ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 261

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
19 ta' Lulju 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 261/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (IL-Każ M.8000 — DCC/Dansk Fuels) ( 1 )

1

2016/C 261/02

Diversi lmenti rreġistrati bir-referenza CHAP(2015) 2880

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2016/C 261/03

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2016 li taħtar membru u membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għar-Rumanija

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 261/04

Rata tal-kambju tal-euro

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 261/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8098 — Italmobiliare/Clessidra SGR) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

5

2016/C 261/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8061 — IMS Health/Quintiles) ( 1 )

6

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 261/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi ta’ kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

7

2016/C 261/08

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

16

2016/C 261/09

Avviż ta’ Informazzjoni — Konsultazzjoni Pubblika — Indikazzjonijiet ġeografiċi mill-Ġappun

20


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(IL-Każ M.8000 — DCC/Dansk Fuels)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 261/01)

Fl-20 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8000. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


19.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/1


Diversi lmenti rreġistrati bir-referenza CHAP(2015) 2880

(2016/C 261/02)

Is-servizzi tal-Kummissjoni jirreferu għat-tweġiba tagħhom ippubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 127 tad-9 ta’ April 2016 p. 2 u fuq l-Internet fuq http://ec.europa.eu/eu_law/complaints/receipt/index_en.htm, li tinforma lill-ilmentaturi tal-każ imsemmi hawn fuq u rreġistrat bir-referenza CHAP(2015)2880, bir-riżultati tal-eżami tal-ilmenti tagħhom dwar l-allegata tassazzjoni diskriminatorja ta’ ħaddiema transfruntiera fis-Slovenja u dwar l-intenzjoni li jipproċedu bl-għeluq tal-fajl.

Minħabba li ma kienx hemm risposta mingħand l-ilmentaturi fil-limitu taż-żmien ta’ erba’ ġimgħat, is-servizzi tal-Kummissjoni jikkonfermaw li d-diversi lmenti ngħalqu fit-28 ta’ Mejju 2016.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

19.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Lulju 2016

li taħtar membru u membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għar-Rumanija

(2016/C 261/03)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra l-lista ta’ kandidati ppreżentata lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjonijiet tiegħu tal-24 ta’ Frar 2016 (2), il-11 ta’ April 2016 (3) u d-9 ta’ Ġunju 2016 (4) il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mid-29 ta’ Frar 2016 sat-28 ta’ Frar 2019.

(2)

Il-gvern tar-Rumanija ppreżenta nomini oħra għal tliet karigi li għandhom jimtlew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin bħala membru u membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-28 ta’ Frar 2019:

RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS

Pajjiż

Membru

Membri supplenti

Rumanija

Is-Sinjura Mihaela DARLE

Is-Sur Corneliu CONSTANTINOAIA

Is-Sur Dumitru FORNEA

Artikolu 2

Il-Kunsill ser jaħtar f’data aktar tard il-membri u l-membru supplenti li għadhom ma ġewx innominati.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

Gabriela MATEČNÁ


(1)  ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2016 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU C 79, 1.3.2016, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2016 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-Greċja, l-Ungerija u l-Iżvezja (ĠU C 130, 13.4.2016, p. 3).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2016 li taħtar membru u membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għar-Rumanija (ĠU C 214, 15.6.2016, p. 2).


Il-Kummissjoni Ewropea

19.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-18 ta’ Lulju 2016

(2016/C 261/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1053

JPY

Yen Ġappuniż

116,82

DKK

Krona Daniża

7,4387

GBP

Lira Sterlina

0,83372

SEK

Krona Żvediża

9,4679

CHF

Frank Żvizzeru

1,0869

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,3627

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,024

HUF

Forint Ungeriż

315,01

PLN

Zloty Pollakk

4,3805

RON

Leu Rumen

4,4686

TRY

Lira Turka

3,2680

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4557

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4315

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,5713

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5555

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4900

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 257,60

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,7685

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4089

HRK

Kuna Kroata

7,4957

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 468,93

MYR

Ringgit Malażjan

4,3971

PHP

Peso Filippin

51,650

RUB

Rouble Russu

69,7145

THB

Baht Tajlandiż

38,647

BRL

Real Brażiljan

3,5963

MXN

Peso Messikan

20,4348

INR

Rupi Indjan

74,2758


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

19.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/5


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8098 — Italmobiliare/Clessidra SGR)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 261/05)

1.

Fit-12 ta' Lulju 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Italmobiliare S.p.A. (“Italmobiliare”, l-Italja) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, ik-kontroll uniku ta' Clessidra SGR S.p.A.(“Clessidra”, l-Italja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Italmobiliare hija kumpanija azzjonarja finanzjarja b’investimenti f’kumpaniji li jaħdmu f’setturi differenti, fosthom fil-materjali tal-kostruzzjoni, fl-ippakkjar tal-ikel, fis-settur tal-banek, fil-proprjetà immobbli u fil-kummerċ elettroniku.

Clessidra hija kumpanija ta’ ekwità privata li tamministra diversi fondi b’kumpaniji ta’ portafoll attivi f’diversi setturi, fosthom il-kimika, il-farmaċewtika, il-ħall, prodotti tal-forom tal-plastik, ilbies, ġojjelli ta' lussu, l-infrastruttura tan-netwerk tat-telekomunikazzjoni, is-servizzi finanzjarji u logħob tal-azzard.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza “M.8098 — Italmobiliare/Clessidra SGR”, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


19.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8061 — IMS Health/Quintiles)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 261/06)

1.

Fis-7 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha IMS Health Holdings (“IMS Health”, l-Istati Uniti tal-Amerika) tingħaqad kollha hi fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet ma’ Quintiles Transnational Holdings Inc. (“Quintiles”, l-Istati Uniti tal-Amerika).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   IMS Health: kumpanija dinjija ta’ servizzi tal-informazzjoni u teknoloġiċi li tipprovdi lill-kumpaniji fil-kura tas-saħħa b’soluzzjonijiet biex ikejlu u jtejbu l-prestazzjoni tagħhom, bħall-ipprezzar u l-aċċess għas-suq, il-ġestjoni tad-dejta, ix-xejriet fil-preskrizzjoni, eċċ.

—   Quintiles: fornitur dinji ta’ servizzi ta’ żvilupp tal-prodotti u servizzi esternalizzati kummerċjali biex tappoġġa kumpaniji fil-kura tas-saħħa jiżviluppaw u jikkummerċjalizzaw terapiji ġodda.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-Email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8061 — IMS Health/Quintiles, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

19.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/7


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi ta’ kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2016/C 261/07)

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed jopponi għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

TALBA GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA

Talba għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“POMMES ET POIRES DE SAVOIE”/“POMMES DE SAVOIE”/“POIRES DE SAVOIE”

Nru tal-UE: FR-PGI-0117-01376 — 24.9.2015

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Syndicat Fruits des Savoie

Maison de l’Agriculture

52 avenue des Îles

74994 Annecy Cedex 9

FRANCE

Tel. +33 479338317

Faks: +33 479339253

Posta elettronika: syndicatfruitsdessavoie@haute-savoie.chambagri.fr

Il-grupp jikkonsisti fi produtturi tal-frott, produtturi spedituri, produtturi li jaħżnu u stazzjonijiet ta’ konsenja. Għalhekk, għandu d-dritt leġittimu li jitlob għall-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   L-intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwat mill-emenda(i)

Isem tal-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn: Isem u indirizz tal-grupp, referenzi dwar l-istruttura tal-kontroll.

4.   Tip ta’ emenda(i)

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma tistax titqies bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

Emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda dokument uniku (jew ekwivalenti) u li ma tikkwalifikax bħala minuri skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

5.   Emenda(i)

Il-grupp applikant jixtieq jaġġorna fil-forma tiegħu l-ispeċifikazzjoni tal-prodott u jqis għadd ta’ prattiki komuni fiż-żona ġeografika, li jsaħħu r-rabta mat-territorju għal din l-IĠP.

5.1.   Isem tal-prodott

Mal-isem attwali “Pommes et Poires de Savoie” huwa mitlub li jiżdiedu l-ismijiet li ġejjin: “Pommes de Savoie” u “Poires de Savoie”. Fil-fatt, il-grupp jixtieq juża l-ismijiet “Pommes de Savoie” jew “Poires de Savoie” fuq l-ippakkjar jew it-tikkettar tal-prodotti li jinkludu tuffieħ biss jew lanġas biss. Sa issa dawn l-ismijiet sempliċi ma ntużawx peress li l-operaturi jużaw l-isem “Pommes et poires de Savoie” fuq it-tikketti tal-prodotti tagħhom.

5.2.   Deskrizzjoni tal-prodott

Dan il-kapitolu ġie ristrutturat u kkumplimentat.

Id-deskrizzjoni tal-frott tinkludi deskrizzjoni viżiva, fiżikokimika u organolettika. Il-kategoriji tal-kummerċjalizzazzjoni tal-frott twessgħu għall-kategorija 2 għall-frott li kellhom skorċa fuq il-wiċċ ta’ inqas minn 1 cm2 fuq il-wiċċ totali tal-frotta. L-għan tal-grupp huwa li jippermetti l-aċċess għall-IĠP għall-frott li ġej mill-agrikoltura bijoloġika.

L-ispeċifikazzjoni tal-prodott irreġistrata tinkludi sommarju deskrittiv ta’ xi varjetajiet awtorizzati (Golden délicious, Reinette Blanche du Kanada u Melrose) u żdiedet deskrizzjoni tat-tuffieħ tal-varjetajiet li ġejjin: Idared, Reinette grise du Kanada u Jonagold; u għal-lanġas tal-varjetà Passe Crassane.

Il-lista tal-varjetajiet awtorizzati ġiet ikkumplimentata bil-varjetajiet li ġejjin:

Tuffieħ: Reine des reinettes, Elstar, Delgollune, Gala, Delcorf, Pinova, Fuji, Suntan, Initial, Pilot, Belle de Boskoop, Dalinco u Opal;

Lanġas: Williams, Louise Bonne d’Avranches, Conférence, Doyenné du Comice u Général Leclerc.

Din l-emenda turi l-karatteristika unika tal-ġnien tal-frott ta’ Savoie li fih ħafna varjetajiet ikkultivati differenti; l-għadd kbir ta’ livelli ta’ altitudnijiet, l-esponiment, it-tipi tal-ħamrija rriżultaw fl-adattament ta’ diversi varjetajiet. Din id-diversità tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ metodu ta’ kummerċjalizzazzjoni mgħaġġel jew semi mgħaġġel mifrux sew f’Savoie. Dan it-tip ta’ kummerċjalizzazzjoni jeżiġi firxa wiesgħa ta’ varjetajiet, li jirrispettaw il-ħajja tal-frotta maħżuna u b’hekk jimponi projbizzjoni restrittiva ħafna: in-nuqqas ta’ rikorriment għat-trattamenti kimiċi wara l-ġbir.

Il-varjetajiet inklużi fil-proġett tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott kienu kollha soġġetti għal esperiment biex jiġu verifikati l-ispeċifiċitajiet u r-rabta kawżali tagħhom mal-kundizzjonijiet tal-ħamrija taż-żona ġeografika.

L-indikazzjoni ta’ daqs minimu li jikkonċerna biss tliet varjetajiet ta’ tuffieħ tneħħa. Il-frott kollu għandu jirrispetta l-leġiżlazzjoni Ewropea b’mod partikolari fir-rigward tad-daqs. Fir-rigward tad-daqs il-grupp għandu japplika d-definizzjoni proprja għal kull kategorija kummerċjali.

Barra minn hekk, il-varjetà tat-tuffieħa Mutsu tneħħiet mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Matul ir-rapport tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, il-grupp ħejja lista tal-varjetajiet li kienet tikkorrispondi mal-aspettativi tal-produzzjoni tal-“Pommes et Poires de Savoie”, u dan qabel l-akkwist tar-riżultati tal-istazzjonijiet tal-esperiment. Fil-każ tal-varjetà Mutsu, ir-riżultati ta’ dawn l-esperimenti intwerew bħala mhux konformi mal-aspettattivi, għalhekk din il-varjetà qatt ma tħawwlet għall-produzzjoni.

Sabiex jiġi ffaċilitat il-kontroll tal-konformità tal-frott mad-deskrizzjoni organolettika u fiżikokimika tagħhom, ġew introdotti valuri mmirati fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

5.3.   Żona ġeografika

Iż-żona ġeografika, definita oriġinarjament skont kriterji purament amministrattivi, issa ġiet iċċentrata fir-reġjun storiku tal-produzzjoni li ma jinkludix il-muniċipalitajiet li jinsabu fl-inħawi b’muntanji għoljin fejn il-frott ma jistax jilħaq livell ta’ maturità suffiċjenti. Sabiex tissaħħaħ ir-rabta bejn il-prodott u t-territorju tiegħu, iż-żona ġeografika hija limitata għal ċerti muniċipalitajiet taż-żewġ dipartimenti ta’ Savoie u ta’ Haute-Savoie u mifruxa fuq seba’ muniċipalitajiet supplementari tad-dipartiment ta’ Ain li r-rabtiet funzjonali tiegħu mal-operaturi taż-żona huma ppruvati. Dawn il-muniċipalitajiet kollha għandhom l-istess karatteristiċi tal-klima.

Dawn huma l-kriterji tal-limiti taż-żona ġeografika:

muniċipalità għall-użu tal-produzzjoni tat-tuffieħ u tal-lanġas f’kundizzjonijiet previsti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-IĠP;

altitudni ta’ bejn il-200 u l-1 500 m;

profil ta’ art bl-għoljiet tipika tal-promontorju;

ħamrija fonda li normalment isserraħ fuq formazzjonijiet sedimentarji tal-ġebla tal-ġir;

klima kontinentali b’influwenza tan-Nofsinhar li tikkawża ħafna xita (1 000 m);

post ta’ kultivazzjoni mħallta u ta’ trobbija tal-bhejjem.

Iż-żona ġeografika tal-IĠP “Pommes et Poires de Savoie”/“Pommes de Savoie”/“Poires de Savoie” hija mifruxa fuq 463 lokalità minflok fuq 650.

5.4.   Prova tal-oriġini

L-obbligi ta’ rapportar tal-operaturi ġew speċifikati sabiex jiġu strutturati aħjar ir-reġistrazzjonijiet tad-dejta dwar il-kontrolli. Barra minn hekk tfasslet sistema ta’ traċċabilità sabiex tiffaċilita s-sorveljanza tal-prodott.

Marki ta’ identifikazzjoni tal-frott: sabiex tiġi żgurata t-traċċabilità, huwa speċifikat li l-frott li japplika l-isem tal-IĠP “Pommes et Poires de Savoie”/“Pommes de Savoie”/“Poires de Savoie” huwa identifikat b’mod individwali permezz ta’ stiker li jkun fiha din l-indikazzjoni meta jiġi ppreżentat lill-konsumaturi bl-ingrossa. Madankollu dan l-obbligu ma japplikax meta l-bejgħ ikun dirett bejn il-produttur u l-konsumatur jew meta l-frott jinbiegħ b’ippakkjar sikur.

5.5.   Metodu ta’ produzzjoni

Din il-parti tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ġiet ristrutturata mill-ġdid u kkumplimentata skont żewġ objettivi:

jinkitbu regoli preċiżi li jistgħu jkunu kkontrollati faċilment. Id-dispożizzjonijiet relatati mal-ispjegazzjoni jew mar-rikomandazzjoni tneħħew mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott li hija rreġistrata attwalment.

L-ispeċifikazzjoni u l-preċiżjoni tar-regoli ta’ tmexxija tal-ġonna tal-frott li jippromwovu ż-żamma tal-istat fiżiku tal-ħamrija/pjanti kollha sabiex b’hekk jippermettu t-tisħiħ tal-produzzjoni tal-frott fl-ambjent naturali.

L-iskema tal-ħajja tal-prodott ġiet introdotta.

Dawn ir-regoli jikkonċernaw:

L-introduzzjoni ta’ protokoll ta’ għażla ta’ varjetajiet:

Kull varjetà ġdida għandha tirrispetta kriterji ta’ aċċettazzjoni li għandhom jippermettu l-irkupru tal-ispeċifiċitajiet deskritti fid-deskrizzjoni tal-prodott. L-eżiġenzi ta’ dan il-protokoll jinkludu:

Ir-rispett tal-karatteristiċi tal-“Pommes et Poires de Savoie”/“Pommes de Savoie”/“Poires de Savoie”

l-użu ta’ materjal tal-pjanti ċertifikat jew ħieles mill-vajrusis;

il-kunsiderazzjoni tal-varjetajiet ikkultivati fiż-żona ġeografika skont id-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott;

l-osservazzjoni tal-imġiba kulturali u tas-saħħa.

Għażla tal-materjal tal-pjanti

Sabiex jiġi protett il-potenzjal tal-produzzjoni tal-ġnien tal-frott, ġie introdott l-obbligu tal-użu tal-pjanti ħielsa mill-vajrusis. L-obbligi tal-produtturi tal-pjanti u tal-bdiewa f’każ ta’ użu dirett tal-pjanti ġew speċifikati.

Densità tat-tħawwil

Sabiex is-siġar ikollhom biżżejjed ħamrija u dawl favorevoli, id-densità tat-tħawwil hija ta’ massimu ta’ 3 500 pied għal kull ettaru għal kull tħawwil ġdid.

Metodu għall-kultivazzjoni tal-ħamrija

Id-dispożizzjonijiet relatati ma’ dan il-kapitolu huma kkumplimentati sabiex it-tkabbir tal-ħaxix ta’ tħawwil isir obbligatorju sa mit-tielet sena ta’ wara t-tħawwil, u sabiex dan jippreżenta mill-inqas 60 % tal-wiċċ ta’ bejn ir-ringieli b’firxa bil-ħaxix ta’ mill-inqas 2 metri. Fil-fatt, it-tkabbir tal-ħaxix jiffaċilita l-varjazzjonijiet tal-umdità bejn il-jum u l-lejl li jwassal għall-kulur roża fuq il-wiċċ tal-frott.

Barra minn hekk, sabiex jiġu promossi prattiki kulturali aktar moderati fir-rigward tal-ambjent u biex b’hekk jiġu protetti l-karatteristiċi oriġinali tal-ħamrija, kwalunkwe użu tal-prodotti kimiċi sintetiċi għad-diżinfettar tal-ħamrija huwa pprojbit.

L-irrigazzjoni, il-fertilizzazzjoni u l-ħarsien tal-pjanti

Dawn id-dispożizzjonijiet kollha huma maħsubin għal- użu raġonevoli ta’ inputs differenti. L-objettivi mixtieqa jinkludu:

it-tisħiħ tal-ħarsien tal-integrità tal-elementi tal-produzzjoni (il-ħamrija, il-materjal tal-pjanti) sabiex jinżammu l-elementi distintivi tat-territorju tal-IĠP.

il-produzzjoni tas-siġra ssir b’tali mod li din tingħata s-sustanzi regolarment, sabiex tibqa’ siġra b’saħħitha, sors tal-maturazzjoni regolari u twila tal-frott. Dan l-objettiv huwa mfittex sabiex jinkiseb frott iebes u jqarmeċ, b’mod partikolari għat-tuffieħ.

Fir-rigward tal-użu tal-prodotti tal-ħarsien tal-pjanti, il-grupp introduċa l-possibbiltà li flimkien mal-operaturi jippromwovi użu adattat ta’ dawn il-prodotti wara l-osservazzjonijiet tekniċi fuq l-art. Dan jirrigwarda l-limitazzjoni tal-użu ħażin tal-prodotti tal-ħarsien tal-pjanti u b’hekk isaħħaħ ir-rabta bejn il-produzzjoni tal-frott u t-territorju tal-produzzjoni tiegħu.

Dakkir

Id-dakkir min-naħal qed jitħeġġeġ bl-obbligu li tinżamm mill-inqas xehda waħda qrib tal-ġonna tal-frott f’raġġ massimu ta’ 4 kilometri; id-distanza li tikkorrispondi għar-raġġ medju tal-attività tan-naħal.

Il-ġbir tal-frott

Analiżi fiżikokimika hija obbligatorja għall-ġbir. Din tippermetti l-iżgurar tal-karatteristiċi tal-frott. Dan l-għarfien jippermetti lill-operatur jiddeċiedi dwar kundizzjonjiet ta’ ħżin li għandhom jiġu implimentati u dwar id-data tat-tqegħid fis-suq l-aktar adattata.

Barra minn hekk kull trattament kimiku tal-frott wara l-ġbir huwa pprojbit, u b’hekk l-operaturi huma mħeġġa jiksbu frott ta’ kwalità li jippromwovi l-preservazzjoni tagħhom.

Il-kundizzjonijiet tal-ħżin ġew speċifikati

Id-dispożizzjonijiet dwar it-tul tal-ħżin skont kemm jinbiegħ malajr il-frott u t-tip ta’ preservazzjoni tiegħu tneħħew. Fil-fatt, l-operaturi għandhom tagħmir ta’ preservazzjoni effiċjenti għall-preservazzjoni tal-kwalità tal-prodott. Il-ġestjoni prattika titħalla f’idejn l-operatur li jmexxi l-iżvilupp tal-maturità ta’ varjetajiet diversi, tal-kundizzjonijiet tal-preservazzjoni (it-temperatura, l-umdità) li jvarjaw, il-kundizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq li jinbidlu maż-żmien.

L-analiżijiet deskritti fil-punt “deskrizzjoni tal-prodott”, li saru fil-mument tal-bejgħ, jiżguraw il-preservazzjoni tal-karatteristiċi oriġinali tal-frott.

L-obbligi ta’ dawk li jaħżnu u tal-ispedituri huma deskritti, b’mod partikolari l-projbizzjoni tal-ippakkjar finali ġol-pallets u l-obbligu tal-immarkar fuq kull frotta bi stiker individwali.

5.6.   Tikkettar

L-obbligi tat-tikkettar ġew ikkumplimentati u speċifikati.

Huma jipprevedu b’mod partikolari li l-prodotti ppakkjati jistgħu jingħataw tikketta skont it-tip tal-prodott.

5.7.   Emendi oħrajn

L-isem u l-indirizz tal-grupp, kif ukoll ir-referenzi dwar l-istruttura ta’ kontroll ġew aġġornati.

DOKUMENT UNIKU

“POMMES ET POIRES DE SAVOIE ‘/’ POMMES DE SAVOIE ‘/’ POIRES DE SAVOIE”

Nru tal-UE: FR-PGI-0117-01376 — 24.9.2015

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Ismijiet

“Pommes et Poires de Savoie”/“Pommes de Savoie”/“Poires de Savoie”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Pommes et Poires de Savoie”/“Pommes de Savoie”/“Poires de Savoie” huma frott frisk.

Il-“Pommes de Savoie” ġejjin minn dawn il-varjetajiet u mill-mutanti tagħhom: Belle de Boskoop, Dalinco, Delcorf, Delgollune, Elstar, Fuji, Gala, Golden Delicious, Idared, Initial, Jonagold, Melrose, Opal, Pinova, Pilot, Reine des reinettes, Reinette blanche du Kanada, Reinette grise du Kanada, Suntan.

Il-“Poires de Savoie” ġejjin minn dawn il-varjetajiet u mill-mutanti tagħhom: Conférence, Doyenné du Comice, Général Leclerc, Louise Bonne d’Avranches, Passe Crassane, Williams.

Il-“Pommes de Savoie” u l-“Poires de Savoie” għandhom dawn il-karatteristiċi:

Għall-varjetajiet tat-tuffieħ isfar: kulur roża fuq naħa waħda.

Għall-varjetajiet tat-tuffieħ b’żewġ kuluri: l-importanza tal-kulur tal-wiċċ għandu jikkorrispondi għall-ħtiġijiet tal-kategorija Extra definita fl-istandard NU/KEE fis-seħħ.

Għall-varjetajiet Reinette Blanche du Kanada, Reinette Grise du Kanada, Reine des Reinettes, Belle de Boskoop, preżenza ta’ ħmura

Għal-lanġas: forma tawwalija u l-preżenza ta’ ħmura għall-varjetajiet Conférence, Doyenné du Comice, Passe Crassane u Général Leclerc. Jikkorrispondu għall-kategoriji kummerċjali li ġejjin, definiti mir-Regolament kummerċjali fis-seħħ:

Il-Kategorija Extra jew 1;

Il-Kategorija 2, għall-frott li jippreżentaw biss difett fil-ħmura; il-karatteristiċi l-oħrajn tal-frott jikkorrispondu għall-kategorija Extra jew 1.

Karatteristiċi fiżikokimiċi

Meta jitilqu mill-istazzjon tal-ħżin, il-“Pommes et Poires de Savoie”/“Pommes de Savoie”/“Poires de Savoie” għandu jkollhomil-valuri li ġejjin:

Għat-tuffieħ isfar:

Varjetajiet

Data

Ebusija

KG/cm2

IR

%Brix

Aċidità

G aċidu maliku/litru tal-meraq tal-frott

Indiċi Thiault

Aspett viżiv

livell CTIFL

Golden

Kummerċjalizzazzjoni qabel l-1 ta’ Novembru

≥ 5

≥ 12

≥ 4

175

≥C4

Kummerċjalizzazzjoni mill-1 ta’ Novembru sal-31 ta’ Diċembru

≥ 5

≥ 12

≥ 3,5

165

≥C4

Kummerċjalizzazzjoni mill-1 ta’ Jannar sat-28 ta’ Frar

≥ 5

≥ 12

≥ 3

160

≥C4

Kummerċjalizzazzjoni wara l-1 ta’ Marzu

≥ 4,5

≥ 12

≥ 2,8

155

≥C4

Opal

 

≥ 5

≥ 12

Għat-tuffieħ b’żewġ kuluri:

Varjetajiet

Ebusija qabel il-31 ta’ Jannar

Ebusija wara l-1 ta’ Frar

IR

Aċidità

Aspett viżiv

Delbard Estival

≥ 5

≥ 4,5

≥ 12

 

≥ 1/3 wiċċ ikkulurit

Initial

≥ 5

≥ 4,5

≥ 12

 

≥ 1/3 wiċċ ikkulurit

Reine des Reinettes

≥ 5

≥ 4,5

≥ 12,5

≥ 6

≥ 1/3 wiċċ ikkulurit

Elstar

≥ 5

≥ 4,5

≥ 12,5

≥ 6

≥ 1/3 wiċċ ikkulurit

Gala

≥ 5

≥ 4,5

≥ 12

 

≥ 1/3 wiċċ ikkulurit

Belle de Boskoop u mutanti

≥ 5

≥ 4,5

≥ 12

≥ 6

 

Suntan

≥ 5

≥ 4,5

≥ 12

≥ 6

Jonagold

≥ 5

≥ 4,5

≥ 12

 

≥ 1/3 wiċċ ikkulurit

Reinette Blanche du Kanada

≥ 5

≥ 4,5

≥ 12

≥ 6

 

Reinette grise du Kanada

≥ 5

≥ 4,5

≥ 12

≥ 6

≥ 3/4 ħmura

Pinova

≥ 5

≥ 4,5

≥ 13

 

≥ 1/3 wiċċ ikkulurit

Dalinco

≥ 5

≥ 4,5

≥ 12,5

 

≥ 1/3 wiċċ ikkulurit

Jubilé

≥ 5

≥ 4,5

≥ 12,5

 

≥ 1/3 wiċċ ikkulurit

Pilot

≥ 5

≥ 4,5

≥ 12

≥ 6

≥ 1/3 wiċċ ikkulurit

Melrose

≥ 5

≥ 4,5

≥ 12

 

≥ 1/3 wiċċ ikkulurit

Idared

≥ 5

≥ 4,5

≥ 12

 

≥ 1/2 wiċċ ikkulurit

Fuji

≥ 5

≥ 4,5

≥ 12,5

 

≥ 1/2 wiċċ ikkulurit

Għal-lanġas:

Varjetajiet

Ebusija

IR

Aspett viżiv

William

2 sa 6

≥ 11

 

Louise Bonne d’Avranches

2 sa 6

≥ 12

 

Général Leclerc

2 sa 6

≥ 12

Preżenza ta’ ħmura

Konferenza

2 sa 6

≥ 12

Preżenza ta’ ħmura

Comice

2 sa 6

≥ 12

Possibbiltà ta’ wiċċ ikkulurit

Passe Crassane

2 sa 6

≥ 12

Preżenza ta’ ħmura pendunkulari

Karatteristiċi organolettiċi

Il-“Pommes de Savoie” huma kkaratterizzati minn bilanċ bejn il-kontenut taz-zokkor għoli u l-aċidità sostnuta u huwa iebes u jqarmeċ.

Il-“Poires de Savoie” huma iebsa u jinħallu fil-ħalq, b’togħma mhux qawwija u ħelwa.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni u l-ħżin tat-tuffieħ u tal-lanġas isiru fiż-żona ġeografika.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ., tal-prodott li għalih jirreferi l-isem

Huwa obbligatorju li l-ippakkjar isir fiż-żona ġeografika minħabba:

il-fraġilità tal-frott u s-sensittività tiegħu għaċ-ċaqliq li jeħtieġ attenzjoni partikolari min-naħa tal-istazzjonijiet tal-ippakkjar u l-inqas tqandil possibbli tal-frott;

l-għarfien ta’ dawk li jaħżnu u l-attenzjoni mogħtija lis-sorveljanza tal-kwalità tal-frott matul l-ippakkjar;

is-sistema ta’ identifikazzjoni tal-“Pommes et Poires de Savoie”/“Pommes de Savoie”/“Poires de Savoie” li teħtieġ it-twaħħil ta’ stiker individwali li ssemmi l-oriġini ġeografika. It-twaħħil ta’ din l-istiker issir fir-rigward tar-riżultati fiżikokimiċi għall-kummerċjalizzazzjoni.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem

Irrispettivament mit-termini regolatorji applikabbli għat-tuffieħ u l-lanġas kollu, it-tikkettar tal-frott għandu jirrispetta r-regoli li ġejjin:

l-isem “Pommes et Poires de Savoie” jew “Pommes de Savoie” jew “Poires de Savoie” għandu jkun speċifikat fuq il-pakketti kollha;

id-dettalji tal-produttur jew tal-persuna li taħżen jew tal-persuna li tippakkja għandhom ikunu speċifikati;

id-dettalji tal-korp taċ-ċertifikazzjoni għandhom ikunu speċifikati.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor tal-limiti taż-żona ġeografika

Id-dpartiment tal’ AIN: il-muniċipalitajiet li ġejjin: Anglefort, Béon, Ceysérieu, Corbonod, Cressin-Rochefort, Culoz, Flaxieu, Lavours, Pollieu, Seyssel, Talissieu, Vongnes.

Id-dipartiment ta’ SAVOIE: il-muniċipalitajiet kollha għajr il-muniċipalitajiet li ġejjin: Aigueblanche, Aime, Albiez-le-Jeune, Albiez-Montrond, Les Allues, Aussois, Les Avanchers-Valmorel, Avrieux, Beaufort, Bellentre, Bessans, Le Bois, Bonneval, Bonneval-sur-Arc, Bourg-Saint-Maurice, Bozel, Bramans, Brides-les-Bains, La Chambre, Champagny-en-Vanoise, Les Chapelles, Le Châtel, Cohennoz, La Côte-d’Aime, Crest-Voland, Feissons-sur-Salins, Flumet, Fontaine-le-Puits, Fontcouverte-la-Toussuire, Fourneaux, Freney, La Giettaz, Granier, Hautecour, Hauteluce, Hermillon, Jarrier, Landry, Lanslebourg-Mont-Cenis, Lanslevillard, La Léchère, Mâcot-la-Plagne, Modane, Montagny, Montaimont, Montgellafrey, Montgirod, Montricher-Albanne, Montsapey, Montvalezan, Montvernier, Moûtiers, Notre-Dame-de-Bellecombe, Notre-Dame-du-Cruet, Notre-Dame-du-Pré, Orelle, Peisey-Nancroix, La Perrière, Planay, Pontamafrey-Montpascal, Pralognan-la-Vanoise, Queige, Saint-Alban-des-Villards, Saint-André, Saint-Avre, Saint-Bon-Tarentaise, Saint-Colomban-des-Villards, Sainte-Foy-Tarentaise, Sainte-Marie-de-Cuines, Saint-Étienne-de-Cuines, Saint-François-Longchamp, Saint-Jean-d’Arves, Saint-Jean-de-Belleville, Saint-Jean-de-Maurienne, Saint-Julien-Mont-Denis, Saint-Marcel, Saint-Martin-d’Arc, Saint-Martin-de-Belleville, Saint-Martin-de-la-Porte, Saint-Martin-sur-la-Chambre, Saint-Michel-de-Maurienne, Saint-Nicolas-la-Chapelle, Saint-Oyen, Saint-Pancrace, Saint-Sorlin-d’Arves, Salins-les-Thermes, Séez, Sollières-Sardières, Termignon, Tignes, Val-d’Isère, Valezan, Valloire, Valmeinier, Villard-sur-Doron, Villarembert, Villargondran, Villarlurin, Villarodin-Bourget, Villaroger.

Id-dipartiment ta’ HAUTE SAVOIE: il-muniċipalitajiet kollha għajr il-muniċipalitajiet li ġejjin: Abondance, Arâches-la-Frasse, La Baume, Bellevaux, Bernex, Le Biot, Bonnevaux, Brizon, Chamonix-Mont-Blanc, La Chapelle-d’Abondance, Châtel, Chevenoz, Combloux, Les Contamines-Montjoie, Cordon, La Côte-d’Arbroz, Demi-Quartier, Entremont, Essert-Romand, La Forclaz, Les Gets, Les Houches, Lullin, Megève, Mégevette, Montriond, Mont-Saxonnex, Morillon, Morzine, Nancy-sur-Cluses, Novel, Onnion, Le Petit-Bornand-les-Glières, Praz-sur-Arly, Le Reposoir, Reyvroz, Saint-Jean-d’Aulps, Saint-Sigismond, Samoëns, Servoz, Seytroux, Sixt-Fer-à-Cheval, Thollon-les-Mémises, Vacheresse, Vailly, Vallorcine, Verchaix, La Vernaz.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Karatteristiċi tat-topografija u tal-ġeoloġija

Iż-żona ġeografika tal-IĠP “Pommes et Poires de Savoie”/“Pommes de Savoie”/“Poires de Savoie” tippreżenta limiti naturali mmarkati sew. Fin-naħa ta’ fuq, hija limitata bil-lag Léman, lejn il-Lvant u x-Xlokk bl-Alpi, lejn il-Punent permezz tal-muntanji Colombier u permezz tal-muntanji Chartreuse.

Hija tinsab f’altitudnijiet bejn 200 u 1 500 metru fuq art pjuttost muntanjuża, tipika tal-promontorju ta’ Savoie.

Fir-rigward tan-natura tal-ħamrija, il-promontorju tal-Alpi huwa magħruf għall-importanza ta’ formazzjoni tal-ġebla tal-ġir predominanti msejħa molasse, spiss assoċjata ma’ formazzjonijiet tat-tip morenika. Il-ħamrija kollha hija rikka fl-imluħ minerali u fl-ilma, flimkien ma’ ħamrija pjuttost rikka fit-tafal granulometriku.

Il-ħamrija ta’ Savoie għandha wkoll il-partikolarità li tippreżenta rati għoljin ta’ materjal organiku, minħabba l-preżenza ta’ numru ta’ trobbija tal-baqar.

Karatteristiċi klimatiċi

Ix-xtiewi huma twal u xi drabi ħorox, u s-sjuf huma sħan b’xita annwali medja ta’ aktar minn 1 000 mm, li titla’ anke sa 1 500 mm fiż-żona tal-muntanji prealpini. Huma mqassma sew matul iċ-ċiklu tat-tkabbir tas-siġar.

Din il-klima kontinentali hija kkaratterizzata minn varjazzjonijiet importanti fit-temperatura li huma espressi mill-frisk ta’ billejl fis-sajf u mid-differenzi tal-umdità kkaratterizzati bejn il-jum u l-lejl.

It-temperaturi medji ġeneralment huma baxxi. Huma bejn 8 °C u 10 °C skont l-altitudni.

Fir-rigward tal-fatturi umani, il-kultura tat-tuffieħ u tal-lanġas ilha teżisti ħafna f’Savoie u tagħmel parti mis-sistema tradizzjonali tal-kultivazzjoni mħallta u tat-trobbija tal-bhejjem.

Kif muri fl-elementi storiċi identifikati, fl-aħħar tat-tletinijiet, il-produzzjoni tal-frott kienet issir f’żoni żgħar tal-produzzjoni u b’għadd kbir ta’ varjetajiet.

F’dawn iż-żoni ta’ produzzjoni tal-frott, il-bdiewa kienu jafu jmexxu xogħol twil ta’ selezzjoni tal-ħamrija, tal-materjal veġetali u ta’ varjetajiet li huma l-aktar adattati għall-kundizzjonjiet tal-klima lokali.

Speċifiċità tal-prodott

Il-“Pommes et Poires de Savoie” għandhom dawn il-karatteristiċi:

it-tuffieħ huwa iebes u jqarmeċ, u l-lanġas huwa iebes u jinħall fil-ħalq;

bilanċ bejn il-kontenut taz-zokkor għoli u l-aċidità sostnuta, li jħalli togħma qarsa fil-ħalq.

forma viżiva aktar tawwalija għal-lanġas.

Il-“Pommes et Poires de Savoie”/“Pommes de Savoie”/“Poires de Savoie” jibbenefikaw ukoll minn reputazzjoni fil-livell nazzjonali.

Rabta kawżali

Ir-rabta kawżali tal-IĠP “Pommes et Poires de Savoie”/“Pommes de Savoie”/“Poires de Savoie” hija bbażata fuq il-kwalità speċifikata u r-reputazzjoni tagħha.

Iż-żona ġeografika tal-IĠP tippreżenta kundizzjonijiet naturali li jwasslu għall-kultura tal-frott minħabba għadd ta’ fatturi:

Il-ħamrija kollha hija rikka fl-imluħ minerali u fl-ilma, flimkien ma’ ħamrija pjuttost rikka fit-tafal granulometriku u fertilizzazzjoni minerali dgħajfa li jippermettu tkabbir bilmod tal-frott: il-frott huwa inqas mgħarraq bl-ilma iżda l-multiplikazzjoni ċellulari tibqa’ kbira. Din il-karatteristika toħloq il-karatteristika krokkanti tal-“Pommes de Savoie”.

Ir-rikezza tal-ħamrija tippromwovi l-maturazzjoni tat-tuffieħ u tal-lanġas li jeħtieġu jmexxu malajr kwantità kbira ta’ nutrijenti minħabba l-ħajja qasira taċ-ċiklu tat-tkabbir attiv. L-istaġun tat-tkabbir attiv huwa qasir minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi ħorox.

Il-klima taż-żona ġeografika wkoll toħloq l-ispeċifiċitajiet tal-“Pommes et Poires de Savoie”.

L-IĠP “Pommes et Poires de Savoie”/“Pommes de Savoie”/“Poires de Savoie” tibbenifika fl-aħħar minn ċerta reputazzjoni b’tali mod li llum hija rikonoxxuta minn kulħadd għall-kwalità tagħha. L-Iskola Nazzjonali Superjura tal-Furnar f’Yssingeaux, fejn it-taħriġ isir minn pastiċċiera tas-soċjetà “Meilleurs Ouvriers de France” (“L-Aqwa Ħaddiema ta’ Franza”), issemmi l-“Pommes et Poires de Savoie” għat-togħma tajba tagħhom. Il-kwalità tal-“Pommes de Savoie” u “Poires de Savoie” hija rikonoxxuta mis-sidien tar-ristoranti.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-a92174df-5eea-4f3b-88bc-b1baa5ed9df9/telechargement


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


19.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/16


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2016/C 261/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

“RACLETTE DE SAVOIE”

Nru tal-UE: PGI-FR-02095 — 23.11.2015

DPO ( ) IĠP ( X )

1.   Isem/Ismijiet

“Raclette de Savoie”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Ir-“Raclette de Savoie” huwa ġobon b’qalba ppressata u mhux imsajra li ġej mill-ħalib tal-baqra mhux imsajjar (cru) jew imsaħħan imma mhux pastorizzat (thermisé.

Ir-“Raclette de Savoie” għandu forma tonda, b’dijametru ta’ bejn 28 cm u 34 cm bl-għoli tal-ġnub ta’ bejn 6 cm u 7,5 cm.

Għandu kontenut ta’ solidi totali ta’ 56 % jew aktar. Il-proporzjon ta’ xaħam/għall-prodott niexef huwa bejn 48 % u 52 %. Il-kontenut tal-melħ huwa bejn 1,4 % u 2,2 %.

Ir-“Raclette de Savoie” għandu pH ta’ 5,50 jew ogħla u kontenut NH3 ta’ 60 mg jew aktar għal kull 100 g ta’ ġobon.

Karatteristiċi organolettiċi:

Ir-“Raclette de Savoie” għandu qoxra xaħmija, b’kulur isfar jagħti fil-kannella u l-qalba għandha kulur abjad li tagħti fl-isfar lewn it-tiben.

Il-qalba jista’ jkollha xi ftit toqob u l-konsistenza tagħha hija soda u li tinħall. Meta din tissaħħan, il-konsistenza tagħha tirtab u tinħall. Ir-“Raclette de Savoie” ftit jerħi żejt waqt li jkun qiegħed jissaħħan.

Forom ta’ preżentazzjoni għall-bejgħ:

Ir-“Raclette de Savoie” jinbiegħ fil-forom li ġejjin:

f’forma tonda;

f’biċċiet: f’biċċiet ġejjin għall-ponta, imqatta’;

f’unitajiet ta’ bejgħ lill-konsumatur (UVC) ippakkjati minn qabel: imqatta’.

Peress li huwa maħsub għall-bejgħ ippakkjat minn qabel f’unitajiet ta’ bejgħ lill-konsumatur, ir-“Raclette de Savoie” jista’ jinħadem f’forma ta’ parallelepiped b’tul ta’ 28 cm u wisa’ ta’ 34 cm u b’għoli tal-ġnub ta’ bejn 6 cm u 7,5 cm.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

L-għalf tal-merħla tal-ħalib jikkonsisti fil-kategoriji ta’ għalf li ġejjin:

Għalf oħxon li jikkostitwixxi r-razzjon bażiku:

Ħaxix, ħuxlief, ħuxlief tat-tieni ħsad, qamħirrun aħdar, sorgu, tiben, kultivazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ sekondarji ħlief l-ispeċi tal-familja tal-brassika. L-għalf ibbażat fuq għalf oħxon aħdar huwa obbligatorju għal mill-inqas 150 jum fis-sena, konsekuttivi jew mhux konsekuttivi, ekwivalenti għal mill-inqas 50 % tar-razzjon bażiku. 100 % tal-għalf oħxon mogħti lill-baqar li jipproduċu l-ħalib, ġej miż-żona ġeografika.

Għalf bil-massa:

Ċifċiegħ tal-qamħirrun u qamħirrun tal-qamħ umdu, għalf imnixxef, alfalfa mnixxfa, polpi tal-pitravi mnixxfin, pitravi għall-għalf. L-għalf imnixxef, iċ-ċifċiegħ tal-qamħirrun, il-qamħirrun tal-qamħ umdu u l-pitrava għall-għalf, li mhux ġejjin miż-żona ġeografika għandhom ikunu limitati għal 4 Kg ta’ materja niexfa għal kull baqra li tipproduċi l-ħalib bħala valur medju ta’ kuljum fis-sena.

Għalf kumplimentari u addittivi:

Żrieragħ taċ-ċereali u d-derivattivi tagħhom (granza, dqiq, qamħ użat imnixxef), żrieragħ u pasta taż-żrieragħ żejtnin u tal-proteini, koprodotti (konċentrat tal-proteina tal-alfalfa, nitroġenu li ma fihx proteina, urea < 3 % fl-għalf komplementari), melassat u żejt veġetali bħala legatur, minerali, vitamini, mikronutrijenti u estratti naturali tal-pjanti.

Id-distribuzzjoni tax-xorrox li ssir fir-razzett hija awtorizzata f’perjodu massimu ta’ 24 siegħa mit-tiswib.

Fil-każ tal-produzzjoni fl-irziezet, il-ħalib li jintuża għall-produzzjoni tar-“Raclette de Savoie” jkun ġej minn merħla ta’ baqar li jipproduċu l-ħalib li mill-inqas 75 % minnhom huma baqar tat-tip Abondance, Montbéliarde jew Tarentaise.

Fil-każ tal-proċessur, il-ħalib miġbur maħsub għall-produzzjoni tar-“Raclette de Savoie” jkun ġej minn merħla totali ta’ baqar li jipproduċu l-ħalib li mill-inqas 75 % minnhom huma baqar tat-tip Abondance, Montbéliarde jew Tarentaise.

Sabiex tiġi żgurata l-konformità ma’ dawn ir-regoli, il-kompożizzjoni tal-merħla tal-baqar li jipproduċu l-ħalib tista’ tevolvi biss b’mod li jiżdied in-numru ta’ baqar tat-tip Abondance, Montbéliarde ou Tarentaise.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-operazzjonijiet tal-produzzjoni tal-ħalib, tat-trasformazzjoni u tal-maturazzjoni għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

Il-produzzjoni tal-ħalib maħsuba għall-produzzjoni tar-“Raclette de Savoie” fiż-żona ġeografika hija ġġustifikata mill-importanza tar-riżors tal-għalf tar-reġjun, li huwa ta’ vantaġġ fil-produzzjoni tal-ġobon. Dan jagħti lill-ġobon il-karatteristiċi tiegħu.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

It-tikkettar tar-“Raclette de Savoie” jinkludi:

l-isem “Raclette de Savoie”;

l-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tal-persuna responsabbli għall-maturazzjoni jew dik responsabbli mill-ippakkjar;

l-isem tal-korp ta’ ċertifikazzjoni.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tkopri kompletament iż-żewġ dipartimenti ta’ Savoie u ta’ Haute-Savoie u l-muniċipalitajiet li ġejjin tad-départements Ain u Isère.

Id-Département Ain: Anglefort, Bellegarde-sur-Valserine, Béon, Billiat, Ceyzérieu, Chanay, Châtillon-en-Michaille, Corbonod, Cressin-Rochefort, Culoz, Flaxieu, Injoux-Génissiat, Lancrans, Lavours, Léaz, Lhôpital, Massignieu-de-Rives, Nattages, Parves, Pollieu, Saint-Martin-de-Bavel, Seyssel, Surjoux, Talissieu, Villes, Virignin, Vongnes.

Id-Département Isère Entre-deux-Guiers, Miribel-les-Échelles, Saint-Christophe-sur-Guiers, Saint-Pierre-de-Chartreuse, Saint-Pierre-d’Entremont.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Fir-rigward tat-topografija u tal-ġeoloġija tagħha, iż-żona ġeografika tar-“Raclette de Savoie” hija diverġenti sew. Fil-biċċa l-kbira tagħha, it-topografija għandha altitudni ta’ bejn 200 metru u 2 500 metru b’ħamrija spiss fonda, li normalment tirriżulta minn muntanji kristallin qodma u muntanji tal-ġebla tal-ġir.

Il-klima hija tipikament muntanjuża: ix-xtiewi huma twal u spiss ħorox, u s-sjuf huma sħan. Ħlief għall-widien bejn il-Maurienne u t-Tarentaise, li ġeneralment jaraw inqas xita, l-ammont ta’ xita fis-sena fiż-żona ġeografika jiżdied, b’medja ta’ bejn 1 000 mm sa 1 500 mm ta’ ilma f’dejl il-muntanji prealpini. Din il-karatteristika taż-żona ġeografika tiffavorixxi t-tkabbir tal-ħaxix.

Minħabba l-kompożizzjoni tal-ħamrija u l-ammont ta’ xita tagħha, iż-żona ġeografika tikkostitwixxi territorju b’mergħat ta’ kwalità. Il-mergħat, kemm dawk li jintużaw għall-mergħa kif ukoll dawk li jintużaw għall-ħuxlief, jippreżentaw flora rikka u diversifikata, li hija tipika taż-żona muntanjuża tal-Alpi.

Fin-naħa tal-punent taż-żona ġeografika tista’ ssir ukoll il-produzzjoni taċ-ċereali u tal-qamħirrun.

L-istorja tar-“Raclette de Savoie” hija marbuta mill-qrib ma’ dik tal-Alpi. L-ewwelnett hija tagħmel parti mill-istorja tat-trobbija u tal-għarfien tal-produtturi tal-ġobon fl-Alpi.

Ir-“Raclette de Savoie” oriġina fil-Medju Evu, meta r-rgħajja kienu jieklu “biċċiet tondi tal-ġobon” speċjalment fis-sajf: in-nofs ġobna li kienet titpoġġa quddiem in-nar tal-ħatab kienet tinħall.

Kien biss fil-bidu tas-seklu XX meta feġġ l-isem “raclette”, b’referenza għall-azzjoni ta’ meta wieħed iħokk il-wiċċ maħlul tal-ġobon biex jitpoġġa fuq il-patata fil-platt.

Ir-“Raclette de Savoie” żviluppa fil-qalba ta’ reġjun fejn is-sistemi tal-mergħat huma dominanti, u t-trobbija hija bbażata fuq l-użu tar-riżors tal-għalf u tar-razez lokali. F’dan ir-reġjun kienet ilha teżisti wkoll produzzjoni tradizzjonali tal-ġobon ippressat li tiġbor għarfien speċifiku tal-produtturi tal-ġobon u metodi ta’ produzzjoni tal-ħalib adattat għal din it-teknoloġija. Minħabba d-daqs medju tiegħu, ir-“Raclette de Savoie” ikkumplimenta gradwalment il-ġobnijiet l-oħrajn ta’ Savoie. Fil-fatt huwa ppermetta l-konservazzjoni ta’ kwantitajiet żgħar tal-ħalib meta mqabbel ma’ ġobon kbir ħafna.

Dan il-kuntest, assoċjat ma’ organizzazzjoni soċjo-ekonomika tal-agrikultura ta’ Savoie li storikament tibbaża fuq is-sistema tal-frott (isem lokali tal-kooperattivi tal-ġobon) immaniġġjata mill-bdiewa, ippermetta l-iżvilupp ta’ kultura tal-ġobon kondiviża fost il-bdiewa u l-produtturi tal-ġobon.

Ir-“Raclette de Savoie” ibbenifika wkoll mill-iżvilupp tat-turiżmu xitwi mis-snin 1960-1970 u mill-istorja industrijali tal-Alpi, bl-introduzzjoni tal-apparat għat-tisħin (raclette), grazzi għad-disponibbiltà tal-faħam abjad. L-iżvilupp tar-“Raclette de Savoie” huwa għalhekk marbut mal-iżvilupp tal-apparati għat-tisħin (raclette) li żviluppaw grazzi għal ftehim bejn l-intrapriżi Rippoz u Téfal, fis-snin 1975 f’Savoie. Il-ħakma tat-teknoloġija tal-inkollar tat-teflon fuq l-aluminju, is-sostituzzjoni tan-nar bil-ħatab għall-ħadid fondut, imbagħad l-użu tal-ewwel apparati elettroniċi fir-ristoranti, ippermettew l-iżvilupp ta’ metodu ġdid tal-konsum tar-“Raclette de Savoie”, imsaħħan fuq pjanċi individwali.

L-iżvilupp tat-turiżmu tal-massa tal-isports tax-xitwa fis-sebgħinijiet u tal-kostruzzjoni ta’ stazzjonijiet li nħolqu biex iwieġbu għad-domanda dejjem tikber għal dan it-tip ta’ divertiment, ikkontribwixxew għar-reputazzjoni tar-“Raclette de Savoie” bħala ġobon emblematiku li jittiekel f’dawn l-okkażjonijiet.

Illum il-ġurnata, il-produzzjoni tal-ħalib maħsuba għall-produzzjoni tar-“Raclette de Savoie” għadha bbażata fuq l-użu ta’ ħafna ħaxix fiż-żona ġeografika iżda wkoll fuq iż-żamma tat-tradizzjoni tat-trobbija tar-razez tradizzjonali: Abondance, Montbéliarde u Tarentaise. Dawn għarfu juru l-kapaċità tagħhom ta’ adattabbiltà għal-limitazzjonijiet fiżiċi u klimatiċi tal-ambjent: il-morfoloġija adattata għall-mergħa fuq il-mergħat weqfin, it-tolleranza termika, il-kapaċità tal-użu tar-ragħa fis-sajf u l-għalf niexef fix-xitwa.

Barra minn hekk, it-teknoloġiji użati fil-produzzoni tar-“Raclette de Savoie” huma adattati għall-karatteristiċi tal-ħalib deskritti hawn fuq. Il-produtturi tal-ġobon jibbenefikaw minn dawn il-karatteristiċi u jafu jaġġustaw il-parametri kollha tal-produzzjoni sabiex jiksbu l-ispeċifiċitajiet tar-“Raclette de Savoie”. Il-kontroll tal-kontenut tax-xaħam jikkostitwixxi punt tat-tluq importanti li spiss iħeġġeġ lill-produtturi tal-ġobon biex jagħmlu xkumatura parzjali tal-ħalib.

Tingħata wkoll importanza sew lill-fermentazzjoni tal-ħalib, u b’mod partikolari s-selezzjoni u l-ġestjoni tal-flora termofili. Il-passi tal-lattożju u tal-ippressar huma wkoll passi ewlenin fil-proċess tal-produzzjoni, li jikkontribwixxu għall-kontroll tal-pH. Il-maturazzjoni ssir b’mod tradizzjonali fuq pjanċi tal-injam għal perjodu ta’ mhux inqas minn tmien ġimgħat li tiffavorixxi proteolasi tajba tal-ġobon.

Speċifiċità tal-prodott

Ir-“Raclette de Savoie” huwa ġobon tond b’daqs medju.

Huwa kkaratterizzat mill-fatt li jinħall u mill-ebusija tiegħu fil-kesħa.

Karatteristika partikolari tar-“Raclette de Savoie” hija li jista’ jiddellek faċilment u ftit jerħi żejt meta jissaħħan. Huwa jiddistingwi ruħu wkoll minn konsistenza bi ħjut, ħafifa ħafna speċjalment meta mqabbel ma’ ġobnijiet (raclettes) oħrajn.

Fil-ħalq, ir-“Raclette de Savoie” jinħall sew u ftit iwaħħal.

Rabta kawżali

Ir-rabta bejn ir-“Raclette de Savoie” u ż-żona ġeografika tiegħu hija bbażata fuq il-kwalità partikolari tiegħu.

L-ispeċifiċitajiet tar-“Raclette de Savoie” ġejjin mill-għarfien tal-produzzjoni tal-ħalib u tal-produzzjoni speċifika għaż-żona ġeografika.

Il-produzzjoni tal-ħalib fiż-żona ġeografika tippermetti, barra l-aħjar użu tar-riżors tal-mergħa b’rispett lejn l-użanzi antiki, l-ottimizzazzjoni tal-kwalità tal-ħalib li ġej minn razez tradizzjonali. Dan il-ħalib, li huwa prodott fi kwantitajiet kbar grazzi għal għalf speċifiku, jippreżenta adattabbiltà aħjar għall-produzzjoni tar-“Raclette de Savoie” minn dawk tar-razez l-oħrajn fl-istess kundizzjonijiet: l-iffriżar li jinkiseb wara li jiżdied it-tames huwa aktar iebes u l-produzzjoni tal-ġobon hija aktar għolja, huwa jadatta għalhekk b’mod partikolari għall-forma speċifika tar-“Raclette de Savoie”.

Barra minn hekk il-ħiliet tal-produtturi tal-ġobon matul il-produzzjoni tar-“Raclette de Savoie” għandhom ċertu impatt fuq l-ispeċifiċitajiet kollha tal-prodott.

Il-kontroll tal-kontenut tax-xaħam jaffettwa direttament l-elastiċità fis-sħana, il-kwalità li jiddellek u l-ftit tnixxija ta’ żejt tar-“Raclette de Savoie”.

Il-konsistenza ħafifa definita hija wkoll marbuta mal-perċentwal baxx ta’ lattat L. li ġej prinċipalment mill-ispeċifiċità tal-fermentazzjoni f’fermenti termofili u tal-lattożju.

Il-proċess tal-maturazzjoni, li jiffavorixxi livell ta’ proteolasi importanti, għandu impatt fuq l-ispeċifiċitajiet tal-irtubija fil-kesħa u tal-ebusija tar-“Raclette de Savoie”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-c48a712e-fa5c-4d71-83c3-aea878f3b473/telechargement


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


19.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/20


AVVIŻ TA’ INFORMAZZJONI — KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

Indikazzjonijiet ġeografiċi mill-Ġappun

(2016/C 261/09)

Fil-kuntest tan-negozjati li għaddejjin bħalissa mal-Ġappun għal Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”), li jinkludi kapitolu dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi, l-awtoritajiet Ġappuniżi ppreżentaw il-lista mehmuża ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi, biex jiġu protetti skont il-Ftehim. Il-Kummissjoni Ewropea bħalissa qiegħda tikkunsidra jekk dawn l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għandhomx jiġu protetti skont il-Ftehim bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi, fit-tifsira tal-Artikolu 22(1) tal-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ.

Il-Kummissjoni tistieden lil kull Stat Membru jew pajjiż terz, jew kull persuna fiżika jew legali li għandha interess leġittimu, li hija residenti jew stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, biex topponi t-tali protezzjoni billi tibgħat dikjarazzjoni debitament sostanzjata.

Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni għandhom jintbagħtu f’dan l-indirizz tal-posta elettronika: AGRI-A2@ec.europa.eu

Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jiġu eżaminati biss jekk jaslu fil-limitu taż-żmien stabbilit hawn fuq, u jekk juru li l-protezzjoni tal-isem propost:

(a)

toħloq kunflitt mal-isem ta’ xi varjetà tal-pjanti jew ta’ xi razza tal-bhejjem u, minħabba f’hekk, il-konsumatur jista’ jitfixkel dwar l-oriġini vera tal-prodott;

(b)

tkun kompletament jew parzjalment omonima ma’ dik ta’ isem li diġà huwa protett fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (2), u skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż (3), jew li jkun inkluż fil-ftehimiet li l-Unjoni tkun ikkonkludiet mal-pajjiżi li ġejjin:

l-Awstralja (4)

iċ-Ċilì (5)

l-Afrika t’Isfel (6)

l-Iżvizzera (7)

il-Messiku (8)

il-Korea (9)

L-Amerika Ċentrali (10)

Il-Kolombja u l-Perù (11)

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (12)

il-Kanada (13)

l-Istati Uniti (14)

l-Albanija (15)

il-Montenegro (16)

il-Bożnija-Ħerzegovina (17)

is-Serbja (18)

il-Moldova (19)

il-Ġeorġja (20)

(c)

minħabba r-reputazzjoni tal-marka kummerċjali, tal-fatt li tkun magħrufa sew, u minħabba t-tul ta’ żmien li ilha tintuża, tista’ tqarraq bil-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott;

(d)

tipperikola l-eżistenza ta’ isem jew ta’ marka kummerċjali kompletament jew parzjalment identiku/a, jew tipperikola l-eżistenza ta’ prodotti li jkunu ilhom fis-suq b’mod legali għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż;

(e)

jew jekk jistgħu jingħataw dettalji li minnhom wieħed jista’ jikkonkludi li l-isem li għalih qed titqies il-protezzjoni huwa ġeneriku.

Il-kriterji msemmija hawn fuq għandhom ikunu evalwati b’rabta mat-territorju tal-Unjoni, li fil-każ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirreferi biss għat-territorju jew għat-territorji fejn dawn id-drittijiet huma protetti. Il-protezzjoni possibbli ta’ dawn l-ismijiet fl-Unjoni Ewropea hija soġġetta għall-konklużjoni b’suċċess ta’ dawn in-negozjati, kif ukoll għall-att legali sussegwenti.

Lista ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi  (21)

Isem Protett fil-Ġappun

Traskrizzjoni (għal skopijiet ta’ informazzjoni biss)

Kategoriji ta’ prodotti

Image

“Aomori Cassis”

Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

Image

‘/’

Image

“Tajima Gyu”/“Laħam Tajima”

Laħam (u l-ġewwieni) frisk

Image

‘/’

Image

‘/’

Image

‘/’ LAĦAM KOBE”

“Laħam Kobe”/“Kobe Niku”/“Kobe Gyu”

Laħam (u l-ġewwieni) frisk

Image

‘/’ BETTIEĦA YUBARI”

“Bettieħa Yubari”

Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

Image

‘/’ YAME GYOKURO Tradizzjonali Awtentiku”

“Yame Dentou Hongyokuro”

Prodotti oħra tal-Anness I għat-Trattat (ħwawar; eċċ.) – tè aħdar

Image

“Kagoshima no Tsubozukuri Kurozu”

Prodotti oħra tal-Anness I għat-Trattat (ħwawar; eċċ.) – ħall tar-ross

Image

“Miwa Somen”

Għaġin

Image

“Nihonshu”

Prodotti oħra tal-Anness I għat-Trattat (ħwawar; eċċ.) – xorb ieħor iffermentat


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(3)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/49/KE tat-28 ta’ Novembru 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja dwar il-kummerċ tal-inbid (ĠU L 28, 30.1.2009, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/979/KE tat-18 ta’ Novembru 2002 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ ċertu dispożizzjonijiet ta’ ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra (ĠU L 352, 30.12.2002, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/51/KE tal-21 ta’ Jannar 2002 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel dwar il-kummerċ fl-inbid (ĠU L 28, 30.1.2002, p. 3), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/52/KE tal-21 ta’ Jannar 2002 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel dwar kummerċ fi spirti (ĠU L 28, 30.1.2002, p. 112).

(7)  Id-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom, tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni dwar il-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba’ Ftehim (seba’ Ftehimiet) mal-Konfederazzjoni Svizzera (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1) u b’mod partikulari l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli – l-Anness 7.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/361/KE tas-27 ta’ Mejju 1997 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku fuq ir-rikonoxximent komuni u l-protezzjoni tad-deskrizzjoni ta’ spirti alkoħoliċi (ĠU L 152, 11.6.1997, p. 15)

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/265/UE tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 127, 14.5.2011 p. 1).

(10)  Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (ĠU L 346, 15.12.2012 p. 3).

(11)  Ftehim ta’ Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (ĠU L 354, 21.12.2012 p. 3).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/916/KE tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll Addizzjonali li jaġġusta l-aspetti kummerċjali tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tar-riżultat tan-negozjati bejn il-partijiet fir-rigward tal-konċessjonijiet preferenzjali reċiproċi f’ċerti nbejjed, ir-rikonoxximent, il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ ismijiet ta’ nbejjed u r-rikonixximent, il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ disinjazzjonijiet għall-ispirti u xorb aromatizzat (ĠU L 342, 27.12.2001, p. 6).

(13)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/91/KE tat-30 ta’ Lulju 2003 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar kummerċ fl-inbejjed u l-ispirti (ĠU L 35, 6.2.2004, p. 1).

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/232/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-Kummerċ tal-Inbid (ĠU L 87, 24.3.2006, p. 1).

(15)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/580/KE tat-12 ta’ Ġunju 2006 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u affarijiet marbuta mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra – il-Protokoll 3 dwar konċessjonijiet preferenzjali reċiproċi għal ċerti nbejjed, l-għarfien reċiproku, il-protezzjoni u l-kontroll tal-ismijiet tal-inbid, tax-xorb alkoħoliku u tal-inbejjed aromatizzati (ĠU L 239, 1.9.2006, p. 1).

(16)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/855/KE tal-15 ta’ Ottubru 2007 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Provviżorju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (ĠU L 345, 28.12.2007, p. 1).

(17)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/474/KE tas-16 ta’ Ġunju 2008 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Temporanju Interim dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa l-waħda, u l-Bosnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (ĠU L 169, 30.6.2008, p. 10) – Il-Protokoll 6.

(18)  Id-Deċiżjoni 2010/36/KE tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2008 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Provviżorju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra (ĠU L 28, 30.1.2010, p. 1).

(19)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/7/UE tat-3 ta’ Diċembru 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 10, 15.1.2013, p. 1).

(20)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/164/UE tal-14 ta’ Frar 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Georgja dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 93, 30.3.2012 p. 1).

(21)  Lista mogħtija mill-awtoritajiet Ġappuniżi fil-qafas tan-negozjati li għaddejjin bħalissa, irreġistrata fil-Ġappun.