ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 337

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
14 ta' Settembru 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 337/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8168 — Steinhoff International/Poundland) ( 1 )

1

2016/C 337/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8118 — OpenGate Capital/Umicore Zinc Chemicals) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 337/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

2016/C 337/04

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-użu ta’ sustanzi mniżżlin fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2016/C 337/05

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti b’rabta mal-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 337/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7878 — HeidelbergCement/Schwenk/Cemex Croatia) ( 1 )

7

2016/C 337/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8205 — SEGRO/PSPIB/SELP/Gliwice 5 Logistics Asset) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8

2016/C 337/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8166 — THOM/Stroili Oro) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

9


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8168 — Steinhoff International/Poundland)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 337/01)

Fil-31 ta’ Awwissu 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8168. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


14.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8118 — OpenGate Capital/Umicore Zinc Chemicals)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 337/02)

Fil-31 ta’ Awwissu 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8118. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-13 ta’ Settembru 2016

(2016/C 337/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1247

JPY

Yen Ġappuniż

114,98

DKK

Krona Daniża

7,4437

GBP

Lira Sterlina

0,84763

SEK

Krona Żvediża

9,5380

CHF

Frank Żvizzeru

1,0925

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,2315

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

309,80

PLN

Zloty Pollakk

4,3478

RON

Leu Rumen

4,4460

TRY

Lira Turka

3,3505

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4938

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4744

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7254

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5352

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5318

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 263,43

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,0811

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,5138

HRK

Kuna Kroata

7,4903

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 830,30

MYR

Ringgit Malażjan

4,6377

PHP

Peso Filippin

53,665

RUB

Rouble Russu

72,8200

THB

Baht Tajlandiż

39,263

BRL

Real Brażiljan

3,6809

MXN

Peso Messikan

21,3800

INR

Rupi Indjan

75,2370


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


14.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/3


Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-użu ta’ sustanzi mniżżlin fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 337/04)

Deċiżjonijiet tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2016) 5644

Is-7 ta’ Settembru 2016

Sulfokromat taċ-ċomb isfar

Numru tal-KE: 215-693-7, Numru tas-CAS: 1344-37-2

DCC Maastricht BV OR Sortieweg 39, 6219 NT Maastricht, In-Netherlands.

REACH/16/3/0

Id-distribuzzjoni u t-taħlit ta’ trab tal-pigment f’ambjent industrijali biex isir żebgħa bbażata fuq is-solventi mhux maħsuba għal użu min-naħa tal-konsumaturi.

Il-21 ta’ Mejju 2022

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li ġej mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata għall-utenti downstream tal-applikant f’termini tal-fattibbiltà teknika u ekonomika tagħha.

Id-Deċiżjoni tistabbilixxi obbligi tar-rappurtar għad-detentur tal-awtorizzazzjoni u għall-utenti downstream tiegħu.

REACH/16/3/1

L-applikazzjoni industrijali taż-żebgħa fuq uċuħ tal-metall (bħall-magni, il-vetturi, l-istrutturi, is-sinjali, l-għamara tat-triq, il-kisi tal-koljaturi, eċċ.).

Il-21 ta’ Mejju 2022

REACH/16/3/2

L-applikazzjoni taż-żebgħa fuq uċuħ tal-metall (bħall-magni, il-vetturi, l-istrutturi, is-sinjali, l-għamara tat-triq, eċċ.) jew għas-sinjali tat-triq min-naħa tal-professjonisti u mhux tal-konsumaturi.

Il-21 ta’ Mejju 2019

REACH/16/3/3

Id-distribuzzjoni u t-taħlit ta’ trab tal-pigment f’ambjent industrijali biex isir taħlitiet f’forma likwida jew solida lesti minn qabel biex jintużaw biex jingħata kulur lil oġġetti tal-plastik jew plastiċizzati mhux maħsubin għal użu min-naħa tal-konsumaturi.

Il-21 ta’ Mejju 2022

REACH/16/3/4

L-użu industrijali ta’ taħlitiet u ta’ komposti f’forma likwida jew solida lesti minn qabel li fihom pigment biex jingħata kulur lil oġġetti tal-plastik jew plastiċizzati mhux maħsubin għal użu min-naħa tal-konsumaturi.

Il-21 ta’ Mejju 2022

REACH/16/3/5

L-użu ta’ taħlitiet u ta’ komposti f’forma likwida jew solida lesti minn qabel li fihom pigment fl-applikazzjoni ta’ sinjali tat-triq permezz tat-tidwib bis-sħana min-naħa tal-professjonisti.

Il-21 ta’ Mejju 2019

Sulfat molibdat tal-kromat taċ-ċomb aħmar

Numru tal-KE: 235-759-9, Numru tas-CAS: 12656-85-8

REACH/16/3/6

Id-distribuzzjoni u t-taħlit ta’ trab tal-pigment f’ambjent industrijali biex isir żebgħa bbażata fuq is-solventi mhux maħsuba għal użu min-naħa tal-konsumaturi.

Il-21 ta’ Mejju 2022

REACH/16/3/7

L-applikazzjoni industrijali taż-żebgħa fuq uċuħ tal-metall (bħall-magni, il-vetturi, l-istrutturi, is-sinjali, l-għamara tat-triq, il-kisi tal-koljaturi, eċċ.).

Il-21 ta’ Mejju 2022

REACH/16/3/8

L-applikazzjoni taż-żebgħa fuq uċuħ tal-metall (bħall-magni, il-vetturi, l-istrutturi, is-sinjali, l-għamara tat-triq, eċċ.) jew għas-sinjali tat-triq min-naħa tal-professjonisti u mhux tal-konsumaturi.

Il-21 ta’ Mejju 2019

REACH/16/3/9

Id-distribuzzjoni u t-taħlit ta’ trab tal-pigment f’ambjent industrijali biex isir taħlitiet f’forma likwida jew solida lesti minn qabel biex jintużaw biex jingħata kulur lil oġġetti tal-plastik jew plastiċizzati mhux maħsubin għal użu min-naħa tal-konsumaturi.

Il-21 ta’ Mejju 2022

REACH/16/3/10

L-użu industrijali ta’ taħlitiet u ta’ komposti f’forma likwida jew solida lesti minn qabel li fihom pigment biex jingħata kulur lil oġġetti tal-plastik jew plastiċizzati mhux maħsubin għal użu min-naħa tal-konsumaturi.

Il-21 ta’ Mejju 2022

REACH/16/3/11

L-użu ta’ taħlitiet u ta’ komposti f’forma likwida jew solida lesti minn qabel li fihom pigment fl-applikazzjoni ta’ sinjali tat-triq permezz tat-tidwib bis-sħana min-naħa tal-professjonisti.

Il-21 ta’ Mejju 2019


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

14.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/6


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti b’rabta mal-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 337/05)

L-Istat Membru

L-Iżvezja

Ir-rotot konċernati

Gällivare – Stokkolma (Arlanda)

Il-perjodu ta’ validità tal-kuntratt

it-18 ta’ Diċembru 2016 – is-26 ta’ Ottubru 2019

L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti

60 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din is-sejħa għall-offerti

Imnejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligi tas-servizz pubbliku modifikati

Għal aktar informazzjoni kkuntattja lil:

The Swedish Transport Administration

SE-781 87 Borlänge

SVERIGE

http://www.trafikverket.se/Foretag/Upphandling/Aktuella-upphandlingar/

Ir-referenza tas-sejħa: CTM:146241

Tel. +46 771921921

Kuntatti:

Håkan Jacobsson: hakan.jacobsson@trafikverket.se

Anna Fällbom: anna.fallbom@trafikverket.se


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

14.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7878 — HeidelbergCement/Schwenk/Cemex Croatia)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 337/06)

1.

Fil-5 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi HeidelbergCement AG (il-Ġermanja) u Schwenk Zement KG (il-Ġermanja) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Cemex Hrvatska d.d.(il-Kroazja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal HeidelbergCement: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ siment, gagazza u addittivi oħra tas-siment, aggregati, konkos imħallat lest, prodotti tal-konkos, screed (tas-siment), asfalt u briks tar-ramel u l-ġir,

—   għal Schwenk: il-produzzjoni ta’ siment, gagazza, konkos imħallat lest, prodotti tal-konkos u servizzi kif ukoll l-aggregati,

—   għal Cemex Hrvatska: il-produzzjoni ta’ siment, gagazza, konkos imħallat lest u aggregati fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7878 — HeidelbergCement/Schwenk/Cemex Croatia f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


14.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8205 — SEGRO/PSPIB/SELP/Gliwice 5 Logistics Asset)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 337/07)

1.

Fis-7 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha SEGRO plc (“SEGRO”, ir-Renju Unit) u Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada) jakkwistaw indirettament permezz ta’ SEGRO European Logistics Partnership SARL (“SELP”, il-Lussemburgu), fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-proprjetà ta’ loġistika li tipproduċi introjtu fil-Polonja (il-“Proprjetà fil-Mira”), li bħalissa hija fil-kontroll indirett waħdieni ta’ SEGRO, permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal SEGRO: is-sjieda, il-ġestjoni tal-proprjetà u l-iżvilupp ta’ mħażen moderni, proprjetajiet tal-industrija ħafifa u ċentri tad-data li jinsabu f’konurbazzjonijiet u f’ċentri tat-trasport ewlenin f’għadd ta’ pajjiżi tal-UE.

—   għal PSPIB: investment tal-pjanijiet tal-pensjoni tas-Servizz Pubbliku Federali Kanadiż, il-Qawwiet Armati Kanadiżi, il-Kavallerija Kanadia u l-Qawwa ta’ Riżerva. Huwa jiġġestixxi wkoll portafoll dinji diversifikat fosthom stokks, bonds u titoli b’introjtu fiss kif ukoll investimenti fl-ekwità privata, il-proprjetà immobbli, l-infrastruttura u r-riżorsi umani.

—   għall-Proprjetà fil-Mira: proprjetà ta’ mħażen tal-loġistika fi Gliwice, il-Polonja, li bħalissa hija mikrija lil kerrej fl-industrija tal-manifattura.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtuha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-fax (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza l-Każ M.8205 — SEGRO/PSPIB/SELP/Gliwice 5 Logistics Asset, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


14.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8166 — THOM/Stroili Oro)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 337/08)

1.

Fis-7 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża THOM SAS (“THOM”, Franza) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriża Stroili SpA. kollha kemm hi (“Stroili Oro”, l-Italja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal THOM: bejgħ bl-imnut ta’ ġojjellerija u arloġġi tal-idejn permezz ta’ netwerk ta’ ħwienet li jinsabu l-aktar fi Franza,

—   għal Stroili Oro: bejgħ bl-imnut ta’ ġojjellerija u arloġġi tal-idejn permezz ta’ netwerk ta’ ħwienet li jinsabu fl-Italja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtuha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8166 — THOM/Stroili Oro, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.