ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 248

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
8 ta' Lulju 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 248/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8010 — Irish Life/Aviva Health/GloHealth) ( 1 )

1

2016/C 248/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7908 — CMA CGM/NOL) ( 1 )

1

2016/C 248/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7949 — Norwegian/Shiphold/OSM Aviation) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 248/04

Rata tal-kambju tal-euro

3

2016/C 248/05

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Lulju 2016 dwar il-finanzjament tal-programm ta’ ħidma tal-2016 għat-taħriġ fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti fil-qafas tal-programm Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel

4

2016/C 248/06

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (Pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011)  ( 1 )

8

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2016/C 248/07

Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

12


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

8.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 248/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8010 — Irish Life/Aviva Health/GloHealth)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 248/01)

Fit-8 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8010. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


8.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 248/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7908 — CMA CGM/NOL)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 248/02)

Fid-29 ta’ April 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M7908. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


8.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 248/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7949 — Norwegian/Shiphold/OSM Aviation)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 248/03)

Fil-31 ta’ Mejju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M7949. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

8.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 248/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-7 ta’ Lulju 2016

(2016/C 248/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1080

JPY

Yen Ġappuniż

111,90

DKK

Krona Daniża

7,4411

GBP

Lira Sterlina

0,85085

SEK

Krona Żvediża

9,4792

CHF

Frank Żvizzeru

1,0820

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,3782

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,049

HUF

Forint Ungeriż

315,52

PLN

Zloty Pollakk

4,4275

RON

Leu Rumen

4,5144

TRY

Lira Turka

3,2468

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4737

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4328

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,5966

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5338

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4934

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 280,63

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,2433

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4044

HRK

Kuna Kroata

7,4856

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 603,44

MYR

Ringgit Malażjan

4,4636

PHP

Peso Filippin

52,157

RUB

Rouble Russu

70,9286

THB

Baht Tajlandiż

38,979

BRL

Real Brażiljan

3,6894

MXN

Peso Messikan

20,7274

INR

Rupi Indjan

74,7044


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


8.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 248/4


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Lulju 2016

dwar il-finanzjament tal-programm ta’ ħidma tal-2016 għat-taħriġ fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti fil-qafas tal-programm “Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel”

(2016/C 248/05)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 84 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi regoli ġenerali għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli maħsuba sabiex, b’mod partikolari, jevitaw, jeliminaw jew inaqqsu r-riskji għall-bnedmin u għall-annimali għal livelli aċċettabbli, u biex jiggarantixxu prattiki ġusti fil-kummerċ tal-għalf u tal-ikel u jħarsu l-interessi tal-konsumatur. L-Artikolu 51 ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li l-Kummissjoni tista’ torganizza korsijiet ta’ taħriġ għall-persunal tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli għall-kontrolli uffiċjali msemmija f’dak ir-Regolament, li jistgħu jinfetħu għall-parteċipanti minn pajjiżi terzi, b’mod partikolari pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Dawk il-korsijiet jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, taħriġ rigward il-liġi tal-Unjoni Ewropea dwar l-għalf u l-ikel u rigward ir-regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali.

(2)

L-Artikolu 2(1)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (4) jipprovdi l-bażi legali għall-organizzazzjoni ta’ korsijiet fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti.

(3)

Il-Programm “Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel” ġie stabbilit mill-Kummissjoni fl-2006 sabiex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Settembru 2006 dwar it-“Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel” (5) tesplora l-għażliet għall-organizzazzjoni tat-taħriġ fil-ġejjieni.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma li jirregolaw is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali u r-regoli dwar is-saħħa tal-pjanti. L-Artikolu 31 jipprevedi li l-Unjoni tista’ tiffinanzja t-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kontrolli uffiċjali, kif imsemmi fl-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, sabiex jiġi żviluppat approċċ armonizzat għall-kontrolli uffiċjali u għal attivitajiet uffiċjali oħra biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti.

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-Programm “Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel” fl-Istati Membri jeħtieġ li tiġi adottata deċiżjoni ta’ finanzjament u l-programm ta’ ħidma dwar it-taħriġ fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti għall-2016. L-Artikolu 94 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (6) jistabbilixxi regoli dettaljati dwar id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament.

(6)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/770/UE (7) tistabbilixxi “l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel” (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”). Din id-Deċiżjoni tinkariga lill-Aġenzija b’ċerti kompiti ta’ ġestjoni u ta’ implimentazzjoni tal-programm relatati mal-miżuri ta’ taħriġ fis-sikurezza tal-ikel imwettqa skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Direttiva 2000/29/KE.

(7)

Sabiex tkun permessal-flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma, jixraq li t-terminu “bidla sostanzjali” jiġi ddefinit skont it-tifsira tal-Artikolu 94(4) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012.

(8)

Jeħtieġ li jkun jista’ jsir ħlas ta’ imgħax dovut għal ħlas tardiv, abbażi tal-Artikolu 92 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u abbażi tal-Artikolu 111(4) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-programm ta’ ħidma

Il-programm ta’ ħidma annwali għall-implimentazzjoni tal-Programm “Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel” għall-2016, kif stabbilit fl-Anness, huwa b’dan adottat. Dan jikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 84 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Artikolu 2

Kontribuzzjoni tal-Unjoni

1.   Il-kontribuzzjoni massima għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma għas-sena 2016 ġiet stabbilita għal EUR 15 500 000, u għandha tiġi ffinanzjata mill-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-linja baġitarja 17.04.03 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2016.

2.   L-approprjazzjonijiet stipulati fil-punt 1 jistgħu jkopru wkoll l-imgħax dovut għal ħlas tardiv.

Artikolu 3

Klawsola ta’ flessibbiltà

Bidliet akkumulati tal-allokazzjonijiet għal azzjonijiet speċifiċi li ma jaqbżux l-20 % tal-kontribuzzjoni massima stabbilita fl-Artikolu 2(1) ta’ din id-Deċiżjoni ma għandhomx jitqiesu bħala sostanzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 94(4) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012, meta dawk il-bidliet ma jkunux jaffettwaw b’mod sinifikanti n-natura tal-azzjonijiet u l-għan tal-programm ta’ ħidma. Iż-żieda tal-kontribuzzjoni massima stabbilita fl-Artikolu 2(1) ta’ din id-Deċiżjoni ma għandhiex taqbeż l-20 %.

L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ japplika t-tip ta’ bidliet imsemmija fl-ewwel paragrafu. Dawk il-bidliet għandhom jiġu applikati skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal-proporzjonalità.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).

(5)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew. “Taħriġ aħjar għal ikel iktar sikur”, COM(2006) 519 finali tal-20 ta’ Settembru 2006.

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(7)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/770/UE tas-17 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/858/KE (ĠU L 341, 18.12.2013, p. 69).


ANNESS

1.1.   Introduzzjoni

Abbażi tal-għanijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u fid-Direttiva 2000/29/KE, dan il-programm ta’ ħidma jinkludi l-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u l-analiżi tal-baġit għas-sena 2016 kif ġej:

Akkwist (implimentat minn ġestjoni diretta): Kuntratti esterni għat-twettiq tal-programm ta’ taħriġ u ta’ għodod oħra ta’ tagħlim

EUR 15 500 000

TOTAL

EUR 15 500 000

1.2.   Akkwist

1.2.1.   Kuntratt estern għat-twettiq tal-programm ta’ taħriġ u ta’ għodod oħra ta’ tagħlim

L-allokazzjoni baġitarja globali riżervata għall-kuntratti ta’ akkwist fl-2016 tammonta għal EUR 15 500 000.

BAŻI ĠURIDIKA

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Artikolu 51

Id-Direttiva 2000/29/KE, l-Artikolu 2(1)(i)

Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014, l-Artikolu 31 u l-Artikolu 36(1)

LINJA BAĠITARJA

Linja baġitarja: 17.04.03

GĦADD INDIKATTIV U TIP TA’ KUNTRATTI PREVISTI

Għal kull waħda mill-kwistjonijiet tekniċi msemmija hawn taħt, se jiġi ffirmat kuntratt ta’ servizz dirett jew ta’ qafas wieħed jew aktar. Huwa stmat li se jiġu ffirmati madwar 15-il kuntratt ta’ servizz dirett jew speċifiku. Il-kuntratturi esterni huma prinċipalment involuti fl-aspetti organizzattivi u loġistiċi tal-attivitajiet ta’ taħriġ.

SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (JEKK POSSIBBLI)

Għall-2016, l-azzjonijiet ta’ taħriġ se jkunu dwar is-suġġetti li ġejjin:

Attivitajiet

Ammont f’EUR

Ir-reżistenza kontra l-mikrobi

1 185 000

Il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti

1 150 000

Il-kontroll tat-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi

320 000

Il-valutazzjoni tar-riskju

935 000

L-iġjene tal-ikel fil-livell primarju tal-produzzjoni

1 095 000

Il-preparazzjoni għal tifqigħa u l-ġestjoni tal-ikel

745 000

L-informazzjoni dwar l-ikel u l-kompożizzjoni tiegħu

870 000

Il-liġi dwar l-għalf

1 040 000

Il-kontroll tal-kontaminanti

880 000

L-ispezzjonijiet ta’ kontroll f’Postijiet ta’ Spezzjoni fil-Fruntiera

975 000

Il-kontroll tal-movimenti tal-klieb u tal-qtates

610 000

TRACES (l-aspetti sanitarji, fitosanitarji u ta’ kwalità)

1 180 000

It-trattament xieraq tal-annimali

920 000

L-ittestjar tal-ikel

1 170 000

L-istandards tal-ikel tal-UE

1 950 000

L-assistenza u l-appoġġ għal proġett ta’ tagħlim elettroniku

135 000

It-taħriġ ta’ kontinġenza, il-konferenzi, u l-għodod ta’ tagħlim u ta’ disseminazzjoni marbuta mas-saħħa u mat-trattament xieraq tal-annimali, mas-saħħa tal-pjanti u mas-sikurezza tal-ikel

340 000

TOTAL

15 500 000

IMPLIMENTAZZJONI

EUR 15 365 000 (il-finanzjament ta’ miżuri tas-sikurezza tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Direttiva 2000/29/KE) se jiġu ġestiti u implimentati mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/770/UE). Il-EUR 135 000 li jibqa’ se jiġu ġestiti mill-Kummissjoni biex tkopri l-assistenza u l-appoġġ għal proġett ta’ tagħlim elettroniku.

PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWIST

Bejn wieħed u ieħor matul it-tielet u r-raba’ kwart tal-2016.

AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI

EUR 15 500 000

1.2.2.   Kuntratt qafas għall-għoti ta’ servizzi fl-oqsma tal-evalwazzjoni, l-istudji, il-valutazzjoni tal-impatt, il-monitoraġġ u ta’ servizzi oħra relatati, marbuta mal-politiki dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari

SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI

L-għoti ta’ servizzi fl-oqsma tal-evalwazzjoni, l-istudji, il-valutazzjoni tal-impatt, il-monitoraġġ u ta’ servizzi oħra relatati, marbuta mal-politiki dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari

TIP TA’ KUNTRATT

Kuntratt qafas ġdid għas-servizzi

GĦADD INDIKATTIV TA’ KUNTRATTI PREVISTI

Kuntratt qafas wieħed.

PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWIST

It-tieni nofs tal-2016.


8.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 248/8


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE

(Pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 248/06)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jipprevalu fuq kwalunkwe dispożizzjoni kunfliġġenti fid-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni

Referenza u titlu tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni

Referenza u titlu tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni li ġie sostitwit

Kummenti

010001-00-0301

Precast concrete composite wall with point connectors

 

 

020001-00-0405

Assemblaġġi ċappetta multi-assi moħbija

 

 

020002-00-0404

Sistema ta’ ħġieġ għall-galleriji (u terrazzini) mingħajr frames vertikali

 

 

020011-00-0405

Bokkaporti tal-bjut, art, ħitan u soqfa li jipprovdu aċċess jew għall-użu bħala bieb ta‘ emerġenza/bi jew mingħajr reżistenza għan-nar

 

 

040005-00-1201

Prodotti tal-insulazzjoni termali u/jew akustiċi mmanifatturati fil-fabbrika, magħmulin minn fibri veġetali jew tal-annimali

 

 

040016-00-0404

Glass fibre mesh għar-rinforz ta’ renderings fuq bażi ta’ siment

 

 

040048-00-0502

Tapit tar-rubber fibre biex jintuża għal impact sound insulation

 

 

040090-00-1201

Factory-made boards u prodotti ffurmati minn moulding ta’ expanded polylactic acid (epla) għal insulazzjoni termali u/jew akustika.

 

 

040138-00-1201

Prodotti ffurmati in-situ tat-tip loose fill thermal u/jew insulazzjoni akustika magħmulin minn fibri tal-ħxejjex

 

 

060001-00-0802

Chimney kit bi flue liner tat-tafal/ċeramika bi klassifikazzjoni T400 (minimu) N1 W3 GXX

 

 

060003-00-0802

Chimney kit bi flue liner tat-tafal/ċeramika u b’ħajt estern speċifiku bi klassifikazzjoni T400 (minimu) N1 W3 GXX

 

 

070001-00-0504

Gypsum plasterboards għal applikazzjonijiet li jifilħu l-piż

 

 

080002-00-0102

Ġeogrilja eżagonali li ma ssaħħaħx għall-istabbilizzazzjoni ta’ saffi granulużi maħlula billi tingħaqad mal-aggregat

 

 

090001-00-0404

Wool boards minerali kkompressati prefabbrikati b’finish organiku u inorganiku u b’sistema speċifikata ta‘ rbit

 

 

090017-00-0404

Point supported vertical glazing

 

 

120001-00-0106

Retro-reflective sheetings mikropriżmatiċi

 

 

120003-00-0106

Sistemi tas-saqaf u tal-ħajt b’fastenings moħbijin

 

 

130002-00-0304

Slab element ta’ njam solidu – element ta’ dowel jointed timber boards biex jintuża bħala element strutturali fil-bini

 

 

130005-00-0304

Slab element magħmul minn injam solidu biex jintuża bħala element strutturali fil-bini

 

 

130010-00-0304

Injam laminat inkullat magħmul minn injam iebes – veneer lumber laminat strutturali magħmul mill-fagu

 

 

130011-00-0304

Prefabricated wood slab element magħmul minn mechanically jointed square-sawn timber members biex jintuża bħala element strutturali fil-bini

 

 

130012-00-0304

Injam strutturali kklassifikat skont ir-reżisistenza – Zkuk bit-truf inkwadrati biċ-ċanfrin – Qastan

 

 

130013-00-0304

Slab element ta’ injam solidu – element ta’ timber boards magħquda permezz ta’ dovetail connections biex jintuża bħala element strutturali fil-bini

 

 

130022-00-0304

Travu monolitiku jew laminat u wall logs tal-injam

 

 

130033-00-0603

Imsiemer u viti biex jintużaw f’nailing plates fi strutturi tal-injam

 

 

190002-00-0502

Dry floating flooring kit ibbażat fuq prefabricated interlocked units magħmulin minn madum taċ-ċeramika u twapet tal-lastku

 

 

200002-00-0602

Sistema ta‘ tension rods

 

 

200005-00-0103

Piles tal-azzar strutturali b’sezzjonijiet vojta u splices riġidi

 

 

200014-00-0103

Pile joints u rock shoes għal concrete piles

 

 

200017-00-0302

Prodotti hot rolled u komponenti strutturali magħmulin minn steel grades Q235B, Q235D, Q345B u Q345D

 

 

200019-00-0102

Gabion boxes u mtieraħ magħmulin minn hexagonal woven mesh

 

 

200022-00-0302

Termo-mekkanikament imrembel azzar prodotti twal magħmula ta ‘qamħ multa azzar strutturali jistgħu jiġu ssaldjati ta’ gradi tal-azzar speċjali

 

 

200026-00-0102

Sistemi xibka tal-wajer azzar għall timla rinfurzat

 

 

200039-00-0102

Hexagonal woven mesh gabion boxes u mtieraħ b’kisja taż-żingu

 

 

220007-00-0402

Fully supported copper alloy sheet and strip għas-soqfa, external cladding u internal lining

 

 

220008-00-0402

Eaves profiles għal terrazzini u galleriji

 

 

220021-00-0402

Sun tunnel kits

 

 

220025-00-0401

Glazing orizzontali Strutturali Cantilevered (kanopew strutturali tal-ħġieġ/saqaf)

 

 

230004-00-0106

Wire ring mesh panels

 

 

230005-00-0106

Wire rope net panels

 

 

230008-00-0106

Double twisted steel wire mesh irrinfurzat jew le bil-ħbula

 

 

260006-00-0301

Polymeric concrete addition

 

 

280001-00-0704

Preassembled line unit għad-drenaġġ jew infiltrazzjoni

 

 

290001-00-0701

Sistema ta’ pajpijiet għad-distribuzzjoni ta’ ilma kiesaħ jew sħun fil-bini

 

 

320002-01-0605

Coated metal water stop sheet għal kostruzzjoni u crack joints ikkontrollati ġo waterproof concrete

320002-00-0605

 

330008-02-0601

Anchor channels

 

 

330011-00-0601

Viti aġġustabbli tal-concrete

 

 

330012-00-0601

Cast-in anchor bi threaded socket interna

 

 

330075-00-0601

Elevator lifting device

 

 

330079-00-0602

Floor Fixing Assemblies għall-użu f’Checker Plate jew Open Bar Grating

 

 

330080-00-0602

High Slip Resistance Clamp (HSR) Assembly

 

 

330083-00-0601

Power-actuated fastener għal użu multiplu fil-konkos għal applikazzjonijiet mhux strutturali

 

 

330153-00-0602

Cartridge fired pin għall-konnessjonijiet ta’ thin gauge steel members u sheeting

 

 

340002-00-0204

Panels ta’ wires tal-azzar b’insulazzjoni termali inkorporata għal struttura sħiħa

 

 

340006-00-0506

Kits tat’turġien prefabbrikati

ETAG 008

 

340025-00-0403

Substructure kit għal bini msaħħan

 

 

340037-00-0204

Light weight steel/wood load bearing roof elements

 

 

350003-00-1109

Kit għal service ducts reżistenti għan-nar li jikkonsistu minn pre-fabricated connection pieces (magħmulin minn mechanically pre-coated steel sheet) u aċċessorji

 

 

350005-00-1104

Prodotti intumixxenti għal skopijiet ta’ fire sealing u fire stopping

 

 

350134-00-1104

Fire proof water trap b’siġill intumixxenti kontra n-nar (kombinata ma’ stainless steel floor gully penetration)

 

 

Nota:

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni (EAD) huma adottati mill-Organizzazzjoni Ewropea għall-Approvazzjoni Teknika (EOTA) bl-Ingliż. Il-Kummissjoni Ewropea mhijiex responsabbli għall-korrettezza tat-titli li ġew ipprovduti mill-EOTA għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma timplikax li d-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni huma disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea.

L-Organizzazzjoni Ewropea għall-Approvazzjoni Teknika (http://www.eota.eu) għandha żżomm disponibbli d-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni b’mezzi elettroniċi b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt 8 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 305/2011.

Din il-lista tieħu post il-listi kollha ta’ qabel ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista.


(1)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

8.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 248/12


Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

(2016/C 248/07)

Il-pubblikazzjoni ta’ ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fil-Artikolu 6(4) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (kodifikazzjoni).

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

IL-KROAZJA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 269 tat-18.9.2013

Ċittadini ta’ pajjiż terz għandhom jagħtu prova li huma għandhom mezzi finanzjarji suffiċjenti kemm sabiex isostnu lilhom infushom matul is-soġġorn tagħhom fir-Repubblika tal-Kroazja kif ukoll għar-ritorn lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini jew it-tranżitu għal pajjiż terz.

Meta ċittadini ta’ pajjiż terz jidħlu fir-Repubblika tal-Kroazja, istituzzjoni responsabbli mill-kontroll tal-qsim tal-fruntieri hija awtorizzata li titlobhom jippreżentaw il-mezzi finanzjarji meħtieġa sabiex isostnu lilhom infushom matul is-soġġorn tagħhom fir-Repubblika tal-Kroazja u għar-ritorn lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini jew it-tranżitu għal pajjiż terz.

L-ammont ta’ mezzi finanzjarji huwa ffissat għall-ekwivalenti ta’70 EUR (fi kliem: sebgħin euro) kuljum għas-soġġorn stmat fir-Repubblika tal-Kroazja.

Jekk ċittadini ta’ pajjiż terz ikunu f’pussess ta’ ittra ċertifikata ta’ garanzija minn persuna naturali jew ġuridika mir-Repubblika tal-Kroazja, prova ta’ prenotazzjoni turistika jew dokument simili, għandhom jippreżentaw prova li jippossjedu l-ammont ekwivalenti ta’ 30 EUR (fi kliem: tletin euro) kuljum għas-soġġorn stmat fir-Repubblika tal-Kroazja.

B’eċċezzjoni jekk ċittadini ta’ pajjiż terz ikunu f’pussess ta’ ittra ċertifikata ta’ garanzija minn persuna naturali jew ġuridika mir-Repubblika tal-Kroazja li minnha jidher ċar li l-garanti jkopri b’mod sħiħ l-ispejjeż relatati mas-soġġorn u t-tluq mir-Repubblika tal-Kroazja, iċ-ċittadini ta’ pajjiż terz jkunu eżenti mill-obbligu li jagħtu prova li għandhom il-mezzi msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artiklu.

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

 

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19

 

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22

 

ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18

 

ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38

 

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19

 

ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8

 

ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7

 

ĠU C 304, 10.11.2010, p. 5

 

ĠU C 24, 26.1.2011, p. 6

 

ĠU C 157, 27.5.2011, p. 8

 

ĠU C 203, 9.7.2011, p. 16

 

ĠU C 11, 13.1.2012, p. 13

 

ĠU C 72, 10.3.2012, p. 44

 

ĠU C 199, 7.7.2012, p. 8

 

ĠU C 298, 4.10.2012, p. 3

 

ĠU C 56, 26.2.2013, p. 13

 

ĠU C 98, 5.4.2013, p. 3

 

ĠU C 269, 18.9.2013, p. 2

 

ĠU C 57, 28.2.2014, p. 1

 

ĠU C 152, 20.5.2014, p. 25

 

ĠU C 224, 15.7.2014, p. 31

 

ĠU C 434, 4.12.2014, p. 3

 

ĠU C 447, 13.12.2014, p. 32

 

ĠU C 38, 4.2.2015, p. 20

 

ĠU C 96, 11.3.2016, p. 7

 

ĠU C 146, 26.4.2016, p. 12.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.