ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 287

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
8 ta' Awwissu 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 287/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2016/C 287/02

Kawża C-205/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Trasport bl-ajru — Regolament (KEE) Nru 95/93 — Allokazzjoni ta’ slots fl-ajruporti tal-Unjoni — Artikolu 4(2) — Indipendenza tal-koordinatur — Kunċett ta’ parti interessata — Korp ta’ amministrazzjoni ta’ ajruport — Separazzjoni funzjonali — Sistema ta’ finanzjament)

2

2016/C 287/03

Kawżi magħquda C-226/14 u C-228/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Eurogate Distribution GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt (C-226/14), DHL Hub Leipzig GmbH vs Hauptzollamt Braunschweig (C-228/14) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud — Proċedura tad-depożitu doganali — Proċedura ta’ tranżitu estern — Tnissil ta’ dejn doganali bħala konsegwenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Eżiġibbiltà tat-taxxa fuq il-valur miżjud)

2

2016/C 287/04

Kawża C-233/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 18, 20 u 21 TFUE — Ċittadinanza tal-Unjoni — Dritt ta’ moviment u ta’ residenza — Diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità — Benefiċċju għall-ispejjeż tat-trasport mogħti lill-istudenti nazzjonali — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 24(2) — Deroga mill-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Għajnuna għall-manteniment għall-istudji fil-forma ta’ boroż ta’ studju jew ta’ self — Portata — Rekwiżiti proċedurali tar-rikors promotur — Expożizzjoni koerenti tal-ilmenti)

3

2016/C 287/05

Kawża C-252/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen – l-Isvezja) – Pensioenfonds Metaal en Techniek vs Skatteverket (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-kapital — Artikolu 63 TFUE — Tassazzjoni ta’ dħul minn fondi ta’ pensjoni — Differenza fit-trattament bejn il-fondi ta’ pensjoni residenti u l-fondi ta’ pensjoni mhux residenti — Tassazzjoni fil-forma ta’ somma f’daqqa tal-fondi ta’ pensjoni residenti fuq il-bażi ta’ rendiment fittizju — Taxxa f’ras il-għajn applikata għad-dħul li ġej mid-dividendi riċevuti mill-fond ta’ pensjoni mhux residenti — Komparabbiltà)

4

2016/C 287/06

Kawża C-355/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Аdministrativen sad – il-Bulgarija) – Polihim-SS EOOD vs Nachalnik na Mitnitsa Svishtov (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxi indiretti — Dazji tas-sisa — Direttiva 2008/118/KE — Eżiġibbiltà tad-dazji tas-sisa — Artikolu 7(2) — Kunċett ta’ tneħħija ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa minn arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju — Tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u fuq l-elettriku — Direttiva 2003/96/KE — Artikolu 14(1)(a) — Użu ta’ prodotti tal-enerġija għall-produzzjoni tal-elettriku — Xiri u bejgħ mill-ġdid minn xerrej intermedjarju ta’ prodotti tal-enerġija li jinsabu f’maħżen tat-taxxa — Kunsinna diretta tal-prodotti tal-enerġija lil operatur bil-għan tal-produzzjoni ta’ elettriku — Indikazzjoni tax-xerrej intermedjarju bħala destinatarju tal-prodotti fid-dokumenti tat-taxxa — Ksur tar-rekwiżiti tad-dritt nazzjonali bil-għan tal-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa — Rifjut ta’ eżenzjoni — Prova tal-użu tal-prodotti f’kundizzjonijiet li jippermettu l-eżenzjoni mis-sisa — Proporzjonalità)

5

2016/C 287/07

Kawża C-410/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Dr. Falk Pharma GmbH vs DAK-Gesundheit (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Artikolu 1(2)(a) — Kunċett ta’ kuntratt pubbliku — Sistema ta’ akkwist ta’ oġġetti li tikkonsisti fl-ammissjoni, bħala fornitur, ta’ kull operatur ekonomiku li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel — Provvista ta’ prodotti mediċinali li jiġu rrimborsati fil-kuntest ta’ sistema ġenerali ta’ sigurtà soċjali — Ftehimiet konklużi bejn fond ta’ assigurazzjoni għall-mard u l-fornituri kollha ta’ prodotti mediċinali bbażati fuq ingredjent attiv partikolari li jaċċettaw li jagħtu roħs fuq il-prezz tal-bejgħ, b’rata ddeterminata minn qabel — Leġiżlazzjoni li tipprevedi, bħala prinċipju, is-sostituzzjoni ta’ prodott mediċinali li jiġi rrimborsat ikkummerċjalizzat minn operatur li ma kkonkludiex tali ftehim bi prodott mediċinali tal-istess tip ikkummerċjalizzat minn operatur li kkonkluda tali ftehim)

6

2016/C 287/08

Kawża C-418/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu – il-Polonja) – ROZ-ŚWIT Zakład Produkcyjno-Handlowo-Usługowy Henryk Ciurko, Adam Pawłowski spółka jawna vs Dyrektor Izby Celnej we Wrocławiu (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dazji tas-sisa — Direttiva 2003/96/KE — Rata tas-sisa differenti għall-karburanti u għall-kombustibbli — Kundizzjoni ta’ applikazzjoni tar-rata għall-kombustibbli — Preżentazzjoni ta’ sommarju ta’ kull xahar ta’ dikjarazzjonijiet li skonthom il-prodotti mixtrija huma intiżi għal finijiet ta’ tisħin — Applikazzjoni tar-rata tas-sisa prevista għall-karburanti fil-każ ta’ assenza ta’ preżentazzjoni ta’ dan is-sommarju — Prinċipju ta’ proporzjonalità)

7

2016/C 287/09

Kawża C-438/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Karlsruhe – il-Ġermanja) – Nabiel Peter Bogendorff von Wolffersdorff vs Standesamt der Stadt Karlsruhe, Zentraler Juristischer Dienst der Stadt Karlsruhe, (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikolu 21 TFUE — Libertà ta’ moviment u ta’ residenza fl-Istati Membri — Liġi ta’ Stat Membru li tabolixxi l-privileġġi u li tipprojbixxi l-għoti ta’ titoli ta’ nobbiltà ġodda — Kunjom ta’ persuna maġġorenni, ċittadina ta’ dan l-Istat, miksub matul residenza abitwali fi Stat Membru ieħor, li tiegħu din il-persuna għandha wkoll in-nazzjonalità — Isem li jinkludi elementi ta’ nobbiltà — Residenza fl-ewwel Stat Membru — Rifjut mill-awtoritajiet tal-ewwel Stat Membru li jinkludu fir-reġistru tal-istatus ċivili l-isem miksub fit-tieni Stat Membru — Ġustifikazzjoni — Ordni pubbliku — Inkompatibbiltà ma’ prinċipji essenzjali tad-dritt Ġermaniż)

8

2016/C 287/10

Kawża C-27/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Giustizia amministrativa per la Regione siciliana – l-Italja) – Pippo Pizzo vs CRGT Srl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti — Possibbiltà li jintużaw il-kapaċitajiet ta’ impriżi oħra sabiex jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet meħtieġa — Nuqqas ta’ ħlas ta’ kontribuzzjoni mhux prevista b’mod espliċitu — Esklużjoni mill-kuntratt mingħajr il-possibbiltà li tiġi rrettifikata din l-ommissjoni)

8

2016/C 287/11

Kawża C-31/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 – Photo USA Electronic Graphic, Inc. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, Ancàp SpA, Cerame-Unie AISBL, Confindustria Ceramica, Verband der Keramischen Industrie eV (Appell — Dumping — Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 412/2013 — Importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw miċ-Ċina — Dazju antidumping definittiv)

9

2016/C 287/12

Kawża C-81/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias – il-Greċja) – Kapnoviomichania Karelia AE vs Ypourgos Oikonomikon (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Arranġament ġenerali għad-dazju tas-sisa — Direttiva 92/12/KEE — Tabakk immanifatturat li jiċċirkola taħt skema ta’ sospensjoni tad-dazji tas-sisa — Responsabbiltà tal-magazzinier awtorizzat — Possibbiltà għall-Istati Membri li jrendu l-magazzinier awtorizzat responsabbli in solidum għall-ħlas tas-somom li jikkorrispondu għas-sanzjonijiet pekunjarji imposti fuq persuni li jwettqu kuntrabandu — Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali)

10

2016/C 287/13

Kawża C-117/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-31 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – Reha Training Gesellschaft für Sport- und Unfallrehabilitation mbH vs Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte eV (GEMA) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29/KE — Artikolu 3(1) — Direttiva 2006/115/KE — Artikolu 8(2) — Kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku — Installazzjoni ta’ settijiet ta’ televiżjoni mill-operatur ta’ ċentru ta’ riabilitazzjoni bil-għan li l-pazjenti jkunu jistgħu jaraw programmi televiżivi)

10

2016/C 287/14

Kawża C-122/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – proċedura mibdija minn C (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni skont l-età — Direttiva 2000/78/KE — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Artikoli 2, 3 u 6 — Differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, f’ċerti ċirkustanzi, livell ogħla ta’ intaxxar tad-dħul minn pensjonijiet tal-irtirar milli mid-dħul minn salarji — Kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78 — Kompetenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tat-tassazzjoni diretta)

11

2016/C 287/15

Kawża C-241/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – Parchetul de pe lângă Curtea de Apel Cluj vs Niculaie Aurel Bob-Dogi (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni qafas 2002/584/ĠAI — Mandat ta’ arrest Ewropew — Artikolu 8(1)(c) — Obbligu li fil-mandat ta’ arrest Ewropew tiġi inkluża informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ mandat ta’ arrest — Assenza ta’ mandat ta’ arrest nazzjonali preċedenti u distint mill-mandat ta’ arrest Ewropew — Konsegwenza)

12

2016/C 287/16

Kawża C-263/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungarija) – Lajvér Meliorációs Nonprofit Kft., Lajvér Csapadékvízrendezési Nonprofit Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága (NAV) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 9(1) — Kunċetti ta’ persuna suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud u ta’ attività ekonomika — Artikolu 24(1) — Kunċett ta’ provvista ta’ servizzi — Xogħlijiet ta’ inġinerija rurali — Kostruzzjoni u ġestjoni ta’ sistema għall-iskular ta’ ilmijiet minn kumpannija kummerċjali mingħajr skop ta’ lukru — Effett tal-finanzjament tax-xogħlijiet permezz ta’ għajnuna mill-Istat u ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea)

12

2016/C 287/17

Kawża C-229/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-25 ta’ April 2016 – Ministério da Saúde, Administração Regional de Saúde de Lisboa e Vale do Tejo, I.P. vs João Carlos Lombo Silva Cordeiro

13

2016/C 287/18

Kawża C-296/16 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2016 minn Dextro Energy GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-16 ta’ Marzu 2016 fil-Kawża T-100/15, Dextro Energy GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni Ewropea

14

2016/C 287/19

Kawża C-303/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-30 ta’ Mejju 2016 – Solar Electric Martinique vs Ministre des finances et des comptes publics

16

2016/C 287/20

Kawża C-314/16: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

16

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 287/21

Kawża T-208/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2016 – Portugal Telecom vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Swieq tat-telekomunikazzjoni tal-Portugall u ta’ Spanja — Klawżola ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni fis-suq Iberiku inserita fil-kuntratt għax-xiri minn Telefónica tas-sehem ta’ Portugal Telecom fl-operatur Brażiljan ta’ telefonija mobbli Vivo — Protezzjoni legali sa fejn awtorizzat mil-liġi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ksur skont is suġġett — Restrizzjoni aċċessorja — Kompetizzjoni potenzjali — Ksur skont l-effetti — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Talba għas-smigħ tax-xhieda)

18

2016/C 287/22

Kawża T-216/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2016 – Telefónica vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Swieq tat-telekomunikazzjoni tal-Portugall u ta’ Spanja — Klawżola ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni fis-suq Iberiku inserita fil-kuntratt għax-xiri minn Telefónica tas-sehem ta’ Portugal Telecom fl-operatur Brażiljan ta’ telefonija mobbli Vivo — Protezzjoni legali sa fejn awtorizzat mil-liġi — Ksur skont is suġġett — Restrizzjoni aċċessorja — Awtonomija tal-aġir tar-rikorrenti — Kompetizzjoni potenzjali — Ksur skont l-effetti — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Talba għas-smigħ tax-xhieda)

19

2016/C 287/23

Kawża T-652/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2016 – AF Steelcase vs EUIPO (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista u installazzjoni ta’ għamara u ta’ aċċessorji fil-bini tal-EUIPO — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Rikors għal annullament — Deċiżjoni ta’ għoti — Assenza ta’ interess dirett — Inammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Proporzjonalità — Sistema ta’ esklużjoni ta’ offerti — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Dannu materjali — Dannu morali)

19

2016/C 287/24

Kawża T-656/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2016 – Peri vs EUIPO (Forma ta’ lukkett għal shuttering) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tridminesjonali — Forma ta’ lukkett għal shuttering — Raġuni assoluta għal rifjut — Sinjal ikkostitwit esklużivament mill-forma tal-prodott neċessarju għall-ksib ta’ riżultat tekniku — Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

20

2016/C 287/25

Kawża T-727/14 u T-728/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2016 – Universal Protein Supplements vs EUIPO – H Young Holdings (animal) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva animal — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti mhux irreġistrata ANIMAL — Raġuni relattiva għal rifjut — Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-EUIPO — Artikolu 53(1)(c) u Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Spjegazzjonijiet fuq id-dritt li fuqu hija bbażata it-talba għal annullament — Regola 37(b)(ii) tar-Regolament Nru 2868/95]

21

2016/C 287/26

Kawża T-134/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2016 – salesforce.com vs EUIPO (SOCIAL.COM) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SOCIAL.COM — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

21

2016/C 287/27

Kawża T-409/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2016 – Marcuccio vs L-Unjoni Ewropea (Rikors għad-danni — Rikorrent li waqaf iwieġeb għat-talbiet tal-Qorti Ġenerali — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

22

2016/C 287/28

Kawża T-252/16: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2016 – Cleversafe vs EUIPO (Beyond Scale)

23

2016/C 287/29

Kawża T-253/16: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2016 – Cleversafe vs EUIPO (Storage Beyond Scale)

23

2016/C 287/30

Kawża T-264/16: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2016 – Korea National Insurance vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni

24

2016/C 287/31

Kawża T-267/16: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2016 – Tarmac Trading vs Il-Kummissjoni

25

2016/C 287/32

Kawża T-305/16: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2016 – Lidl Stiftung vs EUIPO – Primark Holdings (LOVE TO LOUNGE)

26

2016/C 287/33

Kawża T-308/16: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2016 – Marsh vs EUIPO (ClaimsExcellence)

27

2016/C 287/34

Kawża T-313/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2016 – Grupo Riberebro Integral u Riberebro Integral vs Il-Kummissjoni

28

2016/C 287/35

Kawża T-315/16: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2016 – Tamasu Butterfly Europa vs EUIPO – adp Gauselmann (Butterfly)

29

2016/C 287/36

Kawża T-316/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2016 — Moravia Consulting vs EUIPO — Citizen Systems Europe (SDC-554S)

30

2016/C 287/37

Kawża T-317/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2016 — Moravia Consulting vs EUIPO — Citizen Systems Europe (SDC-888TII RU)

31

2016/C 287/38

Kawża T-318/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2016 — Moravia Consulting vs EUIPO — Citizen Systems Europe (SDC-444S)

31

2016/C 287/39

Kawża T-326/16: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2016 – Bundesverband Deutsche Tafel vs EUIPO – Tiertafel Deutschland (Tafel)

32

2016/C 287/40

Kawża T-327/16: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2016 – Aldi Einkauf vs EUIPO – Fratelli Polli (ANTICO CASALE)

33

2016/C 287/41

Kawża T-341/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2016 – De Masi vs Il-Kummissjoni

34

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2016/C 287/42

Kawża F-40/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2016 – FV vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Evalwazzjoni — Rapport ta’ evalwazzjoni — Interess ġuridiku — Evalwazzjonijiet analitiċi inqas favorevoli — Riferiment lill-Kumitat tar-Rapporti — Modifika mit-tieni evalwatur ta’ ċerti evalwazzjonijiet li ma taffettwax l-evalwazzjoni globali — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dmir ta’ premura)

35

2016/C 287/43

Kawża F-118/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-28 ta’ Ġunju 2016 – Kotula vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal — Proċedura ta’ promozzjoni 2014 — Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal — Lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni mid-diretturi ġenerali u mill-kapijiet ta’ dipartiment — Ommissjoni ta’ isem ir-rikorrent — Trasferiment interistituzzjonali — Teħid inkunsiderazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni redatti mill-istituzzjoni preċedenti — Possibbiltà li l-lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni tiġi kkontestata quddiem il-kumitat konġunt ta’ promozzjoni — Eżami komparattiv tal-merti tal-uffiċjali li jistgħu jiġu promossi)

35

2016/C 287/44

Kawża F-142/11 RENV: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2016 – Simpson vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Kawża mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament — Uffiċjali — Avvanz fil-grad — Deċiżjoni li r-rikorrent ma jingħatax il-grad AD 9 wara li għadda mill-kompetizzjoni ġenerali ta’ grad AD 9 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura — Rikors manifestament infondat)

36

2016/C 287/45

Kawża F-22/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-27 ta’ Ġunju 2016 – Gyarmathy vs OEDT

37

2016/C 287/46

Kawża F-115/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-28 ta’ Ġunju 2016 – Loquerie vs Il-Kummissjoni

37

2016/C 287/47

Kawża F-57/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-28 ta’ Ġunju 2016 – Loquerie vs Il-Kummissjoni

37


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 287/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 279, 1.8.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 270, 25.7.2016

ĠU C 260, 18.7.2016

ĠU C 251, 11.7.2016

ĠU C 243, 4.7.2016

ĠU C 232, 27.6.2016

ĠU C 222, 20.6.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-205/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Trasport bl-ajru - Regolament (KEE) Nru 95/93 - Allokazzjoni ta’ slots fl-ajruporti tal-Unjoni - Artikolu 4(2) - Indipendenza tal-koordinatur - Kunċett ta’ “parti interessata” - Korp ta’ amministrazzjoni ta’ ajruport - Separazzjoni funzjonali - Sistema ta’ finanzjament))

(2016/C 287/02)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u F. Wilman, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u V. Moura Ramos, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma żguratx l-indipendenza tal-koordinatur għall-allokazzjoni tal-islots bis-separazzjoni funzjonali tiegħu minn kull parti interessata u billi ma żguratx li s-sistema ta’ finanzjament tal-attivitajiet tal-koordinatur tkun adegwata sabiex tiżgura l-indipendenza tagħhom, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 95/93 tal-Kunsill, tat-18 ta’ Jannar 1993, dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 545/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Ġunju 2009.

2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 212, 7.7.2014


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Eurogate Distribution GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt (C-226/14), DHL Hub Leipzig GmbH vs Hauptzollamt Braunschweig (C-228/14)

(Kawżi magħquda C-226/14 u C-228/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud - Proċedura tad-depożitu doganali - Proċedura ta’ tranżitu estern - Tnissil ta’ dejn doganali bħala konsegwenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżiġibbiltà tat-taxxa fuq il-valur miżjud))

(2016/C 287/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eurogate Distribution GmbH (C-226/14), DHL Hub Leipzig GmbH (C-228/14)

Konvenuti: Hauptzollamt Hamburg-Stadt (C-226/14), Hauptzollamt Braunschweig (C-228/14)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7(3) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE, tas-26 ta’ April 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-taxxa fuq il-valur miżjud fuq merkanzija esportata mill-ġdid inkwantu merkanzija mhux Komunitarja ma hijiex dovuta meta l-merkanzija kkonċernata ma ħarġitx mill-proċeduri doganali previsti f’din id-dispożizzjoni fid-data tal-esportazzjoni mill-ġdid tagħha, iżda ħarġet minn dawn il-proċeduri minħabba din l-esportazzjoni mill-ġdid, u dan anki jekk dejn doganali tnissel esklużivament fuq il-bażi tal-Artikolu 204 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005.

2)

l-Artikolu 236(1) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 648/2005, moqri flimkien mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li t-taxxa fuq il-valur miżjud fuq merkanzija esportata mill-ġdid inkwantu merkanzija mhux Komunitarja ma hijiex dovuta meta din il-merkanzija ma ħarġitx mill-proċeduri doganali previsti fl-Artikolu 61 ta’ din id-direttiva, u dan anki jekk dejn doganali tnissel esklużivament fuq il-bażi tal-Artikolu 204 tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 648/2005, ma hemmx persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud. L-Artikolu 236 ta’ dan ir-regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex applikabbli fis-sitwazzjonijiet li jirrigwardaw rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-233/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 18, 20 u 21 TFUE - Ċittadinanza tal-Unjoni - Dritt ta’ moviment u ta’ residenza - Diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità - Benefiċċju għall-ispejjeż tat-trasport mogħti lill-istudenti nazzjonali - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 24(2) - Deroga mill-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Għajnuna għall-manteniment għall-istudji fil-forma ta’ boroż ta’ studju jew ta’ self - Portata - Rekwiżiti proċedurali tar-rikors promotur - Expożizzjoni koerenti tal-ilmenti))

(2016/C 287/04)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. van Beek u C. Gheorghiu, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman u C. Schillemans, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 245, 28.7.2014.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen – l-Isvezja) – Pensioenfonds Metaal en Techniek vs Skatteverket

(Kawża C-252/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 63 TFUE - Tassazzjoni ta’ dħul minn fondi ta’ pensjoni - Differenza fit-trattament bejn il-fondi ta’ pensjoni residenti u l-fondi ta’ pensjoni mhux residenti - Tassazzjoni fil-forma ta’ somma f’daqqa tal-fondi ta’ pensjoni residenti fuq il-bażi ta’ rendiment fittizju - Taxxa f’ras il-għajn applikata għad-dħul li ġej mid-dividendi riċevuti mill-fond ta’ pensjoni mhux residenti - Komparabbiltà))

(2016/C 287/05)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pensioenfonds Metaal en Techniek

Konvenut: Skatteverket

Dispożittiv

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li d-dividendi mħallsa minn kumpannija residenti huma suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn fejn dawn id-dividendi jitħallsu lil fond ta’ pensjoni mhux residenti u, fejn dawn id-dividendi jitħallsu lil fond ta’ pensjoni residenti, għal taxxa b’rata fissa kkalkolata fuq il-bażi ta’ rendiment fittizju li jikkorrispondi, matul iż-żmien, mat-tassazzjoni tad-dħul kollu tal-kapital skont is-sistema tad-dritt komuni;

jipprekludi, madankollu, li l-fondi ta’ pensjoni benefiċjarji mhux residenti ma jkunux jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż professjonali li jista’ jkun hemm li jkunu direttament marbuta mal-ġbir tad-dividendi, meta l-metodu tal-kalkolu tal-bażi taxxabbli tal-fondi ta’ pensjoni residenti jipprevedi tali teħid inkunsiderazzjoni, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 235, 21.7.2014.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Аdministrativen sad – il-Bulgarija) – “Polihim-SS” EOOD vs Nachalnik na Mitnitsa Svishtov

(Kawża C-355/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxi indiretti - Dazji tas-sisa - Direttiva 2008/118/KE - Eżiġibbiltà tad-dazji tas-sisa - Artikolu 7(2) - Kunċett ta’ “tneħħija ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa minn arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju” - Tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u fuq l-elettriku - Direttiva 2003/96/KE - Artikolu 14(1)(a) - Użu ta’ prodotti tal-enerġija għall-produzzjoni tal-elettriku - Xiri u bejgħ mill-ġdid minn xerrej intermedjarju ta’ prodotti tal-enerġija li jinsabu f’maħżen tat-taxxa - Kunsinna diretta tal-prodotti tal-enerġija lil operatur bil-għan tal-produzzjoni ta’ elettriku - Indikazzjoni tax-xerrej intermedjarju bħala “destinatarju” tal-prodotti fid-dokumenti tat-taxxa - Ksur tar-rekwiżiti tad-dritt nazzjonali bil-għan tal-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa - Rifjut ta’ eżenzjoni - Prova tal-użu tal-prodotti f’kundizzjonijiet li jippermettu l-eżenzjoni mis-sisa - Proporzjonalità))

(2016/C 287/06)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Аdministrativen sad – Pleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Polihim-SS” EOOD

Konvenut: Nachalnik na Mitnitsa Svishtov

fil-preżenza ta’: Okrazhna prokuratura Pleven

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-bejgħ ta’ prodott suġġett għad-dazju tas-sisa miżmum minn magazzinier awtorizzat f’maħżen tat-taxxa jwassal għar-rilaxx għall-konsum tiegħu biss fil-mument li fih dan il-prodott jitlaq fiżikament minn dan il-maħżen tat-taxxa.

2)

L-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, moqri flimkien mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/118, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi rifjut mill-awtoritajiet nazzjonali li jeżentaw mid-dazju tas-sisa prodotti tal-enerġija li, wara li jkunu nbiegħu minn magazzinier awtorizzat lil xerrej intermedjarju, jinbiegħu mill-ġdid minn dan tal-aħħar lil konsumatur finali li jissodisfa r-rekwiżiti kollha meħtieġa mid-dritt nazzjonali bil-għan ta’ eżenzjoni mid-dazju tas-sisa u li lilu dawn il-prodotti huma direttament ikkunsinnati minn dan il-magazzinier awtorizzat mill-maħżen tat-taxxa tiegħu, minħabba s-sempliċi raġuni li x-xerrej intermedjarju, iddikjarat mill-magazzinier awtorizzat bħala d-destinatarju tagħhom, ma għandux il-kwalità ta’ konsumatur finali awtorizzat mid-dritt nazzjonali sabiex jirċievi prodotti tal-enerġija eżenti mid-dazju tas-sisa.


(1)  ĠU C 329, 22.9.2014.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Dr. Falk Pharma GmbH vs DAK-Gesundheit

(Kawża C-410/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 1(2)(a) - Kunċett ta’ “kuntratt pubbliku” - Sistema ta’ akkwist ta’ oġġetti li tikkonsisti fl-ammissjoni, bħala fornitur, ta’ kull operatur ekonomiku li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel - Provvista ta’ prodotti mediċinali li jiġu rrimborsati fil-kuntest ta’ sistema ġenerali ta’ sigurtà soċjali - Ftehimiet konklużi bejn fond ta’ assigurazzjoni għall-mard u l-fornituri kollha ta’ prodotti mediċinali bbażati fuq ingredjent attiv partikolari li jaċċettaw li jagħtu roħs fuq il-prezz tal-bejgħ, b’rata ddeterminata minn qabel - Leġiżlazzjoni li tipprevedi, bħala prinċipju, is-sostituzzjoni ta’ prodott mediċinali li jiġi rrimborsat ikkummerċjalizzat minn operatur li ma kkonkludiex tali ftehim bi prodott mediċinali tal-istess tip ikkummerċjalizzat minn operatur li kkonkluda tali ftehim))

(2016/C 287/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dr. Falk Pharma GmbH

Konvenut: DAK-Gesundheit

fil-preżenza ta’: Kohlpharma GmbH,

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li ma tikkostitwixxix kuntratt pubbliku fis-sens ta’ din id-direttiva, sistema ta’ ftehimiet, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha entità pubblika jkollha l-intenzjoni takkwista oġġetti fis-suq billi tikkonkludi kuntratti, matul iż-żmien kollu ta’ validità ta’ din is-sistema, ma’ kull operatur ekonomiku li jimpenja ruħu li jipprovdi l-oġġetti kkonċernati b’kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel, mingħajr ma tagħmel għażla bejn l-operaturi interessati u billi tippermetti lil dawn illi jaderixxu ruħhom mal-imsemmija sistema matul iż-żmien kollu ta’ validità tagħha.

2)

Sa fejn is-suġġett ta’ proċedura ta’ ammissjoni għal sistema ta’ ftehimiet bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali jkollu interess transkonfinali ċert, din għandha tiġi maħluqa u organizzata b’konformità mar-regoli fundamentali tat-Trattat FUE, b’mod partikolari mal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn operaturi ekonomiċi kif ukoll mal-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minnhom.


(1)  ĠU C 409, 17.11.2014.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu – il-Polonja) – ROZ-ŚWIT Zakład Produkcyjno-Handlowo-Usługowy Henryk Ciurko, Adam Pawłowski spółka jawna vs Dyrektor Izby Celnej we Wrocławiu

(Kawża C-418/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dazji tas-sisa - Direttiva 2003/96/KE - Rata tas-sisa differenti għall-karburanti u għall-kombustibbli - Kundizzjoni ta’ applikazzjoni tar-rata għall-kombustibbli - Preżentazzjoni ta’ sommarju ta’ kull xahar ta’ dikjarazzjonijiet li skonthom il-prodotti mixtrija huma intiżi għal finijiet ta’ tisħin - Applikazzjoni tar-rata tas-sisa prevista għall-karburanti fil-każ ta’ assenza ta’ preżentazzjoni ta’ dan is-sommarju - Prinċipju ta’ proporzjonalità))

(2016/C 287/08)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ROZ-ŚWIT Zakład Produkcyjno-Handlowo-Usługowy Henryk Ciurko, Adam Pawłowski spółka jawna

Konvenut: Dyrektor Izby Celnej we Wrocławiu

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/75/KE, tad-29 ta’ April 2004, kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha l-bejjiegħa ta’ kombustibbli huma obbligati jippreżentaw, f’terminu stabbilit, sommarju ta’ kull xahar tad-dikjarazzjonijiet tax-xerrejja li jindikaw li l-prodotti mixtrija huma intiżi għal finijiet ta’ tisħin u

dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha, fin-nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ tali sommarju fit-terminu stabbilit, ir-rata tas-sisa prevista għall-karburanti għandha tiġi applikata għall-kombustibbli mibjugħ, minkejja li jkun ġie kkonstatat li ma hemm l-ebda dubju dwar l-użu intiż ta’ dan il-prodott għal finijiet ta’ tisħin.


(1)  ĠU C 462, 22.12.2014.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Karlsruhe – il-Ġermanja) – Nabiel Peter Bogendorff von Wolffersdorff vs Standesamt der Stadt Karlsruhe, Zentraler Juristischer Dienst der Stadt Karlsruhe,

(Kawża C-438/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikolu 21 TFUE - Libertà ta’ moviment u ta’ residenza fl-Istati Membri - Liġi ta’ Stat Membru li tabolixxi l-privileġġi u li tipprojbixxi l-għoti ta’ titoli ta’ nobbiltà ġodda - Kunjom ta’ persuna maġġorenni, ċittadina ta’ dan l-Istat, miksub matul residenza abitwali fi Stat Membru ieħor, li tiegħu din il-persuna għandha wkoll in-nazzjonalità - Isem li jinkludi elementi ta’ nobbiltà - Residenza fl-ewwel Stat Membru - Rifjut mill-awtoritajiet tal-ewwel Stat Membru li jinkludu fir-reġistru tal-istatus ċivili l-isem miksub fit-tieni Stat Membru - Ġustifikazzjoni - Ordni pubbliku - Inkompatibbiltà ma’ prinċipji essenzjali tad-dritt Ġermaniż))

(2016/C 287/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Karlsruhe

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nabiel Peter Bogendorff von Wolffersdorff

Konvenuta: Standesamt der Stadt Karlsruhe, Zentraler Juristischer Dienst der Stadt Karlsruhe,

Dispożittiv

L-Artikolu 21 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet ta’ Stat Membru ma humiex obbligati jirrikonoxxu l-isem ta’ ċittadin ta’ dan l-Istat Membru meta huwa jkollu wkoll in-nazzjonalità ta’ Stat Membru ieħor li fih huwa kiseb dan l-isem li huwa għażel liberament u li jinkludi diversi elementi ta’ nobbiltà, li ma humiex aċċettati mid-dritt tal-ewwel Stat Membru, sakemm jiġi stabbilit, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, li tali rifjut ta’ rikonoxximent huwa, f’dan il-kuntest, iġġustifikat minn motivi relatati mal-ordni pubbliku, inkwantu dan huwa adatt u neċessarju sabiex tiġi ggarantita l-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fid-dritt taċ-ċittadini kollha ta’ dan l-Istat Membru.


(1)  ĠU C 462, 22.12.2014.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Giustizia amministrativa per la Regione siciliana – l-Italja) – Pippo Pizzo vs CRGT Srl

(Kawża C-27/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti - Possibbiltà li jintużaw il-kapaċitajiet ta’ impriżi oħra sabiex jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet meħtieġa - Nuqqas ta’ ħlas ta’ kontribuzzjoni mhux prevista b’mod espliċitu - Esklużjoni mill-kuntratt mingħajr il-possibbiltà li tiġi rrettifikata din l-ommissjoni))

(2016/C 287/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Giustizia amministrativa per la Regione siciliana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pippo Pizzo

Konvenut: CRGT Srl

Fil-preżenza ta’: Autorità Portuale di Messina, Messina Sud Srl, Francesco Todaro, Myleco Sas,

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 47 u 48 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza operatur ekonomiku juża l-kapaċitajiet ta’ waħda jew iktar entitajiet terzi bil-għan li jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ sejħa għal offerti li dan l-operatur jissodisfa biss parzjalment.

2)

Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-obbligu ta’ trasparenza għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku mill-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku bħala riżultat tan-nuqqas ta’ osservanza, minn naħa tiegħu, ta’ obbligu li ma jirriżultax espressament fid-dokumenti relatati ma’ din il-proċedura jew mil-liġi nazzjonali fis-seħħ, iżda minn interpretazzjoni ta’ din il-liġi u ta’ dawn id-dokumenti kif ukoll mill-mili ta’ lakuni, minn naħa tal-awtoritajiet jew qrati amministrattivi nazzjonali, li jinsabu f’dawn id-dokumenti. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux il-fatt li operatur ekonomiku jingħata l-possibbiltà li jirregolarizza s-sitwazzjoni tiegħu u li jissodisfa l-imsemmi obbligu f’perijodu ta’ żmien stabbilit mill-awtorità kontraenti.


(1)  ĠU C 138, 27.04.2015.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 – Photo USA Electronic Graphic, Inc. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, Ancàp SpA, Cerame-Unie AISBL, Confindustria Ceramica, Verband der Keramischen Industrie eV

(Kawża C-31/15 P) (1)

((Appell - Dumping - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 412/2013 - Importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw miċ-Ċina - Dazju antidumping definittiv))

(2016/C 287/11)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Photo USA Electronic Graphic, Inc. (rappreżentant: K. Adamantopoulos, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn B. Driessen u S. Boelaert, sussegwentement minn H. Marcos Fraile, aġenti, assistiti minn B. O’Connor, solicitor, u minn S. Gubel, avukat), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u M. França, aġenti), Ancàp SpA, Ceramie-Unie AISBL, Confindustria Ceramica, Verband der Keramischen Industrie eV (rappreżentanti: R. Bierwagen, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Photo USA Electronic Graphic Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 89, 16.03.2015.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias – il-Greċja) – Kapnoviomichania Karelia AE vs Ypourgos Oikonomikon

(Kawża C-81/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Arranġament ġenerali għad-dazju tas-sisa - Direttiva 92/12/KEE - Tabakk immanifatturat li jiċċirkola taħt skema ta’ sospensjoni tad-dazji tas-sisa - Responsabbiltà tal-magazzinier awtorizzat - Possibbiltà għall-Istati Membri li jrendu l-magazzinier awtorizzat responsabbli in solidum għall-ħlas tas-somom li jikkorrispondu għas-sanzjonijiet pekunjarji imposti fuq persuni li jwettqu kuntrabandu - Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali))

(2016/C 287/12)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kapnoviomichania Karelia AE

Konvenuta: Ypourgos Oikonomikon

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/108/KEE, tal-14 ta’ Diċembru 1992, moqrija fid-dawl tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali – bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti li jiġu ddikjarati responsabbli in solidum għall-ħlas tas-somom li jikkorrispondu mas-sanzjonijiet pekunjarji imposti fil-każ ta’ ksur imwettaq matul iċ-ċirkulazzjoni tal-prodotti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa, b’mod partikolari, il-proprjetarji ta’ dawn il-prodotti meta dawn il-proprjetarji jkunu marbuta mal-persuni li jwettqu l-ksur b’rapport kuntrattwali li jistabbilixxihom bħala l-mandatarji tagħhom – li tipprovdi li l-magazzinier awtorizzat huwa ddikjarat responsabbli in solidum, mingħajr il-possibbiltà li jevita din ir-responsabbiltà billi jipproduċi prova li huwa ma kienx involut fl-atti tal-persuni li wettqu l-ksur, għall-ħlas tal-imsemmija somom, anki jekk, skont id-dritt nazzjonali, dan il-magazzinier la kien il-proprjetarju tal-imsemmija prodotti meta twettaq il-ksur u lanqas kien marbut mal-persuni li wettqu dan tal-aħħar b’rapport kuntrattwali li jistabbilixxihom bħala l-mandatarji tiegħu.


(1)  ĠU C 138, 27.04.2015


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-31 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – Reha Training Gesellschaft für Sport- und Unfallrehabilitation mbH vs Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte eV (GEMA)

(Kawża C-117/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 3(1) - Direttiva 2006/115/KE - Artikolu 8(2) - Kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” - Installazzjoni ta’ settijiet ta’ televiżjoni mill-operatur ta’ ċentru ta’ riabilitazzjoni bil-għan li l-pazjenti jkunu jistgħu jaraw programmi televiżivi))

(2016/C 287/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Reha Training Gesellschaft für Sport- und Unfallrehabilitation mbH

Konvenuta: Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte eV (GEMA)

Fil-preżenza ta’: Gesellschaft zur Verwertung von Leistungsschutzrechten mbH (GVL)

Dispożittiv

F’kawża bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fil-kuntest tagħha huwa allegat li x-xandir ta’ programmi televiżivi permezz ta’ settijiet ta’ televiżjoni li l-operatur ta’ ċentru ta’ riabilitazzjoni installa fil-bini tiegħu jaffettwa d-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet protetti ta’ numru kbir ta’ partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari ta’ kompożituri, awturi ta’ testi mużikali u edituri ta’ mużika, kif ukoll artisti li jinterpretaw jew idoqqu mużika, produtturi ta’ fonogrammi u awturi ta’ testi kif ukoll l-edituri tagħhom, jeħtieġ li jiġi evalwat jekk sitwazzjoni bħal din tikkostitwixxix “komunikazzjoni lill-pubbliku”, kemm fir-rigward tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, kif ukoll tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, u skont l-istess kriterji ta’ interpretazzjoni. Barra minn hekk, dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li tali xandir jikkostitwixxi att ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku”.


(1)  ĠU C 198, 15.6.2015


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – proċedura mibdija minn C

(Kawża C-122/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni skont l-età - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikoli 2, 3 u 6 - Differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, f’ċerti ċirkustanzi, livell ogħla ta’ intaxxar tad-dħul minn pensjonijiet tal-irtirar milli mid-dħul minn salarji - Kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78 - Kompetenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tat-tassazzjoni diretta))

(2016/C 287/14)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Parti fil-kawża prinċipali

C

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dwar taxxa addizzjonali fuq id-dħul minn pensjonijiet tal-irtirar, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ din id-direttiva u, konsegwentement, tal-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 171, 26.5.2015.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – Parchetul de pe lângă Curtea de Apel Cluj vs Niculaie Aurel Bob-Dogi

(Kawża C-241/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni qafas 2002/584/ĠAI - Mandat ta’ arrest Ewropew - Artikolu 8(1)(c) - Obbligu li fil-mandat ta’ arrest Ewropew tiġi inkluża informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ “mandat ta’ arrest” - Assenza ta’ mandat ta’ arrest nazzjonali preċedenti u distint mill-mandat ta’ arrest Ewropew - Konsegwenza))

(2016/C 287/15)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Parchetul de pe lângă Curtea de Apel Cluj

Konvenuta: Niculaie Aurel Bob-Dogi

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 8(1)(ċ tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “mandat ta’ arrest”, previst f’din id-dispożizzjoni, għandu jinftiehem bħala li jindika mandat ta’ arrest nazzjonali distint mill-mandat ta’ arrest Ewropew.

2)

L-Artikolu 8(1)(c) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta mandat ta’ arrest Ewropew, li huwa bbażat fuq l-eżistenza ta’ “mandat ta’ arrest”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ma jinkludix indikazzjoni tal-eżistenza ta’ mandat ta’ arrest nazzjonali, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni ma għandhiex teżegwixxih, jekk, fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata, u f’dak ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra li hija għandha, din l-awtorità tikkonstata li l-mandat ta’ arrest Ewropew ma huwiex validu peress li nħareġ mingħajr ma kien effettivament inħareġ mandat ta’ arrest nazzjonali distint mill-mandat ta’ arrest Ewropew.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungarija) – Lajvér Meliorációs Nonprofit Kft., Lajvér Csapadékvízrendezési Nonprofit Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága (NAV)

(Kawża C-263/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 9(1) - Kunċetti ta’ “persuna suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud” u ta’ “attività ekonomika” - Artikolu 24(1) - Kunċett ta’ “provvista ta’ servizzi” - Xogħlijiet ta’ inġinerija rurali - Kostruzzjoni u ġestjoni ta’ sistema għall-iskular ta’ ilmijiet minn kumpannija kummerċjali mingħajr skop ta’ lukru - Effett tal-finanzjament tax-xogħlijiet permezz ta’ għajnuna mill-Istat u ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea))

(2016/C 287/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lajvér Meliorációs Nonprofit Kft., Lajvér Csapadékvízrendezési Nonprofit Kft.

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága (NAV)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ġestjoni ta’ xogħlijiet ta’ inġinerija rurali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, minn kumpannija kummerċjali mingħajr skop ta’ lukru, li teżerċita tali attività bħala professjoni li trendi qligħ b’mod komplementari biss, tikkostitwixxi attività ekonomika fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, minkejja ċ-ċirkustanza li, minn naħa, dawn ix-xogħlijiet ikunu ġew iffinanzjati b’mod sinjifikattiv mill-għajnuna mill-Istat u, min-naħa l-oħra, il-ġestjoni tagħhom tagħti biss lok għal dħul li joriġina minn tariffa ta’ ammont imnaqqas, peress li din it-tariffa għandha natura kontinwa minħabba t-tul previst tal-perijodu li matulu hija ser tinġabar.

2)

L-Artikolu 24 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ġestjoni ta’ xogħlijiet ta’ inġinerija rurali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tikkostitwixxi t-twettiq ta’ provvista ta’ servizzi bi ħlas, għar-raġuni li dawn għandhom rabta diretta mat-tariffa riċevuta jew li għandha tiġi riċevuta, bil-kundizzjoni li din it-tariffa ta’ ammont imnaqqas tikkostitwixxi l-korrispettiv tas-servizz ipprovdut u minkejja ċ-ċirkustanza li dawn is-servizzi jikkostitwixxu t-twettiq ta’ obbligi previsti minn dispożizzjonijiet legali. Il-qorti tar-rinviju għandha tivverfika jekk l-ammont tat-tariffa riċevuta jew li għandha tiġi riċevuta huwiex ta’ natura, bħala korrispettiv, li jikkaratterizza l-eżistenza ta’ rabta diretta bejn il-provvista ta’ servizzi mwettqa jew li għandha titwettaq u l-imsemmi korrispettiv, u, konsegwentement, in-natura oneruża tal-provvista ta’ servizzi. B’mod partikolari, hija għandha tiżgura li t-tariffa riċevuta mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi biss remunerazzjoni parzjali tas-servizzi pprovduti jew li għandhom jiġu pprovduti, u li l-livell tagħha ma ġiex stabbilit minħabba l-eżistenza ta’ fatturi eventwali oħra li jistgħu, jekk ikun il-każ, iqiegħdu f’dubju r-rabta diretta bejn is-servizzi u l-korrispettiv tagħhom.


(1)  ĠU C 235, 21.7.2014


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-25 ta’ April 2016 – Ministério da Saúde, Administração Regional de Saúde de Lisboa e Vale do Tejo, I.P. vs João Carlos Lombo Silva Cordeiro

(Kawża C-229/16)

(2016/C 287/17)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministério da Saúde, Administração Regional de Saúde de Lisboa e Vale do Tejo, I.P.

Konvenut: João Carlos Lombo Silva Cordeiro

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2000/35/KE (1), tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 2000 għandha tapplika, fid-dawl tal-premessa 13 tal-istess direttiva, għas-sistema ta’ ħlas ta’ kontribuzzjonijiet tal-Istat għall-ispiża tal-mediċini mogħtija lill-benefiċjarji tal-SNS li ġiet fis-seħħ permezz tad-Digriet-Liġi Nru 242-B/2006 u rregolata permezz tad-Digriet Nru 3-B/2007?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, mill-Artikoli 5 u 6 tad-Digriet Liġi Nru 242-B/2006 jista’ jitqies li jeżisti kuntratt ta’ adeżjoni li jista’ jiġi integrat fid-dispożizzjoni tal-Artikolu 3(1)(b) tal-imsemija direttiva suġġett għall-possibbiltà li taderixxi jew toħroġ mill-kuntratt skont jekk il-mediċini jingħatawx jew le?

3)

Billi l-Artikolu 8 tad-Digriet Liġi Nru 242-B/2006 u l-Artikoli 8 u 10 tad-Digriet Nru 3-B/2007, jipprevedu l-fatturazzjoni ta’ kull xahar, dawn huma konformi mad-Direttiva 2000/35/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 2000 [Artikolu 3(1)(b)(i)]?

4)

Sa fejn l-Artikolu 10 tad-Digriet Nru 3-B/2007 jipprevedi bħala terminu ta’ ħlas l-għaxar ġurnata tax-xahar segwenti għar-riċeviment tal-fatturazzjoni, dan jista’ jitqies li jaqa’ taħt [l-Artikolu 3(2)] tad-direttiva msemmija iktar ’il fuq?


(1)  Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni, tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 226).


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/14


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2016 minn Dextro Energy GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-16 ta’ Marzu 2016 fil-Kawża T-100/15, Dextro Energy GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-296/16 P)

(2016/C 287/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Dextro Energy GmbH & Co. KG (rappreżentanti: H. Hagenmeyer u T. Teufer, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla, fl-intier tagħha, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tas-16 ta’ Marzu 2016, fil-Kawża T-100/15;

Fil-każ li l-appell jitqies li huwa fondat, l-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’, fl-intier tagħhom, it-talbiet li saru fl-ewwel istanza, jiġifieri:

1.

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/8 (1), tas-6 ta’ Jannar 2015, li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal;

2.

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Qabelxejn l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali applikat kriterju ta’ evalwazzjoni żbaljat:

Billi qieset li, fil-każ ta’ “fatti xjentifiċi u tekniċi kumplessi ħafna”, l-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tal-konvenuta huwa suġġett għal stħarriġ ta’ abbuż biss, il-Qorti Ġenerali rrinunzjat ex ante l-ambitu vast ta’ setgħa diskrezzjonali, li fil-fatt għandha tiġi eżerċitata mill-Qorti Ġenerali u mill-Qorti tal-Ġustizzja. L-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali u tal-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex limitata għal sempliċi stħarriġ ta’ abbuż tas-setgħa diskrezzjonali tal-konvenuta. Kuntrarjament, stħarriġ ġudizzjarju jista’ u għandu jsir sabiex jiġi ddeterminat jekk il-konvenuta applikatx b’mod korrett ir-rekwiżiti stabbiliti mil-leġiżlatur Ewropew fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u, għalhekk, eżerċitatx korrettament id-diskrezzjoni tagħha. Kwalunkwe forma ta’ abbuż ta’ poter għandha tkun suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju. Dan ma kienx il-każ ineżami minħabba ponderazzjoni u evalwazzjoni żbaljati ta’ “fatturi oħra leġittimi u rilevanti għall-kwistjoni ineżami”.

Barra minn hekk, l-appellanti tallega ksur tal-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 924/2006 billi tinvoka tliet aggravji:

L-ewwel nett, ir-rifjut ta’ awtorizzazzjoni tal-informazzjoni dwar is-saħħa inkwistjoni huwa bbażat fuq żbalji ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-konvenuta. Dan jirriżulta mill-ġerarkija tal-fatturi leġittimi rilevanti li hija prevista fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 924/2006. Mhux kull teħid inkunsiderazzjoni ta’ fattur leġittimu u rilevanti jista’ jiġġustifika r-rifjut ta’ awtorizzazzjoni ta’ informazzjoni dwar is-saħħa li hija fattwalment korretta u sostnuta xjentifikament. Skont l-appellanti, mill-premessa 17 tar-regolament jirriżulta li din l-informazzjoni ma tistax tkun l-“aspett prinċipali” li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tad-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni. L-“aspett prinċipali li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni” fir-rigward ta’ informazzjoni dwar is-saħħa għandu jkun il-“ġustifikazzjoni xjentifika”. Din il-ponderazzjoni hija wkoll riflessa fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 924/2006. F’dan l-artikolu, tissemma’ l-pożizzjoni tal-awtorità għall-ewwel darba.

It-tieni nett, l-appellanti tqis li l-konvenuta ma eżerċitatx b’mod korrett id-diskrezzjoni tagħha taħt l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 924/2006 peress li assumiet b’mod żbaljat li l-informazzjoni tar-rikorrenti tista’ tibgħat “messaġġ kunfliġġenti u ambigwu lill-konsumaturi”. Ir-riferiment għall-effetti tal-glukożju kkonstatati la jfisser li z-zokkor għandu jiġu kkonsmat jew ikkonsmat iktar, u lanqas li hemm rakkomandazzjonijiet minn terzi sabiex jitnaqqas il-konsum taz-zokkor. Għaldaqstant, ma tistax tiġi invokata kontradizzjoni u dan, b’mod partikolari, fil-każ ta’ rġiel u nisa’ attivi, b’saħħithom u li għandhom kapaċità fiżika għar-reżistenza sportiva, speċifikament imsemmija fit-talbiet.

It-tielet nett, l-appellanti tqis li l-konvenuta wettqet żball ta’ evalwazzjoni ieħor fil-kuntest tal-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 924/2006, meta qieset b’mod żbaljat li l-informazzjoni tar-rikorrenti hija ambigwa u qarrieqa. Sabiex konsumatur raġonevolment attent u avżat jiġi mqarraq, l-informazzjoni dwar is-saħħa tar-rikorrenti għandha tkun falza. Dan huwa preċiżament mhux il-każ.

Barra minn hekk, l-appellanti tinvoka ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

L-appellanti tqis li, billi tirrifjuta li tawtorizza l-informazzjoni dwar is-saħħa tagħha, il-konvenuta tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Fil-fehma tagħha, meta l-konvenuta teżerċita s-setgħa diskrezzjonali tagħha, hija tkun marbuta, bħala istituzzjoni tal-Unjoni, tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità previst fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5(4) TUE. Fil-fatt, meta r-rifjut ta’ awtorizzazzjoni tal-informazzjoni dwar is-saħħa tar-rikorrenti jkun dovut għal prinċipji ġenerali ta’ nutrizzjoni u ta’ saħħa, mingħajr ma jiġi evalwat il-każ individwali, ikun hemm ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Dan għaliex prinċipji ġenerali ma jeżiġux ir-rifjut tat-talbiet f’dan il-każ, iżda, l-iktar l-iktar, jeżiġu kundizzjonijiet speċifiċi għall-użu u regoli ta’ ttikkettjar bħala miżura inqas restrittiva. Barra minn hekk, anki minn perspettiva ta’ nutrizzjoni u ta’ saħħa, projbizzjoni ġenerali inkundizzjonali minħabba r-rifjut ta’ informazzjoni fattwalment korretta u sostnuta xjentifikament ma hijiex miżura adatta sabiex jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi.

Fl-aħħar nett, l-appellanti tinvoka ksur tal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament:

Ir-rifjut ta’ awtorizzazzjoni ta’ informazzjoni dwar is-saħħa mitluba jikser manifestament il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. Skont l-appellanti, il-konvenuta tittratta awtorizzazzjonijiet ta’ sitwazzjonijiet paragunabbli b’mod differenti, minkejja li ma hemmx raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw inugwaljanza fit-trattament.


(1)  ĠU 2015 L 3. p. 6


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-30 ta’ Mejju 2016 – Solar Electric Martinique vs Ministre des finances et des comptes publics

(Kawża C-303/16)

(2016/C 287/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Solar Electric Martinique

Konvenut: Ministre des finances et des comptes publics

Domanda preliminari

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija mitluba tiddeċiedi dwar il-kwistjoni jekk il-bejgħ u l-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi u ta’ tisħin tal-ilma solari fuq binjiet jew bil-għan li binjiet jiġu pprovduti bl-elettriku jew bl-ilma sħun jikkostitwixxux operazzjoni unika li għandha n-natura ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fis-sens tal-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 6(1) tas-Sitt Direttiva tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (1), li saru l-Artikolu 14(3) u l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2).


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap. 9, Vol. 1, p. 23).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/16


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-314/16)

(2016/C 287/20)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Z. Malůšková and J. Hottiaux)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet tar-rikorrenti

1.

tiddikjara li:

billi ma tiggarantixxix li d-definizzjonijiet tal-kategoriji C1 u C ikopru biss vetturi bil-mutur diversi minn dawk tal-kategoriji D1 jew D, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-Artikolu 4 (1) u (4)(d) u (f) tad-Direttiva 2006/126/KE;

billi tillimita d-definizzjoni tal-grupp D1 vetturi bil-mutur proġettati u mibnija għat-trasport ta’ mhux aktar minn 8 passiġġieri minbarra s-sewwieq, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-Artikolu 4 (1) u (4)(h) tad-Direttiva 2006/126/KE (1);

2

tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/126 KE jipprevedi li l-liċenzja tas-sewqan tawtorizza s-sewqan ta’ vetturi b’mutur fil-kategoriji ddefiniti fl-istess artikolu. L-Artikolu 4(4)(d) u (f) fih id-definizzjonijiet tal-kategoriji C1 u C. Il-kundizzjoni skont liema l-kategorija għandha tinkludi “vetturi bil-mutur diversi minn dawk tal-Kategoriji D1 jew D” hija espressament prevista għal dawn iż-żewġ kategoriji. Il-leġiżlazzjoni Ċeka li tiddefinixxi l-kategoriji ta’ vetturi ma tinkludix madankollu, il-kundizzjoni skont liema l-Kategoriji C1 u C huma limitati għal “vetturi bil-mutur diversi minn dawk tal-Kategoriji D1 jew D”.

L-Artikolu 4(4)(h) tad-Direttiva 2006/126/KE jiddefinixxi l-kategorija D1 bħla li tkopri il-“vetturi bil-mutur proġettati u mibnija għat-trasport ta' mhux aktar minn 16-il passiġġier minbarra s-sewwieq”, mingħajr ma jipprevedi numru minimu ta’ passiġġieri. Madankollu, il-leġiżlazzjoni Ċeka żżid ir-rekwiżit skont liema l-vetturi intiżi għat-trasport ta’ iktar minn 8 passiġġieri, jiġu kklassifikati fil-kategorija D1.


(1)  ĠU 2006 L 403, p. 18


Il-Qorti Ġenerali

8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2016 – Portugal Telecom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-208/13) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq tat-telekomunikazzjoni tal-Portugall u ta’ Spanja - Klawżola ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni fis-suq Iberiku inserita fil-kuntratt għax-xiri minn Telefónica tas-sehem ta’ Portugal Telecom fl-operatur Brażiljan ta’ telefonija mobbli Vivo - Protezzjoni legali ‘sa fejn awtorizzat mil-liġi’ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ksur skont is suġġett - Restrizzjoni aċċessorja - Kompetizzjoni potenzjali - Ksur skont l-effetti - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Talba għas-smigħ tax-xhieda”))

(2016/C 287/21)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Portugal Telecom SGPS, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: N. Mimoso Ruiz u R. Bordalo Junqueiro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Giolito, C. Urraca Caviedes u T. Christoforou, sussegwentement C. Giolito, C. Urraca Caviedes u P. Costa de Oliveira, aġenti, assistiti minn M. Marques Mendes, avukat)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 306 finali, tat-23 ta’ Jannar 2013, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Każ COMP/39.839 – Telefónica vs Portugal Telecom), u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis fil-multa.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 306 finali, tat-23 ta’ Jannar 2013, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Każ COMP/39.839 – Telefónica vs Portugal Telecom), huwa annullat sa fejn jiffissa l-ammont tal-multa imposta fuq Portugal Telecom SGPS, SA għal EUR 12 290 000, peress li dan l-ammont ġie ffissat abbażi tal-valur tal-bejgħ stmat mill-Kummissjoni Ewropea.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Portugal Telecom SGPS għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż tagħha kif ukoll kwart mill-ispejjeż tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż tagħha kif ukoll kwart mill-ispejjeż ta’ Portugal Telecom SGPS.


(1)  ĠU C 164, 08.06.2013.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2016 – Telefónica vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-216/13) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq tat-telekomunikazzjoni tal-Portugall u ta’ Spanja - Klawżola ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni fis-suq Iberiku inserita fil-kuntratt għax-xiri minn Telefónica tas-sehem ta’ Portugal Telecom fl-operatur Brażiljan ta’ telefonija mobbli Vivo - Protezzjoni legali ‘sa fejn awtorizzat mil-liġi’ - Ksur skont is suġġett - Restrizzjoni aċċessorja - Awtonomija tal-aġir tar-rikorrenti - Kompetizzjoni potenzjali - Ksur skont l-effetti - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Talba għas-smigħ tax-xhieda”))

(2016/C 287/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Telefónica, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Folguera Crespo, P. Vidal Martínez u E. Peinado Iríbar, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 306 finali, tat-23 ta’ Jannar 2013, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Każ COMP/39.839 – Telefónica vs Portugal Telecom), u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis fil-multa.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 306 finali, tat-23 ta’ Jannar 2013, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Każ COMP/39.839 – Telefónica vs Portugal Telecom), huwa annullat sa fejn jiffissa l-ammont tal-multa imposta fuq Telefónica, SA għal EUR 66 894 000, peress li dan l-ammont ġie ffissat abbażi tal-valur tal-bejgħ stmat mill-Kummissjoni Ewropea.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Telefónica għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż tagħha kif ukoll kwart mill-ispejjeż tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż tagħha kif ukoll kwart mill-ispejjeż ta’ Telefónica.


(1)  ĠU C 156, 01.06.2013.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2016 – AF Steelcase vs EUIPO

(Kawża T-652/14) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista u installazzjoni ta’ għamara u ta’ aċċessorji fil-bini tal-EUIPO - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Rikors għal annullament - Deċiżjoni ta’ għoti - Assenza ta’ interess dirett - Inammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Proporzjonalità - Sistema ta’ esklużjoni ta’ offerti - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dannu materjali - Dannu morali”))

(2016/C 287/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: AF Steelcase MA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: S. Rodríguez Bajón u A. Gómez-Acebo Dennes, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Bambara u M. Paolacci, sussegwentement N. Bambara u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EUIPO tat-8 ta’ Lulju 2014 li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti li tirrigwarda l-provvista u l-installazzjoni ta’ għamara u ta’ aċċessorji fil-bini tal-EUIPO (ĠU 2014/S 023-035020) u tad-deċiżjonijiet konnessi mad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-offerta tar-rikorrenti, inkluża, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni ta’ għoti, kif ukoll talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti fl-istadju ta’ qabel id-deċiżjoni tat-8 ta’ Lulju 2014 u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-danni li r-rikorrenti allegatament ġarrbet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

AF Steelcase, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 380, 27.10.2014.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2016 – Peri vs EUIPO (Forma ta’ lukkett għal shuttering)

(Kawża T-656/14) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tridminesjonali - Forma ta’ lukkett għal shuttering - Raġuni assoluta għal rifjut - Sinjal ikkostitwit esklużivament mill-forma tal-prodott neċessarju għall-ksib ta’ riżultat tekniku - Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 287/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peri GmbH (Weißenhorn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Bognár u M. Eck, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, agent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 1178/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kompost minn forma ta’ lukkett għal shuttering bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Peri GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 388, 3.11.2014.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2016 – Universal Protein Supplements vs EUIPO – H Young Holdings (animal)

(Kawża T-727/14 u T-728/14) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva animal - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti mhux irreġistrata ANIMAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-EUIPO - Artikolu 53(1)(c) u Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Spjegazzjonijiet fuq id-dritt li fuqu hija bbażata it-talba għal annullament - Regola 37(b)(ii) tar-Regolament Nru 2868/95”])

(2016/C 287/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Universal Protein Supplements Corp. (New Brunswick, New Jersey, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Malynicz, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Bullock u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: H Young Holdings plc (Newbury, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Parrish, solicitor, u A. Roughton, barrister)

Suġġett

Rikorsi kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Lulju 2014 (Każ R 2054/2013-1 u Każ R 2058/2013-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Universal Protein Supplements u H Young Holdings.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda

2)

Universal Protein Supplements Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 431, 1.12.2014


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2016 – salesforce.com vs EUIPO (SOCIAL.COM)

(Kawża T-134/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SOCIAL.COM - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 287/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: salesforce.com, Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Nordemann u M. Maier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-20 ta’ Jannar 2015 (Każ R 1752/2014-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SOCIAL.COM bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

salesforce.com, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 26.5.2015.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2016 – Marcuccio vs L-Unjoni Ewropea

(Kawża T-409/14) (1)

((“Rikors għad-danni - Rikorrent li waqaf iwieġeb għat-talbiet tal-Qorti Ġenerali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2016/C 287/27)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: L-Unjoni Ewropea, irrapreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Placco, sussegwentement J. Inghelram, P. Giusta u L. Tonini Alabiso, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent minħabba t-tul tal-proċedura fil-Kawżi T-236/02, C-59/06 P u C-617/11 P.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà li tat lok għad-digriet tad-9 ta’ Jannar 2015, Marcuccio vs L-Unjoni Ewropea (T-409/14, mhux ippubblikata, EU:T:2015:18).

3)

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u dawk sostnuti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-kumplament.


(1)  ĠU C 245, 28.7.2014


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/23


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2016 – Cleversafe vs EUIPO (Beyond Scale)

(Kawża T-252/16)

(2016/C 287/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cleversafe (Chicago, Illinois, l-Istati Uniti tal-Amerka) (rappreżentant: A. Lingenfelser, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontezjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Beyond Scale” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 975 438

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 2239/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

Motiv invokat

It-trade mark inkwistjoni, fit-totalità tagħha, ma tiġix ipperċepita bħala messaġġ promozzjonali ta’ tifħir peress li ma jinkludi l-ebda indikazzjoni tal-oriġini kummerċjali.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/23


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2016 – Cleversafe vs EUIPO (Storage Beyond Scale)

(Kawża T-253/16)

(2016/C 287/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cleversafe, Inc. (Chicago, Illinois, l-Istati Uniti tal-Amerka) (rappreżentant: A. Lingenfelser, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontezjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Storage Beyond Scale” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 975 446

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 2240/2015-4

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

Motiv invokat

Il-kliem li jifformaw it-trade mark ma humiex limitati għal tifsira ta’ tifħir kif qed jipproponi l-Eżaminatur.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/24


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2016 – Korea National Insurance vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni

(Kawża T-264/16)

(2016/C 287/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Korea National Insurance Corp. (Pyongyang, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea) (rappreżentanti: M. Lester u S. Midwinter, Barristers, T. Brentnall u A. Stevenson, Solicitors)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/475, tal-31 ta’ Marzu 2016, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/659, tas-27 ta’ April 2016, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007, dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea sa fejn dawn il-miżuri kienu intiżi sabiex jinkludu lir-rikorrenti fl-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill KE 329/2007 u fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/183/PESK;

torna lill-konvenuti jbatu l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuti naqsu milli jagħtu raġunijiet adegwati jew suffiċjenti għall-inklużjoni tar-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuti manifestament wettqu żball meta qiesu li ebda waħda mill-kriterji għall-elenkar fil-miżuri kkontestati ma kienet issodisfatta fil-każ tar-rikorrenti u li ma hemm l-ebda bażi fattwali għall-inklużjoni tagħha.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuti kisru l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuti kisru, mingħajr ġustifikazzjoni jew proporzjon, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inklużi d-dritt tagħha għal protezzjoni tal-proprjetà, tan-negozju u tar-reputazzjoni tagħha.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/25


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2016 – Tarmac Trading vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-267/16)

(2016/C 287/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tarmac Trading Ltd. (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Anderson u P. Halford, Solicitors u K. Beal, QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/288, tas-27 ta’ Marzu 2015 fil-Każ S.A.34775 (13/C) (ex 12/NN) – Imposta tal-aggregati – u, b’mod partikolari, il-premessi (625), (626), (629) u (630) u l-Artikoli 5 u 7 ta’ dik id-deċiżjoni kkontestata – sa fejn:

id-deċiżjoni kkontestata tiddefinixxi l-uniċi benefiċjarji tal-għajnuna illegali bħala l-kumpanniji li pproduċew ix-shale tal-bitum u prodotti li jikkonsistu prinċipalment tax-shale tal-bitum bejn l-1 ta’ April 2002 u d-data tad-deċiżjoni (“produtturi tax-shale tal-bitum”); u

id-deċiżjoni kkontestata tispeċifika l-ammont ta’ għajnuna li trid tiġi rkuprata mill-produtturi tax-shale tal-bitum waħedhom, tirrikjedi l-irkupru minnhom tal-ammont sħiħ tal-imposta tal-aggregati (“IAG”) li għalihom applikaw l-eżenzjonijiet illegali u tonqos milli tirrikjedi l-Gvern tar-Renju Unit li jnaqqas l-ammont li għandu jiġi rkuprat sa fejn il-produtturi tax-shale tal-bitum għaddew il-benefiċċju ta’ dawk l-eżenzjonijiet lill-klijenti tagħhom, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti f’dawn il-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-identifikazzjoni tal-benefiċjarji u l-kwantifikazzjoni tal-ammont ta’ għajnuna li ma tiġix rkuprata.

Skont ir-rikorrenti, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tidentifika l-produtturi tax-shale tal-bitum bħala l-uniċi benefiċjarji tal-għajnuna illegali u ma teħtieġx li r-Renju Unit inaqqas l-ammont li għandu jiġi rkuprat minnhom sa fejn huma għaddew il-benefiċċju tal-eżenzjoni tax-shale tal-bitum lill-klijenti tagħhom, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni.

Ir-rikorrenti tressaq il-punt li l-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-308/00 RENV, Salzgitter vs Il-Kummissjoni (ECLI:EU:T:2013:30) li stabbiliet li l-irkupru għandu jkun limitat għall-vantaġġi finanzjarji li joriġinaw attwalment mit-tqegħid tal-għajnuna għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju, u jkun proporzjonata għalihom. Barra minn hekk, kif tgħid ir-rikorrenti, il-Kawżi T-473/12, Aer Lingus vs Il-Kummissjoni (ECLI: EU:T:2015:78) u T-500/12, Ryanair vs Il-Kummissjoni (ECLI:EU:T:2015:73), jistabbilixxu li, fil-każ ta’ għajnuna li tikkonsisti minn tnaqqis ta’ taxxa indiretta imposta fuq il-konsum ta’ prodott jew servizz u intiż li jgħaddi minn impriża lejn il-klijenti tagħha, u fejn il-vantaġġ ekonomiku li joriġina mill-applikazzjoni tat-taxxa mnaqqsa setgħet ukoll tgħaddi għand il-klijenti tagħha, l-ammont ta’ għajnuna li jista’ jkun irkuprat mill-impriża huwa biss il-vantaġġ attwalment miksub mill-impriża.

Ir-rikorrenti tressaq il-punt ukoll li l-IAG hija taxxa indiretta imposta fuq il-komsum ta’ aggregati u intiż (mill-Gvern tar-Renju Unit) li tgħaddi minn impriżi li joħorġu u jisfruttaw kummerċjalment l-aggregati, lill-klijienti tagħhom. Il-vantaġġ ekonomiku li joriġina mill-eżenzjonijiet tax-shale tal-bitum, kif tiddikjara r-rikorrenti, seta’ jkun – u tassew attwalment kien – għadda mill-produtturi tax-shale tal-bitum (inkluż ir-rikorrenti) fil-forma ta’ preżżijiet iktar baxxi għall-bejgħ.

Ir-rikorrenti tressaq il-punt ukoll li għall-istess raġuni, l-irkupru tal-ammont sħiħ ta’ imposta fuq aggregati mhux imħallsa ma jistax jiżgura l-istabbiliment mill-ġdid tal-istatus quo u kien ikun responsabbli li joħloq distorsjonijiet tal-kompetizzjoni addizzjonali, billi jista’ jwassal għall-irkupru mill-produtturi tax-shale tal-bitum (inkluż ir-rikorrenti) ta’ iktar mill-vantaġġ li gawdew attwalment.

Għaldaqstant, kif tgħid ir-rikorrenti, in segwitu tal-Kawżi T-473/12, Aer Lingus vs Il-Kummissjoni (ECLI: EU:T:2015:78) u T-500/12, Ryanair vs Il-Kummissjoni (ECLI:EU:T:2015:73), l-unika għajnuna li tista’ tiġi rkuprata mill-produtturi tax-shale tal-bitum hija l-vantaġġ attwalment miksub u miżmum minnhom.

Finalment, ir-rikorrenti tinvoka li sa fejn id-deċiżjoni kkontestata teħtieġ l-irkupru mill-produtturi tax-shale tal-bitum tal-ammont sħiħ tal-IAG li minnha kienu eżentati taħt l-eżenzjonijiet tax-shale tal-bitum, mingħajr xi tnaqqis biex jittieħed inkunsiderazzjoni l-benefiċċju li għadda mill-produttuir tax-shale tal-bitumen lill-klijenti tagħhom, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi, applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 108 TFUE u/jew l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339) u wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-UE ta’ propozjonalità.

Ir-rikorrenti tinvoka li bi ksur tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, l-irkupru tal-ammont sħiħ tal-imposta fuq l-aggregati mhux imħallsa mir-rikorrenti fir-rigward tax-shale tal-bitum li sfruttat kien ikun sproporzjonat għal kull vantaġġ finanzjarju li joriġina mit-tqegħid tal-għajnuna għad-dispożizzjoni tagħha. Ir-rikorrenti għaddiet il-benefiċċju kollu tal-eżenzjoni mill-IAG lill-klijenti tagħha u kien ikun impossibbli fil-prattika li hija tirkupra b’mod retroattiv dik l-IAG mhux imħallsa mill-klijenti tagħha.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/26


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2016 – Lidl Stiftung vs EUIPO – Primark Holdings (LOVE TO LOUNGE)

(Kawża T-305/16)

(2016/C 287/32)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kefferpütz u A. Berger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Primark Holdings (Dublin, l-Irlanda)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “LOVE TO LOUNGE” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 8 500 548

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-9 ta’ Marzu 2016, fil-Każ R 489/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Nru 8 500 548;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/27


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2016 – Marsh vs EUIPO (ClaimsExcellence)

(Kawża T-308/16)

(2016/C 287/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Marsh GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Riegger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “ClaimsExcellence” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 847 462

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ April 2016 fil-Każ R 2358/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti tal-appell quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/28


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2016 – Grupo Riberebro Integral u Riberebro Integral vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-313/16)

(2016/C 287/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Riberebro Integral, SL (Alfaro, Spanja) u Riberebro Integral, SA (Alfaro, Spanja) (rappreżentanti: R. Allendesalazar Corcho u A. Rincón García-Loygorri, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2016) 1933 finali, tas-6 ta’ April 2016, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, fil-Każ AT.39965 – Mushrooms, fir-rigward tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti, peress li huwa vvizzjat bi żball manifest ta’ evalwazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-fatti li għalihom irrifjutat li tagħti l-inkapaċità ta’ ħlas (inability to pay) lir-rikorrenti.

sussidjarjament, skont il-ġurisdizzjoni sħiħa mogħtija lilha mill-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 abbażi tal-Artikolu 261 TFUE, temenda l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni Ewropea C (2016) 1933 finali, tas-6 ta’ April 2016, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, fil-Każ AT.39965 – Mushrooms, u tnaqqas is-sanzjoni imposta fuq Riberebro.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Din il-proċedura hija bbażata fuq it-talba għal klemenza ppreżentata minn impriża speċifika lill-Kummissjoni Ewropea, dwar il-parteċipazzjoni tagħha f’akkordju fis-settur tal-faqqiegħ ippreżervat. Skont it-test tad-deċiżjoni nnifisha, dan l-akkordju kien intiż li jistabbilizza s-suq tal-faqqiegħ u jwaqqaf il-waqgħa tal-prezzijiet f’dan is-suq.

Ir-rikorrenti la jikkontestaw il-fatti u lanqas il-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti, li diġà rrikonoxxew meta kkooperaw fil-proċedura ta’ klemenza u fir-risposta tagħhom għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, li fiha allegaw li qed jirrikonoxxu d-deskrizzjoni u l-evalwazzjoni ġuridika magħmula tal-fatti. F’dan ir-rikors qed tiġi kkontestata l-evalwazjoni u l-proporzjonalità tal-multa imposta.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni.

F’dan ir-rigward qed jiġi allegat li dan l-iżball manifest jivvizzja l-evalwazzjoni tal-fatti li għalihom ġiet miċħuda l-inkapaċità ta’ ħlas tal-multa (inability to pay) tar-rikorrenti. L-impożizzjoni tal-multa, fil-fatt, irrimedjabbilment tipperikola l-vijabbiltà ekonomika tagħhom, ser twassal li ċċaħħad l-assi mill-valur kollu tagħhom u tinjora l-kuntest ekonomiku u soċjali li fih jinsabu.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

F’dan ir-rigward qed jiġi allegat il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ma tqisx l-offerta limitata tal-prodotti tar-rikorrenti.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/29


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2016 – Tamasu Butterfly Europa vs EUIPO – adp Gauselmann (Butterfly)

(Kawża T-315/16)

(2016/C 287/35)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Tamasu Butterfly Europa GmbH (Moers, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Röhl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: adp Gauselmann GmbH (Espelkamp, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Butterfly”

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 221/2015-1

Talbiet

timmodifika d-deċiżjoni kkontestata billi tilqa’ l-oppożizzjoni fl-intier tagħha u tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 011757549;

tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/30


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2016 — Moravia Consulting vs EUIPO — Citizen Systems Europe (SDC-554S)

(Kawża T-316/16)

(2016/C 287/36)

Lingwa tar-rikors: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Moravia Consulting spol. s.r.o. (Brno, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Kyjovský, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Citizen Systems Europe GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “SDC-554S” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 780 581

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ April 2016, fil-Każ R 1575/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/31


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2016 — Moravia Consulting vs EUIPO — Citizen Systems Europe (SDC-888TII RU)

(Kawża T-317/16)

(2016/C 287/37)

Lingwa tar-rikors: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Moravia Consulting spol. s.r.o. (Brno, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Kyjovský, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Citizen Systems Europe GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “SDC-888TII RU” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 781 225

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ April 2016, fil-Każ R 1566/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/31


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2016 — Moravia Consulting vs EUIPO — Citizen Systems Europe (SDC-444S)

(Kawża T-318/16)

(2016/C 287/38)

Lingwa tar-rikors: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Moravia Consulting spol. s.r.o. (Brno, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Kyjovský, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Citizen Systems Europe GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “SDC-444S” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 780 061

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ April 2016, fil-Każ R 1573/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/32


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2016 – Bundesverband Deutsche Tafel vs EUIPO – Tiertafel Deutschland (Tafel)

(Kawża T-326/16)

(2016/C 287/39)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bundesverband Deutsche Tafel e.V. (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Koerl, E. Celenk, S. Vollmer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tiertafel Deutschland e.V. (Rathenow, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni verbali “Tafel” – trade mark tal-Unjoni Nru 8 985 541

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ April 2016 fil-Każ R 248/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 65(6) tar-Regolament Nru 207/2009.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/33


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2016 – Aldi Einkauf vs EUIPO – Fratelli Polli (ANTICO CASALE)

(Kawża T-327/16)

(2016/C 287/40)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fratelli Polli, SpA (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “ANTICO CASALE” – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 531 432

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ April 2016 fil-Każ R 1337/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament Nru 207/2009.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/34


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2016 – De Masi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-341/16)

(2016/C 287/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Fabio De Masi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: A. Fischer-Lescano)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-aċċess limitat għad-dokumenti tal-grupp “kodiċi ta’ kondotta”;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-istanza konformement mal-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u tikkundannaha għall-ispejjeż ta’ eventwali intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv uniku, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tal-membri parlamentari li jirriżultaw mill-Artikolu 230(2) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 10(2) TUE, ikkunsidrati fid-dawl tal-obbligi li tingħata informazzjoni.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/35


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2016 – FV vs Il-Kunsill

(Kawża F-40/15) (1)

((Servizz pubbliku - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni - Interess ġuridiku - Evalwazzjonijiet analitiċi inqas favorevoli - Riferiment lill-Kumitat tar-Rapporti - Modifika mit-tieni evalwatur ta’ ċerti evalwazzjonijiet li ma taffettwax l-evalwazzjoni globali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dmir ta’ premura))

(2016/C 287/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: FV (rappreżentanti: inizjalment T. Bontinck u A. Guillerme, avukati, sussegwentement L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Veiga, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għas-sena 2013.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FV għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 178, 1.6.2015, p. 27.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/35


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-28 ta’ Ġunju 2016 – Kotula vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-118/15) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Proċedura ta’ promozzjoni 2014 - Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni mid-diretturi ġenerali u mill-kapijiet ta’ dipartiment - Ommissjoni ta’ isem ir-rikorrent - Trasferiment interistituzzjonali - Teħid inkunsiderazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni redatti mill-istituzzjoni preċedenti - Possibbiltà li l-lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni tiġi kkontestata quddiem il-kumitat konġunt ta’ promozzjoni - Eżami komparattiv tal-merti tal-uffiċjali li jistgħu jiġu promossi))

(2016/C 287/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Marcin Kotula (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2014.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2015, p. 57.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/36


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2016 – Simpson vs Il-Kunsill

(Kawża F-142/11 RENV)

((Servizz pubbliku - Kawża mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament - Uffiċjali - Avvanz fil-grad - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jingħatax il-grad AD 9 wara li għadda mill-kompetizzjoni ġenerali ta’ grad AD 9 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors manifestament infondat))

(2016/C 287/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Erik Simpson (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u E. Rebasti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD9 wara li għadda mill-kompetizzjoni EPSO/AD/113/07 “Kapijiet ta’ unità (AD9) tal-lingwi Ċek, Estonjan, Ungeriż, Litwan, Latvjan, Malti, Pollakk, Slovakk u Sloven fil-qasam tat-traduzzjoni” u talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Erik Simpson għandu jbati l-ispejjeż tiegħu sostnuti fil-Kawżi F-142/11, T-130/14 P u F-142/11 RENV, rispettivament, u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża F-142/11.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu sostnuti fil-Kawżi T-130/14 P u F-142/11 RENV.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/37


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-27 ta’ Ġunju 2016 – Gyarmathy vs OEDT

(Kawża F-22/14) (1)

(2016/C 287/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 235, 21.07.2014, p. 34.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/37


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-28 ta’ Ġunju 2016 – Loquerie vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-115/14) (1)

(2016/C 287/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 7, 12.01.2015, p. 55.


8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/37


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-28 ta’ Ġunju 2016 – Loquerie vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-57/15) (1)

(2016/C 287/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 213, 29.06.2015, p. 46.