ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
||
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
It-Tlieta 10 ta’ Marzu 2015 |
|
2016/C 316/01 |
||
2016/C 316/02 |
||
2016/C 316/03 |
||
|
L-Erbgħa 11 ta’ Marzu 2015 |
|
2016/C 316/04 |
||
2016/C 316/05 |
||
2016/C 316/06 |
||
2016/C 316/07 |
||
2016/C 316/08 |
||
2016/C 316/09 |
||
2016/C 316/10 |
||
2016/C 316/11 |
||
2016/C 316/12 |
||
|
Il-Ħamis 12 ta’ Marzu 2015 |
|
2016/C 316/13 |
||
2016/C 316/14 |
||
2016/C 316/15 |
||
2016/C 316/16 |
||
2016/C 316/17 |
||
2016/C 316/18 |
||
2016/C 316/19 |
||
2016/C 316/20 |
||
2016/C 316/21 |
||
2016/C 316/22 |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
L-Erbgħa 11 ta’ Marzu 2015 |
|
2016/C 316/23 |
||
2016/C 316/24 |
|
III Atti preparatorji |
|
|
IL-PARLAMENT EWROPEW |
|
|
It-Tlieta 10 ta’ Marzu 2015 |
|
2016/C 316/25 |
||
2016/C 316/26 |
||
2016/C 316/27 |
||
2016/C 316/28 |
||
2016/C 316/29 |
||
2016/C 316/30 |
||
2016/C 316/31 |
||
2016/C 316/32 |
||
2016/C 316/33 |
||
|
L-Erbgħa 11 ta’ Marzu 2015 |
|
2016/C 316/34 |
||
2016/C 316/35 |
||
2016/C 316/36 |
||
2016/C 316/37 |
||
2016/C 316/38 |
||
2016/C 316/39 |
||
2016/C 316/40 |
Tifsira tas-simboli użati
(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att) Emendi tal-Parlament: Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. |
MT |
|
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/1 |
IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2014–2015
Is-seduta tad 9 ta’ Marzu 2015
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 132, 14.4.2016 .
SESSJONI 2015–2016
Is-seduti tal-10 sat-12 ta’ Marzu 2015
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 132, 14.4.2016 .
TESTI ADOTTATI
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew
It-Tlieta 10 ta’ Marzu 2015
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/2 |
P8_TA(2015)0050
Progress dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2013
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-progress fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2013 (2014/2217(INI))
(2016/C 316/01)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), tat-18 ta’ Diċembru 1979, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Soppressjoni tat-Traffikar tal-Bnedmin u l-Isfruttament tal-Prostituzzjoni tal-Oħrajn tal-1949, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Pekin tal-15 ta’ Settembru 1995 adottati mir-Raba’ Konferenza Dinjija dwar in-Nisa u d-dokumenti riżultanti sussegwenti adottati mis-sessjonijiet speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Pekin + 5 (2000), Pekin + 10 (2005) u Pekin + 15 (2010), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili (1), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu dwar in-nisa b’diżabilità, tat-13 ta’ Diċembru 2006, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/99/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-ordni Ewropea ta' protezzjoni (3), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (4), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati (direttiva dwar in-nisa fuq bordijiet (COM(2012)0614)), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (Konvenzjoni ta' Istanbul), |
— |
wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020) tas-7 ta' Marzu 2011 (5), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2010 intitolata 'Impenn imsaħħaħ għall-ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel: Karta f’Isem il-Mara' (COM(2010)0078), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2010 intitolat 'Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015' (COM(2010)0491), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “EWROPA 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020), |
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2013 intitolat 'Rieżami ta' nofs it-term tal-Istrateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (2010-2015)' (SWD(2013)0339), |
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-8 ta' Mejju 2013 intitolat 'Rapport dwar il-Progress fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-2012' (SWD(2013)0171), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2013 intitolata 'Lejn l-eliminazzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili' (COM(2013)0833), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-2012 mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) intitolat 'Rieżami tal-Implimentazzjoni tal-Pjattaforma għal Azzjoni ta' Beijing fl-Istati Membri tal-UE: Vjolenza fuq in-Nisa — Appoġġ għall-Vittmi', |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5-6 ta' Ġunju 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet, fosthom il-mutilazzjoni ġenitali femminili, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2014 dwar l-eliminazzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa (6), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttivi tal-UE mill-1975 'il quddiem dwar id-diversi aspetti tat-trattament ugwali għan-nisa u l-irġiel (Direttiva 2010/41/UE (7), Direttiva 2010/18/UE (8), Direttiva 2006/54/KE (9), Direttiva 2004/113/KE (10), Direttiva 92/85/KEE (11), Direttiva 86/613/KEE (12) u Direttiva 79/7/KEE (13)), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għal ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta' valur ugwali (14), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2013 dwar l-impatt tal-kriżi ekonomika fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa (15), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-mobilità edukattiva u professjonali tan-nisa fl-UE (16), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2013 dwar l-eliminazzjoni tal-istereotipi tas-sessi fl-UE (17), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2013 dwar is-57 sessjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa (CSW) tan-NU: L-eliminazzjoni u l-prevenzjoni tal-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet (18), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Settembru 2012 dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tan-nisa fis-settur tas-servizzi (19), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Mejju 2012 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali (20), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta' Frar 2010 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2009 (21), tat-8 ta' Marzu 2011 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2010 (22), u tat-13 ta' Marzu 2012 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2011 (23), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2011 dwar in-nisa u t-tmexxija tal-intrapriżi (24), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' April 2011 dwar il-prijoritajiet u l-punti prinċipali ta' qafas politiku ġdid tal-UE rigward il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (25), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar l-aspett tal-faqar tan-nisa fl-Unjoni Ewropea (26), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar aspetti rigward il-ġeneru fil-kuntest tar-reċessjoni ekonomika u l-kriżi finanzjarja (27), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Frar 2009 dwar in-non-diskriminazzjoni abbażi tas-sessi u s-solidarjetà interġenerazzjonali (28), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-isfruttament sesswali u l-prostituzzjoni u l-impatt tagħhom fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi (29), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2005 dwar in-nisa u l-faqar fl-Unjoni Ewropea (30), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2014 dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (31), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta' mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (Direttiva dwar il-liv tal-maternità (COM(2008)0637)), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2014 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-isport, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (32), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport ta' progress tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ġunju 2013 dwar l-objettivi ta' Barċellona intitolat 'L-iżvilupp tas-servizzi ta' akkoljenza tat-tfal żgħar fl-Ewropa għal tkabbir sostenibbli u inklusiv', |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta’ Settembru 2014 intitolat 'Data Statistika dwar l-Imprendituri Nisa fl-Ewropa', |
— |
wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) ta’ Marzu 2014 intitolat 'Il-vjolenza kontra n-nisa: stħarriġ madwar l-UE kollha' li, għall-ewwel darba, ipprovda data dwar il-firxa, in-natura u l-konsegwenzi ta’ diversi forom ta’ vjolenza kontra n-nisa, kif ukoll ir-reazzjonijiet tal-vittmi ta’ inċidenti vjolenti u s-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar is-saħħa pubblika, u partikolarment il-paragrafu 7 tiegħu, li jiddikjara li “L-azzjoni ta' l-Unjoni għandha tirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tad-definizzjoni tal-politika tas-saħħa tagħhom, kif ukoll l-organizzazzjoni u l-għoti ta' servizzi tas-saħħa u tal-kura medika”, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0015/2015), |
A. |
billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija dritt fundamentali li jgawdi rikonoxximent taħt it-Trattati sa mit-Trattat ta’ Ruma tal-1957 u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; billi, minkejja l-fatt li l-Unjoni Ewropea adottat għadd ta’ testi li jiżguraw opportunitajiet indaqs u trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa u li jiġġieldu kull forma ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess u li l-Unjoni assumiet il-kompitu speċifiku li tintegra l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-attivitajiet kollha tagħha, għadu ma sarx biżżejjed progress u għadhom jippersistu ħafna inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa; |
B. |
billi l-prinċipju ta' trattament ugwali tan-nisa u tal-irġiel jimplika li m’għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni, tkun xi tkun, diretta jew indiretta, anke fir-rigward tal-maternità, tal-paternità u tal-qsim tar-responsabilitajiet tal-familja; |
C. |
billi huwa kruċjali li jitqiesu forom differenti u trasversali ta’ diskriminazzjoni esperjenzati minn ħafna nisa u bniet fl-Ewropa (abbażi ta' diżabilità, sfond ta’ migrazzjoni, oriġini etnika, età, orjentazzjoni sesswali, identità sesswali, tqala, status tal-akkomodazzjoni, livell baxx ta’ edukazzjoni, il-fatt li jkunu vittmi ta’ vjolenza, eċċ.) u l-fatt li l-kundizzjonijiet tagħhom ħżienu matul dawn l-aħħar snin; |
D. |
billi l-istrateġija Ewropa 2020 għal ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklużiva tinkludi fiha objettivi ambizzjużi, fosthom li r-rata ta' impjieg tilħaq il-75 % u li l-għadd ta' persuni milquta jew mhedda mill-faqar u l-esklużjoni soċjali jonqos b'tal-inqas 20 miljun minn issa tal-2020, miri li ma jistgħux jintlaħqu jekk l-Istati Membri ma jimplimentawx politiki innovattivi favur ugwaljanza reali bejn in-nisa u l-irġiel; |
E. |
billi l-politiki ta' konsolidazzjoni fiskali li l-Istati Membri jridu jilħqu jolqtu prinċipalment lis-settur pubbliku, fejn in-nisa huma rappreżentati b'mod aktar qawwi waqt li huma l-akbar benefiċjarji tiegħu, u għaldaqstant qed jikkawżaw ħsara b'żewġ modi, u billi dawn il-politiki qegħdin iwasslu għal impjieg iktar prekarju, b'mod partikolari minħabba ż-żieda tax-xogħol part-time (32 % fost in-nisa meta kkomparat ma' 8,2 % fost l-irġiel) u ta' kuntratti temporanji, kif ukoll it-tnaqqis tal-pagi; |
F. |
billi hemm aktar nisa milli rġiel li jgħixu fil-faqar u l-esklużjoni, speċjalment nisa anzjani, li l-livell tal-pensjoni medja tagħhom huwa ta' 39 % inqas minn dak tal-irġiel, u l-ommijiet waħedhom; billi, għal raġunijiet ta’ familja, huwa aktar komuni għan-nisa milli għall-irġiel li jaħdmu part-time jew b’kuntratti ta’ żmien fiss jew temporanju, u billi l-faqar tan-nisa huwa dovut l-aktar għall-prekarjetà tal-impjiegi tagħhom; |
G. |
billi l-ġlieda kontra l-faqar hija waħda mill-ħames miri tal-Kummissjoni li jistgħu jitkejlu proposti taħt l-istrateġija Ewropa 2020; billi l-Linja Gwida Integrata 10 tal-Istrateġija Ewropa 2020 (il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar) tista' tinkoraġġixxi l-adozzjoni ta' politiki nazzjonali biex jipproteġu lin-nisa, b'mod partikolari, mir-riskju tal-faqar, filwaqt li jiżguraw is-sigurtà tad-dħul għall-familji b'ġenitur wieħed u għan-nisa anzjani; |
H. |
billi r-rata tat-twelid li qed tonqos fl-UE saret aktar gravi minħabba l-kriżi, peress li l-qgħad, iċ-ċirkostanzi prekarji u l-inċertezza rigward il-futur u l-ekonomija qegħdin iwasslu biex koppji, u b’mod partikolari n-nisa żgħażagħ, qed idumu biex ikollhom it-tfal, u b’hekk qed isaħħu t-tendenza tat-tixjiħ demografiku fl-UE kollha; |
I. |
billi s-sistemi fiskali li jeżistu f'ċerti Stati Membri huma bbażati fuq kunċett dejjaq tal-familja saħansitra billi jagħtu vantaġġ lill-familji li fihom jaħdem ġenitur wieħed biss billi, f'ħafna każijiet, jiddiswadu n-nisa milli joħorġu jaħdmu u ma jappoġġjawx biżżejjed lill-familji b'ġenitur wieħed, lill-familji kbar u lill-familji li jmantnu qraba dipendenti; |
J. |
billi minkejja li n-nisa jirrappreżentaw kważi 60 % tal-gradwati fl-UE, ir-rappreżentanza tagħhom f’karigi ta’ uffiċjali għolja u deċiżjonali hija baxxa b’mod sproporzjonat, u l-proporzjon ta’ xjenzati u inġiniera fl-UE li huma nisa huwa ta' inqas minn 33 %, filwaqt li n-nisa jirrappreżentaw kważi 80 % tal-forza tax-xogħol fis-servizzi tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tas-setturi tas-sigurtà soċjali; |
K. |
billi hemm segregazzjoni orizzontali qawwija jew diviżjoni tax-xogħol skont is-sessi, fejn kważi nofs in-nisa f'impjieg huma kkonċentrati f’10 mill-130 impjieg elenkati fil-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi (ISCO) imfassla mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), u 16 % biss mill-ħaddiema li jkollhom impjieg jinsabu f’setturi bi proporzjon ugwali ta’ irġiel u nisa; |
L. |
billi r-rwol tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), li jikkostitwixxu 99 % tal-kumpaniji Ewropej u li jipprovdu tnejn minn kull tliet impjiegi fis-settur privat, huwa kruċjali għat-twettiq għalkollox tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; billi 31 % tal-intraprendituri fl-Ewropa biss huma nisa; billi r-rata ta’ intraprenditorija fost in-nisa fl-UE hija ta’ 10 %, meta mqabbla ma’ 19 % fost l-irġiel; billi hemm il-ħtieġa li tiġi promossa u appoġġjata ż-żieda tal-intraprenditorija fost in-nisa; |
M. |
billi madwar 42 % ta’ dawk involuti regolarment fl-agrikultura fl-UE huma nisa, u 3 minn kull 10 irziezet fl-Ewropa huma mmexxija min-nisa; billi l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa u, fl-istess ħin, l-involviment ikbar tan-nisa fin-negozji u fis-soċjetà, speċjalment fl-agrikoltura, għandhom ikunu kwistjonijiet ta’ importanza kontinwu fl-Ewropa; |
N. |
billi r-rata ta' impjieg tan-nisa hija ta’ 63 %; billi d-differenzi bejn is-sessi fil-pagi hija ta’ 16,4 %; billi 73 % tal-Membri li jservu f’parlamenti nazzjonali huma rġiel, u billi n-nisa jikkostitwixxu 17,8 % tal-membri tal-bordijiet ta’ kumpaniji kbar u kull ġimgħa jqattgħu ħin tliet darbiet itwal mill-irġiel fuq xogħol tad-dar (eż. jieħdu ħsieb tat-tfal, tal-anzjani u tal-persuni b’diżabilità u jwettqu l-kompiti domestiċi); |
O. |
billi 37 % tal-Membri tal-Parlament Ewropew li għadu kif ġie elett, 9 mit-28 Kummissarji ġdid u 7 mit-28 imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea huma nisa; |
P. |
billi r-rata tal-qgħad fost in-nisa hija sottovalutata minħabba l-fatt li ħafna nisa mhumiex irreġistrati bħala qiegħda, speċjalment dawk li jgħixu f’żoni rurali jew remoti, flimkien ma’ ħafna minn dawk li jiddedikaw ruħhom esklussivament għall-kompiti domestiċi u għall-kura tat-tfal; billi din is-sitwazzjoni toħloq ukoll disparità f’dawk li huma aċċess għas-servizzi pubbliċi (benefiċċji, pensjoni, liv tal-maternità, liv tal-mard, aċċess għas-sigurtà soċjali, eċċ.); |
Q. |
billi jekk inkomplu għaddejjin bix-xejriet preżenti, mhux se tintlaħaq il-mira ta' rata ta' impjieg ta' 75 % fost in-nisa qabel l-2038, u l-ugwaljanza fir-remunerazzjoni mhux se ssir realtà qabel l-2084; billi r-rappreżentanza ugwali fil-parlamenti nazzjonali, fl-istituzzjonijiet tal-UE u fil-bordijiet tat-tmexxija ta' kumpanniji Ewropej tista' tintlaħaq sal-2034, imma billi jidher li fadal sal-2054 biex il-kompiti domestiċi jibdew jinqasmu b'mod indaqs; |
R. |
billi n-nuqqas ta' promozzjoni ta' politiki mmirati biex jintlaħaq bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata b’mod ġenerali u n-nuqqas ta’ faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal bi prezz raġonevoli u ta’ kwalità għolja u għal servizzi ta’ assistenza għall-anzjani u persuni li jeħtieġu kura speċjali, b’mod partikolari, joħolqu ostakli kbar għall-indipendenza ekonomika tan-nisa u għall-promozzjoni tagħhom f'pożizzjonijiet ta’ responsabilità, u għall-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa u tal-irġiel fis-suq tax-xogħol, inkluż bħala mezz għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-faqar; |
S. |
billi t-tqassim tar-responsabilitajiet tal-familja u dawk domestiċi bejn l-irġiel u n-nisa, b'mod partikolari billi jiżdied l-użu tal-liv tal-ġenituri u l-liv tal-paternità, jikkostitwixxi prekundizzjoni għall-ilħuq tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; billi kwart tal-Istati Membri ma joffrux liv tal-paternità; |
T. |
billi r-rwoli tradizzjonali tas-sessi u l-isterjotipi għad għandhom influwenza qawwija fuq id-diviżjoni tar-rwoli bejn in-nisa u l-irġiel fid-dar, fil-post tax-xogħol u fis-soċjetà ġenerali, u b’hekk jillimitaw il-firxa ta’ għażliet ta' impjiegi għan-nisa u l-iżvilupp personali u professjonali tagħhom, u għaldaqstant ixekkluhom milli jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tagħhom bħala individwi u bħala atturi ekonomiċi; |
U. |
billi l-midja jista’ jkollha rwol, minn naħa, fit-tixrid tal-isterjotipi, fid-degradazzjoni tal-immaġni tal-mara u l-issesswalizzar eċċessiv tat-tfajliet u, min-naħa l-oħra, biex jingħelbu l-isterjotipi tas-sessi, tiġi inkoraġġita l-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet u tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi; |
V. |
billi l-Kunsill għadu ma ħax pożizzjoni uffiċjali wara l-adozzjoni ta' żewġ riżoluzzjonijiet leġiżlattivi mill-Parlament dwar suġġetti fundamentali għall-ugwaljanza bejn is-sessi, jiġifieri r-riżoluzzjoni tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-proposta għal direttiva dwar il-liv tal-maternità u tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal direttiva dwar il-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji kkwotati fil-Boroż u miżuri relatati; |
W. |
billi fir-rapport tagħha tas-6 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/54/KE, il-Kummissjoni qajmet xi mistoqsijiet dwar il-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' 26 Stat Membru mad-dispożizzjonijiet il-ġodda tad-Direttiva (33); |
X. |
billi, skont l-istħarriġ tal-FRA ta’ Marzu 2014, waħda minn kull tliet nisa fl-UE ġiet fiżikament u/jew sesswalment attakkata, filwaqt li waħda f’kull ħamsa sofriet vjolenza fiżika wara l-età ta’ 15-il sena u kważi waħda minn kull tnejn esperjenzat vjolenza psikoloġika; billi l-vjolenza fuq in-nisa tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet fundamentali li jkollu konsegwenzi psikoloġiċi potenzjalment serji, li jolqot il-livelli kollha tas-soċjetà, irrispettivament mill-età, l-edukazzjoni, id-dħul finanzjarju, l-pożizzjoni soċjali u l-pajjiż ta’ oriġini jew ta’ residenza, u huwa wieħed mill-inqas reati rrappurtati; billi l-vjolenza kontra n-nisa hi wieħed mix-xkiel ewlenin għall-ugwaljanza reali bejn in-nisa u l-irġiel; |
Y. |
billi l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet fuq l-internet qiegħda tiżdied, filwaqt li l-imġiba tal-minuri fuq in-netwerks soċjali qed tidher li hija eċċezzjonalment inkwetanti f’dan ir-rigward; |
Z. |
billi l-Istrateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin se tintemm fl-2016; billi, skont ir-rapport tal-Eurostat tal-2014 dwar it-traffikar tal-bnedmin, il-maġġoranza l-kbira (80 %) tal-vittmi rreġistrati tat-traffikar fl-UE huma nisa u bniet; |
AA. |
billi sitt Stati Membri għadhom ma ffirmawx il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul) u tmienja biss irratifikawha; |
AB. |
billi l-ġbir ta' data affidabbli, komparabbli u mqassma skont is-sessi hi partikolarment importanti fit-tfassil ta' politiki pubbliċi nazzjonali u fl-UE, speċjalment fir-rigward tal-vjolenza kontra n-nisa; |
AC. |
billi n-nisa għandhom kwistjonijiet tas-saħħa speċifiċi u jkunu suġġetti fi provi kliniċi inqas spiss mill-irġiel, u dawn id-differenzi għandhom implikazzjonijiet serji għas-saħħa tan-nisa; |
AD. |
billi l-bniet u n-nisa, speċjalment dawk li għandhom bejn il-15 u l-24 sena, huma inqas involuti mis-subien u l-irġiel fl-attività fiżika, u billi l-isport huwa mezz ta’ awto-espressjoni u ta' sodisfazzjon personali, kif ukoll forza għal ċittadinanza u solidarjetà, u li l-prattika regolari tal-isport ittejjeb il-kundizzjonijiet tas-saħħa fiżika u mentali; billi l-vjolenza kontra n-nisa, l-isterjotipi, id-differenzi fir-remunerazzjoni u l-ostakli għall-involviment tan-nisa fit-tmexxija kollha jistgħu jinstabu fl-isport; |
AE. |
billi d-drittijiet sesswali u riproduttivi huma drittijiet fundamentali tal-bniedem u li jeħtieġ li jitqiesu fil-programm ta' azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa; |
AF. |
billi l-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki dwar is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi huma l-kompetenza tal-Istati Membri; |
AG. |
billi r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hu għodda ta' importanza kbira sabiex tiġi vvalutata l-evoluzzjoni tal-qagħda tan-nisa fl-Ewropa; |
L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-qafas tal-Ewropa 2020
1. |
Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jintegraw il-kwistjonijiet tas-sessi, id-drittijiet tan-nisa u l-opportunitajiet indaqs fit-tfassil tal-politika tagħhom, fil-proċeduri baġitarji u fl-implimentazzjoni tal-programmi u l-attivitajiet tal-UE, permezz ta’ miżuri proattivi, speċjalment f’rabta ma’ pakketti ta’ stimolu, billi jwettqu analiżi tal-impatt fuq is-sessi abbażi ta' kull każ għalih; |
2. |
Jikkundanna l-fatt li “L-istrateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015” dalwaqt se tfalli milli tilħaq il-miri tagħha, speċjalment rigward l-indipendenza ekonomika, parzjalment minħabba l-irtirar tal-proposta għal direttiva dwar il-liv tal-maternità; Jenfasizza, fl-istess ħin, li d-differenzi ekonomiċi bejn l-irġiel u n-nisa qegħdin bil mod il-mod jikbru; |
3. |
Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintegraw pilastru dwar is-sessi fl-istrateġija Ewropa 2020 biex jitkejjel il-progress dwar it-tnaqqis tad-differenzi bejn is-sessi fl-impjieg u biex isir it-trasferiment tal-miżuri ta’ politika li jinsabu fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs); |
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw pjan ġenerali għal investiment f’infrastruttura soċjali, peress li ġie stmat li permezz ta’ pjan ta’ investiment Ewropew ibbażat fuq is-sessi, il-prodott domestiku gross (PDG) se jiżdied b’mod gradwali, bi 2,4 % aktar sal-2018 milli mingħajr tali pjan ta’ investiment; |
5. |
Jinnota li parteċipazzjoni ugwali tal-irġiel u n-nisa fis-suq tax-xogħol tista' żżid b'mod sinifikanti l-potenzjal ekonomiku tal-UE, filwaqt li tikkonferma n-natura ekwa u inklużiva tagħha; jirrimarka li, skont il-projezzjonijiet tal-Organizzazzjoni għall-Ko-operazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD), konverġenza sħiħa fir-rati ta’ parteċipazzjoni tirriżulta f’żieda ta’ 12,4 % fil-PDG per capita sal-2030; |
6. |
Iqis li l-faqar fost in-nisa, u n-nisa anzjani u l-ommijiet waħidhom b’mod partikulari, iżda wkoll in-nisa li huma vittmi ta’ vjolenza sessista, nisa b’diżabilità, nisa migranti u nisa minn minoranzi, jeħtieġ li jiġi indirizzat bħala kwistjoni ta’ urġenza; Jistieden għaldaqstant lill-Istati Membri biex joħolqu strateġiji ta' inklużjoni aktar effettivi u li jużaw b'mod aktar effikaċi r-riżorsi allokati għall-politiki soċjali, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew u l-Fondi Strutturali; |
7. |
Jinnota b'dispjaċir li l-effettività tal-politiki soċjali għat-tnaqqis tal-faqar naqset bi kważi 50 % fl-2012 meta mqabbla mal-2005 fi djar b’adult wieħed biss, sitwazzjoni li tinkludi l-maġġoranza tar-romol u tal-ommijiet waħedhom; jinsab imħasseb ukoll li l-effettività tal-politiki soċjali implimentati f’ċerti Stati Membri tammonta għal terz biss tal-medja Ewropea; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jsaħħu l-politiki soċjali li jimmiraw b’mod partikolari għall-persuni qiegħda, sabiex jindirizzaw b'mod deċiżiv iż-żieda fil-faqar, partikolarment fost in-nisa; |
8. |
Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jindirizzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali mill-aspett tas-sessi; jiddispjaċih li s-CSRs li ġew adottati s'issa bħala parti miċ-ċikli tas-Semestru Ewropew ma ġewx allinjati biżzejjed mal-miri għall-impjiegi u dawk soċjali tal-Ewropa 2020; jistieden lis-CSRs jindirizzaw sistematikament il-kawżi strutturali tal-faqar tan-nisa; |
9. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu l-evoluzzjoni tal-istrutturi familjari fit-tfassil tal-politiki fiskali u ta' kumpens tagħhom, partikolarment billi jappoġġjaw finanzjarjament lill-familji b'ġenitur wieħed u l-persuni anzjani permezz ta' krediti tat-taxxa u għajnuniet fil-qasam tal-kura tas-saħħa; |
10. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jitqiesu fil-fondi tal-politika ta’ koeżjoni u jiġu promossi tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tagħhom u fil-programmi tagħhom, inkluż fir-rigward tal-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni; |
11. |
Jiddispjaċih dwar il-fatt li r-rapport annwali huwa stmat biss bħala dokument ta' ħidma anness mar-rapport dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u jitlob b'insistenza lill-Kummissjoni tagħti leġittimità politika sħiħa lil dan ir-rapport billi tadottah tiffavorixxi adozzjoni uffiċjali u distinta; |
L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-impjiegi u fit-teħid tad-deċiżjonijiet
12. |
Jinnota l-ħtieġa imperattiva li jitnaqqsu d-distakki bejn is-sessi fil-pagi u l-pensjonijiet anke billi tiġi ndirizzata l-konċentrazzjoni persistenti tan-nisa f’xogħol part-time, b'pagi baxxi u xogħol prekarju u jiġu żgurati faċilitajiet ta’ ndukrar ta’ kwalità sodisfaċenti għat-tfal u dipendenti oħra; jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-fatt li aktar minn terz tan-nisa mdaħħla fiż-żmien fl-UE ma jirċievu l-ebda forma ta’ pensjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw l-applikazzjoni totali tad-drittijiet li tiddisponi għalihom mid-Direttiva 2006/54/KE, inkluż il-prinċipju tal-ugwaljanza tar-remunerazzjoni u t-trasparenza tas-salarji u jirrevedu l-liġijiet nazzjonali tagħhom fil-qasam tat-trattament ugwali bil-għan li jissimplifikawhom u jimmodernizzawhom; jistieden lill-Kummissjoni żżomm t-traspożizzjoni ta’ direttivi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi taħt rieżami regolari, u jistieden lill-Kummissjoni tipproponi riformulazzjoni tad-Direttiva 2006/54/KE mill-aktar fis possibbli, skont l-Artikolu 32 tagħha u abbażi tal-Artikolu 157 tat-TFUE, skont ir-rakkomandazzjonijiet dettaljati stipulati fl-anness għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-24 ta’ Mejju 2012; |
13. |
Jikkundanna bl-iktar mod b'saħħtu possibbli l-fatt li n-nisa ma jirċivux l-istess salarju f'każijiet fejn jokkupaw l-istess xogħol bħall-irġiel jew jagħmlu xogħlijiet ta' valur ugwali, u jikkundanna ugwalment kemm is-segregazzjoni orizzontali kif ukoll dik vertikali; jenfasizza, barra minn hekk, il-fatt li l-maġġoranza vasta tas-salarji baxxi u kważi l-pagi baxxi ħafna kollha jitħallsu għal xogħol part-time u jinnota li madwar 80 % tal-foqra li jaħdmu huma nisa; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li skont il-konklużjonijiet tal-Valutazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew, tnaqqis ta’ punt perċentwali wieħed fid-differenzi fil-pagi bejn is-sessi għandu jwassal għal żieda ta’ 0,1 % fi tkabbir ekonomiku, li jfisser li huwa importanti ħafna li titnaqqas id-differenza li teżisti fil-kriżi ekonomika attwali; għaldaqstant jistieden lill-Istati Membri, lil min iħaddem u lill-movimenti sindikalisti biex jabbozzaw u jimplimentaw għodod utli u operattivi għall-evalwazzjoni tax-xogħol biex jiddeterminaw xogħol ta' valur ugwali u b'hekk tiġi żgurata paga ugwali bejn in-nisa u l-irġiel; |
14. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimplimentaw politiki proattivi favur impjiegi ta' kwalità għan-nisa biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ewropa 2020, permezz tal-ġlieda kontra l-isterjotipi, is-segregazzjoni professjonali vertikali u orizzontali, filwaqt li jinkoraġġixxu t-tranżizzjoni bejn l-impjiegi part-time u dawk full-time u permezz ta' iffukar ewlieni fuq il-kategorija ta' persuni barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET); jistieden lill-Istati Membri biex jistabbilixxu miri tal-impjieg speċifiċi fil-qafas tal-programmi ta’ Riforma Nazzjonali sabiex jiġi żgurat li n-nisa jkollhom aċċess ugwali bħall-irġiel biex jidħlu u jibqgħu fis-suq tax-xogħol; |
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimplimentaw politiki proattivi biex jinkoraġġixxu lin-nisa biex iħaddnu karrieri fix-xjenza u biex jippromwovu, permezz ta’ kampanji ta’ informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni b’mod partikolari, id-dħul tan-nisa f’setturi li tradizzjonalment huma meqjusin bħala “ta' sess maskili”, b’mod partikolari x-xjenzi u t-teknoloġiji l-ġodda, bil-ħsieb li jibbenefikaw bis-sħiħ minn kapital uman rappreżentat minn nisa Ewropej; jenfasizza, b’mod partikolari, li t-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) toffri opportunitajiet ġodda u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi integrata b’mod sħiħ f’din il-prijorità mogħtija lill-aġenda diġitali fil-ħames snin li ġejjin; |
16. |
Jenfasizza li l-indipendenza finanzjarja hija mezz ta’ kif tkun assigurata l-ugwaljanza u li l-intraprenditorija fost in-nisa tikkostitwixxi potenzjal għat-tkabbir u l-kompetittività fl-UE sottovalutat u mhux sfruttat biżżejjed; jistieden, għalhekk, lill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) biex jiġbor aktar dejta ta' kwalità aħjar dwar l-intraprenditorija fost in-nisa; jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lil korpi rilevanti oħra, bħal pereżempju, kmamar tal-kummerċ u tal-industrija biex jinkoraġġixxu, jippromwovu u jappoġġaw l-intraprenditorija fost in-nisa permezz tal-iffaċilitar tal-aċċess għall-kreditu, it-tnaqqas ta' burokrazija u ta' ostakoli oħra għall-bidu ta’ negozji min-nisa, l-integrazzjoni tal-perspettiva dwar is-sessi f’politiki rilevanti, il-promozzjoni tal-ħolqien ta’ ġabra unika ta’ dejta u pjattaforma ta' skambju elettroniku multilingwi għal intraprendituri soċjali nisa, u l-appoġġ reġjonali ta’ konsulenza u ta’ netwerks peer-to-peer madwar l-Ewropa kollha; |
17. |
Jemmen li l-għajnuna lin-nisa biex jirritornaw fis-suq tax-xogħol tirrikjedi politika multidimensjonali (li tinvolvi taħriġ vokazzjonali u tagħlim tul il-ħajja, u l-promozzjoni ta’ impjiegi aktar stabbli u b'mudelli tax-xogħol imfassla apposta) u jiġbed l-attenzjoni lejn il-prevalenza akbar ta’ ħinijiet tax-xogħol flessibbli; jirrimarka li t-talba għall-flessibilità hija l-akbar fost il-ħaddiema part-time, li fil-maġġoranza tagħhom huma nisa; isostni, għalhekk, li n-negozjar kollettiv huwa dritt li għandu jiġi protett, peress li dan jgħin biex tkun miġġielda d-diskriminazzjoni u biex jitħarsu u jittejbu d-drittijiet; |
18. |
Jenfasizza l-fatt li flessibilità akbar fl-arranġamenti tax-xogħol tista’ żżid l-opportunitajiet tan-nisa biex jipparteċipaw b’mod attiv fis-suq tax-xogħol, iżda jinnota, fl-istess ħin, li din il-flessibilità jista’ jkollha impatt negattiv fuq is-salarji u l-pensjonijiet tan-nisa; jiġbed l-attenzjoni, għalhekk, lejn il-ħtieġa ta' proposti speċifiċi dwar bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u jinkoraġġixxi lill-irġiel u lin-nisa biex jaqsmu r-responsabilitajiet professjonali, domestiċi u soċjali b'mod aktar omoġenju, speċjalment f’każijiet li jinvolvu għajnuna lil persuni dipendenti u kura tat-tfal; |
19. |
Jitlob lill-Istati Membri jinkludu strateġiji fi programmi ta’ żvilupp rurali biex jiżdied in-numru ta’ impjiegi għan-nisa f’żoni rurali, u b’hekk jiżgurawlhom pensjonijiet sodisfaċenti, u politiki li jippromwovu l-preżenza tan-nisa fuq fora politiċi, ekonomiċi u soċjali f’dan is-settur u li jkabbru l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs fiż-żoni rurali f’konformità mal-multifunzjonalità tal-agrikoltura; |
20. |
Jenfasizza li hemm kunsens dejjem akbar fi ħdan l-UE fir-rigward tal-ħtieġa ta' promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi permezz ta’, fost l-oħrajn, il-preżenza tan-nisa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi u ekonomiċi, li hija kwistjoni ta’ drittijiet fundamentali u ta’ demokrazija, peress li bħalissa din tirrifletti defiċit demokratiku; jilqa’, għaldaqstant, s-sistemi ta’ parità leġiżlati u l-kwoti tas-sessi introdotti f’xi Stati Membri u jistieden lill-Kunsill jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu dwar id-direttiva dwar il-bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji kkwotati sabiex il-proċess leġiżlattiv ikun jista' jitkompla malajr kemm jista’ jkun; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jinkoraġġixxu lill-Istati Membri jippermettu li n-nisa u l-irġiel ikunu jistgħu jipparteċipaw bl-istess kundizzjonijiet fl-isferi differenti tat-teħid tad-deċiżjonijiet; jitlob ukoll li l-istituzzjonijiet tal-UE jagħmlu dak kollu li hu possibbli fis-setgħa tagħhom biex jiggarantixxu l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-Kulleġġ tal-Kummissarji u fil-karigi ta’ livell għoli fl-istituzzjonijiet, l-aġenziji, l-istituti u l-korpi kollha tal-UE; |
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jeżaminaw jekk klawżoli relatati mas-sessi jistgħux jiġu inklużi fl-avviżi ta’ ħruġ ta' offerti ta' akkwist pubbliku sabiex jinkoraġġixxu n-negozji biex internament jirsistu favur l-ugwaljanza bejn is-sessi; jirrikonoxxi li l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kompetizzjoni għandha tiġi rrispettata fl-iżvilupp ta’ din l-idea; |
Ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali u l-ħajja privata
22. |
Jifraħ lill-Isvezja, il-Belġju, Franza, is-Slovenja, id-Danimarka u r-Renju Unit talli laħqu l-objettivi ta' Barċellona u jistieden lill-Istati Membri l-oħra biex ikomplu bl-isforzi tagħhom; jistieden lill-Istati Membri biex imorru lil hinn mill-objettivi ta' Barċellona u jadottaw approċċ aktar sistematiku u integrat, li għandu jiġi implimentat mill-awtoritajiet nazzjonali u lokali flimkien, fil-qasam tal-edukazzjoni u tas-servizzi ta' ndukrar preskolari, b'mod partikolari għat-tfal żgħar ħafna ta' inqas minn tliet snin; Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju kontinwu lill-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu joffru sistemi tal-indukrar tat-tfal – b’mod partikolari permezz ta’ crèches – li l-ġenituri jkunu jifilħu jħallsu għalihom, inkluż permezz tal-istabbiliment ta’ dawn il-faċilitajiet fuq il-post tax-xogħol; jemmen li billi l-bilanċ tajjeb bejn pjanijiet familjari, ħajja privata u ambizzjonijiet professjonali jista' jinkiseb biss jekk il-persuni kkonċernati jkollhom għażla ġenwinament ħielsa, f'termini ekonomiċi u soċjali, u jkunu appoġġjati permezz ta' deċiżjonijiet politiċi u ekonomiċi fuq livell tal-UE u fuq dak nazzjonali mingħajr ma jiġu penalizzati, u jekk tkun teżisti l-infrastruttura meħtieġa; jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-baġit tagħhom għall-appoġġ tat-tfal speċifikament billi jespandu n-netwerks pubbliċi tal-indukrar ta’ matul il-jum, tal-iskejjel tan-nuna u tas-servizzi pubbliċi li jipprovdu attivitajiet extrakurrikulari għat-tfal; jitlob ukoll lill-Kummissjoni tindirizza n-nuqqas ta’ faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal li wieħed ikun jiflaħ iħallas għalihom fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tagħha għall-pajjiżi (RSP); |
23. |
Jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-fatt li, minkejja li l-livell ta’ finanzjament tal-UE disponibbli (EUR 3,2 biljun mill-Fondi Strutturali għall-perjodu 2007-2013 ġie rriservat biex jgħin lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal u l-promozzjoni tal-impjieg għan-nisa), ċerti Stati Membri għamlu tnaqqis fil-baġits li qed jaffettwaw id-disponibbiltà (eż. bħala riżultat tal-għeluq tal-iskejjel tan-nuna) u l-kwalità (pereżempju bħala riżultat tat-tnaqqis tal-persunal) tas-servizzi ta’ indukrar tat-tfal u qed iġibuhom jiswew aktar; |
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jistabbilixxu liv tal-paternità bi ħlas ta' mill-inqas għaxart ijiem tax-xogħol u li jippromwovu miżuri, leġiżlattivi u mhumiex, li jagħtu lok lill-irġiel, u partikolarment lill-missirijiet, jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jiksbu bilanċ bejn il-ħajja privata u dik professjonali, fost l-oħrajn billi jippromwovu l-liv tal-ġenituri, li jkun jista' jittieħed mill-missier jew mill-omm, mingħajr ma jkun trasferibbli bejniethom, sakemm il-wild jilħaq/tilħaq età speċifika. |
25. |
Jikkundanna l-istaġnar fil-Kunsill rigward id-Direttiva dwar il-liv tal-maternità; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jerġgħu jibdew in-negozjati dwar dan u jtenni r-rieda tiegħu li jikkoopera; |
26. |
Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu servizzi għall-kura tal-persuni li m'għandhomx l-indipendenza meħtieġa biex iwettqu kompiti ta' kuljum minħabba l-fatt li m’għandhomx l-awtonomija funzjonali li jeħtieġu biex isibu bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol, tal-familja u dik personali, liema servizzi jkunu għall-but ta’ kulħadd, flessibbli, ta’ kwalità għolja u faċilment aċċessibbli; |
Il-ġlieda lill-vjolenza kontra n-nisa
27. |
Jitlob lill-Kummissjoni tħeġġeġ ir-ratifiki nazzjonali u li mill-iktar fis possibbli tagħti bidu għall-proċedura ta' adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ta' Istanbul; jinnota li l-adeżjoni immedjata tal-Istati Membri kollha mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul għandha twassal għall-iżvilupp ta’ politika integrata u għall-promozzjoni ta’ ko-operazzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ vjolenza kontra n-nisa; |
28. |
Iġedded l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta taħt l-Artikolu 84 tat-TFUE għal att leġiżlattiv li jistabbilixxi miżuri għall-promozzjoni u l-appoġġ tal-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-prevenzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, billi tappoġġja qafas politiku komprensiv u effettiv dwar il-vjolenza bbażata fuq is-sess, li tiffoka fuq il-prevenzjoni, il-prosekuzzjoni ta’ dawk li jwettqu r-reat, il-protezzjoni tal-vittmi u l-provvediment xieraq u adegwat ta' servizzi u tagħlim dwar l-ugwaljanza, u billi ddaħħal penali għall-imġiba vjolenti jew diskriminatorja lejn in-nisa; jitlob, barra minn hekk, lill-Istati Membri biex jaħdmu sistematikament fuq l-għoti ta’ setgħa lin-nisa fir-rappurtar tal-vjolenza lill-awtoritajiet, u fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ esperti li jittrattaw mal-vittmi; |
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva u b'riżorsi adegwati tal-Komunikazzjoni tagħha dwar il-qerda tal-mutilazzjoni ġenitali femminili; |
30. |
Jitlob lill-Kunsill jattiva l-klawżola “passerelle” u jadotta deċiżjoni unanima li tidentifika l-vjolenza abbażi tas-sess bħala qasam ta' reati elenkat fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE, li ġa jkopri t-traffikar tal-bnedmin u l-isfruttar sesswali tan-nisa u t-tfal; |
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tirregola aħjar is-suq diġitali bil-għan li tipproteġi n-nisa u l-bniet kontra l-vjolenza fuq l-internet; |
32. |
Jirrakkomanda li, fil-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tagħhom biex jeliminaw il-vjolenza domestika, l-Istati Membri jistabbilixxu l-obbligu li jingħata appoġġ lin-nisa migranti li m'għandhomx dokumenti eżattament bl-istess mod bħalma jingħata lin-nisa b’residenza legali, mingħajr l-ebda rekwiżit li l-istituzzjonijiet jirrappurtaw każijiet bħal dawn lill-awtoritajiet; |
33. |
Jirrakkomanda li l-Istati Membri jsaħħu s-servizzi tas-saħħa pubbliċi bla ħlas tagħhom sabiex jappoġġjaw lin-nisa kollha soġġetti għall-vjolenza, inklużi r-refuġjati, permezz, fost l-oħrajn, taż-żieda tal-kapaċità tagħhom, fejn tingħata għajnuna speċjalizzata lin-nisa ta’ nazzjonalitajiet differenti u lin-nisa b’diżabilità; |
34. |
Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li jagħmlu l-2016 is-Sena Ewropea biex tiġi miġġielda l-vjolenza fuq in-nisa permezz tal-allokazzjoni ta' biżżejjed riżorsi biex jittieħdu azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni; jisħaq, għal dan il-għan, li huwa neċessarju li jiġi pprovdut taħriġ adegwat għall-awtoritajiet u s-servizzi involuti, kif ukoll għall-professjonisti, bħalma humauffiċjali tal-pulizija, tobba, maġistrati, avukati, għalliema u kull min jista’, minħabba l-professjoni tiegħu, jagħti għajnuna lin-nisa li jkunu sfaw vittmi tal-vjolenza; |
35. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiġbor flimkien reġistru tal-ordnijiet Ewropej ta’ protezzjoni, fid-dawl tal-fatt li l-iskadenza biex l-Istati Membri jittrasponu d-Direttiva 2011/99/UE dwar l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni għalqet fil-11 ta’ Jannar 2015; |
36. |
Jirrikonoxxi li, fir-reġjuni milquta minn gwerer, il-vjolenza kontra n-nisa tirrappreżenta ksur ċar tad-drittijiet fundamentali tan-nisa u timmanifesta ruħha permezz tat-trattament umiljanti u degradanti tan-nisa; jenfasizza l-fatt li l-ugwaljanza bejn is-sessi hija essenzjali biex tinbena l-paċi, peress li hija espressjoni tal-ħtieġa li fenomeni bħal dawn li jaffettwaw lin-nisa jiġu pprevenuti u miġġielda; |
37. |
Jistieden lill-EIG, lill-ADF u lill-Eurostat biex ikomplu jiġbru data komparabbli, b'mod partikolari data armonizzata dwar il-vjolenza, biex jagħtu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni l-għodod meħtieġa biex ifasslu politiki effettivi; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jitfgħu l-attenzjoni tagħhom fuq is-sitwazzjoni fl-Istati Membri fir-rigward tal-makkinarju istituzzjonali li hemm fis-seħħ għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, bl-objettiv li jipprevjenu li dan issirlu ħsara fil-futur mill-effetti tal-kriżi ekonomika u r-riformi li li qed iġġib magħha, filwaqt li jitqies li, mingħajr tali makkinarju istituzzjonali, il-prijorità trasversali assenjata lill-ugwaljanza bejn is-sessi f’kull sfera ta’ politika, u l-mezzi speċifiċi biex din tiġi indirizzata, mhux se jissarrfu f’riżultati; |
38. |
Jistieden lill-Kummissjoni ssalvagwardja l-programm Daphne – kemm f’termini ta’ finanzjament u ta' viżibbiltà – fil-programm Drittijiet u Ċittadinanza sabiex jiġi żgurat li l-assoċjazzjonijiet li jaħdmu biex iwaqqfu l-vjolenza kontra n-nisa jkunu jistgħu jkomplu l-ħidma tagħhom; |
39. |
Jitlob, mill-ġdid, lill-Kummissjoni tistabbilixxi ċentru Ewropew għall-monitoraġġ tal-vjolenza relatata mas-sess (fuq il-mudell tal-attwali Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi), li għandu jitmexxa minn koordinatur Ewropew għall-prevenzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet; |
40. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkundanna bil-qawwa kampanji tal-midja u komunikazzjonijiet oħra li juru lill-vittmi tal-vjolenza sesswali bħala responsabbli għal dawn l-atti, peress li tali suppożizzjonijiet imorru kontra l-prinċipji bażiċi kollha tal-ugwaljanza bejn is-sessi; |
Il-ġlieda lill-isterjotipi bbażati fuq is-sess
41. |
Jiġbed l-attenzjoni għar-rwol deċiżiv li għandha l-edukazzjoni fil-ġlieda kontra l-istereotipi tas-sessi u fit-tmiem tad-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi; jenfasizza li s-subien u l-irġiel jeħtieġ li jiġu inklużi fil-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn is-sessi; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni tieħu azzjoni deċiżiva ta’ politika fil-ġlieda kontra l-isterjotipi tas-sessi u jissuġġerixxi lill-Istati Membri li jqajmu kuxjenza dwar id-drittijiet ugwali u l-opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa fis-sistemi edukattivi tagħhom; |
42. |
Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jieħdu passi biex jiżguraw li l-mezzi ta' komunikazzjoni soċjali jużaw l-ilsien b’mod mhux sessista, jiżguraw li n-nisa jipparteċipaw b’mod attiv u jkunu rappreżentati b’mod bilanċjat, u jiżguraw li jkun hemm xbihat diversi taż-żewġ sessi, li jmorru lil hinn mill-kunċetti ġenerali tal-ġmiel u l-isterjotipi sessisti tar-rwoli mwettqa f’oqsma differenti tal-ħajja, b’mod partikolari fejn il-kontenut ikun immirat lejn it-tfal u ż-żgħażagħ; |
43. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-korpi regolatorji tal-media, sabiex jagħtu attenzjoni lill-ispazju mogħti lin-nisa fil-midja, u speċjalment fuq it-televiżjoni, kemm b’mod kwantitattiv kif ukoll b’mod kwalitattiv, b’mod partikolari sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-dinjità tan-nisa, biex ma jwasslux sterjotipi tas-sessi, u biex ma jipparteċipawx fl-ipersesswalizzazzjoni tal-bniet; |
44. |
Jitlob lill-Istati Membri biex, wara l-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-isport, jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet offruti mill-isport biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, b’mod partikolari bid-definizzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni speċifiċi għall-ġlieda kontra l-isterjotipi u l-vjolenza, jiffavorixxu l-ugwaljanza fost il-professjonisti sportivi rġiel u nisa, u jippromwovu l-isport għan-nisa; |
Sfidi soċjetali
45. |
Jinnota li bosta studji juru li r-rati ta’ abort fil-pajjiżi fejn l-abort huwa legali huma simili għal dawk fil-pajjiżi li fihom huwa pprojbit, u spiss huma anke ogħla f’dawn tal-aħħar (Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 2014); |
46. |
Jinnota li l-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki dwar is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi u dwar l-edukazzjoni sesswali huma l-kompetenza tal-Istati Membri; jenfasizza, madankollu, li l-UE tista’ tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-aħjar prattika fost l-Istati Membri; |
47. |
Isostni li n-nisa għandu jkollhom kontroll fuq id-drittijiet sesswali u riprodutttivi tagħhom, b’mod partikolari permezz ta’ aċċess faċli għall-kontraċezzjoni u l-abort; jappoġġja, għalhekk, il-miżuri u l-azzjonijiet meħuda biex jittejjeb l-aċċess tan-nisa għas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttivi u biex jiżdied l-għarfien tan-nisa dwar id-drittijiet tagħhom u s-servizzi disponibbli; jistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jimplimentaw miżuri u azzjonijiet li jqajmu kuxjenza fost l-irġiel dwar ir-responsabilitajiet tagħhom fil-kwistjonijiet sesswali u riproduttivi; |
48. |
Jenfasizza l-importanza ta’ prevenzjoni attiva, politiki ta’ edukazzjoni u informazzjoni mmirati lejn l-adolexxenti mit-12-il sena ’l fuq, iż-żgħażagħ u l-adulti biex jiġi żgurat li s-saħħa sesswali u riproduttiva fost il-pubbliku tkun tajba, u b’hekk issir prevenzjoni tal-mard trażmess sesswalment u tat-tqaliet mhux mixtieqa; |
49. |
Jistieden lill-Istati Membri biex, meta jkunu qed japplikaw ir- Regolament (UE) Nru 536/2014 fi provi kliniċi ta’ prodotti mediċinali għal użu mill-bniedem, tiġi żgurata l-ugwaljanza fir-rappreżentanza tal-irġiel u n-nisa fil-provi kliniċi, b’attenzjoni speċjali għat-trasparenza dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-parteċipanti; jistieden lill-Kummissjoni biex, meta tkun qed tikkunsidra l-implimentazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, speċifikament tissorvelja l-aspetti tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; |
50. |
Ifakkar li l-UE rratifikat il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità fit-22 ta’ Jannar 2011, u li skont din il-Konvenzjoni, l-Istati Firmatarji jkollhom jintrabtu li jiżguraw u jippromwovu t-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għall-persuni b’diżabilità kollha mingħajr diskriminazzjoni ta’ kwalunkwe tip abbażi ta’ diżabilità u li jżommu lura milli jinvolvu ruħhom fi kwalunkwe att jew prattika li hija inkonsistenti mal-Konvenzjoni; |
L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fir-relazzjonijiet esterni tal-UE
51. |
Jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi b’mod vigoruż l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kuntest tar-relazzjonijiet esterni tal-UE ma’ pajjiżi terzi, sabiex b’hekk issaħħaħ l-approċċ strateġiku komprensiv tagħha fir-rigward tal-ugwaljanza; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza li tiżdied il-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali bil-ħsieb tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u t-titjib tal-għarfien tad-drittijiet tan-nisa; |
52. |
Jistieden lill-UE biex telimina l-politiki li jistabbilixxu dipendenza bejn il-membri tal-familja fil-qafas tar-riunifikazzjoni tal-familja, u jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jagħtu lin-nisa migranti status ta’ residenza awtonoma, speċjalment f’każijiet ta’ vjolenza domestika; |
53. |
Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa jiġu inklużi fil-ftehimiet ta’ sħubija kollha u fin-negozjati mal-pajjiżi li mhumiex fl-UE; |
o
o o
54. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 181, 29.6.2013, p. 4.
(2) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.
(3) ĠU L 338, 21.12.2011, p. 2.
(4) ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1.
(5) Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2011.
(6) Testi adottati, P7_TA(2014)0105.
(7) ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1.
(8) ĠU L 68, 18.3.2010, p. 13.
(9) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.
(10) ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.
(11) ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1.
(12) ĠU L 359, 19.12.1986, p. 56.
(13) ĠU L 6, 10.1.1979, p. 24.
(14) Testi adottati, P7_TA(2013)0375.
(15) Testi adottati, P7_TA(2013)0073.
(16) Testi adottati, P7_TA(2013)0247.
(17) Testi adottati, P7_TA(2013)0074.
(18) Testi adottati, P7_TA(2013)0045.
(19) ĠU C 353 E, 3.12.2013, p. 47.
(20) ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 75.
(21) ĠU C 341 E, 16.12.2010, p. 35.
(22) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 65.
(23) ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 1.
(24) ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 134.
(25) ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 26.
(26) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 77.
(27) ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 79.
(28) ĠU C 67 E, 18.3.2010, p. 31.
(29) Testi adottati, P7_TA(2014)0162.
(30) ĠU C 233 E, 28.9.2006, p. 130.
(31) Testi adottati, P7_TA(2014)0126.
(32) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.
(33) Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (COM(2013)0861).
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/15 |
P8_TA(2015)0051
Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2015 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE (2014/2158(INI))
(2016/C 316/02)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2014 dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni għall-2013 (COM(2014)0249) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2014)0148), |
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikoli 101-109 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 169/2009 tas-26 ta' Frar 2009 li japplika r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni (2), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/104/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (3), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-kwantifikazzjoni tal-ħsara fl-azzjonijiet għad-danni bbażati fuq il-ksur tal-Artikolu 101 jew 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (4), |
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-4 ta' Frar 2011 bit-titolu “Konsultazzjoni pubblika: Lejn Approċċ Ewropew Koerenti għal Rimedju Kollettiv” (SEC(2011)0173), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ġunju 2013 bit-titolu “Lejn Qafas Orizzontali Ewropew għal Rimedju Kollettiv” (COM(2013)0401), |
— |
wara li kkunsidra rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/396/UE tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar prinċipji komuni għall-mekkaniżmi tar-rimedju kollettiv inġuntiv u kompensatorju fl-Istati Membri fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet mogħtija skont il-Liġi tal-Unjoni (5), |
— |
wara li kkunsidra l-istudju ppubblikat f'Ġunju 2012 mid-Dipartiment Tematiku tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni bl-isem “Collective redress in Antitrust” (Rimedju Kollettiv fl-Antitrust), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ġunju 2013 ippubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Kawża AT.39740 – Google (6), |
— |
wara li kkunsidra l-impenji offruti lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Kawża COMP/39.398 – Visa MIF, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (7) (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet), |
— |
wara li kkunsidra l-konsultazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2013 dwar kontroll tal-UE fuq il-fużjoni – abbozz rivedut ta' proċedura simplifikata u regolament ta' implimentazzjoni dwar il-fużjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Ottubru 2008 dwar l-applikazzjoni ta' regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja preżenti (8) (il-Komunikazzjoni Bankarja), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2008 bit-titolu "Ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja preżenti: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u protezzjoni kontra distorsjonijiet ta' kompetizzjoni mhux mistħoqqa (9) (il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Frar 2009 dwar it-Trattament ta' Assi indeboliti fis-Settur Bankarju tal-Komunità (10) (il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2009 fuq ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta' miżuri ta' ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (11) (il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar qafas temporanju [Komunitarju] għal miżuri ta' għajnuna mill-Istat biex isostnu l-appoġġ għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali (12) (il-Qafas Temporanju oriġinali), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Diċembru 2010 bit-titolu “Qafas temporanju tal-Unjoni għal miżuri ta' għajnuna mill-Istat biex isostnu l-appoġġ għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali” (13) (il-Qafas Temporanju ġdid li jissostitwixxi dak li spiċċa fil-31 ta' Diċembru 2010), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta' Awwissu 2013, tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat għall-appoġġ ta' miżuri favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (14) (il-Komunikazzjoni Bankarja), |
— |
wara li kkunsidra d-dokument dwar kwistjonijiet mill-Kummissjoni għall-attenzjoni tal-KEF dwar ir-reviżjoni tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għar-ristrutturar tal-banek, |
— |
wara li kkunsidra l-istudju ta' Ġunju 2011 mid-Dipartiment Tematiku tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni bit-titolu “State aid – Crisis rules for the financial sector and the real economy” (“Għajnuna mill-Istat – Regoli dwar il-kriżi għas-settur finanzjarju u l-ekonomija reali”), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornituri ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (15), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta' Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati mill-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (16), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku (2011)” (17), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta' April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil intrapriżi li jipprovdu servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (18), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2011 dwar ir-Riforma tar-Regoli tal-UE dwar l-Għajnuna mill-Istat għal Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali (19), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-9 ta' Frar 2012 bit-titolu “Il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (SAM)” (COM(2012)0209), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat (20), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-30 ta' Lulju 2012 għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta' Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċerti kategoriji ta' Għajnuna mill-Istat orizzontali u r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq (COM(2012) 0730), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-5 ta' Lulju 2012 għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 659/1999 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (COM(2012) 0725), |
— |
wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuniet mill-Istat għall-impriżi ferrovjarji (21), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-politika reġjonali bħala parti minn skemi usa' ta' għajnuna mill-Istat (22), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (23) (minn issa 'l quddiem “il-Ftehim Qafas”), b'mod partikolari l-paragrafi 9, 12, 15 u 16 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-22 ta' Frar 2005 dwar ir-Rapport Nru XXXIII tal-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni – 2003 (24), tal-4 ta' April 2006 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2004 (25), tad-19 ta' Ġunju 2007 dwar ir-Rapport rigward il-Politika tal-Kompetizzjoni 2005 (26), tal-10 ta' Marzu 2009 dwar ir-Rapporti dwar il-politika tal-kompetizzjoni għall-2006 u l-2007 (27), tad-9 ta' Marzu 2010 dwar ir-Rapport dwar il-Politika dwar il-Kompetizzjoni 2008 (28), tal-20 ta' Jannar 2011 dwar ir-Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2009 (29), tat-2 ta' Frar 2012 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni (30), tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE (31) u tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE (32), |
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-20 ta' Ġunju 2013 bit-titolu “Towards more effective merger control” (“Lejn kontroll aktar effikaċi fuq il-fużjoni”), |
— |
wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tad-9 ta' Lulju 2014 bit-titolu “Towards more effective merger control” (“Lejn kontroll aktar effikaċi fuq il-fużjoni”), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2014 dwar ftehimiet ta' kooperazzjoni tal-UE dwar l-infurzar tal-politika tal-kompetizzjoni – it-triq 'il quddiem (33), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-6 ta' Novembru 2014 mill-Kummissarju għall-Kompetizzjoni, Margrethe Vestager, dwar l-investigazzjonijiet ta' għajnuna fiskali mill-Istat, |
— |
wara li kkunsidra t-Tabella Diġitali tal-2014 tal-Kummissjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 52 u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0019/2015), |
A. |
billi hemm xi setturi fi ħdan is-suq uniku li għadhom maqsuma minn fruntieri nazzjonali u minn ostakoli artifiċjali, u fl-istess ħin hemm prattiki inkwetanti bħad-dumping soċjali jew l-użu ħażin ta' fondi strutturali li jqajmu tħassib u li għandhom jiġu indirizzati wkoll fi ħdan il-qafas tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE; billi l-kompetizzjoni ma toperax b'mod ugwalment sodisfaċenti fl-Istati Membri kollha; |
B. |
billi l-politika tal-kompetizzjoni hija, fiha nnifisha, għodda li tissalvagwarda d-demokrazija Ewropea, minħabba li timpedixxi l-konċentrazzjoni eċċessiva tal-poter ekonomiku u finanzjarju fi ftit idejn, ħaġa li tista' ddgħajjef il-kapaċità tal-awtoritajiet politiċi Ewropew li jieħdu azzjoni li tkun indipendenti mill-gruppi industrijali u bankarji kbar; |
C. |
billi l-politika tal-kompetizzjoni bbażata fuq kundizzjonijiet ekwi fis-setturi kollha hija pedament tal-ekonomija tas-suq soċjali Ewropew, kif ukoll għodda essenzjali biex tiżgura l-funzjonament tajjeb ta' suq intern dinamiku, effiċjenti, sostenibbli u innovattiv, biex tmexxi t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi, u biex tkun kompetittiva fix-xena globali; billi għalhekk il-kriżi ekonomika u finanzjarja m'għandhiex tkun pretest biex jiġi llaxkat l-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni; |
D. |
billi kull sena jiġi akkumulat telf ta' EUR 181-320 biljun – madwar 3 % tal-PDG tal-UE – minħabba l-eżistenza ta' kartelli; |
E. |
billi l-ekwivalenti ta' EUR 1,6 triljun ingħata f'għajnuna mill-Istat lil banek fl-UE matul il-perjodu mill-2008 sa tmiem l-2011; |
F. |
billi huwa stmat li l-evażjoni tat-taxxa, il-frodi tat-taxxa u r-rifuġji fiskali qed jiswew lill-kontribwenti tal-UE s-somma ta' EUR 1 triljun kull sena fi dħul mitluf, distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq uniku bejn dawk il-kumpaniji li jħallsu t-taxxi u dawk li ma jħallsux; |
G. |
billi ċ-ċittadini Ewropej iridu li jkollhom servizzi pubbliċi affordabbli u ta' kwalità għolja; |
H. |
billi l-applikazzjoni stretta tal-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni hija primarjament ta' benefiċċju għall-konsumatur, filwaqt li n-nuqqas ta' kompetizzjoni twassal għal allokazzjoni żbaljata ta' riżorsi u għal produttività aktar baxxa; |
I. |
billi f'termini ta' spejjeż tal-enerġija s-suq uniku Ewropew għandu prestazzjoni agħar minn dak tal-Istati Uniti, b'dispersjoni fil-prezzijiet ta' 31 % meta mqabbla ma' 22 % fl-Istati Uniti; |
J. |
billi l-ħolqien ta' “passaport ta' amministrazzjoni tas-suq uniku” għandu jnaqqas id-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni u l-frammentazzjoni tas-suq uniku, u jtejjeb il-potenzjal ta' tkabbir tal-ekonomija Ewropea; |
K. |
billi l-iżvilupp b'suċċess tal-SMEs f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ħielsa huwa wieħed mill-aktar prekondizzjonijiet essenzjali għall-ħolqien tax-xogħol, it-tkabbir sostenibbli, l-innovazzjoni u l-investiment; billi f'bosta Stati Membri l-SMEs, li jirrappreżentaw 98 % tal-impriżi tal-UE, qed ikunu affettwati minn kriżi finanzjarja serja; |
L. |
billi l-moviment ħieles tal-merkanzija, tas-servizzi, tal-persuni u tal-kapital huwa essenzjali għat-tkabbir Ewropew; billi l-protezzjoniżmu jista' jillimita l-prospetti ta' tkabbir fuq terminu twil tal-industriji domestiċi; |
M. |
billi t-tul ta' żmien ta' kartelli mhux skoperti jvarja bejn 6 sa 14-il sena minn meta jkunu bdew u billi dan jaffettwa l-ekonomija b'piż ogħla fuq il-klijenti u finalment fuq il-konsumaturi; |
N. |
billi l-privattiva unitarja tal-UE hija pass 'il quddiem biex jitlesta s-suq uniku u billi l-Istati Membri kollha għandhom jipparteċipaw fiha; |
O. |
billi l-pubblikazzjoni tal-hekk imsejħa dokumenti “LuxLeaks” mill-Konsorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti Investigattivi tiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li ssir investigazzjoni bir-reqqa u indipendenti tal-prattiki b'rabta ma' deċiżjonijiet dwar it-taxxa tal-Istati Membri u l-konformità tagħhom mar-regoli ta' kontroll dwar l-għajnuna mill-Istat tal-UE; billi l-indipendenza tad-DĠ Kompetizzjoni hija tal-ogħla importanza biex jinkisbu dan l-għan kif ukoll għanijiet oħra jinkisbu b'suċċess; |
Kummenti ġenerali
1. |
Jilqa' l-fatt li d-dimensjoni ekonomika tal-UE fil-Trattati hija stabbilita bħala “ekonomija tas-suq miftuħa b'kompetizzjoni ħielsa”; jenfasizza li hi meħtieġa attenzjoni akbar biex tkun promossa l-kompetizzjoni sabiex jinkisbu l-għanijiet ambizzjużi dwar l-impjiegi, it-tkabbir, l-investimenti u l-kompetittività globali tal-ekonomija Ewropea, peress li hija kompetizzjoni sostenibbli u effikaċi li tmexxi l-investimenti u l-benefiċċji għall-utent aħħari u tixpruna lill-ekonomija; jenfasizza r-rwol essenzjali tal-infurzar tal-politika tal-kompetizzjoni biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi li jħeġġu l-innovazzjoni, il-produttività, il-ħolqien tal-impjiegi u l-investiment mill-parteċipanti kollha fis-suq uniku u fil-mudelli kollha tan-negozju, inkluż l-SMEs, b'rispett sħiħ tad-differenzi nazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni tinforza r-regoli dwar l-antitrust, l-għajnuna mill-Istat u l-kontroll tal-fużjonijiet sabiex jinkisbu suq intern li jiffunzjona tajjeb u progress soċjali; |
2. |
Huwa tal-fehma li l-iżgurar ta' kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji fis-suq intern jiddependi wkoll mill-ġlieda kontra d-dumping soċjali u l-implimentazzjoni tad-dritt soċjali u ambjentali Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni tqis l-impatti soċjali u tax-xogħol tal-interventi tagħha fil-qasam tal-għajnuna mill-istat, speċjalment f'dawk ir-reġjuni b'livelli għolja ta' qgħad, billi tintegra din l-analiżi fid-deċiżjonijiet tagħha; |
3. |
Jenfasizza l-bżonn li jittieħdu miżuri xierqa fil-qasam tal-kompetizzjoni u tat-tassazzjoni bħala għajnuna biex il-gruppi industrijali u l-SMEs Ewropej ikunu jistgħu jiffaċċjaw il-globalizzazzjoni; |
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika żbilanċi possibbli bejn l-Istati Membri li jistgħu joħolqu distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, kif ukoll tidentifika l-kawżi u l-impatt ekonomiku tagħhom; |
5. |
Jenfasizza li l-politika tal-kompetizzjoni għandha rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-approċċ olistiku lejn is-suq uniku li għandu l-għan li jindirizza l-isfidi ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta b'mod effikaċi l-ħtiġijiet taċ-ċittadini, tal-konsumaturi u tal-SMEs billi tqiegħed it-tħassib tagħhom fil-qofol tal-proċess deċiżjonali sabiex il-politiki proposti tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu jipprovdu valur miżjud għaċ-ċittadini Ewropej; |
6. |
Itenni li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-allokazzjoni mill-ġdid ta' riżorsi minn linji baġitarji skaduti jew sottoutilizzati lid-DĠ Kompetizzjoni; jirrimarka li l-Kummissjoni trid tingħata r-riżorsi xierqa ta' persunal biex iżżid u tapprofondixxi b'mod sinifikattiv l-investigazzjonijiet tagħha dwar l-għajnuna fiskali mill-Istat bħad-deċiżjonijiet dwar it-taxxa u l-evitar tat-taxxa biex tagħti lill-politika tal-kompetizzjoni pożizzjoni proattiva suffiċjenti; jemmen li l-Kummissjoni jeħtieġ ikollha wkoll riżorsi legali profiċjenti biex tkompli tidentifika lakuni li sirna konxji minnhom permezz tar-rivelazzjoni tal-iskemi tat-taxxa mmirati li kienu fil-prattika f'diversi Stati Membri; jirrakkomanda, b'mod partikolari, it-tisħiħ tal-unità tal-għajnuna fiskali mill-Istat tad-DĠ Kompetizzjoni, fid-dawl tar-rivelazzjonijiet LuxLeaks; |
7. |
Jistenna l-iżvelar imminenti tal-eżerċizzju ta' rendikont tal-Kummissjoni wara għaxar snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-liġi tal-kompetizzjoni u jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lill-Parlament Ewropew fl-inizjattivi kollha segwenti; jistieden lill-Kummissjoni tadotta miżuri xierqa biex tallinja r-Regolament mas-sitwazzjoni legali ġodda, b'mod partikolari b'konsegwenza tal-adozzjoni tad-Direttiva dwar Azzjonijiet għad-Danni; |
8. |
Ifakkar lill-Kummissjoni li l-kwistjoni tal-indipendenza tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali għandha tiġi ssorveljata mill-qrib; |
9. |
Jinsisti fuq il-fatt li l-istrumenti tal-politika tal-kompetizzjoni m'għandhomx jintużaw ħażin b'mod li jippermettu l-implimentazzjoni ta' miżuri fiskali; jinkoraġġixxi l-Kummissjoni biex tesprimi b'mod ċar it-tħassib tagħha fil-qasam tat-tassazzjoni; |
10. |
Jemmen li l-prinċipji bażiċi u l-linji gwida ewlenin tal-politika tal-kompetizzjoni fil-futur għandhom ikunu mfasslin u adottati b'kooperazzjoni iktar mill-qrib mal-Parlament, sabiex tiżdied il-leġittimità demokratika tal-awtorità tal-kompetizzjoni; |
11. |
Jikkondividi l-approċċ komuni segwit fil-proċess ta' modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, bl-għan li tiġi promossa aktar effikaċja fin-nefqa pubblika f'kuntest ta' marġini baġitarji limitati, b'mod speċjali fl-Istati Membri li ntlaqtu bl-agħar mod mill-kriżi; |
12. |
Jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni effiċjenti tal-politika tal-kompetizzjoni teħtieġ interpretazzjoni ġudizzjarja koerenti u konsistenti; |
13. |
Jinnota li l-Kummissjoni Ewropea qed tiddependi dejjem iżjed minn deċiżjonijiet ta' impenn; jemmen, madankollu, li huma meħtieġa aktar trasparenza dwar is-sustanza tal-allegazzjonijiet u t-twaqqif ta' numru ogħla ta' preċedenti legali; iqis li b'mod partikolari dan japplika għal każijiet li jindirizzaw kwistjonijiet ta' antitrust f'oqsma ġodda, bħas-swieq għall-prodotti diġitali, li fihom il-kumpaniji jistgħu jsibuha diffiċli biex jivvalutaw jekk imġiba partikolari tikkostitwixxix ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni; |
14. |
Jemmen li sabiex tiġi żgurata aktar trasparenza u jittaffew uħud mill-iżvantaġġi tad-deċiżjonijiet ta' impenn, filwaqt li jinżammu l-benefiċċji ewlenin tagħhom, id-dettall sħiħ tal-oġġezzjonijiet indirizzati mill-Kummissjoni lill-konvenuti għandu jiġi ppubblikat; |
Għajnuna mill-Istat u Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali (SIEĠ)
15. |
Jinnota li s-SIEĠ jirrappreżentaw sehem sinifikanti mill-forniment totali tas-servizzi fl-Istati Membri, u jsostni li l-forniment aktar effiċjenti tagħhom (meta mqabbel ma' servizzi oħrajn) jista' jwassal għal kisbiet sinifikanti; jafferma mill-ġdid l-importanza tad-denominazzjoni tas-SIEĠ għas-servizzi aċċessibbli universalment li huma ta' sinifikat vitali għaċ-ċittadini Ewropej, mill-kura tas-saħħa għas-sigurtà soċjali għall-provvista tal-akkomodazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin jenfasizza r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tiżgura li l-kumpens mogħti lis-SIEĠ ikun kompatibbli mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat; |
16. |
Itenni li l-Fondi Strutturali tal-UE ma jistgħux jintużaw b'mod li direttament jew indirettament jappoġġaw ir-rilokazzjoni ta' servizzi jew tal-produzzjoni lejn Stati Membri oħra; |
17. |
Jemmen li għandha ssir aktar investigazzjoni fil-klabbs sportivi (partikolarment fil-klabbs tal-futbol) li għandhom jagħtu somom ta' miljuni lill-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali, somom li għadhom ma ħallsux jew li ma ġewx reklamati mill-gvern, peress li de facto dan jista' jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat; |
18. |
Jenfasizza l-importanza li jiġu vvalutati l-effetti kumulattivi tat-tassazzjoni fuq l-impriżi u tal-għajnuna mill-istat; |
Antitrust u kartelli
19. |
Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja bir-reqqa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva mill-Istati Membri u tiżgura l-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet tagħha fl-Unjoni kollha; |
20. |
Itenni t-tħassib tiegħu li l-użu ta' multi bħala l-unika sanzjoni disponibbli tista' ma tkunx effikaċi biżżejjed; jerġa' jitlob li jiġu żviluppati strumenti aktar sofistikati li jżidu l-effikaċja tas-sistema ta' penalitajiet; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tqis reviżjoni ġenerali tal-Linji Gwida dwar il-Multi tagħha tal-2006 u jitlob li dawk il-linji gwida jkunu integrati fir-Regolament (KE) Nru 1/2003; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-possibbiltà li tikkomplementa l-multi lill-kartelli b'sanzjonijiet individwali bħall-multi individwali u l-iskwalifika ta' diretturi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-kumpaniji li jiksru l-liġi ma jsofrux konsegwenzi negattivi lil hinn minn azzjoni ta' rimedju proporzjonata għall-ksur li jkun sar; |
21. |
Jitlob lill-Kummissjoni toħloq task forces speċjali trans-DĠ maħsuba biex jimmonitorjaw is-setturi li fihom il-karatteristiċi strutturali (bħal ostakoli kbar għad-dħul jew spejjeż għoljin biex jibdlu l-klijenti) jagħmlu l-ksur tal-antitrust aktar probabbli; |
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni tgħin biex jitwaqqaf mekkaniżmu istituzzjonali li jiżgura li kull darba li awtorità nazzjonali tieħu deċiżjoni tal-antitrust, isir kontroll ta' segwitu awtomatiku fejn il-Kummissjoni teżamina jekk kwistjonijiet simili jaffettwawx is-swieq ġeografiċi differenti fl-Ewropa kolllha fejn il-kumpaniji sanzjonati huma wkoll attivi; |
23. |
Jappoġġa l-kooperazzjoni li għaddejja fin-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni (NEK) li tippermetti koerenza fl-UE kollha fil-qasam tal-infurzar pubbliku tar-regoli tal-kompetizzjoni u jħeġġeġ l-iżvilupp ulterjuri tagħha; |
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi proċeduri ċari dwar l-iskedi u l-iskadenzi sabiex jitħaffef il-proċess tal-investigazzjoni u jiġu evitati estensjonijiet mhux ġustifikati; jitlob drittijiet formali għall-vittmi u l-partijiet kollha involuti f'każijiet ta' antitrust u ta' kartelli, b'enfasi xierqa fuq il-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza; |
25. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi valutazzjoni legali u ekonomika komprensiva ta' każijiet ta' antitrust u ta' kartelli, partikolarment fis-swieq li jinbidlu malajr, sabiex ikun hemm fehim ċar tal-istruttura tas-suq u tat-tendenzi tas-suq u jistedinha tieħu miżuri xierqa li jipproteġu l-konsumaturi; |
26. |
Jinnota li l-politika tal-kompetizzjoni għandha tkun iffukata b'mod partikolari fuq il-ħarsien tal-konsumaturi, it-titjib tal-benessri tal-konsumatur, it-tħeġġiġ tal-innovazzjoni u l-istimular tat-tkabbir ekonomiku; |
27. |
Jappella, f'dan ir-rigward, biex ikunu indikati l-kundizzjonijiet li taħthom il-kumpaniji prinċipali, li jeżerċitaw ċerta influwenza fuq il-kumpaniji sussidjarji tagħhom, iżda li mhumiex involuti direttament fi ksur tal-liġi, jinżammu responsabbli in solidum għal ksur tal-antitrust min-naħa tal-kumpaniji sussidjarji tagħhom; |
28. |
Itenni, fir-rigward tar-reċidiva, it-talba li tiġi stabbilita relazzjoni ċara bejn il-ksur tal-liġi li jkunu qed jiġi investigat minn naħa waħda u l-ksur tal-liġi mwettaq fil-passat mill-kumpanija kkonċernata min-naħa l-oħra; |
29. |
Jirrikonoxxi li l-għadd ta' applikazzjonijiet għal tnaqqis ta' multi minħabba n-nuqqas ta' likwidità żdied, b'mod partikolari għal impriżi ta' “monoprodotti” u SMEs; itenni l-ħtieġa li l-linji gwida dwar il-multi jiġu adattati fir-rigward ta' impriżi ta' “monoprodotti” u SMEs; |
30. |
Jemmen li d-dominanza fis-suq permezz tat-tkabbir, l-innovazzjoni u s-suċċess bħala tali mhijiex problema għall-kompetizzjoni; madankollu jikkunsidra l-abbuż ta' pożizzjoni dominanti fis-suq bħala problema serja għall-kompetizzjoni; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex iżżomm l-indipendenza u l-oġġettività fil-proċeduri relatati mal-kompetizzjoni; |
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta b'determinazzjoni t-tħassib identifikat kollu fl-investigazzjonijiet attwali dwar l-antitrust u tadotta l-miżuri neċessarji kollha sabiex ittemm il-prattiki dannużi u tistabbilixxi mill-ġdid il-kompetizzjoni ġusta; |
Kontroll tal-fużjonijiet
32. |
Jaqbel li l-kontroll effikaċi tal-fużjonijiet huwa strument importanti għall-infurzar tal-kompetizzjoni peress li jikkontribwixxi għaż-żamma ta' pressjoni kompetittiva fuq il-parteċipanti fis-suq; |
33. |
Jistieden lill-Kummissjoni toqgħod attenta għal dawk il-każijiet fejn eżatt wara li sseħħ il-fużjoni, il-prezzijiet għall-konsumatur jogħlew jew ikun hemm tnaqqis rilevanti fil-kwalità tal-prodott; |
34. |
Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2013 dwar is-simplifikazzjoni tal-fużjoni u l-proposti ppreżentati fl-aħħar White Paper (34) tagħha, iżda jitlob li jitfasslu definizzjonijiet aktar ċari dwar il-kunċetti tas-sehem tas-suq u tal-poter fis-suq, jew id-definizzjoni tas-suq; |
35. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi eżaminat jekk il-prassi eżistenti tal-kontroll tal-fużjoni tiħux kont tal-internazzjonalizzazzjoni tas-swieq, b'mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni spazjali tas-swieq; jemmen li l-Kummissjoni għandha tieħu kont tar-riżultati ta' tali skrutinju fil-kuntest tar-reviżjoni tar-regoli dwar il-kontroll tal-fużjonijiet; |
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni teżamina bir-reqqa jekk fil-fatt hemmx lakuni regolatorji fir-rigward tar-responsabbiltà tal-Kummissjoni għall-eżami tal-ishma minoritarji li ma jikkontrollawx; |
Żviluppi settorjali
L-enerġija u l-ambjent
37. |
Jenfasizza l-importanza tal-affordabbiltà, is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija għall-ekonomija Ewropea u l-kompetittività tagħha; iqis li l-politika tal-kompetizzjoni trid tikkunsidra dan it-triangolu ta' objettivi meta tindirizza l-frammentazzjoni attwali tas-suq, meta tiżgura l-implimentazzjoni korretta u f'waqtha tat-tielet pakkett tal-liberalizzazzjoni għall-gass u l-elettriku, meta tħeġġeġ is-separazzjoni ta' servizzi bl-ingrossa minn servizzi bl-imnut sabiex timpedixxi prattiki antikompetittivi, u meta tagħti kontribut għal provvista tal-enerġija affordabbli għall-konsumaturi u l-impriżi; jirrikonoxxi li l-“Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Ħarsien Ambjentali u l-Enerġija” l-ġodda tal-Kummissjoni jistgħu jirrestrinġu l-isforzi ta' wħud mill-Istati Membri biex jippromwovu l-enerġija rinnovabbli; jenfasizza li r-regolament dwar l-għajnuna mill-Istat għal sorsi ta' enerġija sostenibbli jridu, sal-akbar limitu possibbli, isiru fl-istess spirtu bħal kwalunkwe settur ieħor, filwaqt li jitqiesu l-miri tal-UE għall-2030 fil-qasam tal-klima u l-enerġija kif ukoll id-differenzi nazzjonali; |
38. |
Jenfasizza l-importanza li jiġu evitati prattiki monopolistiċi sabiex jinkiseb suq tal-enerġija Ewropew kompletament ġust u kompetittiv; jitlob, f'dan ir-rigward, għall-eliminazzjoni tal-fornituri monopolistiċi u l-prattiki diskriminatorji fuq l-utenti; iqis li s-suq Ewropew tal-gass għandu jevolvi lejn Unjoni ta' Enerġija bi prezzijiet ekwi u stabbli billi tittejjeb id-diversifikazzjoni tas-sorsi ta' enerġija tiegħu u jissaħħaħ l-aċċess għall-infrastrutturi strateġiċi; |
39. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga u tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li l-interkonnetturi eżistenti tal-elettriku jsiru kompletament disponibbli għas-suq tal-enerġija mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni (TSOs) sabiex tittejjeb il-funzjoni tas-suq intern tal-elettriku u sabiex jiġi appoġġat it-twettiq tal-miri tal-UE għall-2030 fil-qasam tal-klima u l-enerġija bi prezz soċjoekonomiku l-aktar baxx possibbli fil-livell tal-Unjoni; |
40. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi rappurtar tar-riżervi ta' fjuwils fossili u l-emissjonijiet tas-CO2 potenzjali minn kumpaniji elenkati u dawk li japplikaw għall-elenkar fi ħdan is-suq uniku, kif ukoll tagħmel rappurtar ambjentali korrett u affidabbli b'mod globali u tippubblika l-livelli tar-riżervi u tal-emissjonijiet li jużaw il-linji gwida xierqa tal-kontabilità għaliex dan hu essenzjali biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq ta' investiment sostenibbli; |
41. |
Jistieden lill-Kummissjoni teżamina sa liema punt il-konċentrazzjoni ta' fornituri tal-materja prima kritika tista' toħloq kundizzjonijiet mhux ekwi, tkun ta' ħsara għall-attività ta' setturi klijenti u ma tkunx favur ekonomija aktar ekoeffiċjenti; iqis li xi wħud minn dawn il-materjali huma ta' importanza kbira għall-użu ta' teknoloġiji ekoeffiċjenti u ta' innovazzjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-miri ambjentali; |
42. |
Itenni li l-politika tal-kompetizzjoni għandha tikkontribwixxi biex tippromwovi t-trasparenza, standards miftuħa u l-interoperabbiltà biex jiġi evitat li jkun hemm irbit teknoloġiku tal-konsumaturi u tal-klijenti ma' kwalunkwe parteċipant tas-suq fis-settur tal-enerġija; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib il-livell ta' kompetizzjoni billi l-ikbar tliet parteċipanti għadhom jirrappreżentaw madwar 75 % tas-suq tal-elettriku u 'l fuq minn 60 % tas-suq tal-gass minkejja l-ftuħ progressiv tas-swieq f'nofs is-snin disgħin; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura kompetizzjoni xierqa fis-suq tal-enerġija sabiex jitjiebu l-appoġġ mill-Istat għall-innovazzjoni u l-aċċess għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli; |
43. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-regolamenti u d-direttivi dwar l-enerġija jkunu trasposti u applikati b'mod tajjeb fl-Istati Membri kollha; jistieden lill-Kummissjoni tkun partikolarment viġilanti fuq il-prezzijiet meta jaqbżu l-medja tal-UE, peress li l-prezzijiet għolja jxekklu l-kompetizzjoni u jkunu ta' dannu għall-konsumaturi; |
It-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) u l-midja
44. |
Jemmen li s-Suq Uniku Diġitali jrid jinżamm fil-qalba tal-isforzi tal-UE biex jinkisbu riżultati fl-għanijiet tal-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment; jirrikonoxxi r-rwol tal-politika tal-kompetizzjoni fit-twettiq ta' Suq Uniku Diġitali; jemmen li l-qafas leġiżlattiv tal-UE jeħtieġ li jkun aġġustat malajr għall-iżviluppi tas-suq; jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-kapaċità tal-istrumenti relatati mal-liġi dwar il-kompetizzjoni li jilħqu d-domanda tal-era diġitali; jemmen li l-prijoritajiet stabbiliti fir-Rapport “Priorities towards a Digital Single Market in the Baltic Sea Region” (“Prijoritajiet għal Suq Uniku Diġitali fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku”) jistgħu jsiru ambizzjonijiet għall-UE kollha; |
45. |
Jilqa' l-fatt li l-Kummissarju għall-Kompetizzjoni ħabbret investigazzjonijiet ulterjuri mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-prattiki antikompetittivi ta' Google fis-settur mobbli u fis-suq diġitali b'mod ġenerali; jiddispjaċih li, minkejja erba' snin ta' investigazzjoni u tliet settijiet ta' proposti ta' impenn, il-Kummissjoni ma waslet għal ebda riżultat li jindirizza t-tħassib ewlieni tal-kompetizzjoni fil-kawża ta' antitrust tagħha kontra Google, i.e. it-trattament preferenzjali minn Google fir-rigward tas-servizzi tiegħu huwa u juri r-riżultati tat-talbiet għal tiftix; jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni ssolvi b'mod urġenti l-każ ta' Google sabiex tiżgura kundizzjonijiet ekwi jekk l-istrateġija tagħha tal-Aġenda Diġitali trid tibqa' kredibbli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taġixxi b'mod deċiżiv fuq it-tħassib kollu li ġie identifikat, tieħu miżuri sodi abbażi tal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni kontra ksur tal-kompetizzjoni fi swieq diġitali dinamiċi u li jinbidlu malajr bħat-tiftix onlajn u s-swieq tar-reklamar, u ssib soluzzjoni fuq terminu twil għal struttura ta' tiftix fuq l-internet li tkun bilanċjata, ġusta u trasparenti; |
46. |
Jitlob lill-Kummissjoni tiffoka fuq l-għodda ta' mobilizzazzjoni tal-politika tal-kompetizzjoni u tal-għarfien espert tas-suq sabiex dawn jikkontribwixxu, kif xieraq, għall-aġenda tal-impjiegi u t-tkabbir, inkluż fil-qasam tas-suq uniku diġitali; f'dan il-kuntest, jemmen li hu importanti li jibqa' jkun żviluppat approċċ ekonomiku u legali għall-valutazzjoni tal-kwistjonijiet tal-kompetizzjoni u li tkun żviluppata aktar is-sorveljanza tas-suq b'appoġġ għall-attivitajiet aktar wiesgħa tal-Kummissjoni; |
47. |
Jenfasizza li, fil-ġenerazzjoni li jmiss tas-settur tal-broadband, il-monopolji ta' qabel għandhom sehem kbir ħafna ta' aktar minn 80 % fis-suq; ifakkar li kompetizzjoni effikaċi hija l-aqwa mutur għal investimenti effiċjenti u tipprovdi benefiċċji massimi għall-konsumaturi fir-rigward tal-għażla, il-prezz u l-kwalità; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura li jkunu applikati b'mod xieraq regoli ex post u ex ante tal-kompetizzjoni tal-UE sabiex jiġu evitati konċentrazzjoni eċċessiva tas-suq u abbuż tad-dominanza, minħabba li l-pressjoni kompetittiva hija essenzjali biex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu jistgħu jibbenefikaw kemm jista' jkun minn servizzi ta' kwalità għolja bi prezzijiet raġonevoli; |
48. |
Jenfasizza li l-limitazzjoni tal-kompetizzjoni x'aktarx li ma twassalx għal aktar investimenti fil-broadband, anki f'żoni remoti, billi kopertura sħiħa ta' servizzi bażiċi ta' broadband inkisbet fl-Ewropa permezz ta' qafas regolatorju li jiżgura aċċess għal netwerks ta' operaturi dominanti; |
49. |
Jemmen li l-investiment fl-infrastruttura tal-broadband tal-ġenerazzjoni li jmiss huwa ċar li għandu fil-mira l-kisba ta' ekonomija u ta' soċjetà diġitali, iżda sabiex jiġu mmassimizzati l-investimenti, il-politiki tat-telekomunikazzjoni għandhom jippermettu lill-parteċipanti kollha li jagħmlu investimenti effiċjenti billi jipprovdulhom aċċess effikaċi għal assi ta' netwerks mhux duplikabbli u prodotti ta' aċċess għalll-ingrossa li jkunu tajbin biżżejjed; |
50. |
Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha u l-proposti ta' politika fuq analiżi bir-reqqa u imparzjali ta' settijiet tad-data korretti, rilevanti u indipendenti; jenfasizza b'mod partikolari d-dubji dwar il-korrettezza tad-data ppreżentata li tirrigwarda l-prestazzjoni mhux tant għolja tal-UE fil-broadband b'veloċità għolja inklużi l-veloċitajiet li jirċievu l-utenti finali, l-investimenti infrastrutturali u l-istat finanzjarju tas-settur fi tqabbil globali; |
51. |
Ifakkar li n-newtralità tal-internet hija tal-ikbar importanza sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn is-servizzi tal-Internet u li l-kompetizzjoni tiġi ggarantita bis-sħiħ; |
52. |
Jenfasizza li biex jiġu stimulati t-tkabbir u l-kompetittività u titrawwem il-fiduċja tal-konsumatur fis-settur diġitali, huwa essenzjali li tingħeleb il-frammentazzjoni tas-suq uniku diġitali, inkluż billi tiġi investigata n-natura tal-ostakli eżistenti għal setturi ewlenin ta' dak is-suq, li jiġi garantit internet miftuħ u li n-newtralità tal-internet titnaqqax fid-dritt tal-UE, sabiex jiġi żgurat li t-traffiku kollu tal-internet ikun trattat bl-istess mod, mingħajr diskriminazzjoni, restrizzjoni jew interferenza; huwa tal-fehma li l-istandards miftuħa u l-interoperabbiltà jikkontribwixxu għal kompetizzjoni ġusta; jenfasizza l-ħtieġa li l-politika tal-kompetizzjoni tkun tgħodd għall-ġejjieni u tkun tqis il-modi ġodda ta' bejgħ fuq l-internet; |
53. |
Jenfasizza li l-isforzi biex titrawwem kompetizzjoni ħielsa u ġusta, inkluż permezz tal-iżvilupp tas-suq uniku diġitali, kif ukoll aspetti oħra tas-settur tas-servizzi, għandhom jaħdmu fl-interessi tal-konsumaturi u tal-SMEs; itenni li sforzi bħal dawn itejbu l-għażla għall-konsumaturi u jiżviluppaw ambjent li fih l-SMEs u l-mikrointrapriżi jistgħu jkunu aktar innovattivi u kreattivi; jemmen li azzjoni rapida mir-regolaturi u mill-awtoritajiet tal-infurzar fil-konfront ta' prattiki qarrieqa u inġusti hija essenzjali fl-implimentazzjoni tal-politika tal-kompetizzjoni; |
Il-konsum kollaborattiv
54. |
Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza kif se takkomoda t-tkabbir tal-konsum kollaborattiv fil-leġiżlazzjoni Ewropea; jemmen li dan l-adattament hu meħtieġ sabiex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi li jiżguraw kompetizzjoni ġusta fost il-parteċipanti kollha involuti; |
55. |
Jemmen li l-kumpaniji relatati mal-hekk imsejjaħ konsum kollaborattiv jeħtiġilhom iħallsu t-taxxi u jikkonformaw mar-regolamenti bl-istess mod bħal negozji tradizzjonali, għax jekk ma jsirx hekk mhux biss ikun hemm distorsjoni fil-kompetizzjoni, iżda wkoll ikun hemm konsegwenzi fiskali negattivi għall-finanzi tal-Istati Membri; |
56. |
Jenfasizza li huma partikolarment importanti skrutinju effikaċi tal-imġiba ta' kumpaniji dominanti kif ukoll reazzjoni rapida f'każ ta' abbużi, peress li prattiki illegali jistgħu jikkawżaw il-ħruġ kmieni mis-suq ta' kompetituri żgħar u innovattivi; |
57. |
Jinnota li n-nuqqas ta' regolamentazzjoni fil-konsum kollaborattiv jagħti lil xi kumpaniji vantaġġ inġust, filwaqt li fl-istess ħin inaqqas l-inċentivi għall-investiment f'dawn is-setturi kkonċernati; |
L-akkwist pubbliku
58. |
Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw f'waqthom ir-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku, fosthom id-dispożizzjonijiet dwar il-kriterji marbuta mas-suġġett tal-kuntratt, inklużi l-karatteristiċi soċjali, ambjentali u innovattivi, u dwar l-amministrazzjoni elettronika, l-akkwist elettroniku u t-tqassim f'lottijiet, sabiex tingħata spinta lill-kompetizzjoni ġusta u tiġi żgurata l-aktar soluzzjoni ekonomikament vantaġġuża għall-awtoritajiet pubbliċi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li dawn ir-regoli jiġu applikati bl-aħjar mod possibbli sabiex jiġu indirizzati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kkawżat mill-immanuvrar tal-offerti, mill-abbużi ta' pożizzjoni dominanti u mid-diskriminazzjoni u n-nuqqas ta' aċċess għall-SMEs; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-azzjoni tagħha fi ħdan qafas globali billi torbot il-politika tal-kompetizzjoni tal-Unjoni fl-Ewropa mal-promozzjoni tal-ftuħ tas-swieq tal-akkwist pubbliku barra mill-UE; |
59. |
Jisħaq fuq l-importanza ta' gwida dettaljata u ċara mill-Kummissjoni għan-negozji, b'mod partikolari l-SMEs, u l-awtoritajiet pubbliċi biex tgħinhom jifhmu aħjar il-leġiżlazzjoni adottata reċentement dwar l-akkwist pubbliku u, b'mod partikolari, il-flessibbiltajiet ġodda li din toffri; |
60. |
Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja sew iċ-ċentralizzazzjoni tal-akkwisti fis-swieq tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi sabiex tkun evitata konċentrazzjoni tal-kapaċità tal-akkwist u tal-kollużjoni, u jistedinha tippreserva l-opportunitajiet tal-aċċess għas-suq għall-SMEs skont is-“Small Business Act” għall-Ewropa; |
61. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, meta tniedi proċeduri ta' akkwist pubbliku permezz tad-Direttorati Ġenerali u l-aġenziji tagħha, tagħti aktar kuntratti ta' valur baxx u kuntratti ta' 'l fuq minn EUR 193 000, minflok ma tuża kważi esklussivament kuntratti qafas, li jikkostitwixxu ostaklu għall-ftuħ tas-suq tal-akkwist pubbliku għall-SMEs Ewropej peress li minnhom jibbenefikaw biss il-kumpaniji l-kbar u l-konsorzji li jinsabu qrib iċ-ċentri ta' fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet; |
Is-servizzi finanzjarji
62. |
Jitlob għar-raba' darba konsekuttiva li jintemm malajr ir-reġim tal-għajnuna mill-Istat għall-kriżijiet tas-settur bankarju; jirrikonoxxi li l-Komunikazzjoni Bankarja tal-Kummissjoni ta' Awwissu 2013 mhijiex suffiċjenti biex tipproteġi lill-kontribwenti Ewropej u biex tillimita l-ammont ta' għajnuna li l-banek jistgħu jirċievu; jenfasizza li l-għajnuna mill-Istat lis-sistema bankarja la żiedet il-kreditu u lanqas ġabet lura l-fiduċja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżomm għassa stretta fuq is-settur bankarju sabiex issaħħaħ il-kompetizzjoni fis-swieq bankarji Ewropej, biex b'hekk timmassimizza l-benefiċċji għaċ-ċittadini tal-Unjoni; jenfasizza l-ħtieġa li wieħed jerġa' lura għall-applikazzjoni tradizzjonali tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat minħabba li dan hu vijabbli għas-settur bankarju; |
63. |
Jenfasizza l-kontribut tal-infurzar tal-kartelli lejn aktar trasparenza fis-settur tas-servizzi finanzjarji; |
64. |
Iqis li huwa ta' dispjaċir li ma ttieħdet ebda azzjoni mill-Kummissjoni biex tindirizza l-abbużi kommessi fir-ristrutturar tal-banek privati, inklużi dawk li jaffettwaw depożitani żgħar u s-sidien żgħar ta' strumenti finanzjarji bħal ishma preferuti, li f'ħafna każijiet kienu ġew kummerċjalizzati mingħajr konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni tal-UE; |
65. |
Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib is-settur finanzjarju biex ittejjeb il-kompetizzjoni u l-ħarsien tal-investituri u l-konsumaturi fis-suq bankarju u ta' investiment Ewropew; jinnota li l-konsolidazzjoni fis-settur bankarju żiedet is-sehem tas-suq ta' diversi istituzzjonijiet finanzjarji b'mod li issa dawn jeċċedu l-livelli ta' qabel il-kriżi, u li l-industrija ta' investiment finanzjarju kibret simultanjament mingħajr ebda gwadann għall-ekonomija reali fi ħdan l-Unjoni; jemmen li biex jinżamm suq uniku li jiffunzjona b'mod sħiħ, jinħtieġu kundizzjonijiet ekwi għall-parteċipanti fl-industrija finanzjarja u jridu jittieħdu miżuri biex jiġu evitati n-nuqqas ta' trasparenza u l-iżvilupp ta' kostruzzjonijiet bħal kartelli; |
66. |
Jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat sa mill-bidu tal-kriżi bħala mekkaniżmu ta' ristrutturazzjoni u riżoluzzjoni għall-banek li jinsabu f'diffikultà; |
67. |
Jemmen li l-kontroll tal-għajnuna mill-Istat matul il-kriżi għandu jiffoka kemm fuq l-istabbilizzazzjoni tas-sistema tal-banek kif ukoll fuq l-indirizzar ta' segmentazzjoni inġusta tal-kundizzjonijiet ta' kreditu u d-diskriminazzjoni tal-SMEs fis-suq uniku; |
68. |
Jemmen li l-Kummissjoni għandha tqis il-possibbiltà li torbot l-għajnuna mill-Istat lill-banek mal-kundizzjonalità fuq il-kreditu għall-SMEs; |
69. |
Jemmen li r-regolamenti bankarji għandhom iqisu li l-istituzzjonijiet iż-żgħar għandhom inqas riżorsi biex jiżguraw il-konformità tagħhom, u għalhekk, għandhom ikunu sempliċi kemm jista' jkun sabiex jiġi evitat li jinħolqu distorsjonijiet favur banek kbar. |
70. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib dawk is-swieq fis-settur bankarju fejn il-konċentrazzjoni hija għolja jew qed tikber, b'mod partikolari bħala riżultat tar-ristrutturazzjoni b'reazzjoni għall-kriżi; ifakkar li s-swieq oligopolistiċi huma suxxettibbli partikolarment għal prattiki antikompetittivi; jibża' li din il-konċentrazzjoni finalment tista' tkun ta' dannu għall-konsumaturi; |
71. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-banek, qabel ma jirċievu għajnuna mill-Istat, għandhom ibigħu l-ishma tagħhom f'kumpaniji oħra, u b'hekk inaqqsu l-piż fuq il-kontribwenti; |
72. |
Jemmen li trid tingħata attenzjoni speċjali għall-frammentazzjoni fis-suq ta' ħlas elettroniku bil-kard, inklużi l-problemi ta' telf ta' servizz meta l-konsumatur jiċċaqlaq lejn Stat Membru ieħor; |
73. |
Jilqa' s-sentenza tal-QtĠ-UE tal-11 ta' Settembru 2014 dwar it-tariffi antikompetittivi tal-karti tal-kreditu, kif ukoll l-azzjonijiet li ttieħdu b'suċċess mill-Kummissjoni biex ikun żgurat li l-proċessi ta' standardizzazzjoni fis-settur tal-pagamenti ma jaffettwawx id-dħul fis-suq u l-innovazzjoni; itenni l-pożizzjoni tal-Parlament li għandhom jiġu introdotti limiti fuq it-tariffi għall-pagamenti bil-karti tal-kreditu sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż żejda għall-konsumaturi; jitlob lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tħaffef il-proċess ta' ħidma tal-istandardizzazzjoni tal-immappjar għall-pagamenti mobbli, filwaqt li tiżgura li kull azzjoni li tittieħed ma teskludix parteċipanti ġodda u ma tiffavorixxix atturi dominanti, u li l-qafas regolatorju jkun teknoloġikament newtrali sabiex jiffaċilita l-iżviluppi teknoloġiċi tal-ġejjieni; |
74. |
Jemmen li l-esternalitajiet tal-iżviluppi f'dan is-settur għandhom ikunu suġġetti għal monitoraġġ bir-reqqa; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-iżvilupp ta' standards differenti fost kompetituri ugwali bħala konsegwenza tal-istandardizzazzjoni tar-regolamenti finanzjarji; |
75. |
Jinnota l-progress konsiderevoli li sar sa mill-2008 biex ikun regolat is-settur finanzjarju; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata wkoll il-problema ta' istituzzjonijiet finanzjarji li huma wisq kbar biex ifallu u bħala riżultat ikomplu jibbenefikaw minn sussidji impliċiti; jemmen li r-rapport li jmiss tal-Kumitat ECON dwar il-valutazzjoni tal-impatt u tal-analiżi tal-leġiżlazzjoni finanzjarja għandu jinkludi analiżi komprensiva tal-aspetti kompetittivi tar-regolamentazzjoni finanzjarja l-ġdida tal-UE, sabiex ikun garantit li l-banek tal-UE jkunu kompetittivi mal-istituzzjonijiet finanzjarji fiċ-ċirkustanzi kollha; |
L-għajnuna fiskali mill-Istat
76. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar prattiki possibbli ta' taxxa korporattiva illegali fl-Istati Membri u jistieden lill-Kummissjoni tikkonkludi malajr kemm jista' jkun l-investigazzjonijiet li għaddejjin dwar id-deċiżjonijiet dwar it-taxxa billi tuża' l-evidenza kollha disponibbli; jitlob li l-investigazzjonijiet tat-tnaqqis fit-taxxi, li possibbilment jirrappreżentaw għajnuna mill-Istat mhux permessa, ikunu ttrattati bi prijorità; jenfasizza li kompetizzjoni ġusta tat-taxxa hija indispensabbli għall-integrità tas-suq intern, il-vijabbiltà tal-finanzi pubbliċi u l-kundizzjonijiet ekwi fil-kompetizzjoni; |
77. |
Jenfasizza l-pubblikazzjoni tal-hekk imsejħa dokumenti “LuxLeaks” mill-Konsorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti Investigattivi; jilqa' l-impenn tal-Kummissarju għall-Kompetizzjoni biex issir investigazzjoni bir-reqqa u indipendenti dwar il-prattiki b'rabta ma' deċiżjonijiet dwar it-taxxa tal-Istati Membri u l-konformità tagħhom mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE; jinnota li l-evitar ta' taxxi minn xi impriżi jfixkel il-kompetizzjoni fis-suq uniku; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tinforza b'attenzjoni r-regoli ta' kontroll tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat; |
78. |
Jistieden lill-President tal-Kummissjoni jiżgura l-indipendenza tal-investigazzjonijiet li għaddejjin u dawk futuri dwar il-prattiki tad-deċiżjonijiet fiskali tal-Istati Membri mmexxija mill-Kummissarju għall-Kompetizzjoni; jinsisti li l-Parlament Ewropew għandu jinżamm infurmat bis-sħiħ dwar il-progress tal-investigazzjonijiet bl-għan li jiġi żgurat li dawn ikunu qed jitmexxew b'mod trasparenti u indipendenti; jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha kemm jista' jkun malajr; ifakkar l-impenn li ħadet il-Kummissarju għall-Kompetizzjoni biex tqis l-implikazzjonijiet aktar wiesgħa għall-kompetizzjoni ta' prattiki aggressivi ta' evitar tat-taxxa mwettqa mill-kumpaniji u nkoraġġiti mill-istati u biex testendi l-investigazzjoni jekk dan ikun meħtieġ ladarba l-fatti jkunu nġabru; |
L-industrija agroalimentari
79. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, fir-rieżami li waslet biex tagħmel tar-riforma tal-PAK, tinvestiga l-kofinanzjament għall-fondi trasferiti, jitlob is-simplifikazzjoni tal-miżuri EFA (Ecological Focus Area – Erja b'Fokus Ekoloġiku) li jiffukaw fuq il-kompetittività, u reviżjoni newtrali għall-kompetizzjoni tal-fatturi EFA għal uċuħ tar-raba' li jikbru malajr u l-uċuħ tar-raba' li jassimilaw in-nitroġenu; |
80. |
Jistieden lill-Kummissjoni, wara r-reviżjoni riċenti tagħha dwar l-impatt ekonomiku tal-livell tal-konsum modern dwar l-għażla u l-innovazzjoni fis-settur tal-ikel tal-UE, biex tqis l-impatt potenzjali ta' supermarkets kbar li jiddominaw is-suq sa tali punt li s-saħħa tax-xiri kollettiva tagħhom tfixkel il-kompetizzjoni fost ktajjen tal-provvista, kemm fl-Ewropa kif ukoll fid-dinja li qed tiżviluppa; |
Is-settur farmaċewtiku u tas-servizzi tas-saħħa
81. |
Jinnota li dan is-settur huwa frammentat minħabba r-regolamentazzjoni nazzjonali; jilqa' l-kontribut tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE fl-indirizzar tal-ostakli artifiċjali għad-dħul; |
82. |
Jappella biex tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-prodotti mediċinali u proċeduri mediċi fl-evalwazzjoni ta' każijiet li jinvolvu formazzjoni tal-prezz temporanja; |
83. |
Jinnota li l-politika tal-kompetizzjoni jista' jkollha rwol fit-titjib tal-aċċess għall-farmaċewtiċi ġeneriċi; |
It-trasport u s-servizzi postali
84. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw kundizzjonijiet ekwi li jippermettu kompetizzjoni ħielsa iżda anki ġusta fil-modi kollha tat-trasport; jagħraf, madankollu, f'dan il-kuntest, li jridu jitqiesu sew l-għadd kbir ta' dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi nazzjonali dwar it-trasport; jenfasizza li l-infrastruttura tat-trasport hija parti essenzjali għas-sopravivenza u l-benesseri ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, speċjalment fir-reġjuni b'popolazzjoni baxxa u l-gżejjer periferiċi; |
85. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta u kwalità aħjar tas-servizzi fis-settur tal-ferrovija, kif ukoll fil-ġestjoni tan-netwerks tal-portijiet u tal-ajruporti, partikolarment fejn il-ġestjoni tagħhom hi monopolju tal-gvern ċentrali; jenfasizza li l-kompetizzjoni mhux bilfors tirrikjedi l-privatizzazzjoni tas-servizzi eżistenti; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tiżgura li t-trasportaturi ma jabbużawx mill-pożizzjoni dominanti tagħhom fi wħud mill-ajruporti; |
86. |
Jemmen li l-Kummissjoni għandha tkompli ssaħħaħ ir-rabtiet bejn il-politika tal-kompetizzjoni u l-politika tat-trasport sabiex ittejjeb il-kompetittività tas-settur Ewropew tat-trasport u tkompli tagħmel progress lejn it-tlestija tas-suq uniku fit-trasport; |
87. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tlesti l-implimentazzjoni taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, tiżgura trasparenza sħiħa fil-flussi ta' flus bejn il-maniġers tal-infrastrutturi u l-impriżi ferrovjarji, u tivverifika li kull Stat Membru għandu regolatur nazzjonali b'saħħtu u indipendenti; |
88. |
Jenfasizza li s-suq uniku fis-settur tal-merkanzija bil-ferrovija huwa affettwat minn traspożizzjoni ħażina jew mhux kompleta tad-dritt tal-UE mill-Istati Membri u minn konġestjoni għall-mobbiltà transkonfinali li hi ta' dannu għall-kompetizzjoni u t-tkabbir; jistieden lill-Kummissjoni tivverifika jekk l-ostakli tekniċi jew tas-suq li huma differenti minn Stat Membru għal ieħor, bħall-wisa' bejn il-binarji, il-provvista tal-enerġija u s-sistemi ta' sinjali, jistgħux jitqiesu bħala ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni; |
89. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi ħarsa ġenerali ġustifikata biex taċċerta liema trasportaturi tal-ajru jibbenefikaw minn vantaġġi fuq fornituri oħra tas-servizz permezz ta' kundizzjonijiet speċjali jew allegati abbużi tal-pożizzjoni dominanti tagħhom f'ċerti ajruporti; |
90. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar implimentazzjoni u infurzar differenti mill-Istati Membri tar-regolamentazzjoni relatata mat-trasport internazzjonali bit-triq, pereżempju r-regolament tal-kabotaġġ u tal-ħin tal-mistrieħ fit-trasport bit-triq, kif ukoll ta' prattiki ta' dumping soċjali potenzjali fis-servizzi tat-trasport f'sens usa', u jemmen li dawn il-problemi jridu jkunu indirizzati; |
91. |
Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni kontra kumpaniji internazzjonali tal-kiri tal-karozzi biex jieqfu l-prattiki li jżommu lill-konsumaturi milli jiksbu l-aqwa prezzijiet disponibbli fuq il-bażi tal-pajjiż ta' residenza tagħhom; jenfasizza li l-konsumaturi m'għandhomx jinżammu milli jagħmlu użu mill-aħjar rata disponibbli meta jixtru oġġetti jew servizzi fis-suq uniku; |
92. |
Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni sabiex tnaqqas il-frammentazzjoni fis-settur tal-kiri tal-karozzi, billi attwalment ir-regolamenti nazzjonali jżidu ħafna l-ispejjeż għall-movimenti transkonfinali, u b'hekk jagmlu ħsara lis-suq uniku; |
93. |
Jenfasizza li l-isforzi li jinkoraġġixxu UE kompetittiva jridu f'kull ħin jaħdmu fl-interess tal-pubbliku; jirrikonoxxi r-rabta bejn politika tal-kompetizzjoni effikaċi tal-UE u l-ħtieġa ta' investiment fuq skala kbira f'servizzi pubbliċi vitali, inklużi s-servizzi tat-trasport; |
Kultura u sport
94. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistudja l-prattiki restrittivi u abbużivi ta' federazzjonijiet sportivi internazzjonali, bħal meta jiċħdu lill-membri tagħhom id-dritt li jieħdu sehem f'avvenimenti sportivi alternattivi li ma jkunux sanzjonati mill-federazzjonijiet rispettivi u meta jimponu fuq atleti, uffiċjali u kowċijiet projbizzjoni għal għomorhom milli jieħdu sehem f'kompetizzjonijiet bħal-Logħob Olimpiku u Kampjonati tad-Dinja fil-każ ta' nuqqas ta' konformità; |
Id-dimensjoni internazzjonali
95. |
Jitlobl-inklużjoni ta' kapitolu dwar il-kompetizzjoni, li jinkludi dispożizzjonijiet li jkopru l-antitrust, il-fużjonijiet, l-impriżi tal-Istat, is-sussidji u aċċess mhux ugwali għas-swieq, fil-Ftehim dwar Sħubija Transatlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment; jappella għal rappurtar newtrali tal-midja fir-rigward tal-miżuri, il-problemi u l-progress f'dawn il-ftehimiet; |
96. |
Jirrikonoxxi u jappoġġa l-ħtieġa tal-Kummissjoni biex issaħħaħ ir-rwol tal-politika tal-kompetizzjoni fil-kooperazzjoni ekonomika internazzjonali, inkluż permezz tal-kooperazzjoni mal-aġenziji tal-kompetizzjoni b'mod globali; ifakkar li din il-kooperazzjoni regolatorja u ta' infurzar tgħin biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji Ewropej attivi fis-swieq globali; |
97. |
Jenfasizza li l-kooperazzjoni internazzjonali hija essenzjali biex ikun hemm applikazzjoni effikaċi tal-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni fl-era tal-globalizzazzjoni; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni trawwem kooperazzjoni internazzjonali fi kwistjonijiet relatati mal-liġi tal-kompetizzjoni; |
98. |
Jistieden lill-Kummissjoni teżamina hemmx lok għall-konklużjoni ta' ftehimiet dwar il-kompetizzjoni ma' aktar pajjiżi terzi biex tiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet investigattivi; jenfasizza li, f'dan ir-rigward, il-ftehim dwar il-kompetizzjoni konkluż riċentement mal-Isvizzera jista' jservi bħala eżempju għal ftehimiet oħrajn ta' din in-natura; |
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
99. |
Jenfasizza l-fatt li l-Ftehim Qafas jipprovdi għal trattament ugwali tal-Parlament u tal-Kunsill dwar l-aċċess għal-laqgħat u l-għoti ta' informazzjoni fit-tħejjija ta' leġiżlazzjoni jew ta' liġijiet mhux vinkolanti fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni; |
100. |
Jenfasizza r-rwol essenzjali tal-Parlament Ewropew biex jirrappreżenta l-interessi tal-konsumaturi Ewropej fl-infurzar xieraq tar-regoli dwar il-kompetizzjoni; |
101. |
Jilqa' r-rwol tal-Parlament bħala koleġiżlatur għad-Direttiva dwar Azzjonijiet għal Danni tal-Antitrust u jikkunsidra l-proċedimenti dwar din id-Direttiva bħlaa mudell għall-kollaborazzjoni interistituzzjonali futura fi kwistjonijiet dwar il-kompetizzjoni; |
102. |
Itenni li fit-tiswir tal-politika tal-kompetizzjoni l-Kummissjoni jeħtiġilha tkun kompletament responsabbli u ssegwi r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament; |
103. |
Jappella għal impenn min-naħa tal-Kummissarju biex iżżomm laqgħat frekwenti mal-kumitat(i) rilevanti tal-Parlament kif ukoll mal-Grupp ta' Ħidma dwar il-Kompetizzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji; |
104. |
Iqis li l-PE għandu jkollu setgħat ta' kodeċiżjoni fil-politika tal-kompetizzjoni; jiddispjaċih li l-Artikoli 103 u 109 tat-TFUE jipprevedu biss konsultazzjoni tal-Parlament; jemmen li dan id-defiċit demokratiku ma jistax jiġi ttollerat; jipproponi li dan id-defiċit għandu jiġi ssuperat kemm jista' jkun malajr, permezz ta' arranġamenti interistituzzjonali fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni, u korrett fit-tibdil li jmiss tat-Trattat; |
Il-prijoritajiet tal-politika tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni
105. |
Jenfasizza r-rwol tal-Kummissarju għall-Kompetizzjoni fil-promozzjoni tal-impjiegi u t-tkabbir, kif ukoll is-suq uniku diġitali, il-politika tal-enerġija, is-servizzi finanzjarji, il-politika industrijali u l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa; |
106. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida u proċeduri fi ħdan il-qafas tan-NEK, li jiżguraw sorveljanza effiċjenti tal-konformità tad-deċiżjonijiet dwar it-taxxa tal-Istati Membri mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat; |
107. |
Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni favur l-infurzar effikaċi tar-regoli tal-kompetizzjoni fl-oqsma tal-antitrust u l-kartelli, il-fużjonijiet u l-għajnuna mill-Istat, filwaqt li żżomm l-istrumenti tal-kompetizzjoni allinjati mal-iżviluppi tas-suq kif ukoll tippromwovi kultura ta' kompetizzjoni innovattiva, kemm fl-UE u kemm fil-livell dinji; |
108. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-mod li bih ittrattat każijiet reċenti ta' antitrust u tindirizza l-preokkupazzjonjiet formalistiċi li tqajmu; |
109. |
Jistieden lill-Kummissjoni telabora b'mod koordinat proposti fil-qasam tal-kompetizzjoni fiskali u tissottemettihom lill-Kunsill; |
110. |
Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tirrapporta lill-Parlament Ewropew fuq bażi annwali dwar l-iżviluppi u l-effetti tal-applikazzjoni tal-politika tal-kompetizzjoni; |
111. |
Jilqa' l-impenji magħmula mill-Kummissarju waqt is-seduta ta' smigħ tagħha b'mod partikolari fir-rigward tal-kooperazzjoni futura u tat-tisħiħ tar-relazzjonijiet mal-Parlament Ewropew; |
112. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi b'iktar qawwa politika tal-kompetizzjoni attiva bħala pilastru ewlieni tal-ekonomija tas-suq soċjali; |
113. |
Jemmen li għandha tkun ipprovduta malajr ġabra ta' każijiet bħala indikatur tal-kompetizzjoni lill-konsumaturi u lill-impriżi; |
114. |
Jinnota n-nuqqas kontinwu ta' ċarezza f'ħafna Stati Membri dwar jekk il-finanzjament ta' Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi jitqiesx bħala għajnuna illegali mill-Istat; huwa mħasseb li minħabba f'hekk il-finanzjament għal ċentri bħal dawn qed jiġi pperikolat; jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri malajr kemm jista' jkun dwar il-ħtieġa li jipprovdu notifika ta' dan il-finanzjament sabiex jiggarantixxu t-tkomplija tal-operazzjonijiet ta' appoġġ taċ-Ċentri tal-Konsumaturi Ewropej; |
115. |
Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet fil-livelli politiċi kollha jimpenjaw lilhom infushom li jkunu strettament konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat; |
116. |
Jitlob li jitwaqqaf korp konġunt, kostitwit minn rappreżentanti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u akkademiċi, biex janalizza x-xejriet fuq terminu twil u l-iżvilupp futur tal-politika tal-kompetizzjoni f'setturi orjentati lejn il-futuri bħall-ekonomija diġitali jew is-settur tal-enerġija; |
117. |
Jitlob analiżi bla kompromessi tal-politika fiskali responsabbli fil-livell nazzjonali, b'mod partikolari rigward politiki fiskali inġusti, skemi fiskali u eżenzjonijiet mit-taxxa li jxekklu l-kompetizzjoni, sabiex fil-futur ikunu jistgħu jiġu adottati miżuri effikaċi kontra dawn il-prattiki; |
o
o o
118. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni. |
(3) ĠU L 349, 5.12.2014, p. 1.
(4) ĠU C 167, 13.6.2013, p. 19.
(5) ĠU L 201, 26.7.2013, p. 60.
(6) ĠU C 120, 26.4.2013, p. 22.
(8) ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8.
(10) ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1.
(11) ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.
(12) ĠU C 16, 22.1.2009, p. 1.
(14) ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1.
(17) ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15.
(18) ĠU L 114, 26.4.2012, p. 8.
(19) ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 51.
(20) Testi Adottati, P7_TA(2013)0026.
(21) ĠU C 184, 22.7.2008, p. 13.
(22) Testi adottati, P7_TA(2013)0267.
(23) ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.
(24) ĠU C 304 E, 1.12.2005, p. 114.
(25) ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 143.
(26) ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 105.
(27) ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 43.
(28) ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 16.
(29) ĠU C 136 E, 11.5.2012, p. 60.
(30) ĠU C 239 E, 20.8.2013, p. 97.
(31) Testi adottati, P7_TA(2013)0268.
(32) Testi adottati, P7_TA(2013)0576.
(33) Testi adottati, P7_TA(2014)0079.
(34) COM(2014)0449, 9 ta' Lulju 2014.
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/30 |
P8_TA(2015)0052
Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2013
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2015 dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2013 (2014/2157(INI))
(2016/C 316/03)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2013, |
— |
wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 284(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 126 u 132(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0011/2015), |
A. |
billi, skont it-tbassir tar-rebbiegħa tal-2014 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-PDG fiż-żona tal-euro niżel b’0,4 % fl-2013 wara tnaqqis ta’ 0,7 % fl-2012, u billi s-servizzi tal-Kummissjoni qed jistennew irkupru, b’żieda fil-PDG ta’ 1,2 % fl-2014 u ta’ 1,7 % fl-2015; billi, skont it-tbassir tal-ħarifa tal-2014 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-projezzjonijiet ta' tkabbir riveduti juru tendenza negattiva, bil-PDG mistenni jkun żdied biss b'0,8 % fl-2014 u b'1,1 % fl-2015, b'riskji prevalenti ta' telf; |
B. |
billi, skont it-tbassir tal-ħarifa, il-qgħad fiż-żona tal-euro żdied minn 11,3 % fl-aħħar tal-2012 għal 11,9 % fl-aħħar tal-2013, u jibqa’ f’livell għoli fl-2014; |
C. |
billi hemm differenzi kbar bejn ir-rati tal-qgħad fi Stati Membri differenti, b’ċifri li jvarjaw bejn 5 % u 26 %; billi f’xi Stati Membri, ir-rati ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ huma tant għoljin li jlaħħqu madwar 50 %; billi d-differenzi fir-rati tal-qgħad qed jikkawżaw aktar diverġenza ekonomika fost l-Istati Membri; |
D. |
billi s-suċċess tal-programm Tranżazzjoni Monetarja Definittiva (OMT) fit-tnaqqis fir-rati tal-imgħax fuq is-self m’għandux jintuża mill-Istati Membri bħala opportunità biex jevitaw riformi strutturali għat-titjib tal-potenzjal tat-tkabbir u l-ilħuq tas-sostenibbiltà fiskali fuq perjodu medju; billi x-xejriet fil-qasam tal-impjiegi u t-tnaqqis fil-faqar huma f’riskju li ma jilħqux il-miri nazzjonali ta’ Ewropa 2020; |
E. |
billi fl-2013 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) baxxa r-rati ewlenin tal-imgħax tiegħu f’Mejju u għal darb'oħra f’Novembru, filwaqt illi naqqas ir-rata fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament għal 0,25 %; billi, wara l-miżuri addizzjonali tal-politika monetarja mħabbra sa mill-bidu tal-2014, ir-rata ewlenija ta’ rifinanzjament issa hija ta’ 0,05 % u r-rata tal-faċilità ta’ depożitu hija ta’ -0,20 %; |
F. |
billi rati tal-imgħax reali aktar imnaqqsa ma rriżultawx f’żieda fil-kreditu għall-unitajiet domestiċi u n-negozji, u lanqas fi tkabbir tal-PDG u l-ħolqien tal-impjiegi; |
G. |
billi d-dikjarazzjoni finanzjarja kkonsolidata tal-Eurosistema laħqet EUR 2,285 triljun fl-aħħar tal-2013, ammont li jirrappreżenta tnaqqis ta’ madwar 25 % matul l-2013; |
H. |
billi l-assi mhux negozjabbli rrappreżentaw l-ikbar komponent ta’ assi miġjuba bħala kollateral għall-Eurosistema matul l-2013, u ammontaw għal madwar 25 % tat-total; billi t-titoli mhux negozjabbli, flimkien ma’ titoli appoġġjati mill-assi, jirrappreżentaw aktar minn 40 % tal-assi totali miġjuba bħala kollateral; |
I. |
billi, skont it-tbassir tal-ħarifa tal-2014 tas-servizzi tal-Kummissjoni, ir-rata medja tal-inflazzjoni fiż-żona tal-euro kienet ta’ 1,4 % fl-2013, li niżlet mir-rata ta' 2,5 % fl-2012; billi l-inflazzjoni fiż-żona euro baqgħet fit-triq tan-niżla mill-bidu tal-2014 'l hawn, b’livell stmat ta’ 0,5 % fl-2014, u laħqet rata baxxa ta’ 0,3 % f’Settembru; billi r-rata tal-inflazzjoni ġenerali tal-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur (HICP) f’xi Stati Membri, naqset għal 0 % u inqas f’Settembru 2014 u se tibqa’ inqas mill-mira fl-2015; |
J. |
billi l-prezzijiet baxxi tal-enerġija, b’mod partikolari taż-żejt, kienu fost il-kontributuri ewlenin għat-tnaqqis fir-rati tal-inflazzjoni fiż-żona tal-euro; |
K. |
billi l-livell ta’ investiment pubbliku u privat fiż-żona tal-euro ilu għal xi żmien jistaġna f’livelli ferm aktar baxxi minn dawk irreġistrati qabel il-bidu tal-kriżi; billi saret ħaġa komuni li l-kumpaniji l-kbar jużaw l-ambjent ta' flus irħas mhux biex jagħmlu investimenti ġodda, imma biex jerġgħu jixtru t-titoli tagħhom stess kif jaqbel lilhom; billi s-sehem relattiv tal-investiment bħala proporzjon tal-PDG kien qed jonqos b’mod stabbli anki qabel il-kriżi u kien jeħtieġlu jingħata spinta bħala kwistjoni ta’ urġenza; |
L. |
billi r-rata ta' tkabbir annwali tal-M3 kompliet tonqos, minn 3,5 % f’Diċembru 2012 għal 1 % f’Diċembru 2013; |
M. |
billi l-kreditu lis-settur privat kompla f’xejra negattiva, b’rata annwali ta’ tibdil ta’ -2,3 % f'Diċembru 2013, meta mqabbla ma’ -0,7 % f’Diċembru 2012; billi n-nuqqas ta’ kreditu li jaffettwa lill-SMEs f’xi Stati Membri huwa wieħed mill-problemi ewlenin li qed jikkawżaw dewmien fl-irkupru ekonomiku; billi kien hemm tnaqqis fis-self lill-SMEs ta’ madwar 35 % bejn l-2008 u l-2013; billi huwa essenzjali li jiġi ffaċilitat il-fluss ta’ kreditu għall-SMEs, peress li dawn jimpjegaw 72 % tal-forza tax-xogħol taż-żona tal-euro u għandhom rati gross ogħla ta’ ħolqien ta’ impjiegi minn kumpaniji kbar; |
N. |
billi l-frammentazzjoni finanzjarja għadha problema ewlenija, bl-SMEs iħabbtu wiċċhom ma' spejjeż tas-self ferm ogħla, b’mod partikolari fil-pajjiżi taż-żona tal-euro li diġà huma affettwati minn kundizzjonijiet ekonomiċi gravi, u billi dan qed jikkawża tgħawwiġ fis-suq uniku, ixekkel l-irkupru u jżid d-diverġenzi bejn il-pajjiżi; billi r-riżultati tal-valutazzjoni komprensiva tal-banek Ewropej għandu jkollhom impatt pożittiv fuq il-politiki monetarji attwali u r-rieda tal-banek li jżidu l-attivitajiet ta’ self tagħhom, b’mod partikolari lill-ekonomija reali; |
O. |
billi d-daqs tal-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema naqset b’mod regolari matul l-2013, li jirrifletti r-rimborż tal-fondi ta’ operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal (LTRO) mill-banek; |
P. |
billi f’Lulju 2013 il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ddeċieda li jipprovdi gwida bil-quddiem, u ddikjara li kien qed jistenna li r-rati ewlenin tal-imgħax jibqgħu fil-livelli prevalenti jew f'livelli aktar baxxi għal perjodu ta’ żmien estiż; |
Q. |
billi l-effetti ta' ''quantitative easing'' possibbli fiż-żona tal-euro x'aktarx jiddgħajfu bl-intermedjazzjoni kreditizja eċċessiva fis-settur bankarju; |
R. |
billi l-Artikolu 282 tat-TFUE jiddikjara li l-objettiv primarju tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) huwa li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet; billi l-Artikolu 127 tat-TFUE jiddikjara li, mingħajr preġudizzju għal dan l-objettiv primarju, is-SEBĊ għandha tappoġġja l-politiki ekonomiċi ġenerali fl-Unjoni; billi l-Artikolu 123 tat-TFUE u l-Artikolu 21 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-BĊE jipprojbixxu li l-banek ċentrali jew il-BĊE jixtru direttament strumenti tad-dejn maħruġa mill-UE jew minn awtoritajiet jew korpi pubbliċi nazzjonali; billi dan huwa indispensabbli għal bosta Stati Membri biex jaċċedu għall-unjoni ekonomika u monetarja; billi tali xiri huwa permess fis-swieq sekondarji; |
Il-politika monetarja
1. |
Jilqa' r-reazzjoni rapida tal-BĊE quddiem ambjent diffiċli ħafna, u l-fatt li l-politika monetarja kienet immirata biex tnaqqas il-livell tal-istress fis-swieq finanzjarji fi ħdan iż-żona tal-euro, u biex terġa’ tqajjem il-fiduċja tal-investituri fil-munita unika; jilqa’ d-disponibbiltà tal-BĊE li jagħmel kull ma hemm bżonn biex isalva l-euro; jinnota t-tnaqqis ġenerali pożittiv fir-renditi nazzjonali fuq perjodu twil – notevolment fil-pajjiżi bl-iżjed dejn fiż-żona tal-euro – għal livelli mingħajr preċedent mindu bdiet il-kriżi; jenfasizza li r-renditi baxxi ma rriżultawx fil-ħolqien ta’ impjiegi u t-tkabbir u li n-nuqqas ta’ dawn jhedded l-istabbiltà finanzjarja; |
2. |
Jinnota li r-rikors għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin, operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq perjodu medju u twil b’allokazzjoni sħiħa b’rati fissi, il-faċilità ta’ self marġinali, l-assistenza ta’ likwidità f'emerġenza (ELA) u l-faċilità ta’ depożitu, ilkoll baqgħu f'livelli partikolarment għolja matul l-2013, u dan huwa sinjal ta’ indeboliment kontinwu tal-mekkaniżmu ta’ trażmissjoni monetarja u tas-suq tas-self interbankarju taż-żona tal-euro, għalkemm ġie osservat titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni meta mqabbel mas-snin ta’ qabel, kif jidher mill-istabbilizzazzjoni tal-firxiet, in-normalizzazzjoni gradwali fis-swieq interbankarji u t-tnaqqis fl-iżbilanċi ta' Target II; |
3. |
Huwa mħeġġeġ mill-istabilizzazzjoni tal-livelli tal-iżbilanċi ta' Target II matul l-2013; jenfasizza li s-sistema ta’ saldu Target II kellha rwol importanti biex tissalvagwardja l-integrità tas-sistema finanzjarja taż-żona tal-euro; |
4. |
Jibqa’ ferm imħasseb dwar il-fatt li l-attività ekonomika baqgħet kajmana, bi tkabbir negattiv fil-PDG fl-2013 fiż-żona tal-euro għat-tieni sena konsekuttiva, bi tkabbir dgħajjef tal-PDG matul l-ewwel disa’ xhur tal-2014, u b'rati ta' qgħad għolja f’ħafna Stati Membri taż-żona tal-euro, li wasslu għal livelli li qed jheddu l-istabbiltà taż-żona tal-euro u jimminaw l-appoġġ popolari u politiku tal-proġett Ewropew; |
5. |
Jenfasizza t-tħassib tiegħu rigward it-tnaqqis kontinwu fir-rata tal-inflazzjoni fiż-żona tal-euro mill-2011 'l hawn, b'differenzjali fl-inflazzjoni bejn l-Istati Membri; jenfasizza d-diskrepanza sinifikanti osservata bħalissa bejn il-mira espliċita tal-BĊE li jżomm ir-rati tal-inflazzjoni taħt imma qrib it-2 % fuq perjodu medju u r-rati tal-inflazzjoni attwali, li huma qrib iż-żero u saħansitra taħt iż-żero f’bosta Stati Membri taż-żona tal-euro; jinsab imħasseb dwar il-fatt li, kif ġie rikonoxxut mill-President tal-BĊE, it-tendenzi attwali tad-deflazzjoni jistgħu jwasslu sabiex l-aspettattivi dwar l-inflazzjoni fuq perjodu medju u twil ma jibqgħux ankrati; |
6. |
Jirrikonoxxi li l-proċess li għaddej ta' aġġustament tal-karta tal-bilanċ fis-setturi finanzjarji u mhux finanzjarji, flimkien mar-rati għoljin tal-qgħad, komplew itappnu l-attività ekonomika fiż-żona tal-euro fl-2013; |
7. |
Qed josserva bir-reqqa r-riskji possibbli tad-deflazzjoni; ifakkar li rata tal-inflazzjoni qrib iż-żero fiż-żona tal-euro tfixkel l-effikaċja tal-politika monetarja; jifhem li l-BĊE iqis li inflazzjoni baxxa ħafna hija r-riżultat ta' effetti fuq perjodu qasir, u jittama li l-objettiv fuq perjodu medju se jintlaħaq mingħajr fażi ta’ deflazzjoni; jinnota madankollu li l-previżjonijiet tal-inflazzjoni għall-2015 u l-2016 ġew riveduti aktar 'l isfel (b'bejn 0,1 % u 0,2 %) mill-BĊE; |
8. |
Jirrimarka li l-livell ta' inflazzjoni taħt il-mira previst għas-snin li ġejjin se jkollu impatt fuq il-programmi ta’ tnaqqis tad-djun ta’ bosta Stati Membri; |
9. |
Jirrimarka li fil-perspettiva ta’ politiki akkomodattivi oħrajn bħall-''quantitative easing'' u b’kunsiderazzjoni għall-isfidi ġuridiċi attwali b'rabta mal-programm tal-OMT, huwa kruċjali li jkun hemm ċarezza u ċertezza ġuridika biex dawn l-istrumenti jkunu jistgħu jiġu implimentati b'mod effikaċi, b'kont meħud tal-opinjoni tal-Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, Pedro Cruz Villalón, tal-14 ta' Jannar 2015 fil-kawża C-62/14; |
10. |
Jenfasizza li l-livelli baxxi tas-self għall-Istati Membri qed jimxu id f’id maż-żieda fid-djun pubbliċi, qrib jew ogħla minn 100 % tal-PDG f’ħafna każijiet, u jwissi li kriżi ġdida tista’ twassal għal evalwazzjoni mill-ġdid tar-riskju mis-swieq finanzjarji; |
11. |
Jindika li t-tbassir tal-BĊE ppubblikat fl-2013 ma kienx antiċipa l-okkorrenza simultanja li qed naraw illum ta’ nuqqas ta' tkabbir u ta’ inflazzjoni baxxa ħafna, u saħansitra sinjali ta' deflazzjoni; jirrimarka f'dan l-isfond li t-tbassir attwali ta' tkabbir ekonomiku aktar b'saħħtu u inflazzjoni ogħla fl-2015 u l-2016 għandhom jinqraw b'attenzjoni; |
12. |
Jemmen li karti tal-bilanċ dgħajfin mhux biss jolqtu lill-banek, iżda għandhom ukoll effett negattiv indirett fuq in-negozji u atturi oħra tas-settur privat, billi n-nuqqas ta' kapital u finanzjament irażżan l-abbiltà tan-negozji li jibqgħu kompetittivi, jikbru u fl-aħħar mill-aħħar iżommu u joħolqu l-impjiegi; |
13. |
Jikkunsidra li huwa tal-akbar importanza li jinħolqu kundizzjonijiet għall-irkupru fl-investiment fiż-żona tal-euro, kemm pubbliċi kif ukoll privati, b’kont meħud tal-fatt li minkejja li l-BĊE qed iwettaq l-azzjonijiet tiegħu sabiex jinżammu kundizzjonijiet favorevoli ta’ finanzjament, għad ma kienx hemm qawmien fl-investiment; jistieden lill-Istati Membri f’dan il-kuntest, biex jaħdmu fuq il-kawżi sottostanti tal-frammentazzjoni finanzjarja bħal strutturi tar-riskju diverġenti li jżidu l-ispiża tas-self fil-pajjiżi rispettivi; jitlob ukoll lill-Istati Membri jimplimentaw ir-riformi strutturali adegwati sabiex jerġgħu jistabbilixxu ambjent favorevoli għan-negozju, u b'mod partikolari billi jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż; |
14. |
Iħeġġeġ lill-BĊE jikkunsidra fil-politika tal-espansjoni tal-karta tal-bilanċ tiegħu x-xiri ta’ bonds tal-proġetti tal-BEI, li jiffinanzjaw uħud mill-investimenti l-aktar produttivi fiż-żona tal-euro, b’mod partikolari minn fost dawk il-proġetti magħżula mill-Kummissjoni li wara l-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji jitqiesu li għandhom valur miżjud Ewropew, b’mod partikolari l-proġetti tat-TEN-T fil-qasam tal-enerġija u t-trasport u proġetti relatati mas-suq diġitali uniku; |
15. |
Jinnota li l-President Draghi, fid-diskors tiegħu fis-simpożju annwali tal-bank ċentrali f’Jackson Hole fit-22 ta’ Awwissu 2014, qal li neħtieġu azzjoni miż-żewġ naħat tal-ekonomija, filwaqt li nnota li: il-politiki tad-domanda aggregata jridu jiġu akkumpanjati minn riformi u politiki strutturali nazzjonali; min-naħa tad-domanda, il-politika monetarja tista’ u għandu jkollha rwol ċentrali, li attwalment ifisser politika monetarja akkomodattiva għal perjodu estiż; hemm lok sabiex il-politika fiskali jkollha rwol ikbar flimkien mal-politika monetarja, filwaqt li titqies is-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku; u li, filwaqt li qed tinħass il-ħtieġa għal investiment pubbliku li jwassal għal aktar investiment privat u jiffaċilita r-riformi strutturali, jeħtieġ li jkun hemm enfasi wkoll fuq miżuri ta’ politika fiskali adegwati; |
16. |
Jaqbel mal-President Draghi li l-flessibbiltà eżistenti fi ħdan ir-regoli tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir tista’ tintuża biex jiġi indirizzat aħjar l-irkupru dgħajjef u biex jinħoloq spazju għall-ispiża tar-riformi strutturali meħtieġa; |
17. |
Jaqbel mal-President Draghi li jeżisti marġni ta’ manuvra biex tintlaħaq kompożizzjoni aktar favorevoli għat-tkabbir tal-politiki fiskali u biex jitnaqqas il-piż tat-taxxa b’mod newtrali għall-baġit; |
18. |
Jaqbel mal-President Draghi li jidher li azzjoni kumplementari fil-livell tal-UE tista’ tkun meħtieġa biex tiżgura pożizzjoni aggregata xierqa kif ukoll programm ta’ investiment pubbliku kbir; |
19. |
Jinnota li flimkien mat-tnaqqis fir-rati ewlenin tal-imgħax tiegħu u ż-żieda fl-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tiegħu, il-BĊE adotta strumenti innovattivi bħal operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament fuq perjodu itwal (TLTROs) u strateġiji ġodda ta' komunikazzjoni bħall-gwida bil-quddiem; |
20. |
Iqis li l-mekkaniżmu ta’ trażmissjoni mhux qed jiffunzjona sew, u li l-għodod tal-politika monetarja użati mill-BĊE mindu bdiet il-kriżi, filwaqt li jipprovdu għajnuna pożittiva fi swieq finanzjarji f’diffikultà, waħedhom ma jistgħux ikunu effikaċi biex jiġġieldu kontra l-frammentazzjoni finanzjarja, jistimulaw it-tkabbir jew itejbu s-sitwazzjoni fis-suq tax-xogħol; jinkoraġġixxi lill-BĊE jiżgura li l-politiki tiegħu jkunu adattati aħjar għall-ekonomija reali, b’mod partikolari fir-rigward tal-SMEs; |
21. |
Huwa tal-opinjoni li, minħabba li l-mekkaniżmu tat-trażmissjoni tal-politika monetarja għandu ħsara serja, l-impatti pożittivi ta' deċiżjonijiet biex jitbaxxew ir-rati ewlenin tal-imgħax tal-BĊE huma limitati; jirrimarka f’dan ir-rigward li rati tal-imgħax baxxi ħafna fuq perjodu twil iwasslu għal tgħawwiġ fis-settur tan-negozju u jistgħu jaffettwaw ħażin it-tfaddil u l-iskemi tal-pensjoni privati; |
22. |
Jilqa’ l-miżuri mħabbra mill-BĊE f’Ġunju 2014 immirati lejn it-titjib fil-funzjonament tal-mekkaniżmu tat-trażmissjoni tal-politika monetarja; jinnota li t-TLTRO jintroduċi, għall-ewwel darba, rabta bejn is-self lis-settur privat mhux finanzjarju mogħti mill-banek u l-ammont ta’ rifinanzjament li l-banek jistgħu jitolbu; jittama li r-riżultati fl-Analiżi tal-Kwalità tal-Assi (AQR) se jsaħħu l-użu tat-TLTRO mill-banek Ewropej, u għaldaqstant jiġi promoss it-trasferiment tal-likwidità lill-ekonomija reali; |
23. |
Jinnota li l-BĊE ħabbar li se jixtri titoli garantiti b'assi (ABS) u bonds koperti sabiex iqawwi l-impatt tat-TLTROs fuq it-tħaffif tal-kreditu; jenfasizza li dawn l-interventi fis-suq tal-ABS għandhom ikunu sinifikanti biżżejjed biex ikollhom effett fuq ir-rati tas-self għall-SMEs u jnaqqsu l-frammentazzjoni, u għandhom jitwettqu b’mod trasparenti li ma joħloqx riskji eċċessivi għall-karta tal-bilanċ tal-BĊE; |
24. |
Jenfasizza t-tħassib tiegħu rigward il-frammentazzjoni konsiderevoli tal-kundizzjonijiet tas-self għall-SMEs fil-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro, kif ukoll id-diskrepanza eżistenti bejn ir-rati ta' finanzjament mogħtija lill-SMEs u dawk mogħtija lill-kumpaniji ikbar; jinsisti li dawn il-problemi li ilhom jeżistu mhumiex indirizzati b’mod adegwat mill-miżuri reċenti mħabbra mill-BĊE biex jagħtu spinta lis-self bankarju, u li l-BĊE għandu jistudja l-fatturi sottostanti li jostakolaw l-aċċess tal-SMEs għall-kreditu; jistieden lill-BĊE jinvestiga jekk din id-diskrepanza hijiex marbuta mal-konċentrazzjoni fis-settur bankarju; |
25. |
Jenfasizza li, bil-miżuri mħabbra f’Ġunju u f'Settembru 2014, il-karta tal-bilanċ tal-BĊE mistennija terġa' lura għad-daqs li kellha fil-bidu tal-2012; jinnota li din iż-żieda proġettata tirrikjedi viġilanza qawwija mill-BĊE fir-rigward tar-riskji ta’ kreditu li fl-aħħar mill-aħħar iġġorr; |
26. |
Huwa tal-opinjoni li l-ammont kumplessiv ta’ sussidji impliċiti pprovduti sa issa għandu jiġi rkuprat b’mod gradwali għall-benefiċċju tal-kontribwenti tat-taxxa ladarba jerġa' jkun hemm kundizzjonijiet ekonomiċi normali; |
27. |
Jinnota l-fatt li l-BĊE ripetutament iddikjara r-rieda tiegħu li juża strumenti mhux konvenzjonali addizzjonali fil-mandat tiegħu, u li jbiddel id-daqs jew il-kompożizzjoni tal-interventi tiegħu, fil-każ ta’ perjodu eċċessivament twil ta’ inflazzjoni baxxa; jibqa’ lest juża miżuri mhux konvenzjonali addizzjonali, iżda jenfasizza li dawn il-miżuri mhumiex se jkunu biżżejjed mingħajr it-taħlita tajba ta' politika fiskali, investimenti u riformi strutturali; |
28. |
Jenfasizza li l-impatt fuq l-ekonomija reali tal-miżuri ta’ politika monetarja mhux konvenzjonali attwalment fis-seħħ m’għandux ikun stmat iżżejjed; jenfasizza li dawn il-miżuri huma ta’ natura tranżitorja u li għandhom l-għan jagħtu ċans lill-Istati Membri jikkonsolidaw is-sitwazzjoni fiskali tagħhom u jimplimentaw ir-riformi strutturali meħtieġa sabiex jiġu stimolati t-tkabbir ekonomiku u t-titjib fis-suq tax-xogħol; |
29. |
Jinnota li t-twettiq ta’ politiki monetarji mhux standard għal perjodu ta’ żmien estiż jista’ jiggrava t-tgħawwiġ fis-suq tal-kapital; jitlob lill-BĊE jikseb il-bilanċ ġust bejn ir-riskju li jirriżulta jekk jabbanduna b’mod prematur il-politika monetarja akkomodattiva tiegħu u r-riskji u l-ispejjeż li jirriżultaw mit-tgħawwiġ li dawn il-politiki jista’ jkollhom; jitlob għaldaqstant lill-BĊE jikkalibra l-politiki mhux standard biex jillimita tali tgħawwiġ; |
30. |
Ifakkar li l-politika monetarja waħedha ma tistax tistimola d-domanda aggregata sakemm ma tkunx akkumpanjata minn riformi strutturali u fiskali u politiki adegwati fil-livell nazzjonali; |
31. |
Jenfasizza li, kif jidher mill-esperjenza fis-snin ta’ qabel il-kriżi, rati stabbli tal-inflazzjoni, f’konformità mal-objettiv dwar ir-rata ta’ perjodu medju definit mill-BĊE, jistgħu jkunu assoċjati ma’ dinamika mhux sostenibbli ta’ dejn privat, b'mod li jissottolinja l-importanza tal-ġestjoni ta’ bżieżaq tal-assi u t-tkabbir tal-kreditu anke meta tkun garantita l-istabbiltà fil-prezzijiet; |
32. |
Ifakkar li l-indipendenza tal-BĊE fit-twettiq tal-politika monetarja tiegħu, kif minquxa fit-Trattati, hija kruċjali għall-objettiv tas-salvagwardja tal-istabbiltà fil-prezzijiet, jiġifieri li l-inflazzjoni tibqa' qrib iżda inqas mil-livell ta’ 2 %; ifakkar li l-gvernijiet u l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kollha għandhom jibqgħu lura milli jitolbu lill-BĊE jieħu azzjonijiet; |
33. |
Ifakkar li l-membri kollha tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE huma impenjati li jżommu mad-deċiżjonijiet meħuda, li għandhom jibqgħu kunfidenzjali sakemm ma jkunx ġie deċiż li jsiru pubbliċi; |
34. |
Jistieden lill-BĊE biex iżomm lura fir-rwol tiegħu fit-Trojka sabiex isaħħaħ l-indipendenza tiegħu minn deċiżjonijiet politiċi; |
35. |
Ifakkar li skont l-Artikolu 127 tat-TFUE, il-BĊE, mingħajr preġudizzju għall-objettiv ewlieni tiegħu, għandu jappoġġja l-politiki ekonomiċi ġenerali fl-Unjoni, kif iddikjarat ulterjorment fl-Artikolu 282 tat-TFUE; jenfasizza f’dan ir-rigward, l-importanza tad-djalogu monetarju; |
36. |
Jenfasizza li separazzjoni ċara bejn il-politika monetarja u fiskali timplika li l-awtorità monetarja m’għandhiex tipprovdi sussidji lill-istituzzjonijiet li jibbenefikaw mill-għoti ta’ likwidità, billi tali għoti ta’ sussidju jikkostitwixxi politika fiskali; |
37. |
Jiddeplora l-fatt li l-BĊE qabeż il-mandat tiegħu bbażat fuq it-Trattat, kif jidher fl-ittri mibgħuta mill-President preċedenti tal-BĊE lill-gvern Spanjol, Taljan u Irlandiż; |
38. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-pass ’il quddiem li għamel il-BĊE meta ddeċieda li jippubblika l-minuti fil-qosor tal-laqgħat tiegħu, u jilqa l-bidu ta’ din il-prattika f’Jannar 2015; jilqa’ l-fatt li għal din it-talba, li għamel il-Parlament fir-rapporti annwali kollha tiegħu dwar il-BĊE, ittieħdet azzjoni mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE; |
39. |
Jemmen li l-banek ċentrali mad-dinja kollha għandhom jaħdmu b’mod attiv biex jevitaw kwalunkwe politika li tista’ tiġġenera effetti konsegwenzjali negattivi fuq l-oħrajn; jirrimarka li xi banek ċentrali jistiednu banek ċentrali oħrajn jaċċettaw effetti konsegwenzjali negattivi potenzjali ta’ politiki monetarji ferm wara li jkunu implimentaw b’mod unilaterali l-politiki tagħhom stess; |
40. |
Jemmen li l-informazzjoni reċenti li feġġet tenfasizza l-importanza li fil-futur l-ELA tintuża b'mod prudenti; jenfasizza li ma jistax jiġi aċċettat li għal darb’oħra, settur bankarju ta’ Stat Membru jiddejjen għal perċentwal sostanzjali tal-PDG tiegħu b’dan il-mod; |
41. |
Iħeġġeġ lill-BĊE jissokta jtejjeb il-politika tiegħu dwar il-ġeneru fin-nomini tiegħu sabiex jelimina d-diskrepanza attwali; jilqa’ b’sodisfazzjon in-nomina ta' Danièle Nouy biex tmexxi s-sorveljanza tas-settur Bankarju Ewropew, b’mod partikolari fid-dawl tal-merti għolja u l-kurrikulu tal-karriera b’saħħtu li għandha; |
42. |
Jemmen li enfasi akbar fuq it-tkabbir u l-investiment pubbliku (bħall-pakkett ta' investiment ta' EUR 300 biljun propost mill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker) tista' isservi biex tikkumplimenta l-isforzi ta' politika tal-BĊE biex iżid l-impjiegi u t-tkabbir fl-Ewropa; |
L-istabbiltà finanzjarja
43. |
Jilqa’ l-fatt li l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU), l-ewwel pilastru tal-Unjoni Bankarja, beda jaħdem kompletament fl-4 ta’ Novembru 2014; jinnota li dan il-pass ewlieni fl-integrazzjoni finanzjarja Ewropea sar bis-saħħa tal-fatt li l-ħidma preparatorja, inkluża l-AQR, tlestiet b'suċċess; jirringrazzja lill-BĊE talli uża l-kredibilità tiegħu biex jappoġġja s-Sistema Bankarja Ewropea; jenfasizza li l-funzjonijiet regolatorji u tal-politika monetarja tal-BĊE m'għandhomx jitħalltu flimkien; |
44. |
Jinnota li l-AQR u t-test tal-istress imwettqa mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) b’kooperazzjoni mal-MSU kixfu l-fraġilitajiet li għad fadal fis-Sistema Bankarja Ewropea; jittama li r-riżultati kkunsidraw b’mod adegwat ir-riskji kollha, sabiex tiġi evitata l-''Ġappunifikazzjoni'' tal-qasam bankarju Ewropew u l-validità kontinwa ta' self li qatt ma jista' jitħallas lura; |
45. |
Iqis li l-BĊE għandu responsabbiltà ewlenija li jiżgura li r-rikapitalizzazzjonijiet futuri tal-banek isiru permezz tal-iskema ta' rikapitalizzazzjoni interna, meta l-aċċess għas-swieq ikun diffiċli jew impossibbli; |
46. |
Jistieden lill-BĊE jiżgura delimitazzjoni totali fil-prattiki ta’ kuljum tiegħu bejn il-politika monetarja u r-rwol tiegħu bħala kontrollur bankarju; |
47. |
Jenfasizza li l-MSU għandu l-għan jiżgura l-fiduċja fis-settur bankarju taż-żona tal-euro, u għaldaqstant l-istabbiltà finanzjarja; ifakkar li r-responsabbiltà demokratika tal-MSU l-ġdid quddiem il-Parlament Ewropew hija kruċjali biex tiġi żgurata l-kredibbiltà tar-reġim superviżorju l-ġdid; jenfasizza, għalhekk, l-importanza tal-ftehim interistituzzjonali ta' Novembru 2013 bejn il-Parlament u l-BĊE dwar il-modalitajiet prattiċi tal-eżerċizzju tar-responsabbiltà demokratika fuq l-MSU, u tal-implimentazzjoni sħiħa tiegħu; |
48. |
Jappoġġja l-idea li sabiex ir-rikapitalizzazzjoni interna tkun aktar kredibbli u effettiva, il-leġiżlazzjoni Ewropea għandha timxi 'l quddiem sabiex tissepara l-attivitajiet ta’ investiment aktar riskjużi mis-sistema bankarja tradizzjonali; |
49. |
Huwa tal-opinjoni li t-testijiet tal-istress l-aktar reċenti juru biċ-ċar il-limiti tal-isfond interistituzzjonali attwali billi fit-testijiet tal-istress ma nħasibx għal xenarju ta’ deflazzjoni minkejja l-fatt li dawn ir-riskji ta’ deflazzjoni huma reali; |
50. |
Jinnota li, minkejja profitabbiltà relattivament baxxa, il-banek fiż-żona tal-euro komplew isaħħu l-pożizzjonijiet tal-kapital tagħhom permezz ta’ taħlita ta’ żidiet fil-kapital u tnaqqis fl-assi mwieżna għar-riskju kif ukoll appoġġ pubbliku; jirrikonoxxi li f’bosta każijiet iż-żidiet fil-kapital twettqu fil-kuntest ta’ programmi ta’ għajnuna finanzjarja mill-Istati Membri; |
51. |
Jinsab imħasseb dwar id-dipendenza li ħafna banek fiż-żona tal-euro għad għandhom fuq il-finanzjament tal-bank ċentrali; iqis li l-ħolqien ta’ Unjoni tas-Suq Kapitali rregolata tajjeb huwa essenzjali, sabiex titnaqqas id-dipendenza eċċessiva tal-ekonomiji taż-żona tal-euro fuq is-sistema bankarja; |
52. |
Jirrimarka li l-konsolidazzjoni ta’ governanza tajba fil-banek issaħħaħ il-fiduċja fis-settur bankarju, u b’hekk tikkontribwixxi wkoll għall-istabbiltà finanzjarja; |
53. |
Jirrimarka li l-attività fuq it-titoli tal-gvern tkompli tkun sors ewlieni ta’ profitti għall-banek fiż-żona tal-euro, għalkemm il-kreditu lis-settur privat mhux finanzjarju jibqa’ kajman; iqis li l-ħidma teknika u leġiżlattiva dwar ir-riskji marbuta mad-dejn sovran għandha tiġi aċċelerata; jistieden lill-BĊE jwissi lil dawk il-banek li jibqgħu jżidu s-sjieda tagħhom ta’ bonds tal-gvern filwaqt li jnaqqsu l-kreditu lis-settur privat; |
54. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni dwar ir-riforma strutturali bankarja; jirrimarka li diġà ġew introdotti riformi simili f’bosta Stati Membri; jistieden lill-BĊE jikkollabora mal-istituzzjonijiet rilevanti l-oħra għal riforma strutturali sostenibbli fil-livell Ewropew li ttemm is-sussidji lill-attivitajiet tan-negozju ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kbar u toħloq kundizzjonijiet ekwi għas-servizzi finanzjarji; |
55. |
Ifakkar li l-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM), it-tieni pilastru tal-Unjoni Bankarja, se jidħol fis-seħħ sal-bidu tal-2015; jenfasizza l-ħtieġa li jibqa' jiġi żviluppat it-tielet pilastru tal-Unjoni Bankarja; |
o
o o
56. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew. |
L-Erbgħa 11 ta’ Marzu 2015
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/37 |
P8_TA(2015)0062
Rapport Annwali 2013 dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-UE – Il-ġlieda kontra l-frodi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 dwar ir-Rapport Annwali 2013 dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-UE – Il-ġlieda kontra l-frodi (2014/2155(INI))
(2016/C 316/04)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 325(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-rapporti annwali preċedenti tal-Kummissjoni u tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-17 ta' Lulju 2014 intitolat “Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Il-ġlieda kontra l-frodi: Rapport Annwali 2013” (COM(2014)0474) u d-dokumenti ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanjawh (SWD(2014)0243, SWD(2014)0244, SWD(2014)0245, SWD(2014)0246, SWD(2014)0247 u SWD(2014)0248), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali 2013 tal-OLAF, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport ta' Attività tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-OLAF: Frar 2013 – Jannar 2014, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet, |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2014, bit-titolu “Protezzjoni tal-Baġit tal-UE sa tmiem l-2013” (COM(2014)0618), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-3 ta' Frar 2014 intitolat “Rapport tal-UE kontra l-korruzzjoni” (COM(2014)0038), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport 397 tal-Ewrobarometru Speċjali dwar il-Korruzzjoni, |
— |
wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kummissjoni dwar id-diskrepanza fil-VAT, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi programm għall-promozzjoni tal-attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (il-programm Hercule III) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE (1), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2013 dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (COM(2013)0534), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jissostitwixxi r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2012 dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (COM(2012)0363), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2011 dwar l-isforzi tal-UE biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni (4), id-dikjarazzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2010 dwar l-isforzi tal-Unjoni biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni (5) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2011 intitolata “Nissieltu kontra l-Korruzzjoni fl-UE” (COM(2011)0308), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (6), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet dwar il-Liġi Ċivili u l-Liġi Kriminali tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Korruzzjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l- Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0024/2015), |
A. |
billi l-baġit tal-UE, li kull Stat Membru jikkontribwixxi għalih b'mod proporzjonali skont kriterji oġġettivi komuni, jipprovdi appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni u jirrappreżenta espressjoni ta' unità u strument biex tavvanza l-integrazzjoni Ewropea; |
B. |
billi l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE, flimkien mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, għandha tiggarantixxi li d-dħul u l-infiq tal-baġit jikkontribwixxu għall-ksib tal-prijoritajiet u l-objettivi tal-UE u għal aktar fiduċja min-naħa taċ-ċittadini billi tassigurahom li flushom qed jintużaw b'mod trasparenti, f'konformità sħiħa mal-għanijiet u l-politiki tal-UE u fl-interess taċ-ċittadini tal-UE; |
C. |
billi d-diversità fis-sistemi legali u amministrattivi fl-Istati Membri tirrappreżenta ambjent ta' sfida fejn ikunu megħluba l-irregolaritajiet u tkun miġġielda l-frodi, filwaqt li kwalunkwe użu mhux korrett tal-fondi tal-UE jinvolvi mhux biss telf individwali iżda saħansitra kollettiv u huwa ta' dannu għall-interessi ta' kull Stat Membru u tal-Unjoni kollha; |
D. |
billi bil-għan li ssaħħaħ il-miżuri eżistenti, bħalma hi l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (Konvenzjoni PIF), għall-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni ressqet żewġ proposti għal strumenti tal-liġi kriminali, id-Direttiva PIF u r-Regolament dwar it-Twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (ir-Regolament UPPE), immirati biex jiżguraw investigazzjoni aktar effettiva u protezzjoni aħjar tal-flus tal-kontributuri tat-taxxa fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja Ewropew kollu kemm hu; |
E. |
billi l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus fl-Unjoni għandha tkun prijorità tal-azzjoni politika tal-istituzzjonijiet Komunitarji u billi, għalhekk, il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja bejn l-Istati Membri hija fundamentali; |
I. Identifikazzjoni u rappurtar ta' irregolaritajiet mhux frodulenti u frodulenti
1. |
Jieħu nota tar-rapport tal-Kummissjoni dwar il-Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Ġlieda kontra l-frodi – Rapport Annwali 2013 (ir-“rapport annwali” tal-Kummissjoni); jilqa' l-firxa wiesgħa ta' miżuri legali u amministrattivi meħuda mill-Kummissjoni sa mill-2011, biex b'hekk jinħoloq xenarju ġdid għal aktar tisħiħ tal-politika għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jissottolinja li r-riżultati attwali insuffiċjenti fil-ġlieda kontra l-frodi mhumiex minħabba nuqqas ta' regolamentazzjoni iżda minħabba implimentazzjoni mhux sodisfaċenti; jitlob li l-Kummissjoni tirrispondi għat-talbiet tal-Parlament fir-rapporti PIF annwali preċedenti b'mod aktar f'waqtu fir-rapport tal-Kummissjoni li jmiss; |
2. |
Ifakkar li, fil-kuntest tad-diffikultajiet ekonomiċi li l-Istati Membri għaddejjin minnhom bħalissa u minħabba r-riżorsi insuffiċjenti fil-baġit tal-UE, il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea hi partikolarment importanti; jenfasizza l-fatt li l-fondi tal-UE għandhom jiġu ġestiti u użati bl-aktar mod effiċjenti possibbli; |
3. |
Jinnota li fl-2013 kienu rrappurtati total ta' 15 779 irregolarità lill-Kummissjoni, li 14 170 minnhom ma kinux frodulenti u 1 609 kienu frodulenti, li jinvolvu ammont globali ta' madwar EUR 2,14-il biljun, li minnhom madwar EUR 1,76 biljun kienu relatati mal-infiq, li jirrappreżentaw 1,34 % tal-pagamenti kollha, bil-bqija tat-EUR 380 miljun jirrappreżentaw 1,86 % tar-riżorsi proprji tradizzjonali gross miġbura; |
4. |
Jinnota li minkejja li l-impatt finanzjarju globali tal-irregolaritajiet mhux frodulenti rrappurtati fl-2013 naqas għal madwar EUR 1,84 biljun, jew 38 % inqas mill-2012, l-għadd ta' tali irregolaritajiet irreġistrati naqas bi 16 % fuq is-sena preċedenti; jinnota, barra minn hekk, li l-għadd ta' irregolaritajiet frodulenti rrappurtati fl-2013 żdied sa 30 % meta mqabbla mal-2012, filwaqt li l-impatt finanzjarju tagħhom, li jinvolvi EUR 309 miljun f'finanzjament tal-UE, naqas b'21 %; |
5. |
Jinnota li, minħabba d-disponibbiltà tal-informazzjoni l-ġdida bħala riżultat tal-bidliet sinifikanti fil-mod ta' kif l-Istati Membri u l-Kummissjoni jirrapportaw irregolaritajiet, kien hemm bidla fir-rapport annwali tal-2013 tal-Kummissjoni rigward l-attenzjoni minn irregolaritajiet trattati f'termini ġenerali għal dawk irrappurtati bħala frodulenti; jistieden lill-Kummissjoni żżomm dan l-approċċ fir-Rapport Annwali futur tagħha dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-UE – Il-ġlieda kontra l-frodi; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni, madankollu, biex tkompli żżid id-disponibbiltà tal-informazzjoni u ssaħħaħ l-analiżi dwar l-iskop, it-tipi u l-impatt ta' irregolaritajiet li mhumiex frodulenti fid-dawl tan-numru għoli ħafna tagħhom u l-impatt monetarju negattiv relatat, li jaffettwa b'mod ħażin l-interessi finanzjarji tal-UE; |
6. |
Jenfasizza r-responsabbiltà kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Istati Membri li jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jiġġieldu kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe tip ieħor ta' attività illegali li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jirrimarka li l-kooperazzjoni mill-qrib u l-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri huma essenzjali biex jiżguraw il-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li għaldaqstant huwa importanti ħafna li kemm il-kooperazzjoni kif ukoll il-koordinazzjoni għandhom jissaħħu u jsiru kemm jista' jkun effettivi; jirrimarka li l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kemm għall-parti tar-riżorsi kif ukoll għall-infiq, teħtieġ l-istess livell ta' viġilanza; |
7. |
Jinnota li t-tendenza ġenerali fl-identifikazzjoni u r-rappurtar tal-irregolaritajiet frodulenti potenzjali f'dawn l-aħħar ħames snin turi li qed jonqsu bil-mod, għalkemm l-għadd ta' irregolaritajiet mhux irrappurtati bħala frodulenti naqas b'mod progressiv; jitlob li l-Kummissjoni teżamina f'aktar dettall ir-raġunijiet ewlenin sottostanti għal din iż-żieda u li twettaq analiżi li twieġeb il-mistoqsija dwar jekk ix-xejra hijiex dovuta għal bidla lejn l-identifikazzjoni ta' każijiet irregolari jew għall-mod li bih l-Istati Membri jikklassifikaw il-każijiet; |
8. |
Jinsab konvint li l-mezzi tal-liġi kriminali msemmija fid-Direttiva PIF se jkunu effettivi biss jekk jirnexxilhom jagħtu definizzjoni ċara tal-offiżi fil-qasam tal-PIF, tal-pieni ta' ħabs minimi u massimi applikabbli fl-Istati Membri parteċipanti kollha, u r-regoli minimi dwar il-preskrizzjoni, u jekk dawn id-dispożizzjonijiet sussegwentement jiġux implimentati bl-istess mod u b'effiċjenza mill-Istati Membri kollha; |
Dħul – Riżorsi proprji
9. |
Jilqa' l-fatt li 98 % tar-riżorsi proprji tradizzjonali jinġabru mingħajr problemi kbar, b'irregolaritajiet frodulenti rrappurtati li jirrappreżentaw 0.29 % tar-riżorsi proprji tradizzjonali gross stabbiliti (b'valur ta' EUR 61 miljun) u irregolaritajiet mhux frodulenti jirrappreżentaw 1,57 % ta' riżorsi proprji tradizzjonali (b'valur ta' EUR 327,4 miljun); jinnota li l-każijiet ta' frodi u irregolarità identifikati fl-2013 ammontaw għal EUR 380 miljun, li minnhom EUR 234 miljun ġew irkuprati mill-Istati Membri; jinnota, b'mod partikolari, il-fatt li r-rata ta' rkupru ta' 62 % għal riżorsi proprji tradizzjonali fl-2013 tirrappreżenta l-aħjar riżultat miksub s'issa matul l-aħħar deċennju; |
10. |
Jinsab imħasseb li fl-2013 il-maġġoranza tal-ammonti stabbiliti fil-bażi tad-data OWNRES fl-UE-28 kienet relatata mal-proċedura doganali magħrufa bħala r-“rilaxx għal ċirkolazzjoni libera” kemm għal każijiet ta' frodi (93 %) kif ukoll għal każijiet ta' irregolarità (87 %); jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjonijiet xierqa mmirati lejn it-tisħiħ tal-proċedura doganali magħrufa bħala r-“rilaxx għal ċirkolazzjoni libera” sabiex il-proċedura ssir inqas suxxettibbli għal okkorrenzi ta' frodi u irregolarità; |
11. |
Jinsab imħasseb li fl-2013, fil-bażi tad-data OWNRES, ir-rata ta' rkupru għal każijiet ta' frodi kienet ta' 23,74 % biss, ċifra iżgħar mir-rata medja ta' 33,5 % għall-perjodu 2008-2012; jirrimarka li r-rata ta' rkupru għal każijiet ta' irregolarità rrappurtati għall-2013 hija ta' 67,9 %; jissottolinja, b'mod ġenerali, ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u s-servizzi tal-Kummissjoni lejn l-irkupru ta' somom imħallsa indebitament u jistedinhom jassumu bix-xieraq din ir-responsabbiltà u jżidu b'mod sostanzjali r-rata ta' rkupru f'każijiet ta' frodi, li tinsab b'mod ġenerali f'livell baxx ħafna meta mqabbla mar-rata ta' rkupru għal irregolaritajiet mhux frodulenti; |
12. |
Jilqa' l-firma mill-Unjoni Ewropea, fl-2013, tal-Protokoll tan-NU biex jiġi eliminat il-kummerċ illegali fil-prodotti tat-tabakk; josserva li 15-il Stat Membru ffirmaw il-Protokoll iżda li attwalment ġie ratifikat mill-Awstrija biss; jistieden, għaldaqstant, il-bqija tal-Istati Membri biex itemmu l-proċess ta' ratifika rispettiv tagħhom kemm jista' jkun malajr; |
13. |
Jissottonlinja l-fatt li l-kuntrabandu ta' prodotti intaxxati ħafna jikkawża telf ta' dħul sinifikanti għall-baġits tal-UE u tal-Istati Membri, u li t-telf dirett mid-dħul doganali bħala riżultat tal-kuntrabandu tas-sigaretti waħdu huwa stmat li huwa aktar minn EUR 10 biljun kull sena; jiġbed l-attenzjoni, barra minn hekk, lejn it-traffikar ta' prodotti foloz, li jikkaġuna ħsara kemm fuq l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri kif ukoll fuq kumpaniji tal-UE; |
14. |
Jirreferi għall-ħidma li għaddejja biex tittejjeb id-data tal-introjtu nazzjonali gross (ING), u għall-kwistjonijiet imqajma fir-Rapport Speċjali Nru 11/2013 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li jitlob verifikazzjoni iqsar, aktar iffukata taċ-ċifri tal-ING u rappurtar aħjar u koordinazzjoni rigward ir-riżultati, sabiex is-sistema tal-ING issir dejjem aktar affidabbli fil-kontribut tagħha għall-kalkolu ta' dħul tal-UE; |
15. |
Jinnota li l-inklużjoni ta' ekonomija inviżibbli fil-kontijiet nazzjonali għandha tikkontribwixxi biex tiżgura data tal-ING aktar kompluta u affidabbli, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Eurostat biex japprofondixxu l-kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet nazzjonali tal-istatistika biex jiżguraw li dan l-element huwa ttrattat b'mod koerenti u komparabbli fl-Istati Membri kollha, billi tuża l-iktar informazzjoni aġġornata; |
16. |
Jissottolinja l-fatt li f'ħafna Stati Membri, id-diskrepanza fil-VAT hija kontinwament għolja minħabba l-frodi u l-evitar tal-VAT; jenfasizza li l-Kummissjoni għandha l-awtorità li tikkontrolla u tissorvelja l-miżuri meħuda mill-Istati Membri; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tuża l-poteri kollha tagħha sabiex tgħin lill-Istati Membri fil-ġlieda tagħhom kontra l-frodi tal-VAT u l-evitar tat-taxxa; |
17. |
Jinnota, barra minn hekk, li 133 każ ta' sigaretti b'kuntrabandu ġew irreġistrati mill-Istati Membri fl-2013, li jinvolvi stima ta' riżorsi proprji tradizzjonali ta' madwar EUR 7 miljun; jissottolinja li din ix-xejra tirrappreżenta tnaqqis qawwi meta mqabbla mal-2012, fejn kienu rrappurtati 224 każ li jinvolvu madwar EUR 25 miljun; huwa mħasseb b'mod serju dwar il-fatt li d-Danimarka, l-Estonja, Spanja, Franza, Ċipru, il-Lussemburgu, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Isvezja ma rrappurtaw l-ebda każ ta' sigaretti b'kuntrabandu lill-Kummissjoni fl-2013, u jpoġġi f'dubju l-effiċjenza tal-proċess ta' rappurtar f'dawk l-Istati Membri; jinsisti li l-Istati Membri kollha jirrappurtaw l-każijiet ta' kuntrabandu u iffalsifikar lill-Kummissjoni, b'mod preċiż u fil-ħin, sabiex issir stima aħjar tar-riżorsi proprji tradizzjonali affettwati b'mod negattiv; |
18. |
Jinnota li l-Kummissjoni se tippubblika studju dwar il-fattibbiltà ta' sistema ta' lokalizzazzjoni u traċċar għall-prodotti tat-tabakk; jissottolinja li dan huwa pass enormi 'l quddiem fil-ġlieda kontra l-kuntrabandu; jitlob li l-Kummissjoni tfassal u timplimenta sistema miftuħa u kompetittiva ta' lokalizzazzjoni u traċċar, b'tali mod li d-disinn u l-mod li bih tiġi implimentata s-sistema ma jiffavorixxux fornitur tas-soluzzjonijiet wieħed jew ftit biss; |
Sistema Kompjuterizzata tal-Movimenti u tal-Kontrolli Intrakomunitarji ta' Prodotti Soġġetti għas-Sisa
19. |
Ifakkar li:
|
Nefqa
20. |
Jiġbed l-attenzjoni għaż-żieda allarmanti ta' 76 % fl-għadd ta' irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti rigward l-infiq tal-UE u jħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jipprevjenu tali tendenza negattiva fis-snin li ġejjin; |
21. |
Jesprimi tħassib li fis-settur tal-agrikoltura l-għadd taż-żewġ irregolaritajiet b'mod ġenerali u partikolarment l-attivitajiet frodulenti żdiedu b'mod sinifikanti fl-2013 meta mqabbla mal-2012; jinnota li fl-2013 seħħet tendenza ġdida sinifikanti ta' ksur li tirreferi għal “benefiċjarju li ma għandhux il-kwalità meħtieġa”, b'51 każ ta' irregolarità frodulenti rrappurtati; iqis li dawn it-tendenzi jeħtieġu miżuri speċifiċi mmirati minn naħa lejn l-eliminazzjoni ta' prattiki li jistgħu potenzjalment iwasslu għal ksur mhux intenzjonali, u min-naħa l-oħra jikkonfrontaw b'mod aggressiv imġiba korrotta u kriminali; |
22. |
Jirrikonoxxi li fil-qasam tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, l-Istati Membri rkupraw EUR 197 miljun mill-benefiċjarji matul is-sena finanzjarja 2013 filwaqt li EUR 1 318,3 miljun għad iridu jiġu rkuprati mill-benefiċjarji fi tmiem is-sena, li minnhom EUR 1 097,1 miljun huma pendenti għall-baġit tal-UE wara l-applikazzjoni ta' mekkaniżmu ta' 50/50; jinsab mħasseb, minħabba li l-irkupru għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) huwa taħt il-medja globali u lanqas nofs l-irregolaritajiet identifikati fl-2009 ma kienu ġew irkuprati sa tmiem l-2013; |
23. |
Jirrimarka d-differenzi sinifikanti bejn Stati Membri dwar il-kapaċità tagħhom li jirkupraw somom mitlufa minħabba pagamenti irregolari li jinstabu taħt il-PAK u jħeġġeġ lill-Istati Membri b'rati ta' rkupru taħt it-33 % jtejbu b'mod sinifikanti r-riżultati tagħhom fl-2015 u fis-snin sussegwenti; |
24. |
Jirrikonoxxi li wara r-riforma tal-2013 tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), l-Istati Membri jibbenefikaw minn livell ogħla ta' flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-politika u huma b'mod partikolari jistgħu jippersonalizzawha għall-kapaċitajiet u l-prijoritajiet reġjonali jew nazzjonali tagħhom, u jagħmlu trasferimenti bejn il-pilastri differenti tagħha; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li din iż-żieda fil-flessibbiltà mhux se tkun għad-detriment tas-sistemi ta' monitoraġġ u valutazzjoni; jinnota wkoll li fil-qafas tal-PAK il-ġdida, il-Kummissjoni qed taħdem fuq aġenda ta' simplifikazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex tallinja l-aġenda ta' simplifikazzjoni bis-sħiħ mal-istrateġija kontra l-frodi tad-DĠ AGRI u biex iżżomm bilanċ bejn is-simplifikazzjoni u l-ġestjoni tajba tal-fondi tal-UE billi tiżgura kontrolli adegwati; |
25. |
Jinsab imħasseb ukoll dwar il-fatt li d-dewmien medju bejn l-okkorrenza ta' irregolarità, tal-identifikazzjoni tagħha u fl-aħħar nett ir-rappurtar tagħha lill-Kummissjoni huwa ta' 6,3 snin fis-settur agrikolu u 2,75 snin f'setturi oħra; ifakkar li wara li tiġi identifikata l-irregolarità jsiru proċeduri ulterjuri (ordnijiet ta' rkupru, investigazzjonijiet tal-OLAF, eċċ.); jitlob li l-Kummissjoni tiddetermina t-tul ta' ħajja medja, minima u massima ta' irregolarità identifikata taħt ġestjoni ċentralizzata għal kull settur tal-politika; |
26. |
Jistenna li ż-żieda sinifikanti ta' 475 % f'irregolaritajiet indikati fis-settur tas-sajd fl-2013 tirrappreżenta l-ogħla żieda ta' sena, dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni ta' programmi fis-settur, u li m'għandhiex tirrappreżenta tendenza negattiva li ddgħajjef il-perċezzjoni tal-valur tal-politika tas-sajd tal-UE; |
27. |
Jinnota bi tħassib li fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni, kien hemm żieda ta' 15 % fl-għadd ta' każijiet ta' irregolaritajiet indikati; jinnota wkoll, madankollu, li ġie nnutat tnaqqis ta' 49 % fl-ammonti involuti f'każijiet mhux frodulenti u 22 % f'każijiet ta' frodi; |
28. |
Jinnota li 321 irregolarità rrappurtati bħala frodulenti u 4 672 irrappurtati bħala mhux frodulenti kienu marbuta mal-politika ta' koeżjoni; jirrikonoxxi l-fatt li fiż-żewġ kategoriji kien hemm żieda ta' 15 % fin-numru tar-rapporti meta mqabbel mal-2012, u li bħal ma ġara fi snin preċedenti, l-akbar sehem ta' ammonti li jinvolvu irregolaritajiet fl-2013 (63 %) għadu marbut mal-politika ta' koeżjoni; jinnota, madankollu, li fiż-żewġ kategoriji kien hemm tnaqqis fl-ammonti korrispondenti u jidher li abbażi tal-esperjenza tas-snin preċedenti dan hu titjib gradwali filwaqt li għall-ewwel darba l-politika ta' koeżjoni ma kinitx il-qasam tan-nefqa baġitarja bl-ogħla numru ta' irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti; |
29. |
Jiddispjaċih, madankollu, dwar in-nuqqas ta' informazzjoni disponibbli dwar l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati u r-rati ta' rkupru relatati mal-politika ta' koeżjoni għas-sena finanzjarja 2013; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dettaljata f'dan ir-rigward fir-rapport annwali futur tagħha; |
30. |
Jinnota li fir-rigward tal-infiq skont ġestjoni ċentralizzata u f'perspettiva ta' ħames snin, ir-rata ta' rkupru hija ta' 54,4 % għal irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti u 63,9 % għal irregolaritajiet mhux frodulenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb il-proċess ta' rkupru u tagħmlu aktar f'waqtu; |
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni tieħu r-responsabbiltà sħiħa għall-irkupru ta' fondi mħallsa indebitament fil-baġit tal-UE u biex tistabbilixxi prinċipji uniformi ta' rappurtar fl-Istati Membri kollha bil-għan li tiġbor id-data komparabbli u preċiża xierqa; |
32. |
Jinsab imħasseb dwar il-fatt li fir-rigward ta' ordnijiet ta' rkupru kwalifikati bħala irregolaritajiet (kemm dawk irrappurtati bħala frodulenti kif ukoll dawk mhux irrappurtati bħala frodulenti) maħruġa bejn l-2009 u l-2013 taħt ġestjoni ċentralizzata, id-dewmien medju bejn l-okkorrenza ta' irregolarità u l-identifikazzjoni tagħha huwa ta' 3,4 snin: aktar minn nofs il-każijiet (54 %) kienu identifikati fi żmien 4 snin tas-sena meta twettqet l-irregolarità, u d-dewmien għan-nofs l-ieħor (46 %) varja bejn 4 snin u 13-il sena; ifakkar li wara tiġi identifikata l-irregolarità, isiru proċeduri ulterjuri (ordnijiet ta' rkupru, investigazzjonijiet tal-OLAF, eċċ.); jitlob li l-Kummissjoni tiddetermina t-tul ta' ħajja medja, minima u massima ta' irregolarità identifikata taħt ġestjoni ċentralizzata; |
33. |
Huwa sodisfatt li l-għadd ta' każijiet irrappurtati bħala frodulenti li jappartjenu lill-Fond Soċjali Ewropew fl-2013 kien 40 % inqas minn dak fis-snin 2009 u 2010 u li l-2013 kienet it-tielet sena konsekuttiva fejn din it-tendenza pożittiva inżammet; |
34. |
Jinnota b'sodisfazzjon li għall-perjodu ta' programmar 2007-2013 il-verifiki amministrattivi u dawk fuq il-post u l-operazzjonijiet ta' awditjar wasslu għar-rata ferm ogħla ta' 63 % fl-identifikazzjoni ta' irregolaritajiet frodulenti, meta mqabbla ma' rata ta' inqas minn 20 % għall-perjodu preċedenti ta' seba' snin, minkejja li kien hemm tnaqqis żgħir għal 55 % fl-2013; |
35. |
Jieħu nota li fl-2013, il-Kummissjoni temmet bi 217-il każ ta' interruzzjoni ta' pagament fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni u li 131 kienu għadhom miftuħa fi tmiem is-sena, u li dawn jinvolvu ammont ta' EUR 1,977 miljuni; jirrikonoxxi wkoll li l-Kummissjoni adottat 15-il deċiżjoni ta' sospensjoni fl-2013 u tnejn f'Jannar 2014; |
36. |
Jirrikonoxxi li fl-2013, bħala parti mill-assistenza ta' qabel l-adeżjoni, 33 irregolarità kienu rrappurtati bħala frodulenti, u li dawn jinvolvu ammont ta' EUR 14,4 miljun, u li dawn l-irregolaritajiet huma marbuta l-aktar mal-Programm Speċjali tal-Adeżjoni għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (SAPARD); jinnota, barra minn hekk, li disa' irregolaritajiet frodulenti li jinvolvu ammont ta' EUR 1,2 miljun ġew irrappurtati taħt l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA); josserva li bejn l-2003 u l-2013, taħt l-assistenza ta' qabel l-adeżjoni, ir-rati ta' rkupru laħqu s-37,36 % u 29,22 % rispettivament għal każijiet ta' irregolaritajiet u każijiet ta' frodi; jistieden lill-Kummissjoni u l-pajjiżi benefiċjarji tal-IPA jieħdu azzjoni sabiex jiżguraw rata ogħla ta' rkupru taħt l-IPA; |
37. |
Jappella għal proposti biex jitnaqqas l-għadd ta' programmi ta' nfiq, b'mod partikolari meta huma jikkoinċidu parzjalment, u sabiex il-programmi jkunu mmirati, kull meta jkun possibbli, lejn l-Istati Membri li huma l-aktar fil-bżonn ta' appoġġ, b'tali mod li mhux il-programmi kollha neċessarjament jibbenefikaw attivitajiet fl-Istati Membri kollha; |
38. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li bosta proġetti ffinanzjati mill-BEI ġew affettwati mill-korruzzjoni u l-frodi; iqis li d-dokument tal-BEI, bid-data tat-8 ta' Novembru 2013, li jiddefinixxi l-politika tal-BEI dwar il-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta' prattiki ta' korruzzjoni, frodi, kollużjoni, koerċizzjoni, ostruzzjoni, ħasil tal-flus u finanzjament għat-terroriżmu, jindika nuqqas ta' kontroll suffiċjenti f'għadd ta' każijiet matul l-implimentazzjoni ta' proġetti ffinanzjati mill-BEI; jesprimi t-tħassib tiegħu għall-fatt li fl-2013 il-BEI ffinanzja l-proġett Passante di Mestre għal total ta' EUR 350 miljun u li, minkejja l-fatt li dan il-proġett kien affettwat minn korruzzjoni u frodi, li wassal għall-arrest ta' bosta persuni involuti, huwa qed jikkunsidra jekk jiffinanzjax il-proġett mill-ġdid għal ammont addizzjonali ta' EUR 700 miljun permezz ta' bonds tal-proġetti; jitlob, għaldaqstant, li, f'każijiet ta' frodi u korruzzjoni bi prova, ikun jeħtieġ li l-BEI jissospendi u/jew jimblokka kwalunkwe finanzjament għall-proġett affettwat li jkun previst u li jkun għaddej; |
II. Problemi identifikati u miżuri meħtieġa
39. |
Jissottolinja t-tħassib tiegħu fir-rigward tat-theddid persistenti għall-baġit tal-UE, minħabba ż-żewġ nuqqasijiet biex ikunu konformi mar-regoli (irregolaritajiet mhux frodulenti) u l-għemejjel ħżiena bi skop u reati kriminali (jiġifieri, frodi); jinsisti fuq kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni bil-għan li jiżguraw miżuri u mezzi rilevanti u adegwati biex irregolaritajiet mhux frodulenti jkunu evitati u korretti u tkun miġġielda l-frodi; |
40. |
Jisħaq fuq il-fatt li s-sitwazzjoni fejn l-Istati Membri jonqsu milli jibagħtu d-data fiż-żmien jew li jressqu data preċiża hija waħda li ilha tirrikorri għal bosta snin; itenni t-tħassib tiegħu li għad hemm approċċi differenti fi Stati Membri differenti fir-rigward tal-identifikazzjoni u r-rappurtar tal-irregolaritajiet frodulenti u mhux frodulenti, inkluż f'tali oqsma bħall-politika ta' koeżjoni u tal-agrikoltura, u li f'xi każijiet hemm interpretazzjonijiet mhux standardizzati meta jkun applikat il-qafas legali; jirrimarka li dan ifixkel il-possibilità li jsiru paraguni u li ssir valutazzjoni oġġettiva u l-ħruġ ta' rakkomandazzjonijiet mill-Parlament, il-Kummissjoni u l-OLAF; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida u indikaturi komuni sabiex jonqos id-distakk bejn l-approċċi differenti tal-Istati Membri u biex tiżviluppa bank ta' informazzjoni unifikat u komprensiv dwar irregolaritajiet li fil-fatt ġew instigati u dwar miżuri meħuda, inklużi każijiet ta' frodi u korruzzjoni li jinvolvu persuni fis-servizz ċivili, u b'hekk jipprovdu lill-awtoritajiet u liċ-ċittadini b'data affidabbli, komparabbli u ċentralizzata għall-implimentazzjoni ta' miżuri korrettivi effettivi, u għal valutazzjoni oġġettiva tal-gravità attwali, aktar milli perċepita, tal-ksur u tal-partijiet responsabbli; |
41. |
Josserva li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni lill-Istati Membri fl-2012 li l-istatus ta' implimentazzjoni tagħhom huwa rrappurtat fir-rapport annwali 2013 tal-Kummissjoni – partikolarment dwar servizzi ta' koordinazzjoni kontra l-frodi, ir-regoli komuni dwar il-frodi, ir-riforma tal-akkwist pubbliku, l-irregolaritajiet frodulenti rrappurtati, u tas-sistemi ta' verifiki u kontrolli u ta' valutazzjoni tar-riskju – kienu ġeneralment xierqa u jiddispjaċih li numru ta' problemi ma ġewx indirizzat kompletament; jinnota, pereżempju, li t-tħejjijiet ma ġewx imnedija mill-Istati Membri kollha għall-implimentazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2014-2020 u d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar il-prevenzjoni tal-frodi; jistieden lill-Istati Membri jsegwu r-rakkomandazzjonijiet li l-Kummissjoni indirizzatilhom fl-2012 u biex jiżguraw li dawk li indirizzatilhom fir-rapport tagħha tal-2011 kif ukoll fir-rapport tagħha tal-2013 ikunu segwiti bis-sħiħ u jagħtu spjegazzjoni motivata fil-każ fejn ma setgħux jaġixxu fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet; |
42. |
Jirrikonoxxi l-fatt li l-irregolaritajiet mhux frodulenti spiss huma kkawżati minn għarfien insuffiċjenti tar-regoli, u minn rekwiżiti u regolamenti kumplessi; jirrimarka li l-modifiki għar-regoli li jappartjenu kemm għad-dħul kif ukoll għall-infiq, inklużi dawk immirati lejn is-simplifikazzjoni, jeħtieġu ż-żmien għall-adozzjoni min-naħa tal-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni xierqa tagħhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex jikkoordinaw aħjar l-interpretazzjoni tal-qafas legali u l-applikazzjoni stretta tiegħu, biex jimplimentaw miżuri mmirati u f'waqthom li jsaħħu l-kapaċitajiet amministrattivi, kemm fl-amministrazzjonijiet pubbliċi u fost il-partijiet interessati, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż permezz ta' gwida u taħriġ u billi jistabbilixxu skemi biex jinżamm persunal kwalifikat u b'ħiliet xierqa; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri biex iwettqu valutazzjoni ta' nofs it-term dwar jekk l-istruttura regolatorja ġdida tal-politika ta' koeżjoni tkomplix tipprevjeni u tnaqqas ir-riskju ta' irregolaritajiet, u biex tevalwa l-possibbiltà ta' aktar simplifikazzjoni regolatorja fir-rigward tar-regoli eżistenti; |
43. |
Iqis li Stati Membri li waħedhom jidentifikaw u jirrappurtaw irregolaritajiet, inklużi każijiet ta' frodi, għandhom jiġu appoġġjati u mħeġġa jkomplu jtejbu s-sistemi ta' rappurtar u ta' ġestjoni; jesprimi tħassib għan-nuqqas ta' kapaċità min-naħa tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi jekk l-għadd baxx ta' irregolaritajiet u każijiet ta' frodi indikati minn ċerti Stati Membri u d-differenzi kbar fl-għadd ta' każijiet irrappurtati għal snin differenti humiex minħabba n-nuqqas ta' effikaċja tas-sistemi ta' kontroll ta' dawn l-Istati Membri; |
44. |
Jiddispjaċih dwar il-fatt li xi Stati Membri biss jallokaw ir-riżorsi rilevanti sabiex jiġġieldu kontra l-frodi u jidhirlu li huwa inaċċettabbli li f'każijiet ta' irregolaritajiet frodulenti xi Stati Membri jillimitaw l-azzjonijiet tagħhom għal miżuri korrettivi biss mingħajr ma jipproċedu b'investigazzjonijiet tar-reat kriminali potenzjali u jissanzjonaw lil dawk responsabbli, filwaqt li b'hekk jonqsu milli jipproteġu b'mod adegwat l-interessi finanzjarji kemm tal-kontribwenti tal-UE u dawk individwali; jinnota li l-istatistika ppreżentata mill-Istati Membri dwar il-każijiet kriminali u l-eżitu tagħhom mhijiex kompluta, fatt li jagħmilha diffiċli biex jiġu evalwati l-effikaċja tal-investazzjoni dwar il-frodi u l-proċeduri ta' prosekuzzjoni fl-Istati Membri; iqis, għaldaqstant, li l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet li jintroduċu r-responsabbiltà ġuridika penali fil-livell tal-UE, u l-introduzzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew bħala għodda sabiex jinbdew u jiġu kkoordinati l-investigazzjonijiet f'tali irregolaritajiet, għandha tirrappreżenta diżinċentiv qawwi għall-atti illegali kif ukoll ir-rinunzja ta' proċess ġust fl-insegwiment u l-kastig ta' imġiba korrotta jew kriminali li hija ta' dannu għall-interessi finanzjarji tal-UE; |
45. |
Huwa tal-opinjoni li azzjoni effettiva kontra l-korruzzjoni hija possibbli jekk miżuri tad-dritt kriminali jiġu rispettati u kkumplimentati minn miżuri oħra bħal trasparenza u responsabbiltà aħjar; jinsisti, għaldaqstant, li l-Istati Membri juru rieda politika soda biex jiġġieldu b'mod effikaċi kontra l-korruzzjoni kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE permezz tal-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni effikaċi għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u billi jipproċedu bil-proposti eżistenti fil-livell tal-UE, u jistieden liċ-ċittadini jeżerċitaw pressjoni b'mod konvinċenti fuq il-gvernijiet biex iwettqu b'mod vigoruż politiki sinifikanti kontra l-korruzzjoni; |
46. |
Jilqa' l-ewwel Rapport tal-UE kontra l-Korruzzjoni ta' Frar 2014 bħala għodda siewja biex tissorvelja u tivvaluta l-isforzi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u jafferma mill-ġdid l-importanza partikolari ta' intensifikazzjoni tal-iskambji ta' prattiki attwali tajbin enfasizzati f'dan ir-rapport; jilqa' wkoll il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Nissieltu kontra l-korruzzjoni fl-UE” (COM(2011)0308 final), li tesplora l-passi meħtieġa biex jiġu implimentati aħjar l-istrumenti eżistenti kontra l-korruzzjoni u jipproponi modi biex jiġu integrati kunsiderazzjonijiet iktar b'saħħithom kontra l-korruzzjoni f'għadd ta' oqsma ta' politika interna u esterna; jinnota, madankollu, l-importanza tal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Rapport kontra l-Korruzzjoni għall-element transkonfinali u fil-livell tal-UE ta’ korruzzjoni u għall-valutazzjoni tal-miżuri meħuda biex ikomplu jtejbu l-integrità tal-istituzzjonijiet tal-UE, u jenfasizza l-ħtieġa għal strateġija kompletament komprensiva u koerenti kontra l-korruzzjoni li tiġbor fiha l-politiki kollha tal-UE, li tindirizza, inter alia, it-tħassib li tqajjem fl-ewwel Rapport tal-UE kontra l-Korruzzjoni; jitlob li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni mill-istituzzjonijiet tal-UE tal-politiki interni tagħhom kontra l-korruzzjoni, inklużi l-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni; |
47. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal koordinazzjoni strutturata bejn l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u l-korpi ta’ kontra l-frodi, u l-importanza ta’ koordinazzjoni u skambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u fost l-amministrazzjonijiet differenti fl-istess Stat Membru sabiex l-approċċ għall-indirizzar tal-frodi jiġi omoġenizzat kemm jista’ jkun; jistieden lill-Kummissjoni toħloq mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, sabiex jippermettu paragun/tqabbil tar-reġistri tal-kontabilità dwar it-tranżazzjonijiet bejn żewġ Stati Membri jew aktar bil-ħsieb li jgħin biex jinstab kwalunkwe frodi transnazzjonali fil-kuntest tal-QFP 2014-2020 il-ġdid, fir-rigward ta' makrokategorija ta’ Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment (Fond Soċjali Ewropew — FSE; Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali – FEŻR; Fond ta’ Koeżjoni – FK; Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali – FAEŻR; Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd – FEMS), sabiex jiġi żgurat approċċ orizzontali biex jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea; |
48. |
Jenfasizza l-fatt li aktar trasparenza li tippermetti skrutinju xieraq hija fundamentali biex jiġu identifikati l-iskemi ta’ frodi; ifakkar li fis-snin li għaddew il-Parlament ħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni biex tiżgura sors uniku ta' trasparenza rigward il-benefiċjarji kollha ta’ fondi tal-UE mill-Istati Membri kollha billi tippubblika fuq il-websajt tal-Kummissjoni lista tal-benefiċjarji kollha, b’mod indipendenti mill-amministratur tal-fondi u li tkun ibbażata fuq kategoriji standard ta’ informazzjoni li l-Istati Membri kollha għandhom jipprovdu, b’mill-inqas waħda mil-lingwi ta’ ħidma tal-Unjoni; jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw mal-Kummissjoni u jipprovdulha informazzjoni kompluta u affidabbli fir-rigward tal-benefiċjarji tal-fondi tal-UE ġestiti mill-Istati Membri; jiddispjaċih għall-fatt li din il-miżura ma ġietx implimentata u jistieden lill-Kummissjoni timplimentaha b’mod urġenti; jiddispjaċih għall-fatt li din it-talba ripetuta ma ġietx ikkunsidrata mill-Kummissjoni; |
49. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi leġiżlazzjoni adegwata dwar il-protezzjoni tal-informaturi, l-aċċess għall-informazzjoni u t-trasparenza tal-lobbying, peress li dawn huma meħtieġa biex jiġi żgurat il-kontroll ċiviku tal-gvernijiet u l-istituzzjonijiet tal-UE u jissuġġettaw il-prattiki tagħhom għall-iskrutinju pubbliku, u biex tuża l-finanzjament tal-UE li jappoġġja l-ħidma ta’ organizzazzjonijiet indipendenti f’dan il-qasam, inter alia biex jiġi stabbilit appoġġ finanzjarju għal ġurnaliżmu investigattiv transkonfinali; |
50. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli ssaħħaħ ir-rwol superviżorju tagħha fir-rigward tal-infiq baġitarju tal-UE permezz ta' attivitajiet ta' awditjar, kontroll u spezzjoni, pjanijiet ta' azzjoni ta' rimedju u ittri ta' twissija li jippreċedu t-talbiet għall-ħlas; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet tagħhom biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom u jisfruttaw il-potenzjal tagħhom sabiex jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji qabel ma jintalab rimborż mill-Kummissjoni billi jsir użu sħiħ mill-informazzjoni disponibbli għalihom; jissottolinja, f'dan ir-rigward, il-valur partikolari ta' azzjonijiet preventivi biex jiġu evitati żborżamenti illegali u b'hekk tiġi eliminata l-ħtieġa għal azzjonijiet sussegwenti biex ikunu rkuprati fondi miżapproprjati; |
51. |
Jilqa' l-adozzjoni tad-direttivi dwar l-akkwist pubbliku u d-direttiva dwar l-għoti ta' konċessjonijiet, u jilqa' l-fatt li għaxar Stati Membri diġà introduċew miżuri speċifiċi jew sett ta' miżuri fl-akkwist pubbliku sabiex tittaffa l-korruzzjoni u tissaħħaħ it-trasparenza u l-effikaċja tas-sistemi ta' ġestjoni, kontroll u awditjar; jistieden lill-Kummissjoni tipproċedi bl-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku sabiex tipprovdi l-appoġġ meħtieġ lill-Istati Membri permezz ta' gwida, il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u t-taħriġ; jistieden lill-Kummissjoni biex kontinwament u b’mod imparzjali timmonitorja l-konformità tal-Istati Membri mad-direttivi eżistenti u tibda proċeduri ta’ ksur jekk ikun meħtieġ; |
52. |
Jinnota li l-livell ta' irregolaritajiet u frodi kkawżat min-nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku għadu għoli; jistieden lill-Istati Membri biex jittrasponu malajr fil-liġi nazzjonali d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, adottata dan l-aħħar, tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku (8), id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali (9), u d-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (10), sabiex ikomplu jnaqqsu r-riskju ta’ irregolaritajiet u frodi; |
53. |
Jilqa' l-istabbiliment taċ-Ċentru ta' Kompetenza għall-bini ta' kapaċità amministrattiva b'appoġġ għal amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-ġestjoni tal-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni u l-introduzzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Akkwist Pubbliku żviluppat miċ-Ċentru ta' Kompetenza flimkien mas-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni; jitlob, madankollu, li l-Kummissjoni tirrapporta dwar ir-riżultati konkreti miksuba s'issa bħala riżultat tal-attivitajiet taċ-ċentru u tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni msemmi hawn fuq; |
54. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżomm l-politika stretta tagħha ta’ interruzzjonijiet u sospensjoni ta’ pagamenti; |
55. |
Jilqa' r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi u l-gwida pprovduta lill-awtoritajiet ta' ġestjoni tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti kontra l-frodi; jinsisti, madankollu, li l-Kummissjoni tadotta regoli aktar simplifikati li jiffaċilitaw assorbiment effikaċi u effiċjenti fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni li jappartjenu lill-fondi Ewropej strutturali u ta’ investiment, filwaqt li jiġi żgurat li l-livell tal-ġlieda kontra l-frodi ma jkunx imminat minn dawn l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni; |
56. |
Jilqa’ t-twaqqif ta’ Servizzi ta’ Koordinazzjoni Kontra l-Frodi (AFCOS) fl-Istati Membri kif meħtieġ mill-Artikolu 3(4) tar-Regolament il-ġdid tal-OLAF u l-fatt li l-Ġermanja kkonfermat mill-ġdid l-arranġament ta’ kooperazzjoni ta' ħidma tagħha mal-OLAF; jinnota li l-AFCOS għandhom l-għan li jiffaċilitaw kooperazzjoni effikaċi u l-iskambju ta’ informazzjoni mal-OLAF u jinsisti li Stati Membri li għadhom ma stabbilixxewx l-AFCOS biex jagħmlu dan mill-aktar fis possibbli; jistenna li l-AFCOS jassistu biex jiffaċilitaw rappurtar aħjar ta' irregolaritajiet u jikkontribwixxu għal interpretazzjoni bbilanċjata tal-atti rilevanti tal-UE; jinsab madankollu mħasseb dwar diskrepanzi sostanzjali li diġà jeżistu bejn id-diversi AFCOS stabbiliti fl-Istati Membri f’termini ta’ funzjonijiet, kompiti u setgħat kif ukoll ir-riżorsi umani allokati; jirrikonoxxi li l-mandat tal-AFCOS, il-qafas istituzzjonali u l-kompiti mhumiex definiti fid-dettall fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, iżda huwa tal-opinjoni li l-AFCOS li huma operazzjonalment indipendenti b’mandat komprensiv, inklużi setgħat investigattivi, jirrappreżentaw punt ta’ referenza biex jiġu żviluppati mill-Istati Membri kollha; |
57. |
Jirrikonoxxi r-rappurtar tal-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-programm Hercule II; jinnota li fl-2013 il-baġit ta' Hercule II ġie mnaqqas għal EUR 14-il miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 9,9 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament meta mqabbla mal-2012, u dan irriżulta f'diffikultajiet biex jissodisfaw l-impenji finanzjarji magħmula fl-2013 u fis-snin ta' qabel; josserva b'sodisfazzjon li l-attivitajiet ta' Hercule II huma suġġett ta' interess dejjem akbar fost l-Istati Membri, kif jixhed l-għadd dejjem jikber ta' applikazzjonijiet li waslu wara sejħiet għal proposti; jilqa’ r-riżultati pożittivi miksuba fl-2013, fil-Ġermanja, Spanja u r-Rumanija pereżempju, bis-saħħa tal-introduzzjoni ta’ tagħmir tekniku kompatibbli sofistikat ħafna u transnazzjonali mixtri skont il-Programm; |
58. |
Jilqa’ l-adozzjoni tar-Regolament li jistabbilixxi Hercule III għall-perjodu finanzjarju 2014-2020, li jippermetti żieda perċentwali massima ta’ kofinanzjament għal għotjiet ta’ assistenza teknika ta’ 80 % tal-ispejjeż eliġibbli, u sa 90 % f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, minflok il-massimu ta’ 50 % taħt id-Deċiżjoni ta' Hercule II; jinnota li l-ewwel sejħa għal proposti ġiet imnedija b’suċċess fl-2014; jinsab, madankollu, imħasseb li l-programm diġà huwa affettwat b’mod partikolari mill-kwistjoni tal-pagamenti pendenti, li jwassal għal effetti negattivi possibbli fuq proġetti ffinanzjati u futuri; ifakkar kemm huma importanti l-istrumenti finanzjarji sodi bħalma huma Pericles 2020 u Hercule III fil-ġlieda kontra l-attivitajiet illegali li jaffettwaw ir-riżorsi tal-Unjoni; |
59. |
Jilqa' l-eżiti ta' suċċess ta' bosta operazzjonijiet doganali konġunti li jinvolvu l-kooperazzjoni tal-OLAF u tal-Istati Membri ma' bosta servizzi ta' pajjiżi terzi flimkien ma' appoġġ attiv minn DĠ Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, il-Europol u l-Frontex, li rriżultaw fil-qbid ta' 68 miljun sigaretti tal-kuntrabandu, 124 kg ta' kokaina u 140 000 litru ta' diżil fost l-oħrajn; |
60. |
Jinnota li, fl-2013, l-OLAF ħareġ 353 rakkomandazzjoni għan-nefqa amministrattiva, dixxiplinarja, finanzjarja jew ta’ azzjoni ġudizzjarja li għandhom jittieħdu mill-istituzzjonijiet rilevanti tal-UE, il-korpi, l-uffiċċji, l-aġenziji jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u li madwar EUR 402,8 miljun ġew rakkomandati għall-irkupru; jinsab imħasseb li r-rata ta’ akkuża wara r-rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji tal-OLAF għall-perjodu 2006-2013 hija biss ta' madwar 54 %; huwa mħasseb minħabba li r-rata baxxa ta’ akkuża titfa’ wkoll dawl ikrah fuq il-kwalità u l-utilità tar-riżultati investigattivi tal-OLAF; jistieden lill-Kummissjoni sabiex b’mod urġenti ttejjeb l-effikaċja tal-OLAF; iqis li sorveljanza komprensiva u xierqa fuq affarijiet tal-OLAF mill-Kumitat ta' Sorveljanza (mingħajr interferenza fl-investigazzjonijiet li għaddejjin) hija indispensabbli, u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-OLAF biex itejbu s-sitwazzjoni attwali fejn il-Kumitat ta’ Sorveljanza ma jkunx jista’ jissodisfa l-għan tiegħu; jiddispjaċih ukoll dwar in-nuqqas ta’ informazzjoni disponibbli dwar ir-rati ta’ kundanna f’każijiet li jinvolvu reati kontra l-baġit tal-Unjoni; |
III. Investigazzjonijiet u r-rwol tal-OLAF
61. |
Jieħu nota li fl-2013 l-OLAF irrapporta huwa stess li rċieva l-akbar ammont ta’ informazzjoni reġistrata s’issa u jiddikjara li ħareġ għadd mingħajr preċedent ta’ rakkomandazzjonijiet; jinnota li l-metodu biex tingħadd informazzjoni li tkun dieħla u rakkomandazzjonijiet maħruġa ġie modifikat; jitlob lill-Kumitat ta’ Sorveljanza biex janalizza l-effetti ta’ dawn il-bidliet tad-data u l-kwalità tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-OLAF; |
62. |
Jistieden lill-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-OLAF biex jinforma lill-Parlament dwar it-tul tal-investigazzjonijiet tal-OLAF u l-metodu tal-kalkolu tiegħu, peress li dan il-metodu ġie mibdul fl-2012; jirrimarka li din il-bidla apparenti tista’ tnaqqas b’mod artifiċjali t-tul tal-investigazzjonijiet; jitlob lill-Kumitat ta’ Sorveljanza biex janalizza mill-qrib il-kwalità tal-informazzjoni mogħtija mill-OLAF, inklużi rapporti lill-istituzzjonijiet; |
63. |
Jinnota l-adozzjoni tal-arranġamenti ġodda ta’ ħidma bejn l-OLAF u l-Kumitat ta' Sorveljanza tiegħu u jappella għal riżoluzzjoni malajr ta’ kwistjonijiet li fadal bejn dawn iż-żewġ istituzzjonijiet; |
o
o o
64. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Kumitat ta' Sorveljanza tal-OLAF u lill-OLAF. |
(2) ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 121.
(5) ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 62.
(6) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
(7) Testi adottati, P7_TA(2014)0338.
(8) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.
(9) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.
(10) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1.
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/48 |
P8_TA(2015)0063
Rapport ta' Progress 2014 dwar il-Montenegro
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 dwar ir-Rapport ta’ Progress tal-2014 dwar il-Montenegro (2014/2947(RSP))
(2016/C 316/05)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 u l-anness tagħhom bl-isem “L-Aġenda ta' Tessaloniki għall-Balkani tal-Punent: nimxu lejn l-integrazzjoni Ewropea”, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (1), tad-29 ta' Marzu 2010, |
— |
wara li kkunsidra l-eżitu tal-Konferenza ta’ Adeżjoni bejn l-UE u l-Montenegro tas-16 ta’ Diċembru 2014, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar il-progress tal-Montenegro fl-implimentazzjoni tar-riformi (COM(2012)0222), u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2012 li ddeċidew li jinfetħu n-negozjati ta' adeżjoni mal-Montenegro fid-29 ta' Ġunju 2012, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “L-Istrateġija tat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2014-15” tat-8 ta' Ottubru 2014 (COM(2014)0700), akkumpanjata mid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2014)0301 bit-titolu “Montenegro 2014 Progress Report”, u d-Dokument ta' Strateġija Indikattiv (2014-2020) adottat fid-19 ta' Awwissu 2014, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2014 dwar it-tkabbir u l-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u ta’ assoċjazzjoni, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tad-disa' Laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Montenegro (KPSA), tal-1 u t-2 ta' Diċembru 2014, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Montenegro, |
— |
wara li kkunsidra x-xogħol ta' Charles Tannock bħala r-rapporteur permanenti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin għall-Montenegro, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-Montenegro attwalment huwa l-uniku pajjiż tar-reġjun li qiegħed jiftaħ u provviżorjament jagħlaq il-kapitoli tan-negozjati mal-UE, li huwa żvilupp milqugħ tajjeb; billi dan ir-rwol ta' gwida huwa meqjus li jikkostitwixxi żieda fir-responsabilità, kemm fil-kuntest reġjonali u kemm għal dak li għandu x'jaqsam mal-proċess tat-tkabbir fl-assjem tiegħu; |
B. |
billi kull pajjiż kandidat jiġi ġġudikat fuq il-merti tiegħu stess, u l-progress ulterjuri ser jiddependi mill-implimentazzjoni effiċjenti tal-strateġiji ta’ riforma u l-pjanijiet ta’ azzjoni tal-pajjiż; |
C. |
billi djalogu sostenibbli u kooperazzjoni kostruttiva bejn il-gvern u l-oppożizzjoni huma importanti sabiex isir progress fil-preparazzjonijiet għall-adeżjoni u biex tiġi żgurata l-fiduċja taċ-ċittadini fil-proċess elettorali u fl-istituzzjonijiet Statali; illi l-forzi politiċi kollha għandhom jibqgħu ffukati fuq il-proċess ta’ adeżjoni tal-pajjiż mal-UE; |
D. |
billi l-Montenegro għandha tkompli tiżviluppa rekord sod fir-rigward tal-istat tad-dritt, li huwa prerekwiżit fundamentali għall-adeżjoni mal-UE u l-assunzjoni tal-obbligi tas-sħubija mal-UE; billi l-korruzzjoni għadha problema serja ħafna; |
E. |
billi s-soċjetà ċivili tiżvolġi rwol importanti fil-proċess ta' riforma u ta' adeżjoni mal-UE; |
F. |
billi l-kwistjoni tal-libertà tal-espressjoni u l-midja għadha waħda ta’ tħassib; billi kien hemm każijiet ġodda, għalkemm hu rrappurtat li naqsu, ta’ vjolenza kontra l-midja matul il-perjodu ta’ rappurtar; billi l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġ li jtejbu l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-inċidenti antiki u ġodda u joħolqu atmosfera pożittiva għall-funzjonament ħieles u indipendenti tal-midja; |
1. |
Jilqa' l-progress li sar fin-negozjalti tal-adeżjoni, filwaqt li jinnota li sa issa nfetħu sittax-il kapitolu, fosthom il-kapitoli 23, 24 u 31, u tnejn (xjenza u riċerka, edukazzjoni u kultura) ingħalqu provviżorjament; |
2. |
Jinkoraġġixxi t-tkomplija tan-negozjati ta’ adeżjoni fuq il-bażi ta’ riformi implimentati u riżultati konkreti, imwettqa b’mod partikolari fir-rigward tal-istat tad-dritt, l-ambjent tal-midja u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jilqa’ l-adozzjoni fis-16 ta’ Diċembru 2014 ta’ għadd ta’ liġijiet skont il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Kapitolu 23; huwa tal-fehma li l-progress fin-negozjati u t-titjib tal-qafas strateġiku, normattiv u istituzzjonali jeħtieġ li jkunu akkumpanjati minn progress reali fis-sitwazzjoni konkreti, b’enfasi fuq l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni u strateġiji rilevanti; |
3. |
Jilqa’ t-tisħiħ ulterjuri tal-istrutturi għan-negozjati, inkluż l-istabbiliment tal-Kunsill tal-Istat tad-Dritt; jistieden lill-gvern isaħħaħ il-koordinament intraistituzzjonali u jwessa' l-konsultazzjonijiet interministerjali; |
4. |
Itenni li r-riformi relatati mal-istat tad-dritt jikkostitwixxu l-qofol tal-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea u huma kundizzjoni essenzjali għall-progress fit-taħdidiet ta’ adeżjoni b’mod ġenerali; iqis li r-rieda politika tibqa’ kruċjali għall-kisba u ż-żamma ta’ progress sostanzjali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, li jikkostitwixxi t-test deċiżiv għall-indipendenza, l-effiċjenza u l-professjonaliżmu tas-sistema ġudizzjarja; |
5. |
Josserva l-importanza li tiġi garantita l-inklużività tal-proċess ta' riforma bil-parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili, bil-għan li fin-negozjati jinkiseb il-progress neċessarju; iħeġġeġ sorveljanza parlamentari aktar attiva f'dan ir-rigward; |
6. |
Jilqa’ l-adozzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-2014 sabiex tissaħħaħ is-sorveljanza parlamentari u tal-Kodiċi ta’ Etika Parlamentari f’Diċembru 2014; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Parlament Montenegrin u li jsir segwitu għar-rapport tekniku li hu adotta f’Lulju 2013 dwar l-allegat użu ħażin ta’ fondi pubbliċi għal finijiet politiċi ta’ partit, u li s-segwitu ġudizzjarju baqa’ mhux komplut; jistieden lill-Gvern biex tikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Parlament Montenegrin u biex itejjeb l-aċċess parlamentari għall-informazzjoni rilevanti; |
7. |
Jinsab imħasseb li l-klima domestika profondement ippolarizzat wasslet biex il-partit prinċipali fl-oppożizzjoni jibbojkottja ċerti sessjonijiet Parlamentari, jiġifieri l-Mistoqsijiet tal-Prim Ministru, u li dan idgħajjef il-funzjonament demokratiku tal-istituzzjonijiet; Iħeġġeġ, għalhekk, lill-forzi politiċi kollha, kemm fil-gvern kif ukoll fl-oppożizzjoni, jiffokaw fuq il-proċess ta’ adeżjoni tal-pajjiż mal-UE u jimpenjaw ruħhom fi djalogu sostenibbli u kooperazzjoni kostruttiva, speċjalment fi ħdan il-Parlament; jenfasizza li hija meħtieġa rieda politika b’saħħitha għall-implimentazzjoni b’suċċess u għas-saħħa istituzzjonali; |
8. |
Jistieden lill-gvern jimplimenta b'mod effikaċi r-rakkomandazzjonijiet OSKE/ODIHR, il-Kummissjoni ta’ Venezja u GRECO dwar ir-regoli elettorali skont l-istandards u l-aħjar prattiki Ewropej, inklużi dawk dwar id-dritt li dak li jkun joħroġ għall-elezzjoni bħala kandidat indipendenti, dwar il-finanzjament pubbliku proporzjonali biex jiġu promossi kundizzjonijiet ta' parità għall-kandidati kollha u dwar l-awditjar tal-partiti politiċi; josserva li l-elezzjonijiet lokali kienu irvinati b’allegazzjonijiet ta’ mġiba elettorali ħażina; jenfasizza li dawn għandhom jiġu investigati u, fejn meħtieġ, imħarrka mill-awtoritajiet kompetenti; |
9. |
Jenfasizza l-importanza ta’ separazzjoni ċara bejn l-Istat u l-partiti; jilqa’ l-liġi l-ġdida adottata f’Diċembru 2014 dwar l-iffinanzjar tal-partiti politiċi u jħeġġeġ lill-partiti politiċi kollha jistabbilixxu rekord tal-implimentazzjoni effettiva tagħha, li għandu jkollu l-għan li jnaqqas b’mod sinifikanti l-opportunitajiet għal użu ħażin tal-fondi pubbliċi; jiddispjaċih li partijiet importanti tal-leġiżlazzjoni rilevanti ġew adottati mingħajr kunsens transpartitiku; |
10. |
Jilqa’ l-attenzjoni ffukata aktar qawwija li tat il-Kummissjoni lir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika fil-proċess ta' adeżjoni; jilqa’ l-fatt li l-progress huwa fit-triq it-tajba f’dan ir-rigward, iżda jinnota li jistgħu jittieħdu aktar passi biex tittejjeb il-kwalità tal-leġislazzjoni u l-amministrazzjoni lokali; jikkondividi t-tħassib fil-konfront tal-politiċizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika; jappella għal progress fiż-żieda tat-trasparenza, tal-effiċjenza u tal-obbligu ta' rendikont tal-amministrazzjoni tal-gvern ċentrali u lokali u biex il-koordinament tagħhom jittejjeb, flimkien mal-koordinament fost l-awtonomiji lokali, partikolarment fl-oqsma tal-investiment, tal-ippjanar ta' proġetti u tal-implimentazzjoni; jikkunsidra li huwa essenzjali li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fl-oqsma tar-reklutaġġ, l-issensjar u l-kriterji ta’ valutazzjoni, in-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ valutazzjonijiet tal-prestazzjoni, u l-kapaċitajiet amministrattivi, ta’ sorveljanza u ta’ spezzjoni dgħajfa; |
11. |
Jinkoraġġixxi aktar sforzi biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-uffiċċju tal-Ombudsman li jirrigwardaw każijiet kontra d-diskriminazzjoni; |
12. |
Jilqa' l-istrateġija ta' riforma ġudizzjarja l-ġdida tal-2014-2018, filwaqt li jinnota b’sodisfazzjon li l-pjan ta' azzjoni pertinenti b’mod ġenerali ġie implimentat fil-ħin u li ġie elett il-Prosekutur Statali Suprem il-ġdid; jilqa' favorevolment il-miżuri ġuridiċi l-ġodda intiżi li jżidu t-trasparenza fl-elezzjoni tal-prosekuturi statali; jinnota li l-progress reġistrat fil-qasam tar-riforma ġudizzjarja ffaċilita l-ftuħ ta’ erba’ kapitoli addizzjonali fil-Konferenza Intergovernattiva ta’ Diċembru 2014; jinkoraġġixxi l-isforzi ulterjuri mmirati biex jiġi ssorveljat u jkompli jitnaqqas l-għadd ta' kawżi pendenti u t-tul tal-proċedidmenti tal-qrati, kif ukoll biex tittejjeb l-effiċjenza tal-qorti kostituzzjonali; |
13. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-progress li sar mill-Montenegro fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ riformi bil-għan li tiġi żgurata l-indipendenza u tiżdied l-effiċjenza tal-ġudikatura; għadu serjament inkwetat bl-influwenza indebita fuq l-indipendenza ġudizzjarja, b'mod partikolari fir-reklutaġġ u fl-iżvilupp professjonali tal-imħallfin u tal-prosekuturi; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġu mtejba l-kriterji tal-għażla għal ħatriet u promozzjonijiet u li jkun hemm konformità mal-prinċipji ta’ legalità u proporzjonalità fi proċedimenti dixxiplinarji; jappella għal miżuri ta' riforma fundamentali fis-sistemi ta' reklutaġġ, ta' promozzjoni u dixxiplinari għall-imħallfin u għall-prosekuturi; jinnota li xi wħud minn dawn il-punti ta’ tħassib għandhom jiġu indirizzati f’pakkett ta’ liġijiet organizzattivi dwar il-ġudikatura; |
14. |
Jinsab imħasseb dwar l-għadd ta’ każijiet pendenti quddiem il-Qorti Kostituzzjonali, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-ksur sistematiku possibbli tad-drittijiet tal-bniedem, bħalma huma l-inizjattiva biex tiġi eżaminata l-kostituzzjonalità tal-Liġi dwar l-Atti Illeċiti; |
15. |
Jinsab imħasseb bil-fatt li ma sar l-ebda sforz bis-serjetà biex tiġi miġġielda b’mod deċiżiv l-impunità fil-kawżi tad-delitti tal-gwerra; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-prosekuzzjoni tal-kawżi tad-delitti tal-gwerra b’mod f’waqtu, inkluż fl-ogħla livell; iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti jinvestigaw, iressqu quddiem qorti, jipproċessaw u jissanzjonaw b'mod effikaċi d- delitti tal-gwerra konformement mal-istandards internazzjonali, kif ukoll jiggarantixxu li d-deċiżjonijiet tal-qorti jiġu implimentati u li l-vittmi jkollhom aċċess malajr għall-ġustizzja u għall-kumpens ġust; |
16. |
Jinsab imħasseb li, minkejja riżorsi finanzjarji sostanzjali mgħoddija minn donaturi internazzjonali lill-awtoritajiet, sar biss progress limitat fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li għadha ta’ theddida għall-funzjonament tajjeb u l-istabilità tal-istituzzjonijiet demokratiċi, l-istat tad-dritt u l-iżvilupp ekonomiku; jitlob għal rwol aktar proattiv għall-Kummissjoni Nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata, bħala l-unità ewlenija ta’ koordinazzjoni fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jenfasizza l-ħtieġa urġenti ta’ parteċipazzjoni aktar attiva u kooperazzjoni effikaċi min-naħa tal-gvern, tas-setturi kollha tal-ħajja pubblika u tas-soċjetà ċivili fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni kif ukoll fit-tisħiħ tal-qafas leġiżlattiv u fil-protezzjoni tal-informaturi; |
17. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet isaħħu l-kapaċità tal-prosekuturi, tal-imħallfin, tal-pulizija u tal-aġenziji l-oħra tal-infurzar tal-liġi, kif ukoll jiżviluppaw rekord sod tal-investigazzjonijiet, tal-prosekuzzjonijiet u tal-kundanni fil-livelli kollha inkluż fil-kawżi ta' korruzzjoni fil-livelli għolja; jilqa’ l-adozzjoni tal-liġijiet ta’ kontra l-korruzzjoni, partikolarment dawk dwar il-lobbying, dwar il-proċedura amministrattiva ġenerali, dwar l-akkwist pubbliku u tal-emendi tal-liġijiet dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess; jappella għal-implimentazzjoni effettiva tagħhom biex ikun jista’ jkun hemm aktar kooperazzjoni bejn l-aġenziji inkarigati mill-infurzar tal-liġi u biex tissaħħaħ is-sistema ta' kontroll fir-rigward tal-kunflitti ta' interess u tad-dikjarazzjoni tal-beni; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni ta' dawk il-liġijiet; iqis li huwa importanti li jissaħħu l-istituzzjonijiet biex ikunu jistgħu jieħdu approċċ aktar proattiv kontra l-korruzzjoni, u biex tinvolvi għalkollox lill-kumitat parlamentari l-ġdid biex jissorvelja l-ħidma tal-Aġenzija ta’ Kontra l-Korruzzjoni, li għandha tirċievi riżorsi suffiċjenti; jenfasizza li n-nuqqasijiet rigward l-indipendenza u r-responsabbiltà tas-sistema ġudizzjarja għadhom kwistjoni ta’ tħassib serju u jxekklu l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; |
18. |
Jistieden ukoll lill-ġudikatura biex jaħdmu b’mod aktar trasparenti fil-qasam tal-kawżi ta’ korruzzjoni u ta’ kriminalità organizzata, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-pubblikazzjoni fil-verdetti tal-ismijiet ta’ kumpaniji, individwi u ta’ impjegati taċ-ċivil involuti f’dawn id-delitti; |
19. |
Josserva li tbiddil ġuridiku frekwenti jaf jimpedixxi l-effikaċja tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; jitlob li l-kapaċitajiet tal-awtoritajiet kompetenti jiġu msaħħaħ, partikolarment rigward it-twettiq ta’ investigazzjonijiet kumplessi u t-trattament ta' każijiet diffiċli; jilqa' pożittivament l-emendi tal-Kodiċi Kriminali intiżi li jipprevjeni u jissorveljaw ir-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu reliġjuż; jilqa’ b’sodisfazzjon il-liġi kriminali l-ġdida li tikkriminalizza l-“ġellieda barranin”, inklużi l-ġiħadisti; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti biex jimplimentaw b’mod effettiv id-dispożizzjonijiet ġuridiċi rilevanti sabiex jipprevjenu u tissorvelja kwalunkwe theddida potenzjali għas-sigurtà taċ-ċittadini Montenegrini; jenfasizza l-importanza li jiġu miġġielda l-forom kollha ta’ estremiżmu; |
20. |
Jilqa’ l-iffirmar tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Strateġika u Operattiva bejn il-Montenegro u l-Europol, il-progress li sar fin-negozjati dwar il-konklużjoni tal-ftehim mal-Eurojust, u l-fatt li istituzzjonijiet Montenegrini kisbu status ta’ osservatur fin-netwerks ġudizzjarji Ewropej rilevanti; jinkoraġġixxi koperazzjoni operazzjonali mill-qrib ma’ korpi ġudizzjarji Ewropej rilevanti, inkluż dwar il-kwistjoni tat-traffikar tal-bnedmin; |
21. |
Jinnota l-isforzi li saru dan l-aħħar bil-ħsieb li jittejbu l-mekkaniżmi ta' konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) bil-għan li tinkiseb aktar trasparenza fit-tfassil tal-politiki u fir-regolamentazzjoni fi proċess inklużiv; jilqa’ diskussjonijiet pubbliċi dwar ir-reviżjoni tal-pjani ta’ azzjoni għall-Kapitoli 23 u 24; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jkompli jiżviluppaw aktar il-finanzjament pubbliku sostenibbli favur l-OSĊ u qafas istituzzjonali adegwat; jilws’ l-fatt li l-gvern ħatar kunsill ġdid għall-iżvilupp tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jaġġustaw il-qafas u l-prattiki ġuridiċi bil-għan li jipproteġu lill-attivisti tas-soċjetà ċivili kontra l-attakki u l-mibegħda li skont ir-rapporti ġew divulgati minn ċerti ġurnali, u jsawru kuntest li fih jistgħu jaħdmu mingħajr biża' jew ritaljazzjoni; |
22. |
Itenni l-importanza tal-libertà ta-espressjoni bħala wieħed mill-valuri ewlenin tal-Unjoni Ewropea; iqis li huwa essenzjali li l-ġurnalisti jkollhom indipendenza sħiħa; jinsab imħasseb ħafna dwar l-istat li dejjem qed immur għall-agħar tal-libertà tal-midja u l-istandards professjonali u etiċi dgħajfa fost il-prattikanti tal-medja fil-Montenegro; jiddeplora bil-qawwa l-fatt li għadhom qed jitwettqu inċidenti mmirati kontra l-ġurnalisti u l-proprjetà tal-midja; jinnota li l-gvern tal-Montenegro waqqaf kummissjoni biex tinvestiga l-attakki kontra l-ġurnalisti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet ta’ din il-kummissjoni u jiksbu rekord konsistenti ta’ prosekuzzjonijiet u kundanni finali tal-ħatja; iIqis li hu essenzjali li jkun hemm tal-midja ta’ servizz pubbliku indipendenti b’indipendenza editorjali u finanzjament stabbli u sostenibbli sabiex jiġu approfonditi l-istandards demokratiċi; jenfasizza r-responsabilità ta' dawk kollha fil-politika u fil-midja biex irawmu klima ta' tolleranza għall-opinjonijiet differenti; jenfasizza li d-dikjarazzjonijiet pubbliċi f’appoġġ tal-libertà tal-midja jgħinu biex jinħolqu klima favorevoli u protezzjoni tal-ġurnalisti; jilqa' pożittivament il-qbil bejn ir-rappreżentanti medjatiċi biex jiġi rivedut il-kodiċi ta’ etika professjonali bħala l-ewwel pass lejn it-titjib tal-awtoregolamentazzjoni medjatika; iqis li huwa meħtieġ li jiġi adottat qafas leġiżlattiv ċar, li se tjstabbilixxi regoli relatati mas-sjieda u l-finanzjament tal-midja; |
23. |
Huwa tal-fehma li l-ġestjoni trasparenti tal-imgħoddi totalitarju, inkluż il-ftuħ tal-arkivji tas-servizzi sigrieti, huwa pass ’il quddiem lejn aktar demokratizzazzjoni, l-obbligu ta’ rendikont u saħħa istituzzjonali; |
24. |
Jilqa’ l-fatt li l-liġi kontra d-diskriminazzjoni ġiet kważi allinjata mal-acquis għalkollox; jistieden lill-awtoritajiet jindirizzaw il-lakuni li fadal fir-rigward tad-diskriminazzjoni razzjali u tad-dispożizzjonijiet dwar is-sanzjonijiet; jistieden lill-awtoritajiet biex jipprovdu r-riżorsi finanzjarji u amministrattivi meħtieġa kollha lill-Kunsill Antidiskriminatorju; filwaqt li jirrikonoxxi li sar xi progress fl-inklużjoni soċjali u fl-edukazzjoni tal-popolazzjoni tar-Rom, jinsab imħasseb dwar ir-rati għolja ta’ tluq bikri mill-iskola u l-proporzjon baxx ta’ studenti Rom fost il-popolazzjoni totali tal-istudenti; jitlob għat-trawwim ta’ inizjattivi li jappoġġaw l-akkomodazzjoni, is-saħħa, l-edukazzjoni u l-impjieg tal-popolazzjoni tar-Roma, u l-għoti tas-setgħa tan-nisa Rom u l-edukazzjoni tal-istudenti femminili Rom; jilqa' pożittivament l-isforzi tal-awtoritajiet kompetenti bil-għan li jħarsu d-drittijiet tal-komunità LGBTI matul it-tieni avveniment “Pride” li sar mingħajr inċidenti; jinsab imħasseb, madankollu, li l-attakki fuq membri tal-komunità LGBT u attivisti għadhom għaddejjin; iħeġġeġ kemm lill-atturi politiċi kif ukoll lil dawk tas-soċjetà ċivili jiġġieldu l-ostilitajiet u l-vjolenza mifruxa li hemm kontra l-minoranzi sesswali, partikolarment permezz ta' sforzi biex jedukaw u jinformaw lill-pubbliku bil-għan li jgħinu biex jinbidlu l-atteġġjamenti, u billi jagħtu taħriġ lill-pulizija, lill-prosekuturi u lill-imħallfin; |
25. |
Jilqa’ t-titjib li sar fil-qafas ġuridiku fir-rigward tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità; jinnota li huma meħtieġa azzjonijiet ulterjuri sabiex ikun hemm konformità mal-acquis tal-UE; iħeġġeġ lill-Gvern biex jaċċelera l-progress rigward l-aċċessibbiltà tal-bini għall-persuni b’diżabilità, u jqis li hija ħasra li l-maġġoranza tal-istituzzjonijiet statali u lokali, inklużi binjiet ta’ prijorità magħżula (bħalma huma l-parlament u l-qrati), għadhom m’humiex aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità; jibqa’ mħasseb dwar ir-rata għolja ta’ tluq qabel il-waqt ta’ studenti b’diżabilità mis-sistema edukattiva wara l-iskola elementari u wara l-iskola sekondarja għolja; jinnota l-importanza li tiġi żgurata biżżejjed trasparenza fir-rigward tal-fond għar-riabilitazzjoni professjonali u l-impjieg għall-persuni b’diżabilità u n-nefqa tiegħu; |
26. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu aktar l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-liġijiet u l-politiki relatati mat-tfal, u li jiġu pprovduti kapaċitajiet adegwati; jitlob li l-kwalità tal-edukazzjoni għat-tfal kollha tiġi mtejba u li jsiru aktar sforzi b’appoġġ għat-tfal vulnerabbli; jenfasizza l-importanza r-riforma fil-qasam tal-ġustizzja tal-minorenni tiġi mwessgħa wkoll għat-tfal fi proċedimenti kriminali, ċivili u amministrattivi sabiex jiġi promoss aċċess usa’ għall-ġustizzja; |
27. |
Jinsab imħasseb li l-progress rigward id-drittijiet tan-nisa, l-ugwaljanza bejn is-sessi, ir-rappreżentanza tan-nisa fil-politika u fis-suq tax-xogħol u l-ġlieda kontra l-vjolenza domestika għadu limitat; jenfasizza l-ħtieġa urġenti, f’dan ir-rigwar, li jiġi aċċelerat l-progress rigward id-drittijiet tan-nisa, l-ugwaljanza bejn is-sessi, ir-rappreżentanza tan-nisa fil-politika u fis-suq tax-xogħol u l-ġlieda kontra l-vjolenza domestika; jappella, f'dawn ir-rigward, għal involviment aħjar tal-Parlament, kooperazzjoni aktar strutturata mas-soċjetà ċivili, u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali, inkluż it-titjib tal-kooperazzjoni bejn is-servizzi soċjali u l-awtoritajiet inkarigati mill-infurzar tal-liġi; iħeġġeġ li d-drittijiet tal-vittmi jitpoġġew fil-qalba tal-miżuri kollha u biex tiġi eżerċitata d-diliġenza dovuta fil-prevenzjoni, fl-investigazzjoni, fis-sanzjonar u fil-għoti ta' riparazzjoni għall-atti ta' vjolenza domestika; |
28. |
Jilqa’ l-politiki tal-Montenegro mmirati biex joħolqu klima ta’ tolleranza u inklużjoni għall-minoranzi nazzjonali kollha; iħeġġeġ bil-qawwa lill-awtoritajiet tal-Montenegrini biex jipproteġu aktar l-identità multinazzjonali tar-reġjun tal-Boka Kotorska u jtejbu l-kollaborazzjoni kulturali u ekonomika tiegħu mal-Istati Membri tal-UE ġirien; |
29. |
Jilqa’ l-fatt li l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon qed tkompli tiġi ggarantita u infurzata; jinnota li għadhom jippersistu t-tensjonijiet bejn tal-Knejjes Ortodossi Serbi u Montenegrini, speċjalment dwar kwistjonijiet ta’ proprjetà; jitlob l-adozzjoni ta’ liġi ġdida dwar l-istatus legali tal-komunitajiet reliġjużi; |
30. |
Jinkoraġġixxi lill-gvern jimplimenta riformi ekonomiċi sostenibbli, inklużi dispożizzjnijiet ġuridiċi dwar mekkaniżmi ta’ kontra l-kompetizzjoni, bil-għan li tingħata spinta lill-kompetittività u jiġu mirbuħa d-dgħufijiet struttutali, jiġi indirizzat b’mod deċiżiv is-settur informali estiż u jittejjeb l-ambjent tan-negozju b’mod ġenerali; jitlob għat-tisħiħ tad-djalogu soċjali fost id-diversi sħab; jitlob, barra minn hekk, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, inkluż l-involviment f’konsultazzjonijiet pubbliċi, u għall-formulazzjoni u l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, anke bil-għan li jitnaqqsu d-diskrepanzi reġjonali; jinsisti dwar il-ħtieġa li l-evażjoni tat-taxxa tiġi miġġielda b’mod effettiv; jinsab imħasseb li l-inċertezzi ġuridiċi u ġudizzjarji, inklużi l-għoti ta' liċenzji, il-proċeduri tal-amministrazzjoni tat-taxxa u l-infurzar tal-kuntratti, jafu jinvolvu riskji għall-atturi ekonomiċi u jdgħajfu l-kapaċità tal-Montenegro li tattiva investimenti barranin; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġu solvuti t-tilwimiet kummerċjali ma’ investituri barranin li huma kritiċi biex l-ekonomija tal-Montenegro; jikkondividi t-tħassib dwar in-nuqqas ta' titjib tanġibbli fil-qagħda tas-suq tax-xogħol u l-livelli persistentement għolja tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u tal-qgħad fit-tul, u jappella għaldaqstant għal miżuri attivi fil-qasam tas-suq tax-xogħol; |
31. |
Jinnota li għad mhemmx djalogu biżżejjed bejn iż-żewġ naħat tal-industrija u jappella għal aktar tisħiħ tad-drittijiet ta’ dawk li stabbilixxew trade unions ġodda; jilqa’ l-emendi lil-liġi tax-xogħol biex jiġu regolati d-drittijiet tal-impjegati f’każ ta’ falliment; jinkoraġġixxi lill-gvern jaċċelera l-ħidma fuq l-ewwel programm tiegħu dwar l-impjiegi u r-riforma soċjali bil-ħsieb li jidentifika u jindirizza l-isfidi ewlenin tal-Montenegro fil-politika tal-impjiegi, l-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis tal-faqar; |
32. |
Ifaħħar l-implimentazzjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, u l-fatt li l-Montenegro ssieħeb mal-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju tal-UE (COSME); jitlob li l-iskemi ta’ appoġġ tas-settur pubbliku għall-SMEs jiġ aċċelerati, peress li l-SMEs huma waħda mill-forzi ewlenin li jsuqu l-iżvilupp ekonomiku; |
33. |
Għadu serjament imħasseb dwarid-dewmien fir-riżoluzzjoni tal-proċedura ta' falliment tal-akbar manifattur industrijali tal-Montenegro, l-impjant tal-aluminju KAP, li qiegħed jikser l-obbligi tal-pajjiżi skont il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA); iħeġġeġ lill-gvern u lill-partijiet involuti jilħqu soluzzjoni sostenibbli għall-KAP, b’riseptt tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-FSA u abbażi tat-trasparenza u l-istat tad-dritt; |
34. |
Jiddispjaċih li l-Montenegro injora l-inġunzjoni ta’ qorti Ċiprijotta rigward il-bejgħ tal-KAP, u jistieden lill-Montenegro jirrikonoxxu bis-sħiħ id-deċiżjonijiet rilevanti mogħtija mill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri tal-UE; |
35. |
Jinkoraġġixxi lill-Montenegro jkompli jagħmel progress fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent u fil-qasam tat-tibdil fil-klima billi jsaħħaħ il-kapaċità amministrattiva, jiżviluppa politiki ta’ enerġija sostenibbli u jippromwovi mudell ekonomiku li jirrispetta lill-ambjent li jistimula l-investimenti, bil-għan li jiġi żgurat l-allinjament mal-acquis dwar l-ambjent u l-klima; ifakkar fil-ħtieġa li tiġi abbozzata strateġija nazzjonali għall-enerġija li tqis il-ħafna għejun ta’ enerġija rinnovabbli differenti, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu rrispettati l-wirt naturali u ż-żoni taħt protezzjoni u rikonoxximent internazzjonali; jitlob b’mod urġenti għal konsultazzjonijiet dwar proġetti transkonfinali; |
36. |
Jitlob li jsir ippjanar fit-tul fir-rigward tat-turiżmu matul il-linja tal-kosta, u li jinħolqu mekkaniżmi b'saħħithom biex tiġi pprevenuta l-qerda tal-ambjent u l-korruzzjoni fil-qasam tal-ippjanar spazjali u l-kostruzzjoni; |
37. |
Ifaħħar il-parteċipazzjoni proattiva tal-Montenegro u r-rwol kostruttiv tiegħu fil-kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali, kif ukoll fil-proċess tar-rikonċiljazzjoni reġjonali; jifraħ lill-Gvern talli rnexxielu jilħaq allinjament sħiħ mal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-UE u jħeġġeġ lill-awtoritajiet biex ikomplu jallinjaw il-pożizzjoni tal-politika tal-affarijiet barranin tal-pajjiż ma’ dik tal-UE, partikolarment fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali tat-theddida terroristika internazzjonali; jifraħ lill-Gvern talli huwa l-uniku kandidat tal-UE fil-Balkani tal-Punent, flimkien mal-Albanija, li allinja ruħu kompletament mal-pożizzjonijiet u mad-deċiżjonijiet tal-UE dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina; jistieden lill-awtoritajiet tal-Montenegro biex jintensifikaw il-kooperazzjoni ma’ sħab politiċi u ekonomiċi internazzjonali sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-pajjiż kontra l-pressjonijiet esterni u tentattivi biex il-pajjiż u r-reġjun jiġu destabiliti; jilqa’ favorevolment il-parteċipazzjoni tal-pajjiż fil-missjonijiet ċivili u militari tal-UE, tan-NATO u tan-NU; |
38. |
Jistieden lill-membri kollha tan-NATO, b’mod partikolari lil dawk l-Istati Membri tal-UE li jagħmlu parti min-NATO, biex jappoġġjaw b’mod attiv l-adeżjoni tal-Montenegro fl-Alleanza tan-NATO sabiex tingħata sigurtà akbar fil-Baħar Adrijatiku, fejn il-pajjiżi l-oħra kollha diġà huma membri tan-NATO, u b’hekk tissaħħaħ is-sigurtà reġjonali; |
39. |
Jinkoraġġixxi lill-Montenegro jindirizza l-kwistjonijiet bilaterali pendenti mal-ġirien tiegħu kemm jista’ jkun kmieni fil-proċess ta’ adeżjoni, bi spirtu kostruttiv u ta’ ħbiberija bejn il-ġirien; itenni l-ħtieġa li jissolvew malajr il-kwistjonijiet li għadhom pendenti tad-demarkazzjoni tal-fruntieri u s-suċċessjoni mal-Kroazja, il-Bożnja-Ħerzegovina, is-Serbja u l-Kosovo; iħeġġeġ aktar kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien billi jaqsam magħhom l-esperjenzi tan-negozjati ta’ adeżjoni; jilqa' b'sodisfazzjon l-istatus ta' osservatur tal-Montenegro fit-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija; |
40. |
Iħeġġeġ li l-kwistjoni dwar il-fruntiera mal-Kroazja tiġi solvuta bi ftehim reċiproku mingħajr dewmien u, jekk joħroġ li jkun impossibbli li tinstab soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku, jitlob li t-tilwima tiġi solvuta fil-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja fl-Aja, skont ir-regoli u l-prinċipji tal-liġi internazzjonali; |
41. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Montenegro. |
(1) ĠU L 108, 29.4.2010, p. 3.
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/54 |
P8_TA(2015)0064
Rapport ta' Progress 2014 dwar dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 dwar ir-Rapport ta' Progress tal-2014 dwar Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (2014/2948(RSP))
(2016/C 316/06)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2005 li jagħti l-istatus ta' pajjiż kandidat għal sħubija fl-UE kif ukoll il-konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2013; wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-16 ta' Diċembru 2014, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Thessaloniki tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 dwar il-prospettiva tal-adeżjoni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent mal-Unjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-ħdax-il laqgħa, li saret fit-23 ta' Lulju 2014, tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn il-pajjiż u l-UE, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport ta' Progress tal-Kummissjoni (SWD(2014)0303) u l-Komunikazzjoni tat-8 ta' Ottubru 2014 bit-titolu “Strateġija tat-Tkabbir u Sfidi Ewlenin 2013-2014” (COM(2014)0700), kif ukoll id-Dokument ta' Strateġija Indikattiv (2014-2020) adottat fid-19 ta' Awwissu 2014, |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU Nri 817 (1993) u 845 (1993), |
— |
wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar l-Applikazzjoni tal-Ftehim Interim tat-13 ta' Settembru 1995, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar is-seba' emendi għall-Kostituzzjoni tal-pajjiż, adottati fl-10 u l-11 ta' Ottubru 2014, |
— |
wara li kkunsidra s-sejbiet tal-missjoni għall-osservazzjoni elettorali internazzjonali tal-OSKE/ODIHR magħmula għall-elezzjonijiet presidenzjali u dawk parlamentari bikrin, |
— |
wara li kkunsidra t-tnax-il laqgħa li saret bejn is-26 u s-27 ta' Novembru 2014 tal-Kumitat Parlamentari Konġunt (KPK) tal-UE u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja , |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra x-xogħol ta' Ivo Vajgl bħala rapporteur permanenti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin għall-pajjiż, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ilha pajjiż kandidat tal-UE għal disa' snin u hija l-aktar pajjiż avvanzat fir-rigward tal-allinjament mal-acquis; |
B. |
billi, għas-sitt darba konsekuttiva, il-Kummissjoni rrakkomandat lill-Kunsill biex jibda n-negozjati; billi l-pajjiż huwa ppreparat biex jinnegozja mal-UE; billi għal dawn l-aħħar tmien snin il-Parlament talab kontinwament għall-bidu tan-negozjati ta' adeżjoni mal-pajjiż, u billi aktar dewmien biex jibdew in-negozjati jaf ikollu impatt negattiv fuq il-proċessi ta' riforma fil-pajjiż u l-kredibbiltà tal-UE fir-reġjun; |
C. |
billi l-Kunsill ilu jwaqqaf il-progress għall-fażi li jmiss tal-proċess ta' adeżjoni minħabba l-kwistjoni mhux solvuta dwar l-isem mal-Ġreċja; billi l-kwistjonijiet bilaterali mhumiex maħsuba biex jostakolaw in-negozjati ta' adeżjoni mal-Unjoni Ewropea; billi n-nuqqas ta' progress fil-proċess ta' integrazzjoni mal-UE jista' jżid l-ispejjeż għall-istabbiltà reġjonali u jaffettwa l-kredibbiltà tal-UE u jwassal għal tnaqqis fl-istandards demokratiċi tal-pajjiż; |
D. |
billi dan il-posponiment ulterjuri qiegħed iżid il-frustrazzjoni li qiegħda dejjem tikber fl-opinjoni pubblika tal-Maċedonja dwar l-istaġnar tal-proċess ta' integrazzjoni fl-UE u jirriskja li jiggravaw il-problemi domestiċi u t-tensjonijiet interni; |
E. |
billi kull pajjiż kandidat (potenzjali) se jiġi ġġudikat fuq il-merti tiegħu stess, u r-rapidità u l-kwalità tar-riformi meħtieġa jiddeterminaw l-iskeda ta' żmien għall-adeżjoni; |
F. |
billi l-kwistjonijiet bilaterali għandhom jiġu indirizzati bi spirtu kostruttiv kemm jista' jkun kmieni, filwaqt li jittieħed kont tal-prinċipji u l-valuri tan-NU u tal-UE; |
G. |
billi n-nuqqas ta' djalogu kostruttiv u inklużiv bejn il-gvern u l-oppożizzjoni kif ukoll il-bojkott ta' wara l-elezzjoni min-naħa tal-oppożizzjoni fixklu l-ħidma parlamentari; billi hija r-responsabbiltà komuni kemm tal-gvern kif ukoll tal-oppożizzjoni li jiżguraw kooperazzjoni politika sostenibbli, li hija essenzjali għall-iżvilupp demokratiku tal-pajjiż u l-insegwiment tal-aġenda Ewropea; billi l-elezzjonijiet saru taħt rappurtaġġ parzjali mill-midja u fi klima ta' separazzjoni insuffiċjenti bejn l-attivitajiet tal-istat u dawk tal-partit; |
H. |
billi waqt it-tnax-il laqgħa tal-KPK ma setgħet tiġi adottata l-ebda rakkomandazzjoni konġunta; billi l-funzjonament b'mod sħiħ tal-KPK huwa strumentali fl-iżgurar tal-kontroll parlamentari fuq il-proċess ta' adeżjoni; |
I. |
billi l-istat tad-dritt, il-libertà tal-midja, il-kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjonijiet ta' viċinat tajba huma partijiet essenzjali mill-proċess ta' tkabbir tal-UE; |
J. |
billi l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata jibqgħu problemi serji; billi l-libertà tal-espressjoni u l-indipendenza tal-midja jibqgħu taħt theddida; |
1. |
Itenni għad-disa' darba konsekuttiva l-istedina tiegħu lill-Kunsill biex mingħajr aktar dewmien jiffissa data għall-bidu tan-negozjati ta' adeżjoni, sabiex ma jintilifx il-momentum u sabiex tingħata spinta lir-riformi relatati mal-acquis u jissaħħaħ il-proċess ta' demokratizzazzjoni; itenni l-fehma tiegħu li l-kwistjoni marbuta mal-isem, li hija kwistjoni bilaterali, m'għandhiex tkun ostaklu għat-tnedija tan-negozjati ta' adeżjoni għalkemm għandha tiġi solvuta qabel tmiem il-proċess ta' adeżjoni; jappoġġja l-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni li n-nuqqas tal-partijiet biex jilħqu kompromess wara kważi żewġ deċennji ta' djalogi ta' medjazzjoni qed ikollu impatt dirett u negattiv fuq l-aspirazzjonijiet Ewropej tal-pajjiż u l-poplu tiegħu; jistieden liż-żewġ gvernijiet sabiex jieħdu passi konkreti lejn is-sejba ta' soluzzjoni li tkun aċċettabbli reċiprokament; itenni l-importanza u l-ħtieġa ta' approċċ kostruttiv għall-isfidi mal-ġirien dwar dawn il-kwistjonijiet bilaterali; |
2. |
Ifakkar dwar l-impenn tal-Istati Membri biex jerġgħu lura għall-kwistjoni fl-2015 bil-ħsieb li jibdew in-negozjati ta' adeżjoni; iqis li l-bidu tan-negozjati mal-UE jistgħu biss jinfluwenzaw b'mod pożittiv l-isforzi biex jissolva t-tilwim bilaterali filwaqt li jiġġenera wkoll riformi ulterjuri tant meħtieġa, b'mod partikolari fir-rigward tal-istat tad-dritt, l-indipendenza tal-ġudikatura u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jenfasizza l-fatt li jekk il-ftuħ tan-negozjati jkompli jiddewwem dan iwassal għal konsegwenzi dejjem akbar u imprevedibbli għall-pajjiż kif ukoll għall-istabbiltà reġjonali; jenfasizza li aktar ma jittawwal l-istatus quo, aktar jiddgħajjfu l-kredibilità u l-effikaċja tal-politika ta' tkabbir tal-UE u l-pożizzjoni tagħha fir-reġjun; |
3. |
Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-kwistjonijiet bilaterali ma għandhomx jiġu evokati biex ixekklu l-proċess ta' adeżjoni; iqis li dawn ma għandhomx jirrappreżentaw ostakolu għall-ftuħ uffiċjali tan-negozjati ta' adeżjoni, iżda għandhom jiġu indirizzati kemm jista' jkun malajr fil-proċess ta' adeżjoni; huwa konxju tan-nuqqas ta' konformità minn waħda mill-partijiet mas-sentenza tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja tal-5 ta' Diċembru 2011 rigward l-applikazzjoni tal-Ftehim Interim ta' Settembru 1995; jistieden lill-Greċja biex tafferma mill-ġdid l-impenn li ħadet fl-Aġenda ta' Thessaloniki fl-2003, u biex toħloq ambjent pożittiv biex issolvi d-differenzi bilaterali fl-ispirtu tal-valuri u tal-prinċipji Ewropej; jappella għal aktar progress, inkluż f'kuntatti ta' livell għoli bejn il-gvernijiet u f'relazzjonijiet bilaterali mal-Bulgarija bil-ħsieb li jinnegozjaw ftehim dwar relazzjonijiet ta' viċinat tajba li jindirizzaw kwistjonijiet komuni; itenni t-tħassib tiegħu dwar l-użu ta' argumenti storiċi fid-dibattitu attwali mal-ġirien, u jilqa' kull sforz favur ċelebrazzjonijiet konġunti ta' avvenimenti storiċi komuni mal-Istati Membri ġirien tal-UE; iqis li dan jista’ jikkontribwixxi għal fehim aħjar tal-istorja u għal relazzjonijiet ta' viċinat tajba; |
4. |
Jitlob li jkun hemm involviment aktar attiv tal-UE dwar il-kwistjoni tal-isem, u jappoġġja approċċ proattiv min-naħa tal-mexxejja politiċi tal-UE; jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli (VP/RGħ) il-ġdida biex tiżviluppa inizjattivi ġodda sabiex tegħleb l-istaġnar attwali u biex taħdem, f'kooperazzjoni mar-Rappreżentant Speċjali tan-NU, favur soluzzjoni aċċettabbli b'mod reċiproku; jistieden lill-Kunsill biex jagħmel diskussjoni dettaljata dwar il-perspettiva ta' adeżjoni mal-UE ta' dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fl-ewwel nofs tal-2015; jinsisti li l-pajjiżi kollha kandidati u dawk potenzjalment kandidati għandhom jiġu ttrattati fil-proċess ta' integrazzjoni skont il-merti proprji tagħhom; jemmen li t-tkomplija tad-Djalogu ta' Livell Għoli dwar l-Adeżjoni mal-Kummissjoni ġġib kwalità addizzjonali għall-proċess ta' riforma; |
5. |
Jistieden lill-membri tan-NATO, u b'mod speċjali lill-Istati Membri kollha tal-UE li huma membri tan-NATO, biex jappoġġjaw b'mod attiv l-adeżjoni tal-pajjiż lin-NATO sabiex tinkiseb aktar sigurtà u stabbiltà politika fix-Xlokk tal-Ewropa; |
6. |
Jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta' kooperazzjoni transkonfinali fl-oqsma tal-istorja, il-kultura u l-edukazzjoni u l-promozzjoni tal-valuri Ewropej li jappoġġaw l-isforzi favur bidliet demokratiċi; f’dan ir-rigward, jistieden lill-Istati Membri ġirien tal-UE, fl-ispirtu ta' relazzjonijiet ta' viċinat tajba, biex jappoġġjaw ir-rieda li jsiru bidliet demokratiċi, li jfisser li jappoġġjaw il-bidu tal-proċess tan-negozjati; |
7. |
Iħeġġeġ lill-pajjiż biex iwaqqaf kumitati esperti konġunti mal-ġirien tiegħu dwar l-istorja u l-edukazzjoni, bl-għan li jikkontribwixxu għal interpretazzjoni oġġettiva tal-istorja, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni akkademika, u l-promozzjoni ta' attitudnijiet pożittivi fiż-żgħażagħ fir-rigward tal-ġirien tagħhom; |
8. |
Iħeġġeġ bis-sħiħ lill-awtoritajiet u lis-soċjetà ċivili jieħdu miżuri xierqa għar-rikonċiljazzjoni storika bil-għan li tingħeleb il-firda bejn u fi ħdan id-diversi gruppi etniċi u nazzjonali, inklużi ċ-ċittadini ta' identità Bulgara; |
9. |
Jieħu nota tal-pakkett ta' emendi propost għall-Kostituzzjoni; huwa tal-opinjoni li xi proposti, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar id-definizzjoni ta' żwieġ u l-formazzjoni ta' żoni finanzjarji internazzjonali, jistgħu jkunu ulterjorment imtejba f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja; ifakkar ukoll fil-ħtieġa li jirrispettaw il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll biex jittieħed kont tal-acquis tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa għal tħejjija bir-reqqa tal-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni għal kwalunkwe bidla kostituzzjonali; jenfasizza li l-proċess ta' tibdil kostituzzjonali li jservi għal żmien twil jeħtieġ appoġġ politiku wiesa', djalogu kostruttiv u kooperazzjoni bejn il-forzi politiċi kollha; jenfasizza l-ħtieġa għal dibattitu pubbliku inklużiv għal kollox u konsultazzjoni bir-reqqa u l-bini ta' kunsens mal-partiti tal-oppożizzjoni, mas-soċjetà ċivili u l-partijiet interessati rilevanti; |
10. |
Huwa mħasseb dwar il-klima domestika polarizzata; iħeġġeġ lill-gvern biex jirrispetta r-rwol tal-parlament billi jipprovdi ambitu u żmien suffiċjenti għall-konsultazzjonijiet, inkluż dwar il-bidliet kostituzzjonali, u dan biex ikun hemm lok għal kontroll parlamentari indipendenti u sħiħ; jistieden kemm lill-gvern kif ukoll il-partiti politiċi kollha biex jaħdmu favur it-titjib tar-relazzjonijiet sabiex iżommu l-istabbiltà politika, jiżguraw il-kooperazzjoni politika kostruttiva sostenibbli, u jgħaġġlu l-aġenda Ewropea; ifakkar li l-kompromessi huma fundamentali għal demokrazija li tiffunzjona; jissottolinja n-neċessità ta' titjib tal-inklużjoni u tat-trasparenza tal-proċess ta' adeżjoni; jisħaq li l-bojkott ta' wara l-elezzjoni huwa problema li teħtieġ tiġi solvuta fl-ispirtu tar-responsabbiltà konġunta bejn il-gvern u l-oppożizzjoni fir-rigward tal-funzjonament tajjeb tal-parlament; jistieden lill-VP/RGħ sabiex tinvolvi ruħha mal-partijiet kollha sabiex jiġi ffaċilitat id-djalogu politiku; |
11. |
Jinsab serjament imħasseb dwar id-deterjorament tar-relazzjonijiet bejn il-gvern u l-oppożizzjoni, partikolarment fir-rigward tat-tħabbira reċenti tal-akkużi mill-Prim Ministru kontra l-kap tal-oppożizzjoni u wkoll tal-kontroakkużi ta' mġiba ħażina kriminali; jikkundanna s-sorveljanza illegali kollha, u jitlob li l-allegazzjonijiet kollha jiġu ppubblikati u liberament irrappurtati; jitlob li ssir investigazzjoni indipendenti dwar l-allegazzjonijiet kollha u sorveljanza mwettqa, fuq il-bażi tar-rispett sħiħ lejn il-prinċipji ta' trasparenza, imparzjalità u l-preżunzjoni tal-innoċenza; itenni l-importanza li jiġi rrispettat il-prinċipju fundamentali tal-libertà tal-espressjoni; jistieden lill-atturi politiċi kollha biex jimpenjaw ruħhom fi djalogu kostruttiv sabiex iżommu l-attenzjoni fuq il-prijoritajiet strateġiċi tal-pajjiż u taċ-ċittadini tiegħu; |
12. |
Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' oppożizzjoni fil-ħidma regolari tal-KPK; iqis li huwa essenzjali li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-KPK permezz tar-rappreżentanza xierqa tal-partiti parlamentari kollha fil-proċeduri tiegħu; |
13. |
Jinsab imħasseb li l-koeżistenza interetnika tibqa' fraġli u tippreżenta sfida għall-pajjiż; huwa mħasseb dwar iż-żieda fit-tensjonijiet interetniċi li jesponu n-nuqqas ta' fiduċja bejn il-komunitajiet; jikkundanna bil-qawwa l-użu ta' lingwaġġ etnoċentriku u diviżiv, partikolarment matul il-kampanji elettorali; jenfasizza li l-bidu tat-taħdidiet ta' adeżjoni mal-UE jista' jgħin lill-pajjiż jindirizza aħjar din l-isfida billi jsaħħaħ il-koeżjoni interetnika madwar dak l-għan komuni; jikkundanna l-forom kollha ta' nazzjonaliżmu u etnoċentriżmu estremi li japprofondixxu d-diviżjoni fis-soċjetà; jistieden lill-partiti politiċi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kollha biex jippromwovu b'mod attiv soċjetà multietnika u multireliġjuża inklużiva u tolleranti u biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali tal-persuni kollha li jappartjenu għal minoranzi etniċi; ifakkar li l-edukazzjoni għandha rwol vitali fil-ksib tat-tolleranza u r-rispett bejn persuni differenti; jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid il-proġetti u l-programmi mmirati favur it-tisħiħ ta' djalogu interetniku u fehim reċiproku; |
14. |
Jilqa' l-fatt li l-aġenda tal-UE tibqa' l-prijorità strateġika tal-pajjiż; jinkoraġġixxi lill-pajjiż biex ikompli jikkonsolida r-riformi u jbiddel il-politiki u l-prattiki li għad jistgħu jostakolaw il-ġejjieni Ewropew tiegħu, u biex jiżgura progress fl-implimentazzjoni ta' prijoritajiet ta' riforma relatati mal-UE, inkluż fil-kuntest tad-Djalogu ta' Adeżjoni ta' Livell Għoli; |
15. |
Jinnota li l-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari bikrin ta' April 2014 ġew ivvalutati mill-OSKE/ODIHR bħala amministrati b'mod effiċjenti; jaqsam it-tħassib, madankollu, dwar il-linja mċajpra bejn l-attivitajiet tal-istat u dawk tal-partit, li tmur kontra l-obbligi internazzjonali għal elezzjonijiet demokratiċi, kif ukoll dwar rappurtar parzjali tal-midja u allegazzjonijiet ta' intimidazzjoni tal-votanti; jilqa' r-riformi elettorali, imma jħeġġeġ lill-awtoritajiet jinvestigaw l-irregolaritajiet allegati qabel u matul l-elezzjonijiet; jistieden lill-gvern biex jindirizza fi żmien xieraq ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-ODIHR sabiex jitjieb il-proċess elettorali, inklużi l-ġestjoni u l-eżattezza tar-reġistri elettorali; barra minn hekk, f’dan ir-rigward, ifakkar il-ħtieġa li jitfasslu reġistri elettorali li jikkorrispondu ma' standards internazzjonali; |
16. |
Iħeġġeġ lill-gvern biex jittratta n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-assistenza IPA bħall-problemi sistemiċi tas-sistema ta' kontroll, il-koordinament intra u interistituzzjonali insuffiċjenti, ix-xogħol b'lura fl-akkwist pubbliku, ir-rata baxxa ta' assorbiment u l-kapaċità baxxa tal-istituzzjonijiet; jitlob it-tisħiħ tar-rabta bejn l-assistenza tal-UE u l-istrateġiji ta' riforma nazzjonali u l-fondi tal-IPA sabiex tintuża ħalli tiffinanzja diċentralizzazzjoni tal-baġit ferm akbar fil-pajjiż; jitlob għal azzjoni biex jiġi evitat aktar telf fl-assistenza kif ukoll biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-programm sabiex jissaħħaħ l-impatt tal-assistenza tal-UE; |
17. |
Jilqa' l-adozzjoni ta' qafas leġiżlattiv ġdid għas-servizz ċivili kif ukoll għall-impjieg pubbliku fi Frar 2014, bħala pass ’il quddiem lejn il-kisba ta' amministrazzjoni pubblika unifikata, trasparenti u responsabbli; jinsab imħasseb li l-amministrazzjoni pubblika, minkejja l-progress leġiżlattiv, tibqa' frammentata, politiċizzata u suġġetta għall-influwenza politika; jinkoraġġiha bil-qawwa biex jissaħħu l-professjonaliżmu u l-indipendenza tagħha fil-livelli kollha; iħeġġeġ l-isforzi biex tiġi implimentata l-liġi, b'rispett xieraq lejn il-prinċipji tat-trasparenza, il-mertu u r-rappreżentanza ekwa; jistieden lill-gvern jadotta programm ta' riforma tal-ġestjoni finanzjarja pubblika; |
18. |
Iħeġġeġ l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim Qafas ta' Ohrid (OFA); jitlob għat-tlestija tar-rieżamii tal-implimentazzjoni tiegħu, li jirriżulta f'rakkomandazzjonijiet ta' politika; jirrakkomanda bis-sħiħ li l-OFA jitqies bħala element essenzjali għall-istat tad-dritt, ir-relazzjonijiet interkomunitarji u d-deċentralizzazzjoni kontinwa; jinkoraġġixxi b'mod qawwi l-iżvilupp ta' governanza lokali u l-promozzjoni ta' miżuri ta' bini ta' fiduċja fit-tul fil-livell politiku, bħalma huma ż-żamma ta' dibattiti pubbliċi biex jispjegaw il-benefiċċji tal-OFA; jistieden lill-gvern u lill-awtoritajiet lokali kompetenti biex jipproċedi bl-implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar l-Edukazzjoni Integrata u li jiġi pprovdut finanzjament akbar għal dak l-għan; iqis li huwa importanti li jiġu inklużi fil-proċess l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ); jirrakkomanda approċċ aktar proattiv sabiex jiġu żgurati l-identitajiet etniċi, kulturali u lingwistiċi tal-komunitajiet kollha; |
19. |
Jilqa' l-livell għoli ta' allinjament mal-acquis leġiżlattiv u t-titjib fl-effiċjenza u l-professjonaliżmu tal-qrati bħala riżultat ta' riformi ġudizzjarji komprensivi; jinsab imħasseb, madankollu, dwar influwenza politika mhux xierqa fuq ċerti proċeduri tal-qorti, u jenfasizza li l-ġudikatura għandha tibqa' indipendenti mill-pressjonijiet esterni kollha tal-fergħat parlamentari u eżekuttivi; jenfasizza l-ħtieġa li tkun żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-istandards ġudizzjarji f'konformità man-normi Ewropej u l-aħjar prattika; jitlob l-unifikazzjoni tal-ġurisprudenza, biex tiġi żgurata sistema ġudizzjarja prevedibbli u l-fiduċja tal-pubbliku; jitlob għal titjib fil-kwalità tal-ġustizzja, użu miżjud tar-rimedji mhux ġudizzjarji u soluzzjoni għat-tilwim alternattiva, ippjanar strateġiku aħjar, aċċess aħjar għall-ġustizzja għal membri vulnerabbli tas-soċjetà, u iktar involviment ta' organizzazzjonijiet professjonali u tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ tal-indipendenza ġudizzjarja; |
20. |
Jinnota l-iżviluppi pożittivi fl-implimentazzjoni tal-programmi għal kontra l-korruzzjoni 2011-2015, fit-tisħiħ tas-sistema ta' integrità personali u istituzzjonali kif ukoll tal-kooperazzjoni interistituzzjonali u internazzjonali; jinnota l-kwistjonijiet sostanzjali li għadhom pendenti relatati mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-ħasil tal-flus, inklużi l-kwistjonijiet transkonfinali, it-twettiq ta' valutazzjoni nazzjonali tar-riskji u t-titjib fl-effiċjenza operattiva; itenni li Kummissjoni Statali għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni indipendenti u kompletament funzjonali għandha tkun l-akbar istituzzjoni tal-istat għat-trattament ta' din il-kwistjoni; sabiex itejbu l-ħidma ta' dik il-Kummissjoni, jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jtejbu l-interkonnettività tal-IT bejn il-qrati u s-servizz tal-prosekuzzjoni u joħolqu reġistru ċentrali ta' uffiċjali pubbliċi; |
21. |
Jitlob għall-implimentazzjoni aktar effiċjenti ta' politiki u leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni, b'mod partikolari fil-politika, l-amministrazzjoni pubblika, l-akkwist pubbliku u l-infurzar tal-liġi, kif ukoll għat-titjib tal-kapaċitajiet amministrattivi; iħeġġeġ lill-pajjiż biex jikseb rekord pożittiv għall-kundanni f'każijiet ta' korruzzjoni, inklużi każijiet ta' livell għoli; jistieden l-OSĊ indipendenti u l-midja sabiex jikxfu l-korruzzjoni u jappoġġjaw investigazzjonijiet u proċessi indipendenti u imparzjali; jistieden lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku biex jippermetti l-investigazzjoni adegwata u f'waqtha ta' affermazzjonijiet f'dan il-qasam; |
22. |
Jinnota b'sodisfazzjon li l-qafas legali u istituzzjonali huwa fis-seħħ rigward il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; ifaħħar il-kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali attiva tal-pajjiż, inkluż permezz tal-Eurojust u l-Europol; jilqa' l-fatt li twettaq b'suċċess għadd ta' operazzjonijiet tal-pulizija kontra gruppi organizzati, b'mod partikolari għal qtugħ ta' rotot internazzjonali għat-traffikar tad-drogi u l-kuntrabandu ta' migranti; |
23. |
Jikkundanna l-forom kollha ta' estremiżmu politiku u/jew reliġjuż u jara l-ħtieġa għal kooperazzjoni transkonfinali ma' pajjiżi oħra tal-Balkani tal-Punent u l-Istati Membri tal-UE; jilqa' l-bidliet li saru fil-Kodiċi Kriminali li jiddefinixxu ulterjorment kemm ir-reati kif ukoll il-pieni għal persuni li jkunu qed jieħdu sehem fl-estremiżmu politiku u/jew reliġjuż; itenni bil-qawwa l-ħtieġa ta' strateġija proattiva komuni għal politika barranija, tas-sigurtà u tad-difiża, minħabba t-theddida terroristika internazzjonali attwali; ifakkar li l-politika pubblika għandha tiġġieled il-forom kollha ta' estremiżmu, u li l-istigmatizzazzjoni ta' kwalunkwe grupp wieħed reliġjuż f'dan il-kuntest għandha tkun evitata bil-galbu; |
24. |
Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-partijiet interessati pubbliċi tat-tfassil tal-liġijiet; jinnota li tali kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq rieda ġenwina min-naħa tal-gvern li jikkonsulta ma' diversi partijiet interessati kemm fit-tfassil tal-liġiijiet kif ukoll tal-politiki; jenfasizza r-rwol kruċjali li jista' jkollhom l-OSĊ biex iqajmu kuxjenza pubblika dwar il-proċess ta' adeżjoni u jagħmluh aktar trasparenti, responsabbli u inklużiv; iħeġġeġ lill-gvern biex jgħin fl-iżvilupp tas-soċjetà ċivili fiż-żoni rurali wkoll; jistieden lill-gvern biex jibda dibattitu sostanzjali mal-universitajiet, l-akkademiċi u l-istudenti dwar ir-riforma fl-edukazzjoni ogħla; |
25. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet jirkupraw l-arkivji tas-servizzi sigrieti Jugoslavi rilevanti mis-Serbja; huwa tal-fehma li l-ġestjoni trasparenti tal-imgħoddi totalitarju, inkluż il-ftuħ tal-arkivji tas-servizzi sigrieti, huwa pass ’il quddiem lejn aktar demokratizzazzjoni, responsabbiltà u saħħa istituzzjonali; |
26. |
Huwa mħasseb ħafna dwar il-fatt li l-pressjonijiet politiċi u finanzjarji qed jipperikolaw b'mod kostanti u sinifikanti l-indipendenza tal-midja; jiddeplora d-deterjorament kontinwu tal-libertà tal-espressjoni li jirriżulta fl-iktar livell baxx ta' libertà tal-istampa fir-reġjun; jiddispjaċih f'dan il-kuntest li, fl-indiċi kkompilat minn Ġurnalisti Mingħajr Fruntieri, il-pajjiż niżel mill-34 post fl-2009 għall-117-il post fl-2015; jinnota bi tħassib li dejjem jiżdied il-kontroll tal-istat fuq il-midja, inkluż id-dipendenza kontinwa fuq il-baġit tal-istat, l-għażla frekwenti tal awtoċensura, u l-istandards u l-etika professjonali foqra; jinnota bi tħassib il-fatt li jirrikorri għall-malafama f'kuntest politiku u dak tal-midja; filwaqt li ttieħdu xi passi biex jerġa' jiġi stabbilit id-djalogu bejn il-gvern u l-komunità tal-midja, jiddispjaċih li l-liġi dwar is-servizzi awdjoviżivi ġiet emendata bi proċedura rapida mingħajr konsultazzjoni xierqa mal-partijiet interessati tal-midja; |
27. |
Iħeġġeġ lill-Gvern biex isegwi politiki li jsaħħu l-pluraliżmu fil-midja u d-diversità tal-opinjonijiet kif ukoll biex jiggarantixxi l-indipendenza tax-xandar pubbliku u r-regolatur tal-midja; jinnota bi tħassib li x-xandar pubbliku wera tendenza sinifikanti favur il-partijiet li huma fil-gvern, kemm matul il-kampanji elettorali (kif irrappurtat fir-rapporti tal-OSKE/ODIHR) u f'ċirkostanzi mhux tal-kampanja (kif irrappurtat fir-Rapport ta' Progress tal-Kummissjoni); jilqa' l-fatt li l-gvern għamel id-dejta fuq ir-reklamar tal-gvern disponibbli pubblikament; jistieden lill-gvern, madankollu, biex itejjeb it-trasparenza dwar il-kriterji użati fl-allokazzjoni ta' fondi; jirrakkomanda bil-qawwa lill-Kummissjoni biex tkun aktar attiva fil-monitoraġġ u l-konsultazzjoni dwar l-iżviluppi tal-politika u fit-tħeġġiġ tad-djalogu fost il-partijiet interessati kollha tal-midja; |
28. |
Ifakkar lill-gvern u lill-partiti politiċi dwar ir-responsabbiltà tagħhom biex joħolqu kultura ta' inklużjoni u tolleranza; jitlob li l-liġi kontra d-diskriminazzjoni tiġi allinjata mal-acquis peress li ma tipprojbixxix id-diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali; jikkundanna l-vjolenza kollha kontra l-komunità LGBTI u jitlob li dawk ħatja, inkluż dawk responsabbli għall-inċidenti vjolenti kontra ċ-Ċentru ta' Appoġġ tal-LGBTI fi Skopje, jitressqu quddiem il-qorti; jenfasizza l-ħtieġa biex jiġu miġġielda l-preġudizzji u d-diskriminazzjoni kontra r-Roma, u biex jittieħdu aktar miżuri biex itejbu s-sitwazzjoni tagħhom, partikolarment fl-oqsma tad-djar, tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tal-impjieg; jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw perspettiva ta' ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma kollha ta' politika li għandhom l-għan li tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa; itenni t-tħassib tiegħu dwar l-eżistenza kontinwa ta' sterjotipi tas-sessi fis-soċjetà u dwar il-vjolenza domestika; iħeġġeġ lill-gvern biex jindirizza d-differenzi strutturali u d-differenzi fil-pagi bejn is-sessi f'oqsma ekonomiċi, politiċi u soċjali; jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq l-impenn tagħha li tagħmel il-Kapitolu tal-Politika Soċjali u tal-Impjieg prijorità fil-proċess ta' adeżjoni, billi tniedi inizjattiva f'dan ir-rigward fid-Djalogu ta' Livell Għoli dwar l-Adeżjoni mal-pajjiż; |
29. |
Jibqa’ mħasseb dwar ir-rati għolja ta' faqar fost it-tfal u n-nuqqas ta' kapaċità tal-istituzzjonijiet responsabbli għall-implimentazzjoni ta' politiki u azzjonijiet strateġiċi f’dan il-qasam; iħeġġeġ lill-gvern sabiex iżid l-isforzi tiegħu biex jimplimenta l-istrateġija nazzjonali riveduta dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali; iħeġġeġ li tingħata aktar attenzjoni biex jiġi żgurat aċċess ġust u effettiv għall-ġustizzja għat-tfal kollha; jenfasizza l-ħtieġa għal sforzi addizzjonali mill-gvern biex jappoġġja tfal b'diżabilitajiet u tfal mill-komunità tar-Roma; jitlob biex isiru sforzi ulterjuri biex jittejbu s-saħħa u n-nutrizzjoni tat-tfal, bi tħassib partikolari dwar it-tfal Roma; |
30. |
Jilqa' l-fatt li l-pajjiż għadu l-mexxej reġjonali fir-rigward tal-faċilità li biha jsir in-negozju, kif ukoll il-prestazzjoni mtejba tiegħu fil-klassifika globali tal-Bank Dinji, li fiha huwa tela' mill-31 post fl-2013 għat-30 post fl-2014; jinnota, madankollu, li l-infurzar diffiċli tal-kuntratti u l-bidliet legali frekwenti mingħajr konsultazzjoni adegwata joħolqu sfidi serji lill-klima tan-negozju; jenfasizza, fl-istess ħin, l-importanza li jsir progress fir-rigward tal-liġi tax-xogħol u t-tisħiħ tad-djalogu soċjali; jenfasizza l-ħtieġa li jittejjeb aktar l-ambjent tan-negozju bl-appoġġ għall-SMEs, it-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali, u r-rabta bejn l-istituzzjonijiet ta' riċerka u żvilupp mas-settur tan-negozju u l-impjiegi; |
31. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-influssi tal-IDB baqgħu stabbli u ppermettew aktar diversifikazzjoni tal-esportazzjoni; jinnota li 80 % tal-istokk tal-IDB totali joriġina minn kumpaniji tal-UE, b'żieda akbar fil-flussi kummerċjali f'oġġetti u servizzi mal-UE; itenni l-importanza li jiġi attirat l-investiment barrani, u jemmen li dan id-dewmien fil-proċess ta' adeżjoni tal-UE jista' jirrappreżenta ostaklu għal integrazzjoni ekonomika aktar profonda; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiżdied id-dħul pubbliku u jinħolqu impjiegi f'setturi bi produttività għolja, peress li l-istruttura globali tal-ekonomija tibqa' ffukata fuq attivitajiet bi produttività baxxa; jenfasizza li r-regoli kollha li jkopru ż-żoni finanzjarji internazzjonali għandhom ikunu f'konformità mal-acquis u mal-ħtiġijiet internazzjonali; |
32. |
Jilqa' t-tnaqqis fir-rata globali tal-qgħad minn 29,9 % fl-ewwel kwart tal-2013 għal 27,9 % fit-tielet kwart tal-2014; jistieden lill-gvern biex iġġedded l-isforzi tiegħu biex ikompli jnaqqas il-qgħad strutturali u fit-tul, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ (li għalihom ir-rata hija 'l fuq minn 50 %) u gruppi vulnerabbli inklużi r-Roma; jitlob għall-adozzjoni ta' riformi biex jiżdiedu l-parteċipazzjoni tal-forza tax-xogħol u l-mobbiltà tal-ħaddiema kif ukoll biex jitnaqqas is-settur informali kbir li qed ikompli jxekkel il-kompetizzjoni; huwa mħasseb li l-livell tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-forza tax-xogħol spiss ma tikkorrispondix għall-ħtiġijiet reali tal-ekonomija, u li numru kbir ta' ħaddiema kwalifikati żgħażagħ huma konsegwentement imġiegħla jemigraw minħabba d-diffikultà li jsibu opportunitajiet adegwati ta' impjieg fil-pajjiż; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-aħħar bidliet leġiżlattivi li jmorru kontra d-dritt tal-istrajk, u jistieden lill-awtoritajiet biex jirrevedu l-leġiżlazzjoni f'konformità mal-istandards tal-ILO; |
33. |
Jinnota l-passi meħuda biex jitnaqqas il-qgħad fost in-nisa, iżda jistieden lill-gvern biex jagħmel aktar peress li l-qgħad fost in-nisa għadu ħafna ogħla mill-medja tal-UE; |
34. |
Jirrimarka li huma meħtieġa sforzi sinifikanti, f'kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili u l-partijiet interessati rilevanti, fil-qasam tal-ambjent u b'mod partikolari fl-oqsma tal-kwalità tal-arja u tal-ilma, il-protezzjoni tan-natura u l-ġestjoni tal-iskart; huwa mħasseb dwar it-tniġġis tal-arja u tal-ilma; jinnota bi tħassib il-konċentrazzjoni ta' partikuli li jagħmlu l-ħsara, li huwa bosta drabi ogħla mil-livell limitu permess, speċjalment fi Skopje, Tetovo, Bitola, Kičevo u Kavadarci; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti biex iżidu l-kooperazzjoni tagħhom bil-għan li jimplimentaw il-leġiżlazzjoni rilevanti, jissaħħu l-kapaċitajiet amministrattivi u jiġu allokati biżżejjed fondi għal investiment f'infrastruttura bħal impjanti għat-trattament tal-ilma mormi; |
35. |
Jiddispjaċih li l-miri tal-enerġija tal-2013 ma ġewx sodisfatti, fir-rigward, b'mod partikolari, tal-effiċjenza enerġetika u l-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli; jitlob, f'dan ir-rigward, l-adozzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni rilevanti u l-allinjament mal-politika tal-UE dwar il-klima; |
36. |
Jilqa' l-fatt li l-pajjiż baqa' attiv u kostruttiv fil-kooperazzjoni reġjonali u li ma għandu ebda kwistjonijiet pendenti dwar il-fruntieri mal-pajjiżi ġirien tiegħu; jilqa' l-presidenza li ġejja tal-pajjiż tal-Inizjattiva Ewropea Ċentrali; jistieden lill-gvern sabiex itejjeb il-livell ġenerali ta’ allinjament mad-dikjarazzjonijiet u deċiżjonijiet tal-PESK; jenfasizza l-importanza ta' allinjament progressiv mal-pożizzjonijiet ta' politika barranija tal-UE; |
37. |
Jilqa' l-progress li sar dwar il-konnessjoni ferrovjarja bejn il-pajjiż u l-Bulgarija, li se twassal għal relazzjonijiet ekonomiċi u soċjali aħjar, u r-rieda tiegħu biex din tiġi ffinalizzata; |
38. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Parlament tal-pajjiż. |
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/61 |
P8_TA(2015)0065
Rapport ta' Progress 2014 dwar is-Serbja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 dwar ir-Rapport ta' Progress tal-2014 dwar is-Serbja (2014/2949(RSP))
(2016/C 316/07)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Salonka tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 dwar il-prospettiva tal-adeżjoni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent mal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/213/KE tat-18 ta' Frar 2008 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet kontenuti fis-Sħubija Ewropea mas-Serbja u li tħassar id-Deċiżjoni 2006/56/KE (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ottubru 2011 dwar l-applikazzjoni tas-Serbja għall-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea (SEC(2011)1208), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tas-Serbja, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2013; |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Opinjoni Konsultattiva tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) tat-22 ta' Lulju 2010 dwar il-kwistjoni tal-konformità tad-dikjarazzjoni unilaterali ta' indipendenza tal-Kosovo mad-dritt internazzjonali, u r-Riżoluzzjoni A/RES/64/298 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tad-9 ta' Settembru 2010, li rrikonoxxiet il-kontenut tal-opinjoni u laqgħet favorevolment id-disponibilità tal-UE li tiffaċilita d-djalogu bejn Belgrad u Pristina, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u r-Rakkomandazzjonijiet mit-tieni laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Serbja tas-26 u s-27 ta' Novembru 2014, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 ta' Ġunju 2013, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport ta' Progress tal-2014 dwar is-Serbja mill-Kummissjoni tat-8 ta' Ottubru 2014 (SWD(2014)0302), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tas-16 ta' Diċembru 2014, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu dwar ir-Rapport ta' Progress tal-2013 dwar is-Serbja, tas-16 ta' Jannar 2014 (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Novembru 2014 dwar is-Serbja: il-każ tal-akkużat ta' delitti tal-gwerra Šešelj (3), |
— |
wara li kkunsidra l-ħidma ta' David McAllister bħala rapporteur permanenti għas-Serbja fi ħdan il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-Kunsill Ewropew tat-28 ta' Ġunju 2013 iddeċieda li jibda n-negozjati dwar l-adeżjoni mas-Serbja; billi l-ewwel konferenza intergovernattiva (KIG) saret fil-21 ta' Jannar 2014; |
B. |
billi, fir-Rapport ta' Progress tal-2014 dwar is-Serbja, il-Kummissjoni tirrapporta dwar il-progress li s-Serbja għamlet lejn l-integrazzjoni Ewropea, filwaqt li tivvaluta l-isforzi tal-pajjiż biex jikkonforma mal-kriterji ta' Kopenħagen u l-kondizzjonalità tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni; |
C. |
billi s-Serbja, bħal kull pajjiż li jaspira li jaderixxi mal-UE, għandha tkun iġġudikata abbażi tal-merti proprji tagħha fit-twettiq, fl-implimentazzjoni u fir-rispett tal-istess ġabra ta' kriterji, u billi l-veloċità u l-kwalità tar-riformi neċessarji jiddeterminaw il-kalendarju tal-adeżjoni; |
D. |
billi l-Unjoni Ewropea poġġiet l-istat tad-dritt fil-qalba tal-politika ta' tkabbir tagħha; |
E. |
billi l-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li jissaħħu l-governanza ekonomika, l-istat tad-dritt u l-kapaċitajiet tal-amministrazzjoni pubblika fil-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent; |
F. |
billi s-Serbja għamlet passi importanti lejn in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mal-Kosovo, li rriżultaw fl-Ewwel Ftehim dwar il-Prinċipji ta' Normalizzazzjoni tar-Relazzjonijiet tad-19 ta' April 2013; billi huma meħtieġa b'urġenza passi ulterjuri bil-għan li jinstab tarf il-kwisjonijiet kollha pendenti bejn iż-żewġ pajjiżi; |
G. |
billi r-relazzjonijiet ta' bon viċinat jikkostitwixxu element fundamentali tas-suċċess tal-integrazzjoni Ewropea ta' kwalunkwe pajjiż u billi l-kwistjonijiet bilaterali għandhom ikunu affrontati fil-proċess ta' adeżjoni skont il-qafas tan-negozjati, fi spirtu kostruttiv u ta' bon viċinat, b'kont meħud tal-interessi u tal-valuri ġenerali tal-Unjoni Ewropea; billi saru passi importanti fil-proċess ta' rikonċiljazzjoni storika bejn is-Serbja u l-pajjiżi ġirien tagħha; |
H. |
billi l-implimentazzjoni tal-qafas ġuridiku dwar il-protezzjoni tal-minoranzi jeħtieġ li jiġi żgurat bis-sħiħ, b'mod partikolari fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-użu tal-lingwa, u l-aċċess għall-mezzi ta' komunikazzjoni u għas-servizzi reliġjużi fil-lingwi minoritarji; |
I. |
billi l-Presidenza fil-kariga tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) tas-Serbja fl-2015 taħbat waqt il-kunflitt li għadu għaddej fil-Lvant tal-Ukraina u fil-mument li fih l-Organizzazzjoni tiċċelebra l-40 anniversarju mill-adozzjoni tal-Att Finali ta' Ħelsinki; |
1. |
Jilqa' favorevolment il-bidu formali tat-taħditiet ta' adeżjoni li seħħ fil-21 ta' Jannar 2014 matul l-ewwel KIG UE-Serbja kif ukoll il-livell għoli ta' tħejjija u involviment fil-proċess ta' eżami analitiku (sreening) tal-acquis tal-UE muri mill-Gvern Serb; |
2. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-iżvolġiment tal-elezzjonijiet parlamentari bikrin li kienu valutati b'mod pożittiv mill-osservaturi internazzjonali; jistieden lill-awtoritajiet jindirizzaw bi sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-aħħar missjoni tal-OSKE/ODIHR għall-osservazzjoni elettorali u ta' dik preċedenti; |
3. |
Jissottolinja l-progress tat-titjib tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) UE-Serbja u l-importanza ta' dan it-titjib; jisħaq fuq il-fatt li l-FSA joffri l-qafas ġenerali għas-Serbja u għall-UE biex jintensifikaw il-kooperazzjoni ta' bejniethom; |
4. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn muri mill-Gvern Serb il-ġdid favur il-proċess ta' integrazzjoni Ewropea u jistieden lis-Serbja tittratta b'mod deċiżiv u dirett ir-riformi sistemiċi u soċjoekonomiċi; jissottolinja li l-implimentazzjoni eżawrjenti tal-leġiżlazzjoni u tal-politiki tibqa' indikatur ewlieni ta' proċess ta' integrazzjoni li jirnexxi; jistieden lis-Serbja ttejjeb l-ippjanar, il-koordinament u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni u politiki ġodda; jissottolinja n-neċessità ta' titjib tal-inklużjoni u tat-trasparenza tal-proċess ta' adeżjoni; jenfasizza li s-Serbja jeħtiġilha tagħmel aktar progress fir-riforma prijoritarja tagħha, l-istat tad-dritt; |
5. |
Jinkoraġġixxi l-fatt li l-ftuħ tal-kapitoli tan-negozjati għandu jqis l-iżviluppi fuq il-livell tekniku, iżda wkoll il-kuntest politiku tar-relazzjonijiet bejn is-Serbja u l-Unjoni Ewropea; jenfasizza li l-Kapitoli 23 (Ġudikatura u Drittijiet Fundamentali) u 24 (Ġustizzja, Libertà u Sigurtà) għandhom jiġu affrontati f'fażi bikrija fin-negozjati; jinsisti li l-Kapitolu 35 tal-acquis tal-UE, dwar ir-relazzjonijiet mal-Kosovo, għandu jkun definit b'mod ċar; jissottolinja li l-qafas tan-negozjati joffri parametru biex jiġi stabbilit jekk il-progress f'ambitu ta' kapitolu huwiex qiegħed jaqa' lura b'mod sinifikanti meta mqabbel mal-progress fin-negozjati b'mod ġenerali, b'hekk il-Kummissjoni tkun tista' tirrakkomanda l-ftuħ jew l-għeluq tard ta' kapitoli oħrajn tan-negozjati; |
6. |
Josserva li r-rapport li ppubblikat dan l-aħħar il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) wasal għall-konklużjoni li l-finanzjamenti mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA), flimkien ma' forom oħrajn ta' sostenn, lis-Serbja għenuha timplimenta r-riformi soċjali u ekonomiċi u ttejjeb il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi tagħha; josserva, madankollu, li r-riforma tas-settur ġudizzjarju baqa' lura b'mod sinifikanti; jistieden lis-Serbja tallinja ruħha mal-acquis tal-UE fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat; jilqa' pożittivament l-użu ġenerali effikaċi tal-assistenza finanzjarja u mhux finanzjarja tal-UE, kif osservat il-QEA, u jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet jibnu prattiki ta' governanza tajba u jieħdu ħsieb il-punti ta' dgħufija li għad fadal fil-disinn, fl-implimentazzjoni u fis-sostenibilità tal-proġetti; jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-assistenza tagħha favur is-Serbja fi ħdan il-qafas tal-IPA b'mod effikaċi u trasparenti; |
7. |
Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-maġġor parti tal-liġijiet jiġu adottati bil-proċedura ta' urġenza, li mhux dejjem qiegħda tippermetti biżżejjed konsultazzjoni mal-partijiet interessati u mal-pubbliku ġenerali; |
8. |
Josserva li l-għargħar ta' Mejju 2014 fis-Serbja laqat lill-popolazzjoni b'mod gravi u ħalla effett negattiv fuq l-ekonomija; jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familjari tal-vittmi; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-UE, kif ukoll l-Istati Membri individwali, fornew sforzi immedjati u sostanzjali ta' salvataġġ u sokkors, fuq talba tas-Serbja, billi organizzaw konferenza tad-donaturi li saret f'Lulju 2014; jenfasizza li l-Kummissjoni stiednet lis-Serbja tissieħeb fil-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili u japprezza l-fatt li fis-16 ta' Ottubru 2014 is-Serbja esprimiet l-interess tagħha li tissieħeb; |
9. |
Jilqa' pożittivament l-Ewwel Ftehim dwar il-Prinċipji ta' Normalizzazzjoni tar-Relazzjonijiet li ntlaħaq fid-djalogu ta' livell għoli bejn il-Prim Ministri tas-Serbja u tal-Kosovo fid-19 ta' April 2013; japprezza l-impenn min-naħa tas-Serbja fil-proċess ta' normalizzazzjoni mal-Kosovo u jinkoraġġixxi enerġikament lill-awtoritajiet Serbi jiżvolġu rwol kostruttiv f'dan il-proċess, kif anke fl-iżvilupp ta' relazzjonijiet ta' bon viċinat, li jista' jaqdi l-interessi kemm tas-Serbja kif ukoll tal-Kosovo; josserva li r-ritmu tan-negozjati globali naqas, minħabba, fost ħwejjeġ oħra, l-elezzjonijiet bikrija kemm fis-Serbja kif ukoll fil-Kosovo; jilqa' b'sodisfazzjon il-formazzjoni ta' gvern ġdid fil-Kosovo li jirrappreżenta pass importanti għall-issuktar tad-djalogu ta' livell għoli tad-9 ta' Frar 2015 li wassal għall-ftehim dwar is-sistema ġudizzjarja ta' Mitrovica u jilqa' pożittivament ukoll, f'dan ir-rigward, ir-rwol kostruttiv tal-Gvern Serb immirat biex jinkoraġġixxi lir-rappreżentanti eletti tal-minoranza Serba jipparteċipaw u jassumu r-responsabilitajiet tagħhom fi ħdan il-gvern ta' koalizzjoni l-ġdid ta' Pristina; jistieden lis-Serbja u lill-Kosovo javvanzaw fl-implimentazzjoni totali tal-ftehimiet kollha li diġà ntlaħqu, f'bona fide u puntwalment, u lill-UE twettaq evalwazzjoni tar-riżultati tal-partijiet huma u jottemperaw għall-obbligi; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet Serbi u Kosovari jkomplu fin-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet tagħhom; jappella għal sforzi kontinwi miż-żewġ naħat bil-għan li jitqarrbu aktar il-komunitajiet etniċi tal-Albaniżi u tas-Serbi; jissottolinja li l-qafas tan-negozjati jirrikjedi li l-proċess ta' normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mal-Kosovo fl-ambitu tal-Kapitolu 35 jimxi 'l quddiem b'mod parallel ma' progress fin-negozjati globali; jenfasizza li l-Kapitolu 35 għandu jinfetaħ f'fażi bikrija tan-negozjati; iqis li n-normalizzazzjoni totali tar-relazzjonijiet bejn is-Serbja u l-Kosovo tista' tiffaċilita l-adeżjoni tas-Serbja mal-UE; |
10. |
Jistieden lill-awtoritajiet Serbi u Kosovari jintensifikaw il-kooperazzjoni bil-għan li jrażżnu u jżarmaw in-netwerks kriminali li qegħdin jikkontrollaw, jisfruttaw u jittraffikaw il-migranti irregolari mill-Kosovo lejn ċerti Stati Membri tal-UE bi tranżitu mis-Serbja; |
11. |
Jistieden lis-Serbja tagħmel sforzi aktar enerġiċi biex tallinja l-politika barranija u ta' sigurtà tagħha ma' dik tal-UE, inkluża l-politika dwar ir-Russja; jiddispjaċih li s-Serbja ma allinjatx ruħha, meta kienet mistiedna, mad-deċiżjonijiet tal-Kunsill li introduċew miżuri restrittivi kontra r-Russja, iżda jżomm quddiem għajnejh ir-rabtiet ekonomiċi, soċjali u kulturali tradizzjonalment b'saħħithom li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi; jemmen li s-Serbja tista' tiżvolġi rwol kruċjali fir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja; jilqa' favorevolment il-parteċipazzjoni attiva tas-Serbja fl-operazzjonijiet internazzjonali ta' żamma tal-paċi; josserva li s-Serbja ospitat bl-unuri ċerti personalitajiet suġġetti għall-projbizzjoni ta' viża tal-UE u torganizza taħriġ militari mal-armata Russa; |
12. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-Presidenza fil-kariga tal-OSKE tas-Serbja fl-2015 u l-prijoritajiet tagħha; josserva li s-Serbja, inkwantu assumiet il-Presidenza fil-kariga tal-OSKE, hija lesta tappoġġa l-mezzi kollha għat-tqawwija tal-isforzi biex il-kunflitti eżistenti fiż-żona tal-OSKE jiġu solvuti b'mod paċifiku; jinkoraġġixxi lis-Serbja tisfrutta din il-Presidenza biex tagħti kontribut għall-istabbilizzazzjoni tas-sitwazzjoni fil-Lvant tal-Ukraina, billi taġixxi ta' medjatur; jirrikonoxxi barra minn hekk l-fatt li s-Serbja hija disposta tippromwovi ulterjorment il-kooperazzjoni reġjonali; jistieden lis-Serbja, inkwantu l-President fil-kariga attwali tal-OSKE, tgħin biex l-OSKE terġa' ssir pjattaforma komprensiva li fiha jiġu affrontati l-kwistjonijiet ta' sigurtà tal-Ewropa; |
13. |
Jinkoraġġixxi lis-Serbja tikkoopera ulterjorment mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY), issaħħaħ l-proċessi għad-delitti tal-gwerra f'livell nazzjonali u tkompli ssaħħaħ l-isforzi tagħha fir-rigward tal-kooperazzjoni reġjonali biex ittemm l-impunità u ssir ġustizzja mal-vittmi tad-delitti tal-gwerra u mal-familjari tagħhom; jenfasizza l-bżonn urġenti li tiġi adottata leġiżlazzjoni komprensiva u politika għall-protezzjoni tax-xhieda biex lill-vittmi u lill-familjari tagħhom jiġihom rikonoxxut id-dritt għar-riżarċiment; itenni s-sostenn tiegħu għall-inizjattiva REKOM; |
14. |
Jistieden lis-Serbja teżamina, fi spirtu ta' rikonċiljazzjoni u ta' relazzjonijiet ta' bon viċinat, il-Liġi tagħha dwar l-Organizzazzjoni u l-Kompetenzi tal-Awtoritajiet tal-Istat fl-ambitu tal-Proċedimenti għad-Delitti tal-Gwerra, f'kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien tagħha u mal-Kummissjoni; |
15. |
Jistieden lis-Serbja tintensifika l-kooperazzjoni tagħha mal-pajjiżi ġirien u ssaħħaħ l-isforzi tagħha fit-tfittxija tal-persuni neqsin u tikkondividi totalment id-data kollha rilevanti; iħeġġeġ, f'dan ir-rigward, lill-awtoritajiet Serbi jiftħu l-arkivji tal-Armata Popolari Jugoslava bil-għan li tiġi stabbilita l-verità tal-ġrajjiet traġiċi tal-imgħoddi u tinkiseb l-informazzjoni; iħeġġeġ barra minn hekk lill-awtoritajiet jiftħu u jaġevolaw l-aċċess trasparenti għal dawn l-arkivji li jirrigwardaw l-ex repubbliki tal-Jugoslavja u għad-dokumenti tal-ex aġenzija tal-intelligence (UDBA), anki billi jagħmluhom għad-dispożizzjoni tal-gvernijiet rispettivi; |
16. |
Jilqa' favorevolment l-iffirmar, taħt l-awspiċji tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Persuni Neqsin (ICMP), tad-Dikjarazzjoni dwar ir-rwol tal-Istat fit-trattament tal-kwistjoni tal-persuni neqsin bħala konsegwenza tal-kunflitt armat u tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jissottolinja n-neċessità li jissaħħew l-isforzi intiżi li jsibu u jidentifikaw il-persuni neqsin u jillokalizzaw il-fosos komuni tal-gwerer fil-Kroazja, fil-Bosnja-Ħerzegovina u fil-Kosovo kif ukoll li jiġi garantit id-dritt tal-familjari tal-vittmi li jkunu jafu x'kien id-destin tal-familjari neqsin tagħhom; |
17. |
Japprezza l-approċċ kostruttiv tal-Gvern Serb rigward ir-relazzjonijiet mal-pajjiżi ġirien, peress li dan ippermetta li jsiru progress sostanzjali kemm fil-kooperazzjoni reġjonali kif ukoll f'relazzjonijiet eqreb mal-UE; jinkoraġġixxi lis-Serbja taħdem saħansitra aktar mill-qrib mal-pajjiż ġirien u tagħti bidu għal aktar azzjonijiet favur il-kooperazzjoni transkonfinali, bil-għan li jitjieb, fost ħwejjeġ oħra, l-iżvilupp tar-reġjuni tal-fruntiera u tal-inħawi popolati mill-minoranzi; jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni ta' politiki ta' skambju u kuntatt bejn iż-żgħażagħ fil-qafas tar-rikonċiljazzjoni; japprezza, b'mod ġenerali, ir-rispett min-naħa tas-Serbja tal-obbligi internazzjonali tagħha u l-fatt li żviluppat ulterjorment relazzjonijiet bilaterali mal-ġirien tagħha; itenni l-importanza kruċjali tar-rikonċiljazzjoni; jinkoraġġixxi lis-Serbja timplimenta b'mod sħiħ il-ftehimiet bilaterali mal-pajjiżi ġirien u taffronta l-kwistjonijiet bilaterali miftuħa tagħha b'approċċ pragmatiku; jilqa' b'sodisfazzjon il-laqgħa bejn il-Prim Ministri tas-Serbja u tal-Albanija fl-10 ta' Novembru 2014 f'Belgrad; jinkoraġġixxi lis-Serbja ssostni b'mod attiv il-progress tal-Bosnja-Ħerzegovina lejn l-integrazzjoni Ewropea, u tikkontribwixxi b'mod kostruttiv għal dan il-għan; japprezza wkoll il-fatt li s-Serbja kompliet tipparteċipa b'mod attiv fl-inizjattivi reġjonali, pereżempju l-Proċess ta' Kooperazzjoni fl-Ewropa tax-Xlokk (SEECP); |
18. |
Jenfasizza r-rwol essenzjali tal-Parlament Serb kif ukoll dak tas-soċjetà ċivili fil-proċess tan-negozjati ta' adeżjoni; jilqa' favorevolment l-adozzjoni min-naħa tal-Parlament, fl-4 ta' Ġunju 2014, tad-deċiżjoni li tirregola l-proċedura ta' eżami tal-proposti għal pożizzjoni ta' negozjar matul in-negozjati ta' adeżjoni; jilqa' favorevolment l-adozzjoni ta' linji gwida għall-inklużjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-proċess ta' adozzjoni tar-regolamenti fis-26 ta' Awwissu 2014 u jappella għal aktar involviment tas-soċjetà ċivili fil-proċess ta' integrazzjoni; jistieden lill-Gvern jastjeni mir-retorika anti-UE u jmexxi djalogi u konsultazzjonijiet pubbliċi regolari mal-partijiet interessati kollha biex jiggarantixxi t-trasparenza sħiħa tan-negozjati u jforni l-informazzjoni kollha għal dibattitu kostruttiv relatat mal-funzjonament tal-UE u mal-adeżjoni magħha u jiffaċilita l-parteċipazzjoni wiesgħa tagħhom f'dan il-proċess; |
19. |
Ifaħħar ix-xogħol tal-korpi regolatorji indipendenti u l-kontributi tagħhom għat-titjib tal-qafas ġuridiku u tar-responsabilità tal-istituzzjonijiet statali; jissottolinja li l-istituzzjonijiet statali jridu jaġixxu b'mod trasparenti u responsabbli; isostni l-ħidma tal-awtoritajiet statali indipendenti bħall-Ombudsman, il-Kummissarju responsabbli mill-Informazzjoni ta' Importanza Pubblika u oħrajn; jistieden lill-awtoritajiet statali jħarsu l-indipendenza ta' dawn l-uffiċċji u jikkooperaw totalment magħhom fl-eżerċizzju tal-poteri tagħhom; iqis li l-awtoritajiet għandhom ifornuhom bir-riżorsi finanzjarji u amministrattivi kollha neċessarji għall-attività tagħhom; jenfasizza li jeħtieġ li r-rakkomandazzjonijiet tagħhom jingħataw segwitu xieraq u li l-indipendenza tagħhom tkun rispettata bis-sħiħ; |
20. |
Jikkundanna d-denunzja pubblika infondata tal-Ombudsman min-naħa tal-ministri tal-gvern; jissottolinja li r-rwol tal-Ombudsman huwa fil-qalba tas-sistema ta' kontroll u bilanċ tas-setgħat li fuqha jissejjes il-gvern u jistieden lill-awtoritajiet jassiguraw iż-żamma tal-indipendenza u tal-integrità tal-Ombudsman; jistieden lill-awtoritajiet jagħtu lill-Ombudsman sostenn sħiħ, mil-lat politiku u amministrartiv, għat-twettiq ta' xogħlu u għas-salvagwardja tad-dritt tiegħu li jitlob l-aċċess għal dokumenti uffiċjali f'konformità mal-Liġi dwar l-Informazzjoni Pubblika; |
21. |
Jissottolinja l-fatt li s-Serbja rratifikat il-konvenzjonijiet ewlenin dwar id-drittijiet tax-xogħol tal-ILO kif ukoll il-Karta Soċjali Ewropea riveduta; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-drittijiet tax-xogħol u tat-trade unions għadhom limitati minkejja l-garanziji kostituzzjonali, u jistieden lis-Serbja tkompli ssaħħaħ dawn id-drittijiet; josserva li l-proċeduri addizzjonali li jirregolaw it-trade unions u d-dritt tal-istrajk huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza; josserva li jeżistu biss ftit ftehimiet kollettivi settorjali, filwaqt li bosta oħrajn skadew u jeħtieġu jiġu mġedda; huwa mħasseb li d-djalogu soċjali għadu dgħajjef u l-konsultazzjoni tas-sħab soċjali għadha irregolari; jitlob l-adozzjoni ta' aktar miżuri intiżi li jsaħħu d-djalogu soċjali u r-rwol konsultattiv ta' dawn il-partijiet fl-attività leġiżlattiva; |
22. |
Itenni l-importanza tal-promozzjoni, tal-ħarsien u tal-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali fil-livelli kollha tas-soċjetà Serba, mingħajr ebda diskriminazzjoni ta' kwalunkwe forma u skont l-istandards Ewropej u internazzjonali; josserva li fit-2 ta' Ottubru 2014 ġie adottat pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni tal-istrateġija kontra d-diskriminazzjoni li fih intalab ir-rispett tan-nisa, tal-persuni b'diżabilità, tal-persuni LGBT u tal-minoranzi kollha, sew nazzjonali, etniċi jew sesswali, u l-garanzija ta' drittijiethom; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet Serbi jagħmlu aktar sforzi biex jiggarantixxu rappreżentanza ndaqs tan-nisa fil-ħajja politika u pubblika; josserva li l-kapaċità amministrattiva fil-qasam tal-ugwaljanza tal-ġeneru għadha fjakka, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Serbi jżidu l-isforzi tagħhom għal dan l-għan; jilqa' pożittivament id-deċiżjoni min-naħa tal-Gvern Serb li jawtorizza l-organizzazzjoni tal-Pride Parade, li saret f'Belgrad fit-28 ta' Settembru 2014 mingħajr inċidenti rilevanti, u jfaħħar lill-Gvern tas-sostenn li ta kif ukoll lill-pulizija għall-faċilitazzjoni tal-imsemmija parata; |
23. |
Ifaħħar il-ħolqien tal-Kunsill Nazzjonali għad-Drittijiet tat-Tfal, u jinkoraġġixxi lil din l-entità tisfrutta bis-sħiħ il-mandat tagħha sabiex taċċerta ruħha li l-prijoritajiet tad-drittijiet tat-tfal ikunu riflessi b'mod sħiħ fil-pjanijiet ta' azzjoni li l-Gvern Serb qiegħed jiżviluppa bħala parti tal-proċess ta' adeżjoni; |
24. |
Josserva li ttieħdu miżuri fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija u tal-Pjan ta' Azzjoni dwar ir-riforma ġudizzjarja għall-perjodu 2013-2018; jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni ta' regoli għall-evalwazzjoni tal-ħidma tal-imħallfin u tal-prosekuturi; jenfasizza l-importanza vitali ta' ġudikatura indipendenti, u jenfasizza l-bżonn tat-tlestija tar-riforma tal-ġudikatura biex jiġu żgurati l-indipendenza u l-imparzjalità sħaħ tal-imħallfin u tal-prosekuturi; jistieden lill-awtoritajiet ma jdewmux l-adozzjoni tal-abbozz ta' liġi dwar l-assistenza legali biex b'hekk iċ-ċittadini l-aktar vulnerabbli ma jkunux esklużi mill-aċċess għal servizzi ta' assistenza legali bla ħlas; jenfasizza l-importanza ta' soluzzjoni għall-kwistjoni ta' każijiet ta' abbuż tal-uffiċċju u jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-riklassifikazzjoni massiva ta' dawn il-każijiet; jenfasizza li jeħtieġ li jsiru riformi kostituzzjonali biex jiżguraw l-indipendenza tal-ġudikatura; |
25. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-impetu politiku qawwi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u fl-implimentazzjoni ulterjuri tar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO); japprezza l-adozzjoni min-naħa tal-Parlament Serb fil-25 ta' Novembru 2014 tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-informaturi; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li qegħdin jitwettqu diversi investigazzjonijiet f'każijiet ta' livell għoli u li saru sforzi biex jitjieb il-koordinament; jissottolinja li jeħtieġ li jsiru sforzi sinifikanti biex isaħħu u japplikaw bis-sħiħ il-qafas ġuridiku għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u li r-riformi jkunu sostnuti b'riżorsi xierqa; jenfasizza li l-każijiet ta' kxif irregolari ta' informazzjoni lill-mezzi ta' komunikazzjoni dwar investigazzjonijiet li għaddejjin, bi ksur tal-preżunzjoni ta' innoċenza, huma kwistjoni li tagħti lok għal tħassib serju, u li għandhom jiġu investigati, ipproċessati u eliminati b'konformità mal-liġi; jikkundanna wkoll il-pressjoni eżerċitata mill-mezzi ta' komunikazzjoni jew mill-partiti politiċi fuq l-entitajiet indipendenti responsabbli mill-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u f'dan ir-rigward iqis li s-setgħat u r-riżorsi tal-Aġenzija kontra l-Korruzzjoni għandhom jiġu intensifikati; josserva li tali prattiki jistgħu jnaqqsu r-ritmu tal-progress tan-negozjati ta' adeżjoni b'mod konsiderevoli; jappella għal aktar azzjoni biex jitħarsu l-indipendenza u l-integrità tas-sistema ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja; |
26. |
Josserva li l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata huma mifruxa fir-reġjun u jirrappreżentaw ukoll ostaklu għall-iżvilupp demokratiku, soċjali u ekonomiku tas-Serbja; iqis li strateġija reġjonali u kooperazzjoni mtejba bejn il-pajjiżi kollha fir-reġjun huma essenzjali biex dawn il-kwistjonijiet jiġu ttrattati b'mod aktar effikaċi; |
27. |
Josserva bi tħassib in-nuqqas ta' trasparenza fil-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-kampanji elettorali, u, għaldaqstant, ir-riskji għoljin ta' korruzzjoni; jenfasizza li l-finanzjament tal-partiti politiċi jeħtieġ ikun trasparenti u f'konformità mal-ogħla standards internazzjonali; |
28. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni tal-Liġi dwar l-Informazzjoni Pubblika u l-Mezzi ta' Komunikazzjoni, il-Liġi dwar il-Mezzi Elettroniċi ta' Komunikazzjoni u l-Liġi dwar is-Servizz Pubbliku tax-Xandir, u jitlob li dawn il-liġijiet jiġu implimentati minnufih; jissottolinja li, waqt l-implimentazzjoni tal-pakkett il-ġdid dwar il-mezzi ta' komunikazzjoni, għandha tiġi garantita wkoll is-sostenibilità tax-xandir pubbliku bil-lingwi minoritarji, kif anke s-sostenibilità u l-istabilità finanzjarja tas-servizzi pubbliċi u tal-mezzi ta' komunikazzjoni reġjonali u lokali; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-deterjorament tal-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju sħiħ tal-libertà tal-espressjoni fis-Serbja, u jenfasizza l-ħtieġa ta' trasparenza sħiħa fis-sjieda tal-mezzi ta' komunikazzjoni; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-pressjoni eżerċitata fuq il-ġurnalisti u t-theddid kontrihom, fatt li jwassal għal żieda fl-awtoċensura, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Serbi jintervjenu biex dawk responsabbli jinġiebu quddiem il-ġustizzja; josserva bi tħassib li l-pressjoni politika timmina l-indipendenza tal-mezzi ta' komunikazzjoni; itenni l-importanza tal-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni bħala waħda mill-valuri fundamentali tal-UE; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jinħolqu ambjent favorevoli għall-mezzi ta' komunikazzjoni li jsostni l-libertà tal-espressjoni u tal-mezzi ta' komunikazzjoni; |
29. |
Jistieden lill-Gvern Serb jimplimenta l-Liġi dwar ir-Riabilitazzjoni b'mod sħiħ u nondiskriminatorju; jissuġġerixxi wkoll li jagħmel aktar emendi għal-Liġi dwar ir-Restituzzjoni bil-għan li jitneħħa kull ostaklu proċedurali u kull impediment ġuridiku fir-rigward tar-restituzzjoni in natura; |
30. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-elezzjonijiet tal-Kunsilli tal-Minoranzi Nazzjonali tas-26 ta' Ottubru 2014; jissottolinja l-importanza tal-Kunsilli tal-Minoranzi Nazzjonali fir-rwol tagħhom ta' applikazzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali; jistieden lis-Serbja tiggarantixxi li l-livell tad-drittijiet u tal-kompetenzi akkwiżiti jinżamm fil-fażi ta' allinjament ġuridiku mad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tas-Serbja, kif ukoll il-finanzjament adegwat u aċċertabbli tagħhom; jistieden lis-Serbja tiggarantixxi implimentazzjoni konsistenti fil-pajjiż kollu tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-ħarsien tal-minoranzi anke fir-rigward tal-edukazzjoni, tal-użu tal-lingwi u tal-aċċess għall-mezzi ta' komunikazzjoni u tas-servizzi reliġjużi bil-lingwi minoritarji, u tar-rappreżentanza adegwata tal-minoranzi nazzjonali fl-amministrazzjoni pubblika, fl-entitajiet lokali u reġjonali kif ukoll fil-parlament nazzjonali; jinkoraġġixxi l-impenn min-naħa tas-Serbja f'dak li huwa abbozzar ta' pjan ta' azzjoni speċifiku dwar il-pożizzjoni tal-minoranzi nazzjonali fil-qafas tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Kapitolu 23; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet Serbi jieħdu aktar miżuri biex itejbu s-sitwazzjoni tar-Rom, partikolarment fir-rigward tal-edukazzjoni, l-alloġġi u l-impjiegi; iħeġġeġ lill-Gvern jagħmel lill-popolazzjoni Rom iktar konxja mid-drittijiet ċivili tagħha u joffri protezzjoni ndaqs għas-sikurezza tar-Rom; jenfasizza l-importanza li r-Rom jiġu inkoraġġiti jieħdu sehem fil-ħajja pubblika; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jtejbu l-ippjanar, il-koordinament u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-politiki u tal-azzjonijiet immirati lejn l-inklużjoni tar-Rom fil-livell nazzjonali u lokali; |
31. |
Jissottolinja l-importanza tar-restituzzjoni tal-proprjetà konfiskata tal-knejjes minoritarji u tal-komunitajiet reliġjużi taħt ir-reġim Komunista; jenfasizza r-rwol tal-Istat fil-ħolqien ta' politika imparzjali fil-konfront tal-knejjes storiċi fil-pajjiż, inklużi dawk li jagħmlu parti minn minoranzi; jenfasizza li l-libertà tar-reliġjon ma tistax tiġi garantita fl-assenza ta' tali restituzzjoni; |
32. |
Josserva li l-varjetà kulturali tal-Vojvodina tikkontribwixxi wkoll għall-identità tas-Serbja u li l-ħarsien u s-sostenn tal-minoranzi tagħha u ż-żamma u l-promozzjoni tad-diversità tan-nazzjonalitajiet, li matul is-sekli ħadmet sew, huma għaldaqstant ta' interess fundamentali; jitlob li jinżammu l-multilingwiżmu u l-varjetà kulturali; jenfasizza, għalhekk, li l-awtonomija tal-Vojvodina ma għandhiex tiddgħajjef, u jfakkar lill-Gvern biex jippreżenta l-liġi dwar il-kompetenzi u l-finanzjament tal-Provinċja Awtonoma tal-Vojvodina mingħajr aktar dewmien; |
33. |
Għal dak li għandu x'jaqsam mal-importanza tar-Raggruppamenti Ewropej ta' Kooperazzjoni Territorjali (REKT) għal aktar żvilupp tal-kooperazzjoni transkonfinali bejn l-Istati Membri tal-UE u l-ġirien tagħhom, jistieden lill-Gvern Serb joffri l-kuntest ġuridiku meħtieġ biex jippermetti l-parteċipazzjoni tas-Serbja fir-REKT; |
34. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-istrateġija l-ġdida tar-riforma tal-amministazzjoni pubblika, il-ħolqien ta' Ministeru ddedikat lill-Amministrazzjoni Pubblika u lill-Awtonomiji Lokali, u t-tqawwija tal-attenzjoni fuq l-ippjanar u l-koordinament tal-politiki wara l-istabbiliment tas-Segretarjat għall-Politiki Pubbliċi, bħala passi pożittivi lejn amministrazzjoni pubblika aktar effiċjenti; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' trasparenza fir-reklutaġġ tal-impjegati tal-amministrazzjoni pubblika u fil-kapaċità amministrattiva u ta' ġestjoni fil-livell lokali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jiżguraw proċess trasparenti u meritokratiku għall-ħatra u l-promozzjoni tal-impjegati taċ-ċivil u tal-uffiċjali pubbliċi; |
35. |
Jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet Serbi jwettqu riformi ekonomiċi strutturali bil-għan li jsostnu t-tkabbir, itejbu l-kundizzjonijiet tan-negozju u tal-investimenti fis-Serbja kollha, u jiżguraw żvilupp soċjoekonomiku bbilanċjat fir-reġjuni kollha, jikkumbattu l-livell għoli ta' qgħad u ta' faqar, iwettqu l-konsolidament fiskali, u jiġġieldu l-korruzzjoni, li għadha tirrappreżenta theddida ewlenija għall-kundizzjonijiet tan-negozju; josserva bi tħassib iċ-ċifri għolja tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, u jħeġġeġ lill-gvern jieħu ħsieb din il-problema billi joffri opportunitajiet adegwati liż-żgħażagħ u edukazzjoni skont l-esiġenzi tas-suq tax-xogħol; jissottolinja l-ħtieġa li tiġi garantita sistema edukattiva aċċessibbli b'opportunitajiet ta' xogħol u ta' taħriġ għaż-żgħażagħ u aċċess għall-programmi ta' studju Ewropej bħall-Erasmus; jilqa' pożittivament l-adozzjoni tal-liġi dwar ix-xogħol, il-liġi dwar il-fallimenti, il-liġi dwar il-privatizzazzjonijiet u l-liġi dwar l-ippjanar u l-kostruzzjoni, li jirrappreżentaw il-qafas leġiżlattiv kemm għar-riformi strutturali kif ukoll għat-titjib tal-kundizzjonijiet tan-negozju; |
36. |
Jistieden li jkun hemm titjib tal-kuntest tan-negozju permezz tal-implimentazzjoni tar-riformi strutturali previsti f'dan il-qasam, it-tisħiħ tas-sistema ġuridika u l-garanzija tal-attwazzjoni uniformi tal-liġijiet; jinsisti fuq il-bżonn urġenti ta' abolizzjoni tal-ostakli amministrattivi għan-negozju, b'mod partikolari fir-rigward tal-impriżi żgħar u medji; jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tar-ristrutturar neċessarju tal-kumpaniji pubbliċi filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet tal-ħaddiema u r-rilevanza tal-impjiegi fis-settur pubbliku għaċ-ċittadini Serbi u l-benesseri tagħhom, kif ukoll id-dipendenza tagħhom mis-servizzi pubbliċi essenzjali; |
37. |
Jieħu nota tal-ħidma dwar l-emenda tal-Kodiċi Kriminali; josserva, madankollu, li l-inċertezza ġuridika għadha tippersisti fis-settur privat wara l-emendi adottati; itenni t-tħassib tiegħu dwar id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 234 il-ġdid dwar l-abbuż ta' pożizzjonijiet responsabbli, li xorta jħalli lok għal interpretazzjoni arbitrarja; josserva li l-maġġor parti tal-każijiet preċedenti ta' abbuż tal-uffiċċju jidher li ġiet riklassifikata b'mod massiv mingħajr rieżami adegwat taħt l-intestatura ta' “abbuż ta' pożizzjoni responsabbli”; jappella, għaldaqstant, għal rieżami indipendenti u bir-reqqa tal-każijiet riklassifikati ħalli jkunu jistgħu jiġu interrotti minnufih il-proċedimenti ġudizzjarji inġusti li ilhom żmien għaddejjin; |
38. |
Jifraħ lis-Serbja għall-organizzazzjoni tas-summit Ċina/Ewropa Ċentrali u tal-Lvant f'Belgrad; jilqa' favorevolment il-pjanijiet intiżi li jsaħħu l-kooperazzjoni u jawspika li dan ikun konformi mal-istandards Ewropej; josserva l-ftehimiet inizjali relatati mal-proġetti dwar l-enerġija u l-infrastrutturi maqbula waqt is-summit; ifakkar lis-Serbja u lill-pajjiżi l-oħra tar-reġjun li l-proġetti għandhom iqisu l-objettivi fit-tul tal-politiki tal-UE; |
39. |
Josserva li l-preparamenti fil-qasam tal-enerġija rreġistraw progress moderat; jisħaq fuq il-fatt li s-Serbja teħtieġ tintensifika l-isforzi tagħha biex tallinja ruħha mal-acquis fil-qasam tal-enerġija, partikolarment fl-ambitu tal-ilħuq tal-objettivi fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli u biex tevita l-għajnuna mill-Istat għas-settur tal-linjite, u biex tilħaq is-separazzjoni (unbundling) fis-settur tal-gass u r-ristrutturar tal-kumpanija pubblika tal-gass bħala prijorità; jistieden lill-Kummissjoni sostni lill-Gvern Serb fl-isforzi tiegħu intiżi li jnaqqsu d-dipendenza tal-pajjiż mill-importazzjonijiet tal-enerġija billi tiżdied id-diversità tas-sorsi enerġetiċi; jinkoraġġixxi lis-Serbja tagħti bidu għal reviżjoni tal-istrateġija enerġetika proposta tagħha; jistieden lill-gvern isaħħaħ l-isforzi tiegħu fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, partikolarment fir-rigward tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, inkwantu dan huwa pass neċessarju lejn l-ilħuq tas-sigurtà enerġetika u tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 rigward l-enerġiji rinnovabbli; |
40. |
Jiddispjaċih li l-progress reġistrat kien ftit wisq fl-oqsma tal-ambjent u tat-tibdil fil-klima; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jadottaw malajr politika u strateġija nazzjonali u komprensivi fil-qasam tal-klima li jikkonformaw mal-objettivi tal-UE; |
41. |
Huwa mħasseb bil-fatt li l-istituzzjonijiet akkademiċi, flimkien mal-awtoritajiet statali u mal-uffiċjali pubbliċi, naqsu milli jieħdu ħsieb l-akkużi ta' plaġju fl-universitajiet; |
42. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvern u lill-Parlament tas-Serbja. |
(1) ĠU L 80, 19.3.2008, p. 46.
(2) Testi adottati, P7_TA(2014)0039.
(3) Testi adottati, P8_TA(2014)0065.
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/68 |
P8_TA(2015)0066
Il-Proċess ta' Integrazzjoni Ewropea tal-Kosovo
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 dwar il-proċess ta' integrazzjoni Ewropea tal-Kosovo (2014/2950(RSP))
(2016/C 316/08)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Salonka tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 dwar il-prospettiva tal-adeżjoni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent mal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Ewwel Ftehim dwar il-Prinċipji li Jirregolaw in-Normalizzazzjoni tar-Relazzjonijiet, iffirmat mill-Prim Ministri Hasim Thaci u Ivica Dacic fid-19 ta' April 2013, u l-Pjan ta' Azzjoni għall-Implimentazzjoni tat-22 ta' Mejju 2013, |
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 ta' Ġunju 2013 li jadottaw id-Deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati dwar Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Kosovo, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2012 li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati għal ftehim qafas mal-Kosovo dwar il-parteċipazzjoni fil-programmi tal-Unjoni, |
— |
wara li kkunsidra r-rapporti tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-attivitajiet imwettqin attwalment mill-Missjoni Temporanja ta' Amministrazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo u l-iżviluppi relatati magħhom, inkluż l-aħħar rapport tal-31 ta' Ottubru 2014, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/349/PESK tat-12 ta’ Ġunju 2014 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, il-EULEX KOSOVO, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tas-7 ta' Diċembru 2009, tal-14 ta' Diċembru 2010 u tal-5 ta' Diċembru 2011, li enfasizzaw u affermaw mill-ġdid, rispettivament, li l-Kosovo, mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni tal-Istati Membri dwar l-istatus tiegħu, għandu wkoll igawdi mill-prospettiva tal-liberalizzazzjoni eventwali tal-viżi ladarba jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha, |
— |
wara li kkunsidra t-tnedija ta' djalogu dwar il-kwistjoni tal-viżi f'Jannar 2012, il-pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viża f'Ġunju 2012 u t-tieni rapport tal-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2014 dwar il-progress li għamel il-Kosovo biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-pjan direzzjonali għal-liberizzazzjoni tal-viża (COM(2014)0488), |
— |
wara li kkunsidra t-tielet laqgħa tad-Djalogu Strutturat dwar l-Istat tad-Dritt tas-16 ta' Jannar 2014, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 1244(1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Opinjoni Konsultattiva tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) tat-22 ta' Lulju 2010 dwar il-konformità mad-dritt internazzjonali tad-dikjarazzjoni unilaterali ta' indipendenza tal-Kosovo, u r-riżoluzzjoni 64/298 tad-9 ta' Settembru 2010 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, li rrikonoxxiet il-kontenut tal-opinjoni tal-QIĠ u laqat pożittivament id-disponibilità tal-UE li taġevola d-djalogu bejn Belgrad u Pristina, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-11 ta' Ġunju 2014 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa li tapprova s-sħubija tal-Kosovo fil-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa; wara li kkunsidra l-ħatra ta' żewġ esperti mill-Kosovo fil-Kummissjoni ta' Venezja f'Settembru 2014, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-laqgħat interparlamentari bejn il-Parlament Ewropew u l-Kosovo tat-28 u d-29 ta' Mejju 2008, tas-6 u s-7 ta' April 2009, tat-22 u t-23 ta' Ġunju 2010, tal-20 ta' Mejju 2011, tal-14 u l-15 ta' Marzu 2012 u tat-30 u l-31 ta' Ottubru 2013, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ottubru 2013 dwar l-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2013-2014 (COM(2013)0700), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2014 dwar it-Tkabbir u l-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-ħidma ta' Ulrike Lunacek bħala r-rapporteur permanenti għall-Kosovo fil-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi 110 mill-193 stat membru tan-NU, inklużi 23 mit-28 Stat Membru tal-UE, jirrikonoxxu l-indipendenza tal-Kosovo; |
B. |
billi n-negozjati għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) bejn l-UE u l-Kosovo ġew ikkompletati f'Mejju 2014 u billi dan il-Ftehim ġie inizjalat f'Lulju 2014; |
C. |
billi kull pajjiż kandidat (potenzjali) se jiġi ġġudikat fuq il-merti tiegħu stess, u r-rapidità u l-kwalità tar-riformi meħtieġa jiddeterminaw l-kalendarju għall-adeżjoni; |
D. |
billi skont il-valutazzjoni tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE, l-elezzjonijiet legizlattivi bikrin tal-25 ta' Mejju u tat-8 ta' Ġunju 2014 kienu trasparenti u organizzati sew u komplew jikkonsolidaw il-progress li sar fl-elezzjonijiet muniċipali tal-2013; billi l-laqgħa kostitwenti tal-Assemblea tal-Kosovo ġiet konkluża biss fit-8 ta' Diċembru 2014 u l-gvern ġie elett fid-9 ta' Diċembru 2014; |
E. |
billi l-progress fit-twettiq tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) jeħtieġ, inter alia, ir-rieda li jsir skrutinju tal-prestazzjoni tal-passat u li jinsiltu lezzjonijiet xierqa mill-problemi identifikati, inkluż fil-ġestjoni tal-missjonijiet fuq il-post; billi l-EULEX hija l-akbar missjoni li ntbagħtet u ilha topera għal aktar minn sitt snin; |
1. |
Jilqa' tmiem is-sitt xhur ta' staġnar politiku li segwew l-elezzjonijiet, u l-kostituzzjoni tal-Assemblea u l-ħatra tal-gvern il-ġdid; jinsab imħasseb dwar il-ħatra ta' persuni mhux kunsenswali li l-passat tagħhom għandu mnejn ikun diskutibbli; jiddispjaċih għall-għadd kbir bla bżonn ta' ministri u viċi ministri fil-gvern il-ġdid u l-implikazzjonijiet baġitarji marbutin ma' dan, kif ukoll għall-għadd baxx ta' nisa fost il-ministri; jinnota li żieda fl-għadd ta’ nisa fost il-ministri jista' jintuża bħala inċentiv progressiv għas-soċjetà kollha kemm hi; jisħaq fuq il-bżonn mill-aktar urġenti li l-gvern il-ġdid iwettaq ir-riformi meħtieġa b'impenn u determinazzjoni; jenfasizza li l-prestazzjoni tat-tmexxija tal-Kosovo titkejjel l-aħjar bir-riżultati konkreti ppreżentati liċ-ċittadini tal-Kosovo u lis-sħab Ewropej u internazzjonali; iħeġġeġ lir-rappreżentanti eletti tal-minoranza Serba fil-Kosovo biex jipparteċipaw u jassumu r-responsabilitajiet tagħhom fi ħdan il-gvern ta’ koalizzjoni l-ġdid fi Pristina; |
2. |
Iħeġġeġ lill-gvern il-ġdid ikompli l-mixja Ewropea tiegħu u biex jenfasizza li huwa impenjat li jsegwi b’mod vigoruż, inkluż permezz ta’ leġiżlazzjoni, għadd ta’ kwistjonijiet ta’ prijorità, inklużi passi biex issaħħaħ u jafferma l-istat tad-dritt, biex jistabbilixxi mudell għall-ġudikatura bbażat fuq il-prinċipji tal-indipendenza, il-professjonaliżmu u l-effettività, u li b’mod sistematiku u effikaċi jiġġieled il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata fil-livelli kollha; jistieden lill-awtoritajiet biex sistematikament u b’mod effettiv jiġġieldu l-qgħad, irawmu riformi ekonomiċi strutturali u żvilupp sostenibbli billi jistabbilixxu qafas regolatorju u inċentivi għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u jaħdmu għar-riformi tant meħtieġa tas-sistema tas-sigurtà ’ protezzjoni soċjali biex jindirizzaw ir-rati persistentement għoljin ta’ faqar, inklużi livelli inaċċettabbli ta’ faqar fost it-tfal; jenfasizza l-fatt li l-implimentazzjoni tar-riformi hija kruċjali; jenfasizza li l-istabbiliment u l-funzjonament tal-Qorti Speċjali, u l-kooperazzjoni magħha, għandhom ikunu prijorità, u se jgħinu lill-Kosovo jsolvi u jegħleb problemi b’għeruq fl-imgħoddi tiegħu; jenfasizza li l-pjanijiet leġiżlattivi u ta’ politika jeħtieġ li jirriflettu b’mod realistiku r-riżorsi meħtieġa, u jirrakkomanda li dawn ikunu implimentati b’mod aktar trasparenti; |
3. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rwol ta’ superviżjoni tal-Assemblea u b’mod partikolari tal-Kumitat għall-Integrazzjoni fl-UE fil-proċess ta’ integrazzjoni tal-Kosovo; iħeġġeġ lill-Assemblea tadotta malajr regoli ġodda ta’ proċedura li jkunu konformi mal-aħjar prattika Ewropea u li jirriflettu d-dimensjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi; |
4. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-azzjonijiet immirati lejn il-ġlieda kontra l-gruppi kriminali li qed jagħmlu l-migrazzjoni irregolari possibbli; jenfasizza, barra minn hekk, li l-iżviluppi soċjoekonomiċi u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda huma meħtieġa biex tintemm it-tendenza tal-migrazzjoni irregolari u sabiex iċ-ċittadini jerġgħu jrabbu tama u fiduċja li dawn ikunu jistgħu jibnu l-ġejjieni tagħhom f’pajjiżhom; jinsisti dwar il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari, bl-użu tal-istrumenti ta’ assistenza u ta’ politika kollha tal-UE; |
5. |
Jilqa' t-tisħiħ gradwali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kif ukoll iż-żieda fil-koordinament ta' bejniethom, b'mod partikolari dawk li jittrattaw in-nisa u l-LGBTI; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li tinstab soluzzjoni għat-theddid u attakki kontra l-attivisti li jistinkaw biex isaħħu d-drittijiet tal-persuni LGBTI; jistieden lill-awtoritajiet tal-Kosovo jsaħħu l-mekkaniżmi tagħhom għall-konsultazzjoni tas-soċjetà ċivili, li s’issa twettqet fuq bażi ad hoc, b’mod partikolari billi jipprovdu r-riżorsi kollha meħtieġa lill-Kunsill Konsultattiv Konġunt; iqis li, bil-għan li jiġi żgurat li l-gvern ikun miftuħ u trasparenti, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tas-soċjetà ċivili għandhom jiġu inklużi fil-konsultazzjonijiet leġiżlattivi; jistieden ukoll lill-komunità ta' donaturi, b'mod partikolari lill-UE, biex tkompli tinvolvi u tikkonsulta lis-soċjetà ċivili fil-programmazzjoni tagħha; |
6. |
Jinnota li sar xi progress fil-leġiżlazzjoni li tirregola l-ġudikatura u l-organizzazzjoni tagħha, b’mod partikolari fir-rigward ta’ passi biex strutturi jiġu adattati għall-mandat ġdid u l-panils imħallta tal-EULEX; jinnota, madankollu, li għad hemm tħassib qawwi rigward l-indipendenza, ir-responsabilità, l-imparzjalità u l-effiċjenza tal-imħallfin u l-prosekuturi u dwar il-funzjonament tal-Kunsill Ġudizzjarju tal-Kosovo, is-sistema tal-ħabsijiet u l-prestazzjoni ġenerali tas-settur tal-istat tad-dritt; jenfasizza li trid titwettaq aktar ħidma biex isiru t-tħejjijiet għat-trasferiment sħiħ tar-responsabbiltajiet mill-EULEX lill-Kosovo; jistieden lill-awtoritajiet politiċi juru b’mod ċar l-appoġġ sħiħ tagħhom għall-indipendenza tal-imħallfin u l-prosekuturi li għadhom qed ikunu fil-mira f’tentattivi biex jinfluwenzaw investigazzjonijiet u proċedimenti ġudizzjarji li għaddejjin; |
7. |
Jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta' kwalunkwe progress sinifikanti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata ta' livell għoli, li huwa ostakolu konsiderevoli fit-triq għall-iżvilupp demokratiku, soċjali u ekonomiku tal-Kosovo; jenfasizza l-ħtieġa ta' sinjal ċar mill-gvern li l-Kosovo qiegħed b’mod sistematiku jindirizza l-korruzzjoni fil-livelli kollha u jiġġieled kontra l-kriminalità organizzata; jitlob li jittieħdu passi ulterjuri biex jipprevjenu kwalunkwe rabta possibbli bejn il-kriminalità organizzata u l-persuni fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika; jinsab imħasseb ukoll dwar is-sjieda illegali mifruxa ta’ ta’ armi tan-nar u jistieden lill-Gvern tal-Kosovo jimplimenta b'mod effettiv il-programmi eżistenti biex jiġbor dawn l-armi tan-nar, b'mod partikolari l-istrateġija nazzjonali u l-pjan ta' azzjoni dwar il-kontroll u l-ġbir tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW) għall-perjodu 2013-2016; jistieden lill-Kosovo jikkoopera mal-grupp ta’ esperti tal-UE dwar it-traffikar tal-armi u mal-pajjiżi ġirien fit-teħid ta’ azzjoni preventiva, u jitlob lill-UE tipprovdi kull forma ta’ assistenza teknika meħtieġa għal dak l-għan; |
8. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-parteċipazzjoni tal-Kosovo fil-koalizzjoni biex tiġġieled it-terroriżmu, l-emendi għal-liġi kriminali tal-Kosovo maħsuba biex tittieħed azzjoni deċiżiva kontra ġellieda barranin, u l-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet biex iressqu quddiem il-ġustizzja lil dawk involuti fir-reklutaġġ ta' żgħażagħ biex jingħaqdu ma’ grupp estremisti; jinnota bi tħassib rapporti dwar ir-radikalizzazzjoni dejjem tikber fost iż-żgħażagħ fil-Kosovo, fejn uħud minnhom ingħaqdu ma' ġellieda terroristiċi fis-Sirja u l-Iraq; jitlob lill-UE tgħin biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet soċjali li huma parti mir-raġuni għaliex gruppi radikali jkunu jistgħu jirreklutaw żgħażagħ fil-Kosovo; |
9. |
Jinnota li waħda mill-prijoritajiet tal-gvern il-ġdid huwa l-ħolqien tal-Forzi Armati tal-Kosovo, li se joperaw skont il-Kostituzzjoni u taħt kontroll ċivili sħiħ; jifhem il-prinċipju tad-difiża territorjali bħala aspett tas-sovranità nazzjonali, iżda jistieden lill-forzi armati jkunu kompatibbli mal-UE, u huwa tal-fehma li jeħtieġ li aktar sforzi jkunu mmirati biex jipprovdu lill-pulizija tal-Kosovo aktar riżorsi bil-għan li tiżdied l-effikaċja tal-prestazzjoni tagħhom b’effett immedjat; |
10. |
Jinnota n-nuqqas ta’ progress fl-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u tal-pjan ta’ azzjoni; jistieden lill-Kosovo jlesti l-qafas leġiżlattiv għas-servizz ċivili, filwaqt li jiżgura d-depolitiċizzazzjoni tas-servizz, bl-inklużjoni ta' valutazzjonijiet tal-prestazzjoni; |
11. |
Jistieden lill-awtoritajiet jadottaw fil-pront leġiżlazzjoni komprensiva kontra d-diskriminazzjoni u jiffokaw ukoll fuq miżuri ta' prevenzjoni u sensibilizzazzjoni; jilqa' l-fatt li fis-17 ta' Mejju 2014 ġiet organizzata l-ewwel “Pride parade”, kif ukoll it-twaqqif ta' Grupp ta' Konsulenza u Koordinament għad-Drittijiet tal-Komunità LGBT; |
12. |
Jilqa' l-progress miksub fir-rigward tad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi, bħall-emenda tal-leġiżlazzjoni sabiex is-superstiti ta' vjolenza relatata mal-kunflitt, bħal stupri tal-gwerra, jiġu rikonoxxuti bħala tali; jenfasizza li xorta għad baqa' sfidi, b'mod partikolari fil-qasam tal-vjolenza domestika u l-vjolenza sessista, id-drittijiet tal-proprjetà u r-rappreżentanza tan-nisa f'pożizzjonijiet ta' tmexxija; |
13. |
Jappella għal miżuri biex jindirizzaw b'saħħa l-isfidi u l-problemi li jikkonċernaw il-vjolenza domestika u l-vjolenza bbażata fuq is-sess; jenfasizza l-ħtieġa għal ġbir komprensiv ta’ data dwar l-ammont ta’ vjolenza domestika u vjolenza sessista; |
14. |
Jistieden lill-Kosovo jadotta sistema effettiva u komprensiva tal-qafas leġiżlattiv u istituzzjonali fuq il-midja, u, fuq kollox, biex jimplimenta l-liġijiet eżistenti b’mod aktar effettiv, ħalli jiggarantixxi l-libertà tal-espressjoni; għadu mħasseb dwar it-theddid u l-attakki fuq il-ġurnalisti u n-nuqqas ta’ trasparenza fil-midja; itenni l-importanza tal-libertà u l-indipendenza tal-midja bħala waħda tal-valuri fundamentali tal-UE u l-pedament ta’ kull demokrazija, li tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt; jistieden lill-awtoritajiet sabiex jimlew malajr in-nuqqasijiet sistematiċi fil-leġiżlazzjoni biex jiżguraw il-libertà tal-midja, b’mod partikolari bil-ħsieb tat-trasparenza tas-sjieda tal-midja u fir-rigward tal-kwistjoni tal-malafama, u biex jiggarantixxu l-indipendenza u s-sostenibbiltà tax-xandara pubbliċi u jevitaw li jkun hemm xi interferenza politika, wara proċess ta’ konsultazzjoni tal-pubbliku bir-reqqa u komprensiv; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Kosovo jieħdu azzjoni ulterjuri biex jipprevjenu u jiġġieldu d-diskors ta’ mibegħda, it-theddid u s-sejħiet għall-vjolenza; |
15. |
Itenni li l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-minoranzi etniċi u tad-drittijiet kulturali għadha sfida fil-Kosovo, minkejja li sar xi progress; jenfasizza l-ħtieġa kontinwa għal sforzi serji fir-rigward tal-implimentazzjoni sħiħa tal-liġi li tinkludi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ minoritajiet etniċi, bil-ħsieb li tiġi evitata d-diskriminazzjoni diretta u indiretta; jinnota li l-komunitajiet Rom, Eġizzjani u Ashkali, b’mod partikolari, komplew iħabbtu wiċċhom ma’ sfidi fl-oqsma soċjoekonomiċi, edukattivi u tal-kura tas-saħħa; jistenna bil-ħerqa l-qafas il-ġdid tal-gvern il-ġdid maħsub biex ittejjeb is-sitwazzjoni tar-Roma, l-Eġizzjani u l-Ashkali, partikolarment billi jistabbilixxi kundizzjonijiet ugwali ta’ protezzjoni tas-sikurezza u tas-saħħa; jenfasizza l-importanza li jsir aktar faċli għar-Roma, l-Eġizzjani u l-Ashkali li jirritornaw; jirrakkomanda li d-drittijiet tal-Gorani fir-reġjuni ta’ Zhupa u Gora jkunu stabbiliti fil-liġi u żgurati fil-prattika; |
16. |
Jistieden lill-awtoritajiet fil-livell nazzjonali u lokali jimplimentaw bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni adattata u b’hekk jikkontribwixxu għall-iżvilupp ulterjuri ta’ soċjetà multietnika vera u proprja, b’mod partikolari rigward il-kwistjonijiet tal-edukazzjoni u l-impjiegi; jirrakkomanda li jittieħdu miżuri prattiċi sabiex dejjem aktar jinvolvu r-rappreżentanti tal-minoranzi etniċi fil-korpi tal-gvern kemm nazzjonali kif ukoll lokali; |
17. |
Ifakkar lill-awtoritajiet tal-Kosovo r-responsabbiltà tagħhom li jirrispettaw, jikkonservaw u jipproteġu l-monumenti kulturali u reliġjużi Serbi, u l-oħrajn kollha, li jiffurmaw parti mill-wirt kulturali u storiku komuni Ewropew; jilqa’ l-miżuri meħuda f’dan ir-rigward; |
18. |
Iħeġġeġ lill-Kosovo jikkonsultaw il-Kummissjoni ta’ Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa, li tagħha hija saret membru f’Ġunju, għall-opinjoni u l-appoġġ tagħha fit-tfassil tal-leġiżlazzjoni l-ġdida; |
19. |
Jilqa’ l-inizjalar tal-FSA f’Lulju 2014, li jipprovdi għal djalogu politiku msaħħaħ, integrazzjoni mqarrba tal-kummerċ u forom ġodda ta’ kooperazzjoni; jistieden lill-Kunsill jadotta, mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn nofs l- 2015, id-deċiżjoni li jiffirma u jikkonkludi l-FSA, billi dan jipprovdu inċentiv b’saħħtu għall-implimentazzjoni u l-istituzzjonalizzazzjoni tar-riformi u possibbiltajiet ġodda għall-Kosovo li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-ġirien tiegħu u jikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni tar-reġjun; jistieden lill-Kunsill, barra minn hekk, biex jadotta d-deċiżjoni li jiffirma u jikkonkludi ftehim qafas dwar il-parteċipazzjoni tal-Kosovo fil-programmi tal-UE, li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Kosovo u l-UE f’varjetà ta’ setturi, u jemmen li dawn il-programmi għandhom ikunu ffukati fuq oqsma speċifiċi li jikkorrispondu għall-obbligi meħuda mill-Kosovo fit-triq Ewropea tiegħu u għandhom jiġu implimentati b’mod trasparenti u mingħajr dewmien; |
20. |
Iħeġġeġ lill-ħames Stati Membri li fadal jipproċedu bir-rikonoxximent tal-Kosovo; jenfasizza li dan kieku jiffaċilita aktar in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn Belgrad u Pristina; jitlob lill-Istati Membri tal-UE kollha jagħmlu ħilithom sabiex jiffaċilitaw ir-relazzjonijiet ekonomiċi, soċjali u politiċi u l-kuntatti bejn iċ-ċittadini tagħhom u dawk tal-Kosovo; |
21. |
Ifaħħar il-ħidma tat-Task Force Investigattiva Speċjali (SITF) li, fis-sejbiet investigattivi tiegħu maħruġa f’Lulju 2014, sabet evidenza konvinċenti kontra ċerti ex uffiċjali għolja tal-KLA, iżda mhux kontra l-KLA kollha kemm hi; jilqa' l-fatt li t-talba għat-twaqqif ta' Qorti Speċjali li tkun topera fi ħdan is-sistema ġudizzjarja tal-Kosovo iżda b'kamra fin-Netherlands, ġiet ippreżentata lill-Gvern Netherlandiż, li laqagħha; jistieden lill-Assemblea tal-Kosovo tadotta l-pakkett leġiżlattiv meħtieġ l-aktar kmieni possibbli; u jistieden lill-awtoritajiet tal-Kosovo jkomplu jikkooperaw mas-SITF; |
22. |
Jilqa’ l-progress li għamel il-Kosovo fit-twaqqif tal-Unità għall-Protezzjoni tax-Xhieda tiegħu stess u tal-oqfsa legali u amministrattivi ta' appoġġ, u l-progress li wettaq fil-ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-UE, iżda jisħaq li jinħtieġ appoġġ addizzjonali biex jiffaċilita r-rilokazzjoni ta' xhieda futuri lejn pajjiżi terzi; |
23. |
Jinsab imħasseb serjament dwar l-allegazzjonijiet riċenti ta' korruzzjoni fi ħdan il-EULEX; jemmen li l-EULEX żvolġiet, u xorta għandha u tista' tiżvolġi rwol importanti fil-Kosovo u b'hekk jilqa' r-reazzjoni pronta tar-RGħ/VP Mogherini li taħtar espert indipendenti biex jinvestiga fil-fond l-ipproċessar ta' tali allegazzjonijiet; jappella għal trasparenza sħiħa f’din l-investigazzjoni u iħeġġeġ lil dawk kollha kkonċernati jikkooperaw b’mod sħiħ sabiex l-investigazzjoni tkun tista' tiġi konkluża b'ħeffa; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-espert ikun jista’ jwettaq investigazzjoni komprensiva li tkopri l-aspetti kollha tal-każ; jinsab imħasseb dwar il-fatt li dokumenti sensittivi dwar l-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni fi ħdan l-EULEX għebu; jitlob li jkun hemm investigazzjoni bir-reqqa u komprensiva; jenfasizza li huwa tal-akbar importanza li l-kredibbiltà tal-UE fil-Kosovo u f'pajjiżi oħra tiġi stabbilita mill-ġdid u li t-tagħlimiet miksuba jiġu kkunsidrati għal missjonijiet futuri; jinnota li kemm l-Ombudsman kif ukoll l-OLAF iddeċidew li jibdew investigazzjonijiet indipendenti dwar l-allegata mġiba ħażina tal-EULEX u jistieden lill-investigaturi kollha jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom b'mod effikaċi u jagħmlu skambju ta' informazzjoni; iqis, madankollu, li jeħtieġ li jkun hemm analiżi wiesgħa u fil-fond, sabiex tiġi vvalutata l-effettività kumplessiva tal-EULEX u l-adegwatezza tal-prestazzjoni tagħha, u li jiġi aġġornat ir-rapport ippubblikat f’Ottubru 2012 mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri; |
24. |
Jistieden lill-EULEX twettaq il-mandat tagħha bi sforz aktar qawwi; jenfasizza kemm hu importanti li jkun hemm trasparenza u responsabbiltà sħiħa u aktar effiċjenza fil-ħidma tagħha, li turi riżultati aktar konkreti u ta' livell għoli u li tikkomunika b'mod regolari u komprensiv dwar l-attivitajiet u d-deċiżjonijiet tagħha; jenfasizza l-importanza tal-EULEX biex jintlaħqu l-awtoritajiet lokali u jiġu mħeġġa jonoraw l-impenji tagħhom rigward ir-riformi dwar l-istat tad-dritt, is-sjieda u l-introduzzjoni ta’ emendi leġiżlattivi għat-twaqqif ta’ proċedimenti ġudizzjarji rilokati; jistieden lill-awtoritajiet tal-Kosovo jkomplu jirrispettaw il-mandat tal-EULEX u jappoġġaw l-eżerċizzju tal-mandat eżekuttiv tagħha; |
25. |
Jieħu nota tal-progress li għamel il-Kosovo biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-pjan direzzjonali għal-liberizzazzjoni tal-viża; jistieden lill-awtoritajiet jagħmlu aktar sforzi u biex jagħtu prova tal-impenn tagħhom biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet, inkluż billi jadottaw l-erba’ biċċiet ta’ leġiżlazzjoni pendenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel l-aħjar sforz biex tħaffef il-proċess ta’ liberalizzazzjoni tal-viża għall-Kosovo billi huwa l-aħħar pajjiż fir-reġjun b’obbligu ta’ viża; jesprimi tħassib serju dwar iż-żieda reċenti fl-għadd ta' ċittadini li qed jitilqu mill-Kosovo lejn pajjiżi tal-UE, inklużi Rom, Ashkali u Albaniżi; jitlob lill-awtoritajiet ta’ Pristina jieħdu azzjoni effettiva kontra n-netwerks kriminali involuti fit-traffikar tal-bnedmin u, bl-għajnuna tal-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea fi Pristina, jispjegaw b’mod ċar lill-pubbliku ġenerali li ftit li xejn hemm ċans li l-applikazzjonijiet għall-ażil jiġu aċċettati; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kawżi sottostanti li minħabba fihom iċ-ċittadini jħallu l-Kosovo, inkluż billi jsir investiment f’edukazzjoni ta’ kwalità, speċjalment għal komunitajiet ta’ minoranzi u dawk marġinalizzati; |
26. |
Jistieden lill-awtoritajiet Serbi u Kosovari jistabbilixxu arranġamenti ta' kooperazzjoni bil-għan li jrażżnu u jżarmaw in-netwerks kriminali li qegħdin jikkontrollaw, jisfruttaw u jittraffikaw migranti irregolari mill-Kosovo lejn ċerti Stati Membri tal-UE bi transitu mis-Serbja; |
27. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-Kosovo jadottaw strateġija u pjan ta’ azzjoni ġodda dwar id-drittijiet tat-tfal, u jenfasizza l-importanza tal-investiment fl-edukazzjoni, is-saħħa u n-nutrizzjoni, partikolarment għal komunitajiet ta’ minoranzi u dawk marġinalizzati; jenfasizza l-importanza tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal, bil-ħsieb li titwaqqaf sistema għall-protezzjoni tat-tfal li tiffunzjona; jenfasizza l-importanza li tissaħħaħ ir-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet fil-livell ċentrali u dak lokali bil-għan li jissorveljaw l-implimentazzjoni tad-drittijiet tat-tfal; |
28. |
Josserva bi tħassib iċ-ċifri għolja tal-qgħad, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ, kif ukoll id-diskriminazzjoni bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol; jinnota li l-progress dwar id-drittijiet tal-proprjetà għadu bil-mod wisq u li dan joħloq ostaklu għat-tkabbir ekonomiku fit-tul; jieħu nota tat-tnaqqis sinifikanti fl-investimenti diretti barranin fit-tielet kwart tal-2014; jistieden lill-Gvern tal-Kosovo jaħdem biex itejjeb l-ambjent tan-negozju, b’mod partikolari għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, u biex joħloq ambjent sigur li tiġbed aktar investimenti diretti barranin għall-benefiċċju ta’ kulħadd fil-Kosovo; jistieden lill-Kummissjoni tassisti lill-imprendituri żgħażagħ bħala parti mill-fondi tal-IPA, inkluż b'miżuri li jaġevolaw ir-rabtiet ma' intraprendituri mill-Istati Membri tal-UE; |
29. |
Jinnota bi tħassib li l-implimentazzjoni tal-Liġi dwar ix-Xogħol għadha mhix sodisfaċenti, bħalma hija dik dwar il-Liġi dwar l-Istrajks; jinnota li r-rata tal-qgħad fil-Kosovo hija madwar 30 % u taffettwa speċjalment il-parteċipazzjoni tan-nisa fix-xogħol; |
30. |
Jiddispjaċih li, minħabba l-avvenimenti elettorali fiż-żewġ pajjiżi, il-pass tan-negozjati ta' livell għoli bejn il-Kosovo u s-Serbja naqas; jilqa’ t-tkomplija tal-laqgħat bejn Belgrad u Pristina fi Brussell fid-9 ta’ Frar 2015; jinnota, madankollu, li ġew organizzati laqgħat fil-livell tekniku u li sar xi progress, inkluż dwar il-libertà tal-moviment; jiddispjaċih li l-biċċa l-kbira tal-ftehimiet iffirmati miż-żewġ naħat ma ġewx implimentati kompletament u jistieden lis-Serbja u lill-Kosovo jipproċedu bl-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet li diġà ntlaħaq qbil dwarhom b'determinazzjoni mġedda; jinsisti fuq l-importanza li jiġi spjegat lill-popolazzjoni s-sinifikat u l-implikazzjonijiet ta’ dawn il-ftehimiet; jenfasizza li l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien jistgħu jservi l-interessi taż-żewġ pajjiżi; |
31. |
Itenni l-importanza li jiġi żgurat li l-Kosovo jiġi assenjat kodiċi telefoniku internazzjonali għalih mill-aktar fis possibbli, peress li dan jgħin biex jagħti viżibilità internazzjonali msaħħa lill-Kosovo; |
32. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon ir-ratifika tad-deċiżjoni tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali li jagħti rikonoxximent sħiħ lill-Kumitat Olimpiku Nazzjonali tal-Kosovo u jħeġġeġ lil federazzjonijiet sportivi oħra jaġixxu b'konsegwenza, biex b’hekk l-isportivi nisa u rġiel Kosovari jkunu jistgħu jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet sportivi Ewropej u internazzjonali bħala ċittadini ta’ pajjiżhom; |
33. |
Jenfasizza l-fatt li għandu jkun prijorità għall-Kosovo li jingħaqad ma’ organizzazzjonijiet u mekkaniżmi internazzjonali u reġjonali; jitlob li r-relazzjonijiet u r-rappreżentanza tal-Kosovo fi ħdan l-organizzazzjonijiet reġjonali, aġenziji u korpi internazzjonali bħall-Kunsill tal-Ewropa u istituzzjonijiet kulturali u tal-wirt, jissaħħaw għal sħubija sħiħa, u li r-rappreżentanza tagħha f’organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali tal-midja wkoll jiġu aġġornati bil-għan li l-artisti Kosovari jkunu jistgħu jieħdu sehem fl-avvenimenti kulturali internazzjonali kollha, inkluż l-Eurovision Song Contest; ifakkar, f’dan il-kuntest, l-importanza tal-konformità mal-ftehim milħuq dwar il-kooperazzjoni reġjonali; |
34. |
Jistieden lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u lill-forzi tal-pulizija tal-Kosovo jaħdmu b’mod attiv u jikkooperaw mal-kontropartijiet Ewropej tagħhom sabiex jiksbu koordinazzjoni aħjar fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga u t-traffikar tal-bnedmin, u jenfasizza f’dan il-kuntest l-importanza ta’ sħubija sħiħa tal-Kosovo fil-Europol u l-Interpol; |
35. |
Jinnota li sar xi progress fir-rigward tat-Tramuntana, b'mod partikolari l-elezzjoni ta' sindki bis-saħħa ta' elezzjonijiet li saru fil-Kosovo kollu, u ż-żieda fin-numru ta' proġetti ffinanzjati mill-UE fit-Tramuntana; jisħaq, madankollu, fuq il-bżonn li jissokta t-twaqqif tal-Assoċjazzjoni tal-Muniċipalitajiet Serbi, li għandha tkompli tnaqqas il-ħtieġa ta' strutturi paralleli; jinnota, fl-istess ħin, li se jinħtieġu sforzi kontinwi ulterjuri biex il-komunità Albaniża u dik Serba jitressqu aktar lejn xulxin; jappella sabiex ikun hemm soluzzjoni konġunta għall-problema tal-pont ta' Mitrovica, li bħalissa qed ixekkel il-moviment liberu tal-persuni; |
36. |
Itenni l-bżonn li l-konklużjonijiet tad-djalogu bejn Belgrad u Pristina jiġu kkomunikati bi trasparenza kompleta u li l-parlamenti u s-soċjetajiet ċivili jiġu involuti fil-proċess ta' implimentazzjoni; |
37. |
Jistieden lill-awtoritajiet Serbi jipprovdu l-assistenza sħiħa fir-ripartijazzjoni tal-iġsma tal-persuni Kosovari nieqsa li nstabu fis-Serbja, u jkomplu fix-xogħol ta’ skavi fl-inħawi identifikati jew f’inħawi fejn huwa allegat li hemm oqbra tal-massa u li fihom huwa preżunt li hemm midfuna persuni nieqsa. |
38. |
Jappoġġa t-tkomplija tal-prosekuzzjoni tad-delitti tal-gwerra fil-livell nazzjonali, u jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-prosekuzzjoni tal-istupri tal-gwerra; |
39. |
Jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli u lill-Istati Membri jestendu l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Kosovo lil hinn mit-28 ta' Frar 2015; |
40. |
Jinnota bi tħassib li l-isplużjoni tas-6 ta' Ġunju 2014 fl-impjant Kosovo A hija prova tal-fraġilità tas-sistema u jħeġġeġ mill-ġdid li l-impjant jiġi dekummissjonat sa mhux aktar tard mill-2017; huwa konvint li l-Gvern tal-Kosovo għandu jfassal politika tal-enerġija ċara u vijabbli minħabba li dan huwa essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku tiegħu; jisħaq fuq il-bżonn li tiġi promossa l-effiċjenza enerġetika u li jitwettqu studji ta' valutazzjoni tal-ħtiġijiet enerġetiċi qabel ma jiġu kkummissjonati impjanti ġodda tal-enerġija; |
41. |
Jilqa' l-isforzi biex jiġu ddiversifikati s-sorsi ta' enerġija u jiġu żviluppati s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mat-tnedija ta' xogħlijiet ta' kostruzzjoni ta' tliet impjanti idroelettriċi ġodda; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza li l-istandards ambjentali tal-UE jiġu adottati u applikati bis-sħiħ; għal darb'oħra jfakkar lill-awtoritajiet kemm hu importanti li b’mod konsistenti jkunu konformi mal-istandards ambjentali meta jfasslu l-istrateġija għall-iżvilupp tal-pajjiż; |
42. |
Jesprimi tħassib dwar l-ammont kbir ta' residwi radjuattivi f'forma solida u likwida li għadhom jinsabu f'muniċipalitajiet madwar il-Kosovo kollu mingħajr protezzjoni sikura; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi assistenza u taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet tal-Kosovo bil-ħsieb li ssib soluzzjoni permanenti għal din il-problema; |
43. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna kif ukoll lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tal-Kosovo. |
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/75 |
P8_TA(2015)0067
Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015 (2014/2221(INI))
(2016/C 316/09)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikoli 121(2) u 136 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet tal-budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (1), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta' Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro (3), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1177/2011 tat-8 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (4), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (5), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (6), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (7), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (8), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2014 dwar rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż 2014 (COM(2014)0400), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-25 ta’ Frar 2014 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2014 (9), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2014 dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015 (COM(2014)0902), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Jannar 2015 dwar l-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir(COM(2015)0012), |
— |
wara li kkunsidra d-dibattitu mar-rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-2015 għas-Semestru Ewropew, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2013 dwar it-titjib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs (10), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits kif ukoll tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8–0037/2015), |
A. |
billi l-irkupru ekonomiku fl-UE naqas b'mod konsiderevoli matul l-2014 iżda, skont il-Kummissjoni Ewropea, għandu prospetti li jirkupra fl-2015 u li saħansitra jagħmel progress akbar fl-2016; billi wara ħames snin mill-bidu tal-kriżi finanzjarja fl-2008, iż-żona tal-euro għadha qed tħabbat wiċċha ma' livelli rekord ta' qgħad 'il fuq minn 12 %; billi t-tkabbir dgħajjef iggrava x-xejriet deflazzjonarji; billi, wara l-kriżi finanzjarja, iż-żona tal-euro b'mod partikolari tispikka bħala żona ta' tkabbir xejn sodisfaċenti, filwaqt li għadd ta' pajjiżi qed jirkupraw b'aktar ħeffa; billi, minkejja pressjoni deflazzjonarja, il-Kummissjoni qed tbassar li l-inflazzjoni għandha titla' minn nofs l-2015 u matul l-2016; |
B. |
billi l-livell ta' investiment naqas b'madwar EUR 470 biljun mill-eqqel tal-kriżi, u d-distakk tal-investiment huwa stmat għal madwar EUR 230-370 biljun ikkomparat max-xejriet tiegħu fit-tul; billi r-rispons għall-kriżi tad-dejn sovran tal-euro u għall-ineffiċjenza li kixef fil-qafas istituzzjonali Ewropew kien sostanzjali, iżda mhux suffiċjenti biex lill-ekonomija taż-żona tal-euro jagħtiha spinta biżżejjed qawwija ħalli terġa' taqbad it-triq ta' tkabbir rapidu; |
1. |
Huwa tal-fehma li ż-żona tal-euro għadha qed titħabat mal-konsegwenzi ta' tnaqqis eċċezzjonalment twil fir-ritmu ekonomiku wara l-2008; jirrimarka li l-irkupru għadu fraġli u li għandu jiġi sostnut jekk irriduh iwassal għal tkabbir u impjiegi aktar sostanzjali fiż-żmien medju; jinnota, madankollu, li t-tkabbir fl-2014 għandu bażi usa'; jinnota li l-isfida llum hija li nindirizzaw kemm il-problemi ċikliċi fiż-żmien qasir kif ukoll dawk strutturali fit-tul; jissottolinja li l-pressjonijiet fiż-żmien qasir jafu jwasslu għal miżuri ta' natura tranżitorja li jistgħu jimminaw il-kapaċità għal tkabbir fit-tul; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-politiki fiż-żmien qasir u dawk fit-tul jirrinfurzaw lil xulxin |
2. |
Jieħu nota tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015 tal-Kummissjoni, li għandu l-għan li jippromwovi r-ritorn għal livelli ogħla ta' tkabbir u jsaħħaħ l-irkupru; jappoġġja l-approċċ imsejjes fuq tliet pilastri ewlenin (l-ispinta lill-investiment, l-aċċelerazzjoni tar-riformi strutturali u t-tħaddin ta' konsolidazzjoni fiskali responsabbli li twassal għal tkabbir) bħala t-triq it-tajba għall-ilħiq ta' dawn l-għanijiet; iqis li dan l-approċċ għandu jiġi inkorporat bis-sħiħ fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs) li jmiss; jappoġġja s-suġġerimenti tal-Kummissjoni għal titjib tas-Semestru Ewropew permezz ta' semplifikar tal-proċeduri eżistenti, inkluża l-iskeda ta' żmien tiegħu, u permezz ta' aktar involviment tal-parlamenti nazzjonali bil-ħsieb li s-sjieda nazzjonali tissaħħaħ, fid-dawl tal-fatt li fl-2013 l-Istati Membri implimentaw kompletament madwar 9 % biss tas-CSRs; jistieden lill-Kummissjoni tressaq malajr data robusti għall-implimentazzjoni tas-CSRs fl-2014; f'dan il-kuntest, jenfasizza l-ħtieġa li l-proċeduri eżistenti tas-Semestru Ewropew, inkluża l-iskeda ta' żmien tiegħu, jiġu ssemplifikati, u li l-involviment tal-parlamenti nazzjonali jikber, bil-għan li tissaħħaħ is-sjieda nazzjonali tar-riformi strutturali; |
3. |
Jenfasizza l-importanza u l-valur miżjud tar-Rapporti dwar l-integrazzjoni tas-Suq Uniku fis-snin preċedenti, li jikkontribwixxu għall-prijoritajiet ġenerali stabbiliti fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-Kummissjoni u għall-identifikazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; għaldaqstant isibha ferm deplorevoli li r-rapport dwar l-Integrazzjoni tas-Suq Uniku tħalla barra għall-2015; |
4. |
Jissottolinja l-fatt li s-Semestru Ewropew, introdott fl-2010, qed jistabbilixxi ċiklu annwali ta' koordinazzjoni tal-politika ekonomika li jinvolvi analiżi dettaljata tal-pjanijiet tal-Istati Membri għal riformi baġitarji, makroekonomiċi u strutturali; |
5. |
Jesprimi tħassib għall-fatt li ħafna Stati Membri għadhom qed jitilfu sehemhom fis-suq fil-livell globali; jemmen li l-ekonomija tal-UE kolha kemm hi jeħtiġilha tagħti spinta akbar lill-kompetittività tagħha fl-ekonomija globali, b'mod partikolari billi tqawwi l-kompetittività fis-swieq tal-prodotti u tas-servizzi ħalli ssaħħaħ l-effiċjenza miksuba permezz tal-innovazzjoni; jinsisti li l-ispejjeż tax-xogħol għandhom jibqgħu allinjati mal-produttività, u li l-pagi għandhom jikkontribwixxu għal sistemi ta' sigurtà soċjali sostenibbli; jenfasizza li l-Istati Membri, huma u jamministraw l-infiq tagħhom skont ir-rekwiżiti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST), għandhom inaqqsu l-infiq kurrenti pjuttost milli jnaqqsu l-impenji ta' investiment, anki jekk ir-regoli ma jqisux il-fatt li l-infiq fuq l-investiment u l-infiq kurrenti għandhom impatti differenti fuq it-tkabbir; jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (COM(2015)0012), peress li tikkjarifika l-proċedura u tispjega r-rabta bejn ir-riformi strutturali, l-investiment u r-responsabbiltà fiskali, filwaqt li jsir l-aħjar użu mill-flessibbiltà li teżisti fi ħdan ir-regoli tiegħu; jilqa' l-proposta mill-Kummissjoni li tissemplifika s-Semestru Ewropew; jirrimarka li approċċi universali fit-tħejjija tas-CSRs għandhom jiġu evitati; |
Investiment
6. |
Jemmen li n-nuqqas ta' investiment huwa kkawżat minn livell baxx ta' fiduċja, tbassir ta' domanda mrażżna, dejn għoli, nuqqas ta' rieda ta' riskju fis-settur privat, assenza ta' miżuri li jinkoraġġixxu investimenti pubbliċi produttivi, frammentazzjoni tas-swieq finanzjarji, diżingranaġġ bil-mod, tbassir ta' domanda mrażżna aggravat minn miżuri ta' awsterità intiżi biex jikkoreġu nfiq eċċessiv, nuqqas ta' kapaċità xierqa ta' finanzjament u l-fatt li, f'bosta każijiet, l-Istati Membri u l-UE jonqsu milli jieħdu l-azzjoni korretta biex jindirizzaw dawn il-fatturi; jissottolinja li d-diverġenzi fl-investiment jistgħu jiġu kolmati permezz ta' investimenti pubbliċi mmirati u livelli ogħla ta' investimenti f'kumpaniji privati u f'negozji Ewropej; jitlob riformi li jiffaċilitaw klima intraprenditorjali ġdida li tistimola negozji u investimenti ġodda u innovazzjonijiet, bil-possibbiltà ta' redditi fuq l-investimenti bħala fattur kruċjali li jattira l-kapital finanzjarju lejn l-ekonomija Ewropea; jenfasizza li aktar finanzjament tal-investimenti jesiġi sistema finanzjarja li tiffunzjona tajjeb, fejn it-tisħiħ tal-istabbiltà and l-istituzzjonijiet transfruntiera eżistenti jistgħu jiffaċilitaw il-likwidità u t-tiswir tas-swieq, speċjalment għall-impriżi żgħar u medji; |
7. |
Jilqa' l-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa, li huwa għodda importanti għat-tkattir tal-investiment privat u pubbliku; jinnota li l-pjan huwa intiż sabiex jixpruna investiment addizzjonali, jiżviluppa proġetti ġodda, jattira l-investituri u jerġa' jdaħħal il-fiduċja; iqis, madankollu, li għadu kmieni wisq biex tkun tista' ssir valutazzjoni sinifikanti tal-impatt reali tal-pjan; jinnota li spinta lill-investiment m'għandhiex titqies bħala alternattiva għar-riformi, iżda pjuttost bħala fattur kumplementari għalihom; jinsisti li r-riżorsi tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS) għandhom jintużaw biex il-flus jintefqu fuq proġetti b'rendiment ekonomiku jew b'effett soċjali pożittiv wara analiżi tal-kosts u l-benefiċċji; jenfasizza li l-FEIS m'għandux sempliċiment jissostitwixxi proġetti Ewropej kofinanzjati għal dawk finanzjati nazzjonalment; jenfasizza li l-fondi Ewropej għandhom iwasslu għal investiment addizzjonali, u mhux sempliċement jissostitwixxu l-fondi ta' investiment nazzjonali maħsuba għall-konsum; jemmen li l-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa għandu jiffoka l-ewwel nett fuq proġetti li għandhom valur miżjud Ewropew u li għadhom mhux eliġibbli għall-finanzjament bankarju; jenfasizza l-importanza tal-komponenti regolatorji tal-Pjan ta' Investiment f'dak li jirrigwarda t-titjib tal-ambjent għall-investiment; jinnota li l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Investiment tal-Kummissjoni hija kruċjali il-Pjan iġib miegħu l-valur miżjud mixtieq; jenfasizza li l-proġetti ta' investiment jeħtieġ li jintgħażlu bir-reqqa sabiex jiġi evitat li l-pjan jonqos milli jwassal għat-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi fl-Ewropa; ifakkar li r-riżultati tal-Pjan ta' Investiment tal-Kummissjoni għandhom jiġu vvalutati bir-reqqa, speċjalment dwar kif il-proġetti jkunu ġew magħżula u prijoritizzati, kif ukoll biex nevitaw li l-profitt jiġi privatizzat u t-telf soċjalizzat; jisħaq fuq l-interdipendenza bejn l-ingranaġġ tal-Pjan ta' Investiment u l-proġetti reali li jkunu qed jitwettqu; jissottolinja li l-għan li jinkiseb ingranaġġ għoli m'għandux jintlaħaq għad-detriment ta' għażla tajba tal-proġetti, li għandha tqis ukoll il-lok ġeografiku tal-proġetti; jissottolinja l-ħtieġa li niżguraw li l-governanza u l-proċess ta' għażla jkunu ta' kwalità għolja; jinnota li l-Istati Membri fil-programm ta' aġġustament jistennew li l-Pjan ta' Investiment itejjeb u jiffaċilita b'mod sinifikanti l-għotjiet u s-self għan-negozji żgħar u medji, li refgħu l-parti l-kbira tal-piż tal-kriżi fuq spallejhom; |
8. |
Jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw attivament il-Pjan ta' Investiment, u jikkontribwixxu għall-FEIS, billi jissuplimentaw l-ammonti pprovduti permezz tal-baġit tal-UE u mill-BEI, bil-għan li lis-settur privat jiggwidawh u jinkoraġġuh biex jinvesti; |
9. |
Jenfasizza li għandu jkun hemm reġim speċjali għall-SMEs taħt il-Pjan ta' Investiment sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ugwali, peress li l-SMEs faċilment jitqiegħdu fi żvantaġġ minħabba d-daqs u l-pożizzjoni tagħhom fis-suq; |
10. |
Jenfasizza li n-nuqqas ta' aċċess għall-fondi, partikolarment għall-SMEs, huwa wieħed mill-akbar ostakli għat-tkabbir fl-UE; huwa mħasseb li l-SMEs kienu u għadhom isibuha diffiċli jiksbu krediti mill-banek; jemmen li hemm bżonn alternattivi għall-finanzjament bankarju, b'mod partikolari billi jittejjeb l-ambjent tan-negozju għall-kapital ta' riskju, fondi peer-to-peer u l-promozzjoni ta' kooperattivi ta' kreditu, iżda wkoll, b'mod aktar wiesa', billi jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-allokazzjoni effiċjenti tal-kapital permezz ta' swieq kapitali; iqis li swieq kapitali aktar integrati u superviżjoni mtejba fuq istituzzjonijiet finanzjarji huma fundamentali biex dawn l-għanijiet jintlaħqu fiż-żmien qasir u medju; jenfasizza li l-SMEs għandu jkollhom aċċess privileġġjat għall-Pjan ta' Investiment; |
11. |
Jagħraf li l-enerġija hija fattur importanti għall-kompetittività ekonomika; jisħaq fuq il-ħtieġa li neliminaw l-ostakli għas-suq intern tal-enerġija, inter alia bil-promozzjoni tal-indipendenza enerġetika; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-progress f'dan il-qasam kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali, u tappoġġja miżuri li jiġġieldu kontra l-frammentazzjoni u d-diffikultajiet fl-implimentazzjoni; |
12. |
Għadu mħasseb dwar in-nuqqas ta' progress fit-tnaqqis tal-livelli eċċessivi tad-dejn privat; jirrimarka li dan in-nuqqas ta' progress mhuwiex biss preokkupazzjoni għall-istabbiltà finanzjarja, iżda jillimita wkoll il-potenzjal ta' tkabbir tal-UE u jrendi l-politika monetarja tal-BĊE anqas effikaċi; jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposti ulterjuri għat-tħejjija ta' proċeduri effikaċi għad-diżingranaġġ fis-settur privat, li jinkludu proċeduri ta' falliment finanzjarju u insolvenza, filwaqt li trawwem qsim ġust u trasparenti tal-kostijiet, minħabba li l-piż enormi tad-dejn li qed itaqqal il-kumpaniji, l-individwi u l-familji huwa wieħed mill-fatturi ewlenin li jillimita l-investiment privat; |
Riformi strutturali
13. |
Jinnota li għad hemm bżonn ta' riformi strutturali f'għadd ta' pajjiżi; jinnota wkoll li dawk l-Istati Membri li diġà implimentaw b'suċċess programmi ta' aġġustament jew programmi tas-settur finanzjarju rnexxielhom jirritornaw għas-swieq tal-kapital, fejn issa għandhom aċċess għall-kapital b'rati ta' mgħax baxxi; jirrimarka li r-raġunijiet għal dan ir-ritorn kienu, fost l-oħrajn, l-azzjonijiet li ħa l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE); iħeġġeġ lill-Istati Membri fil-bqija taż-żona tal-euro biex ikunu xejn anqas ambizzjużi huma u jimmodernizzaw l-ekonomiji tagħhom; jinnota li l-impatt soċjali tar-riformi u l-effett tagħhom fuq l-impjiegi għandhom jingħataw kunsiderazzjoni xierqa; jenfasizza li politika monetarja tal-BĊE aktar rilassata għandha tkun ikkomplementata minn riformi strutturali ambizzjużi u soċjalment sostenibbli min-naħa tal-Istati Membri; |
14. |
Jistieden lill-Istati Membri biex is-swieq tax-xogħol tagħhom jagħmluhom aktar effiċjenti, jiżviluppaw politiki aktar attivi tas-suq tax-xogħol intiżi biex joħolqu impjiegi mħallsin tajjeb, jimmodernizzaw is-sistemi ta' protezzjoni soċjali, inklużi s-sistemi ta' pensjonijiet, filwaqt li jissalvagwardjaw l-inklussività, is-sostenibbiltà u l-ġustizzja, u jtejbu u jissemplifikaw l-ambjent legali u amministrattiv għal investimenti tan-negozju; jenfasizza li r-riformi strutturali jeħtiġilhom iwasslu għal tkabbir reali u sostenibbli, aktar impjiegi, kompetittività msaħħa u aktar konverġenza, u li għandhom jiġu kkomplementati b'investimenti mmirati sewwa u aktar fit-tul fl-edukazzjoni, fir-riċerka u fl-iżvilupp, fl-innovazzjoni, fl-infrastruttura, fl-ICT, fl-enerġija sostenibbli u fir-riżorsi umani; |
15. |
Jistieden lill-Istati Membri jissalvagwardjaw u jsaħħu l-inklussività, is-sostenibbiltà u l-korrettezza tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali, b'mod partikolari għall-persuni l-aktar fil-bżonn, u jtejbu u jissemplifikaw l-ambjent legali u amministrattiv għall-investiment tan-negozju; jenfasizza li l-impjiegi jridu jkunu ta' kwalità, sabiex jikkumbattu l-faqar fost dawk li jaħdmu, u għandhom jindirizzaw id-diverġenza bejn il-pagi tal-irġiel u dawk tan-nisa; jissottolinja li r-riformi ekonomiċi iridu jkunu kkomplementati minn investimenti mmirati sewwa u aktar fit-tul fl-edukazzjoni, fir-riċerka u fl-iżvilupp, fl-innovazzjoni, fl-infrastruttura, fl-ICT u fl-enerġija sostenibbli; |
16. |
Jenfasizza li t-tnaqqis tad-dipendenza tal-UE fuq sorsi esterni tal-enerġija irid jifforma parti mill-istrateġija tagħha għat-tkabbir; itenni, għaldaqstant, il-bżonn li l-provvisti tal-enerġija esterni jiġu diversifikati, li l-infrastruttura tal-enerġija tal-UE tiġi aġġornata u li s-suq intern tal-enerġija tal-UE jiġi komplut, bħala prijoritajiet ewlenin tal-istrateġija tal-UE għas-sigurtà tal-enerġija; |
17. |
Jenfasizza li l-UE ma tistax tikkompeti biss fil-kostijiet, iżda jeħtiġilha tkabbar il-produttività permezz ta' investiment sostenibbli fir-riċerka u fl-iżvilupp, fl-edukazzjoni u fil-ħiliet, u fl-effiċjenza tar-riżorsi, fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew; jitlob li l-Kummissjoni u l-gvernijiet jagħtu prijorità lil dawn l-oqsma fil-baġits tagħhom; jissottolinja li l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-qgħad fost iż-żgħażagħ huma u jsawru r-riformi, bil-għan li ż-żgħażagħ ma jisfawx imċaħħda mill-opportunitajiet tagħhom mill-bidu nett; iħeġġeġ lill-Istati Membri, f'dan ir-rigward, biex jużaw il-mezzi finanzjarji disponibbli, inklużi dawk taħt il-Garanzija għaż-Żgħażagħ, b'mod aktar rapidu u effiċjenti; |
18. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkorporaw l-assistenza finanzjarja u s-sistema ad hoc tat-Trojka fi struttura legali mtejba li tkun konformi mal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE u mad-dritt tal-UE, biex b'hekk jiggarantixxu r-responsabbiltà demokratika; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat is-segwitu tar-rapporti tat-Trojka adottati f'Marzu 2014 mill-Parlament; jitlob li l-Kummissjoni timplimenta l-konklużjonijiet ta' dawn ir-rapporti; jirrimarka li l-għajnuna finanzjarja tal-UE lil ċerti Stati Membri, li tiġi pprovduta b'termini li jikkombinaw is-solidarjetà mal-kondizzjonalità, tirnexxi l-aktar meta jkun hemm sjieda qawwija u impenn li ssir riforma; ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li jeħtiġilhom jagħmlu valutazzjoni tal-impatt komprensiva tal-impatt rigward programmi ta' assistenza finanzjarja; |
19. |
Jitlob li l-Kummissjoni tieħu azzjoni urġenti biex tikkumbatti l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa; jitlob sistema tat-taxxi li tkun sempliċi u trasparenti; jistieden lill-Istati Membri jilħqu qbil rigward il-proposta dwar bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva bħala strument importanti f'dik il-ġlieda, u jemmen li l-proposta tiegħu tad-19 ta' April 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) (11) għandha sservi bħala bażi għal kompromess raġonevoli; itenni t-talba tiegħu li l-Istati Membri jittrasferixxu l-bażi tat-taxxa mix-xogħol lejn bażijiet oħra; jinnota li l-miżuri kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa m'għandhomx jimminaw il-prerogattivi tal-Istati Membri. jilqa', madankollu, kooperazzjoni effikaċi dwar arranġamenti tat-taxxa fil-livell Ewropew; |
20. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' riformi fis-sistemi edukattivi sabiex il-ġenerazzjonijiet futuri jkunu jistgħu jippreparaw għall-bżonnijiet, li qed jikbru, tas-swieq tax-xogħol tal-ġejjieni; |
21. |
Jemmen li l-Istati Membri u l-Kummissjoni għadhom ma wettqux l-impenn tagħhom li jikkompletaw is-suq uniku, speċjalment is-suq uniku għas-servizzi u l-ekonomija diġitali; |
22. |
Itenni t-talba tiegħu li l-Kummissjoni ttejjeb il-governanza tas-suq uniku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tallinja l-miri tas-Suq Uniku ma' dawk tas-Semestru Ewropew u tiżgura l-konsistenza bejn il-mekkaniżmi ta' monitoraġġ tat-tnejn li huma; jemmen li għodda analitika separata, magħmula minn indikaturi li jkejlu l-implimentazzjoni tas-suq uniku, tista' sservi ta' gwida utli fir-rigward ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi u tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir; jenfasizza l-importanza u l-valur miżjud tar-Rapporti dwar l-integrazzjoni tas-Suq Uniku fis-snin preċedenti, li jikkontribwixxu għall-prijoritajiet ġenerali stipulati fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-Kummissjoni u l-identifikazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; għaldaqstant isibha ferm deplorevoli li r-rapport dwar l-Integrazzjoni tas-Suq Uniku tħalla barra għall-2015; jitlob li l-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mill-miżuri eżistenti kollha stabbiliti bid-dritt tal-UE biex tinfurza l-implimentazzjoni tas-Semestru Ewropew; |
23. |
Huwa mħasseb dwar it-tendenzi protezzjonisti f'ċerti Stati Membri; jinnota li t-Trattat ma jipprevedix restrizzjoni tal-moviment liberu tal-persuni, is-servizzi jew il-kapital, u jfakkar li l-Kummissjoni jeħtiġilha tissalvagwardja u tinforza dawn il-libertajiet; |
24. |
Jissottolinja l-fatt li n-nuqqas ta' suq intern tax-xogħol li jiffunzjona sewwa u ta' approċċ bilanċjat għall-immigrazzjoni qed ixekkel it-tkabbir fl-UE; huwa mħasseb dwar it-tendenzi protezzjonisti f'ċerti Stati Membri; jinnota li t-Trattat ma jipprevedix restrizzjoni tal-moviment liberu tal-persuni, is-servizzi jew il-kapital, u jfakkar li l-Kummissjoni jeħtiġilha tissalvagwardja u tinforza dawn il-libertajiet; |
25. |
Itenni l-importanza li niżguraw il-mobbiltà tax-xogħol (kemm dik transfruntiera u kemm dik transettorjali), titjib tal-produttività tax-xogħol (marbut ma' taħriġ tal-ħiliet għal impjegabbiltà aħjar), kwalità tal-impjiegi u flessibbiltà tas-suq tax-xogħol, filwaqt li nippreservaw l-ambitu meħtieġ tas-sigurtà tax-xogħol, nillimitaw l-użu ta' xogħol prekarju u niżguraw spazju xieraq għan-negozjar kollettiv; jenfasizza li t-tlaqqigħ aħjar tal-provvista u d-domanda tal-ħiliet, kif ukoll il-gwida fl-impjiegi u l-karriera, se jkunu ta' importanza kbira fil-ġejjieni; jemmen li aktar mobbiltà tista' tgħin biex jonqsu l-livelli għolja ta' postijiet tax-xogħol battala li jippersistu flimkien mal-qgħad għoli; jenfasizza l-importanza li tiġi investigata l-impjegabbiltà tal-ħaddiema nisa u taż-żgħażagħ, speċjalment fil-kuntest tat-teknoloġiji emerġenti u s-setturi ġodda, ladarba huma dawn is-setturi li għandhom potenzjal għall-ħolqien tal-impjiegi; |
26. |
Jilqa' miżuri li l-proċess tas-Semestru Ewropew jagħmluh aktar effikaċi u demokratiku; jirrikonoxxi li r-rekord ta' implimentazzjoni huwa aħjar fil-qasam tal-finanzi pubbliċi, fejn l-għodod ta' sorveljanza huma aktar robusti; jitlob l-integrazzjoni bilanċjata ta' indikaturi dwar l-impjiegi u indikaturi soċjoekonomiċi; |
Responsabbiltà fiskali
27. |
Jilqa' t-tnaqqis kbir fl-għadd ta' pajjiżi taħt il-proċedura ta' defiċit eċċessiv – li niżel għal 11 fl-2014 minn 24 fl-2011; jinnota li, minħabba dan it-titjib fiskali, il-pożizzjoni fiskali fl-UE issa mistennija tibqa' ġeneralment newtrali fl-2015; jitlob li l-Kummissjoni tivvaluta jekk il-pożizzjoni fiskali tal-UE hijiex kompatibbli mal-ħtieġa ta' tkattir tal-investiment; jesprimi t-tħassib tiegħu, madankollu, dwar l-inugwaljanzi dejjem jikbru, it-tnaqqis fil-kapaċità tal-akkwist, il-livell għoli ta' qgħad fit-tul u tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, u d-dejn pubbliku u privat, li għadu għoli ħafna, f'għadd ta' Stati Membri fiż-żona tal-euro, ċirkustanza li mhux biss tfixkel it-tkabbir iżda wkoll tikkostitwixxi riskju sostanzjali f'każ ta' xokkijiet futuri possibbli; jitlob li l-Kummissjoni tadotta interpretazzjoni prudenti u konservattiva tal-indikaturi tat-tkabbir u teżamina mill-ġdid il-kwalità tal-previżjonijiet ekonomiċi, peress li spiss wisq ġara li previżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni ġew riveduti 'l isfel; |
28. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li l-parti l-kbira tal-Istati Membri jeħtiġilhom ikomplu jippruvaw jiksbu konsolidazzjoni fiskali li tiffavorixxi t-tkabbir; lil dawk l-Istati Membri li għandhom spazju fiskali suffiċjenti, jistedinhom jikkunsidraw li jnaqqsu t-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bil-ħsieb li jistimolaw l-investiment privat; jitlob lill-Kummissjoni tressaq rakkomandazzjonijiet konkreti lill-Istati Membri, inklużi dawk li għadhom taħt programmi ta' aġġustament ekonomiku, sabiex isostnu t-tkabbir ekonomiku b'riformi strutturali sostenibbli u soċjalment bilanċjati li jwasslu għall-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, kompetittività msaħħa u aktar konverġenza; |
29. |
Jinnota l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-abbozzi ta' pjanijiet baġitarji tal-Istati Membri; jenfasizza li l-eżami tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji għandu jkollu l-għan ta' finanzi sostenibbli; jinsisti fuq l-importanza tal-applikazzjoni għaqlija ta' regoli fiskali u fuq ir-rispett tal-prinċipju ta' trattament ugwali; |
30. |
Jinnota li rriżulta li biss ħames Stati Membri kienu kompletament konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST); jinsisti li l-PST ġie żviluppat b'kunsens bejn l-Istati Membri; jissottolinja li proporzjon kbira ta' nfiq għall-ħlas tal-imgħax fuq id-dejn pubbliku tnaqqas riżorsi li jistgħu jintefqu fuq servizzi pubbliċi u investimenti; jaċċetta, għaldaqstant, li tnaqqis tad-defiċit għadu meħtieġ fil-pajjiżi li għandhom ħafna dejn, iżda jqis li tali konsolidazzjoni fiskali għandha ssir b'mod li jipproteġi lill-utenti vulnerabbli tas-servizzi pubbliċi, jipproteġi l-investiment pubbliku u jżid l-introjtu b'mod ekwu, permezz tat-tkabbir ekonomiku; |
Koordinazzjoni msaħħa tal-politiki nazzjonali
31. |
Jilqa' r-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija; jilqa' t-tnaqqis gradwali fl-iżbilanċi interni fl-ekonomija tal-UE; jiġbed l-attenzjoni għall-iżbilanċi esterni ta' diversi Stati Membri, inklużi l-bilanċi kummerċjali favorevoli ħafna; jinnota telf ta' sehem fis-suq globali għall-UE kollha kemm hi; |
32. |
Jirrimarka li l-għan tal-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku mhuwiex biss li tevita effetti negattivi kbar fuq it-tkabbir u fuq l-impjiegi ġewwa pajjiż, iżda wkoll li ma tħallix li politiki nazzjonali li jkunu tfasslu ħażin jaffettwaw Stati Membri oħra fiż-żona tal-euro; jinnota li l-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2014 ħabbar, permezz tar-Rapport tal-Erba' Presidenti, li d-dibattitu dwar koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi fl-UEM se jsir aktar kmieni fl-2015; |
33. |
Itenni l-fehma tiegħu li l-qafas ta' governanza ekonomika attwali m'għandux responsabbiltà demokratika suffiċjenti fl-applikazzjoni tar-regoli tiegħu u tal-istituzzjonijiet u l-korpi involuti; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel il-proposti meħtieġa sabiex tindirizza n-nuqqas ta' responsabbiltà demokratika xierqa fil-governanza ekonomika tal-UE; |
34. |
Jinnota li għandhom jiġu kkunsidrati l-effetti tat-tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet taż-żejt, u jekk dan il-benefiċċju mhux ippjanat għandux jingħadda kompletament lill-konsumaturi ta' fjuwils fossili jew inkella għandux jinqasam, bil-gvernijiet iżidu t-taxxi fuq il-fjuwils fossili sabiex inaqqsu d-defiċits tagħhom, jiffinanzjaw l-investimenti, jevitaw li jimminaw il-politiki dwar it-tibdil fil-klima u jnaqqsu l-effetti deflazzjonarji; |
Il-baġit tal-UE
35. |
Jenfasizza li l-prinċipju tal-akkuratezza tal-kontijiet pubbliċi għandu jirregola t-tfassil tal-baġits nazzjonali u tal-baġit tal-Unjoni bil-għan li jiġu garantiti konverġenza u stabbiltà fl-UE; jinsab konvint li din l-akkuratezza hija waħda mill-elementi ta' reazzjoni għall-kriżi ta' fiduċja li teżisti bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn l-Istati Membri u ċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, telf ta' fiduċja li kiber minn mindu faqqgħet il-kriżi finanzjarja reċenti; |
36. |
Jitlob għalhekk li s-suppożizzjonijiet ekonomiċi użati fit-tfassil tal-baġits nazzjonali jiġu armonizzati; iqis, b'mod partikolari, li għandha ssir valutazzjoni komuni ta' fatturi fis-sitwazzoni ekonomika internazzjonali; |
37. |
Jitlob aktar uniformità fil-preżentazzjoni tal-kontijiet pubbliċi biex tiffaċilita l-komparabbiltà u tipprevjeni żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi; jitlob, b'mod partikolari, standardizzar tal-mod li bih l-Istati Membri jirreġistraw il-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-baġit tal-Unjoni fil-kontabilità tagħhom; |
38. |
Jistieden lill-Kummissjoni tpatti għal kwalunkwe defiċit demokratiku tas-semestru permezz tal-pakkett ta' miżuri mħabbar għall-2015 dwar l-approfondiment tal-unjoni ekonomika u monetarja; |
39. |
Iqisha ħaġa kruċjali li l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali jikkollaboraw aktar mill-qrib, fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, rigward il-governanza ekonomika u baġitarja; jimpenja ruħu li japprofondixxi r-relazzjonijiet tiegħu mal-parlamenti nazzjonali fi spirtu ta' sħubija kostruttiva; |
40. |
Jiddeplora l-fatt li l-ammont ta' kontijiet mhux imħallsa fil-baġit tal-UE jimmina l-kredibbiltà tal-UE u jmur kontra l-objettivi ffissati fl-ogħla livell politiku għat-tkabbir u għall-impjiegi – partikolarment l-impjiegi taż-żgħażagħ – u għas-sostenn tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju, u jibża' li dan se jwessa' d-distakk bejn l-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha; |
41. |
Jappella li r-rieżami postelettorali tal-QFP janalizza, u b'hekk itejjeb, il-valur miżjud tal-finanzjamenti tal-UE għall-objettivi ta' ta' kompetittività, tkabbir, impjiegi u tranżizzjoni tal-enerġija stabbiliti mill-Unjoni; jitlob li l-Kummissjoni tadotta metodoloġija aktar ċara għat-traċċar tal-fondi u tal-infiq tal-UE relatati mal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 biex tippermetti titjib fil-valutazzjonijiet tal-impatt; |
42. |
Jitlob, barra minn hekk, li l-l-Kummissjoni tirrapporta dwar l-impatt potenzjalment negattiv li l-kwistjoni tal-ittardjar tal-pagamenti jaf ikollha fuq l-impenji li l-Istati Membri ħadu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; |
43. |
Jikkonstata li f'ħafna Stati Membri l-amministrazzjoni pubblika sal-lum għadha ma saritx aktar effiċjenti, anki jekk il-miljoramenti f'dan il-qasam ikunu jservu biex jinkiseb iffrankar bis-saħħa ta' razzjonalizzazzjoni tal-istrutturi u t-tqaċċit tal-burokrazija żejda għall-impriżi u għaċ-ċittadini; |
44. |
Japprezza l-fatt li l-Kummissjoni, fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għas-sena 2015 tagħha, issottolinjat ir-rilevanza ekonomika tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (inkluża l-inizjattiva favur l-impjiegi taż-żgħażagħ); ifakkar li dawn il-fondi jirrappreżentaw l-10 % tat-total tal-investimenti pubbliċi bħala medja fl-UE, iżda li s-sitwazzjoni tvarja minn pajjiż għall-ieħor, u f'xi Stati Membri jistgħu jammontaw għal saħansitra 80 % tal-investimenti pubbliċi; jenfasizza li l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej jikkostitwixxu eżempju tajjeb tas-sinerġija bejn l-baġit Ewropew u l-baġits nazzjonali abbażi ta' objettivi maqbula b'mod konġunt minquxa fi ftehimiet ta' sħubija dwar it-tkabbir u l-investimenti bi qbil mal-istrateġija Ewropa 2020; isostni kull sforz fid-direzzjoni tal-akkomunament intelliġenti ta' mezzi baġitarji Ewropej u nazzjonali bil-għan li jinkisbu gwadanji f'termini ta' effiċjenza, stimolazzjoni ekonomika u defiċits nazzjonali aktar baxxi permezz ta' effett pożittiv ta' riżorsi kondiviżi; |
45. |
Jenfasizza l-bżonn urġenti li l-evażjoni tat-taxxa, li potenzjalment qiegħda ċċaħħad lill-baġit tal-UE minn riżorsi sostanzjali, tiġi indirizzata b'mod effikaċi; |
46. |
Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta analiżi tal-impatt possibbli ta' ridistribuzzjoni ta' fondi mill-programmi tal-UE bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u Orizzont 2020; |
47. |
Jistieden lill-Istati Membri biex iżidu fondi mal-pjan ta' investiment li jfittex li jimmassimizza l-impatt tal-infiq pubbliku u jattira l-investiment privat; |
o
o o
48. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-parlamenti nazzjonali u lill-Bank Ċentrali Ewropew. |
(1) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12.
(2) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.
(3) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8.
(4) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 33.
(5) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.
(6) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.
(7) ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11.
(8) ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1.
(9) Testi adottati, P7_TA(2014)0129.
(10) Testi adottati, P7_TA(2013)0036.
(11) ĠU C 258 E, 7.9.2013, p. 134.
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/83 |
P8_TA(2015)0068
Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015 (2014/2222(INI))
(2016/C 316/10)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 145, 148, 152 u 153(5) tat-TFUE, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, b'mod partikolari t-Titolu IV (Solidarjetà) tagħha, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-TFUE, dwar miżuri speċifiċi għar-Reġjuni Ultraperiferiċi, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea riveduta, b'mod partikolari l-Artikolu 30 tagħha dwar id-dritt għal protezzjoni kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2014 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg (1), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet għall-2014 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2014 bit-titolu 'Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015' (COM(2014)0902), u l-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi anness magħha; |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2014 bit-titolu 'Pjan ta' Investiment għall-Ewropa' (COM(2014)0903), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Jannar 2015 bit-titolu 'L-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-Patt tal-Istabbiltà u Tkabbir' (COM(2015)0012), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ottubru 2013 bit-titolu 'It-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja' (COM(2013)0690), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu 'Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv' (COM(2010)2020), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2014 dwar impjiegi u aspetti soċjali tal-istrateġija Ewropa 2020 (3), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2012 bit-titolu 'Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta' impjiegi' (COM(2012)0173), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2010 bit-titolu 'Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali' (COM(2010)0758), u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-15 ta' Novembru 2011 dwar dan (4), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ' (COM(2011)0933), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu 'Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni – inkluża l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020' (COM(2013)0083), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2014 dwar aspetti soċjali u tal-impjieg tar-rwol u l-attivitajiet tat-Trojka (BĊE, Kummissjoni u FMI) fir-rigward tal-pajjiżi tal-programm taż-żona tal-euro (5), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar l-akkomodazzjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea (6), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2014 dwar 'L-Unjoni Ewropea kif tista' tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' ambjent ospitabbli biex l-intrapriżi, in-negozji u n-negozji ġodda joħolqu l-impjiegi?' (7), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Lulju 2014 dwar l-Impjieg taż-Żgħażagħ (8), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Dinji dwar il-Pagi 2014/2015 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) tal-5 ta' Diċembru 2014, |
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-OECD 'Trends in Income Inequality and its Impact on Economic Growth' tad-9 ta' Diċembru 2014; |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2014 bit-titolu 'Inizjattiva għal Impjiegi Ekoloġiċi: Jiġi sfruttat il-potenzjal tal-ekonomija ekoloġika għall-ħolqien tal-impjiegi' (COM(2014)0446), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Settembru 2011 (9) u tas-16 ta' Jannar 2014 (10) dwar Strateġija tal-UE għall-Persuni Mingħajr Dar, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0043/2015), |
A. |
billi l-Ewropa trid issegwi l-mudell tal-ekonomija soċjali tas-suq, u tiggarantixxi tkabbir sostenibbli bil-għan li lill-ġenerazzjoni li jmiss toffrilha impjiegi minflok dejn; |
B. |
billi l-kuntest ekonomiku u soċjali fl-UE għadu dgħajjef, u billi, skont it-tbassir ekonomiku tal-ħarifa tal-2014 tal-Kummissjoni, l-irkupru ekonomiku jibqa' fraġli; billi, minkejja r-rati ta' tkabbir negattivi fiż-żona tal-euro għal dawn l-aħħar sentejn, it-tkabbir taż-żona tal-euro huwa mistenni li jilħaq 0,8 % fl-2014 u 1,1 % fl- 2015; billi huma biss ftit l-Istati Membri li għandhom previżjonijiet aħjar, u billi l-Kummissjoni rrevediet sistematikament 'l isfel il-previżjonijiet tagħha stess f'dawn l-aħħar snin; billi minkejja l-fatt li d-defiċit ġenerali previst fl-UE28 tnaqqas għal 3 % għall-2014, dan għadu għoli f'xi Stati Membri, u juri l-bżonn ta' aktar konsolidazzjoni fiskali li tkun kompatibbli ma' tkabbir u impjiegi sostenibbli u ta' kwalità aħjar, peress li l-irkupru la huwa robust u lanqas sostnut; |
C. |
billi t-triq mgħaġġla ta' konsolidazzjoni fiskali adottata matul il-kriżi ekonomika fixklet lill-Istati Membri milli jilħqu l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, li juri li l-politiki fiskali għandhom ikunu differenzjati u adattati għas-sitwazzjoni speċifika ta' kull Stat Membru; billi t-tnaqqis f'daqqa fil-prezzijiet taż-żejt jista' jipprovdi spinta addizzjonali għall-ekonomija ta' ħafna Stati Membri, speċjalment jekk dan ikun tradott malajr fi tnaqqis fl-ispejjeż tal-enerġija għall-familji u n-negozji; |
D. |
billi l-UE teħtieġ tkompli ttejjeb il-politiki ekonomiċi u soċjali bil-għan li jintlaħqu l-miri ta' Ewropa 2020 mill-aktar fis possibbli, filwaqt li jingħelbu r-riskji ta' staġnar u deflazzjoni fit-tul, u billi biex iseħħ dan jeħtieġ jitkomplew l-isforzi għall-promozzjoni ta' investimenti u riformi strutturali li jżidu l-kompetittività ekonomika b'mod soċjalment responsabbli; billi hemm bżonn trasformazzjoni ekoloġika biex tiġi żgurata bidla lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u jiġi żgurat l-iżvilupp sostenibbli; billi huwa preokkupanti li l-pożizzjoni tal-UE fl-ekonomija dinjija sejra lura minħabba l-kriżi, it-telf tal-bażi industrijali tagħha u n-nuqqas ta' fiduċja tal-investituri u l-imprendituri, filwaqt li pajjiżi oħra qed juru sinjali solidi ta' rkupru; billi f'Ottubru 2014 il-FMI għamel stima li l-probabilità ta' reċessjoni fiż-żona tal-euro kienet żdiedet u kienet ser tilħaq bejn 35 u 40 % sa tmiem is-sena; |
E. |
billi l-Istati Membri għandhom ir-rwol primarju fit-twettiq ta' politiki dwar l-impjiegi, inklużi dawk dwar l-impjieg taż-żgħażagħ, u billi t-twassil ta' miżuri bħal dawn ikun aktar effettiv fil-livell nazzjonali; |
F. |
billi l-UE trid tindirizza t-tixjiħ rapidu tal-popolazzjoni tagħha kemm jista' jkun malajr; |
G. |
billi, minkejja xi titjib (għall-ewwel darba mill-2011 'l hawn kien hemm żieda żgħira f'kuntratti full time), ir-rata tal-qgħad tibqa' storikament għolja, bi kważi 25 miljun persuna bla xogħol fl-UE; billi l-qgħad fit-tul jinsab f'rata għolja b'mod inkwetanti, u 12-il miljun ruħ ilhom qiegħda għal aktar minn sena (żieda ta' 4 % fuq is-sena ta' qabel); billi r-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ ma naqsux b'mod sinifikanti (tnaqqsu biss b'1,9 % meta mqabbla mal-2013), u laħqu medja tal-UE ta' 21,2 %; billi 75 % tal-persuni li ilhom qiegħda fit-tul fl-UE huma taħt l-età ta' 35 sena; billi s-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol hija partikolarment kritika għaż-żgħażagħ kollha, ħlief f'xi Stati Membri, indipendentement mil-livell ta' edukazzjoni tagħhom; |
H. |
billi l-Fond Soċjali Ewropew, flimkien mal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ iridu jintużaw b'mod sħiħ u korrett sabiex jiġu ffinanzjati proġetti sostenibbli fil-ġlieda kontra l-qgħad, b'mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ; |
I. |
billi l-għadd ta' żgħażagħ li huma barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ (NEETS) baqa' għoli filwaqt li l-għadd ta' żgħażagħ Rom f'dan il-grupp huwa sproporzjonat; |
J. |
billi diversi fatturi – inkluż in-nuqqas li jinħoloq ambjent pożittiv biex tingħata spinta lill-investiment u lit-tkabbir, it-tnaqqis fl-introjtu tas-suq u t-tnaqqis fis-saħħa tal-impatt tat-trasferimenti soċjali tul iż-żmien (11), u l-isforzi minn xi Stati Membri sabiex jiġi stabbilit mill-ġdid il-bilanċ ekonomiku tagħhom billi jnaqqsu l-infiq fuq il-protezzjoni soċjali – wasslu għal tnaqqis sinifikanti fl-introjtu disponibbli gross tal-unitajiet domestiċi, filwaqt li kkontribwew għal żieda fin-numru ta' familji Ewropej li jinsabu f'riskju ta' esklużjoni, u għal żieda allarmanti fl-inugwaljanzi, inkluż l-inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel; billi wieħed minn kull erba' Ewropej jinsab f'riskju ta' faqar; billi s-sottoimpjieg u l-prekarjat laħqu l-ogħla livell tagħhom u, għal 50 % ta' dawk kollha li qed ifittxu x-xogħol, il-fatt li jsibu impjieg mhuwiex biżżejjed biex jinħarġu mill-faqar; |
K. |
billi l-aħħar ċifri disponibbli, dawk għall-2013, juru qgħad fit-tul f'livell storikament għoli ta' 5,1 % tal-ħaddiema fl-UE-28; billi l-qgħad fit-tul m'għandux biss konsegwenzi kruċjali għall-individwi tul ħajjithom kollha, iżda jista' jinbidel f'qgħad strutturali fl-UE; |
L. |
billi 25,1 % tal-popolazzjoni tal-UE jinsabu attwalment f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali; billi r-rata medja ta' tkabbir tal-faqar fost it-tfal hija ogħla mir-rata medja ta' tkabbir tal-faqar b'mod ġenerali, u billi f'xi Stati Membri wieħed minn kull tlett itfal jgħixu taħt is-soll tal-faqar; |
M. |
billi ħaddiema akbar fl-età huma l-aktar grupp li probabbli li jkunu qiegħda fit-tul; billi nofs il-ħaddiema biss fl-età ta' bejn il-55 u l-65 sena kellhom impjieg fl-2012; billi l-anzjani jsofru aktar minn tnaqqis fl-infiq pubbliku fuq is-servizzi soċjali, is-servizzi tas-saħħa u l-benefiċċji soċjali; billi xi kategoriji ta' persuni akbar fl-età, bħal persuni li għandhom 80 sena u aktar, nisa akbar fl-età, migranti ta' età akbar u membri ta' minoranzi etniċi akbar fl-età huma speċjalment f'riskju li jaqgħu fil-faqar; |
N. |
billi, sabiex jindirizzaw il-kriżi, ċerti Stati Membri naqqsu sew in-nefqa pubblika tagħhom fl-istess waqt li żdiedet id-domanda għall-protezzjoni soċjali minħabba żieda fin-numru ta' persuni qiegħda; billi l-allokazzjonijiet tal-baġit nazzjonali għall-kopertura tas-sigurtà soċjali ġew imġebbda aktar hekk kif naqsu l-kontribuzzjonijiet minħabba tnaqqis fuq skala kbira fl-impjiegi u fil-pagi, u b'hekk tpoġġa serjament fil-periklu l-mudell soċjali Ewropew; billi r-riformi mitluba mhumiex jissodisfaw il-ħtiġijiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini fir-rigward tal-impjiegi u l-isfera soċjali; |
O. |
billi t-tnaqqis fil-faqar mhuwiex biss waħda mill-miri prinċipali tal-istrateġija Ewropa 2020, iżda huwa wkoll responsabbiltà soċjali tal-Istati Membri, u xogħol deċenti u sostenibbli huwa l-aħjar mod kif wieħed joħroġ mill-faqar; billi, għalhekk, l-isforzi għandhom ikunu ffukati fuq l-iffaċilitar tal-aċċess għall-impjiegi, b'mod partikolari għal dawk li huma l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol; billi s-suq tax-xogħol għadu kkaratterizzat minn inugwaljanzi sinifikanti fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, u billi wara l-età ta' 55 sena, in-nisa għandhom riskju akbar mill-irġiel li jgħixu fil-faqar jew fl-esklużjoni soċjali; |
P. |
billi l-iżbilanċi soċjoekonomiċi bejn l-Istati Membri komplew jikbru, filwaqt li ġara bil-maqlub fir-rigward tal-objettiv ta' konverġenza reġjonali; billi d-distakk bejn il-pajjiżi ċentrali u periferiċi fil-qgħad żdied minn 3,5 % fl-2000 għal 10 % fl-2013; billi din id-diverġenza żżid ir-riskju ta' frammentazzjoni u thedded l-istabbiltà ekonomika u l-koeżjoni soċjali tal-UE; billi s-Sitt Rapport dwar il-Koeżjoni jenfasizza r-rwol li għandhom il-fondi strutturali sabiex tingħeleb l-inugwaljanza, speċjalment matul il-kriżi; |
Q. |
billi l-Artikolu 174 tat-TFUE jipprevedi li “sabiex tippromwovi l-iżvilupp armonjuż tagħha in ġenerali, l-Unjoni għandha tiżviluppa u tfittex li twettaq l-azzjonijiet tagħha li jwasslu sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fi ħdanha. B'mod partikolari, l-Unjoni għandha jkollha l-għan li tnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti. Fost ir-reġjuni konċernati, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil żoni rurali, lil żoni milquta minn transizzjoni industrijali, u lil reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti bħal per eżempju r-reġjuni estremi tat-tramuntana b'densità ta' popolazzjoni baxxa ħafna, u reġjuni insulari, reġjuni transkonfinali u reġjuni muntanjużi”; |
R. |
billi r-reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi serji u permanenti normalment ikollhom rati ogħla ta' qgħad, inqas tkabbir ekonomiku u nuqqas ta' investimenti sinifikanti mmirati lejn it-titjib tal-potenzjal tagħhom; |
S. |
billi l-Parlament ilu dawn l-aħħar sentejn iwissi dwar ir-riskji soċjali tad-deflazzjoni f'kuntest ta' tkabbir baxx, rata għolja ta' qgħad u pressjoni 'l isfel fuq il-pagi; billi l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) bassar inflazzjoni baxxa fuq medda twila ta' żmien, u wissa dwar il-konsegwenzi ta' dan fuq id-domanda interna, fuq it-tkabbir u fuq l-impjiegi; billi d-deflazzjoni saret realtà minn Awwissu 2014 fi tmien Stati Membri (li sitta minnhom qegħdin fiż-żona tal-euro); billi d-domanda u l-ħolqien tal-impjiegi fl-UE hija ristretta bil-kbir mid-dgħjufija prevalenti ta' għoti ta' kreditu lill-SMEs u l-ħtieġa li jitnaqqas id-dejn pubbliku u privat eċċessiv b'mod speċjali fir-rigward ta' self ipotekarju; billi t-tnaqqis fir-rati tal-inflazzjoni jżid b'mod sinifikanti dawn id-diffikultajiet, billi jgħolli r-rati tal-imgħax reali u l-piż tad-dejn reali, u jista' jwassal għal ċirku vizzjuż ta' depressjoni ekonomika; billi l-BĊE rreaġixxa għal dawn l-aspetti kollha fit-22 ta' Jannar 2015 bl-implimentazzjoni ta' programm estiż tax-xiri tal-assi b'xiri tal-assi ta' kull xahar ikkombinat li jammonta għal EUR 60 biljun, u li għandu jitwettaq tal-inqas sa Settembru 2016; |
T. |
billi tista' tintuża politika monetarja espansjonarja biex titrawwem l-esportazzjoni bħala mod kif tittejjeb l-ekonomija tal-UE fl-immedjat; |
U. |
billi r-rati ta' imgħax baxxi jistgħu jintużaw biex tingħata spinta lill-investimenti fl-UE; |
V. |
billi żdiedet il-konsolidazzjoni fiskali u ġew introdotti miri ewlenin ġodda li jiffukaw aktar fuq id-defiċits strutturali milli fuq defiċits ċikliċi; billi, minkejja dan, id-daqs tal-multiplikaturi fiskali fil-kuntest attwali għadu kbir ħafna; billi hemm bżonn li jintlaħqu l-objettiv ta' terminu medju u l-objettiv tad-dejn biex jinħoloq ambjent li jistimula t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi; billi hemm bżonn li jiġi vvalutat b'mod sistematiku l-impatt ta' dawn il-miżuri mill-aspett soċjali, ambjentali u fir-rigward tas-sessi; |
W. |
billi l-investiment pubbliku u privat fl-UE naqas b'mod allarmanti u issa jinsab qrib l-20 % taħt il-livelli ta' qabel il-kriżi, li huwa aktar baxx meta mqabbel ma' dak tal-imsieħba ekonomiċi ewlenin tagħha fil-bqija tad-dinja; billi l-investiment f'impjiegi sostenibbli u ta' kwalità aħjar, fil-kapital uman, fir-riċerka u l-innovazzjoni (inkluż fi proġetti fuq skala żgħira), f'unjoni tal-enerġija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, fis-Suq Uniku Diġitali, fil-promozzjoni tal-intraprenditorja u f'ambjent tan-negozju aħjar għall-SMEs għandu jkun fost il-prijoritajiet ewlenin kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-Istati Membri, peress li l-investimenti f'dawn l-oqsma huma essenzjali mhux biss biex jiġi żgurat irkupru iżda wkoll biex jissaħħaħ il-potenzjal ekonomiku tal-UE li tikber u toħloq il-ġid; |
X. |
billi l-involviment insuffiċjenti fil-proċess tas-Semestru tal-UE fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali min-naħa tal-parlamenti nazzjonali, il-Parlament Ewropew, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali llimita s-sjieda tar-riformi mill-Istati Membri u l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet inklużivi, soċjali u sostenibbli, u naqqas il-fiduċja taċ-ċittadini fil-proġett Ewropew; |
Y. |
billi l-iffissar tal-pagi hija kompetenza tal-Istati Membri; |
Politiki ekonomiċi ambizzjużi għat-tkabbir, għall-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u għall-ġlieda kontra d-deflazzjoni
1. |
Jilqa' l-approċċ integrat tal-Kummissjoni għat-tkabbir, ibbażat fuq tliet pilastri ewlenin: Pjan ta' Investiment għall-Ewropa, riformi strutturali u responsabbiltà fiskali; jappella għal politika ekonomika u fiskali espansjonarja ambizzjuża, fi ħdan ir-regoli eżistenti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST), sabiex jiġi stimulat tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u biex jinħolqu impjiegi aħjar u sostenibbli; jenfasizza li s-solidarjetà hija l-valur ewlieni li fuqu hija mibnija l-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri billi tipprovdi rakkomandazzjonijiet konkreti li jkunu ta' għajnuna għalihom u għall-UE kollha kemm hi, sabiex ma jindirizzawx biss il-konsolidazzjoni fiskali iżda anke r-riformi strutturali b'mod soċjalment bilanċjat u ekonomikament effiċjenti u sostenibbli; jenfasizza li l-inflazzjoni baxxa diġà qed iżżid ir-rati tal-imgħax reali kif ukoll id-dejn pubbliku u privat reali, li flimkien ma' livell għoli ta' qgħad fit-tul fost iż-żgħażagħ tbaxxi t-tkabbir u żżid il-faqar; |
2. |
Huwa konxju mir-rabtiet bejn ir-responsabbiltà fiskali u l-ħtieġa li tingħata spinta lill-investimenti u r-riformi strutturali fl-Istati Membri, fil-kuntest tal-PST; Jilqa', f'dan is-sens, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “L-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-Patt tal-Istabbiltà u Tkabbir”; jistieden lis-sħab kollha jimplimentaw ir-riformi permezz tal-flessibbiltà li diġà teżisti fir-regoli u l-ftehimiet, jekk xi Stat Membru jiffaċċja żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi, sabiex jiggarantixxu li r-responsabbiltà fiskali tkun kompatibbli mat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u l-istat assistenzjali; |
3. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta' riformi strutturali fl-Istati Membri; jinnota li filwaqt li ċerti Stati Membri li implimentaw riformi rnexxielhom jerġgħu jiksbu l-kompetittività fis-suq globali, dawn ir-riformi għandhom ikunu kompatibbli ma' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv kif ukoll mal-ħolqien ta' impjiegi deċenti; jappella, biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, li l-fokus ta' dawn ir-riformi jitwessa' biex jinkludi oqsma bħalma huma s-Suq Uniku Diġitali, l-Unjoni tal-Enerġija jew ir-riformi fiskali; iqis li r-riformi promossi fis-suq tax-xogħol għandhom jintroduċu wkoll il-flessibbiltà u s-sigurtà meħtieġa sabiex tintemm is-segmentazzjoni u jkunu żgurati pagi deċenti; |
4. |
Jilqa' l-fatt li t-taħlita ta' politika l-ġdida żżid l-investiment mal-prijoritajiet preċedenti ta' konsolidazzjoni fiskali u riformi strutturali; iqis, madankollu, li l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SAT) għandu jagħti aktar importanza lid-domanda aggregata u r-rabta li għandha maż-żidiet fil-pagi u l-inugwaljanzi soċjali; jenfasizza li l-ogħla prijorità fir-rigward tat-tnaqqis ta' żbilanċi makroekonomiċi m'għandhiex tkun li jiżdied is-surplus fil-kont kurrenti, iżda pjuttost li jiżdied it-tkabbir, l-investiment u r-rati ta' impjieg, u li titnaqqas ir-rata tal-faqar; |
5. |
Jinsab imħasseb li l-investimenti fl-UE naqsu b'mod sinifikanti f'dawn l-aħħar snin, u issa huma kważi 20 % inqas mil-livell ta' qabel il-kriżi; iwissi li t-tnaqqis kien anki akbar fi Stati Membri periferali fejn il-konsolidazzjoni fiskali kienet aktar akuta; jenfasizza għal darb'oħra l-potenzjal tal-impjiegi tal-ekonomija ekoloġika li, skont l-istimi tal-Kummissjoni, tista' toħloq 5 miljun impjieg sal-2020 fis-setturi tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli biss, sakemm jiġu implimentati politiki ambizzjużi dwar il-klima u l-enerġija; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw livelli suffiċjenti ta' investiment f'dawn is-setturi u jantiċipaw il-ħiliet futuri tal-ħaddiema; |
6. |
Jilqa' l-fatt li wieħed mit-tliet pilastri ewlenin tal-istrateġija tal-Kummissjoni għall-2015 huwa l-investiment, u jitlob li l-pjan jiġi implimentat mingħajr dewmien; jieħu nota tal-fatt li l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (EFSI) mhux se jingħaddu meta jiġi definit l-aġġustament fiskali taħt il-parti preventiva jew dik korrettiva tal-PST; |
7. |
Iqis li t-tliet pilastri ewlenin tal-istrateġija tal-Kummissjoni għall-2015 iridu jiġu implimentati b'mod konġunt sabiex l-investimenti jingħataw spinta, b'mod responsabbli, f'dawk l-oqsma li għandhom impatt reali fuq it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, bħall-ekonomija diġitali, is-setturi ekoloġiċi u l-kura tas-saħħa: |
8. |
Jieħu nota tal-fatt li l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (EFSI) se jkun ibbażat fuq riżorsi eżistenti tal-UE u mhux se jinvolvi flejjes pubbliċi “ġodda”, apparti ammont ulterjuri ta' EUR 5 biljun mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI); jenfasizza r-riskji ta' fond insuffiċjenti bbażat fuq suppożizzjonijiet ottimisti wisq dwar il-probabbiltà li tiġi attirata l-parti l-kbira tal-finanzjament meħtieġ minn investituri privati; jistieden lill-BEI jikkunsidra jibdel l-orjentazzjoni tiegħu minn attività bankarja purament kummerċjali għal waħda bbażata fuq mudell ta' valutazzjoni tar-riskju tal-proġetti bbażat fuq kriterji definiti u trasparenza; jistieden lill-Kummissjoni tesplora modi kif tuża l-baġit tal-UE u riżorsi oħra ġodda biex ikun żgurat li l-EFSI ma jonqosx milli jagħti riżultati tajbin; |
9. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI jivvalutaw l-effett tal-kriżi ekonomika fuq is-sistema bankarja u fuq ir-riċevituri finali tal-finanzjament tal-BEI, b'attenzjoni partikolari għall-SMEs, is-settur tal-ekonomija soċjali u l-kumpaniji pubbliċi; |
10. |
Jenfasizza l-fatt li l-EFSI għandu jkun iffukat fuq il-ħolqien ta' investimenti ġodda f'oqsma fejn l-interess tal-investituri huwa limitat pjuttost milli fuq is-sostituzzjoni ta' investimenti li kienu jsiru band'oħra (crowding out), jew fuq l-iffukar fuq investimenti li jrendu profitti kbar, li kienu se jsiru fi kwalunkwe każ (deadweight); jistieden lill-Kummissjoni tinkludi u tippromwovi l-investimenti soċjali li mhux biss jiġġeneraw redditi finanzjarji iżda li jippromwovu effetti soċjali pożittivi, bħal investimenti fil-kapital uman, investimenti b'impatt qawwi fuq il-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli u ta' kwalità aħjar jew fuq l-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis tal-faqar, bħal sistemi ta' protezzjoni soċjali u servizzi soċjali jew investimenti fl-ekonomija soċjali; itenni l-appell tiegħu għall-implimentazzjoni tal-Pakkett ta' Investimenti Soċjali (PIS); |
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura investimenti f'reġjuni aktar dgħajfa ekonomikament li għandhom livell għoli ta' qgħad, u fl-SMEs f'tali reġjuni, peress li dawn għandhom aċċess limitat ħafna għall-finanzjament, sabiex tiżgura li dawn l-isforzi jkollhom impatt sinifikanti fejn huma l-aktar meħtieġa, b'għażliet magħmula bl-attenzjoni dovuta għall-karatteristiċi ekonomiċi tal-investimenti; jikkondividi l-fehma tal-Kummissjoni dwar il-fatt li hemm bżonn ta' ħaddiema bl-aqwa ħiliet f'setturi li qegħdin jikbru bħall-ekonomija diġitali, is-setturi ekoloġiċi u l-kura tas-saħħa; |
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw mekkaniżmi speċifiċi mtejba sabiex jimplimentaw programmi ta' investiment fir-reġjuni ultraperiferiċi, li d-distanza mbiegħda, il-frammentazzjoni ġeografika, l-ekonomiji fraġli u r-restrizzjonijiet naturali tagħhom iwasslu għal żieda fl-inugwaljanzi fl-aċċess għal opportunitajiet ta' impjiegi, prodotti u servizzi; |
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra r-reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi serji u permanenti meta tipprogramma l-Pjan ta' Investiment Ewropew, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-broadband; |
14. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi fil-fond u ttejjeb l-Inizjattiva tal-Bonds tal-Proġetti tal-BEI u l-UE, li tnediet bħala proġett pilota fl-2012 sabiex tiġbor fiha l-Pjan ta' Investiment, bil-ħsieb li tingħata rwol akbar fil-promozzjoni tal-impjiegi; jitlob, f'dan il-kuntest, reviżjoni dettaljata tal-bonds b'impatt soċjali inklużi fil-PIS; |
Politika responsabbli ffukata fuq l-investiment, il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u t-tkabbir
15. |
Jinnota li l-Pjan ta' Investiment Ewropew huwa żieda meħtieġa għall-isforzi biex jiġi stimulat tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-ħolqien ta' impjiegi, li jeħtieġ li jkun appoġġjat minn riżorsi privati u pubbliċi sabiex jirnexxi; jilqa' l-fatt li s-SAT għall-2015 ikompli jappella għal aktar sforzi minn pajjiżi b'marġini fiskali ta' manuvrar bħala mezz biex titħeġġeġ id-domanda Ewropea u l-investiment; |
16. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-estensjoni tal-pass tal-konsolidazzjoni fiskali, u l-introduzzjoni ta' miri ewlenin – li jiffokaw aktar fuq id-defiċits ċikliċi milli strutturali – u li għandu jkollhom effett pożittiv fuq l-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli; jinnota, madankollu, li d-daqs tal-multiplikaturi fiskali fil-kuntest attwali madankollu għadu għoli ħafna u li dan ser ikollu impatt negattiv fuq it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi kif ukoll fuq is-sostenibbiltà tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali; jistieden lill-Kummissjoni biex tiffaċilita l-użu ta' flessibilità massima fi ħdan ir-regoli eżistenti tal-PST; |
17. |
Jitlob l-iżvilupp ta' qafas Ewropew biex jiġi żgurat li l-investimenti kollha taħt il-Pjan ta' Investiment Ewropew ikollhom impatt sinifikanti f'termini ta' stimolu għat-tkabbir sostenibbli, għall-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u għat-trawwim tal-progress soċjali; jistieden lill-Kummissjoni biex tissorvelja u tikkontrolla l-investimenti skont il-pjan u, barra minn hekk, għal verifika u tkejjel l-impatt ekonomiku u soċjali tal-investimenti f'termini reali; jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi speċjalisti fuq il-politiki soċjali f'kumitat ta' esperti EFSI l-ġodda li se tapprova proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati, u biex jiżguraw li impatt soċjali pożittiv huwa wieħed mill-kriterji ewlenin f'din l-għażla; |
18. |
Jenfasizza l-importanza tal-flessibbiltà li tista' tintuża fi ħdan il-PST eżistenti sabiex jiġi żgurat spazju għall-immanuvrar għal investimenti soċjali, primarjament investimenti soċjali f'persuni, billi jiġu provduti bil-ħiliet u l-kundizzjonijiet ta' appoġġ meħtieġa għal parteċipazzjoni produttiva u ta' sodisfazzjon fl-ekonomija u s-soċjetà matul ħajjithom kollha; jenfasizza, f'dan il-kuntest, ir-rwol potenzjali tal-ekonomija soċjali fil-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli, inklużivi u ta' kwalità; |
Finanzjament mogħti lura lill-SMEs biex jiġu stimulati l-investiment privat u l-ħolqien tal-impjiegi
19. |
Jenfasizza li filwaqt li l-SMEs jikkostitwixxu s-sinsla tal-ħolqien tal-impjiegi fl-UE, dawn għadhom qed jiffaċċjaw diffikultajiet kbar sabiex jiksbu aċċess għall-finanzjament u għandhom wisq dejn; għalhekk, jilqa' pożittivament ir-rakkomandazzjonijiet ġodda tal-Kummissjoni dwar l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs, li jinvolvu approċċ ġdid għall-insolvenza u l-falliment tan-negozju; jistieden biex isiru aktar sforzi mill-Istati Membri ħalli jitjiebu l-iskemi ta' ristrutturar tad-dejn bħala mezz biex jintlaħaq dan l-għan; jistieden lill-Kummissjoni biex trawwem, meta meħtieġ, l-implimentazzjoni f'livell nazzjonali tal-prinċipji stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tagħha tat-12 ta' Marzu 2014 permezz ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs); jenfasizza li l-intrapriżi mmexxija min-nisa u l-SMEs iħabbtu wiċċhom ma' aktar diffikultajiet biex jiksbu aċċess għall-finanzjament; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza r-raġunijiet għal din is-sitwazzjoni u biex tipproponi miżuri biex tinstab soluzzjoni għal dan; |
20. |
Jenfasizza l-importanza tal-ħolqien ta' kultura ta' intraprenditorja fl-Unjoni Ewropea billi jitnaqqsu l-ostakli għall-impjieg indipendenti u l-istabbiliment tan-negozju; jirrimarka li dan jista' jiġi appoġġjat minn taħlita intelliġenti ta' appoġġ finanzjarju bħal l-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), jew permezz ta' soluzzjonijiet f'punt uniku ta' servizz f'amministrazzjonijiet pubbliċi għar-reġistrazzjoni ta' negozju ġdid; |
21. |
Jinsab imħasseb li l-frammentazzjoni finanzjarja fiż-żona euro, f'ċerti każijiet, tkun qed tipperikola t-tkabbir u s-sostenibilità tal-SMEs. jitlob li l-kapaċità tas-self tal-ekonomija terġa' lura għal kif kienet, u b'hekk tippermetti lill-SMEs jinvestu u joħolqu impjiegi, kif ukoll li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-intraprenditorija u l-aċċess tal-SMEs għall-programmi bħall-COSME u Orizzont 2020; |
22. |
Jistieden lill-Istati Membri jeliminaw piżijiet amministrattivi u burokrazija mhux meħtieġa għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-mikrointrapriżi u l-SMEs u biex jiffaċilitaw il-kundizzjonijiet għan-negozji ġodda; |
23. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-iskema konġunta ta' self lill-SMEs maħruġa mill-Kummissjoni u l-BEI li tuża l-fondi strutturali biex jiġi simplifikat l-investiment f'dawn il-kumpaniji sabiex tingħata spinta għall-ħolqien akbar u sostenibbli tal-impjiegi; jistieden lill-BĊE jikkomplementa din l-azzjoni politika u jesplora mezzi ta' xiri ta' assi tal-SMEs, u jappoġġja l-iżvilupp tal-SMEs fi ħdan il-qafas ta' programmi ta' tnaqqis kwantitattiv ibbażati fuq prattiki tajba li jeżistu f'reġuni oħra ekonomiċi, jew iservi ta' garanti għal sorsi ta' finanzjament tal-SMEs, li jiġġeneraw sa 80 % tal-impjiegi f'ħafna Stati Membri; |
24. |
Jieħu nota tal-programm ta' xiri tal-assi estiż tal-BĊE li jmur, għal darb' oħra, lis-sistema bankarja; jitlob, għalhekk, lill-BĊE biex jottimizza l-potenzjal tiegħu biex ittejjeb l-ekonomija reali billi jiġi pprovdut kreditu sabiex jagħtu spinta lit-tkabbir u jindirizzaw il-qgħad fl-UE; |
25. |
Jilqa' l-miżuri mħabbra mill-Kummissjoni biex tingħata spinta lill-ħolqien tal-impjiegi fl-SMEs permezz tal-ftuħ ta' alternattivi għal self mill-banek għall-SMEs, u biex jitjieb il-qafas regolatorju u fiskali sabiex jissaħħaħ l-investiment fit-tul fl-SMEs; jitlob li dawn il-miżuri jiġu implimentati mingħajr dewmien; jistieden lill-Kummissjoni wkoll biex tappoġġja proġetti fuq skala iżgħar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw kooperattivi finanzjarji għall-finanzjament tal-SMEs (unjins ta' kreditu) bħala strumenti alternattivi ta' finanzjament, u sabiex ikun permess aċċess aħjar għall-SMEs għall-akkwist pubbliku u l-finanzjament fil-livell nazzjonali u tal-UE; |
26. |
Jenfasizza l-importanza tal-korpi intermedjarji marbuta mal-SMEs, bħall-kmamar tal-kummerċ bħala muturi b'impatt ta' multiplikatur fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE relatati mal-SMEs, u jitlob lill-Kummissjoni Ewropew tniedi djalogu ta' sħubija ma' dawn il-korpi dwar kif il-politiki tal-UE b'rabta mal-SMEs jistgħu jiġu implimentati aħjar sabiex jiġi stimulat il-ħolqien tal-impjiegi ta' kwalità; |
Użu aktar effiċjenti tal-fondi
27. |
Jenfasizza li l-politiki dwar it-tkabbir u l-impjiegi għandhom impatti territorjali differenzjati, skont is-sitwazzjoni speċifika ta' kull reġjun tal-UE, u li d-disparitajiet reġjonali ilhom jitwessgħu mill-bidu tal-kriżi; jenfasizza li r-RSPs għandhom iqisu d-divrenzjar territorjali fi ħdan l-Istati Membri sabiex jiġu stimolati t-tkabbir u l-impjiegi filwaqt li tiġi ppreservata l-koeżjoni territorjali; |
28. |
Iqis li l-miżuri tal-politika ta' koeżjoni għandhom rwol essenzjali biex jitnaqqsu d-disparitajiet kompetittivi interni u l-iżbilanċi strutturali f'reġjuni li l-aktar għandhom bżonn ta' dan; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra soluzzjonijiet xierqa għal dawk l-Istati Membri li, għalkemm qed jiffaċċjaw qgħad għoli ħafna, huma obbligati jirritornaw fondi tal-UE minħabba problemi ta' kofinanzjament; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-finanzjament minn qabel sabiex tiffaċilita l-użu sħiħ tal-fondi minn dawn l-Istati Membri fil-perjodu 2014-2020, filwaqt li dejjem tiżgura li jinżamm il-prinċipju ta' responsabbiltà baġitarja; |
29. |
Jitlob li tittieħed azzjoni urġenti mill-Kummissjoni fil-ġlieda kontra d-dumping fiskali, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa u jitlob l-adozzjoni fil-livell tal-Kunsill ta' taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji ambizzjuża; |
30. |
Jemmen bis-sħiħ li l-fondi tal-UE, b'mod partikolari dawk fil-qafas tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) m'għandhomx jintużaw biex jissussidjaw approċċi nazzjonali, iżda għandhom jintużaw biex jipprovdu appoġġ addizzjonali b'mod li jikkumplimentaw u jsaħħu l-programmi nazzjonali skont kif jiddeċiedu l-Istati Membri; |
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lir-reġjuni jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-fondi tal-UE għall-2007-2013 u biex jallinjaw mill-qrib il-FSE u Fondi Strutturali Ewropej oħra mal-istrateġija Ewropa 2020; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura monitoraġġ strett tad-delimitazzjoni ta' 20 % tal-FSE għall-faqar; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi fis-SAT li jmiss u fis-CSRs kapitolu relatat mal-implimentazzjoni tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD); |
32. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa riformi strutturali fis-swieq tal-enerġija sabiex tinkiseb Unjoni tal-Enerġija reżiljenti, inqas dipendenti fuq sorsi esterni, u li tiddiversifika s-sorsi tal-provvista (pereżempju, gass Alġerin); |
Riformi biex jiżdiedu l-potenzjal tat-tkabbir, il-kapital uman u l-produttività
33. |
Jinnota li l-pjanijiet ta' investiment deċiżiv għal tkabbir sostenibbli u l-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli u ta' kwalità aħjar, kif ukoll il-miżuri meħuda mill-BĊE, jistgħu jkunu ta' suċċess biss jekk huma jseħħu flimkien ma' riformi nazzjonali li jtejbu l-parteċipazzjoni f'xogħol ta' kwalità, jagħtu spinta lill-attività u l-produttività, jiżviluppaw il-kapital uman fil-gruppi tal-etajiet kollha, inklużi l-gruppi l-aktar vulnerabbli, u jappoġġjaw sistemi soċjali u ta' protezzjoni soċjali b'saħħithom; jindika li d-deċiżjoni tal-Parlament u tal-Kunsill għat-titjib tal-kooperazzjoni fin-netwerk tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) hija element ewlieni fl-isforz għat-titjib tas-swieq tax-xogħol; jemmen li r-riformi strutturali fis-suq tax-xogħol għandhom jintroduċu miżuri ta' flessibbiltà interna bil-għan li jiġu preservati l-impjiegi fi żminijiet ta' tfixkil ekonomiku, jiżguraw il-kwalità tal-impjiegi u s-sigurtà fit-transizzjonijiet fl-impjiegi, u jipprovdu skemi ta' benefiċċji għall-qgħad li huma bbażati fuq rekwiżiti ta' attivazzjoni realistiċi, jiżguraw appoġġ adegwat lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja u jkunu konnessi ma' politiki ta' riintegrazzjoni; |
34. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw modi innovattivi biex jinkoraġġixxu l-investiment fl-UE; jenfasizza x-xejra reċenti tal-kumpaniji li jirritornaw il-produzzjoni u s-servizzi lura fl-UE u l-opportunitajiet li dan iġib għall-ħolqien tal-impjiegi, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ; jemmen li l-ekonomiji tal-UE għandhom opportunità unika biex jaċċeleraw din ix-xejra tar-ritorn tal-impjiegi fl-Ewropa; |
35. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiddisinjaw politiki mfassla apposta biex jappoġġjaw il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għal persuni li ilhom qiegħda għal żmien twil, għal persuni qiegħda li huma akbar fl-età, għan-nisa u gruppi prijoritarji oħra li ntlaqtu l-aktar mill-kriżi, bħall-immigranti, il-komunità tar-Rom u l-persuni b'diżabilità, inklużi miżuri li jippromwovu politiki kontra d-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, it-tagħlim u t-taħriġ tul il-ħajja, u biex jiġi miġġieled il-livell baxx ta' edukazzjoni li jaffettwa xi wħud minn dawn il-gruppi, li ħafna minnhom qegħdin f'riskju ta' esklużjoni soċjali; jitlob biex fis-CSRs jiġi indirizzat b'mod sistematiku t-tnaqqis fid-differenza bejn il-pagi u l-pensjonijiet tal-irġiel u tan-nisa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni titlob li kull Stat Membru jistabbilixxi pjan nazzjonali dwar l-impjiegi għall-ħolqien tal-impjiegi b'mod konformi ma' dak li kienu ftehmu fil-Kunsill tar-Rebbiegħa tal-2012; |
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni tniedi inizjattiva ġdida sabiex tippromwovi l-opportunitajiet ta' impjieg għar-Rom fl-Istati Membri, b'miżuri li jippromwovu l-ħiliet u l-kwalifiki u li jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni u jippromwovu l-ħolqien tal-impjiegi, pereżempju permezz ta' impjiegi indipendenti u intraprenditorija u billi jintużaw strumenti finanzjarji innovattivi; |
37. |
Jistieden lill-Istati Membri li tkun ta' prijorità għalihom li jnaqqsu d-disparità bejn is-sessi fl-impjieg, b'mod partikolari billi jindirizzaw id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u billi jimplimentaw miżuri sabiex jiffaċilitaw ir-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali u dik familjari fost oħrajn billi jżidu d-disponibbiltà ta' faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal; |
38. |
Jiddispjaċih li s-Semestru Ewropew ma ġiex allinjat tajjeb biżżejjed mal-Istrateġija Ewropa 2020; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkonformaw il-miżuri ekonomiċi implimentati tul is-Semestru Ewropew mal-miri soċjali u ta' impjieg tal-istrateġija Ewropa 2020 u mal-prinċipji soċjali stabbiliti fit-Trattati; jitlob li jkun hemm aktar sforzi determinati fil-gwida u l-koordinazzjoni tal-politiki tal-UE biex jiġi stimulat tkabbir sostenibbli u inklużiv u biex jinħolqu impjiegi aħjar u sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta r-reviżjoni ta' nofs it-term ta' Ewropa 2020 mingħajr dewmien filwaqt li tqis il-ħtieġa urġenti li jsir aktar progress fit-tnaqqis tal-faqar u miri soċjali oħra, u l-ħtieġa għal titjib fl-involviment validu tal-partijiet interessati; |
L-edukazzjoni u l-politiki attivi tax-xogħol biex jiżdied il-kapital uman
39. |
Jemmen li kompetizzjoni internazzjonali li qed tikber li ġejja minn forzi tax-xogħol b'kompetenzi dejjem akbar wasslet biex l-UE jkollha nuqqasijiet serji ta' kompetenzi u nuqqas ta' tlaqqigħ ta' kompetenzi li qed idewmu t-tkabbir ekonomiku. jemmen li jekk l-Istati Membri għandu jkollhom ċans realistiku li jilħqu l-miri ta' impjieg tal-Ewropa 2020, dawn għandhom jiffokaw biex joħolqu ambjent tajjeb għall-ħolqien ta' impjiegi; |
40. |
Itenni l-istedina tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkorporaw pilastru tal-ġeneru fil-qafas ta' Ewropa 2020; |
41. |
Jindika li l-istrateġija biex terġa' tinkiseb il-kompetittività ma għandhiex tiffoka biss fuq l-ispejjeż tax-xogħol iżda wkoll fuq iż-żieda fil-produttività permezz ta' investimenti fil-kapital uman u riformi strutturali; |
42. |
Jistieden lill-Istati Membri jreġġgħu lura l-investiment fil-kapital uman għal-livell ta' qabel il-kriżi, b'mod partikolari biex itaffu t-tranżizzjoni bejn l-edukazzjoni u x-xogħol għaż-żgħażagħ, u biex jinvestu fit-taħriġ vokazzjonali u fi programmi ta' tagħlim tul il-ħajja; |
43. |
Jilqa' l-fatt li fis-SAT 2015, il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri jipproteġu jew jippromwovu l-investiment fit-tul fl-edukazzjoni, fir-riċerka u fl-innovazzjoni; jinnota, madankollu, li l-Istati Membri b'baġits li huma diġà limitati m'għandhomx mezzi suffiċjenti biex jilħqu dan l-objettiv; |
44. |
Jenfasizza l-importanza ta' politiki attivi tax-xogħol għal xi Stati Membri fil-kuntest attwali; jistieden lil dawk l-Istati Membri jżidu l-kopertura u l-effikaċja tal-politiki attivi fis-suq tax-xogħol; |
Impjiegi u pagi ta' kwalità bħala muturi tal-produttività u t-tkabbir
45. |
Jistieden lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni speċjali lill-qgħad għoli fost il-gruppi żvantaġġjati billi jagħtu prijorità lill-aċċess u l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-mainstreaming tal-politiki ta' aċċess u integrazzjoni, minħabba li x-xogħol huwa s-sigriet għall-integrazzjoni effettiva; |
46. |
Ifakkar li pagi diċenti huma importanti, mhux biss għall-koeżjoni soċjali, iżda wkoll għaż-żamma ta' rkupru b'saħħtu u ta' ekonomija produttiva; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga l-impatt tal-Istati Membri li jintroduċu l-pagi minimi fil-kuntest fejn jitnaqqsu l-inugwaljanza fil-pagi; jistieden lill-Kummissjoni sabiex torganizza konferenza dwar qafas Ewropew għall-pagi minimi; |
47. |
Jinsab imħasseb li r-riformi fis-suq tax-xogħol f'bosta Stati Membri ma rnexxielhomx ibaxxu l-livell ta' impjiegi prekarji; josserva li 50 % tal-impjiegi li nħolqu fl-2014 kienu impjiegi temporanji; jinnota li, skont il-Kummissjoni, il-faqar fost dawk li jaħdmu għadu jippersisti, u li għal 50 % ta' dawk kollha li qed ifittxu x-xogħol, il-fatt li jsibu impjieg mhuwiex biżżejjed biex joħorġu mill-faqar, u lanqas ma jżid il-produttività; jistieden lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-kwalità tal-impjiegi u jindirizzaw is-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li r-riformi fis-suq tax-xogħol għandhom l-għan li – apparti l-promozzjoni aħjar u l-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli – jnaqqsu s-segmentazzjoni, li tavvanza l-inklużjoni ta' gruppi vulnerabbli fis-suq tax-xogħol, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, filwaqt li tnaqqas il-faqar fost dawk li jaħdmu u jiżguraw protezzjoni soċjali adegwata għall-ħaddiema kollha, inklużi dawk li huma impjegati għal rashom; |
48. |
Jemmen li l-Istati Membri jistgħu joħolqu l-impjiegi biss jekk is-suq jippermetti dan, jekk ikunu jistgħu jserrħu fuq forza tax-xogħol ikkwalifikata, jekk is-swieq tax-xogħol ikunu flessibbli b'mod suffiċjenti, jekk l-ispejjeż tax-xoħol, inklużi l-pagi, ikunu f'konformità mal-produttività, jekk is-sistemi ta' protezzjoni soċjali jagħmlu x-xogħol aktar attraenti u jekk ir-regolamentazzjoni tkun proporzjonata u bbażata fuq l-evidenza; |
49. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw id-dumping soċjali fl-UE, li jikkawża ħsara sinifikanti lill-ħaddiema affettwati u lis-sistemi ta' protezzjoni soċjali tal-Istati Membri; jitlob, barra minn hekk, li s-sħab soċjali jiġu inklużi fil-livelli kollha f'dawn l-isforzi; |
50. |
Jilqa' l-inizjattiva dwar pjattaforma Ewropea dwar ix-xogħol mhux iddikjarat; itenni s-sejħa tiegħu lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-persuni b'kuntratti prekarji, jew li għandhom impjiegi indipendenti jkollhom sett bażiku ta' drittijiet u protezzjoni soċjali adegwata, speċjalment għal dak li jirrigwarda r-rikonċiljazzjoni bejn il-familja u x-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel sforzi dedikati biex tindirizza l-problemi addizzjonali kkawżati minn impjiegi part-time u temporanji mhux volontarji u minn impjiegi indipendenti fittizji; |
51. |
Jiddispjaċih għall-fatt li m'hemm kważi ebda referenza għall-kwalità jew is-sostenibbiltà ta' impjiegi li qed jinħolqu, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-impjieg tan-nisa, li huma rrappreżentati żżejjed fil-ħidma part-time minħabba diffikultajiet ta' rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali u dik privata; |
52. |
Iqis li l-kisba tal-objettivi ta' riindustrijalizzazzjoni hija fundamentali għall-kompetittività tal-UE u jemmen li t-tnedija mill-ġdid ta' politika industrijali Ewropea ġenwina tista' tippromwovi t-tkabbir u toħloq impjiegi ġodda ta' kwalità għolja; |
53. |
Jiddispjaċih dwar il-fatt li meta ssir referenza għar-rati tal-qgħad, ma tingħatax il-kunisderazzjoni dovuta lil fatturi oħra, bħalma huma r-rati li dejjem qed jiżdiedu ta' nies mhux attivi, il-mobilità u l-migrazzjoni; |
Il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-mobilità tax-xogħol
54. |
Jilqa' t-tnaqqis fir-rati ta' qgħad fost iż-żgħażagħ, imma jinnota li xorta għadhom f'livelli allarmanti u mhux neċessarjament ibbażati fuq il-ħolqien nett ta' impjiegi; jenfasizza li n-nuqqas ta' sigurtà fl-impjiegi u s-sottoimpjieg żdiedu wkoll, u li 43 % taż-żgħażagħ isibu ruħhom jaħdmu f'kundizzjonijiet prekarji, b'kuntratti part-time mhux volontarji jew dikjarati b'mod falz bħala ħaddiema għal rashom; |
55. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas Ewropew li jintroduċi standards minimi għall-implimentazzjoni tal-Garanziji għaż-Żgħażagħ u għal miżuri konkreti biex titqajjem kuxjenza pubblika; jistieden lill-Istati Membri jużaw il-baġit disponibbli b'mod effiċjenti u jimplimentaw il-Garanziji għaż-Żgħażagħ mingħajr dewmien u jiżguraw li jilħqu wkoll liż-żgħażagħ li ġejjin minn sfond soċjali żvantaġġat; jitlob għal baġit adegwat fir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ILO; jinnota li l-ILO stmat li huma meħtieġa EUR 21 biljun biex tinstab soluzzjoni għall-problema tal-qgħad fost iż-żgħażagħ; |
56. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tmur lil hinn mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Marzu 2014 dwar qafas ta' kwalità għall-apprendistati u biex tipproponi Qafas tal-Kwalità ġdid bil-għan li jiġu evitati d-diskriminazzjoni u l-isfruttament ta' ħaddiema żgħażagħ; |
57. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu s-swieq tax-xogħol aktar inklużivi għal dawk li jkollhom dmirijiet tal-familja bħat-trobbija tat-tfal u li jieħdu ħsieb membri tal-familja li jkollhom bżonn il-kura; jitlob, għalhekk, għal miżuri li jiffavorixxu r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u dik familjari bħala parti mir-riformi tas-suq tax-xogħol promossi permezz tas-Semestru Ewropew; |
58. |
Itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex jinvestu f'opportunitajiet għal tagħlim tul il-ħajja, taħriġ vokazzjonali u għal taħriġ fuq il-post tax-xogħol; jitlob għal sistemi nazzjonali ta' tagħlim tul il-ħajja li għandhom jiġu vvalutati bħala parti mill-istrateġiji tas-Semestru Ewropew għar-riforma tas-suq tax-xogħol; |
59. |
Jenfasizza li, skont il-Kummissjoni, minkejja r-rati għolja tal-qgħad, hemm 2 miljun post vakanti ta' xogħol fl-UE, u li fl-2013 huma biss 3,3 % tal-popolazzjoni attiva li jaħdmu fi Stat Membru ieħor, u dan jindika livell ta' mobilità li baqa' baxx meta mqabbel mal-Istati Uniti u l-Ġappun; ifakkar li d-diverġenzi f'punti tar-rati ta' mobilità tax-xogħol – li fil-każ ta' Stati Membri li ntlaqtu l-aktar mill-kriżi jistgħu jvarjaw sa massimu ta' għaxar punti perċentwali – jistgħu jiġu affettwati b'mod pożittiv jekk tintuża l-għodda tal-pjattaforma EURES; jesprimi l-appoġġ kontinwu tiegħu għall-prinċipju tal-moviment liberu; |
60. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi biex jiffaċilitaw u jistimulaw it-tiftix għal impjieg barra l-pajjiż; |
61. |
Minħabba n-numru ta' ħaddiema, partikolarment żgħażagħ, li issa qed jitilqu l-pajjiż ta' oriġini tagħhom għal Stati Membri oħra biex ifittxu opportunitajiet ta' impjieg, hemm ħtieġa urġenti li jiġu żviluppati miżuri adegwati li jiggarantixxu li l-ebda ħaddiem ma jibqa' mhux kopert mill-protezzjoni tad-drittijiet soċjali u tax-xogħol; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu aktar il-mobilità tax-xogħol tal-UE permezz ta' strumenti bħal EURES filwaqt li jinżamm il-prinċipju ta' trattament ugwali u jiġu mħarsa l-pagi u l-istandards soċjali; jistieden lil kull Stat Membru jistabbilixxi l-politiki soċjali u tal-impjieg li jiżguraw drittijiet ugwali u paga ugwali fl-istess post tax-xogħol bi qbil mal-prinċipji li jsostnu l-moviment liberu tal-ħaddiema, b'mod partikolari mill-perspettiva tal-ġeneru; |
62. |
Ifakkar fl-objettivi tal-UE fil-kwistjoni tas-sessi, b'mod partikolari li tintlaħaq rata ta' impjieg ta' 75 % għan-nisa u l-irġiel sal-2020 u jitnaqqis b'20 miljun l-għadd ta' persuni f'riskju ta' faqar; |
63. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta proposta dwar il-liv tal-ġenituri li tikkontribwixxi biex tiżgura kundizzjonijiet tax-xogħol ugwali għan-nisa u l-irġiel, mhux l-inqas fid-dawl tal-fatt li l-popolazzjoni tal-UE qed tixjiħ b'rata mgħaġġla, u dan iqiegħed f'riskju l-kapaċità futura tal-Istati Membri li jżommu s-servizzi soċjali meħtieġa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimplimentaw aktar politiki li jikkontribwixxu għal tkabbir demografiku tal-UE billi jistimulaw jew ir-rati ta' twelid jew tal-immigrazzjoni; |
64. |
Jiddispjaċih li l-miżuri ta' awsterità imposti mill-UE immirati biex terġa' tiġi lura l-fiduċja tal-investituri, wasslu għal deterjorament tal-kundizzjonijiet ta' impjieg u soċjali li rriżulta f'livelli ogħla ta' qgħad, faqar u inugwaljanza; |
65. |
Jitlob lill-Istati Membri jtejbu l-kooperazzjoni bejn in-negozji u s-settur edukattiv fil-livelli kollha; |
Sejħa deċiżiva għad-dimensjoni soċjali u l-konverġenza fl-UE
66. |
Itenni t-twissija tiegħu dwar l-isfidi soċjoekonomiċi li qed tiffaċċja l-Unjoni, speċjalment xi Stati Membri kif ukoll ir-riskji għas-sostenibilità tagħha u l-potenzjal tagħha ta' tkabbir stabbli kkawżati minn treġġigħ lura fil-konverġenza reġjonali; ifakkar li aktar minn 122 miljun ċittadin tal-UE huma f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali, inkluż il-faqar fost dawk li jaħdmu u l-faqar fost it-tfal; jirrimarka li attwalment hu stmat li 19 % tat-tfal fl-UE jinsabu f'riskju ta' faqar, u jinsisti li dawn il-livelli huma inaċċettabbli u jeħtieġ li jitnaqqsu immedjatament; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa d-dimensjoni soċjali fl-UE; jirrikonoxxi l-ħidma tal-Kummissjoni dwar il-pilastru soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, bħala parti mill-proċess ta' integrazzjoni tad-dimensjoni soċjali fl-istrutturi attwali tal-mekkaniżmi tal-governanza ekonomika, u jitlob biex titkompla din it-triq bl-għan li nersqu dejjem iżjed lejn it-twettiq tal-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020; |
67. |
Jiddispjaċih li m'hemmx indikaturi dwar, jew definizzjonijiet ċari ta', faqar assolut, li hi kwistjoni ta' tħassib għal ħafna Stati Membri; |
68. |
Ifakkar lill-Kummissjoni li, skont l-Artikolu 9 tat-TFUE, il-politiki tal-impjieg u dawk soċjali li jippromwovu l-Acquis Soċjali Ewropew għandhom jirregolaw il-politiki Ewropej kollha; jitlob lill-Kummissjoni tissodisfa l-obbligi tagħha li torbot is-Semestru Ewropew mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020; |
69. |
Jinnota li l-ħarsien soċjali u l-politika soċjali – partikolarment il-benefiċċji tal-qgħad, l-appoġġ għall-introjtu minimu u t-tassazzjoni progressiva – inizjalment għenu biex inaqqsu l-profondità tar-riċessjoni u stabbilizzaw is-swieq tax-xogħol u l-konsum; jenfasizza, madankollu, li l-istabbilizzaturi soċjali ntużaw b'mod wiesa' bħala fatturi ta' aġġustament minn dawk il-membri tal-UEM li ġarrbu xokkijiet ekonomiċi negattivi; jenfasizza li l-protezzjoni soċjali u l-politika soċjali huma l-kompetenza tal-Istati Membri; |
Stabbilizzaturi soċjali
70. |
Josserva li, fir-rapport annwali tal-2013 tagħha dwar is-sitwazzjoni soċjali u tal-impjieg tal-UE, il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza tal-ispiża tal-protezzjoni soċjali bħala salvagwardja kontra r-riskji soċjali; ifakkar fl-importanza ta' stabbilizzaturi awtomatiċi fl-indirizzar tax-xokkijiet asimettriċi, fl-evitar ta' tnaqqis eċċessiv tal-istati soċjali nazzjonali u b'hekk fit-tisħiħ tas-sostenibbiltà tal-UEM kollha; jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi fis-CSR tagħha l-importanza li jiġu preservati stabilizzaturi awtomatiċi b'saħħithom fl-Istati Membri minħabba r-rwol straordinarju tagħhom biex tinżamm il-koeżjoni soċjali kif ukoll biex tiġi stimulata d-domanda interna u t-tkabbir ekonomiku; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex toħroġ Green Paper dwar l-istabbilizzaturi awtomatiċi fiż-żona tal-euro; |
71. |
Jinnota l-għan tal-Kummissjoni “biex il-liġi tal-UE ssir eħfef, aktar faċli u irħas għall-benefiċċju taċ-ċittadini u l-intrapriżi”; jenfasizza li din it-tneħħija ta' ostakli regolatorji m'għandha timmina la l-acquis soċjali Ewropew f'oqsma bħas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema, il-konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO u lanqas il-Karta Soċjali Ewropea, u għandha tirrispetta l-awtonomija tas-sħab soċjali kif previst fit-Trattat; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel sforzi kredibbli biex tiżgura l-protezzjoni tal-ħaddiema tqal u l-ħaddiema li welldu reċentement; |
Indikaturi soċjali
72. |
Jilqa' l-fatt li r-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi anness mas-SAT jinkludi tabella ta' valutazzjoni għall-politiki tal-impjiegi u dawk soċjali; jistieden lill-Kummissjoni biex tistudja jekk dawn l-indikaturi humiex biżżejjed sabiex tagħmel analiżi bir-reqqa tas-sitwazzjoni soċjoekonomika fl-Istati Membri; jenfasizza l-importanza tal-fehim tad-dinamika u l-konsegwenzi tal-iżviluppi tal-introjtu tal-familja u l-inugwaljanzi fl-introjtu li qed jikbru; jiddispjaċih li ħafna mid-data ppreżentata fl-edizzjoni tat-tabella ta' valutazzjoni ta' din is-sena hija skaduta; jitlob lill-Kummissjoni tagħmel użu akbar minn din it-tabella ta' valutazzjoni fil-formulazzjoni tal-politika; jitlob deskrizzjoni dettaljata tal-għażliet tal-Istati Membri fl-oqsma politiċi differenti u r-riżultati korrispondenti; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tevalwa u ttejjeb l-ambitu u l-effikaċja tagħha biex tiżgura li dawn jiġu kkunsidrati bis-sħiħ meta jiġu żviluppati rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż; |
73. |
Jenfasizza li kunsiderazzjonijiet ta' impjiegi u soċjali għandhom jitqiegħdu fl-istess livell bħal dawk makroekonomiċi fil-proċedura tas-Semestru Ewropew; |
74. |
Jitlob għall-identifikazzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi u makrosoċjali ewlenin fl-ekonomiji tal-UE u ż-żona tal-euro u li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż jitħejjew fil-kuntest tas-Semestru Ewropew fuq dik il-bażi, inklużi passi lejn il-konverġenza tal-istandards tax-xogħol u dawk soċjali; |
Il-faqar u l-esklużjoni soċjali
75. |
Jiddispjaċih li l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u r-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi ma fihom ebda miżura jew qafas ta' politika biex jintlaħaq l-għan tal-Istrateġija Ewropa 2020 dwar it-tnaqqis tal-faqar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li dan l-objettiv ikun rifless b'mod aħjar fis-Semestru Ewropew; |
76. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu infurzati l-acquis soċjali, il-klawżola soċjali orizzontali u l-protokoll dwar is-servizzi ta' interess ġenerali; |
77. |
Jilqa' l-appell tal-President tal-Kummissjoni Ewropea lill-Istati Membri tal-UE biex jintroduċu paga minima bl-għan li jitnaqqas il-faqar fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi inizjattiva li tippromwovi l-introduzzjoni ta' dħul minimu fl-Istati Membri; jenfasizza li huwa f'idejn kull Stat Membru li jiffissa livelli ta' dħul minimu u li dawn għandhom ikunu proporzjonati mas-sitwazzjoni soċjoekonomika speċifika fil-pajjiż inkwistjoni; |
78. |
Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-approċċ tal-Kummissjoni mmirat biex jindirizza l-inugwaljanzi bejn is-sessi prinċipalment jittratta rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali u tal-familja bħala kwistjoni tan-nisa; jinnota li l-miżuri mmirati lejn il-promozzjoni tar-rikonċiljazzjoni, kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa, huma kruċjali għall-ħolqien tal-impjiegi u għandhom influwenza diretta fil-kwalità tal-impjiegi maħluqa; jinnota li aċċess għal servizzi affidabbli tal-indukrar tat-tfal u ta' kwalità għadu ostaklu ewlieni għar-rikonċiljazzjoni, għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni lil dan l-indikatur meta tanalizza t-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin tal-impjieg u dawk soċjali; |
79. |
Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex b'mod immedjat tiffaċċja ż-żieda allarmanti fil-faqar fost it-tfal madwar l-UE permezz ta' miżuri olistiċi fuq terminu twil u bbażati fuq il-prattiki tajbin ta' ċerti Stati Membri, b'mod partikolari miżuri li jżidu l-appoġġ mill-Istat għal alimentazzjoni fl-iskejjel, u biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni fuq tliet pilastri “L-Investiment fit-Tfal” inkluża fil-Pakkett ta' Investimenti Soċjali; |
80. |
Jirrimarka li tfaċċaw forom ġodda ta' faqar minħabba l-kriżi tad-dejn – bħall-faqar fost dawk li jaħdmu b'diffikultajiet, bħal pereżempju l-ħlas ta' self ipotekarju, jew prezzijiet għolja għas-servizzi li joħolqu faqar enerġetiku – irriżultaw f'żieda fin-numru ta' żgumbramenti, esklużjonijiet mis-suq u persuni mingħajr dar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimplimentaw politiki integrati li jiffavorixxu akkomodazzjoni soċjali u għall-but ta' kulħadd, politiki ta' prevenzjoni effettivi mmirati biex inaqqsu n-numru ta' żgumbramenti, u politiki li jindirizzaw il-faqar enerġetiku abbażi ta' prattiki tajba użati f'xi Stati Membri, u sabiex iwaqqfu l-kriminalizzazzjoni ta' persuni mingħajr dar li dehret reċentement f'xi Stati Membri; jistieden lill-Kummissjoni biex tniedi b'mod immedjat pjan ta' azzjoni tal-UE dwar il-kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar kif intalab mill-Parlament f'diversi okkażjonijiet kif ukoll minn korpi oħra tal-UE, biex tgħin lill-Istati Membri jiffaċċjaw il-problema urġenti u li qed tikber b'mod rapidu tal-kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar; |
81. |
Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa strateġija li tappoġġja lill-Istati Membri jindirizzaw il-kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar permezz ta' politiki integrati u ta' investiment soċjali xieraq; |
82. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni urġenti biex jindirizzaw il-kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar; jirrimarka li din il-manifestazzjoni estrema ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali tmur kontra d-drittijiet fundamentali u żdiedet f'maġġoranza kbira tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi mekkaniżmi konkreti biex tissorvelja u tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri biex dawn jaffrontaw il-kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar, kif mitlub fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Settembru 2011 u tas-16 ta' Jannar 2014 dwar strateġija tal-UE għall-persuni mingħajr dar; |
83. |
Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa jekk huwiex possibbli li jiżdied l-FEAD matul ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali; |
Pensjonijiet u saħħa sostenibbli
84. |
Jitlob li jkun hemm servizzi pubbliċi affordabbli u ta' kwalità fil-qasam tal-kura tat-tfal u l-persuni dipendenti, li jippermettu partikolarment lin-nisa jirritornaw lejn l-impjieg u jiffaċilitaw ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja privata; |
85. |
Ifakkar lill-Kummissjoni li, sabiex tiġi żgurata kemm is-sostenibbiltà, is-sikurezza kif ukoll l-adegwatezza tal-pensjonijiet, ir-riformi tal-pensjonijiet jeħtieġ li jkunu akkumpanjati minn politiki li: jiżviluppaw opportunitajiet ta' impjieg għal ħaddiema kbar fl-età u żgħażagħ sabiex jikkontribwixxu għal sistema ta' pensjonijiet sostenibbli; jillimitaw l-inċentivi għall-iskemi tal-irtirar kmieni u għal metodi oħra ta' ħruġ bikri; jipprovdu għall-kumpens għal żmien li fih persuni ħadu ħsieb tfal u membri tal-familja dipendenti; jiżviluppaw opportunitajiet ta' impjieg għall-ħaddiema kbar fl-età; jiggarantixxu l-aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja kemm għall-persuni impjegati kif ukoll dawk qiegħda ta' kull età; isaħħu t-tixjiħ b'saħħtu fuq il-post tax-xogħol, filwaqt li jqisu r-riskji fiżiċi u psikosoċjali għas-saħħa u s-sikurezza; jintroduċu politiki ta' benefiċċji tat-taxxa li joffru inċentivi biex persuni jibqgħu jaħdmu aktar; u jappoġġjaw it-tixjiħ attiv b'saħħtu; jenfasizza li biex jirnexxu r-riformi fil-pensjonijiet dawn jirrikjedu koeżjoni politika u soċjali nazzjonali u għandhom jiġu nnegozjati mas-sħab soċjali u r-rappreżentanti ta' ġenerazzjonijiet aktar żagħżugħa u akbar fl-età bħala l-gruppi tal-popolazzjoni affettwati b'mod dirett; jistieden lill-Istati Membri biex jikkunsidraw sew il-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-Green u l-White Papers dwar il-pensjonijiet; |
86. |
Jieħu nota tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni biex issir riforma fis-sistemi tas-saħħa sabiex dawn jissodisfaw l-objettivi tagħhom li jipprovdu aċċess universali għall-kura ta' kwalità għolja – inkluż l-aċċess affordabbli għal mediċini, speċjalment dawk li jsalvaw il-ħajja – u li jiġu rrispettati d-drittijiet tal-persunal tas-settur tas-saħħa; josserva li, bħala konsegwenza tal-kriżi, xi Stati Membri ma rnexxilhomx jiżguraw kopertura sħiħa tas-saħħa pubblika; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ rakkomandazzjonijiet konkreti biex tikkoreġi din is-sitwazzjoni; jitlob għal sforzi ulterjuri ta' riforma biex jiġi żgurat li l-aċċessibbiltà finanzjarja għall-infrastruttura tas-saħħa ta' kwalità ma titpoġġiex f'riskju; |
87. |
Jinnota r-rikonoxximent tal-Kummissjoni li s-setturi tas-saħħa u tal-kura soċjali għandhom potenzjal sinifikanti għat-tkabbir u jirrappreżentaw oqsma kruċjali għall-investiment immirat lejn ekonomiji sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar il-progress fl-iżvilupp ta' inizjattivi, bħala parti mill-Istrateġija Ewropa 2020, għall-investiment fis-setturi tas-saħħa u l-kura soċjali fir-rigward tal-impjieg ta' kwalità; |
88. |
Jappella għal miżuri ta' prevenzjoni effettiva tas-saħħa bħal “It-tixjiħ b'saħħtu tul il-ħajja” biex jissaħħu u jiġu żviluppati bil-għan li tiżdied il-kwalità tal-ħajja filwaqt li, fl-istess ħin, jitnaqqsu l-ispejjeż għas-sistemi tas-saħħa nazzjonali għal trattamenti mediċi u farmaċewtiċi meħtieġa tard matul ħajjithom; |
Sistemi ta' tassazzjoni fuq ix-xogħol aktar ġusti
89. |
Jenfasizza li l-porzjon tat-taxxa għandu impatt akbar għal dawk b'paga baxxa u dawk li għandhom it-tieni sors ta' introjtu, u li din tibqa' problema; jistieden lill-Kummissjoni tieħu nota tar-rapport tal-FMI ta' Ottubru 2013 dwar it-taxxa, li jirrimarka li hemm skop għal forom aħjar u aktar progressivi ta' tassazzjoni; |
90. |
Jinnota l-importanza tat-tnaqqis tat-tassazzjoni fuq ix-xogħol, speċjalment ta' ħaddiema b'pagi baxxi u b'ħiliet baxxi, ta' dawk li ilhom qiegħda għal żmien twil u ta' gruppi vulnerabbli oħra, filwaqt li tiġi żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tas-sistemi tal-pensjonijiet pubbliċi; jistieden lill-Istati Membri jitrasferixxu t-taxxi minn fuq il-ħaddiema għal taxxi fuq il-konsum, il-kapital u l-ambjent, filwaqt li jqisu b'mod xieraq l-effetti ridistributtivi potenzjali; |
It-tisħiħ tal-leġittimità demokratika msaħħa tas-Semestru Ewropew
91. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar ir-rwol limitat li huwa, il-parlamenti nazzjonali, kif ukoll is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, għandu jkollhom fit-tfassil, il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni ta' prijoritajiet ekonomiċi u soċjali fis-Semestru Ewropew; itenni t-talba tiegħu għal involviment akbar u strutturat tas-soċjetà ċivili u tas-sħab soċjali fil-livell tal-UE kif ukoll dak nazzjonali, sabiex tissaħħaħ il-leġittimità tal-proċess tas-Semestru Ewropew bl-iżvilupp ta' linji gwida konkreti; |
92. |
Jitlob għall-involviment tal-parlamenti subnazzjonali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma, inkluż permezz ta' arranġamenti ta' governanza fuq ħafna livelli; |
93. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvolvi aktar mill-qrib lis-sħab soċjali fit-tħejjija tas-SAT u, b'mod aktar ġenerali, tifformalizza r-rwol ta' sħab soċjali fil-proċess tas-Semestru Ewropew; |
94. |
Itenni s-sejħa tiegħu għal Ftehim Interistituzzjonali sabiex ikun involut il-Parlament fl-abbozzar u l-approvazzjoni tas-SAT u l-Linji Gwida dwar il-Politika Ekonomika u l-Impjiegi; |
o
o o
95. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) Testi Adottati, P7_TA(2014)0129.
(2) Testi Adottati, P8_TA(2014)0038.
(3) Testi adottati, P8_TA(2014)0060.
(4) ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 57.
(5) Testi Adottati, P7_TA(2014)0240.
(6) Testi Adottati, P7_TA(2013)0246.
(7) Testi adottati, P7_TA(2014)0394.
(8) Testi adottati P8_TA(2014)0010.
(9) ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 101.
(10) Testi adottati, P7_TA(2014)0043.
(11) 'Abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjieg mill-Kummissjoni u l-Kunsill li jakkompanja l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Istħarriġ dwar it-Tkabbir Annwali 2015' (COM(2014)0906), paġna 44. Ara wkoll OECD Employment Outlook 2014, http://www.keepeek.com/Digital-Asset-Management/oecd/employment/oecd-employment-outlook-2014_empl_outlook-2014-en#page1.
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/98 |
P8_TA(2015)0069
Il-governanza tas-Suq Uniku fis-Semestru Ewropew 2015
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 dwar il-governanza tas-Suq Uniku fil-qafas tas-Semestru Ewropew 2015 (2014/2212(INI))
(2016/C 316/11)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2014 bit-titolu “Stħarriġ Annwali ta' Tkabbir 2015” (COM(2014)0902), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Novembru 2013 bit-titolu “Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2014” (COM(2013)0800) u r-rapport tal-Kummissjoni tat-13 ta' Novembru 2013 bit-titolu “Suq Uniku għat-tkabbir u l-impjiegi: Analiżi tal-progress li sar u tal-ostakli li għad fadal fl-Istati Membri – Kontribut għall-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2014” (COM(2013)0785), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2012 bit-titolu “L-Istat ta' Integrazzjoni tas-Suq Uniku 2013 – Kontribuzzjoni għall-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2013” (COM(2012)0752), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-8 ta’ Ġunju 2012 bit-titolu “Governanza Aqwa tas-Suq Uniku” (COM(2012)0259), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bit-titolu: “Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2014 bit-titolu "Evalwazzjoni tal-istrateġija tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv (COM(2014)0130), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2014 bit-titolu “Is-Semestru Ewropew 2014: Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi – Nibnu t-tkabbir” (COM(2014)0400), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2012 bit-titolu “Att dwar is-Suq Uniku II – Flimkien għal tkabbir ġdid” (COM(2012)0573), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' April 2011 intitolata “L-Att dwar is-Suq Uniku – Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja – 'Flimkien għal tkabbir ġdid'” (COM(2011)0206), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta’ Mejju 2010 ta’ Mario Monti lill-President tal-Kummissjoni Ewropea bit-titlu “Strateġija ġdida għas-suq uniku. Għas-servizz tal-Ekonomija u s-Soċjetà Ewropea’, |
— |
wara li kkunsidra l-istudju ta' Settembru 2014 bit-titolu ‘The Cost of Non-Europe in the Single Market’ (Il-Kost tan-Non-Ewropa fis-Suq Uniku) li ġie kkommissjonat mill-Kumitat IMCO, |
— |
wara li kkunsidra l-istudju ta' Settembru 2014 bit-titolu ‘Indicators for Measuring the Performance of the Single Market– Building the Single Market Pillar of the European Semester’ (L-indikaturi biex jitkejjel ir-rendiment tas-Suq Uniku – Nibnu l-Pilastru tas-Suq Uniku tas-Semestru Ewropew)” li ġie kkommissjonat mill-Kumitat IMCO, |
— |
wara li kkunsidra l-istudju ta' Settembru 2014 bit-titolu “Contribution of the Internal Market and Consumer Protection to Growth” (Il-Kontribut tas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur għat-Tkabbir) li ġie kkommissjonat mill-Kumitat IMCO, |
— |
wara li kkunsidra l-edizzjoni ta' Lulju 2014 tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku onlajn, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-26 u s-27 ta' Ġunju 2014, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-20 u l-21 ta' Marzu 2014, |
— |
wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill tal-Kompetittività tal-25 u s-26 ta' Settembru 2014 dwar l-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir u l-impjiegi, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2013 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-governanza tas-Suq Uniku (1), u r-rispons ta' segwitu tal-Kummissjoni adottat fit-8 ta' Mejju 2013, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2014 dwar il-governanza tas-Suq Uniku fi ħdan is-Semestru Ewropew (2), u r-rispons ta' segwitu tal-Kummissjoni adottat fit-28 ta' Mejju 2014, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet għall-2014 (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0018/2015), |
A. |
billi fil-kuntest tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija Ewropa 2020, is-Suq Uniku u s-Suq Uniku diġitali (DSM) għandhom jiġu kkunsidrati bħala żewġ għodod ewlenin sabiex jitkebbes mill-ġdid it-tkabbir ekonomiku u jinħolqu impjiegi ta’ kwalità fl-UE, filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat li jkun hemm komplementarjetà mal-muturi aktar tradizzjonali tat-tkabbir, pereżempju billi tagħti spinta lill-investiment fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, fit-taħriġ u fl-edukazzjoni, filwaqt li tingħata attenzjoni partikulari lill-ħtiġijiet tal-SMEs; |
B. |
billi l-istrateġija tas-Suq Uniku teħtieġ approċċ olistiku li jqis it-tħassib taċ-ċittadini, il-konsumaturi u l-SMEs u li jipproġetta l-prijoritajiet tas-Suq Uniku fl-oqsma politiċi kollha, sabiex tiżgura l-ikkompletar ta' Suq Uniku vijabbli li jservi ta' katalist għall-irkupru ekonomiku u t-tkabbir sostenibbli; |
C. |
billi hemm bżonn li tissaħħaħ il-governanza tas-Suq Uniku fis-Semestru Ewropew bħala prijorità orizzontali fil-politiki differenti tal-Unjoni, li tippreserva l-bilanċ meħtieġ bejn id-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali, u biex titjieb il-kwalità tat-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tar-regoli li jirregolaw is-Suq Uniku sabiex dawn jiffunzjonaw kemm f’termini prattiċi kif ukoll ekonomiċi, u jitnaqqas ukoll b’mod sinifikanti t-tul tal-proċeduri ta’ ksur; |
D. |
billi l-Governanza tas-Suq Uniku fis-Semestru Ewropew u s-CSRs korrispondenti għal Ewropa aktar kompetittiva varaw proċess pożittiv ħafna, li jiġġenera impjiegi ta’ kwalità flimkien ma' tkabbir ekwu li aktar jattira l-investituri; |
E. |
billi, aktar minn 20 sena wara l-ħolqien uffiċjali tiegħu, is-Suq Uniku għadu ma tlestiex għalkollox, prinċipalment minħabba li l-Istati Membri għadhom ma ttrasponewx jew għadhom ma implimentawx bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; |
F. |
billi l-istrateġija tas-Suq Uniku tal-UE teħtieġ tiġi affrontata b'koerenza u determinazzjoni, u li tiġi kkoordinata u bbażata fuq approċċ olistiku u ftehim pragmatiku, komprensiv u mifrux appoġġjat mill-Istati Membri kollha u l-istituzzjonijiet tal-UE; billi għad hemm bżonn ta' tmexxija b’saħħitha, impenn u koordinazzjoni min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-UE kollha, speċjalment mill-Presidenti tal-Kummissjoni u tal-Kunsill, kif ukoll responsabbiltà politika ċara, kooperazzjoni u solidarjetà min-naħa tal-Istati Membri sabiex jiġu implimentati u infurzati bis-sħiħ id-direttivi u r-regolamenti relatati mas-Suq Uniku, u biex tiżdied il-kredibbiltà tas-Suq Uniku u l-fiduċja fih u fil-ġestjoni tiegħu; |
G. |
billi għalkemm jeżistu diversi strumenti, l-aktar fil-forma ta' indikaturi speċifiċi, biex titkejjel il-prestazzjoni ekonomika tas-Suq Uniku fi ħdan is-Semestru Ewropew, s'issa dawn għad ma kellhomx impatt ċar fuq il-politika; |
H. |
billi għandu jsir sforz massimu biex mhux biss jiġu żgurati ċ-ċarezza, is-simpliċità, l-operabilità u l-infurzabilità tal-leġiżlazzjoni iżda wkoll biex jiġi stabbilit qafas prevedibbli u stabbli għall-valutazzjoni ta' kif il-leġiżlazzjoni fiż-żona tas-Suq Uniku taħdem fil-prattika; |
I. |
billi, jeħtieġ li jkun hemm Suq Uniku effettiv u li jiffunzjona tajjeb, ibbażat fuq ekonomija soċjali tas-suq sostenibbli u ferm innovattiva u kompetittiva, sabiex tingħata spinta lit-tkabbir sostenibbli u lill-kompetittività, biex jiġi attirat l-investiment, biex tiġi promossa l-koeżjoni soċjali u biex jinħolqu l-impjiegi sabiex l-ekonomija tal-Ewropea terġa' tieħu r-ruħ; billi Suq Uniku aktar fil-fond u aktar ġust b'bażi industrijali msaħħa huwa fost l-ogħla prijoritajiet tal-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2015; billi l-Istati Membri u l-UE għandhom ifasslu flimkien politika industrijali Ewropea, li tibni fuq il-ħidma li diġà twettqet f'dan il-qasam fis-snin riċenti u li tiffoka fuq setturi strateġiċi, ukoll bil-ħsieb li jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fil-programm ta' ħidma; billi s-Suq Uniku huwa meħtieġ ukoll sabiex jippermetti li l-ħtiġijiet taċ-ċittadini, tal-konsumaturi u tan-negozju jitqiesu b'mod adegwat u jiżgura li l-politiki proposti jistgħu jipprovdu valur miżjud għaċ-ċittadini Ewropej u atturi oħra; |
J. |
billi jeħtieġ li jkun hemm fokus aktar qawwi fuq is-Suq Uniku fil-kuntest tas-Semestru Ewropew sabiex jiġi sfruttat aħjar il-potenzjal tiegħu għat-tkabbir u l-impjiegi, biex it-tisħiħ tas-Suq Uniku jitqiegħed fil-qalba tal-Istrateġija Industrijali Ewropea, biex l-effetti pożittivi tiegħu jiġu kkomunikati aħjar u biex iċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ minnu; |
K. |
billi l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jikkompletaw is-suq intern tal-enerġija sal-2014 u li jintegraw “il-gżejjer tal-enerġija” fis-suq intern tal-enerġija sal-2015; |
L. |
billi suq intern tal-enerġija integrat bis-sħiħ huwa indispensabbli għall-objettivi ġenerali tal-Unjoni tas-sigurtà u s-sostenibilità tal-enerġija, u huwa ta' valur kruċjali għall-kompetittività globali tagħha, it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda, kif rikonoxxut fl-Att dwar is-Suq Uniku II u l-istrateġija Ewropa 2020; |
I. Il-bini tal-pilastru tas-Suq Uniku tas-Semestru Ewropew
1. |
Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-governanza tas-Suq Uniku billi tiżviluppa sett ta' strumenti analitiċi biex tkejjel b'mod aħjar il-prestazzjoni ekonomika u regolatorja tas-Suq Uniku fi ħdan il-qafas tal-pilastru tas-Suq Uniku tas-Semestru Ewropew; jemmen li tali strument analitiku jista' jipprovdi input utli għas-CSRs, l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SAT), il-gwida tal-Kunsill Ewropew lill-Istati Membri, u l-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali bil-għan li jiġu implimentati linji gwida tas-Suq Uniku; |
2. |
Jenfasizza l-importanza u l-valur miżjud tar-rapporti ta’ integrazzjoni tas-Suq Uniku tas-snin preċedenti, minħabba l-kontribut tagħhom għall-prijoritajiet ġenerali stabbiliti fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-Kummissjoni u l-identifikazzjoni tas-CSRs fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; għaldaqstant isibha ferm deplorevoli li r-rapport tal-Integrazzjoni tas-Suq Uniku tħalla barra għall-2015; |
3. |
Barra minn hekk, jiddispjaċih dwar l-ommissjoni tar-rapport dwar l-integrazzjoni tas-Suq Uniku peress li qed isseħħ fi żmien meta l-Parlament u l-Kummissjoni kienu qed jimpenjaw ruħhom li jiżviluppaw indikaturi speċifiċi biex jivvalutaw l-integrazzjoni tas-suq intern u l-benefiċċji potenzjali kollha ta’ integrazzjoni mmirata ulterjuri fl-oqsma prinċipli tat-tkabbir; jitlob, għalhekk, li jitqawwew l-isforzi intiżi biex jiżguraw li r-regoli li diġà qegħdin fis-seħħ jiġu implimentati u infurzati aħjar; |
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkjarifika r-ristrutturar tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2015, u tispjega għaliex naqset milli tippubblika studju ta’ kontribuzzjoni dwar l-istat attwali ta’ integrazzjoni tas-Suq Uniku fir-rigward tal-oqsma prinċipali bl-akbar potenzjal ta’ tkabbir; jitlob lill-Kummissjoni tippubblika tal-anqas id-data miġbura dwar is-Suq Uniku sabiex tikkumplementa l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir ta’ din is-sena; |
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, kemm jista’ jkun malajr fl-2015, rapport dwar l-istat ta’ Integrazzjoni tas-Suq Uniku sabiex dan ir-rapport ikun jista’ jistabbilixxi r-rotta għall-pilastru tas-Suq Uniku tas-Semestru Ewropew 2015; jenfasizza, madankollu, li fil-futur jeħtieġ li jiġi kkunsidrat mill-ġdid iż-żmien tar-rapport; huwa tal-fehma li, għal impatt massimu, anke fir-rigward tas-CSRs, dan ir-rapport għandu jiġi ppubblikat flimkien mal-SAT; |
6. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta rapport obbligatorju kull sena bil-għan li jiġi mmonitorat il-funzjonament tas-Suq Uniku fi ħdan il-proċess tas-Semestru Ewropew, u li jippreżenta analiżi tal-istat tal-integrazzjoni tas-Suq Uniku fl-oqsma prinċipali bl-akbar potenzjal ta’ tkabbir; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika l-prijoritajiet tal-politika fil-kuntest tal-SAT, li jikkontribwixxu biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tat-tkabbir tas-Suq Uniku, u biex jitneħħew l-ostakoli li fadal għal integrazzjoni ulterjuri; |
7. |
Jinnota l-appoġġ fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2015 għal Suq Uniku integrat li joffri lill-konsumaturi l-istess possibbiltajiet bħal fis-swieq lokali tagħhom, u jenfasizza li d-drittijiet mogħtija lill-konsumaturi onlajn m’għandhomx ikunu anqas minn dawk offruti fis-swieq tradizzjonali tagħhom stess; |
8. |
Jenfasizza r-rikonoxximent fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2015 li, sabiex il-kompetittività fl-Ewropa tiżdied, jeħtieġ li tiġi evitata regolazzjoni li timponi piżijiet żejda, b’mod partikulari għall-SMEs, jitjieb l-aċċess għall-finanzi u tiġi żgurata l-kwalità tal-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni; |
9. |
Jinnota l-benefiċċji potenzjali offruti bl-immodernizzar tal-amministrazzjoni kif muri fl-SAT u kif dan jista’ jgħin biex jitneħħew il-burokrazija u l-ostakli regolatorji, u b'hekk jgħin lin-negozji u liċ-ċittadini billi jqawwi l-kompetizzjoni, l-impjiegi u t-tkabbir fl-Ewropa; |
10. |
Jitlob li jkun hemm tiġdid komprensiv tal-qafas għall-governanza tas-Suq Uniku u tisħiħ tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni u applikazzjoni korretti, fil-mument opportun, u effettivi, tar-regoli tas-Suq Uniku; jenfasizza l-ħtieġa li s-Suq Uniku jintuża bħala t-tielet pilastru tas-Semestru Ewropew sabiex jiġu koperti għadd ta' prijoritajiet ċari relatati mal-ekonomija reali, filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità fi ħdan l-UE; |
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni tieħu kont sħiħ tal-oqsma ewlenin ta' tkabbir u tal-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għall-bini ta' Suq Uniku tal-UE adatti għas-seklu 21, li ġew identifikati preċedentement mill-Kummissjoni u komplew jiġu speċifikati fl-istudju ta' Settembru 2014 bit-titolu “The Cost of Non-Europe in the Single Market” (Il-Kost tan-Non-Ewropa fis-Suq Uniku) u inklużi s-servizzi, is-Suq Uniku Diġitali u, b'mod partikolari, il-kummerċ elettorniku, l-acquis tal-konsumaturi, l-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet, u l-moviment liberu ta' prodotti; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tlesti s-Suq Uniku fit-trasport u l-enerġija; |
12. |
Jikkunsidra li jeħtieġ li tiġi definita sistema ta' kejl integrata, li tikkombina diversi metodoloġiji bħal indikaturi komposti, sett sistematiku ta' indikaturi u strumenti settorjali, sabiex titkejjel il-prestazzjoni tas-Suq Uniku bil-għan li tiddaħħal fis-Semestru Ewropew; jenfasizza li, sabiex jitkejjel u jiġi pprovdut inċentiv għall-approfondiment tas-Suq Uniku fl-oqsma prijoritarji ewlenin, għandhom jiġu kkunsidrati indikatur ewlieni u mira għal dan l-indikatur fir-rigward tal-integrazzjoni tas-Suq Uniku; |
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi metodoloġija għall-miri kwantitattivi għat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi fil-livell Ewropew; jinnota l-esperjenzi pożittivi f'ċerti Stati Membri li stabbilixxu miri ta' tnaqqis nett bl-għan li jnaqqsu l-ispejjeż tal-konformità; jitlob li din il-metodoloġija tiġi kkunsidrata fl-inizjattiva l-ġdida tal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi; |
14. |
Jinnota li fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-impatti ekonomiċi fuq is-Suq Uniku fi ħdan is-Semestru Ewropew, għandhom isiru aktar sforzi biex tiġi promossa l-provvista ta' dettalji adegwati dwar il-metodoloġija applikata u d-data użata, sabiex jiġu żgurati l-kredibbiltà u l-komparabbiltà tar-riżultati miksuba, jiġu stabbiliti l-konnessjonijiet rilevanti ma' valutazzjonijiet ex-post u jintwerew nuqqasijiet fid-data meħtieġa biex jitwettqu l-valutazzjonijiet; |
15. |
Itenni t-talba tiegħu biex il-proċeduri jipprovdu l-involviment xieraq tal-Parlament Ewropew fiċ-ċiklu ta' governanza ekonomika, jippreżentaw l-adozzjoni, mill-Parlament u mill-Kunsill, ta' miżuri oħra neċessarji, b'mod partikolari, miżuri li jindirizzaw l-qosma fejn il-qafas regolatorju tal-Unjoni ġie stabbilit skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja stabbilita fl-Artikolu 294 TFUE; |
16. |
Jiddispjaċih li s-CSRs ma ġewx allinjati suffiċjentement mal-miri ta' Ewropa 2020; jitlob, għalhekk, għal sforzi aktar determinati biex imexxu u jikkoordinaw il-politiki nazzjonali u tal-UE u għall-kontinwazzjoni tal-miżuri speċifiċi li huma meħtieġa biex jissaħħaħ is-Suq Uniku u jiġi sfruttat il-potenzjal tiegħu bil-għan li tingħata spinta lit-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u l-kompetittività u jinħolqu l-impjiegi, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ; |
17. |
Jemmen li hemm bżonn li s-sjieda tas-CSR mill-parlamenti nazzjonali tissaħħaħ; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu l-possibbiltà għall-Kummissjoni li tippreżenta s-CSRs fil-parlamenti nazzjonali qabel l-adozzjoni tagħhom mill-Kunsill; jitlob, barra minn dan, lill-Istati Membri juru aktar impenn għall-implimentazzjoni tas-CSRs u jittrasponu l-objettivi tal-UE b'mod rigoruż fl-objettivi tagħhom stess fil-livell nazzjonali; jikkunsidra, għalhekk, li l-Istati Membri għandhom jirrapportaw annwalment u b'mod dettaljat dwar l-implimentazzjoni tas-CSRs dwar l-oqsma tas-Suq Uniku; itenni, barra minn hekk, it-talba tiegħu li l-Kummissjoni tirrapporta lill-kumitat kompetenti tal-Parlament dwar il-miżuri meħuda biex jiżguraw il-progress fl-implimentazzjoni tas-CSRs u l-progress li nkiseb s’issa; jistieden lill-Istati Membri jispjegaw ir-raġunijiet għall-varjazzjonijiet sinifikanti fir-rigward tas-CSRs lill-kumitat kompetenti tal-Parlament; |
18. |
Jappoġġja l-enfasi mqiegħda fuq l-importanza tat-tneħħija ta' restrizzjonijiet u ostakli mhux ġustifikati għal dħul fis-setturi ewlenin bħal pereżempju s-servizzi tal-konsumaturi, il-kummerċ elettroniku u s-servizzi kummerċjali fis-CSRs għall-2014; iħeġġeġ lill-Istati Membri kkonċernati jagħtu l-ogħla importanza lil dawn ir-rakkomandazzjonijiet u biex, bħala prijorità immedjata, ineħħu dawn l-ostakli għat-tkabbir tas-Suq Uniku; |
19. |
Jitlob li s-CSRs li jmiss fiċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew 2014 għandhom jirriflettu r-riżultati tar-rapport dwar l-integrazzjoni tas-Suq Uniku b'mod aktar b'saħħtu u rigoruż minn qabel; |
20. |
Jiddispjaċih għall-fatt li l-Kummissjoni s’issa għadha ma kkunsidratx il-promozzjoni tas-Suq Uniku bħala prijorità fil-qafas tas-Semestru Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni biex il-governanza tas-Suq Uniku, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri ffukati fuq l-impjiegi, it-tkabbir u l-kompetittività, tagħmilha parti essenzjali tal-fażijiet sussegwenti kollha tal-proċess tas-Semestru Ewropew; ifakkar lill-Kummissjoni li Suq Uniku ġenwin f’dawn l-oqsma jagħti spinta sinifikanti lit-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-UE; jappella sabiex l-opportunità provduta b'dan il-qafas ġdid tinħataf u sabiex l-oqsma ewlenin għat-tkabbir u l-miżuri inklużi fl-Atti I u II dwar is-Suq Uniku jiġu żviluppati kemm jista’ jkun, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu t-tħassib u l-aspettattivi taċ-ċittadini; |
21. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ integrat mill-UE, l-Istati Membri, ir-reġjuni, il-muniċipalitajiet, is-sħab soċjali u l-partijiet interessati fl-implimentazzjoni u l-iżvilupp ta’ politiki sabiex l-ekonomija soċjali tas-suq titmexxa ’l quddiem; |
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lir-reġjuni jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-fondi tal-UE għall-perjodu 2007-2013; jinnota l-opportunità għall-Istati Membri u r-reġjuni biex ifasslu l-politiki u l-investimenti tagħhom fil-perjodu 2014-2020 lejn setturi fejn jiġu ġġenerati aktar tkabbir u impjiegi, b’mod speċjali għaż-żgħażagħ, bħas-Suq Uniku Diġitali, l-enerġija, is-servizzi u l-ekonomija ħadra, filwaqt li jsir investiment ukoll fir-RŻI fuq bażi ġenwina u orjentata fuq il-kwalità b'tali mod li jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għall-infrastruttura tan-netwerk; |
II. Il-potenzjal mhux sfruttrat tas-Suq Uniku fl-oqsma prinċipali ta' tkabbir
23. |
Ifakkar li s-Suq Uniku hu mutur ewlieni għat-tkabbir u l-impjiegi u għandu rwol indispensabbli biex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; jinnota, madankollu, li dan il-potenzjal għadu mhux qed jiġi sfruttat f'diversi aspetti; |
24. |
Ifakkar it-tliet prijoritajiet stabbiliti fl-istrateġija Ewropa 2020:
|
25. |
Jilqa’ l-approċċ il-ġdid tal-Kummissjoni fl-SAT għall-2015 li jagħti spinta koordinata għall-investiment fl-UE sabiex tiżdied id-domanda domestika u titrawwem ekonomija aktar kompetittiva; jemmen bis-sħiħ li, bil-ħsieb li nkunu kemm jista’ jkun ambizzjużi, hemm bżonn li tingħata prijorità lill-investimenti li jinkoraġġixxu l-ekonomija diġitali u l-ħolqien ta’ suq intern aktar kompetittiv f’kooperazzjoni mal-Istati Membri; |
26. |
Huwa mħasseb ħafna dwar il-livelli li qed jinżlu tal-investiment privat fl-Ewropa u n-nuqqas ta’ fiduċja tal-investituri privati, li qed iwasslu għal nuqqas ta’ rieda biex jinvestu, b’mod partikolari b'konsegwenza tan-nuqqas ta’ riformi strutturali, in-nuqqas ta’ strateġija tal-UE favur it-tkabbir, u l-ostakli persistenti fi ħdan is-Suq Uniku għat-tkabbir f’oqsma bħall-kummerċ elettroniku; jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw attivament il-Pjan ta' Investiment, u jikkontribwixxu għall-Fond Ewropew għall-Investiment Strateġiku, billi jissuplimentaw l-ammonti pprovduti permezz tal-baġit tal-UE u mill-BEI, bil-għan li jiggwidaw u jħeġġu l-investiment mis-settur privat; |
27. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lir-reġjuni u lill-partijiet interessati rilevanti kollha biex jiffokaw fuq l-ekonomija reali meta jfasslu u jiżviluppaw l-politiki ta’ investiment li, min-naħa tagħhom, għandhom jattiraw l-investiment privat; barra minn hekk, jitlob ukoll li jkun hemm investiment fit-taħriġ kemm tal-individwi kif ukoll tal-kumpaniji għall-era diġitali, inklużi l-aħħar teknoloġiji fis-settur tal-enerġija, billi dan jipproduċi effett ta’ lieva, li jiżgura netwerk diġitali globali, appoġġ għall-edukazzjoni u R+I ta’ kwalità, li jwassal għal progress solidu fil ksib ta’ Suq Uniku fis-settur tat-trasport, biex b’hekk inkunu nistgħu nikkompetu fuq l-istess livell mas-setgħat dinjin ewlenin; |
28. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-qafas regolatorju għall-SMEs, minħabba l-kapaċità ta’ ħolqien ta’ impjiegi tagħhom; jitlob li jiġu massimizzati l-opportunitajiet ippreżentati mill-programm COSME mhux biss f'termini tat-trawwim tal-intraprenditorija fl-Ewropa, iżda wkoll tat-titjib tal-aċċess tal-SMEs għall-finanzi u għas-swieq kemm tal-UE kif ukoll dawk globali; |
29. |
Jenfasizza l-bżonn li ssir rabta bejn l-investiment u l-innovazzjoni u l-intraprenditorija, billi jiġu mmassimizzati l-opportunitajiet offruti mill-ekonomija u s-soċjetà diġitali u tiġi żviluppata politika industrijali Ewropea intelliġenti; jinnota li dan l-investiment għandu jqis b'mod partikolari l-SMEs, li jiffaċċjaw l-akbar problemi biex jaċċessaw l-investiment, u għandu jinkludi miżuri prattiċi biex jappoġġja l-istart-ups u l-intraprenditorija soċjali u l-innovazzjoni bħala sors ta’ impjiegi għall-ġejjieni għaż-żgħażagħ; |
30. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jitkebbes mill-ġdid l-ispirtu imprenditorjali fl-Ewropa permezz ta’ miżuri prattiċi, li jfisser li jkun żgurat aċċess faċli għall-kreditu għall-SMEs, partikolarment dawk marbuta ma’ setturi ewlenin; jappella wkoll sabiex jiġu promossi forom oħra ta’ finanzjament bħala alternattivi għall-finanzjament mill-banek; |
31. |
Jistieden lill-Istati Membri jkunu aktar deċiżivi f’li jwittu l-ekonomiji tagħhom lejn l-innovazzjoni u t-tkabbir, peress li dan se jħejjina għall-kompiti u l-ħtiġijiet tal-futur fl-era diġitali; jinnota li dan ukoll se jagħmel in-negozji tagħna aktar innovattivi u aktar kapaċi jirreaġixxu fis-suq globali, b’mod partikolari bl-integrazzjoni sħiħa tal-ICT; |
Is-Suq Uniku Diġitali
32. |
Huwa tal-fehma li, kif identifikat fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015, l-avvanz tas-Suq Uniku Diġitali huwa kruċjali biex jiġi stimulat it-tkabbir, jinħolqu impjiegi ta’ kwalità, sabiex l-ekonomija Ewropea tinżamm kompetittiva fil-livell dinji u biex jinġiebu benefiċċji kemm għan-negozji kif ukoll għall-konsumaturi; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni tfassal Pjan ta' Azzjoni Ewropew ambizzjuż dwar il-Gvern Elettroniku għall-2016-2020 u b’hekk tkompli tappoġġja l-objettivi tal-Ewropa 2020; |
33. |
Jinnota l-importanza tal-investiment, inkluż fin-netwerks tal-broadband, fil-kisba tal-għanijiet u l-objettivi prijoritarji fil-qasam ewlieni tas-suq diġitali; jirrakkomanda li tiġi ddedikata parti sostanzjali tal-pjan ta’ investiment futur ta’ EUR 315 biljun għall-investimenti mmirati u strateġiċi fis-settur diġitali; jirrimarka wkoll li l-interkonnessjoni ta’ elementi bħal-livelli għoljin ta’ penetrazzjoni tan-netwerk u l-livelli għolja tal-ħiliet fl-ICT fil-popolazzjoni u n-negozji hija fattur ewlieni sabiex jinkiseb Suq Uniku Diġitali ġenwin; jappella lill-UE u lill-Istati Membri sabiex l-infrastruttura tan-netwerk diġitali u t-taħriġ diġitali għan-negozji u ċ-ċittadini tagħhom jagħmluhom prijorità għall-investiment; |
34. |
Jemmen li l-frammentazzjoni u n-nuqqas ta' ċertezza tad-dritt huma tħassib ewlieni f'dan il-qasam u li jeħtieġ li jiġi indirizzat ukoll l-infurzar inkonsistenti tar-regoli eżistenti tal-UE fl-Istati Membri; |
35. |
Jinnota li l-ikkompletar tas-Suq Uniku Diġitali jista’ jiġġenera tkabbir addizzjonali tal-PDG ta’ 0,4 % (jew EUR 520 biljun bil-prezzijiet tal-2014) matul il-perjodu sal-2020, filwaqt li l-kisbiet fl-impjiegi jkunu ta’ madwar 0,1 %, li huwa ekwivalenti għall-ħolqien ta’ aktar minn 223 000 impjieg sal-2020, skont id-data inkluża fl-istudju “il-Kost tan-Non-Ewropa fis-Suq Uniku”; jemmen li l-indirizzar tal-ostakoli għall-kummerċ elettroniku, l-investiment fl-infrastruttura tal-broadband u l-użu ta' teknoloġiji ġodda, bħall-4G u l-5G, huwa kruċjali għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet diġitali peress li jiddependu fuq konnessjonijiet rapidi u effettivi; iqis li l-adozzjoni tal-qafas ġenerali tal-UE għall-protezzjoni tad-data u tad-Direttiva dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni hija essenzjali għall-ikkompletar tas-Suq Uniku Diġitali sal-2015; jitlob li jkun hemm investiment sabiex tiġi rimedjata l-inugwaljanza fl-aċċess għan-netwerks tal-broadband u tal-4G fl-UE; |
36. |
Jenfasizza l-korrelazzjoni bejn livelli għoljin ta’ bejgħ onlajn u ż-żidiet fil-PDG per capita, u għalhekk iħeġġeġ li jsir progress biex jinkisbu kummerċ elettroniku u cloud computing transkonfinali ġenwini; iqis essenzjali li tinġieb fi tmiemha l-frammentazzjoni f’28 suq diġitali, li jiġi ggarantit l-aċċess universali għan-netwerk, u li s-sigurtà tal-internet u l-fiduċja tal-konsumaturi jsiru l-pedamenti tas-Suq Uniku Diġitali, peress li ma jista’ jkun hemm l-ebda suq onlajn mingħajr il-fiduċja; |
37. |
Jenfasizza li skont ir-rapport “Il-Kost tan-Non-Ewropa” li jsir progress dwar il-gvern elettroniku jista’ jiġġenera ffrankar ta’ EUR 100 biljun fis-sena; jitlob li l-isforzi tal-Istati Membri biex jimmodernizzaw l-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom ikunu kkonċentrati u jiġu intensifikati sabiex iċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jwettqu aktar u aktar proċeduri b’mod elettroniku, filwaqt li jagħmlu użu mid-drittijiet tagħhom fis-Suq Uniku, partikolarment fil-livell transkonfinali; |
38. |
Jenfasizza li hemm bżonn ta’ regoli tas-Suq Uniku tal-UE li jkunu jistgħu jitħaddmu fl-era diġitali, u li dan jinvolvi l-implimentazzjoni tar-regoli tas-Suq Uniku għall-pagamenti onlajn, l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet elettroniċi siguri madwar l-Ewropa kollha (eż. il-fatturar elettroniku u l-firma diġitali), ir-riforma tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u l-kjarifika tar-rekwiżiti tal-VAT fejn xieraq, sabiex tiġi ġġenerata fiduċja fil-kummerċ elettroniku, tittejjeb il-kwalità tal-informazzjoni li tiġi fornuta lill-konsumaturi Ewropej dwar id-drittijiet tagħhom, u jiżguraw li l-istess livell ta’ protezzjoni jkun disponibbli għall-konsumaturi onlajn bħal dak li huma mdorrijin bih fis-swieq tradizzjonali tagħhom; |
39. |
Jenfasizza li r-rieżami tal-qafas ta' governanza ekonomika riċenti huwa opportunità kbira biex tħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom lejn is-Suq Uniku Diġitali li jfisser mhux biss aktar tkabbir u impjiegi, speċjalment fis-settur tal-SMEs u fost iż-żgħażagħ, iżda wkoll Unjoni Ewropea moderna u orjentata lejn il-futur; |
40. |
Jemmen li l-Istati Membri jridu jżidu l-isforzi tagħhom biex jimmodernizzaw l-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom, billi jipprovdu aktar servizzi diġitali u servizzi diġitali aħjar għaċ-ċittadini u l-impriżi, inaqqsu l-ispejjeż u jżidu l-effiċjenza, u jiffaċilitaw il-kooperazzjoni transkonfinali u jimplimentaw l-oqfsa tal-interoperabilità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi; |
41. |
Jenfasizza l-importanza tal-identifikazzjoni elettronika u tas-servizzi fiduċjarji biex jiżdied il-volum u l-kwalità tal-kummerċ elettroniku bil-ħsieb tat-tkabbir; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimplimentaw ir-regolament dwar it-tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern sal-1 ta’ Lulju 2016; |
42. |
Iqis it-titjib tal-ħiliet diġitali fl-Unjoni bħala prijorità assoluta; |
Il-moviment liberu tal-merkanzija
43. |
Jemmen li l-moviment liberu tal-merkanzija, il-kapital, is-servizzi u l-persuni għad għandu potenzjal mhux sfruttat kemm għan-negozji kif ukoll għaċ-ċittadini f’termini ta’ effiċjenza, tkabbir u ħolqien ta’ impjiegi; |
44. |
Itenni l-appoġġ tiegħu għal ftehimiet komprensivi ta’ kummerċ u ta’ investiment li jkunu jappoġġaw u jkunu kompatibbli mal-ħolqien ta’ impjiegi għall-ħaddiema Ewropej, li jkunu ta’ benefiċċju dirett għall-konsumaturi Ewropej, u jiftħu opportunitajiet ġodda għall-kumpaniji tal-UE, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), filwaqt li jirrispettaw l-istandards soċjali, ambjentali u tal-konsumatur, bħala mezz essenzjali biex jipprovdu opportunitajiet ġodda ta’ tkabbir; jesprimi l-fehma li l-Parlament irid ikun involut mill-qrib fin-negozjati dwar l-acquis tas-Suq Uniku u li kull modifika tal-leġiżlazzjoni eżistenti jew l-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida għandha tirrispetta b’mod sħiħ ir-rwol tal-Parlament bħala koleġiżlatur; |
45. |
Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-katina tal-valur tal-produzzjoni transkonfinali bħala fattur ewlieni għall-promozzjoni tal-kompetittività u t-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u t-tnaqqis tal-ostakoli eżistenti għall-kummerċ f’setturi li huma relattivament kbar iżda li mhumiex integrati biżżejjed biex jimmassimizzaw il-benefiċċji offruti mis-Suq Uniku; |
46. |
Jitlob li jiżdied il-monitoraġġ tal-ostakli fis-Suq Uniku għall-prodotti; |
Is-servizzi
47. |
Jenfasizza li għandhom jiġu inklużi azzjonijiet ta' politika speċifiċi fl-istrateġija Ewropa 2020, bil-għan li jiġu indirizzati l-ostakli fl-oqsma tas-settur tas-servizzi koperti mid-Direttiva dwar is-Servizzi, u, pereżempju, fis-servizzi finanzjarji, u li titqiegħed enfasi aktar espliċita fuq l-approfondiment tas-Suq Uniku; |
48. |
Jenfasizza li fis-settur tas-servizzi jeżisti potenzjal ta’ tkabbir sinifikanti u mhux sfruttat, kif jidher ċar mill-istimi fir-rapport “Il-Kost tan-Non-Ewropa fis-Suq Uniku” li jirreferu għal gwadann potenzjali ta’ bejn EUR 337 biljun u EUR 637 biljun; |
49. |
Huwa tal-fehma li, billi s-settur tas-servizzi huwa wieħed mill-oqsma bl-ikbar potenzjal ta’ tkabbir fl-UE, hemm bżonn li jissaħħu l-miżuri mmirati biex itejbu l-kompetittività fis-settur, inkluż il-kummerċ bl-imnut, u biex tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni għan-negozji, b’mod partikolari l-SMEs; jenfasizza l-importanza li jiġi ggarantit l-aċċess universali għas-servizzi pubbliċi għall-konsumaturi, il-familji u n-negozji kollha; |
50. |
Iqis li l-protezzjoni tal-konsumatur, l-għażla u l-kompetizzjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għandhom jiġu msaħħa, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-bżonnijiet differenti tal-konsumaturi, inklużi dawk l-aktar vulnerabbli; iqis li l-kapaċitajiet ta' għarfien finanzjarju tal-konsumaturi għandhom jiżdiedu, minħabba l-konfużjoni sinifikanti li tista' tinħoloq fir-rigward tal-prodotti finanzjarji u l-problemi li dan jista’ joħloq lill-konsumaturi individwali u lis-Suq Uniku; |
51. |
Itenni l-ħtieġa li jiġġeddu l-isforzi għall-ġlieda kontra l-frodi u l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa, u għalhekk jitlob li tingħata enfasi akbar fuq il-governanza fiskali tajba kemm fis-setturi privati kif ukoll publiċi fl-UE; Jenfasizza li r-rapport dwar “Il-Kost tan-Non-Ewropa” jindika li jista' jiġi ġġenerat iffrankar ta’ EUR 9 biljun kull sena permezz ta’ miżuri bħalma huma l-istandardizzazzjoni tal-fatturi elettroniċi u l-koordinazzjoni tas-sistemi fiskali transkonfinali; jilqa’ t-tħabbira tal-President tal-Kummissjoni ta’ skambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar deċiżjonijiet ta’ politika fiskali nazzjonali; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ u titjieb il-koordinazzjoni fiskali sabiex tiġi evitata l-kompetizzjoni inġusta u d-distorsjonijiet tas-suq u jiġi żgurat li jkun hemm opportunitajiet indaqs fis-Suq Uniku; |
52. |
Jilqa’ l-istqarrija li saret mill-Kummissjoni fir-rapport tal-SAT tagħha tal-2015 li “l-indirizzar tal-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-korrettezza u jippermetti lill-Istati Membri jiġbru d-dħul mit-taxxa li jkun dovut lilhom”; |
53. |
Jerġa' jafferma l-pożizzjoni tiegħu li għandu jkun hemm żieda fil-livell ġenerali ta' investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, sabiex tiġi stimolata l-innovazzjoni, filwaqt li ssir enfasi fuq il-livelli differenti ta’ investiment fl-Istati Membri; ifakkar lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li jinħoloq Suq Uniku ġenwin fl-għarfien, ir-riċerka u l-innovazzjoni u għall-ikkompletar taż-Żona Ewropea tar-Riċerka; jenfasizza li 85 % tal-fondi allokati għall-innovazzjoni huma attwalment użati esklussivament fuq bażi nazzjonali, mingħajr ebda kooperazzjoni transkonfinali, li tagħmilha impossibbli li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-valur miżjud fuq skala Ewropea; |
L-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet
54. |
Jilqa’ l-adozzjoni fl-2014 tad-direttivi dwar il-proċeduri tal-akkwist pubbliku u l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, li mmodernizzaw l-akkwist pubbliku fl-UE, u li jippromwovu s-sostenibbiltà tal-kuntratti pubbliċi; jenfasizza l-valur miżjud tad-direttiva dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, b’mod partikolari fejn jidħol l-iffaċilitar tal-proċeduri u li jsiru aktar trasparenti u li jiġu offruti aktar opportunitajiet lill-SMEs, biex b’hekk ikun possibbli li jsolvu l-problemi f’dawn il-kuntratti, jiżguraw iċ-ċertezza legali, il-flessibbiltà u t-trasparenza, u jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ infrastruttura ekonomika u servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja; |
55. |
Jinnota li l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet jeħtieġ li tiġi applikata bis-sħiħ u malajr sabiex jittejbu l-kwalità, l-effettività u t-trasparenza tal-investiment u tal-infiq pubbliku; |
56. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta' traspożizzjoni xierqa u fil-mument opportun tal-leġiżlazzjoni dwar l-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet; jenfasizza l-importanza tal-akkwist pubbliku u l-valur tas-sħubijiet għall-innovazzjoni bħala mutur ewlieni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, b’mod partikolari għall-SMEs, li hemm bżonn li jkunu appoġġjati permezz ta’ miżuri speċifiċi li jrawmu l-kompetizzjoni u l-innovazzjoni; |
L-acquis tal-konsumaturi
57. |
Jiddispjaċih li l-implimentazzjoni frammentata tal-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-konsumaturi tal-UE mill-Istati Membri tirriżulta f'differenzi fil-ħarsien tal-konsumaturi u fis-severità u fl-għażla taż-żmien tal-miżuri ta' infurzar meħuda; jikkunsidra li dan jillimita l-konsistenza u l-koerenza tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi fl-istess setturi jew bejn kanali ta' bejgħ differenti; |
58. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-implimentazzjoni u l-infurzar rapidi tal-leġiżlazzjoni bħad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur u d-dispożizzjonijiet dwar is-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim u s-Soluzzjoni Online għat-Tilwim, filwaqt li tiżgura t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi; jitlob li l-konsumaturi jingħataw protezzjoni adegwata b'konformità mas-suq tradizzjonali tagħhom fil-bejgħ transkonfinali u li tissaħħaħ il-protezzjoni tad-data fl-era diġitali, peress li dan se jgħin biex isaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi fix-xiri onlajn; jirrimarka l-importanza ta’ infurzar effettiv tad-drittijiet tal-konsumaturi onlajn u l-ħtieġa ta' mezzi affordabbli u effettivi ta’ rimedju f’każ ta’ tilwim; |
59. |
Jitlob li tittieħed azzjoni biex jitħeġġeġ il-konsum sostenibbli, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħajja utli ta’ prodott, u li jiġu miġġielda l-prattiki mmirati deliberatament sabiex jitnaqqas dak iż-żmien tal-utilità; jittama, f’dan ir-rigward, li l-Kummissjoni tfassal pjan ta’ azzjoni koerenti; |
60. |
Jenfasizza li d-Direttiva dwar id-drittijiet tal-konsumaturi rrappreżentat pass importanti ’l quddiem f'termini taż-żieda fiċ-ċertezza tad-dritt għall-konsumaturi u n-negozji fit-tranżazzjonijiet online, u llum din tikkostitwixxi l-istrument prinċipali għall-ħarsien tal-konsumaturi għas-servizzi onlajn; |
61. |
Jinnota li aktar gwadanji jistgħu jinkisbu minn titjib fil-funzjonament tas-Suq Uniku, bħall-istabbiliment tas-sistema tas-soluzzjoni online għat-tilwim (ODR) għal tilwim tal-konsumaturi, li jista' jiġġenera ffrankar ta’ madwar EUR 22 biljun. |
L-enerġija
62. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura suq intern li jiffunzjona b'aċċess mhux diskriminatorju għas-suq u livell għoli tal-ħarsien tal-konsumaturi, kif ukoll livelli adegwati tal-kapaċità ta' interkonnessjoni u adegwatezza tas-sistema; |
63. |
Itenni l-ħtieġa li tiżdied is-sigurtà tal-enerġija tal-Ewropa permezz tad-diversifikazzjoni tas-sorsi u r-rotot tal-enerġija u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi kkompletat, bħala prijorità, is-suq intern tal-enerġija u li jinġieb fi tmiemu l-iżolament tal-gżejjer tal-enerġija fi ħdan l-Unjoni Ewropea; |
64. |
Iqis li, sabiex jissaħħew it-tlestija tas-suq intern, l-integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinovabbli u s-sigurtà tal-provvista, l-Istati Membri jeħtieġu jiksbu mira minima ta' 10 % tal-kapaċità tal-interkonnessjoni tal-elettriku bħala kwistjoni ta' urġenza, u idealment jilħqu livell ta' 30 %; |
65. |
Iqis li l-liberalizzazzjoni tas-swieq tal-gass u l-elettriku hija fundamentali biex tingħata s-setgħa lill-konsumaturi, u jistieden lill-Kummissjoni tpoġġi lill-konsumaturi fiċ-ċentru tal-politika tagħha dwar is-suq intern tal-enerġija tal-UE; |
III. Strumenti għall-valutazzjoni tal-integrazzjoni tas-Suq Uniku u l-istrumenti ta' governanza
66. |
Jirrikonoxxi li t-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku tista' titqies bħala l-aħjar prattika għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-konformità tal-Istati Membri mal-obbligi tas-Suq Uniku, peress li tista' twassal għal titjib fost il-pajjiżi u proċessi biex jipprovaw ilaħħqu; jenfasizza, madankollu, li din it-tabella ta’ valutazzjoni ma tagħmel l-ebda dispożizzjoni għal għodod ta’ valutazzjoni tal-kwalità; jenfasizza l-importanza li jitjieb id-djalogu mal-Istati Membri u bejniethom biex jidentifikaw u jindirizzaw l-kumplessitajiet li qed jesperjenzaw fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-Suq Uniku; f'dan ir-rigward jistieden lill-Kummissjoni tgħin aħjar lill-Istati Membri, meta jressqu tali talba, bl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni kumplessa tas-Suq Uniku; |
67. |
Iqis, fir-rigward tal-prestazzjoni regolatorja tas-Suq Uniku, li jista' jiġi żviluppat indikatur kompost li jkejjel il-lakuna tas-Suq Uniku, jiġifieri l-piż addizzjonali li jġarrbu ċ-ċittadini u l-impriżi f'attivitajiet transkonfinali minħabba n-nuqqas ta' regoli li jirregolaw is-Suq Uniku; jinsisti li tali indikatur għandu jiffaċilita l-iżvilupp ta' konklużjonijiet li jistgħu jirriżultaw f'rakkomandazzjonijiet politiċi għall-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri; |
68. |
Iqis it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Aġenda Diġitali bħala għodda importanti biex tevalwa l-progess li sar mill-Istati Membri f'dan il-qasam; jemmen li l-indiċi kompost biex ikejjel il-lakuna tas-Suq Uniku għandu jinkorpora lil dik it-tabella; |
69. |
Jistieden lill-Kummissjoni tqis l-inklużjoni fil-korp tal-proposti tagħha għall-istrumenti legali fil-qasam tas-Suq Uniku l-obbligu li twettaq rieżami sistemiku tat-traspożizzjoni, il-konformità, l-effettività u l-idoneità għall-iskop tal-istrumenti legali, inklużi metodoloġija u kriterji għal dan ir-rieżami; jemmen li tali metodoloġija u kriterji jippermettu valutazzjoni aħjar ta' jekk l-istrumenti legali humiex trasposti, implimentati u infurzati sewwa, u wkoll jekk u sa liem punt jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tagħhom u kif inhuma adatti għall-iskop tagħhom; |
70. |
Jappoġġja l-ħolqien ta' Suq Uniku abbażi tal-iżvilupp ta' ekonomija inklussiva, effiċjenti fir-riżorsi u bbażata fuq l-għarfien, inklużi miżuri li jħeġġu kull tip ta' innovazzjoni fit-teknoloġiji sostenibbli, jibbilanċjaw l-interessi tal-konsumaturi u tan-negozji, u jtejbu l-mekkaniżmu informali għal soluzzjoni tal-problemi tas-Suq Uniku, bħas-SOLVIT, filwaqt li jtejbu wkoll l-għarfien pubbliku tal-punti ta' kuntatt uniku sabiex il-pubbliku jista' jsir aktar konxju tal-opportunitajiet disponibbli biex jiġġeneraw it-tkabbir u l-impjiegi fis-Suq Uniku; |
71. |
Jirrikonoxxi ż-żieda kontinwa fl-użu tal-portali L-Ewropa Tiegħek u Pariri tal-Ewropa Tiegħek, li għandhom ikunu kapaċi jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lil kull min jgħix, jaħdem jew jistudja fl-Istati Membri fl-UE, jew jivvjaġġa bejniethom; |
72. |
Jilqa' l-fatt li d-defiċit medju ta' traspożizzjoni fl-Istati Membri niżel aktar mil-limitu ta' 1 % miftiehem mill-Kunsill Ewropew u laħaq 0,6 %, li jirrappreżenta l-aħjar riżultat irreġistrat minn meta nħolqot it-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku; jenfasizza li l-prinċipju ta’ tolleranza żero fir-rigward tat-traspożizzjoni tar-regolamenti tal-UE għandu jkun regola fundamentali kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-Unjoni; |
73. |
Jinnota li l-implimentazzjoni xierqa u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE huma kruċjali għall-ikkompletar tas-Suq Uniku; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu determinat mis-setgħat kollha tagħha biex tilħaq dan l-għan, u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jżidu l-isforzi tagħhom biex jinfurzaw il-leġiżlazzjoni tas-Suq Uniku u biex jissorveljaw dan l-infurzar, fost l-oħrajn permezz ta’ spezzjonijiet regolari (sweeps), filwaqt li dejjem jirriflettu fuq problemi dwar l-implimentazzjoni u jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tkun aktar effiċjenti, u li l-valutazzjonijiet ex post jintużaw b'mod aktar estensiv u effettiv; jitlob monitoraġġ akbar tal-effettività tad-drittijiet tal-konsumatur fl-ambjent diġitali, b’mod partikolari minħabba l-ħeffa li biha l-ksur tal-leġiżlazzjoni tal-konsumaturi jistgħu jinfirxu f’dak l-ambjent; |
74. |
Ifakkar, madankollu, li l-proċess tal-proċedimenti ta' ksur wera għadd ta' limitazzjonijiet fir-rigward tal-indirizzar b'mod rapidu u l-korrezzjoni tan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni u fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tas-Suq Uniku; jistieden lill-Istati Membri jaħdmu b'mod aktar effikaċi mal-Kummissjoni biex isolvu l-każijiet b'aktar ħeffa; |
75. |
Jirrikonoxxi li n-nuqqas ta' implimentazzjoni jista' jkun ir-riżultat ta' kumplessitajiet fl-abbozzar inizjali; għalhekk jenfasizza l-ħtieġa li kemm il-leġiżlazzjoni primarja kif ukoll dik sekondarja jsegwu l-prinċipji tar-regolazzjoni aħjar kullimkien, u jużaw konsultazzjoni, valutazzjonijiet tal-impatt u rieżamijiet wara l-implimetazzjoni li jkunu xierqa; |
76. |
Jinsisti, barra minn hekk, li għandu jsir kull sforz biex ikun żgurat li jsir użu aktar effettiv tal-proċedimenti ta' ksur għal ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tas-Suq Uniku, u li l-Istati Membri u l-Kunsill Ewropew għandhom ikomplu jiżviluppaw aktar il-proċedimenti ta' ksur fil-qafas tar-reviżjonijiet futuri tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; Hu tal-fehma, madankollu, li l-proċeduri ta’ ksur għandhom jiġu dejjem fl-aħħar istanza u għandhom jinfetħu biss wara li jkunu saru diversi tentattivi ta’ koordinazzjoni u rettifika; |
o
o o
77. |
Jagħti istruzzjonijiet ill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Kunsill Ewropew, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0054.
(2) Testi adottati, P7_TA(2014)0130.
(3) Testi adottati, P8_TA(2014)0038.
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/109 |
P8_TA(2015)0070
Il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal fuq l-internet
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 dwar l-abbuż sesswali tat-tfal online (2015/2564(RSP))
(2016/C 316/12)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta' Novembru 1989, u l-Protokolli tagħha, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 7, 8, 47, 48 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità, tat-23 ta' Novembru 2001, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tat-Tfal kontra l-Isfruttament Sesswali u l-Abbuż Sesswali, tal-25 ta' Ottubru 2007, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (1), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Europol tal-2014 dwar il-Valutazzjoni tat-Theddida mill-Kriminalità Organizzata ffaċilitata mill-Internet (iOACTA), |
— |
wara li kkunsidra l-Kumment Ġenerali Nru 14 (2013) tal-Kumitat dwar id-Drittijiet tat-Tfal tan-NU rigward id-dritt tat-tfal li jkollhom l-aħjar interessi tagħhom meqjusa bħala kunsiderazzjoni primarja, |
— |
wara li kkunsidra l-Aġenda tal-UE għad-Drittijiet tat-Tfal, adottata fi Frar 2011, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Novembru 2014 dwar il-25 anniversarju tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (2), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Post Speċjali għat-Tfal fl-Azzjoni Esterna tal-UE” (COM(2008)0055), |
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal, |
— |
wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għall-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin (2012-2016), b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-finanzjament tal-iżvilupp ta' linji gwida dwar sistemi ta' protezzjoni tat-tfal u l-iskambju tal-aħjar prattiki, |
— |
wara li kkunsidra d-dibattitu fis-sessjoni plenarja tiegħu tat-12 ta' Frar 2015 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal fuq l-internet, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal, inklużi l-immaġnijiet ta' abbuż tat-tfal, jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari d-dritt tat-tfal għall-protezzjoni u l-kura meħtieġa għall-benesseri tagħhom, kif previst fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; |
B. |
billi l-aħjar interessi tat-tfal jeħtieġ ikunu kunsiderazzjoni primarja meta titwettaq kwalunkwe miżura biex jiġu miġġielda dawn ir-reati, f'konformità mal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal; |
C. |
billi reati kriminali serji bħall-isfruttament sesswali tat-tfal u l-immaġnijiet ta' abbuż tat-tfal jeħtieġu approċċ komprensiv li jkopri l-investigazzjoni ta' reati, il-prosekuzzjoni tat-trasgressuri, il-protezzjoni ta' vittmi tfal u l-prevenzjoni ta' dan il-fenomenu; |
D. |
billi l-internet jista' jesponi lit-tfal għal riskji speċifiċi, billi dawn ikunu jistgħu jiksbu aċċess, jew ikunu suġġetti, għal materjal ta' sfruttament sesswali tat-tfal, jew ikunu suġġetti għal ċiberpredaturi, għall-iskambju ta' materjal dwar vjolenza, intimidazzjoni, bullying jew grooming; billi dan l-esponiment tat-tfal għal riskji ta' dan it-tip ikompli jikber minħabba l-użu mifrux tat-teknoloġija mobbli u l-internet, u l-aċċess għaliha; |
E. |
billi l-ġlieda kontra l-abbuż tat-tfal fuq l-internet għandha tiġi integrata fi strateġija usa' li tindirizza l-fenomenu globali ta' abbuż sesswali u sfruttament tat-tfal, li xorta hija prinċipalment relatata ma' reati offline imwettqa permezz ta' netwerks u individwi li jaġixxu intenzjonalment barra l-qasam tal-internet; |
F. |
billi fl-ambjent online l-isfruttament sesswali jista' jieħu diversi forom, b'żgħażagħ li jiġu konvinti, jew sfurzati jibagħtu jew jitfgħu fuq l-internet immaġnijiet sesswalment espliċiti tagħhom, jieħdu sehem f'attivitajiet sesswali permezz ta' webcam jew smartphone, jew ikollhom konverżazzjonijiet sesswali permezz ta' test jew online, li jfisser li dawk li jabbużaw u ċ-ċiberpredaturi jistgħu jheddu li jibagħtu l-immaġnijiet, il-videos jew kopji ta' konverżazzjonijiet lill-ħbieb u l-familja tal-persuna żagħżugħa sakemm dawn ma jeħdux sehem f'attività sesswali ulterjuri; billi l-immaġnijiet u/jew il-videos jistgħu jkomplu jinxterdu għal żmien twil wara li l-abbuż sesswali jkun waqaf u jibqgħu disponibbli liberament biex kulħadd jarahom online, u b'hekk jibqa' riskju kostanti li l-vittmi jerġgħu jiġu vittimizzati u stigmatizzati; |
G. |
billi l-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jipprevjenu kontenut illegali mhux dejjem kienu effettivi biżżejjed; |
H. |
billi l-għodod investigattivi magħmula disponibbli għal dawk responsabbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' abbuż sesswali tat-tfal online għandhom iqisu, inter alia, il-prinċipju tal-proporzjonalità u n-natura u s-serjetà tar-reati li jkunu qed jiġu investigati, f'konformità mad-dritt tal-UE u tal-Istati Membri; |
I. |
billi l-protezzjoni ta' minuri fid-dinja diġitali jeħtieġ li tiġi indirizzata billi l-industrija tieħu inizjattivi sabiex tassumi r-responsabilità li taqsam ma' oħrajn, inkluż permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ għat-tfal, il-ġenituri u l-għalliema bil-ħsieb li l-minuri jinżammu milli jkollhom aċċess għal kontenut illegali; |
J. |
billi, minħabba n-natura internazzjonali tagħhom, l-isfruttament tat-tfal u l-isfruttament sesswali tat-tfal online, li huma mifruxa f'mijiet ta' pajjiżi u l-ġuriżdizzjonijiet legali tagħhom u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, jikkostitwixxu problema internazzjonali li teħtieġ soluzzjoni internazzjonali; billi jeħtieġ jitqajjem tħassib dwar traffikanti tal-bnedmin li jużaw tfal mingħajr identità legali, li huma “inviżibbli” għall-awtoritajiet, għal abbuż sesswali online; |
K. |
billi, minħabba n-natura tad-delitt u l-età tal-vittmi, ħafna mill-oqsma fejn hemm sfruttament u abbuż sesswali tat-tfal – fi grad ħafna ogħla minn forom oħra ta' kriminalità – ibatu minn nuqqas kroniku ta' rappurtar lill-awtoritajiet ta' infurzar tal-liġi; billi, għalhekk, id-data disponibbli dwar l-għadd ta' delitti mwettqa ma tirriflettix b'mod preċiż il-kobor tal-problema; billi, skont informazzjoni pprovduta minn NGOs rigward paġni tal-internet li fihom materjal ta' abbuż ta tfal, 'il fuq minn 80 % tal-vittmi huma iżgħar minn għaxar snin; billi d-data mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali ta' Hotlines tal-Internet turi żieda fin-numru ta' tfal ta' età bikrija vittmi ta' abbuż sesswali u taħt abbuż ta' natura estrema u sadistika; |
L. |
billi għadd kbir ta' trasgressuri jużaw Darknet, fejn stabbilixxew komunitajiet anonimi bl-użu ta' fora moħbija, servizzi tal-websajts, pjattaformi ta' networking soċjali u fornituri tal-ħżin iddedikati għal materjal ta' abbuż tat-tfal, biex b'hekk jippermettu u jiffaċilitaw sfruttament sesswali tat-tfal prattikament intraċċabbli; |
M. |
billi ħafna kriminali jużaw miżuri difensivi bħall-kriptaġġ u għodod oħra biex jipproteġu l-attivitajiet tagħhom b'mod sikur, u dan jirrappreżenta sfida serja għall-investigazzjonijiet tal-infurzar tal-liġi; |
N. |
billi l-NGOs jiżvelaw li sempliċement tmienja mid-distributuri fl-ogħla livell kienu responsabbli għal 513-il ditta ta' distribuzzjoni kummerċjali ta' materjal ta' abbuż tat-tfal fl-2012, u li l-aktar għaxar ditti prolifiċi rreġistrati fl-2012 kienu kollha assoċjati ma' distributur wieħed tal-ogħla livell; |
O. |
billi d-Direttiva 2011/93/UE dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija kellha tiġi trasposta mill-Istati Membri sat-18 ta' Diċembru 2013, u billi s'issa inqas minn nofs l-Istati Membri implimentawha kompletament; |
1. |
Jenfasizza bil-qawwa li l-protezzjoni tat-tfal u l-garanzija ta' ambjent sikur għall-iżvilupp tagħhom huma wieħed mill-objettivi primarji tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha; |
2. |
Jenfasizza bl-aktar mod qawwi li d-drittijiet u l-protezzjoni tat-tfal online għandhom jiġu ssalvagwardjati, u li jeħtieġ jittieħdu passi biex jiġi żgurat li kwalunkwe kontenut illeċitu jitneħħa minnufih u jiġi rrappurtat lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, u li jkun hemm biżżejjed strumenti legali għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tat-trasgressuri; |
3. |
Huwa tal-fehma li jeħtieġ li d-data personali tat-tfal fuq l-internet tkun imħarsa kif jixraq u li t-tfal ikunu informati b'mod faċli u adattat għalihom dwar ir-riskji tal-użu tad-data personali tagħhom fuq l-internet u l-konsegwenzi ta' dan; jissottolinja l-bidliet importanti li r-riforma tal-protezzjoni tad-data se ġġib sabiex tipproteġi ulterjorment id-drittijiet tat-tfal online; |
4. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ Ewropew komprensiv u kkoordinat sabiex tiġi żgurata konsistenza fit-tfassil tal-politika u l-azzjoni riżultanti, li jinkludi l-ġlieda kontra l-kriminalità flimkien mad-drittijiet fundamentali, il-privatezza, il-protezzjoni tad-data, iċ-ċibersigurtà, il-protezzjoni tal-konsumatur u l-kummerċ elettroniku; |
5. |
Iqis li għandhom jittieħdu aktar passi biex jiġi miġġieled is-cyber grooming, u li l-Kummissjoni, flimkien mal-gvernijiet nazzjonali, is-soċjetà ċivili, il-kumpaniji tal-midja soċjali, il-ġenituri, l-għalliema, il-ħaddiema soċjali, l-uffiċjali tal-ħarsien tat-tfal, il-pedjatri u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u t-tfal jeħtiġilhom jiżvolġu rwol attiv biex iqajmu kuxjenza dwar din il-kwistjoni permezz ta' linji gwida definiti, l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-ħolqien ta' pjattaformi soċjali għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni dwar dan is-suġġett bil-ħsieb li jiġu identifikati r-riskji u t-theddidiet potenzjali għat-tfal; |
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu bidu għal kampanja ta' sensibilizzazzjoni, bl-involviment tal-atturi kollha relevanti, biex jagħtu s-setgħa lit-tfal u jappoġġjaw lill-ġenituri u lill-edukaturi biex jifhmu u jittrattaw ir-riskji online u jipproteġu s-sikurezza tat-tfal online, biex jingħata appoġġ lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu programmi ta' prevenzjoni tal-abbuż sesswali online, biex jippromwovu kampanji ta' sensibilizzazzjoni dwar imġiba responsabbli fil-midja soċjali, u biex jinkoraġġixxu l-magni tat-tiftix ewlenin u n-netwerks tal-midja soċjali biex jieħdu approċċ proattiv fil-protezzjoni tas-sikurezza tat-tfal online; |
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex itejbu u jsaħħu r-rappurtar mit-tfal dwar abbuż, kif ukoll l-azzjoni meħuda b'reazzjoni għal tali rappurtar, u jikkunsidraw iwaqqfu mekkaniżmi diretti sistematiċi ta' rappurtar; jappoġġja l-iżvilupp ta' hotlines għat-tfal fejn huma jistgħu jiddenunzjaw l-abbużi b'mod anonimu; |
8. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jitjiebu l-kooperazzjoni internazzjonali u l-investigazzjonijiet transnazzjonali f'dan il-qasam permezz ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni, u biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, inkluż permezz tal-Europol u ċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (EC3), bil-għan li jinvestigaw, iżarmaw u jħarrku n-netwerks ta' min iwettaq reati sesswali fuq it-tfal b'mod aktar effettiv, filwaqt li jipprijoritizzaw id-drittijiet u s-sikurezza tat-tfal involuti; |
9. |
Jilqa', f'dan ir-rigward, l-inizjattiva konġunta tal-UE u 55 pajjiż minn madwar id-dinja – miġbura fl-Alleanza Globali kontra l-Abbuż Sesswali tat-Tfal Online – bil-għan li jsalvaw aktar vittmi, tiġi żgurata prosekuzzjoni aktar effettiva, tiżdied is-sensibilizzazzjoni u li jinkiseb tnaqqis ġenerali fl-ammont ta' materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal disponibbli online; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta b'mod aktar regolari dwar il-progress li sar permezz ta' din l-Alleanza; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw dawn ir-rakkomandazzjonijiet fil-livell nazzjonali; |
10. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex irawmu u jsaħħu r-riżorsi ddedikati għall-identifikazzjoni tal-vittmi u s-servizzi mibnija madwar il-vittmi, u jitlob it-twaqqif ta' pjattaformi relatati b'mod urġenti u t-tisħiħ tal-pjattaformi eżistenti fi ħdan il-Europol; |
11. |
Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw id-Direttiva 2012/29/UE li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità; |
12. |
Jemmen li huwa essenzjali li tintuża terminoloġija korretta għad-delitti kontra t-tfal, inkluża d-deskrizzjoni ta' immaġnijiet ta' abbuż sesswali tat-tfal, u biex jintuża t-terminu xieraq ta' “materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal” pjuttost milli “pornografija tat-tfal”; |
13. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jallokaw riżorsi b'mod xieraq lill-punti nazzjonali ta' kuntatt sabiex dawn ikunu jistgħu jirrappurtaw kontenut u mġiba kriminali u dannużi online, kif previst fid-Direttiva 2011/93/UE dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija; |
14. |
Ifakkar li l-Istati Membri huma meħtieġa jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-persuni li jkollhom il-biża' li jistgħu jikkommettu kwalunkwe wieħed mill-offiżi relatati mal-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali jkollhom aċċess, fejn xieraq, għal programmi jew miżuri effettivi ta' intervent imfassla biex jevalwaw u jipprevjenu r-riskju li tali offiżi jitwettqu; |
15. |
Jitlob li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u l-Europol jiġu pprovduti bil-fondi, ir-riżorsi umani, is-setgħat investigattivi u l-kapaċitajiet tekniċi meħtieġa biex jindirizzaw, jinvestigaw u jħarrku b'mod serju u effettiv lit-trasgressuri, inkluż taħriġ xieraq għall-bini tal-kapaċità fil-ġudikatura u fl-unitajiet tal-pulizija, u jiżviluppaw kapaċitajiet ġodda ta' teknoloġija għolja biex jindirizzaw l-isfidi tal-analiżi ta' ammonti vasti ta' immaġnijiet ta' abbuż tat-tfal, inkluż materjal moħbi fuq id-“darkweb”, sabiex jirrintraċċaw u jħarrku t-trasgressuri sabiex jipproteġu s-sikurezza u d-drittijiet tat-tfal; |
16. |
Jinnota bi tħassib l-iżvilupp u l-espansjoni ta' xejriet ta' sfruttament sesswali kummerċjali tat-tfal online, fosthom mezzi ġodda ta' distribuzzjoni u tranżazzjoni għal materjali ta' abbuż tat-tfal, b'mod partikolari permezz tad-Deep Web u d-Darknet, u b'mod partikolari l-fenomenu ta' live streaming ta' abbuż għall-ħlas; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għalhekk, biex ikomplu jimpenjaw ruħhom ma' rappreżentanti ta' sistemi ta' pagament alternattivi biex jidentifikaw opportunitajiet għal kooperazzjoni aħjar mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, inkluż taħriġ komuni għall-identifikazzjoni aħjar tal-proċessi ta' pagament marbuta mad-distribuzzjoni kummerċjali ta' materjal ta' abbuż tat-tfal; |
17. |
Jitlob li jkun hemm approċċ ta' kollaborazzjoni u skambju ta' informazzjoni legali effettivi bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, l-awtoritajiet ġudizzjarji, l-industrija tal-ICT, il-Fornituri tas-Servizz tal-Internet (ISPs), l-internet host providers (IHPs), il-kumpaniji tal-midja soċjali, is-settur bankarju u l-NGOs, inklużi l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u t-tfal, bil-għan li jiżguraw li d-drittijiet u l-protezzjoni tat-tfal online jiġu ssalvagwardjati u li kwalunkwe kontenut illeċitu jitneħħa immedjatament u jiġi rrappurtat lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, li għandhom jirrappurtaw regolarment dwar l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tagħhom abbażi ta' din l-informazzjoni relevanti, fejn ikun xieraq; jilqa', f'dan ir-rigward, il-Koalizzjoni CEO biex l-internet ikun post aħjar għat-tfal, kif ukoll il-ħidma tal-Koalizzjoni Finanzjarja Ewropea kontra l-Isfruttament Sesswali Kummerċjali tat-Tfal fuq l-Internet (EFC); |
18. |
Jenfasizza li l-kontenut illegali online għandu jitneħħa immedjatament abbażi ta' proċess legali dovut; jissottolinja r-rwol tal-ICT, l-ISPS u l-IHPs biex jiżguraw it-tneħħija rapida u effiċjenti ta' kontenut illegali online fuq talba ta' awtorità responsabbli għall-infurzar tal-liġi; |
19. |
Iħeġġeġ bil-qawwa lil dawk l-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan biex jittrasponu d-Direttiva 2011/93/UE dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tissorvelja strettament l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tagħha u biex tirrapporta lura lill-Parlament u lill-Kumitat responsabbli tiegħu fil-ħin dwar ir-riżultati miksuba; |
20. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern sabiex ikompli jimmonitorja l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/93/UE u jwettaq analiżi fil-fond tal-qafas ta' politika attwali dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal, fil-forma ta' rapport ta' implimentazzjoni dwar id-Direttiva 2011/93/UE, u biex jirrapporta dwar dan lill-plenarja; |
21. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1.
(2) Testi adottati, P8_TA(2014)0070.
Il-Ħamis 12 ta’ Marzu 2015
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/113 |
P8_TA(2015)0071
Attakki u sekwestri reċenti minn ISIS/Da'esh fil-Lvant Nofsani, b'mod partikolari ta' Assirjani
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2015 dwar l-attakki u ħtif reċenti minn ISIS/Da'esh fil-Lvant Nofsani, b'mod partikolari tal-Assirjani (2015/2599(RSP))
(2016/C 316/13)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 18 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR) tal-1948, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR) tal-1950, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 18 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Intolleranza u ta' Diskriminazzjoni abbażi tar-Reliġjon u t-Twemmin tal-1981, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni li jappartjenu għal minoranzi nazzjonali, etniċi, reliġjużi jew lingwistiċi tal-1992, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali tan-NU għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha kontra l-Għejbien Furzat, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Iraq, is-Sirja, il-Libja u l-Eġittu, b'mod partikolari dik tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar każijiet reċenti ta' vjolenza u persekuzzjoni kontra l-Insara, partikolarment f'Maaloula (Sirja) u Peshawar (Pakistan) u l-każ tal-Pastor Saeed Abedini (Iran) (1), dik tat-18 ta' Settembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Iraq u fis-Sirja u l-offensiva IS, inkluża l-persekuzzjoni tal-minoranzi (2), u dik tat-12 ta' Frar 2015 dwar il-kriżi umanitarja fl-Iraq u s-Sirja, b'mod partikolari fil-kuntest tal-IS (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar vjolenza u persekuzzjoni kontra l-Insara u komunitajiet oħra fil-Lvant Nofsani, b'mod partikolari dik tas-16 ta' Frar 2015 dwar id-dekapitazzjoni ta' 21 Nisrani Kopt Eġizzjan fil-Libja, |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u tal-VP/RGħ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar elementi ta' strateġija reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll it-theddida minn ISIS/Da'esh, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-25 ta' Frar 2015 li tikkundanna l-ħtif ta' aktar minn 100 Assirjan mill-ISIS/Da'esh, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni ta' Inkjesta Internazzjonali Indipendenti tan-NU dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana, intitolat 'Rule of Terror: Living under ISIS/Da'esh in Syria' (Ħakma tat-Terrur: il-ħajja taħt l-ISIS/Da'esh fis-Sirja), tal-14 ta' Novembru 2014, |
— |
wara li kkunsidra r-rapporti annwali u rapporti interim tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-promozzjoni tad-demokrazija u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet ċivili huma prinċipji u għanijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea u jikkostitwixxu bażi komuni għar-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi; |
B. |
billi, skont id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u, b'mod partikolari, l-Artikolu 18 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, kulħadd għandu d-dritt għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon; billi dan id-dritt jinkludi l-libertà li wieħed jidbel ir-reliġjon jew it-twemmin, individwalmet jew f'komunità ma' oħrajn u li, fil-pubbliku jew fil-privat, jimmanifesta r-reliġjon jew it-twemmin tiegħu bil-kult, l-osservanza, il-prattika u t-tagħlim; billi, skont il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin tkopri kull twemmin, inkluż it-twemmin teistiku, nonteistiku u ateistiku; |
C. |
billi l-Unjoni Ewropea ripetutement esprimiet l-impenn tagħha favur il-libertà tal-ħsieb, il-libertà tal-kuxjenza u l-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin, u enfasizzat li l-gvernijiet għandhom dmir jiggarantixxu dawn il-libertajiet madwar id-dinja kollha; |
D. |
billi n-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rrapurtaw vjolazzjonijiet serji u mifruxa tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi umanitarja internazzjonali mwettqa mill-ISIS/Da'esh u minn gruppi assoċjati fis-Sirja u fl-Iraq, b'mod partikolari kontra gruppi etniċi u reliġjużi minoritarji, inkluż permezz ta' qtil immirat, konverżjonijiet furzati, ħtif, bejgħ tan-nisa, tjassir tan-nisa u t-tfal, reklutaġġ tat-tfal għal attakki suwiċida bil-bombi, abbuż sesswali u fiżiku u tortura; billi hemm preokkupazzjonijiet serji dwar il-benessri ta dawk li għadhom maqbuda f'żoni kkontrollati mill-forzi tal-ISIS/Da'esh, minħabba li dawn iż-żoni ma jintlaħqu minn kważi l-ebda assistenza umanitarja internazzjonali; |
E. |
billi l-grupp ISIS/Da'esh beda kampanja biex jeqred kull traċċa ta' komunitajiet reliġjużi u ta' twemmin għajr dawk li jirrappreżentaw l-interpretazzjoni tagħha stess tal-Iżlam, permezz tal-qtil jew it-tkeċċija ta' dawk li jappartjenu għal dawk il-komunitajiet u l-qerda tal-postijiet sagri, siti storiċi u artefatti tagħhom, inkluż wirt uniku u insostitwibbli rikonoxxut mill-UNESCO bħala Wirt Dinji u deskritt bħala 'tindif' minn din l-organizzazzjoni; |
F. |
billi fiż-żoni taħt il-kontroll tiegħu, l-ISIS/Da'esh qed jagħmel ħsara inaċċettabbli u irreparabbli lil ċiviltajiet millenari; billi, notevolment fl-Iraq u fis-Sirja, iżda wkoll f'partijiet oħra tal-Lvant Nofsani usa', is-sitwazzjoni li qed iħabbtu wiċċhom magħha l-komunitajiet Insara hija tali li tipperikola l-istess eżistenza tagħhom, u billi l-għejbien tagħhom, jekk iseħħ, ikun ifisser li l-pajjiżi kkonċernati jitilfu parti sinifikanti mill-wirt reliġjuż tagħhom; |
G. |
billi l-grupp ISIS/Da' esh għandu fil-mira tiegħu l-Insara, il-Yazidi, it-Turkmeni, ix-Xi'iti, ix-Shabak, il-Kaka'e, is-Sabej s-Sunniti li ma jaqblux mal-interpretazzjoni tiegħu tal-Iżlam, kif ukoll minoranzi etniċi u reliġjużi oħrajn, iżda billi wħud minn dawn il-komunitajiet kienu diġà sfaw fil-mira ta' estremisti ferm qabel l-avvanz tal-ISIS/Da'esh; billi l-Insara b'mod partikolari nżammu deliberatament fil-mira, għal ħafna snin, minn diversi gruppi estremisti jew ġiħadisti, b'tali mod li aktar minn 70 % tal-Insara mill-Iraq u aktar minn 700 000 Nisrani Sirjan kellhom jaħarbu minn pajjiżhom; |
H. |
billi fl-Iraq il-250 000 Kaldew/Assirjan/Sirjak jikkostitwixxu grupp etnoreliġjuż distint, u billi huwa stamat li sa 40 000 Assirjan kienu jgħixu fis-Sirja qabel ma fl-2011 faqqgħet il-gwerra ċivili fil-pajjiż; |
I. |
billi fil-15 ta' Frar 2015 l-ISIS/Da'esh ħareġ vidjo li juri d-dekapitazzjoni ta' 21 Nisrani Kopt Eġizzjan fil-Libja; billi l-Kopti, li kienu ħaddiema migranti minn parti fqira tal-Eġittu, kienu nħatfu f'Sirte, il-Libja; |
J. |
billi fit-23 ta' Frar 2015 madwar 220 Assirjan inħatfu mill-ISIS/Da'esh ħdejn Tell Tamer fuq ix-xatt tan-Nofsinhar tax-xmara Khabur fil-Grigal tas-Sirja; billi matul l-istess kampanja l-estremisti qerdu wkoll proprjetajiet u postijiet sagri tal-Insara; billi għexieren ta' Assirjani nqatlu matul l-attakk tal-IS; billi huwa rrapurtat li l-IS ħareġ dikjarazzjoni fi Frar 2015, li fiha talab lill-villaġġi Assirjani fil-provinċja Sirjana ta' Hasaka biex iħallsu l-ġiżja – taxxa fuq dawk li mhumiex Musulmani li tmur lura għall-ħakma Iżlamika bikrija u li ġiet abolita fl-1856 fl-Imperu Ottoman kollu kemm hu – jikkonvertu għall-Iżlam jew inkella jinqatlu; billi attakki maġġuri mill-ISIS/Da'esh fuq bliet tal-Insara Assirjani fl-inħawi tax-xmara Khabur ilhom jiġu rappurtati mid-9 ta' Marzu 2015; |
K. |
billi mill-1 ta' Marzu 2015 l-ISIS/Da'esh ħeles bosta tużżani ta' Assirjani, l-aktar tfal żgħar u xjuħ, wara negozjati ma' mexxejja tribali, iżda billi l-biċċa l-kbira tal-Assirjani għadhom miżmuma priġunieri u t-terroristi heddew li joqtluhom jekk il-bumbardament mill-ajru mill-forzi tal-koalizzjoni ma jiqafx; |
L. |
billi, bħala parti minn politika deliberata ta' tindif kulturali u reliġjuż, l-IS, skont rapporti, qered aktar minn 100 knisja fl-Iraq, u tal-anqas 6 knejjes fis-Sirja, kif ukoll għadd ta' moskej Xi'iti fl-Iraq; billi fi Frar 2015, ġellieda tal-IS deliberatament ippubbliċizzaw il-qerda li wettqu ta' statwi u artefatti oħra fil-Mużew ta' Mosul, wirt minn żmien l-imperi antiki tal-Assirja u ta' Akkad; billi l-IS wara deliberatament ħarbat bil-bulldozers il-belt antika Assirjana ta' Nimrud u, fl-aktar att reċenti, allegatament qered Hatra, Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO; billi saru rapporti li r-reġim Sirjan ibbumbardja bl-artillerija knejjes fi nħawi kkontrollati mill-oppożizzjoni, pereżempju f'Homs fl-2012 u f'Idlib fl-2013; |
M. |
billi l-grupp ISIS/Da'esh għadu jippersegwita, jimmanka u joqtol, kultant b'modi krudili u inimmaġinabbli, membri ta' minoranzi etniċi u reliġjużi, ġurnalisti, priġunieri tal-gwerra, attivisti u oħrajn; billi reati tal-gwerra u vjolazzjonijiet oħra tal-liġi internazzjonali umanitarja u tad-drittijiet tal-bniedem għadhom jitwettqu wkoll, ta' kuljum u fuq skala massiva, minn partijiet oħra fil-kunflitt, inkluż b'mod partikolari mir-reġim ta' Assad; |
N. |
billi wieħed mill-għeruq tal-vjolenza tal-ISIS/Da'esh huwa s-Salafiżmu, b'mod partikolari l-interpretazzjoni Wahhabija tal-Iżlam; |
1. |
Huwa xxukkjat u mnikket bl-azzjonijiet brutali mill-estremisti tal-ISIS/Da'esh kontra l-Assirjani fis-Sirja u l-Kopti fil-Libja, u jikkundannahom bl-akbar qawwa; jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-familji tal-vittmi u mal-komunità Nisranija Assirjana fis-Sirja u dik tal-Insara Kopti fl-Eġittu, kif ukoll ma' kull grupp u individwu ieħor affettwat mill-vjolenza tal-ISIS/Da'esh; |
2. |
Jikkundanna bil-qawwa l-ISIS/Da'esh u l-abbużi gravissmi tad-drittijiet tal-bniedem li jwettaq u li jammontaw għal delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra skont l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI), u li jistgħu jissejħu ġenoċidju; huwa mħasseb għall-aħħar dwar il-fatt li l-ISIS/Da'esh għandu fil-mira tiegħu, deliberatament, l-Insara, il-Yazidi, it-Turkmeni, ix-Xi'iti, ix-Shabak, il-Kaka'e, is-Sabej s-Sunniti li ma jaqblux mal-interpretazzjoni tiegħu tal-Iżlam, bħala parti mill-attentati tiegħu biex jeqred kull minoranza reliġjuża miż-żoni li jaħkem; jissottolinja li jeħtieġ li ma jkun hemm l-ebda impunità għal min iwettaq dawn l-atti u li dawk responsabbli għandhom jiġu riferiti lill-QKI; ifakkar, f'dan il-kuntest, il-ħtif mhux solvut tal-Isqfijiet Yohanna Ibrahim u Paul Yazigi minn ribelli armati fil-Provinċja ta' Aleppo, is-Sirja, fit-22 ta' April 2013; |
3. |
Jikkundanna, barra minn hekk, l-attentati biex l-ISIS/Da'esh jesporta l-ideoloġija u l-vjolenza estremista u totalitarja tiegħu lejn pajjiżi oħra fir-reġjun u lil hinn minnu; |
4. |
Jappoġġja l-isforzi internazzjonali kontra l-ISIS/Da'esh, inklużi l-azzjonijiet militari tal-koalizzjoni internazzjonali, ikkoordinata mill-Istati Uniti, u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri tal-UE li għadhom ma għamlux dan sabiex iqisu modi kif jistgħu jikkontribwixxu għal dawn l-isforzi, inkluż l-intraċċar u l-interdizzjoni ta' fondi sigrieti tal-ISIS/Da'esh f'pajjiżi oħra; |
5. |
Jitlob li l-koalizzjoni internazzjonali taħdem aktar biex tipprevjeni l-ħtif ta' minorani, bħall-ħtif ta' mijiet ta' Nsara Assirjani fit-Tramuntana tas-Sirja; jissottolinja li huwa importanti li żona ta' kenn tiġi żgurat għall-Kaldej/Assirjani/Sirjaki u oħrajn f'riskju fil-Pjanuri ta' Nineveh, l-Iraq, żona fejn ħafna minoranzi etniċi u reliġjużi storikament kellhom preżenza qawwija u għexu fil-paċi maġenb xulxin; |
6. |
Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jieħdu approċċ proattiv u preventiv lejn it-theddida li l-ISIS/Da'esh jespandi f'pajjiżi u reġjuni lil hinn mill-Iraq u s-Sirja; f'dan id-dawl, huwa mħasseb għall-aħħar dwar is-sitwazzjoni fil-Libja, mhux l-anqas minħabba l-qrubija ġeografika tagħha lejn l-UE kif ukoll lejn żoni ta' kunflitt fl-Afrika; |
7. |
Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, kif ukoll lis-sħab tan-NATO, biex jindirizzaw il-kwistjoni tar-rwoli ambivalenti ta' ċerti pajjiżi fil-kunflitt, b'mod partikolari fejn dawn ikkontribwew, jew għadhom jikkontribwixxu, b'mod attiv jew passiv, għat-tkabbir tal-ISIS/Da'esh u ta' gruppi estremisti oħra; huwa mħasseb ħafna, f'dan il-kuntest, dwar il-finanzjament tat-tixrid tal-interpretazzjoni Wahhabija tal-Iżlam minn entitajiet pubbliċi u privati ta' pajjiżi mir-reġjun tal-Golf, u jistieden lil dawn il-pajjiżi biex itemmu dan il-finanzjament; barra minn hekk, iħeġġeġ lil dawn il-pajjiżi biex itemmu l-finanzjament ta' organizzazzjonijiet terroristiċi minn ġewwa t-territorji tagħhom; jistieden lit-Turkija biex ikollha rwol pożittiv fil-ġlieda kontra l-ISIS/Da'esh u tippermetti bla dewmien li l-minoranzi Nsara u persuni oħra persegwitati li qed jaħarbu mis-Sirja jaqsmu l-fruntiera għal ġot-Turkija u jfittxu s-sikurezza; |
8. |
Jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni ma' forzi lokali u reġjonali emerġenti ġodda, bħalma huma l-Gvern Reġjonali Kurd tal-Iraq, il-gruppi Kurdi fi nħawi oħra, bħar-rwol ta' YPG fil-liberazzjoni ta' Kobane, u l-Kunsill Militari Sirjan, kif ukoll entitajiet awtonomi lokali fir-reġjun li wrew aktar impenn favur id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija milli wrew il-mexxejja tal-pajjiżi tagħhom; ifaħħar, b'mod partikolari, il-kuraġġ u d-determinazzjoni tal-forzi Kurdi tal-Peshmerga li għamlu tant biex jipproteġu l-minoranzi fil-periklu; |
9. |
Huwa imħasseb dwar rapporti li l-minoranzi Nsara m'għandhomx aċċess għall-kampijiet tar-refuġjati fir-reġjun, billi dawn huma perikolużi wisq għalihom; jitlob li l-UE tiżgura li l-assistenza għall-iżvilupp li toffri tkun immirata lejn il-gruppi minoritarji kollha li sfaw spustati minħabba l-kunflitt; iħeġġeġ lill-UE tuża l-esperjenza u n-netwerks stabbiliti tal-knejjes lokali u reġjonali, kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali ta' sokkors għall-knejjes, biex tipprovdi għajnuna finanzjarja u assistenza oħra, bil-għan li tiżgura li l-gruppi minoritarji kollha jkunu jistgħu jgawdu l-protezzjoni u l-appoġġ tal-għajnuna Ewropea; |
10. |
Iqis li huwa imperattiv li l-Kunsill u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jibdew jaħdmu ma' sħab internazzjonali u reġjonali dwar xenarju post-ISIS/Da'esh, fil-qies tal-ħtieġa urġenti għal rikonċiljazzjoni u djalogu kulturali u reliġjuż; |
11. |
Jiddendunzja l-qerda ta' siti u artefatti kulturali mill-ISIS/Da'esh fis-Sirja u fl-Iraq, qerda li tikkostitwixxi attakk kontra l-wirt kulturali tal-abitanti kollha ta' dawn il-pajjiżi u tal-umanità kollha kemm hi; |
12. |
Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha sabiex jikkooperaw ma' sħab internazzjonali u lokali ħalli jissalvagwardjaw kemm jistgħu mill-wirt Assirjan, u mill-wirt kulturali u reliġjuż ieħor, mit-territorji okkupati mill-ISIS/Da'esh; barra minn hekk, iħeġġeġ lill-Kunsill jieħu azzjoni kontra l-kummerċ illegali f'artefatti tal-qedem li joriġinaw minn dawn it-territorji; |
13. |
Jikkonferma u jappoġja d-dritt inaljenabbli tal-minoranzi reliġjużi u etniċi kollha li jgħixu fl-Iraq u fis-Sirja li jibqgħu jgħixu fl-artijiet storiċi u tradizzjonali tagħhom fid-dinjità, l-ugwaljanza u s-sikurezza, u li jipprattikaw fil-libertà r-reliġjon tagħhom; f'dan id-dawl, iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tan-NU biex jieħdu pożizzjoni pubblika u ċara kontra l-vjolenza, u b'mod partikolari favur id-drittijiet tal-minoranzi; jemmen li, sabiex ikun hemm tmiem għat-tbatija u għall-eżodu tal-massa tal-Insara u ta' popolazzjonijiet indiġeni oħra tar-reġjun, jeħtieġ li l-mexxejja politiċi u reliġjużi fir-reġjun jagħmlu dikjarazzjoni ċara u inekwivoka ta' appoġġ għall-issuktar tal-preżenza tagħhom u għal drittijiethom sħaħ u ugwali bħala ċittadini tal-pajjiżi tagħhom; |
14. |
Jirrifjuta mingħajr riżervi, u jqis bħala illeġitima, id-dikjarazzjoni mit-tmexxija tal-ISIS/Da'esh li waqqfet kalifat fiż-żoni li issa tikkontrolla; jenfasizza li l-ħolqien u l-espansjoni tal-“kalifat Iżlamiku”, kif ukoll l-attivitajiet ta' gruppi estremisti oħra fil-Lvant Nofsani, huma theddida diretta għas-sigurtà tar-reġjun, kif ukoll għal dik tal-pajjiżi Ewropej; |
15. |
Jikkonferma l-impenn tiegħu favur il-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon jew tat-twemmin bħala dritt fundamentali tal-bniedem garantit minn strumenti legali internazzjonali li l-parti l-kbira tal-pajjiżi fid-dinja impenjaw ruħhom dwarhom, u li huma rikonoxxuti li għandhom valur universali; |
16. |
Jappoġġja l-inizjattivi kollha, inkluż fl-UE, li għandhom l-għan li jippromwovu d-djalogu u r-rispett reċiproku bejn il-komunitajiet; jappella biex l-awtoritajiet reliġjużi kollha jippromwovu t-tolleranza u jieħdu inizjattivi kontra l-mibegħda u r-radikalizzazzjoni vjolenti u estremista; |
17. |
Iħeġġeġ lill-UE biex tesplora aktar politiki kontra t-terroriżmu, fi ħdan il-qafas tad-drittijiet tal-bniedem, għajr dawk diġà fis-seħħ, u biex tkompli taħdem mal-Istati Membri għat-tisħiħ ta' politiki li jiġġieldu r-radikalizzazzjoni fit-territorju tal-UE, it-tixrid ta' diskors ta' mibegħda u l-inċitament għall-vjolenza online; iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE, barra minn hekk, biex jaħdmu flimkien mal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u mal-Assemblea Ġenerali tan-NU bil-għan li jwaqqfu t-tixrid tal-ideoloġija estremista u ġiħadista madwar id-dinja; |
18. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Koalizzjoni Nazzjonali Sirjana, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Iraq, lill-Gvern Reġjonali tal-Kurdistan fl-Iraq, lill-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, lill-Kunsill tad-Deputati f'Tobruk, il-Libja, u lill-Gvern Libjan, lil-Lega tal-Istati Għarab, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU u lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0422.
(2) Testi adottati, P8_TA(2014)0027.
(3) Testi adottati, P8_TA(2015)0040.
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/117 |
P8_TA(2015)0072
Is-Sudan t'Isfel, inkluż is-sekwestru reċenti ta' tfal
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2015 dwar is-Sudan t'Isfel, inkluż is-sekwestru reċenti ta' tfal (2015/2603(RSP))
(2016/C 316/14)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sudan t'Isfel, b'mod partikolari dawk tas-16 ta' Jannar (1) u tat-13 ta' Novembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel (2), |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim ta' waqfien mill-ġlied u kondiviżjoni tal-poter tat-2 ta' Frar 2015 bejn il-President Salva Kiir u l-ex Viċi President Riek Machar iffirmat f'Addis Ababa taħt l-awspiċji tal-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-3 ta' Frar 2015 tas-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon dwar it-taħditiet ta' paċi fis-Sudan t'Isfel, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikat tal-10 ta' Frar 2015 tal-laqgħa ta' livell għoli tal-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA) tal-IGAD-NU dwar il-kriżijiet umanitarji fis-Sudan t'Isfel, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-25 ta' Frar 2015 tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għat-Tfal u l-Konflitti Armati, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikat konġunt tar-Repubblika tas-Sudan t'Isfel u tan-NU ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza sesswali relatata mal-konflitti, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 2155 (2014) u 2206 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li jistabbilixxu s-sisien għal sanzjonijiet immirati fuq dawk li jostakolaw il-paċi fis-Sudan t'Isfel, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-6 ta' Marzu 2015 tal-kelliem tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà Federica Mogherini dwar in-nuqqas tal-partijiet fil-konflitt fis-Sudan t'Isfel li jilħqu ftehim ta' paċi, |
— |
wara li kkunsidra t-tiġdid tal-Pjan ta' Azzjoni tas-Sudan t'Isfel fl-2012 biex jintemmu r-reklutaġġ u l-użu tat-tfal mill-forzi armati tal-gvern u ksur gravi ieħor fil-konfront tat-tfal, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Unjoni Afrikana li Tirregola l-Aspetti Specifici tal-Problemi tar-Rifugjati fl-Afrika, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet u l-Ġid tat-Tfal, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta ' Kull Forma ta ' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, |
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-2010 tal-UE dwar it-Tfal u l-Konflitti Armati, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Nru 182 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar l-Agħar Forom tax-Xogħol tat-Tfal, adottata fl-1999, li telenka “r-reklutaġġ furzat u obbligatorju tat-tfal għall-użu f'konflitti armati” fost l-agħar forom ta' tħaddim tat-tfal, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Komprensiv ta' Paċi (CPA) Sudaniż tal-2005, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi fil-15 u s-16 ta' Frar 2015, madwar 89 tifel u tifla, u possibbilment mijiet aktar, inħatfu mill-komunità ta' Wau Shilluk fl-Istat tan-Nil ta' Fuq minn grupp ta' milizzji allegatament immexxi minn Johnson Oloni, kmandant tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu Sudaniż (SPLA); billi skont ix-xhieda, suldati armati ċċirkondaw il-komunità u fittxew f'kull dar, hekk kif is-subien ta' 'l fuq minn 12-il sena, fil-maġġoranza tagħhom, ittieħdu minn posthom bil-forza; |
B. |
billi f'Diċembru 2013, tilwima politika fi ħdan il-partit fil-gvern fis-Sudan t'Isfel, il-Moviment għal-Liberazzjoni tal-Poplu Sudaniż (SPLM), eskalat f'konfrontazzjoni armata f'Juba bejn il-forzi leali lejn il-President Kiir u dawk leali lejn l-ex Viċi President Riek Machar; |
C. |
billi wara l-konflitt armat intern li faqqa' f'Diċembru 2013, madwar 1,4 miljun persuna sfaw spostati internament, 500 000 ħarbu lejn pajjiżi ġirien u madwar 12 000 tifel u tifla ġew reklutati biex jimmilitaw fil-forzi u l-gruppi armati; billi eluf ta' tfal ġie rrappurtat li nqatlu, ġew stuprati, sfaw spostati jew spiċċaw orfni; |
D. |
billi huwa stmat li 4 miljun persuna qegħdin f'riskju għoli ta' insigurtà u nuqqas ta' ikel, u n-NU qed twissi ripetutament li l-kriżi umanitarja u l-ġuħ se jiżdiedu, jekk il-ġlied ikompli; billi, flimkien ma' nuqqas ta' kura medika u infrastruttura, jidher li s-sitwazzjoni ma tistax ħlief tmur għall-agħar; |
E. |
billi l-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika tas-Sudan t'Isfel (UNMISS) issa qed tipprovdi hija stess kenn sikur għal aktar minn 100 000 persuna li kienu internament spostati u li kienu qed ifittxu rifuġju mill-vjolenza, u hija stess sfat attakkata; |
F. |
billi, skont il-kalkoli tan-NU, aktar minn nofs il-popolazzjoni fil-kampijiet tar-rifuġjati huma tfal, li b'hekk qed iħabbtu wiċċhom ma' theddid sinifikanti għas-sigurtà fiżika, l-iżvilupp u l-benessri tagħhom; billi r-rati ta' mortalità tat-trabi fis-Sudan t'Isfel huma fost l-ogħla fid-dinja u l-indikaturi tal-edukazzjoni tal-pajjiż huma l-aktar baxxi fuq livell mondjali; billi 400 000 tifel u tifla telqu mill-iskola minħabba l-konflitt li għaddej bħalissa; |
G. |
billi l-partijiet fil-konflitt attakkaw persuni ċivili abbażi tal-etniċità u l-affinità politika perċepita tagħhom, ikkommettew atti ta' vjolenza sesswali u għamlu ħerba rampanti u serq mill-proprjetà; |
H. |
billi, fis-7 ta' Jannar 2014, il-partijiet differenti fil-konflitt fis-Sudan t'Isfel bdew negozjati f'Addis Ababa taħt l-awspiċji tal-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD); billi minkejja l-ftehimiet preċedenti biex jieqaf il-ġlied, bl-aktar wieħed reċenti jkun il-ftehim ta' waqfien mill-ġlied iffirmat fit-2 ta' Frar 2015 f'Addis Ababa, u l-isforzi kontinwi tal-IGAD biex tinnegozja soluzzjoni politika għall-konflitt, il-ġlied baqa' għaddej, ikkaratterizzat minn nuqqas totali ta' attenzjoni għad-drittijiet internazzjonali tal-bniedem u d-dritt umanitarju, mingħajr ebda responsabbiltà għall-abbużi mwettqa fil-kuntest tal-konflitt; |
I. |
billi l-gvern u r-ribelli ma rnexxielhomx jilħqu l-iskadenza tal-5 ta' Marzu 2015 stabbilita mill-IGAD biex jintlaħaq ftehim ta' kondiviżjoni tal-poter u billi t-taħdititet ta' paċi ġew estiżi b'mod indefinit; billi l-medjatur ewlieni tal-IGAD ħabbar li n-NU u l-Unjoni Afrikana (UA) issa jistgħu jkollhom rwol dirett fin-negozjati; |
J. |
billi l-UA waqqfet Kummissjoni ta' Inkjesta f'Marzu 2014, iżda r-rapport finali tagħha kien għadu ma ġiex ippubblikat, minkejja li dan kien ippreżentat quddiem il-Kummissjoni tal-UA f'Ottubru 2014; |
K. |
billi d-deċiżjoni li tiddewwem il-pubblikazzjoni ntlaqgħet b'diżappunt ġenerali u qed titqies bħala daqqa ta' ħarta għar-responsabbiltà u għat-tmiem tal-impunità, b'personalitajiet bħall-Assistent Segretarju Ġenerali tan-NU Ivan Simonovic, l-ex Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem Navi Pillay u membri prominenti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tas-Sudan t'Isfel jesprimu d-diżappunt tagħhom; |
L. |
billi fit-3 ta' Marzu 2015, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU approva unanimament sistema li permezz tagħha timponi sanzjonijiet fuq dawk responsabbli jew kompliċi fit-tkomplija tal-konflitt jew fit-tfixkil tal-paċi fis-Sudan t'Isfel; billi s-sanzjonijiet japplikaw ukoll għal dawk li jimmiraw lejn persuni ċivili, jew jattakkaw sptarijiet, siti reliġjużi, skejjel jew postijiet fejn persuni ċivili jkunu qed ifittxu rifuġju, u jirreklutaw jew jużaw lit-tfal f'forzi jew gruppi armati; |
M. |
billi minkejja l-vot tal-Parlament biex jirratifikahom, is-Sudan t'Isfel għadu ma ffirma ebda wieħed mit-trattati internazzjonali jew reġjonali ewlenin tad-drittijiet tal-bniedem, bħalma huma l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, il-Konvenzjoni tal-UA li Tirregola l-Aspetti Specifici tal-Problemi tar-Rifugjati fl-Afrika, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, il-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa; |
N. |
billi l-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali jgħid li l-lieva, l-arrwolament jew l-użu ta' tfal taħt l-età ta' 15-il sena għall-ġlied, min-naħa ta' forzi armati nazzjonali jew gruppi armati, jikkostitwixxu delitt tal-gwerra; |
O. |
billi fil-Parlament tas-Sudan t’Isfel kien taħt konsiderazzjoni abbozz ta’ liġi dwar organizzazzjonijiet mhux governattivi li tirrestrinġi d-dritt għal-libertà ta’ assoċjazzjoni, ir-reġistrazzjoni issir obbligatorja, l-NGOs ikunu pprojbiti milli joperaw jekk ma jkunux ġew irreġistrati, u tikkriminalizza attivitajiet volontarji mwettqa mingħajr ċertifikat ta’ reġistrazzjoni; |
P. |
billi l-iskejjel għadhom qed jintużaw, inter alia, għal skopijiet militari, bħala siti ta' okkupazzjoni, jew bħala postijiet ta’ reklutaġġ; billi fl-aħħar ta’ Frar 2015, 30 skola kienu allegatament għadhom qed jintużaw għal skopijiet militari; |
Q. |
billi apparti d-donaturi u l-għajnuna umanitarja, l-ekonomija tas-Sudan t’Isfel tiddependi kważi esklussivament fuq is-settur taż-żejt, bl-esportazzjonijiet taż-żejt jammontaw għal aktar minn 70 % tal-PDG u madwar 90 % tad-dħul tal-gvern; billi d-dħul iġġenerat mill-industrija taż-żejt kompla saħħaħ il-konflitti vjolenti; |
R. |
billi l-vjolenza li qed isseħħ bħalissa fis-Sudan t'Isfel għandha prezz umanitarju insopportabbli, bin-NU jistmaw li hemm bżonn ta' USD 1,81 biljun f'għajnuna umanitarja fl-2015; billi n-NU ddikjaraw livell ta' emerġenza 3 għas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel, li hu l-agħar livell ta' kriżi umanitarja; |
S. |
billi l-UE u l-Istati Membri tagħha pprovdew kważi EUR 300 miljun f’għajnuna umanitarja fl-2014 biex twieġeb għall-kriżi umanitarja u biex tittratta l-ħtiġijiet urġenti tar-rifuġjati tas-Sudan t’Isfel fir-reġjun; |
1. |
Jinsab imħasseb sew bid-deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja u ta’ sigurtà fis-Sudan t’Isfel li tista’ tiddestabilizza r-reġjun kollu tal-Afrika tal-Lvant; jitlob b’urġenza lill-partijiet kollha jwaqqfu l-vjolenza, iwaqqfu l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, jifformaw gvern ta’ tranżizzjoni ta’ unità nazzjonali, u jippermettu li jkun hemm aċċess sħiħ għall-għajnuna umanitarja; jistieden lill-partijiet kollha jtemmu l-attakki fuq il-bini edukattiv u pubbliku u jieqfu jużaw l-iskejjel għal skopijiet militari, inkluż għar-reklutaġġ ta' suldati tfal; Ifakkar, f’dan ir-rigward, l-appoġġ tiegħu għal-linji gwida għall-Protezzjoni tal-Iskejjel u l-Universitajiet minn Użu Militari waqt Konflitt Armat; |
2. |
Jesprimi diżappunt kbir li wara aktar minn sena ta’ negozjati taħt l-awspiċji tal-IGAD, ma sar l-ebda progress sinifikanti; iħeġġeġ lill-partijiet kollha fil-konflitt biex jilħqu ftehim ta’ kondiviżjoni tal-poter u jappoġġa bis-sħiħ il-proċess ta’ negozjati li għaddej bħalissa, filwaqt li jappella għal waqfien mill-ġlied mingħajr kundizzjonijiet, komplet u immedjat u li jintemmu l-ostilitajiet kollha kif ukoll il-waqfien immedjat tar-reklutaġġ u l-mobilizzazzjoni ta’ ċivili; jitlob li jsiru sforzi biex jinstab mod kif jinkisbu l-paċi dejjiema u l-istabilità; iħeġġeġ lill-gvern u r-ribelli jimpenjaw ruħhom f'taħditiet politiċi bla kundizzjonijiet u inklużivi, li jsiru b'rieda tajba bil-għan li n-negozjati jiġu konklużi b'suċċess; iħeġġeġ il-kontinwazzjoni tal-isforzi tal-Unjoni Afrikana u tal-IGAD fil-promozzjoni ta' djalogu inklużiv u ta' medjazzjoni; |
3. |
Jitlob għall-ħelsien immedjat u r-ritorn sikur tat-tfal kollha reklutati mill-forzi armati sa mill-bidu tal-konflitt f’Diċembru 2013; ifakkar b’urġenza lill-partijiet kollha involuti fil-konflitt li r-reklutaġġ u l-użu ta' tfal f'forzi u gruppi armati huwa ksur gravi tad-dritt internazzjonali; |
4. |
Jistieden lill-SPLA u l-forzi tal-oppożizzjoni biex b’mod rigoruż u trasparenti jivverifikaw li ma għadx hemm tfal fosthom u li minnufih jiżviluppaw u jimplimentaw pjan ta’ azzjoni f’koordinazzjoni man-NU biex itemmu l-vjolazzjonijiet gravi tad-drittijiet tat-tfal; |
5. |
Ifakkar l-impenn li sar fl-2009, u mġedded fl-2012, mill-awtoritajiet tas-Sudan t’Isfel biex itemmu r-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f’konflitti, biex jeħilsu lil tfal kollha assoċjati ma’ forzi tas-sigurtà tal-gvern, biex jipprovdu servizzi għar-riunifikazzjoni u r-riintegrazzjoni tal-familji tagħhom, u biex jinvestigaw vjolazzjonijiet gravi kontra t-tfal; jiddeplora l-fatt li dan l-impenn ma ġiex rispettat kompletament; jappella lill-partijiet kollha biex jimplimentaw bis-sħiħ il-linji gwida stabbiliti fil-pjan ta’ azzjoni; |
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tassisti fil-mobilizzazzjoni tar-riżorsi biex jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni fuq terminu twil tat-tfal reklutati fil-forzi armati u dawk milquta mill-konflitt, f’koordinazzjoni mal-Uffiċċju tar-Rappreżentant Speċjali tan-NU għat-tfal f’Konflitti Armati, l-UNICEF u aġenziji oħra; |
7. |
Jinsisti fuq il-ħtieġa li jitnaqqas id-distakk bejn intervent f’każ ta’ kriżi umanitarja u kooperazzjoni għall-iżvilupp fit-tul; huwa tal-fehma, b’mod partikolari, li programmar ta' żvilupp fit-tul għat-tfal affettwati minn konflitti armati (CAACs) jeħtieġ li jiffoka, inter alia, fuq is-sistemi ta’ protezzjoni tat-tfal, l-edukazzjoni u l-iskemi ta’ impjieg; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu l-provvista ta’ appoġġ umanitarju u jipprovdu aċċess għar-riżorsi għal bdiewa u produtturi lokali; |
8. |
Iħeġġeġ lill-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana biex jippubblika r-rapport tal-Kummissjoni ta’ Inkjesta dwar is-Sudan t’Isfel tal-Unjoni Afrikana (AUCISS) dwar l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż u biex jagħti segwitu għas-sejbiet tiegħu, mingħajr aktar dewmien; |
9. |
Jenfasizza l-fatt li l-pubblikazzjoni tar-rapport huwa pass kruċjali lejn il-paċi u r-rikonċiljazzjoni; jirrikonoxxi li l-poplu kollu tas-Sudan t’Isfel għandu d-dritt għall-verità u l-ġustizzja u li mijiet ta’ vittmi u xhieda ta’ atroċitajiet għamlu sforzi personali kbar biex jimpenjaw ruħhom mal-AUCISS, fejn ta' spiss ħadu riskji personali sinifikanti meta rrakkuntaw esperjenzi koroh sabiex jikkontribwixxu għal stampa aktar kompluta tal-konflitt; |
10. |
Jitlob li l-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jappoġġaw b’mod attiv l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni ta’ Inkjesta, inkluż fir-rigward tal-istabbiliment possibbli ta’ qorti ibrida biex tittratta l-atroċitajiet, kif issuġġerit mis-Segretarju Ġenerali tan-NU; |
11. |
Jilqa’ l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 2206 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li timponi sanzjonijiet immirati li jaffettwaw direttament lil dawk li istigaw il-konflitt, u jappella għall-implimentazzjoni immedjata tagħha; jenfasizza l-ħtieġa għall-adozzjoni ta’ embargo komprensiv fuq l-armi fil-livell reġjonali u internazzjonali biex iwaqqaf il-provvista ta’ armi lil individwi u gruppi li wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, u biex jitħarsu ċ-ċivili li jinsabu f’riskju serju; |
12. |
Jistieden lill-Gvern tas-Sudan t’Isfel biex iwettaq investigazzjonijiet fil-pront, rigorużi, imparzjali u indipendenti dwar l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem bil-ħsieb li l-individwi suspettati li wettqu delitti skont id-dritt internazzjonali u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-ħtif u r-reklutaġġ ta’ tfal f’konflitt armat kif ukoll vjolenza sesswali kontra n-nisa u t-tfal jitressqu quddiem il-ġustizzja u jinżammu responsabbli; |
13. |
Ifakkar il-Protokoll tal-IGAD tal-25 ta’ Awwissu 2014 li jiddikjara speċifikament li individwi identifikati mill-AUCISS bħala responsabbli ta' delitti serji mhux se jkunu eliġibbli biex jipparteċipaw fil-Gvern ta’ Transizzjoni; |
14. |
Jistieden lill-Gvern tas-Sudan t’Isfel biex jiffinalizza b'mod urġenti l-emendi leġiżlattivi li jikkriminalizzaw ir-reklutaġġ u l-użu ta’ tfal, biex juża din il-leġiżlazzjoni fil-prosekuzzjoni tat-trasgressuri u biex jiffinalizza l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali, inklużi l-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-2002 u biex jaderixxi mal-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali; |
15. |
Jistieden lill-Gvern tas-Sudan t’Isfel biex jirrifjuta leġiżlazzjoni li tillimita s-setturi li fihom l-NGOs u l-assoċjazzjonijiet jistgħu jwettqu l-ħidma tagħhom, u li tista' tfixkel serjament l-iżvilupp tas-soċjetà u l-isforzi umanitarji ta' sokkors; |
16. |
Jistieden lill-Gvern tas-Sudan t’Isfel biex jissodisfa r-responsabbiltà tiegħu li jipprovdi għall-poplu tiegħu u jħeġġeġ lid-donaturi internazzjonali biex iżidu l-għajnuna, filwaqt li minħabba l-iskala u l-urġenza tal-ħtiġijiet, jistieden lill-komunità internazzjonali biex tlaqqa' konferenza ġdida tad-donaturi internazzjonali għas-Sudan t’Isfel meta jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għal paċi kollha u jkun ġie stabbilit mekkaniżmu ta’ distribuzzjoni tad-dħul xieraq; |
17. |
Iħeġġeġ il-ġestjoni responsabbli tar-riżorsi naturali tas-Sudan t’Isfel biex jiżgura li d-dħul miż-żejt ma jħeġġiġx il-konflitt; jistieden lill-partijiet kollha li qed jieħdu sehem fin-negozjati sabiex fit-taħdidiet ta' paċi u f'kull ftehim finali jinkludu l-kwistjoni tat-trasparenza u tal-iskrutinju pubbliku fir-rigward tas-settur taż-żejt, b'tali mod li d-dħul iġġenerat minn din ir-riżorsa jkun jista' jintuża għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiż u biex jitjieb il-livell ta' għajxien tal-popolazzjoni tiegħu; |
18. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern tas-Sudan t'Isfel, lill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tas-Sudan t'Isfel, lill-Assemblea Leġiżlattiva Nazzjonali tas-Sudan t'Isfel, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lill-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp, lill-Kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE u lis-Segretarju Ġenerali tan-NU. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2014)0042.
(2) Testi adottati, P8_TA(2014)0053.
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/122 |
P8_TA(2015)0073
It-Tanzanija, b'mod partikolari l-kwistjoni tal-approprjazzjoni tal-art
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2015 dwar it-Tanzanija, b'mod partikolari l-kwistjoni tal-approprjazzjoni tal-art (2015/2604(RSP))
(2016/C 316/15)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Land Transparency Initiative tal-G8 tal-2013, |
— |
wara li kkunsidra l-Framework and Guidelines on Land Policy in Africa (ALPFG) tal-Unjoni Afrikana (Qafas u Linji Gwida dwar il-Politika tal-Artijiet fl-Afrika) u l-“Policy Framework for Pastoralism in Africa”: “Securing, Protecting and Improving the Lives, Livelihoods and Rights of Pastoralist Communities” (Qafas Politiku għall-Pastoraliżmu fl-Afrika: is-Sigurtà, il-Protezzjoni u t-Titjib tal-Ħajjiet, tal-Għajxien u tad-Drittijiet tal-Komunitajiet tar-Raħħala) adottati mill-Konferenza tal-Ministri tal-Agrikoltura tal-Afrika f'Ottubru 2010 u approvati mit-18-il sessjoni ordinarja tal-Kunsill Eżekuttiv li saret f'Addis Ababa f'Jannar 2011 (Dok. EX.CL/631 XVIII) u d-Dikjarazzjoni tal-Unjoni Afrikana tal-2009 dwar Kwistjonijiet u Sfidi relatati mal-Artijiet, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Summit Dinji dwar is-Sigurtà Alimentari, adottata f'Ruma fl-2010, il-Prinċipji għall-Investimenti Agrikoli Responsabbli li jirrispettaw id-drittijiet, l-għajxien u r-riżorsi (PRAI), u l-Linji Gwida Volontarji għal Governanza Responsabbli tal-Pussess tal-Art Applikabbli għall-Art, għas-Sajd u għall-Foresti fil-Kuntest tas-Sigurtà Alimentari Nazzjonali (VGGT) tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO), |
— |
wara li kkunsidra l-Guiding Principles on Large-Scale Land Based Investments in Africa (LSLBI) (Prinċipji Gwida dwar l-Investimenti bbażati fuq l-Art fuq skala kbira fl-Afrika) tal-Unjoni Afrikana, tal-Bank Afrikan tal-Iżvilupp u tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Afrika, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-11 ta' Ġunju 2009 tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt għall-Ikel, Olivier De Schutter, bl-isem “Large-scale land acquisitions and leases: a set of core principles and measures to address the human rights challenge” (Akkwist u kiri ta' art ta' skala kbira: ġabra ta' prinċipji fundamentali u miżuri biex tiġi ttrattata l-isfida tad-drittijiet tal-bniedem), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tat-8 ta' Settembru 2000 li tistabbilixxi l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs), b'mod partikolari l-għanijiet 1, 3 u 7, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tan-NU dwar l-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millennju tal-2014, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Konferenza tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, li sar f'Rio de Janeiro (il-Brażil) mill-20 sat-22 ta' Ġunju 2012, |
— |
wara li kkunsidra l-istudju tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Insedjamenti Umani (UN-Habitat) tal-2008 bit-titolu “Secure Land Rights for All” (Drittijiet tal-Art Siguri għal Kulħadd) u l-gwida tal-UN-Habitat dwar “How to Develop a Pro-Poor Land Policy: Process, Guide and Lessons” (Kif Tiżviluppa Politika dwar l-Art Orjentata Lejn il-Fqar: Proċess, Gwida u Lezzjonijiet), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjon tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (UNDRIP) u l-Konvenzjoni dwar il-Popli Indiġeni u Tribali (Nru 169) tal-1989 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), |
— |
wara li kkunsidra l-Att Nru 5 tal-1999 dwar l-Art tal-Villaġġi u l-Att tal-1982 dwar il-Gvern Lokali tar-Repubblika Unita tat-Tanzanija, |
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Politika tal-Artijiet tal-2004 li toffri gwida għall-iżvilupp u l-programmazzjoni tal-politika tal-artijiet fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, |
— |
wara li kkunsidra t-tħabbira tal-Kummissjoni tad-9 ta' April 2014 dwar il-ħolqien ta' programm ġdid bis-somma ta' EUR 33 000 000, immirat biex itejjeb il-governanza tal-artijiet u s-sigurtà alimentari u tan-nutrizzjoni għall-familja ta' bdiewa u għall-komunitajiet vulnerabbli fl-Afrika Sub-Saħarjana, |
— |
wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-2011, |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni Parlamentari Konġunta AKP-UE bit-titolu “the social and environmental impact of pastoralism in ACP countries” (ir-riperkussjonijiet soċjali u ambjentali tal-pastoraliżmu fil-pajjiżi AKP) adottata f'Novembru 2013 (ACP-EU/101.526/13/fin), |
— |
wara li kkunsidra l-istudju tal-2015 bit-titolu “Addressing the Human Rights Impact of Land Grabbing” (Nindirizzaw l-impatt tal-approprjazzjoni tal-art fuq id-drittijiet tal-bniedem) ikkummissjonat mill-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim rivedut ta' Cotonou, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-isfidi ewlenin tas-seklu 21 – sikurezza alimentari, skarsità tal-enerġija, nuqqas ta' ilma, tkabbir urban u żieda demografika, degrad ambjentali, tibdil fil-klima, diżastri naturali u fraġilità tal-istat – huma relatati mal-kwistjonijiet ta' governanza tal-art, li jirrinfurzaw il-ħtieġa li tingħata prijorità lil riforma tal-artijiet komprensiva u jassiguraw id-drittijiet għall-art; |
B. |
billi l-awtoritajiet tat-Tanzanija ħabbru pjan ta' bejgħ ta' 1 500 km2 artijiet tal-Maasai fis-Serengeti tal-Punent lil kumpanija privata fil-qasam tal-kaċċa u tas-safari b'sede fl-Emirati Għarab Magħquda; billi dan il-pjan jinvolvi l-iżgumbrament ta' popolazzjoni 40 000 Maasai li jgħixu mill-pastoraliżmu; |
C. |
billi minħabba pressjonijiet internazzjonali, il-President tat-Tanzanija, Jakaya Kikwete, f'Novembru 2014 iddikjara li abbanduna l-pjan u wiegħed li qatt mhu se jkeċċi lill-poplu Maasai 'l barra mill-artijiet tal-antenati tagħhom; billi minkejja din il-wegħda, eluf ta' Maasai kienu żgumbrati illegalment minn artijiethom; billi rapporti reċenti jindikaw li nqerdu 'l fuq minn 200 dar u l-bhejjem ikkonfiskati mill-awtoritajiet tat-Tanzanija, li ħallew aktar minn 3 000 ruħ bla dar u mingħajr kenn; |
D. |
billi l-Maasai tat-Tanzanija ilhom iż-żmien jissieltu fuq tilwim dejjem aktar dwar is-sjieda tal-art mal-awtoritajiet tat-Tanzanija, sa mill-1992 meta l-Ortello Business Corporation (OBC) ta' pussess barrani ngħatat id-drittijiet tal-kaċċa fil-Loliondo Game Control Area, li hija abitata u b'sjieda legali tar-raħħala Maasai; |
E. |
billi petizzjoni mill-komunità Maasai tad-distrett ta' Ngorongoro ġiet iffirmata minn aktar minn 2 miljun persuna fid-dinja kollha fuq l-internet permezz tal-pjattaforma AVAAZ; |
F. |
billi l-investituri privati u l-gvernijiet qegħdin juru interess dejjem akbar fl-akkwist jew fil-kiri fit-tul ta' artijiet fuq skala kbira għal produzzjoni tal-ikel jew tal-enerġija jew għall-estrazzjoni tal-minerali, l-aktar fil-pajjiżi Afrikani li qegħdin jiżviluppaw, b'mod speċjali fit-Tanzanija; |
G. |
billi t-Tanzanija rat żieda sinifikanti fl-interess barrani u intern għat-twaqqif ta' pjantaġġuni fuq skala kbira tal-bijokarburant fil-pajjiż, fejn, bejn l-2005 u l-2008, madwar 640 000 ettaru art kienet allokata lill-investituri, b'hekk ir-raħħala u l-unitajiet domestiċi rurali ġew imċaħħda mill-artijiet u mill-għajxien tagħhom u żdiedet l-insigurtà tal-ikel tagħhom; |
H. |
billi madwar 1,4 biljun ettaru fid-dinja huma rregolati minn normi konswetudinarji; billi l-aċċess għall-art għall-popli indiġeni ngħata forom speċifiċi ta' protezzjoni skont il-Konvenzjoni Nru 169 tal-ILO u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, filwaqt li l-Artikolu 10 ta' din tal-aħħar jiggarantixxi d-dritt li ma jitkeċċewx bil-forza mill-artijiet u t-territorji tagħhom u jiddikjara li l-ebda trasferiment ma għandu jsir mingħar il-kunsens infurmat, liberu u preliminari tal-popli indiġeni u wara ftehim dwar kumpens ġust u ekwu kif ukoll, fejn possibbli, bil-possibbiltà ta' ritorn; |
I. |
billi akkwisti ta' art fuq skala kbira jistgħu jiġu definiti skont id-Dikjarazzjoni ta' Tirana tal-2011 bħala “approprjazzjoni tal-art” meta japplika wieħed jew aktar mis-segwenti: meta jkun hemm ksur ċar tad-drittijiet tal-bniedem; meta l-ispostament tal-komunitajiet lokali milquta jsir mingħajr il-kunsens infurmat, liberu u preliminari; meta ma jkunx abbażi ta' kuntratti trasparenti; u meta jkun ġie vvalutat impatt negattiv soċjali, ekonomiku u ambjentali; |
J. |
billi, skont il-Bank Afrikan tal-Iżvilupp, 75 % tal-popolazzjoni tat-Tanzanija huma bdiewa fuq skala żgħira; billi l-komunitajiet jgħixu tajjeb u f'armonija mal-flora u l-fawna selvaġġi protetti u jirrapreżentaw madwar 10 % tal-popolazzjoni tat-Tanzanija, inklużi l-Maasai, iżda għadhom iħabbtu wiċċhom mat-telf ta' artijiethom minħabba l-bejgħ ta' art mingħajr l-għarfien adegwat tal-konsegwenzi ġuridiċi u prattiċi, allokazzjoni korrotta u illegali tal-art lill-barranin u l-klassifikazzjoni ta' art bħala “trust land”, riservi jew parks nazzjonali mill-awtoritajiet; |
K. |
billi l-Artikolu 17 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem jirrikonoxxi d-dritt ta' kulħadd biex jippossjedi proprjetà kemm waħdu jew f'assoċjazzjoni ma' oħrajn, u jipprevedi li ħadd m'għandu jiġi mċaħħad arbitrarjament mill-proprjetà tiegħu; |
L. |
billi l-kumpaniji internazzjonali, inklużi l-kumpaniji Ewropej, għandhom rwol sinifikanti fl-akkwisti ta' art fuq skala kbira fit-Tanzanija, u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali kienu involuti fil-finanzjament ta' ftehimiet dwar artijiet fuq skala kbira fil-pajjiż |
M. |
billi l-Qafas u l-Linji gwida dwar il-Politika tal-Art fl-Afrika jitlob ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem tal-komunitajiet, inklużi r-rispett tad-drittijiet konswetudinarji tal-art u ta' riżorsi li ġejjin mill-art; |
N. |
billi f'Mejju 2014 l-UE nediet programm ġdid biex issaħħaħ il-governanza tal-art u tgħin fit-titjib tas-sigurtà tal-ikel u tan-nutrizzjoni tal-familji ta' bdiewa u komunitajiet vulnerabbli fil-pajjiżi Afrikani; |
1. |
Jikkundanna bil-qawwa l-ispostament illegali ta' komunitajiet lokali rurali, il-qerda tal-villaġġi u tal-istil tradizzjonali ta' ħajja tagħhom, u l-vjolazzjoni tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem, inklużi id-dritt għall-ikel xieraq, id-dritt għall-ilma, u d-dritt għall-alloġġi xierqa; |
2. |
Jikkundanna b'mod partikolari l-azzjonijiet li ma jirrikonoxxux il-leġittimità ta' arranġamenti konswetudinarji ta' pussess tal-art li jipprovdu drittijiet statutorji lill-individwi u lill-komunitajiet, u li jipprevjenu l-esproprjazzjoni u l-abbużi tad-drittjiet tal-art, li huma prevalenti b'mod speċjali fil-komunitajiet Afrikani; |
3. |
Jistieden lill-Gvern tat-Tanzanija jimplimenta b'mod immedjat l-VGGT u jiggarantixxi l-ġustizzjabbiltà b'mod effikaċi tad-drittijiet tal-bniedem minquxa fih; isostni l-ewwel prinċipju fundamentali tal-Prinċipji Gwida tal-LSLBI, li jinkludi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem tal-komunitajiet u tad-drittijiet konswetudinarji tal-art u li jikkontribwixxi għall-governanza responsabbli tal-art u tar-riżorsi li ġejjin mill-art f'konformità mal-istat tad-dritt; u għal titjib tad-drittijiet tal-art tan-nisa, li jammontaw għal mill-anqas nofs il-forza tax-xogħol fil-biedja u fil-kummerċ, iżda li l-aċċess tagħhom għad-drittijiet tal-proprjetà u għas-servizzi anċillari ta' dawn id-drittijiet (eż. aċċess għall-banek u parteċipazzjoni f'assoċjazzjonijiet) huwa ristrett, kif ukoll id-drittijiet tal-art għall-komunitajiet u gruppi soċjali vulnerabbli, bħall-komunitajiet tar-raħħala; |
4. |
Jappella għal ftuħ ta' investigazzjoni indipendenti dwar it-tilwim fuq l-artijiet fiż-żona ta' Loliolindo; |
5. |
Iħeġġeġ lill-Gvern tat-Tanzanija jippromwovi politiki ta' investiment agrikolu li jibbenefika lill-popolazzjoni lokali fir-reġjuni kkonċernati, jikkonforma u jinforza l-politiki tiegħu dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt soċjali u ambjentali, inklużi valutazzjonijiet ta' impatt fuq il-produzzjoni tal-ikel lokali, qabel il-bidu ta' kwalunkwe proġett ta' investiment, u jirrispetta kif xieraq id-dispożizzjonijiet dwar konsultazzjoni u kumpens fil-każ ta' esproprju ta' art; |
6. |
Ifakkar b'mod partikolari li l-popli indiġeni ngħataw forom speċifiċi ta' protezzjoni tad-drittijiet tagħhom fuq l-art skont id-dritt internazzjonali; jenfasizza, bi qbil mad-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, li kull tibdil fl-użu tal-art għandu jseħħ biss bil-kunsens liberu, preliminari u infurmat tal-komunitajiet lokali kkonċernati; jinsisti li l-istati għandhom jipprovdu mekkaniżmi effikaċi għall-prevenzjoni u r-rimedju għal kwalunkwe azzjoni li għandha l-għan jew l-effett li tesproprja popli indiġeni mill-artijiet, mit-territorji jew mir-riżorsi tagħhom; |
7. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' informazzjoni preċiża u s-segretezza dwar in-numru ta' investimenti fit-Tanzanija; jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet jiżguraw li l-ftehimiet dwar l-art isiru b'mod pubbliku u trasparenti u jkunu adattati għal dawk il-persuni mobbli li jrabbu l-annimali u r-raħħala; |
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni, b'mod partikolari, timpenja ruħha b'mod attiv mal-awtoritajiet tat-Tanzanija bil-għan li tħeġġiġhom jippreżentaw rikonoxximent kodifikat u ġuridikament vinkolanti dwar id-drittijiet tal-poplu Maasai, b'referenza partikolari għall-artijiet tal-antenati tagħhom, biex b'hekk jipprovdu l-protezzjoni ġuridika meħtieġa biex jipprevjenu tilwim fil-futur; |
9. |
Jenfasizza, li l-iżgurar tal-pussess tal-art għall-komunitajiet rurali huwa essenzjali biex jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs); jitlob lill-UE ssaħħaħ il-bini tal-kapaċità tal-qrati f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw bil-għan li l-liġi dwar il-proprjetà tiġi infurzata b'mod effikaċi u li jiġu riżolti t-tilwimiet dwar l-art bħala parti minn approċċ olistiku maħsub biex jikkonsolida s-sistemi ġudizzjarji u l-istat tad-dritt; |
10. |
Ifakkar li l-proġetti ta' skala kbira spiss jikkawżaw ħsara lill-ambjent naturali, fosthom il-qerda tal-foresti, it-telfien tal-bijodiversità u l-kontaminazzjoni tal-ilma; |
11. |
Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura l-allinjament tal-linji gwida għall-politika tagħha dwar l-art mal-VGGT, u tagħtih aktar importanza fil-programmi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp, fil-politika ta' kummerċ u investiment u fl-involviment tagħha f'istituzzjonijiet ta' finanzjament multilaterali; |
12. |
Itenni li d-drittijiet tal-bniedem u r-regoli li jipprojbixxu l-approprjazzjoni tal-art għandhom jiġu integrati fil-ftehimiet ta' kummerċ u invesitment tal-UE, inkluża s-Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati (SPĠ); |
13. |
Jisħaq fuq l-importanza tat-trasparenza u r-responsabilità sħiħa tal-operazzjonijiet tal-kumpaniji u l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE f'investimenti ta' kummerċ agrikolu ta' skala kbira u l-akkwisti tal-art fit-Tanzanija, u jappella għal mekkaniżmu tal-UE b'saħħtu u effikaċi biex iwettaq monitoraġġ ta' dawn l-operazzjonijiet; |
14. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament dwar in-nefqa fi programmi għall-iżvilupp u l-baġit tal-UE relatat mal-governanza tal-artijiet, bil-għan li jiġi żgurat li dawk il-programmi jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem u jittrattaw l-isfidi relatati mal-approprjazzjoni tal-art; |
15. |
Jisħaq li l-proċessi tal-politika tal-artijiet iridu jirrikonoxxu b'mod effikaċi r-rwol ta' istituzzjonijiet u strutturi, lokali u bbażati fil-komunità, għall-amministrazzjoni/ġestjoni tal-artijiet, flimkien ma' istituzzjonijiet u strutturi tal-istat; |
16. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Unjoni Afrikana u lill-Gvern u l-Parlament tat-Tanzanija. |
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/126 |
P8_TA(2015)0074
L-omiċidju tal-kap tal-oppożizzjoni Russu Boris Nemtsov u l-istat tad-demokrazija fir-Russja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2015 dwar l-omiċidju tal-kap tal-oppożizzjoni Russu Boris Nemtsov u l-istat tad-demokrazija fir-Russja (2015/2592(RSP))
(2016/C 316/16)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-rapporti u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2012 dwar l-istabbiliment ta' restrizzjonijiet komuni rigward il-viżi għal uffiċjali Russi involuti fil-każ ta' Sergei Magnitsky (1), tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-istat tad-dritt fir-Russja (2), tat-13 ta' Marzu 2014 dwar ir-Russja: l-għoti ta' sentenzi lil dimostranti involuti fl-avvenimenti ta' Pjazza Bolotnaya (3), u tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar l-għeluq tal-NGO 'Memorial' (rebbieħa tal-Premju Sakharov 2009) fir-Russja (4), u tal-15 ta' Jannar 2015 dwar ir-Russja, b'mod partikolari dwar il-każ ta' Alexei Navalny (5), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini, tat-28 ta' Frar 2015 dwar l-omiċidju ta' Boris Nemtsov, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-VP/RGħ tal-4 ta' Marzu 2015 dwar id-detenzjoni kontinwa ta' Nadiya Savchenko, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-kelliem għall-VP/RGħ tat-3 ta' Marzu 2015 dwar ir-rifjut li l-MPE Sandra Kalniete titħalla tidħol fit-territorju tal-Federazzjoni Russa, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-4 ta' Marzu 2014 mill-Ombudsman tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Lukin, dwar dimostrazzjonijiet pubbliċi f'Moska u l-passi meħuda mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, |
— |
wara li kkunsidra l-konsultazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem tat-28 ta' Novembru 2013, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) eżistenti li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, kif ukoll in-negozjati li hemm sospiżi għal ftehim ġdid UE-Russja, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi Boris Nemtsov, Viċi Prim Ministru preċedenti tal-Federazzjoni Russa, Gvernatur preċedenti ta' Nizhny Novgorod, riformista preminenti tas-soċjetà u l-ekonomija Russa post-Sovjetika u wieħed mill-mexxejja tal-oppożizzjoni liberali demokratika tar-Russja, ġie assassinat ħdejn il-Kremlin jumejn qabel dimostrazzjoni li kellha ssir fl-1 ta' Marzu 2015, li hu kien qed jorganizza, kontra l-effetti tal-kriżi ekonomika u l-kunflitt fl-Ukraina; |
B. |
billi fil-ġimgħat ta' qabel l-omiċidju, Boris Nemtsov kien qed jinvestiga l-parteċipazzjoni tar-Russja fil-konflitt Donbas u kellu l-intenzjoni li jippubblika rapport dwar il-kwistjoni; billi ħamest irġiel ġew arrestati fuq il-qtil ta' Boris Nemtsov, imma mhuwiex ċar kemm kien wieħed minn dawk miżmuma li spara t-tir fatali; billi l-awtoritajiet Russi ma ppermettewx lil xi Membri tal-Parlament Ewropew u lil xi delegazzjonijiet nazzjonali jidħlu fil-Federazzjoni Russa, b'hekk impedewhom milli jattendu l-funeral ta' Boris Nemtsov; |
C. |
billi Boris Nemtsov kien difensur qawwi ta' Federazzjoni Russa moderna, prospera u demokratika, miftuħa għad-dinja; |
D. |
billi l-Federazzjoni Russa, bħala membru sħiħ tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u firmatarja tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, impenjat ruħha li tħares il-prinċipji universali tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għal-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem; |
E. |
billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja marret għall-agħar tul dawn l-aħħar snin u billi l-awtoritajiet Russi adottaw sensiela ta' liġijiet b'dispożizzjonijiet ambigwi li qed jintużaw biex ipoġġu aktar restrizzjonijiet fuq l-atturi tal-oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili, u b'hekk ixekklu l-libertajiet tal-espressjoni u tal-għaqda; billi l-Ministeru tal-Ġustizzja għamel użu minn poteri introdotti dan l-aħħar biex jiddikjara 42 grupp bħala “aġenti barranin”, inkluż l-organizzazzjonijiet favur id-drittijiet tal-bniedem l-aktar esperti u awtoritattivi tal-pajjiż, u uża pretesti burokratiċi biex jipprova jxolji bosta gruppi oħrajn; billi f'Jannar 2015 id-Duma ħadet l-ewwel pass fl-approvazzjoni ta' liġi ġdida li tipprojbixxi l-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet barranin “mhux mixtieqa”; |
F. |
billi l-Parlament esprima t-tħassib tiegħu f'bosta okkażjonijiet dwar l-istat tad-demokrazija fir-Russja, u dwar il-falliment sistematiku li jiġi rispettat l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet fundamentali; billi l-istat tad-dritt, l-istandards ta' proċess ġust, il-proċess dovut u l-indipendenza tal-ġudikatura mhumiex rispettati fir-Russja; billi l-aħħar elezzjonijiet presidenzjali u tad-Duma tal-Istat naqsu milli jilħqu l-istandards tal-OSKE; |
G. |
billi, matul dawn l-aħħar snin, ħafna proċessi u proċedimenti ġudizzjarji, bħall-każijiet Navalny, Magnitsky, Khodorkovsky, Politkovskaya u każijiet oħrajn, tefgħu dubju fuq l-indipendenza u l-imparzjalità tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji tal-Federazzjoni Russa; billi dawn il-każijiet ta' persuni prominenti huma sempliċement biss dawk il-każijiet magħrufa barra r-Russja għal dak li hu l-falliment sistematiku min-naħa tal-istat Russu li jirrispetta l-istat tad-dritt u jiggarantixxi l-ġustizzja liċ-ċittadini tiegħu; |
H. |
billi dejjem qed jikber il-bżonn ta' politika unita, soda, koerenti u komprensiva tal-UE fil-konfront tar-Russja, appoġġjata mill-Istati Membri kollha, b'appoġġ u għajnuna sostnuti bi kritika soda u ġusta abbażi tal-valuri universali li kemm l-UE kif ukoll ir-Russja qablu li jħaddnu; |
I. |
billi l-UE permezz tas-Sħubija għall-Modernizzazzjoni, ripetutament offriet assistenza u għarfien espert lir-Russja, għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt, biex twettaq l-obbligi internazzjonali tagħha u tiżviluppa l-potenzjal ekonomiku sħiħ tagħha; |
J. |
billi fid-19 ta' Frar 2015 il-kap tal-oppożizzjoni Russa Aleksei Navalny ġie kkundannat 15-il jum ħabs talli qassam fuljetti biex jirreklama d-dimostrazzjoni li kienet se ssir; billi fit-30 ta' Diċembru 2014 qorti imponiet fuqu sentenza sospiża ta' tliet snin u nofs u tat sentenza ta' ħabs ta' tliet snin u nofs lil ħuh, Oleg Navalny; |
K. |
billi fl-4 ta' Marzu 2015 qorti ta' Moska ċaħdet appell ieħor minn Nadiya Savchenko kontra d-detenzjoni illegali tagħha mill-Federazzjoni Russa, li ressqet b'referenza għall-immunità tagħha bħala membru tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE); billi sal-4 ta' Marzu 2015 s-Sa Savchenko kienet fuq strajk tal-ġuħ għal 82 jum, u billi, wara perjodu ta' żmien bħal dan, qed tiffaċċja r-riskju ta' ħsara permanenti għal saħħitha, jew il-mewt; |
L. |
billi għaddew sitt xhur mill-ħtif tal-uffiċjal tal-pulizija Estonjan Eston Kohver mis-servizzi ta' sigurtà Russi fit-territorju Estonjan, bi ksur tad-dritt internazzjonali; billi għadu miżmum illegalment fil-ħabs ta' Lefortovo f'Moska; billi mhuwiex qed jirċievi għajuna legali adegwata, ġie mċaħħad mid-dritt tiegħu ta' proċess ġust u ġie ordnat jissottoponi ruħu għal eżami psikjatriku mhux ġustifikat, li d-dettalji tiegħu baqgħu mhux magħrufa; |
M. |
billi l-Fond Ewropew għad-Demokrazija qed jikkonċentra fuq il-kwistjoni tal-pluralità tal-midja Russa, u billi, flimkien mas-sħab tiegħu, qed jiġi mistieden jiżviluppa inizjattivi ġodda tal-midja; |
N. |
billi t-tifrik u l-kaxxi s-suwed tal-ajruplan Tu-154 tal-Gvern Pollakk, li kkraxxja qrib Smolensk f'April 2010 u qatel lill-President Pollakk u membri prominenti politiċi, militari u kulturali, għadhom f'idejn ir-Russja; billi l-awtoritajiet Russi qed jirrifjutaw li jirritornawhom lill-Polonja minkejja d-diversi appelli biex dan iseħħ; |
1. |
Jikkundanna bil-qawwa l-omiċidju ta' Boris Nemtsov f'assassinju politiku l-aktar sinifikanti fl-istorja reċenti Russa, li fih ġie maqtul b'tiri ta' arma tan-nar qrib il-Kremlin, f'żona mgħammra b'video cameras u mimlija b'persunal tal-pulizija u servizzi ta' sigurtà; |
2. |
Juri rikonoxximent lil Boris Nemtsov, mexxej prominenti tal-oppożizzjoni, fundatur u mexxej tal-moviment politiku Solidarnost, kritiku ewlieni tal-President Vladimir Putin u tal-gwerra fl-Ukraina u li impenja lilu nnifsu għal Russja aktar demokratika, prospera u miftuħa u għal sħubiji qawwija bejn ir-Russja u l-ġirien u s-sħab tagħha; jestendi l-kondoljanzi l-aktar profondi tiegħu lill-familja u l-ħbieb ta' Boris Nemtsov, lill-membri tal-oppożizzjoni u lill-poplu Russu; jikkundanna d-deċiżjoni tat-tmexxija Russa li żżomm diplomatiċi tal-UE u delegazzjonijiet nazzjonali milli jattendu għall-funeral tiegħu, biex b'hekk jimpedixxu t-tentattiv tal-UE li tagħti r-rikonoxximent lil ċittadini qalbiena Russi li jiddefendu valuri universali; |
3. |
Jindika li dan l-omiċidju hu wieħed fost numru dejjem akbar ta' omiċidji u ta' mwiet suspettużi mhux solvuti b'motivazzjoni politika mwettqa fir-Russja sa mill-1998, inkluż dawk tal-ġurnalista investigattiva Anna Politkovskaya, Alexander Litvinenko, li allegatament kien assassinat fir-Renju Unit, l-avukat Stanislav Markelov, il-ġurnalista Anastasia Baburova, id-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Natalia Estemirova, l-avukat Sergei Magnitsky, u issa tal-politiku Boris Nemtsov; |
4. |
Jieħu nota tal-arrest ta' ħames suspettati ta' oriġini Ċeċena mħabbar mill-awtoritajiet Russi; |
5. |
Jitlob investigazzjoni internazzjonali indipendenti tal-omiċidju; huwa tal-fehma li l-istrumenti disponibbli fi ħdan il-qafas tal-OSKE, il-Kunsill tal-Ewropa u n-Nazzjonijiet Uniti jgħinu jiżguraw investigazzjoni imparzjali u ġusta; |
6. |
Jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, biex fl-ifformular tal-politika futura tagħhom fil-konfront tar-Russja, jikkunsidraw il-fatt li l-atmosfera politika li ħolqu l-awtoritajiet Russi ħejjiet art fertili għal omiċidji, vjolenza u pressjoni bħal dawn; jinsab allarmat bl-atmosfera ta' mibegħda fil-konfront tal-attivisti tal-oppożizzjoni, tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-minoranzi u n-nazzjonijiet tal-viċinat, li f'dawn l-aħħar snin kompliet tiżdied fir-Russja, istigata mill-propoganda tal-istat u mill-midja uffiċjali bħala parti minn kultura politika li tbiegħed lilha nnifisha minn prinċipji demokratiċi; |
7. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa jwaqqfu l-propaganda ta' misħija u informazzjoni ta' gwerra kontra l-ġirien tagħha, id-dinja tal-Punent u l-popli tagħha, li qed tbiddel lir-Russja fi stat karatterizzat mir-ripressjoni, diskorsi ta' mibegħda u biża' fejn l-ewforja nazzjonalista qed tinbena fuq l-annessjoni tal-Krimea u fuq l-eskalazzjoni tal-gwerra fl-Ukraina, fejn id-drittijiet tat-Tartari tal-Krimea qed jiġu miksura u fejn il-Kremlin, bi ksur tad-dritt internazzjonali, qed jikkultiva u jipprovoka mibegħda u ġlied; jikkundanna l-propaganda l-ġdida tal-gwerra li qed issir kontra l-valuri demokratiċi u fundamentali, li qed jiġu ppreżentati bħala mhux idonji għas-soċjetà Russa; ifakkar li kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Federazzjoni Russa impenjaw lilhom infushom, f'diversi dikjarazzjonijiet u trattati internazzjonali, li jipproteġu l-valuri demokratiċi universali u d-drittijiet fundamentali; jenfasizza l-importanza li jkun hemm forzi tal-oppożizzjoni politiċi, sabiex ikun żgurat dibattitu kostanti u skambju ta' fehmiet u ideat fil-politika u fil-proċessi tat-tfassil tal-liġijiet fir-Russja; |
8. |
Jitlob lill-awtoritajiet Russi biex iġibu fi tmiemhom kull pressjoni, kull att ripressiv u kull intimidazzjoni – kemm politiċi kif ukoll ġuridiċi – kontra l-mexxejja tal-oppożizzjoni, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-midja indipendenti, sabiex dawn jitħallew jaġixxu b'mod ħieles bi qbil mal-prinċipji bażiċi tal-kostituzzjoni Russa; |
9. |
Jinsab ferm imħasseb dwar in-nuqqas ta' osservanza min-naħa tar-Russja tal-obbligi legali internazzjonali bħala membru tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-OSKE, u li tirrispetta d-drittijiet fundamentali tal-bniedem u l-istat tad-dritt; hu tal-fehma li l-Federazzjoni Russa għandha tissodisfa l-obbligi li għalihom iffirmat; jiddeplora l-fatt li żviluppi reċenti juru li r-Russja marret lejn direzzjoni kuntrarja għal dik ta' demokrazija li tiffunzjona, li tinkludi rispett lejn l-oppożizzjoni, l-istat tad-dritt u l-indipendenza tal-ġudikatura; |
10. |
Jiddeplora b'mod qawwi n-nuqqas tal-awtoritajiet Russi biex jirrispondu għall-kritika kemm fi ħdan il-Federazzjoni Russa kif ukoll fix-xena internazzjonali tal-Liġi dwar l-Aġenti Barranin, u minflok adottaw emendi li huma diskriminatorji minn natura tagħhom u li jkomplu jirrestrinġu aktar il-possibbiltajiet għal organizzazzjonijiet mhux kummerċjali li jaġixxu; jistieden bil-qawwa lir-Russja biex tagħmel eżami tal-leġiżlazzjoni rilevanti bl-iskop li tissodisfa l-obbligi internazzjonali tagħha fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet demokratiċi; |
11. |
Jilqa' d-deċiżjoni tal-Qorti Suprema tat-28 ta' Jannar 2015, li ċaħdet l-ilment imressaq mill-Ministeru tal-Ġustizzja li talab l-għeluq “tas-Soċjetà Memorjal Russa” u l-allegazzjonijiet ta' ksur fi ħdan l-istruttura organizzattiva tagħha, u jitlob li l-NGOs l-oħra li jinsabu fuq il-lista ta' “aġenti barranin”, jitneħħew minnha; |
12. |
Jistieden lill-awtoritajiet Russi jeħilsu immedjatament lil dawk kollha rikonoxxuti bħala priġunieri politiċi; |
13. |
Jistieden lill-awtoritajiet Russi jeħilsu urġentement lil Nadiya Savchenko u li jirrispettaw l-immunità tagħha bħala membru ta' Verkhovna Rada tal-Ukraina u ta' PACE, li nħatfet fit-territorju tal-Ukraina u tinsab miżmuma illegalment f'ħabs Russu; jissottolinja l-fatt li r-Russja terfa' r-responsabilità għall-istat ta' saħħa fraġli tagħha; jesprimi t-tħassib qawwi tiegħu għall-kondizzjoni ta' saħħitha u jħeġġeġ lill-awtoritajiet ġudizzjarji Russi japplikaw il-liġi umanitarja; |
14. |
Jikkundanna l-ħtif tal-uffiċjal tal-pulizija Estonjan Eston Kohver fit-territorju Estonjan lejn ir-Russja; isejjaħ għall-ħelsien immedjat tiegħu u għal ritorn sikur lejn l-Estonja; |
15. |
Jemmen li r-Russja tibqa' attur globali importanti u li hu fl-interess strateġiku tal-UE u tar-Russja li b'mod rapidu jnaqqsu t-tensjoni u jniedu mill-ġdid ir-relazzjonijiet bejniethom, permezz tad-diplomazija u l-medjazzjoni, dment li dan iseħħ b'rispett dovut għad-dritt internazzjonali u l-impenji tal-OSKE; |
16. |
Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-forzi demokratiċi fir-Russja, li huma impenjati lejn soċjetà miftuħa u lejn aġenda riformista; |
17. |
Iħeġġeġ lill-Kunsill jiżviluppa politika komuni fir-rigward tar-Russja li timpenja lit-28 Stat Membru tal-UE u lill-istituzzjonijiet tal-UE li jibagħtu messaġġ komuni qawwi dwar ir-rwol tad-drittijiet tal-bniedem fir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja u dwar il-bżonn li jintemm it-trażżin tal-libertà tal-espressjoni, tal-għaqda u tal-assoċjazzjoni fir-Russja; hu tal-fehma li din l-istrateġija tal-UE għandha tkun immirata biex twassal lir-Russja tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji tal-OSKE u tinċentiva lill-mexxejja tagħha jaqilgħu lir-Russja mill-awtoiżolament politiku u ekonomiku tagħha; |
18. |
Iħeġġeġ lill-VP/RGħ, bl-appoġġ tas-SEAE u tal-Kummissjoni, tiżviluppa programm aktar b'saħħtu ta' appoġġ għas-soċjetà ċivili Russa u fil-Krimea okkupata, u biex tfittex u tiżviluppa opportunitajiet ġodda li permezz tagħhom dawn jimpenjaw ruħhom magħha bil-għan li jippromwovu l-valuri tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; jistieden lill-Kummissjoni sabiex, fir-rigward tal-fażi ta' programmar tal-istrumenti finanzjarji tal-UE li għaddejja bħalissa, iżżid l-assistenza finanzjarja lis-soċjetà ċivili Russa permezz tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-fondi għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali, u tinkludi lill-Forum tas-Soċjetà Ċivili bejn l-UE u r-Russja fl-Istrument ta' Sħubija bl-għan li tiżgura appoġġ sostenibbli u kredibbli fit-tul; |
19. |
Itenni t-tħassib tiegħu, kif espress fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, dwar in-nuqqas tal-awtoritajiet Russi li jikkooperaw mal-investigazzjoni indipendenti u internazzjonali fit-twaqqigħ tat-titjira MH17; jenfasizza bil-qawwa l-fatt li l-arranġament ta' amnestija li sar fil-qafas tal-Ftehim ta' Minsk ma jistax jiġi applikat fil-każ ta' dawk li wettqu dan ir-reat, u għalhekk m'huma intitolati għall-ebda amnestija; |
20. |
Jistieden lill-awtoritajiet Russi biex immedjatament jirritoraw it-tifrik tal-ajruplan Tu-154 tal-Gvern Pollakk u l-kaxxi suwed kollha lill-Polonja; jenfasizza l-fatt li l-livell ta' dipendenza tal-ġudikatura Russa fuq l-awtoritajiet jimmina kull investigazzjoni imparzjali u onesta; |
21. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, u lill-President, lill-Gvern u l-Parlament tal-Federazzjoni Russa. |
(1) ĠU C 68 E, 7.3.2014, p. 13.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0284.
(3) Testi adottati, P7_TA(2014)0253.
(4) Testi adottati, P8_TA(2014)0039.
(5) Testi adottati, P8_TA(2015)0006.
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/130 |
P8_TA(2015)0075
Rapport Annwali tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2015 dwar ir-Rapport Annwali tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew (2014/2219(INI))
(2016/C 316/17)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (12094/14), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 21 u 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà/Viċi-President tal-Kummissjoni (RGħ/VP) dwar ir-responsabbiltà politika, |
— |
wara li kkunsidra l-impenji meħuda mir-RGħ/VP Federica Mogherini matul is-seduta ta' smigħ tagħha tas-6 ta' Ottubru 2014 fil-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 52 u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0039/2015), |
Quddiem ambjent politiku u ta' sigurtà mibdul
1. |
Jindika l-ambjent ta' sigurtà fl-UE li mar għall-agħar b'mod drammatiku, speċjalment fil-viċinat immedjat tal-UE, fejn l-ordni internazzjonali msejjes fuq id-dritt, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Ewropa, qed iħabbtu wiċċhom ma' theddidiet ta' gravità mingħajr preċedenti mindu bdiet l-integrazzjoni Ewropea; jindika t-trasformazzjoni kontinwa tal-ordni politiku globali; |
2. |
Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-UE, anki minħabba l-kriżi interna tagħha, s'issa ma rnexxilhiex tuża l-potenzjal kollu tagħha biex issawwar l-ambjent politiku u ta' sigurtà internazzjonali, u li n-nuqqas ta' koordinazzjoni u koerenza fil-politiki bejn il-politiki tal-UE, flimkien mal-limitazzjonitiet finanzjarji, joħolqu restrizzjonijiet addizzjonali fuq l-influwenza tal-Ewropa fid-dinja u l-kapaċità tagħha bħala fornitur ta' sigurtà reġjonali u globali li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-kunflitti u l-ġestjoni tal-kriżijiet; |
3. |
Huwa tal-fehma li l-kompiti ta' prijorità għall-politika barranija u tas-sigurtà tal-UE huma:
|
L-UE bħala attur kredibbli
4. |
Jemmen li politika barranija ambizzjuża u effikaċi tal-UE jeħtieġ li tkun imsejsa fuq viżjoni komuni tal-interessi, il-valuri u l-objettivi ewlenin Ewropej fir-relazzjonijiet esterni, u fuq perċezzjoni komuni tat-theddidiet li qed jolqtu lill-UE kollha kemm hi; jilqa' l-impenn tar-RGħ/VP, abbażi tal-mandat mill-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2013, li tagħti bidu, bħala kwistjoni ta' prijorità, għal proċess ta' riflessjoni strateġika dwar il-politika barranija u ta' sigurtà tal-UE, li għandu jinvolvi firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati, inklużi l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet Ewropej u l-pubbliku Ewropew; jinsisti li din ir-riflessjoni għandha twassal għal Strateġija Ewropea ta' Sigurtà ġdida li tqis il-bidliet ġeopolitiċi reċenti sabiex tirreaġixxi għat-theddidiet u l-isfidi ġodda; |
5. |
Jenfasizza l-obbligu meħud mill-Istati Membri fir-ratifikazzjoni tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jagħtu sostenn lill-politika esterna u ta' sigurtà tal-Unjoni b'mod attiv u mingħajr riserva, fi spirtu ta' lealtà u solidarjetà reċiproka, f'konformità mal-Artikolu 24(3) TUE; |
6. |
Jinsisti li r-riżorsi politiċi, ekonomiċi, finanzjarji u ta' difiża tal-UE u l-Istati Membri tagħha jridu jissaħħu u jinġemgħu flimkien bil-għan jimmassimizzaw l-influwenza tal-UE fid-dinja, jipproduċu sinerġiji u jiżguraw il-paċi u l-istabbiltà fl-Ewropa u l-viċinat tagħha; jissottolinja li l-ispejjeż jistgħu jiġu ffrankati b'mod sinifikanti permezz ta' kooperazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-politika barranija u ta' sigurtà tagħhom; |
7. |
Jenfasizza li l-assistenza finanzjarja esterna skjerata mill-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtieġ li terġa' tiġi orjentata mill-ġdid u użata b'mod aktar effiċjenti f'konformità mal-prijoritajiet strateġiċi miftiehma b'mod konġunt; jitlob li jittieħdu aktar miżuri mill-UE sabiex tiżdied il-viżibbiltà, il-koerenza u l-effikaċja tal-assistenza tal-UE; huwa tal-fehma li l-oqsma kollha ta' assistenza tal-UE, kemm jekk hi għajnuna għall-iżvilupp, jew għajnuna umanitarja u ta' emerġenza, għandhom ikunu kkoordinati u konsistenti; jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri jiżguraw sorveljanza effikaċi fuq l-assistenza finanzjarja, biex ikunu ċerti li l-miri jintlaħqu; jiġbed l-attenzjoni għar-rapporti mfassla mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri li fil-passat urew anomaliji; jenfasizza li għandha tiżdied l-assistenza finanzjarja li tagħti sostenn lis-soċjetà ċivili u l-NGOs li jinsabu fil-post; jitlob li fejn tidħol l-approvazzjoni ta' proġetti jkun hemm proċeduri aktar rapadi u anqas burokratiċi; |
8. |
Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE biex jużaw bis-sħiħ is-sett ta' għodod tat-Trattat ta' Lisbona sabiex jimxu minn approċċ li sal-lum kien aktar reattiv għal politika barranija u ta' sigurtà tal-UE proattiva u koerenti, ibbażata fuq valuri komuni u użata fl-interess komuni Ewropew; |
9. |
Huwa tal-fehma li l-Kunsill u l-Kummissjoni, bil-kooperazzjoni attiva tal-Istati Membri, jeħtieġ li jiżguraw il-koerenza u l-konsistenza ta':
|
10. |
Jilqa', f'dan ir-rigward, l-organizzazzjoni tal-Kummissjoni l-ġdida fi gruppi, peress li hekk tippermetti li r-RGħ/VP tikkoordina l-politiki relevanti kollha tal-Kummissjoni b'dimensjoni esterna; jappoġġja lir-RGħ/VP fl-isforzi tagħha biex tħaddan bis-sħiħ ir-rwol tagħha bħala Viċi President tal-Kummissjoni; iħeġġeġ lir-RGħ/VP biex, fl-istess ħin, tuża r-rwol tagħha bħala President tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin sabiex tressaq inizjattivi fil-Kunsill li javanzaw il-politiki proattivi komuni lil hinn mill-iżgħar denominatur komuni, billi tuża s-sett ta' għodod kollu tal-PESK u tal-politiki esterni tal-UE; |
11. |
Itenni li l-istrutturi interni tas-SEAE jeħtieġ li jiġu riformati sabiex dan ikun jista' jassisti lir-RGħ/VP fir-rwoli kollha tagħha u jippermettilha timxi 'l quddiem fl-ippjanar strateġiku u tikkoordina l-proċessi politiċi fi ħdan il-Kunsill u l-Kummissjoni; jinsisti fuq il-ħtieġa li tiġi razzjonalizzata l-istruttura ta' ġestjoni superjuri tas-SEAE u li jitħaffu u jiġu simplifikati l-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet; itenni t-taħba tiegħu għal integrazzjoni aktar stretta tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE fis-SEAE, fosthom permezz ta' trasferiment tal-baġit tagħhom mill-baġit operattiv tal-PESK għall-baġit tas-SEAE; iħeġġeġ, f'dan ir-rigward, evalwazzjoni politika u kosteffikaċi tar-rwol li għandhom dawn ir-Rappreżentanti Speċjali; |
12. |
Itenni t-talba tiegħu għal kooperazzjoni u koordinazzjoni msaħħa bejn id-diversi kapaċitajiet ta' monitoraġġ u reazzjoni għall-kriżijiet fil-livell tal-UE; iħeġġeġ, barra minn hekk, ir-razzjonalizzazzjoni tal-istrutturi eżistenti sabiex jitnaqqsu d-duplikazzjonijiet mhux meħtieġa, fosthom billi jingħaqdu dawk il-kapaċitajiet li jirkbu fuq xulxin; huwa tal-fehma li ċ-ċentri ta' monitoraġġ għandu jkollhom riżorsi adegwati u li l-profili lingwistiċi tal-persunal tagħhom għandhom ikunu f'konformità mal-lingwi mitkellma fiż-żoni ta' kriżi l-aktar rilevanti, b'mod partikolari r-Russu u l-Għarbi; jitlob li jkun hemm kooperazzjoni msaħħa u kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn iċ-ċentri ta' monitoraġġ fil-livell tal-UE u s-servizzi korrispondenti fl-Istati Membri; |
13. |
Jitlob li ssir modernizzazzjon tan-netwerk tad-delegazzjonijiet tal-UE sabiex dawn jirriflettu l-ħtiġijiet tal-politika barranija tal-UE fis-seklu 21, fosthom billi jiġu adattati n-numri u l-għarfien espert tal-persunal; iqis, pereżempju, li d-delegazzjonijiet kollha li jinsabu f'żoni ta' kunflitt, b'mod partikolari f'pajjiżi fejn għaddejja missjoni tal-PSDK, għandha tinkludi l-preżenza ta' espert dwar kwistjonijiet ta' sigurtà u difiża; jitlob lir-RGħ/VP biex issaħħaħ l-awtorità tal-kap tad-delegazzjoni fuq il-persunal kollu, irrispettivament mill-oriġini istituzzjonali tagħhom, u biex tissimplifika l-baġits amministrattivi tad-delegazzjonijiet lejn sors ta' finanzjament uniku; jitlob li l-linji ta' rapportar jiġu ċċarati; jiddispjaċih li l-potenzjal għal sinerġiji u ekonomiji ta' skala li jingħata mit-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-ambaxxati tal-Istati Membri u d-delegazzjonijiet tal-UE għad irid jiġi sfruttat bis-sħiħ; jinsisti li bilanċ ġust bejn il-persunal sekondat mill-Istati Membri u l-uffiċjali tal-UE, li huwa stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi s-SEAE, għandu jiġi rispettat fil-livelli kollha, u jinnota li, speċjalment fejn jidħlu pożizzjonijiet ta' livell għoli bħal dik ta' Kap ta' Delegazzjoni, attwalment dan il-bilanċ mhux qed jinżamm; |
14. |
Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' flessibbiltà fir-regoli finanzjarji tal-UE, li spiss iwassal għal dewmien fl-iżborż operazzjonali tal-fondi tal-UE u joħloq ostakli addizzjonali għall-kapaċità tal-UE biex tirrispondi għall-kriżijiet; jisħaq fuq il-ħtieġa għal żborż aktar rapidu ta' mezzi finanzjarji, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa għal kontroll effikaċi sabiex jiġu evitati l-frodi u l-miżapproprijazzjonijiet; jitlob lill-Kummissjoni biex fl-2015 toħroġ bi proposta għal riforma tal-leġiżlazzjoni rilevanti, fosthom billi tippermetti proċedura rapida, attwalment disponibbli għall-għajnuna umanitarja, biex tintuża għall-ġestjoni tal-kriżi filwaqt li jiġi żgurat li l-infiq b'reazzjoni għall-kriżijiet ikun koerenti mal-għanijiet strateġiċi tal-UE fuq medda twila ta' żmien; jinsab imħasseb sew dwar l-iskarsezza tal-pagamenti fir-rigward ta' żewġ sorsi baġitarji ewlenin tal-UE għall-ġestjoni tal-kriżijiet u l-prevenzjoni tal-kunflitti, b'mod partikolari l-baġit tal-PESK u l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP); huwa konvint li l-ambjent ta' sigurtà attwali fil-Lvant u n-Nofsinhar tal-Ewropa aktar jeħtieġ effetti ta' sinerġija u riżorsi addizzjonali milli tnaqqis sostanzjali; |
15. |
Jirrimarka li l-viżibbiltà tal-azzjonijiet tal-UE jeħtieġ li tiżdied fil-livell tal-ippjanar strateġiku u l-fora multilaterali, kif ukoll fil-livell operazzjonali permezz ta' missjonijiet tal-PSDK u l-missjonijiet l-oħra kollha b'aspett estern; |
16. |
Ifakkar li l-UE għandha l-obbligu, skont l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, biex tiżgura li l-azzjoni esterna tagħha hija mfassla u implimentata sabiex tikkonsolida u tappoġġa d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali, u li din hija responsabbiltà konġunta tal-UE u l-Istati Membri tagħha; jistieden lir-RGħ/VP tagħti rendikont b'mod regolari dwar il-konformità mal-Artikolu 21, u biex tesplora mezzi bil-għan li ttejjeb il-koerenza tal-politika esterna, b'mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt internazzjonali; jenfasizza li l-monitoraġġ tal-politiki esterni dwar il-konformità mal-Artikolu 21 għandhom jitwettqu b'mod aktar armonizzat u strett; jenfasizza l-ħtieġa li l-imsieħba jżommu mal-impenji li jkunu ħadu dwar id-drittijiet tal-bniedem fi ftehimiet mal-UE, u jisħaq fuq il-ħtieġa li, meta jkun meħtieġ, jintużaw il-klawsoli tal-kundizzjonalità tad-drittijiet tal-bniedem f'dawn il-ftehimiet; |
17. |
Jinnota ż-żieda fid-domanda għall-assistenza internazzjonali fl-appoġġ għad-demokrazija u l-osservazzjoni elettorali; jirrikonoxxi li dan huwa qasam fejn l-UE jista' jkollha rwol effikaċi fl-appoġġ tal-proċessi demokratiċi; jitlob, għaldaqstant, li jsir segwitu konsistenti dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u t-talbiet speċifiċi għall-pajjiżi għall-appoġġ fil-bini tal-kapaċitajiet għall-partiti politiċi; |
18. |
Jenfasizza l-importanza vitali tad-difiża kollettiva garantita min-NATO għall-membri tagħha; iħeġġeġ lill-Istati Membri, bħala kwistjoni ta' urġenza, biex iżidu l-kapaċità tagħhom li jikkontribwixxu għad-difiża territorjali, jiddedikaw aktar riżorsi u jieħdu b'serjetà l-metodoloġija ta' akkomunament u kondiviżjoni billi jikkooperaw aktar mill-qrib biex jibnu s-sinerġiji; jenfasizza li l-Istati Membri kollha jeħtieġ li jgawdu l-istess livell ta' sigurtà, f'konformità mal-Artikolu 42(7) TUE; jenfasizza li politika barranija kredibbli tal-UE jeħtieġ li tkun imsaħħa b'kapaċitajiet ta' difiża adegwati fl-Istati Membri u b'Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) effikaċi; huwa tal-fehma li l-PSDK hija komponent importanti tad-difiża u s-sigurtà Ewropea, u li tikkontribwixxi għal dan b'diversi modi, fosthom billi tippromwovi l-ħolqien ta' bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea (EDTIB), billi trawwem il-kooperazzjoni dwar l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' difiża, u billi b'mod dirett tintervjeni f'żoni ta' kriżi permezz tal-missjonijiet ċivili u l-operazzjonijiet militari tagħha; jisħaq, għaldaqstant, li l-PSDK għandha tiġi approfondita ulterjorment b'kooperazzjoni man-NATO; itenni li l-UE hija sieħeb tan-NATO u li l-istrateġiji taż-żewġ organizzazzjonijiet għandhom ikunu komplementari; jissottolinja r-rwol importanti tal-kooperazzjoni fl-oqsma tas-sigurtà u d-difiża bejn l-UE u sħab bħan-NU, in-NATO, l-Unjoni Afrikana u l-OSKE; jilqa' l- impenn tar-RGħ/VP li tinvolvi ruħha b'mod attiv dwar kwistjonijiet ta' difiża, fosthom billi tippresiedi laqgħat tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin fil-konfigurazzjoni tal-Ministri għad-Difiża; |
19. |
Jappoġġa r-rieżami li qed issir tal-istrutturi għall-ġestjoni tal-kriżijiet fi ħdan s-SEAE; jistieden lill-VP/RGħ tiżgura li l-istrutturi eżistenti jsiru aktar effiċjenti sabiex ikunu jistgħu jirrispondu b'mod aktar rapidu u xieraq għall-kriżijiet emerġenti, fost l-oħrajn billi tnaqqas l-għadd ta' strutturi paralleli; jistieden lill-VP/RGħ tippreserva u ssaħħaħ il-karattru distint tal-approċċi ċivili għall-prevenzjoni tal-konflitti u l-ġestjoni tal-kriżijiet; |
20. |
Jenfasizza li l-potenzjal ta' diversi klawsoli tat-Trattat ta' Lisbona, bħalma huma l-Artikolu 44 TUE (li l-missjonijiet tal-PSDK jitħallew f'idejn grupp żgħir ta' Stati Membri), l-Artikolu 41 TUE (dwar l-Istartup Fund), l-Artikolu 46 TUE (il-kooperazzjoni strutturata permanenti), l-Artikolu 42(7) TUE (il-klawsola ta' għajnuna reċiproka), u l-Artikolu 222 TFUE (il-klawsola ta' solidarjetà), għad irid jiġi sfruttat; jistieden lir-RGħ/VP tippromwovi b'mod attiv dawn l-istrumenti u l-implimentazzjoni tagħhom, u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu użu minnhom; |
21. |
Jilqa' l-organizzazzjoni ta' laqgħa tal-Kunsill Ewropew dwar id-difiża f'Diċembru 2013, u jitlob għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda; jinsab ħerqan għad-dibattitu li jmiss f'Ġunju 2015; jitlob li f'dan is-summit jittieħdu deċiżjonijiet ambizzjużi, b'mod partikolari:
|
22. |
Hu tal-fehma li l-attakki terroristiċi reċenti fil-pajjiżi tal-UE jixhdu li huwa dejjem aktar diffiċli biex is-sigurtà interna tinfired minn dik esterna, u jappella lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jagħmlu konnessjoni aħjar bejn l-isforzi tagħhom f'dawn l-oqsma; jappella lill-Istati Membri biex jintensifikaw il-kondiviżjoni tal-intelligence relatata mas-sigurtà, billi jisfruttaw il-faċilitajiet ta' koordinament eżistenti fil-livell Ewropew; jappella biex tissaħħaħ il-koperazzjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet kontra t-terroriżmu fir-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi fil-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq, anke permezz ta' taħriġ u l-bini tal-kapaċitajiet fis-settur tas-sigurtà, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki; jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jagħmlu kull sforz possibbli biex isaħħu l-koperazzjoni internazzjonali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, u jissottolinja r-rwol importanti li trid tiżvolġi n-NU f'dan ix-xogħol; |
23. |
Jappella biex jiġu żviluppati r-riżorsi industrijali u teknoloġiċi meħtieġa biex tittejjeb is-sigurtà ċibernetika, anke permezz tal-promozzjoni ta' suq uniku għall-prodotti tas-sigurtà ċibernetika; jenfasizza fuq il-ħtieġa li ċ-ċiberdifiża tiġi integrata fil-politiki u l-miżuri predominanti tal-azzjoni esterna u l-PESK, u jappella biex ikun hemm koordinament aktar mill-qrib man-NATO fir-rigward taċ-ċiberdifiża bil-ħsieb li tiġi stabbilita deterrenza ċibernetika b'mod li l-attakki li jsiru miċ-ċiberspazju jkunu jistgħu jiġu affaċċjati u pprevenuti b'mod effikaċi; iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE, lis-SEAE u lill-Kummissjoni jiffokaw fuq kif tista' tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-infrastruttura rilevanti; jilqa' l-Istrateġija ta' Ċibersigurtà tal-UE; jissottolinja l-ħtieġa li l-kapaċitajiet tal-Istati Membri fil-qasam taċ-ċiberdifiża jiżdiedu b'mod sinifikanti; iħeġġeġ lill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża ssaħħaħ il-koordinament rigward iċ-ċiberdifiża fost l-Istati Membri u jappella lill-Istati Membri biex jipprovdulha l-mezzi biex tilħaq dan il-għan; jappella lill-Kummissjoni biex taġġorna r-regolament dwar l-użu doppju sabiex tevita l-esportazzjoni ta' sistemi lejn min ikollu l-intenzjoni li jdgħajjef is-sigurtà u l-infrastruttura kritika tal-UE u tipprevjeni l-esportazzjoni ta' teknoloġija għas-sorveljanza tal-massa lejn reġimi awtoritarji; ifakkar fl-importanza li jinżamm bilanċ bejn is-salvagwardja tal-libertajiet diġitali u s-sigurtà; |
24. |
Jappella għal politika mġedda u koerenti tal-UE fil-qasam tal-migrazzjoni; jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kawżi li huma l-għeruq tal-migrazzjoni irregolari, billi tissaħħaħ il-koperazzjoni mal-pajjiżi ta' tranżitu u ta' oriġini tal-flussi migratorji bl-użu tal-istrumenti politiċi u ta' assistenza kollha, inklużi l-politiki dwar l-iżvilupp u dwar il-kummerċ, l-għajnuna umanitarja, il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-ġestjoni tal-kriżijiet, flimkien mal-ħtieġa li jissaħħu r-rotot ta' migrazzjoni legali; itenni l-appell tiegħu biex jiġi intensifikat l-appoġġ umanitarju lill-pajjiżi li jospitaw ir-refuġjati u biex jissaħħu l-Programmi ta' Protezzjoni Reġjonali mmexxija b'kollaborazzjoni mal-UNHCR qrib ir-reġjuni ta’ oriġini; jisħaq fuq il-fatt li l-kwistjonijiet ta' ġestjoni tal-migrazzjoni għandhom jiġu integrati fil-politiki u l-miżuri predominanti tal-azzjoni esterna tal-UE u għandhom ikunu prijorità għolja fil-koperazzjoni tal-UE mal-ġirien fil-Lvant u fin-Nofsinhar; jenfasizza li l-fatalitajiet fil-fruntieri tal-UE jridu jiġu evitati; |
25. |
Jindika li l-enerġija qed tintuża dejjem aktar bħala għodda fil-qasam tal-politika barranija u jfakkar li l-integrazzjoni Ewropea hija msejsa fuq il-koperazzjoni fis-settur tal-enerġija; jenfasizza l-importanza li tinbena Unjoni Ewropea tal-Enerġija li jkollha l-għan li żżid il-koerenza u l-koordinament bejn il-politika barranija u l-politika tal-enerġija; jisħaq fuq il-fatt li s-sigurtà tal-enerġija għandha tkun parti mill-approċċ komprensiv għall-azzjoni esterna tal-UE u jemmen li l-politika tal-enerġija trid tkun konformi mal-politiki prijoritarji l-oħra tal-Unjoni, inklużi dawk fl-oqsma tas-sigurtà, tal-affarijiet barranin u tal-viċinat, dawk kummerċjali, u għall-iżvilupp, kif ukoll il-politiki tagħha għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem; jissottolinja, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li titnaqqas b'mod sinifikanti d-dipendenza fuq ir-Russja u li jinstabu sorsi alternattivi ta' enerġija; jappella lir-RGħ/VP u lill-Kummissjoni biex jissorveljaw u jindirizzaw il-kontroll ta' infrastrutturi minn entitajiet li mhumiex fl-UE, b'mod speċifiku minn kumpaniji b'sjieda statali, banek nazzjonali jew fondi sovrani minn pajjiżi terzi, li jkunu qed jippenetraw fis-suq tal-enerġija tal-UE jew ixekklu d-diversifikazzjoni, inkluż fis-settur nukleari; jisħaq fuq il-fatt li l-kumpaniji tal-enerġija li mhumiex fl-UE jridu jkunu soġġetti wkoll għar-regoli dwar il-kompetizzjoni applikabbli fis-suq tal-enerġija tal-UE; |
26. |
Jilqa' l-istabbiliment tal-kariga ta' Viċi-President għall-Unjoni tal-Enerġija u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà tal-Enerġija; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jintensifikaw il-koperazzjoni b'mod li jimplimentaw l-azzjonijiet fil-qosor u fit-tul elenkati f'din l-istrateġija; jinsisti fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ il-koerenza bejn il-politika barranija tal-UE u l-politiki l-oħra b'dimensjoni esterna, bħall-politika tal-enerġija, u jistenna li l-organizzazzjoni mill-ġdid tal-Kummissjoni f'setturi raggruppati tkun effikaċi f'dan ir-rigward; iħeġġeġ biex jittieħdu passi ulterjuri biex l-objettivi fil-qasam tas-sigurtà tal-enerġija jsiru konformi mal-objettivi l-oħra segwiti mill-UE; jappella lir-RGħ/VP biex tiżviluppa prijoritajiet strateġiċi għall-politika esterna tal-enerġija stabbiliti fl-objettivi tal-politika barranija ġenerali u biex tagħmel użu aktar sistematiku tal-għodda tal-politika barranija fl-oqsma tas-sigurtà tal-enerġija; |
27. |
Hu tal-fehma li għandu jiġi implimentat mekkaniżmu ta' solidarjetà b'mod li jiġi indirizzat it-taqlib possibbli fil-provvista tal-enerġija; jemmen li għandha tiġi żviluppata ulterjorment infrastruttura interkonnessa tal-enerġija u li l-partijiet kollha fit-territorju tal-UE għandhom jiġu integrati fi grilja enerġetika li tkopri l-UE kollha; jenfasizza li l-isforzi għad-diversifikazzjoni tal-provvista enerġetika tal-UE għandhom jitħaffu b'mod li tissaħħaħ l-indipendenza enerġetika tal-UE; hu tal-fehma li l-iżvilupp ta' sorsi rinnovabbli u ta' użu effiċjenti tal-enerġija ikun ta' benefiċċju qawwi għall-kredibilità tal-azzjoni esterna tal-UE; ifakkar li suq intern tal-enerġija li jiffunzjona sew huwa essenzjali u li hu fl-interess ġenerali tal-UE li tiżgura li s-swieq tal-enerġija internazzjonali jkunu stabbli, trasparenti, u bbażati fuq ir-regoli internazzjonali; jappella lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għal strateġija komprensiva għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista ta' riżorsi apparti dawk tal-enerġija. |
28. |
Jilqa' l-attitudni ta' kooperazzjoni tar-RGħ/VP Federica Mogherini fir-rigward tal-Parlament, immirata biex issaħħaħ ir-responsabbiltà tagħha fil-konfront tal-istituzzjoni; itenni l-ħtieġa għal konsultazzjoni sistematika u proattiva mal-Parlament, u b'mod partikolari mal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tiegħu, qabel l-adozzjoni tal-istrateġiji tal-politika barranija u l-mandati tal-PSDK; jitlob lill-Kunsill jiffinalizza n-negozjati mal-Parlament rigward is-sostituzzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-2002 dwar l-aċċess mill-Parlament Ewropew għal informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fil-qasam tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża; impenja ruħu biex jintensifika l-koperazzjoni mal-parlamenti nazzjonali, inkluż fi ħdan il-Konferenza Interparlamentari għall-PESK u l-PSDK u l-COSAC, b'mod li jkunu preparati aħjar biex jikkontrollaw ir-riżorsi rispettivi; |
Preservazzjoni u tisħiħ tal-ordni politiku u ġuridiku Ewropew
29. |
Jissottolinja l-ħtieġa li l-UE tiġi kkonsolidata u li tissaħħaħ il-kapaċità ta' integrazzjoni tagħha, li hija wieħed mill-kriterji ta' Kopenħagen; itenni il-perspettiva ta' tkabbir għall-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali oħra fl-ambitu tad-Dikjarazzjoni ta' Salonka tal-2003, abbażi tat-twettiq tal-kriterji ta' Kopenħagen, u jappoġġa t-tkomplija tan-negozjati għat-tkabbir; jappoġġa, f'dan ir-rigward, l-approċċ tal-Kummissjoni, li jikkonsisti fl-indirizzar ta' riformi fundamentali fl-oqsma tal-istat tad-dritt, l-amministrazzjoni pubblika u l-governanza ekonomika minn kmieni fil-proċess ta’ tkabbir; itenni li kull pajjiż għandu jkun iġġudikat skont il-merti proprji tiegħu u jemmen li, fil-każijiet fejn l-UE tqis li pajjiż kandidat kiseb livell sodisfaċenti ta' allinjament mal-acquis tal-UE, għandhom jinfetħu jew jitkomplew in-negozjati għall-adeżjoni, peress li dan huwa kruċjali biex tiġi ppreżervata l-kredibilità tal-UE kollha kemm hi; jissottolinja l-importanza ta' koperazzjoni mal-pajjiżi kandidati fil-qasam tal-politika esterna u jevidenzja s-sinifikat tal-allinjament tagħhom mal-PESK; |
30. |
Hu tal-fehma li hemm bżonn ta' strateġija politika komprensiva, immirata biex treġġa' lura l-ordni politiku Ewropew taħt id-dritt internazzjonali, stabbilit fl-Att Finali ta' Ħelsinki tal-1975 u li hu vinkolanti fuq l-istati Ewropej kollha, inkluża r-Russja; jinsisti li dan l-ordni hu bbażat fuq ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet minoritarji u l-libertajiet fundamentali, is-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-istati, u r-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti; iqis li l-iżvilupp ta' djalogu kostruttiv mar-Russja u mal-istati l-oħra ġirien tal-UE fir-rigward ta' koperazzjoni biex dan l-ordni jissaħħaħ hu bażi importanti għall-paċi u l-istabilità fl-Ewropa, dment li r-Russja tirrispetta d-dritt internazzjonali u tissodisfa l-impenji tagħha rigward il-Ġeorġja, il-Moldova u l-Ukraina, inkluż l-irtirar mill-Krimea; |
31. |
Hu tal-fehma li hemm bżonn ta' approċċ ġdid għar-relazzjonijiet tal-UE mal-ġirien tagħha tal-Lvant, abbażi ta' merti, differenzjazzjoni u l-prinċipju “aktar għal aktar”; jemmen li l-appoġġ għal dawk il-pajjiżi li jixtiequ joqorbu lejn l-UE jrid ikun prijorità ewlenija tal-politika barranija tal-UE u li reazzjoni importanti biex jitrażżnu l-ambizzjonijiet tar-Russja fil-viċinat tagħha tkun li tinvesti fl-indipendenza, is-sovranità, l-iżvilupp ekonomiku u d-demokratizzazzjoni ulterjuri ta' dawn il-pajjiżi; hu impenjat favur il-perspettiva Ewropea għall-pajjiżi ġirien tal-UE mill-Ewropa tal-Lvant u jfakkar li, skont l-Artikolu 49 TUE, huma – bħal kwalunkwe stat Ewropew ieħor — jistgħu japplikaw biex isiru membri tal-Unjoni Ewropea, sakemm jirrispettaw il-kriterji ta’ Kopenħagen u l-prinċipji tad-demokrazija, jirrispettaw il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem u dawk minoritarji, u jiggarantixxu l-istat tad-dritt; |
32. |
Jilqa' l-iffirmar, ir-ratifika mill-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi kkonċernati, u l-implimentazzjoni proviżorja tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni, inklużi Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles Profondi u Komprensivi, mal-Ġeorġja, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukraina, li jikkostitwixxu pass kruċjali fit-triq lejn il-konverġenza tagħhom mal-UE; hu tal-fehma li l-proċess ta’ assoċjazzjoni għandu jintuża mill-pajjiżi kkonċernati biex jimmodernizzaw il-governanza demokratika, isaħħu l-istat tad-dritt, jirriformaw l-amministrazzjoni pubblika u jwettqu riformi ekonomiċi u strutturali bħala pass importanti fil-konverġenza politika, ekonomika, soċjali u ambjentali tagħhom mal-UE; iħeġġeġ għal żieda sostanzjali fl-assistenza politika, finanzjarja u teknika tal-UE bħala appoġġ għal dawn ir-riformi; jinsisti, madankollu, fuq kundizzjonalità stretta u l-ħtieġa li tkun iggarantita r-responsabilità għar-riżorsi użati u li jinkiseb suċċess sinifikanti fit-tnaqqis tal-korruzzjoni; jilqa' l-iżvolġiment u r-riżultati tal-elezzjonijiet parlamentari li saru fl-Ukraina u r-Repubblika tal-Moldova f’Ottubru u Diċembru 2014 rispettivament b'mod konformi mal-istandards demokratiċi internazzjonali; |
33. |
Jappella għal involviment mill-qrib ma' dawk il-ġirien mill-Ewropa tal-Lvant li għadhom ma kkonkludewx Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni mal-UE jew li jixtiequ japprofondixxu u jsaħħu r-relazzjonijiet f'oqfsa differenti, anke permezz tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni bilaterali fl-oqsma ta' interess reċiproku; ifakkar, madankollu, li l-assistenza tal-UE tista' tkun effikaċi biss jekk ikun hemm biżżejjed sjieda tal-valuri Ewropej u rispett għalihom min-naħa tal-pajjiżi sħab, li għandhom jirrispettaw l-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali; |
34. |
Iħeġġeġ lir-Russja tonora l-impenji u l-obbligi ġuridiċi tagħha, inklużi dawk minquxa fil-Karta tan-NU, il-Karta ta' Pariġi, l-Att Finali ta' Ħelsinki tal-OSKE, il-Memorandum ta' Budapest u t-Trattat dwar il-Ħbiberija, il-Kooperazzjoni u s-Sħubija bejn ir-Russja u l-Ukraina; jikkundanna b'mod qawwi l-fatt li r-Russja kisret id-dritt internazzjonali permezz tal-aggressjoni militari diretta u l-gwerra ibrida tagħha kontra l-Ukraina, li rriżultaw f’eluf ta' vittmi ċivili u militari, kif ukoll fl-annessjoni u l-okkupazzjoni illegali tal-Krimea u f'azzjonijiet ta' natura simili fil-konfront tal-Abkażja u l-Ossezja tan-Nofsinhar, territorji tal-Ġeorġja; jevidenzja d-deterjorament allarmanti fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertà ta' espressjoni u l-libertà medjatika fil-Krimea; iħeġġeġ lir-Russja ttaffi l-kunflitt u tirtira t-truppi tagħha mit-territorju Ukrain u biex tistabbilixxi mill-ġdid l-istatus quo li kien jeżisti qabel l-annessjoni; jilqa' l-isforzi li saru biex jintlaħaq ftehim komprensiv f'Minsk fit-12 ta' Frar 2015, u jappella biex il-ftehim jiġi implimentat minnufih u kompletament; jirrespinġi, inkwantu illeġittimi, l-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari li saru f'Donetsk u f'Luhansk fit-2 ta' Novembru 2014; |
35. |
Jappoġġa s-sanzjonijiet adottati mill-UE b'reazzjoni għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukraina, u jisħaq fuq il-fatt li dawn huma skalabbli u riversibbli, u jiddependu b'mod speċjali fuq it-twettiq tal-ftehimiet ta' Minsk, iżda jistgħu wkoll jissaħħu jekk ir-Russja tkompli tonqos milli tissodisfa l-obbligi internazzjonali tagħha; jappella lill-Kummissjoni biex toqgħod għassa għall-implimentazzjoni uniformi tagħhom; |
36. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri tagħha juru solidarjetà u jitkellmu b'leħen wieħed fil-konfront tar-Russja; jistieden lill-pajjiżi kandidati jallinjaw il-politika barranija tagħhom rigward ir-Russja ma' dik tal-UE; jappella lir-RGħ/VP biex tiżviluppa, bħala kwistjoni prijoritarja, strateġija komuni tal-UE dwar ir-Russja, immirata biex tiżgura impenn mir-Russja dwar il-paċi u l-istabilità fl-Ewropa, inkluż rispett inkondizzjonat għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-ġirien tagħha; jemmen li relazzjoni tajba bejn ir-Russja u l-UE, ibbażata fuq ir-rispett għad-dritt internazzjonali u għal obbligi internazzjonali oħra, tkun fl-interess komuni u jittama li r-Russja turi li hi disponibbli għal żvilupp ta' dan it-tip billi tirrispetta d-dritt internazzjonali; |
37. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal approċċ Ewropew koerenti fir-rigward tal-kampanji ta' miżinformazzjoni u l-attivitajiet propagandistiċi mwettqa mir-Russja kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE; iħeġġeġ lis-SEAE u lill-Kummissjoni jippreżentaw pjan ta' azzjoni b'miżuri konkreti biex tiġi miġġielda l-propoganda Russa; jappella għal koperazzjoni maċ-Ċentru ta' Eċċellenza tan-NATO għall-Komunikazzjonijiet Strateġiċi rigward din il-kwistjoni; |
38. |
Iħeġġeġ lill-mexxejja tal-UE u l-Istati Membri biex jiggarantixxu s-sikurezza u l-libertà tal-Insara u minoranzi reliġjużi oħra u gruppi etniċi li qed iħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni u persekuzzjoni li dejjem qed jiżdiedu, u li jsibu ruħhom f'nofs il-ġlied; jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri jiżguraw li l-ftehimiet bilaterali futuri jinkludu mekkaniżmi effikaċi ta' monitoraġġ għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-minoranzi reliġjużi u implimentazzjoni effikaċi tal-Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin; |
Appoġġ għas-sigurtà u l-istabbilizzazzjoni fil-viċinat tan-Nofsinhar
39. |
Jinsisti fuq il-ħtieġa li ssir reviżjoni sostanzjali tal-politika tal-UE lejn il-viċinat tan-Nofsinhar tagħha, li għandha tkun ikkaratterizzata minn riżorsi baġitarji adegwati u l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġija komprensiva li tiffoka l-istrumenti u r-riżorsi tal-UE fuq l-appoġġ għall-bini ta' stat funzjonanti u inklużivi li kapaċi jipprovdu sigurtà għaċ-ċittadini tagħhom, jippromwovu d-demokrazija, jikkonfrontaw l-estremiżmu reliġjuż, jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem, jipproteġu l-minoranzi reliġjużi u etniċi u jsaħħu l-istat tad-dritt, bħala prekundizzjoni kruċjali għall-investiment u l-iżvilupp ekonomiku; jindika l-potenzjal mhux użat tal-kummerċ transkonfinali fir-reġjun; jinsisti fuq koperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati dwar il-ġestjoni tal-flussi migratorji, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem u d-dritt internazzjonali; |
40. |
Jenfasizza li, meta tkun qed tipprovdi għajnuna u appoġġ, l-UE trid tinforza l-kundizzjonalitajiet, peress li l-programmi ta' għajnuna u appoġġ għas-soċjetà ċivili jistgħu jiġu sostnuti biss jekk ikunu stabbiliti kundizzjonijiet ċari fl-ogħla livell politiku; |
41. |
Jinsisti li l-approċċ rivedut tal-UE lejn il-ġirien tagħha fin-Nofsinhar għandu jkun ibbażat fuq id-differenzjazzjoni u l-prinċipju “aktar għal aktar”, skont liema għandu jingħata appoġġ addizzjonali tal-UE lill-gvernijiet sħab li jimpenjaw ruħhom favur id-demokratizzazzjoni u r-rispett għal-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, u li qed jagħmlu progress tanġibbli f'dan ir-rigward, kif inhu l-każ bit-Tuneżija, il-Ġordan u l-Marokk; |
42. |
Jiddispjaċih dwar id-deterjorament reċenti fir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija u jappella għal sforzi mġedda biex tissawwar sħubija aktar b'saħħitha b'mod li jiġu indirizzati l-isfidi ta' sigurtà u dawk umanitarji fin-Nofsinhar tal-Mediterran; iħeġġeġ ulterjorment lit-Turkija taħdem fuq riformi li jikkonformaw kompletament mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-libertà tal-istampa, id-demokrazija, l-ugwaljanza u l-istat tad-dritt; |
43. |
Iħeġġeġ lill-mexxejja tal-UE jiżviluppaw, b'koordinament mill-qrib mal-Istati Uniti u bl-involviment tal-potenzi ewlenin (eż. ir-Russja u ċ-Ċina), strateġija ta' inkoraġġiment għall-atturi reġjonali (inklużi t-Turkija, l-Iraq, l-Iżrael, il-Ġordan, l-Eġittu, il-gvernijiet tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, l-Iran, il-Lega Għarbija u l-forzi Kurdi) biex jingħaqdu sabiex iġibu tmiem għall-gwerer 'bi prokura' u jwaqqfu l-appoġġ finanzjarju lill-fundamentalisti, u biex jiżviluppaw soluzzjoni għall-paċi u l-istabilità fir-reġjun, b'mod partikolari bil-ħsieb li tintemm il-gwerra fis-Sirja; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi ppreżervata l-integrità territorjali u l-għaqda nazzjonali tal-Libja u jħeġġeġ lir-RGħ/VP tipprovdi impetu għal involviment aktar qawwi tal-atturi reġjonali fir-rigward tal-medjazzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, b'koordinament mill-qrib man-NU; jilqa' n-negozjati attwali tal-E3+3 mal-Iran, u jittama li jwasslu għal ftehim aċċettabbli b'mod reċiproku, li jiżgura n-natura esklużivament paċifika tal-programm nukleari tal-Iran u joffri l-prospett fit-tul ta' reintegrazzjoni sħiħa tal-Iran fil-komunità internazzjonali; jappoġġa l-impenn tar-RGħ/VP u tal-partijiet kollha involuti fil-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani biex tinstab soluzzjoni komprensiva, kostruttiva u sostenibbli għall-kunflitt fil-Lvant Nofsani li tkun vijabbli għaż-żewġ naħat; jisħaq fuq il-fatt li n-nuqqas ta' progress lejn soluzzjoni negozjata li twassal għall-eżistenza ta' żewġ stati abbażi tal-fruntieri tal-1967, qed iwassal biss għal aktar vjolenza u tixrid ta' demm; |
44. |
Jilqa' d-dikjarazzjoni li għamlet ir-RGħ/VP dwar il-ftuħ ta' uffiċċju f'Erbil, fil-Kurdistan Iraqi, u jħeġġeġ lir-RGħ/VP u lis-SEAE jiftħu uffiċċju ta' dan it-tip malajr kemm jista' jkun; jenfasizza li dan kieku jippermetti li l-UE tiġbor informazzjoni fuq il-post, ittejjeb l-involviment tagħha mal-atturi lokali, tiżgura valutazzjoni u koordinament aħjar tar-reazzjonijiet umanitarji u militari u ttejjeb il-viżibilità tagħha fir-reġjun; |
45. |
Jitlob li jinħatar konsulent speċjali biex jivvaluta l-merti li tinfetaħ rappreżentanza diplomatika permanenti tal-UE fl-Iran; |
46. |
Huwa tal-fehma li l-attivitajiet kriminali u l-vjolenza barbarika mill-gruppi ġiħadisti terroristiċi involuti fl-hekk imsejjaħ Stat Islamiku (IS) u assoċjati miegħu jirrappreżentaw theddida kbira għar-reġjun usa’ tal-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq (MENA), għall-Ewropa, u potenzjalment għall-paċi u l-istabbiltà globali; jappoġġja l-koalizzjoni globali kontra l-IS u l-isforzi tagħha biex tiġġieled l-IS militarment; jilqa’ b’sodisfazzjon il-kontributi tal-Istati Membri tal-UE f’dan il-kuntest u jinkoraġġixxi kooperazzjoni globali aktar mill-qrib u effiċjenti u djalogu bil-għan li tinkiseb valutazzjoni komuni tat-theddid; iħeġġeġ l-intensifikazzjoni ta' pressjoni regolatorja globali deċiża biex iċċaħħad lill-ġiħadisti mid-dħul miż-żejt u biex jiġu applikati sanzjonijiet globali stretti kontra tranżazzjonijiet finanzjarji favur tagħhom; josserva f’dan ir-rigward li r-riżorsi finanzjarji għall-gruppi ġiħadisti qed jiġu anke minn xi pajjiżi Għarab, u li l-UE għandha titlob lil dawn il-pajjiżi juru aktar konsistenza; jindika l-ħtieġa urġenti li jiġi oppost l-użu tal-internet mill-gruppi ġiħadisti għar-reklutaġġ u l-propoganda; jinsisti fuq il-ħtieġa li tiġi intensifikata l-kooperazzjoni internazzjonali kif ukoll dik fi ħdan l-UE, iffukata fuq il-prevenzjoni ta’ estremisti milli jivvjaġġaw lejn is-Sirja u l-Iraq biex jissieħbu fil-ġlieda ġiħadista, inkluż investiment fil-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni nazzjonali u l-programmi ta’ deradikalizzazzjoni fl-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri biex iwaqqfu sistemi biex issir ġustizzja mal-ġellieda Ewropej li jirritornaw lura, fil-qafas tas-sistemi nazzjonali tal-liġi kriminali tagħhom; ifakkar fil-ħtieġa li jkun hemm kooperazzjoni u koordinazzjoni aktar mill-qrib bejn it-Turkija u l-UE; |
47. |
Iħeġġeġ lill-pajjiżi tar-reġjun biex jibqgħu juru impenn lejn il-gwerra kontra t-terroriżmu u biex joqogħdu lura minn azzjonijiet li jistgħu jikkawżaw tensjoni, nuqqas ta' qbil jew kriżi bejniethom jew joħolqu problemi addizzjonali fil-ġlieda tal-komunità internazzjonali kontra l-IS; |
48. |
Jikkundanna l-vjolenza brutali użata mir-reġim ta’ Assad kontra ċ-ċittadini Sirjani u jappella sabiex issir aktar pressjoni biex tinġieb tranżizzjoni politika ġenwina fis-Sirja, inkluż billi jiżdied l-appoġġ lill-oppożizzjoni Sirjana moderata; |
49. |
Jenfasizza l-fatt li f’ħafna oqsma tal-politika esterna tal-Unjoni lejn il-viċinat tan-Nofsinhar tagħha jrid ikun hemm ukoll rabta mal-Afrika; iqis li l-Afrika, b’mod partikolari fir-reġjun tas-Saħel-Saħara, hija taħt theddida strateġika, u jappella għal rispons adegwat tal-UE għal din it-theddida, inklużi miżuri fl-oqsma tal-iżvilupp ekonomiku, id-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-edukazzjoni u s-sigurtà; jinnota ż-żieda kontinwa fl-attivitajiet kriminali tat-terroristi tal-al-Qaeda fil-Magreb Iżlamiku (AQIM), Al-Mourabitoun imwielda mill-fużjoni tal-Moviment tal-Unità u l-Ġiħad fl-Afrika tal-Punent (MUJAO) u l-Brigata tal-Maskrati ta’ Mokhtar Belmokhta, u tal-Boko Haram; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà u l-Iżvilupp fis-Saħel u jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni ta' din l-istrateġija; |
50. |
Jenfasizza l-importanza tal-Ġordan u l-Libanu bħala sħab stabbli fil-Lvant Nofsani; ifakkar li dawn iż-żewġ pajjiżi qed jiffaċċjaw mewġa dejjem akbar ta’ refuġjati li tippreżenta sfidi soċjoekonomiċi enormi; ifaħħar l-assistenza kontinwa tal-pajjiżi ġirien lir-refuġjati mill-Iraq u s-Sirja; iħeġġeġ lill-mexxejja tal-UE biex jibdew sforzi globali, inkluż min-naħa tas-setgħat reġjonali, sabiex tiżdied bil-kbir l-għajnuna umanitarja għall-popolazzjonijiet ċivili milquta mill-kunflitt fis-Sirja u l-Iraq u mill-vjolenza tal-IS, b’mod partikolari bil-ħsieb li jappoġġjaw lir-refuġjati u jipprovdu appoġġ finanzjarju dirett lill-pajjiżi kollha fir-reġjun li jospitaw refuġjati biex b'hekk titrawwem l-integrazzjoni soċjali u tiġi evitata l-marġinalizzazzjoni; |
51. |
Iħeġġeġ lill-UE tiżgura li l-kooperazzjoni kontra t-terroriżmu ma’ pajjiżi terzi timxi id f’id mar-rispett għall-istat tad-dritt u d-drittijiet universali tal-bniedem; |
Tisħiħ ta’ ordni globali kooperattiva bbażata fuq ir-regoli
52. |
Jemmen li l-Istati Uniti huwa s-sieħeb strateġiku ewlieni tal-UE, u jinkoraġġixxi koordinazzjoni aktar mill-qrib u fuq l-istess livell mal-Istati Uniti dwar il-politika barranija tal-UE li tappoġġja d-dritt internazzjonali u lejn approċċi komuni għall-isfidi fil-viċinat tal-UE u fil-livell globali; jenfasizza n-natura strateġika ta’ Sħubija Transatlantika tal-Kummerċ u l-Investiment, li għandha l-potenzjal li tippermetti lis-sieħba transatlantiċi jistabbilixxu standards globali dwar ix-xogħol, is-saħħa, l-ambjent u l-proprjetà intelletwali u jsaħħu l-governanza globali; jitlob, f'dan ir-rigward, għal aktar ftuħ u trasparenza fin-negozjati u għall-involviment tal-partijiet ikkonċernati kollha fl-istadji kollha tal-proċess; iqis li l-Amerika Latina hija sieħeb importanti tal-UE u li għandhom jiġu żviluppati diversi modalitajiet ta' kooperazzjoni transatlantika trijangolari; |
53. |
Jisħaq dwar il-bżonn li jkun hemm impenn għal kooperazzjoni u sħubiji strateġiċi ma’ diversi pajjiżi, b’aġenda ċara, u li jsir rieżami tas-sħubiji strateġiċi attwali fid-dawl tal-impatt tal-politiki tagħhom; |
54. |
Jilqa’ l-konklużjonijiet tas-samit tan-NATO li sar f'Wales f'Settembru 2014 u jitlob l-implimentazzjoni tagħhom; jemmen li l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO għandha tissaħħaħ u għandu jkun hemm ippjanar u koordinazzjoni aktar mill-qrib u msaħħa bejn id-difiża intelliġenti tan-NATO u l-akkomunament u l-kondiviżjoni tal-UE sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u jsir l-aħjar użu mir-riżorsi skarsi disponibbli; jerġa’ jtenni l-bżonn li jiġu rispettati l-politiki ta’ sigurtà ta’ dawk l-Istati Membri tal-UE li mhumiex membri tan-NATO; |
55. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal strateġija tal-UE, f’koordinazzjoni mal-Istati Uniti, fuq kif tista’ tinqasam ir-responsabbiltà mar-Russja, iċ-Ċina, l-Indja u segħat ewlenin oħra għall-paċi u l-istabbiltà tas-sistema politika u ekonomika globali; jindika l-importanza li jissaħħu r-relazzjonijiet bejn l-istati prinċipali fl-Asja kif ukoll l-organizzazzjonijiet reġjonali bħall-ASEAN fil-kuntest ta’ din l-istrateġija; |
56. |
Jistieden lir-RGħ/VP biex issaħħaħ il-politika barranija tal-UE lejn l-Asja, speċjalment lejn iċ-Ċina u l-Indja; iħeġġeġ lir-RGħ/VP tiżgura li s-samits bilaterali maċ-Ċina u l-Indja jsiru fuq bażi annwali u jipprovdu riżultati tanġibbli; |
57. |
Jisħaq li l-paċi u l-istabbiltà fir-Reġjun tal-Asja tal-Paċifiku u fiż-żoni tal-Lvant u n-Nofsinhar tal-Baħar taċ-Ċina b’mod partikolari, huma ta’ importanza sostanzjali għall-UE; iħeġġeġ lill-partijiet kollha kkonċernati fir-reġjun biex isolvu d-differenzi b’mod paċifiku, f’konformità mad-dritt internazzjonali, u biex jikkooperaw ma’ xulxin biex jisfruttaw ir-riżorsi naturali u tal-baħar; huwa favur li l-politiki Ewropej jiġu żviluppati u avvanzati abbażi tal-appoġġ tal-prevenzjoni attiva tal-kunflitti u l-istrateġiji tar-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti; huwa tal-fehma li l-UE għandha interess sostanzjali fit-tkabbir kontinwu u l-prosperità tal-Lvant tal-Asja; jisħaq fuq il-bżonn li tissaħħaħ is-sħubija ekonomika tal-UE mal-pajjiżi tal-Asja tal-Paċifiku b’mod inklużiv sabiex jinżammu l-paċi, l-istabbiltà u l-prosperità sostenibbli; jilqa’ t-titjib inkoraġġanti fir-relazzjonijiet madwar l-Istrett f’dawn l-aħħar sitt snin u jistieden lill-partijiet kollha jieħdu aktar miżuri biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp paċifiku tagħhom; |
58. |
Jistieden lir-RGħ/VP u l-Istati Membri tal-UE biex jagħtu impetu ġdid u sod lill-politika nnegozjata dwar id-diżarmament nukleari u l-kontroll tal-armi; jilqa’ r-rieżami li jmiss tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni min-naħa tan-NU bħala pass ewlieni lejn il-paċi u s-sigurtà internazzjonali u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jieħdu pożizzjoni koordinata u proattiva fin-negozjati; jilqa’ d-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi u jitlob l-implimentazzjoni effettiva u sħiħa tiegħu; jitlob il-ħolqien ta’ awtorità tal-UE għall-kummerċ tal-armi biex tassisti lill-Istati Membri fl-interpretazzjoni tan-normi stabbiliti mill-Pożizzjoni Komuni tal-UE dwar l-esportazzjoni tal-armi u tassigura konformità konsistenti u stretta magħhom; jisħaq dwar il-bżonn ta’ verifiki ex post aħjar dwar l-użu ta’ armi esportati; |
59. |
Jiddikjara li l-UE, li fil-passat kellha suċċess fil-ġlieda kontra l-piena tal-mewt f’każijiet speċifiċi, għandha tieħu pożizzjoni aktar deċiżiva; jitlob lill-istituzzjonijiet u lill-Istati Membri biex iżommu u jsaħħu l-impenn u r-rieda politika tagħhom fir-rigward ta' dan, bil-għan li l-piena tal-mewt titneħħa definittivament fid-dinja kollha; |
60. |
Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa għal riforma tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), sabiex jirrifletti aħjar ir-realtajiet globali tal-lum; iħeġġeġ lir-RGħ/VP biex din issir prijorità u biex jinbeda dibattitu madwar l-Ewropa dwar ir-riforma tal-KSNU; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-UE għandha ssir membru sħiħ tan-NU; |
61. |
Itenni mill-ġdid il-bżonn li l-UE jkollha rwol mexxej fil-promozzjoni tal-firma universali u r-ratifika tal-Istatut ta’ Ruma u biex tkompli ssaħħaħ u tappoġġja l-Qorti Kriminali Internazzjonali; |
62. |
Ifakkar fl-impenn sod tal-UE hija u tiġġieled l-impunità u tippromwovi l-universalità tal-Istatut ta' Ruma li jistabbilixxi l-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI); jilqa' r-ratifika reċenti tal-Istatut ta' Ruma min-naħa tal-Palestina; iqis li huwa ta' dispjaċir kbir li, għall-ewwel darba mindu twaqqfet il-QKI, l-UE ma ħarġitx dikjarazzjoni li tilqa' r-ratifika tal-Istatut ta' Ruma minn pajjiż terz, jiġifieri l-Palestina, u jħeġġeġ lill-UE tirrikonoxxi pubblikament dan l-iżvilupp pożittiv; iħeġġeġ lill-UE tikkundanna kull miżura punittiva li tittieħed kontra l-Palestina talli eżerċitat id-dritt leġittimu tagħha li tirratifika dan it-Trattat; |
63. |
Jappella għall-iżvilupp ta’ strateġija ta’ sigurtà koerenti dwar il-klima fil-livell tal-UE li tindirizza l-konsegwenzi strateġiċi u politiċi tat-tibdil fil-klima, li tippermetti lill-UE tirrispondi u tħejji għall-instabbiltà ġeopolitika kkaġunata mill-klima, u li tingħata attenzjoni partikolari lill-kooperazzjoni mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-pajjiżi l-aktar affettwati mill-impatti tat-tibdil fil-klima; jirrikonoxxi l-importanza tas-Samit ta’ Pariġi li jmiss dwar it-tibdil fil-klima; jistieden lis-SEAE sabiex jipprijoritizza d-diplomazija dwar l-għanijiet tat-tibdil fil-klima sabiex jibni appoġġ għal ftehim komprensiv u b’saħħtu; jitlob li jkun hemm dibattitu dwar strateġija li tħares ’il quddiem biex tindirizza l-migrazzjoni li qed isseħħ minħabba t-tibdil fil-klima; |
64. |
Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jikkontribwixxu b’mod pożittiv u koordinat għat-tfassil tal-Aġenda għall-Iżvilupp għal wara l- 2015, u jenfasizza r-rwol importanti tar-RGħ/VP fl-iżgurar tat-tmexxija tal-UE fin-negozjati; jenfasizza li l-qafas il-ġdid għandu jindirizza l-kawżi strutturali tal-faqar, l-inugwaljanza u l-vjolenza bit-tisħiħ ta' istituzzjonijiet effettivi, inklużivi u demokratiċi, governanza tajba u l-istat tad-dritt; |
o
o o
65. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, lill-President tal-Assemblea Parlamentari tan-NATO, lill-President fil-kariga tal-OSKE, lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-OSKE, lill-President tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa u lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa. |
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/141 |
P8_TA(2015)0076
Rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja fl-2013 u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2015, dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2013 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (2014/2216(INI))
(2016/C 316/18)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u trattati u strumenti oħra tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar id-drittijiet tal-bniedem, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Novembru 2014 dwar il-25 anniversarju tal-konvenzjoni (1), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-NU tat-8 ta' Settembru 2000 (2), l-Aġenda għall-Iżvilupp tan-NU ta' wara l-2015 u r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (3), kif adottati mill-Kunsill Affarijiet Barranin fil-25 ta' Ġunju 2012, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2013, adottat mill-Kunsill fit-23 ta' Ġunju 2014, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali dwar l-Aspetti Ewlenin u l-Għażliet Bażiċi tal-PESK fl-2013, approvat mill-Kunsill fit-22 ta' Lulju 2014, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2014 tal-Kummissjoni dwar il-politiki ta' żvilupp u għajnuna esterna tal-Unjoni Ewropea u l-implimentazzjoni tagħhom fl-2013 (COM(2014)0501), adottat fit-13 ta' Awwissu 2014, u d-dokumenti ta' akkumpanjament, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar ir-Rapport Annwali 2012 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 2014 fl-għaxar anniversarju tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar il-politiki tal-UE favur id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (5), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet urġenti kollha tiegħu dwar każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2014 dwar prijoritajiet tal-UE għall-25 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU (6), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-2 ta' April 2014 dwar id-69 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (7), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Novembru 2011 dwar l-appoġġ tal-UE għall-QKI: naffaċċjaw l-isfidi u negħlbu d-diffikultajiet (8), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Lulju 2014 dwar id-delitt tal-aggressjoni (9), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2011 dwar il-politiki esterni tal-UE favur id-demokratizzazzjoni (10), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar il-libertà tal-istampa u tal-midja fid-dinja (11), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kumissjoni u tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Siġurtà tat-8 ta' Marzu 2011 bit-titlu “Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran” (COM(2011)0200), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar moratorja fuq l-użu tal-piena kapitali (12), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar il-qerda tat-tortura fid-dinja (13), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (14), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 1325, 1820, 1888, 1889 u 1960 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport dwar l-indikaturi tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-Approċċ Komprensiv għall-implimentazzjoni mill-UE tar-riżoluzzjonijiet 1325 u 1820 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, adottat mill-Kunsill fit-13 ta' Mejju 2011, |
— |
wara li kkunsidra l-“Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem: L-implimentazzjoni tal-Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti 'Ipproteġi, Irrispetta u Rrimedja'”, approvati mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fir-Riżoluzzjoni tiegħu 17/4 tas-16 ta' Ġunju 2011, |
— |
wara li kkunsidra l-Gwida tas-Settur tal-ICT (teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni) dwar l-Implimentazzjoni tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, ippubblikata mill-Kummissjoni fis-17 ta' Ġunju 2013, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tas-26 ta' Ġunju 2014 li titlob għal twaqqif ta' grupp ta' ħidma intergovernattiva indefinit bil-għan li jfassal “strument internazzjonali ġuridikament vinkolanti dwar il-korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi kummerċjali oħrajn fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem”, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar ir-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali (15), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2006 dwar il-klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fi ftehimiet tal-Unjoni Ewropea (16), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fi Ftehimiet ta' Kummerċ Internazzjonali (17), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar il-Politika dwar il-Kummerċ Internazzjonali fil-kuntest tal-imperattivi marbuta mat-tibdil fil-klima (18), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2012 dwar “Żieda fl-impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla”, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2014 dwar l-UE u l-qafas tal-iżvilupp globali wara l-2015 (19), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta (20), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-5 ta' Marzu 2014 bit-titolu “Il-Provenjenza Responsabbli ta' minerali li joriġinaw f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli: Lejn Approċċ integrat tal-UE” (JOIN(2014)0008), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (UNCAC), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar il-korruzzjoni fis-settur pubbliku u f'dak privat: l-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi (21), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2014 dwar l-approċċ komprensiv tal-UE, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-18 ta' April 2013 dwar il-prinċipju tan-NU tar-responsabbiltà ta' protezzjoni (“R2P”) (22), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 52 u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0023/2015), |
A. |
billi l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) saħħaħ aktar l-impenji tal-UE biex tiżviluppa politika estera u ta' sigurtà komuni ggwidata mill-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u l-prinċipju li jiġu avvanzati d-dritt internazzjonli u l-ġustizzja, b'rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u d-dritt internazzjonali; billi, skont l-Artikolu 6 TUE, “[l-]Unjoni għandha taderixxi għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali”; |
B. |
billi l-Artikoli 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-politika kummerċjali tal-UE tkun ibbażata fuq il-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni; |
C. |
billi r-rispett u l-promozzjoni u s-salvagwardja tal-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem huma s-sisien tal-politika estera u ta' sigurtà; billi l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem hija mhedda b'mod serju minn għadd ta' reġimi awtoritarji, b'mod partikolari f'fora multilaterali; |
D. |
billi aktar minn nofs il-popolazzjoni dinjija tgħix taħt reġimi mhux demokratiċi, u billi l-libertà globali naqset b'mod kontinwu matul dawn l-aħħar ftit snin; |
E. |
billi reġimi demokratiċi huma definiti mhux biss mill-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet iżda wkoll mir-rispett għall-istat tad-dritt, il-libertà tal-espressjoni, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja u amministrazzjoni imparzjali; |
F. |
billi l-kredibilità tal-UE fir-relazzjonijiet esterni tagħha u fix-xena internazzjonali tissaħħaħ billi tiżdied il-konsistenza bejn il-politiki interni u esterni tagħha fir-rigward tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem; |
G. |
billi l-Viċi President il-ġdida tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) iddikjarat li d-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu fost il-prijoritajiet globali tagħha u li għandha l-ħsieb li tużahom bħala boxxla fir-rigward tar-relazzjonijiet kollha tagħha ma' pajjiżi terzi; billi hija tenniet ukoll l-impenn tal-UE li tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem fl-oqsma kollha tar-relazzjonijiet barranin “mingħajr eċċezzjoni”; billi l-adozzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija u t-tiġdid tal-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem se jkunu fuq l-aġenda tal-UE fil-bidu tal-2015; |
H. |
billi fit-23 ta' Ġunju 2014 il-Kunsill adotta r-Rapport Annwali 2013 tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja, li jkopri l-ewwel sena sħiħa tal-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija; billi l-2013 kienet ukoll l-ewwel sena sħiħa tal-mandat il-ġdid tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem; billi l-persuna li ngħatat din il-kariga għandha taħdem sabiex tassisti lill-Unjoni fil-koordinament tal-attivitajiet tagħha sabiex tikkjarifika aktar, u żżid il-viżibilità tal-ħidma tagħha fil-promozzjoni tal-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja kollha, u b'mod partikolari d-drittijiet tan-nisa; |
I. |
billi r-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2013 u l-avvenimenti wara l-perjodu tar-rapportar tiegħu, iservu biex ifakkru b'mod ċar il-prezz qares imħallas mill-bnedmin minħabba n-nuqqas ta' osservanza tad-drittijiet tal-bniedem; billi n-nuqqas ta' osservanza tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi ħalla impatt negattiv fuq l-UE, fejn in-nuqqas ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem u n-nuqqas ta' parteċipazzjoni demokratika leġittima wasslu għall-instabbiltà, stati falluti, kriżijiet umanitarji u kunflitti armati, fenomeni li l-UE hija obbligata twieġeb għalihom; |
J. |
billi l-impenn tal-UE favur multilateraliżmu effikaċi, bin-NU fil-qalba tiegħu, huwa parti integrali mill-politika esterna tal-Unjoni u għandu l-għeruq tiegħu fil-konvinzjoni li sistema multilaterali bbażata fuq regoli u valuri universali hija l-aktar adattata biex tindirizza kriżijiet, sfidi u theddid globali; |
K. |
billi l-UE u l-Istati Membri tagħha ilhom alleati affidabbli tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) sa mill-bidu tagħha, jipprovduha b'appoġġ finanzjarju, politiku, diplomatiku u loġistiku filwaqt li jippromwovu l-universalità tal-Istatut ta' Ruma u jiddefendu l-integrità tagħha bil-għan li jsaħħu l-indipendenza tal-Qorti; |
L. |
billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Lulju 2014 il-Parlament tenna l-appoġġ b'saħħtu tiegħu għall-adozzjoni tal-Emendi ta' Kampala għall-Istatut ta' Ruma tal-QKI, inkluż l-emenda dwar id-delitt ta' aggressjoni, u talab lill-Istati Membri kollha tal-UE biex jirratifikawhom u jinkorporawhom fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom; billi l-emenda għad-delitt ta' aggressjoni tikkontribwixxi għall-istat tad-dritt f'livell internazzjonali u għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali billi taġixxi ta' deterrent għall-użu illegali tal-forza u b'hekk proattivament tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' tali delitti u għall-konsolidazzjoni ta' paċi dejjiema; |
M. |
billi l-fokus tad-59 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa, li se ssir fi New York bejn id-9 u l-20 ta' Marzu 2015, se tkun is-segwitu għad-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Pekin, inkluż l-isfidi attwali li jimpedixxu l-implimentazzjoni tagħha u għalhekk il-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa, u anke l-opportunitajiet għall-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa fl-aġenda tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju wara l-2015; |
N. |
billi edukazzjoni primarja b'xejn għat-tfal kollha hija dritt fundamentali stabbilit fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989; billi l-edukazzjoni tat-tfal u l-adulti tgħin biex jitnaqqsu l-faqar u l-mortalità tat-trabi u tippromwovi prattiki ambjentali tajba; billi l-aċċess għall-edukazzjoni għal kulħadd hija intrinsikament marbuta mal-Għan ta' Żvilupp tal-Millennju dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, b'mod partikolari f'termini li titlesta l-edukazzjoni primarja; billi dan l-għan fadallu biex jitlaħaq; |
O. |
billi fi żminijiet ta' kunflitt armat, nisa u tfal, inklużi nisa u tfal rifuġjati, persuni li jfittxu ażil u persuni mingħajr Stat, huma fost l-aktar gruppi vulnerabbli fis-soċjetà, u billi r-riskji għal tfajliet spostati matul il-kriżijiet umanitarji jogħlew notevolment; |
P. |
billi kull tip ta' diskriminazzjoni u vjolenza fuq in-nisa, inklużi l-abbuż sesswali, il-mutilazzjoni ġenitali femminili, iż-żwieġ furzat, l-hekk imsejħa reati għall-unur, l-isfruttar sesswali tan-nisa għal skopijiet kummerċjali u l-vjolenza domestika, m'għandhom qatt jiġu ġġustifikati minn ebda raġuni politika, soċjali, reliġjuża jew kulturali, jew abbażi ta' rabta ma' kwalunkwe tradizzjoni popolari jew tribali; |
Q. |
billi teżisti relazzjoni ċara bejn il-korruzzjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-korruzzjoni fis-setturi pubbliċi u privati twettaq u taggrava l-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni, u konsegwentement timpedixxi t-tgawdija ugwali tad-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali; billi huwa ppruvat li atti ta' korruzzjoni huma spiss marbuta mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, l-abbuż ta' poter u n-nuqqas ta' responsabbiltà; |
R. |
billi d-drittijiet tax-xogħol u d-drittijiet tat-trade unions huma taħt attakk serju madwar id-dinja, filwaqt li l-modi kif joperaw il-kumpaniji għandhom impatt qawwi fuq id-drittijiet tal-ħaddiema, il-komunitajiet, u l-konsumaturi kemm fi ħdan kif ukoll barra l-Ewropa; billi l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem timponi fuq l-istati l-obbligu li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem, li jiżguraw li l-attivitajiet tal-korporazzjonijiet taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ma jiksrux id-drittijiet tal-bniedem, u li jiżguraw li jkunu disponibbli forom effikaċi ta' rimedju għall-vittmi; |
S. |
billi l-komunità kummerċjali għandha rwol importanti fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u billi dawn l-isforzi huma mixtieqa ħafna u għandhom ikunu appoġġjati minn istituzzjonijiet pubbliċi madwar id-dinja; billi l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem għandha tkun pjattaforma ta' kooperazzjoni bejn il-gvern u s-settur privat; |
T. |
billi klawsola dwar il-konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tax-xogħol hija rekwiżit tas-sistema ta' preferenzi ġeneralizzati msaħħa (SĠP+) għall-pajjiżi terzi |
U. |
billi l-Artikolu 16 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR) tiddikjara li l-irġiel u n-nisa li għandom l-età, għandhom id-dritt li jiżżewġu u li jwaqqfu familja, mingħajr ebda xkiel minħabba r-razza, in-nazzjonalità jew ir-reliġjon, u huma intitolati għad-drittijiet indaqs taż-żwieġ, kemm fiż-żwieġ u kif ukoll fix-xoljiment taż-żwieġ, u li ż-żwieġ m'għandux isir mingħajr il-kunsens ħieles u sħiħ taż-żewġ għarajjes; |
V. |
billi l-Artikolu 14 tal-UDHR jirrikonoxxi d-dritt tal-persuni li jfittxu l-ażil mill-persekuzzjoni f'pajjiżi oħra; billi l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Istatus tar-Refuġjati tiddikjara b'mod ċar li r-refuġjati kollha huma intitolati għal protezzjoni speċjali u li l-ebda stat m'għandu jkeċċi jew jibgħat refuġjat lura lejn territorju fejn huwa jiffaċċja persekuzzjoni jew theddid fuq il-ħajja jew il-libertà; |
W. |
billi l-Artikolu 18 tal-UDHR jirrikonoxxi d-dritt għal libertà tal-ħsieb, kuxjenza u reliġjon; billi n-numru ta' inċidenti relatati mal-libertà ta' reliġjon jew twemmin żdied f'daqqa, fost l-oħrajn minħabba l-konsegwenza tan-numru dejjem jiżdied ta' kunflitti b'dimensjoni reliġjuża; |
X. |
billi l-Artikolu 25 tad-UDHR jirrikonoxxi d-dritt ta' kull persuna għal “standard ta' għajxien xieraq għas-saħħa u l-benessri tiegħu u ta' familtu”, fejn il-maternità u t-tfulija huma intitolati għal attenzjoni u assistenza speċjali, u li tinkludi kura medika; billi huwa l-25 anniversarju tal-Konvenzjoni tan-NU għad-Drittijiet tat-Tfal, li huwa l-aktar trattat dwar id-drittijiet tal-bniedem li ġie rratifikat; billi r-Riżoluzzjoni 26/28 tal-UNHRC titlob li l-laqgħa li jmiss tal-Forum Soċjali tal-UNHRC tiffoka fuq l-aċċess għall-mediċini fil-kuntest tad-dritt li kulħadd igawdi l-ogħla livell possibbli ta' saħħa fiżika u mentali; billi l-kostituzzjoni tal-Organizzazzjoni Dinija tas-Saħħa (WHO) tiddikjara li t-tgawdija tal-ogħla standard ta' saħħa possibbli huwa wieħed mid-drittijiet fundamentali ta' kull bniedem mingħajr ebda distinzjoni ta' razza, reliġjon, twemmin politiku, u kundizzjoni ekonomika jew soċjali; |
Y. |
billi l-effetti tat-tibdil fil-klima, bħaż-żieda fit-temperaturi, iż-żieda fil-livelli tal-baħar, u kundizzjonijiet iżjed estremi tat-temp, għandhom jintensifikaw l-isfidi tal-instabbiltà globali u, konsegwentement, it-theddida ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; |
Z. |
billi l-aċċess għall-ilma tajjeb għax-xorb u s-sanità huwa dritt tal-bniedem, li joħroġ mid-dritt għal standard ta' għajxien adegwat u huwa intrinsikament marbut mad-dritt tat-tgawdija tal-ogħla standard ta' saħħa mentali u fiżika possibbli, kif ukoll mad-dritt għall-ħajja u d-dinjità tal-bniedem; billi madwar 2,6 biljun persuna – nofs il-popolazzjoni tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw – għandha nuqqas ta' anke sempliċi latrina “imtejba” u 1,1 biljun persuna m'għandhiex aċċess għall-ebda tip ta' ilma tajjeb għax-xorb; |
AA. |
billi dan ir-rapport, filwaqt li ġie mfassal b'reazzjoni għar-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fl-2013 adottat mill-Kunsill, huwa analiżi progressiva tal-attivitajiet tal-UE fil-qasam ta' politika inkwistjoni; billi l-Parlament, fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-Rapporti Annwali preċedenti u dwar ir-rieżami tal-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, enfasizza l-ħtieġa għal riflessjoni kontinwa dwar il-prattiki fir-rigward tal-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-attivitajiet tiegħu, u fis-segwitu tar-riżoluzzjonijiet urġenti tiegħu dwar il-ksur tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt, u għal monitoraġġ tal-konformità mal-klawsoli tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet kollha konklużi mill-UE ma' pajjiżi terzi; |
Iċ-ċentralità tad-drittijiet tal-bniedem fil-politiki esterni tal-UE
1. |
Ifakkar li l-preambolu għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jafferma li l-UE “tqiegħed il-persuna fil-qalba tal-attivitajiet tagħha”; |
2. |
Jitlob lill-istituzzjonijiet u l-Istati Membri kollha tal-UE, inkluż is-sħab strateġiċi tagħha, iqiegħdu d-drittijiet tal-bniedem fiċ-ċentru tar-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi terzi kollha u fl-istqarrijiet u l-laqgħat ta' livell għoli kollha; jenfasizza l-importanza ta' implimentazzjoni effikaċi, konsistenti u koerenti tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, f'konformità mal-obbligi ċari stabbiliti fl-Artikolu 21 TUE u fil-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija; ifaħħar lil VP/HR il-ġdida talli pubblikament iddikjarat l-impenn dirett tagħha għall-implimentazzjoni ta' dawn il-prinċipji; |
3. |
Jenfasizza l-importanza li l-Istati Membri jitkellmu b'vuċi waħda f'appoġġ għall-indiviżibilità, l-invjolabbiltà u l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem u, b'mod partikolari, għar-ratifika tal-istrumenti internazzjonali kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem stabbiliti min-NU; jitlob lill-UE tappoġġja l-indiviżibilità u l-invjolabbiltà tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk minquxa fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, f’konformità mal-Artikolu 21 TUE; jappella lill-UE tippromwovi iżjed l-istandards universali tad-drittijiet tal-bniedem bħala l-bażi tal-involviment tagħha ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet reġjonali, kemm f'djalogi politiċi kif ukoll dwar id-drittijiet tal-bniedem, u f'negozjati kummerċjali; |
4. |
Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tpoġġi l-istat tad-dritt fil-qalba tal-proċess tat-tkabbir; iħeġġeġ lill-UE tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jħarsu d-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi, fil-fażijiet kollha tal-proċess ta' tkabbir; |
5. |
Iwissi, madankollu, dwar il-konsegwenzi mhux maħsuba tat-tkabbir kontinwu tal-lista tad-drittijiet tal-bniedem u l-inklużjoni ta' kwistjonijiet ideoloġiċi jew politiċi kontroversjali, billi dan jista' fl-aħħar mill-aħħar inaqqas l-appoġġ ġenerali għall-idea stess tal-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem; |
6. |
Jindika li, minbarra t-tbatija umana, l-UE għandha tqis ukoll il-konsegwenzi tan-nuqqas ta' osservanza tad-drittijiet tal-bniedem fejn in-nuqqas ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem u n-nuqqas ta' parteċipazzjoni demokratika leġittima jwasslu għal instabbiltà, korruzzjoni, stati falluti, kriżijiet umanitarji jew kunflitti armati, fenomeni li jimminaw l-isforzi tal-UE fil-politika tagħha għall-iżvilupp, u li għaliha l-UE jew l-Istati Membri tagħha huma obbligati li jwieġbu fid-dominju tal-politika estera u ta' sigurtà; jilqa', f'dan ir-rigward, l-isforzi riċenti tal-UE biex tinkludi l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-matriċi ta' twissija bikrija tagħha marbuta mal-prevenzjoni tal-kriżijiet; jitlob, madankollu, għal azzjoni preventiva iżjed b'saħħitha, u jħeġġeġ lill-VP/RGħ, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw element għall-prevenzjoni tal-kriżijiet ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem li għandu jiżdied mal-approċċ komprensiv tal-UE għall-kunflitti u l-kriżijiet esterni, u li għandu jkun inkluż fl-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà riveduta li jmiss; |
7. |
Huwa tal-fehma li l-UE, inkluż id-Delegazzjonijiet tagħha, għandha tidentifika sinjali bikrija ta' twissija, bħar-repressjoni tal-minoranzi u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, li jindikaw kunflitti u katasrofi umanitarji potenzjali; jitlob lill-UE tfassal l-aħjar prattiki għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'sitwazzjonijiet ta' wara d-diżastri u l-kunflitti, tagħti attenzjoni speċjali għal persuni b'diżabbiltà, in-nisa u t-tfal u gruppi vulnerabbli oħra, billi tipprovdi data u tieħu l-miżuri rilevanti fir-rigward ta' referenzi konkreti għal persuni b'diżabblità, id-disponibbiltà ta' pjanijiet għat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri favur l-inklużjoni ta' persuni b'dizabbiltà, taħriġ għall-persunal tas-servizzi rilevanti kollha u l-proporzjon ta' aċċessibbiltà għax-xelters ta' emerġenza u siti għall-għajnuna f'każ ta' diżastru, b'enfasi fuq l-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fi sforzi ta' għajnuna, irkupru u rikostruzzjoni, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji umanitarji, l-imparzjalità, in-newtralità u l-indipendenza u l-approċċ ibbażat fuq il-ħtiġijiet għall-għajnuna umanitarja; |
8. |
Iħeġġeġ lill-UE tiżgura li jkun hemm sinerġija bejn l-opportunitajiet għall-appoġġ mogħti skont l-Istrument għall-Istabbiltà, l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) u l-Fond Ewropew għad-Demokrazija; |
9. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar in-numru li qed jikber ta' każijiet ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li jirriżultaw mit-terroriżmu madwar id-dinja; jirreferi għal rapport 2014 li juri żieda ta' 62 % fl-attività terroristika mill-2012 sal-2013 u żieda fin-numru ta' pajjiżi li esperjenzaw it-terroriżmu li kkawża aktar minn 50 imwiet, minn 15 għal 24; iħeġġeġ lill-VP/RGħ u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), b'referenza għaż-żieda fl-attività terroristika, jikkooperaw aħjar u b'mod aktar effiċjenti mal-gvernijiet fil-ġlieda kontra kull forma ta' terroriżmu; |
10. |
Isostni li ċaħdiet ta' ġenoċidju u reati oħra kontra l-umanità, kif ukoll atti ta' razziżmu, ksenofobija u mibegħda reliġjuża, jikkostitwixxu ksur ċar tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u għalhekk għandhom jiġu kkundannati; |
11. |
Jitlob lill-VP/RGħ, Federica Mogherini, u lill-Ministri għall-affarijiet barranin tal-UE ipoġġu fuq l-aġenda tal-Kunsill Affarijiet Barranin b'mod regolari id-diskussjoni dwar l-isforzi tal-UE biex issegwi r-rilaxx ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti, attivisti politiċi u oħrajn li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'mod paċifiku; |
Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja bħala l-għodda ta' rapportar għall-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija
12. |
Jilqa' l-adozzjoni mill-Kunsill tar-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2013; jistieden lill-VP/RGħ il-ġdida tagħmel impenn għall-ġejjieni biex tipparteċipa f'żewġ dibattiti annwali f'seduti plenarji tal-Parlament rigward il-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, tippreżenta r-rapport tal-UE, u twieġeb għar-rapport tal-Parlament; |
13. |
Iqis li huwa ta' dispjaċir li l-Kummissjoni ma tatx tweġiba bil-miktub għar-riżoluzzjoni tal-Parlament imsemmija hawn fuq dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2012, u jqis li tali tweġibiet bil-miktub huma estremament importanti għall-kooperazzjoni interistituzzjonali f'dan il-qasam u ma jistgħux jiġu sostitwiti b'dibattitu fil-plenarja, li jippermetti anqas żmien ta' riflessjoni u għal tweġiba sistematika għall-punti kollha mqajma mill-Parlament; |
14. |
Ifaħħar lill-SEAE u 'l-Kummissjoni għar-rapportar komprensiv u ċar tagħhom dwar l-azzjoni tal-UE matul il-perjodu tar-rapportar; itenni, madankollu, l-opinjoni tiegħu li r-rapporti tal-pajjiż b'mod partikolari għandhom jippermettu ħarsa ġenerali lejn ix-xejriet pożittivi u negattivi ewlenin u jevalwaw l-effiċjenza tal-azzjonijiet tal-UE; jinnota li rappurtar pubbliku aktar bir-reqqa, ibbażat b'mod partikolari fuq il-prijoritajiet u l-indikaturi identifikati fl-istrateġiji tal-pajjiż tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, li s'issa għadhom kunfidenzjali, iħeġġeġ konsistenza akbar fl-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità tad-drittijiet tal-bniedem u fil-valutazzjoni tal-impatt tal-politiki tal-UE fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem; |
15. |
Jibqa' tal-opinjoni li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jaħdmu flimkien biex itejbu l-format tar-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja bil-ħsieb li jilħaq parti kbira mill-pubbliku, filwaqt li tinżamm in-natura komprensiva tiegħu bħala rapport ta' implimentazzjoni dwar il-Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija; itenni li huwa lest li jkun parti minn kooperazzjoni attiva u kostruttiva bejn l-istituzzjonijiet tal-UE għat-tħejjija ta' rapporti fil-ġejjieni; itenni t-talba tiegħu li r-Rapport Annwali jinkludi taqsima dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni mill-Istati Membri; |
L-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni
16. |
Itenni l-apprezzament tiegħu għall-Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, adottat mill-Kunsill fl-2012, bħala pass importanti li jiftaħ prospettivi ġodda fil-politika għall-iżvilupp u li jikkonferma mill-ġdid l-impenn tal-UE għall-obbligu tat-Trattat li tintegra d-drittijiet tal-bniedem fil-politiki esterni kollha tal-UE “mingħajr eċċezzjoni”; |
17. |
Ifakkar li d-drittijiet tal-bniedem saru komponent essenzjali tal-azzjoni esterna tal-UE u element reali tal-identità tagħha fir-relazzjonijiet bilaterali, multilaterali u istituzzjonali; |
18. |
Japprezza l-isforzi tas-SEAE u tal-Kummissjoni biex jirraportaw lura lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-ewwel Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija; jitlob lill-VP/RGħ u lis-SEAE jinvolvu lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew, lis-soċjetà ċivili u lill-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali fir-rieżami u fil-konsultazzjonijiet li jwasslu għall-adozzjoni ta' Pjan ta' Azzjoni ġdid, li jidħol fis-seħħ fil-bidu tal-2015; jilqa' d-diskussjonijiet immirati lejn il-kisba ta' prijoritizzazzjoni aħjar tal-objettivi fil-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid, u biex titjieb iċ-ċarezza, l-effikaċja u l-koerenza ta' din l-għodda ta' politika esterna tal-UE, iżda jwissi kontra t-tnaqqis fl-ambitu tal-Pjan ta' Azzjoni jew fil-livell ta' ambizzjoni f'termini tal-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-oqsma tal-politika tal-UE; |
19. |
Jinkoraġġixxi lill-partijiet kollha involuti fl-azzjoni esterna tal-UE iħaddnu l-politika esterna tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-diversi għodod assoċjati magħha, u jiżguraw li d-drittijiet tal-bniedem jiġu kkunsidrati b'mod ġenerali, fost oħrajn billi jagħmlu arranġamenti sabiex l-uffiċjali kkonċernati jirċievu taħriġ regolari dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
20. |
Jesprimi t-tħassib partikolari tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-impenn li sar fil-Qafas Strateġiku biex “id-drittijiet tal-bniedem jitqiegħdu fiċ-ċentru tar-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi terzi kollha, inkluż is-sħab strateġiċi tagħha”; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-VP/RGħ u lis-SEAE jagħtu attenzjoni bir-reqqa għall-implimentazzjoni ta' dan l-impenn u biex jiżguraw l-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fir-relazzjonijiet tal-UE mas-sħab strateġiċi tagħha f'kuntesti ċentrali bħal summits u konklużjonijiet tal-Kunsill; jirrakkomanda wkoll li, kull meta jkun hemm ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem minn pajjiż sieħeb li miegħu jkun ġie konkluż ftehim, l-UE tieħu passi aktar effikaċi biex twettaq sanzjonijiet xierqa kif stipulat fil-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-ftehim, inkluża l-possibbiltà ta' sospensjoni (temporanja) tal-ftehim; |
21. |
Jitlob lill-VP/RGħ, f'koordinazzjoni mal-Kummissarji l-oħra kollha, tabbozza programm li jintegra d-drittijiet tal-bniedem f'attivitajiet varji tal-UE, b'mod partikolari fl-oqsma tal-iżvilupp, il-migrazzjoni, l-ambjent, l-impjiegi, il-protezzjoni tad-data fuq l-internet, il-kummerċ, l-investiment, it-teknoloġija u n-negozju; |
22. |
Jilqa' l-fatt li l-VP/RGħ iddikjarat pubblikament il-ħtieġa għal rieżami tal-istrateġija tal-UE fil-konfront tas-sħab strateġiċi kollha tagħha, inklużi ċ-Ċina u r-Russja, u jitlobha li tipprijoritizza d-drittijiet tal-bniedem f'dawn il-pajjiżi matul il-mandat tagħha billi tiċċara li ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem huwa theddida għal relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u s-sħab strateġiċi tagħha; |
Mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem
23. |
Jirrikonoxxi l-importanza tal-mandat mogħti lill-ewwel Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem u jifraħ lill-persuna li attwalment għandha l-mandatgħall-ħidma li saret sa issa; iħeġġeġ lir-RSUE ikompli jżid il-viżibilità u l-impenn tal-UE mal-organizzazzjonijiet multilaterali u mal-mekkaniżmi reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem rilevanti (in-NU, il-Kunsill tal-Ewropa, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja, l-Unjoni Afrikana u l-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika), jippromwovi l-prijoritajiet tematiċi ewlenin tal-UE skont il-Linji gwida dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-UE, jaħdem għat-tisħiħ ta' soċjetà ċivili fid-dinja kollha, u jikkontribwixxi għall-integrazzjoni, il-koerenza, il-konsistenza u l-effikaċja tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u joħloq il-bilanċ ġust bejn diplomazija silenzjuża u dik pubblika; jirrikonoxxi l-ħtieġa għal viżibilità akbar biex ir-rwol tar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem, filwaqt li jkun megħjun minn servizzi differenti fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE fl-interess tal koordinazzjoni tajba, jeħtieġ li jkollu setgħat ta' inizjattiva proprja u d-dritt li jitkellem pubblikament; |
24. |
Jitlob lill-Kunsill jadotta bħala prinċipju ġenerali l-prattika tal-inklużjoni tal-kooperazzjoni mar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem b'mod sistematiku fil-mandat ta' RSUE ġeografiċi futuri; |
25. |
Jitlob li l-pożizzjoni ta' RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem tkompli bil-għan li din tinbidel f'funzjoni permanenti, b'mezzi adegwati biex tapprova bis-sħiħ ir-rwol, inkluż l-użu ta' diplomazija pubblika; |
Koerenza interna/esterna fil-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija
26. |
Jenfasizza li l-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem teħtieġ li tkun konsistenti f'konformità mal-obbligi tat-Trattat, filwaqt li tiżgura l-koerenza bejn il-politiki interni u esterni, u tevita standards doppji; jitlob, għalhekk, għall-adozzjoni tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-rigward tal-isħab strateġiċi; jitlob, f'dan il-kuntest, għat-twaqqif ta' limiti komuni għall-Istati Membri u għall-uffiċjali tal-UE f'termini tat-tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem li huma għandhom iqajmu, bħala l-minimu, mal-kontrapartijiet sħab strateġiċi tagħhom, filwaqt li jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi tas-sitwazzjoni ta' kull pajjiż; |
27. |
Jenfasizza li l-azzjoni tal-UE fir-rigward ta' pajjiżi terzi għandha tkun konsistenti biex tkun kredibbli u għalhekk effikaċi, u li diskrepanzi u inkonsistenzi jagħmlu l-azzjoni tagħha tkun inqas effikaċi u xi drabi jwasslu li l-fehmiet tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem ma jinstemgħux; ifakkar li, minkejja l-ħafna problemi li nqalgħu, il-konsistenza għadha prijorità għall-politika esterna u għandha tkun fil-qalba tal-mandat ta' dawk kollha involuti f'din il-politika; |
28. |
Iqis li huwa essenzjali, barra minn hekk, li r-rekwiżiti dwar id-drittijiet tal-bniedem stabbiliti mill-UE fir-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi japplikaw b'mod ugwali għall-Istati Membri; ifakkar, għalhekk, li l-Parlament jadotta rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea, imfassal mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern; |
29. |
Jitlob lis-SEAE issaħħaħ il-ġestjoni, il-kontroll u l-kontabbiltà tal-fondi tal-UE għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem; |
30. |
Jinnota l-isfidi konsiderevoli minħabba l-annessjoni tal-Krimea mar-Russja u l-involviment militari kontinwu fil-Lvant tal-Ukraina; jenfasizza li din il-politika ta' aggressjoni hija kontinwazzjoni tat-triq tar-Russja lejn tmexxija awtoritarja, flimkien mas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż li sejra għall-agħar; jenfasizza li r-Russja issa hija “sfida strateġika” għall-UE, u m'għadhiex konformi mal-kriterji għal sħubija strateġika; |
31. |
Jitlob li l-UE tindirizza b'mod effikaċi l-isfidi interni tad-drittijiet tal-bniedem, bħas-sitwazzjoni tar-Rom, it-trattament tar-refuġjati u l-migranti, id-diskriminazzjoni kontra persuni LGBTI, il-kundizzjonijiet ta' detenzjoni u l-libertà tal-midja fl-Istati Membri, sabiex iżżomm il-kredibilità u l-konsistenza fil-politika esterna tagħha tad-drittijiet tal-bniedem; iqis li huwa ta' dispjaċir li l-minoranza tar-Rom baqgħet soġġetta għal diskriminazzjoni, razziżmu u esklużjoni soċjali, kemm fi ħdan l-UE kif ukoll fil-pajjiżi kandidati fil-Balkani tal-Punent u t-Turkija; jinnota f'dan ir-rigward li r-rispett tad-drittijiet tal-minoranzi huwa wieħed mill-isfidi ewlenin identifikati fl-istrateġija ta' tkabbir tal-Kummissjoni għall-2014-2015; |
Għodda tal-politika tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE
L-istrateġiji tal-pajjiżi dwar id-drittijiet tal-bniedem u r-rwol tad-Delegazzjonijiet tal-UE
32. |
Ifaħħar lis-SEAE għat-twettiq b'suċċess tal-ewwel ċiklu tal-istrateġiji tal-pajjiż dwar id-drittijiet tal-bniedem, li ġew żviluppati b'enfasi qawwija fuq ir-responsabbiltà fil-livell tad-Delegazzjoni tal-UE; jiddispjaċih, madankollu, għan-nuqqas kontinwu ta' trasparenza fir-rigward tal-kontenut tal-istrateġiji tal-pajjiż, b'mod partikolari n-nuqqas biex il-Parlament ikun informat b'mod xieraq, u jitlob, għal darb'oħra, għad-divulgazzjoni pubblika, tal-inqas, tal-prijoritajiet ewlenin ta' kull strateġija tal-pajjiż, u sabiex il-Parlament ikollu aċċess għall-istrateġiji, b'mod adegwat, ħalli jingħata lok għal livell xieraq ta' skrutinju; jinkoraġġixxi lis-SEAE jadotta indikaturi biex jevalwa l-effikaċja tagħhom, u biex iqis it-taqsimiet tal-pajjiż fir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija b'mod iżjed espliċitu minħabba li jikkostitwixxu rapporti ta' implimentazzjoni dwar l-istrateġiji tal-pajjiżi; ifakkar l-impenn tal-UE li tiżgura li l-istrateġiji tal-pajjiż dwar id-drittijiet tal-bniedem jiġu kkunsidrati fil-livelli kollha tat-tfassil tal-politika ma' pajjiżi terzi, inkluż djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u djalogi politiċi; |
33. |
Jenfasizza l-ħtieġa li d-Delegazzjonijiet tal-UE iħejju rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; |
34. |
Jilqa' n-netwerk kważi komplut tal-punti fokali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tal-uffiċjali ta' kollegament għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f'Delegazzjonijiet tal-UE; jitlob lill-VP/RGħ u lis-SEAE jiżviluppaw linji gwida operattivi ċari dwar ir-rwol tagħhom fid-Delegazzjonijiet sabiex jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tagħhom, joħolqu standards kredibbli u jevitaw inkonsistenzi bejn id-Delegazzjonijiet tal-UE; |
35. |
Iħeġġeġ aktar kooperazzjoni bejn in-netwerks diplomatiċi tal-Istati Membri u d-Delegazzjonijiet tal-UE madwar id-dinja bil-għan li jingħata kontribut għad-diskussjonijiet minn gruppi ta' ħidma dwar id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi; |
36. |
Jitlob lis-SEAE jiżgura li l-każijiet ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu l-ħabs jitqajmu fil-laqgħat kollha ta' livell għoli bejn l-UE u pajjiżi terzi, inklużi laqgħat tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni/Kunsill ta' Assoċjazzjoni; jinsisti li kull strateġija tal-pajjiż dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u pajjiżi terzi għandha tinkludi taqsima dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu l-ħabs; |
37. |
Ifakkar l-impenn li d-drittijiet tal-bniedem ikunu integrati f'kull valutazzjonijiet tal-impatt tal-UE; jisħaq fuq l-importanza ta' dan l-impenn biex ikun żgurat li l-UE tirrispetta, tħares u tissodisfa d-drittijiet tal-bniedem u li l-politiki u li l-attivitajiet esterni tagħha jkunu mfassla u implimentati b'tali mod li jikkonsolidaw id-drittijiet tal-bniedem barra mill-UE; jitlob lill-UE, permezz ta' konsultazzjoni aħjar u koordinazzjoni mas-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet tal-UE, ittejjeb il-kwalità u s-sistema tal-valutazzjonijiet tal-impatt tagħha fuq id-drittijiet tal-bniedem; |
Djalogi u konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem
38. |
Itenni l-appoġġ tiegħu għal djalogi speċifiċi dwar id-drittijiet tal-bniedem bħala għodda tal-politika tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE, sakemm dawn ma jikkostitwixxux għan proprju, iżda jkunu mezz li bih ikunu żgurati impenji u kisbiet speċifiċi mingħand il-kontroparti; jirrikonoxxi l-valur tal-involviment fid-djalogu speċifiku dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari ma' pajjiżi bi problemi serji tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li l-UE tfassal konklużjonijiet politiċi ċari meta d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem ma jwassalx għal riżultati pożittivi, minħabba n-nuqqas tal-kontroparti li tiddiskuti b'rieda tajba jew in-nuqqas ta' impenn ġenwin favur ir-riformi, u tpoġġi enfasi fuq id-diplomazija pubblika bil-ħsieb li tiżgura li l-kredibilità pubblika tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem ma tkunx mhedda; iwissi, barra minn hekk, kontra d-diverġenza tad-diskussjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem lil hinn mid-djalogi politiċi ta' livell għoli; jinsisti li każijiet individwali ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li huma f'riskju jew jinsabu l-ħabs, u ta' priġunieri politiċi, jitqajjmu mill-UE b'mod effikaċi, responsabbli u trasparenti; jitlob, f'każ ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, biex din il-kwistjoni titqiegħed fil-qalba tad-djalogu politiku fil-livelli kollha; |
39. |
Iħeġġeġ lis-SEAE jiżviluppa mekkaniżmu ta' rieżami komprensiv li jgħin fl-evalwazzjoni tad-djalogi fid-dawl tan-nuqqas tagħhom li jiksbu riżultati sinifikattivi u tanġibbli; Iħeġġeġ ukoll lill-UE ssaħħaħ il-valuri referenzjarji bil-ħsieb li tgħin sabiex jitkejjel is-suċċess u tagħmel lid-djalogi aktar effikaċi, b'hekk tikkontribwixxi biex pajjiżi bi problemi serji tad-drittijiet tal-bniedem jersqu eqreb lejn l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-UE, fid-dawl, pereżempju, tal-falliment tad-djalogu bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem li jikseb riżultati tanġibbli u sinifikanti, u tal-iżviluppi riċenti f’Ħong Kong, biex teżamina mill-ġdid l-istrateġija tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem u tadotta approċċ iżjed koerenti, unifikat u strateġiku fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem; |
40. |
Jiddispjaċih li, minħabba l-varjetà tal-istrutturi, formati, tal-frekwenza u l-metodi użati, u n-natura kunfidenzjali ta' dawn l-iskambji, ma hemm l-ebda mekkaniżmu reali għall-monitoraġġ u reviżjoni ta' djalogi bħal dawn, u lanqas ma hemm xi indikaturi tal-progress; jirrakkomanda li l-għanijiet ta' kull djalogu jkunu ċari u jiġu riveduti mill-ġdid ir-riżultati b’konsultazzjoni mal-Parlament; |
41. |
Iħeġġeġ lis-SEAE ikompli jimpenja ruħu aktar mal-pajjiżi kollha li attwalment għandu djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem billi jitlob impenji konkreti mill-awtoritajiet rispettivi u regolarment isegwi t-talbiet li tqajmu matul il-konsultazzjonijiet; |
Linji gwida tal-UE dwar id-drittjiet tal-bniedem
42. |
Jilqa' l-adozzjoni mill-Kunsill tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem għall-persuni leżbjani, omosesswali, bisesswali, transġeneri u intersesswali u l-Linji Gwida tal-UE dwar il-libertà tar-reliġjon jew it-twemmin, matul is-sena tar-rapportar 2013, kif ukoll il-Linji Gwida tal-UE dwar il-Libertà tal-Espressjoni Online u Offline, fl-2014; |
43. |
Itenni li l-adozzjoni ta' linji gwida m'għandhiex twassal għall-introduzzjoni ta' selettività fis-sistema tad-drittijiet tal-bniedem, hekk kif il-prinċipji tal-universalità u l-indiviżibbiltà jeħtieġ li jibqgħu ċentrali; jitlob lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi, flimkien mal-Parlament u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, il-kriterji biex jintgħażlu s-suġġetti koperti minn dawn il-linji gwida, sabiex il-proċess tal-għażla jkun aktar ċar; |
44. |
jitlob lill-Kummissjoni tiffinalizza l-linji gwida, li għandhom jistabbilixxu objettivi, kriterji, mezzi, skedi ta' żmien u indikaturi, u tinkludi rieżami perjodiku, permezz ta' standardizzazzjoni tal-kontenut u tal-format tagħhom u b'hekk isiru aktar ċari; ifakkar, f'dan ir-rigward, li reċentement il-Parlament irrakkomanda l-implimentazzjoni “effikaċi u orjentata lejn ir-riżultati” tal-linji gwida dwar it-tortura; |
45. |
Jitlob għal parteċipazzjoni akbar tal-atturi tas-soċjetà ċivili fl-iżvilupp, fl-evalwazzjoni u fir-reviżjoni tal-linji gwida; |
46. |
Iħeġġeġ lis-SEAE u lill-Kunsill jieħdu azzjoni xierqa biex jimplimentaw u jevalwaw il-linji gwida tal-UE fil-livell tal-pajjiżi; jinkoraġġixxi lis-SEAE u lill-Istati Membri biex ukoll jinvolvu ruħhom f'taħriġ kontinwu u sensibilizzazzjoni fost il-persunal tas-SEAE u tad-Delegazzjoni tal-UE, kif ukoll fost id-diplomatiċi tal-Istati Membri, sabiex jiġi żgurat li l-linji gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ikollhom l-effett maħsub fuq it-tfassil tal-politiki attwali fil-post; |
Politiki tal-UE għall-appoġġ tad-demokratizzazzjoni u l-elezzjonijiet
47. |
Jenfasizza li r-reġimi demokratiċi huma definiti mhux biss mill-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet iżda wkoll mir-rispett għall-istat tad-dritt, il-libertà tal-espressjoni, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja u amministrazzjoni imparzjali; jitlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE jappoġġjaw il-proċessi demokratiċi li għaddejjin f'pajjiżi terzi; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza tas-segwitu tar-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali billi dawn jintużaw bħala parti mill-impenn tal-UE b'appoġġ għad-demokrazija mal-pajjiż ikkonċernat u billi jingħata mandat lill-kap osservatur biex jeżerċita rwol speċjali fil-monitoraġġ ta' segwitu tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, bħala parti koerenti mill-approċċ ta' appoġġ għad-demokrazija komprensiva tal-Parlament u bl-appoġġ tal-korpi permanenti tal-Parlament; jinnota r-rwol pożittiv li l-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali tal-UE jista' jkollhom biex tiġi żgurata l-kredibilità tal-UE bħala sieħba; |
48. |
Jitlob lill-UE tkompli taħdem għad-definizzjoni tal-aħjar prattiki f'dan il-qasam sabiex tappoġġja u tikkonsolida l-proċessi ta' demokratizzazzjoni; jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' għodod kemm politiċi kif ukoll operattivi biex jiġu applikati f'pajjiżi ta' prijorità bil-għan li jiġu integrati l-miżuri ta' appoġġ għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, inkluż il-miżuri għall-prevenzjoni ta' kunflitti u l-medjazzjoni, fl-approċċ tal-UE b'mod koerenti, flessibbli u kredibbli; |
49. |
Jenfasizza li t-tranżizzjoni politika u d-demokratizzazzjoni jeħtieġ li jiġu marbuta mar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-promozzjoni tal-ġustizzja, it-trasparenza, ir-responsabilità, ir-rikonċiljazzjoni, l-istat tad-dritt u t-twaqqif ta' istituzzjonijiet demokratiċi; jitlob għal appoġġ sistematiku tal-UE għal parlamenti eletti b'mod ħieles u ġust; jenfasizza l-ħtieġa li jsir investiment fi djalogi politiċi bejn il-partiti fil-gvern u fl-oppożizzjoni; |
50. |
Ifakkar li, wara r-Rebbiegħa Għarbija, l-Unjoni Ewropea ddefiniet mill-ġdid il-politika tal-viċinat tagħha fir-rigward tan-Nofsinhar tal-Mediterran u insistiet fuq ir-rwol tas-soċjetà ċivili u fuq il-prinċipju ta' “aktar għal aktar” bil-għan li tiżviluppa aktar sħubijiet sodi mal-ġirien tagħha u tiggwida r-riformi u t-tranżizzjonijiet demokratiċi tagħhom; |
51. |
Iqis li l-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni “aktar għal aktar” għandu jiggwida r-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi terzi kollha, u li l-UE għandha biss tagħti lill-pajjiżi sħab status avvanzat f'każ li jintlaħqu rekwiżiti ċari ta' drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija, u li m'għandhiex toqgħod lura milli tiffriża dan l-istatus jekk dawn ir-rekwiżiti ma jibqgħux jiġu ssodisfati; |
52. |
Jitlob għall-użu effikaċi ta' teknoloġiji ġodda u tal-internet sabiex l-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, kif ukoll dwar programmi tal-UE, tkun aċċessibbli kemm jista' jkun għan-nies fid-dinja kollha; |
53. |
Jilqa' l-ħidma tal-pajjiż pilota mwettqa sa issa minn disa' Delegazzjonijiet tal-UE bil-għan li tinkiseb iżjed koerenza fl-appoġġ demokratiku fir-relazzjonijiet esterni tal-UE, kif mibdija fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2009 u tal-2010 u kif integrata fil-Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fl-2012; |
54. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE isaħħu l-koordinazzjoni mal-Parlament fir-rigward tal-pajjiżi pilota tat-tieni ġenerazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet kollha tal-UE jipparteċipaw u jikkombinaw il-ħiliet esperti tagħhom f'segwitu effikaċi ta' appoġġ għad-demokrazija f'pajjiżi terzi; |
55. |
Jifraħ lill-Fond Ewropew għad-Demokrazija għax-xogħol effiċjenti tiegħu fil-promozzjoni tad-demokrazija fil-viċinat tagħna, u jappoġġja t-twessigħ bir-reqqa tal-mandat tiegħu lil soċjetajiet oħra li qed jiġġieldu għad-demokratizzazzjoni; jitlob lill-Istati Membri, fi spirtu ta' solidarjetà u impenn, jipprovdu lill-baġit tal-Fond b'finanzjament suffiċjenti biex jiżguraw l-aktar appoġġ flessibbli u effikaċi għall-atturi lokali tal-bidla demokratika; |
56. |
Jisħaq fuq l-importanza li jissaħħaħ ir-rwol tan-nisa fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u r-riforma demokratika, li jappoġġja l-prevenzjoni tal-kunflitt u l konsolidazzjoni tal-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza politika; jikkonstata wkoll, f'dan ir-rigward, li għandhom jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapporti tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali tal-UE li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni sħiħa u ugwali tan-nisa fil-proċess elettorali, u għandha tittieħed azzjoni fuqhom; |
57. |
Ifakkar li t-tkabbir kien l-aktar sforz ta' demokratizzazzjoni ta' suċċess tal-UE u jenfasizza li n-negozjati mal-Balkani tal-Punent jibqgħu l-istrument ewlieni li jgħin lil dawn il-pajjiżi jistabbilixxu soċjetajiet demokratiċi kompleti; |
Appoġġ tal-UE għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem
58. |
Jilqa' l-konklużjonijiet iddedikati tal-Kunsill dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-għaxar anniversarju tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem; ifaħħar, barra minn hekk, lill-Kummissjoni għall-użu ikbar tal-finanzjament tal-EIDHR biex tipprovdi għotjiet ta' emerġenza lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li huma taħt theddida imminenti, u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tkompli tesplora modi ġodda ta' appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; ifakkar, f'dan il-kuntest, l-importanza tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija bħala għodda biex tippromwovi u tħares attivisti, bloggers u ġurnalisti madwar id-dinja li huma favur id-demokrazija; |
59. |
Jiddeplora l-fatt li l-persekuzzjoni u l-marġinalizzazzjoni ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem baqgħu tendenza mifruxa fid-dinja kollha, b'mod partikolari f'pajjiżi li ma jaċċettawx l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem; |
60. |
Jitlob lill-UE tpoġġi enfasi partikolari fuq il-kwistjoni ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu l-ħabs madwar id-dinja u l-ħtieġa li l-UE kollettivament iżżid l-azzjoni tagħha sabiex jinkiseb il-ħelsien ta' dawn l-individwi billi, fost strateġiji oħra, twaqqaf grupp ta' ħidma intern tal-Parlament Ewropew li jżomm ruħu aġġornat, permezz ta' kollaborazzjoni mill-qrib mas-soċjetà ċivili, dwar każijiet ta' attivisti li jinsabu l-ħabs madwar id-dinja; |
61. |
Itenni t-talba tiegħu lis-SEAE biex ikompli jħares lill-NGOs, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, lill-attivisti tas-soċjetà ċivili, lill-ġurnalisti u lill-avvukati billi jtejjeb l-effikaċja tad-djalogi tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u jippromwovi l-prijoritajiet tematiċi tal-UE u l-linji gwida dwar id-drittijiet tal-bniedem; jinkoraġġixxi, f'dan il-kuntest, l-organizzazzjoni ta' kampanji mmirati biex jilħqu lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż fiż-żoni l-aktar remoti ta' pajjiżi terzi, sabiex jgħin fl-implimentazzjoni tal-objettivi tal-politika tal-UE; |
62. |
Jitlob lis-SEAE u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-għotjiet tal-UE u programmi oħra ma jkunux disponibbli biss għal NGOs kbar imma jibnu wkoll kapaċità lokali; iħeġġeġ, għalhekk, għal tnaqqis fil-piż burokratiku filwaqt li tinżamm ir-responsabilità fl-applikazzjoni u proċeduri ta' kontabilità, u jinkoraġġixxi li titqies il-pressjoni li qiegħda tiżdied fuq is-soċjetà ċivili minn reġimi repressivi; jitlob għal approċċ aktar pragmatiku fir-rigward ta' soċjetajiet fi tranżizzjoni lejn id-demokrazija, bil-għan li jiġi żgurat li l-organizzazzjonijiet u individwi xierqa jiġu appoġġjati; |
63. |
Jitlob lis-SEAE u lid-Delegazzjonijiet tal-UE jinvolvu ruħhom mad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-NGOs fi djalogu politiku ġenwin u prammatiku mmirat biex jinstabu l-aħjar modi ta' kif jiġi appoġġjat ambjent li jagħti lok għall-ħidma tagħhom; jitlob lill-UE ttejjeb id-diplomazija attiva tagħha f'pajjiżi terzi u ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-punti fokali tad-drittijiet tal-bniedem sabiex dawn jiġu integrati fil-ħidma politika ta' kuljum tad-Delegazzjoni tal-UE rilevanti, billi sistematikament telenka l-ismijiet ta' priġunieri politiċi u tkun involuta fil-monitoraġġ tal-kawżi u fiż-żjarat fil-ħabsijiet, u billi ssegwi l-każijiet inkwistjoni; jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tuża d-diplomazija pubblika biex tappoġġja lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u biex titlob għal ħelsien ta' attivisti favur id-drittijiet tal-bniedem li jinsabu l-ħabs; jinsisti li rappreżentanti għolja tal-UE, inklużi r-RGħ/VP, il-President tal-Kunsill, il-Kummissarji, ir-Rppreżentanti Seċjali tal-UE u uffiċjali tal-gvern mill-Istati Membri, b'mod sistematiku jiltaqgħu mad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, speċjalment meta jivvjaġġaw f'pajjiżi fejn is-soċjetà ċivili tinsab taħt pressjoni; |
64. |
Jitlob lill-VP/RGħ u lill-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE jlaqqgħu Kunsill Affarijiet Barranin għal diskussjoni annwali dwar l-isforzi tal-UE fir-rigward tal-ħelsien ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti, attivisti politiċi u oħrajn li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'mod paċifiku, u jagħtu attenzjoni partikolari għal każijiet li tqajmu fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament dwar dibattiti fuq każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt; |
Appoġġ tal-UE għad-drittijiet tal-bniedem universali u għall-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem multilaterali
65. |
Ifakkar l-impenn tal-Parlament u tas-Sottokumitat tiegħu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li jappoġġjaw sistema b'saħħitha għad-drittijiet tal-bniedem multilaterali taħt il-patronaġġ tan-NU, inkluż it-Tielet Kumitat tal-Assemblea Ġenerali, il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem, u l-ħidma ta' aġenziji speċjalizzati relatati tan-NU bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), kif ukoll tal-Proċeduri Speċjali tan-NU; |
66. |
Ifakkar l-importanza tad-deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-implimentazzjoni tagħhom mill-pajjiżi kkonċernati, fir-rigward tar-rispett għal, u l-konsolidazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem bħala l-valuri u l-prinċipji bażiċi; |
67. |
Ifakkar fil-pożizzjoni inekwivokabbli tiegħu li tistituzzjonalizza l-preżenza tiegħu fis-sessjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, kif espressa fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2013 dwar il-prijoritajiet fil-UNHRC, u jqis li huwa indispensabbli li titkompla l-prattika li tintbagħat delegazzjoni tal-Parlament Ewropew f'sessjonijiet rilevanti tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, u jiddispjaċih li din il-prattika twaqqfet fl-2014; |
68. |
Itenni l-importanza li l-UE tipparteċipa b'mod attiv fil-mekkaniżmi kollha tan-NU tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari fit-Tielet Kumitat tal-Assemblea Ġenerali u fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri tal-UE jagħmlu dan billi jisponsorjaw flimkien u jmexxu riżoluzzjonijiet, jipparteċipaw b'mod attiv f'dibattiti u fi djalogi interattivi, u joħorġu stqarrijiet; jappoġġja bis-sħiħ il-prattika li qed tikber fl-UE ta' inizjattivi transreġjonali; |
69. |
Jerġa' jisħaq fuq l-importanza ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni effikaċja bejn is-SEAE, il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Istati Membri tal-UE dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem; jinkoraġġixxi lis-SEAE, b'mod partikolari permezz tad-Delegazzjonijiet tal-UE fi New York u f'Ġinevra, iżid il-koerenza tal-UE permezz ta' konsultazzjoni f'waqtha u sostantiva sabiex jippreżenta l-pożizzjoni tal-UE b'vuċi waħda; |
70. |
Ifakkar fl-importanza li l-Unjoni Ewropea taġixxi fi ħdan l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) fi żmien meta l-organizzazzjoni qed tħejji biex tfakkar l-40 sena anniversarju; iħeġġeġ it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-UE, l-OSKE u l-Kunsill tal-Ewropa; |
71. |
Ifakkar, barra minn hekk, l-importanza tal-ħidma mwettqa mill-Kunsill tal-Ewropa f'dan il-qasam, kif ukoll il-ħtieġa li l-UE tissieħeb malajr mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem skont it-Trattati; |
72. |
Jafferma mill-ġdid l-importanza tal-integrazzjoni tal-ħidma li qed issir fi New York u f'Ġinevra fil-kuntest tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, tat-Tielet Kumitat u tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fl-attivitajiet interni u esterni rilevanti tal-UE sabiex tiġi żgurata l-koerenza; |
Il-politika tal-UE dwar il-ġustizzja kriminali internazzjonali u l-Qorti Kriminali Internazzjonali
73. |
Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-ħidma tal-Qorti Kostituzzjonali Internazzjoni (QKI) fir-rwol tagħha biex tintemm l-impunità għal min iwettaq l-aktar delitti gravi li huma ta' tħassib għall-komunità internazzjonali, li tagħmel ġustizzja mal-vittmi ta' delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u ġenoċidju; jibqa' viġilanti rigward kwalunkwe attentat biex tiġi mminata l-leġittimità jew l-indipendenza tagħha; ifakkar ir-rwol vitali tagħha fil-proċessi doppji tal-ġustizzja u r-rikonċiljazzjoni; iħeġġeġ lill-UE u l-Istati Membri jikkooperaw mal-QKI u jipprovdulha appoġġ politiku u diplomatiku qawwi fir-relazzjonijiet bilaterali u fil-fora kollha, inkluż in-NU; jesprimi t-tħassib tiegħu li diversi mandati ta' arrest għandhom ma ġewx eżegwiti; jitlob lid-delegazzjonijiet tal-UE u lir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE jippromwovu b'mod attiv il-QKI, l-infurzar tad-deċiżjonijiet tagħha, u l-ġlieda kontra l-impunità għad-delitti elenkati fl-Istatut ta' Ruma; iqis in-numru dejjem jikber tal-Istati Partijiet bħala żvilupp importanti fit-tisħiħ tal-universalità tal-QKI; jilqa' r-ratifika tal-Istatut ta' Ruma mill-Côte d'Ivoire fi Frar 2013, iżda jiddispjaċih li l-ebda stat ma rratifika l-Istatut fl-2014; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jippromwovu r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Istatut ta' Ruma bil-għan li jitwessa' l-aċċess għall-ġustizzja għall-vittmi ta' delitti serji skont id-dritt internazzjonali; jitlob lill-Istati Membri tal-UE, bħala Stati Partijiet għall-Istatut ta' Ruma tal-QKI, jagħtuha r-riżorsi li teħtieġ biex teżerċita l-mandat tagħha b'mod ġust u effikaċi; jinkoraġġixxi lill-UE tkompli tipprovdi assistenza lill-ġustizzja kriminali internazzjonali u l-QKI, inkluż billi tappoġġja atturi tas-soċjetà ċivili permezz tal-EIDHR; |
74. |
Itenni t-talba tiegħu għall-ħolqien ta' Rappreżentant Speċjali tal-UE dwar il-Ġustizzja Internazzjonali u d-Dritt Umanitarju Internazzjonali sabiex tagħti lil dawn is-suġġetti l-prominenza u l-viżibilità li jistħoqqilhom, tavvanza l-aġenda tal-UE b'mod effikaċi u tintegra l-ġlieda kontra l-impunità fl-azzjonijiet esterni kollha tal-UE; |
75. |
Jiddispjaċih li l-Istatut ta' Ruma tal-QKI għadu mhuwiex inkluż fil-lista ta' konvenzjonijiet tar-Regolament SPĠ il-ġdid meħtieġa għall-istatus SPĠ+; jikkonstata li numru ta' applikanti tal-SPĠ+ (eż. l-Armenja u l-Pakistan) mhumiex Stati Partijiet għall-Istatut jew għadhom ma rratifikawhx; itenni r-rakkomandazzjoni tiegħu li l-Istatut ta' Ruma jiżdied ma' lista futura ta' konvenzjonijiet; |
76. |
Itenni t-talba tiegħu lill-UE biex tadotta pożizzjoni komuni dwar id-delitt ta' aggressjoni u l-Emendi ta' Kampala, u jitlob lill-Istati Membri tal-UE biex jallinjaw malajr il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom mad-definizzjonijiet tal-Emendi ta' Kampala, kif ukoll ma' obbligi oħra taħt l-Istatut ta' Ruma, sabiex ikunu jistgħu jsiru investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet nazzjonali mill-Istati Membri u tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-QKI; |
77. |
Jitlob, qabel il-100 anniversarju tal-ġenoċidju Armen, lill-Istati Membri kollha jirrikonoxxu dan il-fatt, u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE jikkontribwixxu iktar għal dan ir-rikonoxximent; |
78. |
Iħeġġeġ lis-SEAE ixerred prattiki tajbin fir-rigward tad-drittijiet, il-protezzjoni u l-appoġġ ta' vittmi tal-kriminalità u l-vjolenza f'pajjiżi terzi, u għal skambju ta' politiki kontra l-korruzzjoni ma' pajjiżi terzi, minħabba li l-korruzzjoni spiss hija dak li jwassal għall-impunità u l-għerq tal-inġustizzja għall-vittmi; |
Azzjoni tal-UE kontra l-piena tal-mewt
79. |
Itenni l-oppożizzjoni univokali tiegħu għall-piena tal-mewt, u jinkoraġġixxi lill-UE u lill-Istati Membri jżommu politika ta' livell għoli mmirata lejn l-abolizzjoni globali tal-piena tal-mewt; iħeġġeġ lis-SEAE jibqa' viġilanti fir-rigward tal-iżviluppi fil-pajjiżi kollha, u juża l-mezzi kollha ta' influwenza għad-dispożizzjoni tiegħu; |
80. |
Jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu lir-riżoluzzjoni ta' Diċembru 2014 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar il-“Moratorju dwar l-użu tal-piena tal-mewt” (23); |
81. |
Jitlob lill-UE tkompli tuża l-kooperazzjoni u d-diplomazija fil-fora kollha possibbli madwar id-dinja kollha lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, f'konformità mal-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt, u tiżgura li d-dritt għal proċess ġust jiġi rrispettat bis-sħiħ għal kull persuna li tiffaċċja eżekuzzjoni, mingħajr l-użu ta' tortura u trattament ħażin ieħor użati sabiex jinkisbu konfessjonijiet; |
82. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda rrappurtata fl-għadd ta' eżekuzzjonijiet globali bejn l-2012 u l-2013, minkejja l-fatt li l-eżekuzzjonijiet huma limitati għal minoranza dejjem tiċkien ta' pajjiżi; jitlob lill-UE tieħu azzjoni xierqa rigward ir-rata kontinwament għolja ta' eżekuzzjonijiet fiċ-Ċina u fl-Iran, l-issoktar tal-eżekuzzjonijiet fl-2013 fl-Indoneżja, il-Kuwajt, in-Niġerja u l-Vjetnam, l-eżekuzzjonijiet ta' minuri fl-Iran, fl-Arabja Sawdija u l-Jemen fl-2013, kif ukoll iż-żieda notevoli fl-eżekuzzjonijiet irrappurtati fl-Iraq u fl-Arabja Sawdija; |
83. |
Jilqa' b'sodisfazzjon id-diskussjoni li reġgħet tqajmet fl-Istati Uniti dwar in-natura arbitrarja u suxxettibbli għall-iżbalji tal-piena kapitali, il-kampanja biex twaqqaf il-fluss ta' sustanzi użati għall-eżekuzzjoni mill-Ewropa għall-Istati Uniti, u l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt fl-2013 fl-istat ta' Maryland; iħeġġeġ lill-VP/RGħ, ir-RSUE u lis-SEAE jaħdmu mal-Gvern Federali tal-Istati Uniti u mal-gvernijiet tal-istat bil-għan li jiġi aċċellerat it-tmiem tal-piena tal-mewt fl-Istati Uniti, biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni transatlantika biex tavvanza d-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja internazzjonali u d-demokrazija internazzjonalment b'mod kredibbli, |
84. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża l-flessibbiltà l-ġdida li toffri l-EIDHR sabiex tesplora modi ġodda kif tagħmel kampanja għall-abolizzjoni tal-piena tal-mewt u tappoġġja l-azzjonijiet immirati biex jevitaw is-sentenzi ta' mewt jew l-eżekuzzjonijiet; |
85. |
Jisħaq fuq l-importanza li l-UE tkompli l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet li skonthom jitwettqu eżekuzzjonijiet f'dawk il-pajjiżi li għad għandhom il-piena tal-mewt, u li tappoġġja riforma legali u kostituzzjonali lejn abolizzjoni sħiħa u totali; |
86. |
Ifakkar mill-ġdid il-fehma b'saħħitha tiegħu li l-piena tal-mewt, bħala ksur tad-dritt għall-integrità personali u d-dinjità umana, hija inkompatibbli mal-projbizzjoni ta' piena krudili, inumana jew degradanti skont id-dritt internazzjonali u jitlob lis-SEAE u lill-Istati Membri jirrikonoxxu formalment din l-inkompatibbiltà u jadattaw il-politika tal-UE dwar il-piena kapitali skont dan; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu interpretati b'mod wiesa' l-Linji Gwida tal-UE dwar il-piena tal-mewt u t-tortura; |
L-azzjoni tal-UE kontra t-tortura u trattamenti jew pieni oħra krudili, inumani u degradanti
87. |
Iħeġġeġ lill-VP/RGħ u lis-SEAE, fid-dawl tal-għadd kontinwu ta' rapporti riċenti tal-prattika mifruxa ta' tortura u abbuż madwar id-dinja, iżidu l-isforzi tal-UE fil-ġlieda kontra t-tortura u trattamenti jew pieni oħra krudili, inumani u degradanti; itenni t-tħassib tiegħu li l-azzjoni tal-UE f'dan il-qasam baqgħet fil-biċċa l-kbira insuffiċjenti u ma tissodisfax l-impenji tagħha skont il-Linji Gwida tal-UE dwar it-tortura; jitlob, b'mod partikolari, għal aktar appoġġ tal-UE għat-twaqqif u t-tisħiħ ta' mekkaniżmi ta' prevenzjoni tat-tortura reġjonali u nazzjonali; jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Jannar 2014 għal regolament li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (COM(2014)0001), u b'hekk twieġeb għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-17 ta' Ġunju 2010; |
88. |
Jirrimarka li, kif previst fl-Artikoli 7 u 8 tal-Istatut ta' Ruma tal-QKI, it-tortura mwettqa fuq bażi sistematika jew fuq skala kbira, tista' tikkostitwixxi delitt tal-gwerra jew delitt kontra l-umanità; jenfasizza li l-prinċipju “responsabbiltà ta' protezzjoni” jagħti lill-komunità internazzjonali responsabbiltà speċifika li fuqha għandha taġixxi; |
89. |
Iħeġġeġ lis-SEAE jagħti attenzjoni dettaljata għall-konklużjonijiet tal-pajjiż tal-Kumitat tan-NU kontra t-Tortura, tas-sottokumitat stabbilit skont il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni kontra t-Tortura, u tal-Kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Prevenzjoni tat-Tortura, u jqajjem dan it-tħassib b'mod sistematiku fid-djalogi politiċi mal-pajjiżi kkonċernati u f'dikjarazzjonijiet pubbliċi; jitlob lis-SEAE, b'mod speċjali d-Delegazzjonijiet tal-UE, u lill-Istati Membri, u speċjalment l-ambaxxati tagħhom fil-post, biex iżidu ukoll l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-UE dwar il-Pieni, Tortura u Trattamenti oħra Krudili, Inumani jew Degradanti; iħeġġeġ lill-Istati Membri jaċċelleraw il-monitoraġġ ta' kummerċ f'oġġetti li jistgħu jintużaw biex jitwettqu atti ta' tortura jew li jikkawżaw trattamenti inumani u degradanti, kif ukoll il-monitoraġġ ta' kummerċ ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju; |
90. |
Jenfasizza li membri ta' gruppi vulnerabbli bħal minoranzi etniċi, lingwistiċi u reliġjużi, huma esposti aktar ta' spiss għal tortura jew trattament ħażin fid-detenzjoni, u għalhekk jeħtieġu attenzjoni speċjali; |
91. |
Jikkundanna l-esportazzjoni mill-kumpaniji Ewropej ta' prodotti u armi li jistgħu jintużaw għal pieni, tortura, jew trattamenti oħra krudili, inumani jew degradanti, inkluż bħala parti minn repressjoni vjolenti fuq il-protesti; jagħti l-appoġġ tiegħu, f'dan il-kuntest, lill-proċess ta' reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005; |
92. |
Itenni l-importanza ta' mekkaniżmi effikaċi ta' kontroll fuq l-esportazzjoni ta' ċerti drogi li jistgħu jintużaw għal eżekuzzjonijiet u tagħmir li jista' jintuża għat-tortura; jitlob lill-Kummissjoni tindirizza l-lakuni li għadhom jeżistu fir-regolament billi tintroduċi klawsola ta' użu finali li tinkorpora kollox u li tipprojbixxi l-esportazzjoni ta' kwalunkwe droga li tista’ tintuża għat-tortura jew l-eżekuzzjonijiet; |
93. |
Iħeġġeġ lill-Unjoni u l-Istati Membri jaħdmu biex jiżguraw li l-pajjiżi terzi kollha jirratifikaw il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat tal-20 ta' Diċembru 2006; |
Id-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE u ftehimiet internazzjonali oħra
94. |
Jitlob lill-UE tiżgura li ftehimiet kummerċjali iffirmati ma' pajjiżi terzi jiffaċilitaw l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħhom u jiżguraw li r-riżorsi naturali tagħhom – fosthom l-art u l-ilma – huma ġestiti b'mod tajjeb; itenni t-talba tiegħu għall-inklużjoni sistematika ta' klawsoli vinkolanti, eżekutorji u mhux negozjabbli dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet internazzjonali kollha tal-UE, inkluż ftehimiet kummerċjali u ta' investiment konklużi jew li għandhom jiġu konklużi ma' pajjiżi terzi, u jitlob għal titjib fil-konsultazzjoni mal-Parlament fl-istadji bikrija tal-proċess ta' negozjati ta' ftehimiet kummerċjali u ta’ investiment, għal monitoraġġ effikaċi tal-applikazzjoni tal-klawsoli tad-drittijiet tal-bniedem u rapportar lura lill-Parlament rigward l-aspetti tad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet; |
95. |
Jirrimarka li l-politika tal-kummerċ tikkontribwixxi lejn il-kisba tal-għanijiet ġenerali tal-UE u li, skont l-Artikolu 207 tat-TFUE, il-politika kummerċjali tal-UE għandha titwettaq “fil-kuntest tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni”; jirrimarka, barra minn hekk, li skont l-Artikolu 3 TUE, l-Unjoni għandha “tikkontribwixxi għall-paċi, is-sigurtà, l-iżvilupp sostenibbli tal-pjaneta, is-solidarjetà u r-rispett reċiproku bejn il-popli, il-kummerċ liberu u ġust, il-qerda tal-faqar u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem b'mod partikolari dawk tat-tfal, kif ukoll għar-rispett sħiħ u għall-iżvilupp tad-dritt internazzjonali, partikolarment ir-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti”; |
96. |
Jitlob lill-Kummissjoni tqis, meta tkun qed tfassal l-istrateġija kummerċjali tagħha għall-ġejjieni, ir-rwol importanti ta' ftehimiet ta' kummerċ u ftehimiet internazzjonali fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonalment; |
97. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jissoktaw il-kooperazzjoni multilaterali u d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u, b'mod partikolari, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u n-NU, sabiex jiġi żgurat qafas multilaterali ta' kummerċ li jikkontribwixxi għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem; |
98. |
Ifakkar li s-SĠP hija mfassla b'tali mod li tiżgura li l-pajjiżi benefiċjarji jirrispettaw il-prinċipji tal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards fundamentali tax-xogħol, u tinkludi sistema speċjali ta' preferenzi tariffarji supplimentari biex tippromwovi r-ratifika u l-implimentazzjoni effikaċi tal-konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin dwar id-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, il-protezzjoni ambjentali u l-governanza tajba; itenni li n-nuqqas ta' konformità ma' dawn il-kundizzjonijiet jista' jwassal biex arranġament ta' kummerċ jiġi sospiż; jenfasizza l-importanza ta' monitoraġġ u valutazzjoni regolari tal-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali minn pajjiżi li jibbenefikaw mis-SĠP+; |
99. |
Jilqa' d-dħul fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014 tal-Ftehim rivedut tas-SĠP; jinnota li s-SĠP+ inżamm fis-Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati u li jirrikjedi li l-pajjiżi li qed jitolbu biex jibbenefikaw minnu, jimpenjaw ruħhom li jikkoperaw totalment u kompletament ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward tal-konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tal-ħaddiema; |
In-negozju u d-drittijiet tal-bniedem
100. |
Jikkunsidra li hi xi ħaġa ta' dispjaċir li għad m'hemmx approċċ olistiku għall-mod kif il-korporazzjonijiet josservaw l-istandards tad-drittijiet tal-bniedem fuq livell globali, u li dan qed jippermetti lil ċerti stati u kumpaniji jduru mar-regoli; jisħaq fuq il-ħtieġa, għalhekk, li jiġu adottati regoli ġuridikament vinkolanti fir-rigward tar-responsabilità soċjali korporattiva; jappoġġja b'mod qawwi l-implimentazzjoni tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem; jappella b'mod partikolari lill-Kummissjoni biex tintroduċi miżuri effikaċi biex il-qafas “Ipproteġi, Irrispetta u Irrimedja” tan-NU propost minn John Ruggie, ir-Rappreżentant Speċjali tan-NU dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem isir operattiv; ifakkar fl-importanza li jiġu promossi l-prinċipji tar-responsabilità soċjali korporattiva, anke fl-operazzjonijiet kummerċjali barra mill-UE, u li jiġi żgurat li dawn jiġu rispettati matul il-katina ta' forniment kollha, b'mod partikolari fir-rigward tal-kummerċ ta' injam illegali, it-traffikar ta' organiżmi salvaġġi u l-kummerċ ta' minerali minn żoni ta' kunflitt; jinsab konvint li l-kumpaniji Ewropej u s-sussidjarji u s-sottokuntratturi tagħhom għandhom jiżvolġu rwol ewlieni fil-promozzjoni u d-disseminazzjoni tal-istandards internazzjonali dwar in-negozju u drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja; |
101. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE jinkoraġġixxu lid-Delegazzjonijiet tal-UE madwar id-dinja biex jinvolvu ruħhom man-negozji tal-UE sabiex jippromwovu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u sabiex jiżguraw li t-tema “in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem” tiġi inkluża fost it-temi ta' enfasi fis-sejħiet lokali għall-proposti taħt l-EIDHR; jappella lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-kumpaniji li jaqgħu taħt id-dritt nazzjonali tagħhom ma jinjorawx id-drittijiet tal-bniedem jew l-istandards fl-oqsma soċjali, tas-saħħa u ambjentali li għalihom ikunu soġġetti meta jiċċaqilqu lejn pajjiż terz jew jagħmlu attività kummerċjali fih; |
102. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-istrateġija tal-UE dwar ir-responsabilità soċjali korporattiva għall-2011-2014, li appellat lill-Istati Membri biex ifasslu pjanijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tirrapporta fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem mill-Istati Membri, inkluż il-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tagħhom; jikkunsidra li hu xi ħaġa ta' dispjaċir in-nuqqas ta' progress min-naħa tal-Kummissjoni biex tagħti segwitu għat-talba tal-Parlament li tipproponi leġiżlazzjoni li tirrikjedi li l-kumpaniji tal-UE jiżguraw li t-tranżazzjonijiet tagħhom ma jappoġġjawx lil min iwettaq konflitti jew ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; |
103. |
Jafferma mill-ġdid li n-negozji Ewropej għandhom jimplimentaw id-diliġenza dovuta adegwata sabiex jiżguraw li l-operazzjonijiet tagħhom jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem, kull fejn jitwettqu; jisħaq fuq l-importanza ta' rapportar sinifikanti dwar l-impatt fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-aspetti soċjali u ambjentali tal-proġetti appoġġjati mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej; jinsisti fuq il-ħtieġa li dawn l-istituzzjonijiet jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom jikkonformaw mal-Artikolu 21 TUE, li jinkludi, inter alia, obbligu li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem; |
104. |
Jinnota li, aktar milli bħala sfida, il-kumpaniji dan għandhom iqisuh bħala opportunità biex jinħoloq potenzjal kummerċjali ġdid fir-reġjuni li l-aktar jeħtieġu investiment sostenibbli u responsabbli, u bħala mezz biex jikkontribwixxu għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
105. |
Jappella lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiżguraw li l-kumpaniji li sidhom ikunu ċittadini ta' pajjiż terz jew stati terzi u li jkunu stabbiliti fl-Istati Membri ma jappoġġjawx lil min iwettaq kunflitti u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-forom moderni ta' skjavitù bħat-traffikar tal-persuni u l-impjieg tagħhom f'kundizzjonijiet ripunjanti; |
106. |
Jappella lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex jieħdu inizjattivi b'saħħithom biex itejbu l-aċċess għall-ġustizzja għall-vittmi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem marbut ma' operazzjonijiet kummerċjali barra mill-UE; jinsisti wkoll fuq il-ħtieġa li jiġu introdotti rimedji effikaċi bħala sanzjoni għall-korporazzjonijiet li huma ħatja ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u li jiġi pprovdut mezz ta' riparazzjoni għall-vittmi ta' tali ksur; |
107. |
Jappella lill-UE biex tinvolvi ruħha fid-dibattitu emerġenti dwar strument internazzjonali ġuridikament vinkolanti dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem fi ħdan is-sistema tan-NU; |
108. |
Ifakkar fl-erba' standards tax-xogħol fundamentali u universali kif inhuma radikati fl-istrumenti tal-ILO, speċifikament: il-libertà ta' assoċjazzjoni u d-dritt għal negozjar kollettiv; l-eliminazzjoni ta' kull forma ta' xogħol furzat, sfruttament u skjavitù; l-abolizzjoni tat-tħaddim tat-tfal; u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi, |
109. |
Jindika, b'mod partikulari, il-ħtieġa urġenti li jiġu rispettati l-libertà ta' assoċjazzjoni u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' repressjoni, inkluż il-qtil ta' trejdjunjonisti; |
110. |
Jinnota bi tħassib kbir li skont l-ILO madwar 21 miljun raġel, mara, tifel u tifla madwar id-dinja qegħdin f'xi forma ta' skjavitù; jevidenzja l-ħtieġa li d-drittijiet tal-bniedem jiġu indirizzati b'mod olistiku u indiviżibbli billi jiġi enfasizzat u jittieħed impenn b'saħħtu u vinkolanti kemm għad-drittijiet ċivili u politiċi kif ukoll għal dawk ekonomiċi, soċjali, kulturali u ambjentali, peress li mingħajr dawn id-drittijiet ma jista' jkun ebda żvilupp; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kawżi li huma l-għeruq tal-faqar; jevidenzja l-obbligu li jiġu rispettati l-istandards internazzjonali tax-xogħol, bi qbil mat-twettiq tal-Aġenda tax-Xogħol Diċenti tal-ILO; hu tal-fehma li l-kwistjonijiet soċjali għandu jkollhom rwol aktar ċentrali fir-relazzjonijiet esterni tal-UE; jikkunsidra li hi xi ħaġa ta' dispjaċir, f'dan il-kuntest, li l-UE ma għandhiex format standard għal “klawżola soċjali” biex tiddaħħal fil-ftehimiet kummerċjali esterni kollha; iħeġġeġ għaldaqstant lill-UE tinkorpora kapitolu dwar l-iżvilupp u klawżola soċjali li tirrifletti l-istandards tax-xogħol fundamentali tal-ILO fil-ftehimiet kummerċjali esterni kollha tagħha; |
111. |
Jinnota li s-sitwazzjoni tas-sigurtà dinjija li qed tiddeterjora u l-kriżi finanzjarja dejjem sejra għall-agħar sa mill-kollass tal-2008 wasslu għal żieda fir-rati ta' tħaddim tat-tfal fl-ifqar pajjiżi tad-dinja u jista' jkollhom implikazzjonijiet ġuridiċi u reputazzjonali għall-kumpaniji li jakkwistaw prodotti mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw; iħeġġeġ ulterjorment lill-VP/RGħ u lis-SEAE jippromwovu l-Programm Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tat-Tħaddim tat-Tfal, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, fejn numru deplorabbli ta' tfal jiġu mħaddma biex jissupplementaw l-introjti tal-familji; |
L-azzjoni tal-UE biex tiżgura d-drittijiet tal-libertà ta' espressjoni online u offline u biex tillimita l-impatt tat-teknoloġiji ta' sorveljanza fuq id-drittijiet tal-bniedem
112. |
Jirrikonoxxi li l-evoluzzjoni rapida tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ttrasformat l-ambjent għall-eżerċizzju tal-libertà ta' espressjoni madwar id-dinja, waqt li ġġenerat kemm vantaġġi profondi, kif ukoll tħassib serju; jilqa', f'dan il-kuntest, l-adozzjoni mill-Kunsill f'Mejju 2014 tal-Linji Gwida tal-UE dwar il-Libertà tal-Espressjoni Online u Offline; |
113. |
Jenfasizza li l-libertà ta' espressjoni u l-libertà, l-indipendenza u l-pluraliżmu medjatiċi huma elementi essenzjali ta' demokrazija sostenibbli, peress li jimmassimizzaw l-involviment tas-soċjetà ċivili u jagħtu s-setgħa liċ-ċittadin u huma għaldaqstant indispensabbli għall-iżgurar tat-trasparenza u r-responsabilità fil-ħajja pubblika; |
114. |
Jappella għal iżjed appoġġ fl-oqsma tal-promozzjoni tal-libertà medjatika, il-protezzjoni tal-ġurnalisti u l-bloggers indipendenti, it-tnaqqis tad-distakk diġitali u l-iffaċilitar ta' aċċess mingħajr restrizzjonijiet għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni u aċċess mingħajr ċensura għall-internet (libertà diġitali); |
115. |
Jappella biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jsaħħu l-monitoraġġ tagħhom ta' kwalunkwe restrizzjoni tal-libertà ta' espressjoni, inkluż l-użu aggressiv ta' liġijiet dwar il-malafama kriminali u liġijiet restrittivi oħra, ta' kriterji restrittivi jew proċeduri ta' piż għal aċċess għar-reġistrazzjoni bħala ġurnalist jew kwalunkwe waħda mill-professjonijiet relatati mal-media, għat-twaqqif ta' kumpaniji f'dan il-qasam u dan kollu jikkundannawh b'mod ċar u rapidu, u biex jieħdu inizjattivi li jappoġġjaw aċċess aħjar għall-informazzjoni li tkun fl-interess pubbliku; |
116. |
Jikkundanna kull restrizzjoni fuq il-komunikazzjoni diġitali, inklużi l-għeluq ta' websajts u l-ibblokkar ta' kontijiet personali, immirata lejn is-soċjetà ċivili, l-attivisti fil-qasam tal-libertajiet ċivili u l-media ħielsa; |
117. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-proliferazzjoni u t-tifrix tat-teknoloġiji ta' monitoraġġ, sorveljanza, ċensura u filtraġġ, li jirrappreżentaw theddida dejjem tikber għall-attivisti fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija f'pajjiżi awtokratiċi u anke jqajmu mistoqsijiet inkwetanti rigward id-drittijiet għall-privatezza fil-pajjiżi demokratiċi, anke meta jintużaw b'għanijiet leġittimi bħall-ġlieda kontra t-terroriżmu jew l-infurzar tal-liġi; |
118. |
Jirrikonoxxi li xi produtturi importanti ta' teknoloġiji ta' hacking u ta' sorveljanza, li jistgħu jintużaw biex jinkisru d-drittijiet tal-bniedem u biex tiġi attakkata l-infrastruttura diġitali Ewropea, jinsabu fl-Ewropa; jappella lill-Kummissjoni biex tirrevedi s-sistema ta' kontroll tal-esportazzjoni Ewropea sabiex ma tħallix li teknoloġija perikoluża taqa' f'idejn ħżiena; |
119. |
Ifaħħar lill-Kummissjoni għall-pubblikazzjoni tagħha f'Ġunju 2013 tal-Gwida għas-Settur tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni dwar l-Implimentazzjoni tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem; jibqa' mħasseb, madankollu, dwar il-kummerċ fil-prodotti u s-servizzi intenzjonati biex iċaħħdu l-aċċess għall-internet, jippermettu s-sorveljanza tal-massa u l-monitoraġġ tat-traffiku fuq l-internet u tal-komunikazzjonijiet bil-mobile, jiffiltraw ir-riżultati ta' tiftix jew jidħlu fuq konverżazzjonijiet privati; jiġbed l-attenzjoni għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' April 2014 bit-titolu “L-analiżi tal-politika ta' kontroll tal-esportazzjoni: niżguraw sigurtà u kompetittività f'dinja li qed tinbidel” (COM(2014)0244), li, fost affarijiet oħra, tirrikonoxxi l-problemi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem li jinqalgħu fl-esportazzjoni ta' ċerti tipi ta' teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; jappella lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tirrifletti dwar kif ittejjeb din is-sitwazzjoni fil-prospettiva tal-possibilità li jiġu adottati linji gwida aġġornati dwar il-kontroll tal-esportazzjonijiet; |
120. |
Jappella lill-Kummissjoni biex tkompli tappoġġa l-inizjattivi relatati mal-iżvilupp u d-disseminazzjoni tat-teknoloġiji fil-qasam tas-sigurtà diġitali sabiex, billi jipprovdu mekkaniżmi siguri għal ġbir, kriptaġġ u ħżin għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, dawn jingħataw is-setgħa li jevitaw il-monitoraġġ minn gvernijiet ripressivi; |
L-appoġġ tal-UE għas-soċjetà ċivili u għal-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni
121. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-ispazju li qed jinxtorob tal-azzjoni leġittima tas-soċjetà ċivili f'ħafna pajjiżi madwar id-dinja; jikkunsidra li soċjetà ċivili ħielsa hija wieħed mill-pedamenti għall-protezzjoni u l-appoġġ tad-drittijiet tal-bniedem u tal-valuri demokratiċi fis-soċjetajiet kollha; jilqa', f'dan ir-rigward, il-programmi kollha tal-UE mmirati lejn it-taħriġ ta' professjonisti żgħażagħ minn pajjiżi terzi u s-semplifikazzjoni tal-programmi ta' skambju ta' studenti għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, peress li dawn irawmu l-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fil-bini tad-demokrazija u jikkontribwixxu b'mod effikaċi għall-iżvilupp tas-soċjetà ċivili; |
122. |
Jappella biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jsaħħu l-monitoraġġ tagħhom tar-restrizzjonijiet kollha fuq il-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni, inklużi kull projbizzjoni fuq organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, użu aggressiv tal-liġijiet dwar il-malafama kriminali u liġijiet restrittivi oħra, rekwiżiti eċċessivi ta' reġistrazzjoni u rapportar, regoli restrittivi żżejjed dwar il-finanzjament barrani, u projbizzjonijiet fuq l-NGOs milli jinvolvu ruħhom f'attivitajiet politiċi jew ikollhom kuntatt mal-barranin, u dan kollu jikkundannawh b'mod ċar u rapidu; |
123. |
Jappella biex l-UE u l-Istati Membri tagħha iqajmu l-ksur tal-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni f'kull livell ta' djalogu politiku, inkluż fl-ogħla livell, meta forom oħra ta' djalogu, inkluż id-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem, ma jġibux titjib konkret fuq il-post; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jużaw dawn id-djalogi sabiex iqajmu każijiet ta' tħassib individwali, b'mod partikolari dawk kollha li jinvolvu nies li jinsabu l-ħabs biss talli eżerċitaw id-dritt tagħhom ta' għaqda u assoċjazzjoni paċifiċi; |
124. |
Iħeġġeġ lir-rappreżentanti tad-delegazzjonijiet tal-UE u l-ambaxxati tal-Istati Membri jimmonitoraw il-proċessi tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u dawk kollha miżmuma biss talli eżerċitaw id-dritt tagħhom ta' għaqda u assoċjazzjoni paċifiċi, u, meta rilevanti, jikkundannaw pubblikament in-nuqqas ta' rispett għad-drittijiet għal proċess ġust; |
125. |
Jappella biex l-UE tagħmel ir-rispett għall-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni, u l-protezzjoni tagħhom, prijorità kruċjali fil-Pjan ta' Azzjoni ġejjieni tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, u biex tistabbilixxi azzjonijiet speċifiċi f'dak il-qasam, peress li l-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni huma elementi vitali għad-demokrazija u għal soċjetà miftuħa; |
126. |
Itenni s-sostenn tiegħu biex il-maġġoranza tal-finanzjament tal-EIDHR tiġi allokata bħala appoġġ għall-azzjonijiet tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tas-soċjetà ċivili madwar id-dinja, u jappoġġja l-iżvilupp ta' fondi għad-difiża legali bħala għajnuna għall-ġurnalisti u l-attivisti ppersegwitati biex jiksbu aċċess għal avukat u proċess ġust; |
127. |
Jissottolinja l-importanza tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-livell nazzjonali fil-monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem u s-sensibilizzazzjoni, u fl-iżgurar ta' mezz ta' riparazzjoni għall-vittmi ta' ksur; jappella biex l-UE tiżviluppa politika b'appoġġ għall-Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, bi qbil mal-prinċipji ta' Pariġi, u biex tagħmilha prijorità fl-assistenza esterna, b'mod partikolari taħt l-Istrument Ewropew ta' Viċinat; |
Libertà ta' ħsieb, ta' kuxjenza, u ta' reliġjon jew twemmin
128. |
Jikkundanna kull tip ta' vjolenza u diskriminazzjoni abbażi ta' ideoloġija, reliġjon jew twemmin, kif preskritt mill-Artikolu 10 TFUE; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar ir-rapporti kontinwi ta' vjolenza u diskriminazzjoni kontra minoranzi reliġjużi madwar id-dinja, inkluż fil-Lvant Nofsani; jisħaq fuq il-fatt li d-dritt għal-libertà ta' ħsieb, ta' kuxjenza, u ta' reliġjon jew twemmin huwa dritt fundamentali tal-bniedem, interrelatat ma' drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali oħrajn u li jħaddan id-dritt għal kulħadd li jemmen jew li ma jemminx, li jimmanifesta jew li ma jimmanifestax kwalunkwe reliġjon jew twemmin, u li jadotta, jibdel jew jabbanduna twemmin tal-għażla tiegħu jew jerġa' lura għalih, kif minqux fl-Artikolu 18 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem; |
129. |
Japella biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jiżguraw li l-minoranzi reliġjużi jkunu rispettati madwar id-dinja, b'mod partikolari fil-Lvant Nofsani, fejn l-Insara, inklużi l-Kattoliċi, l-Armeni Appostoliċi, il-Kopti u l-Jeżidi, kif ukoll il-minoranzi Musulmani qed jiġu ppersegwitati minn ISIS u minn gruppi terroristiċi oħra; |
130. |
Jikkundanna b'mod qawwi l-attakki kontra l-Insara f'diversi pajjiżi madwar id-dinja u jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-familji tal-vittmi; jinsab profondament imħasseb dwar l-għadd dejjem jikber ta' episodji ta' ripressjoni, diskriminazzjoni, intolleranza u attakki vjolenti kontra komunitajiet Insara, b'mod partikolari fl-Afrika, fl-Ażja u fil-Lvant Nofsani; jappella ulterjorment lill-gvernijiet biex dawk kollha responsabbli jinġiebu quddiem il-ġustizzja; jinsab profondament imħasseb dwar is-sitwazzjoni attwali tal-Insara fil-Korea ta' Fuq, is-Somalja, is-Sirja, l-Iraq, l-Afganistan, l-Arabja Sawdija, il-Pakistan, l-Uzbekistan, il-Jemen, in-Niġerja u ħafna pajjiżi oħra, fejn l-Insara jgħixu fil-biża' li jinqatlu, jiffaċċjaw tortura, jiġu stuprati u jinħatfu u li jaraw il-knejjes tagħhom iġarrbu ħsara jew jinqerdu; |
131. |
Jesprimi tħassib profond dwar is-sitwazzjoni tal-persuni li jappartjenu għall-minoranza Musulmana Rohingya f'Burma/il-Mjanmar, li huma mċaħħda miċ-ċittadinanza Burmiża u qed jiffaċċjaw ksur tad-drittijiet tal-bniedem u persekuzzjoni sistematiċi; Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar is-sitwazzjoni tal-Musulmani Rohingya (24); |
132. |
Jilqa' l-adozzjoni matul is-sena ta' rapportar 2013 tal-Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew twemmin, u jappella lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri biex jagħtu attenzjoni partikolari lill-implimentazzjoni ta' dawn il-linji gwida, f'forums kemm internazzjonali kif ukoll reġjonali u fir-relazzjonijiet bilaterali ma' pajjiżi terzi, waqt li jagħtu kas partikolari tal-qagħda vulnerabbli tal-apostati; ifaħħar lill-VP/RGħ il-ġdida talli ddikjarat li l-libertà ta' reliġjon jew twemmin hija waħda mill-prijoritajiet tad-drittijiet tal-bniedem; jinkoraġġixxi lill-VP/RGħ u lis-SEAE biex jinvolvu ruħhom fi djalogu permanenti mal-NGOs, mal-gruppi reliġjużi jew ta' twemmin u mal-mexxejja reliġjużi; |
133. |
Jilqa' l-impenn tal-UE li tippromwovi d-dritt għal-libertà ta' reliġjon jew twemmin fi ħdan forums internazzjonali u reġjonali inklużi n-NU, l-OSKE, il-Kunsill tal-Ewropa u mekkaniżmi reġjonali oħrajn; jinkoraġġixxi lill-UE tkompli tressaq ir-riżoluzzjoni annwali tagħha dwar il-libertà ta' reliġjon jew twemmin fl-Assemblea Ġenerali tan-NU u tappoġġja l-mandat tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-libertà ta' reliġjon jew twemmin; |
Id-drittijiet tan-nisa u l-bniet
134. |
Jilqa' l-appoġġ tal-UE għar-riżoluzzjonijiet tan-NU dwar kwistjonijiet ta' ġeneru, notevolment dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, dwar id-diskriminazzjoni kontra n-nisa, dwar ir-rwol tal-libertà ta' espressjoni u l-opinjoni fl-għoti tas-setgħa lin-nisa, u għall-istqarrijiet tan-NU dwar iż-żwieġ bikri u furzat u dwar il-mutilazzjoni ġenitali femminili; |
135. |
Jappella biex l-UE tipparteċipa b'mod attiv fid-59 sessjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa, u tkompli bil-ġlieda kontra kull tentattiv biex tiddgħajjef il-Pjattaforma għal Azzjoni tan-NU ta' Beijing li tikkonċerna, fost elementi oħra, l-aċċess għall-edukazzjoni u għas-saħħa bħala drittijiet bażiċi tal-bniedem, u d-drittijiet sesswali u riproduttivi; |
136. |
Iqis li hu xi ħaġa ta' dispjaċir il-fatt li l-ġisem tan-nisa u l-bniet, b'mod speċifiku f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi tagħhom għadhom s'issa jikkostitwixxu kamp ta' battalja ideoloġika, u jappella biex l-UE u l-Istati Membri jirrikonoxxu d-drittijiet inaljenabbli tan-nisa u l-bniet għall-integrità fiżika u għal teħid ta' deċiżjonijiet awtonomu fir-rigward, fost affarijiet oħra, tad-dritt għall-aċċess għall-ippjanar tal-familja volontarju u servizzi ta' abort sikuri u legali, u li jkunu ħielsa mill-vjolenza, inkluża l-mutilazzjoni ġenitali femminili, iż-żwieġ tat-tfal, iż-żwieġ prekoċi u furzat u l-istupru fiż-żwieġ; |
137. |
Jafferma mill-ġdid il-kundanna tiegħu tal-forom kollha ta' abbuż u vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, l-aktar l-użu tal-vjolenza sesswali bħala arma tal-gwerra u l-vjolenza domestika; jappella lill-istati membri kollha tal-Kunsill tal-Ewropa, għaldaqstant, biex jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa; jappella biex l-UE għalhekk tieħu passi biex taderixxi mal-konvenzjoni sabiex tiżgura l-koerenza bejn l-azzjoni interna u esterna tal-UE fir-rigward tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet; |
138. |
Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar il-gvernijiet li qed idawru wiċċhom biex ma jarawx il-każi inumani ta' abbuż sesswali tan-nisa, fi żmien meta mara minn kull tlieta madwar id-dinja se tesperjenza vjolenza f'ħajjitha; Iħeġġeġ ulterjorment lis-SEAE biex jistabbilixxi prattiki tajba għall-ġlieda kontra l-istupru u l-vjolenza sesswali kontra n-nisa f'pajjiżi terzi bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-kawżi fl-għeruq ta' din il-problema; |
139. |
Jisħaq fuq l-importanza li l-awtoritajiet jimpenjaw ruħhom sabiex joħolqu kampanji edukattivi indirizzati lejn l-irġiel, u b'mod partikolari lejn il-ġenerazzjonijiet żgħażagħ, bil-għan li jipprevjenu u b'mod gradwali jeliminaw kull tip ta' vjolenza sessista; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-professjonisti fil-qasam tas-saħħa, l-uffiċjali tal-pulizija, il-prosekuturi u l-imħallfin, kemm fl-UE kif ukoll f'pajjiżi terzi, ikunu adegwatament imħarrġa sabiex jassistu u jappoġġjaw lill-vittmi tal-vjolenza; |
140. |
Jenfasizza l-fatt li l-vjolenza sessista, inklużi prattiki konswetudinarji u tradizzjonali dannużi, hija ksur tad-drittijiet bażiċi, u b'mod speċjali tad-dinjità umana, id-dritt għall-ħajja u d-dritt għall-integrità tal-persuna; |
141. |
Jindika l-fatt li l-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika hija strument internazzjonali importanti u vinkolanti u, għaldaqstant, l-adeżjoni ta' aktar u aktar pajjiżi mal-Konvenzjoni kkonċernata se tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-iżvilupp ta' politika integrata għall-protezzjoni u l-għoti tas-setgħa lill-vittmi u għall-promozzjoni ta' kooperazzjoni internazzjonali f'dan il-qasam; |
142. |
Jappella lill-Kunsill biex jinkludi l-kwistjoni ta' abort immotivat mis-sess tal-fetu fil-linji gwida tal-UE dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u l-Kunsill biex jiżviluppaw metodi għall-ġbir ta' data u indikaturi dwar dan il-fenomenu, u jinkoraġġixxi lis-SEAE biex jinkludi din il-kwestjoni fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-pajjiżi dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
143. |
Jisħaq fuq l-importanza li jiġu organizzati kampanji ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni fil-komunitajiet li jipprattikaw il-mutilazzjoni ġenitali femminili, l-abbuż sesswali ta' tfajliet, iż-żwiġijiet prekoċi u furzati, il-femminiċidju u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem abbażi tal-ġeneru, kif ukoll l-importanza li jiġu involuti d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li diġà qegħdin jiġġieldu sabiex dawn il-prattiki jintemmu fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' dawn il-kampanji; itenni l-fatt li ż-żwieġ tat-tfal, prekoċi u furzat u n-nuqqas ta' infurzar ta' età minima legali għaż-żwieġ jikkostitwixxu mhux biss ksur tad-drittijiet tat-tfal, iżda wkoll ostaklu għall-għoti ta' setgħa lin-nisa; |
144. |
Jikkundanna b'mod qawwi l-użu tal-vjolenza sesswali kontra n-nisa u l-bniet bħala tattika tal-gwerra, inklużi delitti bħalma huma l-istupru tal-massa, l-iskjavitù sesswali, il-prostituzzjoni furzata, forom ta' persekuzzjonijiet fuq il-bażi tal-ġeneru inkluża l-mutilazzjoni ġenitali femminili, it-traffikar, it-turiżmu sesswali, iż-żwieġ prekoċi u furzat, il-qtil tal-unur u kwalunkwe forma oħra ta' vjolenza sesswali ta' gravità komparabbli; jibqa' partikolarment imħasseb, f'dan ir-rigward, dwar is-sitwazzjoni fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar tal-Afrika u fis-Sirja, pereżempju; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-ħidma mwettqa minn UN Women, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU għall-vjolenza kontra n-nisa, il-kawżi u l-konsegwenzi tagħha, u r-Rappreżentant Speċjali tan-NU għall-Vjolenza Sesswali marbuta mal-Konflitti; jilqa' l-fatt li, fl-2014, il-Premju Sakharov ingħata lil Dr Denis Mukwege għall-ġlieda li għadha għaddejja tiegħu biex jipproteġi lill-bniet u lin-nisa li sfaw vittmi ta' vjolenza sesswali matul kunflitti armati; |
145. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li delitti relatati mal-ġeneru u delitti ta' vjolenza sesswali huma kklassifikati fl-Istatut ta' Ruma bħala delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità jew atti kostituttivi fir-rigward tal-ġenoċidju jew it-tortura; jilqa', f'dan il-kuntest, ir-Riżoluzzjoni 2106 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-prevenzjoni ta' vjolenza sesswali fil-kunflitti adottata fl-24 ta' Ġunju 2013, li tafferma mill-ġdid li l-QKI tiżvolġi rwol ewlieni fil-ġlieda kontra l-impunità għal delitti sesswali u bbażati fuq il-ġeneru; jappella lill-UE biex tappoġġja għal kollox l-implimentazzjoni ta' dawn il-prinċipji; |
146. |
Ifakkar fl-impenn tal-UE li tintegra d-drittijiet tal-bniedem u l-aspetti dwar il-ġeneru fil-missjonijiet tal-politika ta' sigurtà u difiża komuni bi qbil mar-Riżoluzzjonijiet 1325 u 1820 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li jservu ta' punt ta' riferiment importanti fir-rigward tan-nisa, il-paċi u s-sigurtà; itenni, f'dan ir-rigward, l-appell tiegħu biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġjaw, fil-proċess tal-bini ta' rikonċiljazzjoni sostenibbli, il-parteċipazzjoni sistematika tan-nisa bħala komponent vitali fil-proċessi tal-paċi, u jirrikonoxxu l-ħtieġa li jiġu integrati l-perspettivi tal-ġeneru fil-prevenzjoni ta' konflitti, fl-operazzjonijiet ta' żamma tal-paċi, fl-għajnuna umanitarja u fir-rikostruzzjoni wara konflitt u fil-proċessi ta' tranżizzjoni demokratika; |
147. |
Jikkunsidra li s-sottorappreżentanza tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi hija kwistjoni ta' drittijiet fundamentali u ta' demokrazija, il-valuri li għandhom jissottolinjaw il-kapaċità tal-gvernijiet li jiddedikaw l-attenzjoni tagħhom, bl-aktar mod sħiħ, lill-bini tad-demokrazija u l-proċessi ta' manutenzjoni; jilqa' s-sistemi ta' parità leġiżlati u l-kwoti tas-sessi, u jappella biex f'dan ir-rigward jingħata bidu mill-aktar fis possibbli għall-proċess leġiżlattiv meħtieġ; |
148. |
Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw il-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi u ekonomiċi, b'mod partikolari fil-proċessi tal-bini tal-paċi, fi tranżizzjoni demokratika u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiffokaw fuq l-emanċipazzjoni ekonomika u politika tan-nisa fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, billi jippromwovu l-involviment tagħhom fil-kumpaniji u fl-implimentazzjoni ta' proġetti reġjonali u proġetti ta' żvilupp lokali; |
149. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li n-nisa fl-Ewropa u l-bqija tad-dinja jkollhom id-dritt li jkunu jistgħu jagħmlu l-għażliet tagħhom b'mod liberu, bl-istess kundizzjonijiet bħall-irġiel, mingħajr impożizzjonijiet ideoloġiċi, politiċi jew reliġjużi; |
Id-drittijiet tal-bniedem u l-korruzzjoni
150. |
Ifakkar li l-korruzzjoni hija ksur tad-drittijiet tal-bniedem u li l-UE ddikjarat li għandha l-kompetenza biex tiffirma l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni (UNCAC); |
151. |
Jikkunsidra li hi xi ħaġa ta' dispjaċir li sa issa ma ngħatax segwitu għat-talba tal-Parlament lill-VP/RGħ biex tippreżenta Pjan ta' Azzjoni tal-UE kontra l-korruzzjoni sabiex isir monitoraġġ effikaċi tar-rakkomandazzjonijiet tal-UNCAC, inkluż l-obbligu fuq l-Istati Partijiet li jippubblikaw u jiddesseminaw l-informazzjoni dwar il-korruzzjoni, jistabbilixxu mezzi biex jiġi rrapportat il-ksur, u biex joħoloq qafas ġuridiku xieraq għall-protezzjoni tax-xhieda u għall-attivitajiet tas-soċjetà ċivili f'dan il-qasam; |
152. |
Iħeġġeġ lill-Europol biex jiżviluppa aktar sħubijiet strateġiċi u operattivi ma' pajjiżi terzi fil-prospettiva tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata b'mod aktar effikaċi; |
153. |
Jinnota appell għal taxxa internazzjonali fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji li tkun tista' taħdem bħala sors addizzjonali ta' finanzjament għall-iżvilupp, u jfakkar lill-Istati Membri li huma diġà qablu li jintroduċu taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji fuq livell domestiku u li impenjaw ruħhom li jwarrbu parti mill-fondi miġbura għall-finanzjament ta' beni pubbliċi globali, inkluż l-iżvilupp; |
154. |
Jinnota li l-pajjiżi terzi b'governanza dgħajfa u flussi kbar ta' għajnuna għandhom ukoll rata ogħla ta' korruzzjoni, li bħala konsegwenza tiżvija l-għan maħsub tal-għajnuna għall-iżvilupp u ddgħajjef l-iżvilupp tad-drittijiet tal-bniedem; jappella lis-SEAE biex jappoġġja l-programmi ta' żvilupp li fihom l-għajnuna umanitarja u t-trasparenza jimxu id f'id, sabiex javvanzaw id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi; |
155. |
Itenni l-appell tiegħu biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġjaw il-ħatra ta' Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-kriminalità finanzjarja, il-korruzzjoni u d-drittijiet tal-bniedem; |
It-traffikar tal-bnedmin
156. |
Jikkundanna n-negozju illeċitu tat-traffikar tal-bnedmin, it-traffikar tal-bnedmin għal skopijiet ta' tneħħija ta' organi u kwalunkwe negozju ta' sfruttament ieħor relatat mal-ksur tad-dritt għall-integrità fiżika u t-twikkija tal-vjolenza; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi indirizzat it-traffikar tal-bnedmin, li l-biċċa l-kbira tal-vittmi tiegħu huma nisa li jiġu sfruttati għal skopijiet sesswali; |
157. |
Jappella biex l-UE tagħti prijorità għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin kemm fil-politiki interni tagħha u kemm f'dawk esterni, waqt li tiffoka b'mod partikolari fuq il-protezzjoni tal-vittmi; jappella għal sforzi aktar intensivi mill-UE li b'mod regolari jerġgħu jiġu eżaminati; jisħaq fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fir-rigward tal-iskambju ta' prattiki tajba u ż-żarmar tan-netwerks ta' traffikar internazzjonali, li jagħmlu użu wkoll mill-internet sabiex isibu vittmi ġodda; itenni l-ħtieġa li l-Istati Membri kollha tal-UE jimplimentaw id-Direttiva 2011/36/UE u l-Istrateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin 2012-2016; |
Id-diskriminazzjoni abbażi tal-kasti
158. |
Jikkundanna l-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni li jsofru ġerarkiji ta' kasti u diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasti, inkluż iċ-ċaħda tal-ugwaljanza u ta' aċċess għas-sistema ġuridika u għax-xogħol, is-segregazzjoni li għadha għaddejja u l-ostakli indotti mill-kasti għall-ksib tad-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp bażiċi; jappella biex l-UE tadotta politika mmirata biex tindirizza l-azzjoni għall-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasti u tinkludi objettivi politiki dwar id-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasti fil-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid tagħha dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija; |
Id-drittijiet tal-persuni LGBTI
159. |
Jikkunsidra li hu xi ħaġa ta' dispjaċir il-fatt li 78 pajjiż għadhom iqisu l-omosesswalità bħala reat, inklużi 10 li jiddisponu mill-piena tal-mewt (l-Arabja Sawdija, in-Niġerja, il-Mawritanja, is-Sudan, is-Sierra Leone, il-Jemen, l-Afganistan, l-Iran, il-Maldivi u l-Brunej), u li 20 pajjiżi għadhom jikkriminalizzaw l-identitajiet transġeneri; jikkundanna bis-sħiħ iż-żieda riċenti f'liġijiet diskriminatorji u jemmen li l-prattiki u l-atti ta' vjolenza kontra individwi abbażi tal-orjentament sesswali u l-identità tal-ġeneru tagħhom m'għandhomx jitħallew mhux ikkastigati; jinkoraġġixxi monitoraġġ mill-qrib tas-sitwazzjoni fin-Niġerja, l-Uganda, il-Malawi, l-Indja u r-Russja, fejn liġijiet ġodda jew żviluppi ġuridiċi riċenti qed jheddu b'mod serju l-libertà tal-minoranzi sesswali; jerġa' jafferma l-appoġġ tiegħu għall-ħidma kontinwa tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem biex jiġu miġġielda dawn il-liġijiet u l-prattiki diskriminatorji u għall-ħidma tan-NU b'mod aktar ġenerali fuq din il-kwistjoni; |
160. |
Jappoġġja l-idea li s-SEAE għandu jipprijoritizza l-azzjonijiet tiegħu f'dan il-qasam u jqiegħed enfasi partikolari fuq is-sitwazzjonijiet fejn il-piena tal-mewt tinsab fis-seħħ, u/jew fejn persuni LGBTI huma soġġetti għal tortura u trattament ħażin, billi jikkundanna dawn il-prattiki f'konformità mal-linji gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt u l-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tortura u Trattament jew Kastig Krudili, Inumani jew Degradanti; |
161. |
Jilqa' l-adozzjoni fl-2013 tal-Linji Gwida tal-UE għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tat-Tgawdija tad-Drittijiet tal-Bniedem kollha minn Persuni Leżbjani, Omosesswali, Bisesswali, Transġeneri U Intersesswali (LGBTI); jappella lis-SEAE u lill-Kummissjoni biex iqajmu l-kwistjoni tad-drittijiet tal-persuni LGBTI fid-djalogi politiċi u dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi u fil-forums multilaterali; jenfasizza li hu importanti li l-Kummissjoni u s-SEAE jkomplu jqajmu l-kwistjoni tad-drittijiet tal-persuni LGBTI fid-djalogi politiċi u dwar id-drittijiet tal-bniedem u li jużaw l-EIDHR bħala appoġġ għall-organizzazzjonijiet li jiddefendu d-drittijiet tal-persuni LGBTI billi jingħataw is-setgħa li jikkontestaw il-liġijiet omofobiċi u transfobiċi u d-diskriminazzjoni kontra l-persuni LGBTI, iqajmu kuxjenza fost il-pubbliku ġenerali dwar id-diskriminazzjoni u l-vjolenza esperjenzata minn persuni b'orjentazzjonijiet sesswali differenti, u jiżguraw l-għoti ta' assistenza ta' emerġenza (inklużi l-għajnuna psikosoċjali u medika, il-medjazzjoni u l-assistenza għall-integrazzjoni mill-ġdid) lil dawk fil-bżonn ta' appoġġ ta' dan it-tip; |
162. |
Jieħu nota tal-legalizzazzjoni taż-żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess jew tal-unjonijiet ċivili bejn persuni tal-istess sess f'għadd dejjem jikber ta' pajjiżi – 17 sal-lum – madwar id-dinja; jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri biex jikkontribwixxu ulterjorment għar-rikonoxximent taż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess jew unjonijiet ċivili bejn persuni tal-istess sess bħala kwistjoni politika, soċjali u dwar id-drittijiet ċivili u tal-bniedem; |
163. |
Jappella lill-Kummissjoni u lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa biex ineħħu d-diżordnijiet tal-identità tal-ġeneru mil-lista tad-diżordnijiet mentali u tal-imġiba; jappella lill-Kummissjoni biex issaħħaħ l-isforzi tagħha biex tintemm il-patoloġizzazzjoni tal-identitajiet trans; jinkoraġġixxi lill-Istati biex jiżguraw proċeduri għar-rikonoxximent tal-ġeneru li jkunu rapidi, aċċessibbli u trasparenti u li jirrispettaw id-dritt għall-awtodeterminazzjoni; |
164. |
Jilqa' l-appoġġ politiku dejjem jikber biex l-sterilizzazzjoni bħala rekwiżit għar-rikonoxximent legali tal-ġeneru ssir illegali, kif esprima r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-tortura, u jappoġġja l-fehma li rekwiżiti ta' dan it-tip għandhom jiġu ttrattati u ppersegwitati bħala ksur tad-dritt għal integrità fiżika u tad-drittijiet tas-saħħa sesswali u riproduttiva; |
165. |
Jilqa' l-annullament f'Ottubru 2013 tal-liġi tal-Moldova li tipprojbixxi l-“propagazzjoni ta' kwalunkwe relazzjoni oħra għajr dawk relatati maż-żwieġ jew il-familja”, u japella lill-pajjiżi l-oħra fir-reġjun biex isegwu l-eżempju tal-Moldova; |
Id-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għal minoranzi nazzjonali
166. |
Jenfasizza li l-komunitajiet minoritarji nazzjonali għandhom ħtiġijiet speċifiċi, u li ugwaljanza sħiħa u effikaċi bejn il-persuni li jappartjenu għal minoranza nazzjonali u dawk li jappartjenu għall-maġġoranza għandha għalhekk tiġi promossa f'kull qasam tal-ħajja ekonomika, soċjali, politiċi u kulturali; |
Id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità
167. |
Jilqa' r-ratifiki tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità; itenni l-importanza ta' implimentazzjoni effiċjenti kemm mill-Istati Membri u kemm mill-istituzzjonijiet tal-UE u jisħaq, b'mod partikolari, fuq il-ħtieġa li l-prinċipju ta' aċċessibilità universali u d-drittijiet kollha ta' persuni b'diżabilità jiġu integrati fil-politiki rilevanti kollha tal-UE, inkluż fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, u jenfasizza n-natura preskrittiva u orizzontali ta' din il-kwistjoni; jisħaq fuq l-importanza li l-UE taġixxi f'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali rilevanti u mas-soċjetà ċivili, u b'mod partikolari mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità, sabiex jiġi żgurat li l-programmi ta' żvilupp internazzjonali jqisu l-ħtiġijiet ta' aċċessibbiltà tal-persuni b'diżabilità; |
168. |
Jinkoraġġixxi lill-VP/RGħ tkompli tappoġġja l-proċess ta' ratifikazzjoni u implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità minn dawk il-pajjiżi li għadhom ma rratifikawhiex jew ma implimentawhiex sa issa; |
169. |
Jinkoraġġxxi lis-SEAE jagħti attenzjoni dettaljata lejn l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għal kull pajjiż ippubblikati mill-Kumitat dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, u lir-rapporti tal-istati, u biex iqajjem dan it-tħassib b'mod sistematiku fid-djalogi politiċi mal-pajjiżi kkonċernati u fid-dikjarazzjonijiet pubbliċi; jappella lill-Kummissjoni biex tħejji u tabbozza Prinċipji Gwida tal-UE għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha minn persuni b'diżabilità, sabiex tiġi żgurata politika sistematika u koerenti f'dan ir-rigward, inkluż fid-djalogi u fin-negozjati tagħha ma' pajjiżi terzi; |
170. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex jinkoraġġixxu lid-Delegazzjonijiet tal-UE madwar id-dinja jinvolvu ruħhom mas-soċjetà ċivili b'mod li jippromwovu t-tgawdija effikaċi tad-drittijiet tal-bniedem mill-persuni b'diżabilità; |
Id-drittijiet tat-tfal
171. |
Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tipproponi Strateġija u Pjan ta' Azzjoni ambizzjużi u komprensivi għad-Drittijiet tat-Tfal għall-ħames snin li ġejjin, kif talab fir-riżoluzzjoni tiegħu imsemmi hawn fuq tas-27 ta' Novembru 2014 dwar il-25 anniversarju tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal; |
172. |
Jilqa' l-koperazzjoni tal-UE mal-UNICEF u organizzazzjonijiet oħra u l-NGOs impenjati għad-drittijiet tat-tfal, li rriżultat f'sett ta' għodda għall-integrazzjoni tad-drittijiet tat-tfal fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp u fl-appoġġ tal-għanijiet ta' żvilupp tal-millenju u l-programmi għall-protezzjoni tat-tfal fundamentali bil-għan li jitwettqu d-drittijiet tat-tfal, speċjalment f'kuntesti fraġli; jilqa' b'mod partikolari il-Manifest tad-Drittijiet tat-Tfal, u jinkoraġġixxi lil aktar Membri tal-PE u parlamentari nazzjonali biex jippromwovu l-Manifest u jsiru “difensuri” tad-drittijiet tat-tfal; jilqa' l-użu tal-flus tal-Premju Nobel mogħti lill-UE biex jassistu lit-tfal f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt; ifakkar fl-importanza li jingħata appoġġ psikoloġiku lit-tfal kollha li jkunu ġew esposti għal ġrajjiet vjolenti jew tfal li jkunu vittmi tal-gwerra; jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat aċċess għall-edukazzjoni għat-tfal milqutin minn kunflitti; jilqa' l-parteċipazzjoni tal-UE fit-Tielet Konferenza Globali dwar it-Tħaddim tat-Tfal li saret fi Brasilia f'Ottubru 2013, u l-parteċipazzjoni tagħha fin-negozjati tad-dikjarazzjoni tripartitika dwar it-tħaddim tat-tfal; |
173. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jkunu miġġielda l-forom kollha ta' xogħol tat-tfal furzat u ta' sfruttament tat-tfal; jappella għal implimentazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni eżistenti nazzjonali u internazzjonali li trawwem is-sensibilizzazzjoni tal-abbuż tat-tfal fis-suq tax-xogħol; |
174. |
Jappella lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex ikomplu jieħdu azzjoni rigward id-drittijiet tat-tfal, waqt li jagħtu attenzjoni speċifika lill-vjolenza kontra t-tfal, inkluża t-tortura, peress li dan l-aħħar ġew irrapportati każijiet ta' tortura u detenzjoni tat-tfal; jappella biex tingħata attenzjoni partikolari għall-kwistjonijiet ta' xogħol tat-tfal furzat, faqar fost it-tfal u malnutrizzjoni tat-tfal, u, f'dan ir-rigward, dwar l-għanijiet ta' edukazzjoni primarja universali, tnaqqis fil-mortalità tat-tfal, iż-żwieġ tat-tfal u prattiki dannużi, id-diżarmament, ir-riabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid sussegwenti tat-tfal ingaġġati fi gruppi armati, u t-tqegħid tal-kwistjoni ta' ritwali maġiċi kontra t-tfal fuq l-aġenda tad-djalogi mal-pajjiżi kkonċernati dwar id-drittijiet tal-bniedem; jisħaq fuq l-importanza li tingħata prijorità lid-drittijiet tat-tfal fil-politika esterna, fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja tal-UE, sabiex jiġi żgurat finanzjament adegwat u jiżdied il-livell ta' protezzjoni għat-tfal f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza; jappella lill-VP/RGħ biex kull sena tirrapporta lill-Parlament dwar ir-riżultati li nkisbu f'dak li għandu x'jaqsam mal-azzjoni esterna tal-UE ffokata fuq it-tfal; jenfasizza li t-tfal u l-adolexxenti għandhom jipparteċipaw biss f'xogħol li ma jaffetwalhomx is-saħħa u l-iżvilupp personali tagħhom u li ma jfixkilx l-edukazzjoni tagħhom; jisħaq fuq l-importanza li tingħata prijorità lid-drittijiet tat-tfal fil-politika esterna tal-UE; |
175. |
Jinnota li l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tappella għal miżuri leġiżlattivi, amministrattivi, soċjali u edukattivi dwar it-tħaddim tat-tfal, filwaqt li tirrikonoxxi l-ħtieġa għal approċċ multidimensjonali; jevidenzja l-ħtieġa, sabiex jiġu applikati b'mod effikaċi, li l-liġijiet ikunu akkumpanjati minn interventi politiki li jipprovdu alternattivi fil-forma ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, flimkien ma' miżuri għal protezzjoni soċjali li jibbenefikaw lit-tfal u lill-familji; |
176. |
Jappella biex l-UE tkompli tippromwovi ambjent faċilitattiv għall-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tat-tħaddim tat-tfal, djalogu soċjali u azzjoni konċertata bejn is-setturi pubbliċi u privati madwar l-eradikazzjoni tat-tħaddim tat-tfal; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi pprovdut appoġġ għall-ġlieda kontra x-xogħol tat-tfal fil-pajjiżi f'kunflitt u wara kunflitt u biex tinbena l-kapaċità għaliha; |
177. |
Itenni l-ħtieġa biex jiġu intensifikati l-isforzi għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Implimentazzjoni Riveduta għal-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Kunflitti Armati; jappella, f'dan il-kuntest, biex isir użu aktar effikaċi tar-riżorsi disponibbli taħt l-Istrument għall-Istabilità u l-EIDHR b'mod li jiġi indirizzat il-fenomenu ta' tfal suldati; jinkoraġġixxi lill-UE tapprofondixxi aktar il-kooperazzjoni tagħha mar-Rappreżentant Speċjali tan-NU għat-Tfal Affettwati minn Kunflitti Armati, waqt li tappoġġja l-pjanijiet ta' azzjoni assoċjati u l-mekkaniżmi ta' monitoraġġ u rrapportar; jappella għar-ratifika universali tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, u b'mod partikolari tat-tielet protokoll fakultattiv għaliha, li għandu jippermetti li t-tfal jippreżentaw l-ilmenti tagħhom lill-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal; jappella lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ biex ifittxu mezzi biex l-UE taderixxi b'mod unilaterali mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal; |
178. |
Jindika li n-nutrizzjoni inadegwata u l-malnutrizzjoni tat-tfal fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw iqajmu tħassib serju; jilqa', f'dan ir-rigward, il-Qafas għal Azzjoni li ġie adottat waqt it-Tieni Konferenza Internazzjonali dwar in-Nutrizzjoni ta' dan l-aħħar, li jistabbilixxi l-objettiv globali ta' tnaqqis ta' 40 % fin-numru ta' tfal taħt il-ħames snin fid-dinja li l-iżvilupp tagħhom twaqqaf; |
179. |
Itenni li l-aċċess għall-edukazzjoni huwa dritt fundamentali għat-tfal kollha, kif stabbilit fl-Artikolu 28 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal; jisħaq fuq il-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri kollha meħuda mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex jittejjeb l-aċċess tat-tfal għal servizzi tas-saħħa u kura tas-saħħa ta' kwalità għolja; |
180. |
Jiddeplora l-fatt li mad-dinja kollha għad hemm pajjiżi li qed isibuha bi tqila biex jiffirmaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li jipprovdu gwida ddettaljata dwar l-iżvilupp ta' soċjetajiet inklużivi għall-protezzjoni tat-tfal b'diżabilità; |
181. |
Jappella biex l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jimplimentaw politiki konċertati dwar l-għajnuna umanitarja u l-iżvilupp fi sforz biex jiġġieldu kontra l-malnutrizzjoni tat-tfal; |
Id-drittijiet tal-popli indiġeni
182. |
Jinnota bi tħassib li l-popli indiġeni huma f'periklu partikolari li ssir diskriminazzjoni kontrihom, u li huma speċjalment vulnerabbli għall-bidliet u t-taqlib politiċi, ekonomiċi, ambjentali u dawk marbuta max-xogħol; jinnota li ħafna jgħixu taħt il-linja tal-faqar u jew m'għandhomx aċċess jew għandhom aċċess limitat għal rappreżentanza, teħid ta' deċiżjonijiet politiċi jew is-sistemi ġudizzjarji; jinsab partikolarment imħasseb dwar il-problemi rapportati għall-akkapparrar tal-art, l-ispostament furzat u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem li qed jirriżultaw b'mod mifrux mill-kunflitti armati; |
L-azzjoni tal-UE dwar il-migrazzjoni u r-refuġjati
183. |
Jikkundanna l-għadd drammatiku ta' mwiet fuq il-baħar fil-Mediterran, li hu stmat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni fir-rapport tagħha “Fatal Journeys” li fl-2013 kien ta' 3 000, biex b'hekk dan il-baħar sar l-iktar reġjun mortali fid-dinja għall-migrazzjoni irregolari; jinsab estremament imħasseb dwar ir-rapporti ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-immigranti u dawk li jkunu qed ifittxu l-ażil fi triqthom lejn l-UE; jappella biex l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jikkooperaw man-NU, il-mekkaniżmi reġjonali, il-gvernijiet u l-NGOs biex jaffrontaw dawn il-kwistjonijiet; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jiġu żviluppati politiki aktar b'saħħithom u aktar integrati li jkunu radikati aktar mill-qrib fil-prinċipju ta' solidarjetà fil-livell tal-Unjoni, b'mod li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet urġenti dwar il-migranti, ir-rifuġjati u dawk li jfittxu l-ażil b'manjiera konsistenti mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u mad-dinjità fundamentali tal-bniedem, u jappella lill-UE biex tiggarantixxi standards komuni effikaċi għal proċeduri ta' akkoljenza fl-Unjoni kollha b'mod li jiġu protetti l-minorenni mhux akkumpanjati u dawk l-aktar vulnerabbli; jistieden lill-VP/RGħ, lill-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni u ċ-Ċittadinanza u lis-SEAE jżidu l-koperazzjoni u kondiviżjoni ekwa tar-responsabilitajiet fost l-Istati Membri, inkluż fl-ospitar u r-risistemazzjoni tar-rifuġjati u fil-kontribuzzjoni għas-servizzi ta' tiftix u salvataġġ biex jassistu lill-migranti f'diffikultà fil-baħar waqt li jkunu qed jippruvaw jilħqu x-xtut tal-UE; ifakkar, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġi rispettat il-prinċipju ta' non refoulement fl-ibħra Ewropej u internazzjonali, kif ikkonfermat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; ifakkar fl-impenn tal-Kummissjoni biex tiżviluppa mezzi adegwati għal migrazzjoni legali; jappella, għalhekk, lill-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ il-pakkett komuni dwar l-ażil li l-UE adottat dan l-aħħar u l-leġislazzjoni komuni dwar il-migrazzjoni, u għal dan l-għan, jappella għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' kriżi previst fl-Artikolu 33 tar-Regolament ta' Dublin, li jkun jinkludi kontinġent minimum definit b'mod ċar għal kull Stat Membru, sabiex jintlaħaq b'mod rapidu mekkaniżmu ta' kriżi funzjonanti għar-ridistribuzzjoni biex itaffi l-piż fuq l-Istati Membri l-aktar milquta f'każ li l-kwota minima tinqabeż b'mod ċar; jappella lill-Istati Membri biex jieħdu sehem fil-programmi ta' risistemazzjoni u biex jintensifikaw l-iżvilupp ta' programmi ta' protezzjoni reġjonali fiż-żoni l-aktar milquta; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-għeruq tal-migrazzjoni illegali; jinkoraġġixxi lis-SEAE u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni dettaljata lill-pajjiżi minn fejn joriġinaw it-traffikar jew il-kuntrabandu ta' bnedmin, il-pajjiżi tal-passaġġ u l-pajjiżi ta' destinazzjoni; jappella lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri biex isaħħu aktar id-dimensjoni esterna tal-Unjoni, waqt li jaħdmu b'mod konġunt mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu, inkluż fil-pajjiżi sħab tal-UE, b'mod partikolari fir-reġjun tal-Mediterran, iqajmu dawn il-kwistjonijiet sistematikament fid-djalogi politiċi mal-pajjiżi kkonċernati u fid-dikjarazzjonijiet pubbliċi, u jintensifikaw il-kooperazzjoni ma' dawn il-pajjiżi sal-ogħla livell sabiex iżarmaw in-netwerks illegali użati għat-traffiku ta' migranti u jiġġieldu kontra l-mafji illegali li japprofittaw mit-traffikar ta' bnedmin u l-kuntrabandu ta' bnedmin; |
184. |
Jikkunsidra li t-tfal migranti huma partikolarment vulnerabbli, speċjalment meta ma jkunux akkumpanjati; ifakkar li t-tfal mhux akkumpanjati huma fuq kollox tfal u li l-protezzjoni tat-tfal, aktar milli l-politiki tal-immigrazzjoni, trid tkun il-prinċipju ewlieni fit-trattament ta' dawn it-tfal, biex b''hekk jiġi rrispettat il-prinċipju fundamentali tal-aħjar interessi tat-tfal; |
185. |
Iħeġġeġ lill-VP/RGħ jkomplu jappoġġjaw il-proċess ta' ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali, il-Protokoll għaliha għall-Prevenzjoni, is-Soppressjoni u l-Ikkastigar tat-Traffikar tal-Persuni, speċjalment tan-Nisa u t-Tfal, il-Protokoll kontra l-Kuntrabandu tal-Migranti bl-Art, bil-Baħar u bl-Ajru u l-Protokoll kontra l-Manifattura Illeċita ta' Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti tagħhom u l-Munizzjon u t-Traffikar fihom; |
186. |
Jappella biex l-UE tiżgura li n-negozjazzjoni u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet kollha dwar il-kooperazzjoni u r-riammissjoni fil-qasam tal-migrazzjoni ma' stati li mhumiex fl-UE jikkonformaw mad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali, mad-dritt dwar ir-rifuġjati u mad-dritt marittimu internazzjonali, u jitlob li jiġi kkonsultat qabel ma dawn jiġu konklużi; jeżiġi aktar trasparenza fin-negozjati tat-tali ftehimiet u l-integrazzjoni ta' mekkaniżmi ta' monitoraġġ biex jiġi vvalutat l-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-migrazzjoni ma' stati li mhumiex fl-UE u ta' miżuri ta' kontroll fil-fruntieri, inklużi Frontex u Eurosur; jinsisti li d-drittijiet tal-bniedem għandhom jiżvolġu rwol importanti fl-oqsma tal-migrazzjoni u tal-ażil; għaldaqstant, jitlob li l-uffiċjal tad-drittijiet fundamentali tal-Frontex u l-ispeċjalisti tat-taħriġ tal-EASO jingħataw fondi xierqa sabiex ikunu jistgħu jwettqu attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ kif ukoll biex jippreżentaw l-aħjar prattiċi; |
187. |
Jappella lill-Kummissjoni biex twettaq evalwazzjoni permanenti tal-programmi tagħha dwar il-migrazzjoni u l-kontroll tal-fruntieri fl-istati tal-UE u dawk li mhumiex fl-UE fil-prospettiva li tipproponi miżuri mtejba għall-prevenzjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u għall-iskambju ta' prattiċi tajbin; |
188. |
Iħeġġeġ lill-EASO jibni sħubijiet ma' pajjiżi terzi fil-prospettiva li tissaħħaħ il-protezzjoni internazzjonali għal dawk li qed ifittxu l-ażil; |
189. |
Jilqa' iż-żieda tal-kriterju ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali mal-lista tal-kriterji fundamentali li għandhom jitqiesu qabel il-ftuħ tan-negozjati dwar ftehimiet għall-eżenzjoni minn viżi ma' pajjiżi terzi (25); jappella lill-Kummissjoni biex tuża dan il-kriterju ġdid bħala lieva biex tipperswadi lill-pajjiżi terzi jaċċettaw djalogu aktar sinifikanti dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest strateġikament u ekonomikament sinifikanti tan-negozjati dwar il-viżi; |
190. |
Jikkundanna l-kriminalizzazzjoni dejjem tiżdied tal-migrazzjoni illegali fl-UE għad-detriment tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni kkonċernati; iħeġġeġ biex issir dispożizzjoni mingħajr dewmien għall-istabbiliment tas-salvagwardji dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-obbligu li jingħata rendikont u l-mekkaniżmi ta' infurzar meħtieġa; |
191. |
Jitlob li l-Kummissjoni u s-SEAE jipparteċipaw b'mod attiv fid-dibattitu dwar it-terminu “rifuġjat minħabba l-klima”, inkluż dwar id-definizzjoni legali possibbli tiegħu fid-dritt internazzjonali jew fi kwalunkwe ftehim internazzjonali ġuridkament vinkolanti; |
192. |
Jirrikonoxxi li l-apolidija hija sfida sinifikanti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiġġieldu l-apolidija fl-azzjonijiet esterni kollha tal-UE, b'mod partikolari billi jindirizzaw id-diskriminazzjoni fil-liġijiet dwar in-nazzjonalità abbażi ta' sess, reliġjon jew status minoritarju, billi jippromwovu d-dritt għal nazzjonalità tat-tfal u billi jappoġġjaw il-kampanja tal-Aġenzija tan-NU għar-Refuġjati (UNHCR) immirata biex l-apolidija tintemm sal-2024; |
Id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp
193. |
Jisħaq fuq il-fatt li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ekonomiċi, kulturali, soċjali u ambjentali, l-aċċess għall-ikel, il-governanza tajba, il-valuri demokratiċi, il-paċi, is-sigurtà u l-aċċess għal sistema ġudizzjarja ġusta u effiċjenti, huwa prerekwiżit biex jitnaqqsu l-faqar u l-inugwaljanzi u jinkisbu l-għanijiet ta' żvilupp għall-millenju; hu tal-fehma li d-drittijiet tal-bniedem iridu jkunu fattur trasversali tal-għanijiet, il-miri u l-indikaturi kollha fl-aġenda għal wara l-2015; jenfasizza wkoll li l-implimentazzjoni ta' dik l-aġenda trid tkun ibbażata fuq trasparenza u mekkaniżmi ta' responsabilità qawwija; jasserixxi li l-impenji dwar il-governanza u d-drittijiet tal-bniedem iridu jkunu miżurabbli u jista' jingħatalhom segwitu; |
194. |
Ifakkar li n-NU rrikonoxxiet li mingħajr approċċ għall-iżvilupp ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-għanijiet ta' żvilupp ma jistgħux jintlaħqu kompletament; jappella biex l-UE tibqa' attenta ħalli tiżgura li l-kwistjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ispazju għas-soċjetà ċivili jiġu espliċitament integrati fid-diskussjonijiet għal wara l-għanijiet ta' żvilupp tal-millenju; |
195. |
Jenfasizza l-interdipendenza bejn il-faqar estrem u n-nuqqas ta' drittijiet tal-bniedem, u jevidenzja l-bżonn li jiġi żviluppat sett ta' prinċipji dwar l-applikazzjoni ta' standards u kriterji relatati mad-drittijiet tal-bniedem fil-ġlieda kontra l-faqar estrem; |
196. |
Jevidenzja l-importanza tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp biex jinkiseb ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; itenni għal dan il-għan il-ħtieġa li jiġu adottati b'mod effikaċi linji gwida, valutazzjonijiet tal-impatt, mekkaniżmi ta' monitoraġġ u rapportar b'mod li l-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp issir realtà fil-politiki tal-Unjoni u f'dawk tal-Istati Membri, b'mod speċjali fil-kummerċ u l-agrikoltura; hu tal-fehma li l-UE għandha żżomm it-tmexxija politika fir-rigward ta' din il-kwistjoni; jappella għalhekk lill-UE biex taħdem flimkien ma' pajjiżi sħab impenjati biex tniedi inizjattivi internazzjonali (fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti, il-G20, eċċ.) sabiex il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp tinbidel f'aġenda universali; |
197. |
Jappella biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jikkoordinaw aħjar l-aġendi ta' żvilupp tagħhom fl-ispirtu tat-Trattat ta' Lisbona, billi jqiegħdu l-politika għall-iżvilupp fuq quddiem tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, b'mod li l-prijoritajiet nazzjonali u l-aġendi Ewropej għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem jiġu kkoordinati aħjar permezz tal-iżvilupp, filwaqt li jitqiesu l-kumplessitajiet inkorporati fil-politika għall-iżvilupp tal-UE; |
198. |
Jappella lis-SEAE biex, taħt il-koordinament tal-VP/RGħ, jorbot aħjar il-politika barranija u ta' sigurtà mal-politika għall-iżvilupp bil-għan li jinbnew is-sinerġiji u jiġi żgurat approċċ koerenti mmirat lejn applikazzjoni universali tad-drittijiet tal-bniedem permezz tal-politika għall-iżvilupp tal-UE; jappella ulterjorment lill-UE biex tikkoordina aħjar f'livell estern mal-ekonomiji emerġenti, bħall-pajjiżi BRICS, fil-forums multilaterali b'mod li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tal-governanza globali u jiġu promossi d-drittijiet tal-bniedem permezz tal-koordinament tal-aġendi għall-iżvilupp differenti tagħhom; |
199. |
Iħeġġeġ lill-UE tintegra d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija b'mod aktar effikaċi fil-kooperazzjoni kollha għall-iżvilupp u tiżgura li l-programmi ta' żvilupp tal-UE jikkontribwixxu biex il-pajjiżi sħab jissodisfaw l-obbligi internazzjonali tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; |
200. |
Jenfasizza l-importanza li l-għajnuna għall-iżvilupp tiġi konnessa ma' sforzi kredibbli ta' demokratizzazzjoni; |
201. |
Jappella lill-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt biex, taħt is-superviżjoni tal-President tal-Kummissjoni, jiżgura li jitqies l-impatt fuq is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedemi meta jkunu qed isiru d-diskussjonijiet dwar il-proġetti tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u viċi versa; |
202. |
Jirrikonoxxi l-importanza li jkun hemm involviment attiv mill-NGOs fl-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem sabiex ikun żgurat l-aktar involviment estensiv possibbli tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-politiki, u fl-iżgurar tal-effikaċja tad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
203. |
Jilqa' l-inizjattiva l-ġdida tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE li mill-2014-2020 se toħloq opportunitajiet għal madwar 18 000 persuna mill-UE u minn pajjiżi terzi biex jipparteċipaw fl-operazzjonijiet umanitarji madwar id-dinja fejn ikun hemm l-aktar bżonn urġenti għall-għajnuna u biex juru solidarjetà billi jgħinu lill-komunitajiet milquta minn diżastri naturali jew ikkaġunati mill-bniedem; |
204. |
Jappella għal azzjoni Ewropea kkonċertata biex tindirizza l-problema tal-akkapparrament tal-art permezz tal-promozzjoni ta' salvagwardji adegwati għall-prevenzjoni tagħha fil-pajjiżi kkonċernati u fost il-kumpaniji tal-UE u l-kumpaniji Ewropej oħrajn preżenti f'dawk il-pajjiżi; jinnota li ċ-ċaħda tal-aċċess għall-art u r-riżorsi naturali għall-fqar rurali u urbani hija waħda mill-kawżi ewlenin tal-ġuħ u l-faqar fid-dinja, peress li jkollha impatt fuq it-tgawdija mill-komunitajiet lokali tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom, u b'mod partikolari fuq id-dritt tagħhom għal ikel adegwat; jappella għal valutazzjoni tal-impatt tal-politika kummerċjali tal-UE fuq l-akkapparrament tal-art; jilqa' l-involviment tal-UE fl-iżvilupp tal-Linji Gwida Volontarji globali rigward il-Governanza Responsabbli tal-Pussess tal-Art, is-Sajd u l-Foresti fil-Kuntest tas-Sigurtà Alimentari Nazzjonali, adottati taħt il-patroċinju tan-NU, u jappella għall-implimentazzjoni tagħhom u għall-adozzjoni ta' linji gwida vinkolanti għall-prevenzjoni tal-akkapparrament tal-art; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa urġenti li l-kunsiderazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u t-tnaqqis tal-faqar jiġu integrati fit-teħid tad-deċiżjonijiet rigward l-akkwist jew il-lokazzjoni fit-tul ta' żoni kbar ta' art minn investituri; jikkunsidra li r-rispons tal-UE għal din il-kwistjoni hu test importanti tal-impenn tagħha li timxi lejn approċċ ibbażat fuq id-drittijiet għall-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tagħha, kif previst fit-Trattat ta' Lisbona u li, permezz tiegħu, il-politika għall-iżvilupp tal-UE tkun tikkontribwixxi ulterjorment għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bl-għan primarju li jinqered il-faqar fid-dinja; jappella biex l-UE, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-Ikel, timpenja ruħha favur bidla fundamentali lejn l-agroekoloġija bħala mezz li jiggarantixxi d-dritt għall-ikel; |
205. |
Jinnota bi tħassib kbir li l-popli indiġeni huma partikolarment milqutin minn ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatati mal-estrazzjoni ta' riżorsi; jappella lis-SEAE biex jappoġġja oqfsa ġuridiċi rigorużi u inizjattivi mmirati lejn it-trasparenza u l-governanza tajba fis-settur tal-minjieri u f'setturi ta' riżorsi oħra, li jkunu jirrispettaw il-kunsens liberu, minn qabel u informat tal-poplu lokali u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni; |
206. |
Jinnota bi tħassib kbir li l-gruppi vulnerabbli huma partikolarment milqutin minn ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatat mad-degradazzjoni ambjentali, peress li l-espansjoni tal-pjantaġġuni monokulturali, il-qtugħ tas-siġar, l-infrastruttura u l-appoġġ għall-iżvilupp tal-gass u taż-żejt, il-bijofjuwils, il-minjieri jew l-idroenerġija fuq skala kbira kollha qed jikkawżaw id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti; jappella lill-Kummissjoni biex timplimenta s-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali u tistabbilixxi pjan komprensiv biex taffronta d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u l-impatti tagħhom fl-oqsma ambjentali, soċjali u tad-drittijiet tal-bniedem; |
207. |
Jindika li l-implimentazzjoni tal-programmi għall-iżvilupp, l-edukazzjoni u s-saħħa tikkontribwixxi mhux biss għall-ġlieda kontra l-faqar, iżda wkoll għall-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali; jappella biex l-UE tiżviluppa strateġiji ulterjuri fuq il-linji tal-istrateġija tas-SEAE għas-sigurtà u l-iżvilupp tas-Saħel; |
208. |
Jisħaq fuq il-fatt li, minkejja l-progress li diġà nkiseb fir-rigward tal-aċċess għall-ilma għax-xorb u s-sanità, għad hemm madwar 2,6 biljun persuna li tonqoshom latrina u 1,1 biljun persuna mingħajr ebda tip ta' aċċess għall-ilma għax-xorb; jargumenta li dan huwa dovut għal nuqqas mhux biss ta' riżorsi iżda wkoll ta' rieda politika; jappella, għalhekk, lill-gvernijiet biex jiggarantixxu aċċess għal ilma għax-xorb sigur u għas-sanità, b'attenzjoni partikolari lin-nisa u lit-tfal; |
209. |
Jappella għal strateġija politika fit-tul ambizzjuża u pjan ta' azzjoni dwar is-saħħa pubblika, l-innovazzjoni u l-aċċess għall-mediċini li, inter alia, jesplora skemi ta' inċentivi ġodda għar-riċerka u l-iżvilupp kif deskritti fir-rapport tal-2012 tal-Grupp ta' Ħidma Espert Konsultattiv tad-WHO dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp: Finanzjament u Koordinament, b'mod li jiġi salvagwardjat id-dritt għal standard ta' għajxien adegwat għas-saħħa u l-benesseri ta' kull bniedem mingħajr l-ebda distinzjoni ta' razza, reliġjon, twemmin politiku, u kundizzjoni ekonomika jew soċjali; jisħaq fuq il-fatt li n-nisa u l-bniet jibqgħu dawk l-aktar milquti mill-pandemija tal-HIV, u huma wkoll dawk li huma l-aktar involuti biex jieħdu ħsieb pazjenti fil-komunitajiet tagħhom; |
L-avvenimenti kulturali u sportivi internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem
210. |
Jikkundanna l-prattika dejjem tikber minn stati awtoritarji li jospitaw avvenimenti sportivi jew kulturali enormi sabiex isaħħu l-leġittimità internazzjonali tagħhom filwaqt li jrażżnu ulterjorment id-dissens domestiku; jappella biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jinvolvu ruħhom mal-federazzjonijiet sportivi nazzjonali, l-atturi korporattivi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fir-rigward tal-modalitajiet ta' parteċipazzjoni tagħhom f'dawn l-avvenimenti, inkluż fir-rigward tal-ewwel Logħob Ewropew f'Baku fl-2015 u t-Tazza tad-Dinja tal-FIFA fir-Russja fl-2018; jappella għall-iżvilupp ta' qafas ta' politika tal-UE dwar l-isport u d-drittijiet tal-bniedem, u għall-inklużjoni tal-impenji rilevanti fil-Pjan ta' Azzjoni ġejjieni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; |
211. |
Itenni li fil-qafas tal-universalità tad-drittijiet tal-bniedem u fuq il-bażi tal- Konvenzjonijiet tal-UNESCO, id-diversità kulturali u l-wirt kulturali huma wirt dinji u li l-komunità internazzjonali għandha d-dmir li tikkoopera fil-protezzjoni u l-valorizzazzjoni tagħhom; iqis li forom intenzjonali ta’ qerda tal-wirt kulturali u artistiku, kif qed jiġri bħalissa fl-Iraq u fis-Sirja, għandhom jiġu prosegwiti bħala delitti tal-gwerra u bħala delitti kontra l-umanità; |
Tisħiħ tal-azzjoni tal-Parlament Ewropew rigward id-drittijiet tal-bniedem
212. |
Itenni l-impenn tiegħu favur titjib kontinwu tal-proċeduri, il-proċessi u l-istrutturi proprji tal-Parlament b'mod li jiġi żgurat li d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija jkunu fil-qalba tal-azzjonijiet u l-politiki tiegħu; jiġbed l-attenzjoni lejn l-impenn fit-tul tiegħu favur id-drittijiet tal-bniedem, kif rifless fl-għoti tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb; jikkunsidra, barra minn hekk, li huma rikjesti koperazzjoni effikaċi fil-Parlament kollu u l-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-politiki u l-azzjonijiet predominanti biex is-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem ikun jista' jissodisfa l-missjoni tiegħu, kif speċifikata fir-Regoli ta' Proċedura, li “jiżgura koerenza bejn il-politika esterna kollha tal-Unjoni u l-politika tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem”; |
213. |
Jappella għal implimentazzjoni aħjar tal-Linji Gwida għad-Delegazzjonijiet Interparlamentari tal-Parlament Ewropew dwar il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, u jħeġġeġ biex isir rieżami tal-linji gwida li għandu jitwettaq mill-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet, f'kooperazzjoni mas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem; jirrakkomanda, f'dan il-kuntest, prattika aktar sistematika u trasparenti kif jitqajmu kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, speċjalment il-każijiet individwali msemmija fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament u l-każijiet tar-rebbieħa tal-Premju Sakharov u dawk innominati għalih li qegħdin f'riskju, matul żjarat ta' delegazzjonijiet f'pajjiżi terzi, u kif tiġi rrapportata lis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem l-azzjoni meħuda bil-miktub u, fejn ikun iġġustifikat politikament, permezz ta' sessjoni speċifika ta' tgħarrif; |
214. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal riflessjoni kontinwa dwar il-mezzi l-aktar xierqa għall-massimizzazzjoni tal-kredibilità, il-viżibilità u l-effikaċja tar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt u l-ħtieġa ta' sinkronizzazzjoni xierqa bejn l-istituzzjonijiet Ewropej kollha u d-Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija, u li dawn jagħtu segwitu xieraq; jisħaq, b'mod partikolari, fuq il-ħtieġa għal segwitu istituzzjonali tal-kwistjonijiet imqajma fir-riżoluzzjonijiet ta' urġenza tal-Parlament; |
215. |
Jinkoraġġixxi d-diskussjoni dwar l-inklużjoni tal-għodda differenti disponibbli għall-Parlament rigward l-appoġġ għal u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'dokument ta' strateġija uniku, li għandu jiġi adottat mill-Parlament fil-plenarja; jappella għall-ħolqien ta' sit fuq l-internet li jiġi aġġornat regolarment u li jelenka d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem imsemmija fir-riżoluzzjonijiet ta' urġenza tal-Parlament u għat-twaqqif ta' grupp ta' ħidma intern tal-Parlament li jkun isegwi l-każijiet ta' dawn id-difensuri elenkati madwar id-dinja, biex id-delegazzjonijiet li jivvjaġġaw lejn pajjiżi terzi jitħeġġu jiltaqgħu magħhom; |
o
o o
216. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-President tad-69 Assemblea Ġenerali tan-NU, lill-President tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, u lill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-UE. |
(1) Testi adottati, P8_TA(2014)0070.
(2) A/RES/55/2.
(3) Dokument tal-Kunsill 11855/2012.
(4) Testi adottati, P7_TA(2013)0575.
(5) ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 69.
(6) Testi adottati, P7_TA(2014)0252.
(7) Testi adottati, P7_TA(2014)0259.
(8) ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 115.
(9) Testi adottati, P8_TA(2014)0013.
(10) ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 165.
(11) Testi adottati, P7_TA(2013)0274.
(12) A/RES/67/176.
(13) Testi adottati, P7_TA(2014)0206.
(14) ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 107.
(15) ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 101.
(16) ĠU C 290 E, 29.11.2006, p. 107.
(17) ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 31.
(18) ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 94.
(19) Testi adottati, P8_TA(2014)0059.
(20) Testi adottati, P7_TA(2013)0420.
(21) Testi adottati, P7_TA(2013)0394.
(22) Testi adottati, P7_TA(2013)0180.
(23) A/RES/69/186.
(24) Testi adottati, P7_TA(2013)0286.
(25) Regolament (UE) Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 67).
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/172 |
P8_TA(2015)0077
Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Lega tal-Istati Għarab u kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2015 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Lega tal-Istati Għarab u l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (2015/2573(RSP))
(2016/C 316/19)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni adottata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fl-24 ta' Settembru 2014 dwar theddid għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali kkaważat minn atti terroristiċi (Riżoluzzjoni 2178 (2014)), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Riga li segwiet il-laqgħa informali tal-Ministri għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni f'Riga tad-29 u t-30 ta' Jannar 2015, |
— |
wara li kkunsidra l-attivitajiet tal-uffiċċju ta' kollegament bejn l-UE u l-Lega tal-Istati Għarab f'Malta, immirati lejn il-faċilitazzjoni tad-djalogu bejn il-Kummissjoni u l-Lega Għarbija, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni adotatta fit-Tielet Laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea u tal-Lega tal-Istati Għarab tal-10 u l-11 ta' Ġunju 2014, |
— |
wara li kkunsidra l-iffirmar ta' memorandum ta' qbil, fid-19 ta' Jannar 2015, bejn Federica Mogherini, il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), u Nabil El Araby, is-Segretarju Ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab, li jirrappreżentaw l-Unjoni Ewropea u l-Lega tal-Istati Għarab rispettivament, |
— |
wara li kkunsidra l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna għall-UE, kif adottata mill-Kunsill fil-25 ta' Frar 2010, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, b'mod partikolari dawk tad-9 ta' Frar 2015, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-11 ta' Frar 2015 dwar miżuri kontra t-terroriżmu (1), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2015 dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li jikkonċernaw pajjiżi tal-Lega tal-Istati Għarab (LAS), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-VP/RGħ Federica Mogherini tad-19 ta' Jannar 2015, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi t-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti jikkostitwixxu theddidiet serji għas-sigurtà u l-libertajiet fil-livell globali, u billi r-rispett għad-drittijiet fundamentali huwa element essenzjali tal-politiki kontra t-terroriżmu li jirnexxu; |
B. |
billi t-terroriżmu jikkostitwixxi theddida globali li jeħtieġ li tiġi indirizzata bi sforz koordinat mill-gvernijiet nazzjonali u l-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali; jenfasizza li alleanza globali biss tista' tindirizza din it-theddida b'mod effikaċi, f'konformità sħiħa mad-dritt internazzjonali, il-valuri fundamentali u l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; |
C. |
billi fid-19 ta' Jannar 2015 il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, u s-Segretarju Ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab (LAS), Nabil El Araby, iffirmaw Memorandum ta' Qbil (MtQ) bejn is-SEAE u s-Segretarjat Ġenerali tal-LAS; |
D. |
billi l-kontenut tal-Memorandum ta' Qbil tal-2015 bejn is-Servizz Ewropew għall-azzjoni esterna u s-Segretarjat Ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab mhuwiex disponibbli għall-pubbliku; |
E. |
billi l-UE u l-LAS għandhom interess komuni f'soluzzjonijiet fit-tul bil-għan li jiżguraw il-paċi u l-istabbiltà reġjonali; billi l-memorandum ta' qbil huwa maħsub biex jappoġġa u jsaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Membri tal-LAS sabiex isaħħu l-istrutturi ta' ħidma, jikkondividu l-esperjenzi u jtejbu d-djalogu tagħhom b'tali mod li jirnexxielhom jiksbu miri u objettivi komuni f'oqsma fejn għandhom interessi reċiproċi; |
F. |
billi l-fenomenu tal-ġellieda mill-Ewropa li jivvjaġġaw lejn postijiet differenti biex jiġġieldu l-ġiħad, u t-theddida għas-sigurtà li dawn jistgħu joħolqu fl-UE meta jerġgħu lura, x'aktarx li jkompli fis-snin li ġejjin; billi eluf ta' ċittadini tal-UE ġew irrapportati li ħallew darhom biex isiru ġellieda barranin malli faqqgħu l-gwerra u l-vjolenza fis-Sirja, l-Iraq u l-Libja, u qed joħolqu sfida addizzjonali għas-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE; billi l-atti terroristiċi reċenti f'Pariġi u Kopenħagen twettqu minn ċittadini tal-Istati Membri tal-UE; |
G. |
billi t-tixrid tal-propaganda terrorista qed tkun iffaċilitata mill-użu tal-internet u tal-midja soċjali; billi t-terroriżmu ċibernetiku jippermetti li gruppi terroristiċi jistabbilixxu u jżommu rabtiet mingħajr l-ostaklu fiżiku tal-fruntieri, u b'hekk inaqqas il-ħtieġa għal bażijiet jew santwarji fil-pajjiżi; |
H. |
billi jseħħu vjolazzjonijiet serji u sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi membri tal-Lega tal-Istati Għarab; |
I. |
billi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li l-UE tqis li qed jeżerċitaw id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali universali tagħhom jingħataw it-tikketta ta' organizzazzjonijiet terroristiċi minn gvernijiet ta' membri tal-LAS; billi l-ġlieda kontra t-terroriżmu u s-sigurtà nazzjonali qed jiġu invokati dejjem aktar sabiex jiġu leġittimizzati ripressjonijiet fuq figuri tal-oppożizzjoni, is-soċjetà ċivili u l-ġurnalisti; |
J. |
billi l-politiki esterni tal-UE għandhom jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra t-theddida terroristika, li qed tikber f'ċerti partijiet tal-viċinat tagħha; billi l-istrateġiji ta' prevenzjoni għall-ġlieda kontra t-terroriżmu għandhom ikunu bbażati fuq approċċ plurali li jimmira direttament li jiġġieled it-tħejjija ta' attakki fuq it-territorju tal-Unjoni, iżda wkoll jintegra l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kawżi bażiċi tat-terroriżmu; |
K. |
billi l-UE tikkundanna l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt u l-applikazzjoni ta' kastigi krudili u inumani fid-dinja kollha, anki għal min jinsab ħati li wettaq atti terroristiċi; |
1. |
Jesprimi d-dispjaċir profond tiegħu fir-rigward tal-livell ta' tbatija umana u telf tal-ħajja minħabba attakki terroristiċi u jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-familji tal-vittmi innoċenti kollha; |
2. |
Jissottolinja l-fatt li t-terroriżmu joħloq theddida diretta għall-pajjiżi kollha u għall-persuni kollha irrispettivament mill-ambjent etniku, ir-reliġjon jew it-twemmin tagħhom; |
3. |
Jitlob li l-MtQ jiġi ppubblikat sabiex il-kontenut tiegħu jkun jista' jiġi soġġett għal sorveljanza demokratika u ġudizzjarja; |
4. |
Jistieden lill-Kunsill jaħdem fuq definizzjoni armonizzata u mhux ambigwa tat-terroriżmu mal-istati membri kollha tal-LAS; |
5. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni fi kwistjonijiet ta' għajnuna umanitarja permezz tal-iskambju ta' informazzjoni dwar sitwazzjonijiet ta' kriżi; jissottolinja l-importanza li jiġu kondiviżi, kif xieraq, il-valutazzjonijiet u l-prattiki tajbin, kif ukoll li ssir kooperazzjoni fl-identifikazzjoni ta' passi prattiċi li jgħinu biex jiġu indirizzati t-theddidiet, fosthom permezz ta' ġlieda aktar effikaċi kontra r-radikalizzazzjoni, ir-reklutaġġ u l-ivvjaġġar tat-terroristi u l-ġellieda barranin, kif ukoll il-ġestjoni tal-kwistjoni tal-ġellieda li qed jirritornaw fil-post ta' tluq tagħhom; |
6. |
Itenni l-pożizzjoni tiegħu li, fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, huwa kruċjali li ma jiġux indirizzati biss il-konsegwenzi iżda wkoll il-fatturi sottostanti tar-radikalizzazzjoni, u jissottolinja l-ħtieġa ta' approċċ transsettorjali komprensiv li jiggarantixxi l-involviment tal-politiki kollha kkonċernati, inkluża l-importanza tal-promozzjoni ta' kultura ta' inklużjoni u tolleranza, pereżempju permezz ta' politiki edukattivi, soċjali u reġjonali; |
7. |
Jinnota li l-estremiżmu ġiħadist huwa wieħed mill-kawżi prinċipali tat-theddida terroristika attwali fl-UE u fl-Istati Għarab; jappoġġa l-fehma li politika maħsuba għad-deradikalizzazzjoni u għal-ġlieda kontra t-terroriżmu ma tistax tkun effikaċi sakemm ma tiġix żviluppata b'kooperazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi ta' oriġini; |
8. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE u ta' dawk tal-LAS jirrispettaw il-projbizzjoni tat-tortura kif minqux b'mod mill-aktar notevoli fil-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti, li l-biċċa l-kbira minnhom iffirmaw jew irratifikaw; itenni li l-konfessjonijiet furzati taħt tortura mhumiex validi; |
9. |
Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li jinżamm bilanċ bejn il-libertà u s-sigurtà bħala risposta għat-theddidiet terroristiċi u li jiġu kkunsidrati l-miżuri kollha li għandhom jittieħdu mill-perspettiva tal-kompatibbiltà ta' dawn il-miżuri mal-istat tad-dritt u r-rekwiżiti tad-drittijiet fundamentali; |
10. |
Jilqa', b'mod ġenerali, il-kooperazzjoni u s-sħubija bejn l-UE u l-pajjiżi terzi biex jiġġieldu t-terroriżmu; jilqa' l-istabbiliment ta' Djaloġu Strateġiku bejn l-UE u l-LAS, inklużi skambji dwar kwistjonijiet politiċi u ta' sigurtà, l-iskambju ta' laqgħat regolari tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà tal-UE u r-Rappreżentanti Permanenti Għarab, u jfaħħar il-progress li sar fil-qasam tat-twissija bikrija u r-reazzjoni għall-kriżijiet, b'mod partikolari l-implimentazzjoni sħiħa tal-Proġett ta' Twissija Bikrija u Reazzjoni għall-Kriżijiet; |
11. |
Ifakkar, madankollu, li qatt ma jista' jsir abbuż mill-miżuri għall-ġlieda kontra t-terroriżmu bil-għan li jiġi ripress id-dissens leġittimu, jew biex jinkisru d-drittijiet tal-bniedem universali tal-popli; jistieden lill-UE tinkorpora salvagwardji ċari fil-kooperazzjoni tagħha ma' pajjiżi terzi, bil-għan li tiżgura li ma tappoġġax jew ma tilleġittimax direttament jew indirettament ir-repressjoni ta' individwi u organizzazzjonijiet leġittimi f'isem il-ġlieda kontra t-terroriżmu; |
12. |
Jenfasizza li l-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE u l-LAS qablu wkoll li jkomplu jaħdmu fuq l-implimentazzjoni komprensiva tal-Istrateġija Globali tan-NU Kontra t-Terroriżmu; jappoġġa l-fatt li huma laqgħu l-istabbiliment taċ-Ċentru Kontra t-Terroriżmu tan-NU bl-inizjattiva tal-Kustodju taż-żewġ Moskej Imqaddsa u talbu li jingħata appoġġ lil dan iċ-ċentru, u li laqgħu ż-żamma tal-ewwel Konferenza internazzjonali dwar il-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, f'Bagdad f'Marzu 2014, bħala opportunità biex jiġu diskussi u mfittxija mezzi u modi xierqa għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali u l-ġlieda kontra t-terroriżmu fil-livell reġjonali; |
13. |
Jafferma mill-ġdid l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-LAS fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li jenfasizza s-sinifikat tat-tkomplija tal-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u taż-żamma tad-drittijiet tal-bniedem kollha għal kulħadd, inklużi d-dritt għal żvilupp ekonomiku u soċjali, il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tar-reliġjon jew it-twemmin, mentri jiġu promossi wkoll il-valuri tat-tolleranza u l-koeżistenza bejn reliġjonijiet differenti u jiġu rifjutati l-esklużjoni, l-estremiżmu, l-inċitament u d-disseminazzjoni tal-mibegħda u l-vjolenza; |
14. |
Jistieden lill-Kunsill biex jivverifika jekk kienx hemm ksur tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE dwar l-Esportazzjoni ta' Armi fir-rigward tar-ripressjoni; |
15. |
Jistieden lill-UE biex, flimkien mal-Lega tal-Istati Għarab, tiżviluppa mekkaniżmu ddedikat bil-għan li jitrażżan il-fenomenu tat-traffikar tal-armi, b'mod partikolari billi jinżammu fil-mira l-pajjiżi fejn joriġina t-terroriżmu jew fejn jingħata t-taħriġ lit-terroristi; jistieden lill-UE tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-armi, b'mod partikolari tat-teknoloġija b'użu doppju li taf tiġi strumentalizzata mit-terroristi; jemmen li huwa essenzjali li l-finanzjament tat-terroriżmu jiġi miġġieled b'koordinazzjoni mal-atturi rilevanti, inkluża l-LAS u l-membri tagħha; |
16. |
Jemmen li l-UE jeħtiġilha tikkunsidra mill-ġdid id-dgħufija prevalenti li kkaratterizzat il-kooperazzjoni għall-ġlieda kontra t-terroriżmu mal-pajjiżi ta' oriġini, tranżitu u destinazzjoni li minnhom għaddew il-ġellieda barranin u r-riżorsi għas-sostenn tagħhom, fosthom stati membri tal-LAS; |
17. |
Jisħaq fuq il-fatt li strateġija komprensiva tal-UE dwar miżuri kontra t-terroriżmu, ibbażata fuq approċċ li jiġbor flimkien għodod diplomatiċi u soċjoekonomiċi, għodod għall-iżvilupp, il-prevenzjoni tal-kunflitt u l-bini tal-paċi u għodod għall-ġestjoni tal-kriżijiet, trid tagħmel użu sħiħ mill-politiki barranin u ta' żvilupp tagħha, sabiex tiġġieled il-faqar, id-diskriminazzjoni u l-marġinalizzazzjoni, tiġġieled il-korruzzjoni u tippromwovi l-governanza t-tajba u tipprevjeni u ssolvi l-kunflitti, fatturi li kollha jikkontribwixxu għall-marġinalizzazzjoni ta' ċerti gruppi u setturi tas-soċjetà u b'hekk jagħmluhom aktar vulnerabbli għall-propaganda ta' gruppi estremisti; |
18. |
Ifakkar li l-komunità internazzjonali impenjat ruħha fir-rigward tal-adozzjoni ta' miżuri li jiżguraw ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem għal kulħadd u l-istat tad-dritt bħala l-bażi fundamentali tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, permezz tal-adozzjoni, min-naħa tal-Assemblea Ġenerali, tal-Istrateġija Globali tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra t-Terroriżmu fir-Riżoluzzjoni tagħha 60/288; |
19. |
Ifakkar lill-Istati Membri u lill-aġenziji tal-UE, inklużi l-Europol u l-Eurojust, fl-obbligi tagħhom skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll fl-objettivi tal-politika esterna tal-UE; |
20. |
Itenni l-pożizzjoni tiegħu li d-drittijiet tal-minoranzi reliġjużi huma marbuta b'mod indissolubbli mar-rispett għal libertajiet u drittijiet tal-bniedem fundamentali oħrajn, bħad-dritt għal-libertà, is-sigurtà, l-opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa u l-libertà tal-espressjoni, u jistieden lil-LAS, lis-SEAE u lill-istati membri taż-żewġ organizzazzjonijiet sabiex jipproteġu l-minoranzi reliġjużi fid-dinja Għarbija u jimplimentaw b'mod sħiħ il-Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin; |
21. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, kif ukoll lis-Segretarju Ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab. |
(1) Testi adottati, P8_TA(2015)0032.
(2) Testi adottati, P8_TA(2015)0012.
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/176 |
P8_TA(2015)0078
L-isfruttament sostenibbli tal-ispnott
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2015 dwar l-isfruttament sostenibbli tal-ispnott (2015/2596(RSP))
(2016/C 316/20)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għas-Sajd, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-informazzjoni xjentifika dwar l-istatus tal-istokk tal-ispnott hija insuffiċjenti, b'mod partikolari d-data disponibbli dwar il-limiti preċiżi, il-perkorsi tal-passa tal-istokk u l-postijiet ta' riproduzzjoni tal-ispnott; |
B. |
billi l-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) jidentifika erba' tipi ta' stokkijiet tal-ispnott: il-Baħar Ċeltiku/il-Kanal Ingliż/il-Baħar tat-Tramuntana, il-Golf tal-Biskalja, l-ilmijiet fil-Punent tal-Peniżola Iberika, u l-ilmijiet fil-Punent tal-Iskozja/Irlanda; |
C. |
billi diversi studji juru li l-istat tal-istokk tal-ispnott huwa inkwetanti, minkejja li fil-passat il-Kummissjoni ħadet miżuri ta' emerġenza; |
D. |
billi, minħabba l-fatt li l-mortalità għadha għolja ħafna u li l-ispnott huwa speċi li jikber bil-mod u jimmatura tard, l-ispnott jeħtieġ perjodu ta' żmien twil biex jirkupra d-daqs tal-popolazzjoni; |
E. |
billi l-ispnott huwa speċi nobbli, mitlub ħafna mill-industrija tas-sajd għal valur ekonomiku sinifikanti tiegħu; |
F. |
billi għadd konsiderevoli ta' dgħajjes huma involuti fis-sajd tal-ispnott, u huwa sajd eteroġenju f'termini ta' daqs ta' laneċ tas-sajd, l-istaġuni tas-sajd u l-irkaptu użat; |
G. |
billi l-qbid mis-sajd rikreattiv huwa sinifikanti u jikkontribwixxi għal mill-inqas kwart tal-qbid ta' din l-ispeċi; |
H. |
billi r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (1) jipprevedi li l-istokkijiet għandhom jiġu ripristinati jew jinżammu f'livelli ogħla mir-rendiment massimu sostenibbli; |
I. |
billi l-ispnott huwa speċi li mhuwiex soġġett għall-qabdiet totali permissibbli (TAC); |
J. |
billi l-Kummissjoni ħadet miżuri ta' emerġenza li jipprojbixxu sajd tal-ispnott bl-użu ta' xbieki tat-tkarkir pelaġiċi fil-Baħar Ċeltiku, fil-Kanal Ingliż, fil-Baħar Irlandiż u fin-Nofsinhar tal-Baħar tat-Tramuntana sat-30 ta' April 2015; |
K. |
billi miżuri ta' ġestjoni nazzjonali meħuda s'issa huma insuffiċjenti biex tinżamm l-ispeċi u ma jsolvux il-problemi tal-kondiviżjoni u tal-aċċess għar-riżorsi; |
L. |
billi l-isfruttament tal-ispnott matul il-perjodi ta' riproduzzjoni għandu jkun partikolarment limitat peress li dan inaqqas b'mod viżibbli it-tiġdid tal-istokk u jipprevjeni l-irkupru tiegħu; |
M. |
billi fl-Irlanda s-sajd tal-ispnott huwa riservat għas-sajd rikreattiv; |
N. |
billi l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) jirrakkomanda tnaqqis fil-mortalità mis-sajd tal-ispnott ta' madwar 60 %; |
O. |
billi x-xogħol tal-Group ta' Ħidma Inter-AC dwar l-ispnott jirrakkomanda miżuri ta' ġestjoni Ewropej; |
P. |
billi l-isfruttament sostenibbli tal-ispnott jinvolvi għażliet politiċi, li għandhom jsiru bl-involviment tal-partijiet interessati rilevanti kollha; |
1. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw l-istat tal-istokk tal-ispnott u d-delimitazzjoni tiegħu, il-passa tal-ispeċi u l-postijiet eżatti ta' riproduzzjoni; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jibnu fuq il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, li jipprovdi finanzjament sostanzjali għall-ġbir ta' data xjentifika; |
2. |
Jenfasizza l-importanza li jiġu evalwati b'mod preċiż is-segment ta' diversi attivitajiet tas-sajd tal-ispnott u s-segment tal-perċentwali ta' qabdiet fis-sajd rikreattiv; |
3. |
Iqis li jinħtieġu miżuri għall-immaniġġjar tat-tħaddim tas-sajd tal-ispnott fil-livell Ewropew sabiex titħares din l-ispeċi; iqis, barra minn hekk, li dawn il-miżuri għandhom jieħdu kont b'mod suffiċjenti tal-għarfien xjentifiku u jiffavorixxu l-ġestjoni tal-prossimità u l-prinċipju tar-reġjonalizzazzjoni; |
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi pjan ta' ġestjoni pluriennali dwar l-ispnott bil-għan li l-istokk jiġi ripristinat f'livell ogħla mir-rendiment massimu sostenibbli; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu involuti sajjieda professjonisti u dilettanti u kunsilli konsultattivi fit-tħejjija ta' dan il-pjan ta' ġestjoni; |
5. |
Ifakkar li l-pjanijiet ta' ġestjoni pluriennali għandhom jitħejjew skont il-proċedura ta' kodeċiżjoni; |
6. |
Iqis li, sabiex jiġi żviluppat pjan ta' ġestjoni pluriennali għall-ispnott, huwa importanti li jiġu evalwati miżuri differenti ta' ġestjoni għas-sajd kummerċjali, b'mod partikolari l-introduzzjoni ta' qabdiet totali permissibli (TAC) u l-ħtieġa ta' deċiżjoni xjentifikament soda dwar id-daqs minimu ta' żbark u l-għeluq spazjotemporali għas-sajd bil-għan li titħares ir-riproduzzjoni u miżuri tekniċi oħra; |
7. |
Jirrikonoxxi l-problemi li l-introduzzjoni ta' TAC taf tiġġenera, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-kalkolu tal-qabdiet storiċi, id-distribuzzjoni tal-kwoti fil-livell nazzjonali bejn l-attivitajiet differenti u d-diffikultà li jiġi kopert is-sajd rikreattiv, iżda, fid-dawl tan-neċessità assoluta li jiġi indirizzat l-istat tal-istokkijiet tal-ispnott, jenfasizza li tali miżura għandha tiġi kkunsidrata; |
8. |
Jemmen li l-miżuri tal-UE huma neċessarji għas-sajd rikreattiv f'forma ta' limiti kwantitattivi, li l-forma tagħhom għad trid tiġi definita; |
9. |
Iqis li l-miżuri għas-sajd kummerċjali u għas-sajd rikreattiv għandhom ikunu koerenti ma' xulxin sabiex l-istokk jinżamm ogħla mir-rendiment massimu sostenibbli, f'konformità mal-objettivi tal-politika komuni tas-sajd; |
10. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/178 |
P8_TA(2015)0079
It-28 sessjoni tal-UNHRC
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2015 dwar il-prijoritajiet tal-UE għall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2015 (2015/2572(RSP))
(2016/C 316/21)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-konvenzjonijiet tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-protokolli fakultattivi tagħhom, inkluża l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 60/251 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li tistabbilixxi l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem (UNHRC), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta Soċjali Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, |
— |
wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, adottati fil-25 ta' Ġunju 2012, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi r-riżoluzzjonijiet ta' urġenza dwar kwistjonijiet bħal dawn, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja 2013, u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tad-9 ta' Frar 2015 dwar il-prijoritajiet tal-UE fil-fora tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3(5), 18, 21, 27 u 47 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra t-28 sessjoni tal-UNHRC li se ssir mit-2 sas-27 ta' Marzu 2015, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi r-rispett, il-promozzjoni u s-salvagwardja, tal-universalità tad-drittijiet tal-bniedem jagħmlu parti mill-acquis etiku u ġuridiku tal-Unjoni Ewropea u huma wieħed mill-elementi ewlenin tal-għaqda u tal-integrità Ewropea; |
B. |
billi d-drittijiet tal-bniedem huma inerenti għall-bnedmin kollha irrispettivament min-nazzjonalità, ir-razza, is-sess, l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew kwalunkwe status ieħor tagħhom, u billi r-rispett għal dawn id-drittijiet huwa minqux fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, u f'konvenzjonijiet, dikjarazzjonijiet u riżoluzzjonijiet sussegwenti internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
C. |
billi d-drittijiet kollha tal-bniedem – kemm jekk ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali jew kulturali – huma indiviżibbli, interrelatati u interdipendenti, u billi ċ-ċaħda ta' kwalunkwe wieħed minn dawn id-drittijiet għandha impatt dirett u negattiv fuq l-oħrajn; |
D. |
billi n-nuqqas li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem u n-nuqqas ta' parteċipazzjoni demokratika leġittima jwasslu għal instabbiltà, stati falluti, kriżijiet umanitarji u kunflitti armati; |
E. |
billi l-azzjoni tal-Unjoni fir-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi hija mmexxija mill-Artikolu 21 tat-Trattat ta' Lisbona, li jafferma mill-ġdid l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u jipprevedi r-rispett tad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dritt internazzjonali; |
F. |
billi l-istati kollha għandhom l-obbligu li jirrispettaw id-drittijiet bażiċi tal-popolazzjonijiet rispettivi tagħhom u d-dmir li jieħdu azzjoni konkreta biex jiffaċilitaw ir-rispett ta' dawn id-drittijiet fil-livell nazzjonali, u biex jikkooperaw f'livell internazzjonali bil-għan li jiġu eliminati l-ostakli għar-realizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-oqsma kollha; |
G. |
billi s-sessjonijiet regolari tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-ħatra ta' Rapporteurs Speċjali, il-mekkaniżmu ta' Eżami Perjodiku Universali u l-Proċeduri Speċjali li jindirizzaw sitwazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż jew kwistjonijiet tematiċi jikkontribwixxu għall-promozzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt; |
H. |
billi, sfortunatament, xi membri attwali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem huma rikonoxxuti bħala fost l-agħar li jiksru d-drittijiet tal-bniedem u għandhom rekords ħżiena f'dak li għandu x'jaqsam mal-kooperazzjoni mal-Proċeduri Speċjali tan-NU u l-konformità mar-rekwiżiti ta' rappurtar tagħhom fir-rigward tal-korpi tat-trattat tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU; |
Il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU
1. |
Jilqa' l-prijoritajiet tal-UE għat-28 sessjoni regolari li jmiss tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHRC), kif stabbilit fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta' Frar 2015; |
2. |
Jilqa' l-ħatra tal-Ambaxxatur Joachim Rücker bħala President tal-UNHRC għall-2015; |
3. |
Jifraħ lil Zeid Ra'ad Al Hussein għall-ħatra tiegħu bħala Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem (UNHCHR), u jtenni li jappoġġa bl-iktar mod qawwi l-isforzi u l-mandat tiegħu; |
4. |
Jilqa' l-preżenza tas-Sa Mogherini, Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, fis-sessjoni ta' livell għoli tal-UNHRC, peress li dan jibgħat messaġġ tajjeb rigward l-impenn qawwi tal-UE għas-sistema multilaterali tad-drittijiet tal-bniedem; |
5. |
Jilqa' r-rapport annwali tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem lill-Assemblea Ġenerali tan-NU, li jkopri l-perjodu minn Diċembru 2013 sa Novembru 2014, u jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-indipendenza u l-integrità tal-kariga tiegħu; jenfasizza li huwa importanti li wieħed jiddefendi din l-indipendenza, sabiex jiġi żgurat li l-Kummissarju Għoli jista' jkompli jeżerċita l-kompiti tiegħu b'mod effikaċi u imparzjali; itenni li l-UNHCHR jeħtieġ li jiġi ffinanzjat b'mod adegwat; |
6. |
Ifakkar fl-impenn tal-Parlament Ewropew u tas-Sottokumitat tiegħu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li jappoġġaw sistema multilaterali u b'saħħitha għad-drittijiet tal-bniedem taħt il-patroċinju tan-NU, inkluż it-Tielet Kumitat tal-Assemblea Ġenerali, il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem, flimkien mal-ħidma tal-aġenziji speċjalizzati relatati tan-NU bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), kif ukoll il-Proċeduri Speċjali tan-NU; |
7. |
Jinkoraġġixxi lis-SEAE, b'mod partikolari permezz tad-Delegazzjonijiet tal-UE fi New York u f'Ġinevra, iżid il-koerenza tal-UE permezz ta' konsultazzjoni f'waqtha u sostantiva sabiex jippreżenta l-pożizzjoni tal-UE b'vuċi waħda; jafferma mill-ġdid l-importanza tal-integrazzjoni tal-ħidma li qed issir fi New York u f'Ġinevra fil-kuntest tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, it-Tielet Kumitat u l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-attivitajiet interni u esterni rilevanti tal-UE sabiex tiġi żgurata l-koerenza; |
8. |
Iqis li l-intimidazzjoni kontinwa u d-detenzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u personalitajiet tal-oppożizzjoni minn għadd ta' membri tal-UNHRC jimminaw l-kredibilità tal-UNHRC; itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-membri tal-UNHRC għandhom jiġu eletti minn fost l-istati li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-demokrazija u li qablu li jestendu l-istediniet permanenti għall-Proċeduri Speċjali kollha, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem u jadottaw kriterji ta' prestazzjoni, li għandhom japplikaw għal kwalunkwe stat li jkun elett bħala membru tal-UNHRC; iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkoraġġixxu proċessi trasparenti, miftuħa u kompetittivi għall-elezzjoni ta' membri tal-UNHRC; |
9. |
Itenni l-appoġġ tiegħu għall-mekkaniżmu ta' Eżami Perjodiku Universali (EPU) u l-apprezzament tiegħu għall-ħidma siewja tal-EPU, u jistieden lill-membri jħejju b'mod attiv l-EPU tagħhom, fosthom permezz tal-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, jimpenjaw ruħhom fid-djalogu interattiv matul is-sessjoni tal-EPU u fid-dibattiti dwar l-adozzjoni tal-eżiti tal-EPU, u jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-EPU u jieħdu miżuri konkreti biex itejbu u jirrispettaw it-twettiq tal-obbligi tagħhom tad-drittijiet tal-bniedem; |
10. |
Jibqa' jopponi l-“block voting” fi ħdan il-UNHRC; iħeġġeġ lill-pajjiżi membri fil-UNHRC jibqgħu trasparenti fil-votazzjoni tagħhom; |
11. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jkomplu jsegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-EPU fid-djalogi kollha ta' politika tal-UE mal-pajjiżi kkonċernati biex ifittxu modi li bihom jappoġġaw lill-pajjiżi fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet; |
12. |
Itenni l-appoġġ tiegħu għall-Proċeduri Speċjali u l-istatus indipendenti tad-detenturi tal-mandat, li jippermettulhom iwettqu l-funzjoni tagħhom b'imparzjalità sħiħa, u jistieden lill-istati kollha jikkooperaw ma' dawn il-proċeduri u jħeġġeġ lill-Istati Membri jikxfu każijiet ta' nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa ta stati b'detenturi tal-mandati għal Proċedura Speċjali; |
13. |
Iqis li huwa importanti li jibgħat delegazzjonijiet parlamentari għas-sessjonijiet tal-UNHRC u sessjonijiet rilevanti oħra tal-Assemblea Ġenerali tan-NU; |
14. |
Iqis li hu ta' dispjaċir li l-ispazju għall-interazzjoni bejn is-soċjetà ċivili u l-UNHRC qiegħed ikompli jiċkien u li l-NGOs qegħdin jingħataw inqas opportunitajiet biex jitkellmu f'dawn is-sessjonijiet; iħeġġeġ lill-UE u lill-UNHRC jiżguraw li r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili jitħallew jikkontribwixxu bl-aktar mod sħiħ possibbli għat-28 sessjoni tal-UNHRC, kif ukoll għall-proċess tal-Eżami Perjodiku Universali u l-mekkaniżmi l-oħra tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, mingħajr il-biża' ta' ritaljazzjoni meta jmorru lura f'pajjiżhom; |
Id-drittijiet ċivili u politiċi
15. |
Jafferma mill-ġdid li l-libertà tal-espressjoni, li hija l-pedament ta' kull soċjetà libera u demokratika, hija dritt fundamentali ta' kull individwu; jikkundanna bil-qawwa l-qtil fi Franza f'Jannar 2015 ta' 12-il persuna, inklużi kartunisti fil-bini tar-rivista Charlie Hebdo u ta' 4 persuni f'supermarket Lhudi, flimkien mal-qtil ta' direttur tal-films u gwardjan ta' sinagoga f'Kopenħagen, minn terroristi li għandhom fil-mira l-libertà tal-espressjoni u tar-reliġjon; |
16. |
Jikkundanna l-użu tar-reliġjon minn gruppi estremisti u ġiħadisti fil-pajjiżi kollha, u b'mod partikolari fis-Sirja, l-Iraq, il-Libja, il-Mjanmar, in-Niġerja u l-Afrika Ċentrali, li l-azzjonijiet tagħhom jinkludu attakki bil-pistoli u bombi, attakki suwiċida, serq ta' persuni u atti vjolenti oħra li jitterrorizzaw lill-popolazzjoni; huwa tal-fehma li l-ġlieda kontra t-terroriżmu titlob azzjoni biex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tiegħu, li jinkludu l-esklużjoni soċjali, l-emarġinazzjoni politika u l-inugwaljanza; jitlob għal sforzi akbar biex jitħarsu d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi reliġjużi; iħeġġeġ għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt f'kull attività fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; |
17. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-restrizzjonijiet kollha fuq il-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni, inklużi projbizzjonijiet fuq organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-użu aggressiv ta' liġijiet ta' malafama kriminali u liġijiet restrittivi oħra, rekwiżiti ta' reġistrazzjoni u ta' rappurtar eċċessivi, u regoli restrittivi żżejjed dwar finanzjament barrani, u jerġa' jafferma li l-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni paċifika huma elementi fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem; |
18. |
Jistieden lill-gvernijiet kollha jippromwovu u jappoġġaw lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u li jippermettulhom jagħmlu xogħolhom mingħajr biża', ripressjoni jew intimidazzjoni, jikkooperaw mal-UNHRC fil-mekkaniżmu tal-EPU, u jiżguraw li l-pajjiżi responsabbli għar-ritaljazzjoni kontra attivisti tad-drittijiet tal-bniedem jagħtu kont ta' għemilhom, b'mod partikolari għal ritaljazzjonijiet fatali bħal dik li wasslet għall-mewt tal-attivist tad-drittijiet tal-bniedem Cao Shunli fiċ-Ċina f'Marzu 2014 talli pprova jaqbad ajruplan biex jattendi l-UNHRC f'Ġinevra f'Settembru 2013; |
19. |
Itenni l-kundanna tiegħu kontra l-użu tal-piena tal-mewt u jappoġġa bis-sħiħ l-introduzzjoni ta' moratorju fir-rigward tal-piena tal-mewt, bħala pass favur it-tneħħija tagħha; |
20. |
Itenni l-importanza tal-ġlieda kontra t-tortura u forom oħra ta' trattament ħażin, u l-fatt li l-UE impenjat ruħha biex din il-kwistjoni tkun ta' prijorità, inkluż fir-rigward tat-tfal, u li tiġi ffaċilitata l-ħidma tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura; iħeġġeġ lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE juru l-impenn komuni tagħhom għall-qerda tat-tortura u jappoġġaw lill-vittmi, partikolarment billi jkomplu – jew, fejn applikabbli, jibdew jikkontribwixxu għall-Fond Volontarju tan-NU għall-Vittmi tat-Tortura u għall-Fond Speċjali stabbilit mill-Protokoll Fakultattiv tal-Konvenzjoni kontra t-Tortura; |
21. |
Jesprimi tħassib dwar diskriminazzjoni kontinwa u mifruxa kontra l-migranti, inklużi dawk li jfittxu l-ażil u rifuġjati u l-ksur tad-drittijiet tagħhom; jistieden lill-UE u l-Istati Membri jappoġġaw il-ħidma tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-migranti, flimkien mal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu; jistieden lill-gvernijiet jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u d-dinjità inerenti tal-migranti, iwaqqfu għal kollox l-arrest arbitrarju u d-detenzjoni u, jirrevedu l-perjodi ta' detenzjoni u jużaw alternattivi għad-detenzjoni, sabiex ma jkunx hemm detenzjoni eċċessiva ta' migranti irregolari; jistieden lill-gvernijiet jirrispettaw, f'kull ċirkostanza, il-prinċipju ta' non-refoulement u jikkonformaw bis-sħiħ mal-obbligi ġuridiċi internazzjonali tagħhom fir-rigward tal-espulsjoni ta' migranti; jistieden lill-istati, f'każ li għadhom ma għamlux hekk, jistabbilixxu sistemi u proċeduri li jiżguraw konformità sħiħa mal-obbligi ġuridiċi internazzjonali tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fil-programmi u l-istituzzjonijiet kollha tagħhom fil-qasam tal-migrazzjoni; |
22. |
Jappoġġa l-aħħar rapport u l-konklużjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tal-HRC dwar forom kontemporanji ta' razziżmu, diskriminazzjoni razzjali, ksenofobija u intolleranza relatata; jitlob lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur fil-politika interna tagħhom biex jegħlbu t-tixrid tal-mibegħda razzjali, etnika u ksenofobika u t-tixwix fuq l-internet u permezz ta' netwerks tal-midja soċjali billi jieħdu miżuri leġiżlattivi xierqa, b'rispett sħiħ għal drittijiet fundamentali oħra bħal-libertà tal-espressjoni u tal-opinjoni; |
23. |
Jirrikonoxxi li l-evoluzzjoni rapida tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ttrasformat l-ambjent għall-eżerċizzju tal-libertà tal-espressjoni fid-dinja kollha, u ġġenerat kemm vantaġġi sinifikanti kif ukoll tħassib serju; jilqa' f'dan il-kuntest, l-adozzjoni min-naħa tal-Kunsill f'Mejju 2014 tal-Linji Gwida tal-UE dwar il-libertà tal-espressjoni online u offline, u jikkundanna r-restrizzjonijiet kollha fuq il-komunikazzjoni diġitali, inklużi dawk immirati lejn l-atturi tas-soċjetà ċivili; itenni l-ħtieġa li tingħata attenzjoni partikolari għad-drittijiet tal-ġurnalisti u l-bloggers; |
24. |
Iħeġġeġ lill-UNHRC biex ikompli d-dibattitu dwar id-dritt għall-privatezza u, għal dan il-għan, jaħtar Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-privatezza, speċjalment fil-kuntest tal-komunikazzjonijiet diġitali; |
Id-drittijiet soċjali u ekonomiċi
25. |
Jinnota l-fatt li l-aġenda għall-iżvilupp postmillenjali tan-NU għandha l-mira li sal-2030 tkun qerdet il-faqar permezz ta' approċċ olistiku għall-ġestjoni ta' kwistjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali; jilqa' r-Rapport ta' Sinteżi tas-Segretarju Ġenerali tan-NU qabel is-Summit Speċjali tan-NU dwar l-aġenda tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli għal wara l-2015; jappoġġa l-appelli tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għal approċċ iffukat fuq il-ħtiġijiet u d-drittijiet tan-nies bil-għan li jintemm il-faqar; |
26. |
Iqis li hu importanti li jiġu indirizzati l-inugwaljanzi estremi li qed jiżdiedu sabiex jiġi miġġieled il-faqar b'mod ġenerali u jiġu promossi d-drittijiet soċjali u ekonomiċi billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-ikel, l-ilma, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni adegwata, b'mod partikolari; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-problema li qed tikber tal-ħtif tal-art, li jeħtieġ li tiġi indirizzata; |
27. |
Huwa tal-fehma li l-korruzzjoni, l-evażjoni tat-taxxa, il-ġestjoni ħażina tal-beni pubbliċi u n-nuqqas ta' responsabbiltà jikkontribwixxu għall-ksur tad-drittijiet taċ-ċittadini, billi dawn ibiegħdu l-fondi minn investiment fuq servizzi pubbliċi tant meħtieġa bħall-edukazzjoni, is-servizzi bażiċi tas-saħħa u infrastruttura soċjali oħra, u b'hekk il-popolazzjonijiet jibqgħu maħkuma mill-faqar; ifakkar li, skont il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-gvernijiet għandhom obbligu li jirrispettaw id-drittijiet taċ-ċittadini tagħhom billi jagħmlu disponibbli riżorsi adegwati; jisħaq, f'dan ir-rigward, li jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jaħdmu fuq il-promozzjoni tad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali; |
28. |
Itenni l-appoġġ tiegħu biex jiġi stabbilit Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-kriminalità finanzjarja, il-korruzzjoni u d-drittijiet tal-bniedem; |
In-negozju u d-drittijiet tal-bniedem
29. |
Jappoġġa bil-qawwa t-tixrid u l-implimentazzjoni effikaċi u komprensivi tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem fl-UE u lil hinn minnha, u jenfasizza l-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni effikaċi tal-Prinċipji Gwida tan-NU (UNGPs), fosthom dawk b'rabta mal-aċċess għall-ġustizzja; jilqa' l-inizjattiva marbuta mar-regolament li jistabbilixxi sistema ta' diliġenza dovuta għall-katina ta' provvista għall-provenjenza responsabbli ta' minerali minn żoni milquta mill-kunflitti; jistieden lill-partijiet interessati kollha biex iwettqu rwol attiv fil-11-il sessjoni tal-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar il-kwistjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-korporazzjonijiet transnazzjonali u impriżi kummerċjali oħrajn, u biex jappoġġaw sforzi li jallinjaw il-politiki tagħhom mal-Linji Gwida tal-OECD għall-Impriżi Multinazzjonali u mal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea biex sa tmiem l-2015 tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem mill-Istati Membri tal-UE; |
30. |
Iħeġġeġ lid-Delegazzjonijiet tal-UE fid-dinja kollha biex jinvolvu ruħhom ma' negozji tal-UE bil-għan li jippromwovu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u jiżguraw li t-tema tan-''negozju u d-drittijiet tal-bniedem' tkun inkluża fost it-temi importanti fis-sejħiet lokali għall-proposti tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem; |
31. |
Jemmen li n-negozju u d-drittijiet tal-bniedem jistgħu jsaħħu lil xulxin billi joħolqu potenzjal kummerċjali ġdid f'dawk ir-reġjuni li għandhom l-aktar bżonn ta' investiment sostenibbli u responsabbli, u billi jikkontribwixxu lejn ir-rispett ġenerali tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw; |
32. |
Jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha jimpenjaw ruħhom fid-dibattitu emerġenti dwar strument internazzjonali legalment vinkolanti dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem fi ħdan is-sistema tan-NU; |
Id-drittijiet tan-nisa
33. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, li tinvolvi l-organizzazzjoni mill-ġdid, it-titjib, l-iżvilupp u l-evalwazzjoni tal-politiki biex tiżgura l-inkorporazzjoni ta' approċċ ta' opportunitajiet indaqs fil-politiki kollha – fil-livelli u fl-istadji kollha – min-naħa ta' dawk li huma involuti fit-tfassil tal-politika, hija għodda importanti fil-ksib tal-ugwaljanza bejn is-sessi; |
34. |
Jistieden lill-UE tipparteċipa b'mod attiv fid-59 sessjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa, u tkompli tiġġieled kontra kull tentattiv li jimmina l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Pekin tan-NU, li ser tiġi riveduta fl-okkażjoni tal-20 anniversarju tar-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fir-rigward, fost elementi oħrajn, l-aċċess għall-edukazzjoni u s-saħħa bħala drittijiet bażiċi tal-bniedem, u d-drittijiet sesswali u riproduttivi; |
35. |
Josserva b'mod kritiku li, minkejja l-progress li sar s'issa fil-ksib tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa, f'ħafna pajjiżi għad hemm fis-seħħ liġijiet diskriminatorji, b'mod partikolari fl-oqsma tal-familja u l-aċċess għall-proprjetà; josserva li n-nisa għadhom ferm sottorappreżentati f'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet u li l-vjolenza kontra n-nisa għadha mifruxa, filwaqt li l-aċċess għall-ġustizzja għadu limitat minkejja l-għadd ta' nisa li jmutu kuljum kawża tal-vjolenza domestika; jesprimi t-tħassib serju tiegħu li f'xi pajjiżi ġie osservat rigress, b'mod partikolari fil-qasam tad-drittijiet sesswali u riproduttivi; |
36. |
Jikkundanna bil-qawwa l-użu tal-vjolenza sesswali fuq in-nisa bħala tattika tal-gwerra, inklużi delitti bħalma huma l-istupru tal-massa, l-iskjavitù sesswali, il-prostituzzjoni furzata, forom ta' persekuzzjoni abbażi tal-ġeneru inklużi l-mutilazzjoni ġenitali femminili, it-traffikar, iż-żwieġ bikri u furzat, id-delitti għall-unur u kwalunkwe forma oħra ta' vjolenza sesswali ta' gravità komparabbli; jistieden mill-ġdid lill-UE u l-Istati Membri kollha tagħha jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul); |
37. |
Itenni wkoll l-impenn tal-UE li tintegra d-drittijiet tal-bniedem u l-aspetti dwar il-ġeneru fil-missjonijiet tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni, f'konformità mar-Riżoluzzjonijiet storiċi 1325 u 1820 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà; itenni, f'dan ir-rigward, it-talba tiegħu biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġaw, fil-proċess tal-bini ta' rikonċiljazzjoni sostenibbli, il-parteċipazzjoni sistematika tan-nisa bħala komponent vitali fil-proċessi tal-paċi, u jirrikonoxxu l-ħtieġa li jintegraw il-perspettivi tal-ġeneru fil-prevenzjoni ta' kunflitti, fl-operazzjonijiet ta' żamma tal-paċi, fl-għajnuna umanitarja u fil-proċessi ta' rikostruzzjoni wara kunflitt u ta' tranżizzjoni demokratika; |
38. |
Jisħaq li l-mutilazzjoni ġenitali femminili (MĠF) hija forma ta' tortura; jisħaq fuq il-ħtieġa kontinwa li l-UE għandha taħdem ma' pajjiżi terzi bil-għan li teqred il-prattika tal-MĠF; ifakkar lil dawk l-Istati Membri li għandhom leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkriminalizza l-MĠF li jeħtiġilhom jużaw din il-leġiżlazzjoni meta jinstab li ċ-ċittadini tagħhom ikunu ġarrbu MĠF; |
39. |
Jilqa' l-inklużjoni min-naħa tal-QKI ta' delitti sesswali u delitti bbażati fuq il-ġeneru, inklużi l-istupri, l-attakki sesswali u l-umiljazzjoni, kif ukoll ir-rakkomandazzjoni tagħha li dawn id-delitti għandhom jitqiesu bħala delitti tal-gwerra; |
Id-drittijiet tat-tfal
40. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu li, filwaqt li sar progress mindu ġiet adottata l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal fl-1989, mill-inqas 58 miljun tifel u tifla, b'mod partikolari bniet, tfal minn familji foqra, tfal b'diżabbiltà u tfal f'żoni ta' kunflitt, ma jmorrux skola, u ħafna tfal għadhom ibatu minn mard li jista' jiġi evitat faċilment, filwaqt li oħrajn huma involuti fit-tħaddim tat-tfal; |
41. |
Jitlob lill-istati kollha jimpenjaw ruħhom biex jeliminaw l-agħar forom ta' tħaddim tat-tfal, kif definiti fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni tal-ILO Nru 182, li jinkludu l-jasar tat-tfal, it-traffikar, il-prostituzzjoni u x-xogħol perikoluż li jolqtu s-saħħa fiżika u mentali tat-tfal; |
42. |
Ifakkar li wieħed mill-obbligi primarji tal-istat huwa li jipprovdi l-edukazzjoni lit-tfal kollha billi jżid l-opportunitajiet, joħloq istituzzjonijiet adegwati u jindirizza l-kawżi strutturali ta' impedimenti kbar għall-edukazzjoni primarja universali, inklużi r-rati ta' studenti li jitilqu mill-iskola kmieni, li għadhom jikkostitwixxu ostaklu kbir għal edukazzjoni primarja universali; |
43. |
Jitlob li jkun hemm finanzjament tal-UE adegwat għall-programmi ta' demobilizzazzjoni u integrazzjoni mill-ġdid għat-tfal assoċjati mal-kunflitti armati u għal ex-suldati tfal; ifakkar fl-appoġġ qawwi tiegħu għall-kampanja “Tfal, mhux Suldati”, kif espress waqt is-seduta ta' smigħ dwar l-istess suġġett li saret fis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem fit-3 ta' Diċembru 2014; jilqa' r-rapporti annwali ppreżentati mir-Rappreżentant Speċjali tan-NU għat-Tfal u l-Kunflitti Armati u r-Rappreżentant Speċjali tan-NU dwar il-Vjolenza fuq it-Tfal, flimkien mar-rapport tar-Rapporteur Speċjali dwar il-bejgħ tat-tfal, il-prostituzzjoni tat-tfal u l-pedopornografija; |
Id-drittijiet tal-persuni LGBTI
44. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda reċenti fl-għadd ta' liġijiet u prattiki diskriminatorji, kif ukoll atti ta' vjolenza kontra individwi abbażi tal-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru tagħhom; iħeġġeġ il-monitoraġġ mill-qrib tas-sitwazzjoni tal-persuni LGBTI, inklużi dawk fin-Niġerja u l-Gambja, fejn liġijiet anti-LGBTI introdotti reċentement jheddu l-ħajjiet tal-minoranzi sesswali; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-hekk imsejħa liġijiet 'kontra l-propaganda' li jillimitaw il-libertà ta' espressjoni u ta' assemblea, anki f'pajjiżi fil-kontinent Ewropew; jilqa' r-riżoluzzjoni tal-UNHRC dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza u d-diskriminazzjoni bbażati fuq l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tas-sessi, adottata fis-26 ta' Settembru 2014; jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għat-tkomplija tal-ħidma tal-Kummissarju Għoli għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet kollha tal-bniedem minn persuni LGBTI, b'mod partikolari permezz ta' dikjarazzjonijiet, rapporti u l-kampanja tan-NU 'Free & Equal'; iħeġġeġ lill-Kummissarju Għoli jkompli jiġġieled kontra liġijiet u prattiki diskriminatorji; |
It-tibdil fil-klima u d-drittijiet tal-bniedem
45. |
Jenfasizza li l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq gruppi u individwi li jinsabu f'sitwazzjonijiet vulnerabbli huwa għoli, speċjalment f'pajjiżi b'introjtu baxx u f'reġjuni kostali u fi stati gżejjer li jinsabu fil-baxx u li għandhom nuqqas ta' riżorsi ekonomiċi biex jadattaw għal bidliet ambjentali severi; |
46. |
Jinnota bi tħassib li l-popli indiġeni huma affettwati b'mod partikolari minn inċidenti relatati mat-tibdil fil-klima; jinnota, f'dan ir-rigward, li ħafna nies indiġeni jgħixu taħt is-soll tal-faqar u għandhom ftit jew xejn aċċess għal sistemi ta' rappreżentanza, ta' teħid ta' deċiżjonijiet politiċi jew sistemi ġudizzjarji; |
47. |
Jilqa' r-rikonoxximent tal-UNHRC li l-bidliet ambjentali għandhom impatt negattiv fuq l-għajxien tal-popolazzjonijiet, u huma ostakoli għar-realizzazzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem rikonoxxuti internazzjonalment; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Istati Partijiet jadottaw miżuri urġenti u ambizzjużi ta' mitigazzjoni u adattament fil-Konferenza dwar it-Tibdil fil-Klima 2015 li se ssir aktar tard din is-sena f'Pariġi; |
48. |
Jitlob li l-Kummissjoni u s-SEAE jipparteċipaw b'mod attiv fid-dibattitu dwar it-terminu “refuġjat tal-klima”, inkluża d-definizzjoni legali possibbli tagħha fid-dritt internazzjonali jew fi kwalunkwe ftehim internazzjonali legalment vinkolanti; |
Il-ġlieda kontra l-impunità u l-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI)
49. |
Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-ħidma tal-QKI fir-rwol tagħha li ttemm l-impunità għall-awturi tal-aktar delitti serji li huma ta' tħassib għall-komunità internazzjonali u li tagħmel ġustizzja mal-vittmi tad-delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u ġenoċidji; jibqa' viġilanti rigward kwalunkwe tentattiv biex tiġi mminata l-leġittimità jew l-indipendenza tagħha; iħeġġeġ lill-UE u l-Istati Membri jikkooperaw mal-Qorti u jagħtuha appoġġ diplomatiku, politiku u finanzjarju b'saħħtu, inkluż fin-NU; jistieden lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lir-Rappreżentanti Speċjali tagħha jippromwovu b'mod attiv il-QKI, l-infurzar tad-deċiżjonijiet tagħha u l-ġlieda kontra l-impunità għad-delitti elenkati fl-Istatut ta' Ruma; jilqa' r-ratifika reċenti tal-Istatut ta' Ruma min-naħa tal-Awtorità Palestinjana f'Jannar 2015; |
Il-popli indiġeni
50. |
Jistieden lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw ir-rieżami tal-mandat tal-Mekkaniżmu Espert dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, skont id-Dokument tal-Eżitu tal-Konferenza Dinjija dwar il-Popli Indiġeni (Riżoluzzjoni 69/2 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU), bil-għan li jsir monitoraġġ, valutazzjoni u titjib fl-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni; iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jitolbu li d-detenturi kollha ta' mandat ta' Proċedura Speċjali jagħtu attenzjoni speċjali lill-kwistjonijiet li jolqtu lin-nisa u l-bniet indiġeni, u jirrapportaw b'mod sistematiku dwar dawn il-kwistjonijiet lill-UNHRC; iħeġġeġ lis-SEAE u lill-Istati Membri jappoġġaw b'mod attiv l-iżvilupp tal-pjan ta' azzjoni fis-sistema kollha għall-popli indiġeni, kif mitlub mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fir-riżoluzzjoni tagħha ta' Settembru 2014, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-organizzazzjoni ta' konsultazzjoni regolari tal-popli indiġeni bħala parti minn dak il-proċess; |
L-avvenimenti kulturali u sportivi internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem
51. |
Jikkundanna l-prattika dejjem tikber min-naħa ta' stati awtoritarji li jospitaw avvenimenti sportivi jew kulturali kbar ħafna bil-għan li jsaħħu l-leġittimità internazzjonali tagħhom filwaqt li jkomplu jirrestrinġu aktar id-dissens domestiku; jitlob lill-UE u l-Istati Membri jqajmu din il-kwistjoni b'mod attiv, inkluż fil-UNHRC, u jimpenjaw ruħhom ma' federazzjonijiet nazzjonali tal-isport, l-atturi korporattivi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħhom f'dawn l-avvenimenti, anki fir-rigward tal-ewwel Logħob Ewropej f'Baku fl-2015, t-Tazza tad-Dinja tal-FIFA fir-Russja fl-2018 u fil-Qatar fl-2022; |
Id-drones u l-armi awtonomi
52. |
Itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill għall-iżvilupp ta' pożizzjoni komuni tal-UE dwar l-użu ta' drones armati, li tagħti importanza kbira lir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali u tindirizza kwistjonijiet bħall-qafas legali, il-proporzjonalità, ir-responsabbiltà, il-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili u t-trasparenza; iħeġġeġ lill-UE, għal darb'oħra, tipprojbixxi l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-użu ta' armi kompletament awtonomi li jippermettu li jsiru attakki mingħajr intervent uman; jinsisti li d-drittijiet tal-bniedem jiġu inklużi fid-djalogi kollha li jsiru ma' pajjiżi terzi dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu; |
L-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE
53. |
Jitlob lill-UE tippromwovi l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ċivili u politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali, skont l-Artikolu 21 tat-Trattat ta' Lisbona u d-Dispożizzjonijiet Ġenerali dwar l-Azzjoni Esterna tal-Unjoni; |
54. |
Jitlob lill-UE, l-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-SEAE jintegraw id-drittijiet tal-bniedem fl-oqsma kollha tal-politika esterna tagħhom ma' pajjiżi terzi; jenfasizza wkoll li jeħtieġ li l-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem tiżgura li l-politiki interni u esterni tagħha jkunu koerenti, skont l-obbligu tat-Trattat tal-UE, u li jiġu evitati standards doppji rigward ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem; |
55. |
Jitlob lill-UE tadotta approċċ ibbażat fuq id-drittijiet u tintegra r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-kummerċ, fl-investiment, fis-serrvizzi pubbliċi u fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp, u fil-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni tagħha; |
Il-prijoritajiet tal-UE dwar kwistjonijiet relatati ma’ pajjiżi partikolari
L-Ukraina
56. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-vjolenza u l-kunflitt armat fil-Lvant tal-Ukraina; jittama li l-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied, ibbażat fuq l-ftehim ta’ Minsk, iżomm; jikkundanna l-ksur fuq skala kbira tad-drittijiet tal-bniedem fil-kunflitt u l-konsegwenzi tal-ġlied riċenti; jappoġġa bis-sħiħ il-Missjoni ta' Monitoraġġ tan-NU tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Missjoni Speċjali ta' Monitoraġġ tal-OSKE fl-Ukraina, u jappella biex din tal-aħħar tissaħħaħ; jenfasizza t-tħassib kbir tiegħu dwar id-destin tal-persuni spustjati f’pajjiżhom (IDP) b'riżultat tal-kunflitt armat fir-reġjuni tax-Xlokk; jikkundanna l-annessjoni illegali tal-Krimea b'riżultat tal-politika aggressiva u espansjonista tar-Russja, li tikkostitwixxi theddida għall-unità u l-indipendenza tal-Ukraina; jibqa' mħasseb dwar id-diskriminazzjoni u l-ksur mifrux tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni lokali f'dan ir-reġjun, b'mod partikolari fuq it-Tatari tal-Krimea; jitlob lill-Istati Membri tal-UE jappoġġaw l-isforzi kollha possibbli fil-livell tan-NU biex jiġġieldu l-impunità u biex jitwettqu investigazzjonijiet imparzjali dwar l-avvenimenti vjolenti u l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem marbuta mas-suppressjoni tad-dimostrazzjonijiet ta' Maidan, l-annessjoni illegali tal-Krimea, u l-kunflitt armat fil-Lvant tal-Ukraina; jappella għar-rispett tad-dritt u l-prinċipji umanitarji internazzjonali biex jitħarsu ċ-ċivili fil-kunflitt; |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK)
57. |
Jilqa' l-estensjoni ppjanata tal-mandat tar-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK); jilqa' wkoll ir-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU li tħeġġeġ lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jieħu azzjoni xierqa biex jiġi żgurat li r-RDPK tagħti kont tal-azzjonijiet tagħha, inkluż billi jiġi kkunsidrat li s-sitwazzjoni fir-RDPK tiġi riferuta lill-QKI; jistieden lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem itenni l-appell tiegħu għall-obbligu li jingħata kont, inkluż fir-rigward ta' dawk responsabbli għal delitti kontra l-umanità skont il-politiki stabbiliti fl-ogħla livell tal-istat; jilqa' t-twaqqif ta' struttura bbażata fuq il-post fir-Repubblika tal-Korea biex issaħħaħ il-monitoraġġ tas-sitwazzjoni u d-dokumentazzjoni tal-evidenza bil-ħsieb li jiġi żgurat l-obbligu ta’ rendikont, iħeġġeġ lill-istati kollha jikkooperaw ma' din l-istruttura, u jistieden lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem iżid l-attenzjoni tiegħu għas-sitwazzjoni fir-RDPK billi jlaqqa' Panil formali fejn jinstemgħu il-vuċijiet tal-vittmi ta' vjolazzjonijiet tad-drittijiet fil-kuntest tas-sessjoni li ġejja tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem; |
L-Iran
58. |
Jilqa' r-riżoluzzjoni tal-UNHRC ta' Marzu 2014 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran, u l-estensjoni tal-mandat tar-Rapporteur Speċjali, u jistieden lill-Iran jippermetti lir-Rapporteur Speċjali tan-NU jidħol fil-pajjiż bħala sinjal kruċjali tar-rieda tal-Iran li jieħu miżuri lejn il-ftuħ ta' djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem; itenni l-kundanna tiegħu tal-piena tal-mewt fl-Iran, inkluża għall-minorenni, li sikwit tiġi esegwita wara proċess ġudizzjarju li ma jilħaqx l-istandards minimi aċċettati internazzjonalment dwar proċessi imparzjali u smigħ ġust; għadu mħasseb dwar ir-rata għolja ta' eżekuzzjonijiet mingħajr proċess imparzjali jew smigħ ġust; jappoġġa d-dikjarazzjoni konġunta ta' Awwissu 2014 tad-detenturi tal-mandat tal-Proċeduri Speċjali tan-NU li tikkundanna l-mewġa ta' arresti u l-kundanni fil-konfront ta' atturi tas-soċjetà ċivili fl-Iran; jistieden lill-UE u lill-UNHRC jkomplu jissorveljaw mill-qrib l-abbuż sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, u jiżguraw li d-drittijiet tal-bniedem jibqgħu prijorità ewlenija fid-diskussjonijiet kollha mal-Gvern Iranjan; jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jirrispettaw id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, skont liema l-eżekuzzjoni ta' delinkwenti minorenni hija ksur tal-istandards minimi internazzjonali, u biex ma jwettqu l-eżekuzzjoni tal-ebda delinkwent minorenni; |
Il-Myanmar/Burma
59. |
Jappoġġa r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Mjanmar, li jirrikonoxxi l-progress li sar s'issa waqt li jidentifika l-oqsma ta' tħassib importanti li fadal; jistieden lill-gvern tal-Mjanmar jintegra d-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi, fil-qafas istituzzjonali u legali tal-pajjiż u fl-oqsma kollha ta' politika, u sabiex jirrispetta bis-sħiħ il-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-leġiżlazzjoni proposta dwar il-“protezzjoni tar-razza u r-reliġjon”, li tinkludi erba' abbozzi ta' liġijiet dwar iż-żwieġ interreliġjuż, il-konverżjoni reliġjużi, il-monogamija u l-kontroll tal-popolazzjoni; jistieden lill-UNHRC ġġedded il-mandat tar-Rapporteur Speċjali taħt il-punt 4, biex itenni t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni tal-minoranza ta' Rohingya fl-Istat ta' Rakhine, li hija aggravata mill-fatt li din il-komunità m’għandhiex status legali u b’hekk qed tkompli tħabbat wiċċha ma’ diskriminazzjoni sistematika, u jappella għal investigazzjonijiet sħaħ, trasparenti u indipendenti fir-rapporti kollha ta' ksur ta' drittijiet tal-bniedem kontra l-minoranza Rohingya, u biex jitħaffef il-proċess tal-ftuħ ta' uffiċċju tal-OHCHR fil-pajjiż b'mandat sħiħ ta' monitoraġġ u rappurtar; jiddeplora l-attakki fuq persuni ċivili fl-Istati ta’ Kachin u Shan, il-vjolenza sesswali mwettqa mill-forzi tas-sigurtà waqt il-kunflitt armat, l-eżistenza ta’ priġunieri politiċi, l-intimidazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-attivisti u l-professjonisti tal-midja, il-qtil extraġudizzjarju, il-konfiska tal-art, u l-attakki mmirati fuq minoranzi reliġjużi u etniċi; huwa tal-fehma li n-negozjar ta’ ftehim ta’ investiment bejn l-UE u l-Myanmar għandu jiġi kkunsidrat bir-reqqa, peress li l-investiment barrani fil-pajjiż għandu r-riskju li jkompli jħarrax vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem; |
Il-Bjelorussja
60. |
Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar il-vjolazzjoni li għadha qed titwettaq tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bjelorussja; jikkundanna t-tliet eżekuzzjonijiet imwettqa fl-2014, il-fastidju fil-konfront tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-persekuzzjoni ta' ġurnalisti indipendenti, iċ-ċensura tal-komunikazzjonijiet kollha permezz tal-Internet u l-leġiżlazzjoni restrittiva dwar l-organizzazzjonijiet mhux governattivi; jappella għat-tiġdid tal-mandat tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bjelorussja fid-29 sessjoni tal-Kunsill, u jistieden lill-gvern jagħti aċċess sħiħ lid-detenturi tal-mandat tal-Proċedura Speċjali tan-NU, inkluż ir-Rapporteur Speċjali; jappella għall-ħelsien mingħajr kundizzjonijiet u għar-riabilitazzjoni tal-priġunieri politiċi kollha li għad-fadal; |
Il-Baħrejn
61. |
Jesprimi t-tħassib kontinwu tiegħu dwar ir-repressjoni fil-konfront tal-mexxejja tal-oppożizzjoni, l-atturi tas-soċjetà ċivili u l-attivisti fil-Baħrejn, u s-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-attivisti politiċi tal-oppożizzjoni fil-pajjiż; jistieden lill-partijiet ikkonċernati fil-Baħrejn jagħtu bidu għal taħditiet kostruttivi u inklużivi bil-għan ta' rikonċiljazzjoni ġenwina u rispett għad-drittijiet tal-bniedem tal-komunitajiet kollha tal-Baħrejn; jappella għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjoni tal-priġunieri kollha ta' kuxjenza, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u dimostranti paċifiċi, u jesprimi l-appoġġ tiegħu għad-dikjarazzjoni konġunta tal-4 ta' Frar 2015 tad-detenturi tal-mandat tal-Proċeduri Speċjali tan-NU dwar l-arrest ta' politiku anzjan tal-oppożizzjoni u l-iżbandament tad-dimostrazzjonijiet sussegwenti; jistieden lill-Istati Membri tal-UE u lill-membri l-oħra tal-UNHRC ikompli jsegwu mill-qrib is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Baħrejn, b'enfasi fuq l-implimentazzjoni tal-impenji magħmula mill-Baħrejn matul il-proċess tal-EPU u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Indipendenti ta' Inkjesta tal-Baħrejn, li ntlaqgħu tajjeb mir-Re tal-Baħrejn; Jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ progress min-naħa tal-Gvern tal-Baħrejn fil-kooperazzjoni tiegħu mal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) u l-Proċeduri Speċjali tal-UNHRC, u jistieden lill-Istati Membri tal-UE jaħdmu sabiex waqt is-sessjoni ta' Marzu tal-UNHRC jadottaw riżoluzzjoni li titlob l-implimentazzjoni sħiħa tal-impenji li l-Baħrejn għamel waqt il-proċess tal-EPU u r-rakkomandazzjonijiet, inklużi dawk dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-Kummissjoni Indipendenti ta’ Inkjesta tal-Baħrejn, u jitolbu li l-OHCHR jirrapporta dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-post u dwar il-progress imwettaq fil-kooperazzjoni tal-Baħrejn mal-mekkaniżmi tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU; |
L-Eġittu
62. |
Jilqa' l-proċeduri tal-EPU għall-Eġittu f'Novembru 2014 u jistenna bil-ħerqa l-adozzjoni tiegħu fis-sessjoni li jmiss tal-UNHRC; iħeġġeġ lill-Eġittu jeħles immedjatament u bla kundizzjoni lill-attivisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem kollha, kif ukoll lil dawk miżmuma arrestati talli eżerċitaw b'mod paċifiku d-drittijiet tagħhom tal-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni; jesiġi, barra minn hekk, li l-Gvern Eġizzjan idaħħal fis-seħħ leġiżlazzjoni li tkun konformi mal-istandards internazzjonali u jissalvagwardja d-dritt tal-assoċjazzjoni stipulat fil-Kostituzzjoni Eġizzjana, inkluż id-dritt li wieħed jirċievi u jagħti fondi, u li jirrevoka l-Liġi dwar il-Protesti ta' Novembru 2013 u jintroduċi leġiżlazzjoni ġdida li tiggarantixxi l-libertà tal-għaqda; iħeġġeġ lill-Gvern Eġizzjan iniedi investigazzjoni ġudizzjarja biex jiddetermina l-identità ta' dawk responsabbli għall-ordnijiet u t-twettiq ta' qtil illegali matul ir-repressjoni eżerċitata fil-konfront tad-dimostrazzjonijiet prinċipalment paċifiċi li saru mit-3 ta' Lulju 2013 'l hawn, inkluża r-repressjoni tal-14 ta' Awwissu 2013 fi Pjazza Raba'a u fi Pjazza Naħda, fejn inqatlu mill-inqas 1 000 dimostrant; iħeġġeġ lill-Eġittu jwettaq investgazzjonijiet indipendenti, imparzjali, u effettivi tal-vjolazzjonijiet kollha tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu mill-2011 ’il hawn, inklużi d-delitti ta’ vjolenza sesswali, u biex jiżgura li l-awturi jagħtu kont u l-vittmi jingħataw rimedju adegwat skont l-istandards internazzjonali; jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani jikkanċellaw immedjatament is-sentenzi tal-mewt kollha u jordnaw li l-proċessi jsiru mill-ġdid b’mod li jiggarantixxu d-dritt għal proċess ġust u s-smigħ imparzjali, u jimponu moratorju immedjat fuq is-sentenzi tal-mewt u l-eżekuzzjonijiet, jeħilsu minnufih mill-arrest lill-ġurnalisti u l-ħaddiema tal-midja detenuti kollha u jiggarantixxu d-dritt għal-libertà tal-informazzjoni u tal-espressjoni skont l-istandards internazzjonali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Eġizzjani jippermettu ż-żjara tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-Vjolenza Kontra n-Nisa, li sar qbil dwarha fil-prinċipju, iżda li ilha pendenti sa minn kmieni fl-2014, u jistiednu l-mekkaniżmi u l-proċeduri rilevanti tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU b’mod partikolari, lir-Rapporteur Speċjali dwar il-Libertà tal-Għaqda, ir-Rapporteur Speċjali dwar it-Tortura, ir-Rapporteur Speċjali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem waqt il-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, u r-Rapporteur Speċjali dwar l-indipendenza tal-Imħallfin u l-Avukati; jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani jiżguraw il-konformità tad-dritt nazzjonali mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u jirtiraw immedjatament il-liġi Nru 136/2014 u jtemmu l-proċessi militari tal-persuni ċivili, kif ukoll iħassru s-sentenzi kollha maħruġa kontra persuni ċivili minn qrati militari u jordnaw li immedjatament jerġgħu jsiru l-proċessi quddiem qrati ċivili; jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġaw dikjarazzjoni qawwija dwar dawk il-kwistjonijiet; |
Il-Mali
63. |
Jilqa' l-ħidma tal-Espert Indipendenti tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Mali, u jistieden lill-UNHRC jestendi l-mandat tiegħu; jilqa' l-progress li sar mill-Gvern tal-Mali fl-istabbiliment mill-ġdid tal-ġudikatura f'xi partijiet tal-pajjiż, u fl-investigazzjonijiet dwar it-tortura u l-qtil ta' 21 suldat elit fl-2012, flimkien mal-istabbiliment ta' Kummissjoni għall-Verità, il-Ġustizzja u r-Rikonċiljazzjoni; għadu mħasseb dwar id-deterjorament mill-ġdid is-sitwazzjoni tas-sigurtà, l-użu kontinwu u r-reklutaġġ ta’ suldati tfal, u jistieden lill-Gvern tal-Mali jinvestiga u jżomm responsabbli lil dawk il-fazzjonijiet rivali kollha li kienu responsabbli għall-vjolazzjonijiet tal-gwerra mwettqa matul il-kunflitt armat ta' bejn l-2012 u l-2013; jilqa’ b’sodisfazzjon il-ftehim ta’ paċi għall-poplu kollu tal-Mali, peress li huma se jkunu l-ewwel benefiċjarji wara xhur ta’ instabilità u nuqqas ta’ sigurtà, iżda jiddispjaċih dwar id-dewmien mitlub mir-ribelli tat-Tramuntana; jistieden lill-partijiet kollha jimxu fuq il-passi tal-Gvern tal-Mali u jiffirma minnufih il-ftehim li l-implimentazzjoni tiegħu se tkun moniterjata mill-UE, u biex jiżgura li l-ftehim ta' paċi fil-ġejjieni jitlob li jkun hemm responsabilità, it-tisħiħ tal-kummissjoni dwar il-verità u li l-persunal tal-forza tas-sigurtà jiġu eżaminat bir-reqqa; |
Is-Sudan t'Isfel
64. |
Jistieden lill-Unjoni Afrikana tippubblika r-rapport tal-Kummissjoni ta' Inkjesta tagħha dwar il-vjolazzjonijiet u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-partijiet kollha fis-Sudan t'Isfel, bħala pass lejn il-promozzjoni tal-ġustizzja fil-konfront tal-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-bidu tal-kunflitt; jikkundanna l-ħtif ta' grupp ta' tfal żgħar f'Wau Shilluk fi Frar 2015, bil-ħsieb li dawn isiru suldati tfal; iħeġġeġ lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem jadotta riżoluzzjoni li tenfasizza li investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet ġusti u kredibbli ta' delitti skont id-dritt internazzjonali huma essenzjali biex is-Sudan t’Isfel jikser iċ-ċiklu ta' brutalità li hu inkoraġġit mill-impunità, u jitlob, għal dan l-għan, li tingħata kunsiderazzjoni lill-istabbiliment ta' mekkaniżmu ġudizzjarju ibridu u jkompli jħeġġeġ aktar lis-Sudan t’Isfel jaderixxi mal-Istatut ta' Ruma u jistabbilixxi mandat tar-Rapporteur Speċjali għas-Sudan t’Isfel, bil-għan li jkunu jistgħu jiġu promossi prosekuzzjonijiet ġusti u kredibbli u miżuri usa' ta' obbligu ta' rendikont, bl-appoġġ tal-komunità internazzjonali; |
Is-Sri Lanka
65. |
Jinnota l-wegħdiet li saru mill-Gvern elett il-ġdid tas-Sri Lanka, u jistiednu jieħu passi konkreti lejn l-obbligu ta’ rendikont bejn issa u t-30 sessjoni tal-UNHRC f’Settembru 2015 bil-ħsieb li tittieħed azzjoni skont il-wegħdiet tiegħu li jtejjeb is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż u li jipprevjeni r-rigress, inklużi investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet, flimkien ma’ passi oħra biex tiġi indirizzata l-problema usa’ tal-impunità u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, u biex jikkoopera b’mod sħiħ mal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-investigazzjoni internazzjonali tiegħu dwar is-Sri Lanka; |
Is-Sirja
66. |
Jesprimi tħassib serju dwar il-kunflitt drammatiku u vjolenti u l-kriżi umanitarja li rriżultaw mill-użu tal-vjolenza, l-ewwel u qabel kollox mir-reġim ta' Assad, iżda wkoll mill-Istat Iżlamiku/Da'esh u minn milizzji oħrajn kontra n-nies ċivili, speċjalment gruppi vulnerabbli bħan-nisa u t-tfal; jesprimi t-tħassib tiegħu għall-fatt li d-Da'esh qed jesporta l-ideoloġija tiegħu barra l-pajjiż; jinsab imħasseb ħafna dwar il-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fis-Sirja, li jista' jammonta għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jikkonformaw mad-dritt umanitarju internazzjonali applikabbli sabiex jipproteġu liċ-ċivili, jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u jissodisfaw il-bżonnijiet bażiċi tagħhom; iħeġġeġ lill-istati membri kollha tan-NU biex jitkellmu kontra l-vjolenza b’mod ċar u, b’mod partikolari, favur id-drittijiet tal-minoranzi, inkluża l-persekuzzjoni sistematika tal-Insara; jappella għall-ħelsien immedjat u bla ebda kundizzjoni tal-persuni kollha li ġew detenuti b’mod arbitrarju jew maħtufa b'riżultat tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom jew attivitajiet politiċi paċifiċi oħra; jitlob appoġġ qawwi mill-UE u l-Istati Membri tagħha għall-obbligu ta’ rendikont u t-tiġdid tal-Kummissjoni ta’ Inkjesta tan-NU; |
L-Iraq
67. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-kunflitt drammatiku u vjolenti u l-kriżi umanitarja fl-Iraq; jinnota li s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem sejra għall-agħar hekk kif l-IS/Da'esh u milizzji oħrajn qed jikkommettu ħtif u eżekuzzjonijiet fuq skala kbira u jippersegitaw il-minoranzi etniċi u reliġjużi tal-Iraq, inklużi l-Insara; |
Il-Palestina/L-Iżrael
68. |
Jikkundanna l-attakki bir-rokits fuq l-Iżrael mill-Ixtrixxa ta' Gaża mill-Ħamas u minn gruppi armati oħrajn u jesprimi tħassib serju dwar il-kriżi umanitarja f’Gaża; jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha jesprimu pubblikament l-appoġġ tagħhom għall-Kummissjoni ta’ Inkjesta (KtI) tan-NU u jiddenunzjaw in-nuqqas ta’ kooperazzjoni u ta’ aċċess mogħtija mill-awtoritajiet Iżraeljani għall-KtI, permezz ta’ dikjarazzjoni pubblika fl-HRC; jenfasizza li l-ġustizzja u r-rispett għall-istat tad-dritt huma l-bażijiet indispensabbli għall-paċi u jenfasizza li l-impunità prevalenti sistemika u li ilha sseħħ għal vjolazzjonijiet tad-dritt internazzjonali għandha tieqaf; jilqa’ b’sodisfazzjon il-ftuħ mill-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) ta’ eżami preliminari dwar is-sitwazzjoni fil-Palestina; jistieden lill-UE tikkoopera bis-sħiħ mal-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-QKI; jistieden lill-UE terġa’ tinvolvi ruħha mal-Punt 7 tal-HRC u tikkundanna bil-qawwa l-vjolazzjonijiet li baqgħu għaddejjin fit-tul tad-dritt internazzjonali u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-opinjoni konsultattiva tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, u tappoġġa t-tiġdid tal-mandat tal-KtI; |
o
o o
69. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-President tad-69 Assemblea Ġenerali tan-NU, lill-President tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, u lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem. |
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/190 |
P8_TA(2015)0080
Is-sitwazzjoni fil-Venezwela
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela (2015/2582(RSP))
(2016/C 316/22)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela, b'mod partikolari dawk tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela (1) u tat-18 ta' Diċembru 2014 dwar il-persekuzzjoni tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' April 2012 dwar iċ-ċertezza ġuridika tal-investimenti Ewropej barra l-Unjoni Ewropea (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet għall-istampa tat-23 ta' Frar 2015 mill-kelliem għall-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà Federica Mogherini dwar l-arrest tas-Sindku ta' Karakas Antonio Ledezma u s-sitwazzjoni fil-Venezwela, |
— |
wara li kkunsidra l-istqarrija tal-kelliem tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tas-26 ta' Frar 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela, |
— |
wara li kkunsidra l-istqarrija tas-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni tan-Nazzjonijiet tal-Amerika t'Isfel (UNASUR) u eks president tal-Kolombja, Ernesto Samper tal-25 ta' Frar 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela u dwar il-mewt tal-istudent ta' 14-il sena Kluivert Roa, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (IACHR) tal-24 ta' Frar 2015, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tas-26 ta' Awwissu 2014 tal-Grupp ta' Ħidma dwar id-Detenzjoni Arbitrarja tal-Kummissjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-20 ta' Ottubru 2014 mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar id-detenzjoni tad-dimostranti u l-politiċi fil-Venezwela, |
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li l-Venezwela hija parti għalih, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport 2014/2015 tal-Amnesty International bit-titolu ''The State of the World's Human Rights'', ippubblikat fil-25 ta' Frar 2015, kif ukoll ir-rapport dwar il-Venezwela ta' Human Rights Watch bit-titolu ''New Military Authority to Curb Protests'', ippubblikat fit-12 ta' Frar 2015, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi Antonio Ledezma, li ġie elett demokratikament darbtejn bħala Sindku tad-Distrett Metropolitan ta' Karakas u li huwa wieħed mill-mexxeja tal-oppożizzjoni, fid-19 ta' Frar 2015 ġie arrestat arbitrarjament minn uffiċjali armati sew tas-Servizz tal-Intelligence Bolivarjan (Sebin), li min-naħa tagħhom ma pproduċewx mandat ta' arrest jew evidenza li kien wettaq xi reat; billi wara d-detenzjoni, Antonio Ledezma ġie mixli b'komplott u assoċjazzjoni għat-twettiq ta' delitti – fil-Venezwela reati punibbli b'sentenzi ħarxa ta' priġunerija – u mitfugħ fil-ħabs militari ta' Ramo Verde; |
B. |
billi d-detenzjoni ta' persuni ċivili f'ħabs militari mhijiex kompatibbli mal-istandards internazzjonali; billi l-Venezwela għandha l-obbligu tiggarantixxi l-ħajja, it-trattament uman u s-sikurezza tal-persuni kollha mċaħħda mil-libertà, u li tiggarantixxi li l-kundizzjonijiet ta' detenzjoni jkunu konformi mal-istandards internazzjonali applikabbli; |
C. |
billi l-President Nicolas Maduro fuq ir-radju u t-televiżjoni nazzjonali ħabbar iż-żarmar ta' allegat pjan biex jiġi destabbilizzat il-gvern tiegħu permezz ta' kolp ta' stat, li kien jinvolvi t-tmexxija tal-Għaqda Demokratika Roundtable, il-membri tal-assemblea nazzjonali María Corina Machado u Julio Borges, u s-Sindku ta' Karakas, Antonio Ledezma; billi allegatament, dawn il-mexxejja tal-oppożizzjoni kienu wkoll involuti fi pjan biex jassassinaw il-mexxej tal-oppożizzjoni Leopoldo López, li ilu detenut f'ħabs militari għal aktar minn sena; billi mid-detenzjoni tiegħu, is-Sur López sofra tortura fiżika u psikoloġika u kien soġġett għal reklużjoni; |
D. |
billi l-President Maduro ħabbar ukoll allegazzjonijiet ta' konfoffi barranin strambi, pjanijiet ta' destabbilizzazzjoni u ta' attentati ta' qtil, li ġew rappurtati mill-amministrazzjoni nazzjonali f'diversi okkażjonijiet; |
E. |
billi, fil-passat, il-mexxejja tal-oppożizzjoni demokratika ġew akkużati ripetutament u mingħajr bażi li pparteċipaw fi pjanijiet allegati ta' destabbilizzazzjoni u ta' kolpi ta' stat; billi l-intimidazzjoni u t-trattament ħażin tal-mexxejja tal-oppożizzjoni li ntefgħu l-ħabs kif ukoll tal-istudenti li pparteċipaw fil-protesti tal-2014 żdiedu; billi Leopoldo López, Daniel Ceballos u politiċi oħra tal-oppożizzjoni għadhom detenuti arbitrarjament, filwaqt li María Corina Machado tneħħiet mill-kariga illegalment u arbitrarjament u mkeċċija mill-Parlament tal-Venezwela, filwaqt li l-Gvern tal-Venezwela qed jhedded li jneħħi l-immunità tad-deputat Julio Borges; |
F. |
billi l-preżunzjoni ta' innoċenza tista' titqies miksura f'każ li persuna li qed taffaċċja akkużi kriminali tkun soġġetta għal detenzjoni qabel il-proċess mingħajr ma tingħata ġustifikazzjoni adegwata, billi f'dan il-każ id-detenzjoni issir kastig aktar milli miżura ta' prekawzjoni; |
G. |
billi, skont l-organizzazzjonijiet lokali u internazzjonali, sena wara d-dimostrazzjonijiet paċifiċi 1 700 dimostranti li ħadu sehem fil-protesti qegħdin jistennew il-proċess, 69 oħra għadhom il-ħabs, u tal-anqas 40 oħra nqatlu fil-protesti, filwaqt li min qatilhom għadu ma refax ir-responsabbiltà; billi d-dimostranti ħabbtu wiċċhom ma' l-użu ta' forza eċċessiva u vjolenza sistematika mill-pulizija, membri tal-Gwardja Nazzjonali u gruppi vjolenti u mhux kontrollati favur il-gvern; |
H. |
billi stat demokratiku ma għandux jikkriminalizza l-mexxejja tal-oppożizzjoni politika u għandu jiggarantixxi l-parteċipazzjoni tas-setturi kollha fil-ħajja politika tal-pajjiż, kif ukoll id-drittijiet tal-bniedem ta' dawk li jiddikjaraw li jagħmlu parti mill-oppożizzjoni, kif iddikjarat mill-Human Rights Watch fl-24 ta' Frar 2015; |
I. |
billi l-membri tal-Qorti Suprema ċaħdu fil-miftuħ il-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat, wegħdu pubblikament li jimpenjaw ruħhom sabiex jippromwovu l-aġenda politika tal-gvern, u qatgħu kemm-il darba sentenzi favur il-gvern u b'hekk ivvalidaw in-nuqqas ta' kunsiderazzjoni tal-gvern għad-drittijiet tal-bniedem; billi f'Diċembru 2014, il-maġġoranza favur il-gvern fl-Assemblea Nazzjonali ħatret 12-il membru ġdid tal-Qorti Suprema permezz ta' votazzjoni b'maġġoranza sempliċi, wara li ma rnexxilhiex tikseb maġġoranza ta' żewġ terzi, li biex tiksibha kien jeħtiġilha tilħaq kunsens mal-oppożizzjoni; |
J. |
billi r-Riżoluzzjoni Nru 8610 il-ġdida tal-Ministeru għad-Difiża tippermetti lill-militar juża armi tan-nar biex jikkontrolla ''laqgħat pubbliċi u dimostrazzjonijiet paċifiċi''; billi skont l-Artikolu 68 tal-Kostituzzjoni tal-Venezwela, l-użu ta' armi tan-nar u sustanzi tossiċi għall-kontroll ta' dimostrazzjonijiet paċifiċi huwa pprojbit; billi skont l-istandards internazzjonali, l-użu tal-forzi militari f'operazzjonijiet tas-sigurtà pubblika għandu jkun limitat; |
K. |
billi fl-24 ta' Frar 2015 inqatel student ta' 14-il sena bl-isem ta' Kluivert Roa matul dimostrazzjoni dwar l-iskarsezza tal-ikel u l-mediċini f'San Cristóbal, fl-Istat ta' Táchira, l-ewwel vittma minn meta ġie awtorizzat l-użu ta' armi tan-nar fit-trażżin tal-protesti; billi fil-25 ta' Frar 2015 l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ddikjara li uffiċjal tal-pulizija ġie akkużat b'omiċidju intenzjonat, fost delitti oħra; |
L. |
billi l-libertà tal-espressjoni u d-dritt ta' parteċipazzjoni f'dimostrazzjonijiet paċifiċi huma fundamentali għad-demokrazija; billi ma jistax ikun hemm ugwaljanza u ġustizzja għal kulħadd mingħajr ir-rispett għal-libertajiet u d-drittijiet fundamentali ta' kull ċittadin; billi jeżistu bosta rapporti li jikkonfermaw li l-midja qed tkun soġġetta għal ċensura u intimidazzjoni dejjem akbar; |
M. |
billi l-Venezwela hija l-pajjiż bl-akbar riżervi ta' enerġija fl-Amerika Latina; billi l-poplu tal-Venezwela qed ibati minn nuqqas serju ta' komoditajiet bażiċi, billi l-prezzijiet tal-ikel irdoppjaw u r-razzjonar tal-ikel intensifika; billi n-nuqqas min-naħa tal-istat li jżomm il-liġi u l-ordni u l-polarizzazzjoni politika dejjem tikber wasslu biex il-Venezwela ssir wieħed mill-aktar pajjiżi vjolenti fid-dinja; |
N. |
billi huwa biss ir-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, u djalogu kostruttiv u li jirrispetta lil kulħadd imwettaq fi spirtu ta' tolleranza li jista' jgħin lill-pajjiż joħroġ minn din il-kriżi serja u jegħleb id-diffikultajiet futuri; |
O. |
billi “Mesa de dialogo” (djalogu madwar mejda) bejn il-gvern u l-oppożizzjoni kien beda, u sfortunatament ġie interrott mingħajr suċċess; |
P. |
billi l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistabbilixxi li l-investimenti Ewropej f'pajjiżi terzi huma element fundamentali tal-politika kummerċjali komuni tal-UE u għaldaqstant parti integrali mill-politika għall-azzjoni esterna tagħha, u billi skont it-Trattat ta' Lisbona l-investiment dirett barrani (IDB) huwa kompetenza esklussiva tal-UE, kif stabbilit fl-Artikoli 3(1)(e), 206 u 207 tat-TFUE; |
Q. |
billi l-Gvern tal-Venezwela għandu responsabbiltà partikolari li jikkonforma mal-istat tad-dritt u mal-liġi internazzjonali, peress li ġie elett bħala membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fis-16 ta' Ottubru 2014; |
1. |
Jinsab imħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni li sejra lura fil-Venezwela, u jikkundanna l-użu tal-vjolenza kontra d-dimostranti; jistieden lill-awtoritajiet tal-Venezwela jirrilaxxaw b'mod immedjat lil Antonio Ledezma, Leopoldo López, Daniel Ceballos u lid-dimostranti paċifiċi kollha, studenti u mexxejja tal-oppożizzjoni kollha li qed jinżammu detenuti arbitrarjament talli eżerċitaw id-dritt għal-libertà tal-espressjoni u d-drittijiet fundamentali tagħhom, u dan skont it-talbiet li saru minn bosta korpi u organizzazzjonijiet internazzjonali tan-NU; jistieden lill-awtoritajiet tal-Venezwela jirtiraw l-akkużi mingħajr bażi kontrihom; |
2. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-Venezwela jiżguraw li Antonio Ledezma, Leopoldo López, Daniel Ceballos u l-priġunieri politiċi l-oħra kollha jingħataw kull attenzjoni medika meħtieġa, kif ukoll aċċess immedjat, privat u regolari għall-qrabathom u għall-avukati tal-għażla tagħhom; jinsab imħasseb sew dwar il-kundizzjoni tal-priġunieri, li sejra għall-agħar; |
3. |
Jistieden lill-Gvern tal-Venezwela sabiex iwaqqaf il-persekuzzjoni u r-ripressjoni politika tal-oppożizzjoni demokratika u l-ksur tal-libertà ta' espressjoni u ta' dimostrazzjoni, u jħeġġeġ li tintemm iċ-ċensura tal-midja; ifakkar lill-awtoritajiet li l-ilħna tal-oppożizzjoni huma indispensabbli għal soċjetà demokratika; |
4. |
Jikkundanna l-qtil b'arma tan-nar ta' Kluivert Roa u sitt studenti oħra, u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tagħhom; jistieden lill-Gvern biex jirrevoka r-Riżoluzzjoni 8610 li ġiet ippubblikata dan l-aħħar,, li tippermetti lill-forzi tas-sigurtà biex jużaw forza possibbilment letali, b'arma tan-nar jew arma oħra potenzjalment letali biex trażżan protesti ċivili, li tmur kontra l-Artikolu 68 tal-Kostituzzjoni Venezwelana; |
5. |
Jistieden lill-Gvern tal-Venezwela sabiex jikkonforma mal-Kostituzzjoni tiegħu stess u l-obbligi internazzjonali fir-rigward tal-indipendenza tal-ġudikatura, id-dritt għal-libertà ta' espressjoni, l-assoċjazzjoni u l-għaqda paċifika, u l-pluraliżmu politiku, li huma pedamenti tad-demokrazija; jistieden lill-Gvern tal-Venezwela sabiex jinħoloq ambjent fejn id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u organizzazzjonijiet mhux governattivi indipendenti jistgħu jwettqu l-ħidma leġittima tagħhom għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; jenfasizza li bħala membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, il-Gvern tal-Venezwela għandu responsabbiltà partikolari li jikkonforma mal-istat tad-dritt u mal-liġi internazzjonali; |
6. |
Jistieden lill-Gvern Venezwelan jiżgura li l-akkużi jkunu investigati malajr u b'mod imparzjali, bl-ebda marġni ta' impunità u b'rispett sħiħ għall-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza u ta' proċess ġust; ifakkar li r-rispett tal-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat huwa fundamentali f'demokrazija, u li s-sistema ġudizzjarja ma tistax tintuża bħala arma politika; jistieden lill-awtoritajiet tal-Venezwela jiżguraw is-sigurtà taċ-ċittadini kollha fil-pajjiż, indipendentement mill-opinjoni u l-affiljazzjonijiet politiċi tagħhom; |
7. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-possibbiltà li protesti ġodda jwasslu għal aktar atti ta' vjolenza, li se jservu biss biex japprofondixxu d-distakk bejn il-pożizzjoni tal-gvern u dik tal-oppożizzjoni u jippolarizzaw saħansitra aktar l-iżviluppi politiċi sensittivi li qed iseħħu fil-Venezwela; jitlob lir-rappreżentanti tal-partijiet kollha u l-membri tas-soċjetà Venezweljana jżommu l-kalma kemm fl-azzjonijiet kif ukoll fil-kliem; iwissi kontra kwalunkwe pass li jista' jwassal għal atmosfera ta' tensjoni u ta' rigress, li jista' jwassal biex l-oppożizzjoni demokratika tkun deleġittimizzata u ssir illegali u/jew l-elezzjonijiet jiġu kanċellati; |
8. |
Jinsab imħasseb dwar il-fatt li, f'sena ta' elezzjoni, l-oppożizzjoni politika kienet vittma ta' detenzjoni arbitrarja u attakki, li jistgħu jqajmu dubju kemm dwaril-leġittimità kif ukoll dwar l-eżitu tal-proċess elettorali; |
9. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-Venezwela, fid-dawl tal-elezzjonijiet parlamentari li ġejjin, jużaw dan il-perjodu sabiex jistabbilixxu proċess politiku inklużiv ibbażat fuq il-kunsens u s-sjieda konġunta, permezz ta' djalogu nazzjonali ġenwin li fih jipparteċipaw b'mod sinifikanti s-setgħat politiċi demokratiċi kollha fil-qafas tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u b'rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem; jappella wkoll liż-żewġ naħat jiddiskutu l-aktar problemi serji li qed jaffaċċja l-pajjiż biex b'hekk isiru r-riformi ekonomiċi u ta' governanza meħtieġa; jistieden lill-awtoritajiet tal-Venezwela jiżguraw li jsiru elezzjonijiet parlamentari ħielsa u ġusti fi ħdan proċess kompletament inklużiv, bil-parteċipazzjoni tal-atturi demokratiċi kollha; jitlob lill-atturi kollha tal-politika jżommu l-ġlieda politika fil-konfini tal-ordni kostituzzjonali, u jirreżistu kwalunkwe pressjoni li jirradikalizzaw l-azzjonijiet tagħhom; |
10. |
Jinkoraġġixxi lis-sħab reġjonali tal-Venezwela, bħall-UNASUR u l-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, sabiex jiftħu kanali ta' djalogu u ta' fehim bejn il-partijiet kunfliġġenti, u jiggarantixxu s-sikurezza u l-ħarsien tal-pubbliku, u li jerġgħu jsaltnu l-kalma u n-normalità fil-Venezwela; |
11. |
Iħeġġeġ lill-UE, l-Istati Membri tagħha u l-komunità internazzjonali jagħmlu dikjarazzjonijiet u jieħdu miżuri sabiex juru solidarjetà mal-poplu tal-Venezwela matul dan il-perjodu diffiċli; |
12. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jesploraw u jadottaw kull miżura meħtieġa sabiex iħarsu l-interessi Ewropej u l-prinċipju taċ-ċertezza ġuridika tal-intrapriżi Ewropej fil-Venezwela; |
13. |
Jitlob lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), lid-Delegazzjoni tal-UE għall-Venezwela u l-ambaxxati tal-Istati Membri biex ikomplu josservaw mill-qrib l-investigazzjonijiet u s-smigħ tal-proċessi tal-mexxejja tal-oppożizzjoni; ifakkar fit-talba tiegħu li tintbagħat delegazzjoni ad hoc tal-Parlament Ewropew biex tivvaluta s-sitwazzjoni fil-Venezwela u li jkun hemm djalogu mas-setturi kollha involuti fil-kunflitt mill-aktar fis possibbli; |
14. |
Ifakkar fit-talba tiegħu lill-VP/RGħ biex tappella għall-ħelsien immedjat tad-dimostranti li ilhom arrestati arbitrarjament minn meta bdew il-protesti; |
15. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2014)0176.
(2) Testi adottati, P8_TA(2014)0106.
(3) ĠU C 258 E, 7.9.2013, p. 84.
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Parlament Ewropew
L-Erbgħa 11 ta’ Marzu 2015
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/194 |
P8_TA(2015)0059
It-tneħħija tal-immunità ta' Theodoros Zagorakis
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Theodoros Zagorakis (2015/2048(IMM))
(2016/C 316/23)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Theodoros Zagorakis, imressqa fid-19 ta' Diċembru 2014 mill-Aġent Prosekutur tal-Qorti Suprema tal-Greċja b'rabta mal-kawża li qed tinstema' fil-qorti kriminali mhux kolleġġjali ta' Tessaloniki bir-referenza E2010/3844, u mħabbra fis-seduta plenarja fit-28 ta' Jannar 2015, |
— |
wara li Theodoros Zagorakis irrinunzja għad-dritt tiegħu għal smigħ skont l-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976, |
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Greċja, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0044/2015), |
A. |
billi l-Aġent Prosekutur tal-Qorti Suprema tal-Greċja talab li, bi rbit ma' proċedimenti possibbli dwar reat allegat, titneħħa l-immunità ta' Theodoros Zagorakis, Membru tal-Parlament Ewropew; |
B. |
billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom; |
C. |
billi, skont l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Greċja, waqt il-mandat ta' leġiżlatura, membru tal-parlament ma tistax issirlu prosekuzzjoni u ma jistax jiġi detenut jew arrestat jew isofri kwalunkwe tip ta' restrizzjoni tal-libertà tiegħu mingħajr il-kunsens tal-parlament; |
D. |
billi Theodoros Zagorakis huwa akkużat li b'negliġenza kkawża korriment fiżiku u li kiser ir-regoli dwar is-sikurezza fuq il-post tax-xogħol; |
E. |
billi l-prosekuzzjoni kriminali torbot ma' aċċident li impjegat tal-klabb tal-futbol PAOK ġarrab fuq il-post tax-xogħol fl-istadju tal-istess klabb f'Tessaloniki fit-13 ta' Mejju 2010, u li qed issir lil Theodoros Zagorakis bħala President u rappreżentant legali tal-klabb; |
F. |
billi huwa evidenti li r-reat allegat m'għandu l-ebda konnessjoni mal-pożizzjoni ta' Theodoros Zagorakis bħala Membru tal-Parlament Ewropew, iżda jorbot mal-kariga tiegħu bħala President tal-klabb tal-futbol PAOK; |
G. |
billi l-prosekuzzjoni kriminali ma tirrigwarda l-ebda opinjoni espressa jew vot mogħti fil-qadi ta' dmirijiet bħala Membru tal-Parlament Ewropew fit-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea; |
H. |
billi m'hemm l-ebda raġuni għall-preżunzjoni li l-prosekuzzjoni kriminali tibbaża fuq l-intenzjoni li tagħmel ħsara lill-attività politika tal-Membru (fumus persecutionis), ladarba l-prosekuzzjoni kriminali nbdiet bosta snin qabel ma l-Membru ħa l-kariga fil-Parlament Ewropew; |
1. |
Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Theodoros Zagorakis; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Aġent Prosekutur tal-Qorti Suprema tal-Greċja. |
(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 1986, Marra vs De Gregorio u Clemente, C 200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C 163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 et T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/196 |
P8_TA(2015)0060
It-tneħħija tal-immunità ta' Sergei Stanishev
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Sergei Stanishev (2014/2259(IMM))
(2016/C 316/24)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Sergei Stanishev, imressqa fl-24 ta' Novembru 2014 mill-Kap Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika tal-Bulgarija b'rabta mal-proċediment legali pendenti quddiem il-Qorti tal-Belt ta' Sofia (ref. CCAN Nru C-280/2013), u mħabbra fis-seduta plenarja fil-15 ta' Diċembru 2014, |
— |
wara li sema' lis-Sur Stanishev, skont l-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976, |
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, tad-19 ta' Marzu 2010, tas-6 ta' Settembru 2011 u tas-17 ta' Jannar 2013 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 70 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0045/2015), |
A. |
billi l-Kap Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika tal-Bulgarija għadda lill-Parlament talba mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Belt ta' Sofija għal awtorizzazzjoni li jissuktaw proċedimenti kriminali kontra Sergei Stanishev fir-rigward ta' reat skont l-Artikolu 358(1), flimkien mal-Artikolu 26(1), tal-Kodiċi Kriminali tal-Bulgarija; |
B. |
billi, skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, Membri tal-Parlament Ewropew m'għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta' investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta' opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom; |
C. |
billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom; |
D. |
billi, skont l-Artikolu 70(1) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, Membru tal-Assemblea Nazzjonali huwa immun mid-detenzjoni jew mill-prosekuzzjoni kriminali għajr għat-twettiq ta' reat kriminali, u billi f'każijiet tali jeħtieġ li jingħata l-permess tal-Assemblea Nazzjonali, jew, jekk din ma tkunx f'sessjoni, tal-President tal-Assemblea Nazzjonali, għajr fil-każ ta' detenzjoni in flagrante delicto; billi, skont l-Artikolu 70(2) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, il-permess għall-ftuħ ta' prosekuzzjoni kriminali mhuwiex rikjest meta Membru tal-Assemblea Nazzjonali jkun ta l-kunsens tiegħu għal dan bil-miktub; |
E. |
billi huwa kompitu tal-Parlament waħdu li jiddeċiedi jekk l-immunità għandhiex titneħħa jew le f'każ partikolari; billi l-Parlament, huwa u jiddeċiedi jekk għandux jew le jneħħi l-immunita ta' Membru, jista' b'mod raġonevoli jikkunsidra l-pożizzjoni ta' dak il-Membru (2); |
F. |
billi r-reat allegat m'għandux rabta diretta jew ovvja mal-qadi ta' dmirijiet tas-Sur Stanishev bħala Membru tal-Parlament Ewropew, u lanqas ma jikkostitwixxi opinjoni espressa jew vot mogħti minnu fil-qadi ta' dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew għall-finijiet tal-Artikolu 8 tal-Protkoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea; |
G. |
billi investigazzjonijiet ta' qabel il-proċess kontra Sergei Stanishev kienu ilhom li nbdew qabel ma sar Membru tal-Parlament Ewropew, u billi l-proċedimenti kkonċernati għaldaqstant mhuma konnessi bl-ebda mod mal-pożizzjoni tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew; |
H. |
billi, fiż-żmien li okkupa l-kariga ta' Prim Ministru u wara ta' Membru tal-Assemblea Nazzjonali, Sergei Stanishev ippreżenta żewġ dikjarazzjonijiet bil-miktub lill-President tal-Assemblea Nazzjonali, li fihom ta l-kunsens tiegħu għall-ftuħ ta' proċedimenti kriminali kontrih bi qbil mal-Artikolu 70(2) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija; |
I. |
billi, f'dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta' fumus persecutionis, jiġifieri suspett serju u preċiż biżżejjed li l-każ tressaq bl-intenzjoni li jikkawża ħsara politika lill-Membru kkonċernat, |
1. |
Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Sergei Stanishev; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Bulgarija u lil Sergei Stanishev. |
(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 1986, Marra vs De Gregorio u Clemente, C 200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C 163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 et T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.
(2) Kawża T-345/05 Mote vs Il-Parliament (ċitata hawn fuq), paragrafu 28.
III Atti preparatorji
IL-PARLAMENT EWROPEW
It-Tlieta 10 ta’ Marzu 2015
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/198 |
P8_TA(2015)0041
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni – applikazzjoni EGF/2013/009 PL/Zachem – Polonja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/009 PL/Zachem, ippreżentata mill-Polonja) (COM(2015)0013 – C8-0010/2015 – 2015/2016(BUD))
(2016/C 316/25)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0013 – C8-0010/2015), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (1) (ir-Regolament FEG), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta ' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b ' mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu stipulata fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0036/2015), |
A. |
billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji u biex tgħinhom jerġgħu jintegraw irwieħhom fis-suq tax-xogħol; |
B. |
billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u wara li jkun ġie kkunsidrat kif dovut il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG); |
C. |
billi din l-applikazzjoni hija fost l-aħħar tnejn trattati taħt ir-Regolament dwar il-FEG tal-2006 u l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013 (4) tirrifletti l-qbil li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiddaħħal mill-ġdid il-kriterju dwar il-mobilizzazzjoni f'każ ta' kriżi, biex il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tiżdied għal 60 % tal-ispiża totali stmata tal-miżuri proposti, biex tiżdied l-effiċjenza fit-trattament tal-applikazzjonijiet FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għal valutazzjoni u approvazzjoni, biex jiġu estizi l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli billi jiġu inklużi dawk li jaħdmu għal rashom u ż-żgħażagħ u biex jiġu ffinanzjati l-inċentivi għat-twaqqif ta' negozju proprju; |
D. |
billi l-Polonja ressqet l-Applikazzjoni EGF/2013/009 PL/Zachem għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara li kien hemm 615-il sensja f'Zakłady Chemiczne Zachem u f'żewġ fornituri tagħha, b'rabta mal-waqfien tal-produzzjoni u r-riorganizzazzjoni korporattiva ta' Zachem, li topera fis-settur NACE 2 Diviżjoni 20 “Manifattura ta' kimiċi u prodotti kimiċi”, fil-Provinċja NUTS 2 ta' Kujawsko-Pomorskie; billi 404 persuna mis-615-il ħaddiem li ngħataw is-sensja rreġistraw bħala qiegħda fl-uffiċċju tal-impjiegi tad-distrett f'Bydgoszcz; billi s-sensji seħħew matul il-perjodu ta' referenza mill-31 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Lulju 2013 u huma marbuta ma' tnaqqis fis-sehem tas-suq tal-UE tal-industrija kimika; |
E. |
billi l-kontribuzzjoni finanzjarja mitluba mill-FEG tammonta għal EUR 115 205 (50 % tal-baġit totali); |
F. |
billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG; |
1. |
Jinnota li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament dwar il-FEG huma sodisfatti u li, għalhekk, jaqbel mal-Kummissjoni li l-Polonja hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament; |
2. |
Jinnota li fid-9 ta' Ottubru 2013 l-awtoritajiet Pollakki ressqu l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG taħt ir-Regolament dwar il-FEG, li ma jillimitax iż-żmien għall-istruzzjoni, u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli mill-Kummissjoni fil-21 ta' Jannar 2015; |
3. |
Jesprimi tħassib dwar it-tul tal-proċedura mid-data tal-ewwel sensji sal-valutazzjoni tal-applikazzjoni; ifakkar li l-għan tal-FEG huwa li joffri għajnuna lill-ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom kemm jista' jkun malajr; |
4. |
Jilqa' l-fatt li, sabiex il-ħaddiema jingħataw assistenza malajr, l-awtoritajiet Pollakki ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fl-4 ta' Marzu 2013, ferm qabel id-deċiżjoni u anki l-applikazzjoni dwar l-għoti tal-appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost; |
5. |
Jinnota li s-sehem tal-Unjoni fis-suq dinji tas-sustanzi kimiċi naqas drastikament bejn l-1992 u l-2012, minn 35,2 % fl-1992 għal 17,8 % fl-2012 (5); josserva li x-xejra f'dawn l-aħħar snin evidenzjat il-migrazzjoni tal-immanifatturar tal-kimiċi lejn l-Asja, u b'mod partikolari lejn ċ-Ċina, fejn il-manifattura ta' sustanzi kimiċi żdiedet minn sehem ta' 8,7 % fl-2002 għal 30,5 % fl-2012, minħabba żieda fil-bejgħ fis-swieq emerġenti u spejjeż ta' xogħol aktar baxxi, aċċess għas-swieq, sussidji, taxxi u regolamentazzjoni; konsegwentement iqis li s-sensji f'Zachem u fiż-żewġ fornituri tagħha huma marbuta ma' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji minħabba l-globalizzazzjoni; |
6. |
Jenfasizza li Zachem kienet l-akbar impjegatur fir-reġjun u li fil-perjodu ta' referenza kkonċernat, il-ħaddiema li ngħataw is-sensja direttament jew indirettament minn Zachem ammontaw għal 60 % tal-persuni qiegħda rreġistrati ġodda kollha fl-uffiċċju tal-impjiegi tad-distrett f'Bydgoszcz; |
7. |
Jinnota li s-sensji f'Zachem u fil-fornituri tagħha huma mistennija jħallu impatt negattiv fuq il-Provinċja ta' Kujawsko-Pomorskie, li kellha l-ogħla rata ta' qgħad fil-pajjiż – li f'Lulju 2013 kienet tammonta għal 17,4 % – minkejja l-espansjoni ekonomika li r-reġjun ibbenefika minnha; |
8. |
Jinnota li l-miżuri appoġġjati mill-FEG huma mmirati lejn il-50 ħaddiem li jinsabu fl-aktar sitwazzjoni żvantaġġata u jinkludu ż-żewġ miżuri li ġejjin: inċentivi għar-reklutaġġ u xogħlijiet ta' intervent; |
9. |
Jinnota li l-akbar proporzjon tal-ispejjeż għas-servizzi personalizzati se jintefaq fuq inċentivi għar-reklutaġġ immirati lejn 45 ħaddiem, li għandhom l-għan li jagħtu inċentiv lill-impjegaturi li ddeċidew li jimpjegaw lil dawn il-ħaddiema għal mill-inqas 24 xahar; |
10. |
Jinnota li qed jingħata appoġġ fuq skala iżgħar lil ħames ħaddiema li ngħataw is-sensja u li għandhom aktar minn 50 sena, biex dan ikopri l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tagħhom; jinnota li dan il-grupp ta' età huwa f'riskju ogħla ta' qgħad fit-tul u esklużjoni mis-suq tax-xogħol; |
11. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-kumplimentarjetà tal-miżuri tal-FEG mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; jinnota b'mod partikolari li l-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għandu l-għan li jikkomplementa l-bosta miżuri kontinwi disponibbli għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja fil-qafas tal-Programm Operazzjonali tal-Kapital Uman kofinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew u l-miżuri l-oħra meħuda mill-uffiċċji tal-impjiegi fir-reġjun; jirrimarka l-importanza li jiġi żgurat li ma jitħalliex isir finanzjament doppju f'każijiet ta' azzjonijiet komplementari bħal dawn; |
12. |
Jinnota li s-servizzi personalizzati huma skedati li jkunu implimentati sat-30 ta' Settembru 2015 u li, skont id-data proviżorja, s'issa 36 persuna sabu impjieg ġdid minħabba l-parteċipazzjoni fis-servizzi pprovduti fil-pakkett; jinnota li fi tmiem is-sena 2014, l-implimentazzjoni tal-baġit previst ammontat għal 59 %; |
13. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-kumitat dwar id-Djalogu Soċjali fil-provinċja ddiskuta l-possibbiltajiet ta' għajnuna lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minn Zachem S.A. u l-fornituri tagħha u li l-pakkett ta' miżuri personalizzati propost ġie diskuss f'laqgħa tal-Kunsill tal-Impjieg f'Bydgoszcz, li għaliha attendew it-trade unions, in-negozji u r-rappreżentanti tal-gvern lokali kif ukoll reġjonali; |
14. |
Ifakkar fl-importanza li tittejjeb l-impjegabbiltà tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; |
15. |
Jilqa' l-fatt li l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll dak tan-nondiskriminazzjoni kien u se jibqa' jiġi applikat matul id-diversi stadji ta' implimentazzjoni tal-miżuri FEG u l-aċċess għalihom; |
16. |
Jisħaq li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss il-miżuri attivi fis-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjieg sod u fit-tul; itenni li l-assistenza mill-FEG ma għandha tissostitwixxi la l-azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji bis-saħħa tad-dritt nazzjonali jew ta' ftehimiet kollettivi, u lanqas il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi; |
17. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
18. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u jgħamel l-arranġamenti għall-publikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
19. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855).
(5) L-industrija tal-kimika Ewropea Fatti u Ċifri 2013, CEFIC (http://www.cefic.org/Facts-and-Figures).
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/009 PL/Zachem, ippreżentata mill-Polonja)
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2015/469.)
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/201 |
P8_TA(2015)0042
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni – applikazzjoni EGF/2014/014 DE/Aleo Solar – Ġermanja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/014 DE/Aleo Solar ippreżentata mill-Ġermanja) (COM(2014)0726 – C8-0012/2015 – 2015/2018(BUD))
(2016/C 316/26)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0726 – C8-0012/2015), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (Ir-Regolament dwar il-FEG), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikulari l-punt 13 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu stipulata fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0030/2015), |
A. |
billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji u biex tgħinhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol; |
B. |
billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u wara li jkun ġie kkunsidrat kif dovut il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG); |
C. |
billi l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-FEG tirrifletti l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiġi introdott mill-ġdid il-kriterju tal-mobilizzazzjoni b'rabta mal-kriżi, biex tiżdied il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal 60 % tal-ispejjeż totali stmati tal-miżuri proposti, biex tiżdied l-effiċjenza għat-trattament tal-applikazzjonijiet għall-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u għall-approvazzjoni, biex jiġu estiżi l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eleġibbli għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għaż-żgħażagħ, u biex jiġu ffinanzjati l-inċentivi għat-twaqqif ta' negozji proprji; |
D. |
billi l-Ġermanja ressqet l-applikazzjoni EGF/2014/014 DE/Aleo Solar għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b'segwitu għal 657 sensja, 390 minn Aleo Solar AG, kumpanija li topera fis-settur NACE 2 Diviżjoni 26 “Manifattura ta' prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi”, u 267 minn żewġ sussidjarji tagħha, b'476 persuna mistennija jipparteċipaw fil-miżuri, matul u wara l-perjodu ta' referenza bejn is-7 ta' Marzu 2014 u s-7 ta' Lulju 2014, marbuta ma' tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-Unjoni fil-kumpaniji tal-moduli solari; |
E. |
billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti fir-Regolament dwar il-FEG; |
1. |
Jinnota li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament dwar il-FEG huma sodisfatti u li, għalhekk, jaqbel mal-Kummissjoni li l-Ġermanja hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament; |
2. |
Jinnota li l-awtoritajiet Ġermaniżi ppreżentaw l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fid-29 ta' Lulju 2014, issupplementata b'informazzjoni addizzjonali sat-23 ta' Settembru 2014, u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli mill-Kummissjoni fis-16 ta' Diċembru 2014; |
3. |
Jilqa' l-fatt li, sabiex il-ħaddiema jingħataw assistenza malajr, l-awtoritajiet Ġermaniżi ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fil-11 ta' April 2014, ferm qabel id-deċiżjoni u saħansitra l-applikazzjoni dwar l-għoti tal-appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost; |
4. |
Iqis li s-sensji f'Aleo Solar AG huma marbuta ma' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji minħabba l-globalizzazzjoni, bis-sehem tad-dħul taċ-Ċina jiżdied minn 11 % għal 45 %, filwaqt li dak tal-Ġermanja jinoqos minn 64 % għal 21 % bejn l-2005 u l-2011; jinnota li minħabba produzzjoni żejda enormi min-naħa taċ-Ċina fil-moduli solari, li la l-konsumaturi tagħhom stess u lanqas is-suq dinji ma jistgħu jassorbu, il-prezzijiet fl-UE niżlu b'40 % fl-2011 meta mqabbla ma' dawk fl-2010, u għaldaqstant kienu taħt l-ispejjeż ta' produzzjoni ta' Aleo Solar AG; jinnota li fl-2013, l-UE approvat dazji addizzjonali fuq moduli solari li joriġinaw miċ-Ċina, u prezz minimu li, madankollu, għadu taħt l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-produtturi Ġermaniżi; |
5. |
Jinnota li fl-2010 Aleo Solar AG kellha fatturat ta' EUR 550 miljun u profitt ta' EUR 43 miljun u li dan naqas b'mod mgħaġġel mill-2011 u sal-2013 kien laħaq telf ta' EUR 92 miljun; jisħaq fuq il-fatt li saru diversi sforzi għar-ristrutturar u t-titjib fl-effiċjenza, iżda li, sfortunatament, ma rnexxielhiex terġa' tibda tagħmel profitt; |
6. |
Jinnota li din hi t-tieni applikazzjoni tal-FEG fir-rigward tal-manifattura tal-moduli solari u se jkun hemm aktar fil-ġejjieni; |
7. |
Jinnota li s-sensji f'Aleo Solar AG mistennija li jkollhom impatt negattiv fuq ir-reġjun ta' Prenzlau/Brandenburg, fejn id-dħul ras għal ras huwa sew taħt il-medja nazzjonali u r-rata tal-qgħad hija l-ogħla fil-Ġermanja bi 15,5 % u 16,4 % rispettivament; jenfasizza li l-inklużjoni tas-sensji minn Aleo Solar AG iżżid din ir-rata b'0,9 %; jiddispjaċih li ma hemm l-ebda prospett immedjat li l-ħaddiema li ngħataw is-sensja jsibu impjiegi ġodda ekwivalenti minħabba densità relattivament baxxa tal-popolazzjoni u n-nuqqas ta' impjegaturi potenzjali: iż-żona għandha l-iktar intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u 10 intrapriżi biss (0,3 %) għandhom aktar minn 249 ħaddiem (Aleo Solar AG kienet waħda minn dawn l-impjeguri ewlenin); |
8. |
Jinnota li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li se jiġi kofinanzjat jinkludi l-miżuri li ġejjin għall-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol tal-476 ħaddiem li ngħataw is-sensja: taħriġ vokazzjonali, gwida u pariri dwar il-karrieri, gruppi ta' pari/workshops, pariri dwar l-intraprenditorija, pariri interreġjonali għall-mobbiltà, tiftix ta' impjieg minn professjonist tat-tfittxija tal-impjiegi, gwida ta' segwitu għall-ħaddiema li jkunu sabu xogħol ġdid iżda li jistgħu jeħtieġu parir sabiex iżommu dan l-impjieg jew minħabba li dan ikun jinvolvi t-trasferiment f'post ieħor, benefiċċju għat-taħriġ ta' 60 % tad-dħul nett preċedenti tal-ħaddiem, f'konformità mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar il-FEG; |
9. |
Jinnota li l-awtoritajiet jippjanaw li jużaw il-massimu permess ta' 35 % tal-ispejjeż kollha għall-benefiċċji u l-inċentivi fil-forma ta' benefiċċji għal taħriġ (Transferkurzarbeitergeld) li jikkostitwixxi 60 % jew 67 % tad-dħul nett preċedenti ta' ħaddiem – li jiddependi mis-sitwazzjoni tal-familja tal-benefiċjarju – li huwa konformi mal-prattika fejn ħaddiema jisfgħu qiegħda fil-Ġermanja; jinnota li l-benefiċċju għat-taħriġ ma jissostitwixxix miżuri passivi ta' protezzjoni soċjali, u huwa marbut ma' kundizzjonijiet stretti li wieħed jieħu sehem fit-taħriġ u attivitajiet oħra li ġew organizzati; |
10. |
Jilqa' l-fatt li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati tfassal b'konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-benefiċjarji fil-mira, filwaqt li tqies il-potenzjal taż-żona u tal-ambjent tan-negozju; |
11. |
Ifakkar fl-importanza li tittejjeb l-impjegabilità tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, iżda anke għall-ambjent kummerċjali reali; |
12. |
Jinnota li 164 ħaddiem minn Aleo Solar AG li ngħataw is-sensja f'Prenzlau reġgħu ngħataw ix-xogħol b'mod temporanju minn konsorzju Asjatiku, li xtara l-impjant mil-likwidatur; jinnota li r-raġunament tal-awtoritajiet Ġermaniżi li jippermettu lil dawn il-ħaddiema jibbenefikaw mill-miżuri li għandhom jiġu ffinanzjati mill-FEG huwa li s-sigurtà fl-impjieg ġdid tagħhom ma kienitx ċerta dak iż-żmien; |
13. |
Jinnota li l-104 ħaddiema li ngħataw is-sensja fiċ-ċentru amministrattiv ta' Oldenburg m'humiex inklużi fil-miżuri li għandhom jiġu ffinanzjati mill-FEG; jinnota li s-sitwazzjoni tal-impjiegi f'dan ir-reġjun hija ferm iktar promettenti; |
14. |
Jiddispjaċih li r-riskju ta' qgħad fuq perjodu ta' żmien twil għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja huwa għoli u għalhekk jenfasizza l-importanza ta' miżuri li jħeġġu l-ħaddiema biex iħarsu lil hinn miż-żona immedjata u jaċċettaw offerti ta' xogħol li jistgħu jinsabu f'reġjuni oħra; |
15. |
Iqis li l-ħaddiema fil-gruppi ta' età ta' 55-64 u 15-29 qegħdin f'riskju ogħla ta' qgħad u esklużjoni fit-tul mis-suq tax-xogħol; għaldaqstant iqis li dawn il-ħaddiema għandhom bżonnijiet speċifiċi meta jkunu pprovduti approċċ personalizzat; |
16. |
Ifakkar li, b'mod konformi mal-Artikolu 7 tar-Regolament FEG, id-disinn tal-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati għandu jantiċipa l-perspettivi tas-suq tax-xogħol għall-ġejjieni u l-ħiliet rikjesti u għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija li tagħmel użu effiċjenti mir-riżorsi u li tkun sostenibbli; |
17. |
Jenfasizza li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri attivi fis-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjieg dewwiemi u fit-tul; itenni li l-assistenza mill-FEG ma għandha tissostitwixxi la l-azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont id-dritt nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi; |
18. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
19. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti għall-publikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
20. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2014/014 DE/Aleo Solar, ippreżentata mill-Ġermanja)
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2015/473.)
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/204 |
P8_TA(2015)0043
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni – applikazzjoni EGF/2013/007 BE/Hainaut steel (Duferco-NLMK) – Belġju
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/007 BE/Hainaut steel (Duferco-NLMK), ippreżentata mill-Belġju) (COM(2014)0725 – C8-0013/2015 – 2015/2019(BUD))
(2016/C 316/27)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0725 – C8-0013/2015), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (1) (ir-Regolament dwar il-FEG), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu stipulata fil-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0031/2015), |
A. |
billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji u biex tgħinhom jerġgħu jintegraw irwieħhom fis-suq tax-xogħol; |
B. |
billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u wara li jkun ġie kkunsidrat kif dovut il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG); |
C. |
billi l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013 (4) tirrifletti l-qbil li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiddaħħal mill-ġdid il-kriterju dwar il-mobilizzazzjoni f'każ ta' kriżi, biex il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tiżdied għal 60 % tal-ispiża totali stmata tal-miżuri proposti, biex tiżdied l-effiċjenza fit-trattament tal-applikazzjonijiet tal-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għal valutazzjoni u approvazzjoni, biex jiġu estiżi l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli billi jiġu introdotti dawk li jaħdmu għal rashom u ż-żgħażagħ u biex jiġu ffinanzjati l-inċentivi għat-twaqqif ta' negozji tagħhom stess; |
D. |
billi l-Belġju ressqet l-applikazzjoni EGF/2013/007 BE/Hainaut steel għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b'segwitu għas-708 sensja f'żewġ kumpaniji, marbuta mal-għeluq ta' Duferco u t-tnaqqis tal-persunal minn NLMK, li joperaw fis-settur NACE 2 Diviżjoni 24 “Manifattura ta' metalli bażiċi”, u li t-tnejn li huma jinsabu f'La Louvière fir-reġjun ta' Hainaut; billi s-sensji seħħew matul il-perjodu ta' referenza mit-22 ta' Jannar 2013 sat-22 ta' Ottubru 2013 u huma marbuta ma' tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-Unjoni fis-settur tal-produzzjoni tal-azzar; |
E. |
billi l-kontribuzzjoni finanzjarja mitluba mill-FEG tammonta għal EUR 981 956 (50 % tal-baġit totali); |
F. |
billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG; |
1. |
Jinnota li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament dwar il-FEG huma sodisfatti u li, għalhekk, jaqbel mal-Kummissjoni li l-Belġju huwa intitolat għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament; |
2. |
Jinnota li l-awtoritajiet Belġjani ressqu l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fis-27 ta' Settembru 2013 skont ir-Regolament dwar il-FEG, li ma tillimitax il-ħin għat-tagħlim u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli mill-Kummissjoni fid-9 ta' Diċembru 2014; |
3. |
Jesprimi tħassib dwar it-tul tal-proċedura mid-data tal-ewwel sensji sal-valutazzjoni tal-applikazzjoni; ifakkar li l-għan tal-FEG huwa li joffri għajnuna lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja malajr kemm jista' jkun; jenfasizza li l-applikazzjoni tal-FEG tressqet fis-27 ta' Settembru 2013 u b'hekk sa ma waslet għall-votazzjoni fil-Kumitat għall-Baġits laħqu għaddew kważi sena u nofs; |
4. |
Jilqa' l-fatt li, sabiex il-ħaddiema jingħataw assistenza malajr, l-awtoritajiet Belġjani ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fl-1 ta' Ġunju 2013, ferm qabel id-deċiżjoni u saħansitra l-applikazzjoni dwar l-għoti tal-appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost; |
5. |
Iqis li s-sensji f'Duferco u NLMK huma marbuta ma' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji minħabba l-globalizzazzjoni, minħabba li s-settur tal-produzzjoni tal-azzar għadda minn taqlib ekonomiku serju, b'mod partikolari tnaqqis mgħaġġel fis-sehem mis-suq tal-UE; barra minn hekk, b'konsegwenza tal-kriżi ekonomika u żieda relattiva fl-ispejjeż tal-produzzjoni, l-andament kummerċjali dinji mar għall-agħar minħabba fatturi oħra, bħat-tnaqqis fid-domanda għall-azzar fis-settur tal-karozzi u dak tal-kostruzzjoni; |
6. |
Jinnota li, skont id-data li saret referenza għaliha mill-awtoritajiet Belġjani (5), bejn l-2006 u l-2011, il-produzzjoni tal-azzar grezz fl-UE-27 naqset minn 206,9 miljun tunnellata għal 177,7 miljun tunnellata (-14,1 %; -3,0 % ta' tkabbir annwali (6)), filwaqt li fil-livell dinji, il-produzzjoni żdiedet minn 1 249,0 miljun tunnellata għal 1 518,3 miljun tunnellata (+21,6 %; +4,0 % ta' tkabbir annwali); jifhem li dan wassal għal tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-UE-27 fil-produzzjoni tal-azzar grezz, imkejla f'termini ta' volum, minn 16,6 % fl-2006 għal 11,7 % fl-2011 (-29,4 %; -6,7 % ta' tkabbir annwali) u jirrimarka, b'paragun ma' dan, dwar iż-żieda fis-sehem mis-suq Ċiniż minn 33,7 % għal 45,0 % matul l-istess perjodu; |
7. |
Jinnota li din hija l-ħames applikazzjoni tal-FEG fis-settur tal-azzar, li tlieta minnhom kienu bbażati fuq il-globalizzazzjoni u waħda fuq il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali; jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ effiċjenti u koordinat fil-livell tal-Unjoni sabiex ikun miġġieled il-qgħad fis-settur tal-azzar; |
8. |
Jinnota li s-sensji f'Duferco u NLMK mistennija jkollhom impatt negattiv fuq ir-reġjun ta' Hainaut, li qabel kienet żona ta' produzzjoni tal-azzar u tal-minjieri tal-faħam fejn l-impjiegi jiddependu b'mod qawwi minn industrija peżanti tradizzjonali u fuq is-settur pubbliku, fejn fl-2012 ir-rata tal-qgħad kienet ta' 17,7 %, meta mqabbla ma' medja ta' 15,8 % fil-Vallonja u 11,2 % fil-livell nazzjonali (7) u laħqet il-quċċata ta' 39 % għall-persuni bl-età ta' bejn it-18 u l-25 sena; jenfasizza li l-livell baxx ta' kwalifiki tal-persuni li qed ifittxu impjieg (51 % m'għandhomx edukazzjoni sekondarja għolja, meta mqabbla ma' 47 % fil-Vallonja) huwa ta' diffikultà addizzjonali għat-tiftix ta' impjieg; |
9. |
Jinnota li, fil-kuntest tas-sitwazzjoni ekonomika u l-għadd ta' sensji fl-industrija metallurġika fir-reġjun, il-ħaddiema minn Duferco u NLMK, sabiex isibu impjieg ġdid f'dak ir-reġjun, iridu jitħarrġu mill-ġdid biex isibu impjieg f'xogħlijiet oħra u f'setturi oħra; |
10. |
Jinnota li l-pakkett koordinat ta ' servizzi personalizzati li se jiġu kofinanzjati jinkludi l-miżuri li ġejjin għall-integrazzjoni mill-ġdid f'impjieg ta' 701 ħaddiem li ngħataw is-sensja (miġbura skont il-kategorija): (1) għajnuna għat-tiftix ta' impjieg individwali, servizzi ta' ġestjoni tal-każijiet u informazzjoni ġenerali, (2) taħriġ u taħriġ mill-ġdid u (3) promozzjoni tal-intraprenditorija; |
11. |
Jilqa' l-fatt li d-diversi sħab soċjali u organizzazzjonijiet kienu involuti f'koordinazzjoni ġenerali u l-implimentazzjoni tal-miżuri, inklużi: it-trejdjunjins (FGTB, CSC), FOREM (is-servizz pubbliku tal-impjiegi u tat-taħriġ tar-Reġjun tal-Vallonja), iċ-ċentri ta' taħriġ vokazzjonali u teknoloġiku settorjali attivi fir-Reġjun tal-Vallonja, l-Aġenzija tal-Fond Soċjali Ewropew tal-Komunità Franċiża tal-Belġju u tal-Gvern tal-Vallonja; japprezza barra minn hekk li t-trejdjunjins huma involuti b'mod dirett fil-ġestjoni taż-żewġ Unitajiet ta' Riallokazzjoni stabbiliti speċifikament għal kull kumpanija separata; |
12. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-miżuri attivi tas-suq tax-xogħol proposti biex itejbu l-impjegabbiltà tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja; ifakkar li l-allowances mhumiex elenkati fost is-servizzi personalizzati biex jiġu appoġġjati mill-FEG; |
13. |
Ifakkar fl-importanza li l-impjegabbiltà tal-ħaddiema kollha titjieb permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, iżda anke għall-ambjent kummerċjali reali, u l-potenzjal taż-żona; |
14. |
Jinnota li l-miżuri proposti huma mmirati wkoll lejn grupp ta' diretturi tal-kumpanniji kkonċernati; |
15. |
Jilqa' l-fatt li l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll dak tan-nondiskriminazzjoni kien u se jibqa' jiġi applikat matul id-diversi stadji ta' implimentazzjoni tal-miżuri tal-FEG u l-aċċess għalihom; |
16. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss il-miżuri attivi fis-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjieg dewwiemi u fit-tul; itenni li l-assistenza mill-FEG ma għandha tissostitwixxi la l-azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi; |
17. |
Jinnota li l-miżuri li huma obbligatorji skont il-proċeduri ta' sensji kollettivi fil-Belġju u li jitwettqu bħala parti mill-attivitajiet standard tal-Unitajiet ta' Riallokazzjoni (pereżempju, l-appoġġ għar-rikollokament, it-taħriġ, l-għajnuna għat-tiftix tax-xogħol, u parir dwar il-karrieri, eċċ.) mhumiex inklużi f'din l-applikazzjoni tal-FEG; jinnota li aktar minn nofs l-ispejjeż totali stmati jridu jintefqu fuq riallokazzjoni ta' dawn is-servizzi, jiġifieri appoġġ, gwida u miżuri ta' integrazzjoni; |
18. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
19. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti għall-publikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
20. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855).
(5) Sors: Assoċjazzjoni Dinjija tal-Azzar, Steel Statistical Yearbook 2012.
(6) Rata komposta ta' tkabbir annwali.
(7) Sors: Steunpunt WSE.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/007 BE/Hainaut steel (Duferco-NLMK), ippreżentata mill-Belġju)
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2015/468.)
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/208 |
P8_TA(2015)0044
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni – applikazzjoni EGF/2014/012 BE/ArcelorMittal – Belġju
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-Punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/012 BE/ArcelorMittal ippreżentata mill-Belġju) (COM(2014)0734 – C8-0014/2015 – 2015/2020(BUD))
(2016/C 316/28)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0734 – C8-0014/2015), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (ir-Regolament FEG), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0035/2015), |
A. |
billi l-Unjoni stabbilixxiet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qegħdin ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji u biex tgħinhom jerġgħu jintegraw ruħhom fis-suq tax-xogħol; |
B. |
billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u b'konsiderazzjoni xierqa għall-FII tat-2 ta’ Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG); |
C. |
billi l-adozzjoni tar-Regolament FEG tirrifletti l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiġi introdott mill-ġdid il-kriterju tal-mobilizzazzjoni b'rabta mal-kriżi, tiżdied il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal 60 % tal-ispejjeż totali stmati tal-miżuri proposti, tiżdied l-effiċjenza għat-trattament tal-applikazzjonijiet FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u għall-approvazzjoni, biex jiġu estiżi l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eleġibbli għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għaż-żgħażagħ, u biex jiġu finanzjati l-inċentivi għat-twaqqif ta' impriżi proprji; |
D. |
billi l-Belġju ressaq applikazzjoni EGF/2014/012/BE/ArcelorMittal għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG wara 1 285 sensja mill-ArcelorMittal Liège S.A., kumpanija li topera fin-NACE 2 Diviżjoni 24 “Manifattura ta' metalli bażiċi”, fejn 910 persuni huma mistennija li jibbenefikaw mill-miżuri matul u wara l-perjodu ta' referenza mill-1 ta' Jannar 2014 sal-1 ta' Mejju 2014, minħabba tfixkil ekonomiku serju, b'mod partikolari tnaqqis rapidu tas-sehem mis-suq tal-Unjoni, |
E. |
billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eleġibilità stabbiliti mir-Regolament FEG, |
1. |
Jikkonstata li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament FEG huma sodisfatti, u li għalhekk, jaqbel mal-Kummissjoni li l-Belġju għandu dritt għall-kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament; |
2. |
Jikkonstata li l-awtoritajiet Belġjani ppreżentaw l-applikazzjoni għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fit-22 ta' Lulju 2014, fi żmien 12-il ġimgħa mid-data minn meta l-kriterji stabbiliti għall-intervent kienu sodisfatti, issupplimentatha b'tagħrif addizzjonali sas-16 ta' Settembru 2014, u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli mill-Kummissjoni fid-9 ta' Diċembru 2014; |
3. |
Jilqa' l-fatt li, sabiex il-ħaddiema jingħataw assistenza malajr, l-awtoritajiet Belġjani ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati għall-ħaddiema milquta fl-1 ta' Jannar 2014, ferm qabel id-deċiżjoni u saħansitra l-applikazzjoni dwar l-għoti tal-appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost; |
4. |
Jikkunsidra li l-għoti tas-sensji mill-ArcelorMottal Liège S.A huwa marbut ma' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji minħabba l-globalizzazzjoni, billi bejn l-2007 u l-2013 il-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum fl-UE-27 naqset minn 210,1 miljun tunnellata għal 166,2 miljun tunnellata (4) (-20,9 %; -3,8 % tar-rata ta' tkabbir annwali (5)), filwaqt li fil-livell dinji, l-produzzjoni żdiedet minn 1 348,1 miljun tunnellata għal 1 649,3 miljun tunnellata (+22,3 %; +3,4 % tar-rata ta' tkabbir annwali). Jikkonstata li t-tnaqqis tas-sehem tal-Unjoni fil-produzzjoni tal-azzar minn 16 % tal-produzzjoni globali tal-azzar fl-2007 għal 10 % fl-2013 kien aktar sinifikanti milli fl-Istati Uniti u fir-Russja, filwaqt li kien hemm żieda qawwija ħafna fis-sehem tal-Asja, li żdied minn 56 % għal 67 % fl-istess perjodu u, riżultat ta' dan, is-settur metallurġiku ta' Liège naqas f'dawn l-aħħar snin, minn 6 193 post tax-xogħol f'40 impriża fl-2007 għal 4 187 post tax-xogħol f'35 impriża fl-2012, tnaqqis ta' 32 % tal-impjiegi fis-settur; |
5. |
Jenfasizza li l-effetti ta' dawn il-bidliet fl-andament kummerċjali aggravaw minħabba fatturi oħra, bħal tnaqqis fid-domanda għall-azzar fis-setturi tal-karozzi u tal-kostruzzjoni fl-Unjoni bħala konsegwenza tal-kriżi ekonomika u żieda relattiva fin-nefqa tal-produzzjoni (materja prima, enerġija, restrizzjonijiet ambjentali, eċċ.). Dawn il-fatturi kienu ta' dannu għall-kompetittività tal-industrija tal-azzar tal-Unjoni u wasslu għal għadd kbir ta' telf ta' impjiegi fis-settur tal-azzar f'dawn l-aħħar snin minħabba l-għeluq ta' impjanti u r-ristrutturar minn diversi manifatturi tal-azzar fl-Ewropa. |
6. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' approċċ effiċjenti u koordinat fil-livell tal-Unjoni sabiex jitreġġa' lura t-tnaqqis fil-kompetittività tal-Unjoni fis-settur tal-azzar; jenfasizza l-ħtieġa għal investimenti xierqa u mmirati bil-għan li jiġi żgurat li l-innovazzjoni tkun il-mutur ewlieni tal-kompetittività globali fis-settur tal-azzar tal-Unjoni u garanzija biex jinżammu l-impjiegi fl-Ewropa; |
7. |
Jikkonstata r-rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni għal Pjan ta' Azzjoni għall-industrija tal-azzar kompetittiva u sostenibbli fl-Ewropa, tal-11 ta' Ġunju 2013, li jikkonkludi li nofs l-azzjonijiet imbassra fil-Komunikazzjoni ġew implimentati; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata implimentazzjoni xierqa tal-azzjonijiet ikkonċernati sabiex jinkisbu riżultati tanġibbli li jwassalu għal bidu ġdid fis-settur tal-azzar tal-Unjoni; |
8. |
Jikkonstata li din hi r-raba' applikazzjoni FEG mis-settur tal-azzar, li tlieta minn dawn l-applikazzjonijiet kienu marbuta ma' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji minħabba l-globalizzazzjoni (6) u waħda mal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali (7); iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprevjeni sensji ulterjuri f'dan is-settur billi tiżviluppa u timplimenta miżuri preventivi u simulattivi; |
9. |
Jikkonstata li s-sensji fl-ArcelorMittal Liège S.A mistennija jkollhom impatti negattivi kbar fuq il-provinċja ta' Liège, provinċja li tiddependi ħafna fuq is-settur metallurġiku, fejn l-impatt tat-tnaqqis ta' ArcelorMittal huwa ħafna aktar importanti għaliex is-sehem tal-ArcelorMittal fil-qasam tal-impjiegi lokali huwa 78,9 % fis-settur tal-metall u 14,3 % fis-settur tal-manifattura; |
10. |
Jikkonstata li l-pakkett koordinat tas-servizzi personalizzati li se jkun kofinanzjat ikopri tliet setturi prinċipali: riallokazzjoni, taħriġ, u taħriġ mill-ġdid u l-promozzjoni għall-imprenditorija; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li s-servizzi ta' taħriġ mill-ġdid jitwettqu skont il-ħtiġijiet attwali tas-suq tax-xogħol fir-reġjun ikkonċernat; |
11. |
Huwa favur l-użu futur ta' dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar il-FEG biex jappoġġaw liż-żgħażagħ f'dan ir-reġjun li jinsabu barra mill-edukazzjoni impjieg jew taħriġ (NEETs); |
12. |
Jilqa' l-fatt li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati tfassal b'konsultazzjoni mal-benefiċjarji fil-mira u mas-sħab soċjali; |
13. |
Jikkonstata li aktar minn nofs l-ispejjeż totali stmati jrid jintefaq fuq riallokazzjoni ta' dawn is-servizzi, fosthom miżuri ta' appoġġ, gwida u integrazzjoni; jikkonstata li dawn is-servizzi se jingħataw mill-FOREM (is-servizz pubbliku tal-impjiegi u tat-taħriġ tar-Reġjun tal-Vallonja), li jaġixxi bħala entità intermedjarja fl-implimentazzjoni ta' din l-applikazzjoni; |
14. |
Ifakkar fl-importanza li l-impjegabbiltà tal-ħaddiema kollha titjieb permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat ikun adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, iżda wkoll għall-ambjent kummerċjali reali; |
15. |
Ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG, id-disinn tal-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati għandu jantiċipa l-perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet rikjesti u għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija li tagħmel użu effiċjenti mir-riżorsi u li tkun sostenibbli; |
16. |
Jisħaq li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri attivi fis-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjieg dewwiemi u fit-tul; itenni li l-assistenza mill-FEG m'għandhiex tissostitwixxi la azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont id-dritt nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi; |
17. |
Jikkonstata li l-miżuri li huma obbligatorji skont il-proċeduri ta' sensji kollettivi fil-Belġju u li huma implimentati bħala parti mill-attivitajiet standard tal-Unitajiet ta' Riallokazzjoni (eż. l-appoġġ għar-rikollokament, it-taħriġ, l-għajnuna għat-tiftix tax-xogħol, u konsulenza dwar il-karriera, eċċ.) mhumiex inklużi f'din l-applikazzjoni FEG; |
18. |
Jilqa' l-fatt li appoġġ finanzjarju mill-Fond Soċjali Ewropew ingħata fil-passat għal proġett (EnTrain – En Transition-Reconversion-Accompagnement) li kellu l-għan li jiżviluppa metodi pedagoġiċi għall-Unitajiet ta' Riallokazzjoni b'mod ġenerali u li l-konklużjonijiet ta' dan il-proġett x'aktarx huma utli għall-implimentazzjoni tal-miżuri ppjanati; |
19. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
20. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u jagħmel l-arranġamenti għall-publikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
21. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Sors: World Steel Association, Steel Statistical Yearbook 2014.
(5) Rata komposta ta' tkabbir annwali.
(6) Każijiet EGF/2009/022 BG/Kremikovtsi (applikazzjoni rifjutata mill-Kummissjoni), EGF/2012/010 RO/Mechel (COM(2014)0255 final ta' 7.5.2014), EGF/2013/007 BE/Hainaut steel (Duferco-NLMK) (COM(2014)0725 final tad-9.12.2014), EGF/2013/002 BE/Carsid (COM(2014)0553 final tal-5.9.2014).
(7) Każ EGF/2010/007 AT/Steiermark-Niederösterreich. Deċiżjoni 2011/652/UE tas-27 ta' Settembru 2011 (ĠU L 263, 7.10.2011, p. 9).
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2014/012 BE/ArcelorMittal ippreżentata mill-Belġju)
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2015/472.)
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/212 |
P8_TA(2015)0045
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni – applikazzjoni EGF/2014/011 BE/Caterpillar – Belġju
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/011 BE/Caterpillar, ippreżentata mill-Belġju) (COM(2014)0735 – C8-0015/2015 – 2015/2021(BUD))
(2016/C 316/29)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0735 – C8-0015/2015), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (ir-Regolament dwar il-FEG), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu stipulata fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0033/2015), |
A. |
billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji u biex tgħinhom jerġgħu jintegraw irwieħhom fis-suq tax-xogħol; |
B. |
billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u wara ġie kkunsidrat kif dovut il-FII tat-2 ta’ Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG); |
C. |
billi l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-FEG tirrifletti l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jerġa' jiġi introdott il-kriterju tal-mobilizzazzjoni b'rabta mal-kriżi, biex il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tiżdied għal 60 % tal-ispejjeż totali stmati tal-miżuri proposti, biex l-effiċjenza tat-trattament tal-applikazzjonijiet għall-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill tikber billi ż-żmien għall-valutazzjoni u għall-approvazzjoni jitqassar, biex l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli jitwessgħu bl-introduzzjoni tal-persuni li jaħdmu għal rashom u ż-żgħażagħ, u biex jiġu ffinanzjati inċentivi għat-twaqqif ta' impriżi proprji; |
D. |
billi l-Belġju ressaq l-applikazzjoni EGF/2014/011 BE/Caterpillar għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara 1 030 sensja f'Caterpillar Belgium S.A., kumpanija li topera fin-NACE 2 Diviżjoni 28 'Il-manifattura ta' makkinarju u tgħamir n.e.c', b'630 persuna mistennija jipparteċipaw fil-miżuri, matul u wara l-perjodu ta' referenza mill-1 ta' Jannar 2014 sat-30 ta' April 2014, marbuta ma' tnaqqis fid-domanda fl-Ewropa; |
E. |
billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fir-Regolament dwar il-FEG; |
1. |
Jinnota li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament dwar il-FEG huma ssodisfati u li, għalhekk, jaqbel mal-Kummissjoni li l-Belġju huwa intitolat għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament; |
2. |
Jinnota li l-awtoritajiet Belġjani ressqu l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fit-22 ta' Lulju 2014, issupplimentawha b'informazzjoni addizzjonali sas-16 ta' Settembru 2014, u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli mill-Kummissjoni fid-9 ta' Diċembru 2014; |
3. |
Jinnota li l-baġit totali huwa ta' EUR 2 038 090, li minnhom EUR 73 378 huma ddedikati għall-implimentazzjoni, u li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG tammonta għal EUR 1 222 854, somma li tirrappreżenta 60 % tal-ispejjeż totali tal-miżuri proposti; |
4. |
Jilqa' l-fatt li, sabiex il-ħaddiema jingħataw assistenza malajr, l-awtoritajiet Belġjani ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fl-1 ta' April 2014, ferm qabel id-deċiżjoni u saħansitra l-applikazzjoni dwar l-għoti tal-appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost; jinnota li dawn is-servizzi personalizzati diġà offruti se jkunu eliġibbli għal finanzjament mill-FEG; |
5. |
Iqis li s-sensji f’Caterpillar Belgium S.A. huma marbuta ma’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni, fejn il-manifattura fl-Asja u l-importazzjoni fl-Ewropa saret irħas għall-kumpanija mill-produzzjoni fl-Ewropa għal suq li sejjer lura; jinnota li s-sit ta’ produzzjoni Gosselies sofra minn effetti negattivi 'l fuq u 'l isfel fil-katina, f'sitwazzjoni fejn il-prodotti tal-azzar u tal-metall fl-Ewropa intlaqtu minn kompetizzjoni minn ekonomiji emerġenti, u l-kriżi tal-2009 dgħajfet is-setturi tal-kostruzzjoni u tal-minjieri Ewropej, li huma l-aktar klijenti importanti ta' Caterpillar; |
6. |
Jinnota li d-domanda għal makkinarju tal-kostruzzjoni sofriet minħabba tnaqqis fl-investiment privat u pubbliku fl-infrastruttura, ikkawżat mill-prestazzjoni fqira tal-ekonomija globali; |
7. |
Jinnota li din hija t-tnax-il applikazzjoni tal-FEG mis-settur 'Il-manifattura ta' makkinarju u tagħmir n.e.c.', bl-applikazzjonijiet preċedenti mqassmin indaqs bejn il-kriterji tal-kummerċ u tal-kriżi ekonomika; |
8. |
Jiddispjaċih li ħafna mill-persuni qiegħda fir-reġjun ta' Charleroi għandhom ħiliet baxxi (59 % ma għandhomx edukazzjoni sekondarja ogħla) u li 43 % ilhom qiegħda għal aktar minn sentejn; jiddispjaċih li r-rata ta’ impjieg f’Charleroi, 52,26 %, hija fost l-aktar baxxi fir-reġjun tal-Vallonja; jilqa’ l-fatt, għalhekk, li l-awtoritajiet iddeċidew li japplikaw għal finanzjament mill-FEG sabiex jgħinu lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja; |
9. |
Jinnota li s-sensji f'Caterpillar mistennija jkollhom impatti negattivi enormi fir-reġjun ta’ Charleroi, li qed jiffaċċja sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol diffiċli ħafna minħabba d-dipendenza żejda tiegħu fuq l-impjiegi industrijali tradizzjonali u n-nuqqas ta’ industriji ġodda; jirrimarka li l-livell baxx ta' kwalifiki tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja tagħmilhielhom diffiċli jsibu impjieg ġdid f’kuntest ekonomiku negattiv; jirrakkomanda li l-Kummissjoni twettaq stħarriġ biex tidentifika stejjer ta’ suċċess intraprenditorjali fiż-żona u tgħin lill-persuni li ngħataw is-sensja b’ideat ta’ proġetti ispirati mill-aqwa każijiet; |
10. |
Jinnota li 18 % tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja fil-mira u li mistennija jipparteċipaw fil-miżuri huma mhedda b’esklużjoni mis-suq tax-xogħol peress li huma fil-grupp ta’ età bejn 55 u 64 sena; |
11. |
Jinnota li l-pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati li għandhom jiġu kofinanzjati jkopri tliet oqsma prinċipali: ir-riallokazzjoni, it-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid u l-promozzjoni tal-intraprenditorija; |
12. |
Jinnota li aktar minn nofs l-ispejjeż totali stmati għandhom jintefqu fuq servizzi ta' riallokazzjoni, jiġifieri miżuri ta' appoġġ, gwida u integrazzjoni; jinnota li dawn is-servizzi se jiġi pprovduti minn FOREM (is-servizz pubbliku għall-impjiegi u t-taħriġ tar-Reġjun tal-Vallonja), li jaġixxi bħala entità intermedjarja fl-implimentazzjoni ta’ din l-applikazzjoni; |
13. |
Jilqa’ l-fatt li l-pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati tfassal b’konsultazzjoni mal-benefiċjarji fil-mira u s-sħab soċjali, fil-qies tal-potenzjal taż-żona u l-ambjent tan-negozju; |
14. |
Ifakkar fl-importanza li l-impjegabbiltà tal-ħaddiema kollha tittejjeb permezz ta ' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, iżda wkoll għall-ambjent kummerċjali reali; |
15. |
Huwa favur li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-FEG jintużaw fil-ġejjieni biex jappoġġjaw liż-żgħażagħ li ma jkunux f’impjieg, fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ (NEETs) f’dan ir-reġjun; |
16. |
Ifakkar li, b'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-FEG, id-disinn tal-pakkett koordinat tas-servizzi personalizzati għandu jantiċipa perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa u għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sostenibbli; |
17. |
Jenfasizza li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri attivi fis-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjieg sostenibbli u fit-tul; itenni li l-assistenza mill-FEG ma għandha tissostitwixxi la l-azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi, u lanqas il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi; |
18. |
Jilqa’ l-fatt li fl-imgħoddi ngħata appoġġ finanzjarju mill-Fond Soċjali Ewropew għal proġett (EN Train — En Transition-Reconversion-Accompagnement) li kellu l-għan li jiżviluppa metodi pedagoġiċi għall-Unitajiet ta’ Riallokazzjoni b’mod ġenerali, u li s-sejbiet ta’ dan il-proġett x’aktarx li jkunu utli fl-implimentazzjoni tal-miżuri ppjanati; |
19. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
20. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti għall-publikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
21. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2014/011 BE/Caterpillar, ippreżentata mill-Belġju)
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2015/471.)
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/215 |
P8_TA(2015)0046
Dimensjonijiet u piżijiet għal vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (11296/3/2014 – C8-0294/2014 – 2013/0105(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2016/C 316/30)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11296/3/2014 – C8-0294/2014), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2013 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0195), |
— |
wara li kkunsidra l-impenji meħuda mill-Kummissjoni, matul is-seduta plenarja tal-Parlament Ewropew, li taċċetta l-pożizzjoni adottata mill-Parlament fit-tieni qari, u mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-18 ta' Deċembru 2014, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(8)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0032/2015), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni; |
3. |
Jissuġġerixxi li l-att ikun ċitat bħala d-'Direttiva Leichtfried-Lupi dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet ta' vetturi kummerċjali' (3); |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 133.
(2) Testi adottati tal-15.4.2014, P7_TA(2014)0353.
(3) Jörg Leichtfried u Maurizio Lupi mexxew in-negozjati dwar l-att f'isem il-Parlament u l-Kunsill rispettivament.
P8_TC2-COD(2013)0105
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-10 ta' Marzu 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Direttiva (UE) 2015/719.)
ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-qafas tal-approvazzjoni tat-tip
Id-deroga dwar it-tul massimu għal kabini ajrudinamiċi u għal tagħmir ajrudinamiku ta' wara għal vetturi tqal tal-merkanzija, kif previst fid-Direttiva l-ġdida dwar piżijiet massimi u dimensjonijiet ta' vetturi tqal tal-merkanzija (emenda għad-Direttiva 96/53/KE), titlob emendi għall-qafas legali dwar l-approvazzjoni tat-tip (fosthom ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 u r-Regolament (UE) Nru 1230/2012).
Il-Kummissjoni attwalment qed tirrevedi r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, biex ittejjeb is-sikurezza ġenerali tal-vetturi. Kif mitlub mill-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament (KE) Nru 661/2009, il-Kummissjoni se tgħaddi rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jinkludi, fejn ikun xieraq, proposti għall-emendament ta' dan ir-Regolament jew ta' leġislazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni rigward l-inklużjoni ta' karatteristiċi ta' sikurezza oħra ġodda partikolarment għat-trakkijiet. Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tipproponi l-emendi meħtieġa, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati u, fejn xieraq valutazzjoni tal-impatt, tal-inqas sal-2016.
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/217 |
P8_TA(2015)0047
Il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (COM(2013)0462 – C7-0209/2013 – 2013/0214(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2016/C 316/31)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0462), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0209/2013), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta’ Ottubru 2013 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-30 ta' Jannar 2014 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-10 ta' Diċembru 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 u l-Artikolu 61(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0211/2014), |
— |
wara li kkunsidra l-emendi li adotta fis-seduta tiegħu tas-17 ta' April 2014 (3), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-18 ta’ Settembru 2014 dwar ħidma mhux mitmuma mis-seba' leġiżlatura, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport supplimentari tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0021/2015), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(2) ĠU C 126, 26.4.2014, p. 8.
(3) Testi adottati ta' dik id-data, P7_TA(2014)0448.
P8_TC1-COD(2013)0214
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Marzu 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta’ investiment ewropej fuq terminu twil
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Regolament (UE) 2015/760.)
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/219 |
P8_TA(2015)0048
It-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażati fuq kard ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażati fuq kard (COM(2013)0550 – C7-0241/2013 – 2013/0265(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2016/C 316/32)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0550), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0241/2013), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta' Frar 2014 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta’ Diċembru 2013 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tal-21 ta' Jannar 2015 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294 (4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 61(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0167/2014), |
— |
wara li kkunsidra l-emendi li adotta waqt is-seduta plenarja tat-3 ta' April 2014 (3), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-18 ta' Settembru 2014 dwar ħidma mhux mitmuma mis-seba' leġiżlatura parlamentari, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport supplimentari tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0022/2015), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 193, 24.6.2014, p. 2.
(2) ĠU C 170, 5.6.2014, p. 78.
(3) Testi adottati minn dik id-data, P7_TA(2014)0279.
P8_TC1-COD(2013)0265
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Marzu 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta' ħlas permezz ta' kard
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Regolament (UE) 2015/751.)
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/220 |
P8_TA(2015)0049
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni – applikazzjoni EGF/2013/011 BE/Saint-Gobain Sekurit – Belġju
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/011 BE/Saint-Gobain Sekurit, ippreżentata mill-Belġju) (COM(2015)0009 – C8-0011/2015 – 2015/2017(BUD))
(2016/C 316/33)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0009 – C8-0011/2015), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (1) (ir-Regolament dwar il-FEG), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba (3) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0034/2015), |
A. |
billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija, aggravati ħafna mill-kriżi ekonomika, finanzjarja u soċjali, u biex tgħinhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol; |
B. |
billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun adegwata u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u wara li jkun ġie kkunsidrat kif dovut il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG); |
C. |
billi din hija l-aħħar applikazzjoni li se tiġi trattata skont ir-Regolament tal-2006; |
D. |
jilqa' b'sodisfazzjon it-twessigħ tal-objettivi u tal-kriterji tar-Regolament dwar il-FEG introdott f'Diċembru 2013, sabiex jiġu integrati u ffaċilitati l-applikazzjonijiet minn reġjuni u pajjiżi b'anqas densità demografika; |
E. |
jilqa' ż-żieda fl-effiċjenza għat-trattament ta' applikazzjonijiet tal-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u l-approvazzjoni, jiżdiedu l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli billi jiġu introdotti persuni li jaħdmu għal rashom u żgħażagħ, u jiġu ffinanzjati inċentivi għat-twaqqif ta' negozji proprji; |
F. |
billi l-Belġju ppreżenta l-applikazzjoni EGF/2013/011 BE/Saint-Gobain Sekurit għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b'segwitu għall-257 sensja marbuta mal-għeluq tal-impjant ta' Saint-Gobain Sekurit (SGS), li jinsab f'Auvelais, li kien jipproduċi ħġieġ ta' sikurezza għall-industrija tal-karozzi; billi s-sensji seħħew matul u wara l-perjodu ta' referenza bejn il-31 ta' Awwissu 2013 u l-31 ta' Diċembru 2013 u huma marbuta ma' tnaqqis fil-produzzjoni ta' ħġieġ ta' sikurezza tal-karozzi fl-Unjoni; |
G. |
billi l-kontribuzzjoni finanzjarja mitluba mill-FEG tammonta għal EUR 1 339 928 (50 % tal-baġit totali); |
H. |
billi, minkejja l-fatt li l-applikazzjoni ma tissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 2(a) u 2(b) tar-Regolament FEG, taqa' taħt il-kategorija ta' ċirkostanzi eċċezzjonali li madankollu jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; |
1. |
Jaqbel mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fid-19 ta' Diċembru 2013 ippreżentata mill-Belġju hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 2(c), li jitlob li jkun hemm provi ta' ċirkostanzi eċċezzjonali, minkejja l-fatt li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2(a) u 2(b) tar-Regolament tal-FEG ma jintlaħqux; jissottolinja madankollu li l-invokazzjoni tal-Artikolu 2(c) għandha tiġi vvalutata fuq bażi ta' każ b'każ u m'għandhiex issir metodu ġenerali għall-mobilizzazzjoni tal-FEG meta l-kundizzjonijiet bażiċi ma jintlaħqux; |
2. |
Jenfasizza li l-FEG huwa strument speċjali li jippermetti lill-Unjoni tirreaġixxi għal ċirkostanzi speċifiċi mhux previsti u li għandu jżomm l-għan ewlieni tiegħu, li huwa li jipprovdi appoġġ f'każ fejn, matul perijodu ta' referenza, għadd kbir ta' ħaddiema (minimu 500) jingħataw is-sensja b'riżultat ta' bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u kriżijiet finanzjarji u ekonomiċi globali; jenfasizza li l-FEG m'għandux isir sostitut għal Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej oħrajn, bħalma huma l-Fond Soċjali Ewropew, u jrid jintuża biex jikkomplementa dawn il-fondi; jenfasizza li ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-FEG m'għandhomx jiddevjaw mill-kamp ta' applikazzjoni msemmi hawn fuq; |
3. |
Jinnota li l-awtoritajiet Belġjani fid-19 ta' Diċembru 2013 ressqu l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG taħt ir-Regolament dwar il-FEG, li ma jillimitax iż-żmien għall-istruzzjoni, u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli mill-Kummissjoni fil-21 ta' Jannar 2014; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' informazzjoni mogħtija fir-rigward taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali invokati; jissottolinja li tali ċirkostanzi eċċezzjonali jridu jiġu vvalutati kif jixraq sabiex tinkiseb deroga mill-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 2 (a) u 2 (b) tar-Regolament dwar il-FEG; |
4. |
Jesprimi tħassib dwar it-tul tal-proċedura mid-data tal-ewwel sensji sal-valutazzjoni tal-applikazzjoni; ifakkar li l-għan tal-FEG huwa li joffri għajnuna lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja mill-aktar fis possibbli; |
5. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet kollha involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa ħalli jtejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji bil-għan li jħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; jinnota, f'dan is-sens, il-proċedura mtejba li l-Kummissjoni implimentat, wara t-talba tal-Parlament biex tħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bil-għan li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni għall-FEG tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG, u jieħu nota tal-adozzjoni tar-Regolament il-ġdid tal-FEG (ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013) li jippermetti aktar effiċjenza, trasparenza, responsabilità u viżibilità tal-FEG; |
6. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jibbenefikaw mill-possibilitajiet ta' skambju tal-aħjar prattiki u jitgħallmu b'mod partikolari minn dawk l-Istati Membri u minn dawk l-awtoritajiet lokali u reġjonali li diġà stabbilew netwerks nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-FEG bil-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati fil-livell lokali u reġjonali bil-għan li jkollhom f'postha struttura tajba għall-għajnuna fil-każ li tinqala' sitwazzjoni li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG; |
7. |
Jilqa' l-fatt li, sabiex il-ħaddiema jingħataw assistenza malajr, l-awtoritajiet Belġjani ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fil-31 ta' Awwissu 2013, ferm qabel id-deċiżjoni u saħansitra l-applikazzjoni dwar l-għoti tal-appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost; |
8. |
Jinnota li s-settur tal-manifattura tal-ħġieġ ta' sikurezza għall-industrija tal-karozzi għadda minn taqlib ekonomiku serju minħabba diversi fatturi, bħal tnaqqis fil-produzzjoni ta' ħġieġ ta' sikurezza tal-karozzi fl-Unjoni, żieda fis-sehem tas-suq ta' kompetituri minn pajjiżi li mhumiex fl-UE u żieda fl-importazzjoni ta' dawn il-prodotti fl-Unjoni; jinnota li l-attivitajiet ta' SGS Benelux kienu marbuta mill-qrib ma' xejriet ta' produzzjoni fl-industrija tal-karozzi, li rat il-produzzjoni ta' karozzi tal-passiġġieri tonqos minn 21,9 miljun unità għal 19,5 miljun unità bejn l-2007 u l-2012, filwaqt li, fil-bqija tad-dinja, din żdiedet minn 47,5 miljun unità għal 60,6 miljun unità matul l-istess perjodu; josserva, barra minn hekk, li kien hemm tendenza ġenerali li l-produtturi u l-fornituri fl-industrija tal-karozzi jittrasferixxu l-produzzjoni fi ħdan l-Unjoni, mill-Ewropa tal-Punent (b'mod partikolari, min Franza, il-Belġju u Spanja) lejn l-Ewropa tal-Lvant; |
9. |
Jinnota li, filwaqt li ma kien hemm ebda applikazzjoni oħra tal-FEG relatata b'mod speċifiku mas-settur tal-ħġieġ tal-karozzi (4), kien hemm sensiela ta' applikazzjonijiet relatati ma' produtturi ta' vetturi bil-mutur jew fornituri ta' tagħmir għall-vetturi (5); |
10. |
Jinnota li s-sensji f'SGS jikkonċernaw prinċipalment il-ħaddiema tal-linja ta' produzzjoni (83 % tal-ħaddiema ikkonċernati għandhom status ta' 'ouvrier'); iqis li, fil-kuntest tas-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol fir-reġjun milqut, il-ħaddiema li ngħataw is-sensja se jkun jeħtiġilhom jitħarrġu mill-ġdid biex isibu impjieg f'xogħlijiet oħra u/jew setturi oħra; |
11. |
Jiddeplora l-fatt li, minħabba s-sitwazzjoni soċjoekonomika taż-żona kkonċernata u taż-żoni fil-viċinat tagħha (Charleroi, Namur), il-ħaddiema li ngħataw is-sensja minn SGS Benelux għandhom possibilitajiet limitati ta' impjieg f'dawn iż-żoni, peress li aktarx ikunu f'kompetizzjoni ma' bosta ħaddiema oħra bi kwalifiki u esperjenza simili għal numru limitat ta' impjiegi fis-settur tal-ħġieġ; ifakkar li r-reġjun huwa karatterizzat minn livell relattivament għoli ta' qgħad strutturali, bi proporzjon relattivament għoli ta' qgħad fit-tul u livelli ta' kwalifiki u ħiliet baxxi; jenfasizza li s-sensji f'SGS Benelux jinsabu, għalhekk, f'kuntest soċjoekonomiku lokali diffiċli; |
12. |
Jinnota li s-servizzi personalizzati elenkati fl-applikazzjoni jikkonsistu f'diversi miżuri intiżi biex jippromwovu r-ritorn tal-ħaddiema għas-suq tax-xogħol u jgħinuhom fil-proċeduri amministrattivi, li l-biċċa l-kbira minnhom mistennija jappoġġjaw lill-ħaddiema kollha ssensjati; |
13. |
Jinnota li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li se jiġu kofinanzjati jinkludi l-miżuri li ġejjin għall-integrazzjoni mill-ġdid fix-xogħol ta' 257 ħaddiem li ngħataw is-sensja (miġbura skont il-kategorija): (1) għajnuna individwali fit-tiftix ta' impjieg, servizzi ta' ġestjoni tal-każijiet u ta' informazzjoni ġenerali, (2) taħriġ u taħriġ mill-ġdid u (3) promozzjoni tal-intraprenditorija; |
14. |
Jilqa' l-fatt li d-diversi sħab soċjali u organizzazzjonijiet kienu involuti fil-koordinazzjoni ġenerali u fl-implimentazzjoni tal-miżuri, inklużi: it-trejdjunjins (FGTB, CSC), FOREM (is-servizz pubbliku tal-impjiegi u tat-taħriġ tar-Reġjun tal-Vallonja), iċ-ċentri ta' taħriġ vokazzjonali u teknoloġiku settorjali attivi fir-Reġjun tal-Vallonja, l-Aġenzija tal-Fond Soċjali Ewropew tal-Komunità Franċiża tal-Belġju u tal-Gvern tal-Vallonja; japprezza, barra minn hekk, li t-trejdjunjins huma involuti b'mod dirett fil-ġestjoni taż-żewġ Unitajiet ta' Riallokazzjoni stabbiliti speċifikament għal kull kumpanija separata; |
15. |
Jinsisti fuq il-ħtieġa li titħeġġeġ u tittejjeb l-għajnuna b'awtonomija u b'aċċess faċli fil-livell reġjonali sabiex jiġi implimentat spirtu ta' orjentazzjoni minn isfel 'il fuq, b'tali mod li jiffavorixxi soluzzjonijiet lokali fuq livell reġjonali fejn taf tokkorri kwalunkwe sitwazzjoni li taqa' fl-ambitu tal-FEG; |
16. |
Jieħu nota tal-miżuri proposti biex titjieb l-impjegabbiltà tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja; ifakkar li l-allowances mhumiex elenkati fost is-servizzi personalizzati li għandhom jiġu appoġġjati mill-FEG; |
17. |
Jinnota li l-miżuri li huma obbligatorji skont il-proċeduri ta' sensji kollettivi skont il-leġiżlazzjoni federali Belġjana u li jitwettqu bħala parti mill-attivitajiet standard tal-Unitajiet ta' Riallokazzjoni (eż. l-appoġġ għar-rikollokament, it-taħriġ, l-għajnuna fit-tiftix tax-xogħol, u pariri dwar il-karrieri, eċċ.) mhumiex inklużi f'din l-applikazzjoni tal-FEG; |
18. |
Ifakkar fl-importanza li l-impjegabbiltà tal-ħaddiema kollha tittejjeb permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, iżda anke għall-ambjent tan-negozju nnifsu; |
19. |
Jilqa' l-fatt li l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll dak tan-nondiskriminazzjoni kienu u se jibqgħu jiġu applikati matul id-diversi stadji ta' implimentazzjoni tal-miżuri FEG u l-aċċess għalihom; |
20. |
Jilqa' l-fatt li s-sħab soċjali kienu involuti fit-tħejjija tal-pjan soċjali kif ukoll fl-implimentazzjoni tal-miżuri; |
21. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri attivi fis-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjieg sostenibbli u fit-tul; itenni li l-assistenza mill-FEG ma għandha tissostitwixxi la l-azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont id-dritt nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi; |
22. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
23. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
24. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Ara l-bażi ta' data tal-FEG, disponibbli hawn: http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=582.
(5) Ara l-abbozz ta' proposti tal-Kummissjoni dwar il-każijiet EGF/2007/001 FR/Fornituri tal-Peugeot (Deċiżjoni COM(2007)0415 final tat-12.7.2007), EGF/2007/010 PT/Lisboa-Alentejo (Deċiżjoni COM(2008)0094 final tal-20.2.2008), EGF/2008/002 ES/Delphi (Deċiżjoni COM(2008)0547 final tad-9.9.2008), EGF/2008/004 ES/Castilla y Léon/Aragón automoción (Deċiżjoni COM(2009)0150 final tal-20.3.2009), EGF/2009/007 SE/Volvo u EGF/2009/009 AT/Steiermark (Deċiżjoni COM(2009)0602 final tas-27.10.2009), EGF/2009/013 DE/Karmann (Deċiżjoni COM(2010)0007 final tat-22.1.2010), EGF/2009/019 FR/Renault (Deċiżjoni COM(2011)0420 final tal-11.7.2011), EGF/2010/002 ES/Cataluña automoción (Deċiżjoni COM(2010)0453 final tat-2.9.2010), EGF/2010/004 PL/Wielkopolskie Automotive (Deċiżjoni COM(2010)0616 final tad-29.10.2010), EGF/2010/031 BE/General Motors Belgium (Deċiżjoni COM(2011)0212 final tal-14.4.2011), EGF/2011/003 DE/Arnsberg u Düsseldorf automotive (Deċiżjoni COM(2011)0447 final tal-20.7.2011), EGF/2011/005 PT/Norte-Centro Automotive (Deċiżjoni COM(2011)0664 final tat-13.10.2011), EGF/2012/004 ES/Grupo Santana (Deċiżjoni COM(2014)0116 final tal-5.3.2014), EGF/2012/005 SE/Saab (Deċiżjoni COM(2012)0622 final tad-19.10.2012), EGF/2013/006 PL/Fiat Auto Poland (Deċiżjoni COM(2014)0699 final tal-10.11.2014), EGF/2013/012 BE/Ford Genk (Deċiżjoni COM(2014)0532 final tat-22.8.2014).
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-Punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/011 BE/Saint-Gobain Sekurit mill-Belġju)
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2015/470.)
L-Erbgħa 11 ta’ Marzu 2015
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/224 |
P8_TA(2015)0053
Regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (riformulazzjoni) (COM(2014)0323 – C8-0014/2014 – 2014/0168(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)
(2016/C 316/34)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0323), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0014/2014), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2014 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (2), |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tat-13 ta' Novembru 2014 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali b'konformità mal-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0014/2015), |
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali; |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda din il-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali; |
(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
P8_TC1-COD(2014)0168
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2015, bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (tfassil mill-ġdid)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/755.)
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/226 |
P8_TA(2015)0054
Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Montenegro ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta ' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (test kodifikat) (COM(2014)0374 – C8-0035/2014 – 2014/0190(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)
(2016/C 316/35)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0374), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0035/2014), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2014 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0051/2014), |
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali, |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Għadha mhiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
P8_TC1-COD(2014)0190
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2015 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (kodifikazzjoni)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/752.)
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/227 |
P8_TA(2015)0055
Kwoti tat-tariffa tal-Unjoni għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa tal-Unjoni għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra (Kodifikazzjoni) (COM(2014)0594 – C8-0169/2014 – 2014/0276(COD))
Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni
(2016/C 316/36)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0594), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0169/2014), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2014 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0052/2014), |
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali, |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali; |
(1) Għadha mhiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
P8_TC1-COD(2014)0276
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2015 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa tal-Unjoni għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra (Kodifikazzjoni)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/754.)
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/228 |
P8_TA(2015)0056
L-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija (Kodifikazzjoni) (COM(2014)0586 – C8-0166/2014 – 2014/0272(COD))
Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni
(2016/C 316/37)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0586), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0166/2014), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2014 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0048/2014), |
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali, |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali; |
(1) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
P8_TC1-COD(2014)0272
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2015 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija (kodifikazzjoni)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/753.)
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/229 |
P8_TA(2015)0057
Is-sospensjoni ta' ċerti konċessjonijiet relatati mal-importazzjoni fil-Unjoni ta' prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jissospendi konċessjonijiet oħra fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija (Kodifikazzjoni) (COM(2014)0593 – C8-0170/2014 – 2014/0275(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)
(2016/C 316/38)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0593), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0170/2014), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2014 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0050/2014), |
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali, |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali; |
(1) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
P8_TC1-COD(2014)0275
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2015 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jissospendi ċerti konċessjonijiet fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija (kodifikazzjoni)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/756.)
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/230 |
P8_TA(2015)0058
Stabbiliment tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd għall-Mediterran ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-aċċettazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim emendat għall-istabbiliment tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (14993/2014 – C8-0027/2015 – 2014/0274(NLE))
(Approvazzjoni)
(2016/C 316/39)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (14993/2014), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim emendat għall-istabbiliment tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (15458/2014), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0027/2015), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0038/2015), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim emendat; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran. |
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/231 |
P8_TA(2015)0061
Linji gwida għall-baġit 2016 – Taqsima III
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni (2015/2008(BUD))
(2016/C 316/40)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 312 u 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ġenerali tal-baġit il-ġdid għall-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (4), |
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (5) u s-sitt dikjarazzjonijiet konġunti relatati miftiehma bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni kif ukoll it-tliet dikjarazzjonijiet unilaterali, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni dwar Pjan ta' Investiment għall-Ewropa, li l-Kummissjoni adottat fis-26 ta' Novembru 2014 (COM(2014)0903), u l-proposta għal Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, li l-Kummissjoni adottat fit-13 ta' Jannar 2015 (COM(2015)0010) |
— |
wara li kkunsidra t-Titolu II, Kapitolu 8 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0027/2015), |
A. |
billi l-baġit tal-UE huwa b'mod predominanti baġit ta' investiment b'effett qawwi ta' ingranaġġ u li huwa katalizzatur għat-tkabbir, il-kompetittività u l-impjiegi madwar l-Unjoni; billi dan jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' programmi u proġetti li inkella jkunu diffiċli jew impossibbli li jsiru u jiżgura l-investiment strateġiku f'azzjonijiet b'valur miżjud Ewropew billi jakkomuna r-riżorsi u jippermetti li jkun hemm ekonomiji ta' skala; billi l-baġit tal-UE għandu impatt pożittiv tanġibbli fuq il-ħajja taċ-ċittadini; billi dan għandu rwol kruċjali fit-tnaqqis tad-diskrepanzi bejn ir-reġjuni Ewropej u biex jassigura investiment f'żoni fejn huwa l-iktar meħtieġ; |
B. |
billi, bħala konsegwenza tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, il-livell ta' investiment fl-UE naqas b'mod sinifikanti, u din id-differenza fl-iżvilupp bejn ir-reġjuni diversi tal-UE żdiedet; billi, minħabba r-restrizzjonijiet ekonomiċi u baġitarji persistenti fil-livell nazzjonali, il-baġit tal-UE għandu rwol ewlieni fit-trawwim tal-kompetittività u fiż-żieda tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni; |
C. |
billi l-baġit tal-UE ma jistax iwettaq il-missjoni tiegħu jekk il-validità, l-ekwità u l-kredibilità tiegħu huma mhedda; billi huwa perentorju li l-impenji kollha li jiffurmaw parti mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 jiġu rispettati bis-sħiħ, u li għadd ta' problemi li akkumulaw matul is-snin ta' qabel, partikolarment l-ammont mingħajr preċedent ta' fatturi mhux imħallsa fi tmiem is-sena 2014, jiġu solvuti mingħajr dewmien; billi dan ix-xogħol b'lura ta' fatturi mhux imħallsa qiegħed jagħti lok għal dewmien fl-implimentazzjoni ta' programmi u fondi tal-UE, fejn iċ-ċittadini tal-UE huma l-ewwel li jbatu minn din is-sitwazzjoni; billi d-dewmien f'pagamenti strutturali jqajjem il-kwistjoni ta' jekk għandhomx jiġu imposti interessi fuq ħlasijiet morużi, peress li l-awtoritajiet reġjonali u lokali huma obbligati jduru lejn is-swieq finanzjarji għal finanzjament bil-quddiem biex ikopri kontribuzzjonijiet tardivi tal-UE; jenfasizza li d-diżimpenn mhuwiex soluzzjoni għall-kriżi tal-pagamenti; ifakkar li, skont l-Artikolu 310 tat-TFUE, id-dħul u l-ħruġ murija fil-baġit tal-UE għandhom ikunu f'bilanċ; |
D. |
billi l-2016 se tkun is-sena li fiha l-programmi l-ġodda tal-UE tal-QFP 2014-2020 se jkunu operattivi u għaddejjin b'ritmu tajjeb, u li fiha se titnieda r-reviżjoni ta' nofs it-term tal-QFP; |
Lura fuq saqajna: 'it-tliet I': l-Impjiegi, l-Impriża u l-Imprenditorija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni Ewropea
1. |
Jenfasizza l-potenzjal u l-valur miżjud tal-baġit tal-UE fil-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp tal-impriżi u l-imprenditorija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni kollha; jenfasizza wkoll, f'dan il-kuntest, il-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u għall-appoġġ tar-riċerka u l-iżvilupp, kif ukoll il-potenzjal ta' tranżizzjoni enerġetika u l-interkonnessjoni li tiġġenera impjiegi ġodda u tkabbir; jirrikonoxxi li firxa wiesgħa ta' programmi tal-UE, bħal Orizzont 2020, COSME, Erasmus+ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, jikkontribwixxu direttament biex jintlaħqu dawn l-għanijiet; jistenna li l-Kummissjoni tqiegħed tali programmi u strumenti orjentati lejn it-tkabbir fil-qalba tal-Abbozz ta' Baġit 2016, sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu mogħnija bir-riżorsi neċessarji; |
2. |
Ifakkar li hemm aktar minn 20 miljun SME fl-UE u li dawn jammontaw għal 99 % tal-impriżi kollha; jemmen li ambjent favorevoli għan-negozju u għall-iżvilupp ta' kultura imprenditorjali, inklużi impjiegi deċenti, fl-UE jistgħu jroddu lill-SMEs ir-rwol tagħhom bħala l-ħallieqa ewlenin tal-impjiegi fl-Unjoni, li ddgħajjef bil-kriżi ekonomika; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa biex jiġi ffaċilitat il-ħolqien u l-operat ta' negozji li għadhom jibdew fl-UE, permezz ta' konnessjonijiet bejn l-imprendituri u t-trawwim ta' proġetti ġodda; iqis li, flimkien mas-semplifikazzjoni leġiżlattiva u t-tnaqqis tal-burokrazija żejda, l-istrumenti finanzjarji disponibbli fl-ambitu tal-programm COSME għandhom jintużaw b'mod sħiħ biex jgħinu lill-SMEs tul din it-triq b'mod partikolari billi jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għas-swieq u l-krediti; jenfasizza l-potenzjal kbir tal-Fond Ewropew għal Investiment Strateġiku għall-SMEs u għall-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja; |
3. |
Jenfasizza li l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej jiffurmaw l-ikbar sehem tan-nefqa fl-investiment fil-baġit tal-UE u huma strumentali fil-ħolqien tal-impjiegi, l-istimular tat-tkabbir, u t-tisħiħ tal-kompetittività u l-innovazzjoni; jissottolinja l-fatt li l-politika ta' koeżjoni tal-UE kienet strumentali fis-sostenn tal-investiment pubbliku f'oqsma ekonomiċi indispensabbli u kisbet riżultati tanġibbli abbażi tal-fatt li tista' tagħti s-setgħa lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jegħlbu l-kriżi attwali u jiksbu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu kull sforz possibbli, matul ix-xhur li ġejjin, biex jiżguraw adozzjoni rapida tal-Programmi Operattivi li baqa', sabiex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tilħaq ritmu tajjeb fl-2016; |
4. |
Huwa mħasseb dwar il-finanzjament tal-Inizjattiva għall-Impjieg taż-Żgħażagħ mill-2016, minħabba l-forniment minn qabel tal-pakkett finanzjarju kollu kemm hu tal-programm fl-2014 u fl-2015; jenfasizza li l-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ jeħtieġ li tkun iktar intensifikata u li l-possibilitajiet ta' finanzjament kollha għandhom jiġu kkunsidrati għal dan il-għan; ifakkar, f'dan ir-rigward, li l-2016 se tkun l-ewwel sena meta r-riżorsi taħt il-Marġini Globali għall-impenji se jkunu magħmula disponibbli, kif stabbilit fir-Regolament tal-QFP 2014-2020, 'il fuq mil-limiti massimi stabbiliti fil-QFP għas-snin 2016 sa 2020 għal għanijiet ta' politika relatati mat-tkabbir u l-impjiegi, b'mod partikolari l-impjiegi taż-żgħażagħ; jistieden lill-Kummissjoni tivverifika r-raġunijiet li kkawżaw dewmien fl-implimentazzjoni ta' dan il-programm u biex taħdem mal-Istati Membri biex jiġi żgurat li l-fond jiġi eżawrit; |
5. |
Jenfasizza l-importanza tal-mobilità transkonfinali bħala mezz biex l-Ewropa tkun tista' tieħu vantaġġ mill-varjetà ta' ħiliet tal-persuni filwaqt li tespandi l-opportunitajiet ta' taħriġ u ta' impjieg għall-ġenerazzjonijiet kollha; jikkunsidra li programmi ta' mobilità emblematiċi u ta' suċċess bħal Erasmus+ jaħdmu sabiex ikunu ta' benefiċċju kemm għall-individwi kif ukoll għall-ekonomija u għalhekk għandhom ikunu sfruttati bis-sħiħ; ifakkar, f'dan il-kuntest, li l-aspetti soċjali tal-mobilità għandhom dejjem jiġu kkunsidrati u li l-mobilità hija biss waħda mill-għodod possibbli biex jiġi miġġieled il-qgħad u m'għandhiex tkun l-aħħar għażla; |
6. |
Ifakkar li l-frodi fit-taxxi u l-evażjoni tat-taxxa għandhom effett negattiv fuq l-ekonomiji tal-Istati Membri u, sussegwentement, fuq il-baġit tal-UE; jenfasizza, b'mod partikolari, li kwalunkwe frodi relatati mal-VAT, bħal “frodi karusell”, ikollhom impatt dirett fuq id-dħul tal-UE; jitlob lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-programmi tal-UE li jikkumplimentaw l-azzjoni tal-Istati Membri f'dan il-qasam; |
7. |
Jilqa' pożittivament l-introduzzjoni ta' kriterji ta' żvilupp ekoloġiku fil-baġit tal-UE; jemmen li l-politiki tal-UE għandhom jikkontribwixxu b'mod effikaċi biex jintlaħqu l-objettivi miftiehma fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-promozzjoni tal-enerġiji rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, u l-protezzjoni tal-ambjent u l-bijodiversità; jikkunsidra li dawn jirrappreżentaw mezz ewlieni u sfidi globali fit-tul li m'għandhomx jintesew; |
Il-baġit tal-UE u l-Pjan ta' Investiment
8. |
Jilqa' bħala l-ewwel pass il-Pjan ta' Investiment ippreżentat mill-Kummissjoni, li jista' joħloq il-potenzjal li jimmobilizza EUR 315 biljun ta' investiment fl-infrastruttura, fl-edukazzjoni u r-riċerka, kif ukoll SMEs u kumpaniji ta' kapitalizzazzjoni medja, sabiex ikun ikkumpensat l-iżbilanċ fl-investiment pubbliku u privat iġġenerat mill-kriżi ekonomika u finanzjarja; jinnota li l-baġit tal-UE huwa mistenni li jipprovdi l-bażi ta' dan il-pjan ta' investiment billi jagħmel disponibbli t-EUR 8 biljun meħtieġa f'impenji u f'pagamenti għall-proviżjonament tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (EFSI); iqis li l-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE għandha tirriżulta fi qligħ sinifikanti permezz ta' effett ta' ingranaġġ akbar; jikkonferma d-disponibilità tiegħu li jeżamina bl-akbar viġilanza l-mod kif l-impenji finanzjarji tal-UE lejn il-BEI għat-twaqqif tal-EFSI huma mdaħħla fil-baġit tal-UE; |
9. |
Jenfasizza n-natura addizzjonali u kumplementari tal-Pjan ta' Investiment propost u l-baġit tal-UE kif ukoll l-impenn konġunt tagħhom biex jagħtu spinta lill-ekonomija u jistimolaw il-ħolqien tal-impjiegi; jenfasizza li l-baġit tal-UE huwa fih innifsu strument prinċipali ta' investiment bi rwol u missjoni distinti, li pproduċa riżultati tanġibbli b'valur miżjud Ewropew ċar; jinsab konvint li jeħtieġ jintuża kull sforz sabiex jinħolqu sinerġiji mhux biss bejn il-Pjan ta' Investiment u l-baġit tal-UE iżda wkoll ma' baġits nazzjonali, sabiex jitnaqqas id-distakk fl-investiment, tiġi żgurata l-konverġenza u l-istabilità fl-UE, u jiġi massimizzat l-effett tal-infiq pubbliku fuq l-ekonomija reali; jissottolinja, madankollu, l-importanza li jitneħħew l-ostakli eżistenti għall-investiment, b'mod partikolari rigward iċ-ċarezza u l-prevedibilità tal-qafas regolatorju; |
Is-solidarjetà interna u esterna u Ewropa sigura
10. |
Ifakkar li l-baġit tal-UE huwa għodda ta' solidarjetà interna peress li jappoġġa l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, jista' jgħin fil-ġlieda kontra l-faqar, jippromwovi l-inklużjoni soċjali u jgħin biex jimminimizza l-inugwaljanzi fl-iżvilupp mhux biss bejn l-Istati Membri, iżda wkoll bejn ir-reġjuni tagħhom; jenfasizza li huwa wkoll strument ta' solidarjetà esterna, li jipprovdi għajnuna urġenti fi kriżijiet umanitarji u ċivili billi joffri appoġġ lill-pajjiżi fil-bżonn – bħall-Ukraina – u billi jagħmel lill-UE l-akbar donatur ta' għajnuna għall-iżvilupp, bil-għan li jintlaħqu l-impenji tal-Unjoni għall-qerda tal-faqar, kif affermat mill-ġdid fil-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp, u jikkontribwixxi lejn l-aġenda tal-Iżvilupp Globali għal wara l-2015; |
11. |
Jinnota bi tħassib li l-Ewropa, minkejja li hija wieħed mill-iktar postijiet sikuri fid-dinja, qed tħabbat wiċċha ma' tipi ġodda ta' riskji għas-sigurtà interna tagħha li jeħtieġu li tkun żgurata kooperazzjoni u koordinament aktar mill-qrib tal-pulizija u dik ġudizzjarja, ikunu żviluppati miżuri għal integrazzjoni aħjar u koeżjoni soċjali miżjuda, u fl-istess ħin tippromwovi l-istabilità u l-paċi f'żoni ta' kunflitt; jenfasizza li sforz komuni biex jiġu trattati l-flussi migratorji jinsab f'salib it-toroq kemm tas-solidarjetà interna u kif ukoll ta' dik esterna; ifakkar fl-appoġġ tiegħu għar-rinforz ta' mezzi tal-UE u għall-iżvilupp ta' kultura ta' kondiviżjoni ġusta tal-piżijiet fost l-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mat-trattament tal-asil u l-migrazzjoni, sabiex jassigura fruntieri esterni sikuri u siguri b'rispett sħiħ lejn il-valuri fundamentali tal-UE, b'referenza partikolari għal azzjoni fil-Mediterran u fuq il-fruntiera tax-Xlokk tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi tisħiħ immirat tal-programmi u l-istrumenti rilevanti, biex b'hekk jintwera l-impenn tal-UE biex jiġu ttrattati dawn il-kwistjonijiet; |
Rispett tal-impenji
12. |
Jinsab konvint li l-baġit tal-UE ma jistax jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu mingħajr ma jissolvew b'mod definittiv u inekwivokabbli għadd ta' problemi li akkumulaw matul l-aħħar ftit snin u, li sfortunatament, iddominaw in-negozjati baġitarji tas-sena l-oħra, primarjament il-problema rikorrenti ta' fatturi mhux imħallsa fi tmiem is-sena kif ukoll il-kwistjoni tal-ibbaġitjar tal-istrumenti speċjali tal-QFP, u d-dewmien fl-implimentar tal-programmi operattivi għall-politika ta' koeżjoni; iqis li sa mhux aktar tard mill-2015 għandhom jiġu introdotti soluzzjonijiet konkreti u sostenibbli għal dawn il-kwistjonijiet pendenti; |
13. |
Jitlob li jkun hemm implimentazzjoni sħiħa tad-dikjarazzjonijiet konġunti dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament u dwar pjan ta' pagament li kien hemm qbil dwarhom bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni fi tmiem il-proċedura baġitarja tal-2015, u jqis li azzjoni bħal din għandha tindika li t-tliet istituzzjonijiet qed jaħdmu b'serjetà lejn soluzzjoni għall-problema ta' kontijiet mhux imħallsa; ifakkar fl-impenn meħud li, matul din is-sena, jiġu organizzati mill-inqas tliet laqgħat interistituzzjonali dwar il-pagamenti, sabiex isir bilanċ fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' pagamenti u tal-previżjonijiet riveduti; jistenna li l-ewwel waħda minn dawn il-laqgħat, f'Marzu 2015, tagħti l-ewwel ħarsa ġenerali lejn il-livell ta' kontijiet mhux imħallsa fit-tmiem tal-2014 għall-oqsma ta' politika ewlenin; jiddispjaċih li, kif mistenni, lejn l-aħħar tal-2014, dan il-livell laħaq l-ammont bla preċedent ta' EUR 24,7 biljun għall-programmi ta' koeżjoni 2007-2013 biss; jiddeplora l-fatt li dan id-dejn idgħajjef il-kredibilità tal-UE u jikkontradiċi l-objettivi stabbiliti fl-ogħla livell politiku għat-tkabbir u l-impjiegi; jenfasizza li l-pagamenti huma konsegwenza diretta u loġika ta' impenji tal-imgħoddi; |
14. |
Jagħti importanza kbira għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' pjan ta' pagament solidu bil-għan li jitnaqqas il-livell ta' kontijiet mhux imħallsa fi tmiem is-sena għal-livell strutturali tiegħu matul il-QFP attwali, kif iddikjarat mill-Kunsill, il-Parlament u l-Kummissjoni fid-dikjarazzjoni konġunta miftiehma fil-qafas tal-proċedura baġitarja tal-2015; ifakkar li dan il-pjan se jkun miftiehem mit-tliet istituzzjonijiet fi żmien debitu qabel il-preżentazzjoni tal-abbozz ta’ baġit 2016; iqis li l-laqgħa interistituzzjonali f'Marzu 2015 għandha tipprovdi l-opportunità biex it-tliet istituzzjonijiet jaqblu dwar dan il-pjan; |
15. |
Itenni l-pożizzjoni tiegħu, li ilu jħaddan, li l-pagamenti ta' strumenti speċjali (Strumenti ta' Flessibilità, il-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u r-Riżerva għal Għajnuna ta' Emerġenza) għandhom jiġu magħduda lil hinn mil-limiti massimi ta' ħlas tal-QFP, bħal fil-każ tal-impenji; jiddispjaċih li l-ebda ftehim ma kien possibbli matul il-proċedura baġitarja tas-sena li għaddiet minħabba l-interpretazzjoni ħażina tal-Kunsill marbuta mad-dispożizzjoni rilevanti tal-QFP; jenfasizza li l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar il-kwistjoni tista' timplika tnaqqis ulterjuri tal-QFP meta mqabbel mal-perjodu 2007-2013; jistenna li l-kwistjoni tiġi riżolta mill-Kummissjoni bl-aġġustament tekniku tal-2015 tal-Marġini Globali għall-Pagamenti; |
16. |
Ifakkar li l-aġenziji tal-UE għandhom rwol importanti fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE u fl-għanijiet bħalma huma l-kompetittività, it-tkabbir u l-impjiegi; ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Kunsill li l-aġenziji tal-UE iwettqu l-kompiti konferiti lilhom mill-awtorità leġiżlattiva u għalhekk iridu jiġu rispettati bħala partijiet importanti tal-amministrazzjoni tal-UE; jissottolinja li l-aġenziji jeħtieġu riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti biex ikunu jistgħu jwettqu l-mandati statutorji tagħhom bis-sħiħ u b'mod effikaċi; jenfasizza li aġenzija waħda tal-UE diġà ħabbret il-posponiment u t-tħassir ta' proġetti attwali bħala konsegwenza ta' tnaqqis qawwi fil-baġit u l-persunal deċiż għall-baġit tal-2015; ifakkar fl-oppożizzjoni tal-Parlament għar-riżerva ta' riallokazzjoni, u jitlob lill-Kummissjoni biex treġġa' lura l-effett tagħha meta tippreżenta l-abbozz tal-baġit 2016; |
Nimxu 'l quddiem
17. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex debitament tqis il-prijoritajiet politiċi msemmija hawn fuq hija u tistabbilixxi l-abbozz ta' baġit tagħha għall-2016 b'tali mod li l-programmi u l-azzjonijiet rilevanti tal-UE jingħataw il-mezzi meħtieġa biex jimplimentaw dawn l-għanijiet; jantiċipa, f'dan il-kuntest, reazzjoni pożittiva min-naħa tal-Kummissjoni għar-rikjesti u l-pożizzjonijiet addizzjonali espressi f'din ir-riżoluzzjoni sabiex jissolvew problemi rikorrenti u tkun iffaċilitata l-proċedura baġitarja ta' din is-sena; jistenna wkoll lill-Kummissjoni biex tipproponi livell adegwat ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fl-abbozz ta' baġit tagħha, abbażi ta' previżjonijiet u ħtiġijiet reali, sabiex tagħti lill-UE r-riżorsi biex tilħaq l-ambizzjonijiet tagħha; |
18. |
Ifakkar li skont it-Trattat, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jassiguraw li l-mezzi finanzjarji jkunu magħmulin disponibbli sabiex jippermettu li l-Unjoni tissodisfa l-obbligi ġuridiċi tagħha fir-rigward ta' partijiet terzi; jinsisti għall-użu tal-mezzi kollha disponibbli fl-ambitu tar-Regolament tal-QFP sabiex jintlaħqu l-obbligi ġuridiċi tal-Unjoni u ma jiġux ipperikolati jew imdewma l-pagamenti lill-partijiet ikkonċernati bħal riċerkaturi, universitajiet, eċċ.; |
19. |
Jitlob lill-Kunsill, fl-eżami tiegħu tal-baġit tas-sena d-dieħla, jabbanduna l-użu ta' standards doppji u jilħaq l-aspettattivi li tqajmu mid-dikjarazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tiegħu stess, kemm jekk relatati mal-kriżi tal-pagamenti, mal-QFP, mal-istrateġija Ewropa 2020 jew mat-tnedija mill-ġdid tal-investiment; iqis li tali dikjarazzjonijiet u impenji politiċi huma ineffettivi sakemm ma jingħatawx biżżejjed riżorsi baġitarji li jippermettu l-implimentazzjoni tagħhom; |
20. |
Jimpenja ruħu, fi ħdan il-limiti massimi tal-QFP u b'kunsiderazzjoni xierqa għas-skarsezza gravi ta' pagamenti, biex iwettaq ir-rwol tiegħu bħala fergħa tal-awtorità baġitarja b'dedikazzjoni u responsabilità billi jippromwovi żidiet immirati sew f'dawk l-oqsma baġitarji b'kapaċità ta' assorbiment għolja li jikkorrispondu għall-prijoritajiet politiċi tiegħu u jiggarantixxu riżultati pożittivi; biħsiebu, f'dan ir-rigward, jeżamina, bl-għajnuna tal-kumitati speċjalizzati tiegħu, il-programmi u l-linji baġitarji speċifiċi li jistgħu jiksbu aħjar dan l-objettiv; |
21. |
Jenfasizza li l-baġit 2016 se jkun kruċjali, mhux biss minħabba li l-2016 se tkun l-ewwel sena ta' implimentazzjoni tad-dispożizzjoni l-ġdida tal-QFP dwar il-marġini globali għall-impenji, iżda wkoll minħabba li għandu jservi bħala l-punt ta' riferiment għar-rieżami u r-reviżjoni postelettorali tal-QFP, li għandha titnieda qabel tmiem l-2016; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu stabbiliti prijoritajiet politiċi u jiġu identifikati fi żmien utli oqsma ta' valur miżjud pruvat tan-nefqa tal-UE u li għalihom aktar investimenti se jkunu meħtieġa fit-tieni nofs tal-QFP 2014-2020; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza ta' monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni u l-prestazzjoni ta' programmi fundamentali tal-UE, diġà matul il-proċedura attwali tal-baġit; |
22. |
Jerġa' jafferma l-pożizzjoni tiegħu favur riforma profonda tas-sistema ta' riżorsi proprji tal-UE, li attwalment turi nuqqasijiet li qed jikkawżaw ostakli gravi fin-negozjati baġitarji; jagħti, għaldaqstant, l-ogħla importanza politika lill-ħidma tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-riżorsi proprji, taħt il-Presidenza ta' Mario Monti; jilqa' b'sodisfazzjon “l-ewwel rapport ta' valutazzjoni” tal-Grupp ta' Livell Għoli, li jipproponi li l-kwistjoni ta' riżorsi proprji għall-baġit tal-UE għandha tiġi eżaminata mill-iktar perspettivi possibbli, u jistenna bil-ħerqa r-riżultat tal-ħidma tiegħu u l-proposti finali li għandhom jiġu ppreżentati f'konferenza interistituzzjonali, bil-parteċipazzjoni tal-parlamenti nazzjonali, matul l-2016, u kkunsidrat fil-kuntest ta' rieżami u ta' reviżjoni postelettorali tal-QFP; |
o
o o
23. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri. |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) Testi adottati, P8_TA(2014)0100.