasil ta' flus u għall-użu sistematiku tal-investigazzjonijiet finanzjarji; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jsaħħu l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-protezzjoni tal-informaturi;

15.

Huwa mħasseb li, minkejja xejra pożittiva fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-traffikar u l-produzzjoni ta' narkotiċi, din il-ġlieda għadha sfida importanti; filwaqt li jirrikonoxxi s-suċċess tal-operazzjonijiet reċenti tal-pulizija, jistieden lill-Albanija, tiżviluppa approċċ strateġiku komprensiv u tadotta miżuri biex tneħħi l-ostakli għall-effiċjenza tal-investigazzjonijiet bil-ħsieb li tikseb riżultati konkreti fl-investigazzjonijiet, fil-prosekuzzjonijiet u fil-kundanni fl-oqsma u fil-livelli kollha; iħeġġeġ żvilupp ulterjuri tal-koordinament bejn l-aġenziji, inkluż fuq livell lokali, u tal-kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali tal-pulizija u dik ġudizzjarja; jirrakkomanda t-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi ma' aġenziji sħab fil-Balkani tal-Punent u mas-servizzi tal-Istati Membri tal-UE;

16.

Ifaħħar l-isforzi għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin li għadha sfida serja; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jiżviluppaw approċċ komprensiv u orjentat lejn il-vittmi, itejbu l-koordinament interistituzzjonali, u jiżviluppaw il-kapaċitajiet tal-prosekuturi, tal-imħallfin u tal-pulizija; itenni l-ħtieġa għal attivitajiet ta' taħriġ speċjalizzat konġunti u kontinwi li jinvolvu prosekuturi, imħallfin u uffiċjali tal-pulizija; jilqa' l-kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-uffiċċju tal-prosekutur Albaniżi mal-Istati Membri tal-UE, li wasslet għal riżultati tajbin;

17.

Ifaħħar lill-Ombudsman għax-xogħol tiegħu fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-atteġġjament miftuħ tiegħu lejn persuni vulnerabbli u l-kooperazzjoni tiegħu mal-OSĊ; jiddeplora l-fatt li r-rapporti annwali u speċjali tal-Ombudsman ma ġewx diskussi fil-parlament, u għaldaqstant ma jistgħux jiġu ppubblikati u mhumiex rikonoxxuti b'mod uffiċjali; jistieden lill-Gvern u lill-Parlament isaħħu l-indipendenza, l-effiċjenza u l-effikaċja tal-istituzzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, itejbu l-kooperazzjoni mal-uffiċċju tal-Ombudsman u jappoġġawh aktar politikament u finanzjarjament;

18.

Jissottolinja t-tħassib dwar is-sigurtà minħabba r-ritorn ta' ġellieda barranin; jilqa' miżuri li jimpedixxu r-radikalizzazzjoni li jindirizzaw il-fenomenu tal-ġellieda barranin; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu implimentati l-istrateġija u l-pjan ta' azzjoni dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu; jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda tal-persunal fl-unità tal-pulizija kontra t-terroriżmu u jinkoraġġixxi intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; jilqa' l-ftehim operattiv ġdid iffirmat mal-Europol u jitlob għall-implimentazzjoni effiċjenti tiegħu;

19.

Jisħaq fuq il-bżonn li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni ċivika fil-ħajja pubblika u fit-tfassil u t-teħid tal-politika kif ukoll fil-proċess tal-integrazzjoni Ewropea sabiex jitrawwem kunsens nazzjonali wiesa' dwar ir-riformi u dwar il-proċess tal-adeżjoni mal-UE; jirrakkomanda żvilupp akbar ta' mekkaniżmi ta' konsultazzjoni ma' (u bejn) is-soċjetà ċivili u l-komunitajiet lokali; huwa mħasseb li l-politiċizzazzjoni tal-OSĊ tista' tnaqqas il-potenzjal tar-rwol tagħhom fit-tisħiħ tal-kultura tad-demokrazija;

20.

Ifaħħar l-armonija reliġjuża u l-klima ta' tolleranza reliġjuża, u r-relazzjonijiet ġeneralment tajbin bejn il-gruppi etniċi fil-pajjiż; jitlob lill-awtoritajiet kompetenti jkomplu jtejbu l-klima ta' inklużjoni u ta' tolleranza għall-minoranzi kollha fil-pajjiż; iħeġġeġ lill-Gvern jadotta, wara proċess ta' konsultazzjoni wiesa', liġi komprensiva dwar il-minoranzi sabiex jirrimedja lakuni legali eżistenti f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konsultattiv tal-Konvenzjoni ta' Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Minoranzi Nazzjonali, u jimplimenta b'mod effiċjenti l-Liġi dwar il-Protezzjoni mid-Diskriminazzjoni, u jibni ġurisprudenza soda kontra d-diskriminazzjoni; ifaħħar il-kontribut tal-Kummissarju għall-Protezzjoni mid-Diskriminazzjoni fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, inkluża dik fuq bażi tal-ġeneru, speċjalment fl-impjiegi, fl-edukazzjoni u fl-aċċess għas-servizzi soċjali; iħeġġeġ li jittieħdu aktar miżuri biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tar-Rom billi jtejbulhom l-aċċess għas-servizzi tal-insinwa, id-djar, l-edukazzjoni, is-suq tax-xogħol u s-servizzi soċjali u ta' kura tas-saħħa; jenfasizza li l-kundizzjonijiet tal-għajxien tar-Rom jeħtieġ ukoll li jittejbu permezz ta' koordinazzjoni aħjar bejn il-gvern ċentrali u lokali u kooperazzjoni interministerjali;

21.

Jilqa' t-twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-ħatra ta' koordinaturi dwar l-ugwaljanza tal-ġeneru għall-ministeri kollha; jappella għal aktar miżuri biex jiġu indirizzati l-vjolenza domestika, il-każijiet ta' aċċess inadegwat tan-nisa għall-ġustizzja, u l-preġudizzju sessista fl-impjiegi; jilqa' l-inklużjoni tal-komunità LGBTI fl-istrateġija 2015-2020 dwar l-inklużjoni soċjali, it-twaqqif ta' grupp ta' ħidma dwar id-drittijiet tal-persuni LGBTI fil-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali u l-ftuħ tal-ewwel xelter residenzjali għall-persuni LGBTI; ifaħħar l-emendi għall-Kodiċi Kriminali li jippenalizzaw reati u diskorsi ta' mibegħda abbażi tal-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru;

22.

Barra minn hekk, jinkoraġġixxi lill-gvern sabiex jaħdem fuq abbozz dwar ir-rikonoxximent tal-ġeneru, u jiżgura li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-ġeneru jilħqu l-istandards stipulati fir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010) tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati Membri dwar miżuri għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi ta' orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru; jemmen li d-drittijiet fundamentali tal-persuni LGBTI aktarx li jkunu aktar imħarsa jekk huma jkollhom aċċess għal istituzzjonijiet legali bħall-koabitazzjoni, sħubija reġistrata jew żwieġ, u jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet Albaniżi jqisu dawn l-għażliet;

23.

Jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jwieġbu għat-talba tan-Nazzjonijiet Uniti u għar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman sabiex joħolqu bażi ta' data omoġenja u affidabbli, li tattiva l-Kunsill ta' Koordinament għall-Ġlieda Kontra l-Vendetti li Jintirtu stabbilit fl-2005 u jiżviluppaw pjan ta' azzjoni li jiffoka fuq l-aspettu tal-istat tad-dritt fil-ġlieda kontra l-vendetti li jintirtu;

24.

Jenfasizza l-importanza kruċjali li s-servizz tax-xandir pubbliku jkun professjonali, indipendenti u pluralistiku, u l-midja privata bħala pilastru tad-demokrazija; huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta' indipendenza ġenwina tal-midja u n-nuqqas ta' trasparenza tas-sjieda u tal-finanzjament tal-midja; iħeġġeġ lill-Albanija tiżgura lill-ġurnalisti ambjent tax-xogħol ħieles; jenfasizza li aktar sforzi huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-awtorità regolatorja tal-midja u tax-xandir pubbliku; huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta' trasparenza tas-sjieda u tal-finanzjament tal-midja, il-polarizzazzjoni tal-midja u l-awtoċensura; jitlob li jissaħħu l-istandards etiċi u professjonali tal-ġurnalisti; iħeġġeġ l-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni dwar il-malafama; jinnota li l-elezzjoni tal-president u tal-membri tal-bord il-ġodda tal-Awtorità tal-Midja Awdjoviżiva (AMA) ġiet ikkontestata mill-oppożizzjoni; iħeġġeġ lill-gvern jiggarantixxi l-indipendenza u l-appoġġ tiegħu, sabiex l-AMA tkun tista' tassumi l-funzjonijiet tagħha b'mod sħiħ, inkluż fir-rigward tal-iffaċilitar tal-proċess tal-bidla diġitali u tal-implimentazzjoni effiċjenti tal-Liġi tal-Midja Awdjoviżiva;

25.

Jilqa' t-titjib fil-klima kummerċjali u t-twettiq ta' ekonomija tas-suq li taħdem, iżda jappella lill-gvern ikompli jindirizza d-dgħufijiet fl-infurzar tal-kuntratti u tal-istat tad-dritt, kif ukoll jindirizza l-ekonomija informali kbira; jappella għal aktar riformi sabiex l-Albanija tkampa mal-pressjoni kompetittiva tas-suq komuni Ewropew; jistieden lill-gvern isaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà u jħaffef il-pass tal-ħolqien ta' politika sostenibbli u koerenti tal-leġiżlazzjoni, r-restituzzjoni u l-kumpens tal-proprjetà; jissottolinja l-importanza li jinħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-iżvilupp tas-settur privat u l-investiment dirett barrani;

26.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-edukazzjoni u t-taħriġ jittejbu biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet u tiżdied l-impjegabbiltà, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ; jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera mill-qrib mal-gvern biex jindirizzaw il-punti dgħajfin fil-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol, inkluż żieda fil-qgħad, u bil-għan li jipprovdu soluzzjonijiet f'konformità mal-istrateġija Ewropa 2020; jilqa' d-Dokument ta' Strateġija Indikattiv għall-Albanija 2014-2020, li għaraf li l-edukazzjoni, l-impjiegi u l-politiki soċjali jeħtieġu appoġġ permezz tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA);

27.

Jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jfasslu strateġija nazzjonali għall-enerġija b'enfasi partikolari fuq l-enerġiji rinnovabbli u s-sigurtà tal-enerġija, inkluż d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija; huwa tal-fehma li l-Albanija għandha tinvesti aktar fi proġetti ta' enerġija rinnovabbli u f'infrastruttura relatata; jistieden lill-Albanija tqis l-impatt ekoloġiku ta' proġetti tal-idroenerġija fuq il-wirt naturali nazzjonali; jitlob li jkun hemm konformità mad-Direttiva Qafas tal-UE dwar l-Ilma, li għandha l-għan li tikseb status ekoloġiku u kimiku tajjeb tal-korpi tal-ilmijiet tal-wiċċ naturali kollha;

28.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi jiżviluppaw pjanijiet komprensivi għall-immaniġjar tal-parks nazzjonali eżistenti f'konformità mal-linji gwidi tal-kwalità u l-immaniġġjar taż-żoni protetti ta' kategorija II tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura u tar-Riżorsi Naturali tal-Kummissjoni Dinjija għaż-Żoni Protetti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jabbandunaw kwalunkwe pjan ta' żvilupp li jimmina n-netwerk taż-żoni protetti tal-pajjiiż u jitlob li jiġu abbandunati l-pjanijiet għal bini ta' impjanti idroelettriċi żgħar u kbar, b'mod partikolari fil-parks nazzjonali kollha; jitlob, b'mod partikolari, li l-pjanijiet għall-bini ta' impjanti idroelettriċi tul ix-xmara Vjosa u t-tributarji tagħha jiġu kkunsidrati, peress li dawn il-proġetti se jkunu ta' dannu għall-aħħar ekosistema estensiva ta' xmajjar li għadha intatta u kważi naturali;

29.

Jilqa' l-attitudni kontinwament kostruttiva u proattiva tal-Albanija fil-kooperazzjoni reġjonali u bilaterali; jenfasizza r-rwol strumentali tagħha fit-tisħiħ tal-istabbiltà reġjonali; ifaħħar ir-rieda politika li jittejbu r-relazzjonijiet mas-Serbja; jinkoraġġixxi lill-Albanija u lis-Serbja jieħdu aktar azzjonijiet u jagħmlu dikjarazzjonijiet li jippromwovu stabbiltà u kooperazzjoni reġjonali u relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien; jinsab skunċertat bid-dikjarazzjonijiet tal-Prim Ministru Albaniż fejn huwa spekula dwar l-unifikazzjoni tal-Albaniżi mill-Albanija u l-Kosovo; jinkoraġġixxi lill-Albanija żżomm il-pożizzjoni kostruttiva tagħha fir-reġjun u taqsam ma' pajjiżi oħra tal-Balkani tal-Punent l-għarfien u l-esperjenza miksuba matul il-proċess tal-adeżjoni tagħhom mal-UE, bil-għan li tiġi intensifikata l-kooperazzjoni u l-istabbiltà ulterjuri fir-reġjun; jilqa' l-allinjament sħiħ tal-Albanija mal-pożizzjonijiet tal-UE dwar il-politika barranija, inklużi l-miżuri restrittivi tal-UE fil-konfront tar-Russja, kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-Albanija fl-operazzjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet tal-PSDK; jinnota l-ambizzjonijiet tagħha, bħala l-President fil-Kariga attwali tal-Proċess ta' Kooperazzjoni fix-Xlokk tal-Ewropa, biex tkompli tippromwovi djalogu bejn il-pajjiżi parteċipanti; jistieden lill-Albanija tipparteċipa b'mod attiv fl-implimentazzjoni tal-istrateġija Adrijatika-Jonika tal-Unjoni Ewropea;

30.

Jitlob li l-kooperazzjoni interparlamentari bejn il-PE u l-Albanija tissaħħaħ; jirrakkomanda l-armonizzazzjoni, kemm jista' jkun, tal-kalendarju futur tal-laqgħat tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Albanija u dak tad- Djalogu ta' Livell Għoli dwar il-Prijoritajiet Ewlenin, sabiex tissaħħaħ is-sorveljanza parlamentari tal-proċess tal-adeżjoni mal-UE;

31.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Albanija.


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/69


P8_TA(2015)0182

Rapport ta' Progress 2014 dwar il-Bosnja-Ħerzegovina

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' April 2015 dwar ir-Rapport ta' Progress 2014 dwar il-Bosnja-Ħerzegovina (2014/2952(RSP))

(2016/C 346/12)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa waħda u l-Bosnja-Ħerzegovina (BiH) min-naħa l-oħra, iffirmat fis-16 ta' Ġunju 2008 u rratifikat mill-Istati Membri kollha tal-UE u mill-Bosnja-Ħerzegovina,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19-20 ta' Ġunju 2003 dwar il-Balkani tal-Punent u l-anness tagħhom bit-titolu “L-Aġenda ta' Tessaloniki għall-Balkani tal-Punent: nimxu lejn l-integrazzjoni Ewropea”,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru, is-17-18 ta' Novembru, il-15 u s-16 ta' Diċembru 2014,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “L-Istrateġija tat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2014-2015” tat-8 ta' Ottubru 2014 (COM(2014)0700), akkumpanjata mid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2014)0305 bit-titolu “Bosnja-Ħerzegovina: Rapport ta' Progress 2014”, kif ukoll id-Dokument ta' Strateġija Indikattiv dwar il-Bosnja-Ħerzegovina (2014-2017), adottat fil-15 ta' Diċembru 2014,

wara li kkunsidra l-Impenn bil-Miktub għall-Integrazzjoni tal-UE adottat mill-Presidenza tal-BiH fid-29 ta' Jannar 2015 u approvat mill-Assemblea Parlamentari tal-BiH fit-23 ta' Frar 2015,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Jannar 2015 li taħtar lil Lars-Gunnar Wigemark bħala Rappreżentant Speċjali tal-UE u Kap tad-Delegazzjoni għall-Bosnja-Ħerzegovina,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-pajjiż,

wara li kkunsidra l-ħidma ta' Cristian Dan Preda bħala rapporteur permanenti dwar il-Bosnja-Ħerzegovina tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-UE ddikjarat ripetutament l-impenn inekwivoku tagħha għall-perspettiva Ewropea tal-BiH u l-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tagħha;

B.

billi l-UE offriet opportunità ġdida lill-BiH ibbażata fuq approċċ ikkoordinat imfassal biex jgħin lill-pajjiż ikompli bil-proċess ta' riforma tiegħu, itejjeb is-sitwazzjoni soċjali u ekonomika tiegħu u joqrob aktar lejn l-Unjoni Ewropea; billi issa qed jintalbu impenn u rabta ugwalment inekwivoċi mill-klassi politika tal-pajjiż; billi l-adeżjoni mal-UE hija proċess inklużiv li jappartjeni lill-pajjiż kollu u liċ-ċittadini kollha tiegħu, u teħtieġ kunsens nazzjonali dwar l-aġenda ta' riforma;

C.

billi l-istruttura istituzzjonali tant kumplessa u ineffiċjenti, in-nuqqas ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni suffiċjenti bejn il-mexxejja politiċi tal-BiH u l-livelli kollha ta' gvern, in-nuqqas ta' viżjoni komuni u rieda politika, u l-attitudnijiet etnoċentriċi fixklu serjament il-progress fil-pajjiż; billi nuqqas ta' qbil dwar linji politiċi u etniċi kellhom effett negattiv kbir fuq il-ħidma tal-assemblej fil-livell statali;

D.

billi l-perjodu estiż ta' staġnar politiku jirrappreżenta impediment serju għall-istabilizzazzjoni u l-iżvilupp tal-pajjiż u qiegħed iċaħħad liċ-ċittadini minn futur sigur u prosperuż; billi l-apatija politika, il-qgħad, il-livelli għoljin ħafna ta' korruzzjoni u n-nuqqas ta' kuntentizza bil-klassi politika wasslu għal inkwiet ċivili, li nfirex minn Tuzla għal mal-pajjiż kollu fi Frar 2014;

E.

billi l-UE poġġiet l-istat tad-dritt fil-qalba tal-proċess ta' tkabbir tagħha; billi appoġġ politiku b'saħħtu huwa essenzjali sabiex jinkiseb progress f'dawn l-oqsma;

F.

billi l-korruzzjoni hija mifruxa, l-amministrazzjoni pubblika frammentata, il-ħafna sistemi legali differenti joħolqu sfida, il-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili għadhom dgħajfa, ix-xena tal-midja hija polarizzata, u l-ugwaljanza tad-drittijiet mhix żgurata għall-popli u ċ-ċittadini kostituttivi kollha;

G.

billi aktar minn 50 % tad-dħul tal-istat tal-BiH jintefaq fuq iż-żamma tal-amministrazzjoni f'diversi livelli; billi skont l-indikaturi tal-Bank Dinji, il-BiH hija l-pajjiż Ewropew bl-iktar klassifikazzjoni baxxa għal faċilità biex isir il-kummerċ u wieħed mill-pajjiżi li jinsab l-aktar fil-baxx fl-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni; billi l-BiH għandha l-ogħla rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa (59 % tal-popolazzjoni attiva għandha bejn il-15 u l-24 sena);

1.

Jilqa' l-fatt li l-Kunsill wieġeb għas-sejħa tiegħu biex jerġa' jiġi kkunsidrat l-approċċ tal-UE lejn il-BiH; iħeġġeġ lill-mexxejja l-ġodda tal-BiH jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ ħalli jwettqu r-riformi istituzzjonali, ekonomiċi u soċjali meħtieġa biex itejbu l-ħajjiet taċ-ċittadini tal-BiH u jippermettu li jsir progress fit-triq lejn l-adeżjoni mal-UE; jindika li biex l-applikazzjoni għas-sħubija tiġi kkunsidrata, se jkun meħtieġ li jsir progress sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-aġenda għar-riformi, inkluż il-Patt għal Tkabbir u Impjiegi; jenfasizza l-fatt li l-BiH, bħal pajjiżi kandidati (potenzjali) l-oħra kollha, għandha tiġi ġġudikata fuq il-merti tagħha stess, u li r-rapidità u l-kwalità tar-riformi meħtieġa għandhom jiddeterminaw l-iskeda ta' żmien għall-adeżjoni tagħha;

2.

Jisħaq li l-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-implimentazzjoni tad-deċiżjoni Sejdić-Finci meta mistoqsija mill-Kunsill biex tipprepara opinjoni dwar l-applikazzjoni għal sħubija mal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tkun lesta tiffaċilita ftehim dwar l-implimentazzjoni tagħha ħalli tiggarantixxi drittijiet ugwali għaċ-ċittadini kollha u tkun strumentali fl-implimentazzjoni tal-objettivi tal-aġenda tal-UE, inklużi sistema funzjonali ta' governanza tajba, żvilupp demokratiku u prosperità ekonomika u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;

3.

Jappoġġja bil-qawwa l-integrazzjoni Ewropea tal-BiH u jemmen li l-involviment rinforzat tal-UE għandu jiffoka, fost l-oħrajn, fuq kwistjonijiet soċjoekonomiċi, l-ambjent tan-negozju, il-qafas istituzzjonali, l-istat tad-dritt u l-governanza, il-politika ta' infurzar tal-liġi, ġudikatura indipendenti, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, is-soċjetà ċivili u ż-żgħażagħ, filwaqt li jżomm kif inhi l-kondizzjonalità tal-UE għall-adeżjoni; jistieden lill-VP/RGħ, il-Kummissjoni u l-Istati Membri biex iżommu pożizzjoni tal-UE kkoordinata, konsistenti u koerenti u juru li l-integrazzjoni tal-BiH fl-UE hija prijorità għall-politika barranija tal-UE; jenfasizza li l-UE għandha tfittex li tiġbor flimkien id-donaturi finanzjarji kollha sabiex tappoġġja l-implimentazzjoni effiċjenti tal-approċċ imġedded tal-UE u l-Impenn bil-Miktub;

4.

Jilqa' l-Impenn bil-Miktub għall-Integrazzjoni tal-UE, adottat mill-Presidenza tal-BiH, iffirmat mill-mexxejja tal-partiti politiċi kollha u approvat mill-Parlament tal-BiH fit-23 ta' Frar 2015, dwar miżuri li jistabbilixxu l-funzjonalità u l-effiċjenza istituzzjonali, iniedu riformi fil-livelli kollha ta' governanza, jaċċelleraw il-proċess ta' rikonċiljazzjoni u jsaħħu l-kapaċità amministrattiva; jirrikonoxxi li l-Impenn witta t-triq għal qbil fil-Kunsill fis-16 ta' Marzu 2015 biex jipproċedi bil-konklużjoni u d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA); jilqa' d-dħul fis-seħħ tal-FSA skedat għall-1 ta' Ġunju 2015, li se jippermetti lill-BiH u lill-UE jaħdmu flimkien aktar mill-qrib u japprofondixxu r-relazzjoni tagħhom; jitlob li jkun hemm kollaborazzjoni sħiħa tal-mexxejja politiċi kollha fl-implimentazzjoni bir-reqqa u effiċjenti ta' dan l-Impenn, speċjalment fit-tisħiħ tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata; ifakkar li l-impenn politiku u s-sjieda ġenwina tal-proċess tar-riforma huma kruċjali; jistieden lill-mexxejja l-ġodda tal-BiH jaqblu mal-UE dwar pjan direzzjonali konkret għal aġenda ta' riforma wiesgħa u inklużiva biex il-pajjiż javvanza fit-triqtu lejn l-UE; jitlob li jkun hemm trasparenza fil-proċess tar-riformi tal-ippjanar u l-implimentazzjoni u jħeġġeġ lis-soċjetà ċivili tkun inkluża fil-proċess ta' riforma;

5.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu rigward id-dikjarazzjoni adottata fil-25 ta' April 2015 mill-kungress tal-Alleanza tad-Demokratiċi Soċjali Indipendenti (SNSD) fil-Lvant ta' Sarajevo, filwaqt li jitlob inter alia li jsir referendum dwar l-indipendenza tar-Repubblika Srpska fl-2018; jissottolinja l-fatt li skont il-Ftehim ta' Dayton, ir-Repubblika Srpska m'għandhiex dritt għal seċessjoni; ifakkar li, bl-adozzjoni tal-Impenn bil-Miktub, il-forzi politiċi kollha, inkluża l-SNSD, impenjaw ruħhom biex jirrispettaw is-“sovranità, l-integrità territorjali u l-indipendenza politika tal-Bosnja-Ħerzegovina”; iħeġġeġ lill-mexxejja politiċi l-ġodda ma jużawx retorika nazzjonalista u seċessjonista ta' firda li tippolarizza lis-soċjetà u biex jimpenjaw ruħhom serjament f'riformi li jtejbu l-ħajjiet taċ-ċittadini tal-BiH, joħolqu stat demokratiku, inklużiv u li jiffunzjona u jressqu l-pajjiż eqreb lejn l-UE;

6.

Jistieden lill-mexxejja politiċi biex jagħtu prijorità lill-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' koordinament tal-UE effikaċi, li jorbot l-istituzzjonijiet fil-livelli kollha ta' governanza b'mod effiċjenti, ħalli jiżgura allinjament mal-acquis tal-UE u l-infurzar tiegħu mal-pajjiż kollu fl-interess tal-prosperità ġenerali taċ-ċittadini tiegħu; jisħaq li mingħajr tali mekkaniżmu, il-proċess ta' adeżjoni mal-UE se jibqa' mwaħħal, peress li l-organizzazzjoni attwali tal-pajjiż hi wisq ineffiċjenti u ma tiffunzjonax; jenfasizza li l-istabbiliment ta' tali mekkaniżmu se jiftaħ it-triq għall-BiH biex tibbenefika b'mod sħiħ mill-finanzjament disponibbli; jenfasizza l-ħtieġa li jittieħdu passi konkreti ta' riforma u li l-pajjiż u ċ-ċittadini tiegħu jingħataw direzzjoni ċara;

7.

Jenfasizza li l-indirizzar tal-ħtiġijiet soċjoekonomiċi taċ-ċittadini għandhom ikunu prijorità; iqis li huwa wkoll kruċjali, madankollu, li tkompli għaddejja l-ħidma, b'mod parallel, fuq ir-riformi politiċi u d-demokratizzazzjoni tas-sistema politika; jenfasizza l-fatt li l-prosperità ekonomika hija possibbli biss jekk tkun ibbażata fuq soċjetà u stat demokratiċi u inklużivi; jenfasizza wkoll li l-BiH mhix se tkun kandidat b'suċċess għal sħubija fl-UE sa ma jkunu ġew stabbiliti l-kundizzjonijiet istituzzjonali xierqa; jinnota li r-riforma kostituzzjonali mmirata lejn il-konsolidazzjoni, is-simplifikazzjoni u t-tisħiħ tal-qafas istituzzjonali tibqa' kruċjali għat-trasformazzjoni tal-BiH fi stat effikaċi, inklużiv u kompletament funzjonali; ifakkar li r-riforma kostituzzjonali futura għandha tieħu wkoll kont tal-prinċipji tal-federaliżmu, id-deċentralizzazzjoni, is-sussidjarjetà u r-rappreżentanza leġittima sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni effiċjenti u bla xkiel tal-BiH fl-UE; iħeġġeġ lill-mexxejja politiċi kollha biex jaħdmu fuq l-introduzzjoni tal-bidliet meħtieġa;

8.

Jilqa' l-inizjattivi tal-Kummissjoni biex tgħaġġel l-implimentazzjoni ta' proġetti taħt l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) u ssaħħaħ il-governanza ekonomika; jiddispjaċih li n-nuqqas ta' azzjoni jista' jkollu implikazzjonijiet fuq l-allokazzjoni tal-fondi tal-UE għall-iżvilupp politiku u soċjoekonomiku taħt l-IPA-II; iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti biex jaqblu fuq strateġiji tas-setturi madwar il-pajjiż kollu, b'mod partikolari fl-oqsma ta' prijorità tat-trasport, l-enerġija, l-ambjent u l-agrikoltura bħala rekwiżiti ewlenin biex ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-finanzjament tal-IPA;

9.

Ifaħħar l-andament organizzat tal-elezzjonijiet ta' Ottubru 2014; jinnota, madankollu, li għat-tieni darba konsekuttiva l-proċess elettorali seħħ mingħajr ma kull ċittadin seta' jikkontesta għal kull kariga; jenfasizza l-importanza kruċjali tat-twaqqif tal-organi parlamentari ġodda kollha u l-gvernijiet fil-livelli kollha bħala kwistjoni ta' urġenza; iħeġġeġ lill-mexxejja l-ġodda josservaw il-prinċipju ta' vot universali, ugwali u dirett, iżommu kuntatt man-nies, jinvolvu ruħhom mas-soċjetà ċivili u jipprovdu tweġibiet responsabbli u immedjati għat-tħassib leġittimu tagħhom; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jinvestigaw allegazzjonijiet serji ħafna kontra l-Prim Ministru tar-Repubblika Srpska (RS) dwar l-involviment tagħha fix-xiri tal-voti ta' żewġ MPs li ma jappartjenux mal-partit tagħha sabiex tikseb maġġoranza fl-Assemblea Nazzjonali tal-RS (RSNA);

10.

Jilqa' s-solidarjetà nazzjonali u internazzjonali ferm kbira, inkluż fi ħdan il-Programm ta' Rkupru għall-Għargħar tal-UE, bħala rispons għad-diżastri naturali tal-2014; jilqa' l-fatt li l-UE ħadet miżuri ta' salvataġġ u sokkors immedjati u sostanzjali, fuq talba tal-BiH, u organizzat konferenza tad-donaturi li saret f'Lulju 2014, li kienet ospitata mill-Kummissjoni u organizzata b'mod konġunt ma' Franza u s-Slovenja; jenfasizza li l-Kummissjoni stiednet lill-BiH biex tissieħeb fil-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili; jitlob għal miżuri preventivi effikaċi u kkoordinati fil-livelli kollha biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tad-diżastri attwali u biex jiġu evitati diżastri bħal dawn fil-futur; jilqa' l-ħafna eżempji pożittivi ta' kooperazzjoni interetnika mill-qrib ħafna u appoġġ wara l-għargħar bħala sinjal li r-rikonċiljazzjoni hija possibbli; jemmen li l-kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjonijiet mill-qrib ma' pajjiżi ġirien huma fatturi essenzjali fir-rispons għal diżastri bħal dawn fil-futur;

11.

Ifakkar li amministrazzjoni pubblika professjonali, effikaċi u bbażata fuq il-mertu hija s-sinsla tal-proċess ta' integrazzjoni tal-BiH u ta' kwalunkwe pajjiż li jaspira li jsir Stat Membru tal-UE; jinsab imħasseb serjament dwar il-fatt li l-amministrazzjoni pubblika, li mistennija tgħin lill-BiH tavvanza lejn is-sħubija mal-UE u ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-għajxien taċ-ċittadini tagħha, għadha frammentata, politiċizzata u ma tiffunzjonax sew; jibqa' mħasseb dwar is-sostenibbiltà finanzjarja tagħha u l-fatt li n-nuqqas ta' rieda politika li tirriforma l-amministrazzjoni jista' jkollu impatt fuq l-għoti tas-servizzi pubbliċi; iħeġġeġ l-atturi kompetenti kollha jadottaw strateġija ġdida għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u pjan ta' azzjoni lil hinn mill-2014 sabiex jissimplifikaw l-istruttura istituzzjonali kumplessa, jiġu razzjonalizzati n-nefqiet u jagħmlu l-istat aktar funzjonali;

12.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jagħmlu l-ġlieda kontra l-korruzzjoni prijorità assoluta, peress li għadha ma rriżultatx f'titjib sodisfaċenti u li l-korruzzjoni taffettwa s-setturi kollha, inklużi s-saħħa u l-edukazzjoni, tisfrutta l-aktar persuni vulnerabbli, u żżid il-pessimiżu, bir-riżultat li aktar u aktar ċittadini jitilfu l-fiduċja fl-istituzzjonijiet tagħhom; jitlob għal mekkaniżmi effikaċi kontra l-korruzzjoni, segwitu ġudizzjarju indipendenti u konsultazzjonijiet inklużivi mal-partijiet interessati kollha li għandhom jiggarantixxu l-adozzjoni fil-ħin ta' qafas strateġiku mġedded għall-2015-2019; jitlob, b'mod ġenerali, għall-implimentazzjoni effiċjenti tal-miżuri kontra l-korruzzjoni; jilqa' l-adozzjoni ta' sett ta' liġijiet kontra l-korruzzjoni, inkluż dwar il-promozzjoni tal-ħarsien tal-informaturi fil-livell statali u l-ħolqien ta' entitajiet preventivi fil-livell ta' federazzjoni; jikkundanna t-tentattivi biex jiddgħajfu l-prinċipji eżistenti tal-istat tad-dritt u jinsab imħasseb li l-liġi l-ġdida dwar il-kunflitti ta' interess iddgħajjef il-qafas legali u tirrappreżenta pass lura fil-prevenzjoni ta' kunflitti ta' interess billi żżid ir-riskju ta' interferenza politika u ma toffri l-ebda inċentiv għall-uffiċjali biex jikkonformaw; jitlob għat-tisħiħ tal-korpi parlamentari għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess; iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti jtejbu ir-rekord rigward l-investigazzjoni effikaċi, il-prosekuzzjoni u l-kundanni f'każijiet ta' korruzzjoni ta' profil għoli, speċjalment fil-qafas tal-akkwist pubbliku u l-privatizzazzjoni;

13.

Jibqa' mħasseb serjament dwar l-ineffiċjenza tas-sistema ġudizzjarja, ir-riskju ta' interferenza politika fi proċedimenti tal-qorti, il-politiċizzazzjoni ta' proċeduri ta' ħatra, il-ġudikatura u l-proċess baġitarju ta' prosekuzzjoni frammentati u r-riskju ta' kunflitti ta' interess fost il-ġudikatura; iħeġġeġ lill-mexxejja l-ġodda tal-pajjiż biex jimpenjaw ruħhom fit-twettiq ta' riformi strutturali u istituzzjonali li jindirizzaw, fost l-oħrajn, l-armonizzazzjoni tal-erba' sistemi legali differenti; jistedinhom jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, bħar-riforma istituzzjonali tal-ġudikatura fil-livell statali, inkluża l-adozzjoni ta' liġi dwar il-qrati tal-BiH; iħeġġeġ lill-Kunsill tal-Ministri li jmiss biex jadotta l-Istrateġija ta' Riforma Ġudizzjarja l-ġdida diġà ppreparata; itenni mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-uffiċċju tal-Ombudsman; jinnota li moratorju fuq il-piena kapitali għadu fis-seħħ skont il-Kostituzzjoni tal-RS u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-RS jabolixxu l-piena tal-mewt mingħajr aktar dewmien;

14.

Jinsab imħasseb li l-aċċess għal għajnuna legali bla ħlas huwa limitat ħafna u li d-dritt għall-għoti tagħha għadha regolata legalment madwar il-BiH kollha, fejn b'hekk tirrestrinġi d-dritt għall-ġustizzja għall-persuni l-aktar vulnerabbli; iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti jadottaw liġi dwar l-għajnuna legali mingħajr ħlas fil-livell statali u jiddefinixxu b'mod ċar ir-rwol tas-soċjetà ċivili fil-provvista tagħha;

15.

Jilqa' it-twessigħ tad-Djalogu Strutturat UE-BiH dwar il-Ġustizzja biex jinkludi kwistjonijiet addizzjonali dwar l-istat tad-dritt, speċjalment il-korruzzjoni u d-diskriminazzjoni, u l-fatt li qed iwassal xi riżultati pożittivi fil-kooperazzjoni reġjonali, l-ipproċessar tad-delitti tal-gwerra, u l-professjonaliżmu u l-effiċjenza tal-ġudikatura; jilqa' l-inklużjoni tas-soċjetà ċivili fil-proċess; jinnota li l-kundizzjonijiet f'diversi qrati fl-Entitajiet marru għall-aħjar, inkluża l-protezzjoni tax-xhieda;

16.

Jinsab imħasseb li ċerti dikjarazzjonijiet tefgħu dubju fuq il-leġittimità tal-kundanni tal-ICTY, u għaldaqstant dgħajfu l-qorti fl-Aja; jitlob li jittieħdu passi biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-vittmi u jtejbu l-ħidma tal-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-BiH billi jiġi rivedut l-ipproċessar tal-każijiet ta' delitti tal-gwerra tal-Kategorija II; jilqa' l-progress fit-tnaqqis tal-każijiet pendenti tad-delitti tal-gwerra; jinnota li l-prosekuzzjoni tal-każijiet ta' delitti tal-gwerra li jinvolvu vjolenza sesswali tjiebet u jitlob li dan il-proċess jitkompla fil-futur; jenfasizza l-ħtieġa li l-awtoritajiet kompetenti jadottaw il-programm fil-livell statali li ilu ħafna pendenti ħalli jtejbu l-istatus tal-vittmi ta' tali delitti tal-gwerra, inkluż id-dritt tagħhom għal kumpens, biex jiżguraw l-aċċess effikaċi tagħhom għall-ġustizzja u jaġġornaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali tal-BiH dwar il-vjolenza sesswali f'konformità mal-istandards internazzjonali;

17.

Jinsab imħasseb bin-numru dejjem għoli ta' persuni nieqsa u l-progress kajman f'dan ir-rigward; jistieden lill-awtoritajiet biex jibdew kooperazzjoni intensiva bejn iż-żewġ entitajiet, u jżidu l-isforzi tagħhom fit-tfittxija għall-persuni nieqsa;

18.

Jiftakar fil-vittmi kollha tal-ġenoċidju ta' Srebrenica tal-1995 u jesprimi l-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-familji u s-superstiti; jesprimi l-appoġġ tiegħu għal organizzazzjonijiet bħall-Assoċjazzjoni tal-Ommijiet ta' Srebrenica u l-enklavi ta' Žepa minħabba fir-rwol ċentrali tagħhom biex iżidu s-sensibilizzazzjoni u jibnu bażi usa' għar-rikonċiljazzjoni fost iċ-ċittadini kollha tal-pajjiż; jistieden liċ-ċittadini kollha tal-BiH biex jużaw l-20 anniversarju tal-massakru ta' Srebrenica bħala opportunità biex itejbu r-rikonċiljazzjoni u l-kooperazzjoni, li huma prerekwiżiti ewlenin sabiex il-pajjiżi kollha tar-reġjun jimxu 'l quddiem fit-triq tagħhom lejn l-Ewropa;

19.

Jinnota bi tħassib li għad hemm 84 500 persuna spostati internament (IDPs) u 6 853 refuġjat fil-BiH; jinsab imħasseb dwar il-ksur tad-drittijiet ta' persuni rimpatrijati fl-RS; jilqa' madankollu l-miżuri l-ġodda adottati mill-Parlament tal-Federazzjoni li jippermettu lill-persuni rimpatrijati mill-RS jaċċessaw il-benefiċċji tal-pensjoni u l-kura tas-saħħa fil-Federazzjoni, filwaqt li jissuġġerixxi li aċċess ugwali għal benefiċċji tal-assistenza soċjali għaċ-ċittadini kollha huwa importanti; jistieden lil-livelli kollha tal-gvern, b'mod partikolari lill-awtoritajiet tal-RS, biex jiffaċilitaw u jħaffu r-ritorn tal-IDPs u r-refuġjati billi jintroduċu u jimplimentaw il-miżuri leġislattivi u amministrattivi kollha meħtieġa; iħeġġeġ li jkun hemm kooperazzjoni dwar din il-kwistjoni u li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet xierqa għar-riintegrazzjoni paċifika u sostenibbli tagħhom; jitlob għall-implimentazzjoni effikaċi tal-Istrateġija Riveduta dwar l-Anness VII tal-Ftehim ta' Paċi ta' Dayton; jitlob għat-tkomplija ta' kooperazzjoni reġjonali tajba fil-qafas tal-Proċess tad-Dikjarazzjoni ta' Sarajevo; iħeġġeġ għal approċċ komprensiv li jindirizza l-isfidi li baqgħu fir-rigward tat-tneħħija tal-mini mill-pajjiż sal-2019;

20.

Jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għal-liberalizzazzjoni tal-viża, li ġabet magħha effetti pożittivi viżibbli għaċ-ċittadini tal-BiH; itenni mill-ġdid l-impenn tiegħu biex jiġi salvagwardjat id-dritt tal-ivvjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Balkani tal-Punent; jappella fl-istess ħin għal miżuri fil-livell nazzjonali, b'mod partikolari miżuri soċjoekonomiċi mmirati għall-gruppi aktar vulnerabbli, għal miżuri attivi mmirati lejn kooperazzjoni msaħħa u skambju ta' informazzjoni biex jitwaqqfu netwerks ta' kriminalità organizzata, għal kontrolli msaħħa fuq il-fruntieri u għal kampanji ta' sensibilizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri li jżommu l-integrità tal-iskema mingħajr viża u jindirizzaw abbużi potenzjali tas-sistema tal-asil tal-UE f'kooperazzjoni mal-Istati Membri;

21.

Jinnota li l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni hija fundamentali sabiex jiġu miġġielda tentattivi ta' infiltrazzjoni kriminali tas-sistemi politiċi, legali u ekonomiċi; jinnota li sar xi progress fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu; ifakkar fl-importanza li jintlaħqu r-rakkomandazzjonijiet tal-GRECO; jinsab imħasseb dwar rapporti ta' radikalizzazzjoni dejjem tikber fost iż-żgħażagħ fil-BiH, li minnhom numru relattivament għoli, meta mqabbel ma' pajjiżi oħra fir-reġjun, qegħdin jingħaqdu mal-ġellieda terroristiċi tal-ISIL; iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jemendaw il-Kodiċi Kriminali ħalli jsaħħu l-kriminalizzazzjoni tal-iffinanzjar tat-terroriżmu; jilqa' l-emenda lill-Kodiċi Kriminali biex tiġi projbita u penalizzata s-sħubija ma' gruppi parlamentari barranin biex tiġi evitata r-radikalizzazzjoni reliġjuża; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza li jiġu evitati l-forom kollha ta' estremiżmu u radikalizzazzjoni vjolenti; jilqa' wkoll operazzjonijiet tal-pulizija fuq skala kbira fil-BiH kollha li rriżultaw fl-arrest ta' persuni suspettati li jorganizzaw, jappoġġjaw u jiffinanzjaw attivitajiet terroristiċi, inklużi l-ġellieda barranin; jitlob għall-inklużjoni ta' dispożizzjoni dwar ir-reati ta' mibegħda fil-Kodiċi Kriminali tal-Federazzjoni tal-BiH; ifaħħar lill-aġenziji rilevanti tal-BiH għall-professjonalità li wrew fl-isforzi u d-determinazzjoni tagħhom għall-ġlieda kontra t-theddid għas-sigurtà li dejjem qed jikber; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi għajnuna lill-awtoritajiet kompetenti fit-trażżin tat-theddid kollu għas-sigurtà u dak terroristiku;

22.

Jikkundanna bil-qawwa l-attakk terroristiku mwettaq fis-27 ta' April 2015 fuq għassa tal-pulizija fil-belt ta' Zvornik fil-lvant tal-Bosnja, li ħalla pulizija mejjet u tnejn oħra feruti; jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-vittmi u mal-familji tagħhom; jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-ideoloġija vjolenti estremista wara dan l-attakk; isejjaħ lill-awtoritajiet kompetenti, lill-aġenziji ta' sigurtà responsabbli u lill-istituzzjonijiet ġudizzjarji sabiex jikkooperaw fit-twettiq ta' investigazzjoni malajr u fil-fond u fil-prevenzjoni ta' attakki fil-ġejjieni; jesprimi t-tama li l-istituzzjonijiet u ċ-ċittadini tal-Bosnja u Ħerzegovina jingħaqdu flimkien fil-ġlieda kontra t-theddida tat-terroriżmu u l-vjolenza estremista;

23.

Jinnota li l-BiH għadha pajjiż ta' oriġini, tranżitu u destinazzjoni għat-traffikar tal-bnedmin; jirrakkomanda lill-awtoritajiet jieħdu miżuri effikaċi, inklużi miżuri leġiżlattivi, biex jiġġieldu t-traffikar tad-drogi u tal-bnedmin u jipprovdu protezzjoni għall-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin;

24.

Iqis li huwa essenzjali li jissaħħaħ ir-rwol tas-soċjetà ċivili billi titħalla tartikola l-interessi taċ-ċittadini, b'mod partikolari fejn jidħlu ż-żgħażagħ, kif intwera s-sena li għaddiet matul is-sessjonijiet plenarji; ifakkar li s-soċjetà ċivili tista' tikkumplimenta l-iżvilupp ta' soċjetà soċjalment koeżiva u demokratika billi tipprovdi servizzi soċjali vitali; jinnota li r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għandhom jaqdu rwol importanti fl-iffaċilitar tal-proċess ta' adeżjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli tagħmel il-fondi Ewropej aktar aċċessibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jinnota li l-mekkaniżmi istituzzjonali għall-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili għadhom dgħajfa u jfixklu l-iżvilupp ta' demokrazija aktar parteċipattiva, inklużiva u li twieġeb għall-ħtiġijiet tagħhom madwar il-pajjiż kollu; jitlob għaldaqstant, li jkun hemm mekkaniżmi ta' konsultazzjoni pubblika trasparenti u inklużivi li jinvolvu l-partijiet interessati pubbliċi kollha, għall-istabbiliment ta' qafas għal diskussjoni pubblika ta' deċiżjonijiet leġiżlattivi importanti u għall-adozzjoni ta' strateġija nazzjonali għas-soċjetà ċivili; jinsab imħasseb dwar il-każijiet rapportati ta' intimidazzjoni matul l-inkwiet soċjali tas-sena li għaddiet;

25.

Iqis li huwa essenzjali li titrawwem soċjetà inklużiva u tolleranti fil-BiH, li tipproteġi u tippromwovi l-minoranzi u l-gruppi vulnerabbli; ifakkar li n-nuqqas milli tiġi implimentata d-deċiżjoni ta' Sejdić-Finci, jirriżulta f'diskriminazzjoni kontra ċittadini tal-BiH; iħeġġeġ biex jittieħdu passi biex jissaħħaħ ir-rwol tal-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem u biex tiġi żviluppata, b'kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili, strateġija fil-livell statali kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti biex jarmonizzaw aktar il-liġijiet tal-pajjiż mal-acquis, b'attenzjoni partikolari għad-diskriminazzjoni abbażi ta' diżabilità u età, kif enfasizzat fid-Djalogu Strutturat; jistieden lill-Ministeru għad-Drittijiet tal-Bniedem u r-Refuġjati tal-BiH jistabbilixxi grupp ta' ħidma dwar l-abbozzar tal-emendi għal-Liġi Kontra d-Diskriminazzjoni tal-BiH mingħajr aktar dewmien; jinsab imħasseb dwar il-fatt li diskors ta' mibegħda, reati ta' mibegħda, theddid, fastidju u diskriminazzjoni kontra persuni LGBTI għadhom mifruxa; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jimplimentaw azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tal-persuni LGBTI fost il-ġudikatura, l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u l-pubbliku ġenerali; jinsab imħasseb li għadhom jiġu rrapportati każijiet ta' diskriminazzjoni abbażi ta' reliġjon;

26.

Jiddeplora bil-qawwa t-tkomplija tal-marġinalizzazzjoni u d-diskriminazzjoni kontra r-Rom; ifaħħar il-progress li sar fir-rigward tal-ħtiġijiet ta' akkomodazzjoni għar-Rom, jinkoraġġixxi, madankollu, li jittieħdu aktar passi biex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom billi jittejjeb l-aċċess għall-impjiegi, is-saħħa u l-edukazzjoni;

27.

Jinnota li, filwaqt li d-dispożizzjonijiet legali li jiggarantixxu d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi huma fis-seħħ, sar biss progress limitat fl-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti biex isegwu b'mod proattiv l-isforzi tagħhom biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika u l-forza tax-xogħol, biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol relatata mal-maternità, biex tittejjeb is-sitwazzjoni soċjali u ekonomika tan-nisa, biex jiġu promossi, protetti u msaħħa d-drittijiet tan-nisa u, b'mod ġenerali, biex titqajjem kuxjenza pubblika u jiżdied il-fehim tan-nies dwar id-drittijiet tan-nisa; iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jadottaw strateġija għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika u biex tiġi stabbilita sistema armonizzata għall-monitoraġġ u l-ġbir ta' data dwar każijiet ta' vjolenza kontra n-nisa;

28.

Iħeġġeġ lill-BiH tinkorpora l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru fil-liġi dwar ir-reati ta' mibegħda mill-aktar fis possibbli u b'hekk tagħmilha possibbli biex jiġu arrestati persuni li jimpenjaw ruħhom f'diversi forom ta' oppressjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru;

29.

Jinnota li jinsabu fis-seħħ dispożizzjonijiet legali dwar il-libertà tal-espressjoni; jinsab imħasseb, madankollu, dwar il-pressjoni politika u finanzjarja fuq il-midja u każijiet ta' theddid u intimidazzjoni kontra ġurnalisti u edituri, inkluż matul il-perjodu ta' qabel l-elezzjoni; jikkundanna t-tentattivi li jdgħajfu r-regoli eżistenti, li jista' jkollhom implikazzjonijiet ta' ħsara għal-libertà ta' espressjoni u l-libertà tal-midja, inkluż dik online; jenfasizza li avvenimenti bħar-rejd tal-pulizija fuq l-uffiċċji ta' Klix.ba f'Sarajevo u l-adozzjoni reċenti mir-RSNA tal-Liġi kontroversjali dwar l-Ordni u l-Paċi Pubbliċi jqajmu tħassib serju dwar il-libertà ta' espressjoni u l-libertà tal-midja, inkluż fil-midja soċjali; jisħaq li l-abbiltà tal-midja li topera mingħajr biża' hi essenzjali għal demokrazija b'saħħitha; iħeġġeġ li l-libertà ta' espressjoni u tal-midja tkun rispettata bis-sħiħ u li l-ġurnalisti jkunu permessi jiksbu informazzjoni dwar kwistjonijiet ta' interess pubbliku; jenfasizza li l-finanzjament stabbli u sostenibbli, l-indipendenza editorjali, ix-xandir fil-lingwi uffiċjali kollha u l-pluraliżmu huma essenzjali għall-midja tas-servizz pubbliku; jistieden lill-awtoritajiet biex jagħlqu l-lakuni leġiżlattivi kollha li sistematikament ifixklu t-trasparenza sħiħa fis-sjieda tal-midja u biex iħejju regolament biex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda influwenza politika żejda; iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti biex jissalvagwardjaw l-indipendenza politika, istituzzjonali u finanzjarja tax-xandara tas-servizz pubbliku u biex jarmonizzaw il-liġijiet tal-entità dwar ix-xandir pubbliku mal-leġiżlazzjoni fuq il-livell statali; iħeġġeġ il-ħatra, abbażi ta' mertu, tad-Direttur tal-Kunsill tal-Aġenzija Regolatorja tal-Komunikazzjoni tal-BiH;

30.

Jibqa' mħasseb dwar is-segregazzjoni li għaddejja tat-tfal fl-iskejjel pubbliċi abbażi ta' etniċità; jinnota li tliet kurrikula differenti jimpedixxu studju komuni, inklużiv u oġġettiv tal-istorja komuni u l-avvenimenti storiċi reċenti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jimplimentaw b'mod effettiv il-prinċipji ta' edukazzjoni inklużiva, inkluż fir-rigward tat-tfal b'diżabilità; iħeġġeġ lill-mexxejja l-ġodda tal-pajjiż biex jippromwovu sistema edukattiva inklużiva u mhux diskriminatorja mingħajr aktar dewmien fiż-żewġ entitajiet u d-Distrett Brčko, biex tiġi eliminata s-segregazzjoni tal-gruppi etniċi differenti u biex tiġi avvanzata r-riforma tal-edukazzjoni li għandha l-għan li ttejjeb l-istandards tal-edukazzjoni u l-introduzzjoni ta' kurrikulu komuni; jappella wkoll biex tiġi intensifikata l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni dwar il-ħtiġijiet edukattivi tat-tfal tar-Rom u l-integrazzjoni tagħhom fis-sistema edukattiva;

31.

Ifakkar li l-protesti ta' Frar 2014 urew b'mod ċar it-talba popolari fost iċ-ċittadini tal-BiH għal riformi soċjoekonomiċi fil-pajjiż; jemmen bis-sħiħ li l-implimentazzjoni ta' miżuri fis-sitt oqsma ewlenin tar-riforma fil-Patt għal Tkabbir u Impjiegi se tistimula mill-ġdid riformi soċjoekonomiċi staġnati, inklużi dawk dwar tkabbir u impjiegi u riformi dwar l-akkwist pubbliku; jistieden lill-gvernijiet il-ġodda fil-livell statali, ta' entità u distrettwali jaħdmu f'kooperazzjoni mill-qrib sabiex jagħmlu l-governanza ekonomika u l-Patt prijorità ewlenija tar-riformi; jenfasizza l-ħtieġa li jkompli jiġi żviluppat u implimentat programm ta' riforma ekonomika;

32.

Iqis li l-BiH għamlet ftit progress sabiex issir ekonomija tas-suq li tiffunzjona; jenfasizza l-importanza li tlaħħaq mal-pressjonijiet kompetittivi u l-forzi tas-suq; jinsab imħasseb li dgħufijiet sinifikanti fl-ambjent kummerċjali jkomplu jaffettwaw b'mod negattiv l-iżvilupp tas-settur privat u l-investiment barrani dirett; iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzaw l-infurzar dgħajjef tal-istat tad-dritt, is-settur informali kbir u l-livelli għolja ta' korruzzjoni li jxekklu l-ambjent tan-negozju; iħeġġeġ l-armonizzazzjoni mad-Direttiva tas-Solvibbiltà II;

33.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu riformati u armonizzati s-sistemi frammentati ta' protezzjoni soċjali abbażi tal-ħtiġijiet taċ-ċittadini biex jipprovdu trattament ugwali għal kulħadd, itaffu l-faqar u jiżviluppaw xibka ta' sigurtà soċjali li tkuni mmirati aħjar lejn il-persuni foqra u dawk esklużi soċjalment; jenfasizza l-fatt li l-prosperità ekonomika u l-prospetti ta' impjiegi, speċjalment għaż-żgħażagħ, huma essenzjali għall-iżvilupp tal-pajjiż; iħeġġeġ lill-gvernijiet biex jimplimentaw riformi fis-suq tax-xogħol sabiex jindirizzaw ir-rata għolja ħafna ta' qgħad b'enfasi fuq il-qgħad fost iż-żgħażagħ, in-nisa u l-qgħad fit-tul; jinnota li d-drittijiet tax-xogħol u t-trejdjunjins għadhom limitati; jistieden lill-awtoritajiet biex ikomplu jsaħħu u jarmonizzaw il-liġijiet rilevanti madwar il-pajjiż; jenfasizza l-ħtieġa li titjieb l-edukazzjoni u t-taħriġ biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet u tiżdied l-impjegabbiltà, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ;

34.

Jenfasizza l-importanza tal-armonizzazzjoni u t-titjib tad-drittijiet trejdjunjinistiċi eżistenti u r-regoli dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, li attwalment mhumiex identiċi fis-setturi kollha; jinnota wkoll li l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u l-pensjonijiet mhumiex imqassma ndaqs;

35.

Jinnota li ftit li xejn sar progress fl-oqsma tal-ambjent u t-tibdil fil-klima u jistieden lill-awtoritajiet isaħħu l-protezzjoni ambjentali skont l-istandards tal-UE; jistieden lill-BiH biex tonora l-obbligi kuntrattwali kollha tagħha skont it-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija u l-FSA, u tiżgura li jkun hemm approssimazzjoni adegwata u rapida lejn l-acquis ambjentali tal-UE, inkluża l-prevenzjoni tat-tniġġis tal-arja eċċessiv mir-raffinerija taż-żejt f'Bosanski Brod; jenfasizza l-ħtieġa għal BiH biex timplimenta b'mod sħiħ l-obbligi tagħha rigward il-Konvenzjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f'Kuntest Transkonfinali (Espoo, 1991) u l-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (Kiev, 2003), inkluż fir-rigward tal-attivitajiet fil-baċir tax-xmara f'Neretva u Trebišnjica;

36.

Jilqa' l-pożizzjoni kostruttiva u proattiva tal-BiH fil-promozzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali; ifaħħar il-kontrolli konġunti u frekwenti tagħha fil-fruntieri mal-pajjiżi ġirien; jenfasizza l-importanza kruċjali ta' relazzjonijiet tajba mal-viċinat; jistieden lill-mexxejja l-ġodda biex ikomplu u jsaħħu l-isforzi tagħhom ħalli jsolvu l-kwistjonijiet pendenti dwar fruntieri u proprjetà mal-pajjiżi ġirien; iħeġġeġ lill-BiH tiffinalizza l-proċess ta' demarkazzjoni mal-Montenegro in bona fede, abbażi tal-ftehim milħuq f'Mejju 2014;

37.

Jiddispjaċih li l-politika barranija tal-BiH baqgħet soġġetta għal pożizzjonijiet diverġenti li jirriżultaw minn rata baxxa ta' allinjament mal-pożizzjonijiet tal-UE (52 %); ifakkar l-importanza kruċjali ta' politika barranija unifikata tal-BiH; jinsab imħasseb dwar l-implikazzjonijiet taċ-ċaħda tar-Russja tal-lingwa standard tal-Kunsill għall-Implimentazzjoni tal-Paċi dwar l-integrità territorjali tal-BiH u n-narrattiva negattiva tagħha dwar l-aspirazzjonijiet tal-UE tal-BiH; jilqa' l-preżenza kontinwa tal-Operazzjoni Althea, bħala parti mill-mandat imġedded tan-NU, li tiffoka fuq it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u t-taħriġ;

38.

Jistieden lill-istituzzjonijiet eletti reċentament tal-BiH biex jużaw l-opportunità tal-approċċ imġedded tal-UE biex jikkonkludu Ftehim dwar l-adattament tal-Ftehim Interim/FSA, li jieħu kont tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE u ż-żamma tal-kummerċ tradizzjonali;

39.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-VP/RGħ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Presidenza tal-BiH, lill-Kunsill tal-Ministri tal-BiH, lill-Assemblea Parlamentari tal-BiH u lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Federazzjoni tal-BiH u r-Repubblika Srpska u l-gvernijiet tal-10 kontej/distretti.


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/77


P8_TA(2015)0183

Ir-Rapport Annwali 2013 tal-Bank Ewropew tal-Investiment

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' April 2015 dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment – Rapport Annwali 2013 (2014/2156(INI))

(2016/C 346/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Attività għall-2013 tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

wara li kkunsidra r-Rapport Finanzjarju Annwali 2013 tal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

wara li kkunsidra l-Artikoli 15, 126, 175, 208, 209, 271, 308 u 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll Nru 5 tiegħu dwar l-Istatut tal-BEI,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2012 dwar strumenti finanzjarji innovattivi fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2013 dwar ir-Rapport Annwali 2011 tal-Bank Ewropew tal-Investiment (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) – Rapport Annwali 2012 (3),

wara li kkunsidra r-rapport mill-President tal-Kunsill Ewropew tas-26 ta' Ġunju 2012, intitolat “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina”,

wara li kkunsidra ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2012 dwar l-attrazzjoni tal-investimenti fl-Ewropa (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-finanzjament fit-tul tal-ekonomija Ewropea (5),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Finanzjament fit-Tul tal-Ekonomija Ewropea (COM(2014)0168) tas-27 ta' Marzu 2014,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2012, li, b'mod partikolari, ipproponew żieda fil-kapital tal-BEI ta' EUR 10 biljuni,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-27 u t-28 ta' Ġunju 2013, li jitoblu l-ħolqien ta' pjan ġdid ta' investiment li jappoġġja l-SMEs u jagħti spinta lill-finanzjament tal-ekonomija,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013, li jistabbilixxu l-objettiv li jiġu mobilizzati l-politiki kollha tal-UE b'appoġġ għall-kompetittività, l-impjiegi u t-tkabbir,

wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-istrumenti finanzjarji innovattivi: “Qafas għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' strumenti finanzjarji innovattivi” (COM(2011)0662) u “Pilota għall-Inizjattiva Bonds Ewropa 2020 għall-Proġetti” (COM(2011)0660),

wara li kkunsidra ż-żieda fil-kapital tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), b'mod partikolari fir-rigward tal-kwistjoni tar-relazzjonijiet bejn il-BEI u l-BERŻ,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-BERŻ għaż-żona tal-Mediterran (6),

wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Qbil il-ġdid bejn il-BEI u l-BERŻ iffirmat fid-29 ta' Novembru 2012,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 (7) dwar il-Mandat Estern tal-BEI 2007-2013,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Pjan ta' Investiment għall-Ewropa (COM(2014)0903) tas-26 ta' Novembru 2014,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0057/2015),

A.

billi r-risorsi kollha possibbli mill-Istati Membri u l-UE, inklużi dawk tal-BEI, jeħtieġ li jiġu mobilizzati b'mod effiċjenti mingħajr dewmien biex jitħeġġu u jitjiebu l-investimenti pubbliċi u privati, tingħata spinta lill-kompetittività, jerġa' jiġi stabbilit tkabbir sostenibbli u inklużiv u jiġu promossi l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u l-infrastruttura, b'konformità mal-istrateġija Ewropa 2020 u filwaqt li jiġi kkunsidrat li l-BEI huwa strument iddisinjat biex jappoġġa l-koeżjoni soċjali u jista' jipprovdi għajnuna siewja lill-Istati Membri li jiffaċċjaw diffikultajiet fis-sitwazzjoni soċjali u ekonomika kritika li bħalissa qegħdin naffrontaw;

B.

billi l-kriżi ekonomika u finanzjarja, flimkien mal-politiki ta' awsterità, xekklet b'mod serju t-tkabbir ekonomiku f'ħafna Stati Membri, u dan wassal għal deterjorament rapidu tal-kundizzjonijiet soċjali, inugwaljanzi u żbilanċi dejjem akbar bejn ir-reġjuni Ewropej u nuqqas milli jinkiseb l-objettiv ta' koeżjoni soċjali u konverġenza reali, fejn b'hekk ġew destabbilizzati l-integrazzjoni u d-demokrazija Ewropej;

C.

billi l-BEI mhuwiex bank kummerċjali u għandu jkompli r-rwol essenzjali ta' katalist għall-finanzjament ta' investimenti pubbliċi u privati sodi u fit-tul, filwaqt li jkompli jimplimenta l-aktar prattiki bankarji prudenzjali sabiex iżomm il-pożizzjoni kapitali ferm b'saħħitha tiegħu, b'impatti pożittivi sussegwenti fuq il-kundizzjonijiet ta' self;

D.

billi għandhom isiru sforzi partikolari favur l-espansjoni tal-interventi konġunti (bil-kombinament tal-FEI jew għodod ta' garanzija oħrajn) għall-finanzjament tal-SMEs jew ta' infrastrutturi sostenibbli tanġibbli u intanġibbli, filwaqt li jkun rikonoxxut li waħda mir-raġunijiet għat-tnaqqis fl-investiment u kreditu hija t-telf tal-kompetittività tal-ekonomiji tal-Istati Membri;

E.

billi l-BEI għandu jkompli jissodisfa l-mandat tiegħu għall-finanzjament ta' proġetti li jagħmlu parti mill-azzjoni esterna tal-UE b'rispett għall-istandards soċjali u ambjentali għolja;

F.

billi l-għażla tal-investimenti tal-BEI għandha ssir b'mod indipendenti u abbażi tal-vijabbiltà, il-valur miżjud u l-impatt fuq l-irkupru ekonomiku tagħhom;

G.

billi l-BEI għandu jevolvi lejn il-mudell ta' bank tal-iżvilupp, fil-qafas ta' koordinazzjoni makroekonomika ikbar mal-Istati Membri;

H.

billi l-BEI għandu jkun bank ta' għarfien u ta' prattika tajba u mhux entità finanzjarja biss;

I.

billi s-suq relattivament żgħir u kkonċentrat ħafna ta' titolizzazzjoni tal-Unjoni Ewropea, li jipprovdi titolizzazzjoni limitata tas-self lill-SMEs, kompla ċkien b'riżultat tal-kriżi;

Investiment

1.

Jinnota r-Rapport Annwali tal-BEI tal-2013, iż-żieda fl-attivitajiet ta' finanzjament tal-grupp b'37 % għal EUR 75,1 biljun u l-implimentazzjoni taż-żieda fil-kapital tal-BEI li saret fl-2013; jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni attwali ta' staġnar ekonomiku fl-UE, u b'mod partikolari t-tnaqqis sinifikanti fl-investiment pubbliku u privat – madwar 18 % taħt il-livelli tal-2007 – u t-tnaqqis enormi ta' 35 % fis-self lill-SMEs bejn l-2008 u l-2013; jenfasizza li tali tnaqqis jirrappreżenta ostakolu kbir ħafna kemm għal irkupru sostenibbli kif ukoll għal progress ġenwin lejn l-objettivi tal-Ewropa 2020;

2.

Jirrimarka, f'dak ir-rigward, li l-projezzjonijiet nazzjonali juru li kważi nofs l-Istati Membri kollha mhux se jilħqu l-objettivi nazzjonali tagħhom dwar l-iskemi edukattivi u t-tnaqqis ta' gassijiet b'effett ta' serra sal-2020 u li t-tendenzi fir-rigward tal-impjiegi u t-tnaqqis tal-faqar huma saħansitra agħar;

3.

Jikkonkludi li t-tisħiħ tal-istrumenti ta' finanzjament tal-BEI mhux sostitut għal politika ekonomika nazzjonali u riformi strutturali orjentati lejn it-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi;

4.

Jieħu nota tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Pjan ta' Investiment għall-Ewropa (COM(2014)0903) li jinvolvi fondi eżistenti u jfittex li jkollu effett ta' lieva fuq il-kapital mis-settur privat bi proporzjon ta' 1:15; jinnota l-għan li jingħata nifs ġdid lill-ekonomija tal-UE permezz tal-mobilizzazzjoni ta' EUR 315 il-biljun matul it-tliet snin li ġejjin taħt il-Fond Ewropew il-ġdid għal Investimenti Strateġiċi; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Investiment se tkun teħtieġ li l-BEI jkollu riżorsi umani addizzjonali sabiex jissodisfa l-mandat tiegħu;

5.

Jinnota, f'dak il-kuntest, it-twaqqif ta' Task Force, immexxija mill-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment, u jinnota l-proposti leġiżlattivi li għandhom jiġu adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja biex jiġi stabbilit il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (EFSI); jenfasizza l-ħtieġa li f'dawn il-proposti leġiżlattivi jiġu speċifikati governanza u proċess tal-għażla ta' kwalità għolja kif ukoll qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni responsabbli demokratikament li jirfed il-fond, li għandha tkun trasparenti kemm jista' jkun fl-istabbiliment tal-kriterji li għandha tuża biex tiddetermina l-proġetti li għandhom jitqiesu xierqa għall-inklużjoni fil-pjanijiet li jkunu qed jitħejjew;

6.

Jistenna li l-pjan ta' investiment tal-Kummissjoni jrawwem u jiffaċilita l-aċċess għall-finanzi fl-Istati Membri u r-reġjuni; ifakkar li hu essenzjali li l-BEI jikkoopera mal-fondi Ewropej speċjalment f'dawk l-Istati Membri u r-reġjuni li qed jesperjenzaw problemi sabiex investimenti pubbliċi produttivi u proġetti infrastrutturali essenzjali jkunu jistgħu jitwettqu;

7.

Jemmen li għandhom jiġu prijoritizzati l-proġetti b'valur miżjud Ewropew u b'analiżi pożittiva tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji; jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni ta' proġetti li jista' jkollhom impatt massimu fir-rigward tal-ġenerazzjoni tal-impjiegi; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm enfasi fuq proġetti b'riskju ogħla li mhux faċli li jikkwalifikaw għal finanzjament mill-banek; iwissi li t-Task Force tista' tiffaċċja pressjoni politika biex trawwem proġetti li huma ta' vantaġġ għal gruppi ta' interess speċjali, u dan iwassal għal allokazzjoni ħażina tal-fondi f'investimenti mhux profitabbli li mhumiex ta' interess pubbliku;

8.

Jenfasizza li l-garanziji li tipprevedi l-Kummissjoni għall-EFSI ma jikkorrispondux għal flus ġodda, imma għal riżorsi riallokati; jenfasizza li hija ta' importanza kbira li jiġu identifikati l-kostijiet tal-għażla ta' din ir-riallokazzjoni u għalhekk li jiġi stabbilit b'mod espliċitu sa liema punt ir-redditi globali mill-investimenti addizzjonali previsti li għandhom jiġu kofinanzjati mill-EFSI huma mistennija jkunu iżjed minn dak li kien jirriżulta kieku r-riżorsi riallokati jkunu ġew allokati kif ippjanat oriġinarjament;

9.

Jirrimarka li l-proċess tal-għażla tal-proġetti għandu jkollu l-għan li jevita l-effetti tas-soppressjoni u tat-tqassim mill-ġdid u għandu għalhekk jiffoka fuq proġetti ta' valur miżjud Ewropew b'potenzjal qawwi bbażat fuq l-innovazzjoni li jissodisfa l-kriterju ta' addizzjonalità; jenfasizza l-ħtieġa li jitqies il-potenzjal tal-impjiegi tal-proġetti magħżula f'dawk il-pajjiżi tal-UE li qed isofru minn qgħad tal-massa;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex tivvaluta bir-reqqa fil-proposta leġiżlattiva tagħha li jmiss il-partijiet mill-qafas tal-baġit tal-UE li mistennija jipprovdu garanziji lill-EFSI, bl-għan li jiġu mminimizzati l-kostijiet tal-għażla relatati mat-tqassim mill-ġdid ta' dawn ir-riżorsi; jitlob ukoll lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bord tal-Gvernaturi tal-BEI biex jivvalutaw kif xieraq l-effetti tar-ridistribuzzjoni li jinvolvi l-pjan ta' investiment, jiġifieri l-possibbiltà ta' żieda fil-profitti għall-investituri għall-ispejjeż tal-klijenti li jkollhom iħallsu għall-użu ta' infrastruttura ġdida sabiex jiżguraw redditu xieraq fuq l-investiment; jistieden lill-BEI u lill-Kummissjoni biex jivvalutaw aktar id-differenza fl-investiment fl-UE f'termini tal-kompożizzjoni tiegħu, jiġifieri jekk investimenti privati jew pubbliċi huma nieqsa, u li jiġi speċifikat liema tip ta' investimenti, privati jew pubbliċi, huma maħsuba li jkunu s-suġġett ta' appoġġ u l-iskala mistennija tal-effetti produttivi tal-investiment;

11.

Jinnota li l-Bank Ċentrali Ewropew esprima d-disponibbiltà tal-BĊE biex jixtri, fis-suq sekondarju, bonds maħruġa mill-FEIS, jekk il-Fond joħroġ tali bonds hu stess jew jekk il-BEI jagħmel hekk f'ismu;

12.

Jirrimarka li jeħtieġ li jinstab bilanċ ġdid bejn evalwazzjoni aħjar u l-aħjar investiment possibbli, u li l-ekonomija titmexxa lejn perkors ta' tkabbir sostenibbli u ta' rkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta' impjiegi;

13.

Ifakkar fl-importanza tal-istrateġija Ewropa 2020; jenfasizza li l-“pakkett” futur ta' investimenti għandu jqis aħjar l-objettivi ġenerali tal-politika ta' koeżjoni, is-sostenibbiltà u l-effiċjenza enerġetika; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill tal-Gvernaturi tal-BEI biex isaħħu l-indikaturi tal-prestazzjoni tagħhom għal investimenti ta' kwalità b'dik il-perspettiva;

14.

Jenfasizza li l-BEI qed jintalab jieħu rwol strumentali fil-finanzjament tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa billi jimpenja EUR 5 biljuni għall-istabbiliment tal-Fond Ewropew ġdid għal Investimenti Strateġiċi; jistieden, għalhekk, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bord tal-Gvernaturi tal-BEI biex jivvalutaw il-konsistenza bejn il-kompiti l-ġodda assenjati lill-BEI b'tali pjan u r-riżorsi tal-BEI;

15.

Huwa tal-fehma li, f'dan ir-rigward, l-involviment xieraq tal-BEI fil-Pjan ta' Investiment se jirrikjedi żieda sostanzjali fil-limiti massimi ta' għoti u teħid ta' self mill-BEI fil-ħames snin li ġejjin bl-għan li jiżdied b'mod sinifikanti d-daqs tal-karta tal-bilanċ tiegħu; jemmen li livell eċċessiv ta' ingranaġġ ixekkel l-objettivi tal-pjan ta' investiment;

16.

Jemmen li promozzjoni tal-qafas istituzzjonali għall-operat tas-suq uniku tal-kapital se tikkontribwixxi b'mod pożittiv għall-implimentazzjoni aktar mgħaġġla tal-pjan ta' investiment;

17.

Jinnota, madankollu, li l-pjan korporattiv tal-operat attwali tal-BEI jipprevedi tnaqqis fil-flussi ta' self għal EUR 67 biljun fl-2014 u l-2015, filwaqt li nofs il-medda fil-mira għall-2016 mistennija li tkun EUR 58,5 biljun;

18.

Jenfasizza li l-kapaċità ta' self żejda li tirriżulta miż-żieda kapitali reċenti tal-BEI ta' EUR 10 biljuni ma ntużatx biżżejjed; iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati involuti biex kemm jista' jkun jippromwovu azzjonijiet biex jestendu s-self tal-BEI;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi kooperazzjoni multilaterali bejn il-BEI u l-banek promozzjonali nazzjonali sabiex irawmu sinerġiji, jikkondividu r-riskji u l-ispejjeż, u jiżguraw self xieraq għall-proġetti tal-UE b'impatt pożittiv fuq il-produttività, il-ħolqien tal-impjiegi, il-protezzjoni ambjentali u l-kwalità tal-ħajja;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI irawmu l-inklużjoni tal-investiment b'benefiċċju soċjali ċar, inklużi livelli ogħla ta' impjieg, fi ħdan l-ambitu ta' azzjoni, biex permezz tas-self tingħata spinta lill-attivitajiet imfassla biex jitnaqqas il-qgħad, b'enfasi partikolari fuq il-ħolqien ta' opportunitajiet ta' impjieg għaż-żgħażagħ, u biex jappoġġjaw investimenti pubbliċi u produttivi u proġetti ta' infrastruttura indispensabbli, speċjalment fl-Istati Membri b'livelli għoljin ta' qgħad u b'PDG taħt il-medja;

21.

Itenni l-appoġġ kawt tiegħu għall-iżvilupp ta' sħubiji pubbliċi privati (PPPs) li, jekk ikunu ddisinjati tajjeb, jista' jkollhom rwol importanti fl-investiment fit-tul, l-ekonomija diġitali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-kapital uman, kif ukoll in-netwerks Ewropej tat-trasport, tal-enerġija jew tat-telekomunikazzjoni; jiddispjaċih li PPPs difettużi nbidlu f'sistema għolja ta' finanzjament pubbliku tas-settur privat li tiġġenera d-dejn pubbliku; jindika, barra minn hekk, li dawn l-operazzjonijiet spiss jiffaċċjaw problemi ta' opaċità kif ukoll ta' informazzjoni asimmetrika fil-klawżoli tal-eżekuzzjoni bejn l-aġenti pubbliċi u privati, normalment favur is-settur privat;

22.

Jissuġġerixxi li l-BEI jsaħħaħ il-kapaċitajiet analitiċi settorjali tiegħu kif ukoll ix-xogħol tiegħu ta' analiżi makroekonomika;

Strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskji u bonds tal-proġetti

23.

Jirrimarka li l-istrumenti għall-kondiviżjoni tar-riskji li finalment jinvolvu l-għoti ta' sussidji pubbliċi għandhom jiġu previsti biss meta jkun hemm fallimenti tas-suq li jiġġeneraw kosti esterni jew biex jitwettqu missjonijiet ta' interess ġenerali bħalma hu l-għoti ta' beni pubbliċi u servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, billi jitqies li dan l-approċċ dejjem iġorr ir-riskju tas-soċjalizzazzjoni tat-telf u l-privatizzazzjoni tar-redditi; jinnota li f'każ ta' falliment dan iwassal biex is-settur pubbliku jkollu jkopri t-telf;

24.

Jirrimarka li kwalunkwe involviment ta' riżorsi pubbliċi fl-istrumenti ta' kondiviżjoni tar-riskji u b'mod iktar speċifiku fis-segmenti tal-ewwel telf ta' veikoli ta' investiment għandu jkun marbut b'mod espliċitu mat-tnaqqis ta' kosti esterni negattivi miżurabbli, il-ġenerazzjoni ta' kosti esterni pożittivi miżurabbli jew l-implimentazzjoni ta' obbligi ta' servizz pubbliku u servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali; jirrimarka li l-Artikolu 14 tat-TFUE jipprovdi bażi ġuridika biex tiġi stabbilita din ir-rabta permezz ta' proposta leġiżlattiva ordinarja;

SMEs

25.

Jenfasizza li l-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija Ewropea, u għaldaqstant għandhom ikunu mira prinċipali tal-investiment; jinsab imħasseb li l-aċċess għal finanzjament jibqa' wieħed mid-diffikultajiet l-iżjed strinġenti li qed jiffaċċjaw l-SMEs fl-Ewropa; jenfassiza l-bżonn ta' allokazzjoni aktar effiċjenti ta' finanzjament lill-SMEs bi spettru wiesa' ta' investituri privati għall-provvediment ta' tali finanzjament;

26.

Iħeġġeġ lill-BEI biex janalizza bis-sħiħ it-tnaqqis fil-finanzjament lill-SMEs u biex iressaq pjan komprensiv biex jiżgura li l-SMEs madwar l-Ewropa jkunu mħeġġa japplikaw għall-finanzjament taħt l-awspiċi tal-BEI kull fejn possibbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI biex jivvalutaw l-effett tal-kriżi ekonomika fuq is-sistema bankarja u r-riċevituri finali tal-finanzjament tal-BEI, b'mod partikolari rigward l-SMEs, is-settur tal-ekonomija soċjali u l-kumpaniji pubbliċi; jitlob lill-BEI biex jivvaluta u jirrapporta fid-dettall dwar l-impatti tal-appoġġ tiegħu fuq l-SMEs fl-Ewropa dwar l-ekonomija reali u r-riżultati għas-snin 2010-2014;

27.

Jiġbed l-attenzjoni għall-proporzjon għoli ta' mikrointrapriżi fl-ekonomija Ewropea u jilqa' l-passi meħuda mill-BEI lejn self ta' mikrofinanzjament fl-Ewropa; jitlob għal aktar investiment f'dan is-settur fid-dawl tal-importanza tal-mikrointrapriżi fil-ħolqien tax-xogħol;

28.

Jenfasizza, b'mod partikolari, il-benefiċċji reali li jintużaw mekkaniżmi ta' kondiviżjoni tar-riskju fil-promozzjoni ta' finanzjament għall-SMEs u innovazzjoni fl-Ewropa;

29.

Jieħu nota taż-żieda fl-appoġġ għall-SMEs fl-Unjoni Ewropea li kien jammonta għal EUR 21,9 biljun, li b'hekk jipprovdi aċċess għall-finanzjament għal iżjed minn 230 000 SME;

30.

Jitlob lill-BEI iżid iżjed il-kapaċitajiet tas-self tiegħu lill-SMEs u impriżi innovattivi li għadhom jibdew; jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ ta' strumenti oħra tal-BEI, bħall-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress;

31.

Jilqa' l-implimentazzjoni u l-iżvilupp ta' attivitajiet ġodda fil-qasam tal-finanzjament tal-kummerċ fil-pajjiżi li ntlaqtu mill-kriżi ekonomika, speċjalment il-Faċilità ta' Finanzjament tal-Kummerċ għall-SMEs jew soluzzjonijiet finanzjarji mfasslin apposta bħall-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress iddedikati għall-inklużjoni finanzjarja; iħeġġeġ lill-BEI jestendi l-benefiċċji ta' dawn l-istrumenti l-ġodda għal benefiċjarji ġodda fil-livell Ewropew;

32.

Jinsisti li l-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni f'Diċembru 2014 tqis kemm l-impatti negattivi kif ukoll dawk pożittivi ta' proġetti fil-Fażi Pilota tal-Inizjattiva tal-Bonds tal-Proġetti (PBI); iqis li huwa ta' dispjaċir li l-BEI appoġġja xi proġetti infrastrutturali li la huma vijabbli u lanqas sostenibbli; iqis li l-BEI għandu jinvesti fi proġetti li jġibu benefiċċji ekonomiċi tanġibbli, huma tajba għall-klima u jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-interessi tal-popolazzjoni li huma maħsuba biex iservu;

33.

Jiddispjaċih fir-rigward tar-rwol tal-BEI u tal-Kummissjoni fil-proġett Castor, li huwa ffinanzjat fil-qafas tal-PBI, u jinvolvi valutazzjoni tar-riskju li ma qisitx ir-riskju ta' żieda fl-attività sismika assoċjata mal-injezzjoni ta' gass, minkejja li jeżistu studji li jwissu b'mod ċar dwar il-perikli potenzjali (8); iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-BEI biex jieħdu azzjoni sabiex jevitaw li permezz ta' defiċit pubbliku ogħla jew billi jiżdiedu l-ispejjeż tal-enerġija, iċ-ċittadini Spanjoli jkollhom iħallsu EUR 1 300 miljun f'kumpens minħabba proġett li ġie vvalutat b'mod diżastruż; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew u tinvestiga jekk id-deċiżjonijiet tal-Gvern Spanjol dwar Castor jistgħux jitqiesu għajnuna mill-Istat ipprojbita;

34.

Jiddispjaċih li l-BEI iffinanzja l-awtostrada ċirkomferenzjali “Passante di Mestre”, wara li l-awtoritajiet Taljani pubblikament ħabbru l-arrest tas-CEO tas-sottokuntrattur ewlieni tagħha minħabba frodi fiskali; fid-dawl tal-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin mill-awtoritajiet Taljani dwar l-iskandlu ta' korruzzjoni relatat mal-kostruzzjoni u l-ġestjoni ta' “Passante di Mestre”, jistieden lill-BEI biex ma jiffinanzjax il-proġett “Passante di Mestre” permezz tal-PBI jew kwalunkwe strument finanzjarju ieħor, u biex jiżgura li jimplimenta l-politika kontra l-frodi b'tolleranza żero meta jqis l-użu tal-bonds tal-proġetti;

35.

Jistieden lill-BEI biex iżid il-kapaċità tiegħu li jieħu riskji billi jippromwovi s-self lil dawk is-setturi tal-ekonomija li għandhom il-potenzjal li jiġġeneraw it-tkabbir u l-impjiegi imma li għandhom diffikultajiet biex jiksbu l-finanzjament mingħajr garanziji xierqa;

36.

Jitlob, għalhekk, evalwazzjoni komprensiva tal-proġetti pilota abbażi ta' proċess ta' konsultazzjoni inklużiv u miftuħ li jinvolvi korpi pubbliċi, nazzjonali u lokali; jenfasizza wkoll il-bżonn ta' proġetti ffinanzjati li jkunu vvalutati f'termini ta' valur miżjud, l-ambjent, il-produttività u l-impjiegi; jirrimarka li l-PBI għadha biss fl-istadju pilota; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tippreżenta, permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, proposta leġiżlattiva li tinkwadra aħjar l-istrateġija futura tal-bonds tal-proġetti, inkluż tisħiħ tal-qafas ta' indikaturi tal-prestazzjoni tal-BEI għal investiment ta' kwalità, sabiex jiġu identifikati u mkejla kemm l-impatt tal-proġetti ffinanzjati f'termini ta' kosti esterni kif ukoll ir-redditi soċjali u ambjentali tagħhom;

37.

Huwa mħasseb minħabba l-ġeneralizzazzjoni potenzjali tal-PBIs bħala mezz ta' kif jitnaqqsu l-ispejjeż għall-investiment privat, permezz ta' rati tal-imgħax iżjed baxxi jew is-soċjalizzazzjoni tat-telf, aktar milli l-kamp ta' applikazzjoni iżjed limitat li jipprovdu appoġġ lill-investimenti ta' interess pubbliku fejn jista' jintwera li l-investiment privat jipprovdi kompetenza jew l-għarfien indispensabbli li mhumiex disponibbli fis-settur pubbliku;

Enerġija u klima

38.

Jistieden lill-BEI biex jiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-kriterji tiegħu dwar is-self għall-enerġija u jirrapporta perjodikament u pubblikament dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

39.

Jistieden lill-BEI biex iżid l-isforzi ta' investiment tiegħu bl-għan li jnaqqas b'mod sinifikanti l-marka tal-karbonju tiegħu, u biex jaħdem fuq politiki li jgħinu lill-Unjoni tilħaq il-miri klimatiċi tagħha; jilqa' l-fatt li l-BEI se jkun qed iwettaq u jitlob il-pubblikazzjoni ta' valutazzjoni klimatika u eżami mill-ġdid tal-attivitajiet kollha tiegħu fl-2015, li jistgħu jwasslu għal politika ta' protezzjoni klimatika ġdida; jittama li l-politika tal-BEI dwar l-enerġija tkun appoġġjata b'mod konkret mill-Istandard ta' Rendiment għall-Emissjonijiet tiegħu, li għandu jiġi applikat għall-proġetti kollha tal-ġenerazzjoni tal-karburanti fossili sabiex jiġu eliminati l-investimenti b'emissjonijiet ta' ammont ta' karbonju li jaqbżu livell limitu; jistieden lill-BEI iżomm l-Istandard ta' Rendiment għall-Emissjonijiet taħt eżami u japplika impenji iżjed stretti;

40.

Jilqa' l-ewwel passi tal-BEI lejn bidla favur l-enerġija rinnovabbli; jitlob ir-rettifika tal-iżbilanċi reġjonali fis-self għall-enerġija rinnovabbli, b'mod partikolari bl-għan li jiġu appoġġjati l-proġetti fi Stati Membri li huma dipendenti fuq sorsi tal-enerġija mhux rinnovabbli u jittieħed kont tad-differenzi fl-ekonomija tal-Istati Membri, u biex fil-futur tingħata iktar attenzjoni fir-rigward ta' proġetti tal-enerġija rinnovabbli deċentralizzati mhux kollegati mal-grilja u fuq skala iżgħar li jinvolvu ċ-ċittadini u l-komunitajiet; jikkunsidra li dawn is-sorsi tal-enerġija jnaqqsu l-livell għoli tal-Ewropa ta' dipendenza esterna kbira fuq l-enerġija, itejbu s-sikurezza tal-forniment u jistimolaw il-ħolqien tat-tkabbir ekoloġiku u l-impjiegi; jisħaq fuq l-importanza ta' finanzjament għal effiċjenza enerġetika, netwerks tal-enerġija u R&Ż relatati;

41.

Jistieden lill-BEI biex iżid il-volum ta' għoti ta' self tiegħu għal proġetti ta' effiċjenza enerġetika fis-setturi kollha, b'mod speċjali b'rabta mal-ottimizzazzjoni tal-proċessi, l-SMEs, il-bini u l-ambjent urban; jistieden lill-BEI biex jagħti prijorità akbar liż-żoni l-aktar fil-bżonn f'konformità mal-politika ta' koeżjoni;

42.

Iħeġġeġ lill-BEI jippreżenta evalwazzjoni tal-possibbiltà li gradwalment jitneħħa s-self għall-proġetti tal-enerġija mhux rinnovabbli;

Infrastruttura

43.

Jenfasizza li l-investiment fi proġetti sostenibbli tal-infrastruttura huwa ewlieni għat-titjib fil-kompetittività u biex jerġa' jkun hemm it-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa; jistieden, għaldaqstant, biex il-finanzjament tal-BEI jkun iddirezzjonat lejn iż-żoni l-aktar affettwati minn qgħad għoli; jirrimarka li l-finanzjament tal-BEI għandu jiffoka primarjament fuq dawk il-pajjiżi li qegħdin jaqgħu lura f'termini ta' kwalità u żvilupp tal-infrastruttura;

44.

Iħeġġeġ aktar attenzjoni fuq is-sostenibbiltà soċjali fl-attivitajiet dwar l-investiment urban tal-BEI; jirrikonoxxi t-titjib fil-finanzjament tal-BEI għall-akkomodazzjoni soċjali iżda jenfasizza l-ħtieġa għal żvilupp ulterjuri fir-riċerka u l-attività dwar is-sostenibbiltà soċjali fil-kuntest tar-riġenerazzjoni urbana sostenibbli;

Riċerka u innovazzjoni

45.

Jilqa' t-tnedija tal-ewwel operazzjonijiet tal-Inizjattiva ta' Finanzjament għat-Tkabbir (GFI) u jisħaq fuq l-importanza ta' finanzjament adegwat għall-proġetti ta' riċerka u innovazzjoni u impriżi innovattivi li għadhom jibdew;

Impjiegi u affarijiet soċjali

46.

Jinnota t-tnedija tal-inizjattiva “Ħiliet u impjiegi – Ninvestu fiż-Żgħażagħ” u jħeġġeġ lill-BEI jħaffef l-implimentazzjoni ta' din l-inizjattiva u jikkunsidra t-twessigħ tagħha;

Governanza, trasparenza u kontabilità

47.

Jistieden lill-BEI biex jimmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-proġetti b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, sabiex jiġu żgurati effiċjenza ikbar u ġestjoni soda tar-riżorsi allokati;

48.

Jirrimarka li d-distribuzzjoni ġeografika tal-finanzjament mogħti mill-BEI jiżvela diskrepanzi sinifikanti bejn is-self lil diversi Stati Membri; jistieden, għalhekk, lill-BEI biex jivvaluta r-raġunijiet għal dawn id-diskrepanzi u biex jiżgura li l-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Istati Membri kollha jkunu kompletament kapaċi jimmaniġġjaw u jimplimentaw il-programmi tal-BEI; jitlob, barra minn hekk, li jsiru kampanji ta' informazzjoni speċifiċi fl-Istati Membri kollha bl-għan li jqajmu sensibilizzazzjoni dwar il-programmi speċifiċi tal-BEI; barra minn hekk, jitlob li jkun hemm kooperazzjoni iżjed b'saħħitha bejn il-BEI u l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiġu indirizzati l-ostakoli li jfixklu l-iffirmar u l-implimentazzjoni tal-proġetti tal-BEI;

49.

Ifakkar li l-Kunsill u l-Parlament qablu li wasal iż-żmien biex tiġi studjata r-razzjonalizzazzjoni tas-sistema tal-istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi Ewropej (9);

50.

Iħeġġeġ lill-BEI biex isaħħaħ l-indipendenza u l-effikaċja tal-Uffiċċju tiegħu tal-Mekkaniżmu għat-Trattament tal-Ilmenti; jistieden lill-Kumitat ta' Tmexxija tal-BEI biex jadotta r-rakkomandazzjonijiet ta' dak l-uffiċċju; jistieden lill-BEI biex jaġixxi fuq l-opinjonijiet tal-Ombudsman Ewropew u biex jeżerċita kooperazzjoni ikbar sabiex jevita sitwazzjonijiet bħall-inkjesta dwar l-ilment 178/2014AN kontra l-Bank Ewropew tal-Investiment (10);

51.

Jemmen li għad hemm marġini konsiderevoli għall-immanuvrar fit-titjib tat-trasparenza, u l-valutazzjoni tal-impatt ekonomiku u soċjali tas-self u l-effikaċja fl-implimentazzjoni tad-diliġenza dovuta; itenni t-talba tiegħu lill-Bank biex jipprovdi dettalji dwar l-approċċ tiegħu biex jitħaffu l-miżuri li jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet u jitlob lista strinġenti ta' kriterji għall-għażla ta' dawn l-intermedjarji finanzjarji li għandha tkun stabbilita b'mod konġunt mill-BEI u l-Kummissjoni u li tkun disponibbli għall-pubbliku;

52.

Jiddispjaċih mir-riżultat tar-rieżami tal-politika ta' trasparenza tal-BEI; il-politika l-ġdida tat-trasparenza hija aktar dgħajfa mill-politika oriġinali u ma tegħlibx b'mod sħiħ il-kultura ta' segretezza tal-passat tal-BEI, u jħeġġeġ lill-BEI sabiex jopera abbażi tal-“preżunzjoni ta' divulgazzjoni” minflok bil-“preżunzjoni ta' konfidenzjalità”; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-BEI huwa obbligat jiżgura li l-politika dwar it-trasparenza tiegħu tkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; jiddispjaċih mill-fatt li l-indiċi tat-trasparenza tal-għajnuna għall-2013 (11) juri li l-BEI sejjer ħażin fir-rigward tat-trasparenza u l-kontabilità;

53.

Jistieden lill-BEI biex joqgħod lura milli jikkoopera ma' intermedjarji finanzjarji b'passat negattiv f'termini ta' trasparenza, evażjoni tat-taxxa jew prattiki aggressivi ta' evitar tat-taxxa, jew użu ta' prattiki tat-taxxa oħrajn ta' ħsara bħal “deċiżjonijiet dwar it-taxxa” u l-ipprezzar tat-trasferiment abużiv, frodi, korruzzjoni jew impatti ambjentali u soċjali jew li ma jkollhom l-ebda sjieda lokali sostanzjali, u biex jaġġorna l-politiki tiegħu dwar il-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu; jenfasizza l-ħtieġa ta' iktar trasparenza komprensiva rigward is-self globali, biex jiġi żgurat skrutinju bir-reqqa tal-impatt ta' dan it-tip ta' self indirett; iħeġġeġ lill-BEI biex jagħmel kemm il-finanzjament dirett kif ukoll il-finanzjament permezz ta' intermedjarji kontinġenti fuq id-divulgazzjoni kemm ta' data rilevanti għat-taxxa pajjiż b'pajjiż fuq il-linji tad-dispożizzjoni tas-CRD IV għall-istituzzjonijiet ta' kreditu, kif ukoll ta' informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja; għal dan il-għan, jistieden lill-BEI biex jistabbilixxi politika ġdida dwar tassazzjoni responsabbli, li tibda bir-rieżami tal-politika tiegħu dwar ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx (politika NCJ) fl-2015;

54.

Iħeġġeġ lill-BEI biex ma jikkooperax ma' entitajiet li joperaw minn ġurisdizzjonijiet ta' segretezza “kkaratterizzati notevolment min-nuqqas ta' taxxi jew taxxi nominali, nuqqas ta' skambju effettiv ta' informazzjoni ma' awtoritajiet fiskali barranin u nuqqas ta' trasparenza f'dispożizzjonijiet leġislattivi, ġuridiċi jew amministrattivi jew kif identifikata mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi jew it-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja” (12);

55.

Iħeġġeġ lill-BEI biex jieħu rwol ta' tmexxija u eżemplari dwar kwistjonijiet ta' trasparenza u responsabbiltà fiskali; jistieden b'mod partikolari lill-BEI biex jiġbor data preċiża dwar il-ħlasijiet tat-taxxa li jirriżultaw mill-operazzjonijiet tiegħu ta' investiment u self, b'mod speċjali dwar it-tassazzjoni tal-profitti tal-kumpaniji u b'mod partikolari f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, u biex janalizza u jippubblika din id-data fuq bażi annwali;

56.

Jilqa' l-ħolqien ta' reġistru pubbliku ta' dokumenti fl-2014, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1367/2006;

57.

Jiddispjaċih mill-fatt li fil-kuntest ta' każ riċenti (Mopani/Glencore), il-BEI qed jirrifjuta li jippubblika r-riżultati tal-inkjesta interna tiegħu; jinnota b'attenzjoni r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew fl-ilment 349/2014/OV (13) biex il-BEI jqis mill-ġdid ir-rifjut tiegħu li jagħti aċċess għar-rapport dwar l-investigazzjoni fl-allegata evażjoni tat-taxxa minn Glencore fir-rigward tal-finanzjament tal-minjiera tar-ram ta' Mopani fiż-Żambja; jitlob lill-BEI biex isegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew;

58.

Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' diversità fil-kumitat ta' ġestjoni, il-bord tal-gvernaturi u l-bord tad-diretturi tal-BEI, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġeneru; jistieden lill-BEI biex jimplimenta l-ispirtu tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital, l-Artikolu 88(2) li jobbliga lill-banek jiddeċiedu “dwar mira għar-rappreżentazzjoni tal-ġeneru mhux rappreżentat biżżejjed fil-korp ta' ġestjoni u jħejji politika dwar kif jiżdied l-għadd tal-ġeneru mhux rappreżentat biżżejjed fil-korp ta' ġestjoni sabiex tintlaħaq dik il-mira. Il-mira, il-politika u l-implimentazzjoni tagħha għandhom jiġu ppubblikati”;

59.

Ifakkar li kien sar qbil li l-Gvernatur tal-BERŻ għall-Unjoni għandu jiżgura rapportar annwali lill-Parlament dwar l-użu tal-kapital, dwar miżuri li jiżguraw it-trasparenza fir-rigward ta' kif il-BERŻ ikkontribwixxa għall-objettivi tal-Unjoni, dwar it-teħid ta' riskju, u dwar il-kooperazzjoni bejn il-BEI u l-BERŻ barra mill-Unjoni; jiddispjaċih li l-Gvernatur u l-Kummissjoni ma kinux proattivi rigward l-implimentazzjoni ta' din id-dispożizzjoni ġuridika (14);

60.

Jilqa' l-fatt li l-BEI ffirma l-Inizjattiva Internazzjonali tat-Trasparenza tal-Għajnuna (IATI) u beda jiddivulga informazzjoni skont dan il-qafas dwar is-self tiegħu barra mill-Unjoni Ewropea;

Politiki esterni

61.

Ifakkar li l-politika esterna tal-BEI, u b'mod partikolari l-linji gwida operazzjonali tekniċi reġjonali, għandhom ikunu konsistenti mal-għanijiet ta' azzjoni esterna tal-UE kif definiti fl-Artikolu 21 tat-TUE; jitlob rispett sħiħ tal-leġiżlazzjoni tal-pajjiżi benefiċjarji;

62.

Jilqa' t-twaqqif tal-Qafas għall-Kejl tar-Riżultati (REM) għal attivitajiet barra mill-UE u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tiegħu;

63.

Jistieden lill-BEI jivvaluta l-possibbiltà li jiżdied il-finanzjament estern għall-viċinat tal-Lvant u n-Nofinshar tal-Mediterran tal-UE fi ħdan il-mandat attwali;

64.

Jilqa' l-fatt li l-Mandat ta' Self Estern il-ġdid għall-2014-2020 jirrikjedi li l-BEI jippubblika r-rapporti dwar it-tlestija tal-proġetti; jistenna li l-BEI jissodisfa dan ir-rekwiżit mill-2015;

65.

Itenni t-talba tiegħu lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) biex twettaq rapport speċjali dwar il-prestazzjoni u l-allinjament mal-politiki tal-UE tal-attivitajiet ta' self estern tal-BEI qabel ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-mandat estern tal-BEI, kif ukoll biex tqabbel il-valur miżjud tagħhom fir-rigward tar-riżorsi proprji użati mill-BEI; jitlob, barra minn hekk, lill-QEA tagħmel distinzjoni fl-analiżi tagħha bejn il-garanziji mogħtija mill-baġit tal-UE, il-faċilità ta' investiment garantita mill-FEŻ, id-diversi forom ta' taħlit użati fil-fond fiduċjarju infrastrutturali bejn l-UE u l-Afrika, il-fond tal-investiment tal-Karibew u l-faċilità ta' investiment għall-Paċifiku, u l-użu ta' rimborżi għal dawn l-investimenti; jitlob ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex tinkludi fl-analiżi tagħha l-ġestjoni mill-BEI tal-fondi derivati mill-baġit tal-UE fil-kuntest tal-faċilità ta' investiment permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u permezz tad-diversi forom ta' taħlit permezz tal-faċilitajiet tat-taħlit tal-UE, u l-użu tar-rimborżi għal dawn l-investimenti;

Aktar rakkomandazzjonijiet

66.

Jistieden lill-BEI u lill-Parlament biex jistabbilixxu pjattaforma għad-djalogu bejn il-BEI u l-Kumitati rilevanti tal-Parlament; jitlob, abbażi ta' dan, biex il-BEI jersaq lejn il-Parlament biex jirrapporta u jiddiskuti dwar il-progress u l-attivitajiet tal-BEI fuq bażi trimestrali; jipproponi li jitwaqqaf djalogu strutturat regolari bejn il-President tal-BEI u l-Parlament, simili għad-djalogu monetarju trimestrali bejn il-BĊE u l-Parlament, biex jiżgura li tiżdied is-sorveljanza parlamentari tal-attivitajiet tal-BEI u jiffaċilita l-kooperazzjoni msaħħa u l-koordinazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet;

67.

Jinnota li jippersistu lmenti, speċjalment min-negozji żgħar, rigward in-nuqqas ta' aċċess għall-finanzjament li ġej mill-kapaċitajiet esterni ta' self tal-BEI u għal finanzjament appoġġjat mill-FEI; jitlob, għaldaqstant, li jsir stħarriġ annwali dwar kemm SMEs, u b'mod partikolari mikrointrapriżi, ibbenefikaw minn dawn il-faċilitajiet u x'miżuri ħa l-BEI fir-rigward tal-politiki tal-intermedjarji użati mill-BEI biex itejbu l-aċċess effikaċi għall-finanzjament għall-SMEs;

68.

Jappella għal valutazzjoni bir-reqqa u rapport dwar ir-riskji u s-sistemi ta' kontroll assoċjati mal-finanzjament imħallat flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li jitqies l-impatt tal-attivitajiet tat-taħlit mhux biss fir-rigward tas-sorveljanza, iżda wkoll fir-rigward tal-għażliet ta' governanza;

69.

Jilqa' l-fatt li l-BEI huwa kkaratterizzat minn assi b'saħħithom, b'rata ta' self li jiddeterjora qrib iż-0 % (0,2 %) tal-portafoll totali tas-self; iqis li huwa kruċjali li jkun żgurat li l-BEI jżomm il-klassifikazzjoni tal-kreditu tiegħu ta' AAA sabiex iżomm l-aċċess tiegħu għas-swieq kapitali internazzjonali taħt l-aħjar kundizzjonijiet ta' finanzjament, b'impatti pożittivi sussegwenti fuq il-ħajja tal-proġett u għall-partijiet ikkonċernati, kif ukoll għall-mudell ta' negozju tal-BEI;

70.

Jinnota li l-Ftehim Tripartitiku msemmi fl-Artikolu 287(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jirregola l-kooperazzjoni bejn il-BEI, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-metodi għall-kontrolli eżerċitati mill-Qorti dwar l-attività tal-BEI fl-immaniġġjar tal-fondi tal-Unjoni u tal-Istati Membri, huwa lest biex jiġġedded fl-2015; jistieden lill-BEI jaġġorna l-mandat tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri f'dan ir-rigward, billi jinkludi kwalunkwe faċilità ġdida tal-BEI li tinvolvi fondi pubbliċi mill-UE jew mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp;

71.

Jilqa' l-approvazzjoni min-naħa tal-Bord tal-BEI ta' politika kontra l-frodi aġġornata fl-2013, li tikkonferma l-approċċ tal-bank ta' tolleranza żero;

72.

Jitlob effikaċja akbar, inqas regolamentazzjoni u flessibbiltà akbar fl-allokazzjoni tal-fondi tal-BEI;

73.

Jistieden lill-BEI jinvolvi ruħu fi proċess ta' komunikazzjoni strutturat mal-parlamenti, il-gvernijiet u s-sħab soċjali sabiex jindika fuq bażi regolari dawk l-inizjattivi li joħolqu l-impjiegi u li jistgħu jgħinu biex tinkiseb żieda sostenibbli fil-kompetittività tal-Ewropa;

74.

Jilqa' l-appoġġ provdut lill-SMEs f'oqsma li fihom ir-rati ta' qgħad fost iż-żgħażagħ huma 'l fuq minn 25 %;

75.

Jilqa' l-enfasi li tpoġġiet fuq il-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja (kumpaniji b'bejn 250 u 3 000 impjegat), permezz tal-Inizjattiva Mid Cap u tal-Inizjattiva għat-Tkabbir Finanzjarju, li t-tnejn li huma jistimolaw is-self, b'mod partikolari għal Mid Caps innovattivi;

76.

Jilqa' l-inizjattiva l-ġdida tal-BEI “Ħiliet u Impjiegi – Investiment fiż-Żgħażagħ”, li tiffoka fuq faċilitajiet ta' finanzjament għat-taħriġ vokazzjonali u l-mobilità tal-istudenti/apprendisti sabiex tipprovdi liż-żgħażagħ b'opportunitajiet ta' impjieg dejjiemi, u jitlob li tingħata aktar attenzjoni lit-taħriġ vokazzjonali u ż-żieda fl-investimenti f'dan il-programm ta' self fis-snin li ġejjin; jemmen, madankollu, li dan il-programm m'għandux jiddevja l-finanzjament lil hinn minn sistema ta' għotjiet kurrenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-programm Erasmus+; jenfasizza li l-mobilità għandha titqies bħala opportunità u tibqa' volontarja, u ma ssirx strument li jikkontribwixxi għad-depopolazzjoni u l-marġinalizzazzjoni taż-żoni affettwati mill-qgħad; jitlob li tingħata attenzjoni lil dawk il-proġetti li jippermettu l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, b'enfasi speċjali fuq proġetti relatati mal-ħolqien ta' impjiegi għaż-żgħażagħ, filwaqt li jiżdied is-sehem tas-suq tax-xogħol min-nisa, jitnaqqas il-qgħad fit-tul u jittejbu l-possibbiltajiet għall-gruppi żvantaġġati biex jiżguraw impjieg;

77.

Jilqa' l-esperjenza estensiva tal-BEI fil-finanzjament tal-edukazzjoni u t-taħriġ permezz ta' operazzjonijiet ta' self lill-istudenti mwettqa fl-Ewropa, speċjalment fid-dawl tal-Garanziji ta' Self għall-Istudenti Mobbli tal-Erasmus Master li se jibdew jitħaddmu mill-Grupp tal-BEI fl-2015; jenfasizza l-importanza ta' regoli ta' rifużjoni vantaġġjużi sabiex is-self ikun kompletament aċċessibbli mill-istudenti, irrispettivament mis-sitwazzjoni ekonomika li ġejjin minnha;

78.

Jistieden lill-BEI jagħti attenzjoni speċjali lill-kriterju tal-ewwel pilastru tal-kontribut għat-tkabbir u l-impjiegi, u b'mod partikolari l-impjieg taż-żgħażagħ, meta jagħżel il-proġetti tiegħu skont il-metodu ta' valutazzjoni tat-tliet pilastri; jenfasizza l-importanza tal-impjiegi, it-taħriġ u l-apprendistati għaż-żgħażagħ bħala parti minn azzjoni lejn mudell sostenibbli li joħloq l-impjiegi;

79.

Ifakkar fl-impenn tal-Viċi President Katainen li jiżdied il-potenzjal tal-BEI fir-rigward mhux biss tal-infrastruttura iżda wkoll fir-rigward tal-impjiegi u l-edukazzjoni taż-żgħażagħ, u jitlob lill-BEI jirrapporta l-progress li sar f'dan il-qasam fir-rapport annwali tiegħu li jmiss; jemmen li l-miżuri għall-impjieg taż-żgħażagħ li diġà nbdew għandhom ikunu implimentati aktar malajr u jkunu estiżi progressivament;

80.

Jemmen li l-BEI għandu jinvesti sostanzjalment f'miżuri li joħolqu impjiegi sostenibbli għall-ġenerazzjoni żagħżugħa, minbarra dawk li diġà tnedew taħt l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

o

o o

81.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-BEI u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 72 E, 11.3.2014, p. 51.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2013)0057.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2014)0201.

(4)  ĠU C 349 E, 29.11.2013, p. 27.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2014)0161.

(6)  ĠU L 177, 7.7.2012, p. 1.

(7)  ĠU L 280, 27.10.2011, p. 1.

(8)  Ara: Observatori de l'Ebre (CSIC, URLL). Evaluación de Impacto Ambiental (SGEA/SHG; Ref.: GAD/13/05) -“Almacenamiento subterráneo de gas natural Amposta (Permiso Castor) Tarragona); IAM 2109-07 – Estudio elaborado por la Dirección General de Política Ambiental y Sostenibilidad del Departamento de Medio Ambienta y Vivienda de la Generalitat de Catalunya sobre el estudio de impacto ambiental del Proyecto de almacén subterráneo de gas natural Castor”; u Simone Cesca, Francesco Grigoli, Sebastian Heimann, Álvaro González, Elisa Buforn, Samira Maghsoudi, Estefania Blanch u T orsten Dahm (2014): “The 2013 September–October seismic sequence offshore Spain: a case of seismicity triggered by gas injection?”, Geophysical Journal International, 198, 941–953.

(9)  Premessa 8 tad-Deċiżjoni Nru 1219/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar is-sottoskrizzjoni mill-Unjoni Ewropea f'ishma addizzjonali fil-kapital tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) bħala riżultat tad-deċiżjoni li jiżdied dan il-kapital (ĠU L 313, 26.11.2011, p. 1).

(10)  Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta dwar l-ilment 178/2014/AN kontra l-Bank Ewropew tal-Investiment – http://www.ombudsman.europa.eu/cases/decision.faces/en/58171/html.bookmark

(11)  http://newati.publishwhatyoufund.org/2013/index-2013/results/

(12)  Premessa 13 tad-Deċiżjoni Nru 1219/2011/UE.

(13)  http://www.ombudsman.europa.eu/cases/draftrecommendation.faces/en/58471/html.bookmark

(14)  L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 1219/2011/UE.


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/88


P8_TA(2015)0184

Expo Milano 2015: Ikel għall-Pjaneta, Enerġija għall-Ħajja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' April 2015 dwar l-Expo Milano 2015: Ikel għall-Pjaneta, Enerġija għall-Ħajja (2015/2574(RSP))

(2016/C 346/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Uffiċċju Internazzjonali dwar l-Esibizzjonijiet sabiex tiġi organizzata esibizzjoni universali f'Milan mill-1 ta' Mejju sat-30 ta' Ottubru 2015 dwar it-tema “Ikel għall-Pjaneta: Enerġija għall-ħajja”,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 dwar il-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni fl-Expo Dinjija 2015 f'Milan (C(2013)2507),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' Mejju 2013 bit-titolu "Il-parteċipazzjoni tal-UE fl-Expo Dinjija 2015 f'Milan “Ikel għall-Pjaneta: Enerġija għall-ħajja” (COM(2013)0255),

wara li kkunsidra l-ħidma tal-Kumitat Xjentifiku ta' Tmexxija tal-Unjoni Ewropea, appoġġata mill-Kummissjoni u mill-Parlament u mnedija fil-21 ta' Marzu 2014 biex tingħata konsulenza esperta dwar l-isfidi tas-sigurtà tal-provvista tal-ikel u tan-nutrizzjoni u tingħata gwida dwar il-programm ta' avvenimenti għall-Expo 2015,

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs) adottati min-Nazzjonijiet Uniti f'Settembru 2000 u l-abbozz tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli li għandu jiġi adottat fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li ġejja f'Settembru 2015,

wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) “World agriculture towards 2030/2050: the 2012 revision”,

wara li kkunsidra s-Sena Internazzjonali tal-FAO tal-Biedja Familjari tal-2014,

wara li kkunsidra s-Sena Internazzjonali tal-FAO tal-Ħamrija tal-2015,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Jannar 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-agrikoltura bħala settur strateġiku fil-kuntest tas-sigurtà tal-ikel (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2012 dwar kif nevitaw il-ħela tal-ikel: strateġiji għal katina tal-ikel aktar effiċjenti fl-UE (2),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, u b'mod partikolari l-Artikolu 25 tagħha, li jirrikonoxxi d-dritt għall-ikel bħala parti mid-dritt għal livell ta' għajxien adegwat,

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-Expo Milano 2015: Ikel għall-Pjaneta, Enerġija għall-Ħajja (O-000016/2015 – B8-0109/2015),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura,

A.

billi t-tema tal-Expo Milano 2015 hija “Ikel għall-Pjaneta, Enerġija għall-Ħajja” u l-avveniment jistgħu jagħtu spinta qawwija lid-dibattiti dwar it-titjib fil-produzzjoni u fid-distribuzzjoni tal-ikel, inkwatu jittrattaw il-ħela tal-ikel, jippromwovu u jiżviluppaw l-approċċi eżistenti diġà pożittivi biex tiġi affrontata l-isfida tal-insigurtà tal-ikel, in-nutrizzjoni insuffiċjenti u d-dieti fqar u jsibu bilanċ bejn l-offerta u l-konsum;

B.

billi t-tema tal-Expo Milano 2015 toffri opportunità biex jiġu kkunsidrati u diskussi d-diversi approċċi lejn ir-riżoluzzjoni tal-paradossi ta' dinja globalizzata fejn, skont id-data tal-FAO, minn naħa, 898 miljun ruħ ma għandhomx nutrizzjoni suffiċjenti u huma bil-ġuħ mentri, min-naħa l-oħra, 1,4 biljun ruħ għandhom piż żejjed, li minnhom 500 miljun ibatu minn obeżità, sitwazzjoni li qiegħda tikkawża ħsarat soċjali u ekonomiċi u li, f'ċerti każijiet, għandha impatt drammatiku fuq saħħet il-bniedem;

C.

billi l-perjodu tal-Expo Milano 2015 jaħbat mas-sena mira kemm għall-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs) kif ukoll tas-Sena Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Ħamrija, u għandha tkun ta' ispirazzjoni għad-dibattitu dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, li l-abbozz finali tagħhom għaddej mill-fażi tan-negozjati, u billi l-agrikoltura, is-sigurtà tal-ikel u tan-nutrizzjoni jinsabu fil-qalba ta' dan l-eżerċizzju;

D.

billi fost it-temi tal-Milano Expo 2015, li prinċipalment jirrigwardaw l-ikel, hemm ukoll is-sajd li, bħall-agrikoltura, huwa marbut mal-kwistjonijiet alimentari, mal-awtonomija alimentari u mas-sostenibbiltà;

E.

billi l-Expo 2015 qiegħda tfassal il-“Karta ta' Milan”, dokument li se jitressaq lis-Segretarju Ġenerali tan-NU bħala wirt l-Expo 2015 u kontribut għad-dibattitu internazzjonali dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju;

F.

billi t-temi tal-Expo 2015 jirrigwardaw primarjament is-settur agrikolu, settur li jibqa' fattur importanti għall-ekonomija tal-Unjoni, minkejja li l-esportazzjonijiet agrikoli jirrappreżentaw żewġ terzi tal-kummerċ estern totali tagħha, li l-Unjoni għadha l-akbar esportatur agrikolu fid-dinja u li s-settur alimentari tal-UE jiġġenera fatturat annwali ta' kważi EUR 1 triljun u jimpjega aktar minn 4 miljun persuna;

G.

billi s-sajd, bħall-agrikoltura, huwa element fundamentali tal-ekonomija, l-ewwel nett f'termini ta' importazzjonijiet, peress li l-UE hija l-importatur prinċipali ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fid-dinja u li l-valur tal-esportazzjonijiet jammonta għal EUR 4,1 biljun fis-sena, u t-tieni nett, għaliex 116 094 ruħ jaħdmu fil-qasam tas-sajd, 85 000 fl-akkwakultura u 115 651 fis-settur tal-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd;

H.

billi t-tema “Ikel għall-Pjaneta, Enerġija għall-Ħajja” hija tema globali, li tħaddan l-attivitajiet ekonomiċi u produttivi kollha u tikkontribwixxi biex tiggarantixxi nutrizzjoni u sostenibbiltà;

I.

billi s-settur tas-sajd jeħtieġ ikun involut fid-dibattitu dwar kif il-pjaneta tintema' sal-punt li dan iforni prodotti tal-ħut, u jsib bilanċ bejn l-offerta u l-konsum ta' riżorsi;

J.

billi l-Kumitat Xjentifiku tat-Tmexxija tal-UE għall-Expo 2015 jipprevedi l-ħtieġa li jfittex li jikseb għarfien ġdid f'ċerti oqsma speċifiċi u jippromwovi fehim pubbliku aħjar tal-ikel u tal-produzzjoni alimentari fi ħdan is-settur agrikolu, tal-ekonomija blu u tas-sajd permezz tal-edukazzjoni u l-komunikazzjoni, sabiex in-nies jirrikonoxxu l-impatt globali ta' għażliet tal-ikel individwali tagħhom;

K.

billi l-esperjenza tas-soċjetà ċivili u l-kontribut tagħha lid-dibattitu dwar il-kwistjonijiet tal-Expo 2015 huma kruċjali u l-esperjenza u l-inizjattivi tagħha jmisshom ikunu inkoraġġiti biex jiżviluppaw dibattitu internazzjonali sostanzjali u linji gwida mmirati lejn it-taffija tal-kriżijiet globali relatati mal-ikel u man-nutrizzjoni;

L.

billi l-artijiet fertili mhumiex biss rekwiżit fundamentali għall-produzzjoni ta' ikel, fjuwil, fibri u mediċini, iżda huma wkoll essenzjali għall-ekosistemi tagħna, peress li jiżvolġu rwol fundamentali fiċ-ċiklu tal-karbonju, filwaqt li jaħżnu u jiffiltraw l-ilma u jgħinu kontra l-għargħar u n-nixfa;

M.

billi l-oċeani tagħna, l-ibħra tagħna u l-ilmijiet interni tagħna huma prezzjużi biex tkun garantita nutrizzjoni tajba għas-saħħa, u li l-ħarsien tagħhom huwa essenzjali għas-sopravivenza tagħna; billi s-sajd u l-akkwakultura jiggarantixxu s-susteniment ta' 10-12 % tal-popolazzjoni dinjija;

N.

billi l-pjattaforma Open Expo, sabiex tiżgura t-trasparenza totali tal-Expo 2015, tippubblika b'mod miftuħ l-informazzjoni kollha dwar il-ġestjoni, l-organizzazzjoni u t-tmexxija tal-avveniment b'hekk sservi ta' eżempju tajjeb ta' trasparenza;

O.

billi skont l-istimi tal-FAO, it-tkabbir demografiku dinji minn 7 biljun għal 9,1 biljun ruħ se jeħtieġ, sas-sena 2050, żieda ta' 70 % fil-provvista tal-ikel, filwaqt li l-istess projezzjonijiet jagħtu x'tifhem li ż-żieda fil-produzzjoni biss ma tkunx suffiċjenti biex tiżgura s-sigurtà tal-ikel għal kulħadd;

P.

billi skont il-FAO, in-numru ta' persuni li qegħdin ibatu l-ġuħ fl-2010 jammonta għal 925 miljun ruħ; u aktar minn terz tal-imwiet ta' tfal taħt l-età ta' ħames snin huwa attribwibbli għal nutrizzjoni insuffiċjenti;

Q.

billi l-FAO tistima żieda ta' 4,3 % biss f'raba' użat fl-2050;

R.

billi t-tkabbir fl-introjtu per capita fil-pajjiżi emerġenti iwassal għal bidla fid-dieta lejn prodotti b'livell ogħla ta' proteini, inklużi l-proteini tal-annimali u l-prodotti pproċessati, b'hekk jiġi promoss proċess ta' konverġenza tad-dieta fid-dinja kollha li esperjenzaw il-popolazzjonijiet aktar għonja;

S.

billi l-produzzjoni ta' proteini hija waħda mill-isfidi prinċipali għas-sigurtà tal-ikel, u billi s-sajd jiżvolġi għaldaqstant rwol fundamentali f'dan ir-rigward, bħal anki l-ekonomija blu fl-assjem tagħha, b'mod partikolari għal dak li għandu x'jaqsam mar-riċerka dwar l-algi;

T.

billi l-ħut huwa għajn essenzjali ta' proteini u mikronutrijenti alimentari għall-komunitajiet li waqgħu fil-faqar li x'aktarx ma għandhomx aċċess pront għal għejun ta' nutrizzjoni oħrajn; billi f'bosti nħawi tad-dinja s-susteniment u l-benefiċċji nutrizzjonali li ġejjin mir-riżorsi tal-baħar jinkisbu f'livell lokali, fi ħdan il-komunitajiet li jistadu fl-ilmijiet mal-kosta u interni qrib darhom;

U.

billi d-dieti li jinkludu proporzjon kbir ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali jeħtieġu l-konsum ta' konsiderevolment aktar riżorsi minn dieti li huma kkaratterizzati minn proporzjon kbir ta' prodotti veġetali;

V.

billi l-agrikoltura tagħti impjieg u għajxien lil aktar minn 70 % tal-forza tax-xogħol, il-biċċa l-kbira minnhom nisa, fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; billi l-Bank Dinji jistima li t-tkabbir fis-settur agrikolu huwa darbtejn aktar effikaċi biex inaqqas il-faqar milli hu t-tkabbir f'setturi oħrajn;

W.

billi, skont il-FAO, fl-2012 madwar 58,3 miljun ruħ kienu okkupati fis-settur primarju tas-sajd tal-qbid u tal-akkwakultura; billi n-nisa kienu jirrappreżentaw aktar minn 15 % tal-persuni okkupati direttament fis-settur primarju tal-attivitajiet tas-sajd fl-2012; billi kumplessivament is-sajd u l-akkwakultura jiggarantixxu s-susteniment ta' 12 % tal-popolazzjoni dinjija;

X.

billi fl-UE jeżistu żoni ta' insigurtà tal-ikel u 79 miljun ruħ fl-UE għadhom jgħixu taħt is-soll tal-faqar, filwaqt li 124,2 miljun ruħ, jew 24,8 % jinsabu f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali, meta mqabbel mal-24,3 % fl-2011;

Y.

billi huwa biss in-nofs tal-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw (62 minn 118) li jinsab fit-triq it-tajba biex jilħqu l-objettiv MDG;

Z.

billi d-dritt universali għall-ikel u għal nutrizzjoni tajba huwa essenzjali biex jintlaħqu l-MDGs; billi n-nutrizzjoni hija marbuta ma' ħafna mill-MDGs, jekk mhux ma' kollha, li huma stess minsuġin bejniethom mill-qrib;

AA.

billi bosta strumenti ġuridiċi internazzjonali jorbtu d-dritt għall-ikel ma' drittijiet tal-bniedem oħrajn, inklużi d-dritt għall-ħajja, għall-għajxien, għas-saħħa, għall-proprjetà, għall-edukazzjoni u għall-ilma;

AB.

billi sehem l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) allokat għall-agrikoltura fil-livell internazzjonali waqa' drastikament matul dawn l-aħħar tliet deċennji;

AC.

billi l-kunċett il-ġdid ta' sigurtà tal-ikel u tan-nutrizzjoni (FNS) ma jfissirx biss id-disponibilità ta' provvisti tal-ikel, iżda wkoll jinkludi d-dritt għall-ikel, għall-informazzjoni akkurata dwar dak li nieklu, għall-aċċess sostenibbli għan-nutrizzjoni tajba għas-saħħa, li jinkludi fatturi oħrajn bħas-sanità, l-iġjene, it-tilqim u t-terapija antielmintika (eliminazzjoni ta' parassiti);

AD.

billi l-ġuħ u n-nutrizzjoni ħażina huma l-kawżi prinċipali tal-mortalità umana, kif ukoll l-ikbar theddidiet għall-paċi u s-sigurtà tad-dinja;

AE.

billi l-prezzijiet volatili tal-ikel għandhom konsegwenzi negattivi fuq is-sigurtà tal-ikel u l-katina tal-provvista tal-ikel;

AF.

billi t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku dinji u ż-żieda kontinwa fil-prezzijiet tal-ikel u tal-fjuwil aggravaw s-sitwazzjoni tal-ikel f'ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċjalment il-pajjiżi l-inqas żviluppati, u b'hekk ikkawżaw waqfa parzjali tal-progress li sar għat-tnaqqis tal-faqar fl-aħħar deċennju;

AG.

billi s-swieq agrikoli u tal-prodotti tal-ħut fraġli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jagħmlu l-provvisti tal-ikel eċċessivament vulnerabbli għad-diżastri naturali, il-kunflitti u l-kriżijiet tas-saħħa pubblika;

AH.

billi s-sistema tal-ikel tikkontribwixxi għat-tibdil fil-klima u hija affettwata minnu b'implikazzjonijiet fuq id-disponibilità tar-riżorsi naturali u l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni agrikola, tas-sajd u industrijali;

AI.

billi d-diżastri naturali kkawżati mit-tibdil fil-klima għandhom impatt sever fuq l-Istati Membri tal-UE u lil hinn mill-UE, peress li jheddu s-sigurtà tal-ikel u s-sovranità fil-qasam tal-ikel speċjalment f'sitwazzjonijiet li diġà jkunu vulnerabbli;

AJ.

billi l-Kummissjoni tistima li 30 % tal-ikel fid-dinja kolha jintilef jew jinħela u li l-ħela tal-ikel annwali sal-2020 fl-Unjoni Ewropea, attwalment madwar 89 miljun tunnellata (jew 179 kg per capita), se tiżdied għal bejn wieħed u ieħor 126 miljun tunnellata, żieda ta' 40 %, sakemm ma jittiħdux azzjonijiet jew miżuri preventivi;

AK.

billi ġestjoni aħjar tal-katina tal-ikel tkun tfisser użu aktar effiċjenti tal-artijiet, ġestjoni aħjar tar-riżorsi tal-ilma u effetti pożittivi fuq is-settur agrikolu, u tas-sajd sħiħ mad-dinja kollha, kif ukoll it-tkomplija tal-ġlieda kontra n-nutrizzjoni insuffiċjenti u d-dieti inadegwati fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

AL.

billi l-iskartar ta' ħut fil-baħar jikkostitwixxi ħela insensata ta' riżorsi bijoloġiċi prezzjużi u jiżvolġi rwol importanti fl-eżawriment tal-popolazzjonijiet tal-baħar; billi l-iskartar jista' jkollu għadd ta' effetti ekoloġiċi avversi fuq l-ekosistemi tal-baħar kaġun tal-bidliet fl-istruttura kumplessiva tax-xibka trofika u tal-ħabitats, li min-naħa tagħhom jafu jipperikolaw is-sostenibbiltà tal-attivitajiet ta' sajd attwali;

AM.

billi l-ġuħ, id-dieti inadegwati u n-nutrizzjoni insuffiċjenti jikkoeżistu ma' livelli paradossali ta' obeżità u ta' mard li jirriżulta minn dieta żbilanċjata, li għandhom riperkussjonijiet ekonomiċi u soċjali, u b'impatt kultant drammatiku fuq is-saħħa tal-bniedem;

AN.

billi l-ftehimiet kummerċjali u ta' investimenti jista' jkollhom effett detrimentali fuq is-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni ħażina jekk il-kiri u l-bejgħ tar-raba' lill-investituri privati twassal sabiex il-popolazzjonijiet lokali jiċċaħħdu mill-aċċess għar-riżorsi produttivi indispensabbli għall-għajxien tagħhom jew li jiġu esportati jew jinbiegħu porzjonijiet kbar tal-ikel fis-swieq internazzjonali, u b'hekk il-pajjiż ospitanti jsir jiddependi aktar mill-fluttwazzjonijiet tal-prezzijiet tal-prodotti bażiċi fis-swieq internazzjonali u jsir aktar vulnerabbli għalihom;

AO.

billi l-ġuħ ma jistax jintemm b'mod sostenibbli permezz tas-sempliċi provvista ta' ikel għal kulħadd; billi dan jista' jintlaħaq biss jekk il-bdiewa li jaħdmu fuq skala żgħira u s-sajjieda artiġġjanali jitħallew iżommu ilmijiethom u artijiethom u li jaħdmuhom, u jżommu sistemi ta' kummerċ ġust kif ukoll jaqsmu l-għarfien, l-innovazzjoni u l-prattiki sostenibbli;

AP.

billi huwa opportun li jiġi rikonoxxut ir-rwol fundamentali tal-bdiewa u tas-sajjieda u b'mod partikolari dawk tal-biedja u tas-sajd familjari sabiex tiġi żgurata s-sigurtà globali tal-ikel;

AQ.

billi huwa partikolarment importanti li jiġi rikonoxxut ir-rwol essenzjali tas-sajjieda u tal-pixxikulturi fil-gżejjer tagħna u fit-territorji mal-kosta tal-Ewropa;

AR.

billi huwa opportun li jiġi rikonoxxut l-aspett multifunzjonali tal-agrikoltura, tal-forestrija u tas-sajd li, minbarra li jipproduċu ikel, jiżvolġu rwol importanti fil-produzzjoni tal-prodotti ta' utilità pubblika, bħall-kwalità tal-pajsaġġi, il-bijodiversità, l-istabilità tal-klima, il-kwalità tal-oċeani u l-kapaċità li jittaffu d-diżastri naturali bħal għargħar, nixfa u nirien;

1.

Jenfasizza li dawn li ġejjin huma vitali biex tintlaqa' l-isfida tas-sigurtà tal-ikel: settur agrikolu u tas-sajd b'saħħtu u sostenibbli fl-UE kollha, ekonomija rurali li tirnexxi u diversifikata, ambjent nadif u azjendi agrikoli familjari, appoġġati minn politika agrikola komuni soda, aktar ġusta, sostenibbli f'termini internazzjonali u ffinanzjata b'mod adegwat;

2.

Jissottolinja l-importanza li tiġi implimentata politika komuni tas-sajd (PKS) sostenibbli u adegwatament finanzjata, kif ukoll tkun garantita l-koerenza bejn il-politiki kummerċjali u tas-sajd tal-UE;

3.

Iqis li s-sostenibilità ambjentali tista' tkun possibbli u l-isforzi ta' adattament u ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jistgħu jirnexxu biss f'kundizzjonijiet ta' sostenibbiltà ekonomika għall-azjendi agrikoli u li jiffavorixxu l-bdiewa fl-aċċess għall-artijiet, għall-kreditu u għat-taħriġ;

4.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżerċitaw effett ta' lieva fuq it-tema tal-Expo Milano 2015 “Ikel għall-Pjaneta, Enerġija għall-Ħajja” biex jistabbilixxu impenji ħalli jissodisfaw id-dritt għall-konsum adegwat, tajjeb għas-saħħa, sostenibbli u infurmat ta' ikel;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi li l-“padiljun UE” fl-Expo 2015 jissensibilizza dwar il-bżonn li l-problemi jiġu affrontati fil-katina tal-provvista tal-ikel kollha, inklużi s-sostenibilità fit-tul tal-produzzjoni alimentari, id-distribuzzjoni u l-konsum, tiġi affrontata l-ħela tal-ikel u miġġielda l-problema tan-nutrizzjoni ħażina, tad-dieti inadegwati u tal-obeżità;

6.

Jenfasizza li d-dritt għall-ikel huwa dritt tal-bniedem bażiku u jinkiseb biss meta kulħadd, ikollu aċċess għal ikel xieraq, sikur u nutrittiv biex jissodisfa l-ħtiġijiet alimentari tiegħu għal ħajja attiva u mimlija saħħa;

7.

Jissottolinja l-fatt li l-aċċess għall-ikel jirrappreżenta rekwiżit preliminari għat-tnaqqis tal-faqar u tal-inugwaljanza u għall-ilħuq tal-MDGs;

8.

Jenfasizza li l-ġlieda kontra n-nutrizzjoni insuffiċjenti u l-forniment ta' aċċess universali għal ikel nutrittiv u adegwat għandha tibqa' waħda mill-iktar objettivi importanti tal-aġenda għal wara l-2015 taħt l-objettiv li jintemm il-ġuħ, b'appell speċifiku biex jintemmu l-forom kollha ta' nutrizzjoni ħażina sal-2030;

9.

Jemmen li ż-żieda fil-volatilità tas-swieq tal-ikel toħloq problemi għas-sostenibilità u tirrikjedilna nintensifikaw il-miżuri ħalli nagħtu spinta lis-sigurtà tal-provvista tal-ikel u lis-sostenibilità tal-produzzjoni alimentari billi tiġi affrontata l-iskarsezza tar-riżorsi naturali u jiġu promossi r-riċerka u l-innovazzjoni fl-agrikoltura u fis-sajd;

10.

Jemmen li oqfsa istituzzjonali, regolatorji u ta' monitoraġġ xierqa jistgħu jippromwovu ambjent għall-iżvilupp ta' sistemi tas-suq agrikolu u tas-sajd sodi, sostenibbli, ekwi, diversifikati u bi prezzijiet aċċessibbli;

11.

Jinsisti biex il-Kummissjoni tiggarantixxi l-koerenza bejn id-deċiżjonijiet politiċi tad-Direttorati Ġenerali tagħha għall-kummerċ, l-agrikoltura u s-sajd, bil-għan li tiġi żgurata r-reċiproċità fl-istandards fil-qasam tal-iġjene u tas-sostenibbiltà;

12.

Huwa tal-fehma li l-biedja fuq skala żgħira u l-biedja organika, ta' Valur Natural Għoli (HNV) jew ibbażata fuq is-siġar għandhom jiġu promossi bħala mudelli partikolarment effikaċi għall-provvista tas-sostenibilità fil-produzzjoni alimentari globali;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi prattiki agronomiċi aktar efficjenti, bħall-approċċi agroekoloġiċi u ta' diversifikazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi agrikoli sostenibbli mtejba, sabiex: jonqsu l-ispejjeż tal-input tal-produzzjoni agrikola u tal-ħela ta' nutrijenti, jiżdiedu l-għarfien u t-trasferiment tal-innovazzjoni, titrawwem effiċjenza fir-riżorsi u tiżdied id-diversità tal-għelejjel u s-sostenibilità fis-sistemi tal-biedja;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni ssostni r-riċerka dwar il-kwalità tal-ilmijiet mal-kosta, il-ġestjoni tal-artijiet u l-intensifikazzjoni sostenibbli billi tippromwovi użu aktar effiċjenti ta' nutrijenti, ilma u enerġija; iżżid l-enfasi fuq il-konservazzjoni tal-ilma u tar-riżorsi tal-ħamrija; tkompli tadatta l-miżuri bijoloġiċi għall-kontroll tal-organiżmi ta' ħsara (il-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara, jew IPM); u tippromwovi r-riċerka bil-għan li jitjieb il-ħsad u jonqos l-impatt ambjentali;

15.

Huwa preokkupat dwar il-fatt li nibet il-fenomenu tal-akkapparrar tal-art u dwar l-implikazzjonijiet tiegħu għas-sigurtà tal-ikel fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u għall-futur tal-agrikoltura u tal-bdiewa;

16.

Jinsab imħasseb bil-fatt li qegħdin jinbtu attivitajiet ta' sajd illegali fid-dinja kollha, b'konsegwenzi ta' ħsara kbira għall-ambjent, għall-bijodiversità u għall-ekonomija;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni tissensibilizza u tħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw ir-“riżorsa” tal-art f'termini ta' sostenibilità, għaliex hija neċessarja għall-kisba tas-sigurtà tal-ikel u tan-nutrizzjoni korretta, għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, kif ukoll għall-iżvilupp sostenibbli inġenerali;

18.

Jissottolinja l-importanza li jiġi ttrattat id-degrad tal-artijiet, li jkompli jaggrava l-faqar u l-insigurtà tal-ikel;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-implimentazzjoni fid-dinja kollha tal-Linji Gwida Volontarji tan-NU-FAO dwar il-Governanza Responsabbli tal-Pussess tal-Art, is-Sajd u l-Foresti kemm min-naħa tal-investituri kif ukoll min-naħa tal-pajjiżi fil-mira;

20.

Jistieden lill-Gvern Taljan jipproponi u jiżviluppa proġetti għal użu mill-ġdid u sostenibbli tas-siti tal-Expo 2015;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni tiffavorixxi t-twettiq fuq livell globali tal-għanijiet tal-FAO maħsubin biex jappoġġaw l-iżvilupp ta' politiki agrikoli, ambjentali u soċjali favur biedja familjari sostenibbli;

22.

Jenfasizza li l-iżbilanċi attwali fil-katina tal-provvista tal-ikel jheddu s-sostenibilità tal-produzzjoni alimentari, u jappella għal iżjed trasparenza u korrettezza fil-katina u fl-eliminazzjoni ta' prattiki kummerċjli inġusti u tgħawwiġ ieħor tas-suq ħalli jiġi żgurat redditu ġust lill-bdiewa, profitti ġusti u ffissar korrett ta' prezzijiet tul il-katina tal-provvista tal-ikel u settur agrikolu vijabbli li se jiżgura sigurtà tal-ikel; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni tieħu kull provvediment neċessarju biex tiżgura li dawn l-għanijiet jintlaħqu mill-aktar fis possibbli;

23.

Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu politiki li jikkuntrastaw il-prattiki inġusti li l-eżistenza tagħhom ġiet rikonoxxuta fil-qasam tal-Forum ta' Livell Għoli tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-Titjib fil-Funzjonament tal-Katina tal-Provvista tal-Ikel;

24.

Jenfasizza li sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel huwa neċessarju li jiġi miġġieled bil-qawwa t-telfien ta' artijiet u l-abbandun taż-żoni agrikoli marġinali;

25.

Jissottolinja li biex tkun garantita s-sigurtà tal-ikel, huwa neċessarju li jiġu miġġielda bis-saħħa l-attivitajiet ta' sajd illegali;

26.

Jenfasizza r-rwol ċentrali tal-iżvilupp rurali għat-tkabbir ekonomiku u soċjali tat-territorji u jħeġġeġ l-appoġġ tal-bdiewa żgħażagħ;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni taħdem favur ftehim internazzjonali ambizzjuż li jiġbor fih il-kunċett ta' “ikel għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, invista tad-diskussjonijiet internazzjonali tal-21 Sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima li se ssir f'Pariġi fl-2015;

28.

Jistieden lill-Kunsill jirrikonoxxi r-rwol tas-settur agrikolu kollu kemm hu kemm fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima kif ukoll fl-adattament għalih;

29.

Jistieden lill-Kummissjoni tiġġieled kontra l-ħela tal-ikel b'għanijiet ambizzjużi, definiti b'mod ċar u vinkolanti biex tħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu azzjoni kontra l-ħela tal-ikel f'kull livell tal-katina tal-provvista tal-ikel, mill-għalqa sal-mejda tal-konsumatur;

30.

Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jedukaw liċ-ċittadini, jippromwovi u jxerrdu l-aħjar prattiki, iwettqu analiżijiet u jibdew kampanji soċjali u edukattivi fl-iskejjel dwar il-ħela tal-ikel u l-importanza ta' dieta tajba għas-saħħa, ibbilanċjata u jagħtu prijorità lill-produzzjoni agrikola lokali kif ukoll billi jinnominaw lill-2016 bħala s-Sena Ewropea kontra l-Ħela tal-Ikel;

31.

Iqis li huwa importanti li jinbeda djalogu mal-partijiet interessati sabiex ikun żgurat li l-ikel li ma jinbiegħx, li jkun sikur u jista' jittiekel isir disponibbli sistematikament għall-organizzazzjonijiet tal-karità;

32.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jkomplu jippromwovi, ibda mill-ewwel snin tal-iskola, l-ikel tajjeb għas-saħħa, nutrizzjoni konxja u standards kwalittattivi u ta' sostenibilità fin-nutrizjoni f'termini ta' riċerka u edukazzjoni – billi jinkoraġġixxu stili ta' ħajja responsabbli u tajbin għas-saħħa – u jkomplu jiżviluppaw politika mmirata biex teqred in-nutrizzjoni ħażina u d-dieti inadegwati u tipprevjeni l-obeżità;

33.

Jisħaq fuq l-importanza li tiġi inkoraġġita l-edukazzjoni dwar nutrizzjoni tajba għas-saħħa u bbilanċjata kif ukoll li ssir sensibilizzazzjoni dwar il-prodotti lokali kif ukoll id-dieti tradizzjonali u li dawn ikunu promossi;

34.

Jissuġġerixxi enerġikament li s-sistema alimentari kollha kemm hi, li tagħha tifforma parti l-agrikoltura, flimkien mal-kummerċ, is-saħħa, l-edukazzjoni, il-klima u l-politiki enerġetiċi, taħdem fl-ambitu ta' approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem, li għandu jiġi sostnut mill-Unjoni;

35.

Jitlob, għaldaqstant, l-inklużjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru u l-promozzjoni tal-emanċipazzjoni tan-nisa fil-politiki kollha mmirati lejn il-ġlieda kontra l-insigurtà tal-ikel;

36.

Itenni l-importanza tal-promozzjoni tal-agrikoltura u tas-sajd fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-importanza li jiġi allokat sehem xieraq tal-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp barrani (ODA) għall-iżvilupp tas-settur agrikolu; iqis deplorevoli l-fatt li kien hemm tnaqqis drastiku fil-livell ta' għajnuna għall-iżvilupp allokat għall-agrikoltura mis-snin tmenin 'l hawn u jilqa' b'sodisfazzjon ir-rikonoxximent tal-ħtieġa li din it-tendenza tinbidel;

37.

Iqis li huwa importanti li jitjiebu l-kundizzjonijiet tan-nisa fl-agrikoltura, speċjalment fil-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), peress li l-emanċipazzjoni tan-nisa rurali u l-investiment fihom urew li kien hemm żieda sinifikanti fil-produttività, u tnaqqis fil-ġuħ u fin-nutrizzjoni ħażina;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-programmi ta' kooperazzjoni msejsa fuq il-mikrokreditu mmirati għall-appoġġ tal-azjendi agrikoli żgħar sostenibbli mil-lat ambjentali u maħsubin biex jipprovdu l-ikel lill-popolazzjonijiet lokali;

39.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill kif ukoll lill-kummissarji tal-Istati Membri parteċipanti responsabbli mill-Expo 2015 ta' Milan.


(1)  ĠU C 136 E, 11.5.2012, p. 8.

(2)  ĠU C 227 E, 6.8.2013, p. 25.


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/95


P8_TA(2015)0185

Is-sitwazzjoni fin-Niġerja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' April 2015 dwar is-sitwazzjoni fin-Niġerja (2015/2520(RSP))

(2016/C 346/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar in-Niġerja u b'mod partikolari l-aktar dibattitu reċenti tiegħu dwar din il-kwistjoni fis-sessjoni plenarja tal-14 ta' Jannar 2015,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, inklużi dawk tat-8 ta' Jannar, id-19 ta' Jannar, il-31 ta' Marzu u l-14 u l-15 ta' April 2015,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-9 ta' Frar 2015,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 583/2014 tat-28 ta' Mejju 2014 (1) li żied lill-Boko Haram mal-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi,

wara li kkunsidra l-ħames djalogu ministerjali bejn in-Niġerja u l-UE li sar f'Abuja fis-27 ta' Novembru 2014,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet preliminari tal-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE u tal-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-konferenza reġjonali dwar is-sigurtà li saret fl-20 ta' Jannar 2015 fi Niamey,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet magħmula mis-Segretarju Ġenerali tan-NU, Ban Ki-moon, dwar il-vjolenza kontinwa u d-deterjorament tas-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-Grigal tan-Niġerja,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-possibbiltà li membri tal-Boko Haram jistgħu jiġu akkużati b'delitti tal-gwerra,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar t-Tneħħija tal-Forom Kollha ta' Intolleranza u ta' Diskriminazzjoni bbażati fuq Reliġjon u Twemmin tal-1981,

wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli tal-1981, irratifikata min-Niġerja fit-22 ta' Ġunju 1983,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, irratifikat min-Niġerja fid-29 ta' Ottubru 1993,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-kostituzzjoni tar-Repubblika Federali tan-Niġerja, adottata fid-29 ta' Mejju 1999, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV tagħha,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) u l-protokoll fakultattiv tagħha,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra (Il-Ftehim ta' Cotonou),

wara li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-Trattament dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jistabbilixxi filwaqt li jqis il-prinċipju ta' koerenza politika għall-iżvilupp fil-politiki esterni kollha tal-UE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi n-Niġerja hija l-aktar pajjiż popolat u l-aktar wieħed b'varjetà etnika fl-Afrika, u hija kkaratterizzata minn qasma reġjonali u reliġjuża u diviżjoni tat-Tramunata u n-Nofsinhar b'differenzi ekonomiċi u soċjali serji;

B.

billi n-Niġerja hija l-akbar ekonomija fil-kontinent Afrikan u msieħba kummerċjali ewlenija tal-UE, iżda minkejja r-riżorsi kbar tagħha, in-Niġerja hija fost l-aktar pajjiżi kkaratterizzati mill-inugwaljanzi fid-dinja, b'aktar minn 70 % tal-popolazzjoni tagħha tgħix b'anqas minn USD 1,25 kuljum u b'10 % tal-popolazzjoni tal-pajjiż tikkontrolla 'l fuq minn 90 % tal-ġid u r-riżorsi tagħha;

C.

billi l-attakki li twettqu mill-Boko Haram bejn it-3 u t-8 ta' Jannar 2015 kellhom fil-mira lil Baga u lil 16-il belt u raħal tal-madwar fejn, skont immaġni mis-satellita, inqerdu kważi 3 700 struttura u nqatlu eluf ta' persuni;

D.

billi l-Boko Haram ħataf u żamm għadd ta' bliet fil-Grigal tan-Niġerja u għadu jkompli jirrekluta bil-forza persuni ċivili fl-iskjeramenti tiegħu, inklużi ħafna tfal; billi l-vjolenza kkawżata mill-Boko Haram irriżultat fil-mewt ta' aktar minn 22 000 ruħ mill-2009 'l hawn, u kienet immirata b'mod indiskriminat lejn l-Insara, il-Musulmani u kull min ma jaderixxix mat-twemmin dogmatiku u estrem tiegħu; billi, f'Marzu 2015, il-Boko Haram wiegħed l-alleanza tiegħu mall-grupp tal-Istat Iżlamiku; billi, fis-27 ta' Marzu 2015, mijiet ta' iġsma nstabu fil-belt ta' Damasak, fil-Grigal tan-Niġerja, li apparentement kienu vittmi tar-ribelljoni tal-Boko Haram;

E.

billi f'April 2014 aktar minn 270 tifla nħatfu minn skola tal-gvern f'Chibok (fl-Istat ta' Borno); billi l-biċċa l-kbira ta' dawn għadhom nieqsa u jinsabu f'riskju serju ta' vjolenza sesswali, tjassir u żwieġ furzat; billi minn dak iż-żmien 'l hawn, mijiet ta' persuni oħra sfaw maħtufa mill-Boko Haram; billi, fit-28 ta' April 2015, kważi 300 tifla u mara ġew salvati mill-Foresta Sambisa;

F.

billi, skont l-istimi tan-NU, il-vjolenza fl-Istati ta' Borno, Yobe u Adamawa kkawżat iċ-ċaqliq sfurzat ta' 1,5 miljun persuna, inklużi 800 000 tifel u tifla, filwaqt li aktar minn tliet miljun persuna ntlaqtu mir-ribelljoni;

G.

billi aktar minn 300 000 Niġerjan ħarbu lejn il-Majjistral tal-Kamerun u l-Lbiċ tan-Niġer biex jaħarbu mill-vjolenza, u billi mijiet ta' Niġerjani qed jissugraw ħajjithom fuq ir-rotot migratorji lejn l-UE bit-tama li jsibu kundizzjonijiet ekonomiċi, soċjali, ta' għajxien u ta' sigurtà aħjar;

H.

billi l-għan tal-Boko Haram hu t-twaqqif ta' Stat Iżlamiku totali fit-Tramuntana tan-Niġerja, fosthom bl-implimentazzjoni ta' qrati kriminali tax-Xarija, u l-projbizzjoni tal-edukazzjoni tal-Punent;

I.

billi minħabba nuqqas dejjem akbar ta' sigurtà, il-bdiewa m'għadhomx jistgħu jikkultivaw arthom jew jaħsdu l-prodotti tagħhom għax jibżgħu li jiġu attakkati mill-Boko Haram, u b'hekk qed tkompli tiżdied l-insigurtà tal-ikel;

J.

billi l-għadd ta' attakki, inkluż l-użu tat-tfal bħala qattiela suwiċidi bil-bombi, qed jiżdied, u billi l-attakki qed jitwettqu f'territorji kbar, kif ukoll fil-pajjiżi ġirien taċ-Chad u l-Kamerun;

K.

billi r-rispons inizjali tal-awtoritajiet Niġerjani kien estremament insuffiċjenti u qajjem sentiment ta' sfiduċja fost il-popolazzjoni lejn l-istituzzjonijiet tal-pajjiż; billi taħt il-gvern preċedenti, l-awtoritajiet Niġerjani wettqu inkarċerazzjonijiet u detenzjonijiet tal-massa, kif ukoll qtil extraġudizzjarju u għadd kbir ta' każijiet ta' ksur tad-dritt internazzjonali;

L.

billi t-tifrix tar-ribelljoni tal-Boko Haram fil-pajjiżi ġirien jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni u rispons reġjonali akbar;

M.

billi n-Niġerja għandha rwol ewlieni fil-politika reġjonali u Afrikana, u hija forza mexxejja tal-integrazzjoni reġjonali permezz tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS);

N.

billi d-dħul miż-żejt qiegħed dejjem jonqos u u qed titfaċċa kriżi ekonomika, u billi skont xi stimi, ta' kull sena qed jinsteraq valur ta' bejn USD 3 biljun u USD 8 biljun f'żejt Niġerjan; billi għexieren ta' snin ta' ġestjoni ekonomika ħażina, instabbiltà u korruzzjoni xekklu l-investiment fis-sistemi edukattivi u tas-servizzi soċjali Niġerjani;

O.

billi l-edukazzjoni, il-litteriżmu, id-drittijiet tan-nisa, il-ġustizzja soċjali u t-tqassim ġust tal-introjtu statali fis-soċjetà permezz tas-sistemi fiskali, it-tnaqqis fl-inugwaljanza, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-evażjoni tat-taxxa huma essenzjali għall-ġlieda kontra l-fundamentaliżmu, il-vjolenza u l-intolleranza;

P.

billi t-terroriżmu jikkostitwixxi theddida globali, iżda billi l-isforzi tal-komunità globali biex taħdem aktar kontra l-Boko Haram fin-Niġerja kienu jiddependu sa ċertu punt mill-kredibbiltà, ir-responsabilità, u t-trasparenza sħiħa tal-elezzjoni;

Q.

billi n-Niġerja għadha demokrazija żagħżugħa u fraġli, li ħabtet wiċċha ma' vjolenza estrema wara r-riżultati tal-elezzjonijiet tal-2011 u l-akkużi ta' tbagħbis tal-voti;

R.

billi l-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali Indipendenti (INEC) ipposponiet l-elezzjonijiet mill-14 u t-28 ta' Frar 2015 għat-28 ta' Marzu u l-11 ta' April 2015 sabiex tippermetti lill-Gvern iniedi azzjoni militari kontra l-Boko Haram, u billi f'Marzu 2015 ingħata bidu għal rispons reġjonali;

S.

billi l-armata taċ-Ċad, flimkien man-Niġer u l-Kamerun, hija l-forza prinċipali li qed tiġġieled kontra l-Boko Haram, u billi li l-involviment sħiħ tagħha kontra t-terroristi tal-Boko Haram f'Gamboru Ngala, Malam Fatori, u Kangalam fin-Niġerja huwa rikonoxxut; billi l-prezz għoli li ħallset din l-armata fil-gwerra kontra t-terroriżmu huwa rikonoxxut; billi l-Parlament Ewropew jesprimi s-solidarjetà sħiħa tiegħu mal-midruba u l-familji tal-vittmi;

T.

billi l-kampanja elettorali saret f'ambjent ta' tensjoni kbira, u ġew irrappurtati inċidenti ta' vjolenza relatata mal-elezzjonijiet fil-partijiet kollha tal-pajjiż, speċjalment fin-Nofsinhar u fil-Lbiċ, kif ukoll attakki mill-Boko Haram biex jaqtgħu qalb il-votanti, ksur tar-regolamenti tal-kampanja u inċitament fil-konfront tal-votanti;

U.

billi l-osservaturi lokali u internazzjonali, inklużi l-osservaturi tal-UE, innotaw nuqqasijiet sistematiċi, b'mod partikolari fil-fażi tal-ġbir, kif ukoll l-użu ħażin tal-kariga u l-użu ta' vjolenza; billi, madankollu, ma ġiet osservata l-ebda manipulazzjoni sistematika;

V.

billi l-UE, fuq stedina tal-Gvern, skjerat missjoni ta' osservazzjoni elettorali fit-tul, li inkludiet delegazzjoni mill-Parlament Ewropew; billi l-Unjoni Afrikana, il-Commonwealth tan-Nazzjonijiet u l-ECOWAS skjeraw missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali;

W.

billi fil-31 ta' Marzu 2015 il-kandidat presidenzjali tal-oppożizzjoni All Progressives Congress (APC), il-Ġeneral Muhammadu Buhari, ġie ddikjarat ir-rebbieħ tal-elezzjonijiet, u l-president fil-kariga ammetta t-telfa b'mod paċifiku; billi l-oppożizzjoni APC rebħet il-maġġoranza tal-voti tal-presidenza, tas-Senat u tal-Kamra tar-Rappreżentanti f'erba' mis-sitt żoni ġeopolitiċi;

X.

billi ġew eletti anqas nisa mill-2011, meta diġà kienet evidenti xejra negattiva;

Y.

billi 17 % tal-bniet jiżżewġu qabel ma jagħlqu l-15-il sena, u ċ-ċifri taż-żwieġ tat-tfal jilħqu s-76 % fir-reġjun tal-Majjistral; billi n-Niġerja għandha l-akbar għadd assolut ta' mutilazzjoni ġenitali femminili (MĠF) fid-dinja, li jikkostitwixxi madwar kwart tal-115-130 miljun vittma fid-dinja;

1.

Jikkundanna bil-qawwa l-vjolenza inkwetanti li għaddejja u dejjem tiżdied, inkluża l-mewġa kontinwa ta' attakki bil-pistoli u l-bombi, attakki suwiċida bil-bombi, tjassir sesswali u vjolenza sesswali oħra, ħtif u atti vjolenti oħra mwettqa mis-setta terroristika Boko Haram kontra l-popolazzjoni ċivili, il-gvern u l-miri militari fin-Niġerja, li wasslu għal eluf ta' mwiet u korrimenti u kkawżaw iċ-ċaqliq sfurzat ta' mijiet ta' eluf ta' persuni, u li jistgħu jikkostitwixxu delitti kontra l-umanità;

2.

Jiddeplora l-massakru ta' rġiel, nisa u tfal innoċenti, u jesprimi s-solidarjetà tiegħu man-nies tan-Niġerja fid-determinazzjoni tagħhom li jiġġieldu l-forom kollha ta' terroriżmu f'pajjiżhom; ifaħħar il-ħidma tal-ġurnalisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem kollha talli qed jippruvaw jiġbdu l-attenzjoni tad-dinja lejn l-estremiżmu tal-Boko Haram u l-vittmi innoċenti tal-vjolenza tiegħu;

3.

Ifakkar li għaddiet sena mindu nħatfu 276 tifla fi skola barra Chibok, u li skont gruppi tad-drittijiet tal-bniedem ittieħdu minn tal-anqas 2 000 tifla u mara oħra; jitlob lill-gvern u lill-komunità internazzjonali jagħmlu dak kollu li hu fis-setgħa tagħhom biex isibu l-persuni maħtufa u jeħilsuhom;

4.

Jitlob lill-president li għadu kemm ġie elett biex iżomm il-wegħdiet li għamel waqt il-kampanja elettorali tiegħu li jiddedika r-riżorsi kollha biex tintemm il-vjolenza tal-Boko Haram, tiġi stabbilita mill-ġdid l-istabbiltà u s-sigurtà fil-pajjiż kollu u jiġu indirizzati l-kawżi ta' dan it-terroriżmu, u b'mod partikolari tittieħed azzjoni aktar soda fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni interna, il-ġestjoni ħażina u l-ineffiċjenzi fi ħdan l-istituzzjonijiet pubbliċi u l-armata, li minħabba fihom il-pajjiż mhuwiex kapaċi jaffronta l-problema tal-Boko Haram fit-Tramuntana tal-pajjiż, u barra minn hekk jadotta miżuri li jċaħdu lill-Boko Haram mis-sorsi ta' introjtu illegali tiegħu, permezz ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi ġirien, b'mod partikolari fir-rigward tal-kuntrabandu u t-traffikar;

5.

Jitlob lill-awtoritajiet u l-mexxejja reliġjużi tan-Niġerja jikkooperaw b'mod attiv mas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi sabiex jiġġieldu l-estremiżmu u r-radikalizzazzjoni;

6.

Jistieden ukoll lill-awtoritajiet Niġerjani ġodda jadottaw pjan direzzjonali dwar l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-istati tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar bil-għan li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta' faqar u inugwaljanza, l-opportunitajiet edukattivi u l-aċċess għall-kura tas-saħħa, biex b'hekk jippromwovu d-distribuzzjoni ġusta tad-dħul miż-żejt, fil-kuntest tad-deċentralizzazzjoni, li huma kawża tal-vjolenza li kulma jmur qiegħda tiżdied; jappella wkoll lill-awtoritajiet Niġerjani jieħdu azzjoni serja bil-għan li jtemmu l-mutilazzjoni ġenitali femminili, iż-żwieġ tat-tfal u t-tħaddim tat-tfal; jistieden lill-UE tuża l-għodod kollha tagħha biex tippromowovi dawn il-miżuri u biex tiġġieled b'mod effiċjenti l-flussi finanzjarji illeċiti, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, u biex tagħti spinta lill-kooperazzjoni internazzjonali demokratika fi kwistjonijiet fiskali;

7.

Jilqa' d-determinazzjoni espressa fis-Summit Reġjonali ta' Niamey fl-20 u l-21 ta' Jannar 2015 mit-13-il pajjiż parteċipanti, b'mod partikolari l-impenn militari taċ-Ċad, flimkien mal-Kamerun, in-Niġer u n-Niġerja, fil-ġlieda kontra t-theddid terroristiku tal-Boko Haram; iħeġġeġ it-tisħiħ ta’ dan ir-rispons reġjonali, bl-użu tal-għodod eżistenti kollha u f'konformità sħiħa mad-dritt internazzjonali; jistieden lill-ECOWAS, b'mod partikolari, ikompli jiżgura l-operabilità tal-Istrateġija l-ġdida tagħha Kontra t-Terroriżmu, billi tagħti attenzjoni partikolari lil-limitazzjoni tal-flussi transfruntiera illeċiti ta' armamenti, armi, ġellieda u kontrabandu; jinsisti ulterjorment li mingħajr tali kooperazzjoni, il-vjolenza x'aktarx se tkompli, u twassal biex il-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun kollu jiġu mminati; jinnota, f'dan ir-rigward, il-wegħda ta' alleanza magħmula mill-Boko Haram lill-Istat Iżlamiku, u l-ħtieġa li tiġi impedita kwalunkwe koordinazzjoni jew kooperazzjoni ulterjuri bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet terroristiċi u li titwaqqaf l-espansjoni ta' din it-theddida;

8.

Jilqa' l-inizjattivi tal-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana, u jitlob lill-Unjoni Afrikana timpenja ruħha b'urġenza f'azzjoni konkreta, flimkien mal-pajjiżi kollha involuti, biex tikkoordina l-ġlieda kontra l-gruppi terroristiċi fir-reġjun tas-Saħel; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea tagħti sostenn lill-iżvilupp ta' mekkaniżmi reġjonali għall-ġestjoni tal-kunflitt, bħall-Forza Afrikana ta' Intervent fil-Pront, kif ukoll il-possibilità li jintużaw l-għodod tal-UE għall-ġestjoni tal-kriżi u l-Fond għall-Paċi fl-Afrika;

9.

Iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali tagħmel aktar biex tgħin lill-Gvern Niġerjan fil-ġlieda kontra l-Boko Haram, u tindirizza l-kawżi tat-terroriżmu, peress li l-vjolenza u l-fundamentaliżmu jistgħu jintemmu b'mod permanenti biss permezz ta' rispons globali;

10.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jissodisfaw l-impenn tagħhom li jipprovdu firxa komprensiva ta' appoġġ politiku, ta' żvilupp u umanitarju lin-Niġerja u l-poplu tagħha fil-ġlieda kontra t-theddida tal-Boko Haram u jiġi żgurat l-iżvilupp tal-pajjiż; iħeġġeġ lill-UE tkompli d-djalogu politiku tagħha man-Niġerja skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Cotonou rivedut, u biex f'dak il-kuntest tindirizza kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem universali, inklużi l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon jew tat-twemmin, u n-nondiskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi, kif minquxa fi strumenti universali, reġjonali u nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

11.

Jistieden lill-komunità internazzjonali tgħin ukoll lir-refuġjati Niġerjani fil-pajjiżi ġirien; iħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri tal-UE jwaqqfu minnufih sistema Ewropea kredibbli u olistika għall-ġestjoni tar-rotot migratorji mill-Afrika sub-Saħarjana għall-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq, joffru soluzzjonijiet ta' żvilupp sostenibbli lill-pajjiżi ta' oriġini, bħan-Niġerja, u jtemmu t-traġedji umani li qed jiżvolġu f'dawn ir-rotot;

12.

Iħeġġeġ lill-UE tinvestiga l-finanzjament tal-Boko Haram u tindirizza t-trasparenza tal-kummerċ tar-riżorsi naturali kollha, inkluż iż-żejt, sabiex jiġi evitat kwalunkwe fattur li jista' jqanqal il-kunflitti min-naħa ta' xi kumpanija; jistieden lill-awtoritajiet Niġerjani u lill-kumpaniji barranin jgħinu fit-tisħiħ tal-governanza fl-industrija estrattiva billi jżommu mal-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi u jippubblikaw il-ħlasijiet li l-kumpaniji jgħaddu lill-Gvern Niġerjan;

13.

Jemmen li l-Gvern Niġerjan għandu d-dritt u r-responsabilità li jiddefendi l-poplu tiegħu mit-terroriżmu, iżda jinsisti li dawn l-azzjonijiet għandhom jitmexxew b'rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

14.

Jitlob li jsiru investigazzjonijiet bir-reqqa dwar l-allegazzjonijiet tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-qtil extraġudizzjarju, it-tortura, l-arresti arbitrarji u l-abbużi relatati mal-estorsjoni, u jemmen li tali azzjonijiet ma jistgħux jiġu ġustifikati bħala mezz għall-ġlieda kontra t-theddida li jirrappreżenta l-Boko Haram jew organizzazzjonijiet terroristiċi oħrajn; jemmen li r-riformi tas-sistema ġudizjarja tan-Niġerja huma meħtieġa b'mod urġenti sabiex jipprovdu ġustizzja kriminali effikaċi bil-għan li jiġġieldu t-terroriżmu, bħalma huma meħtieġa r-riformi b'rabta mal-forzi tas-sigurtà statali Niġerjani;

15.

Jeżorta biex is-suldati midruba jirċievu t-trattament xieraq, u li l-bniet u n-nisa li huma vittmi ta' stupru fl-isfond tal-kunflitt armat jiġu offruti il-firxa sħiħa ta' servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva f'faċilitajiet umanitarji ffinanzjati mill-UE, f'konformità mal-Artikolu 3 komuni għall-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra, li jiggarantixxi l-kura medika kollha neċessarja għall-midruba u l-morda, mingħajr ma jsiru distinzjonijiet sfavorevoli;

16.

Jifraħ lill-Ġeneral Muhammadu Buhari bħala l-kandidat presidenzjali rebbieħ għall-All Progressives Congress (APC), u lil dawk kollha li kisbu siġġijiet fis-Senat jew fil-Kamra tar-Rappreżentanti, jew ġew ivvotati bħala Gvernaturi jew membri tal-assemblej statali, mill-partiti kollha; ifaħħar lill-kandidati li aċċettaw it-telfa b'mod paċifiku, ibda mill-kandidat presidenzjali fil-kariga Goodluck Jonathan, u jilqa' l-impenn kontinwu tal-partiti politiċi kollha u l-kandidati għal elezzjonijiet paċifiċi u jħeġġiġhom ikomplu jaċċettaw ir-riżultati mingħajr ebda vjolenza;

17.

Jifraħ lill-poplu Niġerjan tal-entużjażmu demokratiku tiegħu u l-mobilizzazzjoni tul il-proċess elettorali kollu, u jitlob lill-awtoritajiet Niġerjani jsaħħu l-governanza tajba u jippromwovuistituzzjonijiet demokratiċi aktar responsabbli; jemmen li t-tranżizzjoni tal-poter permezz tal-kaxxa tal-voti turi approfondiment tad-demokrazija fin-Niġerja, li tista' sservi bħala mudell għal nazzjonijiet Afrikani oħra;

18.

Jilqa' d-determinazzjoni tal-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali Indipendenti fl-impenn tagħha biex (kemm jista' jkun possibbli) toħloq proċess elettorali raġonevolment kredibbli, trasparenti u ġust, minkejja l-limitazzjonijiet interni u esterni u l-pressjoni li tħabbat wiċċha magħhom, b'mod partikolari l-inklużjoni min-naħa tagħha ta' persuni b'diżabilità;

19.

Iħeġġeġ lill-vittmi biex jindirizzaw l-ilmenti tagħhom permezz ta' mekkaniżmi uffiċjali għar-riżoluzzjoni tat-tilwim, u jitlob lill-awtoritajiet Niġerjani jwieġbu għal kull waħda minnhom permezz ta' investigazzjoni u rimedju sħaħ u kredibbli skont il-liġi; jitlob lill-UE tappoġġa l-iżvilupp ta' mekkaniżmi bħal dawn;

20.

Jistieden lill-Gvern Niġerjan jippromwovi l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja pubblika u politika;

21.

Itenni l-appell tiegħu għat-tneħħija tal-liġi kontra l-omosesswalità u tal-piena tal-mewt;

22.

Jitlob lill-awtoritajiet Niġerjani jieħdu miżuri ta' emerġenza fid-Delta tan-Niġer, inklużi azzjonijiet biex itemmu l-attivitajiet illegali b'rabta maż-żejt u biex jgħinu lil dawk esposti għat-tniġġis; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jipprovdu għarfien espert tekniku u riżorsi biex jgħinu fir-restawr taż-żona; jitlob lill-kumpaniji kollha li joperaw fir-reġjun biex jikkonformaw mal-ogħla standards internazzjonali u jżommu lura minn kwalunkwe azzjoni li jaf ikollha impatt fuq l-ambjent u l-komunitajiet lokali;

23.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, il-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, il-Gvern u l-Parlament tan-Niġerja, ir-rappreżentanti tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent u l-Unjoni Afrikana.


(1)  ĠU L 160, 29.5.2014, p. 27.


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/101


P8_TA(2015)0186

Il-każ ta’ Nadiya Savchenko

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' April 2015 dwar il-każ ta’ Nadiya Savchenko (2015/2663(RSP))

(2016/C 346/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja u l-Ukraina, b’mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2015 dwar l-omiċidju tal-kap tal-oppożizzjoni Russu Boris Nemtsov u l-istat tad-demokrazija fir-Russja (1) u tal-15 ta’ Jannar 2015 dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-4 ta’ Marzu 2015 tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar iż-żamma taħt arrest li għadha għaddejja ta' Nadiya Savchenko,

wara li kkunsidra l-“Kumpless ta’ miżuri għall-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Minsk”, adottati u ffirmati f'Minsk fit-12 ta’ Frar 2015 u approvati uffiċjalment f’daqqa bir-riżoluzzjoni 2202 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tas-17 ta’ Frar 2015,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-UE tas-16 ta’ April 2015 dwar il-ħtif u d-detenzjoni illegali ta’ ċittadini Ukraini mill-Federazzjoni Russa,

wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-liġi umanitarja internazzjonali u, b’mod partikolari, it-Tielet Konvenzjoni ta’ Ġinevra relattiva għat-Trattament tal-Priġunieri tal-Gwerra tat-12 ta’ Awissu 1949,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-President tal-Ukraina, il-President tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Kummissjoni Ewropea b’riżultat tas-17-il Samit UE-Ukraina, li titlob għall-ħelsien urġenti tal-ostaġġi kollha u ta’ dawk il-persuni kollha li jinsabu miżmuma illegalment taħt arrest, inkluża Nadiya Savchenko,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-militanti ta’ favur ir-Russja tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk” fit-territorju tal-Ukraina tal-Lvant ħatfu b'mod illegali l-Logutenent Nadiya Savchenko, pilota militari u ex-uffiċjal tal-forzi armati Ukraini, fuq it-territorju tal-Ukraina fit-18 ta' Ġunju 2014, żammewha taħt arrest, u mbagħad illegalment ittrasferewha lejn il-Federazzjoni Russa;

B.

billi s-Sa Savchenko, imwielda fl-1981, għandha karriera militari distinta warajha, peress li kienet l-unika suldata mara fit-truppi taż-żamma tal-paċi Ukraini fl-Iraq u l-ewwel mara li nkitbet fl-Akkademja tal-Forza tal-Ajru tal-Ukraina, u b’mod volontarju offriet li tieħu sehem fil-ġlied fl-Ukraina tal-Lvant bħala parti mill-Battaljun Aidar, fejn imbagħad ġiet maqbuda;

C.

billi l-Kumitat Investigattiv tar-Russja ressaq akkużi finali kontra Nadiya Savchenko fl-24 ta’ April 2015 (li għinet fl-omiċidju ta' żewġ persuni jew aktar, li għinet attentat fuq il-ħajja ta' żewġ persuni jew aktar u li qasmet illegalment il-fruntiera tal-Federazzjoni Russa);

D.

billi Nadiya Savchenko hija membru tal-Verkhovna Rada u tad-delegazzjoni tal-Ukraina għall-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (APKE); billi l-Kumitat tal-APKE għar-regoli ta’ proċedura, l-immunitajiet u l-affarijiet istituzzjonali ikkonferma l-immunità tagħha; billi l-Federazzjoni Russa tirrifjuta l-immunità diplomatika mogħtija lil Nadiya Savchenko bħala membru tal-Verkhovna Rada; billi l-komunità internazzjonali wettqet għadd kbir ta' sforzi biex tiżgura l-ħelsien ta' Nadiya Savchenko, inkluża r-Riżoluzzjoni tal-APKE 2034 (2015) li titlob li tingħata l-ħelsien b’mod immedjat u li l-immunità parlamentari tagħha bħala membru tad-delegazzjoni tal-Ukraina għall-APKE tiġi rispettata;

E.

billi l-Federazzjoni Russa qablet li tiskambja lill-ostaġġi politiċi kollha u lill-persuni kollha li huma illegalment miżmuma taħt arrest skont il-Ftehimiet ta' Minsk abbażi tal-prinċipju ta’ “kollha għal kollha”, liema skambju suppost li kellu jitlesta għalkollox mhux aktar tard mill-ħames jum wara l-irtirar tal-armamenti tqal; billi Nadiya Savchenko, f’għadd kbir ta’ okkażjonijiet, ġiet offruta amnestija bil-kundizzjoni li tammetti l-ħtija tagħha;

F.

billi Nadiya Savchenko ilha fuq strajk tal-ġuħ għal aktar minn tliet xhur bi protesta kontra ż-żamma taħt arrest illegali tagħha; billi ġiet suġġetta għal eżamijiet prikjatriċi u trattament mingħajr ir-rieda tagħha; billi l-qrati bbażati f’Moska ċaħdu l-appelli li ressqet Nadiya Savchenko kontra ż-żamma taħt arrest tagħha ta’ qabel il-proċess; billi sadattant, l-istat tas-saħħa tagħha ddeterjora; billi l-UE u għadd ta’ Stati Membri esprimew tħassib umanitarju ġenwin f’dan ir-rigward; billi saru għadd ta’ appelli lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u mis-Salib l-Aħmar Internazzjonali biex jiġi żgurat il-ħelsien ta’ Nadiya Savchenko;

1.

Jitlob għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta’ Nadiya Savchenko; jikkundanna lill-Federazzjoni Russa għall-ħtif illegali, iż-żamma taħt arrest fil-ħabs għal kważi sena u l-investigazzjoni ta’ Nadiya Savchenko; jitlob b’insistenza li l-awtoritajiet Russi jirrispettaw l-impenn internazzjonali tagħhom fil-qafas tal-Ftehimiet ta’ Minsk u b’mod partikolari l-“Kumpless ta’ miżuri għall-implimentazzjon tal-Ftehimiet ta’ Minsk” li sar qbil dwarhom; iqis li r-Russja ma għandha l-ebda bażi ġuridika jew ġurisdizzjooni biex tieħu xi azzjoni kontra Nadiya Savchenko, bħalma huma ż-żamma taħt arrest, l-investigazzjoni jew li jinġiebu akkużi kontra tagħha;

2.

Hu tal-fehma li ż-żamma taħt arrest ta’ Nadiya Savchenko bħala priġuniera tal-gwerra ġo ħabs fir-Russja huwa vjolazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra; jenfasizza li dawk responsabbli għaż-żamma taħt arrest illegali tagħha fir-Russja jistgħu jiffaċċjaw sanzjonijiet internazzjonali jew proċedimenti ġuridiċi għall-azzjonijiet tagħhom;

3.

Ifakkar lill-awtoritajiet Russi li s-Sa Savchenko għadha tinsab fi stat ta’ saħħa estremament fraġli u li huma direttament responsabbli għas-sikurezza u l-benesseri tagħha; jistieden lill-awtoritajiet Russi jippermettu lil tobba internazzjonali imparzjali aċċess għas-Sa Savchenko, filwaqt li jiżguraw li kwalunkwe eżami mediku jew psikoloġiku jsir biss bil-kunsens tas-Sa Savchenko u filwaqt li jitqiesu l-konsegwenzi tal-fatt li ilha fuq strajk tal-ġuħ għal żmien twil ħafna; jistieden lir-Russja tippermetti lill-organizzazzjonijiet umanitarji internazzjonali jkollhom aċċess permanenti għaliha;

4.

Jitlob il-ħelsien immedjat taċ-ċittadini Ukraini l-oħra kollha, inkluż id-direttur tal-films Ukren Oleg Sentsov u Khaizer Dzhemilev, li qed jinżammu illegalment taħt arrest fir-Russja;

5.

Iħeġġeġ lill-President ta’ Franza u lill-Kanċillier tal-Ġermanja, kif ukoll lill-Ministri tal-Affarijiet Barranin rilevanti, iqajmu l-kwistjoni tal-ħelsien ta’ Nadiya Savchenko waqt il-laqgħat li jmiss tal-Grupp ta’ Kuntatt dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Minsk fil-format tan-Normandija; jistieden lill-VP/RGħ, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jkomplu jsegwu mill-qrib il-każ ta’ Nadiya Savchenko, iqajmu l-każ f’formati u laqgħat differenti mal-awtoritajiet Russi, u jżommu lill-Parlament mgħarraf bl-eżitu ta’ dawn l-isforzi;

6.

Jirrimarka li l-ħelsien ta' Nadiya Savchenko mhux biss huwa pass meħtieġ lejn it-titjib tar-relazzjonijiet ta’ bejn l-Ukraina u r-Russja, iżda wkoll se juri rispett għall-għarfien tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem min-naħa tal-awtoritajiet Russi;

7.

Ifakkar li Nadiya Savchenko ġiet eletta bħala membru tal-Parlament Ukren fl-elezzjoni parlamentari ġenerali ta' Ottubru 2014 u hija parti mid-delegazzjoni tal-Ukraina għall-APKE, u bħala tali ingħatat immunità internazzjonali; ifakkar lir-Russja fl-obbligu internazzjonali tagħha li tirrispetta l-immunità ta’ Nadiya Savchenko bħala membru tal-APKE;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ukraina u lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2015)0074.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2015)0011.


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/103


P8_TA(2015)0187

Is-sitwazzjoni fil-kamp tar-refuġjati ta’ Yarmouk fis-Sirja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' April 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-kamp tar-refuġjati ta’ Yarmouk fis-Sirja (2015/2664(RSP))

(2016/C 346/17)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dritt Umanitarju Internazzjonali,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sirja,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) u l-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet tal-10 ta’ April 2015, dwar is-sitwazzjoni f’Yarmouk fis-Sirja,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-VP/RGħ f’isem l-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ April 2015, dwar is-sitwazzjoni fil-kamp tar-refuġjati Palestinjan ta’ Yarmouk fis-Sirja,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2139 (2014), 2165 (2014) u 2191 (2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-IS/Daesh attakka l-kamp tar-refuġjati Palestinjan ta’ Yarmouk fis-Sirja fl-1 ta’ April 2015; billi r-reġim ta’ Assad kompla l-bumbardament u l-attakki mill-ajru tal-kamp b’reazzjoni għall-attakk tal-IS u battalji fit-toroq intensivi bejn il-gruppi ta’ oppożizzjoni armata kontra Assad, jiġifieri Aknaf Beyt el Makdis u l-IS/Daesh, u Jabhat al-Nusra li seħħew madwar il-kamp; billi fis-16 ta’ April 2015 unitajiet militari Palestinjani, bl-għajnuna tar-ribelli Sirjani, ġagħlu lill-ġellieda tal-IS/Daesh jirtiraw mill-kamp; billi l-irtirar tad-Daesh iħalli lill-affiljat tal-al Qaeda Jabhat al-Nusra f’kontroll ġenerali tal-kamp;

B.

billi Yarmouk, l-akbar kamp Palestinjan tar-refuġjati fis-Sirja, iffurmat fl-1957 biex jakkomoda persuni li jkunu qed jaħarbu mill-kunflitt bejn l-Għarab u l-Iżrael, inħakem minn ġlied bejn il-Gvern Sirjan u gruppi armati bħal Jabhat al-Nusra u l-Armata Libera Sirjana; billi qabel il-kunflitt Sirjan iktar minn 160 000 persuna ċivili kienu qed jgħixu fil-kamp, filwaqt li llum fadal biss 18 000;

C.

billi 480 000 refuġjat Palestinjan għadu grupp partikolarment vulnerabbli fil-kriżi fis-Sirja; billi huma mifruxa f’aktar minn 60 kamp madwar ir-reġjun; billi 95 % tar-refuġjati Palestinjani attwalment jiddependu fuq l-UNRWA għall-ħtigijiet ta’ kuljum tagħhom tal-ikel, l-ilma u l-kura tas-saħħa;

D.

billi l-popolazzjoni ċivili fil-kamp ta’ Yarmouk ġiet assedjata minn Diċembru 2012 u ġiet soġġettata għal attakk bil-bombi indiskriminat u bumbardament mir-reġim ta’ Assad u għadha maqbuda fil-kamp, billi skont l-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Għajnuna u Xogħol għar-Refuġjati tal-Palestina (UNRWA), 18 000 ċivil Palestinjan u Sirjan f’Yarmouk, inklużi 3 500 tifel u tifla, jeħtieġu għajnuna umanitarja mill-aktar bażika;

E.

billi hemm kriżi ta’ saħħa permanenti fil-kamp, b’epidemija tat-tifojde fl-2014, l-Epatite A u mard relatat mal-ilma li huma endemiċi, kif ukoll malnutrizzjoni bil-konsegwenzi magħrufa kollha;

F.

billi l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU talab lill-partijiet kollha fil-gwerra ċivili Sirjana aċċess umanitarju għall-kamp tar-refuġjati Palestinjan ta’ Yarmouk u biex jippermettu li l-għajnuna umanitarja tilħaq mingħajr ostakli l-kamp tar-refuġjati Palestinjan ta’ Yarmouk;

G.

billi l-Kummissjoni rrilaxxat fondi ta’ emerġenza immedjata ta’ EUR 2,5 miljun għal operazzjonijiet tal-UNRWA li jagħtu assistenza vitali lir-refuġjati Palestinjani fis-Sirja permezz ta’ flus u oġġetti ta’ għajnuna ta’ emerġenza;

H.

billi barra minn hekk, u bħala parti mill-finanzjament umanitarju tal-UE għas-Sirja għall-2015, l-appoġġ se jiffaċilita rispons umanitarju rapidu biex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta’ familji vulnerabbli; billi dan il-finanzjament jestendi għall-partijiet kollha tas-Sirja affettwati mill-kunflitt, b’fokus speċifiku fuq il-vjolenza reċenti f’Yarmouk, Idlib, Dara’a u Aleppo;

I.

billi ċaħda ta’ aċċess umanitarju li għadha għaddejja mir-reġim Sirjan u ġellieda oħrajn lir-refuġjati li jgħixu fil-Kamp ta’ Yarmouk huwa kontra l-liġi umanitarja internazzjonali; billi l-kapaċità tal-UNRWA biex issostni l-interventi vitali ta’ emerġenza, b’reazzjoni għal żviluppi urġenti bħal dak li għandu impatt fuq Yarmouk, hija serjament mhedda minn sottofinanzjament kroniku għal interventi umanitarji fis-Sirja;

1.

Jesprimi tħassib serju dwar id-deterjorazzjoni kontinwa tas-sitwazzjoni umanitarja u ta’ sigurtà fis-Sirja u b’mod partikolari fil-kamp tar-refuġjati Palestinjan ta’ Yarmouk u f’kampijiet Palestinjani oħra; itenni l-impenn qawwi tiegħu fl-appoġġ għall-vittmi tal-kunflitt Sirjan;

2.

Jikkundanna l-akkwiżizzjoni tal-kamp ta’ Yarmouk u atti ta’ terroriżmu mwettqa mill-IS/Daesh u Jabhat al-Nusra, kif ukoll tal-assedju impost mir-reġim ta’ Assad fuq Yarmouk u l-bumbardament tal-kamp, inkluż permezz ta’ bombi f’forma ta' bittija, li jikkawżaw tbatija orribbli fuq il-popolazzjoni milquta; jitlob it-tmiem immedjat tal-assedju u t-tmiem tal-attakki kollha fuq il-popolazzjoni ċivili;

3.

Jesprimi tħassib għad-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem detenuti fil-kamp ta’ Yarmouk u dawk li huma attwalment miżmuma fil-kustodja tal-forzi tas-sigurtà Sirjani; jistieden lill-gruppi armati kollha fil-kamp ta’ Yarmouk biex itemmu l-immirar tagħhom tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

4.

Iħeġġeġ ir-rispett tal-istatus newtrali ta’ Yarmouk u l-protezzjoni ta’ persuni ċivili ġewwa l-Kamp, partikolarment nisa u tfal, u s-salvagwardja tal-faċilitajiet mediċi, l-iskejjel u l-postijiet ta’ rifuġju;

5.

Jenfasizza li l-gwerra li għaddejja fis-Sirja u t-theddida mill-IS/Daesh jikkostitwixxu periklu serju għall-poplu tas-Sirja, u għal-Lvant Nofsani usa’; jitlob lill-UE tikkontribwixxi għal sforzi konġunti biex ittaffi l-kriżi umanitarja u jkollha rwol fl-għajnuna tal-pajjiżi ġirien biex jipprovdu rifuġju lir-rifuġjati li qed jaħarbu l-kunflitt fis-Sirja, li ħafna minnhom qed jitilfu ħajjithom fuq dgħajjes fil-Baħar Mediterran;

6.

Jitlob l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-KSNU 2139 (2014), 2165 (2014) u 2191 (2014) madwar it-territorju tas-Sirja; iħeġġeġ lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt sabiex jagħtu lill-UNRWA, lill-KISA u organizzazzjonijiet umanitarji internazzjonali oħra aċċess mingħajr xkiel għall-kamp tar-refjuġati f’Yarmouk, biex jippermettu aċċess umanitarju immedjat u mingħajr kundizzjonijiet, biex jevakwaw persuni midruba u jipprovdu passaġġ sikur liċ-ċivili kollha li jixtiequ jitilqu mill-kamp ta’ Yarmouk; jitlob l-istabbiliment ta’ kurituri umanitarji li la huma kkontrollati mir-reġim Sirjan u lanqas minn IS/Daesh u Jabhat al-Nusra, fid-dawl tal-ksur serju u kontinwu tagħhom tad-dritt umanitarju internazzjonali;

7.

Jilqa’ l-ħelsien mill-Kummissjoni Ewropea ta’ fondi ta’ emerġenza immedjati ta’ EUR 2,5 miljun għal operazzjonijiet tal-UNRWA li jagħtu assistenza vitali lir-refuġjati Palestinjani fis-Sirja; ifaħħar l-UNRWA għax-xogħol importanti li qed tagħmel u jesprimi l-impenn qawwi tiegħu biex ikomplu jaħdmu flimkien mal-Kummissarju Ġenerali tal-UNRWA Pierre Krähenbühl u s-sħab l-oħra kollha sabiex jgħinu biex itaffu t-tbatija tan-nies l-aktar fil-bżonn; jenfasizza l-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri jżidu l-appoġġ tagħhom għall-UNRWA għall-isforz għal għajnuna ta’ emerġenza għaċ-ċivili f’Yarmouk, u partijiet oħrajn tas-Sirja, li jiżgura li r-Refuġjati kollha tal-Palestina, il-komunitajiet ospitanti u oħrajn ikollhom l-assistenza li jeħtieġu; iħeġġeġ lill-UE biex tipparteċipa fil-finanzjament ta’ USD 30 miljun għall-appell ta’ emerġenza tal-UNRWA u biex tipprovdi appoġġ diplomatiku u politiku għall-UNRWA;

8.

Jikkundanna bil-qawwa l-abbużi kontra t-tfal, il-massakru, it-tortura, il-qtil u l-vjolenza sesswali, li tagħhom il-popolazzjoni Sirjana hija vittma; jenfasizza l-importanza li jittieħdu passi xierqa biex tkun żgurata s-sikurezza ta’ ċivili innoċenti, fosthom nisa u tfal; Jirrikonoxxi li n-nisa u l-bniet huma vittmi frekwenti ta’ stupru fil-gwerra fil-kunflitt tas-Sirja, inkluż fil-ħabsijiet tar-reġim; jissottolinja li l-Artikolu 3 komuni tal-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra jiggarantixxi lill-midruba u lill-morda kollha l-kura medika meħtieġa għall-kundizzjoni tagħhom mingħajr distinzjoni sfavorevoli; iħeġġeġ lill-fornituri tal-għajnuna umanitarja biex jipprovdu l-firxa sħiħa ta’ servizzi tas-saħħa, f’faċilitajiet umanitarji ffinanzjati mill-UE;

9.

Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-isforzi tal-Mibgħut Speċjali tan-NU għas-Sirja Staffan de Mistura fl-objettivi tiegħu ta’ perjodi ta’ tregwa lokali u l-implimentazzjoni ta’ pawżi umanitarji min-naħat kollha sabiex jippermettu l-għoti ta’ għajnuna umanitarja; itenni t-talbiet tiegħu lill-UE biex tieħu l-inizjattiva għal sforzi diplomatiċi għal dak l-għan;

10.

Itenni t-talba tiegħu għal soluzzjoni sostenibbli għall-kunflitt Sirjan permezz ta’ proċess politiku inklusiv u mmexxi mis-Sirjani abbażi tal-Komunikat ta’ Ġinevra ta’ Ġunju 2012 li jwassal għal tranżizzjoni politika ġenwina li tissodisfa l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-poplu Sirjan u tippermettilu b’mod indipendenti u demokratiku li jiddetermina l-futur tiegħu stess; Jilqa’ t-tħabbir ta’ taħdidiet ta’ Ġinevra mġedda, li għandhom isiru f’Mejju bejn ir-reġim ta’ Assad, l-oppożizzjoni, il-membri tal-KSNU u s-setgħat reġjonali inkluż l-Iran;

11.

Jibqa’ konvint li ma jista’ jkun hemm l-ebda paċi sostenibbli fis-Sirja mingħajr ma tittieħed ir-responsabilità tad-delitti li jkunu twettqu min-naħat kollha matul il-kunflitt, inkluż fir-rigward tal-kamp ta’ Yarmouk; itenni t-talba tiegħu għar-referenza tas-sitwazzjoni fis-Sirja lill-Qorti Kriminali Internazzjonali; jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jikkunsidraw serjament ir-rakkomandazzjoni reċenti tal-Kummissjoni ta’ Inkjesta tan-NU biex jesploraw l-istabbiliment ta’ tribunal speċjali għar-reati li twettqu fis-Sirja;

12.

Jistieden lill-Parlament Ewropew biex iwettaq żjara ad hoc fil-kamp tar-refuġjati ta’ Yarmouk biex b’mod indipendenti jevalwa s-sitwazzjoni umanitarja, hekk kif il-kundizzjonijiet ta’ sigurtà jippermettu, f’koordinazzjoni man-Nazzjonijiet Uniti u b’mod indipendenti mir-reġim ta’ Assad jew kwalunkwe parti oħra fil-kunflitt;

13.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Mibgħut Speċjali tan-NU u tal-Lega Għarbija għas-Sirja, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għall-Istati Għarab tal-Golf, lill-President tal-Awtorità Palestinjana, lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan u lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt fis-Sirja.


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/106


P8_TA(2015)0188

L-inkarċerazzjoni ta' attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ħaddiema fl-Alġerija

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' April 2015 dwar il-priġunerija ta' ħaddiema u attivisti tad-drittijiet tal-bniedem fl-Alġerija (2015/2665(RSP))

(2016/C 346/18)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Alġerija, partikolarment dawk tad-9 ta' Ġunju 2005 dwar il-libertà tal-istampa fl-Alġerija (1) u tal-10 ta' Ottubru 2002 dwar il-konklużjoni ta' ftehim ta' assoċjazzjoni mal-Alġerija (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta' Marzu 2015 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja tal-2013 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (3), u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar 'Il-Politika Ewropea tal-Viċinat, ħidma favur sħubija aktar b'saħħitha: Il-pożizzjoni tal-PE dwar ir-rapporti ta’ progress 2012' (4),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-20 ta' April 2015 dwar ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta' Mejju 2014 wara t-tmien laqgħa tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Alġerija,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-15 ta' Mejju 2012 mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titlu “Inwettqu politika ġdida Ewropea tal-Viċinat” (JOIN(2012)0014),

wara li kkunsidra l-memorandum tal-Kummissjoni dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) 2013 ta' Marzu 2014 dwar l-Alġerija,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Ġunju 2011 tal-Kunsill Ewropew dwar il-Viċinat tan-Nofsinhar,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Navi Pillay, matul iż-żjara tagħha fl-Alġerija f’Settembru 2012,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Alġerija, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2005,

wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tal-istess Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li jistipula li r-rispett għall-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem huwa biex jispira l-politiki domestiċi u internazzjonali tal-Partijiet, u għandu jikkostitwixxi element essenzjali ta’ dak il-Ftehim,

wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Alġerija adottata permezz ta' referendum fit-28 ta' Novembru 1996, speċjalment l-Artikoli 34-36, 39, 41 u 43 tagħha,

wara li kkunsidra r-rapport finali tal-5 ta' Awwissu 2012 maħruġ mill-Missjoni tal-UE għall-Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet dwar l-elezzjonijiet parlamentari fl-Alġerija,

wara li kkunsidra l-Linji ta' Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali, Kulturali, li tagħhom l-Alġerija hija firmatarja,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) Nru 87 dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt li Torganizza tal-1948 u l-Konvenzjoni Nru 98 tal-ILO dwar id-Dritt għall-Organizzazzjoni u n-Negozjar Kollettiv tal-1949,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi reċentement seħħew protesti kontra l-qgħad fl-Alġerija; billi l-awtoritajiet Alġerini jirrikonoxxu li t-talbiet tad-dimostranti huma leġittimi; billi, madankollu, f’dawn l-aħħar erba’ snin, u b’aktar intensità mill-bidu tal-2015, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi attivisti tad-drittijiet tal-ħaddiema, speċjalment fir-reġjuni tan-Nofsinhar tal-Alġerija, ġew mhedda, abbużati verbalment u soġġetti għal trattament ħażin u fastidju ġudizzjarju f’kuntest ta’ żieda fil-protesti ekonomiċi, soċjali u ambjentali;

B.

billi Mohamed Rag, attivist tad-drittijiet tax-xogħol mill-Kumitat Nazzjonali għad-Difiża tad-Drittijiet tal-Persuni Qiegħda (Comité National pour la Défense des droits des chômeurs, CNDDC) fil-belt ta’ Laghouat, ġie arrestat fit-22 ta' Jannar 2015 u ngħata sentenza ta’ 18-il xahar ħabs u multa ta’ 20 000 DZD għaliex “attakka aġent tal-forza tas-sigurtà waqt il-qadi ta’ dmirijietu”, u billi s-sentenza tiegħu ġiet ikkonfermata wara appell fit-18 ta' Marzu 2015;

C.

billi fit-28 ta' Jannar 2015 fil-belt ta’ Laghouat, tmien attivisti tad-drittijiet tal-ħaddiema, membri tas-CNDDC — Khencha Belkacem, Brahimi Belelmi, Mazouzi Benallal, Azzouzi Boubakeur, Korini Belkacem, Bekouider Faouzi, Bensarkha Tahar u Djaballah Abdelkader — ġew arrestati meta nġabru quddiem il-qorti tal-belt biex jitolbu li Mohamed Rag jiġi meħlus; billi dawn it-tmien attivisti ġew sussegwentement ikkundannati f’Marzu li għadda għal sena ħabs b’sentenza sospiża għal 6 xhur u multa ta’ 5 000 DZD għaliex “kienu parti minn grupp illegali/mhux awtorizzat” u għaliex “eżerċitaw pressjoni fuq id-deċiżjonijiet tal-qrati tal-maġistrati”;

D.

billi, f’Laghouat, matul is-seduta msemmija hawn fuq tal-attivisti CNDDC, li saret fil-11 ta' Marzu 2015, kienu skjerati għadd akbar mis-soltu ta’ uffiċjali tal-pulizija, u minħabba hekk il-pubbliku u xhieda tad-difiża ma setgħux jidħlu fl-awla tal-qorti, u billi barra l-awla tal-qorti l-pulizija arrestat u sussegwentement ħelset kważi 50 dimostrant paċifiku li kienu qegħdin jesprimu s-solidarjetà tagħhom mad-disa’ priġunieri;

E.

billi, minkejja li tneħħa l-istat ta’ emerġenza fi Frar 2011 b’reazzjoni għal mewġa ta’ protesti tal-massa favur id-demokrazija, baqgħu fis-seħħ restrizzjonijiet, fil-liġi u fil-prattika, dwar il-libertà ta' assemblea paċifika, b’mod partikolari, digriet tat-18 ta' Ġunju 2001 li kompla jipprojbixxi dimostrazzjonijiet pubbliċi fil-belt ta’ Alġeri, kif ukoll il-Liġi 91-19 tat-2 ta' Diċembru 1991 dwar laqgħat pubbliċi u dimostrazzjonijiet, li tagħmel kwalunkwe avveniment pubbliku suġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel; billi l-Ministeru tal-Intern rari jawtorizza laqgħat pubbliċi;

F.

billi kull min jieħu sehem fi protesti mhux awtorizzati jista' jitressaq il-qorti u jista' jeħel sentenza ta’ ħabs li tvarja minn xahrejn sa ħames snin, skont l-Artikoli 99 u 100 tal-Kodiċi Penali Alġerin; billi f’Jannar 2014 — id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni ta’ assoċjazzjonijiet ġodda — l-assoċjazzjonijiet kollha li ma ġewx aċċettati saru illegali; billi protesti paċifiċi bil-forza tal-pulizija kienet tferrex il-massa, kultant b’mod vjolenti, u billi dimostranti paċifiċi jistgħu jiġu arrestati qabel id-dimostrazzjonijiet biex jimpedixxu li dawn iseħħu;

G.

billi fl-2014 il-Gvern Alġerin introduċa reviżjonijiet kostituzzjonali favur id-demokrazija u wiegħed aktar riformi li jħarsu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; billi l-implimentazzjoni ta’ dawk ir-riformi s’issa ma kinitx sodisfaċenti;

H.

billi f’Marzu 2015 erba’ attivisti oħra tad-drittijiet tal-ħaddiema, Rachid Aouine, Youssef Sultani, Abdelhamid Brahimi u Ferhat Missa, membri CNDDC fil-belt ta’ El Oued, ġew arrestati u akkużati li instigaw tlaqqigħ ta' grupp ta' persuni; billi tnejn minnhom ġew meħlusa, iżda Rachid Aouine ġie kkundannat u Youssef Sultani jinsab ħieles u qed jistenna l-proċess;

I.

billi f’Jannar 2012 daħlet fis-seħħ liġi ġdida dwar l-assoċjazzjonijiet (12-06) li timponi restrizzjonijiet fuq organizzazzjonijiet mhux governattivi u gruppi tas-soċjetà ċivili fir-rigward tal-ħolqien tagħhom, il-funzjonament, ir-reġistrazzjoni u l-aċċess għal finanzjament barrani; billi din tikkriminalizza l-membri ta' assoċjazzjonijiet li mhumiex irreġistrati, sospiżi jew xolti, u dawn jistgħu jkunu soġġetti għal sitt xhur priġunerija u multa għolja, u b’hekk qed tiġi mfixkla l-libertà ta’ assoċjazzjoni;

J.

billi, għalkemm il-Liġi 90-14 tat-2 ta' Ġunju 1990 dwar il-kundizzjonijiet għall-eżerċitar tad-drittijiet tat-trade unions tippermetti lill-ħaddiema jiffurmaw unions mingħajr ma jfittxu permess iżda billi jinnotifikaw l-awtoritajiet bil-miktub, l-awtoritajiet irrifjutaw f'diversi każijiet li joħorġu rċevuta li mingħajrha l-union ma tistax legalment tirrappreżenta l-ħaddiema;

K.

billi l-Alġerija, li qed tiġi eżaminata minħabba l-applikazzjoni tagħha tal-Konvenzjoni 87 tal-ILO f’Ġunju 2014, f’bosta rapporti ġiet analizzata bir-reqqa minn esperti tal-ILO għall-ksur tad-drittijiet tal-ħaddiema li jagħmlu strajk u li jiffurmaw unions tal-għażla tagħhom;

L.

billi n-negozjati dwar il-Pjan ta' Azzjoni bejn l-UE u l-Alġerija fil-qafas tal-PEV bdew fl-2012; billi, filwaqt li tirrikonoxxi l-interess li għandhom iż-żewġ naħat li jsaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni rigward kwistjonijiet ta’ sigurtà u kwistjonijiet reġjonali, f’Marzu 2014 il-Kummissjoni madankollu esprimiet tħassib dwar in-nuqqas ta’ indipendenza ġudizzjarja u d-deterjorament tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-libertà ta’ assoċjazzjoni, ta' assemblea u ta’ espressjoni fl-Alġerija;

M.

billi l-Alġerija ilha membru tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti sa minn Jannar 2014;

1.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-arrest u d-detenzjoni tal-attivisti Rachid Aouine, Mohamed RAG, Khencha Belkacem, Brahimi Belelmi, Mazouzi Benallal, Azzouzi Boubakeur, Korini Belkacem, Bekouider Faouzi, Bensarkha Tahar, Djaballah Abdelkader, peress li dawn qed jinżammu minkejja l-fatt li l-attivitajiet tagħhom huma kompletament permissibbli taħt il-liġi Alġerina u huma konformi mal-istrumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem li l-Alġerija rratifikat;

2.

Ifakkar li l-Alġerija hi marbuta bl-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li jistipula li element essenzjali tiegħu huwa r-rispett għall-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, u li l-Alġerija għalhekk hija obbligata tirrispetta d-drittijiet universali tal-bniedem, inkluż il-libertà ta’ assemblea u ta’ assoċjazzjoni;

3.

Iqis li l-fastidju u l-intimidazzjoni ta’ attivisti tad-drittijiet tal-ħaddiema u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż fil-livell ġudizzjarju, mhijiex prattika konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem;

4.

Iqis li d-dritt għal proċess ġust u l-iżgurar ta' garanzija minima għad-drittijiet tad-difiża għad-detenuti kollha, inklużi difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u attivisti tad-drittijiet tal-ħaddiema, f’konformità mal-Artikolu 14(3) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), ratifikat mill-Alġerija;

5.

Jistieden ukoll lill-awtoritajiet Alġerini biex jiżguraw u jiggarantixxu d-dritt għal-libertà ta’ espressjoni, assoċjazzjoni u assemblea paċifika, u biex jieħdu passi xierqa ħalli jiżguraw is-sigurtà u s-sikurezza ta’ attivisti tas-soċjetà ċivili u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertà tagħhom li jwettqu attivitajiet paċifiċi u leġittimi;

6.

Ifakkar fir-rakkomandazzjoni lill-Gvern Alġerin mir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-dritt għal-libertà ta’ opinjoni u espressjoni biex jirrevoka d-Digriet tat-18 ta' Ġunju 2001 li jipprojbixxi dimostrazzjonijiet paċifiċi u l-forom kollha ta’ dimostrazzjoni pubblika f’Alġeri u jistabbilixxi sistema ta’ notifika sempliċi minflok awtorizzazzjoni minn qabel għal dimostrazzjonijiet pubbliċi;

7.

Jistieden lill-awtoritajiet Alġerini jirrevokaw il-Liġi 12-06 dwar l-assoċjazzjonijiet u biex jidħlu fi djalogu ġenwin mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex titfassal liġi ġdida li tkun f’konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-Kostituzzjoni Alġerina;

8.

Jilqa’ l-fatt li mill-2012, 12-il organizzazzjonijiet tat-trade unions irċevew il-liċenzji tagħhom; ifakkar li l-manuvri amministrattivi m’għandhomx ikunu ddisinjati biex ma jagħtux l-istatus legali lil unions indipendenti li jippruvaw joperaw barra l-organizzazzjoni tat-trade unions eżistenti; jistieden lill-awtoritajiet Alġerini jippermettu lit-trade unions ġodda jirreġistraw b’mod legali u jikkonformaw mal-konvenzjonijiet implimentati mill-ILO li ġew ratifikati mill-Alġerija, partikolarment il-Konvenzjoni Nru 87 dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni u l-Konvenzjoni Nru 98 dwar id-Dritt għall-Organizzazzjoni u n-Negozjar Kollettiv;

9.

Japprezza li l-Alġerija rratifikat il-biċċa l-kbira tat-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; jinkoraġġixxi aktar impenn u kooperazzjoni mtejba mill-awtoritajiet Alġerini man-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem; jistieden lill-awtoritajiet Alġerini biex jikkooperaw mal-Proċeduri Speċjali tan-NU, inkluż billi jistiednu Rapporteurs Speċjali biex iżuru l-Alġerija, u biex iqisu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom; jistieden ukoll lill-Alġerija biex tikkoopera b’mod attiv mal-mekkaniżmi tad-drittijiet tal-bniedem tal-Unjoni Afrikana, b’mod partikolari tar-Rapporteur Speċjali għad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem;

10.

Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) u lill-Istati Membri tal-UE biex jiżguraw li jkun hemm politika tal-UE ċara u bbażata fuq il-prinċipji vis-à-vis l-Alġerija li tinkludi djalogu tad-drittijiet tal-bniedem, f'konformità mal-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri biex jiżguraw li d-djalogu politiku, ta’ sigurtà u dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-Alġerija jkun ta' sustanza fit-tliet dimensjonijiet kollha u jitlob, għalhekk, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex jistabbilixxi punti ta’ riferiment u indikaturi ċari biex jimmonitorja l-għanijiet tal-UE u jivvaluta l-progress fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, l-impunità, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, ta' assemblea u ta’ espressjoni, l-istat tad-dritt u s-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-Alġerija;

11.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Alġerini, lill-VP/RGħ u s-SEAE sabiex jinkludu kapitolu b’saħħtu dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-Pjan ta’ Azzjoni futur bejn l-UE u l-Alġerija, li jesprimi rieda politika soda biex javvanzaw konġuntament de jure u de facto l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’konformità mal-Kostituzzjoni Alġerina u t-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u strumenti reġjonali Afrikani dwar id-drittijiet tal-bniedem li għalihom l-Alġerija hija parti; huwa tal-fehma li l-objettivi speċifiċi tad-drittijiet tal-bniedem għandhom jiġu adottati fil-pjan ta’ azzjoni UE-Alġerija, flimkien ma’ skeda għal riformi li għandhom jitwettqu mill-Alġerija, b’involviment sinifikanti tas-soċjetà ċivili indipendenti; jappella biex ikun definiti indikaturi għal valutazzjoni objettiva u regolari tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Alġerija;

12.

Jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri biex jissorveljaw mill-qrib il-proċessi u l-proċeduri ġudizzjarji kollha kontra difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u attivisti tad-drittijiet tal-ħaddiema permezz tal-preżenza ta’ rappreżentanti tad-delegazzjonijiet tal-UE u l-ambaxxati tal-Istati Membri f’Alġeri u biex jgħaddu rapport lill-Parlament dwar il-kwistjoni;

13.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lid-Delegazzjoni tal-UE f'Alġeri, lill-Gvern tal-Alġerija, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU.


(1)  ĠU C 124 E, 25.5.2006, p. 567.

(2)  ĠU C 279 E, 20.11.2003, p. 115.

(3)  Testi Adottati, P8_TA(2015)0076.

(4)  Testi Adottati, P7_TA(2013)0446


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 28 ta’ April 2015

21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/110


P8_TA(2015)0096

L-iskrutinju tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji ta’ Kummissarji nnominati (interpretazzjoni tal-paragrafu 1(a) tal-Anness XVI tar-Regoli ta' Proċedura)

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar l-iskrutinju tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji ta’ Kummissarji nnominati (interpretazzjoni tal-paragrafu 1(a) tal-Anness XVI tar-Regoli ta' Proċedura) (2015/2047(REG))

(2016/C 346/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittra tad-9 ta' April 2015 tal-president tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 226 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-paragrafu 1(a) tal-Anness XVI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu:

“L-iskrutinju tad-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji ta’ Kummissarju nnominat mill-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonsisti mhux biss fil-verifika li d-dikjarazzjoni tkun ġiet debitament mimlija, iżda wkoll fl-evalwazzjoni ta’ jekk kunflitt ta' interessi jistax jiġi dedott mill-kontenut tad-dikjarazzjoni. Huwa mbagħad għall-kumitat responsabbli għas-smigħ li jiddeċiedi jekk huwa jeħtieġx aktar informazzjoni mill-Kummissarju nnominat.”

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' tagħrif.


III Atti preparatorji

IL-PARLAMENT EWROPEW

It-Tlieta 28 ta’ April 2015

21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/111


P8_TA(2015)0097

Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex isiru parti, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (15528/2014 – C8-0295/2014 – 2013/0285(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 346/20)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (15528/2014),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikoli 46, 53(1) u 62 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0295/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, u l-Artikolu 99(2), kif ukoll l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0064/2015),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/112


P8_TA(2015)0098

Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015: Emenda tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni (07660/2015 – C8-0098/2015 – 2015/2013(BUD))

(2016/C 346/21)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, adottat b'mod definittiv fis-17 ta' Diċembru 2014 (2),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (3) (Regolament QFP),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (4),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015, li l-Kummissjoni adottat fl-20 ta' Jannar 2015 (COM(2015)0016),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015, adottata mill-Kunsill fil-21 ta' April 2015 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fit-22 ta' April 2015 (07660/2015),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/623 tal-21 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (5),

wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0138/2015),

A.

billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015 huwa marbut mal-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament QFP (COM(2015)0015), kif previst fl-Artikolu 19 tiegħu;

B.

billi l-Artikolu 19 tar-Regolament QFP jipprevedi reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali fil-każ ta' adozzjoni tard tar-regoli jew programmi taħt ġestjoni kondiviża biex allokazzjonijiet li ma ntużawx fl-2014 jiġu trasferiti għal snin sussegwenti, bi qbiż tal-limiti tal-infiq korrispondenti;

C.

billi l-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-programmi taħt ġestjoni kondiviża skont it-tifsira tal-Artikolu 19 tar-Regolament QFP skadew fl-2014 għal ammont ta' EUR 21 043 639 478 fi prezzijiet kurrenti li jikkorrispondi mal-ammonti parzjali ta' programmi għall-2014 li la setgħu jiġu impenjati fl-2014 u lanqas jiġu trasferiti għall-2015;

D.

billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015 jipprevedi trasferiment tal-akbar sehem ta' dawk l-allokazzjonijiet għall-baġit 2015 bi trasferimenti iżgħar li għandhom jiġu integrati fl-abbozzi ta' baġit għas-snin 2016 u 2017;

E.

billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015 jipproponi żieda ta' EUR 16 476,4 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn fl-2015 għad-diversi fondi taħt ġestjoni kondiviża taħt is-subintestatura 1b, l-intestatura 2 u l-intestatura 3;

F.

billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015 jipproponi wkoll żieda ta' EUR 2,5 miljun għall-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) skont l-intestatura 4, biex jinżamm it-trattement simili bejn il-kontribuzzjonijiet mill-intestatura 4 u l-subintestatura 1b għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – il-programmi ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (ETC);

1.

Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015, kif ippreżentat mill-Kummissjoni, u tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwaru;

2.

Ifakkar li tali reviżjoni tar-Regolament QFP hija proċedura standard fil-bidu ta' kull perjodu tal-QFP u li l-abbozz ta' baġit emendatorju korrispondenti jeħtieġlu jiġi allinjat ma' din ir-reviżjoni;

3.

Ifakkar li huwa ferm importanti għaċ-ċittadini Ewropej u għall-ekonomiji fl-Istati Membri kollha li l-approprjazzjonijiet li ma ntużawx għas-sena 2014 jistgħu jiġu trasferiti għas-snin sussegwenti sabiex jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir;

4.

Jilqa' l-fatt li l-approprjazzjonijiet li ma ntużawx għas-sena 2014 kienu trasferiti, sal-grad massimu possibbli, għas-sena finanzjarja 2015, peress li dan se jevita trattament inġust ta' ċerti Stati Membri, reġjuni u programmi operattivi, iħaffef l-implimentazzjoni u t-twettiq tal-politika ta' koeżjoni u jgħin jevita l-konċentrazzjoni ta' pagamenti fi tmiem il-perjodu tal-QFP;

5.

Jinsab madankollu mħasseb dwar l-impatt fit-tul li dan il-posponiment ta' sena se jkollu fuq is-sitwazzjoni globali tal-pagamenti; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib u tagħmel ħilitha kollha biex tevita l-effett ta' valanga ta' kontijiet mhux imħallsa billi tippreżenta proposti adegwati biex taġġusta l-livelli annwali tal-approprjazzjonijiet ta' pagament jekk ikun hemm bżonn, f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament QFP;

6.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-deċiżjoni li l-parti l-kbira tal-approprjazzjonijiet li ma ntużawx mill-2014 tiġi trasferita għall-2015 tista' teħtieġ approċċ flessibbli mill-Kummissjoni sabiex tindirizza diffikultajiet possibbli li jirriżultaw minn profil finanzjarju żbilanċjat, li jista' jwassal għal impenji mhux użati fil-perjodu 2014-2020; jitlob li l-Kummissjoni tipproponi miżuri adegwati, f'każ li din is-sitwazzjoni tinqala', abbażi ta' esperjenza simili fil-passat li qieset l-approvazzjoni tard ta' programmi;

7.

Jissottolinja l-ħtieġa li jintlaħaq ftehim fil-waqt dwar dan l-abbozz ta' baġit emendatorju sabiex jippermetti adozzjoni rapida tal-programmi kollha konċernati;

8.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 1/2015 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat għar-Reġjuni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 69, 13.3.2015.

(3)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(4)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(5)  ĠU L 103, 22.4.2015, p. 1.


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/114


P8_TA(2015)0099

Tnedija tal-użu tas-sistema eCall immuntata fil-vettura ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-iżvilupp tas-sistema eCall immuntata fil-vetturi bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (05130/3/2015 – C8-0063/2015 – 2013/0165(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2016/C 346/22)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05130/3/2015 – C8-0063/2015),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2013 (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0316),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0053/2015),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 341, 21.11.2013, p. 47.

(2)  Testi Adottati tas-26.2.2014, P7_TA(2014)0154.


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/115


P8_TA(2015)0100

Id-direttiva dwar il-kwalità tal-karburanti u d-direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (10710/2/2014 – C8-0004/2015 – 2012/0288(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2016/C 346/23)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari(10710/2/2014 – C8-0004/2015),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta’ April 2013 (1),

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0595),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tal-1 ta' April 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(8)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0025/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 198, 10.7.2013, p. 56.

(2)  Testi adottati tal-11 ta' Settembru 2013, P7_TA(2013)0357.


P8_TC2-COD(2012)0288

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-28 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, id-Direttiva (UE) 2015/1513.)


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/116


P8_TA(2015)0101

It-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bl-għan li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE rigward it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief (05094/1/2015 – C8-0064/2015 – 2013/0371(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2016/C 346/24)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05094/1/2015 – C8-0064/2015),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' April 2014 (2),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0761),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0130/2015),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, ladarba jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha jkunu tlestew b'mod debitu, u, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, biex jirranġa għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 214, 8.7.2014, p. 40.

(2)  ĠU C 174, 7.6.2014, p. 43.

(3)  Testi adottati tas-16.4.2014, P7_TA(2014)0417.


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew jinnota d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-adozzjoni tal-ftehim li jemenda d-Direttiva 94/62/KE rigward it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief.

Kif iddikjarat il-Kummissjoni fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni tagħha, il-proposta oriġinali tagħha kellha l-għan li “tillimita l-impatti negattivi fuq l-ambjent, b'mod partikolari f'termini ta' skart, biex tħeġġeġ il-prevenzjoni tal-iskart u użu iktar effiċjenti tar-riżorsi, filwaqt li jiġu limitati l-impatti soċjoekonomiċi. B'mod iktar speċifiku, il-proposta timmira li tnaqqas il-konsum tal-basktijiet tal-plastik ta' ħxuna ta' inqas minn 50 microns (0,05 millimetri) fl-Unjoni Ewropea.”

Il-Parlament Ewropew iqis li t-test miftiehem mill-koleġiżlaturi huwa għalkollox konformi mal-għanijiet tal-proposta tal-Kummissjoni.

Fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha l-Kummissjoni kkonkludiet li “l-għażla li tikkombina mira ta' prevenzjoni fl-UE kollha ma' rakkomandazzjoni espliċita biex tintuża miżura ta' prezzar u l-possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw restrizzjonijiet tas-suq b'deroga mill-Artikolu 18 […] għandha l-ogħla potenzjal li twassal għal riżultati ambjentali ambizzjużi, filwaqt li jinkisbu impatti ekonomiċi pożittivi, jiġu limitati l-effetti negattivi fuq l-impjieg, tiġi żgurata l-aċċettazzjoni pubblika, u jingħata kontribut għal sensibilizzazzjoni akbar dwar il-konsum sostenibbli”.

Il-Parlament Ewropew iqis li t-test finali kif miftiehem huwa bbażat fuq l-għażla preferuta identifikata fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni stess, u jistabbilixxi dispożizzjonijiet xierqa għall-Istati Membri biex jiżguraw tnaqqis effettiv tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik fl-Unjoni kollha.

Il-Parlament Ewropew ifakkar, barra minn hekk, li skont il-paragrafu 30 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet tal-2003, huwa fid-diskrezzjoni tal-koleġiżlaturi li jiddeċiedu jekk għandhiex titwettaq valutazzjoni tal-impatt qabel l-adozzjoni ta' xi emenda sostantiva.

Il-Parlament Ewropew ifakkar li skont l-Artikolu 13(2) tat-TUE “l-istituzzjonijiet għandhom jipprattikaw bejniethom il-koperazzjoni leali.” Il-Parlament japprezza l-isforzi magħmula mill-Kummissjoni sabiex tikkonkludi n-negozjati interistituzzjonali. Madankollu, jiddeplora l-fatt li d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tindirizza kwistjonijiet li diġà ġew indirizzati b'mod adegwat matul il-proċedura leġiżlattiva.

Fl-aħħar nett, il-Parlament ifakkar li l-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, hija kompletament responsabbli għall-applikazzjoni korretta tal-liġi tal-Unjoni mill-Istati Membri.


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/118


P8_TA(2015)0102

L-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (17086/1/2014 – C8-0072/2015 – 2013/0224(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2016/C 346/25)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (17086/1/2014 – C8-0072/2015),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Ottubru 2013 (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0480),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0122/2015),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 67, 6.3.2014, p. 70.

(2)  Testi Adottati tas-16 ta' April 2014, P7_TA(2014)0424.


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/119


P8_TA(2015)0103

L-Istatistika Ewropea ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-istatistika Ewropea (05161/2/2015 – C8-0073/2015 – 2012/0084(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2016/C 346/26)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05161/2/2015 – C8-0073/2015),

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Kungress ta' Deputati ta' Spanja u s-Senat Spanjol u mill-Kunsill Federali tal-Awstrija, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta' Novembru 2012 (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0167),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0137/2015),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 374, 4.12.2012, p. 2.

(2)  Testi adottati, 21.11.2013, P7_TA(2013)0505.


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/120


P8_TA(2015)0104

Pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-28 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (COM(2014)0614 – C8-0174/2014 – 2014/0285(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 346/27)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar (16), li fiha l-Unjoni hija parti kontraenti, tipprevedi obbligi ta’ konservazzjoni, inkluż iż-żamma jew l-irkupru tal-popolazzjonijiet ta’ speċijiet maqbuda f’livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli.

(1)

Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar (16), li fiha l-Unjoni hija parti kontraenti, tipprevedi obbligi ta’ konservazzjoni, inkluż iż-żamma jew l-irkupru tal-popolazzjonijiet ta’ speċijiet maqbuda f’livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli , kif kwalifikat mill-fatturi ambjentali u ekonomiċi relevanti .

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi r-regoli tal-politika komuni tas-sajd (“PKS”) b’mod konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni. L-għanijiet tal-PKS huma, fost l-oħrajn, li jkun żgurat li s-sajd u l-akkwakultura jkunu ambjentalment sostenibbli fit-tul, li jiġi applikat l-approċċ ta' prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd, u  li jiġi implimentat approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi r-regoli tal-politika komuni tas-sajd (“PKS”) b’mod konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni. L-għanijiet tal-PKS huma, fost l-oħrajn, li jkun żgurat li s-sajd u l-akkwakultura jkunu sostenibbli mill-aspett soċjoekonomiku u ambjentali fit-tul, b’konformità ma’ applikazzjoni bilanċjata tal-approċċ ta' prekawzjoni u tal-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)

Il-pjan ta’ ġestjoni ta' diversi speċijiet stabbilit permezz ta’dan ir-Regolament jeħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni akbar lir-rwoli u l-funzjonijiet ekoloġiċi differenti tal-ispeċijiet koperti mill-pjan. Peress li d-diversi speċijiet jinteraġixxu sa livell għoli, il-qabdiet ma jistgħux jiġu massimizzati b’mod sostenibbli għall-ispeċijiet kollha simultanjament u huma meħtieġa deċiżjonijiet dwar liema speċijiet għandhom jiġu prijoritizzati.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew għandhom iqisu l-aħħar rakkomandazzjonijiet u rapporti mill-ICES fir-rigward tar-rendiment massimu sostenibbli biex ikun żgurat li dan ir-regolament ikun aġġornat kemm jista’ jkun.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 7c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7c)

Skont id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1bis) (minn issa 'l quddiem “id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina”), id-daqs u d-distribuzzjonijiet tal-età naturali ta' stokkijiet ta' ħut kummerċjali huma indikaturi importanti għall-kisba ta' status ekoloġiku tajjeb tal-ambjent tal-baħar.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Huwa xieraq li jiġi stabbilit pjan tas-sajd għal diversi speċijiet li jqis id-dinamika bejn l-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal, u li jqis ukoll l-ispeċijiet tal-qabdiet inċidentali tas-sajd għal dawn l-istokkijiet, jiġifieri l-istokkijiet tal-Baltiku tal-barbun tat-tbajja’, tal-barbun lixx, tal-barbun u tal-barbun imperjali. L-għan ta’ dan il-pjan għandu jkun li jimmira lejn il-ksib u ż-żamma tar-rendimenti massimi sostenibbli għall-istokkijiet ikkonċernati.

(8)

L-għan aħħari hu li jiġi stabbilit pjan tas-sajd għal diversi speċijiet li jqis id-dinamika bejn l-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal, u li jqis ukoll l-ispeċijiet tal-qabdiet inċidentali tas-sajd għal dawn l-istokkijiet, jiġifieri l-istokkijiet tal-Baltiku tal-barbun tat-tbajja’, tal-barbun lixx, tal-barbun u tal-barbun imperjali. L-għan ta’ dan il-pjan għandu jkun li l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet ikkonċernati jerġgħu jiġu stabbiliti, jinkisbu u jinżammu 'l fuq minn livelli li jkunu kapaċi jipproduċu rendimenti sostenibbli għall-istokkijiet ikkonċernati, filwaqt li jiġi minimizzat kemm jista’ jkun l-impatt fuq speċijiet oħra, bħat-tajr tal-baħar, u fuq l-ambjent usa' tal-baħar, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 .

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

L-isfruttament tal-istokkijiet tal-merluzz u dawk pelaġiċi ma għandux jipperikola s-sostenibbiltà tal-istokkijiet meħuda bħala qabdiet inċidentali f’dan is-sajd, jiġifieri l-istokkijiet tal-Baħar Baltiku tal-barbun tat-tbajja’, tal-barbun lixx, tal-barbun u tal-barbun imperjali. Għalhekk, il-pjan għandu jimmira wkoll li jiżgura l-konservazzjoni ta’ dawn l-istokkijiet ta’ qabdiet inċidentali ’l fuq mil-livelli ta’ bijomassa li jikkorrispondu mal-approċċ ta' prekawzjoni.

(9)

L-isfruttament tal-istokkijiet tal-merluzz u dawk pelaġiċi ma għandux jipperikola s-sostenibbiltà tal-istokkijiet meħuda bħala qabdiet inċidentali f’dan is-sajd, jiġifieri l-istokkijiet tal-Baħar Baltiku tal-barbun tat-tbajja’, tal-barbun lixx, tal-barbun u tal-barbun imperjali. Għalhekk, il-pjan għandu jimmira wkoll li jiżgura l-konservazzjoni ta’ dawn l-istokkijiet ta’ qabdiet inċidentali’ l fuq mil-livelli ta’ bijomassa li jikkorrispondu għal approċċ ta’ prekawzjoni u bbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd, li jkunu kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli .

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha wkoll l-għan li gradwalment jiġi eliminat ir-rimi, waqt li jitqies l-aqwa parir xjentifiku, billi jiġu evitati u mnaqqsa l-qabdiet mhux mixtieqa. Dan l-għan jista’ jintlaħaq billi titjieb is-selettività tal-irkaptu u l-prattiki tas-sajd.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jitlob li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu stabbiliti skont il-miri stabbiliti fil-pjanijiet pluriennali.

(11)

L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jitlob li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu stabbiliti skont il-miri stabbiliti fil-pjanijiet pluriennali. Il-livelli li għandhom jintlaħqu f’termini ta’ mortalità għal kull tip ta’ sajd u bijomassa għandhom iqisu l-pariri xjentifiċi l-aktar aġġornati.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Dawn il-miri għalhekk għandhom jiġu stabbiliti u jiġu espressi f’termini ta’ rati ta’ mortalità mis-sajd, ibbażati fuq pariri xjentifċi  (19).

(12)

Dawn il-miri għalhekk għandhom jiġu stabbiliti u jiġu espressi f’termini ta’ rati ta’ mortalità mis-sajd, ibbażati fuq pariri xjentifiċi  (19) , li jġibu lura u jżommu l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet maqbuda għal livelli ogħla minn dawk li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli. Ir-rata ta’ sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli għandha tkun il-limitu massimu tal-isfruttament.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti punti ta’ referenza ta’ konservazzjoni sabiex jippermettu prekawzjoni addizzjonali meta daqs ta’ stokk jitnaqqas għal ċertu livell kritiku li jippreżenta riskju serju. Tali punti ta’ referenza ta’ konservazzjoni għandhom jiġu ddeterminati fuq livelli ta’ bijomassa minima ta’ riproduzzjoni li hija konsistenti mal-kapaċità riproduttiva sħiħa . Għandhom jiġu previsti miżuri ta’ rimedju fil-każ li d-daqs tal-istokk jaqa’ taħt il-bijomassa minima ta’ riproduzzjoni .

(13)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti punti ta’ referenza ta’ konservazzjoni sabiex jippermettu prekawzjoni addizzjonali meta daqs ta’ stokk jitnaqqas għal ċertu livell kritiku li jippreżenta riskju serju. Tali punti ta’ referenza ta’ konservazzjoni għandhom jiġu ddeterminati fuq livelli ta’ bijomassa li jikkorrispondu għal rendiment massimu sostenibbli (BMSY) ta' stokk . Għandhom jiġu previsti miżuri ta’ rimedju sabiex jiġi evitat li d-daqs tal-istokk jinżel sa livell aktar baxx minn dak il-livell .

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Fil-każ ta’ stokkijiet meħuda bħala qabdiet inċidentali, fin-nuqqas ta’ parir xjentifiku dwar tali livelli ta’ bijomassa minima ta’ riproduzzjoni, għandhom jiġu adottati miżuri ta' konservazzjoni speċifiċi meta parir xjentifiku jiddikjara li xi stokk ikun mhedded.

(14)

Fil-każ ta’ stokkijiet meħuda bħala qabdiet inċidentali, fin-nuqqas ta’ parir xjentifiku dwar tali livelli ta’ bijomassa minima ta’ riproduzzjoni, għandhom jiġu adottati miżuri ta' konservazzjoni speċifiċi meta indikaturi oħra jippermettu li jingħata parir xjentifiku li jiddikjara li xi stokk ikun mhedded. Id-data xjentifika dwar livelli ta’ bijomassa riproduttiva għal qabdiet inċidentali għandha tkun disponibbli rapidament sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-miżuri meħtieġa.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Sabiex jikkonforma mal-obbligu tal-iżbark stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjan għandu jipprovdi għal miżuri ta’ ġestjoni oħra kif stipulat fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 15(4) ta’ dak ir-Regolament. Tali miżuri għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ atti delegati.

(16)

Sabiex jikkonforma mal-obbligu tal-iżbark stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjan għandu jipprovdi għal miżuri ta’ ġestjoni oħra kif stipulat fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 15(4) ta’ dak ir-Regolament. Tali miżuri għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ atti delegati wara konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivi kkonċernati .

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)

Il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjoni tal-Kunsilli Konsultattivikkonċernati meta tadotta atti delegati biex tikkonforma mal-obbligu tal-iżbark stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, biex tipprevedi miżuri ta’ ġestjoni oħra kif stipulat fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 15(4) ta’ dak ir-Regolament.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

Il-pjan għandu jipprovdi wkoll għal ċerti miżuri tekniċi ta’ akkumpanjament biex jiġu adottati, permezz ta’ atti delegati, sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet tal-pjan, b’mod partikolari rigward il-protezzjoni ta' ħut żgħir jew ħut riproduttiv. Sakemm issir ir-reviżjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 (20), għandu jiġi previst ukoll li miżuri bħal dawn jistgħu, fejn meħtieġ għall-kisba tal-objettivi tal-pjan, jidderogaw minn ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dak ir-Regolament.

(17)

Il-pjan għandu jipprovdi wkoll għal ċerti miżuri tekniċi ta’ akkumpanjament biex jiġu adottati, permezz ta’ atti delegati wara konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivikkonċernati , sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet tal-pjan, b’mod partikolari rigward il-protezzjoni ta' ħut żgħir jew ħut riproduttiv. Sakemm issir ir-reviżjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 (20), għandu jiġi previst ukoll li miżuri bħal dawn jistgħu, fejn meħtieġ għall-kisba tal-objettivi tal-pjan, jidderogaw minn ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dak ir-Regolament.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)

Il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjoni tal-Kunsilli Konsultattivi kkonċernati meta tadotta ċerti miżuri tekniċi ta’ akkumpanjament bl-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-pjan.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Sabiex ikun hemm adattament għall-progress tekniku u xjentifiku fil-ħin u b’mod proporzjonat u biex tiġi żgurata l-flessibbiltà u tiġi permessa l-evoluzzjoni ta’ ċerti miżuri, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentar ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ miżuri ta’ rimedju li jikkonċernaw il-barbun tat-tbajja’, il-barbun, il-barbun imperjali u l-barbun lixx, l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-iżbark u l-miżuri tekniċi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, anki fil-livell tal-esperti. Meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f' waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(18)

Sabiex ikun hemm adattament għall-progress tekniku u xjentifiku fil-ħin u b’mod proporzjonat u biex tiġi żgurata l-flessibbiltà u tiġi permessa l-evoluzzjoni ta’ ċerti miżuri, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentar ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ miżuri ta’ rimedju li jikkonċernaw il-barbun tat-tbajja’, il-barbun, il-barbun imperjali u l-barbun lixx, l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-iżbark u l-miżuri tekniċi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, anki fil-livell tal-esperti u tal-korpi speċjalizzati fl-Istati Membri u l-Unjoni, u dan jinvolvi lill-esperti kemm tal-Parlament Ewropew kif ukoll dawk tal-Kunsill . Għandu jsir dibattitu intensiv mal-partijiet ikkonċernati milquta qabel ma tiġi ffinalizzata proposta għal miżura speċifika. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)

Il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjoni tal-Kunsilli Konsultattivikkonċernati meta tadotta atti delegati biex jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-miżuri ta’ rimedju għall-barbun tat-tbajja’, il-barbun, il-barbun imperjali u l-barbun lixx, l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-iżbark u miżuri tekniċi.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 18b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b)

Fl-implimentazzjoni tal-pjan stabillit permezz ta' dan ir-Regolament, għandha tingħata prijorità lill-applikazzjoni tal-prinċipju tar-reġjonalizzazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)

Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta l-Kummissjoni tkun ingħatat setgħat biex tadotta atti delegati fir-rigward ta’ ċerti miżuri ta’ konservazzjoni kif stipulati fil-pjan, l-Istati Membri li jkollhom interess ta’ ġestjoni dirett fis-sajd fil-Baħar Baltiku għandu jkollhom il-possibbiltà li jissottomettu rakkomandazzjonijiet konġunti għal miżuri bħal dawn, sabiex dawn il-miżuri jkunu mfasslin sew biex jikkorrispondu mal-partikolaritajiet tal-Baħar Baltiku u s-sajd tiegħu. Għandha tiġi stabbilita l-iskadenza għas-sottomissjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, kif meħtieġ skont l-Artikolu 18(1) ta’ dak ir-Regolament.

(19)

Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta l-Kummissjoni tkun ingħatat setgħat biex tadotta atti delegati fir-rigward ta’ ċerti miżuri ta’ konservazzjoni kif stipulati fil-pjan, l-Istati Membri u l-Kunsilli Konsultattivi li jkollhom interess ta’ ġestjoni dirett fis-sajd fil-Baħar Baltiku għandu jkollhom il-possibbiltà li jissottomettu rakkomandazzjonijiet konġunti għal miżuri bħal dawn, sabiex dawn il-miżuri jkunu mfasslin sew biex jikkorrispondu mal-partikolaritajiet tal-Baħar Baltiku u s-sajd tiegħu. Għandha tiġi stabbilita l-iskadenza għas-sottomissjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, kif meħtieġ skont l-Artikolu 18(1) ta’ dak ir-Regolament.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)

Biex tittejjeb l-effikaċja u l-aspetti innovattivi tal-pjan, ir-rakkomandazzjonijiet konġunti u l-atti delegati sussegwenti għandhom jimmiraw li jiżguraw l-inklużjoni ta’ approċċi minn isfel għal fuq u approċċi msejsa fuq ir-riżultati.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 19b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19b)

Il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjoni tal-Kunsilli Konsultattivikkonċernati meta tadotta atti delegati dwar ċerti miżuri ta konservazzjoni previsti fil-pjan.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)

Għandhom jiġu stipulati regoli li jiżguraw li l-appoġġ finanzjarju skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1bis) ikun jista' jingħata f'każ ta' waqfien temporanju tas-sajd.

Emenda 50

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)

Fir-rigward tal-qafas ta’ żmien, huwa mistenni li għall-istokkijiet ikkonċernati għandu jinkiseb rendiment massimu sostenibbli sal-2015. Għandu jinżamm minn hemm ’il quddiem.

(25)

Fir-rigward tal-qafas ta’ żmien, l-istokkijiet ikkonċernati għandhom jilħqu l-mira sal-2015 fejn hu possibbli. L-ilħuq ta' dawn ir-rati ta' sfruttament f'data aktar tard għandha tkun permessa biss jekk l-ilħuq tagħhom sal-2015 jipperikola serjament is-sostenibbiltà soċjali u ekonomika tal-flotot tas-sajd involuti. Wara l-2015, dawk ir-rati għandhom jinkisbu mill-iktar fis possibbli u f'kull każ sa mhux aktar tard mill-2020. Il-mira għandha tinżamm minn dawk id-dati 'l quddiem.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)

Fin-nuqqas ta’ reġim ta’ sforz tas-sajd hu meħtieġ li jitħassru r-regoli speċifiċi dwar permess tas-sajd speċjali u t-tibdil ta’ bastimenti jew magni applikabbli għall-Golf ta’ Riga. Għaldaqstant, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 għandu jiġi emendat.

imħassar

Emenda 26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Il-pjan għandu japplika wkoll għall-barbun tat-tbajja’ , il-barbun, il-barbun imperjali u l-barbun lixx fis-Suddiviżjonijiet tal-ICES 22-32 maqbuda meta jsir sajd għall-istokkijiet ikkonċernati .

2.    Dan ir-Regolament għandu jipprevedi wkoll miżuri fir-rigward ta' qabdiet inċidentali ta' barbun tat-tbajja’ , barbun, barbun imperjali u barbun lixx fis-Suddiviżjonijiet tal-ICES 22-32 li għandhom japplikaw meta jsir sajd għall-istokkijiet imsemmija fil-paragrafu 1 .

Emenda 27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punti b u c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

“xbieki nassa” tfisser xbieki kbar, ankrati, imwaħħlin ma’ lasti jew okkażjonalment f’wiċċ l-ilma , miftuħa fil-wiċċ u pprovduti b' diversi tipi ta' tagħmir li jiġbed u jżomm il-ħut fih, u li ġeneralment ikun maqsum f’taqsimiet magħluqa fil-qiegħ bi xbiek;

(b)

“xbieki nassa , xbieki fyke u xbieki fissi mhux mgħottija ” tfisser xbieki ankrati, imwaħħlin ma’ lasti jew okkażjonalment f’wiċċ l-ilma, u pprovduti b' diversi tipi ta' tagħmir li jiġbed u jżomm il-ħut fih, u li ġeneralment ikun maqsum f’taqsimiet magħluqa fil-qiegħ bi xbiek;

(c)

“nases u kavetti” tfisser nases żgħar iddisinjati biex jaqbdu l-krustaċej jew il-ħut fil-forma ta’ gaġeġ jew qfief magħmula minn diversi materjali li jitqiegħdu f'qiegħ il-baħar jew waħedhom jew f’ringieli; marbutin bi ħbula (ħbula tal-gavitelli) ma' gavitelli fil-wiċċ li juru l-pożizzjoni tagħhom u li jkollhom fetħa jew daħla waħda jew iktar minn waħda;

(c)

“nases u kavetti” tfisser nases iddisinjati biex jaqbdu l-krustaċej jew il-ħut fil-forma ta’ gaġeġ jew qfief magħmula minn diversi materjali li jitqiegħdu f'qiegħ il-baħar jew waħedhom jew f’ringieli; marbutin bi ħbula (ħbula tal-gavitelli) ma' gavitelli fil-wiċċ li juru l-pożizzjoni tagħhom u li jkollhom fetħa jew daħla waħda jew iktar minn waħda;

Emendi 63, 28 u 56

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-pjan għandu jimmira li jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd elenkati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u b’mod partikolari:

1.   Il-pjan għandu jiżgura li jintlaħqu l-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd elenkati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u  fid-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (MSFD) Nru 2008/56/KE b’mod partikolari:

(a)

il-kisba u ż-żamma tar-rendiment massimu sostenibbli għall-istokkijiet ikkonċernati , u

(a)

l-irkupru u ż-żamma tal-istokkijiet ikkonċernati f'livell ta' bijomassa ogħla mil-livell li jista' jipproduċi rendiment massimu sostenibbli, u

(b)

l-iżgurar tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-barbun tat-tbajja’, il-barbun lixx, il-barbun u l-barbun imperjali b’konformità mal-approċċ ta' prekawzjoni.

(b)

l-iżgurar tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-barbun tat-tbajja’, il-barbun lixx, il-barbun u l-barbun imperjali 'l fuq mil-livelli li jkunu kapaċi jipproduċu r-rendimenti massimi sostenibbli.

2.   Il-pjan għandu jimmira li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-iżbark stabbilit fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-istokkijiet ikkonċernati u għall-barbun tat-tbajja’.

2.   Il-pjan għandu jikkontribwixxi biex jintemm ir-rimi tal-ħut, filwaqt li jitqies l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, billi jiġu evitati u jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali, kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-iżbark stabbilit fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-istokkijiet ikkonċernati u għall-barbun tat-tbajja’.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Koerenza mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni

 

1.     Il-pjan għandu japplika l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd.

 

2.     Sabiex ikun żgurat li l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar ikunu minimizzati u li l-attivitajiet tas-sajd jevitaw id-degradazzjoni tal-ambjent marittimu, il-pjan għandu jkun koerenti mal-objettivi tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima u jikkontribwixxi biex dawn l-objettivi jintlaħqu, biex jinkiseb status ambjentali tajjeb sal-2020. B'mod partikolari, għandu:

 

(a)

jimmira li jiżgura li l-kundizzjonijiet deskritti fid-deskrittur 3 inkluż fl-Anness I tad-Direttiva jiġu ssodisfati;

 

(b)

jimmira li jikkontribwixxi għat-twettiq tad-deskritturi 1, 4 u 6 inklużi fl-Anness I ta' dik id-Direttiva bi proporzjon mar-rwol tas-sajd fl-issodisfar tagħhom.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-mortalità mis-sajd fil-mira għandha tintlaħaq sal-2015 u tinżamm minn hemm ’il quddiem għall-istokkijiet ikkonċernati fil-meded li ġejjin:

1.   Il-mortalità mis-sajd fil-mira għandha tqis il-parir xjentifiku l-aktar riċenti u għandha , fejn possibbli, tintlaħaq sal-2015 u, fuq bażi progressiva u inkrementali, sa mhux aktar tard mill-2020 , u  għandha tinżamm minn dakinhar 'il quddiem għall-istokkijiet ikkonċernati . Il-mortalità mis-sajd għall-istokkijiet ikkonċernati għandha tkun stabbilita fil-meded li ġejjin:

Stokk

Il-medda tal-mortalità mis-sajd fil-mira

Stokk

Il-medda tal-mortalità mis-sajd fil-mira

Il-merluzz tal-Baltiku tal-Punent

0,23 -0,29

Il-merluzz tal-Baltiku tal-Punent

0 sa FMSY

Il-merluzz tal-Baltiku tal-Lvant

0,41 -0,51

Il-merluzz tal-Baltiku tal-Lvant

0 sa FMSY

L-aringa tal-Baltiku Ċentrali

0,23 -0,29

L-aringa tal-Baltiku Ċentrali

0 sa FMSY

L-aringa tal-Golf ta’ Riga

0,32 -0,39

L-aringa tal-Golf ta’ Riga

0 sa FMSY

L-aringa tal-Baħar tal-Botnija

0,13 -0,17

L-aringa tal-Baħar tal-Botnija

0 sa FMSY

L-aringa tal-Bajja tal-Botnija

Mhux definit

L-aringa tal-Bajja tal-Botnija

0 sa FMSY

L-aringa tal-Baltiku tal-Punent

0,25 -0,31

L-aringa tal-Baltiku tal-Punent

0 sa FMSY

Il-laċċa kaħla tal-Baltiku

0,26 -0,32

Il-laċċa kaħla tal-Baltiku

0 sa FMSY

 

Il-valuri għall-FMSY (mortalità mis-sajd konsistenti mal-kisba tar-rendiment massimu sostenibbli) għandhom jittieħdu mill-aħħar parir xjentifiku affidabbli disponibbli, u l-mira għall-mortalità mis-sajd (F) għandha tkun ta' 0,8 x FMSY.

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     L-opportunitajiet ta' sajd għandhom jiġu stabbiliti b'tali mod li jiżgura li l-probabilità li dawn jaqbżu l-valuri FMSY li jidhru fit-tabella li tinsab fil-paragrafu 1 ikunu inferjuri għal 5 %.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.     Dan ir-Regolament għandu jipprevedi waqfien temporanju tal-attivitajiet tas-sajd kif definit fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, b'appoġġ finanzjarju provdut taħt dan ir-Regolament.

Emenda 32

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-punti ta’ referenza ta’ konservazzjoni espressi fil-livell minimu ta' bijomassa riproduttiva li hija konsistenti mal-kapaċità riproduttiva sħiħa għandhom ikunu għall-istokkijiet ikkonċernati kif ġej:

1.   Il-punti ta’ referenza ta’ konservazzjoni li huma konsistenti mal-kapaċità riproduttiva sħiħa għandhom ikunu, għall-istokkijiet ikkonċernati, kif ġej:

Stokk

Il-livell minimu ta' bijomassa riproduttiva (f' tunnellati)

Stokk

Il-livell minimu ta' bijomassa riproduttiva (f' tunnellati)

Il-merluzz tal-Baltiku tal-Punent

36 400

Il-merluzz tal-Baltiku tal-Punent

36 400 għall-2015 u BMSY għas-snin ta' wara

Il-merluzz tal-Baltiku tal-Lvant

88 200

Il-merluzz tal-Baltiku tal-Lvant

88 200 għall-2015 u BMSY għas-snin ta' wara

L-aringa tal-Baltiku Ċentrali

600 000

L-aringa tal-Baltiku Ċentrali

600 000 għall-2015 u BMSY għas-snin ta' wara

L-aringa tal-Golf ta’ Riga

Mhux definit

L-aringa tal-Golf ta’ Riga

Mhux definit għall-2015 u BMSY għas-snin ta' wara

L-aringa tal-Baħar tal-Botnija

Mhux definit

L-aringa tal-Baħar tal-Botnija

Mhux definit għall-2015 u BMSY għas-snin ta' wara

L-aringa tal-Bajja tal-Botnija

Mhux definit

L-aringa tal-Bajja tal-Botnija

Mhux definit għall-2015 u BMSY għas-snin ta' wara

L-aringa tal-Baltiku tal-Punent

110 000

L-aringa tal-Baltiku tal-Punent

110 000 għall-2015 u BMSY għas-snin ta' wara

Il-laċċa kaħla tal-Baltiku

570 000

Il-laċċa kaħla tal-Baltiku

570 000 għall-2015 u BMSY għas-snin ta' wara

Emenda 33

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Meta l-bijomassa riproduttiva ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati għal sena partikolari tkun taħt il-livelli minimi ta’ bijomassa riproduttiva stabbiliti fil-paragrafu 1, għandhom jiġu adottati miżuri ta’ rimedju xierqa biex jiżguraw ritorn rapidu tal-istokk ikkonċernat għal-livelli ta' prekawzjoni. B’mod partikolari, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti f’livelli aktar baxxi minn dawk li jirriżultaw fil-meded ta’ mortalità mis-sajd fil-mira stabbiliti fl-Artikolu 4(1). Dawn il-miżuri ta’ rimedju jistgħu jinkludu wkoll, kif xieraq, is-sottomissjoni ta’ proposti leġiżlattivi mill-Kummissjoni u miżuri ta’ emerġenza adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

2.   Meta l-bijomassa riproduttiva ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati għal sena partikolari tkun taħt il-livelli minimi ta’ bijomassa riproduttiva stabbiliti fil-paragrafu 1, għandhom jiġu adottati miżuri ta’ rimedju xierqa biex jiżguraw li l-istokkijiet ikkonċernati jerġgħu lura għal-livelli ogħla minn dawk li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli (MSY) mill-aktar fis possibbli . B’mod partikolari, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti f’livelli aktar baxxi minn dawk li jirriżultaw fil-meded ta’ mortalità mis-sajd fil-mira stabbiliti fl-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament . Dawn il-miżuri ta’ rimedju jistgħu jinkludu wkoll, kif xieraq, is-sottomissjoni ta’ proposti leġiżlattivi mill-Kummissjoni u miżuri ta’ emerġenza adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Meta l-bijomassa ta' kwalunkwe stokk ikkonċernat għal sena partikolari tkun inferjuri għal-livelli li jidhru fit-tabella t'hawn taħt, għandhom jittieħdu miżuri xierqa sabiex jitwaqqaf is-sajd immirat għall-istokk relevanti:

 

Stokk

Il-livell limitu tal-bijomassa (f'tunnellati)

 

Il-merluzz tal-Baltiku tal-Punent

26 000

 

Il-merluzz tal-Baltiku tal-Lvant

63 000

 

L-aringa tal-Baltiku Ċentrali

430 000

 

L-aringa tal-Golf ta’ Riga

Mhux definit

 

L-aringa tal-Baħar tal-Botnija

Mhux definit

 

L-aringa tal-Bajja tal-Botnija

Mhux definit

 

L-aringa tal-Baltiku tal-Punent

90 000

 

Il-laċċa kaħla tal-Baltiku

410 000

Emenda 34

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Miżuri f’każ ta’ theddida għall-barbun tat-tbajja’, il-barbun, il-barbun imperjali u l-barbun lixx

Miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni għall-barbun tat-tbajja’, il-barbun, il-barbun imperjali u l-barbun lixx

1.   Meta parir xjentifiku jiddikjara li l-konservazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet tal-Baltiku tal-barbun tat-tbajja’, il-barbun, il-barbun imperjali jew il-barbun lixx ikun mhedded , il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 dwar miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni li jikkonċernaw l-istokk mhedded u rigward kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1.   Meta parir xjentifiku jindika li huma meħtieġa miżuri ta' rimedju biex ikun żgurat li l-istokkijiet tal-Baltiku tal-barbun tat-tbajja’, il-barbun, il-barbun imperjali jew il-barbun lixx jiġu ġestiti bi qbil mal-approċċ prekawzjonali , il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 dwar miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni għall-qabdiet inċidentali tal-barbun tat-tbajja’, il-barbun, il-barbun imperjali u l-barbun lixx u rigward il-miżuri tekniċi li ġejjin:

(c) (a)

adattament tal-kapaċità tas-sajd u l-isforzi tas-sajd;

(a)

adattament tal-kapaċità tas-sajd u l-isforzi tas-sajd;

(d)(b)

miżuri tekniċi, inklużi

 

(1)

karatteristiċi ta’ irkaptu tas-sajd, b’mod partikolari id-daqs tax-xibka, il-ħxuna tal-ispag, id-daqs tal-irkaptu);

(b)

karatteristiċi ta’ irkaptu tas-sajd, b’mod partikolari id-daqs tax-xibka, il-ħxuna tal-ispag, id-daqs tal-irkaptu);

(2)

l-użu tal-irkaptu tas-sajd, b’mod partikolari l-ħin ta’ immersjoni, il-fond tal-irkaptu użat);

(c)

l-użu tal-irkaptu tas-sajd, b’mod partikolari l-ħin ta’ immersjoni u l-fond tal-irkaptu użat);

(3)

projbizzjoni jew limitazzjoni tas-sajd f' żoni speċifiċi;

(d)

projbizzjoni jew limitazzjoni tas-sajd f' żoni speċifiċi;

(4)

projbizzjoni jew limitazzjoni tas-sajd matul perjodi ta’ żmien speċifiċi;

(e)

projbizzjoni jew limitazzjoni tas-sajd matul perjodi ta’ żmien speċifiċi;

(5)

daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni

(f)

daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni

 

(g)

karatteristiċi oħra marbuta mas-selettività.

2.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw li jiksbu l-għan stipulat fl- Artikolu 3(1)(b) jkunu bbażati fuq pariri xjentifiċi.

2.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw li jiksbu l-għan stipulat f'punt (b) tal-Artikolu 3(1) li jkunu koerenti mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 3a, għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli .

3.   L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jissottomettu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għal miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jissottomettu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għal miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1.

 

3a.     Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Parlament Ewropew u l-Kumitati Konsultattivi kkonċernati.

 

3b.     Il-Kummissjoni għandha, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati, tanalizza l-impatt tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 sena wara l-adozzjoni tagħhom, u kull sena minn dakinhar 'il quddiem. Jekk din l-analiżi turi li att delegat mhux adegwat biex jittratta s-sitwazzjoni kurrenti, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jippreżentaw rakkomandazzjoni konġunta skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 l-obbligu tal-iżbark ma għandux japplika għall-istokkijiet ikkonċernati u l-barbun tat-tbajja’ meta jsir sajd bl-irkapti li ġejjin: xbieki nassa, nases u kavetti.

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 l-obbligu tal-iżbark ma għandux japplika għall- bakkaljaw meta jsir sajd bl-irkapti li ġejjin: xbieki nassa, nases u kavetti, fyke-nets u  xbieki fissi mhux mgħottija .

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw li jiksbu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3 u b’mod partikolari l-protezzjoni taż-żgħar jew il-ħut riproduttiv.

2.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw li jiksbu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3, b’mod partikolari l-protezzjoni tal-ħut żgħir u tal-ħut riproduttiv , kif ukoll koerenza mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 3a, u jiżguraw li l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar ikunu minimizzati .

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

speċifikazzjonijiet ta’ speċijiet fil-mira u daqsijiet tal-malja stipulati fl-Annessi II u III imsemmija fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005 ;

(a)

speċifikazzjonijiet ta’ speċijiet fil-mira, daqsijiet tal-malja u daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni stipulati fl-Annessi II, III u  IV tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005 u msemmija fl-Artikoli 3 , 4 u 14(1) ta' dak ir-Regolament ;

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

il-projbizzjoni tat-tkarkir għall-Golf ta’ Riga stabbilita fl-Artikolu 22 tiegħu.

imħassar

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tqis l-istudji xjentifiċi l-aktar reċenti, inklużi l-istudji tal-ICES, qabel l-adozzjoni ta’ miżuri tekniċi.

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.     Matul l-istaġun riproduttiv tal-merluzz, is-sajd pelaġiku bl-użu ta' rkaptu fiss b'malji ta’ inqas minn 110 mm, jew 120 mm fil-każ ta’ rkaptu bit-tangun, għandu jkun ipprojbit.

Emenda 41

Proposta għal regolament

Kapitolu VIa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

KAPITOLU VIa

 

MIŻURI SPEĊIFIĊI

 

Artikolu 9a

 

Miżuri speċifiċi

 

1.     Kwalunkwe attività tas-sajd għandha tkun projbita bejn l-1 ta’ Mejju u l-31 ta’ Ottubru fiż-żoni magħluqin bit-tgħaqqid b’linji ta’ rombu tal-pożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema tal-koordinati WGS84:

 

(a)

Żona 1:

 

 

55o 45′ N, 15o 30′ E

 

 

55o 45′ N, 16o 30′ E

 

 

55o 00′ N, 16o 30′ E

 

 

55o 00′ N, 16o 00′ E

 

 

55o 15′ N, 16o 00′ E

 

 

55o 15′ N, 15o 30′ E

 

 

55o 45′ N, 15o 30′ E

 

(b)

Żona 2:

 

 

55o 00′ N, 19o 14′ E

 

 

54o 48′ N, 19o 20′ E

 

 

54o 45′ N, 19o 19′ E

 

 

54o 45′ N, 18o 55′ E

 

 

55o 00′ N, 19o 14′ E

 

(c)

Żona 3:

 

 

56o 13′ N, 18o 27′ E

 

 

56o 13′ N, 19o 31′ E

 

 

55o 59′ N, 19o 13′ E

 

 

56o 03′ N, 19o 06′ E

 

 

56o 00′ N, 18o 51′ E

 

 

55o 47′ N, 18o 57′ E

 

 

55o 30′ N, 18o 34′ E

 

 

56o 13′ N, 18o 27′ E.

 

2.     Il-bastimenti Komunitarji kollha b’tul globali daqs jew akbar minn tmien metri li jġorru abbord jew jużaw kwalunkwe rkaptu awtorizzat għas-sajd tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005 għandu jkollhom permess speċjali għas-sajd tal-merluzz fil-Baħar Baltiku.

 

3.     Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 15 li jemenda dan l-Artikolu, fejn meħtieġ għall-kisba tal-għanijiet msemmija fl-Artikolu 3 u b'mod partikolari l-protezzjoni ta' ħut żgħir jew ħut riproduttiv.

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

Artikolu 10

Kooperazzjoni reġjonali

Kooperazzjoni reġjonali

1.   L-Artikolu 18(1) sa (6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika għall-miżuri taħt dan il-Kapitolu .

1.   L-Artikolu 18(1) sa (6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 6, 8 u 9 ta' dan ir-Regolament .

2.   L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jissottomettu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 fl-iskadenzi li ġejjin :

2.   L-Istati Membri kkonċernati jistgħu , wara li jkunu kkonsultaw lill-Kunsilli Konsultattivikkonċernati, jissottomettu kwalunkwe rakkomandazzjoni konġunta msemmija fl-Artikoli 6(3), 8(3) u 9(4) għall-ewwel darba sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u minn dakinhar 'il quddiem, 12-il xahar wara kull sottomissjoni tal-evalwazzjoni tal-pjan skont l-Artikolu 14, iżda mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru għal miżuri li jirrigwardaw l-Istati Membri. Huma jistgħu wkoll jippreżentaw tali rakkomandazzjonijiet fil-każ ta’ kwalunkwe bidla f’daqqa fis-sitwazzjoni ta' xi stokk kopert mill-pjan, jekk jitqies li l-miżuri rakkomandati jkunu neċessarji jew iġġustifikati permezz ta’ parir xjentifiku.

a)

għall-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u rigward sena kalendarja partikolari, mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru tas-sena preċedenti;

 

b)

għall-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 8(1) u 9(1), għall-ewwel darba mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u mbagħad kull sitt xhur wara kull sottomissjoni tal-evalwazzjoni tal-pjan skont l-Artikolu 14.

 

 

2a.     Il-Kunsilli Konsultattivi kkonċernati jistgħu wkoll jissottomettu rakkomandazzjonijiet skont l-iskeda ta’ żmien li tinsab fil-paragrafu 2.

 

2b.     Kwalunkwe devjazzjoni mir-rakkomandazzjonijiet konġunti min-naħa tal-Kummissjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tkun tista' tiġi skrutinizzata.

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12

Artikolu 12

Notifiki minn qabel

Notifiki minn qabel

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-obbligu ta’ notifika minn qabel stabbilit f’dak l-Artikolu għandu japplika: għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ta’ tul totali ta’ tmien metri jew iżjed li jżommu abbord mill-inqas 300 kilogramma ta' merluzz jew żewġ tunnellati ta’ stokkijiet pelaġiċi.

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-obbligu ta’ notifika minn qabel stabbilit f’dak l-Artikolu għandu japplika:

 

(a)

fir-rigward tal-bastimenti li jistagħdu għall-merluzz, għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ta’ tul totali ta’ tmien metri jew iżjed li jżommu abbord mill-inqas 300 kilogramma ta' merluzz;

 

(b)

fir-rigward tal-bastimenti li jistagħdu għall-aringi u/jew għall-laċċ ikħal, għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ta’ tul totali ta’ tmien metri jew iżjed li jżommu abbord mill-inqas żewġ tunnellati ta’ stokkijiet pelaġiċi;

2.   Permezz tad-deroga mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-perjodu ta’ notifika minn qabel stabbilit f’dak l-Artikolu għandu jkun ta’ mill-inqas siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port.

2.   Permezz tad-deroga mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-perjodu ta’ notifika minn qabel stabbilit f’dak l-Artikolu għandu jkun ta’ mill-inqas siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-kosta jistgħu, abbażi ta' każ b'każ, jippermettu dħul qabel fil-port, sakemm il-kundizzjonijiet neċessarji għall-miżuri xieraq ta' kontroll ikunu disponibbli.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

5  tunnellati ta’ stokkijiet pelaġiċi.

(b)

2  tunnellati ta’ stokkijiet pelaġiċi.

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14

Artikolu 14

Evalwazzjoni tal-pjan

Evalwazzjoni tal-pjan

Il-Kummissjoni għandha tiżgura evalwazzjoni tal-impatt ta’ dan il-pjan fuq l-istokkijiet koperti minn dan ir-Regolament u fuq is-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, b’mod partikolari biex jitqiesu l-bidliet fil-parir xjentifiku, sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tal-pjan u, wara dan, kull sitt snin . Il-Kummissjoni għandha tissottometti r-riżultati ta’ dawn l-evalwazzjonijiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u kull ħames snin minn dakinhar 'il quddiem , il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt ta’ dan il-pjan pluriennali fuq l-istokkijiet koperti minn dan ir-Regolament u fuq is-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-progress miksub għall-irkupru u ż-żammż tal-istokkijiet tal-ħut f'livelli ogħla mil-livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli . Il-Kummissjoni għandha tissottometti r-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tista’, fejn xieraq u filwaqt li jitqiesu l-pariri xjentifiċi l-aktar riċenti, tipproponi adattamenti għall-pjan pluriennali jew tipproċedi għal modifiki tal-atti delegati .

Emenda 47

Proposta għal regolament

Kapitolu IXa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

KAPITOLU IXa

 

APPOĠĠ MILL-FOND EWROPEW GĦALL-AFFARIJIET MARITTIMI U S-SAJD

 

Artikolu 14a

 

Appoġġ mill-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd

 

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, il-pjan pluriennali previst f'dan ir-Regolament għandu jitqies bħala pjan pluriennali skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6, 8 u 9 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament .

2.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6, 8 u 9 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-1 ta' Settembru 2015. Il-Kummissoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni sa mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005 jitħassru .

Ir-Regolament (KE) Nru 2187/2005 huwa emendat kif ġej :

 

1.     L-Artikolu 13(3) jitħassar.

 

2.     Fl-Anness IV, fil-kolonna intitolata “Daqs minimu”, il-kliem “38cm” fir-rigward tad-daqs minimu ta' konservazzjoni għall-merluzz għandu jinbidel u jsir “35cm”.


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 61(2), it-tieni subparagrafu (A8-0128/2015).

(16)  ĠU L 179, 23.6.1998, p. 3

(16)  ĠU L 179, 23.6.1998, p. 3.

(1bis)   Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

(19)  Servizzi tekniċi tal-ICES, Settembru 2014 http://www.ices.dk/sites/pub/Publication%20Reports/Advice/2014/Special%20Requests/EU_Fmsy_range_for_Baltic_cod_and_pelagic_stocks.pdf

(19)  Servizzi tekniċi tal-ICES, Settembru 2014 http://www.ices.dk/sites/pub/Publication%20Reports/Advice/2014/Special%20Requests/EU_Fmsy_range_for_Baltic_cod_and_pelagic_stocks.pdf

(20)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1).

(20)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1).

(1bis)   Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond tas-Sajd Ewropew Marittimu u li jħassar Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/142


P8_TA(2015)0105

L-obbligu ta' żbark ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2187/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 2347/2002 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar (KE) Nru 1434/98 fir-rigward tal-obbligu tal-ħatt (COM(2013)0889 – C7-0465/2013 – 2013/0436(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 346/28)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0889),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0465/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' April 2014 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Frar 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(8)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0060/2014),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 311, 12.9.2014, p. 68.


P8_TC1-COD(2013)0436

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' April 2015 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2187/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 2347/2002 u (KE) Nru 1224/2009, u r-Regolamenti (UE) Nru 1379/2013 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-obbligu tal-ħatt u li jħassar r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/98

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 2015/812.)


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/143


P8_TA(2015)0106

Protokoll mal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija KE-Russja, biex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (11878/2014 – C8-0006/2015 – 2014/0052(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 346/29)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11878/2014),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (11513/2014),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91, 100(2), 207 u 212 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0006/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0129/2015),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Federazzjoni Russa.


L-Erbgħa 29 ta’ April 2015

21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/144


P8_TA(2015)0110

Il-prefinanzjament inizjali mħallas għal programmi operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew, fir-rigward ta' żieda tal-ammont ta' prefinanzjament inizjali mħallas għal programmi operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (COM(2015)0046 – C8-0036/2015 – 2015/0026(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 346/30)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0046),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 164 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0036/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Marzu 2015 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits dwar il-kompatibilità finanzjarja tal-proposta,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta' April 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 41 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0134/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


P8_TC1-COD(2015)0026

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1304/2013, fir-rigward ta' ammont ta’ prefinanzjament inizjali addizzjonali mħallas għal programmi operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/779.)


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/145


P8_TA(2015)0111

Tħassir tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi (COM(2014)0707 – C8-0271/2014 – 2014/0334(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 346/31)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0707),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0271/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-11 ta' Marzu 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0026/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


P8_TC1-COD(2014)0334

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/937.)


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/146


P8_TA(2015)0112

Miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim man-Norveġja ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta' salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (Kodifikazzjoni) (COM(2014)0304 – C8-0010/2014 – 2014/0159(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

(2016/C 346/32)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0304),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0010/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0046/2015),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif stabbilita hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


P8_TC1-COD(2014)0159

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (kodifikazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/938.)


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/147


P8_TA(2015)0113

Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Albanija ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra (test kodifikat) (COM(2014)0375 – C8-0034/2014 – 2014/0191(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

(2016/C 346/33)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0375),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0034/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0047/2015),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


P8_TC1-COD(2014)0191

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra (kodifikazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/939.)


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/148


P8_TA(2015)0114

Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ mal-Bożnija-Ħerzegovina***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (test kodifikat) (COM(2014)0443 – C8-0087/2014 – 2014/0206(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

(2016/C 346/34)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0443),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0087/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 – Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0017/2015),

A.

billi, fil-fehma tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata fiha kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda tibdil fis-sostanza tagħhom;

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif stabbilita hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


P8_TC1-COD(2014)0206

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bożinja u l-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożinja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (kodifikazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/940.)


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/149


P8_TA(2015)0115

Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ma' l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq l-oħra (Kodifikazzjoni) (COM(2014)0394 – C8-0041/2014 – 2014/0199(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

(2016/C 346/35)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0394),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0041/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0132/2015),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif stabbilita hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


P8_TC1-COD(2014)0199

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra (kodifikazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/941.)


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/150


P8_TA(2015)0116

Applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 TFUE għal ċerti kategoriji ta' għajnuna mill-Istat orizzontali *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċertu kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (test kodifikat) (COM(2014)0377 – C8-0139/2014 – 2014/0192(NLE))

(Konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

(2016/C 346/36)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2014)0377),

wara li kkunsidra l-Artikolu 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0139/2014),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0029/2014),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/151


P8_TA(2015)0117

Regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 TFUE *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni) (COM(2014)0534 – C8-0212/2014 – 2014/0246(NLE))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

(2016/C 346/37)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2014)0534),

wara li kkunsidra l-Artikolu 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0212/2014),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0047/2014),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda tibdil sostanzjali;

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/152


P8_TA(2015)0170

Fondi tas-suq monetarju ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fid-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi tas-Suq Monetarju (COM(2013)0615 – C7-0263/2013 – 2013/0306(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 346/38)

Emenda 1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW (*)

għall-proposta tal-Kummissjoni

REGOLAMENT (EU) 2015/…

TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Fondi tas-Suq Monetarju

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)

Il-fondi tas-suq monetarju (money market funds, MMF) jipprovdu finanzi ta’ terminu qasir ta' żmien lill-istituzzjonijiet finanzjarji, lill-korporattivi jew lill-gvernijiet. Billi jipprovdu finanzi lil dawn l-entitajiet, il-fondi tas-suq monetarju jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-ekonomija Ewropea. Dawn l-entitajiet jużaw l-investimenti tagħhom fl-MMF bħala mod effiċjenti sabiex jifirxu r-riskju ta’ kreditu u skopertura tagħhom, iktar milli jiddependu biss fuq depożiti bankarji.

(2)

Mil-lat tad-domanda, l-MMFs huma għodda ta’ mmaniġġar tal-flus ta’ terminu qasir ta' żmien li jipprovdu livell għoli ta’ likwidità, diversifikazzjoni, stabbiltà tal-valur tal-kapital investit flimkien ma’ redditu bbażat fuq is-suq. L-MMFs jintużaw ▌ minn firxa wiesgħa ta’ entitajiet inklużi assoċjazzjonijiet tal-karità, assoċjazzjonijiet tad-djar, awtoritajiet lokali u investituri professjonali kbar bħal korporazzjonijiet u fondi tal-pensjoni li jkunu qegħdin ifittxu li jinvestu l-flus żejda tagħhom għal żmien qasir. L-MMFs għalhekk jirrappreżentaw rabta kruċjali li tgħaqqad flimkien id-domanda u l-offerta ta’ flus għal terminu qasir ta' żmien.

(3)

L-avvenimenti li seħħew matul il-kriżi finanzjarja xeħtu dawl fuq diversi aspetti tal-MMFs li jagħmluhom vulnerabbli meta jkun hemm diffikultajiet fis-swieq finanzjarji u għalhekk jistgħu jxerrdu jew jamplifikaw ir-riskji permezz tas-sistema finanzjarja. Meta l-prezzijiet tal-assi li fihom ikunu investiti l-MMFs jibdew jonqsu, speċjalment waqt sitwazzjonijiet ta’ suq taħt stress, l-MMF mhux dejjem jista’ jżomm il-wegħda ta’ tifdija immedjata u li jippreserva l-valur prinċipali ta’ unità jew sehem maħruġ mill-MMF lill-investituri. Din is-sitwazzjoni , li, skont il-Bord għall-Istabbilità Finanzjarja (FSB) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) tista’ tkun partikolarment serja għal valur nett tal-assi stabbli jew kostanti tal-MMFs, tista’ twassal għal talbiet f’daqqa u  sostanzjali ta’ tifdija, li jistgħu jwasslu għal konsegwenzi makroekonomiċi aktar wiesgħa.

(4)

It-talbiet kbar ta’ tifdija jistgħu jġiegħlu lill-MMFs ibiegħu xi wħud mill-assi ta’ investiment tagħhom f’suq li jkun sejjer għan-niżla, li potenzjalment iwassal għal kriżi ta’ likwidità. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-emittenti tas-suq monetarju jistgħu jiffaċċaw diffikultajiet ta’ finanzjament jekk jinxef is-suq tal-karti kummerċjali u ta’ strumenti oħra tas-suq monetarju. Dan jista' jwassal għal kontaġju fi ħdan is-suq tal-finanzjament għal terminu qasir ta' żmien u jirriżulta f'diffikultajiet diretti u kbar fil-finanzjament ta' istituzzjonijiet finanzjarji, korporattivi u gvernijiet u għalhekk l-ekonomija.

(5)

Il-maniġers tal-assi, appoġġati mill-isponsors, jistgħu jiddeċiedu li jipprovdu appoġġ diskrezzjonarju sabiex iżommu l-likwidità u l-istabbiltà tal-MMFs tagħhom. L-isponsors sikwit huma sfurzati jappoġġaw l-MMFs sponsorjati tagħhom li qed jitilfu l-valur minħabba r-riskju għar-reputazzjoni u l-biża’ li l-paniku jista’ jinfirex fin-negozji l-oħra tal-isponsors . Skont id-daqs tal-fond u l-livell tal-pressjoni ta’ tifdija, l-appoġġ tal-isponsors jista’ jilħaq proporzjonijiet li jaqbżu r-riżervi immedjatament disponibbli tagħhom. Għalhekk, huwa importanti li jiġi pprovdut qafas ta’ regoli uniformi sabiex jiġi evitat il-falliment tal-isponsor u l-kontaġju tar-riskju għal entitajiet oħra li jisponsorjaw l-MMFs.

(6)

Sabiex jiġu ppreservati l-integrità u l-istabbiltà tas-suq intern ▌, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli rigward l-operat tal-MMFs, b’mod partikolari dwar il-kompożizzjoni tal-portafoll tal-MMFs. Dan hu maħsub biex jagħmel l-MMFs aktar reżistenti u jillimita l-kanali ta' kontaġju. Huma meħtieġa regoli uniformi madwar l-Unjoni sabiex jiġi żgurat li l-MMFs ikunu jistgħu jonoraw it-talbiet ta' tifdija mill-investituri , speċjalment waqt sitwazzjonijiet ta’ suq taħt stress. Regoli uniformi dwar il-portafoll ta’ suq monetarju huma meħtieġa wkoll sabiex jiġi żgurat li l-MMFs ikunu kapaċi jiffaċċaw talbiet sostanzjali u f’daqqa ta’ tifdija minn grupp kbir ta’ investituri.

(7)

Ir-regoli uniformi dwar l-MMFs huma meħtieġa wkoll sabiex jiġi assigurat it-tħaddim mingħajr problemi tas-suq tal-finanzjament ta’ terminu qasir ta' żmien għall-istituzzjonijiet finanzjarji, l-emittenti korporattivi ta’ dejn ta’ terminu qasir u l-gvernijiet. Huma meħtieġa wkoll sabiex jassiguraw it-trattament indaqs ta' investituri tal-MMF u sabiex jiġi evitat li min jifdi tard ikun żvantaġġat jekk it-tifdija tiġi temporanjament sospiża jew jekk l-MMF jiġi likwidat.

(8)

Huwa meħtieġ li jsir provvediment għall-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali relatati mal-MMFs billi jiġu stabbiliti regoli ċari li jimponu obbligi diretti fuq l-MMFs u l-maniġers tagħhom madwar l-Unjoni kollha. Dan isaħħaħ l-istabbiltà tal-MMFs bħala sors ta’ finanzjament ta’ terminu qasir ta' żmien għall-gvernijiet u s-settur korporattiv madwar l-Unjoni. Jassigura wkoll li l-MMFs jibqgħu għodda kredibbli għall-ħtiġijiet ta’ mmaniġġar tal-flus tal-industrija tal-Unjoni.

(9)

Il-Linji gwida dwar l-MMFs li kienu adottati mill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (Committee of European Securities Regulators, CESR) sabiex joħolqu kundizzjonijiet ekwi minimi għall-MMFs fl-Unjoni, sena wara d-dħul fis-seħħ tagħhom kienu implimentati biss minn 12-il Stat Membru, li juri l-persistenza ta’ regoli nazzjonali diverġenti. L-approċċi nazzjonali differenti ma jindirizzawx il-vulnerabbiltajiet tas-swieq monetarji tal-Unjoni ▌u  ma jirnexxilhomx inaqqsu r-riskji ta’ kontaġju u b’hekk jipperikolaw il-funzjonament u l-istabbiltà tas-suq intern, kif deher matul il-kriżi finanzjarja . Dawn ir-regoli komuni dwar l-MMFs għalhekk għandhom jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni tal-investituri u għandhom jipprevjenu u jimmitigaw kwalunkwe riskju potenzjali ta’ kontaġju li jirriżulta minn assalti bankarji possibbli mill-investituri fuq l-MMFs .

(10)

Fin-nuqqas ta’ Regolament li jistabbilixxi regoli dwar l-MMFs, jistgħu jiġu adottati miżuri diverġenti fuq livell nazzjonali, li huma probabbli li jikkawżaw distorsjonijiet sinifikanti tal-kompetizzjoni b’riżultat tad-differenzi importanti fl-istandards essenzjali tal-protezzjoni tal-investimenti. Ir-rekwiżiti diverġenti dwar il-kompożizzjoni tal-portafolli, l-assi eliġibbli, il-maturità, il-likwidità u d-diversifikazzjoni tagħhom, kif ukoll dwar il-kwalità tal-kreditu tal-emittenti tal-istrumenti tas-suq monetarju jwasslu għal livelli differenti ta’ protezzjoni tal-investituri minħabba l-livelli differenti tar-riskju marbuta mal-proposta ta’ investiment assoċjat ma’ fond tas-suq monetarju. Għalhekk huwa essenzjali li jiġi adottat sett uniformi ta’ regoli sabiex jiġi evitat il-kontaġju fis-suq tal-finanzjament ta’ terminu qasir ta' żmien kif ukoll tal-isponsors tal-MMFs, għaliex dan ipoġġi f’riskju l-istabbiltà tas-suq finanzjarju tal-Unjoni. Sabiex jitnaqqas ir-riskju sistemiku, l-MMFs b’Valur Nett Fiss tal-Assi (CNAV MMFs) għandhom, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, joperaw fl-Unjoni biss bħala CNAV MMF ta’ dejn pubbliku, bħala CNAV MMF fil-livell tal-Konsumatur jew NAV MMF (LVNAV MMF) b’volatilità baxxa. Ir-referenzi kollha f’dan ir-Regolament għal CNAV MMFs għandhom ikunu meqjusa bħala referenzi għal CNAV MMFs ta' dejn pubbliku tal-Gvern, CNAV MMFs fil-Livell tal-Konsumatur kif ukoll LVNAV MMFs, ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor. CNAV MMFs eżistenti għandhom ukoll ikunu jistgħu jagħżlu li joperaw bħala MMFs b'valur nett varjabbli tal-assi (VNAV MMFS) minflok.

(11)

Ir-regoli l-ġodda dwar MMFs huma marbuta mill-qrib mad-Direttiva 2009/65/KE (3) u d-Direttiva 2011/61/UE (4) minħabba li dawn jiffurmaw il-qafas ġuridiku li jirregola l-istabbiliment, il-ġestjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ MMFs fl-Unjoni.

(12)

Fl-Unjoni, l-impriżi ta’ investiment kollettiv jistgħu joperaw bħala impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (Undertakings for Collective Investment in Transferable Securities, UCITS) immaniġġati minn maniġers tal-UCITS jew kumpaniji ta’ investiment awtorizzati skont id-Direttiva 2009/65/KE jew bħala fondi ta’ investiment alternattivi (Alternative Investment Funds, AIFs) immaniġġati minn maniġers tal-fondi ta’ investiment alternattivi (Alternative Investment Fund Managers, AIFMs) awtorizzati jew irreġistrati skont id-Direttiva 2011/61/UE. Ir-regoli l-ġodda dwar l-MMFs jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi. Għalhekk ir-regoli uniformi l-ġodda dwar l-MMFs għandhom japplikaw flimkien ma’ dawk stabbiliti fid-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE. Fl-istess ħin, numru ta’ regoli rigward il-politiki ta’ investiment tal-UCITS stabbiliti fil-Kapitolu VII tad-Direttiva 2009/65/KE għandhom jiġu diżapplikati b’mod espliċitu u għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar prodotti speċifiċi f’dawn id-dispożizzjonijiet uniformi l-ġodda dwar l-MMFs.

(13)

Ir-regoli armonizzati għandhom japplikaw għall-impriżi ta’ investiment kollettiv li l-karatteristiċi tagħhom jikkorrispondu ma’ dawk assoċjati ma’ MMF. Għall-UCITS u l-AIFs li jinvestu f’assi ta’ terminu qasir ta' żmien bħal strumenti tas-suq monetarju jew depożiti, jew li jidħlu fi ftehimiet ta’ riakkwist invers jew ċerti kuntratti tad-derivati bl-uniku għan li jagħmlu hedging ir-riskji inerenti għal investimenti oħra tal-fond, u li għandhom l-għan li joffru redditi skont ir-rati tas-suq monetarju jew li jippreservaw il-valur tal-investiment, il-konformità mar-regoli l-ġodda dwar l-MMFs għandha tkun obbligatorja.

(14)

L-ispeċifiċità tal-MMFs tirriżulta minn kombinazzjoni tal-assi li jinvestu fihom u l-għanijiet li jsegwu. L-għan li joffru redditu skont ir-rati tas-suq monetarju u l-għan li jippreservaw il-valur ta’ investiment ma jeskludix wieħed lill-ieħor. MMF jista’ jkollu jew wieħed minn dawn l-għanijiet jew iż-żewġ għanijiet flimkien.

(15)

L-għan li jiġu offruti redditi skont ir-rati tas-suq monetarju għandu jinftiehem f’sens wiesa’. Ir-redditu mistenni ma għandux għalfejn ikun allinjat perfettament mal-EONIA, Libor, Euribor jew xi rata rilevanti oħra tas-suq monetarju. L-għan li tinqabeż ir-rata tas-suq monetarju b’marġinu żgħir ma għandux jitqies li joħroġ UCITS jew AIF ’il barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli uniformi l-ġodda.

(16)

L-għan li jiġi ppreservat il-valur tal-investiment ma għandux jinftiehem bħala garanzija kapitali mwiegħda mill-fond. Dan għandu jinftiehem bħala mira li l-UCITS jew l-AIF ifittxu li jsegwu. Tnaqqis fil-valur tal-investimenti ma għandux jimplika li l-impriża ta’ investiment kollettiv tkun biddlet l-għan li tippreserva l-valur ta’ investiment.

(17)

Huwa importanti li l-UCITS u l-AIFs li għandhom il-karatteristiċi ta’ MMFs jiġu identifikati bħala MMFs u li l-kapaċità tagħhom li jikkonformaw fuq bażi kontinwa mar-regoli uniformi l-ġodda dwar l-MMFs tiġi verifikata b’mod espliċitu. Għal dan il-għan l-awtoritajiet kompetenti għandhom jawtorizzaw lill-MMFs. Għall-UCITS, l-awtorizzazzjoni bħala MMF għandha tkun parti mill-awtorizzazzjoni bħala UCITS skont il-proċeduri armonizzati previsti fid-Direttiva 2009/65/KE. Għall-AIFs, billi dawn mhumiex soġġetti għal proċeduri armonizzati ta’ awtorizzazzjoni u sorveljanza skont id-Direttiva 2011/61/UE, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti regoli bażiċi komuni dwar l-awtorizzazzjoni li jirriflettu r-regoli armonizzati eżistenti dwar l-UCITS. Proċeduri bħal dawn għandhom jassiguraw li AIF awtorizzat bħala MMF ikollu bħala maniġer, maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv (AIFM) awtorizzat skont id-Direttiva 2011/61/UE.

(18)

Sabiex ikun assigurat li l-impriżi kollha ta’ investiment kollettiv li juru l-karatteristiċi ta’ MMFs ikunu soġġetti għar-regoli komuni l-ġodda dwar l-MMFs, huwa meħtieġ li jiġi pprojbit l-isem “MMF” jew kwalunkwe terminu ieħor li jissuġġerixxi li impriża ta’ investiment kollettiv għandha l-istess karatteristiċi tal-MMFs għajr f’każ ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament. Sabiex jiġi evitat it-tidwir mar-regoli dwar l-MMFs, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw il-prattiċi tas-suq tal-impriżi ta’ investiment kollettiv stabbiliti jew kummerċjalizzati fil-ġurisdizzjoni tagħhom sabiex jivverifikaw li dawn ma jużawx ħażin l-isem ta’ MMF jew jissuġġerixxu li huma MMF mingħajr ma jikkonformaw mal-qafas regolatorju l-ġdid.

(19)

Ir-regoli l-ġodda applikabbli għall-MMFs għandhom jibnu fuq il-qafas regolatorju eżistenti stabbilit permezz tad-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2011/61/UE u l-atti adottati għall-implimentazzjoni tagħhom. Għalhekk, ir-regoli tal-prodott fir-rigward tal-MMFs għandhom japplikaw flimkien mar-regoli tal-prodott stabbiliti fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni sakemm dawn ma jkunux diżapplikati b’mod espliċitu. Barra minn hekk, ir-regoli dwar l-immaniġġar u l-kummerċjalizzazzjoni stabbiliti fil-qafas eżistenti għandhom japplikaw għall-MMFs billi jiġi kkunsidrat jekk humiex UCITS jew AIFs. Bl-istess mod, ir-regoli dwar il-provvista transfruntiera ta’ servizzi u dwar il-libertà ta’ stabbiliment stipulati fid-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE għalhekk għandhom japplikaw għall-attivitajiet transfruntiera tal-MMFs.

(20)

Billi l-UCITS u l-AIFs jista’ jkollhom forom legali differenti li mhux bilfors jagħtuhom personalità ġuridika, id-dispożizzjonijiet li jitolbu lill-MMFs jieħdu azzjoni għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu għall-maniġer tal-MMF fil-każijiet fejn l-MMF ikun ikkostitwit bħala UCITS jew AIF li ma jkunx f’pożizzjoni li jaġixxi waħdu minħabba li ma jkollux personalità ġuridika proprja tiegħu.

(21)

Ir-regoli dwar il-portafoll tal-MMFs jitolbu identifikazzjoni ċara tal-kategoriji ta’ assi li għandhom ikunu eliġibbli għal investiment mill-MMFs u tal-kundizzjonijiet li bihom ikunu eliġibbli. Sabiex tkun assigurata l-integrità tal-MMFs huwa mixtieq ukoll li MMF ikun ipprojbit milli jinvolvi ruħu f’ċerti tranżazzjonijiet finanzjarji li jistgħu jipperikolaw l-istrateġija u l-għanijiet tal-investiment tiegħu.

(22)

L-istrumenti tas-suq monetarju huma strumenti trasferibbli li normalment jiġu nnegozjati fis-suq monetarju, bħall-kambjali tat-teżor u tal-awtoritajiet lokali, iċ-ċertifikati ta’ depożiti, il-karti kummerċjali, it-titoli garantiti b’assi likwidi ta' kwalità għolja, l-aċċettazzjonijiet bankarji jew in-noti ta’ terminu qasir jew medju ta' żmien. Huma għandhom ikunu eliġibbli għal investiment mill-MMFs biss sakemm jikkonformaw mal-limiti tal-maturità jew fil-każ ta’ titoli garantiti b’assi dawn għandhom ikunu eliġibbli bħala assi ta’ kwalità għolja skont ir-regoli tal-likwidità fil-Parti 6 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (5) u jkunu kkunsidrati mill-MMF bħala ta’ kwalità ta’ kreditu għolja.

(23)

Il-Karti Kummerċjali Garantiti b'Assi (Asset Backed Commercial Papers, ABCPs) għandhom jiġu kkunsidrati bħala strumenti eliġibbli tas-suq tal-flus sakemm dawn jirrispettaw rekwiżiti addizzjonali. Minħabba li matul il-kriżi ċerti titolizzazzjonijiet kienu partikolarment instabbli, huwa meħtieġ li jiġu imposti limiti ta’ maturità u kriterji ta’ kwalità dwar l-assi sottostanti kif ukoll li jiġi assigurat li l-grupp ta’ skoperturi jkun diversifikat biżżejjed . Madankollu, mhux il-kategoriji kollha ta’ assi sottostanti wrew li kienu instabbli, inkluż partikolarment f'dawk it-titolizzazzjonijiet fejn l-assi sottostanti kienu assoċjati mal-appoġġ tal-kapital operattiv tal-manifattur u l-bejgħ ta’ oġġetti u servizzi tal-ekonomija reali . Dawk it-titolizzazzjonijiet kellhom prestazzjoni tajba u għandhom jiġu kkunsidrati bħala strumenti eliġibbli tas-suq monetarju sakemm dawn ikunu eliġibbli bħala assi likwidi ta’ kwalità għolja skont r-regoli tal-likwidità fil-Parti 6 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, speċifikati fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru…  (6) . Dan għandu japplika għal titoli garantiti minn assi likwidi ta’ kwalità għolja magħmula minn wieħed mis-subkategoriji ta’ assi titolizzati sottostanti msemmija fil-punti (iii) u (iv) tal-Artikolu 13(2)(g) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru … jiġifieri, self għal karozzi u l-lokazzjonijiet tagħhom lil mutwatarji jew lokatarji stabbiliti jew residenti fi Stat Membru u minn self kummerċjali, lokazzjonijiet u faċilitajiet ta’ kreditu għal impriżi stabbiliti fi Stat Membru biex jiffinanzjaw nefqiet kapitali jew operazzjonijiet ta’ negozju minbarra l-akkwist jew l-iżvilupp ta’ proprjetà immobbli kummerċjali. Ir-referenza għal ċerti kategoriji ta’ assi titolizzati sottostanti fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru … hija importanti sabiex tiġi żgurata definizzjoni uniformi ta’ assi titolizzati sottostanti eliġibbli għall-fini ta’ regolamenti ta’ likwidità għal istituzzjonijiet ta’ kreditu kif ukoll għal dan ir-Regolament, li min-naħa tagħha hija ta’ importanza għall-likwidità ta’ dawn l-istrumenti biex jiġu evitati impedimenti għat-titolizzazzjonijiet tal ekonomija reali.

(23a)

Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-kriterji għall-identifikazzjoni ta’ titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzati. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 460 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 135(2) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), u għandha tqis il-karatteristiċi speċifiċi tat-titolizzazzjonijiet b’maturitajiet fil-ħruġ ta’ inqas minn 397 jum. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ OFS li jispeċifikaw il-kriterji għall-identifikazzjoni ta’ dejn ta’ kreditu ta’ kwalità għolja u ta' karti kummerċjali garantiti b’assi likwidi. Il-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza mal-flussi ta’ ħidma rispettivi tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) u għandha tappoġġahom.

(24)

Il-MMF għandu jitħalla jinvesti fid-depożiti sakemm huwa jkun jista’ jiġbed il-flus fi kwalunkwe ħin. Il-possibbiltà effettiva ta’ ġbid tkun imdgħajfa jekk il-penali assoċjati mal-ġbid kmieni jkunu tant għoljin li jaqbżu l-interessi akkumulati qabel il-ġbid. Għal din ir-raġuni l-MMF għandu joqgħod attent biex ma jagħmilx depożiti ma’ istituzzjoni ta’ kreditu li titlob penali ogħla mill-medja jew li jidħol f’depożiti fit-tul wisq fejn dan jirriżulta f’penali għoljin ħafna.

(25)

L-istrumenti finanzjarji derivati eliġibbli għal investiment minn MMF għandhom jaqdu l-iskop biss ta’ hedging tar-rata tal-imgħax u r-riskju tal-valuta u għandu jkollhom biss bħala strument sottostanti rati tal-imgħax, valuti tal-kambju jew indiċijiet li jirrappreżentaw dawn il-kategoriji. Kwalunkwe użu ta’ derivattivi għal skop ieħor jew fuq assi sottostanti oħra għandu jkun projbit. Id-derivattivi għandhom jintużaw biss bħala kompliment għall-istrateġija tal-fond iżda mhux bħala l-istrument prinċipali sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-fond. Jekk MMF jinvesti f’assi mmarkati f’valuta oħra li ma tkunx il-valuta tal-fond, huwa mistenni li l-maniġer tal-MMF jagħmel hedging l-iskopertura kollha kemm hi għar-riskju tal-valuta, inkluż permezz ta’ derivattivi. L-MMFs għandhom ikunu intitolati jinvestu fi strumenti finanzjarji derivati jekk dak l-istrument ikun innegozjat f’suq regolat kif imsemmi fl-Artikolu 50(1)(a), (b) jew (c) tad-Direttiva 2009/65/KE, jew barra l-Borża (OTC), jew f’sistema ta’ negozju organizzat kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji.

(26)

Il-ftehimiet ta’ riakkwist invers jistgħu jintużaw mill-MMFs bħala mezz sabiex jinvestu l-flus żejda fuq bażi ta’ terminu qasir ħafna ta' żmien, bil-kundizzjoni li l-pożizzjoni tkun kollateralizzata għal kollox. Sabiex jiġu mħarsa l-interessi tal-investituri huwa meħtieġ li jiġi assigurat li l-kollateral ipprovdut fil-qafas tal-ftehimiet ta’ riakkwist invers ikun ta’ kwalità għolja. It-tekniki effiċjenti l-oħra kollha ta’ mmaniġġar ta’ portafolli, inkluż l-għoti u t-teħid b’self ta’ titoli, ma għandhomx jintużaw mill-MMF billi dawn probabbli li jaffettwaw il-kisba tal-għanijiet ta’ investiment tal-MMF.

(27)

Sabiex jiġi limitat it-teħid tar-riskju mill-MMFs, huwa essenzjali li jitnaqqas ir-riskju tal-kontroparti billi l-portafoll tal-MMFs jiġi soġġett għal rekwiżiti ċari ta’ diversifikazzjoni. F’dan ir-rigward huwa meħtieġ ukoll li l-ftehimiet ta’ riakkwist invers ikunu kollateralizzati b’mod sħiħ u li, sabiex jiġi limitat ir-riskju operattiv, kontroparti waħda ta’ ftehim ta’ riakkwist invers ma tistax tkun responsabbli għal aktar minn 20 % tal-assi tal-MMF. Id-derivati kollha barra l-Borża (over-the-counter, OTC) għandhom ikunu soġġetti għar-Regolament (UE) Nru 648/2012 (7).

(28)

Għal raġunijiet prudenzjali u sabiex jiġi evitat l-eżerċizzju ta’ influwenza sinifikanti fuq l-immaniġġar ta’ korp emittenti mill-MMF, huwa meħtieġ li tiġi evitata l-konċentrazzjoni eċċessiva minn MMF f’investimenti maħruġa mill-istess korp emittenti.

(29)

L-MMF għandu jkollu r-responsabbiltà li jinvesti f’assi eliġibbli ta’ kwalità għolja. Għalhekk, l-MMF għandu jkollu proċedura prudenti u rigoruża ta’ valutazzjoni tal-kreditu sabiex jiddetermina l-kwalità tal-kreditu tal-istrumenti tas-suq monetarju li fih ikun beħsiebu jinvesti. Skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tillimita s-sovradipendenza fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, huwa importanti li l-MMFs jevitaw dipendenza eċċessiva fuq il-klassifikazzjonijiet maħruġa mill-aġenziji tal-kreditu meta jkunu qegħdin jivvalutaw il-kwalità tal-assi eliġibbli. ▌

(29a)

Meta jiġi kkunsidrat ix-xogħol li sar mill-korpi internazzjonali, bħall-IOSCO u l-FSB, kif ukoll fil-leġiżlazzjoni Ewropea, bħar-Regolament (UE) Nru 462/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (8) u d-Direttiva 2013/14/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil  (9) , dwar it-tnaqqis tad-dipendenza żejda tal-investituri fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu, mhuwiex xieraq li kwalunkwe prodott, inklużi MFFs, jiġi pprojbit espliċitament milli jitlob jew jiffinanzja klassifikazzjoni esterna tal-kreditu.

(30)

Sabiex jiġi evitat li l-maniġers tal-MMFs jużaw kriterji ta’ valutazzjoni differenti biex jevalwaw il-kwalità ta’ kreditu ta’ strument tas-suq monetarju u b’hekk jattribwixxu karatteristiċi ta’ riskju differenti lill-istess strument, huwa essenzjali li l-maniġers jistabbilixxu proċedura ta' valutazzjoni interna abbażi ta' metodoloġiji prudenti, sistematiċi u kontinwi ta' assenjament . Eżempji tal-kriterji ta' valutazzjoni huma l-miżuri kwantitattivi dwar l-emittent tal-istrument, bħall-proporzjonijiet finanzjarji, id-dinamiċi tal-karta bilanċjali, il-linji gwida dwar il-profittabilità, li jiġu evalwati u mqabbla ma’ dawk tal-pari u l-gruppi tal-industrija; miżuri kwalitattivi dwar l-emittent tal-istrument; bħall-effikaċja tal-maniġment, l-istrateġija korporattiva, li jkunu analizzati sabiex jiġi determinat li l-istrateġija globali tal-emittent ma xxekkilx il-kwalità tal-kreditu futur tiegħu. L-ogħla valutazzjonijiet interni għandhom jirriflettu l-fatt li l-kredibbiltà kreditizja tal-emittent tal-istrumenti tinżamm dejjem fl-ogħla livelli possibbli.

(31)

Biex jiżviluppa proċedura trasparenti u koerenti ta’ valutazzjoni tal-kreditu , il-maniġer għandu jiddokumenta l-proċeduri użati għall-valutazzjoni tal-kreditu . Dan għandu jassigura li l-proċedura ssegwi sett ċar ta’ regoli li jistgħu jiġu mmonitorjati u li l-metodoloġiji użati jiġu kkomunikati kemm lill-partijiet interessati meta dawn jitolbuhom , kif ukoll lill-awtorità nazzjonali kompetenti .

(32)

Sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-portafoll ta’ MMF huwa importanti li jiġu stabbiliti limitazzjonijiet fuq il-maturità, li jipprovdu għal maturità medja peżata (weighted average maturity, WAM) massima permissibbli u perjodu medju peżat (weighted average life, WAL).

(33)

Il-WAM tintuża sabiex titkejjel is-sensittività ta’ MMF għar-rati tal-imgħax li jinbidlu tas-suq monetarju. Fl-istabbiliment tal-WAM, il-maniġers iridu jikkunsidraw l-impatt tal-istrumenti derivattivi, id-depożiti u l-ftehimiet ta’ riakkwist invers u jirriflettu l-effett tagħhom fuq ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax tal-MMF. Meta MMF jidħol fi tranżazzjoni ta’ swap biex jikseb skopertura għal strument b’rata fissa minflok rata varjabbli, dan għandu jiġi kkunsidrat għall-istabbiliment tal-WAM.

(34)

Il-WAL jintuża sabiex jitkejjel ir-riskju ta’ kreditu, billi aktar ma jiġi pospost ir-rimborż tal-kapital, aktar ikun kbir ir-riskju ta’ kreditu. Il-WAL jintuża wkoll sabiex jillimita r-riskju tal-likwidità. Kuntrarju għall-kalkolu tal-WAM, il-kalkolu tal-WAL għat-titoli b’rata varjabbli u l-istrumenti finanzjarji strutturati ma jippermettix l-użu ta’ dati għall-issettjar mill-ġdid tar-rati tal-imgħax iżda minflok juża l-maturità finali ddikjarata tal-istrument finanzjarju. Il-maturità użata għall-kalkolu tal-WAL hija l-maturità residwa sat-tifdija legali, billi din hija l-unika data li fiha l-kumpanija maniġerjali tista’ tkun assigurata li l-istrument ikun ġie rimborżat. Aspetti ta’ strument, bħall-possibbiltà ta’ tifdija f’dati speċifiċi, l-hekk imsejħa għażliet put, ma jistgħux jiġu kkunsidrati għall-kalkolu tal-WAL.

(35)

Sabiex tissaħħaħ il-ħila tal-MMFs li jiffaċċaw tifdijiet u jiġi evitat li l-assi tal-MMFs jiġu likwidati bi prezzijiet skontati ħafna, l-MMFs għandhom iżommu fuq bażi kontinwa ammont minimu ta’ assi likwidi li jimmaturaw kuljum jew kull ġimgħa. Sabiex jiġi kkalkulat il-proporzjon tal-assi li jimmaturaw kuljum jew kull ġimgħa, għandha tintuża d-data tat-tifdija legali. Tista’ tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li l-maniġer itemm kuntratt fuq bażi ta’ terminu qasir ta' żmien. Pereżempju, jekk ftehim ta’ riakkwist invers ikun jista’ jiġi tterminat b’avviż ġurnata qabel, dan għandu jitqies bħala assi li jimmatura kuljum. Jekk il-maniġer ikollu l-possibbiltà li jiġbed flus minn kont ta’ depożitu b’avviż ġurnata qabel, dan jista’ jitqies bħala assi li jimmatura kuljum. It-titoli tal-gvern jistgħu jiġu inklużi bħala assi li jimmaturaw kuljum, fejn Maniġer tal-MMF jiddetermina li t-titoli tal-gvern huma ta’ kwalità ta’ kreditu għolja.

(36)

Minħabba li MMFs jistgħu jinvestu f’assi b’firxiet differenti ta’ maturità, l-investituri għandhom ikunu jistgħu jagħmlu distinzjoni bejn kategoriji differenti tal-MMF. Għalhekk, l-MMFs għandhom jiġu kklassifikati bħala MMF għal terminu qasir ta' żmien jew bħala MMF standard. L-MMFs għal terminu qasir ta' żmien għandhom l-għan li joffru dħul bir-rata tas-suq filwaqt li jiżguraw l-ogħla livell ta’ sigurtà possibbli għall-investituri. Fuq rotot qosra WAM u WAL, ir-riskju tat-tul ta' żmien u r-riskju tal-kreditu tal-MMFs għal terminu qasir ta' żmien jinżammu f’livelli baxxi.

(37)

L-MMFs standard għandhom l-għan li joffru redditi daqsxejn ogħla mir-redditi tas-suq monetarju, u għalhekk jinvestu f’assi li għandhom maturità estiża. Barra minn hekk, sabiex jiksbu din il-prestazzjoni aħjar, din il-kategorija ta' MMFs għandha tippermetti li jitħallew jużaw limiti estiżi għar-riskju tal-portafoll bħall-maturità medja peżata u l-perjodu medju peżat.

(38)

Skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 84 tad-Direttiva 2009/65/KE, il-maniġers tal-UCITS MMFs għandhom il-possibbiltà li jissospendu temporanjament it-tifdijiet f’każijiet eċċezzjonali meta ċ-ċirkustanzi jeħtieġu hekk. Skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2011/61/UE u fl-Artikolu 47 Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 (10), il-maniġers ta’ AIF MMFs jistgħu jużaw arranġamenti speċjali sabiex jilqgħu għal xi illikwidità li tinterrompi tal-assi tal-fond.

(39)

Biex ikun evitat li l-immaniġġjar tar-riskju tal-MMFs jiġi preġudikat b’deċiżjonijiet ta’ terminu qasir influwenzati mill-klassifikazzjoni possibbli tal-MMF , fejn maniġer ta’ MMF ifittex klassifikazzjoni esterna tal-kreditu, din għandha tkun soġġetta għal, u mwettqa f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 462/2013 . ▌Sabiex jiġi assigurat immaniġġar xieraq tal-likwidità huwa neċessarju li l-MMFs jistabbilixxu politiki u proċeduri tajba biex ikunu jafu lill-investituri tagħhom. Il-politiki li l-maniġer irid jimplimenta għandhom jgħinu sabiex tiġi mifhuma l-bażi tal-investituri tal-MMF, b’mod li tifdijiet kbar ikunu jistgħu jiġu antiċipati. Sabiex jiġi evitat li l-MMF jiffaċċa tifdijiet massivi f’daqqa, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil investituri kbar li jirrappreżentaw porzjon sostanzjali tal-assi tal-MMF, bħal investitur li jirrappreżenta aktar mill-proporzjon ta’ assi li jimmaturaw kuljum. F’dan il-każ l-MMF għandu jżid il-proporzjon tal-assi tiegħu li jimmaturaw kuljum meta mqabbel mal-proporzjon ta’ dak l-investitur. Kull fejn ikun possibbli, il-maniġer għandu jħares lejn l-identità tal-investituri, anki jekk ikunu rrappreżentati minn kontijiet nominati, portali jew kwalunkwe xerrej indirett ieħor.

(40)

Bħala parti minn immaniġġar prudenti tar-riskju, l-MMFs għandhom iwettqu ttestjar tal-istress tal-inqas kull trimestru. Il-maniġers tal-MMFs huma mistennija jaġixxu sabiex isaħħu r-robustezza tal-MMF kull meta r-riżultati tal-ittestjar tal-istress jindikaw vulnerabbiltajiet.

(41)

Sabiex jiġi rifless il-valur attwali tal-assi, l-użu ta’ valwazzjoni skont is-suq għandu jkun il-metodu preferut għall-valwazzjoni tal-assi tal-MMFs. Maniġer ma għandux jitħalla juża l-metodu ta’ valwazzjoni skont mudell meta l-valwazzjoni skont is-suq tipprovdi valur kredibbli tal-assi, billi l-metodu ta’ valwazzjoni skont mudell x’aktarx li jagħti valwazzjoni inqas preċiża. Assi bħall-bills tat-teżor u tal-awtoritajiet lokali, in-noti ta’ terminu medju jew qasir ta' żmien huma ġeneralment dawk li huma mistennija li jkollhom valwazzjoni skont is-suq kredibbli. Għall-valwazzjoni tal-karti kummerċjali jew taċ-ċertifikati ta’ depożitu, il-maniġer għandu jiċċekkja jekk ikunx ipprovdut ipprezzar korrett minn suq sekondarju. Il-prezz tar-riakkwist maħruġ mill-emittent għandu jitqies ukoll li jirrappreżenta stima tajba tal-valur tal-karta kummerċjali. Il-maniġer għandu jistma l-valur, pereżempju billi juża data tas-suq bħar-redditu fuq emissjonijiet komparabbli u emittenti komparabbli jew juża l-metodu ta’ kontabilità tal-kost amortizzat meqjus internazzjonalment kif stabbilit skont standards kontabilistiċi rikonoxxuti internazzjonalment .

(42)

CNAV MMFs għandhom l-għan li jippreservaw il-kapital filwaqt li jassiguraw grad għoli ta’ likwidità. Il-maġġoranza tas-CNAV MMFs għandhom valur nett tal-assi (net asset value, NAV) għal kull unità jew sett ta’ ishma, pereżempju, ta’ EUR 1, USD 1 jew GBP 1 meta jqassmu l-introjtu lill-investituri. L-oħrajn jakkumulaw l-introjtu fin-NAV tal-fond filwaqt li jżommu l-valur intrinsiku tal-assi f’valur kostanti.

(43)

Sabiex jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet tas-CNAV MMFs huwa neċessarju li tas-CNAV MMFs jitħallew jużaw ukoll il-metodu kontabilistiku tal-kost amortizzat sabiex jistabbilixxu l-valur nett fiss tal-assi (NAV) għal kull unità jew sehem. Minkejja dan, sabiex ikun assigurat f’kull ħin il-monitoraġġ tad-differenza bejn in-NAV fiss għal kull unità jew sehem u n-NAV għal kull unità jew sehem, is-CNAV MMF għandu jikkalkula wkoll il-valur tal-assi tiegħu fuq il-bażi tal-metodi ta’ valwazzjoni skont is-suq jew ta’ valwazzjoni skont mudell.

(44)

Billi MMF għandu jippubblika NAV li jirrifletti l-movimenti kollha fil-valur tal-assi tiegħu, in-NAV ippubblikat għandu jiġi rrotondat sa mhux aktar mill-eqreb punt bażi jew l-ekwivalenti tiegħu. Minħabba f’hekk, meta n-NAV jiġi ppubblikat f’munita speċifika, pereżempju EUR 1, iż-żieda inkrementali fil-valur għandha ssir kull EUR 0,0001. Fil-każ ta’ NAV ta’ EUR 100, il-bidla inkrementali fil-valur għandha ssir kull EUR 0,01. Huwa biss jekk l-MMF ikun CNAV MMF li l-MMF jista’ jippubblika prezz li ma jsegwix kompletament il-movimenti fil-valur tal-assi tiegħu. F’dan il-każ in-NAV jista’ jiġi rrotondat sal-eqreb ċenteżmu għal NAV ta’ EUR 1 (kull moviment ta’ EUR 0,01).

(44a)

Qabel ma jinvestu f’MMF, l-investituri għandhom jiġu infurmati b’mod ċar jekk l-MMF ikunx għal terminu qasir jew ta’ natura standard. Biex jiġu evitati aspettattivi mhux xierqa mill-investitur, irid jiġi ddikjarat ukoll b’mod ċar fi kwalunkwe dokument promozzjonali li l-MMFs mhumiex strument ta’ investiment garantit.

(45)

Sabiex ikunu jistgħu jimmitigaw tifdijiet potenzjali ta’ klijenti fi żminijiet ta’ stress severi tas-suq, CNAV MMFs ta’ dejn pubbliku kollha, CNAV MMFs fil-livell tal-Konsumatur u LVNAV MMFs għandu jkollhom fis-seħħ dispożizzjonijiet għal tariffi ta’ likwiditá u limiti ta’ tifdija li jimpedixxu tifdijiet sinifikanti fi żminijiet ta’ stress tas-suq u li jimpedixxu li investituri oħra jiġu esposti b’mod inġust għall-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq . Il-ħlas tal-likwidità għandu jkun ekwivalenti għall-ispiża attwali tal-likwidazzjoni tal-assi li tissodisfa t-tifdija tal-klijent waqt perjodi ta’ stress fis-suq u mhux għal ħlas ta' penali li jmur lil hinn minn dak li jista’ jibbilanċja t-telf impost fuq investituri oħra mit-tifdija.

(46)

CNAV MMFs ta’ Dejn Pubbliku u CNAV MMFs fil-livell tal-Konsumatur għandhom jieqfu milli jkunu CNAV MMFs fejn ma jistgħux jissodisfaw l-ammont minimu ta’ rekwiżiti ta’ likwidità ta’ kull ġimgħa fi żmien 30 jum minn wara li jkunu ntużaw il-ħlasijiet ta’ likwidità jew ir-restrizzjonijiet fuq it-tifdijiet (redemption gates). F’dak il-każ, CNAV MMF ta' Dejn Pubbliku jew fil-livell tal-Konsumatur ikkonċernat għandu awtomatikament jikkonverti għal VNAV MMF jew ikun likwidat.

(46a)

LVNAV MMFs għandhom jiġu awtorizzati biss għal perjodu ta’ ħames snin. Il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-adegwatezza ta’ LVNAV MMFs erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Ir-reviżjoni għandha tikkunsidra l-impatt u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rigward LVNAV MMFs inkluża l-frekwenza ta’ mekkaniżmi ta’ salvagwardja msemmija f’dan ir-Regolament. Ir-reviżjoni għandha tqis ukoll ir-riskju għall-istabbiltà finanzjarja tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni u l-ispejjeż lill-ekonomija inkluż għal korporattivi, is-settur tal-MMF u s-settur finanzjarju b’mod aktar wiesa’. L-evalwazzjoni għandha teżamina wkoll il-possibbiltà li LVNAV MMFs jiġu awtorizzati wara ħames snin jew li LVNAV MMFs jiġu awtorizzati b’mod indefinit, u jekk ikun il-każ, jekk humiex meħtieġa bidliet għar-reġim tal LVNAV MMFs.

(47)

L-appoġġ estern mogħti lil MMF ▌ bl-għan li tinżamm jew il-likwidità jew l-istabbiltà ▌ jew li de facto jkollu dawn l-effetti jżid ir-riskju ta’ kontaġju bejn is-settur tal-MMF u l-bqija tas-settur finanzjarju. Il-partijiet terzi li jipprovdu tali appoġġ għandhom interess li jagħmlu dan, jew għax ikollhom interess ekonomiku fil-kumpanija maniġerjali li timmaniġġa l-MMF jew għax ikunu jridu jevitaw kwalunkwe dannu għar-reputazzjoni jekk isimhom ikun assoċjat mal-falliment ta’ MMF. Billi dawn il-partijiet terzi ma jintrabtux b’mod espliċitu li jipprovdu jew li jiggarantixxu l-appoġġ, hemm inċertezza dwar jekk tali appoġġ jingħatax meta l-MMF ikun jeħtieġu. F’dawn iċ-ċirkustanzi, in-natura diskrezzjonali tal-appoġġ tal-isponsors tikkontribwixxi għall-inċertezza fost il-parteċipanti fis-suq dwar min se jġorr it-telf tal-MMF meta dan iseħħ. Din l-inċertezza x’aktarx tagħmel lill-MMFs saħansitra aktar vulnerabbli għall-assalti bankarji waqt perjodi ta’ instabbiltà finanzjarja, meta r-riskji finanzjarji aktar wiesgħa jkunu l-aktar evidenti u meta jinħoloq tħassib dwar is-saħħa tal-isponsors u l-ħila tagħhom li jipprovdu appoġġ lill-MMFs affiljati. Għal dawn ir-raġunijiet, ▌ l-appoġġ estern lill-MMFs għandu jkun projbit .

(48)

Qabel ma jinvestu f’MMF, l-investituri għandhom jiġu infurmati b’mod ċar jekk l-MMF ikunx ta’ natura għal terminu qasir jew ta’ natura standard ▌. Biex jiġu evitati aspettattivi mhux xierqa mill-investitur, irid jiġi ddikjarat ukoll b’mod ċar fi kwalunkwe dokument promozzjonali li l-MMFs mhumiex strument ta’ investiment garantit. ▌

(48a)

L-investituri għandhom jiġu infurmati dwar sorsi ta' aċċess għal informazzjoni dwar il-portafoll ta' investiment u l-livelli ta' likwidità tal-MMF.

(50)

L-awtorità kompetenti tal-MMF għandha tivverifika jekk MMF huwiex kapaċi jikkonforma ma’ dan ir-Regolament fuq bażi kontinwa. Billi l-awtoritajiet kompetenti diġà huma mogħtija setgħat estensivi bid-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE, huwa meħtieġ li dawn is-setgħat jiġu estiżi sabiex jiġu eżerċitati b’referenza għar-regoli komuni l-ġodda dwar l-MMFs. L-awtoritajiet kompetenti għall-UCITS jew l-AIF għandhom jivverifikaw ukoll il-konformità tal-impriżi kollha ta’ investiment kollettiv li għandhom il-karatteristiċi tal-MMFs li jkunu jeżistu fil-ħin li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

(50a)

Matul it-tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-impatti fuq l-aspetti ekonomiċi differenti marbuta mal-MMFs. Id-dejn maħruġ jew garantit mill-Istati Membri jirrappreżenta kategorija distinta ta’ investiment li juri karatteristiċi tal-kreditu u tal-likwidità speċifiċi. Barra minn hekk, dejn sovran għandu rwol vitali fl-iffinanzjar tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-evoluzzjoni tas-suq għal dejn sovran maħruġ jew garantit mill-Istati Membri u l-possibilità li jinħoloq qafas speċjali għal MMF li jikkonċentra l-politika ta’ investiment tiegħu fuq dak it-tip ta’ dejn.

(51)

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ddelegati fil-qasam tal-proċedura ta’ valutazzjoni interna skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti.

(52)

Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). L-ESMA għandha tkun inkarigata mit-tfassil ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ mudell ta’ rapportar li jinkludi informazzjoni dwar l-MMFs għall-awtoritajiet kompetenti.

(53)

L-ESMA għandha tkun kapaċi teżerċita s-setgħat kollha mogħtija lilha bid-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE fir-rigward ta’ dan ir-Regolament. Hija inkarigata wkoll mill-iżvilupp ta’ abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni.

(54)

▌Matul it-tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, huwa essenzjali li l-Kummissjoni tanalizza l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-impatti fuq l-aspetti ekonomiċi differenti marbuta mal-MMFs. Din ir-reviżjoni għandha tiffoka fuq l-effett li l-bidliet meħtieġa minn dan ir-Regolament ikollhom fuq l-ekonomija reali u l-istabbiltà finanzjarja .

(55)

Ir-regoli uniformi l-ġodda dwar MMFs għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

(56)

Billi l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu żgurati rekwiżiti prudenzjali li japplikaw għall-MMFs madwar l-Unjoni, filwaqt li tittieħed il-konsiderazzjoni kollha meħtieġa sabiex ikun hemm bilanċ bejn is-sikurezza u l-kredibbiltà tal-MMFs bl-operat effiċjenti tas-swieq monetarji u l-kost għall-bosta partijiet interessati tagħhom, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għaldaqstant jista', minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(57)

Ir-regoli uniformi l-ġodda dwar l-MMFs jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u josservaw il-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-protezzjoni tal-konsumatur, il-libertà tat-twettiq ta’ attivitajiet ekonomiċi u l-protezzjoni ta’ data personali. Ir-regoli uniformi l-ġodda dwar l-MMFs għandhom jiġu applikati skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-istrumenti finanzjarji eliġibbli għal investiment minn fond tas-suq monetarju (MMF), il-portafoll u l-valutazzjoni tiegħu, u r-rekwiżiti ta' rapportar fir-rigward ta' MMF stabbilit, amministrat jew imqiegħed fis-suq fl-Unjoni.

Dan ir-Regolament japplika għal impriżi ta' investiment kollettiv li:

i.

jeħtieġu awtorizzazzjoni bħala UCITS skont id-Direttiva 2009/65/KE jew li huma AIFs skont id-Direttiva 2011/61/UE;

ii.

jinvestu f'assi b'terminu qasir ta' żmien;

iii.

għandhom għanijiet distinti jew kumulattivi li joffru redditi konformi mar-rati tas-suq monetarju jew li jippreservaw il-valur tal-investiment.

2.   L-Istati Membri ma għandhomx iżidu xi rekwiżit addizzjonali fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament.

Artikolu 1a

Tipi ta' CNAV MMF

Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, CNAV MMFs għandhom joperaw fl-Unjoni biss bħala:

(a)

CNAV MMF ta’ Dejn Pubbliku;

(b)

CNAV MMF fil-livell tal-Konsumatur; jew

(c)

LVNAV MMF.

Ir-referenzi kollha f’dan ir-Regolament għal CNAV MMFs għandhom x’jaqsmu kemm ma’ CNAV MMFs ta' Dejn Pubbliku, CNAV MMFs fil-Livell tal-Konsumatur kif ukoll LVNAV MMFs, ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“assi b'terminu qasir ta' żmien” tfisser assi finanzjarji b'maturità residwa li ma taqbiżx is-sentejn;

(2)

“strumenti tas-suq monetarju” tfisser strumenti trasferibbli msemmija fl-Artikolu 2(1)(o) tad-Direttiva 2009/65/KE li normalment jiġu nnegozjati fis-suq monetarju, bħall-kambjali tat-teżor u tal-awtoritajiet lokali, iċ-ċertifikati ta’ depożiti, il-karti kummerċjali, l-aċċettazzjonijiet bankarji jew in-noti għal terminu qasir jew medju ta’ żmien kif ukoll strumenti kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/16/KE ;

(3)

“titolizzazzjonijiet trasferibbli” tfisser titolizzazzjoni trasferibbli kif iddefinita fl-Artikolu 2(1)(n) tad-Direttiva 2009/65/KE;

(4)

“ftehim ta' riakkwist” tfisser kwalunkwe ftehim li fih parti waħda tittrasferixxi titoli jew drittijiet relatati ma' kontroparti, soġġetta għal impenn ta' riakkwist tagħhom bi prezz speċifikat f'data fil-ġejjieni speċifikata jew li għad trid tiġi speċifikata;

(5)

“ftehim ta' retroriakkwist” tfisser kwalunkwe ftehim li fih parti minnhom tirċievi titoli, jew xi dritt relatat ma' titlu jew titolu minn kontroparti soġġetta għal impenn li tbiegħhom lura bi prezz speċifikat f'data fil-ġejjieni speċifikata jew li għad trid tiġi speċifikata;

(6)

“għoti b'self ta' titoli” u “teħid b'self ta' titoli” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li fiha istituzzjoni jew il-kontroparti tagħha tittrasferixi titoli soġġetta għal impenn li l-mutwatarju se jrodd lura titoli ekwivalenti f'xi data fil-ġejjieni jew meta jintalab jagħmel hekk mit-trasferitur, bit-tranżazzjoni li tkun għoti b'self ta' titoli għall-istituzzjoni li tittrasferixxi t-titoli u li tkun teħid b'self ta' titoli għall-istituzzjoni li huma ttrasferiti lilha;

(7)

“titolizzazzjoni” tfisser titolizzazzjoni kif definita fl-Artikolu 4 (1)(61) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(7a)

“titolu garantit minn assi likwidi ta’ kwalità għolja” tfisser titolu garantit minn assi kwalifikat li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru … li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżit tal-kopertura tal-likwidità għal Istituzzjonijiet ta’ Kreditu abbażi tal-Artikolu 460 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 definit għal speċifikazzjoni uniformi bħala assi trasferibbli eliġibbli ta’ likwidità għolja u ta’ kwalità ta' kreditu għolja skont l-Artikolu 416(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(8)

“dejn korporattiv” tfisser strumenti ta’ dejn maħruġa minn impriża li hija effettivament involuta fil-produzzjoni jew mal-kummerċ ta’ prodotti u servizzi mhux finanzjarji;

(9)

“skont il-valur tas-suq ” tfisser il-valwazzjoni tal-pożizzjonijiet fi prezzijiet ta' għeluq bil-lest li jinġiebu b'mod indipendenti, inklużi prezzijiet tal-kambju, prezzijiet tal-iskrin jew kwotazzjonijiet minn bosta sensara indipendenti b'reputazzjoni tajba;

(10)

skont mudell” tfisser kwalunkwe valwazzjoni li trid titqabbel ma' punt ta' riferiment, tiġi estrapolata jew tiġi kkalkolata b'xi mod ieħor minn input wieħed jew iktar tas-suq;

(11)

“metodu ta' kost amortizzat” tfisser metodu ta' valwazzjoni li jieħu l-kost tal-akkwiżizzjoni ta' assi u jaġġusta dan il-valur għal amortizzazzjoni ta' primjums (jew skontijiet) sal-maturità;

(12)

“Fond tas-Suq Monetarju tal-Valur kostanti tal-Assi Netti” (constant net assets value Money Market Fund, CNAV MMF) tfisser fond tas-suq monetarju li jżomm NAV b'valur stabbli għal kull unità jew sehem; fejn id-dħul fil-fond ikun dovut kuljum jew inkella jista' jitħallas lill-investitur, u fejn l-assi ġeneralment jiġu valutati skont il-metodu ta' kost amortizzat jew in-NAV jitqarreb lejn l-eqreb punt perċentwali jew l-ekwivalenti tiegħu f'terminu monetarju;

(12a)

“Fond tas-Suq Monetarju tal-Valur Kostanti tal-Assi Netti fil-Livell tal-Konsumatur” (CNAV MMF fil-Livell tal-Konsumatur) tfisser CNAV MMF li hu disponibbli għas-sottoskrizzjoni biss għal karità, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, awtoritajiet pubbliċi u fondazzjonijiet pubbliċi;

(12b)

“Volatilità Baxxa tal-Valur tal-Assi Netti tal-Fond tas-Suq Monetarju” (LVNAV MMF) tfisser LVNAV MMF li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27(1) sa (4);

(13)

“MMF għal terminu qasir ta' żmien” tfisser fond tas-suq monetarju li jinvesti f’eliġibbli l-istrumenti ta-suq monetarju msemmija fl-Artikolu 9(1);

(14)

“MMF standard” tfisser fond tas-suq monetarju li jinvesti f’eliġibbli l-istrumenti ta-suq monetarju msemmija fl-Artikolu 9(1) u (2);

(15)

“istituzzjonijiet ta' kreditu” tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(16)

“awtorità kompetenti tal-MMF” tfisser:

(a)

għall-UCITS, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' oriġini tal-UCITS magħżula skont l-Artikolu 97 tad-Direttiva 2009/65/KE

(b)

għall-AIF tal-UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' oriġini tal-AIF kif definit fl-Artikolu 4(1)(p) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(c)

għal AIF mhux tal-UE xi wieħed minn dan li ġej :

(i)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-AIF mhux tal-UE jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bla passaport;

(ii)

l-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE li jmexxi l-AIF mhux tal-UE, fejn l-AIF mhux tal-UE jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bla passaport jew ma jitqiegħedx fis-suq tal-Unjoni;

(iii)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' referenza jekk l-AIF mhux tal-UE ma jkunx immexxi minn AIFM tal-UE u jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni b'passaport;

(17)

“Stat Membru ta' oriġini tal-MMF” tfisser l-Istat Membru fejn l-MFF ikun awtorizzat;

(18)

“maturità medja peżata (weighter average maturity, WAM)” tfisser it-tul medju ta' żmien għall-maturità legali jew, jekk iqsar, għar-rata tal-imgħax li jmiss issettjata mill-ġdid għal rata tas-suq monetarju, tal-assi sottostanti kollha fil-fond li jirriflettu l-parteċipazzjonijiet relattivi f'kull assi;

(19)

“ħajja medja peżata (weighted average life, WAL)” tfisser it-tul medju ta' żmien għall-maturità legali tal-assi kollha sottostanti fil-fond li jirriflettu l-parteċipazzjonijiet relattivi f'kull assi;

(20)

“maturità legali” tfisser id-data li fiha l-kapital prinċipali ta' titolu għandu jitħallas lura bis-sħiħ u li mhuwiex soġġett għal xi għażla;

(21)

“maturità residwa” tfisser it-tul ta' żmien sal-maturità legali;

(22)

“bejgħ bin-nieqes” tfisser il-bejgħ skopert ta' strumenti tas-suq monetarju;

(22a)“

CNAV MMF ta’ dejn pubbliku” tfisser CNAV MMF li jinvesti 99,5 % tal-assi tiegħu fi strumenti ta’ dejn pubbliku u, sal-2020, tal-inqas 80 % tal-assi tiegħu fi strumenti ta’ dejn pubbliku tal-UE, CNAV MMFs ta’ dejn pubbliku għandhom jibnu dan l-investiment fid-dejn pubbliku gradwalment;

(22b)

“Appoġġ estern” tfisser appoġġ dirett jew indirett offrut minn parti terza, inkluż l-isponsor tal-MMF, li huwa intiż għal, jew li jirriżulta f'garanzija tal-likwidità tal-MMF jew fl-istabbilizzazzjoni tan-NAV għal kull unità jew sehem tal-MMF u għandha tinkludi:

(a)

flus kontanti minn parti terza;

(b)

ix-xiri minn parti terza tal-assi tal-MMF bi prezz esaġerat;

(c)

ix-xiri minn parti terza tal-unitajiet jew l-ishma tal-MMF sabiex tiġi pprovduta likwidità lill-fond;

(d)

il-ħruġ minn parti terza ta’ kwalunkwe tip ta’ garanzija, assigurazzjoni jew ittra ta’ appoġġ impliċita jew espliċita għall-benefiċċju tal-MMF;

(e)

kwalunkwe azzjoni minn parti terza, li l-objettiv dirett jew indirett tagħha huwa li żżomm il-profil tal-likwidità u n-NAV għal kull unità jew sehem tal-MMF;

(22c)

“strumenti ta’ dejn pubbliku tal-UE” tfisser strumenti ta’ dejn pubbliku li jikkonsistu fi flus kontanti, assi pubbliċi tal-Istati Membri jew ftehimiet ta’ riakkwist invers b’dejn pubbliku garantit tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-uffiċċji jew l-aġenziji tagħha, inklużi fost oħrajn il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment, u l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi;

(22d)

“Strumenti ta' Dejn Pubbliku” tfisser flus kontanti, assi tal-gvern jew ftehimiet ta’ riakkwist invers garantit b’dejn tal-gvern ta’ kwalunkwe emittent sovran eliġibbli, kif determinat mill-maniġer tal-MMF.

Artikolu 3

Awtorizzazzjoni tal-MMFs

1.   Ebda impriża ta' investiment kollettiv ma għandha titwaqqaf, titqiegħed fis-suq jew titmexxa fl-Unjoni bħala MMF sakemm ma tkunx ġiet awtorizzata skont dan ir-Regolament.

Din l-awtorizzazzjoni tkun valida għall-Istati Membri kollha.

2.   Impriża ta' investiment kollettiv li teħtieġ awtorizzazzjoni bħala UCITS skont id-Direttiva 2009/65/KE tkun awtorizzata bħala MMF bħala parti mill-proċedura ta' awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2009/65/KE.

3.   Impriża ta' investiment kollettiv li hija AIF tkun awtorizzata bħala MMF skont il-proċedura ta' awtorizzazzjoni stabbilita fl-Artikolu 4.

4.   Ebda impriża ta' investiment kollettiv ma għandha tkun awtorizzata bħala MMF sakemm l-awtorità kompetenti tal-MMF ma tkunx issodisfata li l-MMF se jkun kapaċi jilħaq ir-rekwiżiti kollha ta' dan ir-Regolament.

5.   Għall-fini ta' awtorizzazzjoni, l-MMF jissottometti lill-awtorità kompetenti tiegħu d-dokumenti li ġejjin:

(a)

ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni;

(b)

identifikazzjoni tal-maniġer;

(c)

identifikazzjoni tad-depożitarju;

(d)

deskrizzjoni tal-MMF disponibbli għall-investituri, jew kwalunkwe informazzjoni fuqu;

(e)

deskrizzjoni tal-arranġamenti u l-proċeduri meħtieġa biex tinżamm konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-Kapitoli minn II sa VII, jew kwalunke informazzjoni fuqhom;

(f)

kwalunkwe informazzjoni jew dokumenti oħrajn mitlubin mill-awtorità kompetenti tal-MMF biex tiġi verifikata l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

6.   Fuq bażi trimestrali, l-awtoritajiet kompetenti jgħarrfu lill-ESMA dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija jew irtirati skont dan ir-Regolament.

7.   L-ESMA żżomm reġistru ċentrali pubbliku u fih tidentifika kull MMF awtorizzat skont dan ir-Regolament, it-tipoloġija tiegħu, il-maniġer tiegħu u l-awtorità kompetenti tal-MMF. Ir-reġistru jkun disponibbli f'format elettroniku.

Artikolu 4

Proċedura biex jiġu awtorizzati MMFs tal-AIF

1.   AIF ikun awtorizzat bħala MMF biss jekk l-awtorità kompetenti tiegħu approvat l-applikazzjoni ta' AIFM awtorizzat skont id-Direttiva 2011/61/UE biex imexxi l-AIF, ir-regoli tal-fond u l-għażla tad-depożitarju.

2.   Meta jissottometti l-applikazzjoni biex imexxi l-AIF, l-AIFM awtorizzat jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-MMF:

(a)

bil-ftehim miktub mad-depożitarju;

(b)

b'informazzjoni fuq l-arranġamenti ta' delegazzjoni dwar il-portafoll u l-immaniġġar u l-amministrazzjoni tar-riskji fir-rigward tal-AIF;

(c)

b'informazzjoni fuq l-istrateġiji ta' investiment, il-profil ta' riskju u karatteristiċi oħrajn tal-AIFs li l-AIFM huwa awtorizzat imexxi.

L-awtorità kompetenti tal-MMF tista' titlob lill-awtorità kompetenti tal-AIFM għal kjarifika u informazzjoni rigward id-dokumentazzjoni msemmija fis-sottoparagrafu ta' qabel jew attestazzjoni dwar jekk l-MMFs jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni ta' tmexxija tal-AIFM. L-awtorità kompetenti tal-AIFM twieġeb fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mit-talba mill-awtorità kompetenti tal-MMF.

3.   Kwalunkwe modifika sussegwenti fid-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tiġi notifikata minnufih mill-AIFM lill-awtorità kompetenti tal-MMF.

4.   L-awtorità kompetenti tal-MMF tista' tirrifjuta l-applikazzjoni tal-AIFM biss jekk:

(a)

l-AIFM ma jikkonformax ma' dan ir-Regolament;

(b)

l-AIFM ma jikkonformax mad-Direttiva 2011/61/UE;

(c)

l-AIFM mhuwiex awtorizzat mill-awtorità kompetenti tiegħu biex imexxi MMFs;

(d)

l-AIFM ma pprovdiex id-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Qabel tirrifjuta applikazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-MMF tikkonsulta lill-awtorità kompetenti tal-AIFM.

5.   L-awtorizzazzjoni tal-AIF bħala MMF ma għandhiex tkun soġġetta għal rekwiżit li l-AIF jitmexxa minn AIFM awtorizzat fl-Istat Membru ta' oriġini tal-AIF jew li l-AIFM iwettaq jew jiddelega xi attivitajiet fl-Istat Membru ta' oriġini tal-AIF.

6.   L-AIFM jiġi mgħarraf fi żmien xahrejn mis-sottomissjoni ta' applikazzjoni sħiħa dwar jekk ingħatatx awtorizzazzjoni tal-AIF bħala MMF.

7.   L-awtorità kompetenti tal-MMF ma għandhiex tagħti awtorizzazzjoni jekk l-AIF huwa legalment projbit milli jqiegħed fis-suq l-unitajiet jew l-ishma tiegħu fl-Istat Membru ta' oriġini tiegħu.

Artikolu 5

L-użu tad-deżinjazzjoni bħala MMF

1.   L-UCITS jew l-AIF jużaw id-deżinjazzjoni “fond tas-suq monetarju” jew “MMF” dwarhom infushom jew l-unitajiet jew l-ishma li joħorġu biss meta l-UCITS jew l-AIF ikunu ġew awtorizzati skont dan ir-Regolament.

L-UCITS jew l-AIF jużaw deżinjazzjoni li tissuġġerixxi fond tas-suq monetarju jew li tuża termini bħal “flus kontanti”, “likwidi”, “flus”, “assi lesti”, “bħal depożiti” jew kliem simili biss fejn ikunu ġew awtorizzaati skont dan ir-Regolament.

2.   L-użu tad-deżinjazzjoni “fond tas-suq monetarju”, “MMF” jew deżinjazzjoni li tissuġġerixxi MMF jew l-użu ta' termini msemmija fil-paragrafu 1 jinvolvi l-użu tagħha fi kwalunkwe dokument estern jew intern, rapport, dikjarazzjoni, reklam, komunikazzjoni, ittra jew kwalunkwe materjal ieħor indirizzat jew maħsub biex jitqassam lil investituri prospettivi, detenturi ta' unitajiet, azzjonisti jew awtoritajiet kompetenti bil-miktub, b'mod orali, elettroniku jew xi mod ieħor.

Artikolu 6

Regoli applikabbli

1.   L-MMF jikkonforma l-ħin kollu mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

2.   L-MMF li jkun UCITS u l-maniġer tiegħu jikkonforma l-ħin kollu mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/65/KE, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor f'dan ir-Regolament.

3.   L-MMF li jkun AIF u l-maniġer tiegħu jikkonforma l-ħin kollu mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/61/UE, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor f'dan ir-Regolament.

4.   Il-maniġer tal-MMF ikun responsabbli milli jiżgura li tinżamm konformità ma' dan ir-Regolament. Il-maniġer ikun responsabbli għal kwalunkwe telf jew ħsara li ġejjin min-nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament.

5.   Dan ir-Regolament ma għandux iżomm lil MMFs milli japplikaw il-limiti tal-investimenti li huma iktar stretti minn dawk meħtieġa minn dan ir-Regolament.

Kapitolu II

Obbligi li jikkonċernaw il-politiki ta' investiment tal-MMFs

TAQSIMA I

REGOLI ĠENERALI U ASSI ELIĠIBBLI

Artikolu 7

Prinċipji ġenerali

1.   Meta l-MMF ikun fih aktar minn kompartiment wieħed ta' investiment, kull kompartiment jitqies bħala MMF separat għall-finijiet tal-Kapitoli minn II sa VII.

2.   L-MMFs awtorizzati bħala UCITS ma għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligi li jikkonċernaw politiki ta' investiment ta' UCITS stabbiliti fl-Artikoli 49, 50, 50a, 51(2), u minn 52 sa 57 tad-Direttiva 2009/65/KE, sakemm ma jiġix speċifikat b'mod espliċitu b'xi mod ieħor f'dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Assi eliġibbli

1.   L-MMF jinvesti biss f'waħda jew iktar mill-kategoriji li ġejjin ta' assi finanzjarji u dejjem bil-kundizzjonijiet speċifikati f'dan ir-Regolament:

(a)

strumenti tas-suq monetarju;

(aa)

strumenti finanzjarji maħruġa u ggarantiti individwalment jew b’mod konġunt mill-awtorità ċentrali, reġjonali u lokali tal-Istati Membri, il-banek ċentrali tagħhom, mill-Istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni, inklużi fost l-oħrajn il-Bank Ċentrali Ewropew, jew il-Bank Ewropew tal-Investimenti, il-Fond Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew ġdid għal Investimenti Strateġiċi, kif ukoll il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, il-Bank tal-Iżvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp;

(b)

depożiti ma' istituzzjonijiet ta' kreditu;

(c)

strumenti eliġibbli derivati użati esklussivament għal finijiet ta’ hedging ;

(d)

ftehimiet ta’ riakkwist invers jew ftehimiet ta’ riakkwist, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

i)

assi użati bħala kollateral ma’ jinbiegħux, lanqas jerġgħu jiġu investiti jew mirhuna;

(ii)

il-ftehim ta’ riakkwist jintuża fuq bażi temporanja u mhux għal finijiet ta’ investiment;

(iii)

l-MMF għandu d-dritt itemm il-ftehim fi kwalunkwe ħin wara avviż ta’ mhux aktar minn jumejn ta' xogħol;

(iv)

il-flus kontanti li jirċievi l-MMF bħala parti mill-ftehimiet ta’ riakkwist ma’ jaqbżux l-10 % tal-assi tiegħu u ma’ jiġux trasferiti, investiti mill-ġdid jew inkella użati mill-ġdid ;

2.   L-MMF ma għandux iwettaq xi waħda minn dawn l-attivitajiet:

(a)

jinvesti f'assi minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1;

(b)

ibigħ bin-nieqes strumenti tas-suq monetarju;

(c)

jieħu skopertura diretta jew indiretta għal fondi nnegozjati fil-borża (EFTs), ekwitajiet jew komoditajiet, inkluż permezz ta' derivattivi, ċertifikati li jirrappreżentawhom, indiċijiet ibbażati fuqhom jew xi mezzi jew strumenti oħrajn li jagħtu xi skopertura għalihom;

(d)

jidħol fi ftehimiet ta' għoti b'self ta' titoli jew ftehimiet ta' teħid b'self ta' titoli, ▌jew kwalunkwe ftehim ieħor li jkun ta' gravama għall-assi tal-MMF;

(e)

jieħu u jagħti b'self flus kontanti.

(ea)

jinvesti f'MMFs oħra.

Artikolu 9

Strumenti eliġibbli tas-suq monetarju

1.   Strument tas-suq monetarju jkun eliġibbli għal investiment minn MFF diment li jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

jaqa' f'waħda mill-kategoriji ta' strumenti tas-suq monetarju msemmija fl-Artikolu 50(1)(a), (b), (c) jew (h) tad-Direttiva 2009/65/KE.

(b)

juri wieħed mill-karatteristiċi alternattivi li ġejjin:

(i)

ikollu maturità legali fil-ħruġ ta' 397 jum jew inqas;

(ii)

ikollu maturità residwa ta' 397 jum jew inqas. jew

(iii)

huwa eliġibbli bħala titolu garantit minn assi likwidu ta’ kwalità għolja msemmi fl-Artikolu 2(7a).

(c)

l-emittent tal-istrument tas-suq monetarju ngħata waħda mill-ogħla żewġ gradi ta' klassifikazzjoni interna skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament.

(d)

Fil-każ li tieħu l-espożizzjoni għal titolizzazzjoni, din tkun soġġetta għal rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 10.

2.   L-MMF standard jitħalla jinvesti fi strument tas-suq monetarju li jġarrab aġġustamenti regolari fil-qligħ b'konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq monetarju kull 397 jum jew fuq bażi iktar spissa filwaqt li ma jkollux maturità residwa li taqbeż is-sentejn.

3.   Il-paragrafu 1(c), ma għandux japplika għal strumenti tas-suq monetarju maħruġin jew garantiti minn awtorità ċentrali jew bank ċentrali ta' Stat Membru, il-Bank Ċentrali Ewropew, l-Unjoni, il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà jew il-Bank Ewropew tal-Investiment.

Artikolu 10

Titolizzazzjonijiet eliġibbli

1.   It-titolizzazzjoni għandha tkun ▌ eliġibbli sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-iskopertura sottostanti jew grupp ta’ skoperturi tkun tikkonsisti esklussivament minn dejn eliġibbli u tkun suffiċjentement diversifikata ;

(b)

id-dejn eliġibbli huwa ta’ kwalità għolja ta’ kreditu u likwidu;

(c)

id-dejn eliġibbli sottostanti għandu maturità legali fil-ħruġ ta' 397 jum jew inqas; jew għandu maturità residwa ta' 397 jum jew inqas.

1a.     Titoli garantiti b’assi likwidi ta’ kwalità għolja msemmija fl-Artikolu 2(7a) għandhom jiġu kkunsidrati bħala titolizzazzjonijiet eliġibbli.

1b.     Karti kummerċjali garantiti b’assi għandhom jiġu kkunsidrati bħala titolizzazzjonijiet eliġibbli sakemm dawn huma likwidi kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li l-iskoperturi sottostanti huma ta' kwalità għolja ta’ kreditu.

2.    Il-Kummissjoni għandha, sa [6 xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] tadotta atti delegati skont l-Artikolu 44 dwar l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji għall-identifikazzjoni ta’ titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata fir-rigward ta’ kwalunkwe mill-aspetti li ġejjin:

(a)

il-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li fihom l-iskopertura sottostanti jew grupp ta’ skoperturi jkun meqjus li jikkonsisti esklussivament f’dejn eliġibbli u jekk jitqiesx li huwa diversifikat biżżejjed ;

(b)

kundizzjonijiet u limiti numeriċi li jiddeterminaw meta d-dejn sottostanti huwa ta’ kwalità għolja ta’ kreditu u likwidità.

(ba)

ir-rekwiżiti ta’ trasparenza tat-titolizzazzjoni u l-assi sottostanti tagħha.

B’hekk, il-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 460 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 135(2) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), u għandha tqis il-karatteristiċi speċifiċi tat-titolizzazzjonijiet b’maturitajiet fil-ħruġ ta’ inqas minn 397 jum. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha, sa [6 xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] tadotta atti delegati li jispeċifikaw il-kriterji għall-identifikazzjoni ta’ dejn ta’ kwalità għolja ta’ kreditu u karti kummerċjali garantiti b’assi likwidi fir-rigward tal-paragrafu 1a. B’hekk, il-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza u appoġġ tal-flussi ta’ ħidma rispettivi tal-EBA.

Artikolu 11

Depożiti eliġibbli ma' istituzzjonijiet ta' kreditu

Depożitu ma' istituzzjoni ta' kreditu jkun eliġibbli għal investiment minn MFF diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

id-depożitu jista' jitħallas lura wara talba jew jista' jiġi prelevat fi kwalunkwe waqt;

(b)

id-depożitu jimmatura f'mhux iktar minn 12-il xahar;

(c)

l-istituzzjoni ta' kreditu għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru jew, meta l-istituzzjoni ta' kreditu għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha f'pajjiż terz hija soġġetta għar-regoli prudenzjali meqjusa ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni b’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 107(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 12

Strumenti finanzjarji derivati eliġibbli

Strument finanzjarju derivattiv għandu jkun eliġibbli għal investiment minn MMF jekk huwa nnegozjat f'suq irregolat imsemmi fl-Artikolu 50(1)(a), (b) jew (c) tad-Direttiva 2009/65/KE jew huwa soġġett għall-obbligu tal-ikklerjar previst fir-Regolament (UE) Nru 648/2012, sakemm ▌ jiġu ssodisfati ▌ l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

is-sottostanti tal-istrument derivattiv tikkonsisti f'rati tal-imgħax, rati tal-kambju, muniti jew indiċijiet li jirrappreżentaw waħda minn dawn il-kategoriji;

(b)

l-istrument derivattiv jintuża biss għall-fini ta' hedging tad-durata u r-riskji tal-kambju inerenti għal investimenti oħrajn tal-MMF;

(c)

il-kontropartijiet għall-istrumenti derivattivi ▌ huma istituzzjonijiet soġġetti għal regolament u superviżjoni prudenzjali u li jappartjenu għall-kategoriji approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' oriġini tal-MMF;

(d)

id-derivattivi ▌ huma soġġetti għal valwazzjoni kredibbli u verifikabbli fuq bażi ta' kuljum u jistgħu jinbiegħu, jiġu likwidati jew jingħalqu permezz ta' tranżazzjoni ta' tpaċija fi kwalunkwe żmien bil-valur ġust tagħhom fuq inizjattiva tal-MMF.

Artikolu 13

Ftehimiet ta’ retroriakkwist eliġibbli

1.   Ftehim ta' retroriakkwist ikun eliġibbli sabiex MMF jidħol fih dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-MMF għandu d-dritt itemm il-ftehim fi kwalunkwe ħin wara li jingħata avviż ta’ mhux aktar minn jumejn xogħol;

(b)

il-valur fis-suq tal-assi riċevuti bħala parti mill-ftehim ta' riakkwist invers huwa fil-ħinijiet kollha tal-inqas daqs il-valur tal-flus kontanti distribwiti .

2.   L-assi riċevuti mill-MMF bħala parti minn ftehim ta' riakkwist invers ikunu strumenti tas-suq monetarju kif stabbilit fl-Artikolu  9.

3.   It-Titolizzazzjonijiet kif definiti fl-Artikolu 10 ma għandhomx ikunu waslu għand l-MMF bħala parti ta’ ftehim ta' retroakkwist. ▌

4.   L-assi riċevuti mill-MMF bħala parti minn ftehim ta' riakkwist invers jiġu inklużi għall-fini ta' kalkolu tal-limiti fuq id-diversifikazzjoni u l-konċentrazzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dawn l-assi ma għandhomx jinbiegħu, jerġgħu jiġu investiti, mirhuna jew trasferiti b’xi mod ieħor.

5.   B’deroga mill-paragrafu 2, l-MMF jista' jirċievi bħala parti minn ftehim ta’ retroakkwist titolizzazzjonijiet likwidi trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus minbarra dawk stabbiliti fl-Artikolu  9 sakemm dawk l-assi jkunu konformi ma’ waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu ta’ kwalità għolja ta’ kreditu u huma maħruġa jew garantiti minn awtorità ċentrali jew bank ċentrali ta’ Stat Membru, il-Bank Ċentrali Ewropew, l-Unjoni, il-mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbiltà, il-Bank Ewropew tal-Investiment;

(b)

ikunu maħruġa jew iggarantiti minn awtorità ċentrali jew bank ċentrali ta’ pajjiż terz, sakemm l-emittent tal-assi tal-pajjiż terz jgħaddi mill-valutazzjoni interna skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli minn 16 sa 19.

L-assi riċevuti bħala parti minn ftehim ta’ tranżazzjoni ta’ retroriakkwist skont l-ewwel subparagrafu jkunu żvelati għall-investituri tal-MMF.

L-assi riċevuti bħala parti minn ftehim ta’ tranżazzjoni ta’ retroriakkwist skont l-ewwel subparagrafu jkunu suġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 14(6).

5a.     MMF jista’ jissellef jew jidħol fi ftehimiet ta’ riakkwist, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-ftehim ta’ riakkwist jintuża fuq bażi temporanja, għal mhux aktar minn sebat ijiem ta' xogħol, u mhux għal finijiet ta’ investiment;

(b)

is-somma mill-ftehimiet ta’ riakkwist m’għandhiex taqbeż l-10 % tal-assi tal-MMF ikkonċernat u m’għandhiex tiġi investita f’assi eliġibbli;

(c)

l-MMF għandu d-dritt itemm il-ftehim fi kwalunkwe ħin wara avviż ta’ mhux aktar minn jumejn ta' xogħol;

(d)

il-kollateral tal-flus kontanti rċevuti għandu jkun biss:

iddepożitat mal-entitajiet preskritti fl-Artikolu 50(f) tad-Direttiva UCITS;

investit f’bonds tal-gvern ta’ kwalità għolja;

użat għall-iskop ta’ tranżazzjonijiet ta’ riakkwist invers sakemm it-tranżazzjonijiet ikunu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għal superviżjoni prudenzjali u l-UCITS tkun tista’ ġġib lura fi kwalunkwe ħin l-ammont sħiħ ta’ flus kontanti fuq bażi dovuta;

investit f’fondi tas-suq monetarju fuq terminu qasir ta’ żmien kif definit fil-Linji Gwida dwar Definizzjoni Komuni tal-Fondi tas-Suq Monetarju Ewropew.

Kollateral ta’ flus kontant investiti mill-ġdid għandu jiġi diversifikat skont ir-rekwiżiti ta’ diversifikazzjoni applikabbli għal kollateral mhux ta’ flus kontanti. Il-prospett għandu jinforma b’mod ċar lill-investituri dwar il-politika tal-kollateral tal-UCITS, inkluż, fil-każ ta’ kollateral ta’ flus kontanti, il-politika ta’ investiment mill-ġdid fil-UCITS u r-riskji li jirriżultaw minn dan.

TAQSIMA II

DISPOŻIZZJONIJIET FUQ POLITIKI TAL-INVESTIMENT

Artikolu 14

Diversifikazzjoni

1.   L-MMF ma għandux jinvesti iktar minn 5 % tal-assi tiegħu f'xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

strumenti tas-suq monetarju maħruġin mill-istess korp;

(b)

depożiti li saru mal-istess istituzzjoni ta' kreditu;

2.   L-aggregat tal-iskoperturi kollha għal titolizzazzjonijiet ma għandux jaqbeż l-10 % tal-assi ta’ MMF.

3.   L-iskopertura ta' riskju aggregat għall-istess kontroparti tal-MMF li ġejja minn tranżazzjonijiet derivattivi ▌ ma għandhiex taqbeż il-5 % tal-assi tiegħu.

4.   L-ammont aggregat ta' flus kontanti pprovdut lill-istess kontroparti tal-MMF fi ftehimiet ta' riakkwist invers ma għandux jaqbeż 10 % tal-assi tiegħu.

5.   Minkejja l-limiti individwali stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3, fejn dan ikun iwassal għal investiment ta' iktar minn 8 % tal-assi tiegħu f'korp individwali, la MMF ta' dejn pubbliku u lanqas MMF standard m'għandhom iħalltu bejn dawn li ġejjin:

(a)

investimenti fi strumenti tas-suq monetarju maħruġin minn dak il-korp;

(b)

depożiti li saru minn dak il-korp;

(c)

strumenti finanzjarji derivati ▌li jġibu skopertura għar-riskju tal-kontroparti lil dak il-korp.

6.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1(a), awtorità kompetenti tista' tawtorizza lill-MMF biex jinvesti skont il-prinċipju ta' tifrix tar-riskju sa 100 % tal-assi tiegħu fi strumenti tas-suq monetarju differenti maħruġin jew garantiti minn awtorità ċentrali, reġjonali jew lokali jew bank ċentrali ta' Stat Membru, il-Bank Ċentrali Ewropew, l-Unjoni, il-mekkaniżmu Ewropew ta' stabbiltà jew il-Bank Ewropew tal-Investiment, awtorità ċentrali jew bank ċentrali ta' pajjiż terz, jew minn korp pubbliku internazzjonali li għalih jappartjeni Stat Membru wieħed jew iktar.

L-ewwel sottoparagrafu japplika biss fejn jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

l-MMF ikollu strumenti tas-suq monetarju minn tal-inqas sitt ħarġiet differenti mill-emittent rispettiv;

(b)

l-MMF jillimita l-investiment fi strumenti tas-suq monetarju mill-istess ħarġa sa massimu ta' 30 % tal-assi tiegħu;

(c)

l-MMF isemmi b'mod espliċitu fir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni l-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali, reġjonali jew lokali jew banek ċentrali ▌ tal-Istati Membri, il-Bank Ċentrali Ewropew, l-Unjoni, il-mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbiltà jew il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi, awtorità ċentrali jew bank ċentrali ta’ pajjiż terz, strumenti ta' dejn pubbliku, il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, il-Bank tal-Iżvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, kwalunkwe organizzazzjoni pubblika internazzjonali oħra li għaliha jappartjeni Stat Membru wieħed jew iktar li qed joħorġu jew jiggarantixxu strumenti tas-suq monetarju li fih beħsiebu jinvesti iktar minn 5 % tal-assi tiegħu;

(d)

l-MMF jinkludi dikjarazzjoni prominenti fil-prospectus u l-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni tiegħu fejn jiġbed l-attenzjoni lejn l-użu ta’ din id-deroga u jindika l-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali, reġjonali jew lokali jew banek ċentrali ta' Stati Membri , il-Bank Ċentrali Ewropew, l-Unjoni, il-mekkaniżmu Ewropew ta' stabbiltà jew il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, awtorità ċentrali jew bank ċentrali ta’ pajjiż terz, il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, jew kwalunkwe organizzazzjoni pubblika internazzjonali oħra li għaliha jappartjeni Stat Membru wieħed jew iktar li qed joħorġu jew jiggarantixxu strumenti tas-suq monetarju li fih beħsiebu jinvesti iktar minn 5 % tal-assi tiegħu;

7.   Kumpaniji li jkunu inklużi fl-istess grupp għall-fini ta' kontijiet konsolidati, kif irregolat mid-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE (14) jew f'konformità mar-regoli internazzjonali rikonoxxuti dwar il-kontabbiltà, jitqiesu bħala korp wieħed għall-fini ta' kalkolu tal-limiti msemmija fil-paragrafi minn 1 sa 5.

Artikolu 15

Konċentrazzjoni

1.   L-MMF ma jistax ikollu iktar minn 5 % tal-istrumenti tas-suq monetarju maħruġin minn korp wieħed.

2.   Il-limitu stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għal parteċipazzjonijiet ta' strumenti tas-suq monetarju maħruġin jew garantiti minn awtorità ċentrali, reġjonali jew lokali jew bank ċentrali ta' Stat Membru, il-Bank Ċentrali Ewropew, l-Unjoni, il-mekkaniżmu Ewropew ta' stabbiltà jew il-Bank Ewropew tal-Investiment, awtorità ċentrali jew bank ċentrali ta' pajjiż terz, jew minn korp pubbliku internazzjonali li għalih jappartjeni Stat Membru wieħed jew iktar.

TAQSIMA III

KWALITÀ TAL-KREDITU TA' STRUMENTI TAS-SUQ MONETARJU

Artikolu 16

Proċedura interna ta' valutazzjoni

1.   Il-maniġer tal-MMF jistabbilixxi, jimplimenta u japplika ▌ proċedura prudenti ▌ ta' valutazzjoni interna sabiex tiġi determinata l-kwalità tal-kreditu tal-istrumenti tas-suq monetarju, filwaqt li jieħu f'kunsiderazzjoni l-emittent tal-istrument u l-karatteristiċi tal-istrument innifsu.

1a.     Il-maniġer tal-MMF għandu jiżgura li l-informazzjoni użata meta tiġi applikata l-proċedura tal-valutazzjoni interna tkun ta' kwalità suffiċjenti, aġġornata u li ġejja minn sorsi kredibbli.

2.   Il-proċedura ta' valutazzjoni interna tkun ibbażata fuq metodoloġiji prudenti, ▌ sistematiċi u kontinwi ta' assenjament. Il-metodoloġiji użati għandhom ikunu soġġetti għal validazzjoni mill-maniġer tal-MMF fuq il-bażi ta' esperjenza storika u evidenza empirika, inkluż ittestjar retrospettiv.

3.   Il-proċedura ta’ valutazzjoni tikkonforma mal-prinċipji ġenerali li ġejjin:

(a)

din għandha tistabbilixxi proċess effettiv biex jikseb u jaġġorna informazzjoni rilevanti fuq il-karatteristiċi tal-emittent;

(b)

il-maniġer tal-MMF għandu jadotta u jimplimenta miżuri adegwati biex jara li l-valutazzjoni tal-kreditu hija bbażata fuq analiżi ▌ tal-informazzjoni ▌ li hija disponibbli u pertinenti u li jinkludi l-fatturi xprunaturi rilevanti kollha li jinfluwenzaw l-kredibbiltà kredizja tal-emittent;

(c)

il-maniġer tal-MMF jissorvelja l-proċedura interna ta’ valutazzjoni tiegħu fuq bażi kontinwa u jirrevedi l-valutazzjonijiet kollha tal-kreditu tal-inqas kull sitt xhur . Dan il-maniġer jerġa' jqis il-valutazzjoni interna kull darba li sseħħ bidla materjali li tista' tħalli impatt fuq il-valutazzjoni tal-kreditu tal-emittent tiegħu .

(d)

meta japplika l-proċedura interna ta’ valutazzjoni tiegħu, maniġer ta’ MMF għandu jagħmel dan suġġett għal, u skont, ir-Regolament (UE) Nru 462/2013 ;

(e)

il-metodoloġiji ta' valutazzjoni tal-kreditu għandhom jiġu riveduti mill-maniġer tal-MMF tal-inqas kull sitt xhur biex jiġi ddeterminat jekk jibqgħux xierqa għall-kundizzjonijiet attwali esterni u tal-portafoll u din ir-reviżjoni għandha tiġi trażmessa lill-awtoritajiet kompetenti .

(f)

meta jinbidlu l-metodoloġiji, il-mudelli jew is-suppożizzjonijiet tal-klassifikazzjoni ewlenin użati fil-proċeduri ta' valutazzjoni interna, il-maniġer ta' MMF għandu jirrevedi l-valutazzjonijiet tal-kreditu interni affettwati kollha malajr kemm jista' jkun▌;

(g)

il-valutazzjonijiet tal-kreditu interni u r-reviżjonijiet perjodiċi tagħhom mill-maniġer ta' MMF ma għandhomx jitwettqu minn persuni inkarigati jew responsabbli għall-immaniġġar tal-portafoll tal-MMF.

Artikolu 17

Proċedura interna ta' valutazzjoni tal-kreditu

1.   Kull emittent ta' strument tas-suq monetarju li fih MMF ikun beħsiebu jinvesti ssirlu valutazzjoni tal-kreditu skont il-proċedura ta' valutazzjoni tal-kreditu stabbilita f'konformità mal-proċedura ta' valutazzjoni interna.

2.   L-istruttura tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-kreditu tikkonforma mal-prinċipji ġenerali li ġejjin:

(a)

il-proċedura għandha tikkunsidra kwantifikazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-emittent filwaqt li tqis ir-riskju relattiv ta’ inadempjenza ;

(b)

il-proċedura għandha tikkunsidra r-riskju ta’ kreditu ta’ emittent u  tiddokumenta l-kriterji użati biex tiddetermina l-livell ta’ riskju ta’ kreditu▌;

(c)

il-proċedura tqis in-natura ta' terminu qasir ta' żmien tal-istrumenti tas-suq monetarju.

3.    Il-valutazzjoni tal-kreditu imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq kriterji li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

jinvolvu tal-inqas indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi fuq l-emittent tal-istrument, u s-sitwazzjoni makroekonomika u tas-suq finanzjarju;

(b)

jirreferu għall-valuri referenzjarji numeriċi u kwalitattivi komuni użati biex jiġu vvalutati l-indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi;

(c)

ikunu adegwati għat-tip partikolari ta' emittent. Issir distinzjoni bejn tal-inqas it-tipi li ġejjin ta' emittenti: sovrani, awtorità pubblika reġjonali jew lokali, korporazzjonijiet finanzjarji, u korporazzjonijiet mhux finanzjarji;

(d)

f’każ ta’ skopertura għal titolizzazzjonijiet, iqisu r-riskju tal-kreditu tal-emittent, l-istruttura tat-titolizzazzjoni u r-riskju tal-kreditu tal-assi sottosanti.

Artikolu 18

Dokumentazzjoni

1.   Il-maniġer tal-MMF jiddokumenta l-proċedura ta' valutazzjoni interna u s-sistema ta' klassifikazzjoni interna tiegħu. Id-dokumentazzjoni tinkludi:

(a)

id-disinn u d-dettalji operazzjonali tal-proċeduri ta' valutazzjoni interna u s-sistemi interni ta' klassifikazzjoni tiegħu b'tali mod li l-awtorità kompetenti tkun tista' tifhem l-assenjament għal gradi speċifiċi u biex tiġi evalwata l-adegwatezza ta' assenjament għal grad;

(b)

il-ħsieb għal u l-analiżi li ssostni l-għażla tal-maniġer tal-kriterji ta' klassifikazzjoni u l-frekwenza ta' rieżami tiegħu. Din l-analiżi tinkludi l-parametri, il-mudell u l-limiti tal-mudell użat biex jingħażlu l-kriterji ta' klassifikazzjoni;

(c)

il-bidliet ewlenin kollha fil-proċedura ta' valutazzjoni interna, inkluża l-identifikazzjoni tal-ixkattaturi tal-bidliet;

(d)

l-organizzazzjoni tal-proċedura ta' valutazzjoni interna, inkluż il-proċess ta' assenjament tal-klassifikazzjoni u l-istruttura interna ta' kontroll;

(e)

l-informazzjoni interna sħiħa dwar il-klassifikazzjonijiet fl-imgħoddi fuq l-emittenti u l-garanti rikonoxxuti;

(f)

id-dati tal-assenjament tal-klassifikazzjonijiet interni;

(g)

id-data u l-metodoloġija ewlenin użati biex tinħareġ klassifikazzjoni interna, inklużi suppożizzjonijiet ta' klassifikazzjoni ewlenin;

(h)

il-persuna jew persuni responsabbli għall-assenjament tal-klassifikazzjoni interna.

2.   Il-proċedura ta' valutazzjoni interna tiġi dettaljata fir-regoli tal-fond jew ir-regoli ta' inkorporazzjoni tal-MMF u d-dokumenti kollha msemmija fil-paragrafu 1 ikunu disponibbli fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti tal-MMFs u l-awtoritajiet kompetenti tal-maniġer tal-MMF.

Artikolu 19

Atti delegati

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 44, billi tispeċifika dawn il-punti li ġejjin:

(a)

il-kundizzjonijiet li fihom il-metodoloġiji ta' assenjamnet jitqiesu prudenti, rigorużi, sistematiċi u kontinwi u l-kundizzjonijiet tal-validazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 16(2);

(b)

id-definizzjonijiet ta’ kull grad rigward il-kwantifikazzjoni tar-riskju tal-kreditu ta’ emittent imsemmija fl-Artikolu 17(2)(a), u l-kriterji li jiddeterminaw il-kwantifikazzjoni tar-riskju tal-kreditu msemmija fl-Artikolu 17(2)(b);

(c)

il-valuri ta’ referenza preċiżi għal kull indikatur kwalitattiv u l-valuri numeriċi ta’ referenza għal kull indikatur kwantitattiv. Dawn il-valuri ta’ referenza tal-indikaturi jiġu speċifikati għal kull grad ta' klassifikazzjoni filwaqt li jitqiesu l-kriterji fl-Artikolu 17(3);

(d)

it-tifsira ta' bidla materjali kif imsemmija fl-Artikolu 16(3)(c).

Artikolu 20

Governanza tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu

1.   Il-proċeduri ta' valutazzjoni interna jiġu approvati mill-maniġment superjuri, il-korp governattiv, u, fejn tkun teżisti, il-funzjoni superviżorja tal-maniġer tal-MMF.

Dawn il-partijiet ikollhom fehim tajjeb tal-proċeduri ta' valutazzjoni interna, is-sistemi ta' klassifikazzjoni interna u l-metodoloġiji ta' assenjament tal-maniġer u fehim dettaljat tar-rapporti assoċjati.

2.   Analiżi bbażata fuq il-klassifikazzjonijiet interni tal-profil ta' riskju ta' kreditu tal-MMF tkun parti essenzjali mir-rapportar lill-partijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Ir-rapportar jinkludi bħala minimu l-profil ta' riskju skont il-grad, il-migrazzjoni bejn il-gradi, stima tal-parametri rilevanti għal kull grad, u paragun tar-rati ta' inadempjenza realizzati. Il-frekwenzi tar-rapportar jiddependu fuq l-importanza u t-tip ta' informazzjoni u tal-inqas ir-rapportar jsir darba fis-sena.

3.   Fuq bażi kontinwa, il-maniġment superjuri jara li l-proċedura ta' valutazzjoni interna qed taħdem kif suppost.

Il-maniġment superjuri jiġi mgħarraf b'mod regolari dwar kif sejjer il-proċess ta' valutazzjoni interna, l-oqsma fejn instabu nuqqasijiet, u l-qagħda tal-isforzi u l-azzjonijiet meħuda biex jittejbu nuqqasijiet identifikati qabel.

Kapitolu III

Obbligi li jikkonċernaw l-immaniġġar tar-riskji tal-MMFs

Artikolu 21

Regoli tal-portafoll għall-MMFs b'terminu qasir ta' żmien

L-MMF għal terminu qasir ta' żmien jikkonforma l-ħin kollu mar-rekwiżiti kollha li ġejjin tal-portafoll:

(a)

il-portafoll tiegħu jkollu maturità peżata medja (weighted average maturity, WAM) ta' mhux iktar minn 60 jum;

(b)

il-portafoll tiegħu jkollu ħajja medja peżata (weighted average life, WAL) ta' mhux iktar minn 120 jum;

(c)

tal-inqas 10 % tal-assi tiegħu jkunu msawra minn assi li jimmaturaw kuljum. L-MMF għal terminu qasir ta' żmien ma għandux jixtri xi assi minbarra assi li jimmaturaw f'jum meta t-tali xiri jkun jirriżulta f'investiment mill-MMF għal mien qasir ta' inqas minn 10 % tal-portafoll tiegħu f'assi li jimmaturaw kuljum;

(d)

tal-inqas 20 % tal-assi tiegħu jkunu msawra minn assi li jimmaturaw kull ġimgħa. L-MMF għal terminu qasir ta' żmien ma għandux jixtri xi assi oħra minbarra assi li jimmaturaw kull ġimgħa meta t-tali xiri jkun jirriżulta f'investiment mill-MMF għal terminu qasir ta' żmien ta' inqas minn 20 % tal-portafoll tiegħu f'assi li jimmaturaw kull ġimgħa. Għall-fini ta’ dan il-kalkolu, strumenti tas-suq monetarju jistgħu jiġu nklużi fi ħdan assi li jimmaturaw kull ġimgħa sa 5 % sakemm ikunu jistgħu jinbiegħu għas-saldu fi żmien il-ħamest ijiem ta’ xogħol li jkun imiss.

(da)

Ir-rekwiżiti ta’ likwidità ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa msemmija fil-paragrafi (c) u (d) għandhom jiġu miżjuda rispettivament bi:

5 % tal-assi tal-MMF ivvalutati bl-użu tal-kontabilità tal-kost amortizzat;

10 % tal-assi tal-MMF ivvalutati bl-użu tal-kontabilità tal-kost amortizzat.

Artikolu 22

Regoli tal-portafoll għall-MMFs standard

1.   L-MMF standard jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin tal-portafoll:

(a)

il-portafoll tiegħu jkollu l-ħin kollu WAM ta' mhux iktar minn sitt xhur;

(b)

il-portafoll tiegħu jkollu l-ħin kollu WAL ta' mhux iktar minn 12-il xahar;

(c)

tal-inqas 10 % tal-assi tiegħu jkunu msawra minn assi li jimmaturaw kuljum. L-MMF standard ma għandux jixtri xi assi minbarra assi li jimmatura kuljum meta t-tali xiri jkun jirriżulta f'investiment mill-MMF standard ta' inqas minn 10 % tal-portafoll tiegħu f'assi li jimmaturaw kuljum;

(d)

tal-inqas 20 % tal-assi tiegħu jkunu msawra minn assi li jimmaturaw kull ġimgħa. L-MMF standard ma għandux jixtri xi assi oħra minbarra assi li jimmaturaw kull ġimgħa meta t-tali xiri jkun jirriżulta f'investiment mill-MMF standard ta' inqas minn 20 % tal-portafoll tiegħu f'assi li jimmaturaw kull ġimgħa. Għall-fini ta’ dan il-kalkolu, strumenti tas-suq monetarju jistgħu jiġu inklużi fi ħdan assi li jimmaturaw kull ġimgħa sa 5 % sakemm ikunu jistgħu jinbiegħu għas-saldu fi żmien il-ħamest ijiem ta’ xogħol li jkun imiss.

(da)

Ir-rekwiżiti ta’ likwidità ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa msemmija fil-paragrafi (c) u (d) għandhom jiġu miżjuda rispettivament bi:

5 % tal-assi tal-MMF ivvalutati bl-użu tal-kontabilità tal-kost amortizzat;

10 % tal-assi tal-MMF ivvalutati bl-użu tal-kontabilità tal-kost amortizzat.

2.   L-MMF standard jista’ jinvesti mhux aktar minn 10 % tal-assi tiegħu fi strumenti tas-suq tal-flus maħruġa minn korp wieħed.

3.   Minkejja l-limiti individwali stabbiliti fil-paragrafu 2, u permezz ta’ deroga , MMF standard jista' jikkumbina, fejn dan ikun iwassal għal investiment ta’ aktar minn 15 % tal-assi tiegħu f'korp wieħed, kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

investimenti fi strumenti tas-suq monetarju maħruġin minn dak il-korp;

(b)

depożiti li saru minn dak il-korp;

(c)

strumenti finanzjarji derivati ▌li jġibu skopertura għar-riskju tal-kontroparti lil dak il-korp.

4.   L-assi kollha fil-portafoll li MMF standard jinvesti f’skont il-paragrafi 2 u  5 jiġu żvelati lil investituri tal-MMF.

5.   L-MMF standard ma għandux ikun fil-forma ta' CNAV MMF.

Artikolu 23

Klassifikazzjonijiet tal-kreditu tal-MMF

Meta MMF ifittex klassifikazzjoni esterna tal-kreditu, din għandha tkun soġġetta għal, u mwettqa f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 462/2013.

Artikolu 24

IIl-politika “Kun af il-klijent”

1.   Il-maniġer tal-MMF jistabbilixxi, jimplimenta u japplika proċeduri u jeżerċita d-diliġenza kollha biex jidentifika n-numru ta’ investituri f'MMF, il-ħtiġijiet u l-imġiba tagħhom, l-ammont tal-parteċipazzjonijiet tagħhom bl-għan li jantiċipa sew l-effett ta’ tifdijiet simultanji minn bosta investituri , billi tal-inqas jikkunsidra t-tip ta’ investituri, l-għadd ta’ ishma fil-fond ta’ proprjetà ta’ investitur waħdieni u l-evoluzzjoni tal-flussi ta’ dħul u ta’ ħruġ . Għal dan il-għan, bħala minimu l-maniġer tal-MMF iqis il-fatturi li ġejjin:

(a)

xejriet identifikabbli fil-ħtiġijiet ta' flus kontanti tal-investitur;

(b)

it-tip ta’ investitur;

(c)

l-averżjoni għar-riskju tal-investituri differenti;

(d)

il-grad ta' korrelazzjoni jew rabtiet mill-qrib bejn investituri differenti fl-MMF;

(da)

l-evoluzzjoni ċiklika tal-għadd ta’ ishma fl-MMF .

1a.     Meta l-investituri tal-MMF jidderieġu l-investimenti tagħhom permezz ta’ intermedjarju, il-maniġer tal-MMF għandu jfittex, u l-intermedjarju għandu jipprovdi, data li tippermetti li l-maniġer tal-MMF jimmaniġġja b’mod xieraq il-likwidità u l-konċentrazzjoni tal-investitur tal-MMF.

2.   Il-maniġer tal-MMF jiżgura li:

(a)

il-valur tal-unitajiet jew ishma miżmuma minn investitur waħdieni ma jaqbiżx, fi kwalunkwe ħin, il-valur tal-maturazzjoni ta’ kuljum valur tal-assi;

(b)

il-fidi minn investitur ma tħallix impatt b'mod materjali fuq il-profil ta' likwidità tal-MMF.

Artikolu 25

Ittestjar tal-istress

1.   Għal kull MMF ikun hemm fis-seħħ proċessi sodi ta' ttestjar tal-istress li jippermettu li jiġu identifikati avvenimenti jew bidliet possibbli fil-ġejjieni fil-kundizzjonijiet ekonomiċi li jistgħu jħallu effetti mhux favorevoli fuq l-MMF. Il-maniġer tal-MMF iwettaq b'mod regolari testijiet tal-istress u jiżviluppa pjanijiet ta' azzjoni għal xenarji possibbli differenti. Barra minn hekk, fil-każ ta' LVNAV MMFs, it-testijiet tal-istress jagħtu stima għal xenarji differenti tad-differenza bejn in-NAV kostanti għal kull unità jew sehem u n-NAV attwali għal kull unità jew sehem.

It-testijiet tal-istress ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u jqisu l-effetti ta' xenarji plawżibbli severi. Ix-xenarji ta' testijiet tal-istress tal-inqas jieħdu f'kunsiderazzjoni l-parametri ta' referenza, li jinkludu l-fatturi li ġejjin:

(a)

bidliet ipotetiċi fil-livell ta' likwidità tal-assi miżmuma fil-portafoll tal-MMF;

(b)

bidliet ipotetiċi fil-livell ta' riskju ta' kreditu tal-assi miżmuma fil-portafoll tal-MMF, inklużi eventi ta' kreditu u event ta' klassifikazzjoni;

(c)

ċaqliq ipotetiku tar-rati tal-imgħax;

(d)

livelli ipotetiċi ta' tpaċija;

(da)

twessigħ jew djuq ipotetiku tal-firxiet fost l-indiċijiet li magħhom huma marbutin ir-rati tal-imgħax tat-titoli ta’ portafoll;

(db)

xokkijiet makrosistemiċi ipotetiċi li jaffettwaw l-ekonomija ġenerali.

2.   Barra minn hekk, fil-każ ta' CNAV MMFs ta' dejn pubbliku u ta' CNAV MMFs fil-livell tal-Konsumatur , it-testijiet tal-istress jagħtu stima fix-xenarji differenti tad-differenza bejn in-NAV kostanti għal kull unità jew sehem u n-NAV għal kull unità jew sehem . Abbażi tar-riżultat tat-test tal-istress, il-maniġer tal-MMF għandu jiżviluppa pjanijiet ta' rkupru għal xenarji possibbli differenti. Dawn il-pjanijiet ta' rkupru għandhom jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti.

4.   It-testijiet tal-istress isiru bi frekwenza determinata mill-bord tad-diretturi ▌ tal-MMF, wara li jiġi kkunsidrat x'inhu intervall xieraq u raġonevoli fid-dawl tal-kundizzjonijiet tas-suq u wara li tiġi kkunsidrata kwalunkwe bidla prevista fil-portafoll tal-MMF. Din il-frekwenza għandha tkun tal-inqas kull tliet xhur .

4a.     Meta t-test tal-istress juri xi vulnerabbiltà tal-MMF, il-maniġer tal-MMF għandu jieħu azzjoni biex isaħħaħ ir-robustezza tal-MMF, inklużi azzjonijiet li jsaħħu l-likwidità jew il-kwalità tal-assi tal-MMF u immedjatament għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar il-miżuri meħuda.

5.   Rapport estensiv bir-riżultati tat-testijiet tal-istress flimkien ma pjan ta' azzjoni propost jiġu ppreżentati għal analiżi lill-bord tad-diretturi tal-maniġer tal-MMF. Il-bord tad-diretturi jemenda l-pjan ta' azzjoni propost jekk ikun hemm bżonn, u japprova l-pjan ta' azzjoni finali. Ir-rapport għandu jinżamm għall-perjodu ta' mill-inqas ħames snin.

6.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 5 jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti tal-maniġer u tal-MMF. L-awtoritajiet kompetenti jibagħtu r-rapport lill-ESMA.

KAPITOLU IV

Regoli ta' valwazzjoni u Trattament Kontabilistiku

Artikolu 26

Valwazzjoni tal-assi tal-MMF

1.   L-assi tal-MMF jiġu vvalutati mill-inqas fuq bażi ta’ kuljum. Ir-riżultat ta’ din l-evalwazzjoni għandu jkun ippubblikat kuljum fuq il-websajt tal-MMF. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27(4)(a) u (b) l-evalwazzjoni għandha titwettaq minn parti terza indipendenti li tuża metodi ta’ evalwazzjoni skont il-valur tas-suq jew evalwazzjoni skont mudell. Dan m’għandux isir mill-MMF innifsu, mill-maniġer tal-assi relatati tiegħu jew mill-isponsor tiegħu.

2.    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27(4)(b) l-assi ta’ MMF jiġu vvalutati bl-użu ta’ evalwazzjoni skont il-valur fis-suq.

3.   Meta jintuża metodu ta' evalwazzjoni skont il-valur tas-suq, l-assi jiġu vvalutati mil-lat l-aktar prudenti ta’ offerta sakemm l-istituzzjoni tkun tista' tikkwota prezz medju. Meta jintuża metodu ta’ evalwazzjoni skont il-valur tas-suq, tintuża biss data ta’ kwalità dwar is-suq pprovduta minn bejjiegħa tal-ipprezzar indipendenti rikonoxxuti sakemm ma tkunx ta’ ħsara bla bżonn għas-saldu fl-istess jum . Il-kwalità tad-data dwar is-suq tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-fatturi kollha li ġejjin:

(a)

in-numru u l-kwalità tal-kontropartijiet;

(b)

il-volum u l-introjtu ta’ dak l-assi fis-suq;

(c)

id-daqs tal-ħruġ u l-porzjon tal-ħruġ li jippjana li jixtri jew ibiegħ l-MMF.

4.   Meta ma jkunx possibbli l-użu ta’ metodu ta’ evalwazzjoni skont il-valur fis-suq jew id-data dwar is-suq ma tkunx ta’ kwalità suffiċjenti, l-assi tal-MMF jiġi vvalutat b’mod konservattiv bl-użu tal-metodu tal-evalwazzjoni skont mudell . Il-mudell jistma b’mod preċiż il-valur intrinsiku tal-assi, fuq il-bażi tal-fatturi ewlenin aġġornati li ġejjin:

(a)

il-volum u l-introjtu ta’ dak l-assi fis-suq;

(b)

id-daqs tal-ħruġ u l-porzjon tal-ħruġ li jippjana li jixtri jew ibiegħ l-MMF;

(c)

ir-riskju tas-suq, ir-riskju tar-rata tal-imgħax u r-riskju tal-kreditu marbut mal-assi.

Meta jintuża metodu ta’ valutazzjoni skont mudell il-metodu tal-evalwazzjoni tal-kost amortizzat m’għandux jintuża .

Meta ssir evalwazzjoni skont mudell, tista’ tintuża biss data tal-ipprezzar provduta minn bejjiegħa tal-ipprezzar indipendenti u rikonoxxuti u l-metodoloġija tal-ipprezzar tal-mudell għandha tkun soġġetta għal approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-MMF.

5.    B’deroga mill-paragrafi 1 sa 4, l-assi tas-CNAV MMF ta’ dejn pubbliku u CNAV MMF fil-livell tal-Konsumatur jistgħu jiġu vvalutati bl-użu tal-metodu tal-kost amortizzat għall-evalwazzjoni tal-assi .

Artikolu 27

Kalkolazzjoni tan-NAV għal kull unità jew sehem

1.    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(13b),in-NAV attwali għal kull unità jew sehem jiġi kkalkolat bħala d-differenza bejn is-somma tal-assi kollha ta’ MMF u s-somma tal-obbligazzjonijiet kollha tal-MMF u għandu jiġi vvalutat skont il-metodi ▌ tal-valur fis-suq jew skont mudell, diviżi bin-numru ta’ unitajiet jew ishma pendenti tal-MMF.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għall-MMFs kollha inklużi LVNAV MMFs, CNAV MMFs ta’ dejn pubbliku u CNAV MMFs fil-livell tal-Konsumatur .

2.   In-NAV attwali għal kull unità jew sehem jiġi arrotondat għall-eqreb punt bażi jew l-ekwivalenti tiegħu meta n-NAV jiġi ppubblikat f’unità monetarja.

3.   In-NAV attwali għal kull unità jew sehem tal-MMF jiġi kkalkolat mill-inqas kuljum.

4.    Barra minn hekk biex ikun ikkalkulat in-NAV għal kull unità jew sehem attwali skont il-paragrafi 1 sa 3, LVNAV MMF jista' wkoll juri NAV kostanti għal kull unità jew sehem sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-użu tal-metodu tal-kost amortizzat għall-evalwazzjoni għal assi b’maturità residwa ta’ inqas minn 90 jum; l-assi kollha b’maturità residwa ta’ aktar minn 90 jum għandhom ikunu pprezzati bl-użu ta’ evalwazzjoni tal-prezzijiet skont il-valur tas-suq jew skont mudell;

(b)

għal skopijiet ta’ evalwazzjoni l-assi huma mqarrba għal żewġ punti deċimali sakemm in-NAV kostanti għal kull unità jew sehem ma tiddevjax min-NAV attwali tagħha b’aktar minn 20 punt bażi u sa erba’ postijiet deċimali minn hemm’ il quddiem;

(c)

tifdi jew tabbona f’NAV kostanti għal kull unità jew sehem sakemm dik in-NAV kostanti għal kull unità jew sehem ma tiddevjax minn NAV attwali tagħha b’aktar minn 20 punt bażi;

(d)

tifdi jew tabbona NAV attwali għal kull unità jew sehem b'aġġustament sa 4 ċifri wara l-punt deċimali, jew inqas meta n-NAV kostanti tiddevja min-NAV attwali b’aktar minn 20 punt bażi;

(e)

l-investituri potenzjali jkunu mgħarrfa b’mod ċar bil-miktub qabel il-konklużjoni tal-kuntratt dwar iċ-ċirkustanzi li fihom il-Fond mhux se jifdi jew jabbona f’NAV kostanti;

(f)

id-differenza bejn in-NAV kostanti għal kull unità jew sehem u n-NAV attwali għal kull unità jew sehem tiġi mmonitorjata kontinwament u ppubblikata fuq il-websajt tal-MMF kuljum.

5.    Erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi tal-impatt u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament inkluża l-frekwenza ta’ mekkaniżmi ta’ salvagwardja impjegati kif imsemmi fl-Artikolu 27(4)(d) u tippreżentaha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Awtorizzazzjonijiet mogħtija lil LVNAV fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament għandhom jiskadu ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha teżamina jekk LVNAV MMF indirizzax b'mod xieraq jew le kwalunkwe riskju sistemiku kif ukoll kwalunkwe theddida għall-istabbiltà finanzjarja ta’ parti mis-sovrastruttura jew tas-sistema kollha tal-Unjoni. F’konformità mar-riżultati ta' din ir-reviżjoni u l-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti leġiżlattivi skont l-ewwel subparagrafu, inkluż li tiġi eżaminata l-possibilità li jitħassar it-tieni subparagrafu.

Artikolu 28

Prezz tal-ħruġ u tal-fidwa

1.   L-unitajiet jew l-ishma tal-MMF , ħlief għal xi LVNAV MMF li għandu jkun soġġett għall-Artikolu 27(4), jinħarġu jew jinfdew bi prezz li jkun ugwali għan-NAV tal-MMF għal kull unità jew sehem.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-unitajiet jew l-ishma tas-CNAV MMF fil-livell tal-Konsumatur u CNAV MMF ta' Dejn Pubbliku jinħarġu jew jinfdew bi prezz li jkun ugwali għan-NAV kostanti tal-MMF għal kull unità jew sehem.

KAPITOLU Va

Rekwiżiti speċifiċi għal CNAV MMFs ta’ Dejn Pubbliku, CNAV MMFs fil-livell tal-Konsumatur u LVNAV MMFs

Artikolu 34a

Rekwiżiti addizzjonali għal CNAV MMFs ta’ dejn pubbliku u CNAV MMFs fil-livell tal-Konsumatur

MMF ma għandux juża l-metodu tal-kost amortizzat għall-evalwazzjoni, jew biex jirreklama n-NAV kostanti għal kull unità jew sehem, jew iġib in-NAV kostanti għal kull unità jew sehem għall-eqreb punt perċentwali jew l-ekwivalenti tiegħu meta n-NAV jiġi ppubblikat f’unità monetarja, sakemm ma jkunx awtorizzat b’mod espliċitu bħala CNAV MMF ta' dejn pubbliku jew fil-livell tal-Konsumatur jew sakemm hu LVNAV MMF suġġett għall-Artikolu 27(4).

Artikolu 34b

Tariffi ta’ Likwiditá u Limiti ta’ Tifdija għal CNAV MMFs ta’ dejn pubbliku, CNAV MMFs fil-livell tal-Konsumatur u LVNAV MMFs

1.    Il-maniġer ta' CNAV MMF ta' Dejn Pubbliku jew CNAV MMF fil-livell tal-Konsumatur jew LVNAV MMF, għandu jistabbilixxi, jimplimenta u japplika b'mod konsistenti proċedura ta' valutazzjoni interna prudenti, rigoruża, sistematika u kontinwa biex jiddetermina l-limiti minimi ta' likwidità għal kull ġimgħa applikabbli għall-MMFs. Fil-ġestjoni tal-limiti minimi ta’ likwidità ta’ kull ġimgħa, għandhom japplikaw il-proċeduri li ġejjin:

(a)

Meta l-porporzjon ta' assi li qed jimmaturaw ta' kull ġimgħa jaqa' taħt it-30 % tal-assi totali tal-MMF, il-maniġer u l-bord tal-MMF għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(i)

Il-maniġer għandu jgħarraf minnufih lill-bord tal MMF. Il-bord tal-MMF għandu jagħmel valutazzjoni dokumentata tas-sitwazzjoni biex jiddetermina l-perkors xieraq ta’ azzjoni waqt li jikkunsidra l-interessi tal-investituri fl-MMF u għandu jiddeċiedi jekk għandux japplika waħda jew aktar minn mill-miżuri li ġejjin:

tariffi ta’ likwidità fuq it-tifdijiet li b’mod adegwat jirriflettu l-kost tal-MMF biex jilħaq il-likwidità u jiżgura li l-investituri li jibqgħu fil-fond ma jiġux żvantaġġjati b’mod inġust meta investituri oħrajn jifdu l-unitajiet jew l-ishma tagħhom waqt il-perjodu;

limiti ta' tifdija li jillimitaw l-ammont ta' ishma jew unitajiet li se jkunu mifdija fuq kwalunkwe jum ta' ħidma sa 10 % tal-ishma jew tal-unitajiet fl-MMF għal kwalunkwe perjodu ta' 15-il jum ta' ħidma;

sospensjoni tat-tifdijiet għal kwalunkwe perjodu ta’ mhux aktar minn 15-il jum ta’ ħidma; or

ma jieħdu ebda azzjoni immedjata.

(b)

Meta l-porporzjon ta' assi li qed jimmaturaw ta' kull ġimgħa jaqa' taħt it-30 % tal-assi totali tal-MMF, il-maniġer u l-bord tal-MMF għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(i)

Il-maniġer għandu jgħarraf minnufih lill-bord tal-MMF. Il-bord tal-MMF għandu jagħmel valutazzjoni ddokumentata tas-sitwazzjoni biex jiddetermina l-perkors xieraq ta’ azzjoni waqt li jikkunsidra l-interessi tal-investituri fl-MMF u għandu jiddeċiedi jekk għandux japplika waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:

tariffi ta’ likwidità fuq it-tifdijiet li b’mod adegwat jirriflettu l-kost tal-MMF għall-ilħuq tal-likwidità u jiżgura li l-investituri li jibqgħu fil-fond ma jiġux żvantaġġjati b’mod inġust meta investituri oħrajn jifdu l-unitajiet jew l-ishma tagħhom waqt il-perjodu;

sospensjoni tat-tifdijiet għal perjodu ta' mhux aktar minn 15-il jum;

(c)

Wara li l-bord tal-MMF ikun iddetermina l-kors ta’ azzjoni tiegħu f’kull wieħed mill-punti (a) u (b) msemmija hawn fuq, għandu fil-pront jipprovdi dettalji dwar id-deċiżjoni tiegħu lill-awtorità kompetenti tal-MMF.

Kapitolu VI

Appoġġ estern

Artikolu 35

Appoġġ estern

1.   ▌MMF ma jistax jirċievi appoġġ estern▌.

3.   Appoġġ estern ifisser appoġġ dirett jew indirett offrut minn parti terza , inkluż l-isponsor tal-MMF, li huwa intiż għal jew li effettivament jirriżulta fil-garanzija tal-likwidità tal-MMF jew fl-istabbilizzazzjoni tan-NAV għal kull unità jew sehem tal-MMF.

L-appoġġ estern jinkludi:

(a)

injezzjonijiet ta’ flus minn parti terza;

(b)

ix-xiri minn parti terza tal-assi tal-MMF bi prezz esaġerat;

(c)

ix-xiri minn parti terza tal-unitajiet jew l-ishma tal-MMF sabiex tiġi pprovduta likwidità lill-fond;

(d)

il-ħruġ minn parti terza ta’ kwalunkwe tip ta’ garanzija, assigurazzjoni jew ittra ta’ appoġġ impliċita jew espliċita għall-benefiċċju tal-MMF;

(e)

kwalunkwe azzjoni minn parti terza, li l-objettiv dirett jew indirett tagħha huwa li żżomm il-profil tal-likwidità u n-NAV għal kull unità jew sehem tal-MMF.

Kapitolu VII

Rekwiżiti tat-trasparenza

Artikolu 37

Trasparenza

1.    Investituri f'MMF għandhom jirċievu mill-anqas kull xahar l-informazzjoni li ġejja:

a)

il-profil tal-likwidità tal-MMF inkluż il-perċentwal kumulattiv ta' investimenti li jimmaturaw matul il-lejl u fi żmien ġimgħa u kif dik il-likwidità nkisbet;

b)

il-profil tal-kreditu u l-kompożizzjoni tal-portafoll;

c)

il-WAM u l-WAL tal-MMF;

d)

il-konċentrazzjoni kumulattiva tal-akbar ħames investituri fl-MMF.

2.    Minbarra li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1, CNAV MMFs ta’ dejn pubbliku, CNAV MMFs fil-livell tal-Konsumatur u LVNAVgħandhom ukoll jagħmlu l-informazzjoni li ġejja disponibbli għall-investituri tagħhom:

(a)

il-valur totali tal-assi;

(b)

il-WAM u l-WAL;

(c)

l-analiżi tal-maturità;

(d)

il-proporzjon tal-assi fil-portafoll li jimmatura fi żmien ġurnata;

(e)

il-proporzjon tal-assi fil-portafoll li jimmatura fi żmien ġimgħa;

(f)

il-qligħ nett;

(g)

il-valur indikattiv ta’ kuljum fil-prezzijiet tas-suq sa erba’ postijiet deċimali;

(h)

dettalji dwar l-assi miżmuma fil-portafoll tal-MMF, bħall-isem, il-pajjiż, il-maturità u t-tip ta’ assi (inklużi d-dettalji tal-kontroparti f’każ ta’ ftehimiet ta’ bejgħ mill-ġdid).

(i)

in-NAV kif ippubblikat fuq il-websajt tagħha.

3.    MMF għandu jagħmel disponibbli fuq bażi regolari informazzjoni dwar il-proporzjon tal-portafoll globali tiegħu li jikkonsisti f’dawn li ġejjin:

a)

strumenti tas-suq monetarju maħruġin mill-isponsor tal-MMF;

b)

jekk applikabbli, titolizzazzjonijiet maħruġin mill-isponsor tal-MMF;

c)

jekk l-isponsor ikun istituzzjoni tal-kreditu, depożiti f’kontanti lill-isponsor tal-MMF; kif ukoll

d)

l-esponiment għall-isponsor tal-MMF bħala kontroparti għal tranżazzjonijiet tad-derivattivi OTC.

4.    Fil-każ li sponsor ta’ MMF jinvesti fl-ishma jew fl-unitajiet tal-MMF, il-fond għandu jiżvela lill-investituri l-oħra fl-MMF l-ammont totali li l-isponsor ikun investa fl-MMF, u għandu sussegwentement jinnotifika lill-investituri l-oħra bi kwalunkwe bidla fl-ishma jew fl-unitajiet totali miżmuma.

Artikolu 38

Rapportar lill-awtoritajiet kompetenti

1.   Għal kull MMF ġestit, il-maniġer tal-MMF jirrapporta l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-MMF, mill-inqas kull tliet xhur. Il-maniġer, wara talba, jipprovdi l-informazzjoni wkoll lill-awtorità kompetenti tal-maniġer jekk din tkun differenti mill-awtorità kompetenti tal-MMF.

2.   L-informazzjoni rrapportata skont il-paragrafu 1 tinkludi l-punti li ġejjin:

(a)

it-tip u l-karatteristiċi tal-MMF;

(b)

l-indikaturi tal-portafoll bħall-valur totali tal-assi, in-NAV, il-WAM, il-WAL, it-tqassim tal-maturità, il-likwidità u r-redditu;

(d)

it-tip u l-karatteristiċi tal-MMF;

(e)

l-informazzjoni dwar l-assi miżmuma fil-portafoll tal-MMF:

(i)

il-karatteristiċi ta’ kull assi, bħalma huma l-isem, il-pajjiż, il-kategorija tal-emittent, ir-riskju jew il-maturità, u l-kklassifikar intern assenjat;

(ii)

it-tip ta’ assi, inklużi d-dettalji tal-kontroparti f’każ ta’ derivattivi jew ftehimiet ta’ riakkwist bil-maqlub;

(f)

l-informazzjoni dwar l-obbligazzjonijiet tal-MMF li tinkludi l-punti li ġejjin:

(i)

il-pajjiż fejn huwa stabbilit l-investitur;

(ii)

il-kategorija tal-investitur;

(iii)

l-attività ta’ sottoskrizzjoni u tifdija.

Jekk ikun meħtieġ u debitament ġustifikat, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali.

3.   L-ESMA tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi mudell ta’ rapportaġġ li jinkludi l-informazzjoni kollha elenkata fil-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.   L-awtoritajiet kompetenti jittrażmettu lill-ESMA l-informazzjoni kollha riċevuta skont dan l-Artikolu, u kwalunkwe notifika jew informazzjoni oħra skambjata mal-MMF jew mal-maniġer tiegħu permezz ta’ dan ir-Regolament. Tali informazzjoni tiġi trażmessa lill-ESMA sa mhux aktar tard minn 30 jum wara l-aħħar tal-perjodu ta’ tliet xhur ta’ rapportar.

L-ESMA tiġbor l-informazzjoni biex toħloq bażi ta' data ċentrali tal-MMFs kollha stabbiliti, ġestiti jew ikkummerċjalizzati fl-Unjoni. Il-Bank Ċentrali Ewropew ikollu dritt ta’ aċċess għal din il-bażi ta' data għal skopijiet ta’ statistika biss.

Kapitolu VIII

Superviżjoni

Artikolu 39

Sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti jissorveljaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament fuq bażi kontinwa. L-awtorizzazzjoni ta' MMF għandha tkun irtirata fil-każ ta' ksur tal-projbizzjoni ta' appoġġ minn sponsor.

2.   L-awtorità kompetenti tal-MMF tkun responsabbli li tiżgura l-konformità mar-regoli preskritti fil-Kapitoli minn II sa VII.

3.   L-awtorità kompetenti tal-MMF tkun responsabbli mis-sorveljanza tal-konformità mal-obbligi stabbiliti fir-regoli tal-fond jew fl-istrumenti tal-inkorporazzjoni, kif ukoll mal-obbligi stabbiliti fil-prospett, li jkunu konsistenti ma’ dan ir-Regolament.

4.   L-awtorità kompetenti tal-maniġer tkun responsabbli mis-sorveljanza tal-adegwatezza tal-arranġamenti u l-organizzazzjoni tal-maniġer sabiex il-maniġer tal-MMF ikun f’pożizzjoni li jikkonforma mal-obbligi u r-regoli li huma relatati mal-kostituzzjoni u l-funzjonament tal-MMFs kollha li jiġġestixxi.

5.   L-awtoritajiet kompetenti isegwu l-UCITS jew l-AIFs stabbiliti jew ikkummerċjalizzati fit-territorji tagħhom sabiex jivverifikaw li huma ma jużawx in-nominazzjoni tal-MMF jew jissuġġerixxu li huma MMF sakemm ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 40

Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat ta’ sorveljanza u investigazzjoni kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament.

2.   Is-setgħat mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2011/61/UE jiġu eżerċitati wkoll fir-rigward ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 41

Setgħat u kompetenzi tal-ESMA

1.   L-ESMA jkollha s-setgħat meħtieġa sabiex twettaq il-kompiti attribwiti lilha minn dan ir-Regolament.

2.   Is-setgħat tal-ESMA skont id-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2011/61/UE jiġu eżerċitati wkoll fir-rigward ta’ dan ir-Regolament u skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

3.   Għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, dan ir-Regolament jiġi inkluż fi kwalunkwe att ulterjuri tal-Unjoni legalment vinkolanti li jikkonferixxi l-kompiti fuq l-Awtorità msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 42

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet

1.   L-awtorità kompetenti tal-MMF u l-awtorità kompetenti tal-maniġer, jekk ikunu differenti, jikkooperaw ma’ xulxin u jiskambjaw informazzjoni għall-finijiet tat-twettiq tad-doveri tagħhom skont dan ir-Regolament.

2.   L-awtoritajiet kompetenti, inklużi l-awtoritajiet maħtura minn Stat Membru skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (15) għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istat Membru tad-domiċilju, MSU u BĊE tal-MMF, u l-ESMA għandhom jikkooperaw ma’ xulxin għall-finijiet tat-twettiq tad-doveri rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.   L-awtoritajiet kompetenti , inklużi l-awtoritajiet maħtura minn Stat Membru skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istat Membru tad-domiċilju, MSU u BĊE tal-MMF, u l-ESMA għandhom jiskambjaw l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa sabiex iwettqu d-doveri rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, b’mod partikolari sabiex jidentifikaw u jirrimedjaw il-ksur ta’ dan ir-Regolament.

Kapitolu IX

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 43

It-trattament tal-UCITS u l-AIFs eżistenti

1.    Sa disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, UCITS jew AIF eżistenti li jinvesti f’assi għal terminu qasir ta’ żmien u li jkollu għanijiet distinti jew kumulattivi li joffri redditi skont ir-rati tas-suq monetarju jew li jippriserva l-valur tal-investiment jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tiegħu flimkien mad-dokumenti u l-evidenza kollha meħtieġa sabiex juri l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 44

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet preskritti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 13 u 19 tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 13 u 19 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe atti ddelegati li huma diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat skont l-Artikoli 13 u 19 jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu informaw lill- Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 45

Rieżami

Sa [mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni tagħmel rieżami tal-adegwatezza tar-Regolament minn lat prudenzjali u ekonomiku. B’mod partikolari r-rieżami għandu jqis jekk humiex meħtieġa bidliet għar-reġim għal CNAV MMFs fil-livell tal-Konsumatur, CNAV MMFs ta’ Dejn Pubbliku u LVNAV MMFs . Ir-rieżami għandu wkoll :

(a)

janalizza l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-impatt fuq l-investituri, l-MMFs u l-maniġers tal-MMFs fl-Unjoni;

(b)

jivvaluta r-rwol li għandhom l-MMFs fix-xiri ta’ dejn maħruġ jew garantit mill-Istati Membri;

(c)

iqis il-karatteristiċi speċifiċi ta’ dejn maħruġ jew garantit mill-Istati Membri u r-rwol dan id-dejn għandu fl-iffinanzjar l-Istati Membri;

(d)

iqis ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 509(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(e)

iqis l-iżviluppi regolatorji fil-livell internazzjonali.

Ir-riżultati ta’ dan ir-rieżami jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, akkumpanjati fejn meħtieġ mill-proposti adattati għall-emendi.

Artikolu 46

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Għall-Kunsill

Il-President

Il-President


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 61(2), it-tieni subparagrafu (A8-0041/2015).

(*)  Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(2)  ĠU C 170, 5.6.2014, p. 50.

(3)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(4)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(5)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(6)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru … li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżit tal-kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu.

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(8)  Regolament (UE) Nru 462/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 146, 31.5.2013, p. 1).

(9)  Direttiva 2013/14/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/41/KE dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali, id-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u d-Direttiva 2011/61/UE dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi fir-rigward tad-dipendenza żejda fuq il-gradazzjonijiet tal-kreditu (ĠU L 145, 31.5.2013, p. 1).

(10)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet, il-kundizzjonijiet ġenerali tal-operat, id-depożitarji, l-ingranaġġ, it-trasparenza u s-superviżjoni (ĠU L 83, 22.3.2013, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(12)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il- protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(14)  Is-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1–17).

(15)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/186


P8_TA(2015)0171

Importazzjoni ta' prodotti tessili minn ċerti pajjiżi terzi mhux koperti minn regoli tal-importazzjoni speċifiċi tal-Unjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokoll jew arranġamenti oħra, jew minn regoli tal-importazzjoni speċifiċi tal-Unjoni (riformulazzjoni) (COM(2014)0345 – C8-0023/2014 – 2014/0177(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

(2016/C 346/39)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0345),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0023/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-10 ta’ Diċembru 2014 (1),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (2),

wara li kkunsidra l-ittra tat-13 ta' Novembru 2014 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali b'konformità mal-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Frar 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0016/2015),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda din il-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali;


(1)  Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

(2)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


P8_TC1-COD(2014)0177

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli speċifiċi ta' importazzjoni tal-Unjoni oħrajn (tfassil mill-ġdid)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/936.)


21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/188


P8_TA(2015)0172

L-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2016 – Sezzjoni I – Parlament

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2016 (2015/2012(BUD))

(2016/C 346/40)

Il-Parlament Ewropew,,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3), u b'mod partikolari l-punt 27 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 (5) u tat-22 ta' Ottubru 2014 (6) dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-snin finanzjarji 2014 u 2015 rispettivament,

wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau bl-għan li jitħejja l-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2016,

wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Bureau fis-27 ta' April 2015,

wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Kumitat tal-Baġits skont l-Artikolu 96(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament,

wara li kkunsidra l-Artikoli 96 u 97 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0144/2015),

A.

billi din il-proċedura hija l-ewwel proċedura baġitarja sħiħa mwettqa fil-leġiżlatura l-ġdida u t-tielet proċedura tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 (QFP);

B.

billi fil-laqgħa tiegħu tad-9 ta' Frar 2015 il-Bureau approva l-linji gwida għall-baġit 2016, kif ippropona is-Segretarju Ġenerali; billi dawn il-linji gwida huma impernjati fuq it-tisħiħ tal-kapaċità tal-kumitati parlamentari li jikkontrollaw l-eżekuttiv, partikolarment fir-rigward tal-atti delegati, l-investimenti fis-sigurtà tal-bini tal-Parlament u fiċ-ċibersigurtà u s-sostenn għall-Membri, partikolarment fir-rigward tal-assistenza parlamentari;

C.

billi ġie propost baġit ta' EUR 1 850 470 600 mis-Segretarju Ġenerali għall-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament għall-2016, li jirrappreżenta żieda ta' 3,09 % fuq il-baġit għall-2015 u 19,51 % tal-intestatura V 2014-2020 tal-QFP;

D.

billi, fil-kuntest tat-tagħbija tqila ta' dejn pubbliku u konsolidament fiskali li attwalment iridu jerfgħu l-Istati Membri, il-Parlament għandu juri responsabilità u awtokontroll baġitarji filwaqt li jiggarantixxi l-allokazzjoni ta' biżżejjed riżorsi biex hu ikun jista' jeżerċita l-poteri kollha tiegħu u jiggarantixxi l-funzjonament korrett tal-istituzzjoni;

E.

billi, minkejja l-marġni limitat għall-manuvra u l-bżonn li r-riżorsi ffrankati jiġu kkontrobilanċjati f'oqsma oħrajn, għandhom jiġu kkunsidrati ċerti investimenti bil-għan li jsaħħu r-rwol istituzzjonali tal-Parlament;

F.

billi l-limitu massimu għall-Intestatura V tal-QFP għall-baġit 2016 huwa ta' EUR 9 483 miljun fi prezzijiet kurrenti;

G.

billi saru laqgħat ta' konċiljazzjoni bejn id-delegazzjonijiet tal-Bureau u tal-Kumitat għall-Baġits fl-24 ta' Marzu u fl-14 u fil-15 ta' April 2015;

Qafas ġenerali u baġit komplessiv

1.

Jilqa' l-kooperazzjoni tajba li ġiet stabbilita bejn il-Bureau tal-Parlament Ewropew u l-Kumitat għall-Baġits matul il-proċedura baġitarja attwali u l-ftehim milħuq waqt il-proċess ta' konċiljazzjoni;

2.

Jikkonstata l-objettivi prijoritarji proposti mis-Segretarju Ġenerali għall-2016;

3.

Ifakkar li, mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-baġit tal-Parlament ġarrab nefqa addizzjonali sinifikanti minħabba l-iżviluppi segwenti: l-istabbiliment tal-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur ta' vera u l-politika immobiljari msaħħa (2010-2012), l-adeżjoni tal-Kroazja, Dar l-Istorja Ewropea (2013), l-istabbiliment tas-servizz ta' riċerka tal-Parlament (2014-2015); jilqa' l-fatt li l-Parlament kien kapaċi jikkumpensa għal parti kbira minn din in-nefqa bis-saħħa tar-riżorsi li ffranka b'riżultat ta' riformi strutturali u organizzattivi, biex b'hekk iż-żidiet baġitarji madwar ir-rata ta' inflazzjoni kienu moderati biss;

4.

Jikkonstata li, matul l-aħħar leġiżlatura, il-Parlament qabel fuq numru ta' prijoritajiet politiċi, li taw lok għal żidiet baġitarji moderati jew għal ekonomiji baġitarji; jikkunsidra li l-Parlament li għadu kif ġie elett għandu jagħmel skrutinju fil-fond tal-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti pluriennali u jiddeċiedi, abbażi ta' dak, rigward il-prijoritajiet politiċi proprji tiegħu, inklużi, jekk ikun hemm bżonn, dawk negattivi; jitlob f'dan ir-rigward, lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta rapport ta' valutazzjoni dwar dawk il-proġetti pluriennali fi żmien xieraq qabel il-qari tal-Parlament fil-ħarifa 2015;

5.

Jikkunsidra li għall-2016 jeħtieġ li tingħata prijorità lir-rinforz tal-ħidma parlamentari, partikolarment billi jissaħħu l-ħidma leġiżlattiva tal-Parlament, kif ukoll il-kapaċità tiegħu ta' skrutinju fuq l-eżekuttiv, u r-rinforz tas-sigurtà tal-bini u taċ-ċibersigurtà tal-Parlament;

6.

Huwa tal-fehma li l-Parlament imissu jkun ta' eżempju, billi jagħmel sforzi partikolari fir-rigward tad-daqs tal-baġit tiegħu u l-livell ta' żieda fin-nefqa meta mqabbla ma' dik tal-2015; jisħaq fuq il-fatt li l-baġit 2016 għandu jiġi stabbilit fuq bażi realistika u għandu jkun konformi mal-prinċipji ta' dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba;

7.

Jikkunsidra li r-riformi strutturali u organizzattivi mmirati biex jiksbu aktar effiċjenza, sostenibilità ambjentali u effikaċja għandhom jitkomplew permezz ta' eżami bir-reqqa tas-sinerġiji u tal-iffrankar possibbli; ifakkar li jistgħu jiġu ffrankati riżorsi sostanzjali jekk il-Parlament ikollu post tax-xogħol wieħed biss minflok tlieta (Brussell, Strasburgu, il-Lussemburgu); jissottolinja l-fatt li dan il-proċess għandu jitmexxa mingħajr ma jipperikola l-eċċellenza leġiżlattiva tal-Parlament, is-setgħat baġitarji u ta' skrutinju tiegħu, kif ukoll il-kwalità tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-Membri, l-assistenti u l-persunal;

8.

Jisħaq fuq il-fatt li, sabiex il-Membri tal-Parlament ikunu jistgħu jwettqu l-mandat tagħhom u jqawwu l-kapaċità tal-Parlament biex jeżerċita s-setgħat kollha tiegħu, għandu jiġi żgurat livell ta' riżorsi suffiċjenti; jissottolinja l-fatt li n-nefqa statutorja u obbligatorja meħtieġa għall-2016 trid tiġi koperta;

9.

Jilqa' l-fatt li s-sehem tal-baġit tal-Parlament mit-total tal-intestatura V tal-QFP, bl-eċċezzjoni tal-2011 u l-2014, kien inqas minn 20 % matul l-aħħar leġiżlatura; jikkunsidra li s-sehem tal-baġit tal-Parlament fl-2016 għandu jinżamm ukoll taħt l-20 %;

10.

Huwa tal-fehma li ż-żieda totali tan-nefqa tal-baġit tal-Parlament għall-2016 meta mqabbla ma' dik tal-2015 għandha tiġi ddeterminata miż-żewġ fatturi segwenti:

(i)

ir-rata ta' żieda fin-nefqa attwali, li ma tistax taqbeż il-1,6 %;

(ii)

il-livell ta' nefqa eċċezzjonali meħtieġa fl-2016 għar-rinforz tas-sigurtà tal-bini tal-Parlament u ċ-ċibersigurtà fi Brussell għal ammont massimu ta' EUR 15-il miljun;

jisħaq fuq il-fatt li, għal dan l-iskop, hemm bżonn li jiġu ffrankati r-riżorsi f'oqsma oħra;

11.

Jilqa' l-ftehim dwar ekonomiji li ntlaħaq bejn il-Kumitat għall-Baġits u d-delegazzjonijiet tal-Bureau fil-laqgħat ta' konċiljazzjoni tal-14 u l-15 ta' April 2015, meta mqabbel mal-livell tal-abbozz preliminari tal-estimi oriġinalment issuġġerit mill-Bureau;

12.

Jistabbilixxi li l-livell ta' nefqa kurrenti/operattiva tiegħu għas-sena 2016 hu ta' EUR 1 823 648 600, li jikkorrispondi għal żieda ta' 1,6 % fuq il-baġit 2015, u jżid mal-abbozz tal-estimi tiegħu n-nefqa straordinarja eċċezzjonali li tammonta għal EUR 15–il miljun mitluba fl-2016 għar-rinforz tas-sigurtà tal-bini tiegħu fi Brussell kif ukoll taċ-ċibersigurtà tal-Parlament;

13.

Jaħtaf l-opportunità ta' dan l-ewwel proċess ta’ konċiljazzjoni vera u proprja fir-rigward tal-baġit tal-Parlament taħt it-8 leġiżlatura biex jitlob lis-Segretarju Ġenerali u lill-Bureau jippreżentaw ippjanar baġitarju fuq żmien medju u twil, flimkien mad-dokumenti li għandhom x'jaqsmu mal-proċedura għall-istabbiliment tal-baġit għall-2017; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jindika b'mod ċar l-infiq relatat ma' investimenti (bini, akkwisti, eċċ.) u l-infiq relatati mal-funzjonament tal-Parlament u l-obbligi statutorji tiegħu;

14.

Ifakkar li l-Parlament, fil-kuntest tal-proċedura baġitarja, għandu l-possibbiltà li jaġġusta l-prijoritajiet baġitarji u se jieħu d-deċiżjoni finali fil-ħarifa 2015;

Kwistjonijiet speċifiċi

Prijorità għall-ħidma parlamentari

15.

Jissottolinja li, b'segwitu għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, fejn il-Parlament ġie stabbilit bħala koleġiżlatur ta' vera, u minħabba l-fatt li wieħed mill-kompiti l-aktar importanti tal-Parlament hu l-kontroll tal-eżekuttiv, issa huwa assolutament essenzjali li l-enfasi titqiegħed fuq il-ħidma leġiżlattiva u ta' skrutinju tal-Membri;

16.

Jikkunsidra li, b'mod li jiġi kkonsolidat ir-rwol tal-Parlament, il-kapaċità amministrattiva tas-segretarjati tal-kumitati parlamentari speċjalizzati għandha tissaħħaħ, fejn dan għadu ma sarx, essenzjalment permezz ta' tqassim mill-ġdid;

17.

Jemmen li, b'mod li jiġi żgurat sostenn adegwat għall-Membri fit-twettiq tal-attivitajiet parlamentari tagħhom, hemm bżonn li jinstab bilanċ ġdid bejn l-assistenti parlamentari akkreditati u l-assistenti lokali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta mill-aktar fis proposta għal deċiżjoni lill-Bureau għal dan il-fini; jemmen li għandu jiġi rispettat perjodu ta' tranżizzjoni fil-każ ta' reviżjoni tar-regoli attwali u jistenna li d-deċiżjoni finali se tidħol fis-seħħ sa mhux aktar tard minn Lulju 2016;

18.

Jenfasizza l-ħtieġa għal trasparenza akbar fir-rigward tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali għall-Membri; jistieden lill-Bureau tal-Parlament jaħdem dwar definizzjoni ta' regoli aktar preċiżi fir-rigward tar-responsabbiltà tan-nefqa awtorizzata skont din l-allowance, mingħajr ma jkunu ġġenerati spejjeż addizzjonali għall-Parlament;

19.

Ifakkar li, skont l-Artikolu 130 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, il-Konferenza tal-Presidenti għandha twettaq, sa Lulju 2015, valutazzjoni tar-reġim tal-mistoqsijiet bil-miktub fir-rigward tal-mistoqsijiet addizzjonali; jissottolinja l-fatt li l-fokus fuq l-istatistika tal-ħidma parlamentari m'għandux ikun għad-detriment tal-ħidma leġiżlattiva effettiva tal-Membri; jappella, għaldaqstant, għal reviżjoni ta' dak ir-reġim u jappella lill-awtorità kompetenti biex:

tillimita, għal kull Membru, l-għadd ta' mistoqsijiet parlamentari li jistgħu jitressqu f'format elettroniku għal massimu ta' ħames mistoqsijiet kull xahar (mingħajr ma jitqiesu l-koawturi);

it-traduzzjoni tal-mistoqsijiet bil-miktub tkun limitata għall-Ingliż u t-traduzzjonijiet għal-lingwi oħra jiġu awtorizzati biss fuq talba;

20.

Jisħaq fuq il-fatt li tali reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament li jirregolaw il-mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub (l-Artikolu 130) tista' twassal biex jiġu ffrankati r-riżorsi u se tillimita l-piż amministrattiv tal-istituzzjonijiet Ewropej mingħajr ma tipperikola s-setgħat leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew; jistenna li r-regoli riveduti għandhom ikunu applikabbli minn Jannar 2016;

21.

Jikkunsidra li t-tiġdid tal-għamara fil-post ta' ħidma tal-Membri u l-persunal kollha mhijiex prijorità għall-baġit tal-2016;

Sigurtà

22.

Jenfasizza li, fil-kuntest attwali, għandha tingħata l-ogħla prijorità lis-sigurtà tal-bini tal-Parlament; jissottolinja l-fatt li l-Parlament se jkollu bżonn jieħu l-miżuri ġodda meħtieġa għat-tisħiħ tas-sigurtà ġewwa u barra l-bini tiegħu, filwaqt li jibqa' post miftuħ għaċ-ċittadini Ewropej, kif ukoll taċ-ċibersigurtà;

23.

Jitlob, f'dan ir-rigward, lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta lill-Kumitat għall-Baġits evalwazzjoni globali tal-miżuri ta' sigurtà li ttieħdu sal-lum mill-Parlament u l-konsegwenzi baġitarja tat-tali miżuri, minn mindu ttieħdet id-deċiżjoni li s-servizzi ta' sigurtà tal-Parlament jiġu internalizzati (deċiżjoni tal-Bureau ta' Ġunju 2012) u jagħti deskrizzjoni ħafifa tal-miżuri previsti għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-Parlament kemm fil-bini tiegħu u kemm barra minnu, kif ukoll l-impatt tat-tali miżuri fuq il-baġit 2016; jappella għal informazzjoni dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-arranġamenti għal kooperazzjoni amministrattiva interistituzzjonali fil-qasam tas-sigurtà;

Ċibersigurtà

24.

Huwa tal-fehma li, minħabba l-użu dejjem akbar ta' apparat u mezzi elettroniċi, għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-sigurtà informatika, bil-għan li jiġi garantit il-livell massimu possibbli ta' sigurtà tas-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni tiegħu; jikkunsidra li kwalunkwe miżura f'dan il-qasam għandha tissejjes fuq evalwazzjoni ċara tal-ħtiġijiet tal-Parlament u tiġi deċiża fil-kuntest tal-proċedura baġitarja;

Politika immobiljari

25.

Ifakkar li l-istrateġija immobiljari fuq żmien medju, adottata mill-Bureau fl-2010, hija attwalment f'fażi ta' reviżjoni; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta lill-Kumitat għall-Baġits l-istrateġija immobiljari fuq żmien medju l-ġdida mill-aktar fis possibbli u qabel il-qari tal-baġit min-naħa tal-Parlament fil-ħarifa 2015;

26.

Itenni li l-investimenti fuq żmien twil, bħall-proġetti immobiljari tal-Parlament, għandhom jiġu ġestiti bi prudenza u trasparenza; jinsisti li jkun hemm dixxiplina fil-ġestjoni tal-ispejjeż u fil-programmazzjoni u s-superviżjoni tal-proġetti; itenni l-appell tiegħu għal proċess deċiżjonali trasparenti fil-qasam tal-politika immobiljari, abbażi ta' informazzjoni bikrija, waqt li jitqies kif dovut l-Artikolu 203 tar-Regolament Finanzjarju;

27.

Jistieden lill-Viċi Presidenti responsabbli jippreżentaw lill-Kumitat responsabbli l-istrateġija immobiljari l-ġdida ta' nofs it-terminu kif ukoll rapport ta' progress dwar il-Bini KAD, b'inklużi l-għażliet ta' finanzjament; abbażi ta' dan se jiddeċiedi matul il-qari tal-baġit dwar l-inklużjoni ta' finanzjament għall-Bini KAD fil-baġit għal-2016, tal-Parlament, waqt li jikkunsidra l-possibilità li jiffranka mir-rati tal-imgħax;

28.

Ifakkar li, minħabba l-kostruzzjoni tal-Bini KAD, fil-ġejjieni l-pagamenti totali fis-sena se jkunu ħafna anqas mill-ispejjeż biex tinkera proprjetà immobbli paragunabbli;

Komunikazzjoni

29.

Jappella lis-Segretarju Ġenerali biex jirrapporta lill-Kumitat għall-Baġits dwar l-evalwazzjoni tal-kampanja elettorali parlamentari tal-2014 kif ukoll dwar l-effikaċja tal-miżuri ta' komunikazzjoni tal-Parlament indirizzati lejn il-pubbliku ġenerali;

30.

Jemmen bil-qawwa li l-mandat ewlieni tal-Membri huwa l-ħidma leġiżlattiva; jikkunsidra, għalhekk, li għal dan l-għan għandha tingħata prijorità għall-komunikazzjoni mal-pubbliku u partijiet interessati oħra permezz tal-aġġornament tat-tagħmir tekniku u l-faċilitajiet medjatiċi minħabba l-interess medjatiku akbar, l-importanza dejjem tikber tal-media soċjali u l-bżonnijiet addizzjonali tal-Membri matul is-sessjonijiet plenarji ordinarji;

31.

Jitlob lill-Bureau jipproċedi għal evalwazzjoni indipendenti tal-ewwel Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ qabel jorganizza avveniment ulterjuri;

L-impronta ambjentali tal-Parlament

32.

Itenni r-responsabbiltà tal-Parlament li jaġixxi b'mod sostenibbli; jilqa' l-isforzi li saru sabiex jinkiseb ambjent li ma jagħmilx użu mill-karti u l-ħidma prezzjuża li għadha qed titwettaq permezz tal-approċċ EMAS; jemmen li l-proċess EMAS jeħtieġ appoġġ baġitarju kontinwu;

33.

Jitlob li ssir evalwazzjoni tar-riżultati tal-approċċ volontarju f'dak li huwa użu tal-business class għal titjiriet fuq distanzi qosra;

Dar l-Istorja Ewropea

34.

Jikkonstata li l-ftuħ ta' Dar l-Istorja Ewropea hu previst għall-2016; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta lill-Kumitat għall-Baġits, fi żmien utli qabel il-qari tal-Parlament fil-ħarifa 2015, programmazzjoni baġitarja aġġornata fuq il-ħames snin li ġejjin għan-nefqa operattiva u ta' funzjonament prevista għal Dar l-Istorja Ewropea minn mindu tiftaħ, inkluża l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni; ifakkar li, fil-baġit 2014, inħolqot linja tal-baġit ġdida, il-linja 16 03 04 “Dar l-Istorja tal-Ewropa” fit-Taqsima III tal-baġit tal-Unjoni għall-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni għall-ispejjeż operattivi ta' Dar l-Istorja Ewropea;

Miżuri dwar il-persunal

35.

Jisħaq fuq il-fatt li l-implimentazzjoni tal-objettiv tat-tnaqqis tal-persunal b'5 %, kif deċiż fil-qafas tal-Ftehim dwar il-QFP 2014-2020, għandha tkompli fl-2016; jilqa' l-konferma biex it-tnaqqis tal-persunal ma jiġix estiż għall-persunal tal-gruppi politiċi, li hu totalment konformi mar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament imsemmijin hawn fuq fir-rigward tal-baġits 2014 u 2015;

36.

Jikkonstata li, għall-2016, qed jiġi propost li jitneħħew 57 pożizzjoni mill-organigramma tas-Segretarjat tal-Parlament, b'mod li jiġu ffrankati madwar EUR 1,8 miljun, wara li kkunsidra li wħud minn dawn il-pożizzjonijiet huma attwalment battala u li l-okkupanti tal-pożizzjonijiet li fadal se jirtiraw jew jiġu mċaqalqa lejn pożizzjonijiet oħra matul is-sena; jikkonstata li qed jiġi propost li żewġ pożizzjonijiet ulterjuri jitneħħew mill-organigramma tal-Parlament biex jiġu ttrasferiti lill-Kummissjoni fir-rigward ta' żewġ proġetti informatiċi interistituzzjonali ġestiti mill-Kummissjoni, u li konsegwentement se jinħolqu żewġ pożizzjonijiet addizzjonali fl-organigramma tal-Kummissjoni għall-2016;

37.

Japprova l-proposta tas-Segretarju Ġenerali biex jinħolqu 25 pożizzjoni addizzjonali ħalli jissaħħaħ id-DĠ SAFE, b'mod li jittejbu l-effikaċja tas-sistemi ta' sigurtà kemm fil-bini tal-Parlament u kemm barra minnu, il-prevenzjoni kontra n-nirien tal-bini, kif ukoll b'mod li tiġi żgurata protezzjoni adegwata għall-Membri, il-persunal u l-mistednin ta' livell għoli tiegħu fil-bini tal-Parlament; jitlob li jiġi mgħarraf dwar kemm se jiġu jiswew eżatt dawn il-pożizzjonijiet; jikkunsidra madankollu li s-sistema ta' sigurtà barra l-bini tal-Parlament għandha tiġi ggarantita mill-awtoritajiet Belġjani;

38.

Jilqa' l-proposta biex jissaħħu s-segretarjati tal-kumitati parlamentari b'mod li l-Membri jitħallew jirċievu s-sostenn neċessarju fil-qadi tal-funzjoni ta' skrutinju, partikolarment f'dawk il-kumitati parlamentari bl-ogħla numru ta' atti ta' implimentazzjoni u delegati, attwalment jew fil-ġejjieni; jissottolinja l-fatt li kwalunkwe tisħiħ għandu jsir permezz ta' tqassim mill-ġdid biss;

39.

Jikkonstata li, għal dan il-għan, is-Segretarju Ġenerali qed jipproponi l-ħolqien ta' 20 pożizzjoni addizzjonali biex jissaħħu s-segretarjati tal-kumitati parlamentari kkonċernati (ECON, ENVI, ITRE, TRAN u LIBE);

40.

Jappella lis-Segretarju Ġenerali biex jippreżenta lill-Kumitat għall-Baġits b'deskrizzjoni ġenerali sħiħa tal-iżvilupp tal-pożizzjonijiet fil-Parlament u ta' kif ġie ttrattat s'issa l-objettiv tat-tnaqqis tal-persunal b'5 % u kif se jintlaħaq fil-ħin u liema numru ta' riferiment tal-pożizzjonijiet fl-organigramma qed jintuża għall-implimentazzjoni ta' dan l-għan;

Kunsiderazzjonijiet finali

41.

Jadotta l-estimi għas-sena finanzjarja 2016;

42.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-estimi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2013)0437.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2014)0036.


Il-Ħamis 30 ta’ April 2015

21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/194


P8_TA(2015)0177

Miżuri kummerċjali eċċezzjonali għall-pajjiżi u t-territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu u li jissospendi l-applikazzjoni tiegħu fir-rigward tal-Bosnja-Ħerzegovina ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-30 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu u li jissospendi l-applikazzjoni tiegħu fir-rigward tal-Bosnja-Ħerzegovina (COM(2014)0386 – C8-0039/2014 – 2014/0197(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 346/41)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 ma jipprovdi l-ebda possibbiltà biex temporanjament tiġi sospiża l-għotja ta’ miżuri kummerċjali eċċezzjonali f’każ ta’ ksur serju u sistematiku tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt mill-benefiċjarji tagħha. Huwa xieraq li tkun introdotta din il-possibbiltà, sabiex jiġi żgurat li tkun tista’ tittieħed azzjoni malajr f’każ li jseħħ ksur serju u sistematiku tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt f’wieħed mill-pajjiżi u t-territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, jew li huma marbutin miegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 ma jipprovdi l-ebda possibbiltà biex temporanjament tiġi sospiża l-għotja ta’ miżuri kummerċjali eċċezzjonali f’każ ta’ ksur serju u sistematiku tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt mill-benefiċjarji tagħha. Huwa xieraq li tkun introdotta din il-possibbiltà, sabiex jiġi żgurat li tkun tista’ tittieħed azzjoni malajr f’każ li jseħħ ksur serju u sistematiku tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt f’wieħed mill-pajjiżi u t-territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, jew li huma marbutin miegħu. Ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi huma meħtieġa biex isir progress fil-proċess ta' adeżjoni.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Minn meta tnieda l-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, ġew konklużi Ftehimiet ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-pajjiżi kollha kkonċernati tal-Balkani tal-Punent, bl-eċċezzjoni tal-Bosnja-Ħerzegovina u l-Kosovo (1). F’Ġunju 2013 , il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tibda n-negozjati għal Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Kosovo.

(5)

Minn meta tnieda l-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, ġew konklużi Ftehimiet ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-pajjiżi kollha kkonċernati tal-Balkani tal-Punent, bl-eċċezzjoni tal-Bosnja-Ħerzegovina u l-Kosovo (2). F’Mejju 2014 , intemmu n-negozjati għal Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Kosovo u l-Ftehim ġie inizjalat f'Lulju 2014 .

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Madankollu, il-Bosnja-Ħerzegovina għadha ma aċċettatx li tadatta l-konċessjonijiet kummerċjali mogħtija skont il-Ftehim Interim sabiex tqis il-kummerċ tradizzjonali preferenzjali bejn il-Kroazja u l-Bosnja-Ħerzegovina skont il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali (CEFTA). F'każ li, sal-mument tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, ma jkunx ġie ffirmat u applikat provviżorjament ftehim dwar l-adattament tal-konċessjonijiet kummerċjali stipulati fil-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u fil-Ftehim Interim mill-Unjoni Ewropea u l-Bosnja-Ħerzegovina, il-preferenzi mogħtija lill-Bosnja-Ħerzegovina għandhom jiġu sospiżi mill-1 ta’ Jannar 2016. Ladarba l-Bosnja-Ħerzegovina u l-Unjoni Ewropea jiffirmaw u japplikaw provviżorjament ftehim dwar l-adattament tal-konċessjonijiet kummerċjali fil-Ftehim Interim, dawn il-preferenzi jiġu stabbiliti mill-ġdid.

(7)

Madankollu, il-Bosnja-Ħerzegovina għadha ma aċċettatx li tadatta l-konċessjonijiet kummerċjali mogħtija skont il-Ftehim Interim sabiex tqis il-kummerċ tradizzjonali preferenzjali bejn il-Kroazja u l-Bosnja-Ħerzegovina skont il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali (CEFTA). F'każ li, sal-mument tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, ma jkunx ġie ffirmat u applikat provviżorjament ftehim dwar l-adattament tal-konċessjonijiet kummerċjali stipulati fil-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u fil-Ftehim Interim mill-Unjoni Ewropea u l-Bosnja-Ħerzegovina, il-preferenzi mogħtija lill-Bosnja-Ħerzegovina għandhom jiġu sospiżi mill-1 ta’ Jannar 2016. Ladarba l-Bosnja-Ħerzegovina u l-Unjoni Ewropea jiffirmaw u japplikaw provviżorjament ftehim dwar l-adattament tal-konċessjonijiet kummerċjali fil-Ftehim Interim, dawn il-preferenzi jiġu stabbiliti mill-ġdid. L-awtoritajiet tal-Bosnja-Ħerzegovina u l-Kummissjoni għandhom jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex, qabel l-1 ta' Jannar 2016 u bi qbil mal-Ftehim Interim, isibu soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ naħat, speċjalment fir-rigward tal-kummerċ transfruntier.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)

Jeħtieġ li jitqies il-progress kostanti lejn sħubija mal-Unjoni Ewropea mill-pajjiżi u t-territorji kkonċernati tal-Balkani tal-Punent, kif ukoll l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni u l-ħtieġa konsegwenti li l-Ftehim Interim mal-Bosnja-Ħerzegovina jiġi adattat. F'dan il-kuntest, jeħtieġ ukoll li jitqies l-impenn ċar tal-Unjoni favur il-prospettiva tal-UE tal-Bosnja-Ħerzegovina, kif stabbilit fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-15 ta' Diċembru 2014. F'dawk il-konklużjonijiet, ġiet imtennija l-ħtieġa li l-mexxejja politiċi tal-Bosnja-Ħerzegovina jankraw ir-riformi meħtieġa għall-integrazzjoni fl-UE fil-ħidma tal-istituzzjonijiet relevanti kollha, u l-ħtieġa li jiġu stabbiliti l-funzjonalità u l-effiċjenza fil-livelli kollha tal-gvern sabiex il-Bosnja-Ħerzegovina tkun tista' tħejji għal sħubija futura mal-UE.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)

L-Unjoni Ewropea għadha impenjata li tappoġġa l-prospettiva Ewropea tal-Bosnja-Ħerzegovina u tistenna li t-tmexxija politika tal-pajjiż iddaħħal riformi bl-għan li jippromwovu istituzzjonijiet funzjonali kif ukoll li jiżguraw drittijiet indaqs għat-tliet popli kostitwenti u għaċ-ċittadini kollha tal-Bosnja-Ħerzegovina.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt –1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1215/2009

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)     Tiddaħħal il-premessa li ġejja:

 

Emenda 7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1215/2009

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1a)     Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

3.   Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ pajjiż jew territorju mal-paragrafi 1 jew 2 , il-Kummissjoni tista', permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tissospendi, totalment jew parzjalment, id-dritt tal-pajjiż jew it-territorju kkonċernat għall-benefiċċji ta' dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8(4).

“3.   Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ pajjiż jew territorju mal-punti (a) jew (b) tal-paragrafu  1, il-Kummissjoni tista', permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tissospendi, totalment jew parzjalment, id-dritt tal-pajjiż jew it-territorju kkonċernat għall-benefiċċji ta' dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8(4).”

Emenda 8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1215/2009

Artikolu 7 – punt c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)     Fl-Artikolu 7, jiżdied il-punt li ġej:

 

“(c)

is-sospensjoni, sħiħa jew parzjali, tal-intitolament ta' pajjiż jew territorju kkonċernat għal benefiċċji skont dan ir-Regolament, f'każ ta' nonkonformità minn dak il-pajjiż jew territorju mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) u fl-Artikolu (2)(2) ta' dan ir-Regolament.”

Emenda 9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1215/2009

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1c)     Fl-Artikolu 10(1), il-parti introduttorja għandha tinbidel b’dan li ġej:

1.   Fejn il-Kummissjoni ssib li hemm evidenza suffiċjenti ta’ frodi jew nuqqas ta’ koperazzjoni amministrattiva kif meħtieġ għall-verifika tal-evidenza ta’ oriġini, jew li hemm żieda sostanzjali ta’ esportazzjonijiet ġewwa l-Komunità 'l fuq mil-livell ta’ produzzjoni normali u kapaċità ta’ esportazzjoni jew nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) minn pajjiżi u territorji msemmija fl-Artikolu 1, din tkun tista’ tieħu miżuri biex tissospendi għal kollox jew in parti l-arranġamenti stabbiliti f’dan ir-Regolament għal perjodu ta’ tliet xhur, sakemm hi l-ewwel:

“1.   Fejn il-Kummissjoni ssib li hemm evidenza suffiċjenti ta’ frodi jew nuqqas ta’ koperazzjoni amministrattiva kif meħtieġ għall-verifika tal-evidenza ta’ oriġini, jew li hemm żieda sostanzjali ta’ esportazzjonijiet ġewwa l-Komunità 'l fuq mil-livell ta’ produzzjoni normali u kapaċità ta’ esportazzjoni jew nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 2(1) minn pajjiżi u territorji msemmija fl-Artikolu 1, din tkun tista’ tieħu miżuri biex tissospendi għal kollox jew in parti l-arranġamenti stabbiliti f’dan ir-Regolament għal perjodu ta’ tliet xhur, sakemm hi l-ewwel:”


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 61(2), it-tieni subparagrafu (A8-0060/2015).

(1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(2)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.