ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 266

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
22 ta' Lulju 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2016/C 266/01 BĊE/2016/20

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Lulju 2016 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Eesti Pank (BĊE/2016/20)

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 266/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8076 — Warburg Pincus/Wendel/JV) ( 1 )

2

2016/C 266/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8051 — CVC/Tipico Group) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 266/04

Rata tal-kambju tal-euro

3

 

L-Awtorità Bankarja Ewropea

2016/C 266/05

Deċiżjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea li tikkonferma li l-valutazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba ta’ ċerti ECAIs ma jvarjawx fil-kwalità mill-valutazzjonijiet tal-kreditu mitluba minnhom

4


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

22.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 266/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-14 ta’ Lulju 2016

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Eesti Pank

(BĊE/2016/20)

(2016/C 266/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti tal-Eesti Pank, AS Deloitte Audit Eesti, intemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2015. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2016.

(3)

Eesti Pank għażel lil KPMG Baltics OÜ bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2016 sa 2020,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi KPMG Baltics OÜ għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Eesti Pank għas-snin finanzjarji 2016 sa 2020.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Lulju 2016.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 266/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8076 — Warburg Pincus/Wendel/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 266/02)

Fil-15 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8076. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


22.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 266/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8051 — CVC/Tipico Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 266/03)

Fit-18 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8051. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 266/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta’ Lulju 2016

(2016/C 266/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1015

JPY

Yen Ġappuniż

117,05

DKK

Krona Daniża

7,4390

GBP

Lira Sterlina

0,83595

SEK

Krona Żvediża

9,4736

CHF

Frank Żvizzeru

1,0872

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,3541

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,025

HUF

Forint Ungeriż

314,61

PLN

Zloty Pollakk

4,3692

RON

Leu Rumen

4,4686

TRY

Lira Turka

3,3841

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4710

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4376

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,5426

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5789

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4931

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 253,58

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,7433

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3505

HRK

Kuna Kroata

7,4845

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 448,38

MYR

Ringgit Malażjan

4,4860

PHP

Peso Filippin

51,975

RUB

Rouble Russu

70,3897

THB

Baht Tajlandiż

38,564

BRL

Real Brażiljan

3,5804

MXN

Peso Messikan

20,5428

INR

Rupi Indjan

74,0373


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


L-Awtorità Bankarja Ewropea

22.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 266/4


Deċiżjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea li tikkonferma li l-valutazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba ta’ ċerti ECAIs ma jvarjawx fil-kwalità mill-valutazzjonijiet tal-kreditu mitluba minnhom

(2016/C 266/05)

IL-BORD TAS-SUPERVIŻURI TAL-AWTORITÀ BANKARJA EWROPEA

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (1) (ir-“Regolament” u l-“EBA”),

Wara li kkunsidra l-Artikolu 138 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (2) (is-“CRR”),

Billi:

(1)

L-Artikolu 138 CRR jippermetti l-użu ta’ valutazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba ta’ Istituzzjoni Esterna tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (“ECAI”) għad-determinazzjoni tal-piżijiet tar-riskju li jridu jiġu assenjati għall-assi u entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali għall-iskop tal-kalkoli tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji, soġġetti għall-konferma mill-EBA li valutazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba ta’ dik l-ECAI ma jvarjawx fil-kwalità mill-valutazzjonijiet tal-kreditu mitluba ta’ dik l-istess ECAI. Skont l-istess Artikolu, l-EBA teħtieġ li tirrifjuta jew tirrevoka din il-konferma b’mod partikolari jekk l-ECAI użat valutazzjoni tal-kreditu mhux mitluba biex tagħmel pressjoni fuq l-entità klassifikata biex tordna valutazzjoni tal-kreditu jew servizzi oħrajn.

(2)

Skont il-punt (98) tal-Artikolu 4(1) CRR, l-“ECAI” tirreferi għall-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li hija rreġistrata jew iċċertifikata skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (ir-“Regolament tas-CRA”) jew bank ċentrali li joħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu li huma eżentati mill-applikazzjoni tar-Regolament tas-CRA. Bħala riżultat, din id-Deċiżjoni għandha tkopri l-klassifikazzjonijiet ta’ dawk l-ECAIs kollha, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li, f’dan l-istadju, ma jassenjawx klassifikazzjonijiet mhux mitluba. Barra minn hekk, minħabba l-interkonnessjonijiet mal-immappjar ta’ valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAI skont l-Artikolu 136(1) CRR, din id-Deċiżjoni għandha tkopri l-klassifikazzjonijiet ta’ dawk l-ECAIs kollha għal liema ġie assenjat immappjar. Id-Deċiżjoni għandha tkopri wkoll dawk l-ECAIs li jipprovdu biss klassifikazzjonijiet mhux mitluba bil-ħsieb li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet imsemmija fil-premessa 98 tas-CRR, li jirreletaw mal-ftuħ tas-suq għal impriżi oħrajn, filwaqt li fl-istess ħin jinżammu proċessi u rekwiżiti rigorużi għall-ECAIs kollha.

(3)

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament tas-CRA jippermetti l-użu tal-valutazzjonijiet tal-kreditu għad-determinazzjoni tal-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju kif speċifikat fl-Artikolu 113(1) tas-CRR, sakemm dawn jissodisfaw id-definizzjoni ta’ “klassifikazzjoni tal-kreditu” tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tas-CRA. Għalhekk, huma biss dawk il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba li huma konformi mad-definizzjoni ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu skont ir-Regolament tas-CRR u s-CRA li għandhom jiġu koperti minn din id-Deċiżjoni.

(4)

B’konformità mal-metodoloġija użata għall-immappjar tal-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAI għal passi ta’ kwalità tal-kreditu (4), kemm il-kriterji kif ukoll il-fatturi kwantitattivi u kwalitattivi għandhom jintużaw fil-valutazzjoni li hija inkluża f’din id-Deċiżjoni. Billi, bis-saħħa tal-Artikolu 11 tar-Regolament tas-CRA, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jeħtieġu li jissottomettu data li tikkonċerna l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħhom lis-CEREP, repożitorju ċentrali ġestit u ssorveljat mill-ESMA, huwa xieraq li tintuża l-informazzjoni disponibbli fil-bażi ta’ data tas-CEREP bħala l-unika bażi għall-analiżi kwantitattiva, peress li tiżgura t-trattament u l-affidabbiltà komuni tal-informazzjoni pproċessata. Madankollu, għal dawk l-ECAIs li mhumiex koperti mir-Regolament tas-CRA, li ma jissottomettux data lis-CEREP, għandha tintuża data esterna fir-rigward tal-valutazzjoni kwantitattiva tal-klassifikazzjonijiet mhux mitluba ta’ dawk l-ECAIs. Fir-rigward tad-data għall-appoġġ tal-analiżi kwalitattiva, huwa meħtieġ li tali informazzjoni rilevanti tintalab mill-ECAIs rilevanti kollha kkunsidrati skont din id-Deċiżjoni.

(5)

L-ECAIs qegħdin jikklassifikaw klassifikazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba skont definizzjonijiet differenti. Dan huwa rifless fis-sottomissjoni ta’ informazzjoni mill-ECAIs kemm lill-EBA kif ukoll lill-bażi ta’ data tas-CEREP tal-ESMA. B’rispons għal dawn id-diverġenzi fil-prattiki fost l-ECAIs, l-ESMA ħarġet “Q&A” (5) dwar id-definizzjoni ta’ klassifikazzjoni mhux mitluba, filwaqt li stabbiliet il-fehmiet tagħha dwar dan, li għall-konsistenza, għandha tintuża wkoll għall-iskopijiet tal-eżerċizzju ta’ valutazzjoni skont l-Artikolu 138 tas-CRR. Madankollu, billi l-eżerċizzju tal-valutazzjoni beda qabel bħala żmien, u kien wieħed mill-kawżi għall-Q&A, huwa xieraq għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni li jiġu vvalutati l-klassifikazzjonijiet, filwaqt li titqies il-klassifikazzjoni tagħhom kif assenjat minn kull ECAI qabel il-pubblikazzjoni tal-Q&A (jiġifieri s-16 ta’ Diċembru 2015), peress li dan jippermetti li titqies l-informazzjoni storika dwar il-klassifikazzjonijiet mhux mitluba, u biex tintuża l-unika data kwantitattiva disponibbli għal tali klassifikazzjonijiet, kif ipprovdut fil-bażi ta’ data tas-CEREP. Barra minn hekk, dan jgħin sabiex jiġi evitat dewmien żejjed tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari fid-dawl tal-impatt li l-Q&A għandhom fuq kif l-ECAIs jikklassifikaw il-klassifikazzjonijiet mhux mitluba tagħhom, il-politiki tagħhom, u dwar kif dawn il-klassifikazzjonijiet jintużaw mill-istituzzjonijiet għall-finijiet regolatorji. Madankollu, abbażi tal-aġġornamenti mill-ESMA fir-rigward tal-progress bl-adozzjoni mill-ECAIs tad-definizzjoni ta’ klassifikazzjoni mhux mitluba kif speċifikat aktar fil-Q&A, l-EBA ser tivvaluta jekk għandhiex tittieħed aktar azzjoni fil-kuntest ta’ din id-Deċiżjoni.

(6)

Fir-rigward tal-valutazzjoni kwantitattiva, għandha ssir analiżi magħżula għal kull ECAI fejn numru suffiċjenti ta’ punti jkunu disponibbli: “distribuzzjoni ex-ante”, li jkollha l-għan li tanalizza d-distribuzzjonijiet tal-klassifikazzjonijiet mitluba u mhux mitluba; “dinamika ex-ante”, li jkollha l-għan li tanalizza l-evoluzzjoni tal-ħin ta’ klassifikazzjonijiet mitluba (mhux mitluba) li kienu assenjati qabel fuq bażi mhux mitluba (mitluba); u “analiżi ex-post” li jkollha l-għan li tanalizza d-differenzi possibbli fl-eżattezza bejn klassifikazzjonijiet mitluba u mhux mitluba. Skont l-analiżi kwantitattiva li għandha titwettaq, jista’ jkun xieraq li jiġu identifikati sottogruppi omoġenji ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu sabiex jippermettu paragun tal-karatteristiċi u l-aġir relattivi ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu mitluba kontra dawk mhux mitluba, b’tali mod li jiġu evitati konklużjonijiet ikkawżati minn fatturi esterni. F’każijiet fejn l-analiżi kwantitattivi magħżula biss jew l-ebda analiżi kwantitattiva ma tista’ titwettaq minħabba n-nuqqas tad-data, huwa xieraq li f’dan l-istadju, xorta waħda jitqiesu l-kriterji kwalitattivi għall-finijiet tal-valutazzjoni. F’dawn il-każijiet, kwalunkwe tħassib prudenzjali fir-rigward tal-kwalità ta’ klassifikazzjonijiet mhux mitluba huwa mistenni li jiġi mitigat matul it-twettiq tal-immappjar meħtieġ skont l-Artikolu 136(1) tas-CRR, peress li dan l-immappjar huwa mfassal biex jirrifletti l-kwistjonijiet dwar il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet potenzjali.

(7)

Fir-rigward tal-analiżi kwalitattiva, u bil-ħsieb li jinftiehem jekk l-ECAI tipproduċix klassifikazzjonijiet mhux mitluba li huma tal-istess kwalità bħall-klassifikazzjonijiet mitluba minnha, huwa xieraq li jitqies is-sett ta’ kriterji u fatturi li ġej: id-differenzi fil-politiki fir-rigward tal-assenjament u r-reviżjoni tal-klassifikazzjonijiet mitluba u mhux mitluba; id-differenzi fil-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni għall-klassifikazzjonijiet mitluba u mhux mitluba; id-disponibbiltà tad-data għal klassifikazzjonijiet mhux mitluba inkluż l-aktar restrizzjonijiet komuni ta’ informazzjoni li ltaqgħu magħhom matul l-assenjament tal-klassifikazzjonijiet mhux mitluba, kif ukoll l-azzjonijiet meħuda mill-ECAI f’każ ta’ disponibbiltà limitata ta’ data. Barra minn hekk, għandu jitqies jekk l-ECAI tużax miżuri biex jiġi evitat l-użu ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba biex issir pressjoni fuq l-entità klassifikata biex tordna valutazzjoni tal-kreditu jew servizzi oħrajn.

(8)

Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 138 tas-CRR, fejn l-EBA ma identifikat l-ebda evidenza, kemm billi tagħti prova li hemm differenza fil-kwalità bejn valutazzjonijiet tal-kreditu mitluba u mhux mitluba tal-ECAI, jew li l-ECAI użat valutazzjoni tal-kreditu mhux mitluba biex tagħmel pressjoni fuq l-entità klassifikata biex tordna klassifikazzjoni tal-kreditu jew servizzi oħrajn, il-valutazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba ta’ dik l-ECAI ma għandhomx jitwaqqfu milli jintużaw għall-finijiet tal-kalkoli tal-kapital minn istituzzjonijiet f’dan l-istadju. Kif xieraq, wara l-monitoraġġ kontinwu tal-prestazzjoni ta’ klassifikazzjonijiet mhux mitluba, għandhom jinħarġu aktar Deċiżjonijiet.

(9)

Matul l-applikazzjoni tal-metodoloġija deskritta hawn fuq, l-EBA ma identifikatx xi evidenza ta’ differenza fil-kwalità ta’ dawk il-klassifikazzjonijiet mitluba u mhux mitluba tal-ECAI jew ta’ xi pressjoni eżerċitata fuq l-entitajiet ikklassifikati biex jordnaw valutazzjoni tal-kreditu jew servizzi oħrajn. Għalhekk huwa xieraq li jiġi kkonfermat li l-kwalita ta’ dawn il-valutazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba tal-ECAI ma tvarjax mill-valutazzjonijiet tal-kreditu mitluba minnhom.

(10)

L-ECAIs kkonċernati ġew infurmati bl-intenzjoni tal-EBA li tadotta din id-deċiżjoni u jingħataw l-opportunità biex jesprimu l-fehimiet tagħhom dwar dan.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-finijiet tal-Artikolu 138 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-EBA tikkonferma li l-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba tal-ECAIs stabbiliti fl-Anness ma tvarjax mill-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-kreditu mitluba ta’ dawk l-ECAIs.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul f’Londra, is-17 ta’ Mejju 2016.

Andrea ENRIA

President

Għall-Bord tas-Superviżuri


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(2)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1).

(4)  L-abbozz finali tal-ITS dwar l-immappjar tal-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAI skont l-Artikolu 136 tas-CRR u disponibbli fuq: http://www.eba.europa.eu/regulation-and-policy/external-credit-assessment-institutions-ecai/draft-implementing-technical-standards-on-the-mapping-of-ecais-credit-assessments

(5)  https://www.esma.europa.eu/file/13634/download?token=05de9eN_


ANNESS

Il-valutazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba tal-Istituzzjonijiet Esterni tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (ECAIs) li l-EBA kkonfermat li ma jvarjawx fil-kwalità mill-valutazzjonijiet tal-kreditu mitluba minnhom għall-finijiet tal-Artikolu 138 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

ARC Ratings SA

Axesor SA

Banque de France

BCRA – Credit Rating Agency AD

Capital Intelligence Ltd

Cerved Rating Agency SpA

CRIF SpA

DBRS Ratings Limited

Euler Hermes Rating GmbH

European Rating Agency, a.s.

EuroRating Sp. z o.o.

FERI EuroRating Services AG

Fitch Ratings

GBB-Rating Gesellschaft fuer Bonitaets-beurteilung GmbH

ICAP Group SA

Japan Credit Rating Agency Ltd

Kroll Bond Rating Agency

Moody’s Investors Service

Scope Ratings AG

Spread Research

Standard & Poor’s Ratings Services

The Economist Intelligence Unit Ltd