ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 291

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
11 ta' Awwissu 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 291/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7973 — Gerdau/Sumitomo/JV) ( 1 )

1

2016/C 291/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8093 — EQT/Bilfinger Real Estate Solutions and Bilfinger Efficiency) ( 1 )

1

2016/C 291/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8081 — Triton/Voith Industrial Services) ( 1 )

2

2016/C 291/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8095 — Ferrari Financial Services/FCA Bank/FFS JV) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 291/05

Rata tal-kambju tal-euro

3

2016/C 291/06

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Awwissu 2016 dwar il-ħatra ta’ ċerti membri tal-Kunsill Xjentifiku tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 291/07

Avviż ta’ ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni ta’ antidumping dwar importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mit-Tajwan

7

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 291/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8140 — Kion/Dematic) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

17

2016/C 291/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8154 — Alpiq/GETEC Energie/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

18

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 291/10

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

19


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7973 — Gerdau/Sumitomo/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 291/01)

Fit-2 ta’ Awwissu 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M7973. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


11.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8093 — EQT/Bilfinger Real Estate Solutions and Bilfinger Efficiency)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 291/02)

Fl-1 ta’ Awwissu 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8093. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


11.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8081 — Triton/Voith Industrial Services)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 291/03)

Fit-3 ta’ Awwissu 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8081. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


11.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8095 — Ferrari Financial Services/FCA Bank/FFS JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 291/04)

Fit-2 ta’ Awwissu 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8095. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-10 ta’ Awwissu 2016

(2016/C 291/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1184

JPY

Yen Ġappuniż

113,09

DKK

Krona Daniża

7,4384

GBP

Lira Sterlina

0,85541

SEK

Krona Żvediża

9,4811

CHF

Frank Żvizzeru

1,0923

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,2571

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,025

HUF

Forint Ungeriż

310,41

PLN

Zloty Pollakk

4,2684

RON

Leu Rumen

4,4585

TRY

Lira Turka

3,3030

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4450

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4557

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6748

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5418

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4968

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 223,53

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,8482

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4169

HRK

Kuna Kroata

7,4827

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 627,55

MYR

Ringgit Malażjan

4,4624

PHP

Peso Filippin

52,130

RUB

Rouble Russu

72,0826

THB

Baht Tajlandiż

38,859

BRL

Real Brażiljan

3,4911

MXN

Peso Messikan

20,4917

INR

Rupi Indjan

74,5310


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


11.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Awwissu 2016

dwar il-ħatra ta’ ċerti membri tal-Kunsill Xjentifiku tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka

(2016/C 291/06)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE tat-3 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni waqqfet il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (“ERC”) bid-Deċiżjoni C(2013) 8915 (2) (kif modifikata sussegwentement bid-Deċiżjoni C(2015) 788 (3)) għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020 bħala l-mezz ta’ implimentazzjoni tal-azzjonijiet skont il-Parti I “Xjenza Eċċellenti” marbuta mal-għan speċifiku “Il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC)”, imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2013/743/UE,

(2)

L-ERC huwa magħmul mill-Kunsill Xjentifiku indipendenti previst fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2013/743/UE u mill-istruttura ta’ implimentazzjoni ddedikata prevista fl-Artikolu 8 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni C(2013) 8915, il-Kunsill Xjentifiku huwa magħmul mill-President tal-ERC u minn 21 membru,

(4)

Skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni 2013/743/UE, il-membri tal-Kunsill Xjentifiku jinħatru għal mandat ta’ mhux iżjed minn erba’ snin, li jista’ jiġġedded darba. Dawn jenħtieġ li jinħatru b’mod li jiżgura l-kontinwità tal-ħidma tal-Kunsill Xjentifiku.

(5)

Żewġ membri tal-Kunsill Xjentifiku rriżenjaw u hemm bżonn li jiġu sostitwiti,

(6)

Skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni 2013/743/UE, il-membri tal-Kunsill Xjentifiku jinħatru mill-Kummissjoni, wara li ssir proċedura indipendenti u trasparenti għall-identifikazzjoni tagħhom bi qbil mal-Kunsill Xjentifiku, li tinkludi konsultazzjoni mal-komunità xjentifika u rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Għal dan l-għan, twaqqaf kumitat permanenti biex jidentifika l-membri futuri tal-Kunsill Xjentifiku. Il-Kumitat ta’ Identifikazzjoni għamel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni għall-ħatra ta’ żewġ membri ġodda tal-Kunsill Xjentifiku u dawn ġew aċċettati,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Professur Kurt MEHLHORN maħtur bħala membru tal-Kunsill Xjentifiku tal-ERC għall-ewwel mandat li jintemm fit-30 ta’ Ġunju 2020.

Il-Professur Nektarios TAVERNARAKIS maħtur bħala membru tal-Kunsill Xjentifiku tal-ERC għall-ewwel mandat li jintemm fit-30 ta’ Ġunju 2020.

Artikolu 2

Il-membri tal-Kunsill Xjentifiku tal-ERC huma mniżżla fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni

Carlos MOEDAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 8915 tat-12 ta’ Diċembru 2013 li twaqqaf il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ĠU C 373, 20.12.2013, p. 23).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 788 tas-17 ta’ Frar 2015 li temenda d-Deċiżjoni C(2013) 8915 li twaqqaf il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ĠU C 58, 18.2.2015, p. 3).


ANNESS

Membri tal-Kunsill Xjentifiku tal-ERC

Isem u Istitut

Tmiem il-mandat

Klaus BOCK, il-Fondazzjoni Nazzjonali Daniża tar-Riċerka

Il-31 ta’ Diċembru 2016

Margaret BUCKINGHAM, l-Istitut Pasteur, Pariġi

It-30 ta’ Ġunju 2019

Christopher CLARK, l-Università ta’ Cambridge

Il-31 ta’ Diċembru 2019

Athene DONALD, l-Università ta’ Cambridge

Il-31 ta’ Diċembru 2016

Barbara ENSOLI, l-Istituto Superiore di Sanità, Ruma

Il-31 ta’ Diċembru 2016

Nuria Sebastian GALLES, l-Università ta’ Pompeu Fabra, Barċellona

Il-31 ta’ Diċembru 2016

Michael KRAMER, l-Istitut Max Planck tar-Radjoastronomija, Bonn

It-30 ta’ Ġunju 2019

Tomas JUNGWIRTH, l-Akkademja tax-Xjenzi tar-Repubblika Ċeka

Il-31 ta’ Diċembru 2018

Matthias KLEINER, l-Università Teknika ta’ Dortmund

Il-31 ta’ Diċembru 2016

Eva KONDOROSI, l-Akkademja Ungeriża tax-Xjenzi

Il-31 ta’ Diċembru 2016

Kurt MEHLHORN, l-Istitut Max Planck tal-Informatika, Saarbrücken

It-30 ta’ Ġunju 2020

Barbara ROMANOWICZ, il-Berkeley Seismological Laboratory

Il-31 ta’ Diċembru 2019

Mart SAARMA, l-Università ta’ Helsinki

Il-31 ta’ Diċembru 2016

Nils Christian STENSETH, l-Università ta’ Oslo

Il-31 ta’ Diċembru 2017

Martin STOKHOF, l-Università ta’ Amsterdam

Il-31 ta’ Diċembru 2017

Nektarios TAVERNARAKIS, l-Istitut tal-Bijoloġija Molekulari u tal-Bijoteknoloġija, il-Fondazzjoni tar-Riċerka u tat-Teknoloġija — Hellas

It-30 ta’ Ġunju 2020

Janet THORNTON, il-Laboratorju Ewropew tal-Bijoloġija Molekolari tal-Istitut Ewropew tal-Bijoinformatika (EMBL-EBI)

Il-31 ta’ Diċembru 2018

Isabelle VERNOS, l-Institució Catalana de Recerca i Estudis Avançats, Barċellona

It-30 ta’ Ġunju 2019

Reinhilde VEUGELERS, l-Università Kattolika ta’ Leuven

Il-31 ta’ Diċembru 2016

Michel WIEVIORKA, iċ-Ċentru għall-Analiżi u għall-Intervent Soċjoloġiċi, Pariġi

Il-31 ta’ Diċembru 2017

Fabio ZWIRNER, l-Università ta’ Padova

Il-31 ta’ Diċembru 2018


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

11.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/7


Avviż ta’ ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni ta’ antidumping dwar importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mit-Tajwan

(2016/C 291/07)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet talba skont l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) sabiex tinvestiga jekk il-miżuri tal-antidumping imposti fuq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mit-Tajwan, kellhomx effett fuq il-prezzijiet tal-esportazzjoni, il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid jew il-prezzijiet tal-bejgħ sussegwenti fl-Unjoni.

1.   Talba għal investigazzjoni mill-ġdid ta’ assorbiment

It-talba saret fit-28 ta’ Ġunju 2016 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar - (“Eurofer”) (“l-applikant”) f’isem produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli irrumblati ċatti fil-kiesaħ.

2.   Il-Prodott li qiegħed jiġi investigat

Il-prodott li qiegħed jiġi investigat huwa prodotti tal-azzar inossidabbli irrumblati ċatti, mhux maħdumin aktar ħlief irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana), li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7219 31 00, 7219 32 10, 7219 32 90, 7219 33 10, 7219 33 90, 7219 34 10, 7219 34 90, 7219 35 10, 7219 35 90, 7220 20 21, 7220 20 29, 7220 20 41, 7220 20 49, 7220 20 81 u 7220 20 89, u li joriġinaw mit-Tajwan (“il-prodott li qiegħed jiġi investigat”).

3.   Miżuri Eżistenti:

Il-miżuri fis-seħħ bħalissa huma dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1429 tas-26 ta’ Awwissu 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (2).

4.   Raġunijiet għal investigazzjoni mill-ġdid ta’ assorbiment

L-applikant issottometta biżżejjed evidenza li turi li, wara l-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali u qabel u wara l-impożizzjoni tad-dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott investigat, il-prezzijiet tal-esportazzjoni naqsu. Dan dgħajjef l-effetti ta’ rimedju intenzjonati tal-miżuri fis-seħħ. L-evidenza li hemm fit-talba turi li t-tnaqqis fil-prezzijiet ma jistax jiġi spjegat minn bidliet fil-prezzijiet tal-prodott bażiku, l-ispejjeż tal-enerġija, l-ispejjeż tax-xogħol, ir-rati ta’ dazju jew rati tal-kambju.

Barra minn hekk, l-applikant ipprovda evidenza li turi li l-importazzjonijiet tal-prodott investigat komplew jidħlu fl-Unjoni f’volumi sinifikanti.

5.   Proċedura

Wara li ddeterminat, u infurmat lill-Istati Membri, u nnotifikat lit-Tajwan, li t-talba tressqet mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha u li hemm biżżejjed evidenza ta’ assorbiment, il-Kummissjoni b’dan qiegħda tagħti bidu għal investigazzjoni skont l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku.

5.1.    Investigazzjoni mill-ġdid tal-esportaturi u l-produtturi esportaturi

5.1.1.   Il-proċedura għall-għażla tal-esportaturi u l-produtturi esportaturi li għandhom jiġu investigati fit-Tajwan

(a)   Teħid ta’ kampjuni

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ esportaturi u produtturi esportaturi fit-Tajwan (“il-pajjiż ikkonċernat”) li huma involuti f’dan il-proċediment, u sabiex tlesti l-investigazzjoni mill-ġdid ta’ assorbiment fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita għal għadd raġonevoli l-esportaturi u l-produtturi esportaturi li għandhom jiġu investigati mill-ġdid billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-esportaturi u l-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu hekk fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jagħtu l-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom lill-Kummissjoni, kif mitlub fl-Anness I ta’ dan l-Avviż. Fl-istess limitu ta’ żmien, dawn il-partijiet iridu jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk ikunux qed jitolbu reviżjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 12(5) tar-Regolament bażiku. Meta l-investigazzjoni mill-ġdid ta’ assorbiment tinvolvi rieżami tal-valuri normali, l-importazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi għal reġistrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, sakemm joħroġ l-eżitu tal-investigazzjoni mill-ġdid.

Biex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ esportaturi u produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati, u tista’ tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ esportaturi u produtturi esportaturi.

Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-esportaturi u l-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kampjun u l-eżami individwali fl-investigazzjoni oriġinali. L-esportaturi u l-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet ta’ esportaturi u produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-investigazzjoni mill-ġdid tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-esportaturi u l-produtturi esportaturi magħżula biex ikunu fil-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ esportaturi u produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati.

L-esportaturi u l-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-avviż tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-partijiet li talbu għal reviżjoni tal-valur normali u ġew magħżula sabiex ikunu fil-kampjun se jkollhom jipprovdu, fl-istess limitu ta’ żmien, informazzjoni kompleta dwar valuri normali, sostanzjata kif xieraq bl-evidenza.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu qed jikkooperaw (“il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”).

5.2.    L-investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati  (3)

Importaturi mhux relatati tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni huma mistiedna li jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni mill-ġdid.

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ importaturi li mhumiex relatati, li huma involuti f’dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni mill-ġdid fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-importaturi li mhumiex relatati li se jiġu investigati mill-ġdid għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b’dan jintalbu li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness II ta’ dan l-Avviż.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat mill-ġdid b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula għall-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa fl-investigazzjoni mill-ġdid tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-avviż tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.3.    Preżentazzjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Avviż, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.4.    Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ jenħtieġ li ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għaliex tkun qiegħda ssir. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.5.    L-istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ partijiet terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu a) lill-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-data għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’dan l-Avviż, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali għadhom ikunu mmarkati bħala “Ristrett” (4).

Partijiet interessati li jagħtu tagħrif “Ristrett” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tiegħu skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet jenħtieġ li jkunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ ittra elettronika u jinkludu dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li għandhom jitressqu fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra reġistrata. Permezz ta’ ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tan-negozju uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma jkunx jeħtieġ l-użu ta’ posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

Direttorat H

Uffiċċju: CHAR 04/039

1049 Brussell

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: TRADE-SSCR-TW-ABSORPTION@ec.europa.eu

6.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fit-termini preskrittivi stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni mill-ġdid, il-konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Meta jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u r-riżultati jkunu għalhekk imsejsa fuq fatti disponibbli konformi mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas li tingħata risposta kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dejjem jekk il-parti interessata turi li biex tippreżenta r-risposta kif mitlub ikun ifisser piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tagħmel kuntatt mal-Kummissjoni immedjatament.

7.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ.

Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni mill-ġdid, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta jipprovdi wkoll l-opportunitajiet biex issir seduta li tinvolvi l-partijiet u li tagħmilha possibbli li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost affarijiet oħra, id-dumping.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni elettroniċi tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/ (bl-Ingliż)

8.   L-iskeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni mill-ġdid se tintemm, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku, fi żmien disa’ (9) xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   Proċessar ta’ data personali

Kull data personali miġbura f’din l-investigazzjoni mill-ġdid tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (5).


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51, sostitwit mir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21).

(2)  ĠU L 224, 27.8.2015, p. 10.

(3)  Għall-kampjunar jistgħu jintgħażlu biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni jitqiesu li jkunu relalati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta’ xulxin; (b) ikunu sħab rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu impjegatur u impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament tippossjedi, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar tal-ishma jew ta’ kwoti ta’ ishma li jivvutaw jew tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom ir-relazzjonijiet segwenti bejniethom biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali bħala persuna li għandha l-kapaċità li twettaq atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(4)  Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Antidumping). Dan huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

11.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/17


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8140 — Kion/Dematic)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 291/08)

1.

Fl-1 ta' Awwissu 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Kion (il-Ġermanja) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Dematic kollha kemm hi (il-Lussemburgu) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Kion: il-manifattura ta’ forklifts, tagħmir tal-imħażen, u trakkijiet industrijali oħrajn. Kion toffri trakkijiet tal-forklift li jaħdmu bl-elettriku, trakkijiet tal-forklift li jaħdmu bid-diżil u l-gass LP, tagħmir li jimmaniġġa l-imħażen, trakkijiet pjattaforma, u tratturi kif ukoll trakkijiet użati. Barra minn hekk, Kion toffri servizzi ta’ wara l-bejgħ, fosthom tiswija, manutenzjoni, service sħiħ, u taħriġ tas-sewwieqa kif ukoll sistema ta’ ġestjoni tal-istokk, sistema tat-trasport u ta’ kontroll tat-trakkijiet, ġestjoni tal-flotta kif ukoll sistemi ta’ intraċċar u sistemi ta’ RFID. Permezz ta' Egemin, Kion toffri wkoll soluzzjonijiet għall-awtomatizzazzjoni tal-katina tal-provvista.

—   għal Dematic: id-disinn, il-manifattura, l-integrazzjoni u ż-żamma ta’ sistema awtomatizzata ta’ firxa ta’ soluzzjonijiet li jintużaw f’operazzjonijiet ta’ ħażna u distribuzzjoni. Dawn is-sistemi awtomatizzati jsaħħu l-effiċjenza fl-imħażen u l-katini tad-distribuzzjoni billi joffru ġestjoni awtomatizzata tal-materjal. Dematic hija bbażata fil-Lussemburgu u topera mad-dinja kollha.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.8140 — Kion/Dematic, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


11.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/18


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8154 — Alpiq/GETEC Energie/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 291/09)

1.

Fit-2 ta’ Awwissu 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Alpiq AG, fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Alpiq Holding AG (“Alpiq”, it-tnejn tal-Iżvizzera) u GETEC Energie AG (“GETEC”, il-Ġermanja) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża konġunta (“JV”, il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta' ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Alpiq hija fornitur tal-enerġija attiv fl-Ewropa kollha,

GETEC hija fornitur tas-servizzi tal-enerġija, li tispeċjalizza fil-forniment tal-elettriku u tal-gass kif ukoll f'servizzi relatati mas-suq tal-enerġija. GETEC hija attiva primarjament fil-Ġermanja u l-Awstrija,

l-Impriża Konġunta se tipprovdi servizzi amministrattivi u għall-klijent relatati mas-suq tal-enerġija f’bosta pajjiżi Ewropej.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza M.8154 — Alpiq/GETEC Energie/JV, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

11.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/19


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2016/C 291/10)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI TA’ EMENDA LI MHJIEX MEQJUSA MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAD-DENOMINAZZJONIJIET PROTETTI TAL-ORIĠINI JEW TAL-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI

APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI TA’ EMENDA SKONT L-EWWEL SUBPARAGRAFU TAL-ARTIKOLU 53(2), TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1151/2012

“ACEITE DE TERRA ALTA”/“OLI DE TERRA ALTA”

Nru UE: ES-PDO-0105-01382 — 5.10.2015

DPO ( X ) IĠP ( )

1.   Raggruppament tal-applikant u interess leġittimu

Consejo Regulador de la DOP Aceite de Terra Alta

C/Povet de la Plana, s/n

43780 Gandesa

TARRAGONA

ESPAÑA

Tel. +34 977420474

Internet: www.dopoliterraalta.com

Email: info@dopoliterraalta.com

Il-Kunsill Regolatorju tad-Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta “Aceite de Terra Alta” huwa magħmul mill-produtturi u l-proċessuri kollha taż-żejt kopert bid-DOP “Aceite de Terra Alta” jew “Oli de Terra Alta”, u għandu interess leġittimu ffil-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal emenda.

2.   Stat membru jew Pajjiż Terz

Spanja

3.   Taqsima tal-ispeċifikazzjonijiet affettwati mill-emenda

L-isem tal-prodott

Id-deskrizzjoni tal-prodott

Iż-żona ġeografika

Il-prova tal-oriġini

Il-metodu tal-produzzjoni

Ir-rabta

It-tikkettar

Oħrajn (ippakkjar, ispezzjoni, u l-logo)

4.   Tip ta’ emenda

Emenda tal-Ispeċifikazzjonijiet ta’ DOP jew IĠP irregistrata li, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, mhijiex meqjusa minuri.

Emenda tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ DOP jew IĠP irregistrata li d-dokument uniku tagħha (jew ekwivalenti) ma ġiex ippubblikat u li, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, mhijiex meqjusa minuri.

5.   Emendi

Deskrizzjoni tal-prodott:

Id-deskrizzjoni tal-prodott ġiet riveduta u msaħħa fuq il-bażi ta’ dejta li tirriżulta minn analiżijiet u avvenimenti ta’ tidwiq imwettaq matul l-aħħar għaxar snin, u tibdil fil-metodi ta’ evalwazzjoni organolettika taż-żjut. B’mod partikolari, saru l-bidliet li ġejjin:

Karatteristiċi organolettiċi:

Fir-rigward tad-dehra, il-frażi “mhux imċajpar jew imdardar” għandha titħassar peress li dan joħroġ diġà mill-kunċett ta’ “trasparenti”.

Fir-rigward tal-kulur, id-deskrizzjoni ġiet estiża biex tinkludi informazzjoni dwar il-kulur fil-bidu ta’ kull sena ta’ bejgħ ta’ żejt taż-żebbuġa.

Fir-rigward tat-togħma u tar-riħa, saret deskrizzjoni tal-evoluzzjoni tal-kontenut ta’ aroma ta’ frott matul is-sena tas-suq. Il-parametri biex jiġi espress ir-riżultat tal-analiżi tal-prodott ġew ukoll aġġornati biex ikunu konformi mal-metodu tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ għall-valutazzjoni organolettika taż-żjut verġni taż-żebbuġa, kif meħtieġ mir-Regolament Ewropew fis-seħħ dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta’ analiżi rilevanti. Dan l-aġġornament jinvolvi s-sostituzzjoni tal-punteġġ minimu tal-bord tad-dewwieqa bil-medjan tad-difetti (Md), bil-medjan tal-fruttat (Mf) u bl-intensità massima ta’ kemm il-prodott huwa pikkanti jew morr.

Barra minn hekk, ir-referenza għan-nota aromatika tal- lewż u l-ġewż ġiet riveduta abbażi tan-noti ta’ waqt id-tidwiq.

Din it-tabella tal-karatteristiċi organolettiċi għaldaqstant tinbidel:

“Dehra

Nadifa, trasparenti, mhux imċajpra jew imdardra

Kulur

Isfar bi sfumaturi ta’ kulur li jvarja minn isfar ċar għal isfar lewn id-deheb antik

Togħma

Togħma tajba, togħma ta’ frott fil-bidu tas-sena tas-suq li ssir kemxejn ħelwa aktar mal-istaġun javanza. Bi ħjiel aromatiċi li jirrigwardaw il-lewż u l-ġewż

Punteġġ minimu mill-bord tad-dewwieqa

6,5 ”

u ssir kif ġej:

“Dehra

Nadifa, trasparenti

Kulur

Fil-bidu tas-sena tas-suq, il-kulur huwa aħdar jew isfar fl-aħdar. Hekk kif javanza l-istaġun jibda jxaqleb lejn l-isfar li jista’ jvarja minn isfar ċar għal isfar lewn id-deheb antik

Togħma

Togħma tajba ta’ frott minn medja għal intensa, u hekk kif l-istaġun javanza tista’ ssir aktar ħelwa bi ħjiel ta’ frott. Bi ħjiel aromatiċi ta’ lewż u/jew ta’ ġewż.

Medjan ta’ difetti (Md)

0

Medjan ta’ fruttat (Mf)

≥ 2,5

Medjan ta’ mrar

≤ 6

Medjan tal-kwalità pikkanti

≤ 6”

Karatteristiċi fiżiċi u kimiċi: Tneħħew il-parametri għal “kontenut massimu ta’ umdità u sustanza volatili” u “l-ogħla kontenut ta’ impurità”. Dan għaliex id-dispożizzjonijiet Ewropej dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta’ analiżi rilevanti li dawn ma jikkundrawhomx bħala parametri għall-valutazzjoni tal-kwalità taż-żjut.

Elementi li juru li l-prodott joriġina miż-żona:

Qed jiġi propost li jiġi ssemplifikat u strutturat dan il-paragrafu biex jiġi konsistenti ma’ sistemi ta’ kontroll u ta’ traċċabbiltà eżistenti u mal-abbozzar tal-ispeċifikazzjonijiet l-aktar reċenti. Ir-referenza għad-“dokument ta’ moviment” li kellu jakkumpanja “kull konsenja ta’ żejt protetta” titħassar peress li t-traċċabilità tista’ tiġi żgurata b’mezzi oħra.

Għalhekk qed issir proposta biex tinbidel il-formulazzjoni attwali tal-paragrafu “Evidenza li l-prodott joriġina miż-żona ġeografika” tal-ispeċifikazzjoni:

“Kontrolli u Ċertifikati:

Dawn huma l-element fundamentali li jiggarantixxu l-oriġini tal-prodott. Jinkludu l-proċessi li ġejjin:

Iż-żebbuġ li jasal fl-impjanti ta’ estrazzjoni huwa minn varjetajiet awtorizzati u li joriġina minn stabbilimenti mniżżlin fir-reġistru tal-istabbilimenti tal-Bord Regolatorju, u kkontrollat minnu.

Iż-żebbuġ jiġi magħsur u ż-żejt jiġi estratt f’impjanti li jinsabu fiż-żona ta’ produzzjoni u li huma mniżżla fil-lista li tinsab fir-reġistri tal-Bord Regolatorju ta’ mtieħen taż-żejt. Iż-żejt miksub b’dan il-mod jiġi soġġett għal evalwazzjoni f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni. Jiġi maħżun u ppakkjat f’intrapriżi li jinsabu fiż-żona demarkata mniżżlin fir-reġistri tal-intrapriżi tal-ippakkjar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-Bord Regolatorju.

Iż-żejt jiġi soġġett għal analiżijiet fiżiċi, kimiċi u organolettiċi. Żjut li jgħaddu biss il-proċedura sħiħa tal-ispezzjoni jiġu ppakkjati u mqiegħda fis-suq bid-denominazzjoni protetta tal-oriġini u bit-tikketta, bit-tikketta ta’ wara jew bis-siġill innumerat ta’ kwalità maħruġa mill-Bord Regolatorju.

In-numru fuq it-tikketti li jingħata mill-Bord Regolatorju lill-industriji tal-ippakkjar jiddependi fuq il-prodott li l-bidwi jagħti lil dawn l-industriji u mill-kapaċità tal-pakketti li fihom ikun se jiġi kkumerċjalizzat il-prodott.

Vjeġġi taż-żejt tal-operaturi kollha koperti minn din id-denominazzjoni tal-oriġini, li jiċċaqilqu minn impriża rreġistrata waħda għal oħra, għandhom ikunu akkompanjati minn dokument ta’ moviment maħruġ mill-Bord Regolatorju, bil-mod li bih jiddetermina hu, sabiex tinżamm iċ-ċertifikazzjoni.”

bit-test li ġej maqsum fi tliet intestaturi: “traċċabilità”, “awtomonitoraġġ mill-opertauri” u “kontrolli u ċertifikazzjoni”.

Traċċabbiltà

L-implimentazzjoni tat-traċċabilità fl-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-ippakkjar tippermetti li tiġi vverifikata l-oriġini taż-żejt koperta mid-DOP.

Għal traċċabbiltà xierqa u monitoraġġ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandu jsir dan li ġej:

Reġistru tal-produtturi u tal-ġonot tar-raba’

Reġistru tal-imtieħen taż-żejt

Reġistru tal-intrapriżi tal-ippakkjar u l-kummerċjalizzazzjoni

Awtomonitoraġġ minn operaturi reġistrati

L-operaturi reġistrati jżommu rekords tal-kontrolli li jwettqu huma stess sabiex jagħtu prova li huma konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-ispeċifikazzjoni. Il-kontenut minimu ta’ dan l-awtomonitoraġġ huwa definit fil-manwal għall-ġestjoni tal-kwalità.

Kontrolli u Ċertifikazzjoni

Id-DOP huwa soġġett għal kontrolli mill-Korp ta’ Ċertifikazzjoni, li jissorvelja s-sistema ta’ kontrolli li l-operaturi rreġistrati jwettqu huma stess, kif ukoll it-traċċabilità u l-kontrolli fuq il-produzzjoni u fuq il-prodott lest. Il-monitoraġġ jieħu l-forma ta’ spezzjonijiet perjodiċi, eżami ta’ dokumentazzjoni (reġistri) u tal-kwalità taż-żejt ippakkjat.

Meta r-rekwiżiti stabbiliti f’din l-ispeċifikazzjoni ma jintlaħqux, iż-żejt ma jistax jiġi kummerċjalizzat bħala DOP ‘Aceite de Terra Alta’ jew ‘Oli de Terra Alta’.”

Metodu ta’ produzzjoni:

Ir-rekwiżit li jirrigwarda t-trasport taż-żebbuġ lejn l-imtieħen taż-żejt f’ċestuni mmaljati speċjali tneħħa. Tqies li minħabba li s-sistemi tat-trasport u tal-ħsad qed jevolvu, ma kienx meħtieġ li jiġu ristretti kemm-il darba tinżamm l-integrità taż-żebbuġ.

L-età minima tas-siġar (ħames snin) li minnhom irid jkun ġej iż-żebbuġ tneħħiet. Dan għaliex metodi ġodda ta’ tħawwil u ta’ kultivazzjoni jippermettu produzzjoni tajba ħafna taż-żebbuġ qabel ma jkunu laħqu din l-età.

Tikkettar:

Żdied l-obbligu li tiġi inkluża l-frażi “Denominazzjoni tal-oriġini protetta” jew l-inizjali “DOP” ħdejn l-isem irreġistrat f’konformità mar-regoli applikabbli.

Aspetti oħra:

Ippakkjar: Ir-restrizzjoni tal-ippakkjar fil-produzzjoni tħassret għaliex mhux meħtieġ li dan isir fiż-żona ġeografika ddefinita, peress li bis-sistemi ta’ kontroll u traċċabbiltà attwali huwa possibbli li tiġi ggarantita l-kwalità tal-prodott kopert. Għaldaqstant, saru emendi għal kull intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata b’dan it-tibdil. Dawn huma elenkati iktar’ l isfel:

Żona ġeografika”: Il-frażi “Iż-żona tal-preparazzjoni u l-ippakkjar hija l-istess bħaż-żona tal-produzzjoni” titħassar u tiġi sostitwita bi “Iż-żona tal-preparazzjoni tikkoinċidi maż-żona tal-produzzjoni. L-ippakkjar mhux bilfors isir fiż-żona ġeografika delimitata.” sabiex titneħħa r-restrizzjoni tal-ippakkjar fis-sors.

Elementi li juru li l-prodott joriġina miż-żona”: Tneħħew ir-referenzi li l-ippakkjar isir fiż-żona ġeografika.

Metodu ta’ produzzjoni”: it-tliet paragrafi li ġejjin tneħħew. Dawn il-paragrafi kienu jispjegaw għaliex il-proċess ta’ produzzjoni kollu (inkluż l-ippakkjar) taż-żejt protett kellu jitwettaq fiż-żona ġeografika.

“Il-proċess kollu, mill-produzzjoni sat-tikkettar isir fiż-żona ġeografika definita biex tiġi ssalvagwardjata l-kwalità u tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-proċess.

Rigward il-kwalità: Iż-żjut taż-żebbuġ verġni huma sensittivi ħafna għall-aġenti esterni, li jistgħu jwasslu għal firxa wiesgħa ta’ tibdiliet u trasformazzjonijiet; għalhekk huwa importanti li l-proċess kollu ta’ dan it-tip ta’ żejt jitlesta fl-istess żona ġeografika.

Traċċabbiltà: Fir-rigward tal-kontrolli u ċ-ċertifikazzjoni, huwa essenzjali għall-funzjonament tajjeb tal-korp ta’ ċertifikazzjoni li l-proċess kollu jitwettaq fiż-żona ġeografika definita.”

bil-paragrafu li ġej dwar l-ippakkjar:

“Il-proċess tal-ippakkjar u t-tikkettar jista’ jsir kemm ġewwa kif ukoll barra miż-żona ġeografika ta’ produzzjoni.”

Korp ta’ ispezzjoni: ġiet aġġornata d-dejta dwar il-korp ta’ ispezzjoni.

Rekwiżiti leġiżlattivi nazzjonali: din it-taqsima tħassret għaliex mhix rekwiżit tar-Regolament UE Nru 1151/2012.

Il-logo tad-DOP “Aceite de Terra Alta”/“Oli de Terra Alta” ġie inkluż fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

DOKUMENT UNIKU

“ACEITE DE TERRA ALTA”/“OLI DE TERRA ALTA”

Nru UE: ES-PDO-0105-01382 — 5.10.2015

DPO ( X ) IĠP ( )

1.   Ismijiet

“Aceite de Terra Alta”/“Oli de Terra Alta”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir. marġerina, żejt, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott indikat bl-isem mogħti fil-punt 1

Iż-żejt ekstraverġni taż-żebbuġa mill-frotta ta’ Olea Europea L, li ġej prinċipalment mill-varjetà Empeltre jew taħlita tal-varjetà Empeltre u u l-varjetajiet sekondarji Arbequina u Farga, Morruda. Iż-żejt jinkiseb permezz ta’ proċeduri mekkaniċi jew mezzi fiżiċi oħra li ma jwasslux għal deterjorament taż-żejt, filwaqt li jinżammu t-togħma, l-aroma u l-karatteristiċi tal-frotta li minnha huwa prodott.

Empeltre huwa l-varjetà prinċipali u tradizzjonali minħabba l-predominanza tiegħu fiż-żona tal-produzzjoni.

Iż-żejt bid-Denominazzjoni tal-Oriġini Terra Alta għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

Karatteristiċi organolettiċi:

Dehra

Nadifa, trasparenti

Kulur

Fil-bidu tas-sena tas-suq, il-kulur huwa aħdar jew isfar fl-aħdar. Hekk kif javanza l-istaġun jibda jxaqleb lejn l-isfar li jista’ jvarja minn isfar ċar għal isfar lewn id-deheb antik

Togħma

Togħma tajba ta’ frott minn medja għal intensa, u hekk kif l-istaġun javanza tista’ ssir aktar ħelwa bi ħjiel ta’ frott. Bi ħjiel aromatiċi ta’ lewż u/jew ta’ ġewż.

Medjan ta’ difetti (Md)

0

Medjan ta’ fruttat (Mf)

≥ 2,5

Medjan ta’ mrar

≤ 6

Medjan tal-kwalità pikkanti

≤ 6

Karatteristiċi kimiċi u fiżiċi:

Aċidità massima (% ta’ aċidu olejku)

0,50

Valur massimu ta’ perossidu (meq. O2/kg)

18

K270 massimu

0,20

K232 massimu

2,50

3.3.   Għalf (biss fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali), u materja prima (biss fil-każ ta’ prodotti pproċessati)

3.4.   Fażijiet speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika definita

Il-produzzjoni taż-żebbuġ u l-elaborazzjoni tal-prodott isiru biss fiż-żona ġeografika deskritta fil-punt 4.

3.5.   Standards speċifiċi dwar it-tqattigħ fi slajsis, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ, tal-prodott li għaliħ jirreferi l-isem irreġistrat

Iż-żejt taż-żebbuġa jista’ jiġi ppakkjat jew ġewwa jew barra miż-żona ġeografika definita fil-punt 4

Għal bejgħ bl-imnut, il-prodott għandu jiġi ppakkjat f’kontenituri li jesgħu sa ħames (5) litri u li jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

3.6.   Standards speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għaliħ jirreferi l-isem irreġistrat

L-isem tad-denominazzjoni “Aceite de Terra Alta” (bl-Ispanjol) jew “Oli de Terra Alta” (bil-Katalan) jrid jidher fuq l-ippakkjar, flimkien mal-frażi “Denominazzjoni tal-oriġini protetta” jew “DOP”, minbarra l-informazzjoni ta’ natura ġenerali meħtieġa fil-leġiżlazzjoni rilevanti.

4.   Deskrizzjoni qasira taż-żona ġeografika

Iż-żona ta’ produzzjoni tinkludi d-distrett ta’ Terra Alta u xi muniċipalitajiet fid-distrett ta’ Ribera d’Ebre, li t-tnejn li huma jinsabu fil-Lbiċ tal-Komunità Awtonoma tal-Katalonja.

Il-muniċipalitajiet li ġejjin għalhekk huma inklużi f’din iż-żona ġeografika:

Terra Alta

Ribera d’Ebre

Arnes

Corbera d’Ebre

Pinell de Brai

Ascó

Batea

Gandesa

Pobla de Massaluca

Flix (iż-żoni kollha ħlief iż-żoni 13, 18, 19, 20 u 21)

Bot

Horta de Sant Joan

Prat de Comte

Riba roja d’Ebre

Caseres

La Fatarella

Vilalba dels Arcs

 

5.   Relazzjoni maż-żona ġeografika

Iż-żjut taż-żebbuġa protetti huma prodotti u pproċessati fil-parti tan-Nofsinhar tal-Wid tal-Ebro. Id-diversità tat-topografija u l-fatt li dan huwa reġjun intern, ‘l bogħod mill-baħar, ifisser li huwa meqjus bħala żona ta’ klima ta’ tranżizzjoni bejn dik tal-muntanji u dik mediterranja kontinentali. Fir-rigward ta’ ħamrija u klima, ir-reġjun huwa kkaratterizzat minn tliet fatturi ewlenin:

—   Altitudni: Iż-żona tinsab fi pjanura għolja b’mod kostanti b’medja ta’ 400 m ‘l fuq mil-livell tal-baħar, komposta minn ħamrija bil-ġir b’fertilità baxxa ħafna.

—   Ostakoli naturali: Tliet ringieli ta’ muntanji jikkonverġu fid-distrett: il-“pàndols” u l-“cavalls”, b’għoli ta’ 700 m, u l-akbar katina ta’ għoljiet l-“Els ports de Beseit”, bl-ogħla quċċati tagħhom fit-Tramuntana jilħqu l-1 400 m. Dan kollu joħloq terren partikolari, li joffri mikroklima unika bi klima Mediterranja interna ta’ temperaturi estremi, firxiet wisgħin ta’ temperaturi, u nixfa fis-sajf.

—   Riħ: Barra minn hekk, u bħala konsegwenza ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-irjieħ fiż-żona huma ta’ importanza kbira, mhux daqstant minħabba l-intensità tagħhom (li ma tkunx eċċessiva), iżda minħabba dak li jikkontribwixxu għall-kundizzjonijiet tat-tkabbir. L-aktar żewġ irjieħ importanti fil-qasam huma l-“Garbinada” u ċ-“Cerç”.

Il-karattru taż-żejt taż-żebbuġa kopert mid-DOP ġej mill-varjetà prinċipali tiegħu, l-“Empeltre”, varjetà indiġena bi tradizzjoni ta’ tkabbir fiż-żona. Huwa apprezzat minħabba l-kontenut għoli ta’ żejt u ż-żjut ta’ kwalità eċċellenti tiegħu. Din il-varjetà tikber b’mod naturali u esklussiv tul il-Wied tal-Ebro u l-Gżejjer Baleariċi. Iż-żona ġeografika tad-DOP “Aceite de Terra Alta” jew “Oli de Terra Alta” tikkorrispondi eżattament mal-parti ta’ Isfel tal-Wied. Hija varjetà li adattat ruħha perfettament għall-karatteristiċi tal-ħamrija u tal-klima taż-żona ta’ produzzjoni tad-DOP. Dan huwa minħabba li ma ġietx introdotta reċentement, iżda hija riżultat tas-selezzjoni naturali, li wassal għal varjeta rustika u li hija adattata għal ħamrija fqira u reżistenti għan-nixfa u l-kesħa Fil-fatt hija l-varjetà tradizzjonali u prinċipali fid-distrett ta’ Terra Alta, u hija wkoll l-unika varjetà li tiġi kkultivata fiż-żewġ postijiet. Il-varjetà Empeltre hija tant importanti u speċjali fid-distrett ta’ Terra Alta li fil-mixtliet tissejjaħ “Terra Alta” ukoll.

L-altitudni, il-barrieri naturali li jagħtu forma lit-terren u l-irjieħ taż-żona joħolqu mikroklima unika fiż-żona. Dan jaffettwa direttament iċ-ċiklu tal-ħajja tas-siġra taż-żebbuġ, u bħala riżultat, il-frott taż-żebbuġ u ż-żejt li huwa magħmul minnu.

Għal dak li għandu x’jaqsam b’mod speċifiku mar-riħ, il-“Garbinada”, ir-riħ mil-Lbiċ iġib l-indewwa meħtieġa għall-kultivazzjoni tas-siġar taż-żebbuġ. Bis-saħħa tal-karatteristiċi tiegħu u l-frekwenza li biha jinfoħ, iċ-“Cerç”, riħ kiesaħ u xott mill-Majjistral, jipprevjeni bosta problemi ta’ saħħa (faqqiegħ), u b’hekk jgħin biex ikun żgurat li l-materja prima għaż-żejt timmatura mingħajr problemi, u li tasal fl-imtieħen taż-żejt f’kundizzjoni eċċellenti.

Storikament, l-“Aceite de Terra Alta” jew l-“Oli de Terra Alta” huma r-riżultat ta’ tradizzjoni twila, billi l-Għarab huma kkreditati li ġabu l-kultivazzjoni taż-żebbuġa fid-distrett ta’ Terra Alta. Fl-1192, waqt it-tranżizzjoni minn Għarbija għal Nisranija, il-produzzjoni taż-żejt f’dan ir-reġjun diġà kienet waħda mis-sisien ewlenin ta’ produzzjoni agrikola (Cartes de Poblament de Gandesa, 1992). Barra minn hekk, skont il-ktieb Il-Memorji tiegħi (1948) ta’ Antoni Mascaró, f’Batea, fil-muniċipalità ta’ Terra Alta, madwar l-1787, iż-żebbuġ kien l-aktar prodott ikkultivat, segwit miċ-ċereali u d-dwieli. It-test jgħid “[…] il-ħsad taż-żejt taż-żebbuġa, li jagħti lil din iż-żona l-ġid kbir tagħha, din is-sena pproduċa 21 000 ġarra, piż ta’ 38 libbra kull waħda, u għaldaqstant is-somma ta’ 31 920 arrobas kastiljani […]”. Dan ifisser li popolazzjoni ta’ inqas minn 1 000 abitant, ipproduċiet 350 000 kilogramma ta’ żejt taż-żebbuġa, li jikkorrispondu għal madwar 1 800 000 kilo żebbuġ, u dan jagħti idea tal-importanza tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fiż-żona fis-seklu XVIII. F’nofs is-seklu XIX, l-importanza tiegħu kompliet, u f’dak li llum huwa Terra Alta, iż-żejt taż-żebbuġa jammonta għall-akbar sehem ta’ kultivazzjoni, bil-wisq akbar mil-livelli attwali ta’ produzzjoni (Diccionario Geográfico-Estadístico-Histórico de España ta’ Pascual Madoz, 1847). Huwa faħħar ukoll il-kwalità tiegħu u ddikjara li “[…] iż-żona ta’ Gandesa tipproduċi ammonti kbar ta’ żejt taż-żebbuġa ta’ kwalità għolja, qamħ u segala […]”.

Il-fatturi naturali taż-żona ġeografika ħolqu għalhekk l-għażla naturali taż-żebbuġ tagħha, li huwa ta’ livell xieraq għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa. Dan, flimkien mal-istorja twila ta’ tkabbir taż-żebbuġ fiż-żona (u flimkien mal-istadji kollha tal-kultivazzjoni u l-ipproċessar, mix-xogħol tar-raba’, sal-ħsad meta l-frotta tkun saret, u l-ipproċessar) jippermetti l-produzzjoni ta’ żjut taż-żebbuġa tal-ogħla kwalità, b’togħma tajba, togħma ta’ frott, bi ħjiel aromatiċi ta’ lewż u/jew ta’ ġewż.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet

(It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1), ta’ dan ir-Regolament)

http://gencat.cat/alimentacio/pliego-aceite-terra-alta


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.