ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 296

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
16 ta' Awwissu 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 296/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 296/02

Il-metodu ta’ nomina tal-Imħallef li jissostitwixxi Mħallef impedit

2

2016/C 296/03

Kompożizzjoni tal-Awla Manja

2

2016/C 296/04

Kriterji ta’ assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2016/C 296/05

Kawża C-608/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 – Compañía Española de Petróleos (CEPSA), SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Akkordji — Artikolu 81 KE — Suq Spanjol tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq — Tqassim tas-suq u koordinazzjoni tal-prezzijiet — Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea — Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Kummissjoni Ewropea — Appell dwar l-ispejjeż)

4

2016/C 296/06

Kawża C-616/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 – Productos Asfálticos (PROAS), SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Akkordji — Artikolu 81 KE — Suq Spanjol tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq — Tqassim tas-suq u koordinazzjoni tal-prezzijiet — Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea — Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Kummissjoni Ewropea — Appell dwar l-ispejjeż)

4

2016/C 296/07

Kawża C-617/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 – Repsol Lubricantes y Especialidades, SA, li kienet Repsol Lubricantes YPF y Especialidades, SA, Repsol Petróleo, SA, Repsol, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Artikolu 81 KE — Akkordji — Suq Spanjol tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq — Tqassim tas-suq u koordinazzjoni tal-prezzijiet — Avviż dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (2002) — L-aħħar paragrafu tal-punt 23(b) — Immunità parzjali mill-multa — Provi relatati ma’ fatti preċedentement injorati mill-Kummissjoni Ewropea)

5

2016/C 296/08

Kawża C-287/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gyulai Törvényszék – l-Ungerija) – Eurospeed Ltd vs Szegedi Törvényszék (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport bit-triq — Regolament (KE) Nru 561/2006 — Responsabbiltà tas-sewwieq għall-ksur tal-obbligu ta’ użu ta’ takigrafu)

5

2016/C 296/09

Kawża C-332/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Wolfgang und Dr. Wilfried Rey Grundstücksgemeinschaft GbR vs Finanzamt Krefeld [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 77/388/KEE — It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) — Kamp ta’ applikazzjoni — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Oġġetti u servizzi użati kemm għat-tranżazzjonijiet taxxabbli kif ukoll għat-tranżazzjonijiet eżentati (oġġetti u servizzi għal użu mħallat) — Determinazzjoni tal-assenjazzjoni tal-oġġetti u tas-servizzi akkwistati għall-kostruzzjoni, għall-użu, għall-konservazzjoni u għall-manutenzjoni ta’ proprjetà immobbli li sservi, parzjalment, sabiex jitwettqu tranżazzjonijiet li jagħtu dritt għal tnaqqis u, parzjalment, tranżazzjonijiet li ma jagħtux dritt għal tnaqqis — Emenda tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-modalitajiet ta’ kalkolu tal-proporzjon ta’ tnaqqis — Artikolu 20 — Aġġustament tat-tnaqqis — Ċertezza legali — Aspettattivi leġittimi]

6

2016/C 296/10

Kawża C-470/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Entidad de Gestión de Derechos de los Productores Audiovisuales (EGEDA), Derechos de Autor de Medios Audiovisuales (DAMA), Visual Entidad de Gestión de Artistas Plásticos (VEGAP) vs Administración del Estado, Asociación Multisectorial de Empresas de la Electrónica, las Tecnologías de la Información y la Comunicación, de las Telecomunicaciones y de los contenidos Digitales (AMETIC) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali u industrijali — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29/KE — Artikolu 5(2)(b) — Dritt ta’ riproduzzjoni — Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet — Kopja privata — Kumpens ġust — Finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Istat — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet)

7

2016/C 296/11

Kawża C-479/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Sabine Hünnebeck vs Finanzamt Krefeld Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-kapital — Artikoli 63 u 65 TFUE — Taxxa fuq id-donazzjonijiet — Donazzjoni ta’ immobbli li jinsab fit-territorju nazzjonali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal tnaqqis ta’ taxxa iktar għoli għal persuni residenti milli għal persuni mhux residenti — Eżistenza ta’ sistema fakultattiva li tippermetti lil kull persuna ddomiċiljata fi Stat Membru tal-Unjoni li tibbenifika mit-tnaqqis iktar għoli

8

2016/C 296/12

Kawża C-481/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Jørn Hansson vs Jungpflanzen Grünewald GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali u industrijali — Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti — Regolament (KE) Nru 2100/94 — Ksur — Kumpens raġonevoli — Kumpens għad-dannu sostnut — Spejjeż ġudizzjarji u spejjeż extraġudizzjarji)

9

2016/C 296/13

Kawża C-586/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – Vasile Budișan vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Cluj (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxi interni — Artikolu 110 TFUE — Taxxa miġbura minn Stat Membru fuq il-karozzi waqt l-ewwel reġistrazzjoni jew l-ewwel trasferiment tad-dritt ta’ proprjetà — Newtralità fiskali bejn il-karozzi użati minn Stati Membri oħra u l-karozzi simili disponibbli fis-suq nazzjonali)

10

2016/C 296/14

Kawża C-25/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Budapest Környéki Törvényszék – l-Ungerija) – proċedura li nfetħet kontra István Balogh (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni — Direttiva 2010/64/UE — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ proċedura penali — Proċedura prevista minn Stat Membru, intiża għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni f’materji kriminali mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru ieħor u għar-reġistrazzjoni fir-rekord kriminali tal-kundanna deċiża minn din il-qorti — Spejjeż marbuta mat-traduzzjoni ta’ din id-deċiżjoni — Deċiżjoni qafas 2009/315/ĠAI — Deċiżjoni 2009/316/ĠAI)

10

2016/C 296/15

Kawża C-47/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Sélina Affum vs Préfet du Pas-de-Calais, Procureur général de la Cour d’appel de Douai (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2008/115/KE — Standards u proċeduri komuni għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment — Arrest preventiv — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ dħul irregolari, piena ta’ priġunerija — Sitwazzjoni ta’ tranżitu — Arranġament ta’ ammissjoni mill-ġdid multilaterali)

11

2016/C 296/16

Kawża C-63/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats ’s-Hertogenbosch – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Mehrdad Ghezelbash vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (UE) Nru 604/2013 — Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ applikazzjoni għall-ażil ippreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz — Artikolu 12 — Ħruġ ta’ permessi ta’ residenza jew ta’ viżi — Artikolu 27 — Rimedju ġudizzjarju — Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju)

12

2016/C 296/17

Kawża C-69/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Nutrivet D.O.O.E.L. vs Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Skart — Trasporti — Regolament (KE) Nru 1013/2006 — Artikolu 2(35)(g)(iii) — Trasport illegali — Informazzjoni żbaljata jew mhux koerenti inserita fid-dokument inkluż fl-Anness VII ta’ dan ir-regolament — Artikolu 50(1) — Sanzjonijiet applikabbli f’każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament — Proporzjonalità

13

2016/C 296/18

Kawża C-155/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammarrätten i Stockholm – Migrationsöverdomstolen – l-Isvezja) – George Karim vs Migrationsverket (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (UE) Nru 604/1013 — Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ applikazzjoni għal ażil imressqa f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz — Artikolu 18 — Teħid ta’ responsabbiltà għal applikant ta’ ażil li t-talba tiegħu tkun għadha qed tiġi eżaminata — Artikolu 19 — Tmiem tar-responsabbiltà — Assenza mit-territorju tal-Istati Membri matul mill-inqas tliet xhur — Proċedura ġdida għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli — Artikolu 27 — Rimedju ġudizzjarju — Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju)

14

2016/C 296/19

Kawża C-158/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Elektriciteits Produktiemaatschappij Zuid-Nederland EPZ NV vs Bestuur van de Nederlandse Emissieautoriteit Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tniġġis atmosferiku — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra — Direttiva 2003/87/KE — Kunċett ta’ installazzjoni — Inklużjoni tas-sit tal-ħażna tal-kombustibbli — Regolament (UE) Nru 601/2012 — Kunċett ta’ kombustibbli esportat mill-installazzjoni

14

2016/C 296/20

Kawża C-288/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München – il-Ġermanja) – Medical Imaging Systems GmbH (MIS) vs Hauptzollamt München (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KEE) Nru 2658/87 — Tariffa doganali komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Subintestatura 6211 3310 00 0 — Fradal — Kowt għall-protezzjoni mir-radjazzjoni)

15

2016/C 296/21

Kawżi Magħquda C-333/15 u C-334/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – María del Pilar Planes Bresco vs Comunidad Autónoma de Aragón (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika agrikola komuni — Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll dwar ċerti skemi ta’ għajnuna — Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Skema ta’ pagament uniku — Artikoli 43 u 44 — Drittijiet għall-pagament ibbażati fuq iż-żoni — Ettari eliġibbli għall-benefiċċju tal-għajnuna għaż-żona — Mergħat permanenti — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eliġibbiltà taż-żoni ta’ mergħat permanenti li jeċċedu ż-żoni għall-għalf inizjalment meħuda inkunsiderazzjoni għall-istabbiliment tad-drittijiet għall-pagament għal kundizzjonijiet ta’ użu għall-bżonnijiet ta’ trobbija li huma proprji għar-razzett)

16

2016/C 296/22

Kawżi magħquda C-78/16 u C-79/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Giovanni Pesce et (C-78/16), Cesare Serinelli et (C-79/16) vs Presidenza del Consiglio dei Ministri (C-79/16) Presidenza del Consiglio dei Ministri – Dipartimento della Protezione Civile, Commissario Delegato Per Fronteggiare il Rischio Fitosanitario Connesso alla Diffusione della Xylella nel Territorio della Regione Puglia, Ministero delle Politiche Agricole Alimentari e Forestali, Regione Puglia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni sanitarja tal-pjanti — Direttiva 2000/29/KE — Protezzjoni kontra l-introduzzjoni u t-tixrid ġewwa l-Unjoni Ewropea ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għal prodotti tal-pjanti — Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2015/789 — Miżuri intiżi li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tax-Xylella fastidiosa (Wells et Raju) — Artikolu 6(2)(a) — Obbligu tat-tneħħija minnufih tal-pjanti ospitanti, irrispettivament mill-istat sanitarju tagħhom, f’raġġ ta’ 100 metru madwar il-pjanti infettati — Validità — L-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2000/29 — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Prinċipju ta’ prekawzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dritt għal kumpens)

17

2016/C 296/23

Kawża C-182/16 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2016 minn Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-4 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-247/14, Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

18

2016/C 296/24

Kawża C-254/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-3 ta’ Mejju 2016 – Glencore Grain Hungary Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

19

2016/C 296/25

Kawża C-284/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Mejju 2016 – Ir-Repubblika Slovakka vs Achmea BV

19

2016/C 296/26

Kawża C-286/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fit-23 ta’ Mejju 2016 – SC Exmitiani SRL vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Cluj

20

2016/C 296/27

Kawża C-294/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia (il-Polonja) fil-25 ta’ Mejju 2016 – Proċeduri kriminali kontra J.Z.

21

2016/C 296/28

Kawża C-315/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (L-Ungerija) fit-2 ta’ Ġunju 2016 – József Lingurár vs Miniszterelnökséget vezető miniszter

21

2016/C 296/29

Kawża C-320/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Lille (Franza) fis-6 ta’ Ġunju 2016 – proċeduri kriminali kontra Uber France SAS

22

2016/C 296/30

Kawża C-329/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-13 ta’ Ġunju 2016 – Syndicat national de l’industrie des technologies médicales (SNITEM), Philips France vs Premier ministre, Ministre des Affaires sociales et de la Santé

22

2016/C 296/31

Kawża C-335/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Općinski sud u Velikoj Gorici (il-Kroazja) fil-15 ta’ Ġunju 2016 – VG Čistoća d.o.o. vs Đuro Vladika u Ljubica Vladika

23

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 296/32

Kawża T-299/16: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2016 – Scheffler vs EUIPO – Doc Generici (docfauna)

24

2016/C 296/33

Kawża T-303/16: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2016 – Novartis Europharm vs Il-Kummissjoni

24

2016/C 296/34

Kawża T-304/16: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2016 – bet365 Group vs EUIPO – Hansen (BET365)

25

2016/C 296/35

Kawża T-306/16: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2016 – Gamet vs EUIPO – Metal-Bud Robert Gubała (pum ta’ bieb)

26

2016/C 296/36

Kawża T-309/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2016 — Cafés Pont vs EUIPO — Giordano Vini (Art’s Café)

27

2016/C 296/37

Kawża T-320/16: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2016 – Make up for ever vs EUIPO – L’Oréal (MAKE UP FOR EVER)

28

2016/C 296/38

Kawża T-321/16: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2016 – Ansell Healthcare Europe vs Il-Kummissjoni

29

2016/C 296/39

Kawża T-323/16: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2016 – Banco Cooperativo Español vs BUR

30

2016/C 296/40

Kawża T-330/16: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2016 – Hello Media vs EUIPO — Hola (#hello digitalmente diferentes)

31

2016/C 296/41

Kawża T-331/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2016 – Hello Media vs EUIPO – Hola (#hello media group)

32

2016/C 296/42

Kawża T-332/16: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2016 – Colgate-Palmolive vs EUIPO (360o)

32

2016/C 296/43

Kawża T-333/16: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2016 – Colgate-Palmolive vs EUIPO (360o)

33

2016/C 296/44

Kawża T-335/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2016 – Esko-Graphics vs Il-Kummissjoni

34

2016/C 296/45

Kawża T-336/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2016 – Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo vs EUIPO – Gianni Versace (VERSACE 19.69 ABBIGLIAMENTO SPORTIVO)

35

2016/C 296/46

Kawża T-337/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2016 – Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo vs EUIPO – Gianni Versace (VERSACCINO)

36

2016/C 296/47

Kawża T-343/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2016 – Trane vs Il-Kummissjoni

37

2016/C 296/48

Kawża T-347/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2016 – Inox Mare vs Il-Kummissjoni

38

2016/C 296/49

Kawża T-348/16: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2016 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA)

39

2016/C 296/50

Kawża T-350/16: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2016 – Kinepolis Group vs Il-Kummissjoni

39

2016/C 296/51

Kawża T-355/16: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2016 – adp Gauselmann vs EUIPO (MULTI FRUITS)

40

2016/C 296/52

Kawża T-357/16: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2016 – Punch Powertrain vs Il-Kummissjoni

41

2016/C 296/53

Kawża T-359/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2016 – Axel Springer vs EUIPO – Stiftung Warentest (TestBild)

42

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2016/C 296/54

Kawża F-69/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 – Kaufmann vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Sigurtà soċjali — Skema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard — Servizzi ta’ assistenti mediċi — Awtorizzazzjoni minn qabel — Kundizzjonijiet — Obbligu tal-użu tas-servizzi ta’ fornituri ta’ servizz legalment awtorizzati li jipprovdu servizzi ta’ assistenti mediċi jew servizzi ta’ nursing — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Dmir ta' premura — Limiti — Rikors manifestament infondat fid-dritt — Ordni indirizzata lill-amministrazzjoni — Inammissibbiltà manifesta — Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura)

44

2016/C 296/55

Kawża F-26/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2016 – ZZ vs eu-LISA u Il-Kummissjoni

44

2016/C 296/56

Kawża F-27/16: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2016 – ZZ vs EASA

45

2016/C 296/57

Kawża F-28/16: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

45

2016/C 296/58

Kawża F-30/16: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2016 – ZZ et vs BEI

46

2016/C 296/59

Kawża F-31/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2016 – ZZ vs CEDEFOP

47

2016/C 296/60

Kawża F-32/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2016 – ZZ vs ECDC

47

2016/C 296/61

Kawża F-33/16: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2016 – ZZ vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

48


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 296/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 287, 8.8.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 279, 1.8.2016

ĠU C 270, 25.7.2016

ĠU C 260, 18.7.2016

ĠU C 251, 11.7.2016

ĠU C 243, 4.7.2016

ĠU C 232, 27.6.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti Ġenerali

16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/2


Il-metodu ta’ nomina tal-Imħallef li jissostitwixxi Mħallef impedit

(2016/C 296/02)

Fit-13 ta’ Lulju 2016, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, b’effett mill-20 ta’ Settembru 2016, fil-każijiet ta’ impediment previsti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 17(2) u fit-tieni sentenza tal-Artikolu 24(2) tar-Regoli tal-Proċedura rispettivament, il-President għandu jinnomina lill-Viċi President sabiex jissostitwixxi l-Imħallef impedit.

Fil-każ ta’ impediment tal-Viċi President, il-President tal-Qorti Ġenerali għandu jinnomina l-Imħallef li jissostitwixxi l-Imħallef impedit skont l-ordni stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura, bl-eċċezzjoni tal-Presidenti ta’ Awla. Madankollu, sabiex jiġi żgurat tqassim ibbilanċjat tax-xogħol, il-President tal-Qorti Ġenerali jista’ jidderoga minn dan l-ordni.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/2


Kompożizzjoni tal-Awla Manja

(2016/C 296/03)

Fit-13 ta’ Lulju 2016, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, għall-perijodu bejn l-20 ta’ Settembru 2016 u l-31 ta’ Awwissu 2019 u konformement mal-Artikolu 15(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-ħmistax-il Imħallef li jifformaw l-Awla Manja huma l-President tal-Qorti Ġenerali, il-Viċi President, id-disa’ Presidenti ta’ Awla, iż-żewġ Imħallfin sedenti fil-kulleġġ ġudikanti bi tliet Imħallfin li lilu kienet ġiet assenjata l-kawża inizjalment u ż-żewġ Imħallfin meħtieġa sabiex jikkompletaw dan il-kulleġġ ġudikanti bi tliet Imħallfin li kieku l-kawża kienet ġiet assenjata lil awla komposta minn ħames Imħallfin.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/2


Kriterji ta’ assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli

(2016/C 296/04)

Waqt il-Konferenza Plenarja tagħha tal-11 ta’ Mejju 2016, il-Qorti Ġenerali, konformement mal-Artikolu 25 tar-Regoli tal-Proċedura, stabbilixxiet il-kriterji għall-assenzjazzjoni tal-kawżi lill-awli kif ġej:

1.

L-appelli mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandhom jiġu assenjati mill-iktar fis possibbli wara l-preżentata tar-rikors, bla ħsara għal applikazzjoni sussegwenti tal-Artikolu 28 tar-Regoli tal-Proċedura, lill-Awla tal-Appell komposta mill-membri ta’ din l-awla li ser ikunu għadhom jokkupaw il-kariga tagħhom wara d-19 ta’ Settembru 2016, irrispettivament mill-funzjoni tagħhom ta’ President, ta’ Viċi President jew ta’ President ta’ Awla.

2.

Il-kawżi għajr dawk previsti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu assenjati mill-iktar fis possibbli wara l-preżentata tar-rikors, bla ħsara għal applikazzjoni sussegwenti tal-Artikolu 28 tar-Regoli tal-Proċedura, lill-awli komposti minn tliet Imħallfin.

Il-kawżi previsti f’dan il-paragrafu għandhom jitqassmu bejn l-awli skont sistema ta’ rotazzjoni ta’ erba’ kategoriji distinti stabbiliti abbażi tal-ordni ta’ reġistrazzjoni tal-kawżi fir-Reġistru:

għall-kawżi li jirrigwardaw l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u tar-regoli dwar il-miżuri ta’ difiża kummerċjali;

għall-kawżi li jirrigwardaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali previsti fit-Titolu IV tar-Regoli tal-Proċedura;

għall-kawżi tas-servizz pubbliku;

għall-kawżi l-oħra kollha.

Il-President tal-Qorti Ġenerali jista’ jidderoga minn din is-sistema ta’ rotazzjoni sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-konnessjoni ta’ ċerti kawżi jew sabiex jiżgura tqassim ibbilanċjat tax-xogħol.

Fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, meħuda waqt il-Konferenza Plenarja tagħha tal-15 ta’ Ġunju 2016, dwar l-iżvolġiment tal-attività tal-Qorti Ġenerali bejn l-1 u d-19 ta’ Settembru 2016 (ĠU 2016, C 270, p. 2) li tipprevedi li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar il-kriterji ta’ assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli (ĠU 2013, C 313, p. 4) ser tkompli tapplika bejn l-1 u d-19 ta’ Settembru 2016, il-kriterji għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli stabbiliti hawn fuq għandhom japplikaw għall-perijodu bejn l-20 ta’ Settembru 2016 u l-31 ta’ Awwissu 2019.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 – Compañía Española de Petróleos (CEPSA), SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-608/13 P) (1)

((Appell - Akkordji - Artikolu 81 KE - Suq Spanjol tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Tqassim tas-suq u koordinazzjoni tal-prezzijiet - Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Kummissjoni Ewropea - Appell dwar l-ispejjeż))

(2016/C 296/05)

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Compañía Española de Petróleos (CEPSA), SA (rappreżentanti: O. Armengol i Gasull u J.M. Rodríguez Cárcamo, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes u F. Castillo de la Torre, assistiti minn J. Rivas Andrés, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Compañía Española de Petróleos (CEPSA) SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 24, 25.1.2014.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 – Productos Asfálticos (PROAS), SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-616/13 P) (1)

((Appell - Akkordji - Artikolu 81 KE - Suq Spanjol tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Tqassim tas-suq u koordinazzjoni tal-prezzijiet - Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Kummissjoni Ewropea - Appell dwar l-ispejjeż))

(2016/C 296/06)

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Productos Asfálticos (PROAS), SA (rappreżentanti: C. Fernández Vicién, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes u F. Castillo de la Torre, assistiti minn J. Rivas Andrés, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Productos Asfálticos (PROAS) SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 24, 25.1.2014.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 – Repsol Lubricantes y Especialidades, SA, li kienet Repsol Lubricantes YPF y Especialidades, SA, Repsol Petróleo, SA, Repsol, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-617/13 P) (1)

((Appell - Artikolu 81 KE - Akkordji - Suq Spanjol tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Tqassim tas-suq u koordinazzjoni tal-prezzijiet - Avviż dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (2002) - L-aħħar paragrafu tal-punt 23(b) - Immunità parzjali mill-multa - Provi relatati ma’ fatti preċedentement injorati mill-Kummissjoni Ewropea))

(2016/C 296/07)

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Repsol Lubricantes y Especialidades, SA, li kienet Repsol Lubricantes YPF y Especialidades, SA, Repsol Petróleo, SA, Repsol, SA (rappreżentanti: L. Ortiz Blanco, J. Buendía Sierra, M. Muñoz de Juan, Á. Givaja Sanz, A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes u F. Castillo de la Torre, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Repsol Lubricantes y Especialidades SA, Repsol Petróleo SA u Repsol SA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 24, 25.1.2014.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gyulai Törvényszék – l-Ungerija) – Eurospeed Ltd vs Szegedi Törvényszék

(Kawża C-287/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bit-triq - Regolament (KE) Nru 561/2006 - Responsabbiltà tas-sewwieq għall-ksur tal-obbligu ta’ użu ta’ takigrafu))

(2016/C 296/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Gyulai Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eurospeed Ltd

Konvenut: Szegedi Törvényszék

Dispożittiv

Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, minflok jew minbarra l-impriża tat-trasport li timpjega lis-sewwieq, iżżomm lis-sewwieq responsabbli għall-ksur ta’ dan ir-regolament li huwa stess ikun wettaq.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Wolfgang und Dr. Wilfried Rey Grundstücksgemeinschaft GbR vs Finanzamt Krefeld

(Kawża C-332/14) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 77/388/KEE - It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) - Kamp ta’ applikazzjoni - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Oġġetti u servizzi użati kemm għat-tranżazzjonijiet taxxabbli kif ukoll għat-tranżazzjonijiet eżentati (oġġetti u servizzi għal użu mħallat) - Determinazzjoni tal-assenjazzjoni tal-oġġetti u tas-servizzi akkwistati għall-kostruzzjoni, għall-użu, għall-konservazzjoni u għall-manutenzjoni ta’ proprjetà immobbli li sservi, parzjalment, sabiex jitwettqu tranżazzjonijiet li jagħtu dritt għal tnaqqis u, parzjalment, tranżazzjonijiet li ma jagħtux dritt għal tnaqqis - Emenda tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-modalitajiet ta’ kalkolu tal-proporzjon ta’ tnaqqis - Artikolu 20 - Aġġustament tat-tnaqqis - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi])

(2016/C 296/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wolfgang und Dr. Wilfried Rey Grundstücksgemeinschaft GbR

Konvenut: Finanzamt Krefeld

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-10 ta’ April 1995, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-ipoteżi fejn tintuża proprjetà immobbli, sabiex jitwettqu ċerti tranżazzjonijiet tal-output li jagħtu dritt għal tnaqqis u oħrajn li ma jagħtux dritt għal tnaqqis, l-Istati Membri ma humiex obbligati li jistipulaw li l-oġġetti u s-servizzi tal-input użati, għall-kostruzzjoni, għall-akkwist, għall-użu, għall-konservazzjoni jew għall-manutenzjoni ta’ din il-proprjetà immobbli jiġu, fl-ewwel lok, assenjati għal dawn it-tranżazzjonijiet differenti, meta tali assenjazzjoni diffiċilment titwettaq, sabiex, fit-tieni lok, huwa biss id-dritt għal tnaqqis dovut fir-rigward ta’ dawk tal-oġġetti u tas-servizzi li jintużaw kemm għal ċerti tranżazzjonijiet li jagħtu dritt għal tnaqqis kif ukoll għal oħrajn li ma jagħtux dritt għal tnaqqis li jiġi stabbilit permezz ta’ kriterju ta’ tqassim skont id-dħul mill-bejgħ jew, bil-kundizzjoni li dan il-metodu jiggarantixxi determinazzjoni iktar preċiża tal-proporzjon ta’ tnaqqis, skont is-superfiċji.

2)

L-Artikolu 20 tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendat bid-Direttiva 95/7, għandu jiġi interpretat fis-sens li jeħtieġ li jsir l-aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud imwettaq skont oġġetti jew servizzi li jaqgħu taħt l-Artikolu 17(5) ta’ din id-direttiva, wara l-adozzjoni, li seħħet matul il-perijodu ta’ aġġustament ikkunsidrat, ta’ kriterju ta’ tqassim ta’ din it-taxxa użat għall-kalkolu ta’ dan it-tnaqqis li jidderoga mill-metodu ta’ determinazzjoni tad-dritt għal tnaqqis previst mill-istess direttiva.

3)

Il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli li ma tistabbilixxix espressament aġġustament, fis-sens tal-Artikolu 20 tas-Sitt Direttiva, kif emendata bid-Direttiva 95/7, tat-taxxa tal-input imħallsa, wara l-modifika tal-kriterju ta’ tqassim tat-taxxa fuq il-valur miżjud użat għall-kalkolu ta’ ċertu tnaqqis, u lanqas ma tipprevedi sistema tranżitorja minkejja li t-tqassim tat-taxxa tal-input imħallsa mwettaq mill-persuna taxxabbli skont il-kriterju ta’ tqassim applikabbli qabel din il-modifika kien ġie rrikonoxxut ġeneralment bħala raġonevoli mill-qorti suprema.


(1)  ĠU C 329, 22.9.2014.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Entidad de Gestión de Derechos de los Productores Audiovisuales (EGEDA), Derechos de Autor de Medios Audiovisuales (DAMA), Visual Entidad de Gestión de Artistas Plásticos (VEGAP) vs Administración del Estado, Asociación Multisectorial de Empresas de la Electrónica, las Tecnologías de la Información y la Comunicación, de las Telecomunicaciones y de los contenidos Digitales (AMETIC)

(Kawża C-470/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali u industrijali - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 5(2)(b) - Dritt ta’ riproduzzjoni - Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet - Kopja privata - Kumpens ġust - Finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Istat - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet))

(2016/C 296/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Entidad de Gestión de Derechos de los Productores Audiovisuales (EGEDA), Derechos de Autor de Medios Audiovisuales (DAMA), Visual Entidad de Gestión de Artistas Plásticos (VEGAP)

Konvenuti: Administración del Estado, Asociación Multisectorial de Empresas de la Electrónica, las Tecnologías de la Información y la Comunicación, de las Telecomunicaciones y de los contenidos Digitales (AMETIC)

fil-preżenza ta’: Artistas Intérpretes, Sociedad de Gestión (AISGE), Centro Español de Derechos Reprográficos (CEDRO), Asociación de Gestión de Derechos Intelectuales (AGEDI), Entidad de Gestión, Artistas, Intérpretes o Ejecutantes, Sociedad de Gestión de España (AIE), Sociedad General de Autores y Editores (SGAE)

Dispożittiv

L-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sistema ta’ kumpens ġust għal kopja privata li, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija ffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Istat, b’mod li ma huwiex possibbli li jiġi ggarantit li l-ispiża ta’ dan il-kumpens ġust tiġi sostnuta mill-utenti ta’ kopji privati.


(1)  ĠU C 7, 12.1.2015.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Sabine Hünnebeck vs Finanzamt Krefeld

(Kawża C-479/14) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 63 u 65 TFUE - Taxxa fuq id-donazzjonijiet - Donazzjoni ta’ immobbli li jinsab fit-territorju nazzjonali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal tnaqqis ta’ taxxa iktar għoli għal persuni residenti milli għal persuni mhux residenti - Eżistenza ta’ sistema fakultattiva li tippermetti lil kull persuna ddomiċiljata fi Stat Membru tal-Unjoni li tibbenifika mit-tnaqqis iktar għoli)

(2016/C 296/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sabine Hünnebeck

Konvenut: Finanzamt Krefeld

Dispożittiv

L-Artikoli 63 u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, għad-donazzjonijiet bejn persuni mhux residenti, fl-assenza ta’ talba speċifika mill-benefiċjarju, l-użu ta’ metodu ta’ kalkolu tat-taxxa bl-applikazzjoni ta’ tnaqqis fiskali iżgħar. Dawn l-artikoli jipprekludu wkoll, u fi kwalunkwe każ, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fuq it-talba ta’ tali benefiċjarju, l-użu ta’ metodu ta’ kalkolu tat-taxxa bl-applikazzjoni tat-tnaqqis ogħla prevalenti għad-donazzjonijiet li fihom tal-inqas parti waħda tkun residenti, billi l-eżerċizzju ta’ din l-għażla mill-benefiċjarju mhux residenti jimplika t-totalizzazzjoni, għall-finijiet tal-kalkolu tat-taxxa dovuta fuq il-bażi tad-donazzjoni kkonċernata, tad-donazzjonijiet kollha rċevuti minn dan id-donatarju mingħand l-istess persuna matul l-għaxar snin ta’ qabel u l-għaxar snin ta’ wara din id-donazzjoni.


(1)  ĠU C 34, 2.2.2015


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Jørn Hansson vs Jungpflanzen Grünewald GmbH

(Kawża C-481/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali u industrijali - Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti - Regolament (KE) Nru 2100/94 - Ksur - Kumpens raġonevoli - Kumpens għad-dannu sostnut - Spejjeż ġudizzjarji u spejjeż extraġudizzjarji))

(2016/C 296/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jørn Hansson

Konvenuta: Jungpflanzen Grünewald GmbH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 94 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt għal kumpens li huwa jirrikonoxxi lid-detentur ta’ varjetà ta’ pjanta protetta suġġetta għal ksur jestendi għad-dannu kollu sostnut minn dan tal-aħħar, mingħajr ma’ dan l-artikolu jista’ jservi bħala bażi għall-impożizzjoni ta’ suppliment b’rata fissa għall-ksur lanqas speċifikament għall-ħlas lura ta’ qligħ u ta’ benefiċċji miksuba mill-awtur tal-ksur.

2)

Il-kunċett ta’ “kumpens raġonevoli”, previst fl-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2100/94, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri, minbarra l-ħlas tat-tariffa solita li tkun dovuta għall-produzzjoni b’liċenzja, id-danni kollha marbuta mal-assenza ta’ ħlas ta’ din it-tariffa, li jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, il-ħlas ta’ interessi moratorji. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika ċ-ċirkustanzi li jirrikjedu żieda fl-imsemmija tariffa, meta huwa magħruf li kull waħda minnhom tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni darba biss għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-ammont ta’ kumpens raġonevoli.

3)

L-Artikolu 94(2) tar-Regolament Nru 2100/94 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ammont tad-dannu msemmi f’din id-dispożizzjoni għandu jiġi stabbiliti skont elementi konkreti mressqa f’dan ir-rigward mid-detentur tal-varjetà suġġetta għal ksur, jekk ikun meħtieġ permezz ta’ metodu b’rata fissa jekk l-imsemmija elementi ma humiex kwantifikabbli. Din id-dispożizzjoni ma tipprekludix li l-ispejjeż sostnuti fil-kuntest ta’ proċeduri għal miżuri provviżorji ma jidħlux fl-evalwazzjoni ta’ dan id-dannu lanqas li l-ispejjeż extraġudizzjarji involuti fil-kuntest tal-proċeduri fil-mertu ma jittiħdux inkunsiderazzjoni. L-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn l-ispejjeż hija, madankollu, suġġetta għall-kundizzjoni li l-ammont tal-ispejjeż ġudizzjarji li jistgħu jiġu allokati lill-vittima tal-ksur ma huwiex tali li jista’ jiddisswadiha milli tasserixxi d-drittijiet tagħha fil-qorti, minħabba l-ammonti li jifdal a spejjeż tagħha bħala spejjeż extraġudizzjarji minfuqa kif ukoll l-utilità tagħhom għall-azzjoni prinċipali għal kumpens.


(1)  ĠU C 34, 02.02.2015


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – Vasile Budișan vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Cluj

(Kawża C-586/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxi interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa miġbura minn Stat Membru fuq il-karozzi waqt l-ewwel reġistrazzjoni jew l-ewwel trasferiment tad-dritt ta’ proprjetà - Newtralità fiskali bejn il-karozzi użati minn Stati Membri oħra u l-karozzi simili disponibbli fis-suq nazzjonali))

(2016/C 296/13)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vasile Budișan

Konvenuta: Administrația Județeană a Finanțelor Publice Cluj

Dispożittiv

L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens:

li ma jipprekludix li Stat Membru jistabbilixxi taxxa fuq il-karozzi imposta fuq il-karozzi użati li jiġu importati mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom f’dan l-Istat Membru u l-karozzi diġà rreġistrati fl-imsemmi Stat Membru mal-ewwel trasferiment f’dan l-istess Stat Membru tad-dritt ta’ proprjetà fuq dawn tal-aħħar,

li jipprekludi li dan l-Istat Membru jeżenta minn din it-taxxa l-karozzi diġà rreġistrati li fir-rigward tagħhom tħallset iżda ma tħallsitx lura taxxa preċedentement fis-seħħ li ġiet iddikjarata inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 107, 30.3.2015


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Budapest Környéki Törvényszék – l-Ungerija) – proċedura li nfetħet kontra István Balogh

(Kawża C-25/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni - Direttiva 2010/64/UE - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “proċedura penali” - Proċedura prevista minn Stat Membru, intiża għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni f’materji kriminali mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru ieħor u għar-reġistrazzjoni fir-rekord kriminali tal-kundanna deċiża minn din il-qorti - Spejjeż marbuta mat-traduzzjoni ta’ din id-deċiżjoni - Deċiżjoni qafas 2009/315/ĠAI - Deċiżjoni 2009/316/ĠAI))

(2016/C 296/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budapest Környéki Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

István Balogh

Dispożittiv

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 2010, dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-direttiva ma tapplikax għal proċedura speċjali nazzjonali ta’ rikonoxximent mill-imħallef ta’ Stat Membru ta’ deċiżjoni ġudizzjarja definittiva mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru ieħor li tikkundanna lil persuna għat-twettieq ta’ ksur.

Id-deċiżjoni-qafas 2009/315/ĠAI tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta’ informazzjoni estratta mir-rekords kriminali, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI, tas-6 ta’ April 2009, dwar l-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS), fl-applikazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu l-implementazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi tali proċedura speċjali.


(1)  ĠU C 127, 20.4.2015.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Sélina Affum vs Préfet du Pas-de-Calais, Procureur général de la Cour d’appel de Douai

(Kawża C-47/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2008/115/KE - Standards u proċeduri komuni għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment - Arrest preventiv - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ dħul irregolari, piena ta’ priġunerija - Sitwazzjoni ta’ “tranżitu” - Arranġament ta’ ammissjoni mill-ġdid multilaterali))

(2016/C 296/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sélina Affum

Konvenuti: Préfet du Pas-de-Calais, Procureur général de la Cour d’appel de Douai

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/115/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ċittadin ta’ pajjiż terz ikun f’residenza irregolari fit-territorju ta’ Stat Membru u jaqa’, minħabba f’hekk, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, meta, mingħajr ma jissodisfa l-kundizzjonijiet għad-dħul, għas-soġġorn jew għar-residenza, huwa jittranżita minn dan l-Istat Membru bħala passiġġier ta’ autobus, bi provenjenza minn Stat Membru ieħor, li jagħmel parti miż-żona Schengen, u b’destinazzjoni fi Stat Membru terz li ma huwiex f’din iż-żona.

2)

Id-Direttiva 2008/115 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tippermetti biss minħabba l-fatt tad-dħul irregolari minn fruntiera interna, li jwassal għal residenza irregolari, il-priġunerija ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, li għalih il-proċedura ta’ ritorn stabbilita minn din id-direttiva għadha ma ġietx ikkompletata.

Din l-interpretazzjoni tapplika wkoll meta ċ-ċittadin ikkonċernat jista’ jittieħed lura minn Stat Membru ieħor, skont ftehim jew arranġament fis-sens tal-Artikolu 6(3) tal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU C 118, 13.4.2015.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats ’s-Hertogenbosch – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Mehrdad Ghezelbash vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-63/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ applikazzjoni għall-ażil ippreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz - Artikolu 12 - Ħruġ ta’ permessi ta’ residenza jew ta’ viżi - Artikolu 27 - Rimedju ġudizzjarju - Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju))

(2016/C 296/16)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag, zittingsplaats 's-Hertogenbosch

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mehrdad Ghezelbash

Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Dispożittiv

L-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, moqri fid-dawl tal-premessa 19 ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, applikant għall-ażil jista’ jinvoka, fil-kuntest ta’ appell eżerċitat kontra deċiżjoni ta’ trasferiment meħuda fir-rigward tiegħu, l-applikazzjoni żbaljata ta’ kriterju ta’ responsabbiltà stabbilit fil-Kapitolu III ta’ dan ir-regolament, b’mod partikolari l-kriterju relatat mal-ħruġ ta’ viża, stabbilit fl-Artikolu 12 tal-istess regolament.


(1)  ĠU C 138, 27.4.2015.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Nutrivet D.O.O.E.L. vs Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség

(Kawża C-69/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Skart - Trasporti - Regolament (KE) Nru 1013/2006 - Artikolu 2(35)(g)(iii) - Trasport illegali - Informazzjoni żbaljata jew mhux koerenti inserita fid-dokument inkluż fl-Anness VII ta’ dan ir-regolament - Artikolu 50(1) - Sanzjonijiet applikabbli f’każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament - Proporzjonalità)

(2016/C 296/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nutrivet D.O.O.E.L.

Konvenuti: Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(35)(g)(iii) tar-Regolament Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar [trasporti] ta’ skart, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2013, tal-20 ta’ Marzu 2013, għandu jiġi interpretat fis-sens li trasport ta’ skart, bħal dak previst fl-Anness III tal-imsemmi regolament, intiż sabiex jiġi rkuprat, għandu jiġi kkunsidrat bħala illegali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta d-dokument imsemmi fl-Anness VII tal-istess regolament relattiv għal dan it-trasport ikun jinkludi informazzjoni żbaljata jew inkoerenti, bħal dik inkluża fid-dokumenti ta’ akkumpanjament inkwistjoni fil-kawża prinċipal, fir-rigward tal-importatur/destinatarju, tal-faċilità ta’ rkupru kif ukoll tal-pajjiżi/Stati kkonċernati, indipendentement mill-indikazzjoni korretta ta’ dik l-informazzjoni f’dokumenti oħra pprovduti lill-awtoritajiet kompetenti, mill-intenzjoni ta’ żvijjar ta’ dawn l-awtoritajiet u mill-implementazzjoni mill-imsemmija awtoritajiet tal-proċeduri previsti fl-Artikolu 24 ta’ dan l-istess regolament.

2)

L-Artikolu 50(1) tar-Regolament Nru 1013/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 255/2013, li skontu, is-sanzjonijiet applikati mill-Istati Membri f’każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament għandhom ikunu proporzjonati, għandu jiġi interpretat fis-sens li trasport ta’ skart li għalih, id-dokument imsemmi fl-Anness VII tal-istess regolament jinkludi informazzjoni żbaljata jew mhux koerenti jista’, fil-prinċipju, jiġi ssanzjonat minn multa, li l-ammont tagħha jikkorrispondi għal dak tal-multa applikata f’każ ta’ ksur tal-obbligu li jiġi kkompletat dan id-dokument. Fil-kuntest tal-istħarriġ tal-proporzjonalità ta’ tali sanzjoni, il-qorti tar-rinviju għandha b’mod partikolari, tieħu inkunsiderazzjoni r-riskji li jistgħu jiġu kkawżati minn dan il-ksur fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem.


(1)  ĠU C 138, 27.04.2015


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammarrätten i Stockholm – Migrationsöverdomstolen – l-Isvezja) – George Karim vs Migrationsverket

(Kawża C-155/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 604/1013 - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ applikazzjoni għal ażil imressqa f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz - Artikolu 18 - Teħid ta’ responsabbiltà għal applikant ta’ ażil li t-talba tiegħu tkun għadha qed tiġi eżaminata - Artikolu 19 - Tmiem tar-responsabbiltà - Assenza mit-territorju tal-Istati Membri matul mill-inqas tliet xhur - Proċedura ġdida għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli - Artikolu 27 - Rimedju ġudizzjarju - Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju))

(2016/C 296/18)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Kammarrätten i Stockholm – Migrationsöverdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: George Karim

Konvenut: Migrationsverket

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni, b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tagħha, hija applikabbli għal ċittadin ta’ pajjiż terz li, wara li jkun ressaq applikazzjoni għal ażil fi Stat Membru, jipproduċi l-prova li huwa ħalla t-territorju tal-Istati Membri matul mill-inqas tliet xhur, qabel ma jressaq applikazzjoni ġdida għal ażil fi Stat Membru ieħor.

2)

L-Artikolu 27(1) tar-Regolament Nru 604/2013, moqri fid-dawl tal-premessa 19 ta’ dan tal-aħħar, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, applikant għal ażil jista’ jinvoka, fil-kuntest ta’ rikors kontra deċiżjoni ta’ trasferiment meħuda fir-rigward tiegħu, il-ksur tar-regola stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(2) ta’ dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 198, 15.6.2015


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Elektriciteits Produktiemaatschappij Zuid-Nederland EPZ NV vs Bestuur van de Nederlandse Emissieautoriteit

(Kawża C-158/15) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tniġġis atmosferiku - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Direttiva 2003/87/KE - Kunċett ta’ “installazzjoni” - Inklużjoni tas-sit tal-ħażna tal-kombustibbli - Regolament (UE) Nru 601/2012 - Kunċett ta’ “kombustibbli esportat mill-installazzjoni”)

(2016/C 296/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elektriciteits Produktiemaatschappij Zuid-Nederland EPZ NV

Konvenut: Bestuur van de Nederlandse Emissieautoriteit

Dispożittiv

1)

Jagħmel parti minn “installazzjoni”, fis-sens tal-Artikolu 3(e) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 1359/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, sit ta’ ħażna tal-kombustibbli ta’ installazzjoni tal-enerġija li taħdem bil-karbonju bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali u kif deskritt mill-qorti tar-rinviju.

2)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012, tal-21 ta’ Ġunju 2012, dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2014, tal-4 ta’ Marzu 2014, għandu jiġi interpretat fis-sens li telf ta’ karbonju li jirriżulta mill-proċess ta’ tisħin naturali ta’ dan waqt il-ħażna tiegħu f’sit li jagħmel parti minn installazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(e) tad-Direttiva 2003/87 ma jistax jitqies li huwa karbonju esportat minn din l-installazzjoni.


(1)  ĠU C 205, 22.6.2015.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München – il-Ġermanja) – Medical Imaging Systems GmbH (MIS) vs Hauptzollamt München

(Kawża C-288/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Subintestatura 6211 3310 00 0 - Fradal - Kowt għall-protezzjoni mir-radjazzjoni))

(2016/C 296/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Medical Imaging Systems GmbH (MIS)

Konvenut: Hauptzollamt München

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni […], fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012, tad-9 ta’ Ottubru 2012, għandha tiġi interpretata fis-sens li fardal-kowt għall-protezzjoni mir-radjazzjoni, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura 6211 33 10 00 0 tal-imsemmija nomenklatura, minħabba l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tiegħu, fosthom, b’mod partikolari, id-dehra esterna tiegħu, mingħajr ma huwa neċessarju li jsir riferiment għall-elementi li jagħtu lill-prodott inkwistjoni n-natura essenzjali tiegħu.


(1)  ĠU C 394, 7.9.2015.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – María del Pilar Planes Bresco vs Comunidad Autónoma de Aragón

(Kawżi Magħquda C-333/15 u C-334/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika agrikola komuni - Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll dwar ċerti skemi ta’ għajnuna - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Skema ta’ pagament uniku - Artikoli 43 u 44 - Drittijiet għall-pagament ibbażati fuq iż-żoni - Ettari eliġibbli għall-benefiċċju tal-għajnuna għaż-żona - Mergħat permanenti - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eliġibbiltà taż-żoni ta’ mergħat permanenti li jeċċedu ż-żoni għall-għalf inizjalment meħuda inkunsiderazzjoni għall-istabbiliment tad-drittijiet għall-pagament għal kundizzjonijiet ta’ użu għall-bżonnijiet ta’ trobbija li huma proprji għar-razzett))

(2016/C 296/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: María del Pilar Planes Bresco

Konvenut: Comunidad Autónoma de Aragón

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2006, tad-19 ta’ Diċembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tostakola t-teħid inkunsiderazzjoni, bħala ettari eliġibbli għall-benefiċċju tal-għajnuna għaż-żona għal ġuta, żoni ta’ mergħat permanenti ddikjarati minn bidwi li jeċċedu ż-żona ta’ mergħat permanenti meħuda inkunsiderazzjoni inizjalment fid-determinazzjoni tal-ammont tad-drittijiet tiegħu għall-pagament għal kull ettaru, sakemm dan tal-aħħar ma jistabbilixxix li l-imsemmija żoni effettivament jintużaw għall-bżonnijiet ta’ trobbija li huma proprji għar-razzett matul l-imsemmija ġuta.


(1)  ĠU C 302, 14.9.2015.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Giovanni Pesce et (C-78/16), Cesare Serinelli et (C-79/16) vs Presidenza del Consiglio dei Ministri (C-79/16) Presidenza del Consiglio dei Ministri – Dipartimento della Protezione Civile, Commissario Delegato Per Fronteggiare il Rischio Fitosanitario Connesso alla Diffusione della Xylella nel Territorio della Regione Puglia, Ministero delle Politiche Agricole Alimentari e Forestali, Regione Puglia

(Kawżi magħquda C-78/16 u C-79/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni sanitarja tal-pjanti - Direttiva 2000/29/KE - Protezzjoni kontra l-introduzzjoni u t-tixrid ġewwa l-Unjoni Ewropea ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għal prodotti tal-pjanti - Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2015/789 - Miżuri intiżi li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tax-Xylella fastidiosa (Wells et Raju) - Artikolu 6(2)(a) - Obbligu tat-tneħħija minnufih tal-pjanti ospitanti, irrispettivament mill-istat sanitarju tagħhom, f’raġġ ta’ 100 metru madwar il-pjanti infettati - Validità - L-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2000/29 - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Prinċipju ta’ prekawzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal kumpens))

(2016/C 296/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Giovanni Pesce et (C-78/16), Cesare Serinelli et (C-79/16)

Konvenuti: Presidenza del Consiglio dei Ministri (C-79/16) Presidenza del Consiglio dei Ministri – Dipartimento della Protezione Civile, Commissario Delegato Per Fronteggiare il Rischio Fitosanitario Connesso alla Diffusione della Xylella nel Territorio della Regione Puglia, Ministero delle Politiche Agricole Alimentari e Forestali, Regione Puglia

Dispożittiv

L-eżami tad-domandi magħmula ma rrileva l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789, tat-18 ta’ Mejju 2015, fir-rigward ta’ miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al) fid-dawl tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, tat-8 ta’ Mejju 2000, dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2002/89/KE, tat-28 ta’ Novembru 2002, moqri fid-dawl tal-prinċipji ta’ prekawzjoni u ta’ proporzjonalità kif ukoll fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296 TFUE u fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 156, 2.5.2016


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/18


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2016 minn Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-4 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-247/14, Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-182/16 P)

(2016/C 296/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG (rappreżentant: S. Labesius, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Salumificio Fratelli Beretta SpA

Talbiet

tannulla parzjalment is-sentenza appellata u tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea sa fejn tirrigwarda l-parti tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali li ġiet miċħuda, u sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali, u

tordna lill-konvenut u lill-intervenjenti jbatu l-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u lill-konvenut ibati l-ispejjeż quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa bbażat fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-Qorti Ġenerali sa fejn il-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha tal-4 ta’ Frar 2016 kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 (1) dwar it-trade mark Komunitarja u l-Artikolu 296(2) TFUE.

Fil-qosor, il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-evalwazzjoni tagħha tal-probabbiltà ta’ konfużjoni fir-rigward tal-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti “MINI WINI” u tax-xebh tas-sinjali u tal-prodotti fir-rigward tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea “Stick MiniMINI […]”, anki fir-rigward tal-pożizzjoni distintiva awtonoma tal-element “MiniMINI” fil-kuntest tal-applikazzjoni. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma qisitx li anki elementi dgħajfa inerenti ta’ trade mark jikkontribwixxu għal probabbiltà ta’ konfużjoni, kif ukoll iċ-ċirkustanzi speċifiċi tad-distribuzzjoni tal-prodotti li jinfluwenzaw il-livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku rilevanti u t-tendenza tiegħu li jqassar it-trade mark b’element dgħajjef iżda viżwalment dominanti.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li anki jekk element verbali jitqies li għandu karattru purament deskrittiv, tali karattru ma jipprekludix dan l-element milli jiġi rrikonoxxut bħala dominanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tax-xebh tas-sinjali. Barra minn hekk, id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali kienet ibbażata fuq żnaturament tal-fatti fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-elementi dominanti li jirrigwardaw id-daqs u l-pożizzjoni fis-sinjal li huwa s-suġġett tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea kkontestata. Il-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball ta’ liġi meta sostniet li x-xebh viżiv għandu jiġi evalwat skont il-grad tal-karattru distintiv tal-elementi viżwali tat-trade mark li hija s-suġġett tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta-trade mark tal-Unjoni Ewropea kkontestata. Fl-aħħar nett, is-sentenza appellata ma kinitx debitament immotivata sa fejn il-Qorti Ġenerali ma mmotivatx l-evalwazzjoni tagħha dwar il-livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku rilevanti fir-rigward tal-prodotti speċifiċi inkwistjoni.


(1)  ĠU L 78, p. 1


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-3 ta’ Mejju 2016 – Glencore Grain Hungary Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

(Kawża C-254/16)

(2016/C 296/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Glencore Grain Hungary Kft.

Konvenuti: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 183 tad-Direttiva 2006/112 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li d-data ta’ skadenza għar-rimbors tal-parti żejda tal-VAT imħallsa jiġi estiż sal-ġurnata tan-notifika tal-proċess verbali redatt wara verifika fil-każ fejn, fil-kuntest tal-proċedura ta’ verifika fiskali mressqa fit-tletin ġurnata mir-riċeviment tat-talba għal rimbors, tiġi imposta multa fuq il-persuna taxxabbli minħabba nuqqas ta’ eżekuzzjoni?

2)

L-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-VAT, fid-dawl tal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ ta’ ħlas tardiv, teskludi l-ħlas ta’ interessi moratorji fil-każ fejn, fil-kuntest tal-verifika relatata mal-ħlas ta’ dan l-ammont, il-persuna taxxabbli tkun ġiet issanzjonata mill-awtorità b’rabta mal-obbligu ta’ kooperazzjoni, filwaqt li l-verifika, li tkun damet numru ta’ snin, damet fit-tul għal raġunijiet li ma humiex prinċipalment imputabbli lill-persuna taxxabbli?

3)

L-Artikolu 183 tad-Direttiva 2006/112 u l-prinċipju ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-talba ta’ ħlas tal-interessi marbuta ma’ taxxi miżmuma jew mhux allokati f’kuntrast mad-dritt tal-Unjoni hija dritt suġġettiv li jirriżulta direttament mid-dritt tal-Unjoni nnifsu, bħalma t-turija tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni u tan-nuqqas ta’ rimbors tat-taxxa hija suffiċjenti biex jiġi invokat dritt għall-interessi quddiem il-qrati u l-awtoritajiet l-oħra tal-Istati Membri?

4)

Fil-każ li, fid-dawl tar-risposti mogħtija għad-domandi preċedenti, il-qorti nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali kellha tikkonkludi li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru tmur kontra l-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-VAT, hija tkun qed taġixxi b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni jekk tqis li r-rifjut ta’ għoti ta’ interessi moratorji fid-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri huwa kuntrarju għall-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-VAT?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Mejju 2016 – Ir-Repubblika Slovakka vs Achmea BV

(Kawża C-284/16)

(2016/C 296/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ir-Repubblika Slovakka

Konvenuta: Achmea BV

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 344 TFUE jipprekludi l-applikazzjoni ta’ klawżola ta’ ftehim bilaterali ta’ investiment bejn Stati Membri tal-Unjoni (dak li għandu jissejjaħ “TBI intern għall-Unjoni”), li tipprevedi li investitur ta’ Stat kontraenti jista’, fil-każ ta’ tilwima dwar investimenti fl-Istat kontraenti l-ieħor, jibda proċedura kontra dan l-Istat tal-aħħar quddiem tribunal tal-arbitraġġ, meta l-imsemmi ftehim ġie konkluż qabel l-adeżjoni ta’ wieħed mill-Istati kontraenti mal-Unjoni Ewropea, iżda meta l-proċedura ta’ arbitraġġ ser tinbeda biss wara din id-data?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda:

2)

L-Artikolu 267 TFUE jostakola l-applikazzjoni ta’ tali dispożizzjoni?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel u għat-tieni domanda:

3)

Fil-kundizzjonijiet deskritti fl-ewwel domanda, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE jostakola l-applikazzjoni ta’ tali dispożizzjoni?


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fit-23 ta’ Mejju 2016 – SC Exmitiani SRL vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Cluj

(Kawża C-286/16)

(2016/C 296/26)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Exmitiani SRL

Konvenut: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Cluj

Domandi preliminari

1)

F’sitwazzjoni bħal dik tal-kawża prinċipali, fejn l-att amministrattiv kontenzjuż ġie adottat qabel l-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, filwaqt li d-deċiżjoni tal-awtorità fiskali fuq l-ilment kontra dan l-att ittieħdet wara l-adeżjoni, il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali jeħtieġ li l-liġi nazzjonali tiġi interpretata fid-dawl tad-direttiva Ewropea applikabbli dwar il-VAT (1)?

2)

Fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, il-prinċipju ta’ ċertezza legali għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi prassi tal-awtorità fiskali, li, abbażi tal-istess fatti, tislet konklużjonijiet differenti minn dawk tal-awtoritajiet responsabbli għall-proċeduri kriminali, fir-rigward tal-eżenzjoni mill-VAT ta’ servizzi direttament relatati għat-trasport internazzjonali ta’ persuni?

3)

Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regoli nazzjonali li bihom motivi bbażati fuq id-dritt Ewropew li ma tqajmux f’ilment amministrattiv ma jistgħux jiġu invokati fl-istadju tal-proċeduri ġudizzjarji?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 347, p. 1.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia (il-Polonja) fil-25 ta’ Mejju 2016 – Proċeduri kriminali kontra J.Z.

(Kawża C-294/16)

(2016/C 296/27)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia

Parti fil-kawża prinċipali

J.Z.

Domanda preliminari

L-Artikolu 26(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (2002/584/ĠAI) (1) flimkien mal-Artikolu 6(1) u (3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kelma “detenzjoni” tinkludi wkoll miżuri mill-Istat ta’ eżekuzzjoni tal-mandat, li jikkonsistu f’sorveljanza elettronika tar-residenza tal-persuna li fir-rigward tagħha japplika l-mandat, flimkien ma’ detenzjoni domiċiljari?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34; Rettifika tal-verżjoni Maltija, ĠU L 017, 22.1.2009, p. 45.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (L-Ungerija) fit-2 ta’ Ġunju 2016 – József Lingurár vs Miniszterelnökséget vezető miniszter

(Kawża C-315/16)

(2016/C 296/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: József Lingurár

Konvenut: Miniszterelnökséget vezető miniszter

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 42(1) tar-Regolament Nru 1698/2005/KE (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 1698/2005”), b’teħid inkunsiderazzjoni wkoll tal-Artikolu 46 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni ma teskludix totalment lill-individwi mill-qafas tal-appoġġ intiż għall-użu sostenibbli ta’ żoni ta’ foresti meta ż-żona hija parzjalment il-proprjetà tal-Istat?

2)

Sa fejn l-appoġġ ma huwiex eskluż totalment, l-Artikolu 46 tar-Regolament Nru 1698/2005 jista’ jiġi interpretat fis-sens li, fid-dawl taż-żona partikolari, li hija parzjalment il-proprjetà tal-Istat, l-operatur tal-foresti privat jew il-proprjetarju privat għandu dritt għall-appoġġ pro rata għad-drittijiet tal-proprjetà tiegħu?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, p. 1).


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Lille (Franza) fis-6 ta’ Ġunju 2016 – proċeduri kriminali kontra Uber France SAS

(Kawża C-320/16)

(2016/C 296/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Lille

Parti fil-kawża prinċipali

Uber France SAS

Domanda preliminari

L-Artikolu L. 3124-13 tal-Code des transports (kodiċi tat-trasport), li jirriżulta mil-Liġi Nru 2014-1104 tal-1 ta’ Ottubru 2014 dwar it-taxis u l-vetturi ta’ trasport b’xufier, jikkostitwixxi regola teknika ġdida, mhux impliċita, dwar wieħed jew iktar mis-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni fis-sens tad-Direttiva 98/34/KE tat-22 ta’ Ġunju 1998 (1), b’tali mod li dan it-test kellu jiġi nnotifikat minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva; jew dan l-artikolu jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi (2), li fl-Artikolu 2[(2)](d) tagħha teskludi t-trasport?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel parti tad-domanda, il-ksur tal-obbligu ta’ notifika previst fl-Artikolu 8 tad-direttiva jimplika li l-Artikolu L. 3124-13 tal-kodiċi tat-trasport ma jistax jiġi invokat kontra individwi?


(1)  Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337).

(2)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36).


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-13 ta’ Ġunju 2016 – Syndicat national de l’industrie des technologies médicales (SNITEM), Philips France vs Premier ministre, Ministre des Affaires sociales et de la Santé

(Kawża C-329/16)

(2016/C 296/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Syndicat national de l’industrie des technologies médicales (SNITEM), Philips France

Konvenuti: Premier ministre, Ministre des Affaires sociales et de la Santé

Domanda preliminari

Id-Direttiva 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li softwer li l-għan tiegħu huwa li joffri, lill-persuni li jiktbu preskrizzjonijiet mediċinali li jipprattikaw fil-bliet, fl-istabbilimenti tas-saħħa jew fl-istabbilimenti mediko-soċjali, għajnuna għad-determinazzjoni tal-preskrizzjoni mediċinali, sabiex tittejjeb is-sigurtà tal-att li jinkitbu r-riċetti, jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-persuni li jiktbu r-riċetti mediċi, tiġi inkoraġġuta l-konformità tar-riċetti mediċi mar-rekwiżiti regolamentari nazzjonali u titnaqqas l-ispiża tat-trattament filwaqt li tinżamm l-istess kwalità, jikkostitwixxi mezz mediku, fis-sens ta’ din id-direttiva, meta dan is-softwer ikollu minn tal-inqas funzjonalità waħda li tippermetti l-użu minn data ta’ pazjent sabiex it-tabib jingħata għajnuna biex jistabbilixxi l-preskrizzjoni medika tiegħu, b’mod partikolari billi jindividwa l-kontraindikazzjonijiet, l-interazzjonijiet mediċi u d-dożi eċċessivi, minkejja li dan ma jaġixxix huwa nnifsu fil-ġisem tal-bniedem jew fuq il-ġisem tal-bniedem?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 12, p. 82).


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Općinski sud u Velikoj Gorici (il-Kroazja) fil-15 ta’ Ġunju 2016 – VG Čistoća d.o.o. vs Đuro Vladika u Ljubica Vladika

(Kawża C-335/16)

(2016/C 296/31)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Općinski sud u Velikoj Gorici

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VG Čistoća d.o.o.

Konvenuti: Đuro Vladika u Ljubica Vladika

Domanda preliminari

Kif jiġi kkalkolat il-prezz tal-ġbir u tat-tneħħija tal-iskart domestiku skont id-dritt tal-Unjoni? Iċ-ċittadini tal-Unjoni jħallsu l-fatturi relattivi għall-ġbir u t-tneħħija tal-iskart muniċipali billi jħallsu għall-ġbir u għat-tneħħija tal-iskart muniċipali abbażi tal-volum tal-landa tal-iskart/tar-reċipjent imbattal jew skont il-volum tal-iskart imneħħi, u barra minn hekk iħallsu xi tariffa?


Il-Qorti Ġenerali

16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/24


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2016 – Scheffler vs EUIPO – Doc Generici (docfauna)

(Kawża T-299/16)

(2016/C 296/32)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Manfred Scheffler (Leininingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Büttner, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Doc Generici Srl (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “docfauna” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 660 056

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ April 2016 fil-Każ R 885/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-6 ta’ Marzu 2015 li laqgħet l-oppożizzjoni Nru B 2 354 523.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/24


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2016 – Novartis Europharm vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-303/16)

(2016/C 296/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis Europharm Ltd (Camberley, ir-Renju Unit) (rappreżentant: C. Schoonderbeek, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-4 ta’ April 2016 (C(2016) 2083(finali)); u

tikkundanna l-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tagħha u dawk ta’ Novartis.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ April 2016 hija illegali sa fejn tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet ta’ esklużività tas-suq ta’ prodotti mediċinali orfni ta’ Novartis għall-prodott tagħha TOBI Podhaler skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 141/2000 (1) dwar prodotti mediċinali orfni u għaliex il-kundizzjonijiet fl-Artikolu 8(3) ta’ dak ir-regolament biex jagħtu deroga minn dawn id-drittijiet ta’ esklużività tas-suq ta’ prodotti mediċinali orfni ma ġewx sodisfatti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ April 2016 ġiet ippreparata u adottata bi ksur tad-“Dmir ta’ Kura” magħruf ukoll bħala l-“Prinċipju ta’ Diliġenza”, speċifikament minħabba nuqqas biex tittieħed inkunsiderazzjoni d-data xjentifika rilevanti kollha dwar il-prodotti mediċinali kkonċernati, u minħabba nuqqas li tiġi kkonsultata Novartis bħala parti interessata fl-evalwazzjoni xjentifika.


(1)  Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1999, dwar il-prodotti mediċinali orfni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 21).


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/25


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2016 – bet365 Group vs EUIPO – Hansen (BET365)

(Kawża T-304/16)

(2016/C 296/34)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: bet365 Group Limited (Stoke-on-Trent, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, QC (Queen’s Counsel), R. Black u J. Bickle, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Robert Hansen (Munich, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “BET365”

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 3243/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tagħhom u għal dawk tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(3) Regolament Nru 207/2009.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/26


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2016 – Gamet vs EUIPO – “Metal-Bud” Robert Gubała (pum ta’ bieb)

(Kawża T-306/16)

(2016/C 296/35)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gamet S.A. (Toruń, il-Polonja) (rappreżentant: A. Rolbiecka, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Firma produkcyjno-handlowa “Metal-Bud” Robert Gubała (Świątniki Górne, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrent

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn Komunitarju “pum ta’ bieb” – disinn Komunitarju Nru 2 208 066-0001

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17/03/2016 fil-Każ R 2040/2014-3

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-17 ta’ Marzu 2016, fil-Każ R 2040/2014-3, dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn Komunitarju rreġistrat 002208066-0001;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 6/2002 billi ġew aċċettati provi tardivi, jiġifieri dikjarazzjoni tar-rappreżentant tal-impriża Klamex, minkejja l-fatt li din il-prova kienet tinkludi informazzjoni totalment ġdida għall-proċedimenti, li ma kinitx ikkonfermata minn provi prodotti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni;

Ksur tal-Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002 minħabba l-konstatazzjoni inkorretta u arbitrarja li provi prodotti mill-parti l-oħra kkonfermaw li ma kienx hemm differenzi materjali bejn id-disinn Komunitarju rreġistrat u d-disinn tal-pum “DORA”:

fil-forma u fil-proporzjonijiet tal-fus,

fil-proporzjonijiet tal-fus u tal-parti tal-qabda,

fil-fond tal-qabda tal-pum,

il-grad ta’ angolatura tal-qabda tal-pum,

l-arrotondament tat-trufijiet tal-pum.

Ksur tal-Artikoli 4 u 6(2) tar-Regolament Nru 6/2002, moqrija flimkien mal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002, minħabba evalwazzjoni żbaljata tal-libertà fid-disinn ta’ pumijiet ta’ bibien billi ġie ddikjarat li l-grad ta’ libertà tad-disinjatur fid-disinn ta’ pumijiet ta’ bibien kien kważi mingħajr limiti u kien jirriżulta mill-fatt li l-Bord ma kienx ħa inkunsiderazzjoni karatteristiċi li disinjatur messu ħa inkunsiderazzjoni fid-disinn tal-pum ta’ bieb;

Ksur tal-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament Nru 6/200 minħabba l-konstatazzjoni żbaljata li d-disinn Komunitarju rreġistrat ma jipproduċix, fuq l-utent informat, impressjoni globali differenti mill-impressjoni prodotta mill-pum “DORA”.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/27


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2016 — Cafés Pont vs EUIPO — Giordano Vini (Art’s Café)

(Kawża T-309/16)

(2016/C 296/36)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cafés Pont, SL (Sabadell, Spanja) (rappreżentanti: E. Manresa Medina u J. M. Manresa Medina, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Giordano Vini SpA (Diano d’Alba, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “Art’s Café” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 622 345

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ April 2016 fil-Każ R 1110/2015-2

Talbiet

tagħti sentenza li tilqa’ r-rikors, li tħassar ir-revoka minħabba n-nuqqas ta’ użu tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 622 345 u li tikkonferma l-użu tal-imsemmija trade mark; u

tikkundanna lill-EUIPO u lil partijiet oħra li possibbilment qed isostnuh għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 51(1)(a) u (b) u 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/28


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2016 – Make up for ever vs EUIPO – L’Oréal (MAKE UP FOR EVER)

(Kawża T-320/16)

(2016/C 296/37)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Make up for ever (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Caron, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: L’Oréal SA (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MAKE UP FOR EVER” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 3 416 443

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 985/2015-5

Talbiet

tiddikjara l-validità tat-trade mark verbali Komunitarja “MAKE UP FOR EVER” Nru 003416443 għall-prodotti u għas-servizzi kollha msemmija fl-applikazzjoni;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-EUIPO għal evalwazzjoni ulterjuri jekk neċessarja;

tikkundanna lill-kumpannija L’OREAL għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-proċediment quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO, mill-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO u minn din il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/29


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2016 – Ansell Healthcare Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-321/16)

(2016/C 296/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ansell Healthcare Europe NV (Anderlecht, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Gilliams u J. Bocken, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Jannar 2016, dwar l-iskema ta’ għanuna mill-Istat li tikkonċerna l-eżenzjoni fuq il-profitt żejjed SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN), implementata mir-Renju tal-Bejġju;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-Deċiżjoni;

fi kwalunkwe każ, tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-Deċiżjoni sa fejn dawn l-artikoli (a) jordnaw l-irkupru mingħand entitajiet oħra li ma humiex dawk li bbenefikaw minn “deċiżjonijiet dwar profitt eċċessiv”, u (b) jordnaw l-irkupru ta’ ammont li jikkorrispondi għall-eżenzjoni mit-taxxa tal-benefiċjarju mingħajr ma tippermetti lill-Belġju li jieħu inkunsiderazzjoni tal-aġġustamenti għaż-żieda mwettqa minn amministrazzjoni tat-taxxa oħra;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat żball manifest ta’ evalwazzjoni, eċċess ta’ poter u nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Jannar 2016, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat li tikkonċerna l-eżenzjoni fuq il-profitt żejjed SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implementata mir-Renju tal-Belġju tallega l-eżistenza ta’ skema ta’ għajnuna.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 107 TFUE u tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tikklassifika din l-hekk imsejħa skema bħala miżura selettiva.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 107 TFUE u żball manifest ta’ evalawzzjoni sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tiddikjara li l-hekk imsejħa skema tagħti vantaġġ.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 107 TFUE, ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, żball manifest ta’ evalwazzjoni, eċċess ta’ poter u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn d-deċiżjoni kkontestata tordna l-irkupru tal-għajnuna mill-Belġju.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/30


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2016 – Banco Cooperativo Español vs BUR

(Kawża T-323/16)

(2016/C 296/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Banco Cooperativo Español, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: D. Sarmiento Ramirez-Escudero, avukat)

Konvenuta: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tiddikjara l-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 inapplikabbli, u

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, indirizzata lil Banco Cooperativo Español, li tistabbilixxi l-ammont tal-kontribuzzjoni ex ante għas-sena finanzjarja 2016.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors ir-rikorrent jikkontesta d-deċiżjoni ta’ kontribuzzjoni ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena finanzjarja 2016, adottata mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u nnotifikata permezz tal-Autoridad de Resolución Ejecutiva española (awtorità ta’ riżoluzzjoni eżekuttiva Spanjola, iktar ’il quddiem “FROB”) fis-26 ta’ April 2016, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/81, tad-19 ta’ Diċembru 2014, li jispeċifika kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ĠU 2015 L 13, p. 1).

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità taħt l-Artikolu 277 TFUE, intiża sabiex il-Qorti Ġenerali tiddikjara inapplikabbli l-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63, tal-21 ta’ Ottubru 2014, li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015 L 11, p. 44). F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-imsemmi artikolu tar-Regolament ta’ Delega:

jikser l-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59, sa fejn jistabbilixxi sistema ta’ kalkolu li timponi fuq entità bi profil ta’ riskju konservattiv kontribuzzjoni ex ante li normalment tiġi imposta fuq entità bi profil ta’ riskju għoli ħafna.

jikser l-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkwantu jillimita mingħajr ġustifikazzjoni d-dritt fundamentali għal-libertà ta’ intrapriża tar-rikorrent.

jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità, inkwantu ma jiħux inkunsiderazzjoni l-komputazzjoni doppja fir-rigward ta’ ċerti elementi tal-passiv tar-rikorrent, u b’hekk joħloq restrizzjoni mhux neċessarja u sproporzjonata manifestament mhux iġġustifikata.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 103(2) tad-Direttiva 2014/59 u tal-Artikolu 70 tar-Regolament Nru 806/2014, interpretati fid-dawl tal-Artikolu 16 tal-Karta u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

F’dan ir-rigward ir-rikorrent isostni li l-motivi li jiġġustifikaw l-inapplikabbiltà tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63, juru b’mod ċar il-ħtieġa li jiġi aġġustat il-profil ta’ riskju tar-rikorrent għan-natura speċifika tal-operat tan-netwerk kooperattiv, hekk kif jirrikjedu l-artikoli msemmija iktar ’il fuq. Għaldaqstant, u f’dan is-sens, id-deċiżjoni kkontestata, li l-kontenut tagħha jikkorrispondi ma’ applikazzjoni stretta u litterali ta’ regola li ma tiħux inkunsiderazzjoni l-imsemmi profil ta’ riskju tar-rikorrent, għandha titqies li hija kuntrarja għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 103(2) tad-Direttiva 2014/59 u, b’mod partikolari, għar-Regolament Nru 806/2014, li l-Artikolu 70 tiegħu, dwar il-kontribuzzjonijiet ex ante, jagħmel riferiment għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/59 u għal-leġiżlazzjoni li timplementaha.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/31


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2016 – Hello Media vs EUIPO — Hola (#hello digitalmente diferentes)

(Kawża T-330/16)

(2016/C 296/40)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hello Media, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Alejos Cutuli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hola, SL (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “#hello digitalmente diferentes” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 440 574

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ April 2016 fil-Każ R 1979/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni B 2 336 348 kontra l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nruo12 440 574;

tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 440 574 “#hello digitalmente diferentes” (b’element grafiku)

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/32


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2016 – Hello Media vs EUIPO – Hola (#hello media group)

(Kawża T-331/16)

(2016/C 296/41)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hello Media, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Alejos Cutuli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hola, SL (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “#hello media group” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 441 317

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ April 2016, fil-Każ R 2012/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni B 2 336 371 għall-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 441 317;

tiddikjara l-għoti tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 441 317 “#hello media group” (b’element grafiku).

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/32


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2016 – Colgate-Palmolive vs EUIPO (360o)

(Kawża T-332/16)

(2016/C 296/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Colgate-Palmolive Co. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Zintler u A. Stolz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontezjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “360o” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 042 162

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ April 2016 fil-Każ R 2288/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u l-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u tad-dispożizzjonijiet legali relattivi għall-applikazzjoni tiegħu kif indikat fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/33


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2016 – Colgate-Palmolive vs EUIPO (360o)

(Kawża T-333/16)

(2016/C 296/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Colgate-Palmolive Co. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Zintler u A. Stolz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni “360o” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 042 188

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ April 2016 fil-Każ R 2287/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-EUIPO ibati l-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c), (2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u tad-dispożizzjonijiet legali dwar l-applikazzjoni tiegħu kif indikat fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/34


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2016 – Esko-Graphics vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-335/16)

(2016/C 296/44)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Esko-Graphics BVBA (Gent, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Viaene, B. Hoorelbeke, D. Gillet u F. Verhaegen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara t-talba għal annullament ammissibbli;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-11 ta’ Jannar 2016, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat dwar l-eżenzjoni tal-profitt żejjed SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju, kif ippubblikata fis-sit tal-internet tal-Kummissjoni Ewropea fl-4 ta’ Mejju 2016;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament Nru 2015/1589 (1), tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-Artikolu 296 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni tikklassifika ħażin bħala skema ta’ għajnuna l-miżura kkontestata.

Il-Kummissjoni tikser l-Artikolu 1(d) tar-Regolament Nru 2015/1589 u l-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn hija tikklassifika ħażin bħala skema ta’ għajnuna l-miżura kkontestata. L-għajnuna kkontestata ma tistax tiġi assenjata biss fuq il-bażi tal-Artikolu 185(2)(b) tal-Kodiċi tal-1992 dwar it-taxxa fuq id-dħul (Wetboek van inkomstenbelastingen van 1992), iżda teħtieġ miżuri ta’ implemenazzjoni ulterjuri għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjoni msemmija.

Il-Kummissjoni tikser l-Artikolu 296 TFUE sa fejn il-motivazzjoni tagħha tinkludi kontradizzjoni. Din il-kontradizzjoni tikkonsisti fil-fatt li l-Kummissjoni ma tispjegax għaliex fl-evalwazzjoni tal-kriterju ta’ selettività hija tqis li d-deċiżjonijiet preċedenti ma joħorġux direttament mill-Artikolu 185(2)(b) tal-Kodiċi tal-1992 dwar it-taxxa fuq id-dħul, meta fl-eżami tal-eżistenza ta’ skema ta’ għajnuna hija tippreżumi li d-dispożizzjoni msemmija ma teħtieġx miżuri ta’ implementazzjoni ulterjuri.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni ma evalwatx korrettament l-eżistenza ta’ vantaġġ.

Il-Kummissjoni ma eżaminatx jekk l-iskema ta’ għajnuna kkontestata fil-fatt iddetermintax l-għoti ta’ vantaġġ, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, lill-impriżi benefiċjarji. U dan minkejja l-fatt li din il-kundizzjoni hija kundizzjoni essenzjali għall-għajnuna mill-Istat, li l-Kummissjoni għandha għalhekk tivverifika qabel ma tkun tista’ tiddeċiedi li tirriżulta għajnuna mill-Istat, u dan taħt piena ta’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha skont l-Artikolu 296 TFUE.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni ma evalwatx korrettament in-natura selettiva tal-miżura kkontestata.

L-Artikolu 185(2)(b) tal-Kodiċi tal-1992 dwar it-taxxa fuq id-dħul u s-sistema ta’ eżenzjoni tal-profitt żejjed li torġina minnu huwa miftuħ għall-impriżi kollha li huma f’sitwazzjoni ta’ fatt u ta’ dritt simili u li jwettqu l-attivitajiet ekonomiċi li jikkostitwixxu s-suġġett tal-miżura kkontestata. Għalhekk, il-miżura kkontestata ma hijiex limitata għal impriżi partikolari li jistgħu jiġu identifikati fuq il-bażi ta’ karatteristiċi speċifiċi, u lanqas ma hija selettiva fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Sussidjarjament, il-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta qieset li l-eżenzjoni tal-profitt żejjed ma tagħmilx parti mis-sistema ta’ riferiment. L-eżenzjoni tal-profitt żejjed ibbażata fuq is-sinerġija u l-ekonomiji ta’ skala skont il-prinċipju ta’ kompetizzjoni sħiħa (imsejjaħ l-“arm’s length principle”) tagħmel parti integrali mill-miżuri li jiddeterminaw il-profitt totali taxxabbli, u ma tistax għalhekk titqies li hija deroga mis-sistema ta’ riferiment li tiddetermina s-selettività.

Iktar sussidjarjament, il-Kummissjoni ma hijiex f’pożizzjoni li tipprova li l-prinċipju ta’ kundizzjonijiet normali tas-suq ġie applikat ħażin mill-Belgische Rulingcommissie (kummissjoni Belġjana għad-deċiżjonijiet antiċipati fil-qasam fiskali, imsejħa “ruling”) fl-ambitu tal-applikazzjoni tal-Artikolu 185(2)(b) tal-Kodiċi tal-1992 dwar it-taxxa fuq id-dħul. Ir-raġunijiet tal-Kummissjoni ma humiex koerenti u jieħdu inkunsiderazzjoni elementi rilevanti li madankollu jikkontradixxu lil xulxin jew huma nieqsa mill-koerenza meħtieġa.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali minħabba l-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ ħlas lura.

Fuq il-bażi tal-prassi deċiżjonali stabbilita tal-Kummissjoni, li ma tqegħidx f’dubju l-applikazzjoni tal-prinċipju, internazzjonalment aċċettat, ta’ kompetizzjoni sħiħa (arm’s length principle), jirriżulta ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali sa fejn f’dan il-każ jintalab il-ħlas lura tal-allegata għajnuna. Fil-fatt, fuq il-bażi tal-prassi deċiżjonali u tal-ġurisprudenza stabbilita, ma setax ikun previst li l-Artikolu 185(2)(b) tal-Kodiċi tal-1992 dwar it-taxxa fuq id-dħul jikser l-Artikolu 107 TFUE.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015 L 248, p. 9).


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/35


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2016 – Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo vs EUIPO – Gianni Versace (VERSACE 19.69 ABBIGLIAMENTO SPORTIVO)

(Kawża T-336/16)

(2016/C 296/45)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo Srl (Busto Arsizio, l-Italja) (rappreżentant: F. Caricato, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gianni Versace SpA (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “VERSACE 19.69 ABBIGLIAMENTO SPORTIVO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 992 435

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ April 2016 fil-Każ R 1005/2015-1

Talbiet

tilqa’ dan ir-rikors;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u konsegwentement tirreġistra t-trade mark Nru 11992435 għall-prodotti kollha mitluba mingħajr ħsara għal dawk diġà konċessi;

tikkundanna lill-kontroparti għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tas-6 ta’ April 2016 hija vvizzjata minn eżami insuffiċjenti tal-provi li juru l-użu insuffiċjenti tat-trade marks azzjonati tal-kontroparti, apparti li ma evalwatx b’attenzjoni fid-dawl tal-fatturi rilevanti kollha l-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks u bejn il-prodotti.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/36


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2016 – Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo vs EUIPO – Gianni Versace (VERSACCINO)

(Kawża T-337/16)

(2016/C 296/46)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo Srl (Busto Arsizio, l-Italja) (rappreżentant: F. Caricato, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gianni Versace SpA (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “VERSACCINO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 957 685

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-6 ta’ April 2016, fil-Każ R 1172/2015-1

Talbiet

tilqa’ dan ir-rikors;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u konsegwentement tirreġistra t-trade mark Nru 11 957 685 għall-prodotti kollha li għalihom saret l-applikazzjoni, bla ħsara għal dawk li fir-rigward tagħhom l-applikazzjoni diġà ntlaqgħet;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni tas-6 ta’ April 2016 hija ppreġudikata mill-bidu nett u hija vvizzjata minħabba l-eżami insuffiċjenti tal-provi, iżda fuq kollox minħabba evalwazzjoni superfiċjali tat-trade marks mill-aspett tal-konfużjoni fl-għarfien tal-lingwa Taljana li għaliha jidher li qiegħed jagħmel riferiment l-EUIPO.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/37


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2016 – Trane vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-343/16)

(2016/C 296/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Trane (Zaventem, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Gilliams u J. Bocken, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Jannar 2016, dwar l-iskema ta’ għanuna mill-Istat li tikkonċerna l-eżenzjoni fuq il-profitt żejjed SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN), implementata mir-Renju tal-Bejġju;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-Deċiżjoni;

fi kwalunkwe każ, tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-Deċiżjoni sa fejn dawn l-artikoli (a) jordnaw l-irkupru mingħand entitajiet oħra li ma humiex dawk li bbenefikaw minn “deċiżjonijiet dwar profitt eċċessiv”, u (b) jordnaw l-irkupru ta’ ammont li jikkorrispondi għall-eżenzjoni mit-taxxa tal-benefiċjarju mingħajr ma tippermetti lill-Belġju li jieħu inkunsiderazzjoni tal-aġġustamenti għaż-żieda mwettqa minn amministrazzjoni tat-taxxa oħra;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat żball manifest ta’ evalwazzjoni, eċċess ta’ poter u nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Jannar 2016, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat li tikkonċerna l-eżenzjoni fuq il-profitt żejjed SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implementata mir-Renju tal-Belġju tallega l-eżistenza ta’ skema ta’ għajnuna.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 107 TFUE u tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tikklassifika din l-hekk imsejħa skema bħala miżura selettiva.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 107 TFUE u żball manifest ta’ evalawzzjoni sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tiddikjara li l-hekk imsejħa skema tagħti vantaġġ.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 107 TFUE, ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, żball manifest ta’ evalwazzjoni, eċċess ta’ poter u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn d-deċiżjoni kkontestata tordna l-irkupru tal-għajnuna mill-Belġju.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/38


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2016 – Inox Mare vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-347/16)

(2016/C 296/48)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Inox Mare Srl (Rimini, l-Italja) (rappreżentant: R. Holzeisen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9672 finali, tas-6 ta’ Jannar 2016, li tikkonstata li l-ħlas mill-ġdid tad-dazju fuq l-importazzjoni ma huwiex iġġustifikat f’każ partikolari (REM 02/14) u tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f’dan ir-rikors tikkostitwixxi s-segwitu tad-deċiżjoni li kienet is-suġġett fil-Kawża T-289/16, Inox Mare vs Il-Kummissjoni.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-illegalità tal-att ikkontestat minħabba irregolaritajiet serji fil-proċedura ta’ investigazzjoni relatata li kienet tmexxiet mill-OLAF u konkluża bir-Rapport Finali li ġie kkontestat fil-Kawża T-289/16.

Konkretament, l-att ikkontestat huwa vvizzjat bi:

Ksur u applikazzjoni żbaljata tad-dritt Komunitarju tad-dazju antidumping.

Ksur u applikazzjoni żbaljata kemm tad-dritt Komunitarju kif ukoll tad-dritt Filippin, dwar l-obbligu ta’ kontroll, impost fuq l-awtorità doganali Filippina, tal-oriġini tal-beni li ġew attestati minn din l-awtorità.

Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).

Għaldaqstant, fit-talbiet tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata għall-ksur tat-Trattati u tad-dispożizzjonijiet legali relatati mal-applikazzjoni tagħhom, kif ukoll tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, b’mod partikolari l-Artikolu 41.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/39


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2016 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA)

(Kawża T-348/16)

(2016/C 296/49)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA) (Brussell, il-Belġju)

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li d-dejn li jidher fin-nota ta’ debitu Nru 3241606289 tas-26 ta’ Mejju 2016 tal-konvenuta intiża sabiex l-Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis tirrimborsa parti mis-sussidju li rċiviet għall-proġett MINATRAN, li tammonta għal EUR 245 525,43, hija infondata u li din is-somma tikkorrispondi għal nefqa eliġibbli;

tikkundanna lill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 272 TFUE li tikkonstata li l-ammont ikkontestat mill-ERCEA jikkorrispondi għal nefqa eliġibbli.

Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tiddikjara li n-nefqa kkontestata mill-ERCEA hija eliġibbli u, b’mod partikolari, l-ispejjeż tal-persunal, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-ispejjeż indiretti. Dan il-fatt huwa kkorroborat mill-provi mressqa mir-rikorrenti lill-ERCEA matul kontroll imwettaq fuq il-post u mbagħad fil-kuntest ta’ korrispondenza li seħħet sussegwentement u, fuq kollox, mill-eżami konġunt tal-provi prodotti.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/39


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2016 – Kinepolis Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-350/16)

(2016/C 296/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kinepolis Group (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Gilliams u J. Bocken, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Jannar 2016, dwar l-iskema ta’ għanuna mill-Istat li tikkonċerna l-eżenzjoni fuq il-profitt żejjed SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN), implementata mir-Renju tal-Bejġju;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-Deċiżjoni;

fi kwalunkwe każ, tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-Deċiżjoni sa fejn dawn l-artikoli (a) jordnaw l-irkupru mingħand entitajiet oħra li ma humiex dawk li bbenefikaw minn “deċiżjonijiet dwar profitt eċċessiv”, u (b) jordnaw l-irkupru ta’ ammont li jikkorrispondi għall-eżenzjoni mit-taxxa tal-benefiċjarju mingħajr ma tippermetti lill-Belġju li jieħu inkunsiderazzjoni tal-aġġustamenti għaż-żieda mwettqa minn amministrazzjoni tat-taxxa oħra;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat żball manifest ta’ evalwazzjoni, eċċess ta’ poter u nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Jannar 2016, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat li tikkonċerna l-eżenzjoni fuq il-profitt żejjed SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implementata mir-Renju tal-Belġju tallega l-eżistenza ta’ skema ta’ għajnuna.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 107 TFUE u tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tikklassifika din l-hekk imsejħa skema bħala miżura selettiva.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 107 TFUE u żball manifest ta’ evalawzzjoni sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tiddikjara li l-hekk imsejħa skema tagħti vantaġġ.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 107 TFUE, ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, żball manifest ta’ evalwazzjoni, eċċess ta’ poter u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn d-deċiżjoni kkontestata tordna l-irkupru tal-għajnuna mill-Belġju.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/40


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2016 – adp Gauselmann vs EUIPO (MULTI FRUITS)

(Kawża T-355/16)

(2016/C 296/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: adp Gauselmann GmbH (Espelkamp, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MULTI FRUITS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 646 542

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ April 2016 fil-Każ R 1043/2015-5

Talbiet

tirrikonoxxi li l-appell tagħha quddiem il-Bord tal-Appell huwa fondat u tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tal-imsemmi regolament;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tal-imsemmi regolament;


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/41


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2016 – Punch Powertrain vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-357/16)

(2016/C 296/52)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Punch Powertrain (Sint-Truiden, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Viaene, B. Hoorelbeke, D. Gillet u F. Verhaegen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara t-talba għal annullament ammissibbli;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-11 ta’ Jannar 2016, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat dwar l-eżenzjoni tal-profitt żejjed SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju, kif ippubblikata fis-sit tal-internet tal-Kummissjoni Ewropea fl-4 ta’ Mejju 2016;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament Nru 2015/1589 (1), tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-Artikolu 296 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni tikklassifika ħażin bħala skema ta’ għajnuna l-miżura kkontestata.

Il-Kummissjoni tikser l-Artikolu 1(d) tar-Regolament Nru 2015/1589 u l-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn hija tikklassifika ħażin bħala skema ta’ għajnuna l-miżura kkontestata. L-għajnuna kkontestata ma hijiex attribwibbli biss fuq il-bażi tal-Artikolu 185(2)(b) tal-Kodiċi tal-1992 dwar it-taxxa fuq id-dħul (Wetboek van inkomstenbelastingen van 1992), inkwantu, skont id-dispoizzjoni msemmija, miżuri ta’ implemenazzjoni ulterjuri huma meħtieġa.

Il-Kummissjoni tikser l-Artikolu 296 TFUE sa fejn il-motivazzjoni tagħha tinkludi kontradizzjoni. Din il-kontradizzjoni tikkonsisti fil-fatt li l-Kummissjoni ma spjegatx għaliex fl-evalwazzjoni tal-kriterju ta’ selettività hija tqis li d-deċiżjonijiet preċedenti ma joħorġux direttament mill-Artikolu 185(2)(b) tal-Kodiċi tal-1992 dwar it-taxxa fuq id-dħul, meta fl-eżami tal-eżistenza ta’ skema ta’ għajnuna hija tippreżumi li d-dispożizzjoni msemmija ma teħtieġx miżuri ta’ implementazzjoni ulterjuri.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni ma evalwatx korrettament l-eżistenza ta’ vantaġġ.

Il-Kummissjoni ma eżaminatx jekk l-iskema ta’ għajnuna kkontestata fil-fatt iddetermintax l-għoti ta’ vantaġġ, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, lill-impriżi benefiċjarji. U dan minkejja l-fatt li din il-kundizzjoni hija kundizzjoni essenzjali sabiex tiġi kkonstatata għajnuna mill-Istat u li l-Kummissjoni għandha għalhekk tivverifika qabel ma tkun tista’ tiddeċiedi li tirriżulta għajnuna mill-Istat, taħt piena ta’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha skont l-Artikolu 296 TFUE.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni ma evalwatx korrettament in-natura selettiva tal-miżura kkontestata.

L-Artikolu 185(2)(b) tal-Kodiċi tal-1992 dwar it-taxxa fuq id-dħul u s-sistema ta’ eżenzjoni tal-profitt żejjed li torġina minnu huwa miftuħ għall-impriżi kollha li huma f’sitwazzjoni ta’ fatt u ta’ dritt simili u li jwettqu l-attivitajiet ekonomiċi li jikkostitwixxu s-suġġett tal-miżura kkontestata. Għalhekk, il-miżura kkontestata ma hijiex limitata għal impriżi partikolari individwati fuq il-bażi ta’ karatteristiċi speċifiċi u lanqas ma hija selettiva fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Sussidjarjament, il-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta qieset li l-eżenzjoni tal-profitt żejjed ma tagħmilx parti mis-sistema ta’ riferiment. L-eżenzjoni tal-profitt żejjed ibbażata fuq is-sinerġija u l-ekonomiji ta’ skala skont il-prinċipju ta’ kompetizzjoni sħiħa (imsejjaħ l-arm’s length principle) tagħmel parti integrali mill-miżuri li jiddeterminaw il-profitt totali taxxabbli, u ma tistax għalhekk titqies li hija deroga mis-sistema ta’ riferiment li tiddetermina s-selettività.

Iktar sussidjarjament, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tipprova li l-prinċipju ta’ kundizzjonijiet normali tas-suq ġie applikat ħażin mill-Belgische Rulingcommissie (kummissjoni Belġjana għad-deċiżjonijiet antiċipati fil-qasam fiskali, imsejħa “ruling”) fl-ambitu tal-applikazzjoni tal-Artikolu 185(2)(b) tal-Kodiċi tal-1992 dwar it-taxxa fuq id-dħul. Ir-raġunijiet tal-Kummissjoni ma humiex koerenti u jieħdu inkunsiderazzjoni elementi rilevanti li madankollu jikkontradixxu lil xulxin jew huma nieqsa mill-koerenza meħtieġa.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali minħabba l-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ ħlas lura.

Fuq il-bażi tal-prassi deċiżjonali stabbilita tal-Kummissjoni, li ma tqegħidx f’dubju l-applikazzjoni tal-prinċipju, internazzjonalment aċċettat, ta’ kompetizzjoni sħiħa (arm’s length principle), jirriżulta ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali sa fejn f’dan il-każ jintalab il-ħlas lura tal-allegata għajnuna. Fil-fatt, fuq il-bażi tal-prassi deċiżjonali u tal-ġurisprudenza stabbilita, ma setax ikun previst li l-Artikolu 185(2)(b) tal-Kodiċi tal-1992 dwar it-taxxa fuq id-dħul jikser l-Artikolu 107 TFUE.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015 L 248, p. 9).


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/42


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2016 – Axel Springer vs EUIPO – Stiftung Warentest (TestBild)

(Kawża T-359/16)

(2016/C 296/53)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Axel Springer SE (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Hamacher u G. Müllejans, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Stiftung Warentest (Berlin, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Testbild” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 555 579

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 555/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/44


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 – Kaufmann vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-69/15)

((Servizz pubbliku - Sigurtà soċjali - Skema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard - Servizzi ta’ assistenti mediċi - Awtorizzazzjoni minn qabel - Kundizzjonijiet - Obbligu tal-użu tas-servizzi ta’ fornituri ta’ servizz legalment awtorizzati li jipprovdu servizzi ta’ assistenti mediċi jew servizzi ta’ “nursing” - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Dmir ta' premura - Limiti - Rikors manifestament infondat fid-dritt - Ordni indirizzata lill-amministrazzjoni - Inammissibbiltà manifesta - Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura))

(2016/C 296/54)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sandra Kaufmann (Böhl-Iggelheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Turk, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: T. S. Bohr u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett tal-kawża

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tagħtix lil persuna li kienet uffiċjal, li tagħha r-rikorrenti hija aventi kawża, l-awtorizzazzjoni minn qabel li tibbenefika mis-servizzi ta’ assistenti mediċi, u t-talba li r-rikorrenti tingħata s-somom sabiex tkopri s-servizzi tal-assistenti mediċi pprovduti mill-kumpannija kkonċernata, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud billi huwa parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

2)

Sandra Kaufmann għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/44


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2016 – ZZ vs eu-LISA u Il-Kummissjoni

(Kawża F-26/16)

(2016/C 296/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: M. Greinoman, avukat)

Konvenuti: L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA),

u

Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad lir-rikorrenti awtorizzazzjoni minn qabel għal trattament mediku għal żewġha taħt l-Iskema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-Unjoni Ewropea.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-awtorizzazzjoni minn qabel għat-trattament mediku tar-raġel tar-rikorrenti kopert mill-Iskema komuni ta’ Assigurazzjoni għall-mard;

jiddikjara li l-epatite Ċ li minnha jsofri r-raġel tar-rikorrenti hija marda serja fis-sens tal-Artikolu 72(1) tar-Regolamenti tal-Persunal;

jikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/45


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2016 – ZZ vs EASA

(Kawża F-27/16)

(2016/C 296/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz. avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li titrasferixxi r-rikorrent għal pożizzjoni ġdida fl-interessi tas-servizz.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni kkontestata u, sa fejn neċessarju, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/45


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-28/16)

(2016/C 296/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma timplementax, f’terminu raġonevoli, il-miżuri għall-eżekuzzjoni tas-sentenza fil-Kawża F-96/13 u annullament tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Diċembru 2015, li, billi tittrasferixxi lir-rikorrent, b’effett retroattiv, mid-delegazzjoni tax-Xatt tal-Punent u tal-Istrixxa ta’ Gaza fil-lvant ta’ Ġerusalem lejn id-DĠ Mobilità u Trasport, direttorat Riżorsi Komuni MOVE/ENER fi Brussell, tikkostitwixxi deċiżjoni konfermattiva ta’ rifjut ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza msemmija.

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma timplementax il-miżuri ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza fil-Kawża F-96/13 kif ukoll id-deċiżjoni tat-22 ta’ Diċembru 2015 li r-rikorrent jiġi ttrasferit, fl-interess tas-servizz, mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea tax-Xatt tal-Punent u tal-Istrixxa ta’ Gaza (lvant ta’ Ġerusalem) lejn id-Direttorat Ġenerali Mobilità u Trasport (MOVE) fi Brussell b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2013, deċiżjoni purament konfermattiva u diġà eżegwita iktar minn 3 snin ilu;

tikkundanna lil Il-Kummissjoni għall-ispejjeż.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/46


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2016 – ZZ et vs BEI

(Kawża F-30/16)

(2016/C 296/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: L.-Y. Levi)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjonijiet li jinsabu fir-rendikonti tar-remunerazzjoni tax-xahar ta’ April 2016, li jiffissaw l-aġġustament annwali tas-salarji limitat għal 0,6 % għas-sena 2016 u l-annullament tar-rendikonti sussegwenti kif ukoll, sa fejn ikun hemm bżonn, in-nota ta’ informazzjoni li l-konvenut bagħat lir-rikorrenti fit-8 ta’ Marzu 2016, u l-kundanna tal-konvenut għall-ħlas tad-danni għad-danni materjali u morali allegatament sostnuti.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni li tinsab fir-rendikonti tar-remunerazzjoni tar-rikorrenti tax-xahar ta’ April 2016, deċiżjoni li tiffissa l-aġġustament annwali tas-salarju bażiku limitat għal 0,6 % għas-sena 2016, u, għaldaqstant, l-annullament tad-deċiżjonijiet simili li jinsabu fir-rendikonti tar-remunerazzjoni sussegwenti u, sa fejn ikun hemm bżonn, l-annullament tan-nota ta’ informazzjoni li l-konvenut bagħat lir-rikorrenti fit-8 ta’ Marzu 2016;

jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas, bħala kumpens għad-dannu materjali (i) tal-bilanċ tas-salarju li jikkorrispondi għall-applikazzjoni tal-aġġustament annwali għall-2016, jiġifieri żieda ta’ 2,3 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016; (ii) tal-bilanċ tas-salarju li jikkorrispondi għall-konsegwenzi tal-applikazzjoni tal-aġġustament annwali ta’ 2,9 % għall-2016 fuq l-ammont tas-salarji li ser jitħallsu sa minn Jannar 2016; (iii) ta’ interessi moratorji fuq il-bilanċi tas-salarji dovuti sal-ħlas totali tas-somom dovuti, bir-rata ta’ interessi moratorji li għandha tiġi applikata għandha tiġi kkalkolata abbażi tar-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda bi tliet punti u (iv) ta’ danni għat-telf tal-kapaċità ta’ akkwist;

jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ EUR 1 000 lil kull rikorrent bħala kumpens għad-dannu morali;

jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/47


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2016 – ZZ vs CEDEFOP

(Kawża F-31/16)

(2016/C 296/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali (CEDEFOP)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tinkludix l-isem tar-rikorrent fil-lista tal-uffiċjali promossi fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ promozzjoni tal-2015 taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali (CEDEFOP) u talba għar-riżarċiment tad-danni morali u materjali allegatament subiti.

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni ta’ nauuqas ta’ promozzjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-4 ta’ Novembru 2015 safejn din tikkonċerna lir-rikorrent;

tikkundanna lill-aġenzija CEDEFOP għar-riżarċiment tad-danni subiti;

tikkundanna lill-aġenzija CEDEFOP għall-ispejjeż.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/47


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2016 – ZZ vs ECDC

(Kawża F-32/16)

(2016/C 296/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: V. Kolias, avukat)

Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-21 ta’ Settembru 2015 li tiffinalizza r-rapport ta’ notazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu ta’ referenza 2011.

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-evalwatur tal-appell tal-21 ta’ Settembru 2015 li tiffinalizza r-rapport ta’ notazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu ta’ referenza 2011, u sa fejn huwa neċessarju tannulla d-deċiżjoni tal-awtorità awtorizza tikkonkludi kuntratti ta’ xogħol tal-20 ta’ April 2016 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tal-20 ta’ Diċembru 2015;

tordna lil ECDC ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu, kif ukoll dawk tar-rikorrent, għal din il-proċedura.


16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/48


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2016 – ZZ vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-33/16)

(2016/C 296/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: A. Tymen, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jitkeċċa fi tmiem il-perijodu ta’ prova tiegħu u talba għal kumpens għad-dannu materjali u morali allegatament imġarrab.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ Lulju 2015 ta’ tkeċċija tar-rikorrent;

jannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ Marzu 2016 li tiċħad l-ilment tas-16 ta’ Ottubru 2015;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ kumpens għad-dannu materjali mġarrab mir-rikorrent;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ interessi, stabbiliti ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 60 000, bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrent;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.