|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
||
|
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
L-Erbgħa 22 ta’ Ottubru 2014 |
|
|
2016/C 274/01 |
||
|
|
Il-Ħamis 23 ta’ Ottubru 2014 |
|
|
2016/C 274/02 |
||
|
2016/C 274/03 |
||
|
2016/C 274/04 |
||
|
2016/C 274/05 |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
IL-PARLAMENT EWROPEW |
|
|
|
It-Tlieta 21 ta’ Ottubru 2014 |
|
|
2016/C 274/06 |
||
|
2016/C 274/07 |
||
|
2016/C 274/08 |
||
|
2016/C 274/09 |
||
|
|
L-Erbgħa 22 ta’ Ottubru 2014 |
|
|
2016/C 274/10 |
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2014 li teleġġi l-Kummissjoni (2014/2164(INS)) |
|
|
2016/C 274/11 |
||
|
2016/C 274/12 |
||
|
2016/C 274/13 |
||
|
|
Il-Ħamis 23 ta’ Ottubru 2014 |
|
|
2016/C 274/14 |
|
Tifsira tas-simboli użati
(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att) Emendi tal-Parlament: Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. |
|
MT |
|
|
27.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/1 |
IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2014–2015
Dati tas-seduti: mill-20 sat-23 ta’ Ottubru 2014
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 424, 17.12.2015 .
It-testi adottati tat-23 ta' Ottubru 2014 rigward il-kwittanzi għall-baġit tal-2012 ġew ippublikati fil- ĠU L 334, 21.11.2014 .
TESTI ADOTTATI
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew
L-Erbgħa 22 ta’ Ottubru 2014
|
27.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/2 |
P8_TA(2014)0038
Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: implimentazzjoni tal-prijoritajiet 2014
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: implimentazzjoni tal-prijoritajiet 2014 (2014/2059(INI))
(2016/C 274/01)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikoli 121(2) u 136 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet tal-budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta' Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1177/2011 tat-8 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2012 dwar Pjan ta' Azzjoni għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (COM(2012)0722), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2014 dwar ir-rwol u l-attivitajiet tat-Trojka (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Frar 2013 dwar it-titjib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2014 dwar il-Governanza tas-Suq Uniku fil-qafas tas-Semestru Ewropew 2014 (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (10), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (11), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2014 dwar rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż 2014 (COM(2014)0400), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Frar 2014 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2014 (12), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dibattitu mar-rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tas-Semestru Ewropew 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (13), |
|
— |
wara li l-kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kommissjoni tat-30 ta' Lulju 2014 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rigward il-Linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-miżuri li jorbtu l-effettività tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment ma' governanza ekonomika soda skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (COM(2014)0494), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Settembru 2011 (14) u tas-16 ta' Jannar 2014 (15) dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Persuni Mingħajr Dar, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-13 ta' Novembru 2013 bit-titolu “Suq Uniku għat-tkabbir u l-impjiegi: analiżi tal-progress li sar u tal-ostakli li għad fadal fl-Istati Membri — Kontribut għall-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2014” (COM(2013)0785), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2014 bit-titolu “Is-Semestru Ewropew 2014: Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi — Nibnu t-Tkabbir” (COM(2014)0400), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0019/2014), |
|
A. |
billi s-sostenibilità fiskali u l-konformità intelliġenti mal-qafas ta' sorveljanza fiskali u makroekonomika tal-UE huma essenzjali għall-funzjonament tajjeb tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (EMU); |
|
B. |
billi jeħtieġ li jkun hemm koordinazzjoni msaħħa bejn il-politiki makroekonomiċi u baġitarji tal-Istati Membri u politika komprensiva mmexxija mill-Kummissjoni għaż-żona tal-euro sabiex tinkiseb EMU ġenwina; |
|
C. |
billi s-Semestru Ewropew għandu rwol essenzjali fil-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u baġitarji fl-Istati Membri; |
|
D. |
billi ż-żieda fil-qgħad ġenerali, u b' mod partikolari fil-qgħad fost iż-żgħażagħ, għadha theddida kbira għall-konverġenza u l-istabbiltà ekonomika u soċjali fl-UE; |
|
E. |
billi l-qgħad fost iż-żgħażagħ għandu jiġi indirizzat b'mod proattiv, biex b'hekk jissaħħaħ u jiġi estiż il-qafas attwali ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli f'dan il-qasam; |
|
F. |
billi, fil-kuntest ta' persistenza ta' livelli għoljin tad-dejn u l-qgħad, tkabbir nominali baxx tal-PDG u tal-inflazzjoni li hi ferm aktar 'l isfel mil-livell prestabbilit, u l-għadd kbir ta' persuni f' riskju ta' faqar, kif ukoll l-isfidi ta' soċjetà li qed tixjiħ u l-appoġġ għall-ħolqien tax-xogħol, partikolarment għaż-żgħażagħ, il-konsolidazzjoni fiskali għandha tkompli f'ambjent li jiffavorixxi t-tkabbir u b'manjiera differenzjata; |
|
G. |
billi l-ispirtu tas-Semestru Ewropew jimplika impenn lejn is-solidarjetà ekonomika bejn l-Istati Membri u billi dawn għandhom responsabilità proporzjonanta mal-kontributi rispettivi tagħhom lejn il-prestazzjoni ekonomika globali tal-Unjoni; |
|
H. |
billi l-prijoritajiet għas-Semestru Ewropew ta' din is-sena ġew stabbiliti mill-Kunsill Ewropew f'Marzu, u reġgħu ġew ikkonfermati f'Ġunju; billi l-enfażi hija fuq il-politiki li jsaħħu l-kompetittività, jappoġġaw il-ħolqien tal-impjiegi u l-ġlieda kontra l-qgħad, u fuq is-segwitu għar-riformi biex jitjieb il-finanzjament tal-ekonomija u l-funzjonament tas-swieq tax-xogħol; |
|
I. |
billi l-istrateġija Ewropa 2020 hija wieħed mill-elementi tar-reazzjoni tal-UE għall-kriżi ekonomika globali u l-isfidi futuri u billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-objettivi tal-Istrateġija UE 2020 mhumiex se jintlaħqu; |
|
J. |
billi l-kriżi finanzjarja globali u l-kriżi bankarja u tad-dejn fl-UE xekklu b' mod sinifikanti l-aċċess min-naħa tal-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) għar-riżorsi finanzjarji; |
|
K. |
billi l-Parlament Ewropew talab bosta drabi li jissaħħaħ il-qafas ta' governanza; |
|
L. |
billi s-suq uniku, b'mod partikolari fejn jidħlu s-servizzi, mhuwiex kompletament operattiv; |
|
M. |
billi, wara sitt snin ta' kriżi ekonomika u rati negattivi ta' tkabbir, l-irkupru ekonomiku qiegħed jitjieb bil-mod il-mod u huwa mistenni li jinfirex mal-Istati Membri kollha sal-2015; billi l-previżjonijiet tal-Kummissjoni għall-irkupru ekonomiku għadhom fraġli u jridu jitkomplew ir-riformi sabiex jiġu ssodisfati t-talbiet soċjali u tal-impjieg taċ-ċittadini u jinġiebu lura l-produttività u l-kompetittività; billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi li s-sitwazzjoni soċjali f'ħafna partijiet tal-UE hija batuta, li l-qgħad laħaq livelli massimi bħal qatt qabel u li d-diverġenzi fost ir-reġjuni u l-Istati Membri qed jiżdiedu; billi jekk jittieħdu miżuri li jittrattaw din is-sitwazzjoni soċjali u ta' impjieg jiġu ffaċilitati l-kompetittività u l-prospetti ta' tkabbir; |
|
N. |
billi, minkejja tnaqqis baxx, ir-rati tal-qgħad u r-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-UE għadhom inkredibilment allarmanti (25,005 miljun persuna mingħajr impjieg fl-UE-28 f'Ġunju 2014 u 5,06 miljun żagħżugħ/a mingħajr impjieg fl-UE-28 f'Lulju 2014); billi, barra minn hekk, id-differenzi bejn ir-rati ta' qgħad inġenerali u fost iż-żgħażagħ tal-Istati Membri (5 % qgħad fl-Awstrija, meta mqabbla ma' 27,3 % fil-Greċja; rata ta' qgħad ta' 9,3 % fost iż-żgħażagħ fl-Awstrija, meta mqabbla ma' 53,8 % fi Spanja) jirrappreżentaw riskju kbir kemm għall-istabilità ekonomika tal-UE kif ukoll għall-koeżjoni soċjali Ewropea; |
|
O. |
billi l-Kummissjoni tindika r-rwol li għandhom l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp biex jiġġeneraw valur miżjud, u għall-fatt li n-nuqqas dejjem jiżdied ta' tqabbil fil-ħiliet qed jaffettwa partikolarment lis-setturi li huma bbażati fuq l-għarfien; |
|
P. |
billi l-frammentazzjoni tas-suq tax-xogħol issa hija waħda mill-kawżi ewlenin ta' inugwaljanza bejn l-Istati Membri u bejn setturi differenti; billi dan huwa muri bid-diverġenzi fl-aċċess għall-impjieg (inklużi ostakli kbar biex wieħed jidħol f'impjieg) u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-livelli ta' paga, li xi kultant huma insuffiċjenti biex jiggarantixxu standards ta' għajxien deċenti, u bil-polarizzazzjoni dejjem tiżdied bejn l-impjiegi li jeħtieġu livell ta' speċjalizzazzjoni baxxa u dawk b'livell ta' speċjalizzazzjoni għolja, li tista' timpedixxi l-moviment fis-suq tax-xogħol; billi r-riformi għadhom neċessarji sabiex tintemm tali frammentazzjoni; |
|
Q. |
billi l-iffissar ta' pagi minimi hija kompetenza tal-Istati Membri; |
|
R. |
billi l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, id-diskriminazzjoni, u s-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol toffri lill-ħaddiema protezzjoni mill-isfruttament u d-diskriminazzjoni, u tgħin ukoll tiffaċilita l-inkorporazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' gruppi bħal dawk tan-nisa u ta' persuni b'diżabilità; billi l-kost tal-inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard fuq il-post tax-xogħol huwa stmat li jikkostitwixxi bejn 2,6 % u 3,8 % tal-PDG, filwaqt li huwa stmat li għal kull euro li jintefaq fuq l-implimentazzjoni ta' standards tas-saħħa u tas-sikurezza, il-kumpaniji għandhom redditu ta' EUR 2.2; |
|
S. |
billi l-kriżi ekonomika u finanzjarja enfasizzat il-fraġilità tal-finanzi pubbliċi f'uħud mill-Istati Membri; |
|
T. |
billi biex tiġi ttrattata l-kriżi, ċerti Stati Membri naqqsu sew il-finanzi pubbliċi tagħhom fl-istess żmien li żdiedet id-domanda għall-protezzjoni soċjali minħabba ż-żieda fil-qgħad; billi l-allokazzjonijiet tal-baġits nazzjonali għall-kopertura tas-sigurtà soċjali kienu taħt pressjoni akbar billi l-kontribuzzjonijiet naqsu wara t-telf ta’ impjieg li laqat lil diversi persuni jew it-tnaqqis fil-pagi; |
|
U. |
billi l-Kummissjoni iddikjarat fil-komunikazzjoni tagħha tat-2 ta' Ġunju 2014 (COM(2014)0400): 'L-effetti tal-kriżi u tal-miżuri ta' politika fuq is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali għandhom impatt fuq il-livelli ta' inugwaljanza. In-natura strutturali ta' ċerti forom ta' qgħad, limitazzjonijiet ta' aċċess għall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, ċerti riformi tal-benefiċċji tat-taxxa jistgħu kollha jitfgħu piż sproporzjonat fuq il-partijiet tas-soċjetà li huma l-iktar vulnerabbli.'; |
|
V. |
billi l-Artikolu 9 tat-TFUE jipprevedi li 'Fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tieħu kont tal-ħtiġijiet marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjieg, mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll ma' livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem", u billi huwa importanti li din il-klawżola orizzontali tiġi implimentata b'mod suffiċjenti fl-oqsma kollha ta' politika sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Artikolu 3 tat-TUE; billi l-Artikolu 174 tat-TFUE jippreskrivi li: “Sabiex tippromwovi l-iżvilupp armonjuż tagħha inġenerali, l-Unjoni għandha tiżviluppa u tfittex li twettaq l-azzjonijiet tagħha li jwasslu sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fi ħdanha. […] għandha tingħata attenzjoni partikolari lil żoni rurali, lil żoni milquta minn transizzjoni industrijali, u lil reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti bħal pereżempju r-reġjuni tat-tramuntana mbiegħda b'densità ta' popolazzjoni baxxa ħafna, u reġjuni insulari, reġjuni transkonfinali u reġjuni muntanjużi.”; |
|
W. |
billi 7,5 miljun ruħ biss — 3,1 % tal-forza tax-xogħol tal-UE — huma attwalment impjegati fi Stat Membru ieħor, u billi ż-żgħażagħ huma l-aktar grupp li x'aktarx ikun mobbli; |
|
X. |
billi, minħabba l-kriżi, l-SMEs u l-intrapriżi mikro qed iħabbtu wiċċhom ma' spejjeż għoljin ħafna sabiex ikollhom aċċess għall-finanzjament u qed isibuha diffiċli jagħmlu dan, b'hekk dan qed jostakola l-abilità tagħhom li jikbru u li joħolqu l-impjiegi; billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom konsegwentement bżonn li jappoġġaw l-iżvilupp tal-SMEs, bil-għan li jinħolqu tkabbir ekonomiku intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u impjiegi ta' kwalità fl-UE bi qbil mal-miri tal-Ewropa 2020; |
|
1. |
Jinnota l-analiżi li l-irkupru ekonomiku fl-UE wera sinjali inkoraġġanti fis-sentejn preċedenti u jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis fir-ritmu ta' tkabbir fl-ewwel tliet xhur tal-2014 f'kuntest fejn il-livell żero ntlaħaq u r-rati baxxi ħafna ta' inflazzjoni huma ġġeneralizzati; itenni, madankollu, li dan l-irkupru għadu fraġli ferm u irregolari, u jeħtieġ li jiġi sostnut sabiex iwassal għal aktar tkabbir u impjiegi fuq perjodu ta' żmien medju; |
|
2. |
Jenfasizza li teħtieġ b'mod urġenti inizjattiva ambizzjuża li tagħti spinta lill-investiment fl-UE kollha biex jerġa' jibda u jkun sostnut l-irkupru ekonomiku; jistieden lill-Kummissjoni biex tvara b'urġenza programm Ewropew ta' investiment ta' EUR 300 biljun kif prospost minn Jean-Claude Juncker biex jikkontribwixxi għall-irkupru tat-tkabbir Ewropew fuq terminu qasir; |
|
3. |
Jinnota li l-objettivi l-aktar importanti tal-politika ekonomika huma li tiġi stabbilita mill-ġdid il-kompetittività tal-Istati Membri u jitnaqqas il-qgħad; |
|
4. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-isfidi tas-sitwazzjoni ekonomika attwali — ikkaratterizzata minn PDG fjakk, li jinsab stabbli fiż-żona tal-euro u li żdied b'0,2 % fl-UE-28 matul it-tieni kwart tal-2014, inflazzjoni partikolarment baxxa li f'Awwissu 2014 niżlet sa 0,3 %, l-aktar livell baxx minn Novembru 2009 u livell inaċċettabbli ta' qgħad, 11,5 % fiż-żona tal-euro u 10,2 % fl-UE-28 f'Lulju 2014 — għandhom jiġu indirizzati b'mod urġenti; |
|
5. |
Iħeġġeġ mill-ġdid lill-Kummissjoni tiżgura rakkomandazzjonijiet konkreti lill-Istati Membri u l-UE kollha kemm hi, fosthom dawk li jinsabu fi programmi ta' aġġustament ekonomiku, sabiex ma jindirizzawx biss il-konsolidazzjoni fiskali iżda anke r-riformi strutturali li jwasslu għal tkabbir reali, sostenibbli u soċjalment bilanċjat, impjiegi, kompetittività msaħħa u żieda fil-konverġenza; |
|
6. |
Jinnota r-riformi strutturali estensivi implimentati mill-Istati Membri taħt il-programmi ta' aġġustament makroekonomiku; jiddispjaċih li wħud mill-Istati Membri fil-bqija taż-żona tal-euro huma nieqsa mill-ambizzjoni fl-immodernizzar tal-ekonomiji tagħhom, u din hija waħda mir-raġunijiet tal-prospetti baxxi ta' tkabbir sostenibbli fuq perjodu ta' żmien medju u fit-tul; |
|
7. |
Jiddispjaċih dwar il-fatt li ż-żona tal-euro u l-UE jafu jaqgħu iktar lura minn reġjuni oħrajn f'termini ta' opportunitajiet u prospetti ekonomiċi, u b'hekk l-UE tiġbed inqas investiment kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra l-UE; |
|
8. |
Jenfasizza li l-kriżi finanzjarja, il-kriżi tad-dejn sovran u tal-kompetittività ma jistgħux ikunu solvuti biss permezz ta' politika monetarja laxka; Jenfasizza għalhekk l-importanza li jitkompla l-proċess ta’ riformi strutturali profondi, ibbilanċjati u soċjalment sostenibbli sabiex jinkisbu r-riżultati ta' tkabbir u impjiegi; itenni, f'dan ir-rigward, il-fatt li l-UE ma tistax tikkompeti fuq il-kostijiet biss, iżda jeħtieġ li tinvesti ferm aktar fir-riċerka u l-iżvilupp, l-iżvilupp industrijali, l-edukazzjoni u l-ħiliet, u l-effiċjenza fir-riżorsi, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak nazzjonali; ifakkar li l-għan proprju tar-riformi strutturali u t-tnaqqis fil-livell tad-dejn pubbliku u privat għandu jkun li tkun tista' ssir enfasi fuq il-politiki li jiffavorixxu t-tkabbir sostenibbli u fl-aħħar mill-aħħar jiġu pprovduti impjiegi u jiġi miġġieled il-faqar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jisfruttaw aktar bis-sħiħ il-potenzjal ta' banek promozzjonali biex tiġi stimolata l-ekonomija fl-Unjoni Ewropea; |
|
9. |
Ifakkar li l-prijoritajiet u l-miri tal-Istrateġija UE 2020, bħall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, għadhom validi u għandhom jiġu implimentati; |
|
10. |
Jenfasizza, għal darb' oħra, il-fatt li d-dejn eċċessiv f'bosta Stati Membri fiż-żona tal-euro mhux biss huwa ostaklu għat-tkabbir iżda jpoġġi wkoll piż kbir fuq il-ġenerazzjonijiet futuri; għadu preokkupat dwar in-nuqqas ta’ progress fit-tnaqqis tal-livelli eċċessivi tad-dejn privat; |
|
11. |
Itenni, għalhekk, il-fatt li l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni b'mod partikolari meta jkunu qed ifasslu riformi u politiki ekonomiċi fir-rigward tal-impatt fuq din il-ġenerazzjoni u fuq il-ġenerazzjonijiet futuri, inklużi l-bżonnijiet tagħhom għal kundizzjonijiet tal-ħajja tajbin u opportunitajiet ta' impjiegi; il-futur tas-soċjetajiet tagħna ma għandux jintrema mar-riħ minħabba nuqqas ta' teħid ta' deċiżjonijiet u żbalji politiċi fil-preżent; |
|
12. |
Jilqa' l-fatt li Jean-Claude Juncker fil-linji gwida politiċi tiegħu għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss ħabbar l-impenn tiegħu biex isaħħaħ l-investiment Ewropew bi EUR 300 biljun; |
|
13. |
Jenfasizza l-fatt li l-EMU tinsab ’il bogħod milli tkun kompleta, u jfakkar lill-Kummissjoni dwar l-obbligi u l-impenji tagħha li tikkunsidra l-iżbilanċi makroekonomiċi fi ħdan l-UE u partikolarment fiż-żona tal-euro sabiex ittejjeb il-koordinazzjoni ekonomika u baġitarja u ssaħħaħ il-kompetittività fl-UE; jilqa', f'dan ir-rigward, l-impenn mill-President elett li jmiss tal-Kummissjoni li jaħdem fuq il-pjan direzzjonali stipulat fir-rapport tal-5 ta' Diċembru 2012 bl-isem “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina”; |
|
14. |
Jistieden għal darb' oħra lill-Kummissjoni tressaq proposti biex l-EMU tiġi kkompletata mingħajr dewmien f'konformità mal-linji gwida kollha fil-pjan ta' azzjoni tagħha dwar EMU profonda u ġenwina; jinnota li l-ikkompletar tal-EMU għandu jkun ibbażat fuq il-metodu Komunitarju; Itenni t-talba tiegħu li jiġi adottat att legali dwar 'linji gwida ta' konverġenza' skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, li jistabbilixxi, għal perjodu stabbilit, numru limitat ħafna ta' miri għall-miżuri ta' riforma l-aktar urġenti u jtenni wkoll it-talba tiegħu biex l-Istati Membri jiżguraw li l-programmi nazzjonali ta' riforma jiġu stabbiliti abbażi tal-linji gwida ta' konverġenza msemmija hawn fuq u jiġu vverifikati mill-Kummissjoni; jistieden lill-Istati Membri jikkommettu ruħhom biex jimplimentaw bis-sħiħ il-programmi nazzjonali ta' riforma tagħhom; jissuġġerixxi li, fuq din il-bażi, l-Istati Membri jkunu jistgħu jidħlu fi 'sħubija ta' konverġenza' mal-istituzzjonijiet tal-UE, bil-possibilità ta' finanzjament kundizzjonali għall-attivitajiet ta' riforma; itenni li tali kooperazzjoni ekonomika aktar b’saħħitha għandha timxi id f’id ma' mekkaniżmu finanzjarju bbażat fuq l-inċentivi; iqis li kull finanzjament jew strument addizzjonali, bħall-mekkaniżmu ta’ solidarjetà, għandu jkun parti integrali mill-baġit tal-UE, iżda barra mill-pakkett miftiehem tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP); |
|
15. |
Jistieden, b'rabta ma' dan, lill-Kummissjoni futura biex tressaq proposta dwar rappreżentanza esterna unika taż-żona tal-euro abbażi tal-Artikolu 138 TFUE bil-għan li jkun hemm żona tal-euro effiċjenti li jkollha pożizzjoni komuni dwar kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-firxa ta' kompetenzi ta' din ir-rappreżentanza; ifakkar li l-President il-ġdid tal-Kummissjoni wiegħed li “l-EMU u l-euro jkunu rappreżentati minn presidenza waħda, post wieħed, vuċi waħda fl-istituzzjonijiet ta' Bretton Woods” fid-diskors tiegħu eżatt qabel ma ġie elett mill-Parlament Ewropew it-Tlieta, 15 ta' Lulju 2014; |
|
16. |
Jistieden, b'rabta ma' dan, lill-Kummissjoni futura biex tressaq proposta dwar rappreżentanza esterna unika taż-żona tal-euro abbażi tal-Artikolu 138 TFUE u kif ukoll biex tippreżenta r-rapport kommess fit-“two pack” u l-pjan direzzjonali “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina” dwar il-possibilitajiet offerti mill-qafas fiskali eżistenti tal-Unjoni biex il-ħtiġijiet tal-investimenti pubbliċi jiġu bbilanċjati mal-objettivi tad-dixxiplina fiskali; |
|
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-proċess tas-Semestru Ewropew inter alia billi tiżgura li jiġu allokati ħin u riżorsi suffiċjenti għat-tfassil u s-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet, b'hekk ir-rakkomandazzjonijiet ikunu kemm jista' jkun relevanti għat-tfassil tal-politika ekonomika fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti dwar il-modi li bihom ir-rakkomandazzjonijiet tas-Semestru Ewropew jistgħu jsiru aktar vinkolanti; jenfasizza l-importanza li l-Parlament Ewropew jiġi involut fi stadju bikri u sal-punt massimu possibbli, sabiex, meta jitqies ir-rwol dejjem aktar sinifikanti u vinkolanti tal-Parlament, jiġi evitat li jinħoloq defiċit ta' leġittimità fil-proċess ta' formazzjoni tal-opinjoni politika; |
|
18. |
Jemmen li s-sjieda tas-CSR mill-parlamenti nazzjonali jeħtieġ li tissaħħaħ; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi l-possibbiltà li s-CSRs jiġu ppreżentati fil-parlamenti nazzjonali qabel l-adozzjoni tagħhom mill-Kunsill; |
|
19. |
Jinnota l-pakkett 2014 ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż mill-Kummissjoni; jinnota l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li nkiseb xi progress fis-sostenn tal-konsolidazzjoni fiskali u r-riforma strutturali, b'mod partikolari fl-immodernizzar tas-swieq tax-xogħol u fis-sistemi tal-pensjoni u tal-kura tas-saħħa; |
|
20. |
Jinnota f'dan il-kuntest, l-approvazzjoni min-naħa tal-Kunsill Ewropew tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u r-rakkomandazzjonijiet mill-Kunsill, speċjalment ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar iż-żona tal-euro; |
|
21. |
Jirrimarka li kundizzjoni neċessarja għas-suċċess ta' programmi ta' assistenza finanzjarja hija kombinazzjoni ta' solidarjetà u kundizzjonalità, sjieda b'saħħitha u impenn favur ir-riforma; ifakkar lill-Kummissjoni biex tallinja bis-sħiħ l-obbligi legali li jirriżultaw mit-“two-pack” (Regolament (UE) Nru 472/2013) mal-programmi attwali ta' aġġustament; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkorporaw l-assistenza finanzjarja u s-sistema ad hoc tat-Trojka fi struttura legali mtejba li tkun konformi mal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE u mal-liġi Komunitarja, biex b'hekk tiġi garantita r-responsabbiltà demokratika; jinnota d-dokument ta' segwitu tal-Kummissjoni għar-rapport tal-PE dwar it-Trojka; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-konklużjonijiet tar-rapporti tat-Trojka tal-Parlament Ewropew; |
|
22. |
Jappoġġa l-objettiv li jkun hemm enfasi fuq il-politiki li jsaħħu l-kompetittività, jappoġġaw l-investiment u l-ħolqien tal-impjiegi, jissieltu l-qgħad u jtejbu l-funzjonament tas-suq tax-xogħol, partikolarment fis-setturi b'potenzjal għoli ta' tkabbir; jemmen li l-Istati Membri għandhom informazzjoni importanti ferm x'jikkondividu fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ; jenfasizza li l-mudell ta' taħriġ fuq żewġ binarji ta prova ta' valur partikolari fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ; |
|
23. |
Jenfasizza li l-politika ta' koeżjoni tippreżenta qafas ta' investiment prominenti biex tkun indirizzata l-ispiża favur it-tkabbir, inklużi investimenti fl-innovazzjoni u r-riċerka, l-aġenda diġitali, l-ispiża biex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-SMEs għall-finanzi, l-investimenti fis-sostenibilità ambjentali, f'konnessjonijiet tat-Trasport Trans-Ewropew ta' prijorità, kif ukoll fl-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali; |
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex twaqqaf mekkaniżmu komprensiv li jħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-atturi nazzjonali kollha responsabbli mill-qasam tal-qgħad fost iż-żgħażagħ; itenni l-fatt li għalkemm soluzzjoni waħda li tkun tajba għal kulħadd ma tistax tiġi implimentata, ċerti Stati Membri indirizzaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ b'mod aktar effettiv minn oħrajn; |
|
25. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-Istrateġija Ewropa 2020 titqies bis-sħiħ fl-implimentazzjoni tas-Semestru Ewropew; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel anki l-governanza tas-Suq Uniku prijorità ewlenija, minħabba li tagħti kontribut sostanzjali għall-ilħuq tal-miri tas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari t-tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-impjiegi; |
|
26. |
Ifakkar, madankollu, li mill-esperjenza, ir-rata ta' implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż min-naħa tal-Istati Membri hija baxxa ħafna; jemmen li hemm inkonsistenza bejn l-impenn Ewropew u l-implimentazzjoni nazzjonali tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż min-naħa tal-Istati Membri; jenfasizza l-importanza tas-“sjieda nazzjonali” mill-gvernijiet relevanti tal-impenji nazzjonali fil-livell tal-UE; jinnota li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom jiġu fformulati b'mod li jipprovdu spazju ta' politika għall-Istati Membri biex jitfasslu l-miżuri u r-riformi speċifiċi meħtieġa sabiex ikunu indirizzati tali rakkomandazzjonijiet; |
|
27. |
Jitlob b'mod partikolari lill-Kummissjoni biex tesplora l-iżvilupp ta' punti ta' riferiment komuni mmotivati mir-riżultati biex jitkejlu u jitqabblu r-riformi strutturali fil-qafas ta' kwalunkwe proposta li jmiss, li tfittex li ssaħħaħ il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika fl-EMU; |
|
28. |
Jinsab imħasseb li, skont il-Kummissjoni, 10 % biss tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għall-2013 ġew implimentati b'mod sħiħ; jinnota, barra minn hekk, li f'45 % tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż kien hemm progress limitat jew ma kien hemm l-ebda progress; |
|
29. |
Jenfasizza l-fatt li sistema xierqa, demokratikament responsabbli għas-Semestru Ewropew kif ukoll l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż huma kundizzjoni importanti biex tinkiseb konverġenza ekonomika fl-EMU, li hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tagħha, u tippermetti stabilità finanzjarja u ekonomika u livell għoli ta' kompetittività għall-ekonomija Ewropea li jwassal għat-tkabbir u l-impjiegi; jistenna li l-gvernijiet tal-Istati Membri jiddefendu u jimplimentaw attivament fil-livell nazzjonali d-deċiżjonijiet dwar ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li ġew adottati mill-Istati Membri kollha fil-Kunsill (“sjieda nazzjonali”); |
|
30. |
Jenfasizza l-fatt li għadd ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż huma bbażati fuq atti legali tal-UE u li n-nuqqas ta' azzjoni fuq atti legali jista' jirriżulta fi proċeduri legali; ifakkar lill-Istati Membri biex iħarsu l-obbligi legali tagħhom skont id-dritt tal-UE; jemmen li l-Kummissjoni, fil-qari tagħha tat-tabella ta’ valutazzjoni, għandha tikkunsidra b'mod effiċjenti l-fatt li ż-żona tal-euro u l-Istati Membri inklużi fiha huma ekonomiji interdipendenti u miftuħa; |
|
31. |
Jitlob lill-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, biex tagħmel użu sħiħ mill-miżuri kollha pprovduti fid-dritt tal-UE biex tappoġġa politika ekonomika msaħħa, il-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tas-CSR sabiex l-Istati Membri kollha jadottaw, fil-limitu ta' żmien meħtieġ, politiki ekonomiċi u finanzjarji mfassla għas-sitwazzjoni tagħhom; |
|
32. |
Jinnota numru dejjem jikber ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż indirizzati fil-livell reġjonali; jenfasizza l-ħtieġa li jsir użu sħiħ tal-programmi tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, speċjalment fejn jistgħu jintużaw bħala miżuri kumplimentari għal riformi strutturali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu t-twaqqif korrett ta' prijoritajiet biex tissaħħaħ il-kwalità tal-infiq; |
|
33. |
Jesiġi li l-Kummissjoni tirrapporta kull tliet xhur fil-kumitat kompetenti tal-Parlament dwar il-miżuri meħuda biex jiġi żgurat progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u dwar il-progress miksub sa dak iż-żmien; jistieden lill-Istati Membri biex jispjegaw ir-raġunijiet tan-nonkonformità mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fil-kumitat kompetenti tal-Parlament; |
|
34. |
Jistieden lill-President tal-Grupp tal-euro biex jimmonitorja b’mod effettiv l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż min-naħa tal-Istati Membri, u biex jirrapporta dwar il-progress miksub bħala parti mill-valutazzjoni mill-Grupp tal-euro tal-abbozz tal-pjanijiet baġitarji 2015, li għandu jiġi ppreżentat sa nofs Ottubru 2014 mill-Istati Membri kkonċernati; |
|
35. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni lid-dimensjoni tal-ġeneru fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma bħall-integrazzjoni tan-nisa fil-forza tax-xogħol, id-differenzi fil-pagi u l-pensjonijiet bejn is-sessi, it-titjib tas-servizzi tal-kura tat-tfal u l-arranġamenti flessibbli fil-ħinijiet tax-xogħol; |
|
36. |
Jemmen li, fir-rigward tas-Semestru Ewropew li ġej, għandha tiġi segwita strateġija bbilanċjata fuq tul ta' żmien twil għall-konsolidazzjoni fiskali li tiffavorixxi t-tkabbir u l-investiment sabiex titjieb is-sostenibilità fiskali; jenfasizza, madankollu, il-fatt li għandu jkun hemm enfasi speċjali fuq il-politiki u r-riformi li jżidu t-tkabbir, speċjalment minn dawk l-Istati Membri li għandhom spazju fiskali biex jinvestu sabiex jitħeġġeġ it-tkabbir u jiġi ffaċilitat il-bilanċ mill-ġdid fiż-żona tal-euro; jinnota li l-qafas legali eżistenti, dment li r-riformi jkunu nbdew, jippermetti li l-Istati Membri jkollhom livell ta' flessibilità, u jħeġġeġ li din il-flessibilità għandha tiġi sfruttata; |
|
37. |
Jenfasizza li s-sostenibilità fiskali hija prerekwiżit għat-tkabbir fuq terminu twil; |
|
38. |
Iqis li l-prijorità tal-Istati Membri għandha tkun li jimmodernizzaw l-ekonomiji, is-sistemi ta' sigurtà soċjali, is-sistemi tal-pensjoni u l-kura tas-saħħa tagħhom, sabiex jiġi evitat li jitpoġġa piż eċċessiv fuq il-ġenerazzjonijiet futuri; jistieden lill-Istati Membri jqisu l-impatt tar-riformi tagħhom fuq l-ekonomija Ewropea b'mod ġenerali; |
|
39. |
Jemmen li r-riformi strutturali għandhom ikunu mmirati b'mod partikolari lejn it-titjib tal-kapaċità tas-swieq tax-xogħol sabiex iż-żgħażagħ kif ukoll gruppi esklużi oħra jiġu integrati fil-forza tax-xogħol, u għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw opportunitajiet għall-ħaddiema ta' età akbar; huwa tal-fehma li sistema li żżewweġ l-edukazzjoni mat-taħriġ vokazzjonali hija mod partikolarment effikaċi biex jinkiseb dan l-objettiv; jemmen ukoll li r-riforma strutturali għandha tkun immirata kemm lejn sistemi tas-sigurtà soċjali, tal-kura tas-saħħa u tal-pensjoni sostenibbli u ġusti fuq terminu medju u fit-tul, kif ukoll lejn it-tnaqqis tad-dipendenza tal-enerġija biex tiżdied il-kompetittività tal-intrapriżi Ewropej sabiex b'hekk il-ħolqien tal-impjiegi jsir prijorità assoluta; |
|
40. |
Jirrimarka li n-nuqqas ta’ suq intern tax-xogħol li jiffunzjona sew u ta' approċċ sostenibbli b'rabta mal-immigrazzjoni qed ixekkel it-tkabbir fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu suq tax-xogħol komuni u modern u politika moderna u inklużiva dwar l-immigrazzjoni; jenfasizza li t-trattament ġust u ugwali tal-ħaddiema huwa fundamentali biex jinbena suq intern tax-xogħol; |
|
41. |
Josserva li hemm rabta mill-qrib bejn il-politika dwar l-enerġija u t-tkabbir ekonomiku; iħeġġeġ, għalhekk, it-tfassil ta' politika Ewropea ambizzjuża dwar l-enerġija li, biż-żieda fis-sigurtà tal-provvista u bl-innovazzjoni fis-settur tal-enerġija, tista' twassal għal aktar stabbiltà ekonomika u tkabbir; |
|
42. |
Josserva li għadu ma sar l-ebda xogħol bis-serjetà dwar kemm ix-xejriet demografiċi huma responsabbli għat-tnaqqis regolari fit-tkabbir li għaddew minnu l-pajjiżi Ewropej fl-aħħar għoxrin sena; jenfasizza li n-nuqqas ta' suq intern tax-xogħol li jiffunzjona sew jikkomprometti wkoll il-potenzjal tal-Unjoni għat-tkabbir; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu suq tax-xogħol komuni ġenwin u jimmobilizzaw ir-riżorsi kollha tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata politika komuni tal-immigrazzjoni fl-ispirtu tal-proposti magħmula mill-President il-ġdid; |
|
43. |
Jenfasizza, għal darb' oħra, is-sejħa tiegħu lill-Istati Membri biex jissimplifikaw is-sistemi fiskali tagħhom sabiex jerġa' jinħoloq ambjent favorevoli għall-impriżi fl-Istati Membri kollha mingħajr eċċezzjoni, u jtenni t-talba tiegħu għal tnaqqis fit-taxxi fuq ix-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-esperjenzi fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-2012 f'dan il-qasam, biex tieħu azzjoni urġenti u tiżviluppa strateġija komprensiva abbażi ta' miżuri leġiżlattivi konkreti biex tiġġieled il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa; ifakkar lill-Kummissjoni fil-proposti li saru fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament tal-21 ta' Mejju 2013 dwar il-ġlieda kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u r-rifuġji fiskali (16) (Rapport Kleva Kekus) dwar l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa; |
|
44. |
Itenni l-fatt li jeħtieġ li r-riformi strutturali jiġu kkomplementati u artikolati b'investiment aktar fit-tul fl-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni, infrastruttura moderna u l-enerġija sostenibbli biex tissaħħaħ it-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika; jenfasizza li l-investiment fir-riċerka, fl-innovazzjoni, fl-edukazzjoni u fl-infrastruttura huwa prerekwiżit għall-kompetittività, it-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tax-xogħol; jenfasizza r-rwol li l-baġit tal-Unjoni jeħtieġ li jaqdi f'dawn l-oqsma fundamentali ta' interess komuni; |
|
45. |
Jenfasizza l-fatt li l-livelli diġà għoljin ta' dejn pubbliku ma jippermettux żieda sinifikanti fl-infiq, għax inkella l-isforzi ta' riforma u ta' konsolidazzjoni jkunu għalxejn; jirrakkomanda, għalhekk, li l-enfasi tal-infiq tinbidel minn fuq setturi mhux produttivi għal fuq dawk produttivi u orjentati lejn il-futur; jenfasizza l-fatt li fil-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir teżisti flessibilità u għandha tintuża, iżda din titlob primarjament li l-Istati Membri jipproponu riformi kredibbli; |
|
46. |
Jinnota d-diskors tal-President tal-BĊE fis-simposju annwali tal-bank ċentrali f'Jackson Hole fit-22 ta' Awissu 2014; jistieden lil dawk li jfasslu l-politika biex jisiltu l-konklużjonijiet ġusti rigward il-politiki ta' riforma monetarja, baġitarja u strutturali bil-għan li joħolqu t-tkabbir u l-impjiegi; ifakkar il-kummenti bilanċjati fejn iddikkjara li: “l-ebda ammont ta' akkomodazzjoni fiskali jew monetarja, madankollu, ma jista' jikkumpensa għar-riformi strutturali meħtieġa fiż-żona tal-euro” u “strateġija koerenti għat-tnaqqis tal-qgħad għandha tinvolvi kemm il-politiki tad-domanda kif ukoll tal-forniment, fil-livell taż-żona tal-euro u dak nazzjonali; Barra minn hekk l-istrateġija tista' tkun ta' suċċess biss jekk tkun tabilħaqq koerenti”; |
|
47. |
Jemmen li waħda mill-ikbar limitazzjonijiet fuq l-ekonomija tal-UE hija l-livell baxx ta' investiment privat ġlobali u n-nuqqas ta' effett ta' lieva min-naħa tal-investiment pubbliku fil-livell attwali; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga r-raġunijiet wara l-livell dgħajjef tal-investiment privat fl-UE. jenfasizza l-ħtieġa ta' riforma ta' proċeduri ta' falliment finanzjarju u insolvenza sabiex jiġi indirizzat il-piż tad-dejn fil-periferija taż-żona tal-euro; |
|
48. |
Jenfasizza l-fatt li l-investiment huwa importanti, peress li huwa marbut kemm mal-provvista kif ukoll mad-domanda tal-ekonomija u joħloq l-impjiegi, jiġġenera introjtu għall-unitajiet domestiċi, iżid id-dħul mit-taxxa, u jgħin lill-gvernijiet jikkonsolidaw u jagħtu spinta lit-tkabbir; itenni l-ħtieġa li jiġu adottati politiki favur l-investitur, tinqata' l-burokrazija u jitnaqqas il-piż amministrattiv; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea l-ġdida ssaħħaħ l-investiment Ewropew bi EUR 300 biljun kif imħabbar fil-linji gwida politiċi minn Jean-Claude Juncker; |
|
49. |
Jistieden lil-Kummissjoni finalment biex tħares l-impenn tagħha li tikkompleta s-suq uniku, partikolarment fir-rigward tas-servizzi; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iħarsu l-impenji tagħhom b'rabta mal-Istrateġija UE 2020, partikolarment fir-rigward tar-riċerka u l-iżvilupp, l-effiċjenza fir-riżorsi, l-innovazzjoni, l-impjieg, l-edukazzjoni, il-faqar, l-enerġija rinnovabbli, u t-tnaqqis fl-emissjonijiet; għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni biex tintensifika l-azzjonijiet tagħha ħalli tiżgura l-implimentazzjoni u l-infurzar korretti tal-leġiżlazzjoni tal-UE fl-Istati Membri, billi tużab’determinazzjoni s-setgħat kollha tagħha; |
|
50. |
Jinsab imħasseb dwar it-tendenzi protezzjonisti f’ċerti Stati Membri speċjalment fir-rigward tal-moviment liberu tal-persuni; jinnota li t-Trattat jiggarantixxi l-moviment liberu tal-persuni, is-servizzi jew il-kapital, u jfakkar li l-Kummissjoni għandha tissalvagwardja u ssaħħaħ dawn il-libertajiet; |
|
51. |
Jenfasizza l-fatt li nuqqas fl-aċċess għall-finanzi, partikolarment għall-SMEs, joħloq ostaklu enormi għat-tkabbir fl-UE; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-ħidma dwar sorsi alternattivi ta’ finanzjament għall-SMEs filwaqt li tikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Frar 2013 dwar it-titjib tal-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs, b’mod partikolari permezz tal-fondi strutturali, il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment u l-banek ta’ żvilupp pubbliku; jenfasizza l-ħtieġa li jitneħħew saħansitra aktar mill-ostakoli burokratiċi li jiffaċċjaw l-impriżi żgħar u ta' daqs medju u jiġi applikat il-prinċipju ta' proporzjonalità b'mod aktar strett fit-tfassil tal-liġijiet tal-UE fil-futur; |
|
52. |
Jemmen li għandhom jiġu previsti riformi urġenti għal dawk l-istati kollha fejn id-diffikultajiet għall-ħolqien tal-intrapriżi jxekklu t-tkabbir potenzjali u l-ħolqien tal-impjiegi. |
|
53. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex b'urġenza tipproponi miżuri biex jiġi kkompletat is-suq intern għall-kapital sabiex titjieb l-allokazzjoni ta' kapital lin-negozji ħalli l-ekonomija reali tingħata ħajja ġdida; jemmen li hemm bżonn ta' alternattivi ulterjuri għall-finanzjament tal-banek, kemm għal impriżi kbar kif ukoll għal dawk żgħar u ta' daqs medju, b'mod partikolari billi jitjiebu l-kundizzjonijiet għall-finanzjament permezz tas-swieq tal-kapital u ta' sorsi oħra privati bħall-kapital ta' riskju, fondi bejn il-pari jew ta’ ekwità; jitlob attenzjoni partikolari għar-rwol tal-kostijiet ta' kapital biex jinbdew u jitmexxew negozji fl-Istati Membri u biex tkun aġġornata t-tabella ta' valutazzjoni kif xieraq; |
|
54. |
Jenfasizza l-importanza assoluta li titwaqqaf leġiżlazzjoni dwar investimenti fit-tul. |
|
55. |
Jenfasizza l-importanza li l-unjoni bankarja tiġi kkompletata u bil-ħeffa; jinnota li l-approvazzjoni tat-tliet pilastri tal-unjoni bankarja u l-implimentazzjoni tar-regoli l-ġodda għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u kumpaniji ta' assigurazzjoni jistgħu jgħinu biex tiġi ristawrata r-reżiljenza tas-settur finanzjarju Ewropew; jemmen li l-ikkompletar tal-unjoni bankarja għandu jinkiseb permezz ta' unjoni tal-assigurazzjoni u s-swieq; itenni li l-ispiża tal-falliment tal-istituzzjonijiet bankarji għandha titħallas mis-settur bankarju nnifsu; |
|
56. |
Jenfasizza l-fatt li sistema finanzjarja solida, stabbli u diversifikata sew u trasparenti hija kruċjali għat-tkabbir futur; |
|
57. |
Jenfasizza l-fatt li s-Semestru Ewropew m’għandu bl-ebda mod jipperikola l-prerogattivi tal-Parlament Ewropew jew dawk tal-parlamenti nazzjonali u reġjonali; jenfasizza l-fatt li għandu jkun hemm qasma ċara bejn il-kompetenzi fill-livell tal-UE u dawk nazzjonali u li l-Parlament Ewropew huwa s-sede tar-responsabbiltà fil-livell tal-Unjoni, billi l-parlamenti nazzjonali huma s-sede ta' responsabbiltà fil-livell tal-Istati Membri; jenfasizza l-importanza li l-Parlament Ewropew jiġi involut b'mod formali u kif xieraq fi stadju bikri u sal-punt massimu possibbli, sabiex tiżdied il-leġittimità demokratika; |
|
58. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ ir-responsabilità demokratika għall-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fir-rigward ta’ elementi essenzjali tal-operat taż-żona tal-euro, bħall-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà, id-deċiżjonijiet tal-Grupp tal-euro u l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi ta’ assistenza finanzjarja; jistieden lill-Kummissjoni twettaq u tippubblika evalwazzjonijiet ex post tar-rakkomandazzjonijiet u l-parteċipazzjoni tagħha fit-Trojka; |
Il-kontributi settorjali lis-Semestru Ewropew 2014
|
59. |
Jilqa' r-rikonoxximent tal-Kummissjoni li l-konsolidazzjoni fiskali għandha tkompli b'mod li tiffavorixxi l-ambjent u b'mod divrenzjat, biex b'hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu mhux biss jinvestu fit-tkabbir u fil-ħolqien tax-xogħol, iżda wkoll jindirizzaw il-livell ta' dejn għoli, il-qgħad u l-isfidi ta' soċjetà li qed tixjieħ; |
|
60. |
Jenfasizza l-potenzjal għall-impjieg tal-ekonomija ekoloġika li skont l-istimi tal-Kummissjoni tista’, fis-setturi tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli biss, toħloq 5 miljun impjieg sal-2020, bil-kundizzjoni li jiġu stabbiliti politiki ambizzjużi dwar il-klima u l-enerġija; jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw livelli suffiċjenti ta' investiment f'dawn is-setturi u biex jantiċipaw il-ħiliet futuri tal-ħaddiema; jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi l-isfruttament tal-potenzjal tal-impjiegi tal-ekonomija ekoloġika fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2015 (SAT); |
|
61. |
Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni tqis id-diverġenzi bejn l-Istati Membri li jidhru fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma (PNR), iżda jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni speċjali lil dawk ir-reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi permanenti, b'mod partikolari meta jitqiesu l-allokazzjonijiet ta' fondi; |
|
62. |
Jenfasizza li l-politiki soċjali u dwar l-impjiegi m'għandhomx jitqiesu biss mil-lat tal-ispejjeż, iżda għandhom jiġu kkunsidrati wkoll ir-riformi strutturali tas-suq tax-xogħol u l-benefiċċji fuq terminu twil, biex b'hekk jinżammu l-investimenti fis-soċjetà u ċ-ċittadini tagħha bil-għan li jintlaħqu l-miri tal-Ewropa 2020 u jiġu salvagwardati l-futur u l-istabilità tal-Istati Membri u tal-UE kollha kemm hi; |
|
63. |
Jenfasizza li filwaqt li l-pagi huma fattur varjabbli importanti sabiex isolvu l-iżbilanċi makroekonomiċi fiż-żona tal-euro, dawn mhumiex sempliċiment għodda għall-aġġustament ekonomiku, iżda fuq kollox huma d-dħul li l-ħaddiema għandhom bżonn biex jgħixu; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-rakkomandazzjonijiet relatati mal-pagi ma jżidux il-faqar fost min jaħdem jew l-inugwaljanzi fil-pagi fl-Istati Membri, jew ikunu ta' dannu għall-gruppi li għandhom dħul baxx; |
|
64. |
Jinsab imħasseb sew dwar il-fatt li l-UE għadha 'l bogħod milli tilħaq il-miri soċjali u tal-impjieg tal-Ewropa 2020, u li l-mira ta' tnaqqis tal-faqar għadha partikolarment lura meta jitqies li n-numru ta' persuni li jgħixu fil-faqar żdied b'10 miljuni bejn l-2010 u l-2012 minflok ma naqas; jistieden lill-Kummissjoni l-ġdida biex tadotta approċċ konsistenti u titlob li l-Istati Membri jirrapportaw immedjatament dwar il-progress nazzjonali fir-rigward tal-istrateġija Ewropa 2020; jistieden lill-Istati Membri biex jistabbilixxu — fil-PNR — strateġiji nazzjonali definiti sew biex ikun hemm progress fl-istrateġija Ewropa 2020, speċjalment fir-rigward tat-tnaqqis tal-faqar; |
|
65. |
Jilqa' l-użu tat-tabella ta' valutazzjoni soċjali u tal-impjieg il-ġdida min-naħa tal-Kummissjoni għas-CSRs ta' din is-sena, b'mod partikolari r-referenzi għar-rati ta' qgħad inġenerali u ta' qgħad fost iż-żgħażagħ u għal-livelli ta' NEET; jinnota li dawn l-indikaturi huma purament analitiċi; jitlob għall-inklużjoni ta' indikaturi addizzjonali — bħalma huma l-kwalità tax-xogħol, il-livelli ta' faqar fit-tfal, l-aċċess għall-kura tas-saħħa, u persuni mingħajr dar — fit-tabella ta' valutazzjoni; jitlob biex dawn l-indikaturi jkollhom influwenza reali fuq il-proċess sħiħ tas-Semestru Ewropew; |
|
66. |
Jistieden lill-Kummissjoni u l-Kunsill biex ikomplu jtejbu l-indikaturi użati għall-monitoraġġ tad-dimensjoni soċjali, ambjentali u ta’ innovazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 bħala parti mis-Semestru Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli d-dibattitu dwar in-numru u l-iżvilupp ta' indikaturi soċjali u tal-impjieg, minħabba l-fatt li l-aspetti ekonomiċi u soċjali tal-UE huma żewġ naħat tal-istess munita, fejn it-tnejn li huma għandhom rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-UE; |
|
67. |
Itenni t-talba tiegħu għal laqgħa tal-ministri tal-impjieg u l-affarijiet soċjali tal-grupp tal-euro li trid issir qabel is-samits tal-euro, meta jkun meħtieġ, sabiex jiġi żgurat li l-kwistjonijiet soċjali u tal-impjieg jiġu indirizzati b'mod aktar sħiħ fid-diskussjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet taż-żona tal-euro, u bil-għan li jikkontribwixxu għal-laqgħat tal-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern taż-żona tal-euro; jemmen fl-importanza ta' laqgħat konġunti bejn il-Kunsilli EPSCO u ECOFIN, bil-għan li jilħqu pożizzjoni koerenti kull meta jkun meħtieġ; |
|
68. |
Jilqa' r-rikonoxximent tal-Kummissjoni li l-impatt tal-miżuri ta' konsolidazzjoni fiskali — meħuda sabiex jiżguraw mhux biss is-sostenibilità tal-ekonomiji ta' ċerti Stati Membri, iżda s-sostenibilità tal-ekonomija Ewropea kollha — fuq is-sitwazzjoni tax-xogħol u dik soċjali tal-UE kien sever u estensiv; jitlob għal sforzi akbar biex jiġu ssodisfati l-obbligi kollha soċjali u tal-impjieg stipulati fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE; jistieden lill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali biex tevalwa bir-reqqa l-impatt ta' dawn il-miżuri fuq id-drittijiet fundamentali u biex toħroġ rakkomandazzjonijiet fil-każ ta’ ksur tal-Karta; |
|
69. |
Jilqa' l-intenzjoni tal-Presidenza Taljana, kif indikat fil-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew tat-30 ta' Awwissu 2014, biex issir konferenza fil-livell tal-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern dwar l-impjiegi, speċjalment l-impjiegi fost iż-żgħażagħ; |
|
70. |
Jilqa' t-tnaqqis imsemmi hawn fuq fir-rati tal-qgħad f'ċerti Stati Membri; madankollu jfakkar li l-istrateġija Ewropa 2020 tiddikjara preċiżament li ċ-ċifra li trid tingħata attenzjoni hija r-rata tal-impjieg, u jqis li hija ħasra li l-indikaturi tar-rata tal-impjieg attwali ma jirriflettux b'mod preċiż ir-realtà tas-swieq tax-xogħol kollha fl-UE; |
|
71. |
Jinnota li l-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni fuq il-ħtieġa għal riformi strutturali biex ittejjeb il-kundizzjonijiet ta' qafas għat-tkabbir u l-impjiegi, partikolarment fi żminijiet ta' qgħad kbir u li permezz tat-tlestija tas-Suq Uniku jistgħu jiżdiedu ħafna opportunitajiet kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell Ewropew; |
|
72. |
Jistieden lill-Kummissjoni l-ġdida biex tagħmel l-irkupru tal-impjieg prijorità assoluta billi tistabbilixxi strateġija ambizzjuża u olistika għat-tkabbir u l-ħolqien ta' impjieg ta' kwalità, li għandha tinvolvi lill-Kummissarji l-ġodda kollha; huwa tal-opinjoni, għal dan il-għan, li l-Kummissarju għall-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali għandu jfassal pjan li jinvolvi l-oqsma ta' politika kollha u jinkludi l-miżuri konkreti biex jitħeġġeġ l-impjieg ta' kwalità; |
|
73. |
Iqis li l-UE ma tistax tirkupra l-kompetittività tagħha permezz ta' tnaqqis fl-ispejjeż biss, iżda din teħtieġ li tkun akkumpanjata minn żieda fl-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, l-edukazzjoni u l-ħiliet, u permezz ta' effiċjenza akbar fl-użu tar-riżorsi; jitlob li s-swieq tax-xogħol isiru aktar adattabbli u dinamiċi sabiex ikunu kapaċi jaġġustaw għat-tfixkil fis-sitwazzjoni ekonomika mingħajr sensji kollettivi u aġġustament eċċessiv tal-pagi; ifakkar li l-kapaċità tal-akkwist ta' ħafna ħaddiema tal-UE tnaqqret sew, id-dħul tal-familji naqas u d-domanda interna naqset; jemmen li sabiex tinġieb lura l-kompetittività neċessarja tal-ekonomija tagħna, l-UE trid tikkontempla wkoll strateġiji li jiffukaw fuq spejjeż ta' produzzjoni, żviluppi fil-prezzijiet u marġini ta' profitti oħrajn, u fuq politiki transettorjali mmirati biex iżidu l-innovazzjoni, il-produttività u l-eċċellenza; |
|
74. |
Jinsab imħasseb dwar l-inugwaljanzi dejjem jikbru fil-ġid u d-dħul li qed idgħajfu l-kapaċità tal-akkwist, id-domanda interna u l-investiment fl-ekonomija reali; jistieden lill-Istati Membri biex jinkludu miżuri li jfittxu li jnaqqsu dawn l-inugwaljanzi fil-PNR tagħhom bil-għan li jiżdiedu t-tkabbir, l-impjiegi u l-koeżjoni soċjali; |
|
75. |
Jisħaq fuq il-bżonn li jiċċaqlaq il-piż tat-taxxa minn fuq ix-xogħol għal fuq forom oħrajn ta' taxxa sostenibbli sabiex jitħeġġu t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi; |
|
76. |
Jilqa' s-CSRs tal-Kummissjoni fil-qasam tat-tassazzjoni ambjentali u jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet filwaqt li jiġi żgurat li dan jibbenefika b'mod partikolari d-dħul aktar baxx; jenfasizza l-impatt baġitarju pożittiv, tal-impjieg, tal-impatt soċjali u dak ambjentali taċ-ċaqliq tat-tassazzjoni minn fuq ix-xogħol għal fuq tassazzjoni ambjentali u li jitneħħew b'mod gradwali s-sussidji ta' dannu għall-ambjent; |
|
77. |
Jinsab imħasseb li l-frammentazzjoni finanzjarja fiż-żona tal-euro, f'ċerti każijiet, tkun qed tipperikola t-tkabbir u s-sostenibilità tal-SMEs; jitlob li l-kapaċità tas-self tal-ekonomija terġa' tiġi kif kienet, li tippermetti lill-SMEs jinvestu u joħolqu impjiegi, kif ukoll jitlob li jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-SMEs għall-intraprenditorija u għal programmi bħall-COSME u l-programm Orizzont 2020; |
|
78. |
Jistieden lill-Istati Membri jeliminaw piżijiet amministrattivi u burokrazija mhux meħtieġa għall-persuni li jaħdmu għal rashom, għall-mikrointrapriżi u l-SMEs u biex jiffaċilitaw il-kundizzjonijiet għan-negozji ġodda; |
|
79. |
Jistieden lill-Kummissjoni, b'mod urġenti, biex tagħti forma tanġibbli — abbażi tal-Artikolu 9 tat-TFUE — lill-pjan tal-investiment imwiegħed ta' EUR 300 biljun, u jitlob għal valutazzjoni dwar jekk din iċ-ċifra hijiex suffiċjenti biex jinġieb lura l-potenzjal sħiħ tal-UE għat-tkabbir, il-kompetittività u l-ħolqien ta' impjieg ta' kwalità; |
|
80. |
Jilqa' t-talba tal-Kummissjoni, fil-komunikazzjoni umbrella tagħha dwar is-CSR fl-UE kollha, biex ikun hemm aktar investiment fir-R & Ż, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni, il-ħiliet u l-politiki attivi tas-suq tax-xogħol, flimkien mal-enerġija, it-trasport u l-ekonomija diġitali; |
|
81. |
Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex issaħħu l-industrija tal-UE permezz tal-applikazzjoni ta' politika tal-kompetizzjoni aktar flessibbli favur il-kompetittività u l-impjieg, flimkien ma' pjan ta' tranżizzjoni ekoloġiku u diġitali; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tfassal, wara konsultazzjoni mas-sħab soċjali, proposta għal att legali dwar l-għoti ta' informazzjoni u konsultazzjoni lill-ħaddiema, u l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tar-ristrutturazzjoni sabiex jiġi żgurat l-adattament ekonomiku u soċjalment responsabbli għall-bidla mill-industrija tal-UE b'tali mod li jinżammu d-drittijiet tal-ħaddiema mingħajr ma jitqiegħed piż regolatorju eċċessiv fuq kumpaniji, speċjalment l-SMEs; |
|
82. |
Jinsab imħasseb dwar il-fatt li, f’ħafna Stati Membri u setturi, flimkien ma’ telf ta’ impjieg, hemm tnaqqis fil-kwalità tal-impjiegi, żieda fl-ostakoli għall-impjieg u deterjorament fl-istandards tax-xogħol; jenfasizza li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtieġu jagħmlu sforzi dedikati biex itejbu l-kwalità tal-impjiegi sabiex jintrabtu b'mod ġust il-ħiliet mal-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol; jenfasizza li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtieġu jagħmlu sforzi dedikati biex jindirizzaw il-problemi addizzjonali kkawżati minn part-time involontarju u impjieg temporanju involontarju, kuntratti prekarji (bħal kuntratti b'sigħat żero) l-apprendistat bla ħlas, l-impjieg indipendenti fittizju u xogħol mhux iddikjarat; jilqa' għalhekk l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar pjattaforma Ewropea dwar ix-xogħol mhux iddikjarat; itenni s-sejħa tiegħu lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-persuni b'kuntratti prekarji, temporanji jew part-time jew li għandhom impjiegi indipendenti jkollhom sett bażiku ta' drittijiet u protezzjoni soċjali adegwata; |
|
83. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-gwida ta’ politika tagħha tħeġġeġ ir-riformi tas-suq tax-xogħol immirati, fost oħrajn, biex inaqqsu s-segmentazzjoni, jippromwovu t-tranżizzjoni bejn l-impjiegi, itejbu l-inklużjoni ta’ gruppi vulnerabbli fis-suq tax-xogħol, inaqqsu l-faqar fost dawk li jaħdmu, jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, isaħħu d-drittijiet tal-ħaddiema b’kuntratti atipiċi u jipprovdu iżjed protezzjoni soċjali għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom; |
|
84. |
Josserva li, fir-rapport annwali tal-2013 tiegħu dwar is-sitwazzjoni soċjali u tal-impjieg tal-UE, il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza tal-ispiża tal-protezzjoni soċjali bħala salvagwardja kontra r-riskji soċjali; ifakkar fl-importanza ta' stabbilizzaturi awtomatiċi fl-indirizzar tax-xokkijiet asimettriċi, fl-evitar ta' tnaqqis eċċessiv tal-istati soċjali nazzjonali u b'hekk fit-tisħiħ tas-sostenibilità tal-EMU kollha; jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi fis-CSR tagħha l-importanza li jiġu preservati stabilizzaturi awtomatiċi b'saħħithom fl-Istati Membri minħabba r-rwol straordinarju tagħhom biex tinżamm il-koeżjoni soċjali kif ukoll tiġi stimulata d-domanda interna u tkabbir ekonomiku; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tipproduċi Green Paper dwar l-istabbilizzaturi awtomatiċi fiż-żona tal-euro; |
|
85. |
Jinnota l-intenzjoni tal-Presidenza Taljana tal-Kunsill Ewropew, kif indikat fil-programm tagħha, biex jibda d-dibattitu dwar stabilizzaturi awtomatiċi fil-livell tal-UE, b'attenzjoni speċjali għat-twaqqif ta' skema ta' benefiċċji għall-qgħad fiż-żona tal-euro; |
|
86. |
Jisħaq fuq l-importanza ta' politiki tas-suq tax-xogħol attivi u inklużivi bħala għodda strateġika għall-promozzjoni tal-impjieg fil-kuntest attwali; huwa mħasseb ħafna li diversi Stati Membri, minkejja r-rati ta' qgħad li qegħdin jiżdiedu, naqqsu l-allokazzjonijiet baġitarji li jiffinanzjaw politiki tas-suq tax-xogħol attivi u inklużivi; jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-kopertura u l-effikaċja tal-politiki tas-suq tax-xogħol attivi, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali; |
|
87. |
Jilqa' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru 573/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES); jinnota l-proposta ta' Jannar 2014 għal regolament tal-EURES (Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol); jitlob lill-Parlament u l-Kunsill biex jiddeliberaw dwar ir-riforma, b'mod urġenti, sabiex il-EURES isir strument effettiv biex tiżdied il-mobilità tax-xogħol fl-UE, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1296/2013 u bil-għan li titħeġġeġ id-diversità; ifakkar li l-mobilità għandha tibqa’ volontarja u m’għandhiex tillimita l-isforzi biex jinħolqu impjiegi ta' kwalità u postijiet ta’ taħriġ fuq il-post; jenfasizza li informazzjoni professjonali u affidabbli dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien fi Stati Membri oħra hija prerekwiżit għal Żona Ekonomika Ewropea li tiffunzjona tajjeb; |
|
88. |
Jenfasizza n-numru dejjem jikber ta' ħaddiema, partikolarment iż-żgħażagħ, li jitilqu mill-pajjiżi ta' oriġini tagħhom għal Stati Membri oħrajn biex ifittxu opportunitajiet ta' xogħol; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, biex tħeġġeġ il-mobilità transkonfinali tal-ħaddiema sabiex tiġi żgurata l-libertà ta' moviment filwaqt li jkun rispettat il-prinċipju tat-trattament ugwali u jiġu protetti l-pagi u l-istandards soċjali; jistieden lil kull Stat Membru biex jistabbilixxi l-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol li huma konformi mal-istrateġija Ewropa 2020; |
|
89. |
Jinsab imħasseb li l-provvista ta' ħiliet tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u ta' dawk matematiċi (STEM) mhijiex se tissodisfa d-domanda li qed tiżdied minn negozji fis-snin li ġejjin u b'hekk tnaqqas il-kapaċità tal-forza tax-xogħol tal-UE li tadatta u timxi 'l quddiem; jistieden lill-Istati Membri jinvestu fil-modernizzar ta' sistemi edukattivi u ta' taħriġ, inkluż tagħlim tul il-ħajja, partikolarment fi skemi ta' tagħlim doppji u biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol; |
|
90. |
Jemmen li hemm bżonn jitjiebu l-ħiliet tat-tmexxija, tal-ġestjoni u tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ biex negozji ġodda u dawk li għadhom jibdew jieħdu vantaġġ mis-swieq il-ġodda, biex jilħqu l-potenzjal tat-tkabbir tagħhom sabiex iż-żgħażagħ ikunu persuni li jimpjegaw u mhux impjegati biss; |
|
91. |
Jinnota li s-self bankarju għadu l-aktar sors komuni ta’ finanzjament fl-UE; jemmen, madankollu, li hemm benefiċċji reali fil-forom ġodda ta’ finanzjament permezz ta’ skemi innovattivi u rotot mhux bankarji, bħall-finanzjament kollettiv (crowdfunding), l-investituri informali tal-SMEs, is-self bejn il-pari, il-mikroself, l-aġenziji ta' mikrokreditu faċilment aċċessibbli u għodod oħra, li jistgħu jipprovdu investiment vitali għall-impriżi li għadhom jibdew u għall-SMEs biex jikbru u joħolqu l-impjiegi; |
|
92. |
Jilqa' t-tnaqqis fir-rati ta' qgħad fost iż-żgħażagħ, imma jinnota li xorta għadu f'livelli allarmanti: 22 % fl-UE-28 u 23,1 % fiż-żona tal-euro; jenfasizza d-differenzi inkwetanti bejn l-Istati Membri (7,8 % fil-Ġermanja u fil-Greċja (56,3 % f'April tal-2014)); jiddeplora l-fatt li anke l-insigurtà tal-impjiegi u s-sottoimpjieg żdiedu, meta wieħed iqis li anke meta ż-żgħażagħ jirnexxilhom isibu impjieg, uħud minnhom– medja ta’ 43 %, imqabbel ma’ 13 % ta’ ħaddiema adulti — isibu ruħhom jaħdmu f’kundizzjonijiet prekarji jew b’kuntratti part-time involontarji; jesprimi wkoll tħassib dwar il-livell li qed jiżdied ta' żgħażagħ qiegħda u mingħajr dar f'diversi Stati Membri; |
|
93. |
Jilqa' l-fatt li l-Garanziji għaż-Żgħażagħ jissemmew fil-maġġorparti tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż; jistieden lill-Kummissjoni biex timmonitorja mill-qrib l-isfidi li ġew identifikati fir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż tal-2014 dwar il-kwalità tal-offerti, in-nuqqas ta' komunikazzjoni attiva għall-NEETs, il-kapaċità amministrattiva tas-servizzi pubbliċi tal-impjieg u n-nuqqas ta' impenn effikaċi mas-sħab relevanti kollha, filwaqt li fl-istess ħin jiġu identifikati l-aħjar prattiki li jistgħu jservu bħala punt ta' riferiment ħalli jitjiebu l-programmi; jitlob għal aktar trasparenza fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni, u approċċ aktar ambizzjuż rigward l-indirizzar ta' dawk l-Istati Membri li mhumiex juru progress u użu aħjar tal-frontloading; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-Inizjattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ għandha titqies bħala inċentiv għall-Istati Membri kollha biex jużaw il-Fond Soċjali Ewropew ħalli jiffinanzjaw proġetti aktar wiesgħa relatati maż-żgħażagħ, speċjalment dawk li jittrattaw il-faqar u l-inklużjoni soċjali; |
|
94. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi qafas Ewropew li jintroduċi standards minimi għall-implimentazzjoni tal-Garanziji taż-Żgħażagħ — inklużi l-kwalità tal-apprendistati u tal-impjiegi, pagi deċenti għaż-żgħażagħ u aċċess għas-servizzi u d-drittijiet tal-impjieg — u għandu jkopri ż-żgħażagħ bejn l-etajiet ta' 25 u 30 sena; jistieden lill-Istati Membri biex jużaw il-baġit disponibbli b'mod effiċjenti u jimplimentaw il-Garanziji taż-Żgħażagħ mingħajr dewmien; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jagħmlu l-Garanziji taż-Żgħażagħ prijorità minħabba l-fatt li l-allokazzjonijiet tal-baġit huma fl-ewwel sentejn iffinanzjati minn qabel (frontloaded); jitlob biex jiżdied il-baġit disponibbli matul ir-rieżami mwiegħed ta' nofs is-sena tal-qafas finanzjarju pluriennali, billi wieħed iżomm f'moħħu li l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol stmat li s-somma ta' EUR 21 biljun hija neċessarja biex tissolva l-problema tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fiż-żona tal-euro; iqis din iż-żieda bħala investiment neċessarju meta jiġi kkunsidrat it-telf ekonomiku annwali enormi li jirriżulta minn nuqqas ta' azzjoni fost iż-żgħażagħ li jammonta għal EUR 153 biljun, li jikkorrispondi għal 1,2 % tal-PDG tal-UE (Eurofound 2012) (17); |
|
95. |
Jenfasizza l-importanza li wieħed jitfa' enfasi fuq il-ħiliet prattiċi u s-sistema doppja tat-taħriġ vokazzjonali li jagħmel liż-żgħażagħ iktar impjegabbli; |
|
96. |
Jistieden lill-Istati Membri biex itejbu l-kooperazzjoni bejn in-negozji u s-settur edukattiv fil-livelli kollha; |
|
97. |
Jinnota r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Marzu 2014 dwar il-qafas ta' kwalità għat-traineeships bil-għan li tiġi evitata d-diskriminazzjoni kontra l-ħaddiema żgħażagħ u l-isfruttar tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri, bħala parti mis-Semestru Ewropew, biex jinkorporaw dawn ir-rakkomandazzjonijiet fil-PNR u s-CSR; |
|
98. |
Josserva bi tħassib li r-rati ta' qgħad fost in-nisa huwa ogħla mir-rati totali (11,7 % fl-UE-18 u 10,4 % fl-UE-28, meta mqabbla ma' 11,5 % u 10,2 % rispettivament); għalhekk jitlob għal pjanijiet speċifiċi għall-ħolqien ta' impjieg ta' kwalità b'miżuri mmirati għan-nisa; jitlob għall-integrazzjoni tas-sessi fir-rakkomandazzjonijiet, u jinnota li ż-żieda fl-ugwaljanza bejn is-sessi u l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol m'għandhomx jiġu pperikolati minn rakkomandazzjonijiet oħrajn; jitlob għall-istabbiliment ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi bil-għan li titnaqqas id-differenza fil-pagi bejn is-sessi u fil-pensjoni, li mhux biss hija ta' xkiel għall-ekonomija u l-kompetittività imma wkoll sinjal ta' inġustizzja soċjali; |
|
99. |
Jilqa' r-rakkomandazzjonijiet li jindirizzaw il-parteċipazzjoni baxxa tan-nisa fis-suq tax-xogħol; jitlob lill-Kummissjoni tinkludi perspettiva usa' ta' ugwaljanza bejn is-sessi — lil hinn mir-rati tal-impjieg — fis-SAT li jmiss; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jindirizzaw is-segregazzjoni tas-suq tax-xogħol u d-distribuzzjoni inugwali tar-responsabbiltajiet ta' assistenza; jitlob li jkun hemm servizzi pubbliċi ta' kwalità fil-qasam tal-kura tat-tfal u l-persuni dipendenti, li jippermettu lill-persuni li joffru l-kura, speċjalment in-nisa, ir-ritorn lejn l-impjieg, u li jiffaċilitaw il-konċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja privata; |
|
100. |
Jistieden lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-qgħad għoli fost il-gruppi żvantaġġati billi jagħtu prijorità lill-aċċess u l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u lill-mainstreaming tal-politiki ta' aċċess u integrazzjoni, minħabba li x-xogħol huwa s-sigriet għall-integrazzjoni effettiva; |
|
101. |
Jinsab imħasseb li n-nies bla xogħol għal żmien twil u l-ħaddiema anzjani qed jesperjenzaw rati ta' qgħad ogħla u diffikultajiet addizzjonali biex jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu użu sħiħ mill-Fond Soċjali Ewropew biex jgħinu lil dawn il-ħaddiema jerġgħu jidħlu b'suċċess fis-suq tax-xogħol; |
|
102. |
Josserva bi tħassib li, f'ħafna każijiet, l-impjegati ta' 'l fuq minn 40 sena spiss ma jibqgħux jirċievu taħriġ xieraq u edukazzjoni ulterjuri fil-post tax-xogħol; jitlob għalhekk lil min iħaddem, lis-sħab soċjali u lill-gvernijiet nazzjonali biex jimplimentaw kunċetti u miżuri reali ta' tagħlim tul il-ħajja (LLL) b'rabta mas-suq tax-xogħol bil-għan li jinkiseb titjib sinifikanti fil-kwalifika ta' ħaddiema ikbar mill-iktar fis; |
|
103. |
Jilqa' dawk is-CSRs immirati biex iżidu l-adegwatezza u l-kopertura tal-iskemi tad-dħul minimu, ix-xbieki ta' sikurezza u l-protezzjoni soċjali, u n-numru ta' CSRs relatati mal-politiki ta' inklużjoni tas-suq tax-xogħol; huwa tal-opinjoni, madankollu, li t-tkabbir irregolari u fraġli mistenni mill-Kummissjoni fl-2014 u l-2015 mhux se jkun jista' jittratta waħdu l-impatt li kellhom il-kriżi u l-konsegwenzi tagħha fuq il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u fuq l-ilħuq tal-miri Ewropa 2020; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex isegwu mill-qrib ir-rakkomandazzjonijiet, iwettquhom u jipproponu miżuri mmirati speċifiċi fil-PNR tagħhom bil-għan li jiġi ttrattat il-faqar, speċjalment il-persuni mingħajr dar u l-faqar fost it-tfal; |
|
104. |
jitlob lill-Kummissjoni torbot lis-Semestru Ewropew iktar mill-qrib mal-objettivi soċjali tal-Ewropa 2020; huwa tal-opinjoni li l-PNRs għandhom jirrapportaw dwar il-progress tal-miri nazzjonali rigward il-faqar, fejn tidher il-kontribuzzjoni li tkun saret għall-mira ewlenija dwar il-faqar miftiehma b'mod komuni fl-Ewropa 2020; jitlob lill-Kummissjoni toħroġ CSRs dwar il-ġlieda kontra l-faqar lill-Istati Membri kollha fil-ġejjieni; jistieden lill-Istati Membri biex jistabbilixxu miżuri speċifiċi ta' inklużjoni soċjali u kontra d-diskriminazzjoni bil-għan li jiġi miġġieled il-faqar, filwaqt li jkunu mmirati dawk il-gruppi l-iktar f'riskju tal-esklużjoni soċjali; jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw strateġija dwar l-inklużjoni attiva u komprensiva billi jipprovdu dħul minimu u sistema ta' sigurtà soċjali, bi qbil mal-prattiki nazzjonali tagħhom stess, inkluż dispożizzjonijiet stabbiliti bi ftehimiet kollettivi jew leġiżlazzjoni nazzjonali; |
|
105. |
Jistieden lill-Istati Membri biex, fid-dawl tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 u l-10 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri effettivi ta' integrazzjoni tar-Roma fl-Istati Membri, jimplimentaw miżuri fit-tul, immirati u integrati għat-tnaqqis fil-livell ta' marġinalizzazzjoni soċjali u ekonomika tal-komunitajiet Roma, b'mod partikolari permezz tal-adozzjoni ta' miżuri għall-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol, inkluż permezz ta' rabtiet imsaħħa bejn l-assistenza soċjali u l-attivazzjoni, żieda fl-attendenza fl-iskejjel min-naħa tat-tfal Roma u tnaqqis fl-irtirar kmieni mill-iskejjel; |
|
106. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex b'mod immedjat tiffaċċja ż-żieda allarmanti fil-faqar fost it-tfal madwar l-UE permezz tal-introduzzjoni ta' garanzija għat-tfal kontra l-faqar; jemmen li garanzija bħal din hija tal-ikbar importanza sabiex it-tfal li ġew affettwati mill-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u soċjali attwali jiġu protetti; |
|
107. |
Jiddispjaċih għall-fatt li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pensjonijiet kienu saru mingħajr ma tqieset il-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-Green u l-White Papers; jenfasizza li r-riformi tal-pensjoni jeħtieġu koeżjoni politika u soċjali nazzjonali u għandhom jiġu nnegozjati mas-sħab soċjali sabiex ikunu ta' suċċess, u li r-riformi komprensivi neċessarji tas-sistemi tal-pensjoni tal-Istati Membri għandhom jitfasslu, jiġu kkonċeputi u adottati bil-għan li tiġi żgurata s-sostenibilità tagħhom, filwaqt li fl-istess ħin ma jiġux ipperikolati l-livelli ta' pensjoni adegwati u jkunu għal kollox konformi mal-prijoritajiet ekonomiċi u soċjali tal-istrateġija Ewropa 2020; |
|
108. |
Iqis li hija ħasra li vera ftit CSRs jittrattaw il-kwistjoni tal-faqar fost il-ħaddiema jew il-ħaddiema mingħajr dar; jinnota li qed joħorġu forom ġodda ta’ faqar li jmissu l-klassijiet tan-nofs u tal-ħaddiema b'diffikultajiet biex jitħallsu l-ipoteki li jirriżultaw f'żieda fin-numru ta' żgumbramenti u kanċellamenti; jistieden lill-Kummissjoni biex, fis-SAT 2015, tindirizza b'mod ċar il-faqar fost persuni li jaħdmu u l-faqar fost persuni b'rabta limitata jew mingħajr rabta mas-suq tax-xogħol; jirrakkomanda li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jimplimentaw politiki integrati li jiffavorixxu akkomodazzjoni soċjali u għall-but ta' kulħadd, politiki ta' prevenzjoni effettivi mmirati biex inaqqsu n-numru ta’ żgumbramenti, u politiki li jittrattaw il-faqar enerġetiku, li ukoll qed jiżdied; |
|
109. |
Jilqa' l-fatt li ċerti CSRs huma kkonċernati mill-ġlieda kontra l-faqar fit-tfal u b'servizzi għall-kura tat-tfal li wieħed ikun jista' jaffordja, imma jitlob għal aktar politiki mfassla għall-familji bi dħul baxx; jitlob għal aktar rakkomandazzjonijiet dwar l-istrateġiji għall-inklużjoni soċjali, inkluża l-ġlieda kontra forom estremi ta' faqar bħalma huma l-persuni mingħajr djar; |
|
110. |
Jinnota l-appoġġ tal-Kummissjoni għal strateġiji attivi ta' inklużjoni; jemmen, madankollu, li dawn l-istrateġiji għandhom jinkludu miżuri li jintegraw lill-persuni b'diżabilitajiet u ħiliet tax-xogħol imnaqqsa fis-suq tax-xogħol; iħeġġeġ lill-Istati Membri jqisu l-valur miżjud ta' inċentivizzar ta' min iħaddem biex jimpjega lill-persuni l-iktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol permezz tal-iżvilupp ta' taħlita bbilanċjata kif xieraq ta' responsabilitajiet u netwerks ta' appoġġ li jinvolvu lill-protagonisti rilevanti kollha fl-iżvilupp tal-politiki tas-suq tax-xogħol tal-Istati Membri; |
|
111. |
Jitlob, minħabba r-rati għoljin ta' faqar, li ssir evalwazzjoni dwar jekk il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn huwiex iffinanzjat b'mod suffiċjenti, u jekk ma jkunx, li titqies il-possibilità li jiżdied il-finanzjament matul ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali; |
|
112. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li l-Istati Membri għandhom jiffaċċjaw sitwazzjonijiet ta' persuni mingħajr dar permezz ta' strateġiji komprensivi abbażi tal-prevenzjoni, ta' approċċi abbażi tal-akkomodazzjoni, ta' revizjoni ta' regolamenti u prattiki fir-rigward tat-tkeċċija mid-djar u jwaqqfu l-kriminalizzazzjoni tal-persuni mingħajr dar; jitlob għal titjib fir-rigward tal-iskambju transnazzjonali tal-aħjar prattiki u t-tagħlim reċiproku u jirrikonoxxi r-rwol tal-programm Progress f'dan il-kuntest; |
|
113. |
Jilqa' r-rakkomandazzjoni biex ikun hemm investiment fl-edukazzjoni, imma jinsab imħasseb li aktar minn 20 Stat Membru naqqas l-infiq għall-edukazzjoni f'termini relattivi (bħala perċentwali tal-PDG), b'hekk xekklu l-potenzjal tagħhom tat-tkabbir u l-ħolqien ta' impjieg u l-kompetittività tagħhom; jinnota li t-tnaqqis ta’ tali investiment se jżid id-dgħufija strutturali tal-UE, minħabba n-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ħtieġa dejjem tikber għal ħaddiema kwalifikati ħafna u l-fatt li f’bosta Stati Membri proporzjon kbir tal-forza tax-xogħol attwalment huma ħaddiema bi ftit kwalifiki; |
|
114. |
Jinnota r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni biex jiġu riformati s-sistemi tal-kura tas-saħħa sabiex jilħqu l-objettivi tagħhom li jipprovdu aċċess pubbliku universali għall-kura ta' kwalità għolja b'mod kosteffettiv, u biex tiġi żgurata s-sostenibilità finanzjarja tagħhom; |
|
115. |
Itenni s-sejħa tiegħu għal involviment miżjud u strutturat tas-soċjetà ċivili u l-partijiet interessati fil-livell nazzjonali u tal-UE, sabiex jiġu protetti l-leġittimità u titjieb l-effettività tal-proċess tas-Semestru Ewropew; jinsab ħerqan, f'dan ir-rigward, dwar l-involviment ippjanat mill-Kummissjoni tas-sħab soċjali fil-kuntest tal-Kumitat tad-Djalogu Soċjali qabel l-adozzjoni tas-SAT tal-2015; |
|
116. |
Jikkritika l-fatt li mhux l-Istati Membri kollha involvew kemm il-parlament nazzjonali tagħhom kif ukoll is-sħab soċjali nazzjonali u s-soċjetà ċivili tagħhom fl-abbozzar tal-PNR tagħhom; jistieden lill-Istati Membri biex jinkludu ħarsa ġenerali dettaljata fil-PNR tagħhom fejn jiġi spjegat min kien involut, u b'liema mod; jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu nota tal-prattiki nazzjonali differenti fir-rigward tal-proċeduri parlamentari u l-involviment tal-partijiet interessati fis-Semestru Ewropew; |
Politiki baġitarji
|
117. |
Jenfasizza, għal darb'oħra, ir-rwol importanti li għandu l-baġit tal-UE biex jistimula t-tkabbir sostenibbli, jagħti spinta lill-ħolqien tal-impjiegi u jnaqqas l-iżbilanċi makroekonomiċi fl-UE, biex b'hekk jingħata kontribut għat-tnaqqis tad-disparitajiet soċjali; ifakkar, b'mod partikolari, li mingħajr ma jitqies ir-rwol tiegħu bħala katalizzatur għall-investimenti, kważi 60 % tal-baġit tal-UE huwa ddedikat għall-ilħuq tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020; jenfasizza, barra minn hekk, li ħafna programmi tal-2014-2020 fihom strumenti finanzjarji innovattivi b'potenzjal li jiżvolġu rwol fundamentali fis-sostenn tal-investimenti kemm pubbliċi kif ukoll privati fl-Istati Membri, partikolarment fir-rigward tal-investimenti fit-tul li huma rikonoxxuti minn bosta bħala prijorità politika ewlenija; |
|
118. |
Ifakkar il-bżonn, fil-bidu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) il-ġdid, ta' implimentazzjoni rapida u effikaċi tal-programmi l-ġodda kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak tal-Istati Membri, sabiex dawn il-programmi jitħallew jikkontribwixxu għall-proċess tal-irkupru ekonomiku; jappella għal implimentazzjoni partikolarment rapida tal-programmi li jibbenefikaw minn finanzjamenti minn qabel fl-ewwel snin tal-QFP, bħall-programmi Orizzont 2020, COSME, Erasmus+ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; jisħaq fuq il-fatt li tali programmi għandhom effett ta' lieva u rwol sinerġiku u katalitiku fir-rigward tal-politiki nazzjonali fil-qasam tal-investimenti, tat-tkabbir ekonomiku u tal-ħolqien tal-impjiegi; jenfasizza l-bżonn ta' tnedija rapida tal-politika ta' koeżjoni 2014-2020 (f'termini ta' ftehimiet ta' sħubija diġà ffirmati, programmi operattivi maqbula u prefinanzjamenti żborżati); jenfasizza, għal darb'oħra, ir-rwol li tiżvolġi l-politika ta' koeżjoni fl-għoti ta' sostenn lit-tkabbir u lill-ħolqien tal-impjiegi fit-territorju tal-UE kollu kemm hu; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Istati Membri jiggarantixxu li l-finanzjamenti tal-UE jkunu diretti, kull meta jkun possibbli, lejn proġetti li jippromwovu l-ħolqien tal-impjiegi, partikolarment fost iż-żgħażagħ, kif ukoll lejn it-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività; jesprimi t-tħassib kbir tiegħu rigward il-livell bla preċedent ta' impenji pendenti (RAL), li l-maġġor parti tagħhom jinsabu fil-politika ta' koeżjoni, u r-riskju għoli ta' diżimpenji li ċerti Stati Membri qegħdin iħabbtu wiċċhom magħhom f'dawk li huma finanzjamenti mill-perjodu ta' programmazzjoni ta' qabel; |
|
119. |
Jappoġġa kemm il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE kif ukoll l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ bħala mezzi fundamentali fil-ġlieda kontra l-livell drammatikament għoli ta' qgħad fost iż-żgħażagħ; jilqa' pożittivament l-azzjonijiet reċenti li ħadet il-Kummissjoni biex tgħin lill-Istati Membri fil-programmazzjoni fil-pront tal-miżuri ffinanzjati fl-ambitu tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu l-implimentazzjoni korretta, effikaċi u rapida ta' tali programmi; |
|
120. |
Jenfasizza l-fatt li l-promozzjoni tal-impjiegi, tat-tkabbir u tal-kompetittività fl-UE teħtieġ li l-formazzjoni tal-katini tal-valur fl-UE jingħataw spinta u li l-kumpaniji tal-UE, fosthom l-impriżi żgħar u ta' daqs medju, ikunu integrati b'mod aktar sod fil-livelli kollha tal-katini tal-valur; ifakkar il-fatt li tali politiki għandhom ikopru l-impriżi ta' kull daqs, ikunu favur iż-żamma tal-katina ta' produzzjoni fl-Ewropa, isostnu s-setturi b'potenzjal ta' tkabbir għoli, b'attenzjoni partikolari fuq l-innovazzjoni, il-ħiliet, is-sostenibilità, l-imprenditorija u l-kreattività, u jħallu biżżejjed tkabbir u ġid biex jippermettu żieda fil-ħolqien tal-impjiegi; |
|
121. |
Jisħaq fuq il-fatt li, fi żmien meta bosta Stati Membri huma dipendenti ferm fuq fornitur uniku tal-enerġija, fosthom sitta li huma totalment dipendenti fuq ir-Russja għall-gass naturali tagħhom, il-promozzjoni u s-salvagwardja tal-impjiegi jeħtieġu wkoll tnaqqis tal-vulnerabilità tal-UE fil-konfront tax-xokkijiet enerġetiċi esterni, kif enfasizzat mill-kriżi li għaddejja bħalissa fl-Ukraina; jesprimi l-apprezzament tiegħu, f'dan ir-rigward, għall-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-26-27 ta' Ġunju 2014 u jistenna li dawn il-konklużjonijiet ikunu kkomplementati, sa mhux aktar tard minn Ottubru 2014, b'miżuri ambizzjużi ta' terminu medju-twil bil-għan li tissaħħaħ is-sigurtà enerġetika tal-UE; |
|
122. |
Jenfasizza l-fatt li l-limiti massimi rigorużi tal-2014-2020 tal-pagamenti għadhom problema kruċjali għall-baġit tal-UE b'effetti negattivi fuq l-irkupru ekonomiku billi l-pagamenti tardivi jagħmlu ħsara primarjament lill-benefiċjarji diretti; ifakkar fil-ħtieġa li tiġi żgurata, fid-dawl tal-implimentazzjoni, il-progressjoni f'waqtha u ordinata tal-pagamenti sabiex, kontemporanjament, jitwettqu l-għanijiet kemm tal-pagamenti li joriġinaw minn impenji tal-imgħoddi kif ukoll ta' dawk li jirriżultaw mill-prefinanzjamenti biex iniedu fil-pront programmi ġodda, u tiġi evitata kwalunkwe bidla anomala ta' impenji pendenti (RAL) fuq il-baġit tal-2015; iħeġġeġ, f'dan ir-rigward, lill-Kunsill jadotta bis-sħiħ l-abbozz ta' baġit emendatorju nru 3/2014, kif ippreżentat mill-Kummissjoni, bil-għan li l-baġit tal-UE jħalli l-ogħla impatt f'termini ta' investiment fil-post; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li jekk il-baġits emendatorji nri 2, 3 u 4 jiġu adottati mingħajr emendi, dan ikun jirriżulta f'implikazzjoni totali għall-baġit ta' EUR 106 miljun biss f'kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-introjtu nazzjonali gross (ING) li jkunu jridu jsiru disponibbli mill-Istati Membri ħalli jiġi garantit livell suffiċjenti ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2014 biex ikopru l-obbligi ġuridiċi preżenti tal-Unjoni; jenfasizza d-determinazzjoni tiegħu li jkompli jissorvelja s-sitwazzjoni ġenerali f'dawk li huma pagamenti u RAL u jirrikorri b'mod sħiħ għal kull mezz ta' flessibilità minqux fir-Regolament QFP u fil-ftehim interistituzzjonali relatat; jenfasizza l-fatt li l-kwistjoni tal-kriżi rikorrenti tal-pagamenti tal-baġit tal-UE għandha tiġi ttrattata b'mod sostenibbli fl-okkażjoni tar-reviżjoni postelettorali tal-QFP 2014-2020 li mistennija tiġi varata mill-aktar fis possibbli mill-Kummissjoni Ewropea li jmiss hekk kif tibda l-mandat tagħha fl-1 ta' Novembru 2014; |
|
123. |
Ifakkar fil-fehma tiegħu li s-sitwazzjoni fiskali tal-Istati Membri tista' titjieb permezz ta' sistema ġdida ta' riżorsi proprji għall-finanzjament tal-baġit tal-Unjoni li se jnaqqas il-kontribuzzjonijiet mill-ING, u b'hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jwettqu l-isforzi tagħhom ta' konsolidament mingħajr ma jipperikolaw il-finanzjament tal-UE li jappoġġa l-investimenti għal miżuri ta' rkupru ekonomiku u ta' riforma; ifakkar fil-fatt li l-Kummissjoni Ewropea ressqet bosta proposti leġiżlattivi ħalli tirriforma s-sistema tar-riżorsi proprji iżda sal-lum, sfortunatament, l-ebda waħda minnhom ma ġiet diskussa bis-serjetà mill-Kunsill; jenfasizza, għalhekk, l-importanza li jagħti lill-grupp ta' livell għoli l-ġdid dwar ir-riżorsi proprji, li għandu jwassal għal riforma vera tal-finanzjamenti tal-UE; |
|
124. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fil-qafas tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SAT) tal-2015 tagħha li se jiġi ppubblikat f'Novembru 2014, taffronta u tenfasizza bis-sħiħ ir-rwol tal-baġit tal-UE fil-proċess tas-Semestru Ewropew billi tforni data fattwali u konkreta dwar l-effett skattanti, katalitiku, sinerġiku u komplementari li jeżerċita fuq in-nefqa pubblika globali fuq skala lokali, reġjonali u nazzjonali; |
|
125. |
Jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni, biex fis-SAT li jmiss, tforni stampa sħiħa u kompleta tal-kisbiet bis-saħħa tal-implimentazzjoni tal-Patt għal Tkabbir u Impjiegi, adottat fil-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2012 bil-għan li jiġu superati l-kriżi ekonomika u dik fiskali, u tippreżenta proposti ġodda dwar ir-rwol li l-baġit tal-UE jista' jiżvolġi biex ikompli joħloq tkabbir intelliġenti, sostenibbli, inklużiv, effiċjenti fir-riżorsi u li joħloq l-impjiegi; |
|
126. |
Jilqa' favorevolment l-impenn tal-President elett tal-Kummissjoni biex iwettaq il-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni bit-titolu “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina” tal-5 ta' Diċembru 2012; jemmen li kwalunkwe finanzjament jew strument addizzjonali, bħall-mekkaniżmu ta' solidarjetà, għandu jkun parti integrali tal-baġit tal-UE, iżda apparti l-limiti massimi maqbula tal-QFP. |
Is-suq intern
|
127. |
Iħeġġeġ l-istabbiliment ta' suq intern ġenwin għall-enerġija li jiżgura aċċess ġust għas-suq, livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur u suq aċċessibbli, speċjalment għall-SMEs; |
|
128. |
Jemmen li l-Istati Membri jridu jżidu l-isforzi tagħhom biex jimmodernizzaw l-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom, billi jikkompletaw ir-riformi tal-liġijiet rispettivi tagħhom dwar l-amministrazzjoni pubblika, jipprovdu aktar servizzi diġitali aċċessibbli u servizzi diġitali aċċessibbli aħjar għaċ-ċittadini u l-impriżi, inaqqsu l-ispejjeż u jżidu l-effiċjenza, jiffaċilitaw il-kooperazzjoni transfruntiera u jimplimentaw oqfsa ta' interoperabilità għall-amministrazzjonijiet pubbliċi; jenfasizza l-fatt li l-implimentazzjoni rapida u sħiħa tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet tipprovdi opportunità kbira biex jittejbu l-innovazzjoni u l-aċċess għall-SMEs u biex tiġi modernizzata l-amministrazzjoni pubblika, kemm fil-livell tal-gvern kif ukoll f'dak lokali, billi jittejbu l-kwalità, l-effikaċja u t-trasparenza tal-infiq u l-investiment pubbliku; |
Politiki ambjentali:
|
129. |
Jenfasizza l-fatt li t-tħaddir tal-ekonomiji tal-UE jikkontribwixxi għal tkabbir fit-tul u li jiflaħ għall-kriżijiet, ikattar il-kompetittività u joħloq l-impjiegi, filwaqt li jtejjeb is-sigurtà u l-indipendenza enerġetika tal-Unjoni, u li l-ekonomija ħadra għandha titqies bħala mutur ewlieni għall-iżvilupp tal-ekonomija; |
o
o o
|
130. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti nazzjonali u lill-Bank Ċentrali Ewropew. |
(1) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12.
(2) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.
(3) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8.
(4) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 33.
(5) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.
(6) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.
(7) Testi Adottati, P7_TA(2014)0240.
(8) Testi Adottati, P7_TA(2013)0036.
(9) Testi adottati, P7_TA(2014)0130.
(10) ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11.
(11) ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1.
(12) Testi Adottati, P7_TA(2014)0129.
(13) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
(14) ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 101.
(15) Testi Adottati, P7_TA(2014)0043.
(16) Testi Adottati, P7_TA(2013)0205.
(17) Eurofound (2012), 'NEETs: young people not in employment, education or training: characteristics, costs and policy responses in Europe', Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.
Il-Ħamis 23 ta’ Ottubru 2014
|
27.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/21 |
P8_TA(2014)0039
L-għeluq ta' 'Memorial' (Premju Sakharov 2009) fir-Russja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar l-għeluq tal-NGO 'Memorial' (rebbieħa tal-Premju Sakharov2009) (2014/2903(RSP))
(2016/C 274/02)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja, b'mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2012 (1) u tat-2 ta' April 2014 (2) dwar it-twaqqif ta' restrizzjonijiet komuni tal-viża għal uffiċjali Russi involuti fil-każ ta' Sergei Magnitsky, u r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-istat tad-dritt fir-Russja (3) u tat-13 ta' Marzu 2014 dwar ir-Russja: kundanna tad-dimostranti involuti fil-ġrajjiet tal-Pjazza Bolonaya' (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-għoti tal-Premju Sakharov 2009 għal-Libertà tal-Ħsieb lil 'Memorial', NGO Russa li torganizza kampanji, inter alia, favur id-drittijiet tal-priġunieri politiċi fir-Russja, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) tas-26 ta' Marzu 2013 dwar is-sitwazzjoni tal-NGOs fil-Federazzjoni Russa, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Russja, partikolarment l-Artikolu 118 tagħha, li jiddikjara li l-ġustizzja fil-Federazzjoni Russa għandha tiġi amministrata biss mill-qrati, u l-Artikolu 120 tagħha, li jistipula li l-imħallfin huma indipendenti u huma subordinati biss għall-Kostituzzjoni Russa u għad-dritt federali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konsultazzjonijiet tat-28 ta’ Novembru 2013 bejn l-UE u r-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Federazzjoni Russa Vladimir Lukin, tal-4 ta' Marzu 2014, dwar id-dimostrazzjonijiet pubbliċi f'Moska u dwar il-passi meħuda mill-aġenziji għall-infurzar tal-liġi, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni eżistenti li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra (FSK), kif ukoll in-negozjati li jinsabu sospiżi għal ftehim ġdid bejn l-UE u r-Russja, |
|
— |
wara li kkunsidra s-“Sħubija għall-Modernizzazzjoni” li bdiet fl-2010 f’Rostov-on-Don u l-impenn meħud mit-tmexxija Russa favur l-istat tad-dritt bħala bażi fundamentali għall-modernizzazzjoni tar-Russja, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fid-9 ta' Diċembru 1998, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Federazzjoni Russa, bħala membru sħiħ tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u tan-NU, ħadet l-impenn favur il-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem; billi minħabba l-bosta każijiet ta' ksur gravi tal-istat tad-dritt u l-adozzjoni ta' liġijiet restrittivi tul ix-xhur li għaddew, qed ikompli jikber it-tħassib rigward il-konformità tar-Russja mal-obbligi internazzjonali u nazzjonali tagħha; billi l-UE ripetutament offriet għajnuna u għarfien tekniku addizzjonali biex tgħin lir-Russja ħalli timmodernizza u ssegwi l-ordni kostituzzjonali u ġuridika tagħha, f'konformità mal-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa; |
|
B. |
billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja marret għall-agħar tul dawn l-aħħar snin u billi l-awtoritajiet Russi adottaw sensiela ta' liġijiet b'dispożizzjonijiet ambigwi u li qed jintużaw biex ipoġġu aktar restrizzjonijiet fuq l-atturi tal-oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili, u b'hekk ixekklu l-libertajiet tal-espressjoni u tal-għaqda; |
|
C. |
billi l-ligi Russa dwar l-'aġenti barranin', adottata fl-Lulju 2012, tirrikjedi lil NGOs li jirċievu fondi barranin u li huma impenjati f'xi “attività politika” li japplikaw biex ikunu inklużi f'lista speċjali tal-gvern ta' aġenti barranin, li tfisser li mbagħad ikunu suġġetti għal skrutinju mill-qrib addizzjonali min-naħa tal-gvern, u tirrikjedi li l-pubblikazzjonijiet kollha tagħhom, l-istqarrijiet għall-istampa u r-rapport jiddikjaraw li kienu magħmula minn aġent barrani; billi l-liġi kienet emendata f'Mejju 2014 biex tippermetti lill-Ministeru għall-Ġustizzja stess jirreġistra tali NGOs bħala 'aġenti barranin'; |
|
D. |
billi l-implimentazzjoni ta' din il-liġi kienet tinvolvi azzjonijiet drastiċi bħal raids tal-pulizija, il-konfiska ta' proprjetà, multi amministrattivi u miżuri oħrajn intiżi li jipprevjenu u jiskoraġġixxu lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili milli jwettqu xogħolhom; billi 13-il grupp ewlieni favur id-drittijiet b'mod konġunt ressqu ilment quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li fih ikkontestaw il-liġi dwar l-“aġenti barranin”; billi din l-applikazzjoni attwalment qed tiġi riveduta; |
|
E. |
billi diversi organizzazzjonijiet Russi u internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem irrapurtaw li miżuri sproporzjonati u azzjonijiet aggressivi min-naħa tal-forzi tas-sigurtà wasslu għal episodji ta' vjolenza, segwiti minn arresti arbitrarji tad-dimostranti; billi l-mexxejja tal-partiti u tal-movimenti tal-oppożizzjoni huma suġġetti għal fastidju mill-awtoritajiet Russi, b'uħud miżmuma detenuti fuq diversi allegazzjonijiet; |
|
F. |
billi għadd ta' proċessi u proċedimenti ġudizzjarji matul l-aħħar ftit snin tefgħu dubju fuq l-indipendenza u l-imparzjalità tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji tal-Federazzjoni Russa; billi dawn il-proċessi jeħtieġ li jkunu meqjusa f'kuntest aktar wiesa' ta' ripressjoni, persekuzzjoni u ksur tad-drittijiet tal-bniedem li qed jiżdiedu fir-Russja, inklużi arresti, kundanni u proċessi motivati politikament, li tagħhom il-każijiet ta' Sergei Magnitsky, Mikhail Khodorkovsky u Aleksei Navalny huma l-eżempji l-aktar magħrufa; |
|
G. |
billi l-awtoritajiet Russi qegħdin ikabbru l-programmi ta' sorveljanza tal-massa tagħhom; billi dawn il-programmi, flimkien mal-liġijiet li jirrestrinġu l-libertà tal-NGOs, jagħtu lill-awtoritajiet Russi għodda qawwija ħafna biex jimmonitorjaw u jopprimu l-vuċijiet ta' oppożizzjoni; |
|
H. |
billi Memorial hi soċjetà storika Russa u favur id-drittijiet ċivili li ilha taħdem sa mill-1987 biex tippromovi l-valuri favur id-demokrazija, l-istat tad-dritt, u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem fil-prattika tal-politiki u tal-ħajja pubblika, u kien fundata fuq l-inizjattiva ta' grupp ta' dissidenti fl-era Sovjetika taħt il-patruċinju tar-rebbieħ tal-Premju Nobel Andrei Sakharov; |
|
I. |
billi l-Ministeru għall-Ġustizzja Russu qed ifittex il-likwidazzjoni ta' Memorial, minħabba li tiġbor flimkien aktar minn 50 aġenzija reġjonali indipendenti mill-pajjiż kollu ta' organizzazzjoni umbrella unika, mingħajr kwartier ġenerali; billi, skont il-liġi federali, organizzazzjoni tista' biss tkun klassifikata bħala 'nazzjonali' jekk tkun rappreżentata f'aktar minn nofs ir-reġjuni tar-Russja permezz ta' organizzazzjonijiet 'reġjonali' formalment reġistrati; billi Memorial kienet reġistrata mal-Ministeru tal-Ġustizzja sa mill-1992; |
|
J. |
billi Memorial, permezz tal-ilħna tal-mexxejji tagħha, opponiet u kkritikat l-aggressjoni Russa kontra l-Ukraina u talbet lill-President Putin jtemmha; |
|
K. |
billi l-Parlament Ewropew ta l-Premju Sakharov tal-2009 lil Memorial; |
|
L. |
billi fit-23 ta' Mejju 2014, Qorti f'Moska ordnat liċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem Memorial jiġi reġistrat bħal aġent barrani għall-“attività politika” tiegħu fil-qasam tax-xogħol tad-drittijiet tal-bniedem; billi sussegwentement l-NGO irrifjutat li tirreġistra lilha nnifisha f'din il-kategorija inġusta u ddeċidiet li tillikwida l-istruttura tagħha u tkompli l-ħidma tagħha mingħajr ma tkun reġistrata fil-Federazzjoni Russa; |
|
M. |
billi fit-13 ta' Ottubru 2014 infetħet kawża mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Russja bl-għan li tillikwida s-Soċjetà Memorial Russa, allegatament għar-raġuni li din u l-assoċjazzjonijiet affiljati tagħha kien reġistrati b'mod mhux kif suppost; |
|
N. |
billi Memorial qed tħabbat wiċċha ma' xoljiment ġaladarba l-Qorti Suprema tar-Russja taqta' s-sentenza tal-kawża fit-13 ta' Novembru 2014; |
|
O. |
billi Memorial ilu jkollha l-problemi mal-amministrazzjoni Russia, fosthom ġiet ittimbrata “aġent barrani” mill-Ministeru tal-Ġustizzja f'Lulju 2014, ġiet imġiegħla tagħlaq l-uffiċċju tagħha fiċ-Ċeċenja wara l-qtil tal-attivista tad-drittijiet tal-bniedem Natalya Estemirova li kienet qed tinvestiga każijiet ta' ħtif u qtil. Barra minn hekk, Memorial kienet l-ewwel orhainzzazzjoni li rċeviet ordni ta' likwidazzjoni għaċ-ċentru tagħha ta' kontra d-diskriminazzjoni, ADC f'San Pietruburgu (li jippromwovi d-drittijiet tar-Roma, ħaddiema migranti mill-Asja Ċentrali u l-Kawkasu, u Tatari etniċi fil-Krimea), talli naqas milli jirreġistra bħala “aġent barrani”; |
|
P. |
billi taħt l-emendi l-ġodda tal-Liġi dwar l-Informazzjoni, it-Teknoloġiji tal-Informatika u l-Protezzjoni tal-Informazzjoni adottata fi Frar 2014, ġew blukkati s-siti tas-servizzi tal-aħbarijiet indipendenti bl-internet; billi dawn jinkludu s-siti Grani.ru, Kasparov.ru, EJ.ru, il-blog tal-attivista tal-oppożizzjoni Aleksei Navalny fuq is-sit elettroniku tal-istazzjon tar-radju Moscow Echo u Livejournal.com; billi f'xi żoni, is-servizz indipendenti tal-istazzjon tat-televiżjoni bil-cable “Dozhd” (Xita) m'għadux jitħalla jxandar; |
|
1. |
Jikkundanna b'qawwa l-appell tal-Ministeru tal-Ġustizzja fil-Qorti Suprema biex tingħalaq l-organizzazzjoni indipendenti tad-drittijiet Memorial u s-seduta tas-smigħ skedata għat-13 ta' Novembru 2014, u jħeġġu jirtira l-kawża qabel is-seduta ta' smigħ skedata; jenfasizza li Memorial għandha rwol kruċjali fl-iżvilupp tal-valuri demokratiċi u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja; |
|
2. |
Jistieden lill-awtoritajiet Russi jtemmu kwalunkwe att ta' intimidazzjoni, anke fil-livell ġudizzjarju, kontra s-Soċjetà “Memorial”, iċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem “Memorial”, il-membri tagħhom, kif ukoll id-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa, u jiżguraw f'kull ċirkostanza li huma jkunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet leġittimi tagħhom mingħajr ebda indħil; |
|
3. |
Jindika li Mikhail Fedotov, President tal-Kunsill Presidenzjali Russu għas-Soċjetà Ċivili u d-Drittijiet tal-Bniedem, esprima b'mod ċar li mhemmx raġunijiet legali biex Memorial tingħalaq, u li s-smigħ tal-Qorti Suprema għandu jiġi pospost għal wara konferenza ppjanata ta' Memorial 19 ta' Novembru 2014, meta l-organizzazzjoni hi mistennija tħabbar bidliet fl-istruttura organizzativa tagħha bl-għan li tkun konformi mal-liġi Russa; |
|
4. |
Jemmen li l-liġi tal-“aġent barrani” tikkostitwixxi ksur tal-impenji meħuda mir-Russja lejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-OSKE; jikkunsidra wkoll li d-definizzjoni ta' “attività politika”mwettqa minn NGOs li jaċċettaw finanzjament barrani tant hi wiesgħa li tippermetti, fil-prattika, kontroll tal-gvern fuq kważi kull attività organizzata relatata mal-ħajja pubblika; iħeġġeġ għaldaqstant lir-Russja biex tirrevoka liġijiet li jinkludu fihom dispożizzjonijiet inkonsistenti mal-impenji internazzjonali u kostituzzjonali tar-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
|
5. |
Jesprimi t-tħassib l-aktar profond rigward l-emendi sussegwenti ta' Mejju 2014 tal-liġi tal-“aġenti barranin”, li issa tippermetti lill-Ministeru tal-Ġustizzja jirreġistra gruppi bħala “aġenti barranin” fid-diskrezzjoni tiegħu, mingħajr il-kunsens tagħhom; |
|
6. |
Jindika li sa mir-reviżjoni tal-liġi, il-Ministeru tal-Ġustizzja rreġistra l-ewwel ħmistax-il grupp, u sussegwentement diversi NGOs ġġieldu bil-qrati, mingħajr ma rnexxielhom, kontra l-isforzi tal-awtoritjaiet biex iġegħluhom jirreġistraw; |
|
7. |
Jenfasizza li dawk l-NGOs (iċ-Ċentru Memorial għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Fondazzjoni Verdett Pubbliku, AGORA u JURIX) huma partikolarment magħrufa li jipprovdu għajnuna legali lill-vittmi ta' manipulazzjoni politika tal-ġustizzja, attivisti tas-soċjetà ċivili ppersegwitati u dimostranti paċifiċi, attivisti LGBT, u vittmi ta' vjolenza min-naħa tal-pulizija, u għandhom rwol kruċjali fl-iżvilupp tal-valuri demokratiċi u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja; |
|
8. |
Jistieden lill-awtoritajiet Russi jiżguraw fiċ-ċirkostanzi kollha r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet fundamentali skont id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-bniedem u l-istrumenti internazzjonali u reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem ratifikati mill-Federazzjoni Russa, u li jirrispettaw id-drittijiet taċ-ċittadini kollha li jeżerċitaw il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem universali tagħhom; jistieden lill-awtoritajiet Russi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Dikjarazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri dwar azzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa biex titjieb il-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u jkunu promossi l-attivitajiet tagħhom; |
|
9. |
Jinsab imħasseb ħafna dwar in-nuqqas ta' osservanza, min-naħa tar-Russja, tal-obbligi legali internazzjonali tagħha, bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-OSKE, u tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u l-istat tad-dritt kif minquxa fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR); |
|
10. |
Jesprimi tħassib profond dwar il-fatt li l-kundizzjoni tas-Soċjetà ċivili kritika fir-Russja qed teħżien b'mod partikolari dawk l-organizzazzjonijiet li jaħdmu fuq id-drittijiet tal-bniedem u jesprimu kritika fir-rigward tal-politiki tal-istat; jistieden bil-qawwa lir-Russja, biex treġġa' lura t-tendenza attwali, biex tiżgura li dawn iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet leġittimi tagħhom bla indħil u jipparteċipaw fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ta' soċjetà ċivili kritika; |
|
11. |
Jenfasizza li l-liberta ta' għaqda fil-Federazzjoni Russa hi stipulata fl-Artikolu 31 tal-Kostituzzjoni Russa u fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li tagħhom ir-Russja hi firmatarja, u dan jobbliga lill-awtoritajiet Russi biex jirrispettawha; jistieden lill-Federazzjoni Russa tirrispetta l-prinċipji tal-istat tad-dritt, il-libertà tal-kelma u tal-għaqda; |
|
12. |
Jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli (VP/RGħ) u lill-SEAE jiżguraw li l-każijiet tal-persuni kollha ppersegwitati għal raġunijiet politiċi jitqajmu fil-laqgħat mal-kontropartijiet Russi tagħhom, u li r-rappreżentanti tar-Russja f'dawn il-laqgħat jintalbu formalment biex iwieġbu fir-rigward ta' kull każ; |
|
13. |
Jistieden lill-Presidenti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, kif ukoll lill-VP/RGħ, biex ikomplu jsegwu tali każijiet mill-qrib, ikomplu jqajmu dawn il-kwistjonijiet fil-formati u l-laqgħat differenti mar-Russja, u biex jirrappurtaw lura lill-Parlament dwar l-iskambji tagħhom mal-awtoritajiet Russi; |
|
14. |
Iħeġġeġ lill-VP/RGħ u lill-SEAE jiżguraw li l-UE tfittex kull opportunità biex tkompli tinvolvi u tappoġġa lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Russa, inklużi dawk li qed jaħdmu għall-promozzjoni tal-valuri tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; |
|
15. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-SEAE, fir-rigward tal-fażi ta' programmazzjoni li għaddejja bħalissa tal-istrumenti finanzjarji tal-UE, biex tiżdied l-assistenza finanzjarja lis-soċjetà ċivili Russa, u biex jinkludu l-Forum tas-Soċjetà Ċivili UE-Russja fl-Istrument tas-Sħubija biex ikun żgurat appoġġ fit-tul sostenibbli u kredibbli; |
|
16. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, u lill-President, lill-Gvern u l-Parlament tal-Federazzjoni Russa. |
(1) ĠU C 68 E, 7.3.2014, p. 13.
(2) Testi adottati, P7_TA(2014)0258.
(3) Testi adottati, P7_TA(2013)0284.
(4) Testi adottati, P7_TA(2014)0253.
|
27.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/25 |
P8_TA(2014)0040
Id-drittijiet tal-bniedem fl-Uzbekistan
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-Uzbekistan (2014/2904(RSP))
(2016/C 274/03)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Uzbekistan, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-strateġija tal-UE għal Sħubija ġdida mal-Ażja Ċentrali, adottata mill-Kunsill Ewropew fil-21-22 ta’ Ġunju 2007 u r-rapporti konġunti ta' progress magħmulin mill-Kummissjoni u mill-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2008 u tat-28 ta' Ġunju 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin ta' Ottubru 2009 u 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 bit-titolu Strateġija dwar il-Libertà Diġitali fil-Politika Barranija tal-UE (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-UE dwar il-Libertà ta' Espressjoni Online u Offline, adottat mill-Kunsill Affarijiet Barranin fit-12 ta' Mejju 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra t-tħabbira li saret waqt il-laqgħa ministerjali bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Asja Ċentrali fl-20 ta' Novembru 2013, tal-għoti ta' finanzjament ta' EUR 1 biljun għall-pajjiżi tal-Asja Ċentrali għall-perjodu 2014-2020 fil-kuntest tal-istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (DCI) tal-UE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi, minkejja li l-Uzbekistan impenjat ruħha fi kwistjonijiet marbuta mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-għaqda, il-libertà tal-assoċjazzjoni u l-libertà tar-reliġjon, li huma ggarantiti fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u l-projbizzjoni tat-tortura minquxa fil-Konvenzjoni kontra t-Tortura, ir-riżultati pożittivi li renda dan l-impenn huma ftit; |
|
B. |
billi l-awtoritajiet Uzbeki qed iżommu fil-ħabs eluf ta' persuni b'akkużi politikament motivati biex jinfurzaw it-tmexxija repressiva tagħhom, fil-konfront ta' attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u tal-oppożizzjoni, ġurnalisti, persuni bi twemmin reliġjuż, artisti u persuni oħra pperċepiti bħala kritiċi, u billi l-Uzbekistan tinsab fil-166 post minn 180 pajjiż fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2014 imfassal mir-'Reporters Without Borders' filwaqt li Freedom House tikklassifika lill-pajjiż, l-istampa u l-internet tiegħu bħala “mhux liberi”. billi l-libertajiet diġitali huma mrażżna u miksura b'mod sistematiku fl-Uzbekistan; |
|
C. |
billi, fost dawk li ntbagħtu l-ħabs għall-ebda raġuni oħra ħlief għall-fatt li eżerċitaw b'mod paċifiku d-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni, hemm ħmistax-il attivist magħrufa tad-drittijiet tal-bniedem (3), ħames ġurnalisti (4), erba' attivisti politiċi paċifiċi tal-oppożizzjoni (5), tliet persunaġġi reliġjużi indipendenti (6); billi 7 oħra huma kritiċi pperċepiti tal-gvern jew xhieda tal-massakru li seħħ fit-13 ta' Mejju 2005 f'Andijan, meta l-forzi tal-gvern Uzbeki fetħu n-nar u qatlu mijiet ta' dimostranti li l-biċċa l-kbira tagħhom kienu paċifiċi (7); billi ħafna minn dawk li jinsabu l-ħabs jinsabu f'qagħda ta' saħħa kritika, ġew ittorturati waqt li s-sentenzi tagħhom ġew estiżi b'mod arbitrjarju fil-ħabs; |
|
D. |
billi meta l-gvern Uzbeki sab ma' wiċċu pressjoni esterna kontinwa, inklużi sanzjonijiet, restrizzjonijiet fuq l-assistenza militari u kritika qawwija, pubblika u speċifika oħra min-naħa tas-sħab internazzjonali tiegħu, irreaġġixxa billi, lejliet summits bilaterali importanti jew żjarat ta' livell għoli, ħa passi inkrementali biex itejjeb is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom billi jeħles lil xi individwi miżmuma l-ħabs b'akkużi politikament motivati; |
|
E. |
billi l-gvern Uzbeki qed ikompli jirrifjuta investigazzjoni indipendenti tal-massakru ta' mijiet ta' persuni li seħħ fl-2005 f'Andijan; billi aktar minn mitejn individwu qed ikomplu jiskontaw pieni marbuta mal-ġrajjiet ta' Andijan wara proċessi bil-magħluq mgħarrqa bi ksur serju tal-prinċipju ta' proċess ġust u indikazzjonijiet li t-tortura setgħet ġiet użata biex jinsiltu l-konfessjonijiet; billi uħud mid-delitti marbuta mal-massakru ta' Andijan u d-delitti ta' tortura huma soġġetti għal-ġurisdizzjoni universali; |
|
F. |
billi fl-2009 u l-2010 l-Kunsill neħħa s-sanzjonijiet tal-UE “bil-ħsieb li l-awtoritajiet Uzbeki jiġu mħeġġa jieħdu passi sostantivi ulterjuri biex itejbu s-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem fil-post”, u ddikjara wkoll li “il-Kunsill ser josserva mill-qrib u kontinwament is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Uzbekistan” u li “s-sustanza u l-kwalità tad-djalogu u l-kooperazzjoni ser jiddependu mir-riformi […] li l-Uzbekistan iwettaq”; |
|
G. |
billi skont l-aktar rapporti reċenti, ix-xogħol furzat u t-tħaddim tat-tfal fil-ħsad tal-qoton għadhom mifruxa minkejja l-impenn tal-awtoritajiet Uzbeki li jrażżnu din il-prattika, u billi skont ir-rapport tal-ILO tad-19 ta' Novembru 2013, miljun ċittadin Uzbeki, kemm tfal kif ukoll adulti, ġew sfurzati mill-gvern biex jaħsdu l-qoton f'kundizzjonijiet abbużivi u bit-theddida ta' sanzjonijiet; |
|
H. |
billi n-negozjati dwar l-adeżjoni tal-Uzbekistan mal-WTO għadhom għaddejjin, u billi s-Sħubija UE-Uzbekistan u l-Ftehim ta' Kooperazzjoni jinkludu klawżola ċara dwar ir-rispett għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem li l-partijiet huma impenjati li jirrispettaw; |
|
1. |
Jisħaq fuq l-importanza tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Uzbekistan, u fuq l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni politika u ekonomika, iżda jisħaq ukoll li dawk ir-relazzjonijiet jeħtieġ ikunu msejsa fuq ir-rispett reċiproku għall-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, bħalma hu stipulat b'mod ċar fil-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Uzbekistan; |
|
2. |
Jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-persuni kollha miżmuma l-ħabs fuq akkużi politikament motivati, detenuti minħabba l-espressjoni paċifika tal-fehmiet politiċi, l-attiviżmu tas-soċjetà ċivili, l-attività ġurnalistika jew il-fehmiet reliġjużi tagħhom; |
|
3. |
Jisħaq li kwalunkwe persuna li allegatament kienet involuta f'atti ta' vjolenza għandha tingħata proċess ġdid u ġust skont l-istandards internazzjonali u, jekk jinstabu ħatja, ikunu suġġetti għal sanzjonijiet penali u/jew amministrattivi f'konformità mal-istandards internazzjonali; |
|
4. |
Jistieden lill-awtoritajiet Uzbeki ma jippermettux it-tortura, u jwaqqfu immedjatament u mingħajr ebda kundizzjoni kull xorta ta' tortura u abbuż fil-ħabs u t-trattament ħażin matul l-arrest preventiv u fil-faċilitajiet penali, billi fost affarijiet oħra jiżguraw aċċess bla xkiel għall-avukati f'kull stadju tal-investigazzjonijiet, jiżguraw aċċess fil-pront għal kura medika xierqa u jistabbilixxu mill-ġdid il-monitoraġġ indipendenti tal-ħabsijiet, u jipprovdu lill-familji tal-priġunieri kollha b'informazzjoni sħiħa dwar fejn jinsabu qrabathom u l-kundizzjoni attwali ta' saħħithom; |
|
5. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Uzbeki biex jinvestigaw u jżommu responsabbli lill-uffiċjali, il-membri tal-persunal tas-servizz ta' sigurtà u l-membri tal-persunal tas-sistema penali kollha li allegatament ittorturaw jew ittrattaw ħażin lill-priġunieri u d-detenuti jew ċaħdu t-talbiet għall-kura medika; |
|
6. |
Jistieden lill-Uzbekistan tikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet internazzjonali kontra t-tortura, tordna l-għeluq immedjat tal-ħabs 64/71 li jinsab f'Jaslyk, u tapprova t-talbiet pendenti minn 11-il proċedura speċjali tan-NU għal żjarat fl-Uzbekistan, fosthom ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura, u tippermetti li jsir monitoraġġ indipendenti mingħajr xkiel tal-ħabsijiet mill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u entitajiet ta' monitoraġġ indipendenti oħra; |
|
7. |
Iħeġġeġ lill-gvern Uzbeki jtemm il-prattika li jeżenta arbitrarjament mid-dikjarazzjonijiet ta' amnestija annwali lill-priġunieri miżmuma l-ħabs fuq akkużi politikament motivati u l-prattika li jtawwal arbitrarjament is-sentenzi ta' ħabs għal reati minuri jew “ksur tar-regoli tal-ħabs” skont l-Artikolu 221 tal-kodiċi kriminali dwar “id-diżubbidjenza tal-kundizzjonijiet ta' priġunerija”; |
|
8. |
Jistieden lill-awtoritajiet Uzbeki jiggarantixxu d-drittijiet tan-nisa, b'mod partikolari skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat kontra t-Tortura tan-NU; |
|
9. |
Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tal-UE, is-SEAE u l-Istati Membri biex b'mod immedjat jagħtu bidu għal strateġija bil-għan li titpoġġa pressjoni fuq l-Uzbekistan għal titjib konkret u li jista' jitkejjel fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem matul ix-xhur li ġejjin, u jistabbilixxu s-sena d-dieħla — l-għaxar anniversarju tal-massakru ta' Andijan — bħala skadenza għall-progress; jitlob lis-SEAE jinforma lill-Parlament dwar ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet Uzbeki li għandhom jinżammu responsabbli għad-delitti f'Andijan, inklużi it-12 li l-UE imponiet sanzjonijiet kontrihom b'rispons għall-massakru, sanzjonijiet li sussegwentement tneħħew; |
|
10. |
Jissottolinja l-fatt li t-titjib konkret għandu jinkludi l-kundizzjonijiet stipulati mill-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE fl-2010, li huma: 1) il-ħelsien tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem miżmuma l-ħabs u l-priġunieri ta' kuxjenza kollha; 2) l-operat mingħajr tfixkil ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-pajjiż; 3) il-kooperazzjoni sħiħa mar-Rapporteurs Speċjali relevanti kollha tan-NU; 4) il-garanzija tal-libertà tal-kelma u tal-mezzi tax-xandir; 5) l-implimentazzjoni prattika tal-konvenzjonijiet kontra t-tħaddim tat-tfal; u 6) il-konformità sħiħa tal-proċessi elettorali tal-pajjiż mal-istandards internazzjonali; |
|
11. |
Huwa tal-fehma li, jekk ma jkun hemm l-ebda progress sinifikanti f'dawn l-oqsma, l-UE għandha tieħu r-riedni f'idejha u tressaq riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU taħt punt 4, u tistabbilixxi mekkaniżmu ddedikat speċifiku għal pajjiż għall-Uzbekistan, u b'hekk tiżgura impenn kontinwu u proattiv mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem permezz tal-monitoraġġ, ir-rapportar pubbliku u d-dibattitu dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Uzbekistan; |
|
12. |
Jistieden lill-UE, barra minn hekk, biex — ladarba mhemmx il-ħtieġa li tingħata l-informazzjoni relevanti lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni dwar is-sitwazzjoni, minħabba li hu każ ta' urġenza speċjali u f'konformità mal-Artikoli 2 u 95 tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni — tgħarraf lill-Uzbekistan li sakemm ma jsirx progress fuq il-kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-bniedem msemmija hawn fuq f'dawn is-sitt xhur li ġejjin, l-UE se timponi miżuri punittivi mmirati; |
|
13. |
Jitlob lill-Istati Membri jirrispettaw il-kodiċi ta' kondotta dwar l-esportazzjoni tal-armi u jirrispettaw ir-regolamenti dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju; |
|
14. |
Jistieden lill-awtoritajiet Uzbeki jimplimentaw bis-sħiħ ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti (8); |
|
15. |
Jitlob li l-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jipprovdu lill-Parlament b'valutazzjoni pubblika tal-miżuri li ttieħdu mill-UE biex jagħmlu pressjoni fuq l-Uzbekistan biex jissodisfaw il-kriterji marbuta mad-drittijiet tal-bniedem stabbiliti mill-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE fl-2010, jistieden lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU jistabbilixxi mekkaniżmu ta' monitoraġġ għall-Uzbekistan, iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jtejbu d-djalogu tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-gvern tal-Uzbekistan u jistenna li waqt il-laqgħa tad-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u l-Uzbekistan li għandha ssir f'Novembru, is-SEAE jindirizza b'qawwa il-każijiet ewlenin kollha ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u jagħmel mezz li dawn il-laqgħat ikunu aktar orjentati lejn ir-riżultati, sabiex jegħleb l-istaġnar attwali, li hu diżappuntanti ħafna; |
|
16. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President, l-Gvernijiet u l-Parlamenti tar-Repubblika tal-Uzbekistan, lis-SEAE, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-OSKE u lill-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU. |
(1) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 91.
(2) Testi adottati, P7_TA(2012)0470.
(3) Azam Farmonov, Mehriniso Hamdamova, Zulhumor Hamdamova, Isroiljon Kholdorov, Nosim Isakov, Gaybullo Jalilov, Nuriddin Jumaniyazov, Matluba Kamilova, Ganikhon Mamatkhanov, Chuyan Mamatkulov, Zafarjon Rahimov, Yuldash Rasulov, Bobomurod Razzokov, Fahriddin Tillaev u Akzam Turgunov
(4) Solijon Abdurakhmanov, Muhammad Bekjanov, Gayrat Mikhliboev, Yusuf Ruzimuradov, u Dilmurod Saidov
(5) Murod Juraev, Samandar Kukanov, Kudratbek Rasulov u Rustam Usmanov
(6) Ruhiddin Fahriddinov, Hayrullo Hamidov u Akram Yuldashev
(7) Dilorom Abdukodirova, Botirbek Eshkuziev, Bahrom Ibragimov, Davron Kabilov, Erkin Musaev, Davron Tojiev u Ravshanbek Vafoev
(8) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 195.
|
27.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/28 |
P8_TA(2014)0041
L-għajbien ta' 43 student għalliem fil-Messiku
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar l-għajbien ta' 43 student għalliem fil-Messiku (2014/2905(RSP))
(2016/C 274/04)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Messiku, b'mod partikolari dik tal-11 ta' Marzu 2010 dwar iż-żieda tal-vjolenza fil-Messiku (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2009 dwar Sħubija Strateġika UE-Messiku (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tal-15 ta' Lulju 2008 intitolata “Lejn Partenarjat Strateġiku bejn l-UE u l-Messiku” (COM(2008)0447), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni lokali tal-UE dwar Iguala, li nħarġet bi qbil mal-Kapijiet ta' Missjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Messiku fit-12 ta' Ottubru 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni li saret mill-President tal-Messiku Enrico Peña Nieto fl-14 ta' Ottubru 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjan Eżekuttiv Konġunt ta' Sħubija Strateġika bejn il-Messiku u l-UE tas-16 ta' Mejju 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-samits tal-kapijiet ta' stat u ta' gvern tal-Unjoni Ewropea, l-Amerika Latina u l-Karibew (UE-CELAC), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tas-17 ta' Ġunju 2012 tas-seba' samit bejn il-Messiku u l-UE li sar f'Los Cabos, Baja California Sur, fil-Messiku, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-tnax-il laqgħa tal-Kumitat Konġunt UE-Messiku li saret fil-Belt tal-Messiku fl-10 u l-11 ta' Ġunju 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Messiku u l-Unjoni Ewropea għandhom valuri komuni li jidhru fis-soċjetajiet demokratiċi u pluralisti tagħna, li jħarsu l-libertajiet fundamentali, id-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-ħaddiema, il-ħarsien ambjentali u l-iżvilupp sostenibbli, kif ukoll impenn komuni li jikkonsolidaw id-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ekwu u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-faqar; |
|
B. |
billi s-sistemi demokratiċi tagħna għandhom id-dmir u l-obbligu li jissalvagwardaw il-funzjonament tal-istat tad-dritt u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem, u billi għaldaqstant it-tgawdija u l-eżerċitar sħiħ tal-libertajiet u d-dritt għall-integrità tal-persuna jikkostitwixxu wieħed mill-pilastri bażiċi tal-istat tad-dritt; |
|
C. |
billi s-Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Messiku ppermettiet li jkun hemm kooperazzjoni iktar mill-qrib bejn l-UE u l-Messiku fi kwistjonijiet ta' importanza globali, b'mod partikolari djalogu msaħħaħ, koordinazzjoni u skambji f'oqsma bħalma huma s-sigurtà, id-drittijiet tal-bniedem, ir-riforma elettorali, l-iżvilupp reġjonali u l-politiki regolatorji u dawk kummerċjali; |
|
D. |
billi fis-26 ta' Settembru 2014 inqatlu sitt persuni, fosthom tliet studenti, meta l-pulizija fetħu n-nar fuq studenti għalliema tal-Università (Escuela Normal) ta' Ayotzinapa f'Iguala, l-Istat ta' Guerrero, li kienu qed jipprotestaw; billi minn dakinhar 'l hawn 43 student għadhom neqsin; billi skont bosta sorsi, dawn l-istudenti daruhom il-pulizija u tkeċċew minnhom, u ngħataw f'idejn irġiel armati mhux identifikati li huma marbuta ma' kartell tad-droga; |
|
E. |
billi skont il-Gvern tal-Messiku ġew arrestati 51 persuna b'rabta mad-delitti, fil-maġġorparti aġenti tal-pulizija mill-muniċipalitajiet ta' Iguala u Cocula; billi fl-14 ta' Ottubru 2014 l-Avukat Ġenerali tal-Messiku ddikjara li skont analiżijiet forensiċi li saru fuq it-28 ġisem li nstabu f'oqbra klandestini qrib Iguala fl-4 ta' Ottubru 2014, l-iġsma ma jikkorrispondux għal dawk tal-istudenti li għebu; billi l-awtoritajiet tal-Messiku qabdu s-suspettat kap ewlieni tal-grupp kriminali Guerreros Unidos (Gwerriera Magħquda), li allegatament kien involut fl-għajbien tat-43 student; |
|
F. |
billi s-Sindku ta' Iguala, martu u l-kap tal-pulizija ta' Iguala qed jaħarbu mill-ġustizzja u huma akkużati li għandhom rabtiet mal-kartell tad-droga lokali Guerreros Unidos; |
|
G. |
billi l-President tal-Messiku, Enrique Peña Nieto, ta istruzzjonijiet lill-Gvern Federali u lill-Uffiċċju tas-Sigurtà tiegħu sabiex jieħdu miżuri immedjati u konklużivi; billi ntlaħaq qbil dwar pjan direzzjonali għal azzjoni konġunta flimkien mal-familji tal-istudenti nieqsa u r-rappreżentanti tagħhom; billi l-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS) u n-NU ħeġġew lill-Gvern tal-Messiku jinvestiga l-għajbien sfurzat, jikkastiga lil dawk responsabbli u jħares lill-familji tal-istudenti li għebu; billi f'dan il-każ il-Gvern Messikan qed jikkoopera ma' dawn il-korpi multilaterali internazzjonali; |
|
H. |
billi l-Gvern tal-Messiku u l-partiti ewlenin tal-oppożizzjoni qablu fl-2012 dwar “Patt għall-Messiku”, li kellu l-għan jindirizza l-isfidi ewlenin tal-Messiku, inklużi s-sigurtà u l-impunità; |
|
I. |
billi żdiedet il-vjolenza fl-Istat ta' Guerrero; billi bosta studenti u għalliema madwar il-Messiku qed jipprotestaw għar-ritorn sikur tal-istudenti li għebu u jikkundannaw il-kompliċità fost ċerti elementi tal-pulizija lokali fid-delitti, il-korruzzjoni fil-korp tal-pulizija u d-dgħufija istituzzjonali f'żoni partikolari tal-pajjiż, fejn il-lakuni fil-koeżjoni soċjali huma iktar evidenti; billi l-binjiet tal-gvern f'Chilpancingo u xi binjiet uffiċjali oħra f'muniċipalitajiet diversi tal-istat ta' Guerrero, kif ukoll xi mexxejja reliġjużi u uffiċċji tal-partiti politiċi wkoll kienu taħt theddida jew ġew attakkati; |
|
J. |
billi l-Messiku jipparteċipa fil-forums reġjonali u internazzjonali kollha, u ffirma l-ftehimiet internazzjonali kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; |
|
K. |
billi l-Gvern Messikan jirrikonoxxi l-isfidi li qed iħabbat wiċċu magħhom il-Messiku u wera l-impenn sod tiegħu li jtejjeb il-qagħda tas-sigurtà fil-pajjiż, inklużi żieda notevoli fil-baġit tal-forzi tas-sigurtà u r-riforma tal-istituzzjonijiet tas-sigurtà pubblika, bl-għan li tissaħħaħ l-effikaċja tal-infurzar tal-liġi u tas-sistema ġuridika, biex b'hekk il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata tkun possibbli; billi l-għajbien sfurzat, il-vjolenza b'rabta mal-kriminalità organizzata u l-allegata kollaborazzjoni bejn entitajiet lokali partikolari u gruppi kriminali organizzati jibqgħu kwistjonijiet ta' tħassib kbir; |
|
1. |
Jikkundanna bil-qawwi l-għajbien sfurzat u d-delitti inaċċettabbli f'Iguala, u jappella lill-awtoritajiet tal-Messiku jinvestigaw id-delitti kollha, inkluża s-sejba ta' 28 ġisem f'oqbra klandestini; jistieden lill-awtoritajiet rilevanti jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jaġixxu immedjatament u b'mod trasparenti u imparzjali ħalli jidentifikaw, jarrestaw u jressqu quddiem il-ġustizzja lil dawk li wettqu d-delitti, u jitlob li dawk responsabbli jiġu identifikati u jittieħdu passi kontrihom, bl-użu tal-informazzjoni u r-riżorsi kollha disponibbli internament u esternament u bl-ebda marġni ta' impunità; jappella sabiex l-investigazzjonijiet jibqgħu għaddejjin sa ma l-istudenti jkunu fis-sikur; |
|
2. |
Jesprimi s-simpatija u s-solidarjetà tiegħu lill-familji u l-ħbieb tal-vittmi, kif ukoll lill-poplu Messikan, u jħeġġiġhom jibqgħu jiġġieldu għad-difiża tad-demokrazija u l-istat tad-dritt b'mod paċifiku; |
|
3. |
Jieħu nota tad-detenzjonijiet li seħħew; jappella sabiex titkompla t-tfittxija għas-Sindku ta' Iguala, martu u l-kap tal-pulizija ta' Iguala; jinsab imħasseb ħafna dwar l-infiltrazzjoni evidenti tal-kriminalità organizzata fl-entitajiet lokali tal-infurzar tal-liġi u dawk amministrattivi; |
|
4. |
Jilqa' d-determinazzjoni tal-President Peña Nieto li jinvestiga u jiċċara dawn l-avvenimenti, kif ukoll li jġib fi tmiem il-vjolenza relatata ma' gruppi kriminali fil-Messiku; jilqa' l-ħolqien ta' kumitati ta' monitoraġġ relatati mal-każ ta' Iguala fis-Senat u l-Kamra tar-Rappreżentanti; jistieden lill-awtoritajiet tal-Messiku jħarsu u jassistu lill-familji tal-vittmi, u jżommuhom infurmati dwar l-investigazzjonijiet li għaddejjin u l-isforzi li qed isiru biex dawk li wettqu d-delitti jiġu arrestati; |
|
5. |
Jappoġġa lill-Gvern tal-Messiku fid-determinazzjoni tiegħu li jiġġieled kontra t-traffikar organizzat tad-droga, filwaqt li juri t-tħassib kbir tiegħu dwar iż-żieda fil-vjolenza li tirriżulta mit-traffikar tad-droga u l-klima ta' impunità; jinsab spalla ma' spalla mal-poplu Messikan fil-ġlieda kontra t-traffikar organizzat tad-droga; |
|
6. |
Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Messiku biex, fil-livelli kollha, jieħu azzjonijiet li se jimpedixxu milli jerġgħu jirrepetu ruħhom avvenimenti bħal dawk li ġraw f'Iguala; jikkundanna kull tip ta' vjolenza, partikolarment il-vjolenza u t-theddid persistenti ta' qtil kontra attivisti ddedikati li jippromwovu u jiddefendu l-libertà tal-espressjoni u d-drittijiet tal-bniedem fil-Messiku, u jitlob lill-awtoritajiet tal-Messiku jsaħħu l-isforzi sabiex jipprovdu protezzjoni ġuridika u personali lill-gruppi kkonċernati; |
|
7. |
Jappoġġa l-isforzi tal-awtoritajiet tal-Messiku li jikkollaboraw ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi l-UE, in-NU, il-Komunità ta' Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew (CELAC), il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u l-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (IACHR), bl-għajnuna tal-esperti forensiċi tal-Arġentina u dawk internazzjonali; jenfasizza l-importanza li l-Gvern tal-Messiku jipprovdi r-riżorsi finanzjarji meħtieġa sabiex l-IACHR tkun tista' timplimenta programm ta' assistenza teknika li jista' jikkomplementa l-azzjonijiet nazzjonali b'rabta mal-investigazzjoni tal-avvenimenti fi Guerrero; |
|
8. |
Jenfasizza l-fatt li l-Messiku huwa sieħeb strateġiku għall-UE; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Messiku jkompli bl-isforzi tiegħu sabiex isaħħaħ l-istituzzjonijiet tal-istat u jikkonsolida l-istat tad-dritt, bl-għan li jiġu solvuti xi problemi strutturali li huma l-bażi tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b'referenza speċifika għar-riforma tas-sistema ġudizzjarja; jenfasizza għalhekk l-importanza ta' awtorità ġudizzjarja indipendenti li sservi ta' garanzija għall-imparzjalità, kif ukoll ta' ġlieda determinata kontra l-impunità; jitlob li jingħata ħarsien federali lil dawk involuti fl-għoti tal-ġustizzja; |
|
9. |
Jistieden lill-UE, lill-Istati Membri tagħha fil-qafas tar-relazzjonijiet bilaterali tagħhom mal-Messiku, kif ukoll lill-istituzzjonijiet Ewropej biex iżidu l-appoġġ li jipprovdu lid-drittijiet tal-bniedem permezz ta' programmi u riżorsi finanzjarji u tekniċi; jistiedinhom ukoll iżidu r-riżorsi baġitarji allokati għall-kooperazzjoni fil-qafas tat-tisħiħ u r-riforma tal-ġudikatura, l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u s-servizzi ta' prosekuzzjoni, bil-ħsieb li jittieħdu passi kontra dawk li wettqu d-delitti u jiġu kkastigati kif ukoll għall-ħolqien ta' sistemi effikaċi għall-protezzjoni tax-xhieda, il-vittmi u l-familji tagħhom; |
|
10. |
Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġi stabbilit reġistru nazzjonali magħqud, pubbliku u aċċessibbli għall-persuni nieqsa u li għebu, kif ukoll bażi ta' data tad-DNA fil-livell federali; |
|
11. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Istati Membri, lill-presidenza pro tempore tas-CELAC, lis-Segretarju Ġenerali tal-OAS, lill-Assemblea Ewro-Latino-Amerikana u lill-President u lill-Kungress tal-Messiku. |
(1) ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 92.
(2) ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 172.
|
27.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/31 |
P8_TA(2014)0045
Ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li timplimenta l-Ftehim Ewropew konkluż mill-Unjoni tan-Navigazzjoni Interna (EBU), l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Kaptani (ESO) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (COM(2014)0452 — 2014/2860(RSP))
(2016/C 274/05)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Kunsill li timplimenta l-Ftehim Ewropew konkluż mill-Unjoni tan-Navigazzjoni Interna (EBU), l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Kaptani (ESO) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (COM(2014)0452), |
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 155(2) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni tan-Navigazzjoni Interna (EBU), l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Kaptani (ESO) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-fatt li l-Ftehim kien jinkludi talba konġunta lill-Kummissjoni biex timplimentah permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar proposta mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 155(2) tat-TFUE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 101(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Artikolu 155(1) tat-TFUE jagħti l-possibilità lis-sħab soċjali fil-livell tal-UE, jekk hekk jixtiequ, li jibdew djalogu li jista' jwassal għal relazzjonijiet kuntrattwali, inklużi ftehimiet; |
|
B. |
billi l-Artikolu 155(2) tat-TFUE jiddisponi li l-ftehimiet konklużi fil-livell tal-UE jistgħu jkunu implimentati fuq talba konġunta mill-partijiet firmatarji, b'deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni; |
|
1. |
Jilqa' l-fatt li, għalkemm l-Artikolu 155(2) tat-TFUE ma jipprevedix li l-Parlament jiġi kkonsultat fir-rigward tat-talbiet magħmula lill-Kummissjoni mis-sħab soċjali, il-Kummissjoni ressqet il-proposta tagħha quddiem il-Parlament u talbitu jikkomunika l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni u l-Kunsill; |
|
2. |
Jilqa' l-fatt li l-Ftehim kif ġie konkluż mis-sħab soċjali u l-proposta tal-Kummissjoni jipprevedu biss rekwiżiti minimi, li jħallu lill-Istati Membri u/jew is-sħab soċjali liberi li jadottaw miżuri li jkunu aktar favorevoli għall-ħaddiema fil-qasam ikkonċernat; |
|
3. |
Jirrakkomanda l-adozzjoni tad-direttiva tal-Kunsill; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lis-sħab soċjali konċernati. |
III Atti preparatorji
IL-PARLAMENT EWROPEW
It-Tlieta 21 ta’ Ottubru 2014
|
27.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/32 |
P8_TA(2014)0030
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni — Applikazzjoni EGF/2014/004 ES/Comunidad Valenciana — metal — Spanja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni f’konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (talba EGF/2014/004 ES/Comunidad Valenciana — metal minn Spanja) (COM(2014)0515 — C8-0125/2014 — 2014/2064(BUD))
(2016/C 274/06)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0515 — C8-0125/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), (ir-Regolament dwar il-FEG), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0013/2014), |
|
A. |
billi l-Unjoni waqqfet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji, u biex tgħinhom jerġgħu jintegraw irwieħhom fis-suq tax-xogħol, |
|
B. |
billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, f'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tat-2 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), |
|
C. |
billi Spanja ressqet l-applikazzjoni EGF/2014/004 ES/Comunidad Valenciana metal għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b’segwitu għas-633 sensja f’142 intrapriża li joperaw fil-manifattura ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat, fi Spanja b’300 ħaddiema fil-mira tal-miżuri kofinanzjati mill-FEG matul il-perjodu referenzjarju mill-1 ta’ April 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, |
|
D. |
billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG; |
|
1. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament dwar il-FEG ġew sodisfatti u li, għaldaqstant Spanja hi intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dak ir-Regolament; |
|
2. |
Jinnota li l-awtoritajiet Spanjoli ressqu l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja tal-FEG fil-25 ta' Marzu 2014, u li l-valutazzjoni saret disponibbli mill-Kummissjoni fit-12 ta’ Awwissu 2014; jilqa’ l-valutazzjoni rapida ta’ inqas minn ħames xhur; |
|
3. |
Jilqa’ pożittivament il-fatt li l-applikazzjoni tikkunsidra l-esperjenza b'applikazzjonijiet preċedenti mill-istess reġjun; jissuġġerixxi li l-esperjenzi u l-aħjar prattiki possibbli tar-reġjuni li qed iressqu bosta applikazzjonijiet għandhom jiġu disseminati matul il-laqgħat regolari tal-persuni ta' kuntatt u l-esperti tal-FEG; |
|
4. |
Iqis li s-sensji f’142 intrapriża li joperaw fil-manifattura ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat fi Spanja huma marbutin mal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali; jinnota li Spanja hi fost l-Istati Membri l-aktar affettwati serjament mill-kriżi, li wasslet għal domanda aktar baxxa għall-metall u l-prodotti tal-metall u l-produzzjoni tagħhom; jinnota li fi Spanja l-produzzjoni tal-prodotti tal-metall naqset bi 23,3 % fl-2009 meta mqabbla mas-sena ta’ qabel u b’36,6 % bejn l-2008 u l-2013; jinnota li l-fatturat tas-settur naqas bi 38,5 % fil-perjodu bejn l-2008 u l-2012 u t-telf ta' impjiegi jirrappreżenta 43 % tal-impjiegi totali fis-settur tal-metall; |
|
5. |
Jinnota li s-settur tal-prodotti tal-metall iffabbrikat huwa fornitur ewlieni ta’ riżorsi għal firxa wiesgħa ta' industriji tal-manifattura, b'mod partikolari s-setturi tal-bini ta' bastimenti, dak tal-kostruzzjoni u dak awtomobilistiku, li lkoll intlaqtu b'mod sinifikanti mill-kriżi ekonomika fl-Unjoni kollha; |
|
6. |
Jinnota li dan il-każ tipikament jirrifletti l-ambjent soċjali u ekonomiku ta' reġjun b'ekonomija lokali kkaratterizzata minn perċentwal għoli ta' SMEs u jfakkar id-diffikultajiet attwali li qed jaffaċċjaw l-SMEs sabiex jivvalitaw il-finanzjament; |
|
7. |
Jisħaq li s-633 sensja se jkomplu jiggravaw aktar is-sitwazzjoni ta' qgħad fil-Comunidad Valenciana li hi partikolarment fraġli, ġaladarba s-settur tal-metall jirrappreżenta 25,4 % tal-impjiegi fis-settur industrijali tar-reġjun; jinnota li, fl-2008, kien hemm 35 868 impjieg fis-settur tal-metall f’Comunidad Valenciana, filwaqt li, fl-2012, in-numru ta’ impjiegi kien naqas għal 20 873 li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 43 %, jiġifieri tmien punti perċentwali ogħla minn dak fil-livell nazzjonali; |
|
8. |
Jinnota b'dispjaċir li inqas minn 50 % tal-ħaddiema eliġibbli huma mistennija jipparteċipaw fil-miżuri biss; iqis li din l-istima hija bbażata fuq l-esperjenzi tal-awtorità implimentattiva bl-applikazzjonijiet preċedenti għall-intervent mill-FEG fir-reġjuni; madankollu jqis li f’reġjuni b’rati għoljin ta' qgħad in-numru ta' parteċipanti f'taħriġ u taħriġ mill-ġdid hemm bżonn li jkun ikbar; |
|
9. |
Jenfasizza li impjiegi fir-reġjun ġew affettwati serjament mill-impatt tal-kriżi fuq is-setturi tradizzjonali bħal dawk taċ-ċeramika, tax-xedd tas-saqajn u tal-kostruzzjoni, kif ukoll dak tat-tessuti, li huma importanti ħafna għall-ekonomija tar-reġjun; |
|
10. |
Jilqa’ l-fatt li ħafna mill-ħaddiema li ngħataw is-sensja huma mistennija jipparteċipaw bi ħġarhom f’taħriġ vokazzjonali u titjib tal-kompetenzi; japprezza l-fatt li t-tali titjib tal-kompetenzi huwa mfassal biex jibni fuq il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba fl-industrija tal-metall u b'tagħlim ulterjuri ta’ tekniki speċifiċi li permezz tagħhom il-ħaddiema jkunu jistgħu jissodisfaw il-bżonnijiet futuri tal-industrija tal-metall; |
|
11. |
Jilqa’ l-fatt li, sabiex il-ħaddiema tingħatalhom għajnuna rapida, l-awtoritajiet Spanjoli ddeċidew li jagħtu bidu għall-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati għall-ħaddiema affettwati fl-20 ta’ Ġunju 2014, qabel id-deċiżjoni finali dwar l-għoti tal-appoġġ tal-FEG għall-pakkett ikkoordinat propost; |
|
12. |
Jilqa’ l-fatt li s-servizzi personalizzati għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja se jkunu kofinanzjati mill-Generalitat Valenciana (il-gvern awtonomu tal-Comunidad Valenciana) u b’mod partikolari mis-SERVEF (l-uffiċċji pubbliċi tax-xogħol tal-gvern awtonomu) bi 30 % tal-baġit totali u mill-assoċjazzjoni tal-impjegaturi Federación Empresarial Metalúrgica Valenciana-FEMEVAL u t-trade unions UGT-PV u CCOO-PV b’10 % tal-baġit totali; |
|
13. |
Jinnota li l-pakkett ikkoordinat tas-servizzi personalizzati li għandu jiġi kkofinanzjat jinkludi miżuri għal ħaddiema li ngħataw is-sensja bħalma huma l-gwida okkupazzjonali, kollokament f’impjieg, it-taħriġ (taħriġ vokazzjonali u titjib tal-kompetenzi, taħriġ f’ħiliet trasversali, taħriġ fuq il-post tax-xogħol), il-promozzjoni tal-intraprenditorija, l-inċentiv għat-twaqqif ta’ negozju, l-allowance għat-tiftix ta’ xogħol, il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-inċentiv għall-impjieg; |
|
14. |
Jieħu nota tal-ammont ta' EUR 3 000 li għandu jingħata lil numru mistenni ta' 20 benefiċjarju, biex jinċentiva r-ritorn tagħhom fis-suq tax-xogħol permezz tat-twaqqif tan-negozju tagħhom; iqis li l-istima tan-numru ta' ħaddiema li se jibbenefikaw minn dan l-inċentiv hija bbażata wkoll fuq esperjenzi bil-każijiet preċedenti tal-FEG fir-reġjun; |
|
15. |
Jilqa’ l-fatt li l-pakkett ikkoordinat tas-servizzi personalizzati tfassal b’konsultazzjoni kemm mal-assoċjazzjoni ta’ impjegaturi FEMEVAL, kif ukoll mat-trade unions UGT-PV u CCOO-PV, u li ħa jiġu applikati l-politika ta’ ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni tul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-FEG u fl-aċċess għalih; |
|
16. |
Ifakkar fl-importanza li tittejjeb il-kapaċità tal-ħaddiema kollha li jfittxu impjieg permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali ta' ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett ikkoordinat jiġi adattat mhux biss għall-ħtiġijiet tal-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, iżda anke għall-ambjent kummerċjali nnifsu; |
|
17. |
Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat tas-servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; jisħaq li l-awtoritajiet Spanjoli jikkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċievux għajnuna minn strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva dwar dik id-data fir-rapporti annwali tagħha sabiex ikun żgurat ir-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma tkun tista' sseħħ l-ebda duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni; |
|
18. |
Jinnota li l-istima tal-ispejjeż tas-sessjonijiet ta' merħba u ta' informazzjoni, bħala miżura tal-bidu fil-lista ta' azzjonijiet proposti, żdiedet b'50 % meta mqabbla ma' applikazzjoni mill-istess reġjun fis-sena ta' qabel; |
|
19. |
Jesprimi l-apprezzament tiegħu għall-proċedura mtejba implimentata mill-Kummissjoni, b'segwitu għat-talba mill-Parlament għall-aċċelerazzjoni fil-konċessjoni tal-għotjiet; josserva li l-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja fi żmien 12-il ġimgħa minn meta waslet l-applikazzjoni kompluta; |
|
20. |
Jisħaq dwar il-fatt li, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament dwar il-FEG, għandu jiġi żgurat li l-assistenza mill-FEG tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex jingħataw solidarjetà u appoġġ temporanju ta' darba, għall-benefiċjarji destinatarji, u barra minn hekk ma tibqax tieħu post azzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi; |
|
21. |
Jilqa' l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-FEG li jirrifletti l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiġi introdott mill-ġdid il-kriterju tal-mobilizzazzjoni b'rabta ma' kriżi, tiżdied il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal 60 % tal-ispejjeż totali stmati tal-miżuri proposti, tiżdied l-effiċjenza għat-trattament tal-applikazzjonijiet għall-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u l-approvazzjoni, jiġu estiżi l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli għall-persuni li jaħdmu għal rashom u ż-żgħażagħ, u biex jiġu finanzjati inċentivi għat-twaqqif ta' negozji proprji; |
|
22. |
Ifakkar li, f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-FEG, id-disinn tal-pakkett ikkoordinat tas-servizzi personalizzati għandu jantiċipa l-perspettivi u l-kapaċitajiet meħtieġa fil-ġejjieni tas-suq tax-xogħol u għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sostenibbli; |
|
23. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
24. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
25. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni f’konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (talba EGF/2014/004 ES/Comunidad Valenciana – metal minn Spanja)
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2014/816/UE.)
|
27.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/36 |
P8_TA(2014)0031
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Applikazzjoni EGF/2013/012 BE/Ford Genk – Il-Belġju
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (talba EGF/2013/012 BE/Ford Genk mill-Belġju) (COM(2014)0532 — C8-0126/2014 — 2014/2065(BUD))
(2016/C 274/07)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0532 – C8-0126/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (1) (ir-Regolament FEG), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0015/2014), |
|
A. |
billi l-Unjoni waqqfet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji, u biex tgħinhom jerġgħu jintegraw irwieħhom fis-suq tax-xogħol; |
|
B. |
billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, f'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tat-2 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG); |
|
C. |
billi l-Belġju ppreżenta l-applikazzjoni EGF/2013/012 BE/Ford Genk għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b'segwitu għal 512-il sensja, b'479 persuna mistennija jieħdu sehem fil-miżuri, fl-impjant ta' assemblaġġ ta' Ford-Werke GmbH (4) li jinsab f'Genk ('Ford Genk') u f'10 fornituri ta' Ford Genk fil-Belġju matul il-perjodu referenzjarju mill-1 ta' Lulju 2013 sal-1 ta' Novembru 2013; |
|
D. |
billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti fir-Regolament FEG; |
|
1. |
Jinnota li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament FEG qed jiġu parzjalment sodisfatti fir-rigward tan-numru minimu ta' sensji matul il-perjodu referenzjarju peress li hemm anqas minn 500 sensja; jikkunsidra li applikazzjoni għal kontribuzzjoni mill-FEG tista' titqies ammissibbli meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjiegi u l-ekonomija lokali; jieħu inkunsiderazzjoni żewġ mewġiet oħra ta' sensji li hu mistenni li se jseħħu fl-2014 (madwar 4 340 sensja f'Ford Genk u 2 820 sensja fil-fornituri tiegħu li jinsabu fl-istess żona ġeografika); jikkunsidra li dawn se jkollhom impatt serju fuq ir-reġjun Fjamming kollu kemm hu b'telf stmat ta' aktar minn 11 000 impjieg; ifakkar li implimentazzjoni malajr kemm jista' jkun tal-miżuri speċifiċi favur l-ewwel grupp ta' ħaddiema mogħtija s-sensja żżidilhom il-possibilitajiet li jsibu impjieg ġdid u li l-ħaddiema kollha mogħtija s-sensja jingħataw l-istess opportunità; jaqbel għalhekk mal-Kummissjoni li l-Belġju hu intitolat għal kontribuzzjoni finanzjarja skont ir-Regolament FEG; |
|
2. |
Jinnota li l-awtoritajiet Belġjani ppreżentaw it-talba għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fit-23 ta' Diċembru 2013, li ġiet issuplementatha b'informazzjoni addizzjonali sat-12 ta' Ġunju 2014, u li l-valutazzjoni tagħha tqiegħdet għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni fit-22 ta' Awwissu 2014; jilqa' l-fatt li l-valutazzjoni saret fil-pront fi żmien anqas minn 8 xhur; jissottolinja l-importanza li jiġi introdott perjodu ta' valutazzjoni ta' mhux aktar minn 20 ġimgħa fir-Regolament FEG il-ġdid (Regolament (UE) Nru 1309/2013) (5); |
|
3. |
Jikkunsidra li s-sensji fl-impjant ta' assemblaġġ ta' Ford-Werke GmbH u f'10 fornituri ta' Ford Genk huma marbuta ma' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji dovuti għall-globalizzazzjoni u tnaqqis rapidu tas-sehem fis-suq tal-UE fis-settur tal-produzzjoni tal-karozzi għall-passiġġiera f'livell dinji u tnaqqis konsistenti fil-bejgħ ta' karozzi ġodda fl-Unjoni; |
|
4. |
Jinnota li Ford Genk kien l-akbar impjegatur fil-provinċja ta' Limburg u li l-512-il sensja kkonċernati u ż-żewġ mewġiet oħra ta' sensji mistennija minħabba l-għeluq tal-Ford f'Genk se jkollhom impatt serju fuq is-suq tax-xogħol lokali li hu kkaratterizzat minn livell għoli ta' qgħad, livelli aktar baxxi ta' kwalifiki u ta' ħiliet u provvista anqas żviluppata ta' servizzi edukattivi; jinnota li skont studju li rreferew għalih l-awtoritajiet Belġjani (6), għal kull 100 impjieg li hu mistenni li se jintilfu f'Ford Genk, kieku jintilfu 65 impjieg fil-fornituri diretti u indiretti tiegħu f'Limburg u 72 impjieg addizzjonali fil-fornituri tiegħu li jinsabu xi mkien ieħor fir-Reġjun Fjamming; |
|
5. |
Jinnota li l-industrija awtomobilistika kienet is-suġġett ta' 17-il deċiżjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG minn mindu beda fl-2007 (7); b'mod partikolari, it-tiċkin tas-sehem fis-suq tal-UE fil-produzzjoni ta' karozzi għall-passiġġiera ssemma' fi tmien deċiżjonijiet preċedenti dwar il-FEG (8); jappella għal valutazzjoni tal-effetti tal-interventi mill-FEG speċifikament marbuta mas-sensji fis-settur awtomobilistiku abbażi ta' dawn l-applikazzjonijiet u dawk mistennija sal-aħħar tas-sena; |
|
6. |
Jilqa' pożittivament il-fatt li, sabiex jipprovdu lill-ħaddiema b'assistenza rapida, l-awtoritajiet Belġjani ddeċidew li jniedu l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta nhar l-1 ta' Lulju 2013, ferm qabel id-deċiżjoni finali dwar l-għoti ta' appoġġ mill-FEG għall-pakkett ikkoordinat propost; |
|
7. |
Jinnota li l-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li se jiġu kofinanzjati jinkludi l-miżuri li ġejjin għall-integrazzjoni mill-ġdid tal-479 ħaddiem li ngħataw is-sensja f'impjieg (miġbura skont il-kategorija): (1) għajnuna għat-tiftix ta' impjieg (maniġer tal-kont prinċipali, konsulent għall-intervent soċjali, informazzjoni dwar l-opzjonijiet ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, gwida attiva orjentata lejn l-impjiegi), u (2) taħriġ u taħriġ mill-ġdid (kors ta' taħriġ vokazzjonali, impjieg permezz ta' taħriġ vokazzjonali individwali, taħriġ fl-applikazzjonijiet); |
|
8. |
Jilqa' pożittivament il-fatt li sabiex jindirizza din il-kwistjoni, il-Gvern Fjamming stabbilixxa taskforce speċifika li tiġbor flimkien lill-partijiet interessati rilevanti kollha, bis-servizzi tal-Kummissjoni assoċjati fil-ħidma tagħha; |
|
9. |
Jilqa' pożittivament il-fatt li s-sħab soċjali rappreżentati fil-Kunsill Soċjoekonomiku tar-Reġjun ta' Limburg (SERR Limburg) mhux talli ġew ikkonsultati, imma talli ħadu sehem ukoll f'Kumitat ta' Monitoraġġ imwaqqaf speċifikament għall-applikazzjoni għall-FEG; jinnota barra minn hekk li l-applikazzjoni għall-FEG ġiet diskussa mas-sħab soċjali bħala parti mir-rapportaġġ regolari dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Strateġiku għal Limburg li twaqqaf biex jindirizza l-impatt reġjonali tal-għeluq tal-Ford Genk; |
|
10. |
Ifakkar fl-importanza li tittejjeb l-impjegabilità tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksubin tul il-karriera professjonali ta' ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett ikkoordinat ikun adattat mhux biss għall-ħtiġijiet tal-ħaddiema mogħtija s-sensja imma anke għall-ambjent kummerċjali nnifsu; jinnota fl-istess ħin li l-miżuri ta' taħriġ u taħriġ mill-ġdid għandhom jirrikonoxxu u anke jibnu fuq il-ħiliet u l-kompetenzi speċifiċi li l-ħaddiema milquta jkunu kisbu fl-industrija awtomobilistika u fl-industrija fornitriċi tagħha; |
|
11. |
Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li se jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; jisħaq fuq il-fatt li l-awtoritajiet Belġjani jikkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dawk id-data fir-rapporti annwali tagħha b'mod li jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma tkun tista' sseħħ l-ebda duplikazzjoni ta' servizzi ffinanzjati mill-Unjoni; |
|
12. |
Jitlob lill-istituzzjonijiet kollha involuti jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza l-proċedura mtejba implimentata mill-Kummissjoni, b'segwitu għat-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bil-għan li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni għall-FEG tiġi ppreżentata lill-Parlament u lill-Kunsill flimkien mal-proposta għall-mobilizzazzjoni tal-FEG; jissottolinja li titjib ulterjuri fil-proċedura diġà ġie integrat fir-Regolament (UE) Nru 1309/2013) u li se jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza u viżibilità tal-FEG; |
|
13. |
Jisħaq fuq il-fatt li, f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament FEG, għandu jiġi żgurat li l-FEG jappoġġa l-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema individwali mogħtija s-sensja f'impjieg stabbli; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-fatt li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss dawk il-miżuri attivi fis-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjieg dewwiemi fit-tul; itenni l-fatt li l-assistenza mill-FEG ma tista' tissostitwixxi la l-azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji bis-saħħa tad-dritt nazzjonali jew ftehimiet kollettivi u lanqas il-miżuri għar-ristrutturazzjoni ta' kumpaniji jew setturi; |
|
14. |
Jilqa' pożittivament l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013 li jirrifletti l-qbil li ntlaħaq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex jiddaħħal mill-ġdid il-kriterju dwar il-mobilizzazzjoni f'każ ta' kriżi, biex il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tiżdied għal 60 % tal-ispiża totali stmata tal-miżuri proposti, biex tiżdied l-effiċjenza fit-trattament tal-applikazzjonijiet għall-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għal valutazzjoni u approvazzjoni, biex jiġu estizi l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli billi jiġu inklużi dawk li jaħdmu għal rashom u ż-żgħażagħ u biex jiġu iffinanzjati l-inċentivi għat-twaqqif ta' negozju proprju; |
|
15. |
Japprova d-deċiżjoni mehmuża ma' din il-riżoluzzjoni; |
|
16. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
17. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Ford-Werke GmbH, sussidjarja ta' Ford of Europe AG, għandha s-sede rreġistrata tagħha f'Cologne (il-Ġermanja). Hija topera l-impjanti tal-produzzjoni ta' Ford f'Cologne u Saarlouis (il-Ġermanja) u f'Genk (il-Belġju).
(5) Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855).
(6) Peeters, L., Vancauteren, M., “Studie van de economische impact van de sluiting van Ford Genk”, Universiteit Hasselt, Novembru 2013, disponibbli hawn http://www.uhasselt.be/documents/kizok/impactstudie.pdf.
(7) Ara d-databażi FEG, disponibbli hawn: http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=582 & langId=mt.
(8) Ara l-proposti tal-Kummissjoni dwar il-każijiet EGF/2007/001 FR/Peugeot suppliers (COM(2007)0415 tat-12.7.2007), EGF/2007/010 PT/Lisboa-Alentejo (COM(2008)0094 tal-20.2.2008), EGF/2008/002 ES/Delphi (COM(2008)0547 tad-9.9.2008), EGF/2008/004 ES/Castilla y León/Aragón (COM(2009)0150 tas-26.3.2009), EGF/2009/013 DE/Karmann (COM(2010)0007 tat-22.1.2010), EGF/2012/004 ES/Grupo Santana (COM(2014)0116 tal-5.3.2014), EGF/2012/005 SE/Saab (COM(2012)0622 tad-19.10.2012), EGF/2012/008 IT/De Tomaso automobili (COM(2013)0469 tat-28.6.2013).
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (talba EGF/2013/012 BE/Ford Genk mill-Belġju)
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2014/813/UE.)
|
27.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/40 |
P8_TA(2014)0032
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Applikazzjoni EGF/2013/002 BE/Carsid mill-Belġju
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni f'konformità mal-Punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/002 BE/Carsid mill-Belġju) (COM(2014)0553 — C8-0136/2014 — 2014/2071(BUD))
(2016/C 274/08)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0553 — C8-0136/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (1) (ir-Regolament dwar il-FEG), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0017/2014), |
|
A. |
billi l-Unjoni stabbilixxiet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji u biex tgħinhom jerġgħu jintegraw irwieħhom fis-suq tax-xogħol; |
|
B. |
billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u wara li jkun ġie kkunsidrat kif dovut il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG); |
|
C. |
billi l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013 (4) tirrifletti l-qbil li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiddaħħal mill-ġdid il-kriterju dwar il-mobilizzazzjoni f' każ ta ' kriżi, biex il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tiżdied għal 60 % tal-ispiża totali stmata tal-miżuri proposti, biex tiżdied l-effiċjenza fit-trattament tal-applikazzjonijiet FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għal valutazzjoni u approvazzjoni, biex jiġu estizi l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli billi jiġu inklużi dawk li jaħdmu għal rashom u ż-żgħażagħ u biex jiġu iffinanzjati l-inċentivi għat-twaqqif ta' negozju proprju, |
|
D. |
billi l-Belġju ressaq l-applikazzjoni EGF/2013/002 BE/Carsid għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara 939 sensja, b'752 persuna mistennija jipparteċipaw fil-miżuri marbuta mal-għeluq tal-impjant tal-produzzjoni ta' Carsid SA (“Carsid”) (5) f'Marcinelle qrib Charleroi fil-Belġju matul il-perjodu ta' referenza mit-28 ta' Settembru 2012 sat-28 ta' Jannar 2013, |
|
E. |
billi l-kontribuzzjoni finanzjarja mitluba mill-FEG tammonta għal EUR 911 934 (50 % tal-baġit totali), |
|
F. |
billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG, |
|
1. |
Jinnota li l-applikazzjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(a) tar-Regolament dwar il-FEG; jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament dwar il-FEG huma ssodisfati u li, għalhekk, il-Belġju intitolat għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament; |
|
2. |
Jinnota li l-awtoritajiet Belġjani ppreżentaw l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fit-2 ta' April 2013, akkumpanjata minn informazzjoni addizzjonali sal-4 ta' Lulju 2014, u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli mill-Kummissjoni fil-5 ta' Settembru 2014; |
|
3. |
Jinnota li l-proċedura relattivament twila mid-data tal-ewwel sensji sal-valutazzjoni tal-applikazzjoni ppermettiet il-ġbir ta' informazzjoni preċiża marbuta ma' dan il-każ; |
|
4. |
Jesprimi tħassib dwar it-tul ta' dan il-perjodu ta' eżami u jfakkar li l-FEG għandu jintervjeni kemm jista' jkun malajr; |
|
5. |
Jilqa' pożittivament il-fatt li, sabiex jipprovdu lill-ħaddiema b' assistenza rapida, l-awtoritajiet Belġjani ddeċidew li jniedu l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta nhar l-1 ta' Ottubru 2012, ferm qabel id-deċiżjoni finali dwar l-għoti ta' appoġġ mill-FEG għall-pakkett ikkoordinat propost; |
|
6. |
Jilqa' l-fatt li tali dewmien għandu jispiċċa grazzi għad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013, anki jekk immaniġġar rapidu tat-talbiet ta' mobilizzazzjoni ma għandux isir għad-dannu tal-effiċjenza; |
|
7. |
Jikkunsidra li s-sensji fl-impjant tal-produzzjoni ta' Carsid SA (“Carsid”) huma marbuta ma' bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u t-tnaqqis rapidu tas-sehem mis-suq fl-Unjoni fis-settur tal-produzzjoni tal-azzar grezz bi kkastjar kontinwu (li jinkludi billetti, vireg tal-ħadid u ċangaturi) fuq livell dinji u t-tnaqqis konsistenti fil-produzzjoni ta' azzar grezz bi kkastjar fl-Unjoni minħabba tnaqqis fid-domanda tal-azzar fis-settur awtomobilistiku u tal-kostruzzjoni; |
|
8. |
Jinnonta li s-sensji f'Carsid mistennija jaggravaw il-qgħad b'mod sinifikanti fiż-żona ta' Charleroi (żona fejn qabel kien hemm il-minjieri tal-faħam u l-produzzjoni tal-azzar fejn l-impjieg jiddependi b’mod qawwi fuq l-industrija peżanti tradizzjonali) li hi kkaratterizzata minn proporzjon għoli ta' qgħad fit-tul u livelli baxxi ta' kwalifiki u ħiliet; jinnota li fl-2012, ir-rata tal-qgħad fiż-żona ta' Charleroi (distrett) kienet 21,6 %, meta mqabbla ma' 15,8 % bħala medja fir-Reġjun tal-Vallonja u 11,2 % fil-livell nazzjonali; |
|
9. |
Jilqa' pożittivament il-miżuri attivi tas-suq tax-xogħol u l-fatt li l-allowances mhumiex elenkati fost is-servizzi personalizzati li għandhom jiġu appoġġjati b'intervent tal-FEG; |
|
10. |
Jenfasizza l-importanza tal-effikaċja tas-servizzi personalizzati pprovduti lill-benefiċjarji, partikolarment għaliex minħabba t-tnaqqis ta' impjiegi fis-settur tal-manifattura fir-reġjuni milquta, dawn il-ħaddiema se jkollhom jitħarrġu mill-ġdid biex isibu impjieg f'xogħlijiet oħra f'setturi oħra; |
|
11. |
Jinnota li l-produzzjoni ta' azzar grezz bi kkastjar kontinwu fl-UE27 naqset bi 13,4 % bejn l-2006 u l-2011 u li s-sehem tas-suq fl-istess perjodu naqas bi 30,7 %; jenfasizza li għalhekk is-settur tal-azzar fl-Ewropa huwa espost għal diffikultajiet ekonomiċi serji; ifakkar f'dan ir-rigward li s-settur tal-azzar kien is-suġġett ta' 4 applikazzjonijiet tal-FEG (6); |
|
12. |
Jinnota li l-pakkett ikkoordinat ta ' servizzi personalizzati li se jiġu kofinanzjati jinkludi l-miżuri li ġejjin għall-integrazzjoni mill-ġdid tal-752 ħaddiem li ngħataw is-sensja f' impjieg (miġbura skont il-kategorija): (1) għajnuna individwali għat-tiftix ta’ impjieg, ġestjoni tal-każijiet u servizzi ta' informazzjoni ġenerali u (2) taħriġ u taħriġ mill-ġdid; |
|
13. |
Jilqa' l-fatt li l-varji sħab soċjali u organizzazzjonijiet kienu involuti fil-koordinazzjoni ġenerali u l-implimentazzjoni tal-miżuri: trade unions (FGTB, CSC), iċ-ċentri ta' taħriġ settorjali vokazzjonali u teknoloġiċi fir-reġjun tal-Vallonja, FOREM (is-servizz pubbliku tal-impjiegi u tat-taħriġ tar-Reġjun tal-Vallonja), l-Aġenzija tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) tal-Komunità Franċiża tal-Belġju u l-Gvern tal-Vallonja; japprezza barra minn hekk li t-trade unions huma direttament involuti fil-ġestjoni tal-Unità ta' Riallokazzjoni li ġiet stabbilita apposta u fl-implimentazzjoni ta’ ċerti miżuri; |
|
14. |
Ifakkar fl-importanza li tittejjeb l-impjegabilità tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat ikun adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, iżda wkoll għall-ambjent reali tan-negozju; |
|
15. |
Jinnota li l-informazzjoni fornuta dwar il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; jisħaq fuq il-fatt li l-awtoritajiet Belġjani jikkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dawk id-data fir-rapporti annwali tagħha, bil-ħsieb li jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma jkunx hemm duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni; |
|
16. |
Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi neċessarji biex itejbu l-arranġamenti proċedurali sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza l-proċedura mtejba implimentata mill-Kummissjoni, b'segwitu għat-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-Parlament u l-Kunsill il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni għall-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG; jissottolinja li titjib ulterjuri fil-proċedura diġà ġie integrat fir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 u li se jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza u viżibilità tal-FEG; |
|
17. |
Jisħaq li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa l-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja f'impjieg stabbli; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-fatt li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri attivi fis-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjieg dewwiemi u fit-tul; itenni li l-assistenza mill-FEG ma għandha tissostitwixxi la l-azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont id-dritt nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi; |
|
18. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
19. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
20. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855).
(5) Carsid kienet tipproduċi folji tal-azzar maħsuba għal aktar ipproċessar minn impjanti li jappartjenu lill-grupp Duferco fil-Belġju (prinċipalment għall-produzzjoni ta’ prodotti rrumblati bis-sħana u prodotti rrumblati fil-kiesaħ użati fis-setturi tal-kostruzzjoni, tat-tagħmir tat-trasport u tal-karozzi). Bejn l-2006 u l-2011 Carsid kienet parti minn impriża konġunta bejn Duferco u NLMK. Għaldaqstant, din l-applikazzjoni hija marbuta mal-applikazzjoni EGF/2013/007 BE/Hainaut steel (Duferco-NLMK).
(6) Ara d-databażi tal-FEG, disponibbli fuq http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=582.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-Punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Talba FEG/2013/002 BE/Carsid mill-Belġju)
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2014/811/UE.)
|
27.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/43 |
P8_TA(2014)0033
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni:Applikazzjoni EGF/2014/006 FR/PSA – Franza
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Talba EGF/2014/006 FR/PSA minn Franza) (COM(2014)0560 – C8-0141/2014 – 2014/2076(BUD))
(2016/C 274/09)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0560 – C8-0141/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (ir-Regolament FEG), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0016/2014), |
|
A. |
billi l-Unjoni stabbilixxiet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji u biex tgħinhom jerġgħu jintegraw irwieħhom fis-suq tax-xogħol; |
|
B. |
billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jingħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u b'mod effiċjenti, f'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tas-2 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-FEG, |
|
C. |
billi l-adozzjoni tar-Regolament FEG tirrifletti l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiġi introdott mill-ġdid il-kriterju ta' mobilizzazzjoni b'rabta mal-kriżi, tiżdied il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal 60 % tal-ispejjeż totali stmati tal-miżuri proposti, tiżdied l-effiċjenza għat-trattament tal-applikazzjonijiet għall-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u l-approvazzjoni, jiġu estiżi l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli għall-persuni li jaħdmu għal rashom u ż-żgħażagħ, u jiġu ffinanzjati inċentivi għat-twaqqif ta' negozju proprju, |
|
D. |
billi Franza ressqet l-applikazzjoni EGF/2014/006 FR/PSA għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b'segwitu għas-6 120 sensja li ngħataw f’Peugeot Citroën Automobiles (minn hawn 'il quddiem “PSA”) li topera fid-diviżjoni 29 ta' NACE Rev. 2 (“Manifattura ta' vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers”) bil-biċċa l-kbira tas-sensji mogħtija fir-reġjuni ta' Ile de France (l-impjant ta' Aulnay) u Bretagne (l-impjant ta' Rennes), b'2 357 ħaddiem destinatarji ta' miżuri kofinanzjati mill-FEG, matul il-perjodu referenzjarju mill-1 ta' Ottubru 2013 sal-31 ta' Jannar 2014, |
|
E. |
billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEG, |
|
F. |
billi tista' ssir konverżjoni industrijali importanti tas-siti kkonċernati, speċifikament tas-sit f'Aulnay-sous-Bois li, jekk jitħalla jisfrutta kompletament il-potenzjal tiegħu fit-trasport multimodali, jippermetti riallokazzjoni sustanzjali ta' ħaddiema; |
|
G. |
billi l-awtoritajiet lokali fir-reġjun ta' Bretagne ma kinux involuti fit-twaqqif tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milqutin, allavolja huma responsabbli mit-taħriġ vokazzjonali; billi r-rappreżentanti trejdunjonistiċi lokali tas-siti ewlenin ikkonċernati ma kinux assoċjati fin-negozjar tal-miżuri; |
|
1. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament FEG huma sodisfatti u li, għalhekk, Franza hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dak ir-Regolament; |
|
2. |
Jinnota li l-awtoritajiet Franċiżi ressqu l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fil-25 ta' April 2014 u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli mill-Kummissjoni fl-10 ta' Settembru 2014; jilqa’ l-valutazzjoni rapida ta' inqas minn ħames xhur; |
|
3. |
Jikkunsidra li s-sensji fl-impriża PSA huma marbutin ma' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji minħabba l-globalizzazzjoni, waqt li jirreferi għall-osservazzjoni li għamlet Franza (L'industrie Automobile Francaise, Analyse et statistiques 2013 (4)) li bejn l-2000 u l-2012, il-produzzjoni dinjija ta' vetturi kibret b'44 % waqt li, fl-istess perjodu, il-produzzjoni fl-Ewropa tal-Punent naqset b'25 %, u barra minn hekk, il-produzzjoni f'pajjiżi terzi (il-Korea t'Isfel, iċ-Ċina, it-Turkija, l-Indoneżja, il-Malasja, it-Tajlandja u l-Amerika t'Isfel) kibret b'mod sinifikanti u issa tirrappreżenta 47 % tal-produzzjoni dinjija ta' vetturi (żieda minn 15 % fl-2000); |
|
4. |
Jinnota li s-6 120 sensja se jkomplu jaggravaw is-sitwazzjoni tal-qgħad fir-reġjuni ta' Ile de France u Bretagne, fejn jinsabu tnejn mill-impjanti milqutin, peress li l-impjant ta' Aulnay kien it-8 l-akbar impjegatur fil-belt ta' Aulnay, u s-sensji jnaqqsu n-numru ta' impjegati fiż-żona bi 13,6 %; |
|
5. |
Jinnota li, s'issa, is-settur awtomobilistiku kien is-suġġett ta' 21 applikazzjoni għall-FEG, li minnhom 12 kienu bbażati fuq globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ u 9 fuq il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali; iqis li hemm bżonn li tingħata attenzjoni partikolari lil dan is-settur fir-rapport biennali mistenni f'Awwissu 2015; |
|
6. |
Jinnota li din hi t-tielet applikazzjoni relatata mal-industrija awtomobilistika Franċiża ta' aktar minn EUR 10 miljun; jisħaq fuq l-importanza ta' aġġustamenti antiċipati sew u identifikazzjoni tajba tal-ħiliet, waqt li tiġi offruta l-possibilità ta' orjentament mill-ġdid billi l-kompetenzi tal-ħaddiema jintużaw għall-benefiċċju ta' setturi oħra; |
|
7. |
Jilqa' l-fatt li, sabiex il-ħaddiema jingħataw assistenza malajr, l-awtoritajiet Franċiżi ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fit-3 ta' Ġunju 2013, ferm qabel id-deċiżjoni finali dwar l-għoti tal-appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost; jiddispjaċih li, minkejja din l-implementazzjoni ta' malajr, il-Kummissjoni kellha tivvaluta din it-talba mingħajr ma kienet irċeviet l-informazzjoni meħtieġa mill-awtoritajiet Franċiżi fir-rigward tal-prefinanzjament u l-kofinanzjament nazzjonali; |
|
8. |
Jinnota li l-pakkett koordinat tas-servizzi personalizzati għal kofinanzjament jinkludi miżuri għall-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja bħal ċentru ta' akkoljenza u għajnuna individwali, gwida minn esperti esterni, sessjonijiet ta' ħidma tematiċi, taħriġ, allowances għal taħriġ, għotjiet għall-ħolqien ta' negozju; |
|
9. |
Jinnota l-fatt li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati tfassal f'konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-benefiċjarji indirizzati u mas-sħab soċjali u li, matul id-diversi fażijiet ta' implimentazzjoni tal-FEG u fl-aċċess għalih, se tiġi applikata politika ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni; |
|
10. |
Jiddispjaċih madankollu dwar l-assoċjazzjoni insuffiċjenti tal-awtoritajiet politiċi u t-trade unions lokali; jissuġġerixxi, fil-qafas ta' rieżami tar-Regolament FEG fil-ġejjieni, l-inklużjoni ta' konsultazzjoni formali mal-awtoritajiet politiċi u t-trade unions lokali fil-fajl li jkun fih it-talba għal mobilizzazzjoni mressqa mill-awtoritajiet nazzjonali lill-Kummissjoni; iqis li hemm bżonn ta' integrazzjoni aħjar tal-FEG fil-programmi u l-proċessi ta' rikonverżjoni tat-tessuti ekonomiċi lokali; |
|
11. |
Jilqa' l-għadd għoli stmat ta' parteċipanti li se jirċievu għotjiet għall-ħolqien ta' negozju; jinnota li l-ammont ta' dawn l-għotjiet jibqa' taħt il-limitu massimu ta' EUR 15 000, kif stipulat fl-Artikolu 7 tar-Regolament FEG; jappella għal valutazzjoni f'waqtha ta' din l-azzjoni speċifika sabiex jiġu evalwati r-riżultati ta' inċentivi ta' dan it-tip, possibilment fir-rapport biennali li jmiss jew sa mhux aktar tard milli fir-rapport finali; |
|
12. |
Japprezza l-pjan li jingħata self mingħajr imgħax għall-ħolqien ta' negozji ġodda. jinnota li, flimkien mal-għotjiet għall-ħolqien ta' negozju, dan jista' jipprovdi għajnuna sostanzjali għall-parteċipanti biex joħolqu negozji vijabbli; jilqa' l-fatt li l-awtoritajiet qed jikkunsidraw li jużaw il-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament għal dan l-iskop; |
|
13. |
Ifakkar fl-importanza li tittejjeb l-impjegabilità tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali ta' ħaddiem; |
|
14. |
Imaqdar in-nuqqas ta' fondi ddedikati għall-miżuri ta' komunikazzjoni u promozzjoni rigward il-FEG; jikkunsidra li l-pubbliċità u l-informazzjoni rigward dawn l-azzjonijiet jiżvolġu rwol importanti mhux biss biex jiġbdu lill-benefiċjarji, imma anke biex jevidenzjaw l-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam soċjali; |
|
15. |
Jinnota li l-informazzjoni pprovduta rigward il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; jisħaq fuq il-fatt li l-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċievux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dawk id-data fir-rapporti annwali tagħha, bil-ħsieb li jiġi żgurat ir-rispett sħiħ għar-regolamenti eżistenti u li ma jkunx hemm duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni; |
|
16. |
Japprezza l-proċedura mtejba implimentata mill-Kummissjoni b'segwitu għat-talba mill-Parlament għall-aċċelerazzjoni fir-rilaxx tal-għotjiet; jinnota l-pressjoni ta' ħin li jimplika l-kalendarju l-ġdid u l-impatt potenzjal fuq l-effikaċja tal-eżami tal-fajls; |
|
17. |
Jinnota li l-applikazzjoni hi intenzjonata biex tuża l-massimu permess ta' 35 % tal-ispejjeż kollha għall-allowances għal taħriġ u li din l-azzjoni tikkomplementa l-allowances imħallsa mill-kumpanija li tat is-sensji f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament FEG; |
|
18. |
Ifakkar li, b'mod konformi mal-Artikolu 7 tar-Regolament FEG, id-disinn tal-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati għandu jantiċipa l-perspettivi tas-suq tax-xogħol għall-ġejjieni u l-ħiliet rikjesti u għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija li tagħmel użu effiċjenti mir-riżorsi u li tkun sostenibbli; |
|
19. |
Jisħaq fuq il-fatt li, bi qbil mal-Artikolu 9 tar-Regolament FEG, għandu jiġi żgurat li l-assistenza mill-FEG tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex tipprovdi solidarjetà u appoġġ ta' darba, b'mod temporanju, għall-benefiċjarji destinatarji, u, barra minn hekk, li mhix se tieħu post l-azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji bis-saħħa tad-dritt nazzjonali jew ftehimiet kollettivi; |
|
20. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
21. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
22. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) http://www.ccfa.fr/IMG/pdf/ccfa_ra2012_fr_web-2.pdf
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Talba EGF/2014/006 FR/PSA minn Franza)
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2014/817/UE.)
L-Erbgħa 22 ta’ Ottubru 2014
|
27.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/47 |
P8_TA(2014)0034
Elezzjoni tal-Kummissjoni
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2014 li teleġġi l-Kummissjoni (2014/2164(INS))
(2016/C 274/10)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-tieni u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(7) tat-Trattat tal-UE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2014/414/EU tas-27 ta' Ġunju 2014 (1), li tipproponi lil Jean-Claude Juncker bħala kandidat għal President tal-Kummissjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istqarrija u l-preżentazzjoni tal-linji gwida politiċi tiegħu magħmula fis-seduta plenarja minn Jean-Claude Juncker fil-15 ta' Lulju 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-15 ta' Lulju 2014 (2) li jeleġġi lil Jean-Claude Juncker bħala l-President tal-Kummissjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2014/639/UE (3), li ttieħdet bil-qbil tal-President elett tal-Kummissjoni, tat-30 ta' Awwissu 2014, li taħtar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill 2014/716/UE, Euratom, li ttieħdet bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, tal-15 ta' Ottubru 2014 li tadotta l-lista tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2014/648/UE, Euratom (4), |
|
— |
wara li kkunsidra s-seduti ta' smigħ tal-Kummissarji nominati li saru mid-29 ta' Settembru sal-20 ta' Ottubru 2014 quddiem il-kumitati parlamentari u f'laqgħa tal-Konferenza tal-Presidenti miftuħa għall-Membri kollha, u l-evalwazzjonijiet tal-Kummissarji nominati wara s-seduti ta' smigħ, |
|
— |
wara li kkunsidra l-eżami mwettaq fil-laqgħa tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tal-21 ta' Ottubru 2014 u fil-laqgħa tal-Konferenza tal-Presidenti tal-21 ta' Ottubru 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni espressa waqt is-seduta plenarja mill-President elett tal-Kummissjoni fit-22 ta' Ottubru 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 118 u l-Anness XVI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra tal-President, il-Viċi President għar-Relazzjonijiet Esterni (ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) u l-Membri l-oħra tal-Kummissjoni, bħala korp, għall-mandat sal-31 ta' Ottubru 2019; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill tal-Ministri u lill-President elett tal-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 192, 1.7.2014, p. 52.
(2) Testi adottati, P8_TA(2014)0002.
(4) ĠU L 299, 17.10.2014, p. 29.
|
27.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/48 |
P8_TA(2014)0035
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2014 – surplus li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-baġit 2013
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2014 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni (12300/2014 – C8-0160/2014 – 2014/2035(BUD))
(2016/C 274/11)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) (Regolament Finanzjarju), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, adottat b'mod definittiv fl-20 ta' Novembru 2013 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2014, adottat mill-Kummissjoni fil-15 ta' April 2014 (COM(2014)0234), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2014 adottata mill-Kunsill fl-14 ta' Lulju 2014 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Settembru 2014 (12300/2014 – C8-0160/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0018/2014), |
|
A. |
billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2014 jimmira li jdaħħal fil-baġit 2014 is-surplus li jirriżulta mis-sena finanzjarja 2013, li jammonta għal EUR 1 005 miljun; |
|
B. |
billi l-komponenti ewlenin ta' dan is-surplus jikkostitwixxu eżitu pożittiv għall-introjtu ta' EUR 771 miljun, sottoeżekuzzjoni tan-nefqa ta' EUR 276 miljun u differenza ta' kambju pożittiva ta' EUR 42 miljun; |
|
C. |
billi min-naħa tal-introjtu ż-żieda tiġi prinċipalment mill-multi u mill-interessi moratorji (EUR 1 331 miljun), filwaqt li l-ammont tar-riżorsi proprji effettivament miġbur meta mqabbel ma' dak imniżżel fil-baġit naqas (- EUR 226 miljun) u d-dħul mis-surplus, mill-bilanċi u mill-aġġustamenti qiegħed jonqos ukoll (- EUR 360 miljun); |
|
D. |
billi fin-naħa tan-nefqa s-sottoimplimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet għall-2013 (EUR 107 miljun) u għall-2012 (EUR 54 miljun) hija partikolarment baxxa u marbuta ma' fatturi xi ftit jew wisq mhux prevedibbli kif ukoll ma tistax titqies li kkawżata minn tnaqqis fil-kapaċità ta' assorbiment; |
|
E. |
billi fir-realtà l-indikaturi kollha disponibbli jindikaw il-fatt li kien hemm skarsezza ta' approprjazzjonijiet ta' pagament kemm fil-baġit tal-2012 kif ukoll f'dak tal-2013; |
|
F. |
billi l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju jipprevedi li kull diskrepanza mal-estimi, li għandha tiddaħħal fil-baġit tal-Unjoni, għandha tkun l-uniku suġġett ta' dan il-baġit emendatorju; |
|
1. |
Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2014 iddedikat esklużivament lill-formazzjoni tal-baġit tas-surplus tal-2013, li jammonta għal EUR 1 005 miljun, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju; jikkonstata l-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2014; |
|
2. |
Ifakkar li l-adozzjoni ta' dan il-baġit emendatorju Nru 2 se tnaqqas is-sehem tal-kontribuzzjoni mill-ING tal-Istati Membri lill-baġit tal-UE b'EUR 1 005 miljun u għaldaqstant se tpaċi parzjalment il-kontribuzzjoni tagħhom lill-finanzjament tal-baġit emendatorju Nru 3 (bżonn ta' riżorsi proprji addizzjonali li jammontaw għal EUR 3 170 miljun); jenfasizza għalhekk l-intenzjoni tiegħu li jkompli l-proċedura għall-adozzjoni tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2 parallelament man-negozjati dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 li jikkonċerna l-mobilizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali, u dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 li jikkonċerna r-reviżjoni tal-previżjoni tar-riżorsi proprji tradizzjonali, dħul ieħor u l-iffissar bħala definittivi ċerti multi b'hekk iforni EUR 2 059 miljun addizzjonali ta' riżorsi proprji li jistgħu jnaqqsu ulterjorment il-bżonnijiet għal approprjazzjonijiet addizzjonali mill-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3; |
|
3. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-abbozzi ta' baġits emendatorji Nri 2, 3 u 4 huma adottati mingħajr emendi, dan jimplika impatt baġitarju kumplessiv ta' kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-ING li jammontaw għal EUR 106 miljun biss, li saru disponibbli mill-Istati Membri bil-għan li jiġu garantiti biżżejjed approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2014 biex ikopri l-obbligi ġuridiċi attwali tal-Unjoni; |
|
4. |
Bil-għan li jżomm ir-rabta politika u proċedurali bejn l-abbozzi ta' baġits emendatorji Nri 2, 3 u 4, jiddeċiedi li jemenda l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2014 kif muri hawn taħt; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
Emenda 1 (emenda multipla)
Dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul
|
Kapitolu 1 4 — |
Riżorsi proprji bbażati fuq id-dħul gross domestiku skont l-Artikolu 2(1)(c) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom |
Ċifri:
|
|
Baġit 2014 |
Abbozz ta' baġits emendatorji Nru 2 |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Differenza |
Ammont ġdid |
|
1 4 0 |
99 767 305 073 |
-1 005 406 925 |
-1 005 406 925 |
1 005 406 925 |
100 772 711 998 |
|
Total |
99 767 305 073 |
-1 005 406 925 |
-1 005 406 925 |
1 005 406 925 |
100 772 711 998 |
Taqsima III – Il-Kummissjoni
Titolu 40 Riżervi
Ħolqien ta' linja ġdida 40 04 01 - Riżerva għall-bżonnijiet ta' pagament addizzjonali
Ċifri:
|
|
Baġit 2014 |
Abbozz ta' baġits emendatorji Nru 2 |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Differenza |
Ammont ġdid |
|
40 04 01 |
— |
— |
— |
1 005 406 925 |
1 005 406 925 |
|
Total |
— |
— |
— |
1 005 406 925 |
1 005 406 925 |
Kummenti:
L-approprjazzjonijiet imdaħħla f'dan l-artikolu għandhom jintużaw biex ikopru l-bżonnijiet ta' approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali kif identifikati mill-Kummissjoni fl-ABE 3.
Ġustifikazzjoni:
Minħabba l-pressjoni għolja fuq il-pagamenti tal-2014 u t-tisħiħ mitlub mill-Kummissjoni fl-ABE 3/2014, qed jiġi propost li l-ammont tas-surplus għas-sena 2013 jintuża biex jiffinanzja linja maħluqa ex novo 40 04 01 “Riżerva għall-bżonnijiet ta' pagament addizzjonali” fuq in-naħa tan-nefqa tal-baġit, minflok ma jitnaqqsu r-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING. Jekk il-Kunsill jadotta l-ABE 3/2014 mingħajr emendi, din l-emenda tiġi rtirata.
(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(5) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.
|
27.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/51 |
P8_TA(2014)0036
Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 — it-taqsimiet kollha
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (12608/2014 — C8-0144/2014 — 2014/2040(BUD))
(2016/C 274/12)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (4) (IIA tat-2 ta' Diċembru 2013), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2014 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2015 — Taqsima III — Il-Kummissjoni (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2014 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2015 (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 adottat mill-Kummissjoni fl-24 ta' Ġunju 2014 (COM(2014)0300), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, adottata mill-Kunsill fit-2 ta' Settembru 2014 u li ntbagħat lill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Settembru 2014 (12608/2014 — C8-0144/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ittra ta' Emenda Nru 1/2015 għall-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 ippreżentata mill-Kummissjoni fid-data 15 ta' Ottubru 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet tal-Bureau tal-15 ta' Settembru 2014 u n-nota riveduta tas-Segretarju Ġenerali tas-17 ta' Settembru 2014 dwar il-qari tal-PE dwar l-abbozz ta' baġit tiegħu għall-2015, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-15 ta' April 2014 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea billi jżid in-numru ta' Mħallfin fil-Qorti Ġenerali (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim ta' kooperazzjoni tal-5 ta' Frar 2014 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-kumitati kkonċernati l-oħra (A8-0014/2014), |
Taqsima III
Ħarsa ġenerali
|
1. |
Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2014, il-Parlament issottolinja l-ħtieġa li jissaħħaħ l-investiment strateġiku fl-azzjonijiet b'valur miżjud Ewropew bħala għajnuna biex l-ekonomija Ewropea terġa' ssib triqtha, jiġu ġġenerati l-kompetittività, it-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi, b'mod partikolari impjiegi fost iż-żgħażagħ, filwaqt li l-objettiv ikun iż-żieda fil-koeżjoni ekonomika u soċjali; |
|
2. |
Jenfasizza l-fatt li l-Kapijiet ta' Stat u tal-Gvern qablu għal darb'oħra f'Ġunju 2014 dwar il-ħtieġa (imtennija waqt il-laqgħa speċjali tal-Kunsill Ewropew f'Awwissu 2014) ta' investiment, u li l-ekonomiji tal-Istati Membri jitħejjew għall-ġejjieni billi jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta' investiment li suppost ilhom li ġew sodisfatti fl-infrastruttura tat-trasport, fl-enerġija u fit-telekomunikazzjonijiet (inkluża t-tlestija tas-suq uniku diġitali sal-2015), li huma ta' importanza għall-Unjoni, kif ukoll fl-effiċjenza enerġetika, l-innovazzjoni u r-riċerka u l-ħiliet; ifakkar fir-rwol indiskutibbli li jiżvolġi l-baġit tal-Unjoni Ewropea biex jinkisbu dawn l-objettivi politiċi; |
|
3. |
Ifakkar għal darb'oħra, li l-baġit tal-Unjoni ma għandu bl-ebda mod jitqies u jiġi vvalutat bħala sempliċiment partita finanzjarja mdaħħla bħala piż għall-baġits nazzjonali, iżda, għall-kuntrarju, għandu jinftiehem bħala opportunità biex jiġu intensifikati dawk l-inizjattivi u l-investimenti li huma ta' interess u ta' valur miżjud għall-Unjoni kollha kemm hi, u li fil-parti l-kbira tagħhom huma kodeċiżi mill-Parlament u mill-Kunsill; |
|
4. |
Itenni n-natura komplementari tal-baġit tal-Unjoni għall-baġits nazzjonali u l-impetu li joħloq għall-promozzjoni tat-tkabbir u tal-impjiegi, u jenfasizza li fid-dawl tan-natura stess tiegħu u tad-daqs limitat tiegħu ma għandux jiġi kontrollat u mrażżan permezz ta' tnaqqis arbitrarju iżda, bil-maqlub, jeħtieġ li jissaħħew l-oqsma fil-mira; |
|
5. |
Jinnota li l-Abbozz ta' Baġit għall-2015 (AB) propost mill-Kummissjoni jammonta (flimkien mal-istrumenti speċjali) għal EUR 145 599,3 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) u EUR 142 137,3 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament (AP); jevidenzja l-fatt li l-volum kumplessiv tal-approprjazzjonijiet ta' pagament fl-AB jirrappreżenta żieda moderata ta' 1,4 % fuq il-Baġit tal-2014 (meta jitqiesu l-BE 1 u l-ABE 2-4/2014) u għadu EUR 2 biljun aktar baxx mill-baġit implimentat għall-2013; josserva li l-Kummissjoni pproponiet li tħalli marġni totali ta' EUR 1 478,9 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn taħt il-limiti massimi fl-AB tagħha; |
|
6. |
Jissottolinja l-importanza tal-aġenziji deċentralizzati, li huma essenzjali għall-implimentazzjoni tal-politiki u tal-programmi tal-Unjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa li jingħataw il-mezzi finanzjarji u l-persunal xierqa sabiex ikunu jistgħu jwettqu kif suppost il-kompiti assenjati lilhom mill-awtorità leġiżlattiva; |
Pożizzjoni tal-Kunsill
|
7. |
Jiddeplora l-fatt li l-Kunsill, fil-qari tiegħu, naqqas l-approprjazzjonijiet ta' impenn b'EUR 522 miljun u l-approprjazzjonijiet ta' pagament bi EUR 2,1 biljun, biex b'hekk stabbilixxa li l-baġit tal-Unjoni għall-2015 għal EUR 145 077,4 miljun f'impenji u EUR 139 996,9 miljun f'pagamenti; jindika li t-tnaqqis ta' EUR 2,1 biljun fil-pagamenti jkun jirrappreżenta tnaqqis ta' -0,18 % meta mqabbel mal-Baġit tal-2014 (inkluż il-BE 1/2014 u l-ABE 2-4/2014); jinsab partikolarment imħasseb dwar it-tnaqqis kbir fl-approprjazzjonijiet ta' pagament tal-fondi għall-kompetittività, it-tkabbir u l-impjiegi taħt l-Intestatura 1a, u li dan jikkostitwixxi ksur mill-agħar tal-impenn tal-Kunsill li jegħleb il-kriżi u jerġa' jqajjem it-tkabbir ekonomiku; |
|
8. |
Jiddiżapprova l-qari tal-Kunsill dwar il-Baġit għall-2015 li jinjora n-natura pluriennali tal-politiki tal-Unjoni, u li minflok ma jittratta l-kwistjoni, ikompli jaggrava n-nuqqasijiet fil-pagamenti u jkompli jbatti r-ritmu tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni; |
|
9. |
Jenfasizza għal darb'oħra li l-approċċ tal-Kunsill li jirranġa l-livell tal-pagamenti skont ir-rata tal-inflazzjoni, jinjora kompletament in-natura u l-funzjoni tal-karattru pluriennali tal-politiki tal-Unjoni u jagħmel il-QFP kompletament irrelevanti; jinnota f'dan ir-rigward li d-distakk dejjem jiżdied bejn l-approprjazzjonijiet ta' pagament u ta' impenn, jaggrava l-problemi bl-impenji pendenti akkumulati; jenfasizza l-impatt negattiv li għandu dan l-approċċ fuq kif iċ-ċittadini jipperċepixxu l-Unjoni; itenni fuq kollox li, sabiex tingħeleb il-kriżi ekonomika, l-Unjoni għandha żżid l-investimenti tagħha; |
|
10. |
Jiddeplora t-tnaqqis arbitrarju propost mill-Kunsill għal-linji amministrattivi u ta' appoġġ għall-finanzjament tal-implimentazzjoni ta' programmi kruċjali tal-Unjoni, li jista' jkun ta' ħsara għall-bidu b'suċċess ta' programmi ġodda, hekk kif nuqqas ta' kapaċità amministrattiva jinvolvi r-riskju serju li tixxekkel l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni; |
|
11. |
Jinsab imħasseb ħafna dwar l-użu min-naħa tal-Kunsill ta' kriterji doppji fir-rigward tal-baġit tal-Unjoni fejn, minn naħa, qed jappella għal żieda fil-fondi tal-Unjoni f'oqsma li jistgħu jiġġeneraw tkabbir sostenibbli u, min-naħa l-oħra, qed jipproponi tnaqqis kbir f'oqsma ewlenin bħar-riċerka, l-innovazzjoni, l-ispazju, l-infrastruttura, l-SMEs u l-enerġija; |
|
12. |
Jilqa' pożittivament il-fehma li esprimew 13-il Stat Membru li qalu li huma konvinti li l-livell miftiehem mill-Kunsill għall-approprjazzjonijiet ta' pagament jista' ma jkunx biżżejjed u jista' jwassal għal pressjoni kbira biex l-obbligi ġuridiċi tal-Unjoni jitwettqu puntwalment u biex l-impenji li diġà ttieħdu jiġu onorati; ifakkar li, skont l-Artikolu 323 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, 'il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jassiguraw li jkun hemm disponibbli l-mezzi finanzjarji sabiex jippermettu li l-Unjoni tissodisfa l-obbligi legali tagħha fir-rigward ta' partijiet terzi'; |
|
13. |
Iqis li minħabba li sena wara l-oħra l-Kunsill naqas milli jkollu maġġoranza kwalifikata fil-livell intern biex jassigura livell ta' pagamenti li jippermettu lill-Unjoni tkopri ħtiġijiet ta' pagament li ma jeżisti l-ebda dubju dwarhom, huwa għandu responsabbiltà politika kbira għas-sitwazzjoni verament ta' tensjoni fir-rigward tal-pagamenti; jikkundanna l-fatt li dan progressivament wassal għall-ħolqien ta' defiċit strutturali fil-baġit tal-Unjoni, li jikkontradixxi d-dispożizzjonijiet tat-Trattat u jipperikola l-abilità tal-Kummissjoni li tonora l-obbligi ġuridiċi tagħha; |
|
14. |
Jinnota fl-istess ħin li l-mod kif inhu mfassal bħalissa l-baġit tal-Unjoni, fejn l-approprjazzjonijiet ta' pagament huma marbuta mal-kontribuzzjonijiet nazzjonali, jista' jħeġġeġ għażliet ħżiena fost l-Istati Membri, speċjalment fi żminijiet fejn l-importanza ta' baġit nazzjonali bilanċjat tinsab fil-qalba tad-diskussjoni; jenfasizza madankollu li tali livell ta' pagamenti huwa r-riżultat dirett ta' livell korrispondenti ta' impenji, li l-Kunsill adotta formalment bil-maġġoranza kwalifikata neċessarja fil-kuntest tal-proċeduri baġitarji annwali; |
|
15. |
Jiddispjaċih dwar il-kunflitt istintiv li hemm bejn il-Kunsill fuq naħa, u l-Parlament u l-Kummissjoni fuq in-naħa l-oħra; jappella sabiex jinstabu modi kif din it-tensjoni tinbidel fi skambju ta' opinjonijiet aktar produttiv; jispera li d-disponibilità għal attitudnijiet u proposti ġodda finalment se twassal għal tibdil strutturali li jippromwovi ftehim baġitarju bilanċjat li jirrifletti l-ambizzjonijiet u t-tħassib kemm tal-Parlament u kemm tal-Kunsill; |
Il-qari fil-Parlament
|
16. |
Jenfasizza li, apparti l-implimentazzjoni tal-ftehim politiku li ntlaħaq fin-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2014-2020 fir-rigward tal-konċentrazzjoni inizjali fl-approprjazzjonijiet għal objettivi politiċi speċifikati, il-Kummissjoni ma pproponietx sforzi addizzjonali biex takkomoda l-prioritajiet li, mhux biss kienu deskritti mill-Parlament, iżda wkoll li qablu dwarhom il-Kapijiet ta' Stat u tal-Gvern fil-Kunsill Ewropew; jiddeċiedi għalhekk li jsaħħaħ iżjed ir-riżorsi finanzjarji għall-objettivi politiċi u l-prioritajiet strateġiċi tal-Unjoni f'għadd ta' oqsma; |
|
17. |
Jiddeċiedi li jikkonċentra t-tisħiħ tiegħu fuq il-programmi li jinsabu fil-qalba tal-Istrateġija Ewropa 2020 mmirata biex trawwem it-tkabbir, il-kompetittività u l-impjiegi, jiġifieri Orizzont 2020, COSME, Erasmus+, l-Aġenda Diġitali, Progress u l-Aġenda Soċjali (inklużi EURES u l-Faċilità ta' Mikrofinanzjament), billi dawn il-programmi huma eżempju ċar ta' kif l-Unjoni tikkontribwixxi lejn ekonomija innovattiva u li tirnexxi madwar il-kontinent; isaħħaħ iżjed barra minn hekk, il-programmi li huma strumentali sabiex tirnexxi l-aġenda għall-politika esterna tal-Unjoni, bħall-Politika tal-Viċinat, l-Iżvilupp u l-Għajnuna Umanitarja; jinsisti fuq il-bżonn li jiżdied ukoll il-finanzjament ta' programmi u inizjattivi importanti intiżi li jikkumbattu l-inugwaljanzi, bħall-FEAD, il-Programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini”, u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneru; |
|
18. |
Jistabbilixxi għalhekk il-livell globali tal-approprjazzjonijiet għall-2015 għal EUR 146 380,9 miljun u EUR 146 416,5 miljun f’approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament rispettivament; |
Nindirizzaw il-kriżi rikorrenti tal-pagamenti
|
19. |
Jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni li r-riżorsi disponibbli taħt il-limitu massimu tal-pagamenti għall-2015 jintużaw kompletament biex b'hekk ma jitħalla l-ebda marġni taħt il-limitu massimu tal-pagamenti għall-2015; ireġġa' t-tnaqqis kollu min-naħa tal-Kunsill fir-rigward tal-pagamenti lura għal li kien, abbażi tat-tendenzi ta' implimentazzjoni attwali u dawk mistennija; |
|
20. |
Jenfasizza madankollu li anke l-użu sħiħ tal-limitu massimu tal-pagamenti għall-2015, mhuwiex biżżejjed biex jiġu indirizzati adegwatament il-problemi attwali tal-Unjoni fil-qasam tal-pagamenti, li nqalgħu mill-baġit tal-Unjoni għall-2010 'l hawn; jinnota partikolarment l-akkumulu qawwi ta' pagamenti fl-aħħar snin li wassal għal livell mingħajr preċedent ta' EUR 23,4 biljun fi tmiem l-2013, u dan meta titqies il-politika ta' koeżjoni biss, u jibża' li dan jista' jkun ta' grad simili għal tmiem l-2014; jenfasizza għalhekk li l-problema rikorrenti ta' nuqqas ta' pagamenti jeħtiġilha tiġi indirizzata b'mod effettiv mingħajr aktar dewmien; jiddeċiedi għalhekk li fir-rigward ta' għadd ta' linji baġitarji jmur lil hinn mill-proposti tal-Kummissjoni għall-pagamenti b'EUR 4 biljun, inklużi ''l-linji ta' tkomplija 2007-2013'' ewlenin tal-fondi strutturali tal-Unjoni u l-programmi ta' riċerka, fejn is-sitwazzjoni fil-pagamenti hija kritika ħafna; |
|
21. |
Jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni tkun lesta biex tippreżenta proposti rilevanti għall-mobilizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta' flessibilità inklużi fir-Regolament dwar il-QFP; itenni l-intenzjoni tiegħu li ma jaċċettax xi interpretazzjoni ristretta tad-dispożizzjonijiet dwar il-flessibilità u l-istrumenti speċjali inklużi fir-Regolament dwar il-QFP u FII tat-2 ta' Diċembru 2013, li ġew innegozjati b'suċċess mill-Parlament; |
|
22. |
Jinsisti għal darb'oħra li l-approprjazzjonijiet ta' pagament kollha li jiġu mobilizzati permezz tal-użu ta' strumenti speċjali jridu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-limitu massimu għall-pagamenti fil-QFP; |
|
23. |
Ifakkar fl-eżempju impressjonanti tan-nuqqas drammatiku ta' approprjazzjonijiet ta' pagament għall-għajnuna umanitarja, esperjenzat fi tmiem l-2013 u fl-ewwel trimestru tal-2014, li seta' jissolva biss permezz ta' soluzzjonijiet fuq żmien qasir u temporanji fil-forma ta' trasferimenti fi ħdan il-baġit adottat; jinsab preokkupat ħafna li sitwazzjoni ta' dan it-tip probabbli li terġa' sseħħ anke f'oqsma politiċi oħra bħar-Riċerka/l-Iżvilupp u l-innovazzjoni; |
|
24. |
Jisħaq fuq il-fatt li, sabiex jiġu identifikati b'mod ċar il-ħtiġijiet għall-2015 li jirriżultaw mis-snin preċedenti, in-negozjati dwar il-ħtiġijiet ta' pagament addizzjonali għall-2014 għandhom jiġu ffinalizzati qabel il-konċiljazzjoni dwar il-Baġit għall-2015; itenni l-fatt li l-ABE 2, 3 u 4/2014 għandhom jiġu kkunsidrati bħala pakkett u li l-Kunsill ma jistax jistenna li jibbenefika mid-dħul mhux mistenni li jirriżulta mill-inklużjoni fil-baġit tal-ammonti żejda u tal-multi mingħajr ma jaġixxi fir-rigward tal-ħtiġijiet ta' pagament addizzjonali ppreżentati fl-ABE 3/2014; ifakkar li l-ABE 2, 3 u 4/2014 kollha flimkien u mingħajr emendi, jirrappreżentaw impatt baġitarju kumplessiv ta' kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-ING li jammontaw għal EUR 106 miljun biss, li saru disponibbli mill-Istati Membri bil-għan li jiġu garantiti biżżejjed approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2014 biex ikopru l-obbligi ġuridiċi attwali tal-Unjoni; |
|
25. |
Jissottolinja li l-livell tal-approprjazzjonijiet, b'mod speċjali fil-pagamenti, li ġie vvotat mill-Parlament fil-qari tiegħu, hu bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-ABE pendenti kollha għall-2014 se jiġu adottati kompletament; |
|
26. |
Jisħaq fuq il-fatt li, sabiex jiġu żgurati r-riżorsi adegwati għall-pjanijiet ta' investiment madwar l-Unjoni (kif imsemmi mill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2014 u enfasizzat bħala prijorità politika ewlenija tal-President elett Juncker fil-linji gwida tiegħu (8)), it-tkomplija tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, b'mod speċjali l-Garanzija Ewropea għaż-Żgħażagħ mill-baġit għall-2016, u sabiex tiġi indirizzata l-problema persistenti tal-approprjazzjonijiet ta' pagament, ir-reviżjoni postelettorali tal-QFP 2014-2020, kif previst fl-Artikolu 2 tar-Regolament dwar il-QFP, għandha titnieda malajr kemm jista' jkun mill-Kummissjoni l-ġdida; |
Intestatura 1a
|
27. |
Jinnota li l-Intestatura 1a għandha l-akbar sehem mit-tnaqqis tal-Kunsill, kemm f'impenji (EUR - 323,5 miljun meta mqabbel mal-AB) u kemm f'pagamenti (EUR -1 335 miljun), minkejja l-fatt li, għal darb'oħra, f'Ġunju 2014 il-Kunsill Ewropew qiegħed it-tkabbir, il-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi fil-quċċata tal-aġenda politika tiegħu; jenfasizza l-fatt li uħud minn dan it-tnaqqis mhuwiex konformi mal-ftehim dwar il-QFP 2014-2020, peress li jnaqqas b'mod qawwi l-programm Orizzont 2020 (b'EUR 190 miljun f'impenji meta mqabbel mal-AB), li kellu konċentrazzjoni inizjali sinifikanti bl-ammont ta' EUR 200 miljun fl-2014, kif ukoll il-programm ITER (EUR -11,2 miljun) li minflok għandu jkollu konċentrazzjoni inizjali fl-2015 bħala kumpens għall-fatt li, fl-2014, kellu konċentrazzjoni fil-finanzjament fl-aħħar; |
|
28. |
Jemmen li, sabiex ikun hemm aktar sigurtà tal-enerġija, il-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza fl-enerġija huma wkoll essenzjali fil-kuntest ta' dipendenza tal-enerġija fuq ir-Russja, b'mod partikolari f'dawk l-Istati Membri li l-aktar li jiddependu fuq il-gass mir-Russja; jappella sabiex l-objettivi tal-infiq tal-fondi tal-enerġija fil-qafas ta' Orizzont 2020 jiġu allinjati mal-impenji li saru matul il-proċess leġiżlattiv; |
|
29. |
Jikkontesta t-tnaqqis applikat mill-Kunsill għall-programm Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (EUR -34,4 miljun), flimkien mal-fatt li l-finanzjament ta' dan il-programm għall-2015 ġie kkonċentrat fl-aħħar, fatt li diġà tqies fl-AB b'segwitu għall-ftehim dwar il-QFP; jinsab imħasseb dwar ir-riskji ta' bidu ineffikaċi ta' dan il-programm strateġiku, li hu ta' importanza topika għall-investimenti futuri fl-infrastrutturi tat-telekomunikazzjoni, tat-trasport u l-enerġija, li jistgħu jagħtu spinta lill-ħolqien tax-xogħol fl-Ewropa; |
|
30. |
Jiddeċiedi għalhekk li, bħala prinċipju ġenerali, ireġġa' l-livell tal-AB għall-2015 lura għal li kien fir-rigward tat-tnaqqis kollu li sar mill-Kunsill, kemm fl-impenji u kemm fil-pagamenti; barra minn hekk iżid għadd magħżul ta' linji fi ħdan il-programmi li jikkorrispondu mal-prijoritajiet tal-Parlament taħt l-Intestatura 1a (Orizzont 2020, COSME, Erasmus +, l-Aġenda Diġitali, l-Aġenda Soċjali), billi jeżawrixxi l-marġni (żidiet totali lil hinn mill-AB ta' madwar EUR 200 miljun); |
|
31. |
Iqis barra minn hekk li hemm bżonn li l-linji tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa — Enerġija jiżdiedu b'ammont totali ta' EUR 34 miljun lil hinn mill-AB, sabiex jittaffa parzjalment l-effett tal-konċentrazzjoni tal-finanzjament fi tmiem il-perjodu ta' dan il-programm għat-tieni sena konsekuttiva bħala riżultat tal-ftehim dwar il-QFP; jikkunsidra li anke t-tisħiħ ulterjuri tal-investimenti fl-aġenda diġitali u l-broadband hu ta' prijorità u, b'konsegwenza ta' dan, iżid il-linji tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa — Netwerks tat-Telekomunikazzjoni bl-ammont ta' EUR 12-il miljun lil hinn mill-AB; |
|
32. |
Huwa tal-fehma li ż-żieda fl-appoġġ finanzjarju lill-SME huwa essenzjali sabiex l-ekonomija tal-Unjoni tkun tista' terġa' tikber u toħroġ mill-kriżi, u b'hekk tkun megħjuna l-ġlieda kontra l-qgħad; jemmen li spiss jiġi enfasizzat ir-rwol tal-innovazzjoni tal-SME għall-kompetittività tal-UE, iżda li l-appoġġ għal dan mhuwiex iffinanzjat biżżejjed; jiddeċiedi għaldaqstant li jżid l-approprjazzjonijiet ta' impenn lil hinn mill-AB b'EUR 26,5 miljun favur l-SME u l-intraprenditorija; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura approċċ minn isfel għal fuq ġenwin fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dan; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tiddedika biżżejjed riżorsi għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet previsti fil-qafas tal-Pjan ta' Azzjoni Ekoloġiku għall-SME; |
|
33. |
Iżid lil hinn mill-AB l-impenji għat-tliet aġenziji ta' superviżjoni (EBA, EIOPA u ESMA) għal ammont totali ta' EUR 6,1 miljun; |
|
34. |
Jinsab imħasseb dwar in-numru dejjem jiżdied ta' każijiet li fihom qed jidhru l-effetti tan-nuqqas ta' pagament taħt l-Intestatura 1a, speċjalment fil-qafas ta' Orizzont 2020, fejn il-finanzjament minn qabel qed jonqos u għadd kunsiderevoli ta' proġetti huma bblokkati u qed jidher li se jkun hemm interruzzjoni fil-pagamenti fil-programm Erasmus+; jinsab allarmat dwar il-bosta programmi li kważi eżawrew il-fondi disponibbli kollha għall-2014, xhur qabel ma tagħlaq l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-kontijiet; |
|
35. |
Jilqa' l-ewwel passi lejn ir-riforma tal-EFRAG, iżda jenfasizza l-ħtieġa li jiġu implimentati bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet ta' Maystadt, inkluża t-talba li l-ħidma tiegħu tkun limitata għall-istandards tal-IFRS u li tiġi eliminata bil-mod il-mod il-ħidma li jwettaq b'rabta mal-intrapriżi żgħar u medji u l-kwistjonijiet ta' taxxa; |
|
36. |
Jenfasizza r-rwol tal-innovazzjoni tal-SMEs bħala xprun għall-irkupru ekonomiku tal-UE; jistenna li l-Kummissjoni twettaq l-impenji legali u baġitarji tagħha fir-rigward tal-Istrument tal-SME f'Orizzont 2020, u jistieden lill-Kunsill jippermetti dan billi jipprovdi baġit adegwat; jitlob lill-Kummissjoni biex mill-2016 tistabbilixxi linja baġitarja unika għall-Istrument tal-SME, sabiex tippermetti sorveljanza u kontroll baġitarji aktar ċari, u tiżgura approċċ ġenwin minn isfel għal fuq għall-implimentazzjoni tiegħu; |
|
37. |
Jilqa' l-pakkett dwar l-ekonomija ċirkolari ppubblikat mill-Kummissjoni fit-2 ta' Lulju 2014 (9); jitlob li jiġu allokati riżorsi adegwati għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tiegħu; |
Intestatura 1b
|
38. |
Jinsab profondament imħasseb dwar il-fatt li l-Kunsill, filwaqt li żamm il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' impenn fil-livell tal-AB (EUR 49 227 miljun), naqqas l-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 220 miljun, biex stabbilixxa l-livell tal-pagamenti għal EUR 51 382 miljun; |
|
39. |
Jissottolinja l-fatt li l-Intestatura 1b għandha l-ikbar parti mill-impenji pendenti attwali, u dan qed jimpedixxi r-rimborż għar-riżorsi li diġà ntefqu mill-Istati Membri u r-reġjuni benefiċjarji; jenfasizza li din il-prattika kkawżat konsegwenzi serji għall-Istati Membri u r-reġjuni li l-aktar li ntlaqtu mill-kriżi; jiddeplora l-fatt lil-Kunsill jidher li qed jinjora kompletament din il-kwistjoni; jenfasizza li, f'perjodu fejn il-maġġorparti tal-Istati Membri qed jiffaċċjaw sfidi sabiex jidentifikaw sorsi ta' finanzjament għal proġetti li jistgħu jwasslu għall-ħolqien tax-xogħol, il-politika reġjonali tal-Unjoni hija għodda essenzjali sabiex jingħelbu tali nuqqasijiet; jinnota li l-istrumenti bħall-FSE, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni jew l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għandhom importanza partikolari matul kriżi, u li l-ewwel vittmi ta' tnaqqis ta' pagament huma dejjem il-partijiet interessati l-aktar dgħajfa, bħall-Istati Membri b'diffikultajiet baġitarji, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, ir-reġjuni l-aktar imbiegħda, l-SMEs, l-NGOs u s-sħab soċjali; |
|
40. |
Jiddeċiedi li jreġġa' l-AB lura għal li kien fir-rigward tal-linji baġitarji ddedikati għall-programmi l-ġodda, li tnaqqsu mill-Kunsill, u li jmur lil hinn mill-AB fir-rigward tal-pagamenti għal għadd ta' linji li jikkonċernaw partikolarment l-ikkompletar tal-programmi QFP 2007-2013; jinnota li l-2015 se tkun it-tieni sena tal-implimentazzjoni taċ-ċiklu l-ġdid tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment; jissottolinja l-ħtieġa li jkun hemm biżżejjed approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament biex jiġi żgurat li l-programmi jilħqu n-numru intenzjonat ta' benefiċjarji u għaldaqstant jiksbu l-impatt intenzjonat; |
|
41. |
Jiddeċiedi li, għall-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) u l-PP/AP, imur lil hinn mil-livell tal-AB bl-ammont ta' EUR 20,2 miljun; għandu l-intenzjoni li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà biex jiġi kkomplementat il-finanzjament tal-programmi għall-Fondi Strutturali Ċiprijotti taħt l-Intestatura 1b sa massimu tal-ammont sħiħ ta' EUR 100 miljun, wara li jiġu konklużi n-negozjati mal-Kunsill; |
|
42. |
Jemmen bis-sħiħ li l-fondi tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk fil-qafas tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, m'għandhomx jintużaw biex jissussidjaw approċċi nazzjonali, iżda biex jipprovdu appoġġ addizzjonali liż-żgħażagħ b'mod li jikkomplementa u jsaħħaħ il-programmi nazzjonali; |
|
43. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-fondi ddedikati biex jappoġġaw il-popolazzjoni qiegħda żagħżugħa; ifakkar fil-ftehim politiku marbut mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 dwar il-konċentrazzjoni inizjali tal-fondi fil-qafas tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, kif ukoll fl-ammonti korrispondenti programmati fi ħdan il-Fond Soċjali Ewropew sabiex tiġi pprovduta l-għajnuna meħtieġa fl-ewwel snin tal-perjodu ta' programmazzjoni; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni u l-Kunsill jirrispettaw dan il-ftehim fir-rigward taċ-ċifri proposti; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-kapaċità ta' assorbiment ta' xi Stati Membri fir-rigward tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; ifakkar li, abbażi tar-Regolament dwar il-QFP, il-marġnijiet li jibqgħu disponibbli, li jkunu inqas mil-limiti massimi tal-QFP għall-approprjazzjonijiet ta' impenn għas-snin 2014-2017, għandhom jikkostitwixxu Marġni Globali tal-QFP għall-impenji, li għandu jkun disponibbli lil hinn mil-limiti massimi stabbiliti fil-QFP għas-snin 2016-2020 għall-objettivi politiċi relatati mat-tkabbir u l-impjiegi, partikolarment l-impjiegi fost iż-żgħażagħ; |
Intestatura 2
|
44. |
Jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda proposta mill-Kummissjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-programm ġdid LIFE għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika u jistenna li dan IL-PROGRAMM ikun stabbilit kompletament fl-2015, inkluż sett inizjali ta' strumenti finanzjarji; jiddeplora madankollu, il-fatt li programmi iżgħar bħall-programm LIFE, kif ukoll il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), intlaqtu mill-aktar tnaqqis sinifikanti li sar mill-Kunsill f'din l-intestatura, kemm fl-impenji u kemm fil-pagamenti, biex b'hekk ġiet affettwata l-kisba tal-objettivi miftiehma tagħhom; jiddispjaċih ukoll rigward it-tnaqqis mhux ġustifikat tal-Kunsill għall-iskemi tal-frott u l-ħalib għall-iskejjel; jreġġa' għaldaqstant l-AB lura għal li kien fir-rigward tal-linji kollha mnaqqsa mill-Kunsill; |
|
45. |
Jaqbel li hemm bżonn ta' appoġġ addizzjonali biex jittaffa l-impatt tal-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli u tas-sajd tal-Unjoni; jilqa' pożittivament il-miżuri ta' appoġġ ta' emerġenza meħuda mill-Kummissjoni Ewropea bħala rispons inizjali għal din il-kriżi; iżid għalhekk il-kofinanzjament tal-Unjoni għall-miżuri ta' promozzjoni fil-Politika Agrikola Komuni bi 30 miljun, bil-għan li l-produtturi jiġu megħjuna jsibu opportunitajiet ta' bejgħ alternattivi, filwaqt li jforni EUR 5 miljun bħala appoġġ addizzjonali lis-sajjieda permezz tal-FEMS; jiddeċiedi wkoll li jżid l-ammont disponibbli għall-iskema tal-frott għall-iskejjel b'EUR 7 miljun u għall-iskema tal-ħalib għall-iskejjel b'EUR 4 miljun lil hinn mill-abbozz ta' baġit tal-Kummissjoni; |
|
46. |
Jemmen li la l-approprjazzjonijiet tal-PAK u lanqas xi approprjazzjoni oħra mill-baġit m'għandhom jintużaw għall-finanzjament ta' attivitajiet tas-sarar letali bit-toru; ifakkar li finanzjament bħal dan huwa ksur ċar tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħarsien ta' Annimali miżmuma għal Skopijiet ta’ Biedja (Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE); |
|
47. |
Josserva li, meta jitqiesu l-emendi kollha fl-ambitu ta' din l-intestatura, inklużi t-EUR 2,9 miljun għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji, l-ammont totali għall-Intestatura 2 huwa ta' EUR 59,3 biljun, u b'hekk jifdal marġni ta' EUR 293,4 miljun taħt il-limitu massimu; |
Intestatura 3
|
48. |
Jissottolinja l-fatt li, għalkemm tirrappreżenta biss 1,5 % tal-baġit tal-Unjoni u b'hekk hi l-iżgħar intestatura tal-QFP f'termini ta' allokazzjoni finanzjarja, l-Intestatura 3 tkopri kwistjonijiet ta' tħassib kruċjali għaċ-ċittadini Ewropej kif ukoll għall-gvernijiet nazzjonali, bħall-politiki għall-asil u l-migrazzjoni, u s-sigurtà interna; jappella għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jibqgħu iżidu l-isforzi finanzjarji u politiċi f'din l-intestatura fis-snin li ġejjin; |
|
49. |
Jiddispjaċih li l-AB inaqqas l-approprjazzjonijiet ta' impenn b'1,9 %, minn EUR 2 171 998 għal EUR 2 130 721 miljun, meta mqabbel mal-baġit tal-2014, u b'hekk jifdal marġni ta' madwar EUR 115-il miljun; jiddeplora l-fatt li, meta jitqabblu mal-AB, il-Kunsill naqqas l-approprjazzjonijiet ta' impenn bi EUR 30,2 miljun oħra, filwaqt li l-approprjazzjonijiet ta' pagament naqqashom bi EUR 28,5 miljun oħra (tnaqqis li jikkorrispondi għal -1,42 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn u -1,51 % f'approprjazzjonijiet ta' pagament); jinnota li b'hekk l-Intestatura 3 hi fost dawk l-intestaturi li l-aktar li ntlaqtu mit-tnaqqis tal-Kunsill; |
|
50. |
Jemmen li t-tnaqqis addizzjonali propost mill-Kunsill se jqiegħed f'periklu l-implimentazzjoni adegwata tal-programmi u l-azzjonijiet fl-Intestatura 3; jenfasizza l-importanza li jinżamm l-AB għal dawn il-linji baġitarji: “Żgurar tal-protezzjoni tad-drittijiet u l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini” u “Promozzjoni tan-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza”, filwaqt li jiġi implimentat il-programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020; jieħu għalhekk l-approċċ ġenerali li jreġġa' l-AB lura għal li kien fir-rigward tal-linji kollha f'din l-intestatura; jieħu d-deċiżjoni, barra minn dan, li jżid għadd magħżul ta' linji lil hinn mill-AB prinċipalment fi ħdan il-programmi Ewropa Kreattiva, L-Ewropa għaċ-Ċittadini u Azzjonijiet Multimedjali, kif ukoll għas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (għal total ta' EUR 53,2 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn lil hinn mill-AB inklużi l-aġenziji u l-proġetti pilota, kif ukoll l-azzjonijiet preparatorji); |
|
51. |
Ifakkar fid-Dikjarazzjoni Konġunta tat-tliet istituzzjonijiet li skontha l-proċeduri baġitarji annwali applikati għall-QFP 2014-2020, se jintegraw kif xieraq elementi li jindirizzaw il-ġeneru; jindika l-ħtieġa għal aktar sforzi f'dan ir-rigward u għal approċċ komuni bejn it-tliet istituzzjonijiet, sabiex tkun żgurata integrazzjoni aktar effettiva tal-ġeneru fil-proċeduri baġitarji annwali; itenni l-appell tiegħu li l-analiżi tal-ġeneru għandha tkun parti fundamentali mill-proċeduri baġitarji tal-Unjoni, u li għandha tinvolvi b'mod attiv lill-atturi kollha fil-livelli kollha tal-proċess sabiex isir progress fl-impenn tal-Unjoni lejn l-ugwaljanza bejn il-ġeneru; |
|
52. |
Ifakkar li distribuzzjoni ġusta u trasparenti tal-finanzjament bejn l-objettivi differenti tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni kienet prijorità għall-Parlament matul in-negozjati li wasslu għall-adozzjoni ta' dak il-fond; jappella għaldaqstant lill-Kummissjoni żżid l-għadd ta' linji baġitarji fil-qafas tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, biex tiffaċilita t-titjib fil-leġġibilità u t-trasparenza fir-rigward ta' kif se jintefqu r-riżorsi finanzjarji allokati għall-objettivi differenti, u għalhekk għal dawk il-linji baġitarji; |
|
53. |
Jaqbel li hemm bżonn ta' aktar appoġġ għall-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej; jiddeċiedi li fl-Intestatura 3 joħloq linja ġdida: ''Implimentazzjoni tal-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej u ta' strumenti oħra ta' demokrazija parteċipattiva'', b'EUR 1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn; |
|
54. |
Jisħaq dwar il-ħtieġa u l-importanza li jkun hemm evalwazzjonijiet kontinwi tal-mod kif il-fondi u l-programmi kollha qed jiġu implimentati u ta’ kif qed jintużaw ir-riżorsi tagħhom, sabiex jiġu identifikati n-nuqqasijiet possibbli fi stadju bikri kif ukoll l-effikaċja tagħhom; |
Intestatura 4
|
55. |
Jiddeplora t-tnaqqis min-naħa tal-Kunsill għall-Intestatura 4 (-0,83 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn u -5,24 % f'approprjazzjonijiet ta' pagament), li jagħmluha l-intestatura li l-agħar li ntlaqtet mit-tnaqqis tal-Kunsill għall-approprjazzjonijiet ta' pagament; itenni l-fatt li, għalkemm tirrappreżenta anqas minn 6 % tal-baġit totali tal-Unjoni, l-Intestatura 4 tipproġetta l-impenn tal-Unjoni barra mill-fruntieri tagħha u għalhekk għandha tiggarantixxi biżżejjed riżorsi biex l-Unjoni tkun tista' tiżvolġi r-rwol tagħha bħala attur globali; |
|
56. |
Jikkundanna bil-qawwi t-tnaqqis min-naħa tal-Kunsill għall-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-għajnuna umanitarja, tnaqqis li ma jistax isolvi l-problema tar-riporti ta' fatturi mhux imħallsa akkumulati mis-snin preċedenti, u li qed iqiegħed f'periklu l-implimentazzjoni bla intoppi ta' din il-politika, filwaqt li tiġi pperikolata ħajjet il-benefiċjarji tagħha; jisħaq fuq il-fatt li l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza għandu jikkorrispondi għal-livell tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u għandu jiddaħħal fil-baġit lil hinn mil-limitu massimu ta' pagament tal-QFP; jenfasizza li għandu jonqos id-distakk bejn l-approprjazzjonijiet ta' impenn u dawk ta' pagament fil-qasam tal-għajnuna umanitarja, b'mod li jitqiesu ċ-ċikli qosra ta' nfiq f'dan il-qasam u tinqata' d-drawwa tar-riporti ta' fatturi mhux imħallsa akkumulati mis-snin preċedenti; jiċħad bil-qawwa l-effetti ħżiena fuq l-għajnuna umanitarja li jġib miegħu t-tnaqqis fil-pagamenti, inklużi l-pagamenti posposti u l-operazzjonijiet tard, li lkoll huma r-riżultat ta' bbaġitjar mhux adegwat, u li dan huwa partikolarment ta' riżq ħażin meta jitqies li l-instabbiltà dejjem tiżdied qed taffettwa daqstant persuni fil-periferija; huwa tal-fehma li dawn l-avvenimenti jibagħtu sinjal kiebi iżda qawwi ta' twissija li jeħtieġ li jinstab mod aktar realistiku għall-ibbaġitjar; |
|
57. |
Ifakkar fl-impenn internazzjonali li ttieħed mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex iżidu l-infiq tagħhom fuq l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp għal 0,7 % tal-ING, u biex jiksbu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju sal-2015, u għalhekk jappella għal żieda fl-approprjazzjonijiet għall-oqsma tematiċi koperti mill-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, bil-ħsieb li nersqu aktar lejn il-kisba tal-impenji għall-iżvilupp globali għal wara l-2015; |
|
58. |
Jenfasizza l-appoġġ tiegħu favur il-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani u d-determinazzjoni tiegħu li jiggarantixxi ammont ta' fondi suffiċjenti lill-UNRWA u lill-Awtorità Palestinjana billi jżid il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn b'EUR 35,5 miljun lil hinn mill-AB; jinsab sorpriż li l-Kunsill għal darb'oħra naqqas l-approprjazzjonijiet ta' pagament fl-AB għall-UNRWA u għall-Awtorità Palestinjana b'EUR 2,4 miljun mingħajr ġustifikazzjoni ċara, u jqis li din il-linja diġà mhijiex bbaġitjata biżżejjed fl-AB; |
|
59. |
Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat l-appoġġ għall-pajjiżi fil-viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Unjoni li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' sfidi enormi fir-rigward tat-tranżizzjoni u l-konsolidament demokratiċi, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, l-immigrazzjoni u l-istabilità; jenfasizza l-isforzi addizzjonali meħtieġa biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni fl-Ukraina; jappella għalhekk biex jiġu allokati EUR 203,3 miljun addizzjonali lil hinn mill-AB lill-Istrument Ewropew ta' Viċinat sabiex l-Unjoni tkun tista' tonora r-responsabilità tagħha fil-viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar tagħha; |
|
60. |
Jikkunsidra li t-tnaqqis mill-Kunsill għal-linji prijoritarji tal-Parlament hu inaċċettabbli u jipproponi li jreġġa' l-AB lura għal li kien fir-rigward tal-linji mnaqqsa mill-Kunsill u li saħansitra jmur lil hinn mill-AB fl-approprjazzjonijiet ta' impenn għal xi linji ta' importanza strateġika għar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni b'total ta' EUR 400,55 miljun (Għajnuna Umanitarja, Strument Ewropew ta' Viċinat, Strument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, Strument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem u Strument għall-Istabbiltà kif ukoll il-PP/AP); jinnota li dawn iż-żidiet jeżawrixxu l-marġni tal-Intestatura 4, kif ukoll EUR 66 miljun addizzjonali li jirriżultaw mill-approprjazzjonijiet mnaqqsa mil-linji li tmexxew għall-baġit tas-SEAE; |
|
61. |
Iqis neċessarju li jiżdiedu l-approprjazzjonijiet għal-linja Turko-Ċiprijotta, sabiex tibqa' żgurata t-tkomplija tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għall-ħidma tal-Kumitat għall-Persuni Nieqsa f'Ċipru u tal-Kumitat Tekniku dwar il-Wirt Kulturali; |
|
62. |
Japprova li l-linji baġitarji għar-RSUE jiġu ttrasferiti lill-baġit tas-SEAE, bil-ħsieb li tiġi appoġġjata l-integrazzjoni mtejba tagħhom fis-SEAE, skont il-proposta li saret mir-RGħ/VP fir-Rieżami tas-SEAE, fir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament tat-13 ta' Ġunju 2013, u fir-Rapport Speċjali Nru 11/2014 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri; jistenna li t-trasferiment jitlesta sal-1 ta' Jannar 2016; |
Intestatura 5
|
63. |
Ifakkar li l-AB jirrifletti l-aktar Riforma tar-Regolament tal-Persunal reċenti, inkluż tibdil fil-kalkolu tas-salarji u fl-aġġustamenti tal-pensjonijiet u t-tkomplija tat-tnaqqis fil-persunal; |
|
64. |
Josserva b'dispjaċir li, minkejja dan, il-Kunsill naqqas l-approprjazzjonijiet fl-Intestatura 5 b'EUR 27,6 miljun, li minnhom EUR 16,7 miljun ġejjin mill-baġit amministrattiv tal-Kummissjoni ddedikat għan-nefqa relatata mal-uffiċjali u mal-persunal temporanju, bħala konsegwenza taż-żieda fit-tnaqqis b'rata fissa standard; |
|
65. |
Fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni qiegħda tnaqqas in-numru kumplessiv ta' riżorsi umani għat-tielet sena konsekuttiva u li l-previżjonijiet tagħha ta' postijiet battala għandhom jitqiesu affidabbli u bbażati fuq aspettattivi istituzzjonali reali, iqis li din iż-żieda fit-tnaqqis b'rata fissa standard (sa massimu ta' 4,5 % għas-sede prinċipali tal-Kummissjoni u 6 % għad-delegazzjonijiet) hija arbitrarja; |
|
66. |
Jieħu nota barra minn hekk tad-dikjarazzjoni tal-Kunsill annessa mal-pożizzjoni tiegħu dwar ''l-importanza tal-monitoraġġ mill-qrib tal-approprjazzjonijiet għall-kategoriji kollha ta' persunal estern, fl-isfond tal-kapaċità addizzjonali li tirriżulta miż-żieda fil-ħin tax-xogħol", u t-tnaqqis parallel li sar bħala appoġġ għan-nefqa fid-diversi oqsma politiċi, li jammonta għal EUR 20,8 miljun; barra mit-theddida li jirrappreżenta dan it-tip ta' tnaqqis, iqis li mhumiex ġustifikati; ifakkar li skont il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013, tali kapaċità addizzjonali preżunta kellha diġà tkun newtralizzata mit-tnaqqis ta' 5 % tal-persunal uffiċjali fuq ħames snin; josserva, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni diġà teċċedi l-ottemperanza mal-impenji tagħha, billi qiegħda tnaqqas il-persunal fil-kategoriji kollha, kemm jekk iffinanzjat mill-Intestatura 5 kif ukoll minn intestaturi oħrajn; |
|
67. |
Ireġġa' għaldaqstant l-AB lura għal li kien fil-linji kollha tan-nefqa amministrattiva u tal-appoġġ u fil-linji kollha tal-Intestatura 5 mnaqqsa mill-Kunsill; |
|
68. |
Jiddeċiedi li jżomm ċerti approprjazzjonijiet f'riżerva sakemm il-Kummissjoni timmodifika r-regoli dwar il-gruppi ta' esperti u tiggarantixxi l-implimentazzjoni totali tagħhom fi ħdan id-DĠ kollha; |
Aġenziji
|
69. |
Jaqbel, bħala regola ġenerali, mal-estimi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ħtiġijiet baġitarji tal-aġenziji; josserva li l-Kummissjoni diġà naqqset b'mod konsiderevoli t-talbiet inizjali tal-biċċa l-kbira tal-aġenziji; |
|
70. |
Jikkunsidra, għaldaqstant, li kwalunkwe tnaqqis ulterjuri kif propost mill-Kunsill jipperikola l-funzjonament korrett tal-aġenziji u ma jippermettilhomx iwettqu l-kompiti assenjati lilhom mill-awtorità leġiżlattiva; |
|
71. |
Ma jistax jaċċetta, madankollu, l-approċċ adottat mill-Kummissjoni fir-rigward tal-persunal, li skontu t-tabelli tal-organigramma tal-aġenziji mhux biss se jitnaqqsu b'1 % abbażi tal-ftehim politiku dwar il-QFP li japplika għall-istituzzjonijiet u l-korpi kollha, iżda se jikkontribwixxu wkoll 1 % oħra tal-persunal għal riżerva ta' assenjazzjoni mill-ġdid; |
|
72. |
Jenfasizza l-fatt li t-tnaqqis miftiehem fin-numru tal-persunal għandu jkun ibbażat fuq il-persunal u l-kompiti eżistenti fid-data ta' referenza tal-31 ta' Diċembru 2012 u li l-assenjazzjoni ta' kompiti ġodda lill-aġenziji eżistenti jew l-istabbiliment ta' aġenziji ġodda jridu jiġu akkumpanjati minn riżorsi addizzjonali; |
|
73. |
Jissottolinja li l-objettiv tat-tnaqqis ta' 5 % jeħtieġ li jintlaħaq sa tmiem l-2017, u li l-aġenziji għandu jkollhom ċerta flessibilità fir-rigward tas-snin eżatti li fihom għandhom jimplimentaw tali tnaqqis biex ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-oxxillazzjonijiet naturali tal-persunal bil-għan li jimminimizzaw il-kostijiet għall-iskema tal-qgħad tal-Unjoni u kostijiet oħra relatati mat-terminazzjoni bikrija tal-kuntratti ta' impieg; |
|
74. |
Jimmodifika għaldaqstant għadd ta' tabelli tal-organigramma tal-aġenziji b'tali mod biex jiġi implimentat it-tnaqqis maqbul ta' 1 %, biex il-karigi ffinanzjati mid-drittijiet jiġu ttrattati b'mod differenti jew biex il-persunal jiġi allinjat ma' kompiti addizzjonali; |
|
75. |
Jiddeċiedi li jżid l-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-2015 għat-tliet aġenziji ta' superviżjoni finanzjarja; jemmen li dawk l-approprjazzjonijiet għandhom jirriflettu l-bżonn li jitwettqu l-kompiti rikjesti peress li dejjem iktar regolamenti, deċiżjonijiet u direttivi ġew u qed jiġu adottati biex tingħeleb il-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali li għandha rabta qawwija mal-istabbiltà tas-settur finanzjarju; |
|
76. |
Jiddeċiedi wkoll li jżid l-approprjazzjonijiet għall-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u għall-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd kif ukoll għal numru ta' aġenziji fl-Intestatura 3 fid-dawl tal-kompiti addizzjonali li ġew fdati lilhom (Frontex, iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga u l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil); |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji (PP-AP)
|
77. |
Wara li wettaq analiżi bir-reqqa tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji mressqa — fejn eżamina r-rata ta' suċċess ta' dawk għaddejjin bħalissa u eskluda l-inizjattivi diġà koperti minn bażijiet ġuridiċi eżistenti, u filwaqt li qies bis-sħiħ il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kapaċità ta' implimentazzjoni tal-proġetti — jiddeċiedi li jadotta pakkett ta' kompromess magħmul minn għadd limitat ta' PP-AP, anke fid-dawl tal-marġnijiet limitati disponibbli; |
Taqsimiet oħra
|
78. |
Ifakkar li n-nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet, tal-pensjonijiet u tal-Iskejjel Ewropej kollha hija koperta mill-Intestatura 5 tal-QFP; josserva li n-nefqa totali tal-intestatura fl-2015, kif proposta fl-AB, hija stmata għal EUR 8 612,2 miljun (+2,5 % meta mqabbla mal-baġit tal-2014), li tħalli marġni ta' EUR 463,8 miljun taħt il-limitu massimu, filwaqt li n-nefqa amministrattiva totali tal-istituzzjonijiet kollha f'daqqa tammonta għal EUR 6 893,1 miljun (żieda ta' +1,6 % fuq il-baġit tal-2014), b'hekk jitħalla sottomarġni ta' EUR 457,9 miljun; |
|
79. |
Jieħu nota tal-pożizzjoni tal-Kunsill rigward l-AB, li naqqas orizzontalment, mingħajr l-ebda divrenzjar, il-livell tan-nefqa amministrattiva tal-2015 tal-istituzzjonijiet għal EUR 6 865,6 miljun (jew b'EUR 27,5 miljun inqas jew -0,4 %), b'hekk għolla artifiċjalment is-sottomarġni għal EUR 485,5 miljun; |
|
80. |
Jinsab sorpriż li għal darb'oħra din is-sena, il-Kunsill jipproponi tnaqqis lineari fin-nefqa amministrattiva għall-istituzzjonijiet; itenni li l-baġit ta' kull istituzzjoni tal-Unjoni, minħabba l-missjoni u s-sitwazzjoni speċifiċi tagħha, għandu jiġi ttrattat individwalment, mingħajr ma jkun hemm soluzzjoni waħda li tgħodd għal kulħadd, filwaqt li jittieħed kont tal-fażi ta' żvilupp partikolari, il-kompiti operattivi, l-objettivi ta' ġestjoni, il-ħtiġijiet tar-riżorsi umani u l-politiki immobiljari ta' kull istituzzjoni; ma jaqbel xejn mal-approċċ tal-Kunsill li jgħolli orizzontalment ir-rata ta' postijiet ta' xogħol battala b'punt perċentwali wieħed, u b'hekk iżid il-marġni artifiċjalment; jenfasizza li tali żieda, barra mill-postijiet ta' xogħol diġà mneħħija bit-tnaqqis ta' 1 % fil-persunal, ikollha l-effett li ġġiegħel lil ċerti istituzzjonijiet, diġà milquta mit-tnaqqis fil-persunal imsemmi hawn fuq, jiffriżaw ir-reklutaġġ għall-postijiet ta' xogħol battala u b'hekk jixxekkel il-funzjonament tagħhom; |
|
81. |
Josserva li l-AB jinkludi aġġustamenti ta' 0,8 % għar-remunerazzjonijiet u għall-pensjonijiet tal-persunal għall-2011 u l-2012 għall-istituzzjonijiet u l-korpi kollha kif ukoll l-iffriżar għall-2013 u għall-2014; jilqa' pożittivament il-fatt li l-parti l-kbira tal-istituzzjonijiet diġà aġġustawhom fl-estimi tagħhom; |
|
82. |
Jenfasizza li t-tliet istituzzjonijiet, il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament għandhom, sforz rispett reċiproku, jaċċettaw iż-żewġ fergħat tal-estimi tal-baġit tal-awtorità baġitarja mingħajr ma jkomplu jemendawhom; |
|
83. |
Isostni li l-Parlament u l-Kunsill, filwaqt li jappoġġaw kull tip ta' ffrankar u titjib fl-effiċjenza li jirriżultaw mill-evalwazzjoni mill-ġdid kostanti tal-kompiti attwali u ġodda, għandhom jistabbilixxu livell suffiċjenti ta' approprjazzjonijiet ħalli jiżguraw il-funzjonament bla intoppi tal-istituzzjonijiet, ir-rispett tal-obbligi ġuridiċi interni u esterni u l-għoti ta' servizz pubbliku ta' livell professjonali għoli liċ-ċittadini tal-Unjoni; ifakkar li l-kompiti l-ġodda li jirriżultaw mit-Trattat ta' Lisbona kellhom jiġu implimentati mingħajr l-ebda mezz addizzjonali; |
|
84. |
Ifaħħar lill-istituzzjonijiet l-oħra kollha għall-iffrankar u t-titjib fl-effiċjenza li diġà inkorporaw fl-abbozzi tal-baġit tagħhom; jenfasizza li użu preċiż, effiċjenti, trasparenti u responsabbli tar-riżorsi tal-Unjoni jikkostitwixxi wieħed mill-mezzi essenzjali sabiex terġa' tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadin tal-Unjoni; jilqa' l-isforzi li saru mill-istituzzjonijiet biex ikomplu jippromwovu t-trasparenza, l-effiċjenza amministrattiva, il-ġestjoni finanzjarja tajba u l-għoti ta' prijorità; iqis li fl-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni għandhom jibqgħu jiġu applikati rekwiżiti għoljin ta' trasparenza b'mod ugwali; |
|
85. |
Jerġa' jistabbilixxi l-livell tar-rati ta' tnaqqis, kif inizjalment mitlub mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Qorti tal-Awdituri, mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna li l-Kunsill immodifika orizzontalment u jreġġa' l-AB lura għal li kien fir-rigward tal-linji baġitarji rispettivi; |
Taqsima I — Il-Parlament Ewropew
|
86. |
Ifakkar li l-estimi tal-Parlament għall-2015 ġew stabbiliti għal EUR 1 794 929 112, li jikkorrispondu għal rata ta' żieda kumplessiva ta' 2,24 % matul l-2014; jenfasizza, madankollu, li 0,67 % ta' din iż-żieda hija marbuta mal-allowance eċċezzjonali ta' tranżizzjoni ġuridikament vinkolanti għat-tmiem tal-mandat tal-Membri u 0,4 % mal-ftehim fuq l-aġġustament tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet għall-2011-2012; jenfasizza li l-livell tan-nefqa l-oħra għaldaqstant żdiedet biss b'1,18 % matul l-2014; |
|
87. |
Jenfasizza li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, sabiex joħolqu ffrankar fit-tul fil-baġit tal-Unjoni, għandhom jindirizzaw il-bżonn ta' pjan direzzjonali għal sede unika, kif iddikjarat mill-Parlament f'bosta riżoluzzjonijiet preċedenti; |
|
88. |
Jilqa' pożittivament in-nota riveduta tas-Segretarju Ġenerali tas-17 ta' Settembru 2014 li tipproponi li d-deċiżjonijiet u l-aġġustamenti tekniċi reċenti tal-Bureau jiġu riflessi fil-baġit; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li tali modifiki jħallu impatt baġitarju newtrali; japprova dawn l-aġġustamenti fl-estimi tiegħu; |
|
89. |
Inaqqas t-tabelli tal-organigramma tal-Parlament sabiex ikun hemm konformità mat-tnaqqis fil-persunal li ntlaħaq qbil dwaru fil-qafas tar-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal; |
|
90. |
Jenfasizza li l-attivitajiet tal-gruppi politiċi ma jikkorrispondux għall-ħidma amministrattiva tagħhom; josserva li l-gruppi politiċi ffriżaw ir-riżorsi għall-persunal tagħhom mill-2012, u li l-ħtiġijiet tagħhom kienu biss koperti parzjalment fis-snin baġitarji preċedenti; jinsisti li l-livell totali tal-persunal fil-gruppi politiċi fl-2015 u s-snin segwenti m'għandux ikun anqas mil-livell attwali; ifakkar li tali deċiżjoni diġà ttieħdet mill-Parlament fil-leġiżlatura preċedenti (10); |
|
91. |
Jikkonstata li l-ispiża fil-mira tal-proġett KAD hija stmata għal EUR 441,27 miljun fi prezzijiet attwali (EUR 406,22 miljun fi prezzijiet kostanti) u li, fl-2005, il-ħtiġijiet finanzjarji għall-proġett KAD se jkunu jikkorrispondu għal EUR 128,91 miljun (jew 29 % tal-ispiża kumplessiva); jissottolinja li, flimkien mar-riżorsi baġitarji diġà disponibbli u li għadhom ma ntużawx, il-bqija tal-ħtiġijiet finanzjarji fl-2015 huma stmati għal EUR 84,8 miljun; iqis li dan l-ammont jista' jitnaqqas konsiderevolment permezz ta' trasferiment fi tmiem is-sena fl-2014 u li l-parti li jkun fadal għandha tkun iffinanzjata bis-self; ifakkar li, minħabba l-kostruzzjoni tal-binja KAD, fil-ġejjieni l-pagamenti totali fis-sena se jkunu ħafna anqas mill-ispejjeż biex tinkera proprjetà immobbli paragunabbli; |
|
92. |
Jiddeċiedi li jżid l-approprjazzjonijiet għall-finanzjament tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej b'EUR 3 miljun sabiex jiżgura li l-fondazzjonijiet politiċi wkoll ikunu jistgħu iwettqu bis-sħiħ l-attivitajiet tagħhom fir-rigward tal-firxa kollha ta' gruppi politiċi, kif ukoll jintensifikaw l-attivitajiet ta' riċerka u pariri tagħhom sabiex jikkomunikaw u jippreżentaw l-ideat tagħhom sabiex iħaffu l-proċess tal-integrazzjoni Ewropea; jenfasizza li din iż-żieda se tkun newtrali f'sens baġitarju billi din se tiġi kkumpensata mir-riżerva ta' kontinġenza; jiffissa għalhekk il-livell kumplessiv tal-baġit tiegħu għall-2015 għal EUR 1 794 929 112; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dan jikkorrispondi għal żieda ta' 0 % fuq il-livell tal-estimi tiegħu, adottati fis-sessjoni plenarja tas-17 ta' April 2014; |
|
93. |
Jilqa' d-deċiżjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konġunt li jirrakkomanda lill-Membri jużaw titjiriet tal-klassi economy għal vjaġġi qosra; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta valutazzjoni tal-eżitu ta' din ir-rakkomandazzjoni sal-aħħar tal-2015 l-aktar tard; |
|
94. |
Jilqa' l-eżitu tal-Grupp ta' Ħidma Konġunt dwar l-evalwazzjoni tal-iffrankar possibbli fir-rigward tan-nefqa fuq il-vetturi u x-xufiera; jistenna li dan iffrankar jidher fil-baġits tas-snin li ġejjin; |
Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
95. |
Jissottolinja li, minkejja ż-żieda bla preċedent fil-volum ta' każijiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li tneħħi mill-AB tal-Qorti tal-Ġustizzja 12-il pożizzjoni ġdida mmirati li jipprevjenu kull restrinġiment u jillimitaw kemm jista' jkun ir-riskju li s-sentenza ma tinqatax fi żmien raġonevoli; jisħaq fuq il-fatt li permezz ta' dan il-Kummissjoni poġġiet f'riskju l-produttività tat-tliet Qrati fil-kuntest taż-żieda kontinwa u bla preċedent ta' każijiet ġodda u b'hekk ħolqot riskju gravi għall-baġit; |
|
96. |
Japprova l-ħolqien ta' 12-il pożizzjoni ġdida, kif inizjalment mitlub mill-Qorti tal-Ġustizzja; konsegwentement iżid il-linji baġitarji relatati u jaġġusta t-tabelli tal-organigramma tal-pjan tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif ippreżentat fl-estimi tal-baġit tagħha; |
|
97. |
Jaġġusta mill-ġdid ir-rata ta' tnaqqis standard għal-livell inizjali ta' 3 %, sabiex jiżgura li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista' tiffaċċja b'mod adegwat il-volum ta' xogħol li dejjem qed jiżdied u jkun jista' jsir użu sħiħ mit-tabella tal-organigramma tagħha; jenfasizza li t-tnaqqis propost mill-Kunsill huwa f'kontradizzjoni totali mal-okkupazzjoni tal-persunal li tammonta għal 98 % (98 % — l-ogħla ċifra possibbli jekk dak li jkun iqis l-effett inevitabbli ta' ċaqliq tal-persunal matul is-sena) u b'rata ta' eżitu għar-remunerazzjonijiet ta' kważi 99 % fl-2013; |
|
98. |
Jissottolinja li l-Qorti Ġenerali, minkejja l-isforzi sostanzjali tagħha, ma għadhiex tiflaħ għall-volum ta' xogħol li dejjem qiegħed jiżdied; jisħaq fuq il-fatt li din ix-xejra ġeneralment 'il fuq hija totalment ikkonfermata mid-data osservata s'issa fl-2014 u se tibqa' minħabba, fost ħwejjeġ oħra, it-tibdiliet li saru mit-Trattat ta' Lisbona (li se jestendi l-ġurisdizzjoni tal-Qorti mill-1 ta' Diċembru 2014 fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja), u l-adeżjoni tal-Kroazja; |
|
99. |
Jenfasizza li, minkejja l-inizjattivi sostanzjali li ttieħdu sal-lum b'rabta mal-produttività, l-għadd ta' kawżi pendenti għadu jikber (+25 % fl-2013, + 6 % sa tmiem Ġunju 2014), filwaqt li issa feġġ ir-riskju ta' proċedimenti minħabba li s-sentenzi ma jinqatgħux fi żmien raġonevoli (partikolarment fil-kawżi mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali, li issa qajla tiflaħ għall-volum ta' każijiet), bl-ewwel ilment ippreżentat abbażi ta' dan f'Ġunju 2014, b'responsabilitajiet serji eventwali għall-Unjoni; jenfasizza li d-dewmien fl-għoti ta' sentenzi fi żmien raġonevoli fil-Qorti tal-Ġustizzja u b'mod partikolari b'rabta mal-liġi dwar il-kompetizzjoni, ixekklu bi kbir il-funzjonament tas-suq intern u jistgħu jkunu ta' theddida serja għall-baġit tal-Unjoni; |
|
100. |
Ifakkar fil-ftehim bi prinċipju bejn il-Parlament u l-Kunsill li skontu jrid jiżdied in-numru ta' mħallfin; jenfasizza li f'tali ċirkostanzi huwa urġenti li jintlaħaq qbil mill-aktar fis possibbli dwar il-ħatra ta' mħallfin supplementari fi ħdan il-Qorti; iqiegħed EUR 2 miljun f'riżerva għall-ħatra ta' disa' mħallfin ġodda u jistieden lill-Qorti tippreżenta lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew evalwazzjoni aġġornata tal-bżonnijiet finanzjarji addizzjonali għall-imħallfin u għall-persunal ġodda; jistenna li fil-Kunsill se jintlaħaq qbil mill-aktar fis possibbli u li l-proċedura leġiżlattiva se tkun finalizzata sal-1 ta' Ottubru 2015; jinsisti li l-bżonn ta' persunal addizzjonali li jkun jikkorrispondi mal-ħatra ta' disa' mħallfin għandu jiġi evalwat b'mod prudenti; |
Taqsima V — Il-Qorti tal-Awdituri
|
101. |
Jaġġusta mill-ġdid ir-rata ta' tnaqqis standard għal-livell inizjali ta' 2,1 %, bil-għan li l-Qorti tal-Awdituri tkun tista' tissodisfa l-bżonnijiet tagħha fir-rigward tat-tabella tal-organigramma; |
|
102. |
Ireġġa' l-AB lura għal li kien fir-rigward tal-linji baġitarji relatati mar-remunerazzjoni ta' persunal ieħor, bil-ħsieb li jiżgura li l-Qorti tal-Awdituri tista' tissodisfa l-obbligi ġuridiċi tagħha fil-konfront tal-persunal tagħha; |
Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u Taqsima VII — Il-Kumitat tar-Reġjuni
Implimentazzjoni tal-ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni
|
103. |
Ifakkar li, skont il-ftehim ta' kooperazzjoni tal-5 ta' Frar 2014, huwa previst it-trasferiment ta' massimu ta' 80 pożizzjoni miż-żewġ Kumitati għall-Parlament u li ntlaħaq qbil fuq it-tisħiħ tal-approprjazzjonijiet għaż-żieda fl-attivitajiet politiċi tagħhom u għall-bżonnijiet addizzjonali għall-esternalizzazzjoni tat-traduzzjoni; |
|
104. |
Jirrikonoxxi li minimu ta' 60 pożizzjoni mistennijin li jiġu trasferiti lill-Parlament u li tali trasferiment se jiġi implimentat f'żewġ fażijiet, l-ewwel fażi mill-1 ta' Ottubru 2014 u t-tieni fażi aktar tard fl-2015; jinkludi fil-baġit l-aġġustamenti relatati mat-trasferiment ta' 42 pożizzjoni (30 pożizzjoni mill-KESE, 12 mill-KtR) li jikkorrispondu mal-implimentazzjoni tal-ewwel fażi, u jpoġġi nofs l-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu mat-trasferiment tal-pożizzjonijiet addizzjonali mistennija (minimu ta' 6 mill-KESE u minimu ta' 12 mill-KtR) f'riżerva, li għandhom jiġu żblukkati ladarba tittieħed id-deċiżjoni definittiva dwar it-trasferiment li fadal; jistenna li t-trasferiment finali se jitlesta sa Lulju 2015; |
|
105. |
Jilqa' l-kooperazzjoni li għaddejja bejn iż-żewġ Kumitati fi kwistjonijiet amministrattivi u jħeġġiġhom ikomplu jsaħħu tali kooperazzjoni billi jistgħu jintlaħqu aktar objettivi komuni u ffrankar; jistieden lill-KESE u lill-KtR jeżaminaw il-mod kif ir-riformi strutturali u organizzattivi tagħhom ikunu jistgħu jiġu segwiti b'mod koordinat billi japprofondixxu l-kooperazzjoni bilaterali tagħhom; |
Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
|
106. |
Jaġġusta mill-ġdid ir-rata ta' tnaqqis standard għal-livell inizjali ta' 4,5 %, bil-għan li jippermetti lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ilaħħaq mat-tnaqqis kontinwu fil-persunal; |
Taqsima VII — Il-Kumitat tar-Reġjuni
|
107. |
Jissottolinja li għall-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) il-baġit tal-2015 se jkun ikkaratterizzat minn żieda fl-attivitajiet politiċi tiegħu, billi l-mandat politiku il-ġdid (is-sitt wieħed) tal-KtR se jibda fi Frar 2015, u se tkun l-ewwel sena li fiha se jkun integrat fil-baġit l-effett sħiħ tal-ħolqien tal-ħames grupp politiku fil-KtR (il-Grupp ECR); |
|
108. |
Ma jaqbilx bil-kbir mat-tnaqqis min-naħa tal-Kummissjoni, tan-nefqa direttament marbuta mal-attivitajiet politiċi tal-KtR u dik relatata, jew in-nefqa assoċjata mal-attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni; iżid, fid-dawl tal-bidu tal-mandat tal-KTR il-ġdid, il-linji baġitarji kkonċernati; |
Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew
|
109. |
Josserva li l-Kunsill naqqas l-abbozz ta' baġit tal-Ombudsman b'1,7 %; jissottolinja li tali tnaqqis se jimponi piż qawwi fuq il-baġit ferm limitat tal-Ombudsman u se jħalli impatt qawwi fuq l-implimentazzjoni tal-istrateġija l-ġdida tal-Ombudsman u fuq il-kapaċità tal-istituzzjoni li taqdi liċ-ċittadini Ewropej b'mod effiċjenti u effikaċi; Ireġġa' għaldaqstant lura għal li kienu l-linji baġitarji kollha li tnaqqsu mill-Kunsill biex l-Ombudsman ikun jista' jaqdi l-mandat tiegħu u jonora l-impenji tiegħu; |
Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
|
110. |
Ifakkar li mingħajr ma jitqiesu l-obbligi ġuridiċi inevitabbli, bħal pereżempju n-nefqa relatata mat-tmiem tal-mandat tal-Membri tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) jew mal-aġġustamenti fis-salarji, iż-żieda ewlenija fil-baġit tal-2014 hija marbuta mal-ħolqien tat-task force tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kif ukoll mal-attivitajiet speċifiċi l-ġodda identifikati għall-perjodu 2014-2020; |
|
111. |
Ireġġa' l-AB lura għal li kien fir-rigward tal-linji baġitarji relatati mal-mandat tal-EDPS il-ġdid, il-ħolqien tat-task force tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u dawk li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tal-istituzzjoni, partikolarment fid-dawl tal-istrateġija l-ġdida tiegħu għall-2014-2020; jissottolinja li t-tnaqqis orizzontali fin-nefqa jistgħu jkunu ta' ħsara kbira u jkunu kontroproduċenti, speċjalment għal istituzzjoni daqstant żgħira; |
Taqsima X — Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
|
112. |
Ifakkar lill-Kunsill li l-Istati Membri qablu li jinħoloq is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), u li dan għandu bzonn biżżejjed riżorsi sabiex iwettaq l-attivitajiet tiegħu; jistieden lill-Istati Membri jesploraw iżjed is-sinerġiji bejn l-ambaxxati nazzjonali u s-SEAE, bħal pereżempju l-użu ta' infrastruttura komuni tal-bini, is-sigurtà, u l-kooperazzjoni fi kwistjonijiet amministrattivi; |
|
113. |
Jaġġusta mill-ġdid ir-rata ta' tnaqqis standard għal-livell inizjali ta' 5,3 % għas-sede prinċipali tas-SEAE, 2,7 % għad-delegazzjonijiet u 2,7 % għall-esperti nazzjonali militari ssekondati u jreġġa' l-approprjazzjonijiet lura għal li kienu kif mitlub fl-abbozz ta' baġit; jisħaq fuq il-fatt li tali żieda fir-rati ta' tnaqqis se timplika li l-persunal se jitnaqqas aktar mit-tnaqqis mandatorju ta' 1 % fit-tabella tal-organigramma u rispettivament, se xxekkel il-funzjonament tiegħu u tostakola l-iżvilupp tiegħu bħala entità ġdida b'kompiti dejjem jiżdiedu; |
|
114. |
Ireġġa' l-AB lura għal li kien fir-rigward tal-linji baġitarji kollha mnaqqsa mill-Kunsill, partikolarment dawk relatati mal-approprjazzjonijiet għas-sigurtà tal-komunikazzjonijiet tas-SEAE biex ir-Rappreżentant Għoli u l-persunal ta' livell għoli tiegħu jitħallew jipparteċipaw b'mod effiċjenti f'negozjati sensittivi ħafna; |
|
115. |
Iħeġġeġ li s-sistemi ta' komunikazzjoni tas-SEAE jkunu mħarsa kontra intrużjonijiet u li s-sistemi ta' komunikazzjoni ta' bejn is-SEAE u l-Istati Membri minn naħa, u dawk tas-sede prinċipali u tad-delegazzjonijiet min-naħa l-oħra, ikunu sikuri u moderni; |
|
116. |
Jappoġġa l-proposta tar-Rappreżentant Għoli biex fil-baġit tas-SEAE jkunu inklużi l-approprjazzjonijiet meħtieġa biex tinfetaħ delegazzjoni ġdida fil-żona tal-Golf, fejn l-Unjoni mhijiex rappreżentata biżżejjed (11); iżid għalhekk il-linji baġitarji kkonċernati, kif mitlub mis-SEAE fl-estimi tiegħu; |
|
117. |
Jittrasferixxi l-approprjazzjoni dwar l-ispejjeż amministrattivi komuni għall-persunal tal-Kummissjoni fid-delegazzjonijiet, minn Taqsima III (il-Kummissjoni) għal Taqsima X (SEAE) tal-baġit; jissottolinja li dan it-trasferiment huwa newtrali mil-lat ta' baġit u ma għandu l-ebda impatt ieħor fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi tal-Kummissjoni u lanqas fuq il-kundizzjonijiet ta' xogħol tal-persunal tal-Kummissjoni fid-delegazzjonijiet u se jirrispondi għas-semplifikazzjoni fil-ġestjoni tan-nefqa amministrattiva tad-delegazzjonijiet tal-UE mitluba mis-SEAE, mill-Kunsill u mqajma minn rapport reċenti tal-Qorti tal-Awdituri; jinsisti li t-trasferiment għandu jiġi implimentat f'sens ta' kooperazzjoni tajba bejn is-SEAE u l-Kummissjoni; jistieden lill-Kunsill jirrispetta n-newtralità tal-baġit ta' dan il-ftehim; |
o
o o
|
118. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet u lill-entitajiet l-oħra kkonċernati kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.
(2) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(5) Testi adottati, P7_TA(2014)0247.
(6) Testi adottati, P7_TA(2014)0450.
(7) Testi adottati, P7_TA(2014)0358.
(8) http://ec.europa.eu/about/juncker-commission/docs/pg_mt.pdf
(9) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-2 ta' Lulju 2014: Għal ekonomija ċirkolari: Programm ta' skart żero għall-Ewropa (COM(2014)0398).
(10) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (P7_TA(2013)0437).
(11) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' April 2014 dwar l-istrateġija tal-UE rigward l-Iran, Testi adottati P7_TA(2014)0339.
|
27.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/65 |
P8_TA(2014)0037
Protokoll mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Repubblika tal-Korea, sabiex titqies l-adeżjoni tal- Kroazja mal-UE ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (06035/2014 – C7-0113/2014 – 2014/0019(NLE))
(Approvazzjoni)
(2016/C 274/13)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (06035/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (06037/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91, 100(2), 167(3), 207 kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt a) v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0113/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0012/2014), |
|
1. |
Jagħti l-kunsens tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Korea. |
Il-Ħamis 23 ta’ Ottubru 2014
|
27.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/66 |
P8_TA(2014)0042
Dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 374/2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina (COM(2014)0597 – C8-0165/2014 – 2014/0279(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2016/C 274/14)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0597), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0165/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz ta' ittra tas-16 ta' Ottubru 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0021/2014), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2014)0279
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Ottubru 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 374/2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta’ dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1150/2014.)