ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 279

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
1 ta' Awwissu 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 279/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2016/C 279/02

Kawża C-541/14 P P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ April 2016 – Royal Scandinavian Casino Århus I/S vs Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tad-Danimarka, Betfair Group plc, Betfair International Ltd, European Gaming u Betting Association (EGBA) (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Rikors għal annullament — ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Dritt għal azzjoni legali — Locus standi — Persuni fiżiċi u ġuridiċi — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li tiddikjara skema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Att li jikkonċerna individwalment lir-rikorrenti — Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ eżekuzzjoni)

2

2016/C 279/03

Kawża C-563/14 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ April 2016 – Dansk Automat Brancheforening vs Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tad-Danimarka, Betfair Group plc, Betfair International Ltd, European Gaming and Betting Association (EGBA) (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Rikors għal annullament — ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Dritt għal azzjoni legali — Locus standi — Persuni fiżiċi u ġuridiċi — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li tiddikjara skema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Att li jikkonċerna individwalment lir-rikorrenti — Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ eżekuzzjoni)

3

2016/C 279/04

Kawża C-227/15 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ April 2016 – Jean-Marie Cahier vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Franċiża (Appell — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nruo1493/1999 — Artikolu 28(1) — Obbligu ta’ distillazzjoni tal-kwantitajiet ta’ inbid miksub minn varjetajiet ta’ dwieli bi skop doppju li jeċċedu l-kwantitajiet normalment prodotti u mhux esportati barra l-Unjoni — Regolament (KE) Nruo1623/2000 — Distillazzjoni mwettqa mill-produttur innifsu bħala distillatur — Produzzjoni tal-ispirtu b’denominazzjoni tal-oriġini)

3

2016/C 279/05

Kawża C-232/15 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ April 2016 – ultra air GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Donaldson Filtration Deutschland GmbH (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ultra.air ultrafilter — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Raġuni assoluta għal rifjut jew għal invalidità — Karattru deskrittiv — Regolament (KE) Nruo207/2009 — Artikolu 7(1)(b) u (c) u Artikolu 52(1)(a) — Dikjarazzjoni ta’ invalidità mill-Bord tal-Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

4

2016/C 279/06

Kawżi magħquda C-264/15 P u C-265/15 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ April 2016 – Makro autoservicio mayorista SA, Vestel Iberia SL vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja (Appell — Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Artikolu 181 — Artikolu 263 TFUE — Sitwazzjoni tal-persuna li ma hijiex direttament affettwata mid-deċiżjoni li hija s-suġġett tal-appell — Unjoni doganali — Teħid inkunsiderazzjoni a posteriori u maħfra tad-drittijiet għal importazzjoni — Apparat għar-riċezzjoni tat-televiżjoni bil-kulur li joriġina mit-Turkija)

4

2016/C 279/07

Kawża C-279/15 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ April 2016 – Alexandre Borde, Carbonium SAS vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Programm intra-ACP (Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku) tal-Alleanza Globali dwar it-Tibdil fil-Klima (GCCA) — Talba tal-Kummissjoni Ewropea intiża li ttemm missjoni ta’ espert magħżul mill-kokuntrattur tiegħu — Rikors għal annullament — Dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv)

5

2016/C 279/08

Kawża C-281/15: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht München) – il-Ġermanja – Soha Sahyouni vs Raja Mamisch Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (UE) Nru 1259/2010 — Kamp ta’ applikazzjoni — Rikonoxximent ta’ deċiżjoni ta’ divorzju privat mogħtija minn korp reliġjuż fi Stat terz — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

5

2016/C 279/09

Kawża C-285/15: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Beca Engineering Srl vs Ministero dell’Interno (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Moviment liberu tal-merkanzija — Direttiva 89/106/KEE — Prodotti għall-bini — Kisi intern taċ-ċmieni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi li ċ-ċmieni jsiru biss permezz ta’ materjali mhux kombustibbli)

6

2016/C 279/10

Kawża C-394/15 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ April 2016 – John Dalli vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Rapport ta’ investigazzjon tal-OLAF li jqiegħed inkwistjoni membru tal-Kummissjoni Ewropea — Allegata deċiżjoni verbali tal-President tal-Kummissjoni li jiġu tterminati l-funzjonijiet tal-Kummissarju kkonċernat — Rikors għal annullament u għad-danni)

7

2016/C 279/11

Kawża C-462/15: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Litwanja) – Verners Pudāns vs Valsts ieņēmumu dienests (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Politika agrikola komuni — Regolament (KE) Nru 73/2009 — Skemi ta’ għajnuna diretta — Artikolu 29(1) — Obbligu li jitwettqu l-ħlasijiet b’mod sħiħ lill-benefiċjarji — Taxxa fuq id-dħul)

7

2016/C 279/12

Kawża C-555/15: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Administrativo e Fiscal de Leiria – il-Portugall) – Bernard Jean Marie Gabarel vs Fazenda Pública (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Eżenzjonijiet — Għoti ta’ kura lill-persuna fil-kuntest ta’ professjonijiet mediċi u paramediċi — Fiżjoterapija — Osteopatija)

8

2016/C 279/13

Kawżi Magħquda C-692/15 sa C-694/15: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Security Service Srl (C-692/15), Il Camaleonte Srl (C-693/15), Vigilanza Privata Turris Srl (C-694/15) vs Ministero dell’Interno (C-692/15 u C-693/15), Questura di Napoli, Questura di Roma (C-692/15) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Artikolu 53(2) — Libertà ta’ stabbiliment u libertà li jiġu pprovduti servizzi — Sitwazzjoni purament interna — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

8

2016/C 279/14

Kawża C-198/16 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ April 2016 minn Agriconsulting Europe SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-28 ta’ Jannar 2016 fil-Kawża T-570/13, Agriconsulting Europe SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

9

2016/C 279/15

Kawża C-227/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ April 2016 – Jan Theodorus Arts vs Veevoederbedrijf Alpuro BV

10

2016/C 279/16

Kawża C-231/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-25 ta’ April 2016 – Merck KGaA vs Merck & Co. Inc. et

10

2016/C 279/17

Kawża C-243/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 30 de Barcelona (Spanja) fis-27 ta’ April 2016 – Antonio Miravitlles Ciurana, Alberto Marina Lorente, Jorge Benito García u Juan Gregorio Benito García vs Contimark S.A. y Jordi Socías Gispert

12

2016/C 279/18

Kawża C-245/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche (l-Italja) fit-28 ta’ April 2016 – Nerea SpA vs Regione Marche

13

2016/C 279/19

Kawża C-247/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-29 ta’ April 2016 – Heike Schottelius vs Falk Seifert

14

2016/C 279/20

Kawża C-252/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht München (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Mejju 2016 – Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte, Bezirksdirektion Nürnberg (GEMA) vs Josef Ebert

15

2016/C 279/21

Kawża C-257/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Köln (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Mejju 2016 – Elke Roch, Jürgen Roch vs Germanwings GmbH

15

2016/C 279/22

Kawża C-268/16 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2016 minn Binca Seafoods GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-11 ta’ Marzu 2016 fil-Kawża T-94/15, Binca Seafoods GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

16

2016/C 279/23

Kawża C-269/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Letrado de la Administración de Justicia del Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa (Spanja) fit-13 ta’ Mejju 2016 – Elena Barba Giménez vs Francisca Carrión Lozano

17

2016/C 279/24

Kawża C-270/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 1 de Cuenca (Spanja) fit-13 ta’ Mejju 2016 – Carlos Enrique Ruiz Conejero vs Ferroser Servicios Auxiliares S.A. u Ministerio Fiscal

18

2016/C 279/25

Kawża C-279/16 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2016 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-3 ta’ Marzu 2016 fil-Kawża T-675/14, Spanja vs Il-Kummissjoni

18

2016/C 279/26

Kawża C-281/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-20 ta’ Mejju 2016 – Vereniging Hoekschewaards Landschap vs Staatssecretaris van Economische Zaken

19

2016/C 279/27

Kawża C-283/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice, Family Division (England and Wales) fit-23 ta’ Mejju 2016 – M. S. vs P. S.

20

2016/C 279/28

Kawża C-299/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fis-26 ta’ Mejju 2016 – Z Denmark ApS vs Skatteministeriet

20

2016/C 279/29

Kawża C-321/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Dublin Circuit & District Civil Courts Office (l-Irlanda) fis-6 ta’ Ġunju 2016 – Maria Isabel Harmon vs Owen Pardue

22

2016/C 279/30

Kawża C-323/14: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Noord-Holland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Helm AG vs Inspecteur van de Belastingdienst vs Douane kantoor Rotterdam Rijnmond

23

2016/C 279/31

Kawża C-571/14: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Noord-Holland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Timberland Europe BV vs Inspecteur van de Belastingdienst, kantoor Rotterdam Rijnmond

23

2016/C 279/32

Kawża C-150/15: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sächsisches Oberverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Der Bundesbeauftragte für Asylangelegenheiten beim Bundesamt für Migration und Flüchtlinge vs N, fil-preżenza ta’: Bundesrepublik Deutschland

24

2016/C 279/33

Kawża C-481/15: Digriet tal-President tat-Tmien Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Mejju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

24

2016/C 279/34

Kawża C-483/15: Digriet tal-President tad-Disa’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato vs Albini & Pitigliani SpA.

24

2016/C 279/35

Kawża C-533/15: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Feliks Frisman vs Finnair Oyj

24

2016/C 279/36

Kawża C-543/15: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Association nationale des opérateurs détaillants en énergie (ANODE) vs Premier ministre, Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie

25

2016/C 279/37

Kawża C-684/15: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ April 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

25

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 279/38

Kawża T-118/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2016 – Whirlpool Europe BV vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill – Istat — Apparat domestiku — Għajnuna għar – ristrutturazzjoni — Deċiżjoni li tiddikjara l – għajnuna kompatibbli mas – suq intern, bil – kundizzjoni tal – osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet — Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni preċedenti li tikkonċerna l-istess proċedura — Nuqqas ta’ interess individwali — Nuqqas ta’ effett sostanzjali fuq il – pożizzjoni kompetittiva — Inammissibbiltà)

26

2016/C 279/39

Kawża T-381/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2016 – Pshonka vs Il-Kunsill Rikors għal annullament — Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi — Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent — Terminu għall-preżentata tar-rikors — Ammissibbiltà — Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni fil-lista — Rikors manifestament fondat

26

2016/C 279/40

Kawża T-220/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2016 – Beele Engineering vs EUIPO (WE CARE) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea WE CARE — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

27

2016/C 279/41

Kawża T-222/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2016 – Beele Engineering vs EUIPO (WE CARE) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea WE CARE — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

28

2016/C 279/42

Kawża T-595/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2016 – Europäischer Tier- und Naturschutz u Giesen vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Allegat rifjut li tiġi ppreżentata proposta leġiżlattiva għall-ħolqien ta’ assoċjazzjoni tad-dritt Ewropew — Att li ma jistax jiġi kkontestat b’rikors — Inammissibbiltà manifesta)

28

2016/C 279/43

Kawża T-151/16: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2016 – NC vs Il-Kummissjoni

29

2016/C 279/44

Kawża T-235/16: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 – GP Joule PV vs EUIPO – Green Power Technologies (GPTech)

30

2016/C 279/45

Kawża T-246/16: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2016 – Aurora Group Danmark A/S vs EUIPO – Retail Distribution ApS (PANZER)

31

2016/C 279/46

Kawża T-263/16: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2016 – Magnetrol International vs Il-Kummissjoni

32

2016/C 279/47

Kawża T-265/16: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2016 – Purators et vs Il-Kummissjoni

33

2016/C 279/48

Kawża T-266/16: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2016 – Capsugel Belgium vs Il-Kummissjoni

34

2016/C 279/49

Kawża T-278/16: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2016 – Atlas Copco Airpower u Atlas Copco vs Il-Kummissjoni

34

2016/C 279/50

Kawża T-291/16: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2016 – Anta (China) vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji mpinġija)

35

2016/C 279/51

Kawża T-292/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2016 – Kaane American International Tobacco vs EUIPO – Global Tobacco (GOLD MONT ORIGINAL Super Slims)

36

2016/C 279/52

Kawża T-293/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2016 – Kaane American International Tobacco vs EUIPO – Global Tobacco (GOLD MONT)

37

2016/C 279/53

Kawża T-294/16: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2016 – Kaane American International Tobacco vs EUIPO – Global Tobacco (GOLD MOUNT)

38

2016/C 279/54

Kawża T-295/16: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2016 – SymbioPharm vs EMA

38

2016/C 279/55

Kawża T-302/16: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2016 – Bay vs Il-Parlament

40

2016/C 279/56

Kawża T-191/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2016 – SLE Schuh vs EUIPO – Vigoss Tekstil Konfeksiyon (VIOS)

40

2016/C 279/57

Kawża T-697/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 – Bergbräu vs EUIPO – Vilser Privatbrauerei (VILSER BERGBRÄU)

41


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 279/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 270, 25.7.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 260, 18.7.2016

ĠU C 251, 11.7.2016

ĠU C 243, 4.7.2016

ĠU C 232, 27.6.2016

ĠU C 222, 20.6.2016

ĠU C 211, 13.6.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ April 2016 – Royal Scandinavian Casino Århus I/S vs Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tad-Danimarka, Betfair Group plc, Betfair International Ltd, European Gaming u Betting Association (EGBA)

(Kawża C-541/14 P P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rikors għal annullament - ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Dritt għal azzjoni legali - Locus standi - Persuni fiżiċi u ġuridiċi - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara skema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Att li jikkonċerna individwalment lir-rikorrenti - Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ eżekuzzjoni))

(2016/C 279/02)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Appellanti: Royal Scandinavian Casino Århus I/S (rappreżentant: B. Jacobi, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Grønfeldt u M. P-J. Loewenthal, aġenti), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: M. C. Thorning, aġent, assitit minn R. Holdgaard, avukat), Betfair Group plc, Betfair International Ltd, (rappreżentanti: O. Brouwer, A. Pliego Selie u M. Groothuismink, avukati), European Gaming and Betting Association (EGBA) (rappreżentanti: J. Heithecker, C.-D. Ehlermann u J. Ylinen, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Royal Scandinavian Casino Århus I/S hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  GU C 34, 02.02.2015


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ April 2016 – Dansk Automat Brancheforening vs Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tad-Danimarka, Betfair Group plc, Betfair International Ltd, European Gaming and Betting Association (EGBA)

(Kawża C-563/14 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rikors għal annullament - ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Dritt għal azzjoni legali - Locus standi - Persuni fiżiċi u ġuridiċi - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara skema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Att li jikkonċerna individwalment lir-rikorrenti - Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ eżekuzzjoni))

(2016/C 279/03)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Appellant: Dansk Automat Brancheforening (rappreżentanti: K. Dyekjær, T. Høg u J. Flodgaard, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Grønfeldt u M. P.-J. Loewenthal, aġenti), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Thorning, aġent, assistiti minn R. Holdgaard, avukat), Betfair Group plc, Betfair International Ltd (rappreżentanti: A. Pliego Selie, O. Brouwer u M. Groothuismink, avukati), European Gaming and Betting Association (EGBA) (rappreżentanti: J. Heithecker, C.-D. Ehlermann u J. Ylinen, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Dansk Automat Brancheforening hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  GU C 46, 9.02.2015.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ April 2016 – Jean-Marie Cahier vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-227/15 P) (1)

((Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nruo1493/1999 - Artikolu 28(1) - Obbligu ta’ distillazzjoni tal-kwantitajiet ta’ inbid miksub minn varjetajiet ta’ dwieli bi skop doppju li jeċċedu l-kwantitajiet normalment prodotti u mhux esportati barra l-Unjoni - Regolament (KE) Nruo1623/2000 - Distillazzjoni mwettqa mill-produttur innifsu bħala distillatur - Produzzjoni tal-ispirtu b’denominazzjoni tal-oriġini))

(2016/C 279/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Jean-Marie Cahier, Robert Aubineau, Laurent Bigot, Pascal Bourdeau, Jacques Brard-Blanchard, Olivier Charruaud, Daniel Chauvet, Régis Chauvet, Fabrice Compagnon, Francis Crepeau, Philippe Davril, Bernard Deborde, Chantal Goulard, Jean-Pierre Gourdet, Bernard Goursaud, Jean Gravouil, Guy Herbelot, Rodrigue Herbelot, Sophie Landrit, Michel Mallet, Michel Merlet, Alain Phelipon, Claude Potut, Philippe Pruleau, Philippe Riche, Françoise Rousseau, René Roy, Pascale Rulleaud-Beaufour (rappreżentant: C.-É. Gudin, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Barbagallo u É. Sitbon, aġenti), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Galindo Martín u B. Schima, aġenti), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas u S. Ghiandoni, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Jean-Marie Cahier, Robert Aubineau, Laurent Bigot, Pascal Bourdeau, Jacques Brard-Blanchard, Olivier Charruaud, Daniel Chauvet, Régis Chauvet, Fabrice Compagnon, Francis Crepeau, Philippe Davril, Bernard Deborde, Chantal Goulard, Jean-Pierre Gourdet, Bernard Goursaud, Jean Gravouil, Guy Herbelot, Rodrigue Herbelot, Sophie Landrit, Michel Mallet, Michel Merlet, Alain Phelipon, Claude Potut, Philippe Pruleau, Philippe Riche, Françoise Rousseau, René Roy u Pascale Rulleaud-Beaufour għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u huma kkundannati ibatu l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk tal-Kummisjoni Ewropea.


(1)  GU C 311, 21.09.2015.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ April 2016 – ultra air GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Donaldson Filtration Deutschland GmbH

(Kawża C-232/15 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ultra.air ultrafilter - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Raġuni assoluta għal rifjut jew għal invalidità - Karattru deskrittiv - Regolament (KE) Nruo207/2009 - Artikolu 7(1)(b) u (c) u Artikolu 52(1)(a) - Dikjarazzjoni ta’ invalidità mill-Bord tal-Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat))

(2016/C 279/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ultra air GmbH (rappreżentant: C. König, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent), Donaldson Filtration Deutschland GmbH (rappreżentanti: N. Siebertz u M. Teworte-Vey, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

ultra air GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 262, 10.08.2015.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ April 2016 – Makro autoservicio mayorista SA, Vestel Iberia SL vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawżi magħquda C-264/15 P u C-265/15 P) (1)

((Appell - Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 181 - Artikolu 263 TFUE - Sitwazzjoni tal-persuna li ma hijiex direttament affettwata mid-deċiżjoni li hija s-suġġett tal-appell - Unjoni doganali - Teħid inkunsiderazzjoni a posteriori u maħfra tad-drittijiet għal importazzjoni - Apparat għar-riċezzjoni tat-televiżjoni bil-kulur li joriġina mit-Turkija))

(2016/C 279/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Makro autoservicio mayorista SA, Vestel Iberia SL (rappreżentanti: P. De Baere u P. Muñiz, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u A. Caeiros, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Makro autoservicio mayorista SA u Vestel Iberia SL huma kkundannati għall-ispejjeż.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 294, 07.09.2015.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ April 2016 – Alexandre Borde, Carbonium SAS vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-279/15 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Programm intra-ACP (Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku) tal-Alleanza Globali dwar it-Tibdil fil-Klima (GCCA) - Talba tal-Kummissjoni Ewropea intiża li ttemm missjoni ta’ espert magħżul mill-kokuntrattur tiegħu - Rikors għal annullament - Dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv))

(2016/C 279/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Alexandre Borde, Carbonium SAS (rappreżentant: A.B.H. Herzberg, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bartelt u F. Moro, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Alexandre Borde u Carbonium SAS huma kkundannati in solidum għall-ispejjeż.


(1)  GU C 294, 07.09.2015.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht München) – il-Ġermanja – Soha Sahyouni vs Raja Mamisch

(Kawża C-281/15) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1259/2010 - Kamp ta’ applikazzjoni - Rikonoxximent ta’ deċiżjoni ta’ divorzju privat mogħtija minn korp reliġjuż fi Stat terz - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

(2016/C 279/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Soha Sahyouni

Konvenut: Raja Mamisch

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Oberlandesgericht München (qorti reġjonali superjuri ta’ München, il-Ġermanja) permezz tad-deċiżjoni tat-2 ta’ Ġunju 2015.


(1)  ĠU C 294, 07.09.2015.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Beca Engineering Srl vs Ministero dell’Interno

(Kawża C-285/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Moviment liberu tal-merkanzija - Direttiva 89/106/KEE - Prodotti għall-bini - Kisi intern taċ-ċmieni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi li ċ-ċmieni jsiru biss permezz ta’ materjali mhux kombustibbli))

(2016/C 279/09)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Beca Engineering Srl

Konvenuta: Ministero dell’Interno

Dispożittiv

Il-kompatibiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi li ċ-ċmieni tal-impjanti termiċi ċivili jsiru biss permezz ta’ prodotti għall-bini, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jkunu magħmula minn materjali mhux kombustibbli ma għandhiex tiġi evalwata fid-dawl tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini, kif emendata permezz tar-Regolament (KE) Nru 1882/2003, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Settembru 2003.

Id-Direttiva 98/34/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi, kif emendata permezz tad-Direttiva 98/48/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998, għandha tiġi interpretata fis-sens li tali leġiżlazzjoni nazzjonali għandha tiġi kklassifikata bħala “regolament tekniku”, fis-sens tal-punti 3 u 11 tal-Artikolu 1 tal-imsemmija direttiva, u li, fin-nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea mill-Istat Membru rilevanti, konformement mal-Artikolu 8 tal-imsemmija direttiva, kif emendata, din il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tapplikax, ċirkustanzi li l-persuni individwali jistgħu jinvokaw quddiem il-qorti nazzjonali.


(1)  ĠU C 302, 14.9.2015.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ April 2016 – John Dalli vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-394/15 P) (1)

((Appell - Rapport ta’ investigazzjon tal-OLAF li jqiegħed inkwistjoni membru tal-Kummissjoni Ewropea - Allegata deċiżjoni verbali tal-President tal-Kummissjoni li jiġu tterminati l-funzjonijiet tal-Kummissarju kkonċernat - Rikors għal annullament u għad-danni))

(2016/C 279/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: John Dalli (rappreżentanti: L. Levi u S. Rodrigues, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz, B. Smulders u J.-P. Keppenne, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-Appell huwa miċħud.

2)

John Dalli huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 311, 21.9.2015.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Litwanja) – Verners Pudāns vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-462/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika agrikola komuni - Regolament (KE) Nru 73/2009 - Skemi ta’ għajnuna diretta - Artikolu 29(1) - Obbligu li jitwettqu l-ħlasijiet b’mod sħiħ lill-benefiċjarji - Taxxa fuq id-dħul))

(2016/C 279/11)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Verners Pudāns

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Dispożittiv

L-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-ħlasijiet magħmula abbażi tal-iskemi ta’ għajnuna elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-regolament għat-taxxa fuq id-dħul.


(1)  ĠU C 381, 16.11.2015.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Administrativo e Fiscal de Leiria – il-Portugall) – Bernard Jean Marie Gabarel vs Fazenda Pública

(Kawża C-555/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjonijiet - Għoti ta’ kura lill-persuna fil-kuntest ta’ professjonijiet mediċi u paramediċi - Fiżjoterapija - Osteopatija))

(2016/C 279/12)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Administrativo e Fiscal de Leiria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bernard Jean Marie Gabarel

Konvenut: Fazenda Pública

Dispożittiv

L-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li fiżjoterapist li, fil-kuntest tal-attività professjonali tiegħu fil-qasam tas-saħħa japplika, b’mod indistint jew komplementari, terapiji tal-fiżjoterapija jew terapiji tal-osteopatija, għandu jiġi eżentat mit-taxxa fuq il-valur mżijud mhux biss għall-ewwel tip ta’ terapiji, iżda wkoll għat-tieni tip, jekk l-esklużjoni ta’ dawn tal-aħħar fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-professjonijiet paramediċi għall-finijiet tal-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud tkun teċċedi l-limiti tas-setgħa diskrezzjonali permessa lill-Istati Membri minn din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 16, 18.1.2016.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Security Service Srl (C-692/15), Il Camaleonte Srl (C-693/15), Vigilanza Privata Turris Srl (C-694/15) vs Ministero dell’Interno (C-692/15 u C-693/15), Questura di Napoli, Questura di Roma (C-692/15)

(Kawżi Magħquda C-692/15 sa C-694/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 53(2) - Libertà ta’ stabbiliment u libertà li jiġu pprovduti servizzi - Sitwazzjoni purament interna - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2016/C 279/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Security Service Srl (C-692/15), Il Camaleonte Srl (C-693/15), Vigilanza Privata Turris Srl (C-694/15)

Konvenuti: Ministero dell’Interno (C-692/15 u C-693/15), Questura di Napoli, Questura di Roma (C-692/15)

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Consiglio di Stato (Kunsill tal-Istat, l-Italja), permezz ta’ deċiżjonijiet tat-12 ta’ Novembru 2015.


(1)  ĠU C 106, 21.3.2016.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/9


Appell ippreżentat fit-8 ta’ April 2016 minn Agriconsulting Europe SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-28 ta’ Jannar 2016 fil-Kawża T-570/13, Agriconsulting Europe SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-198/16 P)

(2016/C 279/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Agriconsulting Europe SA (rappreżentant: R. Sciaudone, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata u tibgħat lura il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu fid-dawl tal-indikazzjonijiet mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura u għal dawk fil-Kawża T-570/13.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Fir-rigward tal-kriterji ta’ attribuzzjoni Nri 1 u 2: żnaturament u rappreżentazzjoni żbaljata tal-argumenti fformulati mill-appellanti; ksur tal-prinċipju ta’ kumpens għad-dannu għal dak li jirrigwarda l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu.

2.

Fir-rigward tal-kunċett ta’ offerta anormalment baxxa: żnaturament tal-evalwazzjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tas-sentenzi; żnaturament tad-dokumenti proċedurali u motivazzjoni kontradittorja billi l-Qorti Ġenerali ssostitwixxiet il-motivazzjoni tagħha b’dik tal-kumitat ta’ evalwazzjoni.

3.

Rappreżentazzjoni żbaljata u żnaturament tar-rikors u tal-provi fir-rigward tal-offerta tal-missjonijiet addizzjonali; interpretazzjoni żbaljata tal-parametri relatati mal-kunċett ta’ offerta anormalment baxxa kif ukoll tad-drittijiet tal-partijiet fil-kawża għall-verifika tal-anomalija; ksur tar-regoli tal-għoti tal-kuntratt; rappreżentazzjoni żbaljata u żnaturament tal-provi tal-appellanti.

4.

Interpretazzjoni żbaljata tan-natura reali u ċerta tad-dannu li għandu jiġi kkumpensat.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ April 2016 – Jan Theodorus Arts vs Veevoederbedrijf Alpuro BV

(Kawża C-227/16)

(2016/C 279/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jan Theodorus Arts

Konvenuta: Veevoederbedrijf Alpuro BV

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-għanijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, jiġifieri li jiġi żgurat livell ta’ għajxien ġust għall-bdiewa permezz ta’ appoġġ dirett għad-dħul u li jiġu promossi s-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali, l-ambjent u l-benesseri tal-annimali, hija valida serje ta’ klawżoli f’kuntratt konkluż bejn semmien tal-għoġġiela u impriża ta’ integrazzjoni […] li minnha jirriżulta li l-pagament uniku mogħti lis-semmien tal-għoġġiela abbażi tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq huwa dovut lill-impriża ta’ integrazzjoni permezz tat-tnaqqis tiegħu mill-prezz tal-għoġġiela msemmna?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta negattiva, il-qorti nazzjonali, fid-dawl tal-kunflitt eżistenti mal-għanijiet tar-Regolament Nru 73/2009, għandha s-setgħa tbiddel il-kuntratt abbażi tal-prinċipju rebus sic stantibus b’mod li d-dannu kkawżat min-nullità lill-impriża ta’ integrazzjoni jiġi nnewtralizzat kompletament jew parzjalment, b’mod partikolari billi jitnaqqas il-prezz tal-għoġġiela msemmna?


(1)  Regolament li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU 2009, L 30, p. 16).


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-25 ta’ April 2016 – Merck KGaA vs Merck & Co. Inc. et

(Kawża C-231/16)

(2016/C 279/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Merck KGaA

Konvenuti: Merck & Co. Inc., Merck Sharp & Dohme Corp, MSD Sharp & Dohme GmbH

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ “l-istess kawża” fl-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jissodisfaw dan l-element kostituttiv il-manutenzjoni u l-użu ta’ preżenza fuq l-internet taħt l-istess dominju li hija aċċessibbli b’mod identiku fid-dinja kollha u għalhekk fl-Unjoni, fir-rigward ta’ liema nbdew proċedimenti ta’ vjolazzjoni bejn l-istess partijiet quddiem il-qrati ta’ diversi Stati Membri, quddiem waħda minħabba vjolazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni u quddiem l-oħra minħabba vjolazzjoni ta’ trade mark nazzjonali?

2)

Il-kunċett ta’ “l-istess kawża” fl-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li jissodisfaw dan l-element kostituttiv il-manutenzjoni u l-użu ta’ kontenut fuq l-internet aċċessibbli b’mod identiku fid-dinja kollha u għalhekk fl-Unjoni taħt id-dominji “facebook.com” u/jew “youtube.com” u/jew “twitter.com” rispettivament – fir-rigward tad-dominji rilevanti “facebook.com” u/jew “youtube.com” u/jew “twitter.com” – taħt l-istess user names, fir-rigward ta’ liema nbdew proċedimenti ta’ vjolazzjoni bejn l-istess partijiet quddiem il-qrati ta’ diversi Stati Membri, quddiem waħda minħabba vjolazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni u quddiem l-oħra minħabba vjolazzjoni ta’ trade mark nazzjonali?

3)

L-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li meta “qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel” ta’ Stat Membru tiġi adita b’“kawża ta’ vjolazzjoni” għall-vjolazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni minħabba l-manutenzjoni ta’ preżenza fuq l-internet taħt l-istess dominju li hija aċċessibbli b’mod identiku fid-dinja kollha u għalhekk fl-Unjoni, u jkunu ġew invokati drittijiet taħt l-Artikoli 97(2) u 98(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 rigward atti ta’ vjolazzjoni mwettqa jew li għandhom mnejn jitwettqu fit-territorju ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, hija għandha tirrinunzja l-ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 biss għat-territorju tal-Istat Membru l-ieħor, li fih qorti ġiet adita “l-ewwel” b’kawża ta’ vjolazzjoni ta’ trade mark nazzjonali (li hija identika u li tkopri oġġetti identiċi bħat-trade mark tal-Unjoni invokata quddiem il-“qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel”) minħabba l-manutenzjoni u l-użu tal-istess preżenza fuq l-internet taħt l-istess dominju fid-dinja kollha u għalhekk fl-Unjoni, sa fejn kemm it-trade marks infushom kif ukoll l-oġġetti u s-servizzi koperti huma identiċi, jew, f’sitwazzjoni bħal din, għandha l-“qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel”, sa fejn kemm it-trade marks infushom kif ukoll l-oġġetti u s-servizzi huma identiċi, tirrinunzja l-ġurisdizzjoni fir-rigward tal-azzjonijiet kollha mressqa quddiemha taħt l-Artikoli 97(2) u 98(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 għal atti ta’ vjolazzjoni mwettqa jew li għandhom mnejn jitwettqu fit-territorju ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri u għaldaqstant fir-rigward ta’ azzjonijiet li jirreferu għall-Unjoni?

4)

L-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li meta “qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel” ta’ Stat Membru tiġi adita b’“kawża ta’ vjolazzjoni” ta’ trade mark tal-Unjoni minħabba l-manutenzjoni ta’ kontenut fuq l-internet aċċessibbli b’mod identiku fid-dinja kollha u għalhekk fl-Unjoni taħt id-dominji “facebook.com” u/jew “youtube.com” u/jew “twitter.com” rispettivament – fir-rigward tad-dominju rilevanti “facebook.com” u/jew “youtube.com” u/jew “twitter.com” – taħt l-istess user names, u jkunu ġew invokati drittijiet taħt l-Artikoli 97(2) u 98(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 rigward atti ta’ vjolazzjoni mwettqa jew li għandhom mnejn jitwettqu fit-territorju ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, hija għandha tirrinunzja l-ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 biss għat-territorju tal-Istat Membru l-ieħor, li fih qorti ġiet adita “l-ewwel” b’kawża ta’ vjolazzjoni ta’ trade mark nazzjonali (li hija identika u li tkopri oġġetti identiċi bħat-trade mark tal-Unjoni invokata quddiem il-“qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel”) minħabba l-manutenzjoni u l-użu tal-istess preżenza fuq l-internet taħt l-istess dominju fid-dinja kollha u għalhekk fl-Unjoni, taħt id-dominji “facebook.com” u/jew “youtube.com” u/jew “twitter.com” rispettivament – fir-rigward tad-dominji rilevanti “facebook.com” u/jew “youtube.com” u/jew “twitter.com” – taħt l-istess user names, sa fejn kemm it-trade marks infushom kif ukoll l-oġġetti u s-servizzi koperti huma identiċi, jew, f’sitwazzjoni bħal din, għandha l-“qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel”, sa fejn kemm it-trade marks infushom kif ukoll l-oġġetti u s-servizzi huma identiċi, tirrinunzja l-ġurisdizzjoni fir-rigward tal-azzjonijiet kollha mressqa quddiemha taħt l-Artikoli 97(2) u 98(1)(a) għal atti ta’ vjolazzjoni mwettqa jew li għandhom mnejn jitwettqu fit-territorju ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri u għaldaqstant fir-rigward ta’ azzjonijiet li jirreferu għall-Unjoni?

5)

L-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-irtirar ta’ kawża – mressqa quddiem “qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel” ta’ Stat Membru, għal vjolazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni minħabba l-manutenzjoni ta’ preżenza fuq l-internet taħt l-istess dominju aċċessibbli b’mod identiku fid-dinja kollha u għalhekk fl-Unjoni, li biha kienu inizjalment inbdew azzjonijiet taħt l-Artikoli 97(2) u 98(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 rigward atti ta’ vjolazzjoni mwettqa jew li għandhom mnejn jitwettqu fit-territorju ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri – fir-rigward tat-territorju tal-Istat Membru l-ieħor li fih qorti ġiet adita l-ewwel b’kawża ta’ vjolazzjoni ta’ trade mark nazzjonali (li hija identika u li tkopri oġġetti identiċi bħat-trade mark tal-Unjoni invokata quddiem il-“qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel”) minħabba l-manutenzjoni u l-użu tal-istess preżenza fuq l-internet taħt l-istess dominju fid-dinja kollha u għalhekk fl-Unjoni, jipprekludi rinunzja tal-ġurisdizzjoni mill-“qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel” taħt l-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn kemm it-trade marks infushom kif ukoll l-oġġetti u s-servizzi koperti mit-trade marks huma identiċi?

6)

L-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-irtirar ta’ kawża – mressqa quddiem “qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel” ta’ Stat Membru, għal vjolazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni minħabba l-manutenzjoni ta’ kontenut fuq l-internet aċċessibbli b’mod identiku fid-dinja kollha u għalhekk fl-Unjoni, taħt id-dominji “facebook.com” u/jew “youtube.com” u/jew “twitter.com” rispettivament – fir-rigward tad-dominji rilevanti “facebook.com” u/jew “youtube.com” u/jew “twitter.com” – taħt l-istess user names, permezz ta’ liema ġew invokati drittijiet taħt l-Artikoli 97(2) u 98(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 rigward atti ta’ vjolazzjoni mwettqa jew li għandhom mnejn jitwettqu fit-territorju ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri – fir-rigward tat-territorju tal-Istat Membru l-ieħor li fih qorti ġiet adita l-ewwel b’kawża ta’ vjolazzjoni ta’ trade mark nazzjonali (li hija identika u li tkopri oġġetti identiċi bħat-trade mark tal-Unjoni invokata quddiem il-“qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel”) minħabba l-manutenzjoni u l-użu tal-istess kontenut fuq l-internet taħt id-dominji “facebook.com” u/jew “youtube.com” u/jew “twitter.com” rispettivament – fir-rigward tad-dominji rilevanti “facebook.com” u/jew “youtube.com” u/jew “twitter.com” – taħt l-istess user names, jipprekludi rinunzja tal-ġurisdizzjoni mill-“qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel” taħt l-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn kemm it-trade marks infushom kif ukoll l-oġġetti u s-servizzi koperti mit-trade marks huma identiċi?

7)

L-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kliem “fejn it-trade marks in kwistjoni huma identiċi u validi fir-rigward ta’ prodotti u servizzi identiċi” jimplika li, f’sitwazzjoni fejn it-trade marks ikunu identiċi, il-“qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel” hija mingħajr ġurisdizzjoni biss sa fejn it-trade mark tal-Unjoni u t-trade mark nazzjonali rispettiva huma rreġistrati għall-istess oġġetti u/jew servizzi, jew il-“qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel” hija kompletament mingħajr ġurisdizzjoni, anki fejn it-trade mark tal-Unjoni invokata quddiem dik il-qorti tipproteġi wkoll oġġetti u/jew servizzi addizzjonali li ma humiex protetti mit-trade mark nazzjonali l-oħra, li għaliha l-atti kkontestati jistgħu jkunu identiċi jew simili?


(1)  ĠU L 78, p. 1.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 30 de Barcelona (Spanja) fis-27 ta’ April 2016 – Antonio Miravitlles Ciurana, Alberto Marina Lorente, Jorge Benito García u Juan Gregorio Benito García vs Contimark S.A. y Jordi Socías Gispert

(Kawża C-243/16)

(2016/C 279/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no30 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Antonio Miravitlles Ciurana, Alberto Marina Lorente, Jorge Benito García y Juan Gregorio Benito García

Konvenuti: Contimark S.A. u Jordi Socías Gispert

Domandi preliminari

1)

Id-Direttivi 2009/101 (1) u 2012/30 (2)inter alia, l-Artikoli 236, 237, 238, 241 u 367 tal-Ley de Sociedades de Capital (liġi dwar il-kumpanniji b’kapital azzjonarju), li jiżguraw it-traspożizzjoni ta’ dawn id-direttivi fid-dritt Spanjol, jagħtu lil kreditur ta’ kumpannija kummerċjali, li jitlob quddiem il-qrati Spanjoli kompetenti, jiġifieri l-qrati tal-kumpanniji, il-ħlas tal-kreditu tiegħu li jirriżulta minn kuntratt ta’ xogħol, id-dritt li jeżerċita b’mod simultanju u kumulattiv quddiem l-istess qorti, l-azzjoni diretta kontra l-impriża bil-ħsieb li jiġi rrikonoxxut id-dejn li jirriżulta minn kuntratt ta’ xogħol u l-azzjoni kontra l-persuna fiżika, jiġifieri l-amministratur tal-kumpannija, fil-kwalità tiegħu ta’ kodebitur in solidum tad-djun tal-kumpannija minħabba nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi ta’ natura kummerċjali previsti f’dawn id-direttivi u trasposti fil-Ley de Sociedades de Capital (liġi dwar il-kumpanniji b’kapital azzjonarju) Spanjola?

2)

L-Artikoli 2, 6, 7 u 8 tad-Direttiva 2009/101 u l-Artikoli 19 u 36 tad-Direttiva 2012/30 huma kompatibbli mal-ġurisprudenza żviluppata mit-taqsima tal-kawżi marbuta mal-kumpanniji tat-Tribunal Supremo (qorti suprema, Spanja) fid-deċiżjonijiet tagħha tat-28 ta’ Frar 1997 (RJ 1997\4220); tat-28 ta’ Ottubru 1997 (RJ 1997\7680); tal-31 ta’ Diċembru 1997 (RJ 1997\9644); tat-13 ta’ April 1998 (RJ 1998\4577); tas-17 ta’ Jannar 2000 (RJ 2000\918); tad-9 ta’ Ġunju 2000 (RJ 2000\5109); tat-8 ta’ Mejju 2002 u tal-20 ta’ Diċembru 2012 (li ngħata sunt tagħhom f’dan id-digriet fit-tieni punt tal-kapitolu ddedikat għall-ġurisprudenza), li tistabbilixxi li, fil-qasam tal-krediti li jirriżultaw minn kuntratt ta’ xogħol, il-qrati Spanjoli tal-kumpanniji ma jistgħux japplikaw direttament il-garanziji stabbiliti favur kredituri ta’ kumpanniji kummerċjali mid-Direttivi 2009/101 u 2012/30 u inter alia, mill-Artikoli 236, 237, 238, 241 u 367 tal-Ley de Sociedades de Capital, li jiżguraw it-traspożizzjoni ta’ dawn id-direttivi fid-dritt Spanjol, f’każijiet fejn l-ogħla persuni responsabbli għal dawn il-kumpanniji, li huma persuni fiżiċi, jiksru r-rekwiżiti formali tal-pubblikazzjoni tal-atti essenzjali tal-kumpannija previsti fid-Direttivi 2009/101 u 2012/30 u trasposti fil-Ley de Sociedades de Capital (liġi dwar il-kumpanniji b’kapital azzjonarju) Spanjola?

3)

L-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqrija flimkien mal-Artikolu 51 tagħha, huma kompatibbli mal-ġurisprudenza żviluppata mit-taqsima tal-kawżi marbuta mal-kumpanniji tat-Tribunal Supremo (qorti suprema, Spanja) fid-deċiżjonijiet tagħha tat-28 ta’ Frar 1997 (RJ 1997\4220); tat-28 ta’ Ottubru 1997 (RJ 1997\7680); tal-31 ta’ Diċembru 1997 (RJ 1997\9644); tat-13 ta’ April 1998 (RJ 1998\4577); tas-17 ta’ Jannar 2000 (RJ 2000\918); tad-9 ta’ Ġunju 2000 (RJ 2000\5109); tat-8 ta’ Mejju 2002 u tal-20 ta’ Diċembru 2012 (li ngħata sunt tagħhom f’dan id-digriet fit-tieni punt tal-kapitolu ddedikat għall-ġurisprudenza), li tobbliga lid-detentur ta’ kreditu, li jirriżulta minn kuntratt ta’ xogħol, li jkun ħaddiem impjegat, li jibda żewġ proċeduri ġudizzjarji, fl-ewwel lok quddiem il-qorti tal-kumpanniji kontra l-impriża sabiex jikseb ir-rikonoxximent tal-kreditu tiegħu li jirriżulta minn kuntratt ta’ xogħol, u sussegwentement quddiem il-qrati ċivili jew kummerċjali bil-għan li tiġi kkonstatata r-responsabbiltà in solidum tal-amministratur tal-kumpannija jew ta’ persuni fiżiċi oħra, u dan meta la d-Direttiva 2009/101, la d-Direttiva 2012/30, u lanqas id-dispożizzjonijiet interni li jittrasponu dawn id-direttivi, ma jipprevedu l-istess rekwiżit għal xi tip ieħor ta’ kreditur, indipendentement min-natura tal-kreditu tiegħu?


(1)  Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 258, p. 11).

(2)  Direttiva 2012/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 315, p. 74).


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche (l-Italja) fit-28 ta’ April 2016 – Nerea SpA vs Regione Marche

(Kawża C-245/16)

(2016/C 279/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nerea SpA

Konvenut: Regione Marche

Domandi preliminari

1)

Preliminarjament, l-Artikolu 1(7)(ċ) tar-Regolament Nru 800/2008 (1) jirrigwarda biss il-proċeduri li jistgħu jinbdew ex officio mill-awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji tal-Istati Membri (fl-Italja, pereżempju, il-proċedura ta’ falliment) jew anki dawk li jistgħu jinbdew biss fuq inizjattiva tal-operatur ekonomiku kkonċernat (kif inhu l-każ fid-dritt nazzjonali ta’ arranġament mal-kredituri), minħabba li din id-dispożizzjoni tirreferi għall-fatt li l-kumpannija “tkun is-suġġett għall-”proċeduri kollettivi ta’ falliment?

2)

Fl-eventwalità li jiġi konkluż li r-Regolament Nru 800/2008 jirrigwarda l-proċeduri kollettivi kollha, f’dak li jirrigwarda b’mod partikolari s-sistema tal-arranġament mal-kredituri bil-għan li jitkompla l-operat, prevista fl-Artikolu 186o tad-Digriet Irjali Nru 267/1942 tas-16 ta’ Marzu 1942, l-Artikolu 1(7)(ċ) tar-Regolament Nru 800/2008 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li r-rekwiżiti għall-issuġġettar għal proċedura kollettiva jkunu ssodisfatti mill-operatur ekonomiku li japplika għal finanzjament mill-fondi strutturali huwa suffiċjenti sabiex jimpedixxi l-għoti tal-finanzjament jew sabiex jobbliga lill-awtorità nazzjonali ta’ ġestjoni li tirrevoka l-finanzjament diġà mogħti jew, għall-kuntrarju, is-sitwazzjoni ta’ diffikultà għandha tiġi evalwata fil-każ speċifiku billi jittieħdu inkunsiderazzjoni, pereżempju, it-tul tal-fażi ta’ ftuħ tal-proċedura, l-osservanza mill-operatur ekonomiku tal-impenji meħuda u kull ċirkustanza rilevanti oħra?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008, tas-6 ta’ Awwissu 2008, li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skond l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (GU L 214, p. 3).


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-29 ta’ April 2016 – Heike Schottelius vs Falk Seifert

(Kawża C-247/16)

(2016/C 279/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Heike Schottelius

Konvenut: Falk Seifert

Domanda preliminari

Mit-tieni inċiż tal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Mejju 1999, dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (1) jista’ jiġi dedott prinċipju tad-dritt Ewropew tal-konsum li permezz tiegħu, fil-kuntratti kollha relatati ma’ oġġetti ta’ konsum konklużi bejn konsumaturi u persuni li ma għandhomx l-istatus ta’ konsumatur, huwa biżżejjed, sabiex ikunu jistgħu jiġu eżerċitati d-drittijiet għal garanzija sekondarji, li l-persuna li ma għandhiex l-istatus ta’ konsumatur, li hija marbuta bl-obbligu ta’ garanzija, ma tkunx tat kumpens f’terminu raġonevoli, mingħajr ma jkun neċessarju l-iffissar espress ta’ terminu għall-eliminazzjoni tad-difett, u li permezz tiegħu id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali f’dan ir-rigward għandhom ukoll jiġu interpretati f’dan is-sens, pereżempju fil-każ ta’ kuntratt ta’ xogħol dwar oġġetti ta’ konsum u, għaldaqstant jiġu suġġetti, skont il-każ, għal applikazzjoni restrittiva?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 223.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht München (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Mejju 2016 – Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte, Bezirksdirektion Nürnberg (GEMA) vs Josef Ebert

(Kawża C-252/16)

(2016/C 279/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte, Bezirksdirektion Nürnberg (GEMA)

Konvenut: Josef Ebert

B’digriet tal-31 ta’ Mejju 2016, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Köln (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Mejju 2016 – Elke Roch, Jürgen Roch vs Germanwings GmbH

(Kawża C-257/16)

(2016/C 279/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elke Roch, Jürgen Roch

Konvenuta: Germanwings GmbH

Domandi preliminari

1)

Difett tekniku kkawżat minn kolliżjoni avjarja, jiġifieri l-kolliżjoni ta’ ajruplan fl-ajru ma’ għasafar, jikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 (1)?

2)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasportatur bl-ajru effettiv jista’ wkoll jinvoka ċirkustanzi straordinarji li ma affettwawx it-titjira rriżervata mill-passiġġier, iżda t-titjira eżatt qabilha, li tkun saret, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ rotazzjoni, bl-ajruplan assenjat għat-titjira rriżervata?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/16


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2016 minn Binca Seafoods GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-11 ta’ Marzu 2016 fil-Kawża T-94/15, Binca Seafoods GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-268/16 P)

(2016/C 279/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Binca Seafoods GmbH (rappreżentant: H. Schmidt, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali fil-11 ta’ Marzu 2016 fil-Kawża T-94/15 u

tannulla r-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1358/2014, tat-18 ta’ Diċembru 2014, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 fir-rigward tal-oriġini tal-annimali tal-akkwakultura organika, il-prattiki tat-trobbija tal-akkwakultura, l-għalf għall-annimali tal-akkwakultura organika u l-prodotti u s-sustanzi permessi għall-użu fl-akkwakultura organika (1).

Aggravji u argumenti prinċipali

L-għan ta’ dan l-appell huwa l-annullament tad-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali fil-11 ta’ Marzu 2016 fil-Kawża T-94/15, li permezz tiegħu r-rikors għal annullament ippreżentat mill-appellanti kontra r-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1358/2014, tat-18 ta’ Diċembru 2014, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 fir-rigward tal-oriġini tal-annimali tal-akkwakultura organika, il-prattiki tat-trobbija tal-akkwakultura, l-għalf għall-annimali tal-akkwakultura organika u l-prodotti u s-sustanzi permessi għall-użu fl-akkwakultura organika, ġie miċħud bħala inammissibbli, kif ukoll it-talba intiża għall-annullament ta’ dan ir-regolament.

L-appellanti tinvoka ksur tad-dritt fundamentali tagħha għal ġustizzja taħt l-Artikolu 47 li jinsab fit-Titolu VI tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Fuq il-mertu, ir-rikors għal annullament huwa permess mid-dritt primarju tal-Unjoni Ewropea. Id-dritt fundamentali rrikonoxxut fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 47 jippermetti l-użu effettiv tar-rimedji ġudizzjarji awtorizzati. Id-digriet tal-Qorti Ġenerali jikser id-dritt għal rimedju effettiv tal-appellanti fis-sens tal-garanzija ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva li tirriżulta mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 47 tal-Karta.

L-appellanti tinvoka ksur tad-dritt fundamentali mogħti lilha mit-tieni sentenza tal-Artikolu 47, minħabba li allegatament inkisru d-dritt fundamentali tagħha għal nondiskriminazzjoni stabbilit fl-Artikolu 21 u d-dritt fundamentali tagħha għall-garanzija tal-libertà ta’ intrapriża stabbilit fl-Artikolu 16, mingħajr ma r-rikors tagħha ġie ttrattat bħala rimedju effettiv. Il-Qorti Ġenerali tat intepretazzjoni ġdida lis-suġġett tar-rikors tagħha, li kien intiż għall-ksib ta’ protezzjoni mill-kompetizzjoni, u interpretatu bħala li huwa intiż għall-ksib tal-benefiċċju ta’ estensjoni tas-sistema tranżitorja, li ma madankollu huwiex is-suġġett tar-rikors tagħha għal annullament.

L-appellanti tallega diskriminazzjoni fil-konfront tagħha bħala fornitur ta’ prodotti tal-akkwakultura mill-pangasius fil-Vjetnam meta mqabbla mal-fornituri ta’ prodotti tal-akwakultura mill-annimali, b’mod partikolari dawk fl-Unjoni Ewropea, li fir-rigward tagħhom is-sistemi tranżitorji ġew estiżi mir-regolament ikkontestat lil hinn mill-aħħar tal-2015, filwaqt li dawk is-sistemi tranżitorji li jikkonċernaw il-pangasius intemmu.

L-appellanti ssostni li l-kompetituri tagħha jistgħu joffru l-prodotti tagħhom bl-indikazzjoni “organiku” minħabba trattament favorevoli arbitrarju, meta dan huwa pprojbit għaliha. Hija tallega vantaġġ kompetittiv inġust u mhux ġustifikat mogħti lill-kompetituri tagħha, li minkejja li ma jissodisfawx kompletament ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni f’dan il-qasam, għandhom id-dritt li jużaw l-indikazzjoni “organiku”. L-appellanti tixtieq li tingħata ugwaljanza fit-trattament mil-leġiżlatur tal-Unjoni.

Hija tinvoka ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza taħt l-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u diskriminazzjoni fis-sens tal-Artikolu 21. Hija tallega wkoll ksur tad-dritt fundamentali mogħti lilha taħt l-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jiġifieri l-garanzija tal-libertà tagħha ta’ intrapriża.


(1)  ĠU L 365, p. 97.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Letrado de la Administración de Justicia del Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa (Spanja) fit-13 ta’ Mejju 2016 – Elena Barba Giménez vs Francisca Carrión Lozano

(Kawża C-269/16)

(2016/C 279/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elena Barba Giménez

Konvenuta: Francisca Carrión Lozano

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 6(1)(d) u 7(2) tad-Direttiva 2005/29/KE (1) huma applikabbli għas-sitwazzjonijiet li fihom it-tariffi ta’ professjonist huma rregolati minn dispożizzjoni ġuridika? Fl-affermattiv, din id-direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni bħall-Artikolu 36 tal-Liġi 1/1996, li tistabbilixxi li s-sistema tat-tariffi prevista mil-liġi hija obbligatorja, minkejja li l-professjonista jkun ħati minn ommissjonijiet jew minn prattiki qarrieqa dwar l-iffissar tal-prezz tas-servizzi tiegħu?

2)

L-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni bħall-Artikolu 36 tal-Liġi 1/1996, li, fil-każ fejn il-kljient jirbaħ il-kawża, li tissuġġetta r-remunerazzjoni tal-avukati li jipprovdu servizzi fil-kuntest tas-sistema ta’ għajnuna legali għal skala ta’ onorarji adottata minn qabel minn dawn l-avukati, mingħajr ma l-awtoritajiet tal-Istat Membru jkunu jistgħu jitbiegħdu minnha?

Din il-leġiżlazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità li jinsabu fl-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2006/123/KE (2)?

3)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni bħall-Artikolu 36 tal-Liġi 1/1996, li jimponi fuq il-persuni li jibbenefikaw mill-għajnuna legali, jekk jirbħu l-kawża mingħajr ma jkun hemm kundanna għall-ispejjeż, l-obbligu li jħallsu l-avukat tagħhom onorarji ddeterminati minn skala approvata minn organu professjonali u li jaqbżu iżjed minn 50 % l-ammont annwali ta’ benefiċċju ta’ sigurtà soċjali?


(1)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 149, p. 22).

(2)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 36).


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 1 de Cuenca (Spanja) fit-13 ta’ Mejju 2016 – Carlos Enrique Ruiz Conejero vs Ferroser Servicios Auxiliares S.A. u Ministerio Fiscal

(Kawża C-270/16)

(2016/C 279/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 1 de Cuenca

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Carlos Enrique Ruiz Conejero

Konvenuti: Ferroser Servicios Auxiliares S.A. U Ministerio Fiscal

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2000/78 (1) tipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-impriża għandha d-dritt tkeċċi lil ħaddiem għal raġunijiet oġġettivi, minħabba nuqqas[ijiet] ta’ preżenza fil-post tax-xogħol, anki jekk ġustifikati, iżda suċċessivi, li jammonta[w] għal 20 % tal-ġranet ta’ xogħol f’xahrejn konsekuttivi meta t-total tan-nuqqasijiet ta’ preżenza fit-tnax-il xahar preċedenti jammonta għal 5 % tal-ġranet tax-xogħol, jew għal 25 % f’erba’ xhur mhux konsekuttivi fuq perijodu ta’ tnax-il xahar, fil-każ ta’ ħaddiem li għandu jitqies li huwa diżabbli fis-sens tad-Direttiva meta l-assenza mix-xogħol tkun ġiet ikkawżata mid-diżabbiltà?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/18


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2016 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-3 ta’ Marzu 2016 fil-Kawża T-675/14, Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-279/16 P)

(2016/C 279/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. J. García-Valdecasas Dorrego, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Latvja

Talbiet

tilqa’ dan l-appell u tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

tiddikjara, fis-sentenza l-ġdida, in-nullità tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/458/UE, tad-9 ta’ Lulju 2014 (1), dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), fir-rigward tal-infiq imwettaq mir-Renju ta’ Spanja li jammonta għal EUR 2 713 208,07.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Żball ta’ liġi bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tas-sentenza appellata sa fejn il-Qorti Ġenerali kienet obbligata tiddeċiedi dwar in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni peress li dan il-motiv kien ifformulat b’mod suffiċjentement ċar u preċiż sabiex il-Qorti Ġenerali tkun tista’ tadotta pożizzjoni.

2.

Żball ta’ liġi fir-rigward tal-portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni peress li l-motivi li fuqhom il-Qorti Ġenerali tibbaża ruħha ma humiex kompatibbli maċ-ċarezza u mal-inekwivokabbiltà neċessarji li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandu jkollha sabiex tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 296 TFUE. Il-motivazzjoni tal-att la kienet inekwivoka u lanqas ċara u b’dan il-mod kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ dan l-Istat Membru.

3.

Żnaturament manifest tal-fatti sa fejn il-Qorti Ġenerali żnaturat manifestament il-fatti meta kkonstatat, fil-punt 55 tas-sentenza appellata, li “r-Renju ta’ Spanja ma weriex li ċerti stabbilimenti ma kienu suġġetti għal ebda wieħed mill-obbligi li fir-rigward tagħhom kienu ġew identifikati nuqqasijiet”. L-ewwel nett, dan għaliex din l-affermazzjoni tmur kontra n-natura tas-sistema ta’ kundizzjonalità peress li, f’dan il-qasam, stabbilimenti speċifiċi biss jistgħu jkunu ta’ riskju, jiġifieri dawk li għalihom japplikaw ir-rekwiżiti speċifiċi li fir-rigward tagħhom ġew identifikati nuqqasijiet. It-tieni nett, dan għaliex ir-Renju ta’ Spanja pprovda lill-Kummissjoni data konkreta li turi li stabbilimenti speċifiċi ma kinux suġġetti għall-obbligi speċifiċi.

4.

Żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament Nru 1290/2005 u fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni ta’ korrezzjoni b’rata fissa u ċ-ċaħda tal-korrezzjoni proposta mir-Renju ta’ Spanja.

4.1

Żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 31(2) għaliex din id-dispożizzjoni teħtieġ bħala element prinċipali li jittieħed inkunsiderazzjoni d-dannu finanzjarju kkawżat. Peress li dan kien ġie stmat b’mod preċiż mir-Renju ta’ Spanja ma kienx possibbli li tittieħed inkunsiderazzjoni l-korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa li hija applikabbli biss meta ma jkunx possibbli li jintuża metodu ieħor iktar xieraq.

4.2

Żball ta’ liġi, ukoll, fir-rigward tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li l-metodu użat mill-Kummissjoni wassal għal korrezzjoni b’rata fissa li kienet madwar 530 % ogħla mill-kalkolu magħmul mir-Renju ta’ Spanja. Il-kalkolu magħmul mir-Renju ta’ Spanja kien jieħu inkunsiderazzjoni data reali dwar sanzjonijiet imposti fis-snin sussegwenti li fihom in-nuqqasijiet fir-rigward tal-kundizzjonalità kienu ġew ikkorreġuti. L-ammont li jirriżulta mill-korrezzjoni b’rata fissa huwa assolutament sproporzjonat u l-kopri li għandhom iħallsu ma għandhomx jieħdu responsabbiltà għal korrezzjonijiet li huma ssopravalutati.

5.

Żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament Nru 1290/2005 u fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn ġie kkunsidrat possibbli l-kumulu ta’ korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa u ta’ korrezzjoni finanzjarja speċifika għall-istess intestatura tal-baġit għas-sena 2008. Dan għaliex, skont id-dokument AGRI-2005-64043-ES il-korrezzjonijiet ma għandhomx jiġu applikati fir-rigward ta’ ammonti li diġà kienu s-suġġett ta’ korrezzjoni għall-istess motivi; għaliex il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tippermetti l-kumulu biss meta r-riskju għall-Fond ma jkunx jista’ jiġi kopert biss permezz ta’ korrezzjonijiet analitiċi; u għaliex jinkiseb riżultat sproporzjonat u mhux iġġustifikat peress li, li kieku kienet ġiet applikata biss il-korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa, l-ammont li kien ikollu jitnaqqas kien ikun inqas minn dak li rriżulta mill-għadd taż-żewġ korrezzjonijiet finanzjarji.


(1)  ĠU L 205, p. 62.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-20 ta’ Mejju 2016 – Vereniging Hoekschewaards Landschap vs Staatssecretaris van Economische Zaken

(Kawża C-281/16)

(2016/C 279/26)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vereniging Hoekschewaards Landschap

Konvenut: Staatssecretaris van Economische Zaken

Domanda preliminari

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/72, tat-3 ta’ Diċembru 2014, li tadotta t-tmien aġġornament tal-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Atlantiku (1) hija valida sa fejn is-sit “Haringvliet” (NL1000015) tniżżel f’din il-lista mingħajr l-inklużjoni tal-Leenheerenpolder?


(1)  ĠU 2015, L 18, p. 385.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice, Family Division (England and Wales) fit-23 ta’ Mejju 2016 – M. S. vs P. S.

(Kawża C-283/16)

(2016/C 279/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice, Family Division (England and Wales)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M. S.

Konvenut: P. S.

Domandi preliminari

i.

Meta kreditriċi ta’ manteniment tixtieq tikseb fi Stat Membru l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja mogħtija favur tagħha fi Stat Membru ieħor, il-Kapitolu IV tar-[Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 (1), tat-18 ta’ Diċembru 2008, dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (ĠU 2009, L 7, p. 1)] (“ir-Regolament dwar l-obbligi ta’ manteniment”) jagħtiha d-dritt li tressaq talba għal eżekuzzjoni direttament quddiem l-awtorità kompetenti tal-Istat rikjest?

ii.

Jekk ir-risposta għad-domanda (i) tkun fl-affermattiv, il-Kapitolu IV tar-Regolament dwar l-obbligi ta’ manteniment għandu jiġi interpretat fis-sens li kull Stat Membru huwa obbligat li jipprevedi proċedura jew mekkaniżmu sabiex dan id-dritt ikun jista’ jiġi rrikonoxxut?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, tat-18 ta’ Diċembru 2008, dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment; ĠU L 7, p. 1.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fis-26 ta’ Mejju 2016 – Z Denmark ApS vs Skatteministeriet

(Kawża C-299/16)

(2016/C 279/28)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Z Denmark ApS

Konvenut: Skatteministeriet

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2003/49/KE (1) moqri flimkien mal-Artikolu 1(4) tal-istess direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija residenti fi Stat Membru li tkun koperta mill-Artikolu 3 tad-Direttiva u, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-każ preżenti, tirċievi interessi minn sussidjarja fi Stat Membru ieħor, hija s-“sid benefiċjarju” ta’ dawn l-interessi fis-sens tad-Direttiva?

1.1.

Il-kunċett ta’ “sid benefiċjarju” fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2003/49/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 1(4) tal-istess direttiva, għandu jiġi interpretat skont il-kunċett korrispondenti fl-Artikolu 11 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni Fiskali tal-OECD tal-1977?

1.2.

Jekk id-domanda 1.1 tingħata risposta fl-affermattiv, il-kunċett għandu f’dak il-każ jiġi interpretat biss fid-dawl tal-kummentarju dwar l-Artikolu 11 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni Fiskali tal-OECD tal-1977 (paragrafu 8), jew jistgħu jiġu inkorporati kummentarji sussegwenti fl-interpretazzjoni, inklużi ż-żidiet magħmula fl-2003 rigward “kumpanniji conduit” (paragrafu 8.1, issa paragrafu 10.1) u ż-żidiet magħmula fl-2014 dwar “obbligi kuntrattwali jew legali” (paragrafu 10.2)?

1.3.

Jekk il-kummentarji tal-2003 jistgħu jiġu inkorporati fl-interpretazzjoni, x’importanza għandu fl-evalwazzjoni dwar jekk kumpannija tistax titqies li ma hijiex “sid benefiċjarju” fis-sens tad-Direttiva 2003/49/KE, jekk l-interessi inkwistjoni jiddaħħlu fil-kapital (“inkorporati”), jekk ir-riċevitur tal-interessi kellu obbligu kuntrattwali jew legali li jgħaddi l-interessi lil persuna oħra, u jekk il-parti l-kbira tal-persuni meqjusa mill-Istat fejn il-persuna li qed tħallas l-interessi hija residenti bħala “is-sidien benefiċjarji” tal-interessi jkunu residenti fi Stati Membri oħrajn jew Stati oħrajn li magħhom id-Danimarka għanda konvenzjoni dwar it-taxxa doppja, b’tali mod li taħt il-leġiżlazzjoni Daniża dwar it-taxxa ma kienx ikun hemm bażi sabiex tinżamm taxxa f’ras il-għajn kieku dawk il-persuni kienu persuni li jsellfu u għalhekk irċevew l-interessi direttament?

1.4.

X’importanza għandu għall-evalwazzjoni tal-kwistjoni dwar jekk ir-riċevitur tal-interessi għandux jitqies bħala “sid benefiċjarju” għall-finijiet tad-Direttiva jekk il-qorti tar-rinviju, wara evalwazzjoni tal-fatti tal-każ, tikkonkludi li r-riċevitur – mingħajr ma kien obbligat kuntrattwalment jew legalment li jgħaddi l-interessi rċevuti lil persuna oħra – ma kellux id-dritt “sħiħ” ta’ “użufrutt” fuq l-interessi kif imsemmi fil-Kummentarji tal-2014 fuq il-Mudell ta’ Konvenzjoni Fiskali tal-1977?

2.

L-invokazzjoni minn Stat Membru tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva fuq l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali għall-prevenzjoni tal-frodi u l-abbuż, jew tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva, tippreżupponi li l-Istat Membru inkwistjoni jkun adotta dispożizzjoni nazzjonali speċifika li timplementa l-Artikolu 5 tad-Direttiva, jew li d-dritt nazzjonali jinkludi dispożizzjonijiet jew prinċipji ġenerali dwar il-frodi, l-abbuż u l-evażjoni fiskali li jistgħu jiġu interpretati skont l-Artikolu 5?

2.1

Jekk id-domanda 2 tingħata risposta fl-affermattiv, jista’ l-paragrafu 2(2)(d) tal-Liġi dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji, li jipprovdi li r-responabbiltà limitata għat-taxxa fuq id-dħul mill-interessi ma tinkludix “interessi li huma eżenti mit-taxxa […] taħt id-Direttiva 2003/49/KE dwar sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta’ imgħax u ta’ royalties bejn kumpanniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti”, għalhekk jitqies bħala dispożizzjoni nazzjonali speċifika kif imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva?

3.

Dispożizzjoni fi ftehim dwar it-taxxa doppja bejn żewġ Stati Membri u abbozzata skont il-Mudell ta’ Konvenzjoni Fiskali tal-OECD, skont liema t-tassazzjoni fuq l-interessi tiddependi fuq jekk ir-riċevitur tal-interessi jitqiesx li huwa s-sid benefiċjarju tal-interessi, hija dispożizzjoni konvenzjonali kontra l-abbuż koperta mill-Artikolu 5 tad-Direttiva?

4.

Stat Membru li ma jixtieqx jirrikonoxxi li kumpannija fi Stat Membru ieħor hija s-sid benefiċjarju tal-interessi u jallega li l-kumpannija fl-Istat Membru l-ieħor hija hekk imsejħa kumpannija conduit artifiċjali, huwa obbligat taħt id-Direttiva 2003/49/KE jew taħt l-Artikolu 10 KE li jiddikjara liema dak l-Istat Membru f’dak il-każ iqis li huwa s-sid benefiċjarju?

5.

Jekk il-persuna li tħallas l-interessi hija residenti fi Stat Membru u r-riċevitur tal-interessi huwa residenti fi Stat Membru ieħor u meta r-riċevitur tal-interessi jitqies mill-ewwel Stat Membru li ma huwiex is-“sid benefiċjarju” tal-interessi inkwistjoni taħt id-Direttiva 2003/49/KE u għaldaqstant jitqies li għandu responabbiltà limitata għat-taxxa fuq dawk l-interessi f’dak l-Istat Membru, l-Artikolu 43 KE moqri flimkien mal-Artikolu 48 KE, jipprekludu leġiżlazzjoni skont liema l-ewwel Stat Membru, fit-tassazzjoni tar-riċevitur tal-interessi li ma huwiex residenti, ma jiħux inkunsiderazzjoni spejjeż fil-forma ta’ spejjeż ta’ interessi li r-riċevitur tal-interessi kellu f’ċirkustanzi bħal dawk f’dan il-każ, filwaqt li spejjeż ta’ interessi ġeneralment jistgħu jitnaqqsu taħt il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru u għaldaqstant jistgħu jitnaqqsu mid-dħul taxxabbli minn riċevitur tal-interessi li jkun residenti?

6.

Jekk kumpannija residenti fi Stat Membru (kumpannija omm) fil-fatt titqies li ma hijiex eżenti mit-taxxa f’ras il-għajn taħt id-Direttiva 2003/49/KE rigward interessi rċevuti minn kumpannija residenti fi Stat Membru ieħor (sussidjarja), u l-kumpannija omm tal-Istat Membru tal-aħħar titqies bħala persuna taxxabbli b’responabbiltà limitata għat-taxxa fuq dawn l-interessi f’dak l-Istat Membru, l-Artikolu 43 KE, moqri flimkien mal-Artikolu 48 KE, jipprekludu leġiżlazzjoni skont liema l-Istat Membru tal-aħħar jitlob li l-kumpannija li hija responsabbli sabiex iżżomm it-taxxa f’ras il-għajn (sussidjarja) tħallas interessi moratorji fil-każ ta’ talba għal ħlas pendenti tat-taxxa f’ras il-għajn b’rata ogħla ta’ interessi mir-rata tal-interessi moratorji li l-Istat Membru jżomm fuq it-talbiet ta’ taxxa fuq il-kumpanniji (inkluż dħul mill-interessi) magħmula kontra kumpannija residenti fl-istess Stat Membru?

7.

Jekk kumpannija residenti fi Stat Membru (kumpannija omm) fil-fatt titqies li ma hijiex eżenti mit-taxxa f’ras il-għajn taħt id-Direttiva 2003/49/KE rigward interessi rċevuti minn kumpannija residenti fi Stat Membru ieħor (sussidjarja), u l-kumpannija omm tal-Istat Membru msemmi l-aħħar titqies li hija persuna taxxabbli b’responsabbiltà limitata għat-taxx fuq dawk l-interessi f’dak l-Istat Membru, l-Artikolu 43 KE moqri flimkien mal-Artikolu 48 KE (b’mod alternattiv, l-Artikolu 56 KE), meqjusa separatament jew b’mod sħiħ, jipprekludu leġiżlazzjoni skont liema:

7.1

l-Istat Membru tal-aħħar jitlob li l-persuna li tħallas l-interessi żżomm it-taxxa f’ras il-għajn fuq l-interessi u jirrendi lil dik il-persuna responsabbli lejn l-awtoritajiet għat-taxxa f’ras il-għajn mhux miġbura, fejn ma hemm l-ebda dmir li tinżamm it-taxxa f’ras il-għajn meta r-riċevitur tal-interessi jkun residenti fl-Istat Membru msemmi l-aħħar?

7.2

kumpannija omm fl-Istat Membru msemmi l-aħħar ma kinitx tkun mitluba li tagħmel ħlasijiet bil-quddiem ta’ taxxa fuq il-kumpanniji fl-ewwel sentejn fiskali, iżda kienet tibda tħallas it-taxxa fuq il-kumpanniji fi żmien ħafna iktar tard mid-data tal-maturità għat-taxxa f’ras il-għajn?

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija mitluba li tinkludi r-risposta għad-domanda 6 fir-risposta tagħha għal din id-domanda.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE, tat-3 ta’ Ġunju 2003, dwar sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta’ imgħax u ta’ royalties bejn kumpaniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 380).


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Dublin Circuit & District Civil Courts Office (l-Irlanda) fis-6 ta’ Ġunju 2016 – Maria Isabel Harmon vs Owen Pardue

(Kawża C-321/16)

(2016/C 279/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Dublin Circuit & District Civil Courts Office

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maria Isabel Harmon

Konvenut: Owen Pardue

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl ta’ dak li ġie espost fid-deċiżjoni tar-rinviju, id-Director of Public Prosecutions [direttur tal-prosekuzzjonijiet penali, l-Irlanda, iktar ’il quddiem id-“DPP”] wettaq ksur tad-drittijiet fundamentali ta’ O. Pardue, b’mod partikolari tad-drittijiet stabbiliti mill-Artikoli 6, 20, 41, 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u elaborati fil-preambolu tagħha?

2)

Fid-dawl ta’ dak li ġie espost fid-deċiżjoni tar-rinviju, id-DPP għandu d-dritt jirrifjuta li jikkonforma ruħu mal-ordnijiet leġittimi ta’ qorti u l-fatt li ma jikkonformax ruħu magħhom u/jew li ma jiġġustifikax jew li ma jimmotivax il-fatt li ma jikkonformax ruħu magħhom huwa kompatibbli mal-Karta?

3)

Fid-dawl ta’ dak li ġie espost fid-deċiżjoni tar-rinviju, kif ukoll tal-fatt li, fl-istat attwali tad-dritt tal-Irlanda, deċiżjoni tad-DPP ma tistax tkun is-suġġett ta’ azzjoni legali ħlief jekk jiġi stabbilit li huwa aġixxa b’mala fide jew għal raġunijiet illeġittimi jew skont politika illeġittima, dan huwa konformi u kompatibbli mal-Karta fir-rigward tal-fatti tal-kawża?


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/23


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Noord-Holland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Helm AG vs Inspecteur van de Belastingdienst vs Douane kantoor Rotterdam Rijnmond

(Kawża C-323/14) (1)

(2016/C 279/30)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 315, 15.09.2014.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/23


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Noord-Holland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Timberland Europe BV vs Inspecteur van de Belastingdienst, kantoor Rotterdam Rijnmond

(Kawża C-571/14) (1)

(2016/C 279/31)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 73, 02.03.2015.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/24


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sächsisches Oberverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Der Bundesbeauftragte für Asylangelegenheiten beim Bundesamt für Migration und Flüchtlinge vs N, fil-preżenza ta’: Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-150/15) (1)

(2016/C 279/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Awla Manja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 236, 20.07.2015


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/24


Digriet tal-President tat-Tmien Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Mejju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-481/15) (1)

(2016/C 279/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 371, 9.11.2015


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/24


Digriet tal-President tad-Disa’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato vs Albini & Pitigliani SpA.

(Kawża C-483/15) (1)

(2016/C 279/34)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 381, 16.11.2015.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/24


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Feliks Frisman vs Finnair Oyj

(Kawża C-533/15) (1)

(2016/C 279/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 48, 08.02.2016.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/25


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Association nationale des opérateurs détaillants en énergie (ANODE) vs Premier ministre, Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie

(Kawża C-543/15) (1)

(2016/C 279/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 16, 18.01.2016


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/25


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ April 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-684/15) (1)

(2016/C 279/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 98, 14.03.2016


Il-Qorti Ġenerali

1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2016 – Whirlpool Europe BV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-118/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill – Istat - Apparat domestiku - Għajnuna għar – ristrutturazzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara l – għajnuna kompatibbli mas – suq intern, bil – kundizzjoni tal – osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni preċedenti li tikkonċerna l-istess proċedura - Nuqqas ta’ interess individwali - Nuqqas ta’ effett sostanzjali fuq il – pożizzjoni kompetittiva - Inammissibbiltà”))

(2016/C 279/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Whirlpool Europe BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: F. Wijckmans u H. Burez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, É. Gippini Fournier u P.-J. Loewenthal, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Electrolux AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentanti: F. Wijckmans u H. Burez, avukati)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas u J. Bousin, aġenti) u Fagor France SA (Rueil-Malmaison, Franza) (rappreżentanti: J. Derenne u A. Müller-Rappard, avukati) et

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/283/UE, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.23839 (C 44/2007) ta’ Franza favur l-impriża FagorBrandt (ĠU, L 166, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Whirlpool Europe BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Franċiża, Electrolux AB u Fagor France SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 141, 18.5.2013.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2016 – Pshonka vs Il-Kunsill

(Kawża T-381/14) (1)

(“Rikors għal annullament - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent - Terminu għall-preżentata tar-rikors - Ammissibbiltà - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni fil-lista - Rikors manifestament fondat”)

(2016/C 279/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Viktor Pavlovych Pshonka (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: C. Constantina u J. M. Reymond, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u A. Vitro, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bartelt u D. Gauci, aġenti)

Suġġett

Rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 26) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 1), sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, huma annullati sa fejn dawn jirrigwardaw lil iktor Pavlovych Pshonka.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż tiegħu, għal dawk sostnuti minn V. Pshonka.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 261, 11.8.2014.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2016 – Beele Engineering vs EUIPO (WE CARE)

(Kawża T-220/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea WE CARE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 279/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Beele Engineering BV (Aalten, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Ring, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-15 ta’ Jannar 2015 (Każ R 1424/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv WE CARE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Beele Engineering BV hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 228, 13.07.2015.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2016 – Beele Engineering vs EUIPO (WE CARE)

(Kawża T-222/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea WE CARE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 279/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Beele Engineering BV (Aalten, il-Pajjiż l-Baxxi) (rappreżentant: M. Ring, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-11 ta’ Frar 2015 (Każ R 1933/2014-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv WE CARE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Beele Engineering BV hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha


(1)  ĠU C @@, @@.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2016 – Europäischer Tier- und Naturschutz u Giesen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-595/15) (1)

((“Rikors għal annullament - Allegat rifjut li tiġi ppreżentata proposta leġiżlattiva għall-ħolqien ta’ assoċjazzjoni tad-dritt Ewropew - Att li ma jistax jiġi kkontestat b’rikors - Inammissibbiltà manifesta”))

(2016/C 279/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Europäischer Tier- und Naturschutz eV (Much, il-Ġermanja) u Horst Giesen (Much) (rappreżentant: P. Brockmann, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer u K. P. Wojcik, aġenti)

Suġġett

Talba skont l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Awwissu 2015 li permezz tagħha din tal-aħħar astjeniet milli tippreżenta proposta leġiżlattiva intiża għall-ħolqien ta’ assoċjazzjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Europäischer Tier- und Naturschutz eV u Horst Giesen huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/29


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2016 – NC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-151/16)

(2016/C 279/43)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: NC (rappreżentanti: J. Killick u G. Forwood, Barristers u C. Van Haute u A. Bernard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-28 ta’ Jannar 2016, li teskludi lir-rikorrenti minn kull parteċipazzjoni fi proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li tirreġistra lir-rikorrenti fis-Sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni prevista fl-Artikolu 108(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU 2012 L 298, p. 1);

tadotta l-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura mitluba; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ applikazzjoni retroattiva tal-inqas piena ħarxa (lex mitior), sa fejn il-Kummissjoni ma applikatx ir-Regolament Nru 966/2012, kif emendat bir-Regolament 2015/1929 (1), għad-deċiżjoni kkontestata.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur ta’ forma proċedurali sostanzjali, sa fejn il-Kummissjoni ma kkonsultatx il-bord u ma eżaminatx mill-ġdid id-deċiżjoni tagħha kif jeżiġi r-Regolament Nru 966/2012, kif emendat bir-Regolament 2015/1929.

3.

It-tielet motiv, sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-Artikolu 133a(1) tar-Regolament Nru 2342/2002 (2), sa fejn il-Kummissjoni applikat esklużjoni li hija sproporzjonata fiċ-ċirkustanzi tal-każ.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-prinċipju ta’ ne bis in idem, sa fejn ir-rikorrenti diġà ġiet eskluża għall-istess aġir.


(1)  Regolament (UE, Euratom) 2015/1929 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Ottubru 2015, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU 2015 L 286, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002, tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145).


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/30


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 – GP Joule PV vs EUIPO – Green Power Technologies (GPTech)

(Kawża T-235/16)

(2016/C 279/44)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: GP Joule PV GmbH & Co. KG (Reußenköge, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Döring, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Green Power Technologies, SL (Bollullos de la Mitación, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “GPTech” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 593 869

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-9 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 848/2015-2

Talbiet

tibdel id-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-applikazzjoni tal-applikant għat-trade mark Nru 12 593 869;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

Motivi invokati

Ksur tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn ma tqiesx li r-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti mir-Regola 17(4) tar-Regolament Nru 2868/95, li hija intiża li tipproteġi lill-opponent, kienu applikabbli;

Ksur ta’ forma proċedurali sostanzjali, sa fejn il-proċedimenti ma kinux ġusti għall-opponent skont l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

Nuqqas tal-Uffiċċju li jinforma lill-opponent li l-prerekwiżiti stabbiliti mir-Regola 20(1) tar-Regolament Nru 2868/95 ma kinux issodisfatti;

Applikazzjoni żbaljata tar-Regola 76(2) tar-Regolament Nru 2868/95, sa fejn il-proċedimenti ma kinux ġusti għall-opponent fid-dawl tan-nuqqasijiet fil-formola għall-preżentata elettronika tal-oppożizzjoni u fl-informazzjoni pprovduta mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni;

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/31


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2016 – Aurora Group Danmark A/S vs EUIPO – Retail Distribution ApS (PANZER)

(Kawża T-246/16)

(2016/C 279/45)

Lingwa tar-rikors: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Aurora Group Danmark A/S (Ballerup, id-Danimarka) (rappreżentant: L. Elmgaard Sørensen)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Retail Distribution ApS (Hinnerup, id-Danimarka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “PANZER” – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 111 084

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-3 ta’ Marzu 2016, fil-Każ R 447/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata fir-rigward ta’ “Kompjuters, telefowns ċellulari, smart phones u tagħmir ieħor elettroniku portabbli u li jinżamm fl-idejn għar-reġistrazzjoni, organizzazzjoni, trażmissjoni, manipulazzjoni u reviżjoni ta’ testi, data, fajls ta’ stampi u awdjo; phone charms, protetturi mill-grif, casing ta’ protezzjoni u covers għat-telefowns ċellulari, smart phones, kompjuters u tagħmir ieħor elettroniku portabbli u li jinżamm fl-idejn għar-reġistrazzjoni, organizzazzjoni, trażmissjoni, manipulazzjoni u reviżjoni ta’ testi, data, fajls ta’ stampi u awdjo; holders, cases u covers għal telefowns ċellulari, smart phones, kompjuters u tagħmir ieħor elettroniku portabbli u li jinżamm fl-idejn għar-reġistrazzjoni, organizzazzjoni, trażmissjoni, manipulazzjoni u reviżjoni ta’ testi, data, fajls ta’ stampi u awdjo; partijiet, fittings u aċċessorji għal telefowns ċellulari, smart phones, kompjuters u tagħmir ieħor elettroniku portabbli u li jinżamm fl-idejn għar-reġistrazzjoni, organizzazzjoni, trażmissjoni, manipulazzjoni u reviżjoni ta’ testi, data, fajls ta’ stampi u awdjo”;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

annullament tal-Artikolu 7(1)(b), (c) jew (d) tar-Regolament Nru 207/2009.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/32


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2016 – Magnetrol International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-263/16)

(2016/C 279/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Magnetrol International (Zele, il-Pajjiżi Baxxi) (rappreżentanti: H. Gilliams u J. Bocken, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat dwar l-eżenzjoni tal-profitt żejjed SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mir-Renju tal-Belġju;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-deċiżjoni kkontestata;

fi kwalunkwe każ, tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn dawn (a) jordnaw l-irkupru mingħand entitajiet oħra li bbenefikaw minn “deċiżjonijiet dwar profitt eċċessiv”, kif iddefiniti fl-imsemmija deċiżjoni, u (b) jordnaw l-irkupru ta’ ammont li jikkorrispondi għall-eżenzjoni mit-taxxa tal-benefiċjarju mingħajr ma tippermetti lill-Belġju li jieħu inkunsiderazzjoni tal-aġġustamenti għaż-żieda mwettqa minn amministrazzjoni tat-taxxa oħra;

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, abbuż ta’ poter u nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9873 finali tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat dwar l-eżenzjoni tal-profitt żejjed SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mir-Renju tal-Belġju tallega l-eżistenza ta’ skema ta’ għajnuna.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE u l-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni billi d-deċiżjoni kkontestata tikklassifika din l-hekk imsejħa skema bħala miżura selettiva.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107 TFUE u fuq l-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll fuq żball ta’ evalwazzjoni, billi d-deċiżjoni kkontestata tiddikjara li l-hekk imsejħa skema tagħti vantaġġ.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107 TFUE u tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi kif ukoll fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq abbuż ta’ poter u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni billi d-deċiżjoni kkontestata tordna l-irkupru tal-għajnuna mill-Belġju.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/33


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2016 – Purators et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-265/16)

(2016/C 279/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Purators (Dilbeek, il-Belġju), Delta Light (Wevelgem, il-Belġju) u Ontex (Buggenhout, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Gilliams u J. Bocken, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9873 finali tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat dwar l-eżenzjoni tal-profitt żejjed SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mir-Renju tal-Belġju;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-deċiżjoni kkontestata;

fi kwalunkwe każ, tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn dawn (a) jordnaw l-irkupru mingħand entitajiet oħra li bbenefikaw minn “deċiżjonijiet dwar profitt eċċessiv”, kif iddefiniti fl-imsemmija deċiżjoni, u (b) jordnaw l-irkupru ta’ ammont li jikkorrispondi għall-eżenzjoni mit-taxxa tal-benefiċjarju mingħajr ma tippermetti lill-Belġju li jieħu inkunsiderazzjoni tal-aġġustamenti għaż-żieda mwettqa minn amministrazzjoni tat-taxxa oħra;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq abbuż ta’ poter u nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tallega l-eżistenza ta’ skema ta’ għajnuna.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE u l-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni billi d-deċiżjoni kkontestata tikklassifika din l-hekk imsejħa skema bħala miżura selettiva.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107 TFUE u fuq l-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll fuq żball ta’ evalwazzjoni, billi d-deċiżjoni kkontestata tiddikjara li l-hekk imsejħa skema tagħti vantaġġ.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107 TFUE u tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi kif ukoll fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq abbuż ta’ poter u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni billi d-deċiżjoni kkontestata tordna l-irkupru tal-għajnuna mill-Belġju.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/34


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2016 – Capsugel Belgium vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-266/16)

(2016/C 279/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Capsugel Belgium (Bornem, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Vanhulle, B. van de Walle de Ghelcke, C. Borgers u N. Baeten, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9873 finali tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat dwar l-eżenzjoni tal-profitt żejjed SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mir-Renju tal-Belġju;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni fil-konstatazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna allegata u fil-klassifikazjzoni tagħha tal-iskema ta’ għajnuna skont l-Artikolu 1(d) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Artikolu 107 TFUE.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE, fuq nuqqas ta’ motivazzjoni u fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni fil-konstatazzjoni li l-iskema Belġjana ta’ aġġustament ta’ benefiċċji żejda tikkostitwixxi miżura ta’ għajnuna.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 2015/1589.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 2(6) TFUE u fuq il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament kif ukoll fuq l-abbuż ta’ poter minħabba l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar għajnuna mill-Istat sabiex tiġi pprohjbita l-iskema Belġjana ta’ aġġustament ta’ benefiċċji żejda.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/34


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2016 – Atlas Copco Airpower u Atlas Copco vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-278/16)

(2016/C 279/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Atlas Copco Airpower (Antwerp, il-Belġju) u Atlas Copco AB (Nacka, l-Isvezja) (rappreżentanti: A. von Bonin, A. Haelterman u O. Brouwer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat dwar l-eżenzjoni tal-profitt żejjed SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN);

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-identifikazzjoni tal-allegata miżura ta’ għajnuna mill-Istat u l-klassifikazzjoni tagħha bħala skema ta’ għajnuna skont l-Artikolu 1(d) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 107 TFUE.

2.

It-tieni motiv, huwa bbażat fuq żball ta’ liġi u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE billi kkunsidrat li l-Iskema ta’ Aġġustamenti tal-Profitti Eċċessivvi kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

3.

It-tielet motiv, huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-benefiċjarji tal-għajnuna allegata, inkonsistenza fil-kunsiderazzjoni tal-gruppi multinazzjonali bħala benefiċjarji kif ukoll ksur tal-prinċipju ta’ legalità u tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

4.

Ir-raba’ motiv, huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji taċ-ċertezza legali, tal-aspettattivi leġittimi u tal-amministrazzjoni tajba.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/35


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2016 – Anta (China) vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji mpinġija)

(Kawża T-291/16)

(2016/C 279/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Anta (China) Co. Ltd (Jinjiang City, iċ-Ċina) (rappreżentati minn: A. Franke, K. Hammerstingl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontezjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji mpinġija) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 581 483

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 1292/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/36


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2016 – Kaane American International Tobacco vs EUIPO – Global Tobacco (GOLD MONT ORIGINAL Super Slims)

(Kawża T-292/16)

(2016/C 279/51)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kaane American International Tobacco Co. Ltd. (Jebel Ali, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: G. Hinarejos Mulliez, I. Valdelomar Serrano, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Global Tobacco FZCO (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “GOLD MONT ORIGINAL Super Slims” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 361 714

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ April 2016 fil-Każ R 2492/2014-4

Talbiet

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara s-sospensjoni tar-rikors R 2492/2014-4 sakemm tittieħed deċiżjoni fil-proċedimenti paralleli R 1857/2015-4 (li għadha pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali) li ssir finali;

tikkundanna lill-EUIPO (il-Bord tal-Appell) jew, sussidjarjament, il-parti l-oħra fil-proċedimenti għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza quddiem il-liġi u ta’ imparzjalità.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/37


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2016 – Kaane American International Tobacco vs EUIPO – Global Tobacco (GOLD MONT)

(Kawża T-293/16)

(2016/C 279/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kaane American International Tobacco Co. Ltd. (Jebel Ali, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: G. Hinarejos Mulliez, I. Valdelomar, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Global Tobacco FZCO (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “GOLD MONT” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 803 831

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ April 2016 fil-Każ R 2699/2014-4

Talbiet

tilqa’ dan l-appell;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tissospendi l-proċedimenti fil-Każ R 2699/2014-4 sakemm is-sentenza fil-proċedimenti paralleli fil-Każ R 1857/2015-4 (li attwalment hija pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali) issir definittiva;

tikkundanna lill-EUIPO (il-Bordijiet tal-Appell) jew, sussidjarjament, il-parti l-oħra fil-proċedimenti għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motiv invokat

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza f’għajnejn il-liġi u ta’ imparzjalità.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/38


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2016 – Kaane American International Tobacco vs EUIPO – Global Tobacco (GOLD MOUNT)

(Kawża T-294/16)

(2016/C 279/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kaane American International Tobacco Co. Ltd. (Jebel Ali, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: G. Hinarejos Mulliez, I. Valdelomar, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Global Tobacco FZCO (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “GOLD MOUNT” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 157 233

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-8 ta’ April 2016, fil-Każ R 1857/2015-4

Talbiet

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara li r-reġistrazzjoni tat-trade mark (figurattiva) tal-Unjoni Ewropea Nru 7 157 233“GOLD MOUNT” hija valida għall-prodotti kollha koperti;

tikkundanna lill-EUIPO (il-bordijiet tal-appell) jew, sussidjarjament, lill-parti l-oħra fil-proċedimenti, għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/38


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2016 – SymbioPharm vs EMA

(Kawża T-295/16)

(2016/C 279/54)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: SymbioPharm GmbH (Herborn, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Sander, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tal-1 ta’ April 2016, innotifikata fis-7 ta’ April 2016, li tapplika proċedura ta’ referenza skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/83/KE rigward il-prodott mediċinali Symbioflor 2 u prodotti mediċinali li għandhom isem li jixxiebah, li jappartjenu lill-kumpannija SymbioPharm GmbH.

tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/83 (1)

Ir-rikorrenti ssostni li l-proċedura ta’ referenza nbdiet minkejja li t-talba nnotifikata mill-awtorità Ġermaniża kompetenti fil-qasam ta’ awtorizzazzjoni ma wrietx l-eżistenza ta’ “każijiet speċifiċi fejn jidħlu l-interessi tal-Unjoni”. Ir-rikorrenti tqis li dan ma huwiex il-każ hawnhekk.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2001/83/KE

L-awtorità Ġermaniża kompetenti fil-qasam ta’ awtorizzazzjoni ma wrietx, fir-rigward tal-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem, Symbioflor 2, li hija konformi mal-kundizzjoni proċedurali marbuta mar-“riskju għas-saħħa pubblika”, u din il-kundizzjoni ovvjament ma ġietx issodisfatta.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 116 u 117 tad-Direttiva 2001/83/KE

L-awtorità Ġermaniża kompetenti fil-qasam ta’ awtorizzazzjoni ma wrietx, fir-rigward tal-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem, Symbioflor 2, proporzjon ta’ benefiċċju/riskju sfavorevoli. Ir-rikorrenti tikkunsidra li ovvjament ma jeżistix tali proporzjon benefiċċju/riskju sfavorevoli.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 22a tad-Direttiva 2001/83/KE, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tad-dritt għal smigħ

Ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-Artikolu 22a tad-Direttiva 2001/83/KE u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn l-awtorità Ġermaniża kompetenti fil-qasam ta’ awtorizzazzjoni ma għamlitx użu mill-possibbiltà li tordna t-twettiq ta’ test ta’ effikaċja (nuqqas ta’ użu ta’ setgħa diskrezzjonali). Ir-rikorrenti tqis li dan l-aspett jirriżulta wkoll mill-konstatazzjoni li l-awtorità Ġermaniża kompetenti fil-qasam ta’ awtorizzazzjoni ċaħdet b’mod espliċitu t-talba li hija ressqet, intiża sabiex tinstema’ fil-kuntest ta’ medjazzjoni dwar din il-kwistjoni.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji applikabbli fi Stat tad-dritt

Ir-rikorrenti ssostni li huwa kontra l-prinċipji applikabbli fi Stat tad-dritt li tinbeda proċedura ta’ tressiq ta’ kawża filwaqt li proċedura ġudizzjarja nazzjonali li tikkonċerna l-istess fatti tkun pendenti.


(1)  Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/40


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2016 – Bay vs Il-Parlament

(Kawża T-302/16)

(2016/C 279/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Nicolas Bay (La Celle Saint Cloud, Franza) (rappreżentant: A. Cuignache, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2016;

tannulla d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2016;

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq irregularitajiet tal-proċedura interna u fuq in-nullità tad-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2016 kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2016, li jiddikjaraw fil-konfront tar-rikorrenti s-sanzjoni tat-telf tad-dritt għal allowance tal-għajxien għal perijodu ta’ ħames snin. L-ewwel deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt għal amministrazzjoni tajba u l-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet. It-tieni deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt għal trattament imparzjali u ekwu mill-istituzzjonijiet, organi u korpi tal-Unjoni u id-dritt għal smigħ xieraq.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-assenza ta’ provi materjali li jistgħu juru l-fatti attribwiti lir-rikorrent u, b’mod partikolari, fuq l-użu minn dan tal-aħħar tal-karta tal-vot ta’ deputat Ewropew ieħor.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-inkonsistenza u fuq l-inammissibbiltà tax-xhieda li fuqhom kienet imsejsa s-sanzjoni imposta fuq ir-rikorrent.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-impossibbiltà materjali tar-rikorrenti li jivvota minflok deputat Ewropew ieħor.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2016 – SLE Schuh vs EUIPO – Vigoss Tekstil Konfeksiyon (VIOS)

(Kawża T-191/15) (1)

(2016/C 279/56)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 205, 22.6.2015.


1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/41


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 – Bergbräu vs EUIPO – Vilser Privatbrauerei (VILSER BERGBRÄU)

(Kawża T-697/15) (1)

(2016/C 279/57)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 78, 29.2.2016.