ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 251

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
11 ta' Lulju 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 251/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 251/02

Teħid ta’ ġurament mill-Imħallfin il-ġodda tal-Qorti Ġenerali

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2016/C 251/03

Kawża C-578/15 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2015 minn Mansour Dairek Attoumi mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-278/14 – Dairek Attoumi vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) - Diesel

3

2016/C 251/04

Kawża C-160/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

3

2016/C 251/05

Kawża C-193/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco (Spanja) fis-7 ta’ April 2016 – E vs Subdelegación del Gobierno en Álava

4

2016/C 251/06

Kawża C-196/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche (l-Italja) fis-7 ta’ April 2016 – Comune di Corridonia vs Provincia di Macerata, Provincia di Macerata Settore 10 – Ambiente

5

2016/C 251/07

Kawża C-197/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche (l-Italja) fit-8 ta’ April 2016 – Comune di Loro Piceno et vs Provincia di Macerata, Provincia di Macerata Settore 10 – Ambiente

5

2016/C 251/08

Kawża C-206/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-13 ta’ April 2016 – Marco Tronchetti Provera SpA et vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

6

2016/C 251/09

Kawża C-207/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia provincial de Tarragona, Sección cuarta (Spanja) fl-14 ta’ April 2016 – Ministerio Fiscal

7

2016/C 251/10

Kawża C-211/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Torino (L-Italja) fil-15 ta’ April 2016 – Bimotor SpA vs Agenzia delle Entrate - Direzione Provinciale II di Torino

7

2016/C 251/11

Kawża C-212/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vergabekammer Südbayern (il-Ġermanja) fil-15 ta’ April 2016 – DUK Versorgungswerk eV u Gothaer Pensionskasse AG vs BG Klinik für Berufskrankheiten Bad Reichenhall gGmbH

8

2016/C 251/12

Kawża C-223/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-20 ta’ April 2016 – Casertana Costruzioni Srl vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti - Provveditorato Interregionale per le opere pubbliche della Campania e del Molise, Azienda Regionale Campana per la Difesa del Suolo - A.R.CA.DI.S.

9

2016/C 251/13

Kawża C-226/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ April 2016 – Eni SpA, Eni Gas & Power France SA, Uprigaz - Union professionnelle des industries privées du gaz vs Premier ministre, Ministre de l’environnement, de l’énergie et de la mer

10

2016/C 251/14

Kawża C-239/16 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ April 2016 minn Ante Šumelj et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-26 ta’ Frar 2016 fil-Kawżi magħquda T-546/13, T-108/14 u T-109/14, Ante Šumelj et vs Il-Kummissjoni Ewropea

11

2016/C 251/15

Kawża C-240/16 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ April 2016 minn Vedran Vidmar et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-26 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-507/14, Vedran Vidmar u Darko Graf vs Il-Kummissjoni Ewropea

13

2016/C 251/16

Kawża C-241/16 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ April 2016 minn Darko Graf mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-26 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-507/14, Vedran Vidmar u Darko Graf vs Il-Kummissjoni Ewropea

14

2016/C 251/17

Kawża C-242/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fis-27 ta’ April 2016 – José Rui Garrett Pontes Pedroso vs Netjets Management Limited

16

2016/C 251/18

Kawża C-255/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Københavns Byret (id-Danimarka) fit-2 ta’ Mejju 2016 – Anklagemyndigheden vs Bent Falbert, Poul Madsen, JP/Politikens Hus A/S

17

2016/C 251/19

Kawża C-261/16 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 minn Kühne + Nagel International AG et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fid-29 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-261/16, Kühne + Nagel International AG et vs Il-Kummissjoni Ewropea

18

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 251/20

Kawżi magħquda T-479/11 u T-157/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2016 – Franza u IFP Énergies nouvelles vs Il-Kummissjoni [Għajnuna mill-Istat — Tiftix għaż-żejt — Garanzija impliċita u illimitata tal-Istat mogħtija lill-Institut français du pétrole (IFP) permezz tal-għoti tal-istatus ta’ stabbiliment pubbliku ta’ natura industrijali u kummerċjali (EPIC) — Vantaġġ — Preżunzjoni ta’ vantaġġ]

20

2016/C 251/21

Kawża T-292/12 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2016 – Mega Brands vs EUIPO – Diset (MAGNEXT) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MAGNEXT — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MAGNET 4 — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

21

2016/C 251/22

Kawża T-160/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2016 – Bank Mellat vs Il-Kunsill Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran — Restrizzjon ijiet għat-trasferimenti ta’ fondi li jinvolvu stabbilimenti finanzjarji Iranjani — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Rikors għal annullament — Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implementazzjoni — Inċidenza diretta — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni — Garanziji legali msemmija fl-Artikolu 215(3) TFUE — Ċertezza legali — Projbizzjoni tal-arbitrarjetà — Ksur tad-drittijiet fundamentali

21

2016/C 251/23

Kawża T-454/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2016 – Warimex vs EUIPO (STONE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva STONE — Raġuni assoluta għal rifjut — Natura deskrittiva — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

22

2016/C 251/24

Kawżi magħquda T-510/14 u T-536/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2016 – Staywell Hospitality Group u Sheraton International IP vs EUIPO – Sheraton International IP u Staywell Hospitality Group (PARK REGIS) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva PARK REGIS — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti ST. REGIS — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni — Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009 — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009]

23

2016/C 251/25

Kawża T-654/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2016 – Revolution vs EUIPO (REVOLUTION) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea REVOLUTION — Trade mark li hija kkostitwita minn slogan ta’ riklamar — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009]

24

2016/C 251/26

Kawża T-662/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2016 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni [Politika Agrikola Komuni — Pagamenti diretti — Kriterji ulterjuri għal ċerti tipi ta’ żoni ta’ konċentrazzjoni ekoloġika mħawlin bi msaġar b’newba qasira — Artikolu 45(8) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 639/2014 — Artikolu 46(9)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 — Abbuż ta’ poter — Ċertezza legali — Nondiskriminazzjoni — Aspettattivi leġittimi — Dritt għall-proprjetà — Obbligu ta’ motivazzjoni]

24

2016/C 251/27

Kawża T-723/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2016 – HX vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Adattament tat-talbiet — Żball ta’ evalwazzjoni)

25

2016/C 251/28

Kawża T-34/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2016 – Wolf Oil vs EUIPO – SCT Lubricants (CHEMPIOIL) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Trade mark verbali CHEMPIOIL — Trade mark figurattiva preċedenti CHAMPION — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Eżami ex officio tal-fatti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Artikolu 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/20092]

26

2016/C 251/29

Kawża T-99/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2016 – Sfera Joven vs EUIPO – Las banderas del Mediterráneo (NOOSFERA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali NOOSFERA — Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti SFERA, Sfera colours u sfera CENTROS — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

26

2016/C 251/30

Kawża T-110/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2016 – International Management Group vs Il-Kummissjoni [Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti marbuta ma’ investigazzjoni tal-OLAF — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-iskopijiet ta’ attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika — Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali — Kategorija ta’ dokumenti]

27

2016/C 251/31

Kawża T-240/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2016 – Grupo Bimbo vs EUIPO (Forma ta’ virga b’erba’ ċrieki) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali — Forma ta’ virga b’erba’ ċrieki — Raġuni assoluta ta’ rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Drittijiet tad-difiża — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni]

28

2016/C 251/32

Kawża T-254/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2016 – Aldi Einkauf vs EUIPO – Dyado Liben (Casale Fresco) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Casale Fresco — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti FREZCO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

28

2016/C 251/33

Kawża T-301/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2016 – Jochen Schweizer vs EUIPO (Du bist, was du erlebst.) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Du bist, was du erlebst. — Raġuni assoluta għal rifjut — Trade mark li hija kkostitwita minn slogan ta’ reklamar — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

29

2016/C 251/34

Kawża T-331/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2016 – Bimbo vs EUIPO (THE SNACK COMPANY) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva THE SNACK COMPANY — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Ugwaljanza fit-trattament — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009]

30

2016/C 251/35

Kawża T-754/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2016 – Efler et vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Dritt istituzzjonali — Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Talba għal miżuri provviżorji — Inammissibbiltà)

30

2016/C 251/36

Kawża T-168/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2016 – Il-Ġreċja vs Il-Kummissjoni (FAEŻR — Irtirar tal-att ikkontestat — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

31

2016/C 251/37

Kawża T-310/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 – European Union Copper Task Force vs Il-Kummissjoni [Rikors għal annullament — Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 — Stabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi li s-sostituzzjoni tagħhom hija prevista — Inklużjoni ta’ komposti tar-ram fl-imsemmija lista — Assenza ta’ interess individwali — Att regolatorju li jinkludi mizuri ta’ implementazzjoni — Inammissibbiltà]

32

2016/C 251/38

Kawża T-601/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2016 – CEVA vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ — Proġett ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku fil-qasam intitolat L-alka li tirriżulta mill-akkwakultura sostenibbli bħala materja prima għall-bijoplastik bijodegradabbli — Kuntratt Seabioplas — Talba għal ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja dovuta — Kumpens — Terminu tar-rikors — Tardività — Assenza ta’ interess li tittieħed azzjoni — Inammissibbiltà)

32

2016/C 251/39

Kawża T-191/16: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2016 – Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il-Kummissjoni

33

2016/C 251/40

Kawża T-205/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2016 – Ir-Repubblika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

34

2016/C 251/41

Kawża T-206/16: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2016 – Bodegas Verdúguez vs EUIPO (TRES TOROS 3)

35

2016/C 251/42

Kawża T-207/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2016 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs Il-Kummissjoni Ewropea

36

2016/C 251/43

Kawża T-215/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2016 – Cop vs EUIPO - Conexa (AMPHIBIAN)

37

2016/C 251/44

Kawża T-217/16: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 – Internacional de Productos Metálicos vs Il-Kummissjoni

38

2016/C 251/45

Kawża T-223/16: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2016 – Massive Bionics vs EUIPO – Apple (DriCloud)

39

2016/C 251/46

Kawża T-241/16: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2016 – El Corte Inglés vs EUIPO – WE Brand (EW)

40

2016/C 251/47

Kawża T-250/16 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2016 minn Sergio Spadafora mid-digriet mogħti fis-7 ta’ April 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-44/15, Spadafora vs Il-Kummissjoni

41

2016/C 251/48

Kawża T-254/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2016 – Steel Invest & Finance (Luxembourg) vs Il-Kummissjoni

42

2016/C 251/49

Kawża T-257/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2016 – NM vs Il-Kunsill Ewropew

43

2016/C 251/50

Kawża T-258/16: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2016 – Mediterranean Premium Spirits vs EUIPO - G-Star Raw (GINRAW)

44

2016/C 251/51

Kawża T-259/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2016 – Trost Auto Service Technik vs EUIPO (AUTOSERVICE.COM)

45

2016/C 251/52

Kawża T-271/16: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2016 – Pempe vs EUIPO - Marshall Amplification (THOMAS MARSHALL GARMENTS OF LEGENDS)

45

2016/C 251/53

Kawża T-276/16: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2016 – Viridis Pharmaceutical vs EUIPO - Hecht-Pharma (Boswelan)

46

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2016/C 251/54

Kawża F-41/10 RENV: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 – Bermejo Garde vs KESE (Servizz pubbliku — Kawża mibgħuta lura lill-Qorti Ġenerali wara annullament — Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal — Uffiċjal vittma ta’ fastidju — Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal — Uffiċjal informatur — Talba għal assistenza — Ċaħda — Dritt għall-protezzjoni — Kundizzjonijiet — Ċaħda — Konsegwenzi — Talba għad-danni)

48

2016/C 251/55

Kawża F-111/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Mejju 2016 – GW vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż mediċi — Eżami konkret u ddettaljat)

49

2016/C 251/56

Kawża F-18/16: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

49

2016/C 251/57

Kawża F-21/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2016 – ZZ vs Frontex

50

2016/C 251/58

Kawża F-22/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2016 – ZZ vs CPVO

50

2016/C 251/59

Kawża F-23/16: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

51

2016/C 251/60

Kawża F-24/16: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

51

2016/C 251/61

Kawża F-25/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2016 – ZZ vs SEAE

52


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 251/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 243, 4.7.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 232, 27.6.2016

ĠU C 222, 20.6.2016

ĠU C 211, 13.6.2016

ĠU C 200, 6.6.2016

ĠU C 191, 30.5.2016

ĠU C 175, 17.5.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti Ġenerali

11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/2


Teħid ta’ ġurament mill-Imħallfin il-ġodda tal-Qorti Ġenerali

(2016/C 251/02)

Maħtura Mħallfin tal-Qorti Ġenerali permezz ta’ deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-24 ta’ Mejju 2016 (1), għall-perijodu bejn id-29 ta’ Mejju 2016 u l-31 ta’ Awwissu 2019, I. Reine, F. Schalin u P. G. Xuereb ħadu l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fit-8 ta’ Ġunju 2016.


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 76.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/3


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2015 minn Mansour Dairek Attoumi mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-278/14 – Dairek Attoumi vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) - Diesel

(Kawża C-578/15 P)

(2016/C 251/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Mansour Dairek Attoumi (rappreżentanti: E. Manresa Medina u J.M. Manresa Medina, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea u Diesel, S.P.A.

Permezz ta’ digriet tas-26 ta’ Mejju 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lil Mansour Dairek Attoumi għall-ispejjeż.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/3


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-160/16)

(2016/C 251/04)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Ζavvos u K. Talabér-Ritz, bħala aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tiddikjara li r-Repubblika Ellenika, billi naqset milli tissottometti rapport dwar il-livelli kostottimali, kif stabbilit fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2010/31/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Mejju 2010, dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, kif issupplimentat mir-Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012 (2), tas-16 ta’ Jannar 2012, li jistabbilixxi qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dawn id-dispożizzjonijiet;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

Fit-18 ta’ Marzu 2016, il-Kummissjoni Ewropea ressqet azzjoni kontra r-Repubblika Ellenika li permezz tagħha talbet dikjarazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja li r-Repubblika Ellenika, billi naqset milli tissottometti rapport dwar il-livelli kostottimali, kif stabbilit fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Mejju 2010, dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, kif issupplimentat mir-Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012, tas-16 ta’ Jannar 2012, li jistabbilixxi qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dawn id-dispożizzjonijiet.

2.

Permezz tal-azzjoni tagħha, il-Kummissjoni ssostni li, fir-rigward tat-talbiet imsemmija iktar ’il fuq, l-awtoritajiet Griegi għadhom ma kkomunikawx ir-rapport finali dwar il-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini, li juża l-qafas ta’ metodoloġija komparattiva stabbilit mir-Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012, u li, għaldaqstant, inkiser l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2010/31/UE.


(1)  ĠU 2010 L 153, p. 13.

(2)  ĠU 2012 L 81, p. 18.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco (Spanja) fis-7 ta’ April 2016 – E vs Subdelegación del Gobierno en Álava

(Kawża C-193/16)

(2016/C 251/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: E

Konvenut: Subdelegación del Gobierno en Álava

Domanda preliminari

Konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27(1) u (2) tad-Direttiva 2004/38/KE (1), ir-rikorrent, li ġie kkundannat għal tnax-il sena ħabs għal reati ripetuti ta’ abbuż ta’ minorenni, huwa ta’ theddida reali u attwali għas-sigurtà pubblika, fid-dawl tal-fatt li huwa qiegħed jinżamm il-ħabs u li, filwaqt li skonta sitt snin, baqagħlu diversi snin x’jiskonta qabel ma jikseb il-libertà tiegħu?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche (l-Italja) fis-7 ta’ April 2016 – Comune di Corridonia vs Provincia di Macerata, Provincia di Macerata Settore 10 – Ambiente

(Kawża C-196/16)

(2016/C 251/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Comune di Corridonia

Konvenuta: Provincia di Macerata, Provincia di Macerata Settore 10 – Ambiente

Domanda preliminari

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 191 TFUE u tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/92/UE (1), huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni l-fatt li ssir verifika sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx lok li ssir evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent (u eventwalment li ssir tali evalwazzjoni tal-effetti) wara l-kostruzzjoni tal-impjant, meta l-awtorizzazzjoni tkun ġiet annullata mill-qorti nazzjonali għar-raġuni li l-proġett ma kienx is-suġġett ta’ verifika sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm lok li ssir evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, peress li tali verifika kienet ġiet eskluża abbażi ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jiksru d-dritt tal-Unjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE, tal-15 ta’ Frar 2011, dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-direttiva 77/799/KEE (ĠU 2012, L 26, p. 1).


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche (l-Italja) fit-8 ta’ April 2016 – Comune di Loro Piceno et vs Provincia di Macerata, Provincia di Macerata Settore 10 – Ambiente

(Kawża C-197/16)

(2016/C 251/07)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Comune di Loro Piceno, Marcello Bartolini, Filippo Bruè, Sergio Forti, Stefano Piatti, Gaetano Silvetti, Gianfranco Silvetti, Rocco Tirabasso, Sante Vagni, Albergo Ristorante Le Grazie Sas di Forti Sergio & Co., Suolificio Elefante Srl, Suolificio Roxy Srl, Aldo Alessandrini

Konvenuti: Provincia di Macerata, Provincia di Macerata Settore 10 – Ambiente

Domanda preliminari

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 191 TFUE u tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/92/UE (1), jista’ jitqies bħala kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni l-fatt li ssir verifika intiża sabiex jiġi ddeterminat jekk għandhiex issir evalwazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent (u li eventwalment titwettaq tali evalwazzjoni tal-impatt) wara t-twettiq tal-installazzjoni, meta l-awtorizzazzjoni tkun is-suġġett ta’ annullament mill-qorti nazzjonali minħabba li l-proġett ma kienx is-suġġett ta’ verifika intiża sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm lok li ssir evalwazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent, għaliex dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali kontrarji għad-dritt tal-Unjoni kienu jipprovdu li ma kienx hemm lok li ssir tali verifika?


(1)  Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-13 ta’ April 2016 – Marco Tronchetti Provera SpA et vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

(Kawża C-206/16)

(2016/C 251/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marco Tronchetti Provera SpA, Antares European Fund Limited, Antares European Fund II Limited, Antares European Fund LP, Luca Orsini Baroni, UniCredit SpA, Lauro Sessantuno SpA

Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

Domanda preliminari

Leġizlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 106(3)(d), punt (2) tad-Digriet Leġiżlattiv tal-24 ta’ Frar 1998, Nru 58 (liġi kkonsolidata tad-dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ intermedjazzjoni finanzjarja, fis-sens tal-Artikoli 8 u 21 tal-Liġi tas-6 ta’ Frar 1996, Nru 52) u l-emendi suċċessivi, u bħall-Artikolu 47-octies tad-deċiżjoni tal-Commissione Nazionale per le Società e la Borsa – Consob Nru 11971, tal-14 ta’ Mejju 1999 (Regolament ta’ Applikazzjoni tad-Digriet Leġiżlattiv tal-24 ta’ Frar 1998, Nru 58, dwar ir-regolamentazzjoni tal-emittenti) u l-emendi suċċessivi, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jippermettu lill-Consob iżżid il-prezz tal-offerta pubblika ta’ xiri, previst fl-Artikolu 106 imsemmi hawn fuq, meta tkun issodisfatta l-kundizzjoni li tgħid li “kien hemm kollużjoni bejn l-offerent u l-persuni li jaġixxu bi ftehim ma’ dan tal-aħħar u bejjiegħ wieħed jew iktar”, mingħajr ma tippreċiża l-aġir speċifiku li jikkostitwixxi dan il-kunċett ta’ kollużjoni, u għaldaqstant mingħajr ma tiddetermina b’mod ċar iċ-ċirkustanzi u l-kriterji li fil-preżenza tagħhom il-Consob hija awtorizzata żżid il-prezz tal-offerta pubblika ta’ xiri, tipprekludi l-applikazzjoni korretta tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, fuq offerti ta’ xiri, fid-dawl tal-prinċipji ġenerali previsti mill-Artikolu 3(1) tal-istess direttiva, kif ukoll l-applikazzjoni korretta tal-prinċipji ġenerali tad-dritt Ewropew ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ proporzjonalità, ta’ raġonevolezza, ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni?


(1)  Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, fuq offerti ta’ xiri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 20).


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia provincial de Tarragona, Sección cuarta (Spanja) fl-14 ta’ April 2016 – Ministerio Fiscal

(Kawża C-207/16)

(2016/C 251/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia provincial de Tarragona, Sección cuarta

Partijiet fil-kawża prinċipali

Ministerio Fiscal

Domandi preliminari

1)

Il-gravità suffiċjenti tar-reati inkwantu kriterju li jiġġustifika l-ksur tad-drittijiet fundamentali rrikonoxxuti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta (1) tista’ tiġi identifikata unikament billi tittieħed inkunsiderazzjoni l-piena li tista’ tiġi imposta fuq ir-reat li jkun qed jiġi investigat jew huwa neċessarju, minbarra dan, li jiġu identifikati fl-aġir li jikkostitwixxi reat livelli partikolari ta’ dannu għal interessi legali individwali jew kollettivi?

2)

Skont il-każ, jekk kienx konformi mal-prinċipji fundamentali tal-Unjoni applikati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-8 ta’ April 2014 [Kawżi magħquda C-293/12, Digital Rights Ireland u C-594/12, Seitlinger et] inkwantu regoli ta’ stħarriġ strett tad-direttiva (2), l-istabbiliment tal-gravità tar-reat unikament skont il-piena li tista’ tiġi imposta, x’għandu jkun dan il-livell minimu? Ikun kompatibbli ma dispożizzjoni ġenerali ta’ limitu ta’ tliet snin priġunerija?


(1)  ĠU 2012 C 326, p. 391.

(2)  Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, p. 54).


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Torino (L-Italja) fil-15 ta’ April 2016 – Bimotor SpA vs Agenzia delle Entrate - Direzione Provinciale II di Torino

(Kawża C-211/16)

(2016/C 251/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Provinciale di Torino

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bimotor SpA

Konvenuta: Agenzia delle Entrate - Direzione Provinciale II di Torino

Domanda preliminari

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-VAT (Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), tas-17 ta’ Mejju 1977, kif emendata bid-Direttiva 2002/38/KE (2) u bid-Direttiva 2006/112/KE (3)) tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru – bħall-Artikolu 34(1) tal-liġi tat-23 ta’ Diċembru 2000, Nru 388 – li tistabbilixxi li r-rimbors tal-krediti tal-VAT jew il-kumpens għalihom huma awtorizzati għal sena fiskali partikolari, mhux fl-intier tagħhom, iżda biss sa ċertu limitu ddeterminat minn qabel?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta, Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE, tas-7 ta’ Mejju 2002, li temenda temporanjament id-Direttiva 77/388/KEE fir-rigward tal-aġġustamenti fit-taxxa fuq il-valur miżjud applikabbli fuq is-servizzi tax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni u xi servizzi forniti b’mezzi elettroniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 358).

(3)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vergabekammer Südbayern (il-Ġermanja) fil-15 ta’ April 2016 – DUK Versorgungswerk eV u Gothaer Pensionskasse AG vs BG Klinik für Berufskrankheiten Bad Reichenhall gGmbH

(Kawża C-212/16)

(2016/C 251/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Vergabekammer Südbayern

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DUK Versorgungswerk eV, Gothaer Pensionskasse AG

Konvenuta: BG Klinik für Berufskrankheiten Bad Reichenhall gGmbH

Partijiet oħra: Versorgungsanstalt des Bundes und der Länder, VBG Verwaltungs-Berufsgenossenschaft

Domandi preliminari

1)

Huwa kompatibbli mal-garanzija ta’ protezzjoni ġuridika effettiva skont l-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 2d(1)(a) tad-Direttiva 89/665/KEE (1) kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE (2), li persuna, li tinvoka n-nuqqas ta’ effettività ta’ kuntratt konkluż mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ma tkunx eliġibbli li tuża l-proċeduri ta’ reviżjoni, minkejja riskju ta’ danni imminenti, minħabba li l-awtorità kontraenti, li ma ppublikat l-ebda avviż ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qabel l-għoti tal-kuntratt u li ma segwiet l-ebda proċedura ta’ għoti tal-kuntratt skont ir-regoli, tispeċifika b’mod konklużiv, b’dikjarazzjoni fil-proċeduri ta’ reviżjoni, is-servizz li għandu jiġi pprovdut b’mod li l-operatur ekonomiku li beda l-proċeduri ma jkunx jista’ jipprovdih?

2.

a)

Tikkostitwixxi modifika sostanzjali tal-kuntratt fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tad-19 ta’ Ġunju 2008, pressetext, C-454/06, EU:C:2008:351), meta impriża pubblika li tiġi sseparata minn impriża pubblika oħra u ssir indipendenti fil-kuntest ta’ trasferiment ta’ parti minn negozju fis-sens tad-Direttiva 2001/23/KE (3) tikkonkludi, mal-korp ta’ assigurazzjoni li sa dak iż-żmien kien jipprovdi l-pensjoni tax-xjuħija komplementari lill-impriża pubblika li wettqet is-separazzjoni, kuntratt ġdid li, għall-garanzija tad-drittijiet tal-impjegati ttrasferiti għal benefiċċji tax-xjuħija u tal-invalidità taħt l-assigurazzjoni għax-xjuħija, huwa f’dan ir-rigward identiku għall-kuntratt oriġinali u meta l-impriża pubblika sseparata tkun ikkontrollata mill-impriża pubblika li twettaq is-separazzjoni bħala proprjetarju uniku?

Fil-każ li l-parti (a) tat-tieni domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

b)

L-użu ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt skont l-Artikolu 31(1)(b) tad-Direttiva 2004/18/KE (4) ma’ operatur ekonomiku wieħed biss (jiġifieri mal-fornitur preċedenti tas-servizzi lill-impriża pubblika li twettaq is-separazzjoni) huwa ammissibbli meta l-impjegati tal-impriża pubblika li wettqet is-separazzjoni jsiru, permezz ta’ trasferiment ta’ negozju, impjegati tal-awtorità kontraenti sseparata u, skont il-kuntratti ta’ impjieg tagħhom li ġew ittrasferiti mingħajr modifika skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23/KE flimkien ma’ prattika operazzjonali eżistenti, ikunu intitolati kontra l-persuna l-ġdida li timpjegahom, taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-impjieg, li jitolbu li l-benefiċċji ta’ assigurazzjoni għax-xjuħija komplementari jiġu pprovduti mill-fornitur preċedenti fi ħdan ta’ liema huma kisbu drittijiet qabel it-trasferiment ta’ negozju?

Fil-każ li d-domanda (b) tingħata risposta fin-negattiv:

c)

Awtorità kontraenti li, qabel l-għoti ta’ kuntratt, ma ppubblikat l-ebda avviż ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u ma segwiet l-ebda proċedura ta’ għoti tal-kuntratt skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2004/18/KE, teżerċita d-dritt tagħha li tispeċifika s-servizz – mingħajr ksur tal-prinċipji fil-qasam tal-kuntratt pubbliċi ta’ kompetizzjoni, trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament – qabel ma twettaq proċeduri ta’ għoti tal-kuntratt skont ir-regoli, b’tali mod li, meta tispeċifika l-metodu ta’ implementazzjoni għall-provvista ta’ pensjoni tal-impriża, hija tispeċifika wkoll kif il-mod kif il-fornitur futur għandu jiffinanzja lilu nnfisu? Awtorità kontraenti tista’ għaldaqstant tispeċifika li biss benefiċċji koperti minn skema kontributorja, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe skema ta’ kapitalizzazzjoni, anki meta l-obbligi tagħhom fil-konfront tal-impjegati assigurati ma jistgħux ikunu differenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-impjieg u skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23/KE?

Fil-każ li domanda (c) tingħata risposta fl-affermattiv:

d)

Dan japplika qabel l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE (5) anki meta dan iwassal sabiex operatur ekonomiku wieħed biss (jiġifieri il-korp ta’ assigurazzjoni preċedenti) ikun fil-pożizzjoni li jipprovdi s-servizz, jew awtorità kontraenti li beħsiebha tuża proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt ma’ operatur ekonomiku wieħed biss skont l-Artikolu 31(1)(b) tad-Direttiva 2004/18/KE, hija mitluba, meta tispeċifika s-servizz, diġà qabel l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE, taċċerta ruħha li ma teżisti l-ebda soluzzjoni alternattiva jew ta’ sostituzzjoni raġonevoli u li l-assenza ta’ kompetizzjoni ma hijiex ir-riżultat ta’ restrizzjoni artifiċjali tal-parametri tal-għoti ta’ kuntratt, kif stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(2)(b) tad-Direttiva 2014/24/UE?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246).

(2)  Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (ĠU L 335, p. 31).

(3)  Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98).

(4)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).

(5)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist pubbliku [l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi] u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, p. 65).


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-20 ta’ April 2016 – Casertana Costruzioni Srl vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti - Provveditorato Interregionale per le opere pubbliche della Campania e del Molise, Azienda Regionale Campana per la Difesa del Suolo - A.R.CA.DI.S.

(Kawża C-223/16)

(2016/C 251/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato (l-Italja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Casertana Costruzioni Srl

Konvenuti: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti - Provveditorato Interregionale per le opere pubbliche della Campania e del Molise, Azienda Regionale Campana per la Difesa del Suolo - A.R.CA.DI.S.

Domanda preliminari

L-Artikolu 47(2) u l-Artikolu 48(3) tad-Direttiva 2004/18/KE (1), kif issostitwiti bl-Artikolu 63 tad-Direttiva 2004/24/UE (2), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi, jew li tista’ tiġi interpretata fis-sens li teskludi, il-possibbiltà għall-operatur ekonomiku, jiġifieri għall-parti li qed tikkompeti fis-sejħa għal offerti, li jindika impriża oħra minflok dik inizjalment magħżula bħala “impriża awżiljarja” u li tkun tilfet, totalment jew parzjalment, ir-rekwiżiti sabiex tipparteċipa fis-sejħa għal offerti, li jimplika li dan l-operatur ekonomiku jiġi eskluż mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti għal raġunijiet li ma humiex attribwibbli għalih, kemm oġġettivament u kif ukoll suġġettivament?


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħolijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).

(2)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, p. 65).


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ April 2016 – Eni SpA, Eni Gas & Power France SA, Uprigaz - Union professionnelle des industries privées du gaz vs Premier ministre, Ministre de l’environnement, de l’énergie et de la mer

(Kawża C-226/16)

(2016/C 251/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eni SpA, Eni Gas & Power France SA, Uprigaz - Union professionnelle des industries privées du gaz

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’environnement, de l’énergie et de la mer

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 2010 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jimponi fuq il-fornituri ta’ gass naturali obbligi addizzjonali li jirriżultaw mill-inklużjoni fost il-“klijenti protetti”, li l-konsum tagħhom jikkontribwixxi sabiex jiġi ddefinit il-perimetru tal-obbligi ta’ ħażna intiż sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-provvista, ta’ klijenti li ma jissemmewx fl-Artikolu 2(1) ta’ dan l-istess regolament?

2)

L-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nruo994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jimponi fuq il-fornituri ta’ gass naturali obbligi li jirrigwardaw il-volumi ta’ gass maħżuna u r-rati tal-estrazzjoni marbuta magħhom, kif ukoll iż-żamma ta’ kapaċitajiet ta’ ħażna miksuba taħt id-drittijiet korrispondenti għall-obbligu ta’ żamma tal-ħażniet fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, filwaqt li jipprevedi li l-ministru, fl-evalwazzjoni tiegħu tal-kapaċitajiet ta’ ħażna li għandu fornitur, jieħu inkunsiderazzjoni strumenti oħra ta’ modulazzjoni li huwa għandu?


(1)  Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE (ĠU L 295, p. 1).


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/11


Appell ippreżentat fil-25 ta’ April 2016 minn Ante Šumelj et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-26 ta’ Frar 2016 fil-Kawżi magħquda T-546/13, T-108/14 u T-109/14, Ante Šumelj et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-239/16 P)

(2016/C 251/14)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Partijiet

Appellanti: Ante Šumelj, Dubravka Bašljan, Đurđica Crnčević, Miroslav Lovreković, Drago Burazer, Nikolina Nežić, Blaženka Bošnjak, Bosiljka Grbašić, Tea Tončić, Milica Bjelić, Marijana Kruhoberec, Davor Škugor, Ivan Gerometa, Kristina Samardžić, Sandra Cindrić, Sunčica Gložinić, Tomislav Polić, Vlatka Pižeta (rappreżentant: M. Krmek, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummisjoni Ewropea

Talbiet

tilqa’ l-argumenti fformulati mill-appellanti fl-ewwel istanza u fil-kuntest tal-appell.

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u tal-proċeduri fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Wara li analizzaw is-sentenza tal-Qorti Ġenerali, l-appellanti jinvokaw numru ta’ aggravji:

1.

L-appellanti jqisu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi li jikkawżalhom preġudizzju billi ma kkonstatatx in-nuqqas tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-obbligu li hija għandha li tissorvelja l-implementazzjoni tat-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-istabbiliment tal-professjoni ta’ uffiċjal pubbliku ta’ eżekuzzjoni fis-sistema ġudizzjarja Kroata konformement mal-Artikolu 36 tal-Att ta’ Adeżjoni, li huwa espressament redatt kif ġej: “Il-Kummissjoni għandha tissorvelja mill-qrib l-impenji kollha meħudin mill-Kroazja fin-negozjati dwar l-adeżjoni, inklużi dawk li għandhom jintlaħqu qabel jew sad-data tal-adeżjoni.” Is-sorveljanza żgurata mill-Kummissjoni tirrigwarda b’mod partikolari l-impenji meħuda mill-Kroazja fil-qasam tas-setgħa ġudizzjarja u tad-drittijiet fundamentali (Anness VII).

2.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi qieset, fil-punt 57 tas-sentenza [appellata] (kuntrarjament għal dak li tindika fil-punt 52 tas-sentenza [appellata]), li mkien minn dawn l-impenji tal-Anness VII tal-Att ta’ Adeżjoni invokati mill-appellanti ma jirriżulta li hemm l-obbligu għar-Repubblika tal-Kroazja li tistabbilixxi l-professjoni ta’ uffiċjal pubbliku ta’ eżekuzzjoni u, għaldaqstant, lanqas obbligu għall-Kummissjoni li tirrikorri, fuq din il-bażi, għall-miżuri ta’ azzjoni previsti mill-Artikolu 36 tal-Att ta’ Adeżjoni bil-għan li tipprekludi t-tħassir tal-liġi dwar l-uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni.

In-negozjati bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u l-Unjoni Ewropea kienu twal u, b’differenza tal-kapitoli l-oħra, il-Kapitolu 23, li huwa l-aħħar wieħed u l-iktar problematiku, ġie elaborat b’konformità mal-aqwa prassi tal-Unjoni Ewropea. Dan kien jirrigwarda l-kriterji politiċi li għalihom kienet suġġetta l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, u n-negozjati ġew konklużi fit-30 ta’ Ġunju 2011, wara li l-Gvern Kroat ippreżenta, fit-12 ta’ Mejju 2011, rapport lill-Presidenza tal-Unjoni Ewropea dwar l-osservanza tal-impenji li jirriżultaw mill-Kapitolu 23. Permezz ta’ dan ir-rapport, ir-Repubblika tal-Kroazja kienet ħadet impenji speċifiċi f’għaxar punti, li impenjat ruħha li tosserva b’rabta mat-Trattat ta’ Adeżjoni (Artikolu 36 tal-Att ta’ Adeżjoni). L-impenn Nru 1 u l-impenn Nru 3, li d-dispożizzjonijiet tagħhom huma ċċitati mill-appellanti (dawk dwar l-istabbiliment tal-uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni) matul il-proċeduri, jobbligaw espressament lir-Repubblika tal-Kroazja sabiex tintroduċi uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni.

3.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi (kuntrarju għall-prinċipju ta’ ċertezza legali) billi kkonkludiet sussegwentement, fil-punti 47 sa 51 tas-sentenza [appellata], li l-impenn Nru 1 ma kienx jirrigwarda strateġija ta’ riforma ġudizzjarja u pjan ta’ azzjoni speċifiċi, fis-seħħ matul il-perijodu inkluż bejn tmiem in-negozzjati u t-tħassir tal-leġiżlazzjoni li tirregola l-istabbiliment tal-funzjoni ta’ uffiċjal pubbliku ta’ eżekuzzjoni. L-appellanti jenfasizzaw li l-fatt li tiġi ċċitata strateġija oħra ta’ riforma ġudizzjarja, li l-Kummissjoni ssemmi ssussegwentement fid-dokumenti tagħha, minnflok l-istraġteġija ta’ riforma ġudizzjarja tal-2011 u l-plan ta’ azzjoni tal-2010, li kienu jobbligaw lir-Repubblika tal-Kroazja toħloq il-professjoni ta’ uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni, joħloq preċedent perikoluż, kuntrarju għal kull interpretazzjoni legali razzjonali.

4.

Bl-istess mod, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi osservat, fil-punt 55 [tas-sentenza appellata], li r-rikorrenti fl-ewwel istanza ma jinvokaw ebda ksur konkret minbarra l-ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ġaladarba huma jinvokaw, bħala ksur, diskriminazzjoni, il-ksur tad-dritt għax-xogħol u, matul il-proċeduri il-ksur taċ-ċertezza legali. Huwa effettivament inkredibbli kif, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tinjora għal kollox u ma ssemmi mkien il-prinċipju ta’ ċertezza legali li, skont ġurisprudenza stabbilita, jagħti lok għall-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

5.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi qieset li l-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ma kienx rilevanti għall-finijiet ta’ din il-kawża. Madankollu, aġir ma huwiex illegali biss meta jinvolvi ksur tad-dritt pożittiv tal-Unjoni, jiġifieri regoli miktuba, iżda wkoll meta jippreġudika prinċipju ġenerali tad-dritt (iċ-ċertezza legali); il-ksur tal-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jaqa’ taħt dan l-aħħar każ inkwistjoni. L-Unjoni għandha qafas istituzzjonali intiż sabiex jippromwovi l-valuri tagħha, isegwi l-għanijiet tagħha, iservi l-interessi tagħha, dawk taċ-ċittadini tagħha u dawk tal-Istati Membri, kif ukoll sabiex jiżgura l-koerenza, l-effikaċja u l-kontinwità tal-politiki u tal-azzjonijiet tagħha. Il-prinċipji ġenerali tad-dritt jagħmlu parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.

6.

Il-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball ta’ liġi billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni, kuntrarjament għall-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-fatt li r-rikorrenti fl-ewwel istanza kienu ġew maħtura, u għaldaqstant irreklutati sabiex jeżerċitaw il-funzjonijiet ta’ uffiċjal pubbliku ta’ eżekuzzjoni fil-mument tal-għeluq tal-Kapitolu 23, jiġifieri meta ġiet elaborata r-riforma ġudizzjarja, riforma li minnha jagħmlu parti l-uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni. Huwa preċiżament l-għeluq tan-negozzjati bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u l-Unjoni Ewropea dwar l-adeżjoni, jiġifieri l-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi, li ta lill-appellanti, fid-dawl tal-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna, il-garanzija legali li jistgħu jeżerċitaw l-attività li huma kienu għażlu.

7.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma kkonkludietx, b’rigward għad-dispożizzjonijiet imperattivi tal-Artikolu 36 tal-Att ta’ Adeżjoni, li l-Kummissjoni kellha tiżgura li dan jiġi applikat u tadotta l-miżuri kollha neċessarji sabiex ir-Repubblika tal-Kroazja tosserva l-impenji tagħha. Peress li l-Kummissjoni ma aġixxietx konformement mal-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, hija kisret din id-dispożizzjoni, fejn b’hekk ikkawżat preġudizzju lill-appellanti.

8.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma kkonkludietx li t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea kien ir-riżultat ta’ negozjati, u li konsegwentement dan kien joħloq obbligi u jipproduċi effetti ġuridiċi konformement mal-leġiżlazzjoni u mal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea. F’dan il-każ speċifiku, it-Trattat ta’ Adeżjoni jiggarantixxi lill-appellanti d-dritt għax-xogħol u l-ħolqien ta’ attivitajiet ġodda li għalihom huma ġew magħżula. Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, l-appellanti setgħu leġittimament jistennew li ser jibdew jeżerċitaw il-funzjonijiet li għalihom huma nħatru wara li ssodisfaw il-kundizzjonijiet legali kollha meħtieġa (li jkunu għaddew l-eżamijiet, li jkunu rriżenjaw mill-impjieg preċedenti tagħhom, li jkunu installaw it-tagħmir meħtieġ fl-uffiċċji tagħhom).


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/13


Appell ippreżentat fis-26 ta’ April 2016 minn Vedran Vidmar et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-26 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-507/14, Vedran Vidmar u Darko Graf vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-240/16 P)

(2016/C 251/15)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Partijiet

Appellanti: Vedran Vidmar, Saša Čaldarević, Irena Glogovšek, Gordana Grancarić, Martina Grgec, Ines Grubišić, Sunčica Horvat Peris, Zlatko Ilak, Mirjana Jelavić, Romuald Kantoci, Svjetlana Klobučar, Ivan Kobaš, Tihana Kušeta Šerić, Damir Lemaić, Željko Ljubičić, Gordana Mahovac, Martina Majcen, Višnja Merdžo, Tomislav Perić, Darko Radić, Damjan Saridžić (rappreżentant: D. Graf, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla, fl-intier tagħha, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-507/14 u tilqa’ t-talbiet imressqa mill-appellanti fil-kuntest tal-proċedura fl-ewwel istanza fir-rikors tagħhom tal-1 ta’ Lulju 2014 u tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha ssotnuti minn kull wiħed mill-appellanti fil-kuntest ta’ din il-proċedura;

sussidjarjament, tannulla, fl-intier tagħha, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea mogħtija fis-26 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-507/14 u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tagħti deċiżjoni mill-ġdid, u tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha sostnuti mnn kull wieħed mill-appellanti fil-kuntest ta’ din il-proċedura.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jikkontestaw il-punti segwenti tas-sentenza appellata:

punt 40, fejn jiġi ddikjarat li l-aġir illegali attiv ta’ istituzzjoni tal-Unjoni huwa biss wieħed mill-elementi meħtieġa sabiex ikun hemm ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, peress li din id-dikjarazzjoni tal-Qorti Ġenerali tmur kontra t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Mejju 1992, Mulder et vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni, C-104/89 u C-37/90, EU:C:1992:217);

punt 47, fejn, kuntrarjament għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 36 u tal-Anness VII tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja (iktar 'il quddiem l-“Att ta’ Adeżjoni”), l-impenji meħuda tar-Repubblika tal-Kroazja fir-rigward tal-Unjoni waqt in-negozjati ta’ adeżjoni mal-Unjoni bi żball issejħu “prinċipji”, peress li f’din il-kawża dawn ma humiex prinċipji, iżda 11-il impenn speċifiku tal-Kroazja lejn l-Unjoni, li lkoll daħlu fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2011;

punti 48 sa 52, peress li l-Artikolu 36 u l-punt 1 tal-Anness VII tal-Att ta’ Adeżjoni daħal fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2011, meta l-strateġija ta’ riforma ġudizzjarja tar-Repubblika tal-Kroazja għall-perijodu 2011-2015, tal-15 ta’ Diċembru 2010 u l-pjan ta’ azzjoni rivedut tal-Gvern Kroat għar-riforma ġudizzjarja, tal-20 ta’ Mejju 2010, kienu fis-seħħ u validi, għalkemm it-tħassir ta’ tali atti ġuridiċi mill-Kroazja, li qabel kien ġie awtorizzat b’mod espliċitu mill-Kummissjoni fil-punt 3 tar-rapport tagħha ta’ stħarriġ komprensiv dwar il-Kroazja, tal-10 ta’ Ottubru 2012, li kien jorda lill-Kroazja tadotta leġiżlazzjoni ġdida dwar l-infurzar, kuntrarjamemt għall-prinċipji ġenerali tad-dritt dwar il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, peress li, f’dak li jirrigwarda l-appellanti, it-tħassir ta’ dawn l-atti ġuridiċi kellu manifestament effett retroattiv, peress li mid-9 ta’ Diċembru 2012, il-Kroazja ma adottat l-ebda strateġija ġdida ta’ riforma ġudizzjarja iżda biss strateġija ta’ żvilupp tas-sistema ġudizzjarja għall-perijodu 2013-2018, u, konsegwentement, l-aħħar strateġija ta’ riforma ġudizzjarja adottata, fir-realtà, mill-Kroazja kienet dik li kienet fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2011 (ara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Jananr 1974, Louwage vs Il-Kummissjoni, 148/73, EU:C:1974:7, punti 12 u 28; tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 1998, Embassy Limousines & Services vs Il-Parlament, T-203/96, EU:T:1998:302, punti 74 sa 88; u tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Mejju 1975, CNTA vs Il-Kummissjoni, 74/74, EU:C:1975:59, punti 41 sa 44), billi rrilevat li l-Qorti Ġenerali, meta fil-punt 53 tas-sentenza appellata ddikjarat li “ma jistax […] minn dan jiġi dedott li l-awtoritajiet Kroati […] kienu liberi li jbiddlu l-istrateġija ta’ riforma ġudizzjarja 2011-2015 u l-pjan ta’ azzjoni 2010. Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Att ta’ Adeżjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 36 u l-Anness VII tiegħu, dawn l-awtoritajiet kellhom l-obbligu li josservaw mhux biss l-impenn 1, iżda wkoll l-impenji l-oħra kollha previsti mill-imsemmi anness”, il-Qorti Ġenerali kkonfermat il-fondatezza tat-talba għal kumpens tal-appellanti;

punti 54 sa 57 u 59 sa 63, dwar in-nuqqas tal-Kummissjoni Ewropea li twettaq l-obbligu tagħha, taħt l-Artikolu 36 tal-Att ta’ Adeżjoni, li tiżgura li l-Kroazja tosserva l-impenn tagħha, taħt il-punt 3 tal-Anness VII, tal-Att ta’ Adeżjoni, li tkompli ttejjeb l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja tagħha, peress li mill-annessi tar-rikors jirriżulta b’mod ċar li l-Kummissjoni daħħlet fihom data żbaljata li kienet ġejja mill-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Kroazja dwar in-numru li qed jonqos ta’ kawżi pendenti u ta’ proċeduri ta’ eżekuzzjoni pendenti quddiem il-qrati muniċipali u kummerċjali għall-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Settembru 2012 u t-28 ta’ Frar 2013, mingħajr ma għamlet xi stħarriġ tekniku jew aritmetiku ta’ din l-analiżi, fatt li juri negliġenza kbira fir-rigward tal-importanza tar-redazzjoni ta’ dawn it-tabelli;

punt 68, peress li meta naqset milli twettaq l-obbligu tagħha, taħt l-Artikolu 36(1) u (2) tal-Att ta’ Adeżjoni, li tiżgura li l-Kroazja tosserva l-impenji tagħha relatati mal-bidu tal-attività ta’ aġenti pubbliċi ta’ eżekuzzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni naqset ukoll milli twettaq l-obbligu tagħha li tiżgura, konformement mal-Artikolu 17 TUE, l-applikazzjoni tat-Trattat ta’ Adeżjoni, li huwa wieħed mit-trattati bażiċi tal-Unjoni;

punti 69 sa 82, peress li azzjonijiet konkordanti u espliċiti ulterjuri tal-Kummissjoni ma kinux meħtieġa sabiex jinħolqu aspettattivi leġittimi fl-appellanti wara d-9 ta’ Diċembru 2011, peress li, f’dan il-każ, l-aspettattivi leġittimi tal-appellanti bdew qabel din id-data.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/14


Appell ippreżentat fis-26 ta’ April 2016 minn Darko Graf mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-26 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-507/14, Vedran Vidmar u Darko Graf vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-241/16 P)

(2016/C 251/16)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Partijiet

Appellant: Darko Graf (rappreżentant: L. Duvnjak, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla, fl-intier tagħha, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-507/14 u tilqa’ t-talbiet li saru mill-appellant fil-kuntest tal-proċedura fl-ewwel istanza fir-rikors tiegħu tal-1 ta’ Lulju 2014 u tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha ssotnuti mill-appellant fil-kuntest ta’ din il-proċedura;

sussidjarjament, tannulla, fl-intier tagħha, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea mogħtija fis-26 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-507/14 u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tagħti deċiżjoni mill-ġdid, u tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha sostnuti mill-appellant fil-kuntest ta’ din il-proċedura.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant jikkontesta l-punti segwenti tas-sentenza appellata:

punt 40, fejn jiġi ddikjarat li l-aġir illegali attiv ta’ istituzzjoni tal-Unjoni huwa biss wieħed mill-elementi meħtieġa sabiex ikun hemm ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, peress li din id-dikjarazzjoni tal-Qorti Ġenerali tmur kontra t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Mejju 1992, Mulder et vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni, C-104/89 u C-37/90, EU:C:1992:217);

punt 47, fejn, kuntrarjament għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 36 u tal-Anness VII tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja (iktar 'il quddiem l-“Att ta’ Adeżjoni”), l-impenji meħuda tar-Repubblika tal-Kroazja fir-rigward tal-Unjoni waqt in-negozjati ta’ adeżjoni mal-Unjoni bi żball issejħu “prinċipji”, peress li f’din il-kawża dawn ma humiex prinċipji, iżda 11-il impenn speċifiku tal-Kroazja lejn l-Unjoni, li lkoll daħlu fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2011;

punti 48 sa 52, peress li l-Artikolu 36 u l-punt 1 tal-Anness VII tal-Att ta’ Adeżjoni daħal fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2011, meta l-strateġija ta’ riforma ġudizzjarja tar-Repubblika tal-Kroazja għall-perijodu 2011-2015, tal-15 ta’ Diċembru 2010 u l-pjan ta’ azzjoni rivedut tal-Gvern Kroat għar-riforma ġudizzjarja, tal-20 ta’ Mejju 2010, kienu fis-seħħ u validi, għalkemm it-tħassir ta’ tali atti ġuridiċi mill-Kroazja, li qabel kien ġie awtorizzat b’mod espliċitu mill-Kummissjoni fil-punt 3 tar-rapport tagħha ta’ stħarriġ komprensiv dwar il-Kroazja, tal-10 ta’ Ottubru 2012, li kien jordna lill-Kroazja tadotta leġiżlazzjoni ġdida dwar l-infurzar, kuntrarjamemt għall-prinċipji ġenerali tad-dritt dwar il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, peress li, f’dak li jirrigwarda l-appellant, it-tħassir ta’ dawn l-atti ġuridiċi kellu manifestament effett retroattiv, peress li mid-9 ta’ Diċembru 2012, il-Kroazja ma adottat l-ebda strateġija ġdida ta’ riforma ġudizzjarja iżda biss strateġija ta’ żvilupp tas-sistema ġudizzjarja għall-perijodu 2013-2018, u, konsegwentement, l-aħħar strateġija ta’ riforma ġudizzjarja adottata, fir-realtà, mill-Kroazja kienet dik li kienet fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2011 (ara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Jananr 1974, Louwage vs Il-Kummissjoni, 148/73, EU:C:1974:7, punti 12 u 28; tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 1998, Embassy Limousines & Services vs Il-Parlament, T 203/96, EU:T:1998:302, punti 74 sa 88; u tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Mejju 1975, CNTA vs Il-Kummissjoni, 74/74, EU:C:1975:59, punti 41 sa 44), billi rrilevat li l-Qorti Ġenerali, meta fil-punt 53 tas-sentenza appellata ddikjarat li “ma jistax […] minn dan jiġi dedott li l-awtoritajiet Kroati […] kienu liberi li jbiddlu l-istrateġija ta’ riforma ġudizzjarja 2011-2015 u l-pjan ta’ azzjoni 2010. Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Att ta’ Adeżjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 36 u l-Anness VII tiegħu, dawn l-awtoritajiet kellhom l-obbligu li josservaw mhux biss l-impenn 1, iżda wkoll l-impenji l-oħra kollha previsti mill-imsemmi anness”, il-Qorti Ġenerali kkonfermat il-fondatezza tat-talba għal kumpens tal-appellant;

punti 54 sa 57 u 59 sa 63, dwar in-nuqqas tal-Kummissjoni Ewropea li twettaq l-obbligu tagħha, taħt l-Artikolu 36 tal-Att ta’ Adeżjoni, li tiżgura li l-Kroazja tosserva l-impenn tagħha, taħt il-punt 3 tal-Anness VII, tal-Att ta’ Adeżjoni, li tkompli ttejjeb l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja tagħha, peress li mill-annessi tar-rikors jirriżulta b’mod ċar li l-Kummissjoni daħħlet fihom data żbbaljata li kienet ġejja mill-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Kroazja dwar in-numru li qed jonqos ta’ kawżi pendenti u ta’ proċeduri ta’ eżekuzzjoni pendenti quddiem il-qrati muniċipali u kummerċjali għall-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Settembru 2012 u t-28 ta’ Frar 2013, mingħajr ma għamlet xi stħarriġ tekniku jew aritmetiku ta’ din l-analiżi, fatt li juri negliġenza kbira fir-rigward tal-importanza tar-redazzjoni ta’ dawn it-tabelli;

punt 68, peress li meta naqset milli twettaq l-obbligu tagħha, taħt l-Artikolu 36(1) u (2) tal-Att ta’ Adeżjoni, li tiżgura li l-Kroazja tosserva l-impenji tagħha relatati mal-bidu tal-attività ta’ aċenti pubbliċi ta’ eżekuzzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni naqset ukoll milli twettaq l-obbligu tagħha li tiżgura, konformement mal-Artikolu 17 TUE, l-applikazzjoni tat-Trattat ta’ Adeżjoni li huwa wieħed mit-trattati bażiċi tal-Unjoni;

punti 69 sa 82, peress li azzjonijiet konkordanti u espliċiti ulterjuri tal-Kummissjoni ma kinux meħtieġa sabiex jinħolqu aspettattivi leġittimi fl-appellant wara d-9 ta’ Diċembru 2011, peress li, f’dan il-każ, l-aspettattivi leġittimi tal-appellant bdew qabel din id-data.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fis-27 ta’ April 2016 – José Rui Garrett Pontes Pedroso vs Netjets Management Limited

(Kawża C-242/16)

(2016/C 251/17)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal de Justiça

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: José Rui Garrett Pontes Pedroso

Konvenuta: Netjets Management Limited

Domandi preliminari

1)

Fil-kuntest fattwali tal-kawża inkwistjoni – il-ħaddiem huwa pilota tal-avjazzjoni ċivili u l-attività mwettqa minnu, fil-qafas tal-kuntratt tax-xogħol tiegħu, jinkludi l-ispazju tal-ajru Ewropew kollu –, id-determinazzjoin tal-“post fejn l-impjegat abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu” u/jew tal-“aħħar post fejn kien jagħmel hekk”, fis-sens al-Artikolu 19(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (1), tat-22 ta’ Diċembru 2000, tinsab ippreġudikata?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv, jiġifieri, jekk din id-determinazzjoni ma tirriżultax li tiġi ppreġudikata:

i)

Il-“post fejn l-impjegat abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu”, fis-sens tal-imsemmija regola tad-dritt Komunitarju, għandha jew tista’ tiġi interpretata fis-sens li huwa l-post tal-ajruport fejn il-mezz tal-ajru huwa stazzjonat li għandu jiġi mtajjar mill-ħaddiem, li jagħti bidu għall-vjaġġ li bih jibda jwettaq il-funzjonijiet tiegħu?

U/jew għandu/jista’ jiġi interpretat fis-sens li jikkorrispondi għall-post li l-partijiet jistabbilixxu bħala gateway airport (ajruport tad-dħul), li minnu l-ħaddiem ġie ttrasportat lejn l-ajruport fejn kien stazzjonat il-mezz tal-ajru li kellu jtajjar, u li lejh sussegwentement daħal lura?

U/jew għandu/jista’ jkun il-post fejn saret ir-reġistrazzjoni tal-mezzi tal-ajru mtajjra mill-ħaddiem?

U/jew għandu/jista’ jkun il-post minn fejn il-ħaddiem irċieva l-istruzzjonijiet, il-komunikazzjonijiet u l-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tat-titjir, l-aspetti varji tar-relazzjoni professjonali tiegħu mal-konvenuta u l-proċedura li temmet ir-relazzjoni?

ii)

L-“aħħar post fejn kien jagħmel hekk”, fis-sens tal-imsemmija regola tad-dritt Komunitarju, għandha jew tista’ tiġi interpretata fis-sens li huwa l-post tal-ajruport fejn il-mezz tal-ajru huwa stazzjonat li l-ħaddiem tajjar għall-aħħar darba qabel ma ġie tterminat il-kuntratt tax-xogħol tiegħu?

Jew preċedentement għandu/jista’ jiġi interpretat fis-sens li jikkorrispondi għal dak li l-partijiet jistabbilixxu bħala gateway airport (ajruport tad-dħul), li minnu l-ħaddiem ġie ttrasportat, għall-aħħar darba qabel it-trasferiment tal-kuntratt tax-xogħol tiegħu, lejn l-ajruport fejn kien stazzjonat il-mezz tal-ajru li kellu jtajjar, u li lejh sussegwentement daħal lura?

3)

Fil-kuntest fattwali tal-kawża inkwistjoni, l-espressjoni “post fejn ikun jinstab in-negozju li kien jimpiega lill-impjegat” fis-sens tal-Artikolu 19(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, jista’ jiġi interpretat fis-sens ta’ “ċentru operattiv” tal-impriża li titniżżel bħala l-persuna li timpjega fil-kuntratt tax-xogħol magħmul mal-ħaddiem, fejn iseħħ il-proċess ta’ reklutaġġ tal-piloti (permezz tar-riċeviment u tal-ipproċessar tal-kandidaturi rispettivi) u fejn dawn jirċievu t-taħriġ inizjali u komplimentari, anki meta l-imsemmi “ċentru operattiv” jopera u jkun ibbażat f’impriża oħra, ġuridikament awtonoma mill-ewwel impriża, minkejja li t-tnejn jappartjenu għall-istess grupp ekonomiku?

4)

Fil-kuntest fattwali tal-kawża inkwistjoni, l-espressjonijiet “ċentru amministrattiv” jew “post prinċipali tan-negozju” fis-sens tal-Artikolu 60(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, jistgħu jiġu interpretati fis-sens ta’ “ċentru operattiv” tal-impriża li titniżżel bħala l-persuna li timpjega fil-kuntratt tax-xogħol magħmul mal-ħaddiem, minn fejn l-operazzjonjiet min-naħa tagħha huma kkontrollati (mill-verifika tal-manutenzjoni, tal-operazzjonijiet ta’ titjir u tal-programmazzjoni tat-titjiriet; l-operazzjoni, il-manutenzjoni u l-attivitajiet ta’ titjir tal-mezzi tal-ajru u saħansitra l-operazzjonijiet tal-art u catering) u li minnha l-istruzzjonijiet kollha huma diretti lill-piloti, minn fejn dawn jirċievu t-taħriġ inizjali u komplimentari, huma ġestiti l-kwistjonijiet tar-riżorsi umani u jitmexxew il-laqgħat dixxiplinari jew ilmenti, anki meta l-imsemmi “ċentru operattiv” jopera u jkun ibbażat f’impriża oħra, ġuridikament awtonoma mill-ewwel impriża, minkejja li t-tnejn jappartjenu għall-istess grupp ekonomiku?

5)

Fid-dawl tal-premessa 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, li fih huwa previst li fir-rigward tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni, ta’ konsum u ta’ xogħol, huwa opportun li tiġi protetta l-iktar parti debboli permezz ta’ regoli ta’ kompetenza iżjed favorevoli għall-interessi tagħha milli għar-regola ġenerali, l-imsemmi Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, għandu jiġi interpretat b’mod iktar favorevoli għall-ħaddiem?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Københavns Byret (id-Danimarka) fit-2 ta’ Mejju 2016 – Anklagemyndigheden vs Bent Falbert, Poul Madsen, JP/Politikens Hus A/S

(Kawża C-255/16)

(2016/C 251/18)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Københavns Byret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Anklagemyndigheden

Konvenuti: Bent Falbert, Poul Madsen, JP/Politikens Hus A/S

Domandi preliminari

Din il-kawża tinvolvi regola suġġetta għal obbligu ta’ notifika b’applikazzjoni tal-Artikolu 8(1), moqri flimkien mal-Artikolu 1(1), (2), (5) u (11) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (1), emendata bid-Direttiva 98/48, f’sitwazzjoni bħal dik segwenti:

a)

għandha tiġi implementata liġi li temenda liġi dwar ċertu logħob, lotteriji u mħatri li tintroduċi dispożizzjoni li tipprevedi sanzjonijiet kriminali, b’mod partikolari għal min, intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja, “għandu negozju ta’ logħob, ta’ lotteriji jew ta’ mħatri fit-territorju nazzjonali mingħajr ma jkun awtorizzat skont l-Artikolu 1” kif ukoll min, deliberatament jew minħabba negliġenza serja, “jirreklama logħob, lotteriji jew imħatri li ma humiex awtorizzati skont l-Artikolu 1”;

u

b)

mix-xogħlijiet preparatorji ta’ din il-liġi li temenda jirriżulta li l-għan segwit minn dawn id-dispożizzjonijiet kriminali huwa, minn naħa, li tiġi speċifikat jew istitwita projbizzjoni ta’ logħob online propost minn impriżi ta’ logħob tal-ażżard barranin li jindirizzaw direttament is-suq Daniż u, min-naħa l-oħra, li jiġi pprojbit r-reklamar b’mod partikolari għal-logħob online propost minn impriżi ta’ logħob tal-ażżard barranin, peress li minn dawn l-istess xogħlijiet preparatorji, li jsegwu leġiżlazzjoni preċedenti, jirriżulta li huwa inkontestabbli li huwa pprojbit logħob offert minn impriża ta’ logħob tal-ażżard barranija li tuża kanali ta’ distribuzzjoni li permezz tagħhom dawn huma fiżikament ikkummerċjalizzati fit-territorju nazzjonali Daniż, iżda li huwa leġittimament dubjuż jekk jaqax ukoll taħt dawn id-dispożizzjonijiet il-logħob barrani li huwa indirizzat lejn ġugaturi Daniżi iżda li huwa fiżikament barra mit-territorju nazzjonali Daniż, u għalhekk huwa xieraq li jiġi ċċarat jekk dan il-logħob huwiex kopert ukoll. Mix-xogħlijiet preparatorji jirriżulta wkoll li huwa propost li tiġi istitwita projbizzjoni ta’ reklamar tal-logħob, tal-lotteriji u tal-imħatri li ma jkunux kisbu liċenzja skont din l-istess liġi, u li l-emenda hija f’konformità mal-projbizzjoni fis-seħħ skont it-tielet pargrafu tal-Artikolu 12 tal-liġi dwar it-tiġrijiet taż-żwiemel iżda li tiċċara d-dispożizzjonijiet tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 10 tal-liġi dwar il-lottu sportiv u l-lotteriji li kienet fis-seħħ dak iż-żmien. Mix-xogħlijiet preparatorji jirriżulta wkoll li l-projbizzjoni hija intiża li tipproteġi l-operaturi tal-logħob liċenzjati mill-awtoritajiet Daniżi kontra kompetizzjoni ta’ impriżi li ma humiex liċenzjati b’dan il-mod u li għaldaqstant, ma humiex legalment awtorizzati li joffru jew jiddistribwixxu logħob fid-Danimarka.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13 Vol. 20, p. 337.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/18


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 minn Kühne + Nagel International AG et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fid-29 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-261/16, Kühne + Nagel International AG et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-261/16 P)

(2016/C 251/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Kühne + Nagel International AG, Kühne + Nagel Management AG, Kühne + Nagel Ltd, Kühne + Nagel Ltd, Kühne + Nagel Ltd (rappreżentanti: U. Denzel, C. von Köckritz u C. Klöppner, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tad-29 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-254/12,

tannulla l-Artikolu 1(1) u (2), l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Mejju 2012, C (2012) 1959 finali fil-Każ COMP/39462 – Servizzi ta’ spedizzjoni fis-sens tal-Artikolu 263(4) TFUE, sa fejn l-appellanti huma kkonċernati;

tannulla jew tnaqqas sostanzjalment il-multi imposti fuq l-appellanti fl-imsemmija deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw ħames aggravji:

Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, inkwantu l-prattiki relatati ma’ NES u AMS jiksru l-Artikolu 101 TFUE. L-Artikolu 101 TFUE ma huwiex applikabbli għal tali prattiki, peress li dawn ma humiex atti li jolqtu l-kummerċ bejn l-Istati.

Fit-tieni lok, il-kalkolu tal-multi imposti fuq l-appellanti huwa vvizzjat bi żball ta’ liġi. Ġew irrilevati prattiki li jmorru kontra id-dritt tal-akkordji fir-rigward ta’ ċerti imposti (“fees” jew “surcharges”). F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali kellha tikkalkola s-sanzjoni applikabbli biss fuq il-bażi tad-dħul li sar minn dawn l-imposti. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tqis li l-Kummissjoni kisret il-punt 13 tal-Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi għaliex ħadet inkunsiderazzjoni dħul mill-bejgħ addizzjonali (partikolarment ir-rata tal-ġarr tal-merkanzija) fid-determinazzjoni tal-multa. Billi impliċitament ibbażat ruħha fuq l-istess metodu anki fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni tagħha estiża għall-mertu, il-Qorti Ġenerali stess eżerċitat b’mod żbaljat tali ġurisdizzjoni.

Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. K+N ma tiffunzjonax – b’mod differenti mill-oħrajn – skont mudell ta’ konsolidament, iżda taġixxi, minn perspettiva ekonomika, bħala intermedjarju klassiku f’90 % tat-tranżazzjonijiet. Minħabba d-differenzi sinjifikattivi fil-mudell kummerċjali, il-Qorti Ġenerali kellha tadotta approċċ differenzjat u ma kellhiex tittratta sitwazzjonijiet ugwali b’mod differenti. Il-Qorti Ġenerali kellha b’mod partikolari tannulla d-determinazzjoni tal-multi tal-Kummissjoni u tistabbilixxi multa fil-konfront tal-appellanti fuq il-bażi tad-dħul iġġenerat mill-“fees” jew “surcharges” relattivi.

Fir-raba’ lok, il-multi imposti mill-Qorti Ġenerali huma wisq sproporzjonati. Il-multi kkonfermati mill-Qorti Ġenerali huma manifestament eċċessivi u ma humiex iġġustifikati minn raġunijiet ta’ deterrenza.

Fil-ħames lok, il-Qorti Ġenerali ma osservatx l-Air Transport Exemption u, għalhekk, telqet b’mod żbaljat mill-premessa tal-applikabbiltà tal-Artikolu 101 TFUE fir-rigward ta’ NES u AMS.


Il-Qorti Ġenerali

11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2016 – Franza u IFP Énergies nouvelles vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-479/11 u T-157/12) (1)

([“Għajnuna mill-Istat - Tiftix għaż-żejt - Garanzija impliċita u illimitata tal-Istat mogħtija lill-Institut français du pétrole (IFP) permezz tal-għoti tal-istatus ta’ stabbiliment pubbliku ta’ natura industrijali u kummerċjali (EPIC) - Vantaġġ - Preżunzjoni ta’ vantaġġ”])

(2016/C 251/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment E. Belliard, G. de Bergues, B. Beaupère-Manokha u J. Gstalter, sussegwentement E. Belliard, G. de Bergues, J. Gstalter u S. Menez, sussegwentement G. de Bergues, S. Menez, D. Colas u J. Bousin, u fl-aħħar nett G. de Bergues, D. Colas u J. Bousin, aġenti) (Kawża T-479/11); u IFP Énergies nouvelles (Rueil-Malmaison, Franza) (rappreżentanti: inizjalment É. Morgan de Rivery u A. Noël-Baron, sussegwentement É. Morgan de Rivery u E. Lagathu, avukati) (Kawża T-157/12)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, D. Grespan u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/26/UE, tad-29 ta’ Ġunju 2011, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 35/08 (eks-NN 11/08) mogħtija minn Franza lill-istabbiliment pubbliku “Institut Français du Pétrole” (ĠU 2012, L 14, p. 1).

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(3) sa (5) u l-Artikoli 2 sa 12 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/26/UE, tad-29 ta’ Ġunju 2011, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 35/08 (eks-NN 11/08) mogħtija minn Franza lill-istabbiliment pubbliku “Institut Français du Pétrole”, huma annullati.

2)

Il-kumplament tar-rikorsi huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha fil-Kawżi T-479/11 u T-157/12 u żewġ terzi tal-ispejjeż tar-Repubblika Franċiża u ta’ IFP Énergies nouvelles.

4)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż tal-Kummissjoni fil-Kawża T-479/11.

5)

IFP Énergies nouvelles għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż tal-Kummissjoni fil-Kawża T-157/12.


(1)  ĠU C 340, 19.11.2011.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2016 – Mega Brands vs EUIPO – Diset (MAGNEXT)

(Kawża T-292/12 RENV) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MAGNEXT - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MAGNET 4 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 251/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Nordemann u M. Maier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: inizjalment V. Melgar, sussegwentment H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Diset, SA (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ April 2012 (Każ R 1722/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Diset u Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ April 2012 (Każ 1722/2011-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug.


(1)  ĠU C 273, 8.9.2012


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2016 – Bank Mellat vs Il-Kunsill

(Kawża T-160/13) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran - Restrizzjon ijiet għat-trasferimenti ta’ fondi li jinvolvu stabbilimenti finanzjarji Iranjani - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Rikors għal annullament - Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implementazzjoni - Inċidenza diretta - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Garanziji legali msemmija fl-Artikolu 215(3) TFUE - Ċertezza legali - Projbizzjoni tal-arbitrarjetà - Ksur tad-drittijiet fundamentali”)

(2016/C 251/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Mellat (Tehran, l-Iran) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Zaiwalla, P. Reddy, F. Zaiwalla, Z. Burbeza, A. Meskarian, solicitors, D. Wyatt, QC, R. Blakeley u G. Beck, barristers, sussegwentement minn S. Zaiwalla, P. Reddy, Z. Burbeza, A. Meskarian, D. Wyatt, R. Blakeley u G. Beck)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u I. Rodios, aġenti)

Partijiet konvenuti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gauci u M. Konstantinidis, aġenti); u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Behzadi Spencer, L. Christie u C. Brodie, sussegwentement minn C. Brodie u V. Kaye, aġenti, assistiti minn S. Lee, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(15) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1263/2012 tal-21 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran Regolament (ĠU L 356, p. 34), jew l-annullament tal-imsemmija dispożizzjoni sa fejn ma tipprevedix eċċezzjoni li tapplika għal każ tar-rikorrent u talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-Artikolu 1(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bank Mellat għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 147, 25.5.2013.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2016 – Warimex vs EUIPO (STONE)

(Kawża T-454/14) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva STONE - Raġuni assoluta għal rifjut - Natura deskrittiva - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2016/C 251/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Warimex Waren-Import Export Handels-GmbH (Neuried, il-Ġermanja) (rappreżentanti: E. Keller u J. Voogd, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Schneider u D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas- 27 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1599/2013-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv STONE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Warimex Waren-Import Export Handels-GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u għal dawk esposti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 292, 1.9.2014.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2016 – Staywell Hospitality Group u Sheraton International IP vs EUIPO – Sheraton International IP u Staywell Hospitality Group (PARK REGIS)

(Kawżi magħquda T-510/14 u T-536/14) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva PARK REGIS - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti ST. REGIS - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 251/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Staywell Hospitality Group Pty Ltd (Sydney, l-Awstralja) (rappreżentanti: D. Farnsworth, solicitor, u A. Bryson, barrister) (Kawża T-510/14); u Sheraton International IP LLC (Stamford, Connecticut, l-Istati Uniti) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat) (Kawża T-536/14)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sheraton International IP LLC (Kawża T-510/14); u Staywell Hospitality Group Pty Ltd (Kawża T-536/14)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-30 ta’ April 2014 (Każijiet magħquda R 204/2013-5 u R 303/2013-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sheraton International IP u Staywell Hospitality Group.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi fil-Kawżi T-510/14 u T-536/14 huma miċħuda.

2)

Fil-Kawża T-510/14, Staywell Hospitality Group Pty Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Fil-Kawża T-536/14, Sheraton International IP LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2016 – Revolution vs EUIPO (REVOLUTION)

(Kawża T-654/14) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea REVOLUTION - Trade mark li hija kkostitwita minn slogan ta’ riklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])

(2016/C 251/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Revolution LLC (Washington DC, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Roncaglia, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Geroulakos, sussegwentement D. Gája u A. Folliard Monguiral, aġenti)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 2143/2013-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali REVOLUTION bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Revolution LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 388, 3.11.2014.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2016 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-662/14) (1)

([“Politika Agrikola Komuni - Pagamenti diretti - Kriterji ulterjuri għal ċerti tipi ta’ żoni ta’ konċentrazzjoni ekoloġika mħawlin bi msaġar b’newba qasira - Artikolu 45(8) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 639/2014 - Artikolu 46(9)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 - Abbuż ta’ poter - Ċertezza legali - Nondiskriminazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Dritt għall-proprjetà - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2016/C 251/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér u G. Koós, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Kranenborg, A. Sipos u G. von Rintelen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-parti mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 45(8) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014, tal-11 ta’ Marzu 2014, li jissupplimenta r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lil bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fi ħdan il-qafas tal-politika agrikola komuni u li jemenda l-Anness X tal-imsemmi Regolament (ĠU 2014, L 181, p. 1), li tipprovdi: “billi jagħżlu mil-lista stabbilita skont l-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-ispeċijiet li huma l-aktar xierqa minn perspettiva ekoloġika, b’hekk jeskludu speċijiet li mhumiex indiġeni b’mod ċar”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 448, 15.12.2014.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2016 – HX vs Il-Kunsill

(Kawża T-723/14) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Adattament tat-talbiet - Żball ta’ evalwazzjoni”))

(2016/C 251/27)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrent: HX (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: S. Koev, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Gurov u S. Kyriakopoulou, aġenti)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2014/488/PESK, tat-22 ta’ Lulju 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2014, L 217, p. 49), u r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 793/2014, tat-22 ta’ Lulju 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2014, L 217, p. 10), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/837, tat-28 ta’ Mejju 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2015, L 132, p. 82), sa fejn l-isem tar-rikorrenti tniżżel fil-listi tal-persuni u tal-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2014/488/PESK, tat-22 ta’ Lulju 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 793/2014, tat-22 ta’ Lulju 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huma annullati safejn jirrigwardaw lil HX.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ HX.


(1)  ĠU C 462, 22.12.2014.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2016 – Wolf Oil vs EUIPO – SCT Lubricants (CHEMPIOIL)

(Kawża T-34/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali CHEMPIOIL - Trade mark figurattiva preċedenti CHAMPION - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Eżami ex officio tal-fatti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Artikolu 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/20092”])

(2016/C 251/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wolf Oil Corp. (Hemiksem, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Maeyaert u J. Muyldermans, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: UAB SCT Lubricants (Klaipėda, il-Litwanja) (rappreżentant: S. Labesius, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-31 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 1596/2013-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Wolf Oil Corp. u UAB SCT Lubricants.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Wolf Oil Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn UAB SCT Lubricants għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 89, 16.3.2015.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2016 – Sfera Joven vs EUIPO – Las banderas del Mediterráneo (NOOSFERA)

(Kawża T-99/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali NOOSFERA - Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti SFERA, Sfera colours u sfera CENTROS - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2016/C 251/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Sfera Joven, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. L. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Muñiz Rodríguez u A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Las banderas del Mediterráneo, SL (Cox, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 158/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sfera Joven u Las banderas del Mediterráneo.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sfera Joven, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 155, 11.5.2015.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2016 – International Management Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-110/15) (1)

([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti marbuta ma’ investigazzjoni tal-OLAF - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-iskopijiet ta’ attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika - Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali - Kategorija ta’ dokumenti”])

(2016/C 251/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: International Management Group (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Burgstaller, solicitor, u E. Wright, barrister, sussegwentement minn A. Tymen u L. Levi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u S. Bartelt, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni THOR/C4/LL/el/(S) (2015) 4287 tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), tas-6 ta’ Frar 2015, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent aċċess għad-dokumenti marbuta mal-investigazzjoni li kien is-suġġett tagħha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

International Management Group huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 138, 27.4.2015.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2016 – Grupo Bimbo vs EUIPO (Forma ta’ virga b’erba’ ċrieki)

(Kawża T-240/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali - Forma ta’ virga b’erba’ ċrieki - Raġuni assoluta ta’ rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Drittijiet tad-difiża - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2016/C 251/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Bimbo, SAB de CV (Messiku, il-Messiku) (rappreżentant: N. Fernández Fernández Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Muñiz Rodríguez u A. Schifko, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-2 ta’ Marzu 2015 (Każ R 1602/2014-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ virga b’erba’ ċrieki bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grupo Bimbo, SAB de CV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 236, 20.7.2015.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2016 – Aldi Einkauf vs EUIPO – Dyado Liben (Casale Fresco)

(Kawża T-254/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Casale Fresco - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti FREZCO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 251/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. Kunz, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Dyado Liben OOD (Sofija, il-Bulgarija)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-11 ta’ Marzu 2015 (Każ R 1138/2014-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Casale Fresco bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2016 – Jochen Schweizer vs EUIPO (Du bist, was du erlebst.)

(Kawża T-301/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Du bist, was du erlebst. - Raġuni assoluta għal rifjut - Trade mark li hija kkostitwita minn slogan ta’ reklamar - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 251/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Jochen Schweizer GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. González Hähnlein, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Pethke u M. Fischer, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-9 ta’ April 2015 (Każ R 3114/2014-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Du bist, was du erlebst. bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jochen Schweizer GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 270, 17.8.2015.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2016 – Bimbo vs EUIPO (THE SNACK COMPANY)

(Kawża T-331/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva THE SNACK COMPANY - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 251/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. García Murillo u A. Schifko, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-31 ta’ Marzu 2015 (Każ R 954/2014-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv THE SNACK COMPANY bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bimbo SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2015.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/30


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2016 – Efler et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-754/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà”))

(2016/C 251/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Michael Efler (Berlin, il-Ġermanja), Pedro De Birto E. Abreu Krupenski (Lisbona, il-Portugall), Susan Vance George (Pariġi, Franza), Otto Jaako Kronqvist (Ħelsinki, il-Finlandja), Blanche Léonie Denise Weber (Lussemburgu, il-Lussemburgu), John Jephson Hilary (Londra, ir-Renju Unit), Ileana-Lavinia Andrei (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: B. Kempen)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer u F. Erlbacher, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji marbuta mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 6501 finali, tal-10 ta’ Settembru 2014, li tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini “STOP TTIP”.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2016 – Il-Ġreċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-168/15) (1)

((“FAEŻR - Irtirar tal-att ikkontestat - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2016/C 251/36)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, E. Leftheriotou u A. Vasilopoulou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Aquilina u D. Triantafyllou, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2015) 252 finali, tas-26 ta’ Jannar 2015, dwar it-tnaqqis tal-ħlas intermedjarju marbut mal-programm ta’ żvilupp rurali CCI 2007 GR 06 RPO 001 tar-Repubblika Ellenika għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 u għall-ispejjeż dwar il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2014 u mill-1 ta’ April 1 sat-30 ta’ Ġunju 2014.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 – European Union Copper Task Force vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-310/15) (1)

([“Rikors għal annullament - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 - Stabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi li s-sostituzzjoni tagħhom hija prevista - Inklużjoni ta’ komposti tar-ram fl-imsemmija lista - Assenza ta’ interess individwali - Att regolatorju li jinkludi mizuri ta’ implementazzjoni - Inammissibbiltà”])

(2016/C 251/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Union Copper Task Force (Essex, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Fernández Vicién u I. Moreno Tapia Rivas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen u P. Ondrůšek, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408, tal-11 ta’ Marzu 2015, dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta’ kandidati għas-sostituzzjoni (ĠU L 67, p. 18).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Parlament u tal-Kunsill.

3)

European Union Copper Task Force hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2016 – CEVA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-601/15) (1)

((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Proġett ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku fil-qasam intitolat ‘L-alka li tirriżulta mill-akkwakultura sostenibbli bħala materja prima għall-bijoplastik bijodegradabbli’ - Kuntratt Seabioplas - Talba għal ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja dovuta - Kumpens - Terminu tar-rikors - Tardività - Assenza ta’ interess li tittieħed azzjoni - Inammissibbiltà”))

(2016/C 251/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Centre d’étude et de valorisation des algues SA (CEVA) (Pleubian, Franza) (rappreżentant: E. De Boissieu, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u J. Estrada de Solà, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża tikseb il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tal-ewwel rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija lir-rikorrenti fil-kuntest tal-kuntratt Seabioplas (referenza FP7-SME-2013-606032-SEABIOPLAS), dwar proġett ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku fil-qasam intitolat “L-alka li tirriżulta mill-akkwakultura sostenibbli bħala materja prima għall-bijoplastik bijodegradabbli”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Is-Centre d’étude et de valorisation des algues SA (CEVA) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 429, 21.12.2015.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/33


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2016 – Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-191/16)

(2016/C 251/39)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: E. Tzannini, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tilqa’ dan ir-rikors;

tannulla l-att ikkontestat, jiġifieri d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2016) 1080 tas-16 ta’ Ġunju 2016 dwar l-irkupru tas-somma ta’ EUR 109 415,20, miżjuda bl-interessi, mingħand LITO HOSPIAL FOR WOMEN AE;

tikkonstata li l-ħin tax-xogħol tal-persunal tagħha ddedikata għall-proġett mogħti jikkorrispondi għal dak indikat fil-fatti spjegati fir-rikors;

tieħu inkunsiderazzjoni l-argumenti tagħha, jekk hija tqis li l-ammonti, kif rikonoxxuti fid-dikjarazzjoni tagħha tal-5 ta’ Novembru 2009, għandhom jġu rrimborsati;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, anki fil-parti li tikkonċerna l-tielet pagament akkont li ma tħallasx;

tikkumpensa l-ammonti li jistgħu jiġu rrimborsati ma’ dawk li qatt ma tħallsu fir-rigward tat-tielet pagament, sospiż għal għaxar snin;

tiddeċiedi li dan ir-rikors jikkostitwixxi fatt li jinterrompi l-preskrizzjoni tad-dritt għall-ħlas tat-tielet pagament akkont; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur ta’ regola ta’ dritt mill-Kummissjoni Ewropea u l-impossibbiltà għall-Kummissjoni Ewropea li tadotta att li jista’ jiġi kkontestat f’dan il-każ skont l-Artikolu 263 TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-provi li ġew prodotti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea ta’ argumenti ta’ fatt li hija sostniet matul il-proċedura.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq in-natura inġusta tal-klawżola kuntrattwali li jiffissa motiv wiħed ta’ prova tax-xogħol magħmul.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-preskrizzjoni tad-dejn mitlub mill-Kummissjoni.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/34


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2016 – Ir-Repubblika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-205/16)

(2016/C 251/40)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas, R. Krasuckaitė u D. Stepanienė)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummisjoni C (2016) 969 finali tal-23 ta’ Frar 2016 dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-proġett imwettaq fil-Litwanja u msejjjaħ “Assistenza Teknika għall-Amministrazzjoni ta’ Fond ta’ Koeżjoni fir-Repubblika tal-Litwanja” (2005LT16CPA001) sa fejn tipprovdi tnaqqis fl-għajnuna f’ammont ta’ EUR 137 864,61;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 16/2003 (1), flimkien mal-prinċipju ta’ aspettattivi leġiitmi, peress li l-Kummissjoni Ewropea, meta ddeċidiet li tnaqqas l-għajnuna mill-2000-2006 tal-Fond ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea:

naqset li tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-ispejjeż tal-VAT sostnuti minħabba l-implementazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni Nru (2005)529 1 (2) li approvat il-proġett “Assistenza Teknika għall-Amministrazzjoni ta’ Fond ta’ Koeżjoni fir-Repubblika tal-Litwanja” (iktar 'il quddiem il-“proġett”) kienu eliġibbli għal rimbors skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 16/2003 u rekwiżiti oħra;

interpretat ħażin l-Artikolu 11(3) tar-Regolament Nru 16/2003 bħala mhux applikabbli għall-proġett peress li naqset li tieħu inkunsiderazzjoni jekk l-ispejjeż tal-VAT setgħux jiġu rkuprati; tali interpretazzjoni hija inkonsistenti mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 16/2003 u ma għandhiex loġika legali u applikabbiltà prattika fir-rigward tal-finanzjament ta’ proġetti ta’ Fond ta’ Koeżjoni;

naqset li tieħu inkunsiderazzjoni l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2005)529, li jipprovdi li, skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1164/94 (3), għajnuna Komunitarja kienet preskritta għal 100 % tal-valur tal-proġett (jiġifieri, ma kienet previsat ebda kontribuzzjoni mill-persuna li twettaq il-proġett) u li l-Istat Membru seta’ raġonevolemt jistenna li l-proġett ser jiġi ffinanzjat b’mod sħiħ mill-Fond ta’ Koeżjoni, jiġifieri li r-regoli kollha stabbiliti mir-Regolament Nru 16/2003 ser jiġu applikati b’mod xieraq.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 16/2003, tas-6 ta’ Jannar 2003, li jippreskrivi regoli speċjali dettaljati għall-implimentazzjoi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94 fir-rigward tal-eliġibilità ta’ l-ispiża fil-kuntest tal-miżuri parzjalment iffinanzjati mill-Fond ta' Koeżjon (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 189).

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2005) 5291, tat-8 ta’ Diċembru 2005, dwar l-għoti ta’ għajnuna mill-Fond ta' Koeżjoni għall-proġett “Għajnuna teknika għall-Fon t ta’ Koeżjoni Fund Amkinistrazzjoni”, fil-Litwanja (CCI: 2005LT16CPA001), parzjalment emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008)1566, tal-15 ta’ April 2008, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011)3668, tal- 20 ta’ Mejju 2011.

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94, tas-16 ta’ Mejju 1994, li jistabbilixxi Fond ta' Koeżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 9) imħassar bir-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 1084/2006, tal- 11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1164/94 (PU L 210, p. 79).


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/35


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2016 – Bodegas Verdúguez vs EUIPO (TRES TOROS 3)

(Kawża T-206/16)

(2016/C 251/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Bodegas Verdúguez, SL (Villanueva de Alcardete, Spanja) (rappreżentanti: J. García Domínguez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem il-EUIPO

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “TRES TOROS 3” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 79 926

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 407/2015-5

Talbiet

tilqa’ dan ir-rikors kontra d-deċiżjoni kkontestata, tannullaha u minflokha taddotta deċiżjoni oħra, għaliex tqis li:

1)

ma hijiex applikbbli għat-trade mark Komunitarja li saret applikazzjoni għaliha l-projbizzjoni tal-Artikolu 7(1)(j);

2)

sussidjarjament, u biss fil-każ li Qorti Ġenerali tqis li l-projbizzjoni tal-Artikolu 7(1)(j) tapplika għat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha, tiddikjara li din l-appikazzjoni għandha ssir biss fir-rigward tal-prodotti “inbejjed”, u żżomm il-probizzjoni biss għal dawn il-prodotti u li t-trade mark tal-Unjoni Ewropea tista’ tiġi rreġistrata biss għall-prodotti l-oħra tal-klassi 33 imsemmija fl-applikazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, b’rimbors tat-taxxa tar-rikors imħallsa lil dan tal-aħħar mir-rikorrenti, jekk ikun il-każ.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(j) tar-Regolament Nru 207/2009.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/36


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2016 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-207/16)

(2016/C 251/42)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianòs, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta’ esklużjoni tar-rikorrent;

tannulla d-deċiżjoni ta’ reġistrazzjoni u ta’ attivazzjoni tar-rikorrent fis-Sistema ta’ twissijiet bikrija u/jew Sistema unika ta’ detezzjoni bikrija u ta’ esklużjoni); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors inkwistjoni, ir-rikorrent jitlob l-annullament, fl-ewwel lok, tad-deċiżjoni tal-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u/jew tal-amministrazzjoni li taġġudika responsabbli li teskludi lir-rikorrent u, fit-tieni lok, l-annullament tad-deċiżjoni tal-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u/jew tal-amministrazzjoni li taġġudika responsabbli li magħha saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew waslet ir-reġistrazzjoni, kif ukoll bl-attivazzjoni tan-notifika ta’ esklużjoni min-naħa tal-Kummissjoni fil-konfront tar-rikorrent fis-Sistema ta’ twissijiet bikrija (Early Warning System) u/jew fis-Sistema unika ta’ detezzjoni bikrija u ta’ esklużjoni (Early Detection and Exclusion System), ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-rikorrent isostni li għandhom jiġu annullati l-atti kkontestati għal dawn il-motivi:

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-forom sostanzjali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2014/792/UE (1), dwar is-Sistema ta’ twissijiet bikrija, u tar-Regolament 2015/1929 (2), dwar Sistema unika ta’ detezzjoni bikrika u ta’ esklużjoni, kif ukoll id-dritt tas-smigħ u l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ trasparenza.


(1)  2014/792/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat- 13 ta’ Novembru 2014, dwar is-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija li għandha tintuża mill-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi (ĠU L 329 p. 68).

(2)  Regolament (UE, Euratom) 2015/1929 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Ottubru 2015, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 286, p. 1).


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/37


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2016 – Cop vs EUIPO - Conexa (AMPHIBIAN)

(Kawża T-215/16)

(2016/C 251/43)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Cop Vertriebs-GmbH (Aresing, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Hofmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Conexa LLC (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem il-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark “AMPHIBIAN” li tindika l-Unjoni Ewropea – reġistrazzjoni internazzjonali Nru 359 251 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Marzu 2016, fil-Każ R 1984/2015-4

Talbiet

tannulla jew tbiddel id-deċiżjoni kkontestata;

tannulla jew tbiddel id-deċiżjoni mogħtija, fl-14 ta’ Settembru 2015, mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) fil-proċedura għal annullament Nru 9736 C

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

tiffissa data għas-seduta.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c), u konsegwentement (b), tar-Regolament Nru 207/2009.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/38


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 – Internacional de Productos Metálicos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-217/16)

(2016/C 251/44)

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Internacional de Productos Metálicos, S.A. (Vitoria-Gasteiz, Spanja) (rappreżentanti: C. Cañizares Pacheco, E. Tejedor de la Fuente, A. Monreal Lasheras, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tilqa’ l-motivi ta’ annullament invokati u tannulla l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/278, tas-26 ta’ Frar 2016, li jħassar id-dazju anti-dumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiżi għall-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le;

tirrikonoxxi espressament l-applikazzjoni retroattiva tal-effetti tal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/278, tas-26 ta’ Frar 2016, li jħassar id-dazju anti-dumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiżi għall-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta r-regolament imsemmi iktar ’il fuq, sa fejn, minkejja li ħassar id-dazji antidumping inizjalment imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mil-Malasja, bħala konsegwenza tad-deċiżjonijiet adottati mill-istanzi rilevanti fi ħdan id-WTO, l-Artikolu 2 tiegħu jillimita l-possibbiltà ta’ rimbors tad-dazji mħallsa billi ma jippermettix li d-deroga tkun retroattiva, liema fatt jippermetti li dazji antidumping kontrarji għar-regolamentazzjoni tad-WTO jissussistu fl-ordinament ġuridiku, mingħajr ma teżisti ġustifikazzjoni oġġettiva ta’ ordni pubbliku fir-rigward ta’ tali deċiżjoni.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-natura illegali tal-Artikolu 2 tar-regolament ikkontestat minħabba ksur tal-ftehim antidumping.

F’dan ir-rigward ir-rikorrenti tafferma li, hekk kif tirrikonoxxi l-Kummissjoni nnifisha, fir-regolament ikkontestat, it-tħassir tad-dazji antidumping huwa dovut għall-ksur tal-ftehim antidumping min-naħa tal-Kunsill, għaldaqstant il-legalità tal-artikolu kkontestat għandha tiġi evalwata billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-obbligi sottoskritti mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Ftehim antidumping

Barra minn hekk, kif jista’ jinsilet mill-Ftehim antidumping, l-Unjoni Ewropea, bħala parti kontraenti tal-ftehim, setgħet tistabbilixxi dazji antidumping biss billi tosserva l-proċedura stabbilita fl-imsemmi ftehim internazzjonali. Ġaladarba l-Kunsill kiser numru ta’ dispożizzjonijiet meta impona d-dazji antidumping imħassra, kif jirrikonoxxi espressament ir-Regolament (UE) 2016/278, l-Unjoni Ewropea qatt ma kellha d-dritt li timponi d-dazji mħassra u għaldaqstant bl-ebda mod ma setgħet tillimita l-effetti tat-tħassir.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq iċ-ċertezza legali u l-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-arrikkiment indebitu

F’dan ir-rigward ir-rikorrenti tafferma li, il-ħtieġa li jiġi rrikonoxxut l-effett retroattiv tat-tħassir tad-dazji antidumping tirriżulta mill-għan tar-Regolament hawn diskuss, li jirrikonoxxi l-ksur tal-Ftehim antidumping ikkawżat mill-Kunsill meta stabbilixxa d-dazji mħassra.

Barra minn hekk, hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja tirrikjedi li l-Istati Membri jirrestitwixxu s-somom miġbura bi ksur tad-dritt Komunitarju, l-istess konklużjoni tapplika għall-kwantitajiet miġbura mill-Unjoni Ewropea bi ksur tad-dritt tagħha nnifisha bħal ma huwa l-ftehim antidumping. Li tiġi miċħuda l-applikazzjoni retroattiva tat-tħassir ikun ifisser li l-partijiet ikkonċernati jkollhom ibatu l-effetti ta’ aġir illegali mingħajr l-istennija ta’ ebda tip ta’ kumpens għad-danni illegali li qatt ma kellhom iġarrbu.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

Skont ir-rikorrenti, ir-rikonoxximent tal-ksur tal-obbligi internazzjonali sottoskritti mill-Unjoni Ewropea, imwettaq permezz tal-impożizzjoni ta’ dazji antidumping kuntrarji għall-ftehim antidumping, ħoloq aspettattivi fondati li l-Kummissjoni kienet ser tadotta regolamentazzjoni koerenti mal-ksur irrikonoxxut minnha stess, mingħajr ma tista’ tiġi permessa s-sussistenza tal-effetti illegali kkawżati minn dazji antidumping illegali.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/39


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2016 – Massive Bionics vs EUIPO – Apple (DriCloud)

(Kawża T-223/16)

(2016/C 251/45)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Massive Bionics, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. Galindo Martens, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apple, Inc. (Cupertino, California, l-Istati Uniti tal-Amerka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “DriCloud” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 723 509

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 339/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/40


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2016 – El Corte Inglés vs EUIPO – WE Brand (EW)

(Kawża T-241/16)

(2016/C 251/46)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti J. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: WE Brand Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarja tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “EW” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 12 326 468

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 426/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna għall-ispejjeż lill-parti jew lill-partijiet li jopponu dan ir-rikors.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/41


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2016 minn Sergio Spadafora mid-digriet mogħti fis-7 ta’ April 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-44/15, Spadafora vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-250/16 P)

(2016/C 251/47)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Sergio Spadafora (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: G. Belotti, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tannulla d-digriet appellat;

tiddeċiedi fuq il-mertu tar-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza, billi tilqa’ t-talbiet li ġew ifformulati fih mill-appellant, inkluża dik ta’ kumpens għad-danni li għandu jiġi kkwantifikat minn din il-qorti b’mod ekwu;

tikkundanna għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka ħames aggravji.

Dan l-appell qed jiġi ppreżentat mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-7 ta’ April 2016, li ċaħad parzjalment bħala manifestament inammissibbli u parzjalment bħala manifestament infondat, rikors li għandu essenzjalment bħala suġġett, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) li ma jikkunsidrax il-kandidatura tar-rikorrent għall-pożizzjoni ta’ kap tal-unità “Konsulenza legali” u, min-naħa l-oħra, jikkundanna lill-konvenuta għall-kumpens ta’ danni materjali li jirriżultaw, fil-fehma tiegħu, mit-telf tal-opportunità li jintgħażel għal dik il-kariga.

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li jirriżulta f’danni għall-interessi tar-rikorrent.

qed tiġi invokata b’mod partikolari f’dan ir-rigward, l-assenza totali fid-digriet ikkontestat, ta’ kwalunkwe argument dwar l-imsemmija natura manifesta tal-infondatezza tar-rikors.

2.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq l-ineżatezza materjali tal-konstatazzjonijiet fattwali kif jirriżultaw mill-atti tal-proċess tal-kawża.

qed jiġi invokat, b’mod partikolari, f’dan ir-rigward, in-nuqqas ta’ esperjenza tal-kandidat elett għall-pożizzjoni inkwistjoni u l-evalwazzjoni żbaljata tar-rekwiżit ta’ ekwilibriju ġeografiku kif ukoll tal-ugwaljanza fil-merti.

3.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, li twettaq permezz tan-nuqqas ta’ applikazzjoni, fil-fażi tal-għażla tal-kandidati, tal-prinċipju ta’ diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità u ta’ dak ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tal-lingwa.

4.

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq l-ineżatezza tal-klassifikazzjoni legali tal-fatti.

5.

Il-ħames aggravju huwa bbażat fuq l-ineżatezza tal-“klassifikazzjoni legali” ta’ talba tar-rikorrent li permezz tagħha kien qed jitlob lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li l-effetti tal-annullament tad-deċiżjoni kkontestata jiġu estiżi sakemm tiġi ddeterminata l-invalidità tal-proċedura ta’ għażla inkwistjoni mill-punt meta seħħet “l-illegalità aċċertata”.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/42


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2016 – Steel Invest & Finance (Luxembourg) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-254/16)

(2016/C 251/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Steel Invest & Finance (Luxembourg) SA (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: E. van den Broucke, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

prinċipalment:

tikkonstata li l-Kummissjoni Ewropea wettqet diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u naqset mill-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni fil-klassifikazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ li jirriżulta mis-self mogħti mill-Foreign Strategic Investment Holding lil Steel Invest & Finance (Luxembourg), kemm għal dak li jirrigwarda l-analiżi tal-komparabbiltà tas-self Sumitomo u tas-self Rabobank kif ukoll għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-2008 dwar ir-rati ta’ referenza;

sussidjarjament:

tikkonstata li l-Kummissjoni Ewropea wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni għal dak li jirrigwarda l-kompatibbiltà tas-self mogħti mill-Foreign Strategic Investment Holding lil Steel Invest & Finance (Luxembourg) billi qieset li l-Komunikazzjoni tal-2009 li tistabbilixxi qafas temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex isostnu l-aċċess għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali ma kinitx applikabbli;

f’kull każ u konsegwentment:

tannulla l-Artikolu 1(e) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2016) 94, tal-20 ta’ Jannar 2016, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33926 2013/C implementati mill-Belġju favur Duferco;

tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-deċiżjoni sa fejn dawn jirrigwardaw is-self mogħti mill-Foreign Strategic Investment Holding lil Steel Invest & Finance (Luxembourg);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ vantaġġ li jirriżulta mis-self mogħti mill-Foreign Strategic Investment Holding lil Steel Invest & Finance (Luxembourg) u fuq l-iżball ta’ evalwazzjoni li l-Kummissjoni allegatament wettqet meta sostniet li s-self inkwistjoni kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni li l-Kummissjoni allegatament wettqet għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Qafas temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex isostnu l-appoġġ [aċċess] għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali (ĠU 2009, C 83, p. 1).


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/43


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2016 – NM vs Il-Kunsill Ewropew

(Kawża T-257/16)

(2016/C 251/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: NM (il-Gżira ta’ Lesbos, il-Greċja) (rappreżentanti: B. Burns, solicitor, u P. O’Shea, barrister-at-law)

Konvenut: Il-Kunsill Ewropew

Talbiet

tannulla l-ftehim bejn il-Kunsill Ewropew u t-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016 intitolat “Dikjarazzjoni UE-Turkija, 18 ta’ Marzu 2016”;

tordna li jitħallsu l-ispejjeż tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-ftehim bejn il-Kunsill Ewropew u t-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016, intitolat “Dikjarazzjoni UE-Turkija, 18 ta’ Marzu 2016”, huwa inkompatibbli mad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-Artikoli 1, 18 u 19 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li t-Turkija ma hijiex pajjiż terz bla perikolu fis-sens tal-Artikolu 36 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 168).

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE, tal-20 ta’ Lulju 2001, dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 162), kien imissha ġiet implementata.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-ftehim ikkontestat huwa fil-verità Trattat jew “att” vinkolanti b’effetti legali għar-rikorrent u li n-nuqqas li jiġu osservati l-Artikolu 218 TFUE u/jew l-Artikolu 78(3) TFUE, ikkunsidrati flimkien jew separatament, jagħmel il-ftehim ikkontestat invalidu.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li hemm ksur tal-projbizzjoni ta’ tkeċċija kollettiva fis-sens tal-Artikolu 19(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/44


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2016 – Mediterranean Premium Spirits vs EUIPO - G-Star Raw (GINRAW)

(Kawża T-258/16)

(2016/C 251/50)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Mediterranean Premium Spirits, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Mora Granell u J. Romaní Lluch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: G-Star Raw CV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem il-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “GINRAW” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 431 681

Proċedimenti quddiem il-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 1583/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 431 681 “GINRAW” fil-klassijiet 21 u 33 u, konsegwentemnt, tawtorizza r-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark; u

tikkundanna lill-EUIPO u, fil-każ li tintervjeni G Star Raw CV, lil din l-intervenjenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/45


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2016 – Trost Auto Service Technik vs EUIPO (AUTOSERVICE.COM)

(Kawża T-259/16)

(2016/C 251/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Trost Auto Service Technik SE (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kohl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “AUTOSERVICE.COM” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 593 678

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-14 ta’ Marzu 2016, fil-Każ R 1770/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/45


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2016 – Pempe vs EUIPO - Marshall Amplification (THOMAS MARSHALL GARMENTS OF LEGENDS)

(Kawża T-271/16)

(2016/C 251/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Yusuf Pempe (Créteil, Franza) (rappreżentant: A. Vivès Albertini, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Marshall Amplification plc (Milton Keynes, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem il-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “THOMAS MARSHALL GARMENTS OF LEGENDS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 570 264

Proċedimenti quddiem il-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 376/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 207/2009 dwar il-prova tal-użu u l-possibbiltà ta’ konfużjoni bejn is-sinjali.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/46


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2016 – Viridis Pharmaceutical vs EUIPO - Hecht-Pharma (Boswelan)

(Kawża T-276/16)

(2016/C 251/53)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Viridis Pharmaceutical Limited (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentanti: C. Spintig, S. Pietzcker u M. Prasse, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hecht-Pharma GmbH (Hollnseth, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem il-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Boswelan” – Trade mark tal-Unjoni Nru 3 381 563

Proċedimenti quddiem il-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 2837/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tiċħad l-appell tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni li tiddikjara r-revoka tad-drittijiet tagħha fuq it-trade mark tal-Unjoni Nru 3 381 563 f’dak li jikkonċerna l-“mediċini għat-trattament tal-isklerożi multipla”;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 – użu ġenwin mit-trade mark;

Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 – raġuni siewja għan-nuqqas ta’ użu;

Ksur tal-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009, b’mod partikolari tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/48


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 – Bermejo Garde vs KESE

(Kawża F-41/10 RENV) (1)

((Servizz pubbliku - Kawża mibgħuta lura lill-Qorti Ġenerali wara annullament - Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal - Uffiċjal vittma ta’ fastidju - Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal - Uffiċjal informatur - Talba għal assistenza - Ċaħda - Dritt għall-protezzjoni - Kundizzjonijiet - Ċaħda - Konsegwenzi - Talba għad-danni))

(2016/C 251/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Moises Bermejo Garde (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew KESE (rappreżentanti: inizjalment minn U. Schwab u M. Lernhart, aġenti, B. Wägenbaur, avukat, sussegwentement minn K. Gambino, aġent, B. Wägenbaur, avukat, fl-aħħar nett minn K. Gambino u X. Chamodraka, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

Servizz pubbliku - It-talba sabiex jiġu annullati diversi deċiżjonijiet li jirrigawdaw waqfien tal-funzjonijiet tar-rikorrent bħala Kap ta’ diviżjoni tas-servizz legali b’effett immedjat, l-assenjazzjoni mill-ġdid għad-Direttorat tal-loġistika u li rrifjutaw it-talba formali tiegħu għal assistenza kif ukoll it-talba għad-danni.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Id-deċiżjonijiet tal-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2010 li jtemmu l-funzjonijiet preċedenti ta’ Moises Bermejo Garde inkwantu Kap ta’ diviżjoni tas-servizz legali u tat-13 ta’ April 2010 dwar l-assenjazzjoni mill-ġdid tiegħu huma annullati.

2)

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa kkundannat iħallas lil M. Bermejo Garde s-somma ta’ EUR 25 000.

3)

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn M. Bermejo Garde fil-kawżi F-41/10, T-530/12 P u F-41/10 RENV.


(1)  ĠU C 209, 31.7.2010.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/49


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Mejju 2016 – GW vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-111/15)

((Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż mediċi - Eżami konkret u ddettaljat))

(2016/C 251/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: GW (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta lir-rikorrent u lil konjugi tiegħu r-rimbors tal-ispejjeż marbuta ma’ tliet fatturi ta’ intervent mediku u ta’ trattamenti marbuta mal-kanċer tagħha.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tirrifjuta li tqis bħala rimborsabbli l-ispejjeż, li jinsabu fil-kontijiet Nri 67 u 68, tas-7 ta’ Frar 2014, u Nru 72, tat-12 ta’ Marzu 2014, marbuta mal-kura medika ta’ T. hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn GW.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/49


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-18/16)

(2016/C 251/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: F. Sciaudone u R. Sciaudone, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma jitqiesx li r-rikorrent jeżerċita responsabbiltajiet partikolari li jagħtu lok għall-klassifikazzjoni tiegħu fl-impjieg tat-tip ta’ “Kap ta’ Unità jew ekwivalenti” jew “Konsulent jew ekwivalenti”, skont l-Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll il-konstatazzjoni tal-illegalità tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni SEC (2013) 691, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li temenda r-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-kabinetti tal-Membri tal-Kummissjoni u l-kelliema.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tiegħu li jitqies bħala li jeżerċita responsabbiltajiet partikolari li jagħtu lok għall-klassifikazzjoni tiegħu fl-impjieg tat-tip ta’ “Konsulent jew ekwivalenti”, skont l-Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

b’mod inċidentali, fl-assenza ta’ implementazzjoni kompleta u nondiskriminatorja tal-Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, jannulla l-Komunikazzjoni tal-2013 (u l-Komunikazzjoni tal-2014 fil-parti fejn hija tirriproduċi l-Komunikazzjoni tal-2013);

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/50


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2016 – ZZ vs Frontex

(Kawża F-21/16)

(2016/C 251/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: Spyros A. Pappas, avukat)

Konvenut: Frontex

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent u talba għad-danni għat-telf tas-salarju kif ukoll tad-drittijiet għall-pensjoni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Frontex tas-26 ta’ Ġunju 2015 li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent;

jikkundanna lil Frontex sabiex jikkumpensa t-telf tas-salarju tar-rikorrent kif ukoll id-dirttijiet tiegħu għall-pensjoni;

jikkundanna lil Frontex għall-ispejjeż.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/50


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2016 – ZZ vs CPVO

(Kawża F-22/16)

(2016/C 251/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent u t-talba li r-rikorrent jiġi kkumpensat għad-dannu materjali u morali allegatament subit minnu.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ li ma ġġeddidx il-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2015;

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tal-15 ta’ Settembru 2015 kontra d-deċiżjoni ċċitata hawn fuq;

jikkumpensa d-dannu materjali subit b’dan il-mod, evalwat b’mod provviżorju ex aequo et bono għal EUR 119 767;

jagħti lir-rikorrent kumpens għad-danni għal ammont ta’ EUR 30 000 għad-dannu morali subit;

jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/51


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-23/16)

(2016/C 251/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Il-kumpens lir-rikorrent għad-danni materjali li huwa allegatament ġarrab minħabba fl-allegat dewmien fl-organizzazzjoni tal-eżerċizzju ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid għall-2013.

Talbiet

tikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa kompletament id-dannu mġarrab mir-rikorrent minħabba fl-osservat dewmien fl-organizzazzjoni tal-eżerċizzju ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid għall-2013;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/51


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-24/16)

(2016/C 251/60)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba intiża sabiex tikseb mill-konvenuta r-reviżjoni tal-kalkolu tad-drittijiet finanzjarji tar-rikorrenti wara r-riżenja tagħha mill-Kummissjoni fl-2000.

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-15 ta’ Marzu 2016 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/52


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2016 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-25/16)

(2016/C 251/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tas-7 ta’ Lulju 2015 li ma tippromwovix lir-rikorrent għall-grad AST 3 għall-proċedura ta’ promozzjoni 2013 u t-talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tas-7 ta’ Lulju 2015 li ma tippromwovix lir-rikorrent għall-grad AST3 għall-proċedura ta’ promozzjoni 2013;

jikkundanna lis-SEAE biex iħallas kumpens ta’ EUR 15 000 lir-rikorrent;

jikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.