|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 250 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 250/01 |
||
|
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
|
2016/C 250/02 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 250/03 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8004 — Akzo Nobel/BASF Industrial Coatings Business) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 250/04 |
|
|
Rettifika |
|
|
2016/C 250/05 |
||
|
2016/C 250/06 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 250/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-8 ta’ Lulju 2016
(2016/C 250/01)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1070 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
111,17 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4412 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85243 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,4685 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0855 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,3930 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,033 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
314,08 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4278 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5132 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,2402 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4731 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4406 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,5866 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5221 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4903 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 280,91 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,2687 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,4011 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4842 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 605,20 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,4535 |
|
PHP |
Peso Filippin |
52,252 |
|
RUB |
Rouble Russu |
70,9558 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
39,039 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,6942 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,7956 |
|
INR |
Rupi Indjan |
74,5132 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Qorti tal-Awdituri
|
9.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 250/2 |
Rapport Speċjali Nru 19/2016
“L-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE permezz ta’ strumenti finanzjarji — tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-perjodu tal-programm 2007-2013”
(2016/C 250/02)
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 19/2016 “L-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE permezz ta’ strumenti finanzjarji — tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-perjodu tal-programm 2007-2013” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu jew mill-EU Bookshop: https://bookshop.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 250/3 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8004 — Akzo Nobel/BASF Industrial Coatings Business)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 250/03)
|
1. |
Fl-4 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża AkzoNobel N.V. (“AkzoNobel”, il-Pajjiżi l-Baxxi), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tan-negozju tal-koperturi industrijali ta’ BASF SE (“BASF IC”, il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal AkzoNobel: attiva fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ żebgħat, koperturi ta’ prestazzjoni u kimiki ta’ speċjalità, attiva globalment, — għal BASF IC: manifattura u distribuzzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ koperti industrijali fostom koperti tal-kojl, folji tal-għamara u koperti tal-panewijiet, koperti tar-riħ, koperti protettivi u koperti tat-trasport kummerċjali, attiva globalment. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8004 — Akzo Nobel/BASF Industrial Coatings Business, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 250/4 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2016/C 250/04)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
DOKUMENT UNIKU
“ANGURIA REGGIANA”
Nru tal-UE: IT-IĠP-0005-01385 — 14.10.2015
DPO ( ) IĠP ( X )
1. Isem (ismijiet)
“Anguria Reggiana”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1
L-Indikazzjoni “Anguria Reggiana” tindika l-frott tal-ispeċi botanika Citrullus lanatus fl-istat frisk tiegħu.
L-“Anguria Reggiana” tiġi prodotta f’dawn it-tipi li ġejjin:
— It-Tip Tond li għandu l-karatteristiċi tat-tip Ashai Mijako: frotta tonda; qoxra ta’ lewn aħdar fil-griż bi strixxi ta’ lewn aħdar skur; laħam iqarmeċ, iebes u ta’ lewn aħmar jgħajjat meta timmatura għal kollox; piż li jvarja bejn il-5 kg u t-12-il kg;
— It-Tip Ovali li għandu l-karatteristiċi tat-tip Crimson: frotta tonda ovali; qoxra ta’ kulur aħdar medju jgħajjat bi strixxi ta’ lewn aħdar skur; laħam iqarmeċ, iebes u ta’ lewn aħmar meta timmatura għal kollox; piż li jvarja bejn is-7 kg u s-16-il kg;
— It-Tip Tawwali li għandu l-karatteristiċi tat-tip Sentinel: frotta tawwalija; qoxra ta’ kulur aħdar medju jgħajjat bi strixxi ta’ lewn aħdar skur; laħam iqarmeċ, iebes u ta’ lewn aħmar jgħajjat meta timmatura għal kollox; piż li jvarja bejn is-7 kg u l-20 kg;
Il-karatteristika li tidentifika lill-“Anguria Reggiana” hija t-togħma partikolarment ħelwa tal-laħam, relatata mal-kontenut ta’ zokkor ta’ aktar minn 11° Brix għat-tip Ashai Mijako u 12° Brix għat-tipi Crimson u Sentinel.
Meta jkun lest għall-konsum il-frott irid ikollu l-karatteristiċi li ġejjin:
|
— |
sħiħ (qasma żgħira fil-qoxra hija permessa minħabba l-possibbiltà li jintuża apparat awtomatiku għall-kejl tal-indiċi refrattiv); |
|
— |
nadif (mingħajr materjal barrani viżibbli); |
|
— |
b’saħħtu u mingħajr parassiti; |
|
— |
ma jkollux irwejjaħ li ma għandhomx x’jaqsmu mal-frotta; |
|
— |
ifformat tajjeb skont il-karatteristiċi tal-varjetà; |
|
— |
mingħajr xquq fuq barra u tbenġil; |
|
— |
iz-zokk irid ikun twil bejn 2 u 5 cm; |
|
— |
l-iżvilupp u l-kundizzjoni tiegħu jridu jkunu tali li jippermettu t-trasport tiegħu u l-operazzjonijiet relatati; |
fuq il-qoxra jista’ jkun hemm roqgħa ta’ lewn aktar ċar fil-parti li tkun tmiss mal-art waqt li l-frotta tkun qed tikber….
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-fażijiet kollha ta’ produzzjoni (it-tħawwil, it-tkabbir, il-ġbir jew il-“qlugħ”) iridu jseħħu fiż-żona indikata.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li għalih qed tirreferi d-denominazzjoni reġistrata
Il-frott irid jitpoġġa f’ordni f’kontenituri apposta jew inkella f’tankijiet jew bramel ta’ materjal adatt għall-ħżin.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih tirreferi d-denominazzjoni reġistrata
Fuq kull dulliegħa huwa obbligatorju li jitpoġġa l-logo li jidentifika l-IĠP Anguria Reggiana u s-simbolu IĠP tal-Unjoni.
Il-logo tal-“Anguria Reggiana I.G.P.” huwa kif ġej:
It-tikketta li trid titpoġġa fuq kull dulliegħa għandha għamla ovali u trid tinkludi l-isem tal-istabbiliment li pproduċieha.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ta’ produzzjoni tinkludi l-art kollha tal-Muniċipalitajiet ta’ Bagnolo in Piano, Cadelbosco di Sopra, Campagnola, Castelnovo Sotto, Correggio, Fabbrico, Novellara, Poviglio, Rio Saliceto, S. Martino in Rio u parti mill-art tal-Muniċipalitajiet ta’ Boretto, Brescello, Campegine, Gattatico, Gualtieri, Guastalla, Reggio Emilia, Reggiolo, Rolo, Rubiera.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-rabta kawżali bejn l-“Anguria Reggiana” u ż-żona ta’ produzzjoni, li tiddetermina l-kwalità speċifika, hija bbażata fuq il-karatteristiċi taż-żona ġeografika definita u l-kapaċitajiet tal-produtturi lokali.
Iż-żona definita hija kkaratterizzata minn art irreklamata matul is-sekli, b’ħamrija taflija, iebsa biex tinħadem iżda għammiela u rikka b’elementi naturali bħall-potassju. Il-kundizzjonijiet tal-ħamrija, li hija omoġenea fiż-żona kollha, jikkontribwixxu b’mod deċiżiv biex jiddefinixxu t-tkabbir, il-konformità kif ukoll il-karatteristiċi kimiċi u organolettiċi tal-frott.
Il-karatteristika li tidentifika lill-“Anguria Reggiana” hija t-togħma partikolarment ħelwa tal-laħam, relatata mal-kontenut ta’ zokkor.
Din il-karatteristika hija marbuta mal-kapaċità tal-produtturi u t-teknika irfinuta użata għat-tkabbir tal-frotta, evidenti l-aktar fil-mument tal-ġbir, jew il-“qlugħ”. Dan iseħħ f’mill-inqas tliet stadji għal kull xitla, li jippermettu li meta tiġi kkunsmata kull “Anguria Reggiana” tkun kompletament misjura u bl-ogħla grad ta’ zokkor qabel ma ssir iżżejjed, b’laħam iqarmeċ u iebes. Il-grad ta’ maturazzjoni huwa indikat mill-karatteristiċi viżibbli tal-qoxra, taz-zokk u tar-rimja ta’ ankraġġ, u l-aktar mill-ħoss karatteristiku li tagħmel id-dulliegħa meta tħabbat fuqha, kollha aspetti esterni li jistgħu jiġu vvalutati direttament fuq il-post mill-operatur espert.
Għaldaqstant id-dulliegħ jiġi vvalutat waħda, waħda, jiġi mtektek u magħżul qabel ma jinġabar u jinqata’ biss jekk mill-analiżi viżiva u mill-ħoss l-operatur jidhirlu li laħaq il-karatteristiċi ta’ maturazzjoni, affidabbiltà u konservazzjoni mixtieqa. Il-ġbir mill-għalqa normalment isir filgħodu kmieni, meta d-dulliegħ ikun gawda l-frisk tal-lejl u jkollu t-temperatura xierqa biex jinħażen.
Il-qtugħ isir permezz tar-“roncola” (minġel), għodda ta’ tqattigħ partikolari b’xafra parzjalment mgħawġa. Il-forma ta’ din l-għodda partikolari ġiet ipperfezzjonata matul is-snin biex il-friegħi tax-xitla ma jinqatgħux peress li din trid tibqa’ fl-aħjar kundizzjonijiet fiżjoloġiċi sakemm jinqatal-frott kollu. Dawn l-operazzjonijiet jixhdu għarfien antik u konsolidat, li dawk li jaqtgħu l-frott (“spiccatori”) għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra f’Reggio, inkluża l-kapaċità ta’ kif jagħżlu l-frott misjur u jiġbruh filwaqt li jippreservaw il-produzzjoni sussegwenti.
Il-kapaċitajiet u l-għarfien tal-produtturi lokali ġejjin minn tradizzjoni storika li kif jaf kulħadd torbot il-prodott mat-territorju.
Referenzi storiċi u kulturali
L-evidenza storika tinkludi ħafna elementi li jirreferu għat-tkabbir tad-dulliegħa fir-Reggiano bħala tradizzjoni b’saħħitha u wirt permanenti.
L-ewwel referenzi għall-kwalità għolja tiegħu jmorru lura għas-seklu XVI: diversi korrispondenzi bejn in-nobbli antiki Rinaxximentali tal-pjanura tal-Po jfaħħru t-tjubija tal-prodott imkabbar f’dawn l-artijiet. Il-frotta baqgħet għal żmien twil prodott tal-ftit magħżulin sas-seklu XVIII, meta r-Riżorġiment fetaħ il-fruntieri bejn l-istati l-antiki u l-istati ż-żgħar tal-Pajjiż u wessa’ anki l-fruntieri ta’ kummerċjalizzazzjoni. Maż-żmien, il-kwalità għolja tal-produzzjoni lokali kabbret il-fama tal-prodott fis-swieq ta’ Milan, Ġenova u tar-reġjuni ġirien sakemm fis-seklu li għadda saret magħrufa lil hinn mill-Alpi.
L-“Anguria Reggiana” hija assoċjata maż-żona tal-pjanura fil-provinċja ta’ Reggio Emilia anki fil-gwidi storiċi dwar il-gastronomija; iż-żona tissemma fil-Guida Gastronomica del Touring Club Italiano, li ġġib id-data tal-1931, għad-“dulliegħ u bettieħ ħelu (honeydew)”. It-territorju indikat jinkludi ċ-ċentri storiċi fejn kien storikament l-aktar rikonoxxut it-tkabbir tradizzjonali tad-dulliegħ, bħal pereżempju Gualtieri, Novellara, Santa Vittoria, Poviglio u Cadelbosco di Sopra, Rio Saliceto u Ca’ de’ Frati. Il-popolarità tat-tkabbir u tal-konsum tad-dulliegħa fit-territorju hija ppruvata wkoll mill-preżenza ta’ għerejjex tal-bidu tas-seklu XX magħmula b’materjal naturali, bħal injam u friegħi, fejn id-dulliegħ kien jittiekel u jinbiegħ bil-felli.
Aktar reċentement anki l-kapaċità tal-produtturi taż-żona kompliet tiffoka fuq l-ispeċjalizzazzjoni tat-tkabbir tad-dulliegħ, bl-involviment tal-poplu u tal-produtturi, li ssieħbu bl-għan li jippromwovu, iħarsu, itejbu u jipproteġu l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-“Anguria Reggiana”.
Mill-1975, ġew stabbiliti, festi, fieri, avvenimenti u kompetizzjonijiet lokali biex jippromwovu l-prodott, jippremjaw l-akbar dulliegħa u dik l-aktar ħelwa.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit tal-internet li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/MT/IDPagina/3335
jew:
billi żżur il-paġna ewlenija tas-sit tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u l-Forestrija (www.politicheagricole.it), tagħfas fuq “Prodotti DOP e IGP” (fuq in-naħa ta’ fuq, fuq il-lemin tal-iskrin), imbagħad tagħfas fuq “Prodotti DOP, IGP e STG” (fil-ġenb, fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar nett tagħfas fuq “Disciplinari di produzione all’esame dell’UE”.
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
Rettifika
|
9.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 250/7 |
Rettifika tal-pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 195 tat-2 ta' Ġunju 2016 )
(2016/C 250/05)
F'paġna 12, il-paragrafu 4 tad-Dokument Uniku, it-tielet inċiż:
minflok:
“Corrèze, limitat għad-distretti ta’: Argentat, Ayen, Beaulieu-sur-Dordogne, Beynat, Brive-la-Gaillarde-Centre, Brive-la-Gaillarde-Nord-Est, Brive-la-Gaillarde-Nord-Est, Brive-la-Gaillarde-Sud-Est, Brive-la-Gaillarde-Sud-Ouest, Corrèze, Donzenac, Égletons, Juillac, Larche, Lubersac, Malemort-sur-Corrèze, Meyssac, Seilhac, Treignac, Tulle-Campagne-Nord, Tulle-Campagne-Sud, Tulle-Urbain-Nord, Tulle-Urbain-Sud, Uzerche, Vigeois;”,
aqra:
“Corrèze, limitat għad-distretti ta’: Argentat, Ayen, Beaulieu-sur-Dordogne, Beynat, Brive-la-Gaillarde-Centre, Brive-la-Gaillarde-Nord-Est, Brive-la-Gaillarde-Nord-Ouest, Brive-la-Gaillarde-Sud-Est, Brive-la-Gaillarde-Sud-Ouest, Corrèze, Donzenac, Égletons, Juillac, Larche, Lubersac, Malemort-sur-Corrèze, Meyssac, Seilhac, Treignac, Tulle-Campagne-Nord, Tulle-Campagne-Sud, Tulle-Urbain-Nord, Tulle-Urbain-Sud, Uzerche, Vigeois;”.
|
9.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 250/7 |
Rettifika tal-pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 205 tad-9 ta’ Ġunju 2016 )
(2016/C 250/06)
F'paġna 19, il-paragrafu 4 tad-Dokument Uniku, it-tielet inċiż:
minflok:
“Corrèze, limitata għad-distretti ta': Argentat, Ayen, Beaulieu-sur-Dordogne, Beynat, Brive-la-Gaillarde-Centre, Brive-la-Gaillarde-Nord-Est, Brive-la-Gaillarde-Nord-Est, Brive-la-Gaillarde-Sud-Est, Brive-la-Gaillarde-Sud-Ouest, Corrèze, Donzenac, Égletons, Juillac, Larche, Lubersac, Malemort-sur-Corrèze, Meyssac, Seilhac, Treignac, Tulle-Campagne-Nord, Tulle-Campagne-Sud, Tulle-Urbain-Nord, Tulle-Urbain-Sud, Uzerche, Vigeois;”,
aqra:
“Corrèze, limitata għad-distretti ta': Argentat, Ayen, Beaulieu-sur-Dordogne, Beynat, Brive-la-Gaillarde-Centre, Brive-la-Gaillarde-Nord-Est, Brive-la-Gaillarde-Nord-Ouest, Brive-la-Gaillarde-Sud-Est, Brive-la-Gaillarde-Sud-Ouest, Corrèze, Donzenac, Égletons, Juillac, Larche, Lubersac, Malemort-sur-Corrèze, Meyssac, Seilhac, Treignac, Tulle-Campagne-Nord, Tulle-Campagne-Sud, Tulle-Urbain-Nord, Tulle-Urbain-Sud, Uzerche, Vigeois;”.