ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 281 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2016/C 281/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8116 — Macquarie/SLFL GIO II/SGI Italia) ( 1 ) |
|
2016/C 281/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7972 — ITW/EF&C) ( 1 ) |
|
2016/C 281/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7883 — NPM Capital/Thijs Hendrix Beheer/Hendrix Genetics) ( 1 ) |
|
2016/C 281/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8115 — Partners Group/Foncia Holding and its subsidiaries) ( 1 ) |
|
2016/C 281/05 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8032 — RAM/Termica Milazzo) ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2016/C 281/06 |
||
2016/C 281/07 |
||
2016/C 281/08 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Siemens/Dresser-Rand (M.7429) |
|
2016/C 281/09 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2015 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ M.7429 — Siemens/Dresser-Rand) (notifikata bid-dokument Nru C(2015) 4355) ( 1 ) |
|
2016/C 281/10 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2016/C 281/11 |
||
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2016/C 281/12 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8122 — SEGRO/PSPIB/SELP/Pusignan-DC1) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
3.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 281/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8116 — Macquarie/SLFL GIO II/SGI Italia)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 281/01)
Fis-26 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8116. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
3.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 281/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.7972 — ITW/EF&C)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 281/02)
Fl-14 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M7972. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
3.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 281/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.7883 — NPM Capital/Thijs Hendrix Beheer/Hendrix Genetics)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 281/03)
Fil-15 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M7883. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
3.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 281/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8115 — Partners Group/Foncia Holding and its subsidiaries)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 281/04)
Fit-28 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8115. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
3.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 281/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8032 — RAM/Termica Milazzo)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 281/05)
Fis-26 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fit-Taljan u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8032. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
3.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 281/4 |
Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):
0,00 % fl-1 ta’ Awwissu 2016
Rata tal-kambju tal-euro (2)
It-2 ta’ Awwissu 2016
(2016/C 281/06)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1193 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
113,72 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4390 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,84310 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,5537 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0810 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,4363 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
27,032 |
HUF |
Forint Ungeriż |
311,10 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3241 |
RON |
Leu Rumen |
4,4542 |
TRY |
Lira Turka |
3,3512 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4717 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4608 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,6863 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5497 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4986 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 239,02 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,6368 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,4233 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,4927 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 627,57 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,5187 |
PHP |
Peso Filippin |
52,626 |
RUB |
Rouble Russu |
74,5098 |
THB |
Baht Tajlandiż |
38,907 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,6549 |
MXN |
Peso Messikan |
21,1050 |
INR |
Rupi Indjan |
74,6730 |
(1) Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.
(2) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
3.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 281/5 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ M.7429 — Siemens/Dresser-Rand
Relatur: Il-Lussemburgu
(2016/C 281/07)
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata għandha dimensjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
3. |
Il-Kumitat Kosultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-swieq tal-prodott rilevanti kif iddikjarat fl-abbozz tad-deċiżjoni. |
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-swieq ġeografiċi rilevanti kif iddikjarat fl-abbozz tad-deċiżjoni. |
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni nnotifikata ma twassalx għal effetti orizzontali mhux koordinati li jimpedixxu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq dinji għal ferroviji b’kompressur turbo li jaħdmu bl-ADGT u bl-IGT ħafif użati fl-applikazzjonijiet taż-żejt u l-gass (oil and gas, “O&G”), u b’mod partikolari fis-segmenti (1) ’il fuq minn 23 MW u (2) inqas minn 23 MW. |
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni nnotifikata ma twassalx għal effetti orizzontali mhux koordinati li jimpedixxu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq dinji settijiet ta’ ġeneraturi li jaħdmu bl-ADGT u l-IGT ħafif użati fl-applikazzjonijiet taż-żejt u tal-gass (“O&G”), u b’mod partikolari fis-segmenti (1) ’l fuq minn 23 MW u (2) inqas minn 23 MW. |
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni nnotifikata ma twassalx għal effetti orizzontali mhux koordinati li jimpedixxu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq/swieq dinji/dinjija/taż-ŻEE għal turbini tal-fwar li jaħdmu b’mod mekkaniku, irrispettivament mill-firxa eżatta tal-eneġrija. |
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni nnotifikata ma twassalx għal effetti orizzontali mhux koordinati li jxekklu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq/swieq dinji/dinjin/taż-ŻEE għal turbini tal-fwar li jaħdmu bil-ġeneratur ippakkjati flimkien ma’ ġeneraturi, irrispettivament mill-firxa eżatta tal-enerġija. |
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-operazzjoni proposta ma twassalx għal effetti mhux orizzontali li jimpedixxu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva
|
10. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata trid għalhekk tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE skont l-Artikoli 2(2) u 8(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
3.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 281/6 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
Siemens/Dresser-Rand
(M.7429)
(2016/C 281/08)
I. SFOND
1. |
Fid-9 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni Ewropea (il- “Kummissjoni”) rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) (ir-Regolament dwar l-Għaqdiet) li permezz tagħha Siemens AG (“Siemens” jew “il-Parti Notifikanti”) takkwista kontroll uniku fuq Dresser-Rand Group, Inc. (“DR”). It-tranżazzjoni tinvolvi l-akkwiżizzjoni minn Siemens tal-ishma maħruġa kollha ta’ DR (it-“Tranżazzjoni”) u hija konċentrazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Siemens u DR flimkien jissejħu l-“Partijiet”. |
II. PROĊEDURA
Id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 6(1)(c) u l-aċċess għad-dokumenti ewlenin
2. |
Fit-13 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni biex tibda proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet filwaqt li sabet li t-Tranżazzjoni tqajjem dubji serji fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern u mal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
3. |
Fl-20 ta’ Frar 2015, u wara t-talba tal-Parti Notifikanti, il-Kummissjoni providiet aċċess għall-verżjonijiet mhux kunfidenzjali ta’ ċerti dokumenti ewlenin miġbura matul l-ewwel fażi tal-investigazzjoni. Fl-24 ta’ Frar 2015, u wara talba oħra tal-Parti Notifikanti, il-Kummissjoni pprovdiet aċċess għal dokumenti addizzjonali u aċċess aktar estensiv għal dawk li diġà rċevew. |
4. |
Fis-27 ta’ Frar 2015, il-Parti Notifikanti ppreżentat il-kummenti bil-miktub tagħha għad-Deċiżjoni skont l-Artikolu 6(1)(c). |
Sospensjoni u estensjoni tal-limitu ta’ żmien
5. |
Fil-5 ta’ Marzu 2015, il-Parti Notifikanti ftehmet mal-Kummissjoni għal estensjoni tal-limitu ta’ żmien għall-eżami tat-Tranżazzjoni b’għaxart ijiem ta’ xogħol skont l-Artikolu 10(3), it-tieni subparagrafu, it-tielet sentenza tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
6. |
Fit-23 ta’ Marzu 2015, il-Kummissjoni adottat żewġ deċiżjonijiet skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li biha jkun meħtieġ li Siemens u DR ifornu informazzjoni li kienu ġew mitluba minn talbiet sempliċi għall-informazzjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Il-limitu ta’ żmien iffissat minn talbiet sempliċi għal informazzjoni skada fit-18 ta’ Marzu 2015. Il-Kummissjoni rċeviet din l-informazzjoni sħiħa u korretta kif meħtieġa bid-deċiżjonijiet tas-27 ta’ Marzu 2015. Għalhekk, skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 (3) (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar l-Għaqdiet), il-limitu ta’ żmien għall-eżami tat-Tranżazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet ġie sospiż bejn id-19 ta’ Marzu 2015 sas-27 ta’ Marzu 2015, iż-żewġ data inklużi. |
III. ABBOZZ TAD-DEĊIŻJONI
7. |
L-abbozz tad-deċiżjoni jipprovdi għal approvazzjoni mingħajr kundizzjonijiet tat-Tranżazzjoni proposta. Skont l-Artikolu 16(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, eżaminajt jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-Partijiet ingħataw l-opportunità li jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom. Nikkonkludi li dan hu minnu. |
8. |
Ma rċevejt ebda talba jew ilment proċedurali minn kwalunkwe parti. B’mod ġenerali nikkonkludi li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-Partijiet f’dan il-każ ġie rrispettat. |
Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2015.
Joos STRAGIER
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1).
3.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 281/7 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tad-29 ta’ Ġunju 2015
li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim ŻEE
(Il-Każ M.7429 — Siemens/Dresser-Rand)
(notifikata bid-dokument Nru C(2015) 4355)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 281/09)
Fid-29 ta’ Ġunju 2015 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f’każ ta’ fużjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1) (minn issa ’l quddiem “ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”), u partikolarment l-Artikolu 8(1) ta’ dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa tinsab bl-Ingliż fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/comm/competition/index_mt.html
I. IL-PARTIJIET
(1) |
Siemens hija kumpanija b’ishma Ġermaniżi li għandha l-kwartieri ġenerali fi Munich, il-Ġermanja. Siemens toffri firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi lill-konsumaturi, inkluża l-Ġestjoni tal-Enerġija, tal-Elettriku u tal-Gass, is-Servizzi tal-Ġenerazzjoni tal-Elettriku, l-Industriji tal-Ipproċessar u Drives, l-Enerġija mir-Riħ u l-Enerġija Rinnovabbli. |
(2) |
DR hija kumpanija Amerikana li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fi Houston, Texas. DR tiffoka fuq li taqdi l-konsumaturi fl-industrija taż-żejt u l-gass (“Ż u G”) bi prodotti (l-aktar kompressuri li jaħdmu bil-gass, u turbini tal-istim) iddisinjati għal applikazzjonijiet tul il-katina tal-valur Ż u G: l-esplorazzjoni u l-produzzjoni upstream, trasportazzjoni midstream, LNG u ħżin u proċessar downstream u d-distribuzzjoni ta’ prodotti sekondarji relatati Ż u G. |
(3) |
Siemens ser tixtri l-ishma pendenti ta’ DR u ser takkwista l-kontroll esklussiv fuq DR. Minn dan isegwi li t-Tranżazzjoni hija konċentrazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
II. L-OPERAZZJONI
(4) |
Fid-9 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li permezz tagħha Siemens AG (“Siemens” jew “il-Parti Notifikanti”) takkwista kontroll uniku fuq Dresser Rand Group, Inc. (“DR”). It-tranżazzjoni proposta tinvolvi l-akkwiżizzjoni minn Siemens tal-azzjonijiet kollha ta’ DR (it-“Tranżazzjoni”). Bħala riżultat, Siemens ser takkwista l-kontroll esklussiv fuq DR. |
III. IL-PROĊEDURA
(5) |
It-tranżazzjoni ġiet innotifikata fid-9 ta’ Jannar 2015. Fit-13 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni qajmet dubji serji dwar il-kompatibilità tat-Tranżazzjoni mas-suq intern u adottat deċiżjoni biex tibda proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Il-Parti Notifikanti ssottomettiet il-kummenti tagħha bil-miktub dwar id-deċiżjoni tal-Artikolu 6(1)(c) fis-27 ta’ Frar 2015. |
(6) |
Fit-23 ta’ Marzu 2015, il-Kummissjoni adottat żewġ deċiżjonijiet skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 fejn hi talbet lil Siemens u Dresser-Rand biex ifornu informazzjoni li kienu ġew mitluba jipprovdu sat-18 ta’ Marzu 2015. Il-Kummissjoni rċeviet din l-informazzjoni sħiħa u korretta kif meħtieġa bid-deċiżjoni tas-27 ta’ Marzu 2015. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 u l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 (2) (“ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 802/2004”), il-limiti ta’ żmien imsemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 ġew sospiżi mid-19 ta’ Marzu 2015 sas-27 ta’ Marzu 2015 inkluż. |
IV. MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
A. IS-SWIEQ TAL-PRODOTTI RILEVANTI
(7) |
L-attivitajiet tal-Partijiet iwasslu għas-sovrapożizzjonijiet orizzontali li ġejjin:
|
(8) |
L-attivitajiet tal-Partijiet ser jwasslu għal sovrapożizzjoni vertikali għal dawn is-swieq downstream għal provvista ta’ (1) trenijiet turbokompressur, u (2) trenijiet tal-Ikkrekkjar Katalitiku Fluwidu (FCC). |
I. Suq għal trenijiet turbokompressur imħaddma b’ADGT u b’IGT ħfief b’rekwiżit ta’ potenza ta’ aktar minn 23MW
(i) daħla
(9) |
Il-konsumaturi fl-industrija taż-Żejt u l-Gass (“Ż u G”) normalment jixtru l-hekk imsejjaħ tren turbokompressur biex ix-xogħol ta’ kompressjoni meħtieġa għall-proċessi tagħhom. |
(10) |
Tren kompressur jikkonsisti f’kompressur, li hu l-parti li fil-fatt tagħmel ix-xogħol speċifiku ta’ kompressjoni, u ta’ propulsur, li huwa l-parti li tipprovdi l-potenza lill-kompressur. Dawn iż-żewġ partijiet ewlenin huma marbuta minn tagħmir awżiljarju bħal gear boxes, pajpijiet, strumenti u apparat ta’ kontroll. Il-kompressur, il-propulsur u t-tagħmir awżiljarju kollu huma installati fuq bażi frame. |
(11) |
Hemm tipi differenti ta’ kompressuri. F’każijiet preċedenti, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn kompressuri tal-arja u tal-gass. Il-kompressuri tal-gass ġew segmentati f’kompressuri standard u ta’ pproċessar u dawn tal-aħħar bejn kompressuri tal-ippustjar pożittiv u kompressuri dinamiċi/turbo (3). Madankollu, id-definizzjoni eżatta tas-suq fl-aħħar mill-aħħar tħalliet miftuħa. |
(12) |
Fit-teorija kompressuri jistgħu jitħaddmu minn kull propulsur, li huma turbini tal-gass, muturi elettriċi u turbini tal-istim. B’referenza għal turbini tal-gass, tliet teknoloġiji differenti jistgħu jiġu identifikati: turbini tal-gass industrijali heavy duty (“heavy duty IGT”), li huma turbini tradizzjonali tal-gass; turbini tal-gass aeroderivattivi (“ADGT”) li huma turbini tal-gass derivati minn magna mmuntata fuq l-ajruplani kummerċjali u tal-passiġġieri, turbini tal-gass industrijali ħfief (“IGT ħfief”), li huma ibridi bejn it-tnejn. |
(13) |
Meta konsumatur finali jeħtieġ li jixtri tren turbokompressur, iridu jitqiesu numru ta’ kunsiderazzjonijiet sabiex jiġu determinati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi preċiżi tas-soluzzjoni li għandhom jinxtraw rigward il-propulsur kif ukoll il-kompressur turbo. L-element deċiżiv huwa li jitwettaq ix-xogħol ta’ kompressjoni eżatt, li jiddetermina l-għażla tal-kompressur. Dan, min-naħa tiegħu, jiddefinixxi l-input ta’ potenza meħtieġ biex fil-fatt isir dan ix-xogħol. Madankollu, hemm elementi oħrajn li huma involuti, bħalma huma l-post ġeografiku tal-proġett, il-kundizzjonijiet ambjentali fuq is-sit, id-disponibilità ta’ fjuwil. Dawn l-elementi kollha jfasslu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li magħhom irid ikun konformi t-tren turbokompressur. Dawn l-elementi, fil-fatt, jiddefinixxu liema kompressur u liema propulsur jistgħu jintużaw għal kull proġett speċifiku. |
(ii) Definizzjoni tas-suq
(14) |
Peress li l-attivitajiet tal-Partijiet jikkoinċidu fir-rigward ta’ trenijiet turbokompressur imħaddma b’ADGT fl-industrija taż-Ż u G, il-Kummissjoni analizzat jekk:
|
(15) |
Din l-analiżi tindika li:
|
(16) |
Fl-aħħar nett, b’referenza għal applikazzjonijiet Ż u G, dik l-analiżi, ikkonfermata wkoll mill-analiżi tad-dejta dwar l-offerti miġbura dwar l-offerti mingħand il-Partijiet u partijiet terzi, indikat li ma hemmx lok ta’ sostituzzjoni fir-rigward tat-trenijiet turbokompressur li jintuża f’applikazzjonijiet differenti. L-analiżi tad-Dejta dwar l-Offerti għal Trenijiet Turbokompressur, fil-fatt, tippermetti lill-Kummissjoni biex tidentifika sett omoġenju ta’ offerti li jinkludi l-applikazzjonijiet differenti Ż u G. L-attivitajiet tal-Partijiet ikunu simultanji f’applikazzjonijiet upstream offshore upstream u midstream pipeline. |
(17) |
B’referenza għal kompressuri, il-Kummissjoni sabet li jeżistu tipi differenti ta’ kompressuri turbo. Minn dawn, subsett minnhom biss hu limitat biex jintuża f’applikazzjonijiet upstream offshore upstream u midstream pipeline. L-ewwel nett, il-kompressuri turbo jistgħu jinqasmu f’kompressuri turbo ingranati integralment u kompressuri turbo b’xaft wieħed. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li huma biss tal-aħħar li huma xierqa għal dawk l-applikazzjonijiet. It-tieni, il-kompressuri turbo b’xaft wieħed jistgħu jkunu maqsuma jew orizzontalment inkella vertikalment (l-hekk imsejħa “barrel type”). Għal raġunijiet tekniċi tal-aħħar biss jistgħu jintużaw fl-applikazzjonijiet rilevanti. Fil-kompressuri barrel type, il-manifatturi joffru “forom bażiċi”, li huma maħsuba biex iservu f’applikazzjonijiet speċifiċi. M’hemm l-ebda sostitwibbiltà mil-lat tad-domanda għal forom bażiċi ta’ kompressuri fl-applikazzjonijiet differenti. Barra minn hekk, is-sostituzzjoni mil-lat tal-provvista kienet limitata ħafna. |
(18) |
Mil-lat tal-propulsur ta’ trenijiet turbokompressur, il-Kummissjoni sabet li l-ADGT u l-IGT ħfief huma sostitwibbli filwaqt li dan mhux il-każ għall-muturi elettriċi u l-IGT heavy duty. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-ADGT użati fil-produzzjoni tal-elettriku ma jistgħux jintużaw bħala propulsuri għal kompressuri. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni sabet li s-sitwazzjoni kompetittiva għall-forniment ta’ ADGT u IGT ħfief ‘il fuq jew taħt it-23MW hija differenti. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li s-suq jista’ jiġi segmentat f’dan il-livell tal-potenza. |
(19) |
Fl-aħħar nett, dejjem abbażi tal-osservazzjoni ta’ sostituzzjoni limitata bejn il-forom bażi tal-kompressur, il-Kummissjoni sabet li trenijiet turbokompressur jintużaw f’applikazzjonijiet differenti u jistgħu jikkostitwixxu swieq ta’ prodotti separati. |
(20) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li trenijiet turbokompressur imħaddma b’ADGT u b’IGT ħfief b’enerġija ta’ aktar minn 23MW għal applikazzjonijiet upstream offshore u midstream pipeline jista’ jikkostitwixxi suq tal-prodott separat. Madankollu, it-tifsira eżatta tas-suq tista’ titħalla miftuħa minħabba li t-Tranżazzjoni ma twassalx għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva fis-suq intern taħt kwalunkwe definizzjoni plawżibbli tas-suq tal-prodott. |
(21) |
Il-Parti Notifikanti tqis li m’hemm l-ebda suq għal trenijiet kompressur imħaddma b’ADGT. Fil-fehma tal-Parti Notifikanti dan sempliċement jgħaqqad flimkien għadd ta’ opportunitajiet ta’ offerti individwali ma’ applikazzjonijiet distinti li fihom il-konsumaturi jispiċċaw jagħżlu soluzzjoni teknika li tiffavorixxi l-ADGT biex jitħaddemil-kompressur milli turbini tal-gass industrijali (IGTs) jew tipi ta’ propulsuri oħrajn. Barra minn hekk, il-Parti Notifikanti tqis li l-ADGT huma xi drabi preferuti għal rekwiżiti ta’ potenza għolja għaliex ta’ spiss huma aktar effiċjenti, iżgħar u eħfef minn turbini tal-gass industrijali ekwivalenti. Madankollu, it-turbini tal-gass industrijali qegħdin dejjem aktar jikkompetu ma’ ADGT f’dak ir-rigward, minħabba li mudelli ġodda ta’ turbini tal-gass industrijali mnedija huma eħfef, aktar kumpatti u aktar effiċjenti. Għalhekk il-Parti Notifikanti ssostni li s-suq tal-prodott rilevanti huwa s-suq għal trenijiet turbokompressur. |
II. Suq għal settijiet ta’ ġeneraturi mħaddma b’ADGT u b’IGT ħfief
(22) |
Il-Parti Notifikanti tqis li settijiet ta’ ġeneraturi imħaddma b’ADGT ma jikkostitwixxux suq tal-prodott distint. Il-Parti Notifikanti ssostni li l-ADGT maħsuba għal propulsjoni mekkanika ma jvarjawx minn ADGT maħsub għal propulsuri ta’ ġeneraturi u l-istess mudelli jistgħu jintużaw b’mod interkambjabbli għaż-żewġ applikazzjonijiet. |
(23) |
Il-Kummissjoni tqis li s-settijiet tal-ġeneratur jikkostitwixxu suq tal-prodott distint minn trenijiet kompressur. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li settijiet ta’ ġeneraturi mħaddma b’ADGT u b’IGT ħfief, x’aktarx jistgħu jinbidlu ma’ xulxin, iżda settijiet ta’ ġeneraturi mħaddma b’ADGT u b’IGT ħfief jikkostitwixxu suq tal-prodott distint minn settijiet ta’ ġeneraturi heavy duty mħaddma b’IGT. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kkonkludiet li jista’ jkun xieraq li ssir distinzjoni bejn settijiet ta’ ġeneraturi mħaddma b’ADGT jew b’IGT ħfief b’iktar u inqas minn 23MW. |
(24) |
Madankollu, id-definizzjoni tas-swieq eżatta tista’ titħalla miftuħa minħabba li t-Tranżazzjoni ma twassalx għal impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva skont kwalunkwe tifsira tas-suq konċepibbli. |
III. Differenzjazzjoni bejn turbini tal-istim maħsuba għall-propulsjoni mekkanika u turbini tal-istim maħsuba għat-tħaddim ta’ ġeneraturi
(25) |
Il-Parti Notifikanti ssostni li t-turbini tal-istim jistgħu jinqasmu f’turbini tal-istim maħsuba għall-propulsjoni mekkanika (“MD”) u turbini tal-istim maħsuba għat-tħaddim ta’ ġeneraturi (“GD”), speċjalment dawk b’livell ogħla ta’ produzzjoni. |
(26) |
Fid-deċiżjonijiet preċedenti tagħha, il-Kummissjoni ma tiddefinixxix suq separat għal turbini tal-istim MD. |
(27) |
L-investigazzjoni tas-suq ipprovdiet ir-riżultati li ġejjin:
|
(28) |
Minħabba li t-Tranżazzjoni mhux ser tfixkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva abbażi ta’ kwalunkwe suq plawżibbli, il-Kummissjoni ħalliet miftuħa l-mistoqsija tas-suq tal-prodott preċiż għas-swieq ikkonċernati ta’ turbini tal-istim maħsuba għall-propulsjoni mekkanika. |
IV. Suq għal turbini tal-istim maħsuba għall-propulsjoni mekkanika
(29) |
Il-Parti Notifikanti tiddikjara li hemm suq separat għal turbini tal-istim MD. Fir-rigward tal-output ta’ enerġija, il-Parti Notifikanti tiddikjara li ma jagħmilx sens li jiġu definiti swieq separati skont l-output ta’ enerġija. |
(30) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat jekk is-suq għal turbini tal-istim MD jista’ potenzjalment ikun issegmentat aktar fi swieq differenti skont il-potenza tagħhom tal-output ta’ enerġija u l-applikazzjonijiet finali. |
(31) |
B’referenza għal xi segmentazzjoni possibbli skont l-output ta’ enerġija, l-investigazzjoni tas-suq ma kinitx konklużiva dwar il-punt xieraq ta’ diviżjoni. Xi kompetituri indikaw li huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn turbini tal-istim MD b’output ta’ enerġija ta’ bejn 0MW sa 10MW, xi wħud mill-kontributuri osservaw li l-fornituri ġeneralment jimanifatturaw turbini tal-istim MD b’output ta’ enerġija sa 20MW u li għalhekk l-ebda segmentazzjoni taħt dan il-limitu ma hija xierqa. |
(32) |
Fir-rigward tal-possibilità ta’ segmentazzjoni skont l-applikazzjoni finali, dawk li wieġbu għall-investigazzjoni tas-suq indikaw il-possibbiltà ta’ distinzjoni bejn, minn naħa waħda, turbini tal-istim MD li jintużaw fl-industrija taż-Ż u G (primarjament petrokimiċi u kimiċi) u min-naħa l-oħra turbini tal-istim MD li jintużaw f’industriji oħra, bħalma huma l-metalli, polpa u karta, l-azzar, l-ipproċessar tal-ikel u oħrajn. |
(33) |
Minħabba li it-Tranżazzjoni mhux ser tfixxkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva skont kwalunkwe segmentazzjoni plawżibbli, il-Kummissjoni tqis li l-kwistjoni preċiża tal-prodott fis-suq għal turbini tal-istim maħsuba għall-propulsjoni mekkanika tista’ titħalla miftuħa. |
V. Is-suq għal turbini tal-istim għal applikazzjonijiet maħsuba għat-tħaddim ta’ ġeneraturi
(34) |
Il-Parti Notifikanti ssostni li jeżisti suq separat għal turbini tal-istim GD ippakkjati flimkien ma’ ġeneraturi. Għall-fini tal-valutazzjoni kompetittiva ta’ din it-Tranżazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat suq separat għal turbini tal-istim GD ippakkjati flimkien ma’ ġeneraturi minħabba li l-konsumaturi jixtru il-prodott ikkombinat finali. |
(35) |
Peress li t-Tranżazzjoni mhux ser tfixxkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva skont kwalunkwe tifsira tas-suq plawżibbli, id-definizzjoni eżatta tas-suq tal-prodott tista’ madankollu, titħalla miftuħa. |
VI. Suq għal trenijieti ta’ Krekkjar Katalitiku Fluwidu (FCC)
(36) |
Il-Krekkjar Katalitiku Fluwidu huwa proċess ta’ raffinerija użat b’mod wiesa’ għall-konverżjoni ta’ frazzjonijiet ta’ idrokarbur ta’ żejt grezz tal-petroleum għal petrol iktar raffinat, gassijiet olefiniċi u prodotti oħra. Matul il-proċess expander jiġbor l-enerġija minn gass mit-tromba taċ-ċumnija f’temperaturi għoljin (li normalment tkun moħlija). Din l-enerġija tiġi mbagħad użata biex tħaddem ġeneratur jew il-kompressur ewlieni tal-arja. Dan jippermetti li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-enerġija tar-raffinerija u jitjieb l-indiċi tal-enerġija globali tagħha. It-tagħmir li jwettaq din l-attività jista’ jkun irranġat permezz ta’ tren wieħed (unità FCC bi tren wieħed) jew f’żewġ trenijiet separati (unità FCC b’żewġ trenijiet). |
(37) |
Unità FCC bi tren wieħed, li tikkonsisti f’expander, kompressur tal-arja (blower ewlieni), turbina tal-istim u ġeneratur. Il-komponenti kollha huma inklużi fi tren wieħed. |
(38) |
Unità FCC b’żewġ trenijiet tikkonsisti f’żewġ trenijiet. F’dak il-każ, tren wieħed jikkonsisti f’kompressur tal-arja imħaddem permezz ta’ turbina tal-istim (“tren kompressur FCC”). It-tren l-ieħor jikkonsisti f’expander u ġeneratur (“tren expander FCC”). |
(39) |
Il-konsumaturi ta’ trenijiet FCC huma r-raffineriji. Ġeneralment huma jixtru t-tren FCC bħala unità waħda, minflok il-komponenti tagħha b’mod separat. Il-konsumaturi huma wkoll megħjuna minn kumpaniji tal-EPC. |
(40) |
Il-Parti Notifikanti tikkunsidra li s-suq tal-prodott rilevanti huwa s-suq għal trenijiet FCC, inklużi kemm l-unitajiet FCC bi tren wieħed u l-unitajiet FCC b’żewġ trenijiet (8). Preċedentement il-Kummissjoni ma ddefinixxietx is-suq tal-prodott għal trenijiet FCC. |
(41) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li l-kwistjoni dwar jekk hemmx jew le l-unitajiet FCC bi tren wieħed u l-unitajiet FCC b’żewġ trenijiet huma swieq ta’ prodotti distinti tista’ titħalla miftuħa, irrispettivament mid-delimitazzjonijiet eżatti tas-suq(swieq) rilevanti tal-prodott, it-Tranżazzjoni mhux ser ixxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward ta’ trenijiet FCC. Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll l-eżistenza possibbli ta’ swieq li huma upstream għal (i) is-suq għal FCC bi tren wieħed u (ii) is-suq għal unitajiet b’żewġ trenijiet sabiex jevalwaw l-effetti vertikali possibbli. |
(iii) Definizzjoni tas-Suq Ġeografiku
(42) |
Is-suq ġeografiku tas-swieq kollha msemmija hawn fuq huwa mill-inqas iż-ŻEE u probabbilment id-dinja kollha. |
B. VALUTAZZJONI KOMPETITTIVA
I. Trenijiet turbokompressur imħaddmab’ADGT u b’IGT ħfief b’output ta’ potenza ta’ aktar minn 23MW għal applikazzjonijiet upstream offshore u midstream pipeline — Il-Valutazzjoni Orizzontali
(i) Qafas għal analiżi
(43) |
Filwaqt li l-kundizzjonijiet kompetittivi qabel il-fużjoni huma ġeneralment indikatur affidabbli għall-kundizzjonijiet li jkunu jipprevalu mingħajr il-fużjoni, fil-każ inkwistjoni, il-kundizzjonijiet kompetittivi li jeżistu fiż-żmien tal-fużjoni mhux neċessarjament jikkostitwixxu t-tqabbil rilevanti. Dan huwa minħabba li d-dejta użata biex tivvaluta t-Tranżazzjoni tirriżulta mill-perjodu ta’ żmien qabel it-tlestija ta’ tranżazzjoni preċedenti — it-tranżazzjoni Siemens/RR (9), li seħħet f’Diċembru 2014 — li permezz tagħha Siemens kisbet l-ADGTs ta’ Rolls Royce (“RR”). Din l-aħħar dejta tista’ għalhekk ma tirriflettiex kompletament il-pożizzjoni kompetittiva futura tal-entità kkombinata Siemens/RR mingħajr il-konċentrazzjoni nnotifikata. |
(44) |
L-integrazzjoni tan-negozju ta’ RR rigward l-ADGT setgħet biddlet il-pożizzjoni tas-suq ta’ Siemens u l-limitazzjonijiet li għandha fuq il-kompetituri tagħha sa ċertu punt. Barra minn hekk, Siemens beħsiebha […] il-linja tal-prodotti RR li għadha kif kisbet. Jekk it-Tranżazzjoni ma sseħħx, ir-restrizzjonijiet kompetittivi li DR u Siemens/RR jeżerċitaw fuq xulxin ser ikunu xi mkien bejn is-sitwazzjoni attwali u s-sitwazzjoni li Siemens tamministra […] l-prodotti RR. |
(45) |
Il-Kummissjoni tqis li fl-aħħar mill-aħħar jista’ jiġi deċiż liema miż-żewġ xenarji alternattivi ta’ analiżi huwa aktar probabbli peress li fiż-żewġ xenarji, it-Tranżazzjoni ma twassalx għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva. |
(46) |
Barra minn hekk, peress li l-parti l-kbira tal-bejgħ isir wara l-proċess tas-sejħa għall-offerti u li t-trenijiet turbokompressur huma prodotti differenzjati ħafna u ta’ inġinerija, il-valutazzjoni ta’ effetti potenzjali mhux koordinati tat-Tranżazzjoni għandha ssir f’qafas ta’ “suq tat-tfigħ tal-offerti” bi prodotti differenzjati. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta’ trasparenza f’bosta proċessi ta’ sejħiet għall-offerti, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ma ffukatx biss fuq proġetti b’offerta fejn il-Partijiet kienu rebbieħa jew li ġew fit-tieni post iżda kkunsidrat il-proġetti kollha fejn il-Partijiet kienu qed jikkompetu. |
(ii) Il-valutazzjoni
(47) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tranżazzjoni mhux ser telimina forza kompetittiva sinifikanti fis-suq. Dan minħabba r-raġunijiet li ġejjin:
|
(48) |
Il-Kummissjoni sabet ukoll li t-Tranżazzjoni mhux ser telimina forza kompetittiva sinifikanti mis-suq għal trenijiet turbokompressur imħaddma b’ADGT jew b’IGT ħfief b’output ta’ potenza ta’ inqas minn 23MW. Dan għaliex l-ishma flimkien tas-suq tal-partijiet huma moderati u l-inkrement miġjub mit-Tranżazzjoni huwa żgħir taħt kull qafas possibbli ta’ analiżi. |
II. Trenijiet turbokompressur imħaddma b’ADGT u b’IGT ħfief — Valutazzjoni Mhux Orizzontali
(49) |
Il-Kummissjoni analizzat l-effetti mhux orizzontali possibbli tat-tranżazzjoni. Taħt dan il-qafas tal-analiżi, is-suq ipotetiku għall-ADGT u s-suq għal turbokompressuri ikun upstream tas-suq għal trenijiet turbokompressur użati għal applikazzjonijiet Ż u G. Fil-fatt, kemm l-ADGT u l-kompressuri huma inputs essenzjali għall-produzzjoni ta’ trenijiet kompressur, li għalihom iż-żewġ elementi huma meħtieġa. |
(50) |
Peress li Siemens/RR u GE huma l-uniċi fornituri tal-ADGT lil partijiet terzi, filwaqt li hemm għadd ta’ manifatturi ta’ kompressuri, il-ħila ta’ Siemens/RR u l-inċentiv biex jiġi ristrett l-aċċess għall-prodotti tagħha jistgħu jkunu marbuta biss mal-ADGT iżda mhux għall-kompressuri tagħha. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat biss jekk l-entità fuża jkollha l-ħila u l-inċentiv biex jiġi ristrett l-aċċess ta’ partijiet terzi għall-ADGT tagħha, u l-effetti li strateġija bħal din jista’ jkollha fuq il-kompetizzjoni. |
(51) |
Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li, minkejja li għandha l-ħila għall-preklużjoni ta’ aċċess għal ADGT, l-entità fuża mhux ser ikollha l-inċentiv li tagħmel hekk. Dan minħabba li ma jkunx profitabbli għal Siemens/Rolls-Royce biex iżżomm il-provvista tal-ADGT minħabba minħabba li kieku titlef iktar b’mod sostanzjali milli tirrifjuta li tbigħ ADGT waħedhom milli tista’ tiggwadanja milli tbigħ kompressuri addizzjonali bħala parti mit-trenijiet kompressur kollha ta’ Siemens. Barra minn hekk, il-bejgħ tal-ADGT jiġġenera fluss ta’ dħul fuq żmien twil li ġej mis-servizz ta’ manutenzjoni tagħhom. |
(52) |
Fi kwalunkwe każ, strateġija ta’ preklużjoni ipotetika ma jkollha l-ebda impatt sinifikanti fuq il-kompetizzjoni effettiva, peress li manifatturi tal-kompressuri lu mhumiex integrati vertikalment rarament jieħdu sehem f’sejħiet għall-offerti, u wisq inqas jirnexxilhom jirbħu. |
III. Settijiet ta’ ġeneraturi mħaddma b’ADGT u b’IGT ħfief — Valutazzjoni Orizzontali
(53) |
Minkejja t-tnaqqis sinifikanti mis-suq kombinat tal-Partijiet fis-suq għal ġeneraturi mħaddma b’ADGT u b’IGT ħfief ta’ ‘il fuq minn 23MW għall-użu fil-qasam taż-Ż u G, il-Kummissjoni kkunsidrat li t-Tranżazzjoni mhux ser timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva għax mhux ser telimina forza kompetittiva sinifikanti mis-suq. |
(54) |
Dan minħabba r-raġunijiet li ġejjin:
|
IV. Suq għal turbini tal-istim maħsuba għall-propulsjoni mekkanika
(55) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni x’aktarx ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward ta’ turbini tal-istim MD b’firxa ta’ potenza sa 45 MW jew fuqis-segment tal-medda ta’ potenza sa 5MW. |
(56) |
Fis-suq għal turbini tal-istim MD b’output ta’ potenza ta’ bejn 5 MW u 45 MW, is-sehem fis-suq ikkombinat (10) tal-partijiet ma jaqbiżx (0–5) % kemm fil-livell taż-ŻEE u fuq livell dinji. Dan huwa wkoll dak li l-investigazzjoni tas-suq indikat: fil-fatt, il-maġġoranza tal-konsumaturi ddikjaraw li t-Tranżazzjoni mhux ser ikollha impatt fuq il-kompetizzjoni f’dan is-segment tas-suq (11). |
(57) |
Fir-rigward ta’ turbini tal-istim MD b’firxa ta’ potenza sa 5 MW, fuq livell dinji, is-sehem tas-suq kombinat tal-Partijiet huwa (20–30) % biż-żieda ta’ Siemens tkun biss (0–5) %. Atturi ewlenin oħra attivi huma Elliott Ebara (l-Istati Uniti), Shin Nippon (il-Ġappun), TGM Kanis/Turbinas (il-Brażil), NG Metallurgica (il-Brażil) u oħrajn (12). |
(58) |
Fil-livell taż-ŻEE, is-sehem tas-suq kombinat tal-Partijiet ikun (40–50) %. Elliott ser tibqa’ t-tieni l-akbar fornitur ta’ turbini tal-istim MD u l-ikbar kompetitur. Il-kompetituri iżgħar ikollhom sehem mis-suq ta’ inqas minn 5 %. Minkejja l-pożizzjoni b’saħħitha tal-partijiet u ta’ Elliott, ser ikun hemm ukoll numru ta’ kompetituri iżgħar ibbażat fiż-ŻEE, bħal MAN Diesel u Turbo (il-Ġermanja), Fincantieri (l-Italja), M+M (il-Ġermanja); kif ukoll atturi minn barra ż-ŻEE, jiġifieri TGM Kanis/Turbinas, NG Metallurgica u Shin Nippon. |
(59) |
Minkejja li l-ishma tas-suq kombinati tal-partijiet u n-natura kkonċentrata tas-suq, il-Kummissjoni tikkunsidra li t-Tranżazzjoni x’aktarx ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward ta’ sa turbini tal-istim MD ta’ 5MW minħabba li (1) Siemens u DR mhumiex kompetituri fil-qrib u (2) l-ostakli għad-dħul u l-espansjoni huma baxxi. |
(60) |
Fir-rigward tal-qrubija tal-kompetizzjoni, Siemens tiffoka fuq il-ġenerazzjoni tal-potenza. L-enfasi ta’ Dresser-Rand, min-naħa l-oħra, hija turbini tal-istim MD għall-użu fil-qasam taż- Ż u G. Dan huwa kkonfermat mill-informazzjoni tal-bejgħ tal-Partijiet għall-perjodu 2009–2014. Aktar minn (80–90) % tal-bejgħ ta’ DR f’dak is-segment tas-suq huwa għall-użu fil-qasam taż-Ż u G, filwaqt li l-bejgħ ta’ Siemens lill-industriji taż-Ż u G jirrappreżenta biss madwar (20–30) % tal-bejgħ totali ta’ Siemens ta’ turbini tal-istim MD taħt il-5MW. |
(61) |
Fir-rigward tal-ostakli għad-dħul, l-investigazzjoni tas-suq indikat li (1) numru ta’ kompetituri li huma diġà attivi f’turbini tal-istim MD ta’ il-5MW faċilment jistgħu jespandu l-produzzjoni tagħhom b’reazzjoni għal żieda fid-domanda, u (2) il-kumpaniji attwalment attivi f’turbini tal-istim GD fis-suq faċilment jistgħu jibdew jipprovdu turbini tal-istim MD sakemm dawn ikunu jistgħu jikkonformaw ma’ standards addizzjonali meħtieġa mill-industrija, li huma jsostnu li huma fihom infushom mhux diffiċli li jiġu ssodisfati. |
V. Suq għal turbini tal-istim għall-użu ta’ propulsjoni għall-ġeneraturi
(62) |
Il-Kummissjoni tqis li huwa improbabbli li t-Tranżazzjoni se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva għall-ġeneraturi tal-enerġija ta’ inqas minn 45 MW, irrispettivament minn jekk il-Kummissjoni tikkunsidrax suq taż-ŻEE jew suq dinji. Dan minħabba r-raġunijiet li ġejjin:
|
VI. Suq għat-trenijiet FCC
(63) |
Għar-raġunijiet stabbiliti hawn taħt, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni mhux ser timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward ta’ trenijiet FCC, irrispettivament mid-delimitazzjonijiet eżatti fis-suq(swieq) tal-prodott rilevanti. B’mod partikolari, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni kompetittiva kemm tal-effetti orizzontali u dawk vertikali taħt it-tliet swieq downstream plawżibbli: (1) Trenijiet FCC f’unità bi tren wieħed, (2) trenijiet FCC f’soluzzjoni b’żewġ trenijiet: Trenijiet expander FCC u trenijiet kompressur FCC u (3) trenijiet FCC jinkludu kemm unitajiet bi tren wieħed u unitajiet b’żewġ trenijiet u waslu għall-konklużjoni li t-Tranżazzjoni mhux se timpedixxi l-kompetizzjoni effettiva f’rabta ma’ kwalunkwe minn dawn is-swieq plawżibbli. |
1. Unità FCC bit tren wieħed
(i) L-ebda effett orizzontali
(64) |
L-ebda waħda mill-Partijiet ma hija attiva fis-suq għal unitajiet FCC bi tren wieħed waħda, għaldaqstant kwalunkwe effett orizzontali jista’ jiġi eskluż. |
(65) |
F’dan is-suq, jekk jitqies bħala globali fl-ambitu tiegħu, MAN (b’expander DR) għandu sehem tas-suq ta’ (60–70) % u Ebara Elliott (30–40) % (14). Fuq il-livell taż-ŻEE l-ebda kumpanija ma biegħet unitajietFCC bi tren wieħed. |
(ii) L-ebda effett vertikali
(66) |
Il-fornituri ta’ trenijiet FCC jew ikunu dipendenti fuq expanders li pproduċew huma stess inkella fuq expanders mingħand manifatturi terzi li mbagħad jiġu ppakkjati flimkien mal-komponenti l-oħra. MAN, manifattur ta’ kompressuri u turbini tal-istim, akkwista […] proġetti bħala kuntrattur ewlieni għat- trenijiet FCC, billi ttieħdu l-expanders mingħand DR. Elliott, min-naħa l-oħra, rebaħ proġett wieħed ibbażat fuq il-produzzjoni tagħha ta’ expanders u kompressuri tiegħu stess. Għalhekk possibilment hemm suq upstream għall-bejgħ ta’ expanders użati fi trenijiet FCC. |
(67) |
Fuq dan is-suq upstream għal expanders, DR għandha sehem mis-suq dinji ta’ (40–50) %, Elliott Ebara (30–40) % u GE (20–30) %. Fil-livell taż-ŻEE inbiegħet biss tren waħda minn Elliott Ebara (15). |
(68) |
Fis-segment ta’ unitàjiet FCC ta’ tren wieħed, DR biegħet ftit expanders bħala parti minn trenijiet FCC offruti minn MAN ([…] proġetti) u Elliott wieħed biss bħala parti minn tren FCC offrut minn Elliott innifisha. |
(69) |
Il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni x’aktarx ma twassalx għal esklużjoni mill-input mhux kompetittiv. B’mod partikolari, skont il-linji gwida ta’ fużjoni mhux orizzontali (16), il-Kummissjoni analizzat u kkonkludiet li: (1) l-entità kombinata ma jkollhiex il-ħila li tingħalaq minħabba li l-fornituri li jiddependu fuq l-input ta’ DR jistgħu jirrikorru għal GE jew Elliott; (2) il-kwistjoni dwar jekk l-entità kombinata jkollhiex inċentiv li tagħlaq tista’ tibqa’ miftuħa u fl-aħħar nett il-Kummissjoni kkonkludiet li (3) anke jekk l-entità fuża jkollha l-ħila u l-inċentiv li tagħlaq b’mod sostanzjali l-aċċess għal expanders, dan ma jkollux effett detrimentali fuq il-kompetizzjoni fil-livell ta’ unitajiet FCC bi tren wieħed. Ir-raġuni hija li bħalissa Elliott u MAN biss (ma’ expander ta’ DR) jikkompetu f’dak il-livell. Bħala riżultat ta’ dan, jekk il-Partijiet kellhom jieqfu jfornu lil MAN b’expanders ta’ DR u minflok esklussivament jgħaqqduhom ma’ kompressuri Siemens, wara t-tranżazzjoni ser ikun għad hemm żewġ fornituri attivi, bl-unika differenza tkun li l-unità DR-MAN tiġi sostitwita bis-soluzzjoni DR-Siemens. |
2. Unità FCC b’żewġ trenijiet
(70) |
Trenijiet FCC f’unitajiet b’żewġ trenijiet jikkonsistu f’żewġ trenijiet separati: (1) Trenijiet expander FCC u (2) trenijiet kompressuri FCC. Il-konsumaturi normalment jorganizzaw offerti separati għal kull tren. Għalhekk, il-fornitur tat-tren expander mhuwiex neċessarjament il-fornitur tat-tren kompressur. Fil-fatt, DR fornixxiet […] trenijiet expander bħala parti minn trenijiet FCC f’unitajiet b’żewġ trenijiet mill-2004 sa issa, filwaqt li hija għandha […] tren kompressur bħala parti minn dan it-tip ta’ trenijiet FCC (17). Il-Kummissjoni mexxiet il-valutazzjoni kompetittiva għat-tren expander FCC u t-tren kompressur FCC separatament u waslet għall-konklużjoni li huwa improbabbli li t-Tranżazzjoni aktarx mhux se timpedixxi l-kompetizzjoni effettiva f’xi wieħed minn dawn is-swieq putattivi. |
2.1.
(71) |
Fis-suq downstream għas-suq dinji ta’ tren expander għall-unitajiet FCC, DR għandha sehem mis-suq ta’ (30–40) %; Elliott Ebara għandha sehem mis-suq ta’ (30–40) %; u GE (20–30) %. Fuq il-livell taż-ŻEE Elliott Ebara biss biegħet trenijiet expander għall-unitajiet FCC. F’dan is-suq, Siemens mhijiex attiva u għalhekk jista’ jiġi eskluż kwalunkwe effett orizzontali. |
(72) |
F’dan is-suq, il-manifattur tal-expanders normalment jaġixxi bħala kuntrattur ewlieni, fejn ġeneralment jakkwista ġeneraturi minn parti terza. F’dan is-suq putattiv upstream potenzjali għal ġeneraturi, is-sehem ta’ Siemens tal-provvista huwa anqas minn [10–20] % fiż-ŻEE u madwar id-dinja. DR timmanifattura biss prodott niċċa (NovaGen 400) u għandha ftit ishma mis-suq kemm fil-livell taż-ŻEE u madwar id-dinja. Dak il-prodott niċċa ma jintużax flimkien ma’ expanders FCC. |
(73) |
Rigward l-għeluq ta’ input, il-Kummissjoni tqis li l-entità fuża mhux ser ikollha l-kapaċità jew l-inċentiv li teskludi OEMs ta’ expanders ta’ partijiet terza milli jkollhom aċċess għal ġeneraturi. Dan għaliex, Siemens għandha inqas minn (10–20) % tas-sehem tas-suq f’dan is-suq putattiv u s-sehem tas-suq DR huwa minimu; u fi kwalunkwe każ il-ġeneraturi ta’ DR mhumiex użati flimkien ma’ expanders FCC. Għalhekk, il-fornituri ta’ trenijiet expander FCC wara l-fużjoni jibqgħu jkollhom aċċess għal ġeneraturi minn kompetituri ta’ Siemens, li ħafna minnhom mhumiex integrati (18). |
(74) |
Fir-rigward tal-possibilità ta’ preklużjoni ta’ konsumaturi, il-Partijiet ma għandhomx il-kapaċità li jeskludu l-aċċess għal bażi ta’ klijentela suffiċjenti għall-kompetituri ta’ Siemens fis-suq ta’ ġeneraturi, għaliex dawn jintużaw f’ħafna applikazzjonijiet oħra, bħal settijiet ta’ ġeneraturi użati f’applikazzjonijiet fil-qasma taż-Ż u G. Għalhekk, anki jekk il-Partijiet kienu l-uniku sors għal ġeneraturi internament minn Siemens biex jgħaqqduhom ma’ expanders ta’ DR fi trenijiet expander FCC, il-kompetituri ta’ Siemens fis-suq għal ġeneraturi jibqa’ jkollhom aċċess għal bażi ta’ klijentela suffiċjenti f’applikazzjonijiet oħra. |
2.2.
(75) |
La DR u lanqas Siemens ma jipprovdu trenijiet kompressur għall-unitajiet FCC. Fuq is-suq upstream għal turbini tal-istim, is-sehem tas-suq kombinat tal-Partijiet huwa (0–5) % (19). Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li t-Tranżazzjoni ma tqajjem l-ebda tħassib vertikali u orizzontali fir-rigward trenijiet kompressur gżall-unitajiet FCC. |
3. Trenijiet FCC li jinkludu kemm unitajiet bi tren wieħed u unitajiet b’żewġ trenijiet
(76) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet fiż-żewġ taqsimiet ta’ qabel li huwa improbabbli li t-Tranżazzjoni se timpedixxi l-kompetizzjoni effettiva kemm fuq is-suq putattiv għal unitajiet FCC bi tren wieħed u s-suq putattiv għal unitajiet FCC b’żewġ trenijiet. Jekk, iż-żewġ prodotti jiffurmaw parti mill-istess suq rilevanti, dan isaħħaħ biss il-konklużjoni tal-Kummissjoni. Dan għaliex fil-każ ta’ żieda ipotetika fil-prezz f’wieħed miż-żewġ segmenti tal-konsumaturi u/jew fornituri jistgħu jissostitwixxu unità waħda mal-oħra. |
V. KONKLUŻJONI
(77) |
Għal dawn ir-raġunijiet li ssemmew hawn fuq, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni proposta mhijiex se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’xi parti sostanzjali minnu u għalhekk li l-akkwist ta’ Dresser Rand minn Siemens huwa kompatibbli mas-suq intern u mat-tħaddim tal-Ftehim ŻEE. |
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1).
(3) Il-Każ M.6222 GE Energy/Converteam (2011), il-Każ M.2834 Alchemy/Compare (2002), il-Każ M.1775 Ingersoll Rand/Dresser Rand/Ingersoll Dresser Pump (1999), il-Każ M.479 Ingersoll Rand/MAN (1994).
(4) Ara ID 2295 Minuti tal-konverżazzjoni bit-telefon ma’ kompetitur u ID 161 — Q1 Kwestjonarju lill-kompetituri, tweġibiet għal mistoqsija 37.
(5) ID 161- Q1 Kwestjonarju lill-kompetituri, tweġibiet għal mistoqsija 37.
(6) ID 265 Minuti tal-konverżazzjoni bit-telefon ma’ kompetitur, it-8 ta’ Diċembru 2015.
(7) ID 2295 Minuti tal-konverżazzjoni bit-telefon ma’ kompetitur, is-6 ta’ Marzu 2015 u ID 177 Minuti tal-konverżazzjoni bit-telefon ma’ konsumatur, l-10 ta’ Diċembru 2014.
(8) ID 2746 Tweġiba tal-Parti Notifikanti lill-Kummissjoni RFI tas-7 ta’ Mejju 2015, paragrafu 8.
(9) Il-Każ M.7284 — Siemens/John Wood/Rolls-Royce Combined ADGT Business/RWG, l-4 ta’ Awwissu 2014.
(10) ID 113 Formola CO, paragrafu 527.
(11) ID 195 Q2 — Kwestjonarju lill-konsumaturi, tweġibiet għall-mistoqsija 80.16.
(12) ID 113 Formola CO, paragrafu 530.
(13) ID 177 Minuti tal-konverżazzjoni bit-telefon ma’ konsumatur, l-10 ta’ Diċembru 2014; ID 2295 Minuti tatal-konverżazzjoni bit-telefon ma’ kompetitur, is-6 ta’ Marzu 2015.
(14) L-ishma tas-suq huma kkalkulati għall-perjodu 2004–2015.
(15) Il-perjodu ta’ kalkolu tas-sehem tas-suq huwa għas-snin 2004–2015
(16) Il-Linji Gwida dwar il-valutazzjoni ta’ fużjonijiet mhux orizzontali skont ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-intrapriżi (ĠU C 265, 18.10.2008, p. 7).
(17) ID 2745 Anness lill-Parti Notifikanti fuq it-tweġiba tal-Kummissjonijiet RFI tas-7 ta’ Mejju 2015.
(18) ID 2746 Tweġiba tal-Parti Notifikanti lill-Kummissjonijiet RFI tas-7 ta’ Mejju 2015, paragrafi 43 u 44.
(19) ID 2746 Tweġiba tal-Parti Notifikanti lill-Kummissjonijiet RFI tas-7 ta’ Mejju 2015, paragrafu 13.
3.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 281/17 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2016/C 281/10)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li jintużaw muniti ta’ 2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta' 2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f'termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż tal-ħruġ : Malta
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : It-Tempji tal-Ġgantija
Deskrizzjoni tad-disinn : Il-munita turi t-Tempji tal-Ġgantija li jinsabu fil-gżira ta' Għawdex. Il-Ġgantija hija kumpless ta' tempji megalitiċi li jmur lura għaż-żminijiet Neolitiċi. Hija waħda mill-eqdem strutturi li jżommu waħedhom fid-dinja, kif ukoll waħda mill-eqdem strutturi reliġjużi. Il-Ġgantija, li nbniet bejn wieħed u ieħor fis-seklu 36 QK, hija eqdem minn Stonehenge u mill-Piramidi tal-Eġittu. Fil-parti ta' fuq, fuq il-lemin hemm l-iskrizzjoni “ĠGANTIJA TEMPLES” u taħtha s-snin “3800-3200 BC”. Fil-parti t'isfel, fuq ix-xellug l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “MALTA” u taħtha s-sena tal-ħruġ “2016” u maġenbha l-marka tal-mastru taz-zekka u l-marka taz-zekka.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :
Data tal-ħruġ : Lulju-Awwissu 2016
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
3.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 281/18 |
Avviż ta’ tnedija ta’ proċediment kontra d-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-aċidu tereftaliku purifikat u l-melħ tiegħu li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea
(2016/C 281/11)
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet tal-aċidu tereftaliku purifikat u l-melħ tiegħu li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea, qegħdin ikunu oġġett ta’ dumping u b’hekk qegħdin joħolqu ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni.
1. L-ilment
L-ilment tressaq fl-20 ta’ Ġunju 2016 minn BP Aromatics Limited NV, Artland PTA SA u Indorama Ventures Quimica S.L.U. (“l-ilmentaturi”), li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ aċidu tereftaliku purifikat u l-melħ tiegħu.
2. Il-prodott li qed jiġi investigat
Il-prodott li qed jiġi investigat huwa l-aċidu tereftaliku ta’ purità bil-piż ta’ 99,5 % jew iktar u l-melħ tiegħu (“il-prodott li qed jiġi investigat”).
3. L-allegazzjoni ta’ dumping
Il-prodott li allegatament qiegħed ikun oġġett ta’ dumping huwa l-prodott li qiegħed jiġi investigat, li joriġina mir-Repubblika tal-Korea (“il-pajjiż ikkonċernat”), u li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2917 36 00 (Kodiċi TARIC 2917360010). Il-kodiċi NM u TARIC jingħataw biss bħala informazzjoni.
Fin-nuqqas ta’ dejta affidabbli dwar il-prezzijiet domestiċi għar-Repubblika tal-Korea, l-allegazzjoni ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil ta’ valur normali maħdum (spejjeż tal-manifattura, bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi — SG&A — u profitt) mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott li qiegħed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.
4. L-allegazzjoni ta’ ħsara u kawżalità
L-ilmentaturi pprovdew evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b’mod ġenerali f’termini assoluti u f’termini ta’ sehem mis-suq.
L-evidenza prima facie li ngħatat mill-ilmentatur turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħra, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħin, fuq il-livelli tal-prezzijiet mitluba u fuq is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, u dan ġab effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.
5. Il-proċedura
Wara li ddeterminat, u infurmat lill-Istati Membri, li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment, il-Kummissjoni b’dan qiegħda tagħti bidu għal investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.
L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott li qiegħed jiġi investigat, li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat huwiex qiegħed ikun oġġett ta’ dumping u jekk dawn l-importazzjonijiet ta’ dumping ikkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu affermattivi, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.
5.1. Il-perjodu tal-investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat
L-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2015 sat-30 ta’ Ġunju 2016 (“il-perjodu tal-investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara se jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).
5.2. Il-proċedura ta’ kif jiġi stabbilit id-dumping
Il-produtturi esportaturi (2) tal-prodott investigat mill-pajjiż ikkonċernat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.2.1. L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi
5.2.1.1.
(a) Kampjunar
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Korea li huma involuti f’dan il-proċediment, u sabiex titlesta l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness I ta’ din in-Notifika.
Biex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Korea u tista’ tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.
Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Korea u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Korea jekk ikun xieraq, dwar liema huma l-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li teħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħżula għall-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Korea.
Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu qed jikkooperaw (“il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”). Mingħajr preġudizzju għat-taqsima (b) hawn taħt, id-dazju antidumping li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun ma jkunx jaqbeż il-marġni tal-medja ponderata ta’ dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (3).
(b) Il-marġni individwali ta’ dumping għall-kumpaniji li ma jiġux inklużi fil-kampjun
Il-produtturi esportaturi li kkooperaw u mhumiex inklużi fil-kampjun jistgħu jitolbu, skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-marġini ta’ dumping individwali tagħhom (“marġni individwali ta’ dumping”). Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jagħmlu talba għal marġni individwali ta’ dumping iridu jitolbu kwestjonarju u jirritornawh mimli kif dovut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-Kummissjoni se teżamina jekk dawn jistgħux jingħataw dazju individwali skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.
Madankollu, il-produtturi esportaturi li jitolbu marġni tad-dumping individwali għandhom ikunu konxji li l-Kummissjoni tista’ xorta waħda tiddeċiedi li ma tiddeterminax il-marġni tad-dumping individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta’ produtturi esportaturi tant ikun kbir li tali determinazzjoni tkun indebitament diffiċli u ma tkunx tippermetti li l-investigazzjoni titlesta fil-ħin.
5.2.2. L-investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati (4) (5)
Importaturi tal-prodott li qiegħed jiġi investigat mir-Repubblika tal-Korea lejn l-Unjoni li mhumiex relatati, huma mistiedna biex jieħdu sehem f’din l-investigazzjoni.
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ importaturi li mhumiex relatati, li huma involuti f’dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-importaturi li mhumiex relatati li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b’dan jintalbu li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness II ta’ din in-Notifika.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula għall-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
5.3. Il-Proċedura għad-determinazzjoni tal-ħsara u l-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
Id-determinazzjoni tal-ħsara tissejjes fuq evidenza pożittiva u tinvolvi eżaminazzjoni oġġettiva tal-volum tal-importazzjonijiet li jkunu oġġett ta’ dumping, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx ħsara, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
Biex tikseb informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lil produtturi tal-Unjoni magħrufa jew produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni u lil kull assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi tal-Unjoni, jiġifieri lil: BP Aromatics Limited NV, Artland PTA SA, Indorama Ventures Quimica S.L.U., PKN Orlen SA, Ottana Polimeri s.r.l., u Indorama Ventures Europe B.V.
Il-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi fl-Unjoni msemmija fuq iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor.
Kull produttur fl-Unjoni u assoċjazzjoni ta’ produtturi tal-Unjoni li mhumiex elenkati hawn fuq huma mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih preferibbilment permezz tal-posta elettronika, iżda sa mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, sabiex jippreżentaw ruħhom u jitolbu kwestjonarju.
5.4. Il-Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping u ta’ ħsara kkawżata minnu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qiegħed jiġi investigat.
Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom qabel il-limitu ta’ żmien ta’ hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata jew f’format ħieles inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F’kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.
5.5. Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub
Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.6. Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għaliex tkun qiegħda ssir. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
5.7. Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza.
L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ partijiet terzi, jridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu (a) lill-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u (b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.
Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali jkunu mmarkati bħala “Ristrett” (6).
Partijiet interessati li jagħtu informazzjoni “Ristretta” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika u jinkludu dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li għandhom jitressqu fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra reġistrata. Bil-posta elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tan-negozju uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma jkunx jeħtieġ l-użu ta’ posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
European Commission |
|||
Directorate-General for Trade |
|||
Directorate H |
|||
Office: CHAR 04/039 |
|||
1049 Bruxelles/Brussel |
|||
BELGIQUE/BELGIË |
|||
|
6. Nuqqas ta’ kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jintlaħqu konklużjonijiet proviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Meta jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u r-riżultati jkunu għalhekk imsejsa fuq fatti disponibbli konformi mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
In-nuqqas li tingħata risposta kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dejjem jekk il-parti interessata turi li biex tippreżenta r-risposta kif mitlub ikun ifisser piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tagħmel kuntatt mal-Kummissjoni immedjatament.
7. L-Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ interfaċċja bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati b’mod sħiħ.
It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
L-Uffiċjal tas-Seduta se jipprovdi wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost affarijiet oħra, id-dumping, il-ħsara, ir-rabta ta’ kawżalità u l-interess tal-Unjoni. Seduta bħal din, bħala regola, issir mhux aktar tard minn tmiem ir-raba’ ġimgħa wara d-divulgazzjoni tal-konklużjonijiet proviżorji.
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/ (bl-Ingliż)
8. Skeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, jistgħu jiġu imposti miżuri proviżorji mhux aktar tard minn disa’ xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. L-ipproċessar ta’ dejta personali
Kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (7).
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li qiegħed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, direttament jew permezz ta’ parti terza, inkluża kull kumpanija relatata miegħu involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat.
(3) B’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, kull marġni żero u de minimis, u marġni stabbiliti skont iċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku mhux se jkunu meqjusa.
(4) Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni jitqiesu li jkunu relalati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala soċji fin-negozju; (c) ikunu min jimpjega u impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament tippossjedi, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar tal-ishma jew ta’ kwoti ta’ ishma li jivvutaw jew tat-tnejn; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament, jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma huma direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien huma direttament jew indirettament, jikkontrollaw terza persuna; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom ir-relazzjonijiet segwenti bejniethom biss: konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali bħala persuna li għandha l-kapaċità li twettaq atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(5) Id-dejta mogħtija minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll biex jiġu eżaminati aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti d-determinazzjoni tad-dumping.
(6) Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Antidumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
3.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 281/28 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8122 — SEGRO/PSPIB/SELP/Pusignan-DC1)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 281/12)
1. |
Fil-25 ta' Lulju 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża SEGRO plc (“SEGRO”, ir-Renju Unit) u Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada), indirettament permezz ta' SEGRO European Logistics Partnership SARL (“SELP”, il-Lussemburgu) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' assi wieħed ta' loġistika li jipproduċi d-dħul ta' Pusignan DC1 (Franza), permezz ta' xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal SEGRO: is-sjieda, il-ġestjoni tal-assi u l-izvilupp ta' mħażen moderni, ta' proprjetajiet tal-industrija ħafifa u ta' ċentru tad-data li jinsabu f'konurbazzjonijiet u f'ċentri ta' trasport ewlenin madwar għadd ta' pajjiżi tal-UE. — għal PSPIB: investiment tal-pjanijiet tal-pensjoni tal-Canadian Federal Public Service, tal-Canadian Forces, tar-Royal Canadian Mounted Police u tar-Reserve Force. Huwa jiġġestixxi wkoll portafoll globali diversifikat li jinkludi stocks, bonds u titoli ta' dħul fiss kif ukoll investimenti fl-ekwità privata, fil-proprjetà immobbli, fl-infrastruttura u fir-riżorsi naturali. — għal Pusignan DC1: assi tal-loġisitika li jinsab f'Lyon fi Franza. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.8122 — SEGRO/PSPIB/SELP/Pusignan-DC1, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.