ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
2016/C 243/01 |
||
|
Il-Qorti Ġenerali |
|
2016/C 243/02 |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2016/C 243/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
Il-Qorti Ġenerali
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/2 |
Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli
(2016/C 243/02)
Fid-9 ta’ Ġunju 2016, il-Konferenza Plenarja tal-Qorti Ġenerali ddeċidiet, wara d-dħul fil-kariga tal-Imħallfin P. G Xuereb, F. Schalin u I. Reine, fuq proposta tal-President ippreżentata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regoli tal-Proċedura, li temenda d-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli tat-23 ta’ Ottubru 2013 (1), kif emendata l-aħħar bid-deċiżjoni tat-13 ta’ April 2016 (2), għall-perijodu mid-9 ta’ Ġunju 2016 sal-31 ta’ Awwissu 2016 u li tassenja l-Imħallfin lill-Awli kif ġej:
L-Ewwel Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
H. Kanninen, Viċi President, I. Pelikánová, E. Buttigieg, S. Gervasoni u L. Calvo-Sotelo Ibáñez-Martín, Imħallfin.
L-Ewwel Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
H. Kanninen, Viċi President
a) |
I. Pelikánová u E. Buttigieg, Imħallfin; |
b) |
I. Pelikánová u L. Calvo-Sotelo Ibáñez-Martín, Imħallfin; |
ċ) |
E. Buttigieg u L. Calvo-Sotelo Ibáñez-Martín, Imħallfin. |
It-Tieni Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
M. E. Martins Ribeiro, President tal-Awla, E. Bieliūnas, S. Gervasoni, L. Madise u Z. Csehi, Imħallfin.
It-Tieni Awla, komposta minn tliet Imħallfin::
M. E. Martins Ribeiro, President tal-Awla
a) |
S. Gervasoni u L. Madise, Imħallfin; |
b) |
S. Gervasoni u Z. Csehi, Imħallfin; |
ċ) |
L. Madise u Z. Csehi, Imħallfin. |
It-Tielet Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
S. Papasavvas, President tal-Awla, I. Labucka, E. Bieliūnas, I. S. Forrester u C. Iliopoulos, Imħallfin.
It-Tielet Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
S. Papasavvas, President tal-Awla
a) |
E. Bieliūnas u I. S. Forrester, Imħallfin; |
b) |
E. Bieliūnas u C. Iliopoulos, Imħallfin; |
ċ) |
I. S. Forrester u C. Iliopoulos, Imħallfin. |
Ir-Raba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
M. Prek, President tal-Awla, I. Labucka, J. Schwarcz, V. Kreuschitz u F. Schalin, Imħallfin.
Ir-Raba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
M. Prek, President tal-Awla,
a) |
I. Labucka u V. Kreuschitz, Imħallfin; |
b) |
I. Labucka u F. Schalin, Imħallfin; |
ċ) |
V. Kreuschitz u F. Schalin, Imħallfin. |
Il-Ħames Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
A. Dittrich, President tal-Awla, F. Dehousse, J. Schwarcz, V. Tomljenović u I. Reine, Imħallfin.
Il-Ħames Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
A. Dittrich, President tal-Awla,
a) |
J. Schwarcz u V. Tomljenović, Imħallfin; |
b) |
J. Schwarcz u I. Reine, Imħallfin; |
ċ) |
V. Tomljenović u I. Reine, Imħallfin. |
It-Sitt Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
S. Frimodt Nielsen, President tal-Awla, F. Dehousse, I. Wiszniewska-Białecka, A. M. Collins u V. Valančius, Imħallfin.
It-Sitt Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
S. Frimodt Nielsen, President tal-Awla
a) |
F. Dehousse u A. M. Collins, Imħallfin; |
b) |
F. Dehousse u V. Valančius, Imħallfin; |
ċ) |
A. M. Collins u V. Valančius, Imħallfin.. |
Is-Seba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin::
M. van der Woude, President tal-Awla, I. Wiszniewska-Białecka, M. Kancheva, I. Ulloa Rubio u A. Marcoulli, Imħallfin.
Is-Seba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
M. van der Woude, President tal-Awla
a) |
I. Wiszniewska-Białecka u I. Ulloa Rubio, Imħallfin; |
b) |
I. Wiszniewska-Białecka u A. Marcoulli, Imħallfin; |
ċ) |
I. Ulloa Rubio u A. Marcoulli, Imħallfin. |
It-Tmien Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
D. Gratsias, President tal-Awla, O. Czúcz, M. Kancheva, K. Wetter u N. Półtorak, Imħallfin.
It-Tmien Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
D. Gratsias, President tal-Awla
a) |
M. Kancheva u K. Wetter, Imħallfin; |
b) |
M. Kancheva u N. Półtorak, Imħallfin; |
ċ) |
K. Wetter u N. Półtorak, Imħallfin. |
Id-Disa’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
G. Berardis, President tal-Awla, O. Czúcz, A. Popescu, D. Spielmann u P. G. Xuereb, Imħallfin.
Id-Disa’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
G. Berardis, President tal-Awla
a) |
O. Czúcz u A. Popescu, Imħallfin; |
b) |
D. Spielmann u P. G. Xuereb, Imħallfin. |
L-Awli Estiżi komposti minn ħames Imħallfin huma komposti:
— |
f’dak li jirrigwarda l-Ewwel, it-Tieni, it-Tielet, ir-Raba’, il-Ħames, is-Sitt, is-Seba’ u t-Tmien Awli, biż-żieda mal-kulleġġ ġudikanti ristrett li ġie inizjalment adit bil-kawża, tar-raba’ Mħallef li jifforma l-Awla u tal-ħames Imħallef mill-Awla ta’ wara skont l-ordni numeriku (ħlief għall-President tal-Awla), stabbilit skont l-ordni previst fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura; |
— |
f’dak li jirrigwarda d-Disa’ Awla, biż-żieda mal-kulleġġ ġudikanti ristrett li ġie inizjalment adit bil-kawża taż-żewġ Imħallfin l-oħra li jifformaw l-Awla. |
L-Awli komposti minn tliet Imħallfin li lilhom ġew assenjati erba’ Mħallfin huma komposti minn tliet sotto-kulleġġi ġudikanti.
L-Awli komposti minn tliet Imħallfin li lilhom ġew assenjati ħames Imħallfin huma komposti minn żewġ sotto-kulleġġi ġudikanti.
(1) ĠU C 344, 23.11.2013, p. 2.
(2) ĠU C 175, 17.5.2016, p. 2.
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden - l-Olanda) – Staatssecretaris van Financiën vs Het Oudeland Beheer BV
(Kawża C-128/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - VAT - Tranżazzjonijiet taxxabbli - Użu għall-iskopijiet tan-negozju ta’ oġġetti akkwistati “matul in-negozju” - Assimilazzjoni ma’ provvista mwettqa bi ħlas - Valur taxxabbli))
(2016/C 243/03)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën
Konvenuta: Het Oudeland Beheer BV
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 11A(1)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-10 ta’ April 1995, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-valur ta’ dritt in rem li jagħti li d-detentur tiegħu setgħa ta’ użu fuq proprjetà immobbli u l-ispejjeż ta’ tlestija tal-bini ta’ uffiċċji mibni fuq l-art ikkonċernata jistgħu jiġu inklużi fil-valur taxxabbli ta’ provvista, fis-sens tal-Artikolu 5(7)(a) ta’ din id-direttiva, kif emendata, meta l-persuna taxxabbli tkun diġà ħallset it-taxxa fuq il-valur miżjud relatata ma’ dan il-valur u ma’ dawn l-ispejjeż, iżda tkun ukoll naqqsitha immedjatament u kompletament. |
2) |
F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha art u bini fi stat ta’ kostruzzjoni fuq din l-art ikunu ġew akkwistati permezz tal-kostituzzjoni ta’ dritt in rem li jagħti lid-detentur tiegħu setgħa ta’ użu fuq din il-proprjetà immobbli, l-Artikolu 11A(1)(b) tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 95/7, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-valur ta’ dan id-dritt in rem li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fil-valur taxxabbli ta’ provvista, fis-sens tal-Artikolu 5(7)(a) tal-imsemmija direttiva, jikkorrispondi għall-valur tal-ammonti li għandhom jitħallsu bħala korrispettiv kull sena, matul it-tul tal-konċessjoni enfitewtika li tistabbilixxi dan id-dritt in rem li għad fadal jiddekorri, ikkorreġuti jew ikkapitalizzati skont l-istess metodu użat sabiex jiġi ddeterminat il-valur tal-kostituzzjoni tad-dritt ta’ enfitewsi. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Niederösterreich, tar-Raad van State, tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Awstrija, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Italja) – Borealis Polyolefine GmbH vs Bundesminister für Land-, Forst-, Umwelt und Wasserwirtschaft (C-191/14), OMV Refining & Marketing GmbH vs Bundesminister für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft (C-192/14), DOW Benelux BV et vs Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu (C-295/14), Esso Italiana Srl, Eni SpA, Linde Gas Italia Srl vs Comitato nazionale per la gestione della direttiva 2003/87/CE e per il supporto nella gestione delle attività di progetto del protocollo di Kyoto, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Presidenza del Consiglio dei Ministri (C-389/14), Api Raffineria di Ancona SpA vs Comitato nazionale per la gestione della direttiva 2003/87/CE e per il supporto nella gestione delle attività di progetto del protocollo di Kyoto, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo economico (C-391/14), Lucchini in Amministrazione Straordinaria SpA vs Comitato nazionale per la gestione della direttiva 2003/87/CE e per il supporto nella gestione delle attività di progetto del protocollo di Kyoto, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo economico (C-392/14), Dalmine SpA vs Comitato nazionale per la gestione della direttiva 2003/87/CE e per il supporto nella gestione delle attività di progetto del protocollo di Kyoto, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo economico (C-393/14)
(Kawżi magħquda C-191/14, C-192/14, C-295/14, C-389/14 u C-391/14 sa C-393/14) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/87/KE - Artikolu 10a(5) - Metodu tal-allokazjoni ta’ kwoti - Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti - Mod ta’ kalkolu tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi - Deċiżjoni 2011/278/UE - Artikolu 15(3) - Deċiżjoni 2013/448/UE - Artikolu 4 - Anness II - Validità])
(2016/C 243/04)
Lingwi tal-kawża: il-Ġermaniż, l-Olandiż, it-Taljan
Qrati tar-rinviju
Landesverwaltungsgericht Niederösterreich, Raad van State, Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawżi prinċipali
(Kawża C-191/14)
Rikorrenti: Borealis Polyolefine GmbH
Konvenut: Bundesminister für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft
(Kawża C-192/14)
Rikorrenti: OMV Refining & Marketing GmbH
Konvenut: Bundesminister für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft
(Kawża C-295/14)
Rikorrenti: DOW Benelux BV et
Konvenut: Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu
(Kawża C-389/14)
Rikorrenti: Esso Italiana Srl, Eni SpA, Linde Gas Italia Srl
Konvenuti: Comitato nazionale per la gestione della direttiva 2003/87/CE e per il supporto nella gestione delle attività di progetto del protocollo di Kyoto, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Presidenza del Consiglio dei Ministri,
fil-preżenza ta’: Edison SpA
(Kawża C-391/14)
Rikorrenti: Api Raffineria di Ancona SpA
Konvenuti: Comitato nazionale per la gestione della direttiva 2003/87/CE e per il supporto nella gestione delle attività di progetto del protocollo di Kyoto, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo economico
fil-preżenza ta’: Edison SpA
(Kawża C-392/14)
Rikorrenti: Lucchini in Amministrazione Straordinaria SpA
Konvenuti: Comitato nazionale per la gestione della direttiva 2003/87/CE e per il supporto nella gestione delle attività di progetto del protocollo di Kyoto, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo economico,
fil-preżenza ta’: Cofely Italia SpA
(Kawża C-393/14)
Rikorrenti: Dalmine SpA
Konvenuti: Comitato nazionale per la gestione della direttiva 2003/87/CE e per il supporto nella gestione delle attività di progetto del protocollo di Kyoto, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo economico
fil-preżenza ta’: Cofely Italia SpA, Buzzi Unicem SpA
Dispożittiv
1) |
Mill-eżami tal-ewwel sar-raba’ domandi fil-Kawżi C-191/14 u C-192/14, tat-tielet domanda fil-Kawża C-295/14 u tal-ewwel domanda fil-Kawżi C-389/14 u C-391/14 sa C-393/14 ma rriżulta ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sa fejn dan l-Artikolu 15(3) jeskludi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-emissjonijiet tal-produtturi tal-elettriku għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kwantità annwali massima ta’ kwoti. |
2) |
L-Artikolu 4 u l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huma invalidi. |
3) |
L-effetti tad-dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-Artikolu 4 u tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/448 għandhom jiġu limitati ratione temporis, minn naħa, b’tali mod li din id-dikjarazzjoni jkollha effett biss meta jintemm perijodu ta’ għaxar xhur mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza sabiex il-Kummissjoni Ewropea tkun tista’ tadotta l-miżuri meħtieġa u, min-naħa l-oħra, b’tali mod li l-miżuri adottati sakemm jintemm dan il-perijodu fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet invalidati ma jkunux jistgħu jiġu kkontestati. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Mejju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-346/14) (1)
([Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 4(3) TUE - Artikolu 288 TFUE - Direttiva 2000/60/KE - Politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ilma - Artikolu 4(1) - Prevenzjoni tad-deterjorazzjoni tal-istat tal-ilmijiet tal-wiċċ - Artikolu 4(7) - Deroga mill-projbizzjoni ta’ deterjorazzjoni - Interess pubbliku maġġuri - Awtorizzazzjoni għall-kostruzzjoni ta’ impjant idroelettriku fuq ix-xmara Schwarze Sulm (l-Awstrija) - Deterjorazzjoni tal-istat tal-ilma])
(2016/C 243/05)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve, C. Hermes u G. Wilms, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, Z. Petzl u J. Vláčil, aġenti)
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Mejju 2016 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-358/14) (1)
((Rikors għal annullament - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2014/40/UE - Artikolu 2.25, l-Artikolu 6(2)(b), l-Artikolu 7(1) sa (5), l-ewwel sentenza tal-paragrafu (7), u (12) sa (14), u l-Artikolu 13(1)(c) - Validità - Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk - Projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tat-tabakk b’togħma karatterizzanti - Prodotti tat-tabakk li fihom il-mentol - Bażi legali - Artikolu 114 TFUE - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Prinċipju ta’ sussidjarjetà))
(2016/C 243/06)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u M. Szwarc, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: R.-H. Radu, D. M. Bulancea u A. Vacaru, aġenti)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio, J. Rodrigues u A. Pospíšilová Padowska, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Segnana, J. Herrmann, K. Pleśniak u M. Simm, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: L-Irlanda (rappreżentanti: J. Quaney, M. A. Joyce, aġenti, assistiti minn E. Barrington u M. J. Cooke, SC, u E. Carolan, BL), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u S. Ghiandoni, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: V. Kaye, C. Brodie u M. Holt, aġenti, assistiti minn I. Rogers, QC, S. Abram u M. E. Metcalfe, barristers), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Van Hoof, C. Cattabriga u M. Owsiany-Hornung, aġenti)
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż. |
3) |
L-Irlanda, ir-Repubblika Franċiża, ir-Rumanija u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – Pillbox 38 (UK) Ltd vs Secretary of State for Health
(Kawża C-477/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2014/40/UE - Artikolu 20 - Sigaretti elettroniċi u kontenituri ta’ rikarika - Validità - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali - Prinċipju ta’ sussidjarjetà - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 16 u 17))
(2016/C 243/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pillbox 38 (UK) Ltd
Konvenuta: Secretary of State for Health
Dispożittiv
L-eżami tad-domanda magħmula ma żvela ebda element tali li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE.
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden - il-Pajiżi l-Baxxi) – Gemeente Borsele vs Staatssecretaris van Financiën, Staatssecretaris van Financiën vs Gemeente Borsele
(Kawża C-520/14) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1)(ċ) u Artikolu 9(1) - Persuni taxxabbli - Attivitajiet ekonomiċi - Kunċett - Trasport skolastiku])
(2016/C 243/08)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gemeente Borsele, Staatssecretaris van Financiën
Konvenuti: Staatssecretaris van Financiën, Gemeente Borsele
Dispożittiv
L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li kollettività territorjali, li tipprovdi servizz ta’ trasport skolastiku, f’kundizzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma teżerċitax attività ekonomika u għalhekk ma għandhiex il-kwalità ta’ persuna taxxabbli.
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-528/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa Doganali Komuni - Regolament (KE) Nru 1186/2009 - Artikolu 3 - Eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni - Proprjetà personali - Trasferiment ta’ residenza minn pajjiż terz għal Stat Membru - Kunċett ta’ “residenza normali” - Impossibbiltà li wieħed ikollu fl-istess ħin residenza normali fi Stat Membru u f’pajjiż terz - Kriterji ta’ determinazzjoni tal-post ta’ residenza normali))
(2016/C 243/09)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009, tas-16 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu, persuna fiżika ma jistax ikollha, fl-istess ħin, residenza normali kemm fi Stat Membru kif ukoll f’pajjiż terz. |
2) |
F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-persuna kkonċernata għandha kemm rabtiet personali kif ukoll rabtiet professjonali f’pajjiż terz u rabtiet personali fi Stat Membru, sabiex jiġi ddeterminat jekk ir-residenza normali tal-persuna kkonċernata, fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1186/2009, tinsabx fil-pajjiż terz, għandu jingħata importanza partikolari, matul l-evalwazzjoni globali tal-punti ta’ fatt rilevanti, lit-tul tar-residenza tal-persuna kkonċernata f’dan il-pajjiż. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden - il-Pajjiżi l-Baxxi) – Toorank Productions BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawżi magħquda C-532/414 u C-533/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestatura tariffarja 2206 - Intestatura tariffarja 2208 - Xarbiet alkoħoliċi miksuba minn fermentazzjoni segwita b’purifikazzjoni - Żieda ta’ addittivi max-xarbiet alkoħoliċi miksuba minn fermentazzjoni segwita b’purifikazzjoni - Xarbiet li tilfu l-proprjetajiet ta’ xarbiet li jaqgħu taħt l-intestatura tariffarja 2206))
(2016/C 243/10)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Toorank Productions BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Dispożittiv
1) |
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni […], fil-verżjonijiet tagħha li jirriżultaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005 u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007, għandha tiġi interpretata fis-sens li xarba, bħal Ferm Fruit, miksuba permezz tal-fermentazzjoni ta’ konċentrat tat-tuffieħ, intiża għall-konsum fil-forma pura tagħha jew sabiex isservi bħala ingredjent bażiku ta’ xarbiet oħra, b’kulur, riħa u togħma newtrali bħala riżultat tal-purifikazzjoni tagħha, b’mod partikolari permezz ta’ ultrafiltrazzjoni, u li l-qawwa alkoħolika bil-volum tagħha hija, mingħajr ma jiżdied l-alkoħol iddistillat, ta’ 16 % taqa’ taħt l-intestatura 2208 ta’ din in-nomenklatura. |
2) |
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, fil-verżjonijiet tagħha li jirriżultaw mir-Regolament Nru 1719/2005 u mir-Regolament Nru 1214/2007, għandha tiġi interpretata fis-sens li xarbiet ta’ qawwa alkoħolika bil-volum ta’ 14 %, li huma prodotti billi Ferm Fruit tiġi miżjuda b’zokkor, aromi, koloranti, sustanzi li jtejbu t-togħma, sustanzi li jgħaqqdu u sustanzi ta’ konservazzjoni, kif wkoll, fil-każ ta’ waħda minnhom, krema, u li ma fihomx alkoħol iddistillat, jaqgħu taħt l-intestatura 2208 ta’ din in-nomenklatura. |
3) |
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, fil-verżjonijiet tagħha li jirriżultaw mir-Regolament Nru 1719/2005 u mir-Regolament Nru 1214/2007, għandha tiġi interpretata fis-sens li xarba ta’ qawwa alkoħolika bil-volum ta’ 13,4 %, li hija prodotta billi Ferm Fruit tiġi miżjuda b’zokkor, aromi, koloranti, sustanzi li jtejbu t-togħma, sustanzi li jgħaqqdu, sustanzi ta’ konservazzjoni u alkoħol iddistillat, fejn dan tal-aħħar ma jirrappreżentax, f’termini ta’ volum u ta’ perċentwali, iktar minn 49 % tal-alkoħol preżenti f’din ix-xarba, filwaqt li l-51 % li jifdal jirriżulta minn proċess ta’ fermentazzjoni, taqa’ taħt l-intestatura 2208 ta’ din in-nomenklatura. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Mejju 2016 [talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit] – The Queen, Philip Morris Brands SARL, Philip Morris Ltd, British American Tobacco UK Limited vs Secretary of State for Health
(Kawża C-547/14) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2014/40/UE - Artikoli 7, 18 u 24(2) u (3) - Artikoli 8(3), 9(3), 10(1)(a), (c), u (g), 13 u 14 - Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk - Validità - Bażi legali - Artikolu 114 TFUE - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Prinċipju ta’ sussidjarjetà - Drittijiet fundamentali tal-Unjoni - Libertà ta’ espressjoni - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 11])
(2016/C 243/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Queen, fuq talba ta’: Philip Morris Brands SARL, Philip Morris Ltd, British American Tobacco UK Limited
Konvenuta: Secretary of State for Health
fil-preżenza ta’: Imperial Tobacco Ltd, JT International SA, Gallaher Ltd, Tann UK Ltd, Tannpapier GmbH, V. Mane Fils, Deutsche Benkert GmbH & Co. KG, Benkert UK Ltd, Joh. Wilh. von Eicken GmbH
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu iktar rekwiżiti f’dak li jikkonċerna l-aspetti tal-pakketti tal-prodotti tat-tabakk li ma jkunux armonizzati minn din id-direttiva. |
2) |
L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2014/40 għandu jiġi interpretat fis-sens li jiġi pprojbit fuq l-ittikkettjar ta’ pakkett individwali, fuq l-ippakkjar estern, kif ukoll fuq il-prodotti tat-tabakk innifishom, it-tqegħid ta’ informazzjoni li hija s-suġġett ta’ din id-dispożizzjoni, anki jekk din tkun fattwalment eżatta. |
3) |
L-eżami tad-domandi preliminari mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) [qorti tal-ġustizzja għolja (l-Ingilterra u Wales), taqsima tal-qorti tar-Reġina (qorti amministrattiva)] ma żvela ebda element ta’ natura tali li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikoli 7, 18 u 24(2) u (3) tad-Direttiva 2014/40, kif ukoll tad-dispożizzjonijiet fit-Titolu II, Kapitolu II ta’ din id-direttiva. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā apgabaltiesa – il-Latvja) – SIA “Oniors Bio” vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-233/15) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Subintestaturi 1517 90 91 u 1518 00 31 - Taħlita fluwida veġetali, mhux ipproċessata, mhux volatili, komposta minn żejt tal-kolza (88 %) u żejt tal-ġirasol (12 %)])
(2016/C 243/12)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Administratīvā apgabaltiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA “Oniors Bio”
Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011, tas-27 ta’ Settembru 2011, għandha tiġi interpretata fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk taħlita ta’ żjut veġetali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha tiġi kklassifikata, bħala taħlita ta’ żjut veġetali tajba għall-ikel, taħt is-subintestatura 1517 90 91 tan-Nomenklatura Magħquda jew bħala taħlita ta’ żjut veġetali mhux tajba għall-ikel, taħt is-subintestatura 1518 00 31 ta’ din in-nomenklatura, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha tal-każ, sa fejn dawn huma relatati mal-karatteristiċi u mal-proprjetajiet oġġettivi inerenti għal dan il-prodott. Fost il-fatturi rilevanti li jistgħu jiġġustifikaw il-kwalifikazzjoni ta’ tali taħlita “mhux tajba għall-ikel”, għandha tiġi evalwata l-informazzjoni pprovduta mill-manifattur ta’ din it-taħlita fil-kuntest tad-dikjarazzjoni doganali, li tgħid li, minħabba fil-karatteristiċi tal-proċess tal-manifattura tagħha, il-preżenza fl-imsemmija taħlita ta’ sustanzi noċivi ma tistax tiġi eskluża. F’dan ir-rigward, il-fatt li analiżi tal-kampjuni meħuda minn tali taħlita ta’ żjut veġetali ma sabitx il-preżenza, f’din it-taħlita, ta’ ebda sustanza noċiva, ma hijiex biżżejjed, waħedha, li tikkontesta l-klassifikazzjoni tat-taħlita inkwistjoni bħala “mhux tajba għall-ikel”. Dan ir-riżultat jimplika l-eżistenza ta’ evidenza rilevanti oħra, li biha tista’ tiġi kkontestata l-eżattezza tal-informazzjoni relatata mal-proċess tal-manifattura tat-taħlita kkonċernata, ipprovduta mill-manifattur u inkluża fid-dikjarazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 62, 68 u 71 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE), tat-13 ta’ April 2005.
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016 – Bank of Industry and Mine vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-358/15 P) (1)
((Appell - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran - Lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nruo945/2012 - Bażi legali - Kriterju bbażat fuq l-appoġġ materjali, loġistiku jew finanzjarju lill-Gvern tal-Iran - Parti mill-profitti ta’ kumpannija statali mogħtija lill-Istat tal-Iran))
(2016/C 243/13)
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Bank of Industry and Mine (rappreżentanti: E. Rosenfeld u S. Perrotet, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u A. Vitro, aġenti)
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Bank of Industry and Mine u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/14 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no44 de Barcelona – Spanja) – Alta Realitat SL vs Erlock Film ApS, Ulrich Thomsen
(Kawża C-384/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali - Notifika tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji - Regolament (KE) Nru 1393/2007 - Artikolu 8 - Assenza ta’ traduzzjoni tal-att - Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta att - Konoxxenzi lingwistiċi tad-destinatarju tal-att - Stħarriġ mill-qorti li quddiemha tressqet il-kawża fl-Istat Membru ta’ oriġini))
(2016/C 243/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia no44 de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Alta Realitat SL
Konvenuti: Erlock Film ApS, Ulrich Thomsen
Dispożittiv
Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li, man-notifika ta’ att lid-destinatarju tiegħu, li jirrisjedi f’territorju ta’ Stat Membru ieħor, fil-każ fejn l-att ma kienx ġie redatt jew akkumpanjat bi traduzzjoni jew f’lingwa li tifhem il-persuna kkonċernata, jew f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru indirizzat jew, jekk dak l-Istat Membru jkollu diversi lingwi uffiċjali, fil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn tkun trid issir in-notifika:
— |
il-qorti adita fl-Istat Membru ta’ oriġini għandha tiżgura li dan id-destinatarju kien ġie debitament informat, permezz tal-formula standard li tidher fl-Anness II ta’ dan ir-regolament, dwar id-dritt tiegħu li jirrifjuta li jaċċetta dan l-att; |
— |
f’każ ta’ ommissjoni ta’ din il-formalità, hija din il-qorti li għandha tirregolarizza l-proċedura konformement mad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament; |
— |
ma hijiex il-qorti adita li għandha tostakola l-eżerċizzju tad-dritt tad-destinatarju li jirrifjuta li jaċċetta l-att; |
— |
huwa biss wara li d-destinatarju effettivament uża d-dritt tiegħu li jirrifjuta li jaċċetta l-att li l-qorti adita tkun tista’ tivverifika l-fondatezza ta’ dan ir-rifjut; għal dan il-għan, din il-qorti għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha tal-fajl sabiex tiddetermina jekk il-persuna kkonċernata tifhimx jew le l-lingwa li biha ġie miktub l-att, u; |
— |
meta l-imsemmija qorti tikkonstata li r-rifjut tad-destinatarju tal-att ma kienx iġġustifikat, hija tista’ bħala prinċipju tapplika l-konsegwenzi previsti mid-dritt nazzjonali tagħha f’tali każ, sakemm tiġi ppriżervata l-effettività tar-Regolament Nru 1393/2007. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/15 |
Appell ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2015 minn Magyar Bencés Kongregáció Pannonhalmi Főapátság mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-10 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-453/14, Magyar Bencés Kongregáció Pannonhalmi Főapátság vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża C-607/15 P)
(2016/C 243/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Appellanti: Magyar Bencés Kongregáció Pannonhalmi Főapátság (rappreżentant: D. Sobor, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew
Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell permezz ta’ digriet tal-4 ta’ Mejju 2016 u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż.
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Marzu 2016 – Verband Sozialer Wettbewerb e.V. vs DHL Paket GmbH
(Kawża C-146/16)
(2016/C 243/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Verband Sozialer Wettbewerb e.V.
Konvenuta: DHL Paket GmbH
Domandi preliminari
1) |
L-informazzjoni dwar l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant, fis-sens tal-Artikolu 7(4)(b) tad-Direttiva 2005/29/KE (1) għandha tkun diġà inkluża fir-reklamar għal prodotti speċifiċi li jsir f’pubblikazzjoni stampata, anki jekk il-konsumaturi jixtru l-prodotti rreklamati biss permezz tas-sit internet, indikat fir-reklamar, tal-impriża li tagħmel il-promozzjoni tal-prodotti u l-konsumaturi jistgħu faċilment jiksbu l-informazzjoni rikjesta fl-Artikolu 7(4) tad-Direttiva minn dan is-sit internet jew permezz tiegħu? |
2) |
Ir-risposta għall-ewwel domanda tiddependi mill-kwistjoni ta’ jekk l-impriża tagħmilx ir-reklamar f’pubblikazzjoni stampata għall-bejgħ tal-prodotti tagħha stess u tirreferi direttament għas-sit tagħha stess għall-informazzjoni rikjesta mill-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2005/29/KE, jew jekk ir-reklamar jirreferix għal prodotti mibjugħa minn impriżi oħra fuq sit internet tal-impriża li tagħmel il-promozzjoni tal-prodotti u l-konsumaturi jiksbu l-informazzjoni rikjesta mill-Artikolu 7(4) tad-Direttiva biss permezz ta’ azzjoni jew diversi azzjonijiet addizzjonali (klikks) permezz ta’ links li jirreferu għas-siti internet ta’ dawn l-impriżi l-oħra, links li jidhru biss fis-sit imsemmi fir-reklamar, jiġifieri dak tal-amministratur tal-bejgħ interface? |
(1) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 149, p. 22.
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Oradea (ir-Rumanija) fl-1 ta’ April 2016 – Ruxandra Paula Andriciuc et vs Banca Românească SA
(Kawża C-186/16)
(2016/C 243/17)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Oradea
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ruxandra Paula Andriciuc et
Konvenuta: Banca Românească SA
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li żbilanċ sinjifikattiv fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li joħorġu mill-kuntratt għandu jiġi analizzat billi jitqies strettament il-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt jew għandu jkopri wkoll is-sitwazzjoni li fiha, matul iż-żmien tal-kuntratt eżegwit suċċessivament, tibdil sinjifikattiv tar-rata tal-kambju jrendi l-obbligi tal-konsumatur eċċessivament onerużi meta mqabbla mal-istat tagħhom fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt? |
2) |
Il-lingwaġġ sempliċi u ċar ta’ klawżola kuntrattwali previst fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 għandu jinftiehem fis-sens li l-klawżola inkwistjoni għandha tindika biss ir-raġunijiet tal-inklużjoni tagħha fil-kuntratt u l-mod kif din tiffunzjona, jew għandha tindika wkoll il-konsegwenzi kollha li din jista’ jkollha fuq il-prezz imħallas mill-konsumatur, bħar-riskju tal-kambju, u, fid-dawl tad-Direttiva 93/13, jista’ wieħed iqis li l-obbligu tal-bank li jinforma lill-klijent fil-mument tal-għoti tal-kreditu jipprevedi biss il-kundizzjonijiet ta’ kreditu, jiġifieri l-interessi, il-kummissjonijiet u l-garanziji imposti fuq il-persuna li tissellef, mingħajr l-inklużjoni taħt dan l-obbligu tal-possibbiltà ta’ żieda fil-valur jew deprezzament ta’ munita barranija? |
3) |
L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-espressjonijiet “kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt” u s-“suffiċjenza tal-prezz u r-remunerazzjoni, fuq naħa waħda, kontra s-servizzi jew il-merkanzija provduti bi tpartit, fuq in-naħa l-oħra”, ikopru klawżola inkluża f’kuntratt ta’ kreditu konkluż f’munita barranija bejn negozjant u konsumatur li ma ġietx innegozjata individwalment u li skontha l-kreditu għandu jiġi rrimborsat fl-istess munita? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fit-18 ta’ April 2016 – Elecdey Carcelén S.A. vs Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha
(Kawża C-215/16)
(2016/C 243/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha, Sala Contencioso-Administrativo, Sección Segunda
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Elecdey Carcelén S.A.
Konvenuta: Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha
Domandi preliminari
1) |
Peress li l-“iskemi ta’ sostenn” kif iddefiniti fl-Artikolu 2(k) tad-Direttiva 2009/28[/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE], u fosthom l-inċentivi fiskali bħalma huma t-tnaqqis tat-taxxa, l-eżenzjonijiet u r-rimborsi tat-taxxa, huma mfassla bħala strumenti sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ konsum tal-enerġija rinnovabbli previsti f’din id-direttiva, għandu jitqies li l-inċentivi jew il-miżuri msemmija għandhom natura vinkolanti u jorbtu lill-Istati Membri, b’effett dirett sa fejn dawn jistgħu jiġu invokati mill-individwi affettwati quddiem kwalunkwe tip ta’ istanzi pubbliċi, ġudizzjarji u amministrattivi? |
2) |
Il-frażi “iżda mhuwiex limitat biss” li tinsab fl-elenku, fost l-“iskemi ta’ sostenn” imsemmija fid-domanda preċedenti, ta’ inċentivi fiskali li jikkonsistu fi tnaqqis tat-taxxa, f’eżenzjonijiet u f’rimborsi ta’ taxxa, tfisser li għandu jitqies li n-nuqqas ta’ tassazzjoni għandu jingħadd fost dawn l-inċentivi, jiġifieri l-projbizzjoni ta’ kull tip ta’ impożizzjoni speċifika u partikolari, li tiżdied mat-taxxi ġenerali imposti fuq l-attività ekonomika u l-produzzjoni tal-elettriku, miżmuma fuq l-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli? Bl-istess mod, għandu jitqies li l-projbizzjoni ġenerali ċċitata iktar 'il fuq tinkludi l-projbizzjoni ta’ taxxa doppja, ta’ kumulu jew ta’ sovrappożizzjoni ta’ diversi taxxi ġenerali jew speċifiċi imposti fuq fażijiet differenti tal-attività ta’ produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u għandhom impatt fuq l-istess fatt taxxabbli intaxxat bit-tariffa eolika inkwistjoni? |
3) |
Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun negattiva u jekk it-tassazzjoni tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli hija aċċettata, għall-finijiet tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118[/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE], il-kunċett ta’ “finijiet speċifiċi” għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għan imfittex għandu jkun esklużiv u li, barra minn hekk, it-taxxa imposta fuq l-enerġija rinnovabbli għandha jkollha, mill-perspettiva tal-istruttura tagħha, natura verament mhux fiskali u mhux sempliċiment baġitarja jew ta’ ġbir ta’ dħul? |
4) |
Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96[/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku], li, meta jsemmi l-livelli ta’ tassazzjoni li l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-prodotti tal-enerġija u għall-elettriku, jieħu bħala riferiment il-livelli minimi previsti mid-Direttiva, mifhuma bħala l-ammont totali tat-taxxi diretti u indiretti kollha imposti fuq dawn il-prodotti meta jitqiegħdu għall-konsum, għandu jitqies li dan l-ammont għandu jwassal għall-esklużjoni, mil-livell ta’ tassazzjoni rikjest mid-Direttiva, tat-taxxi nazzjonali li ma għandhomx natura verament mhux fiskali fid-dawl tal-istruttura u tal-iskop speċifiku tagħhom, kif interpretat mir-risposta mogħtija għad-domanda preċedenti? |
5) |
It-terminu “tariffi” użat fl-Artikolu 13(1)(e) tad-Direttiva 2009/28 huwa kunċett awtonomu tad-dritt Ewropew li għandu jiġi interpretat f’sens usa’, bħala li jinkludi u huwa sinonimu tal-kunċett ta’ taxxa ġenerali? |
6) |
Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun affermattiva, it-tariffi li għandhom jitħallsu mill-konsumaturi msemmija fl-Artikolu 13(1)(e) tad-Direttiva 2009/28 jistgħu jinkludu biss it-taxxi jew impożizzjonijiet fiskali maħsuba sabiex jikkumpensaw, jekk ikun il-każ, id-danni kkawżati mill-effett [tal-installazzjonijiet eoliċi] fuq l-ambjent u li jippruvaw jagħmlu tajjeb, bl-ammont irċevut, għad-danni marbuta ma’ tali preġudizzju jew effett negattiv, bl-esklużjoni tat-taxxi jew tal-benefiċċji li, sa fejn ikunu imposti fuq enerġija li ma tniġġisx, għandhom skop essenzjalment baġitarju jew ta’ ġenerazzjoni ta’ dħul? |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fit-18 ta’ April 2016 – Energías Eólicas de Cuenca S.A. vs Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha
(Kawża C-216/16)
(2016/C 243/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha, Sala Contencioso-Administrativo, Sección Segunda
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Energías Eólicas de Cuenca S.A.
Konvenuta: Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha
Domandi preliminari
1) |
Peress li l-“iskemi ta’ sostenn” kif iddefiniti fl-Artikolu 2(k) tad-Direttiva 2009/28[/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE], u fosthom l-inċentivi fiskali bħalma huma t-tnaqqis tat-taxxa, l-eżenzjonijiet u r-rimborsi tat-taxxa, huma mfassla bħala strumenti sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ konsum tal-enerġija rinnovabbli previsti f’din id-direttiva, għandu jitqies li l-inċentivi jew il-miżuri msemmija għandhom natura vinkolanti u jorbtu lill-Istati Membri, b’effett dirett sa fejn dawn jistgħu jiġu invokati mill-individwi affettwati quddiem kwalunkwe tip ta’ istanzi pubbliċi, ġudizzjarji u amministrattivi? |
2) |
Il-frażi “iżda mhuwiex limitat biss” li tinsab fl-elenku, fost l-“iskemi ta’ sostenn” imsemmija fid-domanda preċedenti, ta’ inċentivi fiskali li jikkonsistu fi tnaqqis tat-taxxa, f’eżenzjonijiet u f’rimborsi ta’ taxxa, tfisser li għandu jitqies li n-nuqqas ta’ tassazzjoni għandu jingħadd fost dawn l-inċentivi, jiġifieri l-projbizzjoni ta’ kull tip ta’ impożizzjoni speċifika u partikolari, li tiżdied mat-taxxi ġenerali imposti fuq l-attività ekonomika u l-produzzjoni tal-elettriku, miżmuma fuq l-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli? Bl-istess mod, għandu jitqies li l-projbizzjoni ġenerali ċċitata iktar 'il fuq tinkludi l-projbizzjoni ta’ taxxa doppja, ta’ kumulu jew ta’ sovrappożizzjoni ta’ diversi taxxi ġenerali jew speċifiċi imposti fuq fażijiet differenti tal-attività ta’ produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u għandhom impatt fuq l-istess fatt taxxabbli intaxxat bit-tariffa eolika inkwistjoni? |
3) |
Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun negattiva u jekk it-tassazzjoni tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli hija aċċettata, għall-finijiet tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118[/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE], il-kunċett ta’ “finijiet speċifiċi” għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għan imfittex għandu jkun esklużiv u li, barra minn hekk, it-taxxa imposta fuq l-enerġija rinnovabbli għandha jkollha, mill-perspettiva tal-istruttura tagħha, natura verament mhux fiskali u mhux sempliċiment baġitarja jew ta’ ġbir ta’ dħul? |
4) |
Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96[/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku], li, meta jsemmi l-livelli ta’ tassazzjoni li l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-prodotti tal-enerġija u għall-elettriku, jieħu bħala riferiment il-livelli minimi previsti mid-Direttiva, mifhuma bħala l-ammont totali tat-taxxi diretti u indiretti kollha imposti fuq dawn il-prodotti meta jitqiegħdu għall-konsum, għandu jitqies li dan l-ammont għandu jwassal għall-esklużjoni, mil-livell ta’ tassazzjoni rikjest mid-Direttiva, tat-taxxi nazzjonali li ma għandhomx natura verament mhux fiskali fid-dawl tal-istruttura u tal-iskop speċifiku tagħhom, kif interpretat mir-risposta mogħtija għad-domanda preċedenti? |
5) |
It-terminu “tariffi” użat fl-Artikolu 13(1)(e) tad-Direttiva 2009/28 huwa kunċett awtonomu tad-dritt Ewropew li għandu jiġi interpretat f’sens usa’, bħala li jinkludi u huwa sinonimu tal-kunċett ta’ taxxa ġenerali? |
6) |
Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun affermattiva, it-tariffi li għandhom jitħallsu mill-konsumaturi msemmija fl-Artikolu 13(1)(e) tad-Direttiva 2009/28 jistgħu jinkludu biss it-taxxi jew impożizzjonijiet fiskali maħsuba sabiex jikkumpensaw, jekk ikun il-każ, id-danni kkawżati mill-effett [tal-installazzjonijiet eoliċi] fuq l-ambjent u li jippruvaw jagħmlu tajjeb, bl-ammont irċevut, għad-danni marbuta ma’ tali preġudizzju jew effett negattiv, bl-esklużjoni tat-taxxi jew tal-benefiċċji li, sa fejn ikunu imposti fuq enerġija li ma tniġġisx, għandhom skop essenzjalment baġitarju jew ta’ ġenerazzjoni ta’ dħul? |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fl-20 ta’ April 2016 – Iberenova Promociones S.A.U. vs Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha
(Kawża C-220/16)
(2016/C 243/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha, Sala Contencioso-Administrativo, Sección Segunda
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Iberenova Promociones S.A.U.
Konvenuta: Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha
Domandi preliminari
1) |
Peress li l-“iskemi ta’ sostenn” kif iddefiniti fl-Artikolu 2(k) tad-Direttiva 2009/28[/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE], u fosthom l-inċentivi fiskali bħalma huma t-tnaqqis tat-taxxa, l-eżenzjonijiet u r-rimborsi tat-taxxa, huma mfassla bħala strumenti sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ konsum tal-enerġija rinnovabbli previsti f’din id-direttiva, għandu jitqies li l-inċentivi jew il-miżuri msemmija għandhom natura vinkolanti u jorbtu lill-Istati Membri, b’effett dirett sa fejn dawn jistgħu jiġu invokati mill-individwi affettwati quddiem kwalunkwe tip ta’ istanzi pubbliċi, ġudizzjarji u amministrattivi? |
2) |
Il-frażi “iżda mhuwiex limitat biss” li tinsab fl-elenku, fost l-“iskemi ta’ sostenn” imsemmija fid-domanda preċedenti, ta’ inċentivi fiskali li jikkonsistu fi tnaqqis tat-taxxa, f’eżenzjonijiet u f’rimborsi ta’ taxxa, tfisser li għandu jitqies li n-nuqqas ta’ tassazzjoni għandu jingħadd fost dawn l-inċentivi, jiġifieri l-projbizzjoni ta’ kull tip ta’ impożizzjoni speċifika u partikolari, li tiżdied mat-taxxi ġenerali imposti fuq l-attività ekonomika u l-produzzjoni tal-elettriku, miżmuma fuq l-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli? Bl-istess mod, għandu jitqies li l-projbizzjoni ġenerali ċċitata iktar 'il fuq tinkludi l-projbizzjoni ta’ taxxa doppja, ta’ kumulu jew ta’ sovrappożizzjoni ta’ diversi taxxi ġenerali jew speċifiċi imposti fuq fażijiet differenti tal-attività ta’ produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u għandhom impatt fuq l-istess fatt taxxabbli intaxxat bit-tariffa eolika inkwistjoni? |
3) |
Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun negattiva u jekk it-tassazzjoni tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli hija aċċettata, għall-finijiet tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118[/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE], il-kunċett ta’ “finijiet speċifiċi” għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għan imfittex għandu jkun esklużiv u li, barra minn hekk, it-taxxa imposta fuq l-enerġija rinnovabbli għandha jkollha, mill-perspettiva tal-istruttura tagħha, natura verament mhux fiskali u mhux sempliċiment baġitarja jew ta’ ġbir ta’ dħul? |
4) |
Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96[/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku], li, meta jsemmi l-livelli ta’ tassazzjoni li l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-prodotti tal-enerġija u għall-elettriku, jieħu bħala riferiment il-livelli minimi previsti mid-Direttiva, mifhuma bħala l-ammont totali tat-taxxi diretti u indiretti kollha imposti fuq dawn il-prodotti meta jitqiegħdu għall-konsum, għandu jitqies li dan l-ammont għandu jwassal għall-esklużjoni, mil-livell ta’ tassazzjoni rikjest mid-Direttiva, tat-taxxi nazzjonali li ma għandhomx natura verament mhux fiskali fid-dawl tal-istruttura u tal-iskop speċifiku tagħhom, kif interpretat mir-risposta mogħtija għad-domanda preċedenti? |
5) |
It-terminu “tariffi” użat fl-Artikolu 13(1)(e) tad-Direttiva 2009/28 huwa kunċett awtonomu tad-dritt Ewropew li għandu jiġi interpretat f’sens usa’, bħala li jinkludi u huwa sinonimu tal-kunċett ta’ taxxa ġenerali? |
6) |
Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun affermattiva, it-tariffi li għandhom jitħallsu mill-konsumaturi msemmija fl-Artikolu 13(1)(e) tad-Direttiva 2009/28 jistgħu jinkludu biss it-taxxi jew impożizzjonijiet fiskali maħsuba sabiex jikkumpensaw, jekk ikun il-każ, id-danni kkawżati mill-effett [tal-installazzjonijiet eoliċi] fuq l-ambjent u li jippruvaw jagħmlu tajjeb, bl-ammont irċevut, għad-danni marbuta ma’ tali preġudizzju jew effett negattiv, bl-esklużjoni tat-taxxi jew tal-benefiċċji li, sa fejn ikunu imposti fuq enerġija li ma tniġġisx, għandhom skop essenzjalment baġitarju jew ta’ ġenerazzjoni ta’ dħul? |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fl-20 ta’ April 2016 – Iberdrola Renovables Castilla La Mancha S.A. vs Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha
(Kawża C-221/16)
(2016/C 243/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha, Sala Contencioso-Administrativo, Sección Segunda
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Iberdrola Renovables Castilla La Mancha S.A.
Konvenuta: Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha
Domandi preliminari
1) |
Peress li l-“iskemi ta’ sostenn” kif iddefiniti fl-Artikolu 2(k) tad-Direttiva 2009/28[/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE], u fosthom l-inċentivi fiskali bħalma huma t-tnaqqis tat-taxxa, l-eżenzjonijiet u r-rimborsi tat-taxxa, huma mfassla bħala strumenti sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ konsum tal-enerġija rinnovabbli previsti f’din id-direttiva, għandu jitqies li l-inċentivi jew il-miżuri msemmija għandhom natura vinkolanti u jorbtu lill-Istati Membri, b’effett dirett sa fejn dawn jistgħu jiġu invokati mill-individwi affettwati quddiem kwalunkwe tip ta’ istanzi pubbliċi, ġudizzjarji u amministrattivi? |
2) |
Il-frażi “iżda mhuwiex limitat biss” li tinsab fl-elenku, fost l-“iskemi ta’ sostenn” imsemmija fid-domanda preċedenti, ta’ inċentivi fiskali li jikkonsistu fi tnaqqis tat-taxxa, f’eżenzjonijiet u f’rimborsi ta’ taxxa, tfisser li għandu jitqies li n-nuqqas ta’ tassazzjoni għandu jingħadd fost dawn l-inċentivi, jiġifieri l-projbizzjoni ta’ kull tip ta’ impożizzjoni speċifika u partikolari, li tiżdied mat-taxxi ġenerali imposti fuq l-attività ekonomika u l-produzzjoni tal-elettriku, miżmuma fuq l-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli? Bl-istess mod, għandu jitqies li l-projbizzjoni ġenerali ċċitata iktar 'il fuq tinkludi l-projbizzjoni ta’ taxxa doppja, ta’ kumulu jew ta’ sovrappożizzjoni ta’ diversi taxxi ġenerali jew speċifiċi imposti fuq fażijiet differenti tal-attività ta’ produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u għandhom impatt fuq l-istess fatt taxxabbli intaxxat bit-tariffa eolika inkwistjoni? |
3) |
Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun negattiva u jekk it-tassazzjoni tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli hija aċċettata, għall-finijiet tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118[/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE], il-kunċett ta’ “finijiet speċifiċi” għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għan imfittex għandu jkun esklużiv u li, barra minn hekk, it-taxxa imposta fuq l-enerġija rinnovabbli għandha jkollha, mill-perspettiva tal-istruttura tagħha, natura verament mhux fiskali u mhux sempliċiment baġitarja jew ta’ ġenerazzjoni ta’ dħul? |
4) |
Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96[/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku], li, meta jsemmi l-livelli ta’ tassazzjoni li l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-prodotti tal-enerġija u għall-elettriku, jieħu bħala riferiment il-livelli minimi previsti mid-Direttiva, mifhuma bħala l-ammont totali tat-taxxi diretti u indiretti kollha imposti fuq dawn il-prodotti meta jitqiegħdu għall-konsum, għandu jitqies li dan l-ammont għandu jwassal għall-esklużjoni, mil-livell ta’ tassazzjoni rikjest mid-Direttiva, tat-taxxi nazzjonali li ma għandhomx natura verament mhux fiskali fid-dawl tal-istruttura u tal-iskop speċifiku tagħhom, kif interpretat mir-risposta mogħtija għad-domanda preċedenti? |
5) |
It-terminu “tariffi” użat fl-Artikolu 13(1)(e) tad-Direttiva 2009/28 huwa kunċett awtonomu tad-dritt Ewropew li għandu jiġi interpretat f’sens usa’, bħala li jinkludi u huwa sinonimu tal-kunċett ta’ taxxa ġenerali? |
6) |
Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun affermattiva, it-tariffi li għandhom jitħallsu mill-konsumaturi msemmija fl-Artikolu 13(1)(e) tad-Direttiva 2009/28 jistgħu jinkludu biss it-taxxi jew impożizzjonijiet fiskali maħsuba sabiex jikkumpensaw, jekk ikun il-każ, id-danni kkawżati mill-effett [tal-installazzjonijiet eoliċi] fuq l-ambjent u li jippruvaw jagħmlu tajjeb, bl-ammont irċevut, għad-danni marbuta ma’ tali preġudizzju jew effett negattiv, bl-esklużjoni tat-taxxi jew tal-benefiċċji li, sa fejn ikunu imposti fuq enerġija li ma tniġġisx, għandhom skop essenzjalment baġitarju jew ta’ ġenerazzjoni ta’ dħul? |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna (il-Bulgarija) fl-20 ta’ April 2016 – “MIP-TS” OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Varna
(Kawża C-222/16)
(2016/C 243/22)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“MIP-TS” OOD
Konvenut: Nachalnik na Mitnitsa Varna
Domanda preliminari
Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011, tat-3 ta’ Awwissu 2011, ikopri l-importazzjoni ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li jkollhom daqs ta’ ċellola ta’ iktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li tiżen iktar minn 35 g/m2, esklużi d-diski tal-fibreglass, li bħalissa jinsabu fil-kodiċijiet tan-NM ex 7019 51 00 u ex 7019 59 00 (il-kodiċijiet tat-TARIC 7019510010 u 7019590010) u li fl-10 ta’ April 2012 ġew irreġistrati għall-finijiet tal-proċedura doganali “rilaxx għal ċirkolazzjoni libera u għall-konsum” bl-indikazzjoni li kienu joriġinaw mit-Tajlandja, minn fejn kienu ntbagħtu, meta fil-fatt joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif ikkonstat fil-kuntest ta’ investigazzjoni magħmula u ta’ rapport redatt mill-OLAF skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill?
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fl-20 ta’ April 2016 – Asotsiatsiya na balgarskite predpriyatiya za mezhdunarodni prevozi i patishtata (AEBTRI) vs Nachalnik na Mitnitsa Burgas bħala s-suċċessur ta’ Mitnitsa Svilengrad
(Kawża C-224/16)
(2016/C 243/23)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Asotsiatsiya na balgarskite predpriyatiya za mezhdunarodni prevozi i patishtata (AEBTRI)
Konvenut: Nachalnik na Mitinitsa Burgas bħala s-suċċessur ta’ Mitnitsa Svilengrad
Domandi preliminari
1) |
Sabiex jiġu evitati deċiżjonijiet ġudizzjarji kunfliġġenti, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħti interpretazzjoni vinkolanti għall-qrati tal-Istati Membri tal-Konvenzjoni TIR, konkluża mill-Komunità Ewropea permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2112/78 (1), tal-25 ta’ Lulju 1978, “dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Doganali fuq it-trasport internazzjonali ta’ oġġetti taħt il-carnets TIR (Konvenzjoni TIR) tal-14 ta’ Novembru 1975 f’Ġinevra” (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 1, p. 208; din il-konvenzjoni daħlet fis-seħħ fil-Komunità Ewropea fl-20 ta’ Ġunju 1983), fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 8 u 11 tal-Konvenzjoni TIR bil-għan li jiġi evalwat jekk l-assoċjazzjoni garanti tkunx responsabbli wkoll taħt l-Artikolu 457(2) tar-Regolament ta’ implementazzjoni (2) tal-Kodiċi Doganali Komunitarju? |
2) |
L-interpretazzjoni tal-Artikolu 457(2) tar-Regolament ta’ implementazzjoni, flimkien mal-Artikolu 8(7) [li sar l-Artikolu 11(2)] tal-Konvenzjoni TIR, flimkien man-noti ta’ spjega tagħhom, tippermetti li jitqies li, f’każ bħal dak ineżami, meta d-dejn imsemmi fl-Artikolu 8(1) u (2) tal-Konvenzjoni [TIR] isir dovut, il-ħlas ta’ dan id-dejn għandu jintalab, sa fejn ikun possibbli, mid-detentur tal-carnet TIR, qabel ma titressaq talba quddiem l-assoċjazzjoni garanti? |
3) |
Meta destinatarju jikseb jew ikollu fil-pussess tiegħu merkanzija li jkun jaf li tkun ġiet ittrasportata taħt carnet TIR u meta ma jkunx ġie stabbilit li din il-merkanzija kienet ġiet ippreżentata u ddikjarata fl-uffiċċju doganali (ta’ destinazzjoni), għandu jitqies, fid-dawl biss ta’ dawn il-fatti, fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 203(3), flimkien mal-Artikolu 213 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, li dan id-destinatarju huwa persuna li kienet taf jew li raġonevolment kien imissha kienet taf li l-merkanzija kienet inħarġet mis-sorveljanza doganali u li din il-persuna għandha tinżamm responsabbli in solidum? |
4) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-ommissjoni mill-amministrazzjoni doganali li titlob lil dan l-istess destinatarju jħallas id-dejn doganali tipprekludi l-involviment tar-responsabbiltà – irregolata b’mod partikolari permezz tal-Artikolu 457(2) tar-Regolament ta’ implementazzjoni – tal-assoċjazzjoni garanti msemmija fl-Artikolu 1(q) tal-Konvenzjoni TIR? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2112/78, tal-25 ta’ Lulju 1978, dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Doganali fuq it-trasport internazzjonali ta’ oġġetti taħt il-carnets TIR (Konvenzjoni TIR) tal-14 ta’ Novembru 1975 f’Ġinevra (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 1, p. 208).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3).
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fit-2 ta’ Mejju 2016 – Edward Cussens, John Jennings, Vincent Kingston vs T. G. Brosman
(Kawża C-251/16)
(2016/C 243/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Edward Cussens, John Jennings, Vincent Kingston
Konvenut: T. G. Brosman
Domandi preliminari
1) |
Il-prinċipju ta’ abbuż ta’ dritt, li kif ġie ddikjarat fis-sentenza tal-21 ta’ Frar 2006, Halifax et, C-225/02, EU:C:2006:121, huwa applikabbli fil-qasam tal-VAT, għandu effett dirett kontra individwu fl-assenza ta’ miżura nazzjonali, kemm jekk leġiżlattiva kif ukoll jekk ġudizzjarja, li timplementa dan il-prinċipju, meta, bħal ma huwa l-każ f’din il-kawża, ir-riklassifikazzjoni tat-tranżazzjonijiet ta’ qabel il-bejgħ u ta’ dawk tal-bejgħ lix-xerrejja (iktar ’il quddiem imsemmija, flimkien, it-“tranżazzjonijiet tar-rikorrenti”), kif issuġġerita mill-Commissioners, tnissel fi ħdan ir-rikorrenti responsabbiltà għall-ħlas tal-VAT, filwaqt li, skont applikazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ dak iż-żmien għat-tranżazzjonijiet tar-rikorrenti, tali responsabbiltà ma kinitx tnisslet? |
2) |
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun li l-prinċipju ta’ abbuż ta’ dritt għandu effett dirett għal individwu, anki fl-assenza ta’ miżura nazzjonali, kemm jekk leġiżlattiva kif ukoll jekk ġudizzjarja, li timplementa dan il-prinċipju, l-istess prinċipju huwa suffiċjentement ċar u preċiż sabiex jiġi applikat għat-tranżazzjonijiet tar-rikorrenti mwettqa qabel ma ngħatat is-sentenza Halifax, u b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti? |
3) |
Jekk il-prinċipju ta’ abbuż ta’ dritt japplika għat-tranżazzjonijiet tar-rikorrenti b’tali mod li dawn għandhom jiġu rriklassifikati,
|
4) |
Sabiex tiddetermina jekk l-għan essenzjali tat-tranżazzjonijiet tar-rikorrenti kienx li jinkiseb vantaġġ fiskali, il-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni t-tranżazzjonijiet ta’ qabel il-bejgħ (li, kif ġie deċiż, twettqu biss għal raġunijiet fiskali) b’mod iżolat, jew inkella għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-għan globali tat-tranżazzjonijiet tar-rikorrenti? |
5) |
L-Artikolu 4(9) tal-liġi tal-VAT għandu jiġi ttrattat bħala leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi s-Sitt Direttiva (1), minkejja l-fatt li huwa inkompatibbli mad-dispożizzjoni leġiżlattiva prevista fl-Artikolu 4(3) tas-Sitt Direttiva li, jekk jiġi interpretat korrettament, iwassal sabiex ir-rikorrenti jiġu ttrattati, f’dak li jirrigwarda l-kunsinna qabel l-ewwel okkupazzjoni tal-proprjetà immobbli, bħala persuni taxxabbli, filwaqt li diġà kien hemm ċessjoni preċedenti suġġetta għall-VAT? |
6) |
Jekk l-Artikolu 4(9) huwa inkompatibbli mas-Sitt Direttiva, ir-rikorrenti li jużaw din id-dispożizzjoni jkunu qegħdin iwettqu abbuż ta’ dritt li jmur kontra l-prinċipji sanċiti fis-sentenza Halifax? |
7) |
Sussidjarjament, jekk l-Artikolu 4(9) huwa inkompatibbli mas-Sitt Direttiva, ir-rikorrenti kisbu vantaġġ fiskali li jmur kontra l-għan tad-Direttiva u jew tal-Artikolu 4? |
8) |
Anki jekk l-Artikolu 4(9) ma għandux jiġi ttrattat bħala li jittrasponi s-Sitt Direttiva, il-prinċipju ta’ abbuż ta’ dritt kif stabbilit fis-sentenza Halifax japplika madankollu għat-tranżazzjonijiet inkwistjoni fid-dawl tal-kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Halifax? |
(1) Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/24 |
Appell ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2016 minn Schenker Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fid-29 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-265/12, Schenker Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-263/16 P)
(2016/C 243/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Schenker Ltd (rappreżentanti: F. Montag, avukat, F. Hoseinian, avukat, M. Eisenbarth, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-265/12 Schenker Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea; |
— |
tannulla l-Artikolu 1(1)(a) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Marzu 2012 fil-Każ COMP/39462 – Spedizzjoni tal-Merkanzija (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) jew, sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali; |
— |
tannulla jew, sussidjarjament, tnaqqas il-multi stipulati fl-Artikolu 2(1)(a) tad-deċiżjoni kkontestata jew, sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali; u |
— |
tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tal-kawża. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka l-aggravji li ġejjin:
1. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-Kummissjoni setgħet tibbaża ruħha fuq l-applikazzjoni għall-immunità ta’ Deutsche Post, li ma kienx hemm ksur tal-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ rappreżentanza doppja u li l-Kummissjoni ma kinitx meħtieġa tinvestiga l-ksur potenzjali ta’ dan il-prinċipju. |
2. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat l-Artikolu 1 tar-Regolament 141/62 (1) bħala li ma huwiex applikabbli għall-aġir marbut mas-“sistema ta’ esportazzjoni ġdida tar-Renju Unit”. |
3. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-aġir marbut mas-“sistema ta’ esportazzjoni ġdida tar-Renju Unit”, minkejja li huwa limitat għal sovrataxxi fuq servizz ta’ depożitu marbut ma’ spedizzjoni ta’ merkanzija mir-Renju Unit lejn pajjiżi barra miż-ŻEE, seta’ jaffettwa b’mod sinjifikattiv il-kummerċ bejn Stati Membri. |
4. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-Kummissjoni ma kisritx l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u l-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) meta ddeċidiet li ma żżommx lil The Brink’s Company responsabbli in solidum mal-appellanti (bħala suċċessur ta’ BAX Global Ltd (UK)) għall-aġir marbut mas-“sistema ta’ esportazzjoni ġdida tar-Renju Unit”. |
5. |
Meta qieset li l-Kummissjoni, fil-kalkolu tagħha tal-multi, ma kisritx l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 (2), u lanqas il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ adegwatezza tal-piena għall-ksur, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi żnaturat il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata, eċċediet il-limiti tal-kompetenzi tagħha taħt l-Artikolu 264 TFUE u naqset milli twettaq eżerċizzju ta’ bbilanċjar fl-ambitu tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
6. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonfermat ir-rati ta’ tnaqqis użati mill-Kummissjoni skont l-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 (3) u żnaturat il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata. |
(1) KEE: Regolament tal-Kunsll Nru 141 li jeżenta t-trasport mill-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17 (ĠU 1962, 124, p. 2751).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mnilin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
(3) Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità mill-multi u t-tnaqqis tal-ammont tagħhom fil-każijiet ta’ akkordji (ĠU 2006, C 298, p. 17).
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/25 |
Appell ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2016 minn Deutsche Bahn AG, Schenker AG, Schenker China Ltd, Schenker International (H.K.) Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fid-29 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-267/12, Deutsche Bahn AG et vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-264/16 P)
(2016/C 243/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Deutsche Bahn AG, Schenker AG, Schenker China Ltd, Schenker International (H.K.) Ltd (rappreżentanti: F. Montag, F. Hoseinian, M. Eisenbarth, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla s-sentenza tad-29 ta’ Frar 2016, Deutsche Bahn et vs Il-Kummissjoni (T-267/12, EU:T:2016:110); |
— |
tannulla l-Artikolu 1(2)(g), l-Artikolu 1(3)(a) u (b), u l-Artikolu 1(4)(h) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni mogħtija fit-28 ta’ Marzu 2012 fil-Każ COMP/39462 – Spedizzjoni tal-merkanzija) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) jew, sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali; |
— |
tannulla jew, sussidjarjament, tnaqqas il-multi ffissati fl-Artikolu 2(2)(g), fl-Artikolu 2(3)(a) u (b), u fl-Artikolu 2(4)(h) tad-deċiżjoni kkontestata jew, sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jqajmu l-ħames aggravji li ġejjin insostenn tal-appell:
1. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ddeċidiet li l-Kummissjoni kienet intitolata tibbaża ruħha fuq it-talba għal immunità ta’ Deutsche Post, li l-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ rappreżentanza doppja ma kienx ġie miksur u li l-Kummissjoni ma kellhiex l-obbligu tinvestiga dwar il-ksur possibbli ta’ dan il-prinċipju. |
2. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi interpretat l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 141 (1) b’tali mod li ma japplikax għall-aġir relatat mas-“sistema ta’ manifest avvanzata”. |
3. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kisritx l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296 TFUE meta hija ddeċidiet li ma tikkundannax lil The Brink’s Company in solidum ma’ Schenker China Ltd. [bħala s-suċċessur ta’ BAX Global (China) Co. Ltd.] għall-aġir relatat mal-“fattur ta’ aġġustament tal-valuta Ċiniż”. |
4. |
Meta ddeċidiet li, fil-kalkolu tal-multi, il-Kummissjoni ma kisritx l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 (2), u lanqas il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ adegwatezza tal-piena għall-ksur, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi żnaturat il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata, billi eċċediet il-limiti tas-setgħat mogħtija lilha mill-Artikolu 264 TFUE u billi ma wettqitx eżerċizzju ta’ bbilanċjar fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
5. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi kkonfermat ir-rati ta’ tnaqqis użati mill-Kummissjoni skont l-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 (3). Il-Qorti Ġenerali żnaturat il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata u kisret id-dritt tal-appellanti għal smigħ xieraq. |
(1) KEE: Regolament tal-Kunsill Nru 141 li jirrigwarda n-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17 għas-setturi tat-trasport (ĠU 1962, 124, p. 2751).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
(3) Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità mill-multi u t-tnaqqis tal-ammont tagħhom fil-każijiet ta’ akkordji (ĠU 2006, C 298, p. 17,
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/27 |
Appell ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2016 minn Panalpina World Transport (Holding) Ltd, Panalpina Management AG, Panalpina China Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fid-29 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-270/12: Panalpina World Transport (Holding) Ltd et vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-271/16 P)
(2016/C 243/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Panalpina World Transport (Holding) Ltd, Panalpina Management AG, Panalpina China Ltd (rappreżentanti: S. Mobley, A. Stratakis u A. Gamble, Solicitors)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla s-sentenza appelata, sa fejn tiċħad l-ewwel motiv tal-appelanti f’dak li jirrigwarda l-ksur; |
— |
temenda l-Artikolu 2(2) u (3) tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Marzu 2012 fil-Każ COMP/39462 – Transit (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw lill-appellanti u, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti tal-Ġustizzja, tnaqqas il-multi imposti fuq l-appellanti; u |
— |
f’kull każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha stess u għal dawk sostnuti mill-appellanti fil-kuntest ta’ din il-proċedura u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Fil-kuntest tal-verifika ta’ jekk il-Kummissjoni kinitx tbegħdet mill-prassi deċiżjonali tagħha, kinitx wettqet żbalji ta’ liġi jew kinitx kisret il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ dritt billi marret manifestament lil hinn mil-limiti ta’ evalwazzjoni raġonevoli tal-provi li ġew prodotti quddiemha u billi applikat b’mod ħażin il-ġurisprudenza rilevanti. L-aggravji preċiżi tal-appellanti insostenn tal-appell huma s-segwenti:
1. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ dritt billi marret manifestament lil hinn mil-limiti ta’ evalwazzjoni raġonevoli tal-provi dwar jekk il-ksur inkwistjoni, b’mod partikolari l-ksur marbut mal-AMS u s-CAF, kienx jirrigwarda l-“pakkett tas-servizzi” ta’ tranżitu kollu. |
2. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma applikatx il-prinċipju ġurisprudenzjali li jgħid li, fil-każ ta’ ksur marbut ma komponent ta’ prodott jew ta’ servizz, il-Kummissjoni għandha tiħu inkunsiderazzjoni biss il-bejgħ imputabbli lil dan il-komponent. |
Il-Qorti Ġenerali
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2016 – Good Luck Shipping vs Il-Kunsill
(Kawżi magħquda T-423/13 u T-64/14) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari fl-Iran - Iffriżar ta’ fondi - Żball ta’ liġi - Bażi legali - Żball ta’ evalwazzjoni - Assenza ta’ provi”))
(2016/C 243/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Good Luck Shipping LLC (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: F. Randolph, QC, M. Lester, barrister, M. Taher, solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u B. Driessen, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013 L 156, p. 10), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 522/2013, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013 L 156, p. 3), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 18), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013, L 306, p. 18), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013, L 306, p. 3) sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, u min-naħa l-oħra, talba intiża sabiex jiġu ddikjarati inapplikabbli d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/497/PESK, tal-10 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013, L 272, p. 46), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 971/2013, tal-10 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013, L 272, p. 1).
Dispożittiv
1) |
Huma annullati, sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lil Good Luck Shipping LLC:
|
2) |
L-effetti tad-Deċiżjoni 2013/661 huma miżmuma fir-rigward ta’ Good Luck Shipping sad-data effettiva tal-annullament tar-Regolament Nru 1154/2013. |
3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn Good Luck Shipping. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/29 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 – Il-Kummissjoni vs McCarron Poultry
(Kawża T-226/14) (1)
([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Il-Ħames Programm Qafas għal attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (1998-2002) - Kuntratt li jikkonċerna l-qasam tal-‘Enerġija, Ambjent u Żvilupp sostenibbli’ - Xoljiment ta’ kuntratt - Rimbors ta’ parti mis-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”])
(2016/C 243/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Cappelletti u F. Moro, sussegwentement F. Moro, aġenti, assistiti minn R. van der Hout, avukat)
Konvenuta: McCarron Poultry Ltd (Killacorn Emyvale, l-Irlanda)
Suġġett
Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 272 TFUE intiż sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata sabiex tirrimborsa parti mill-antiċipu mħallas mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-kuntratt NNE5/1999/20229, flimkien mal-interessi moratorji.
Dispożittiv
1) |
McCarron Poultry Ltd hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 900 662,25 flimkien ma’ interessi moratorji bir-rata ta’ 2,50 % fis-sena, li jiddekorru mill-1 ta’ Diċembru 2010 u sad-data tal-ħlas sħiħ tad-dejn. |
2) |
McCarron Poultry hija kkundannata għall-ispejjeż. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/29 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 – Ice Mountain Ibiza vs EUIPO – Etyam (ocean beach club ibiza)
(Kawża T-753/14) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ocean beach club Ibiza - Trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti ocean drive Ibiza-hotel u OCEAN THE GROUP - Annullament tad-trade mark preċedenti li sservi bħala bażi għad-deċiżjoni kkontestata - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 243/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ice Mountain Ibiza, SL (San Antonio, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero, F. Miazzetto u E. Cebollero González, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Etyam, SL (Ibiza, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-31 ta’ Lulju 2014 (Każ R 2293/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Etyam u Ice Mountain Ibiza.
Dispożittiv
1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors. |
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 – Ice Mountain Ibiza vs EUIPO – Marbella Atlantic Ocean Club (ocean beach club ibiza)
(Kawża T-5/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ocean beach club ibiza - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti OC ocean club u OC ocean club Ibiza - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2016/C 243/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ice Mountain Ibiza, SL (San Antonio, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero, F. Miazzetto u E. Cebollero González, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Marbella Atlantic Ocean Club, SL (Puerto Banús, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 2292/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Marbella Atlantic Ocean Club u Ice Mountain Ibiza.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ice Mountain Ibiza, SL hija kkundannata għall-ispejjeż. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/31 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 – Ice Mountain Ibiza vs EUIPO – Marbella Atlantic Ocean Club (ocean ibiza)
(Kawża T-6/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ocean ibiza - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti OC ocean club u OC ocean club Ibiza - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 243/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ice Mountain Ibiza, SL (San Antonio, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero, F. Miazzetto u E. Cebollero González, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Marbella Atlantic Ocean Club, SL (Puerto Banús, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 2207/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Marbella Atlantic Ocean Clib u Ice Mountain Ibiza.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ice Mountain Ibiza, SL hija kkundannata għall-ispejjeż. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/31 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 24 ta’ Mejju 2016 – El Corte Inglés vs Grup Supeco Maxor (Supeco)
(Kawża T-126/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Supeco - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti SUPER COR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Portata tal-eżami mwettaq mill-Bord tal-Appell - Oġġetti u servizzi li hija bbażata fuqhom l-oppożizzjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regola 15(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Avviż Nru 2/12”])
(2016/C 243/33)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. L. Rivas Zurdo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Scheffer u A. Folliard Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Grup Supeco Maxor, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: S. Martínez Almeida y Alejos Pita, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 1112/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA u Grup Supeco Maxor, SL.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/32 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 – U-R LAB vs EUIPO (THE DINING EXPERIENCE)
(Kawżi T-422/15 u T-423/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi u verbali THE DINING EXPERIENCE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2016/C 243/34)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: U-R LAB (Pariġi, Franza) (rappreżentant: G. Barbaut, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Suġġett
Żewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-20 ta’ Mejju 2015 (Każijiet R 2541/2014-4 u R 2542/2014-4), li jikkonċernaw applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni, minn naħa, tas-sinjal figurattiv u, min-naħa l-oħra, tas-sinjal verbali THE DINING EXPERIENCE bħala trade marks tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1) |
Il-Kawżi T-422/15 u T-423/15 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza. |
2) |
Ir-rikorsi huma miċħudin. |
3) |
U-R LAB hija kkundannata għall-ispejjeż. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/33 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2016 – KK vs EASME
(Kawża T-376/15)
(2016/C 243/35)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: KK (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J. -P. Spitzer, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ Ġunju 2015, li permezz tagħha l-EASME ċaħdet il-proposta tar-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-EASME tħallas is-somma ta’ EUR 50 000 bħala kumpens tat-telf ta’ opportunità, u EUR 90 800 bħala kumpens għad-dannu materjali tar-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-EASME għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi insostenn tat-talbiet għal annullament tagħha.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-inaċċessibbiltà teknika tal-portal internet fejn il-proposta tar-rikorrenti bħala tweġiba għal sejħa għal proposti u attivitajiet konnessi li jaqgħu taħt il-Programm Qafas għar-riċerka u għall-innovazzjoni (2014-2020) – Orizzont 2020 kellha tiġi ppreżentata. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrenti, kuntrarjament għal dak li sostniet l-EASME, ma kinitx iffirmat b’mod frawdolenti l-impenn meħud mal-preżentazzjoni tal-fajl ta’ proposta tagħha. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li ċ-ċaħda tal-proposta ppreżentata mir-rikorrenti kienet tmur kontra r-regolament tal-kompetizzjoni. |
Ir-rikorrenti tinovka wkoll żewġ motivi insostenn tat-talbiet għal kumpens tagħha.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq id-dannu materjali li r-rikorrenti kienet issubixxiet minħabba t-telf ta’ opportunità. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq id-dannu materjali li r-rikorrenti kienet issubixxiet minħabba ż-żmien li ħadet sabiex twieġeb għas-sejħa għal offerti. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/33 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2016 – Gregis vs EUIPO – DM9 Automobili (ATS)
(Kawża T-5/16)
(2016/C 243/36)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Gian Luca Gregis (Adeje, Spanja) (rappreżentant: M. Bartolucci, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DM9 Automobili Srl (Borgomanero, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “ATS” – Trade mark Komunitarja Nru 9 799 719
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti dwar ir-reġistrazzjoni ta’ trasferiment
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-30 ta’ Ottubru 2015, fil-Każ R 588/2015-1
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkanċella t-trasferiment T8391925, tal-14 ta’ April 2014. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tar-Regola 31 tar-Regolament Nru 2868/95; |
— |
Ksur tar-Regola 84(3)(b) tar-Regolament Nru 2868/95. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/34 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2016 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-167/16)
(2016/C 243/37)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/180, tad-9 ta’ Frar 2016, li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għall-Estonja, għall-Litwanja u għall-Polonja (ĠU L 35, p. 12), sa fejn permezz tagħha l-gmina (komun) ta’ Czyże, il-parti li jifdal tal-gmina ta’ Zabłudów kif ukoll il-gmina ta’ Hajnówka flimkien mal-belt Hajnówka ġew inklużi fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/EU; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżit tan-natura neċessarja tal-miżuri kkontestati sabiex jintlaħaq l-għan segwit, nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżit tan-natura xierqa tal-miżuri kkontestati sabiex jintlaħaq l-għan segwit u nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità fis-sens strett tal-miżuri kkontestati. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur ta’ rekwiżiti proċedurali sostanzjali, stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, p. 13), u fir-regoli interni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni għad-deċiżjoni kkontestata. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/35 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2016 – Guardian Glass España, Central Vidriera vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-170/16)
(2016/C 243/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Guardian Glass España, Central Vidriera, S.L. (Llodio, Spanja) (rappreżentanti: M. Araujo Boyd, D. Armesto Macías, A. Lamadrid de Pablo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tiddikjara ammissibbli r-rikors u l-motivi ta’ annullament invokati; |
— |
tilqa’ l-motivi ta’ annullament invokati fir-rikors u, għaldaqstant, tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tordna l-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE sabiex ir-rikorrenti tkun tista’ teżerċita d-drittijiet proċedurali tagħha u l-Kummissjoni tkun tista’ tqajjem, b’mod formali u konformement mad-dritt, id-dubji tagħha dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni, u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors jirrigwarda d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiċħad il-kompatibbiltà ta’ ċerta għajnuna riċevuta minn Guardian, deċiżjoni kkomunikata lill-awtoritajiet Spanjoli permezz ta’ ittra tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Lulju 2015 intitolata “Tilwim fiskali fil-País Vasco (Álava) – Messaġġ informali dwar l-allegazzjonijiet supplimentari ta’ kompatibbiltà mad-DAR tal-1998”, u nnotifikata lir-rikorrenti mill-awtoritajiet Spanjoli fid-19 ta’ Frar 2016.
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv Prinċipalment, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna individwali mas-suq intern bi ksur, minn naħa, tal-Artikolu 250 TFUE u tal-prinċipju ta’ kolleġjalità peress li din id-deċiżjoni ma ġietx adottata mill-Kulleġġ tal-Kummissarji u, min-naħa l-oħra, tal-Artikolu 108(2) TFUE kif ukoll tal-Artikoli 4 u 13 tar-Regolament Nru 659/1999 (1) peress li l-Kummissjoni ma fetħitx proċedura formali qabel ma adottat id-deċiżjoni tagħha. |
2. |
It-tieni motiv Permezz tat-tieni motiv ta’ annullament, ippreżentat sussidjarjament, ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-Artikolu 107(3) TFUE peress li l-Kummissjoni wettqet żball fid-deċiżjoni kkontestata meta eżaminat il-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni mas-suq intern. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/36 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2016 – Make up for ever vs EUIPO – L’Oréal (MAKE UP FOR EVER PROFESSIONAL)
(Kawża T-185/16)
(2016/C 243/39)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Make up for ever SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Caron, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: L’Oréal (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “MAKE UP FOR EVER PROFESSIONAL” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 3 371 341
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 3222/2014-5
Talbiet
— |
tikkonkludi favur il-validità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea semi-figurattiva “MAKE UP FOR EVER PROFESSIONAL” Nru 3 371 341 għall-prodotti u s-servizzi kollha msemmija fir-rikors; |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
terġa’ tibgħat il-kawża quddiem l-EUIPO sabiex tingħata segwitu ulterjuri, jekk ikun neċessarju; |
— |
tikkundanna lill-kumpannija L’Oréal għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-proċedimenti quddiem il-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO, il-Bord tal-Appell tal-EUIPO u minn dan ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/37 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2016 – Anton Riemerschmid Weinbrennerei und Likörfabrik vs EUIPO – Viña y Bodega Botalcura (LITU)
(Kawża T-187/16)
(2016/C 243/40)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Anton Riemerschmid Weinbrennerei und Likörfabrik GmbH & Co. KG (Erding, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Viña y Bodega Botalcura SA (Las Condes, iċ-Ċilì)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “LITU” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 684 833
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 719/2015-2
Talbiet
— |
tagħti sentenza li taċċetta r-rikors, u tannulla b’mod sħiħ id-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tordna li tiġi miċħuda l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea għat-trade mark verbali LITU fir-rigward tal-prodotti kollha; |
— |
tikkundanna lill-konvenut u/jew lill-parti l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/38 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2016 – Andrea Incontri vs EUIPO – HigicoL (ANDREA INCONTRI)
(Kawża T-197/16)
(2016/C 243/41)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Andrea Incontri Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani u J. Graffer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: HigicoL, SA (Baguim do monte, il-Portugal)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “ANDREA INCONTRI” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 985 323
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 146/2015-4
Talbiet
— |
tibdel totalment id-deċiżjoni kkontestata; |
— |
konsegwentement, taċċetta l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 985 323 ANDREA INCONTRI fl-intier tagħha; |
— |
tordna li l-partijiet ibatu l-ispejjeż tal-proċeduri preżenti, kif ukoll dawk tal-oppożizzjoni tal-EUIPO u tal-proċedimenti tal-appell. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/38 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2016 – Ranocchia vs ERCEA
(Kawża T-208/16)
(2016/C 243/42)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Graziano Ranocchia (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: C. Intino, avukat)
Konvenuta: Agenzia esecutiva del Consiglio europeo della ricerca (ERCEA) (Brussell, il-Belġju)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat għar-rimedji tal-ERCEA tas-26 ta’ Frar 2016, Ref. Ares (2016)1020667 – 29/02/2016, adottata fl-aħħar tal-ilment formali ppreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2016, kontra l-ittra ta’ evalwazzjoni tal-Professur José Labastida tas-17 ta’ Diċembru 2015, Ref. Ares (2015)5922529; |
— |
tannulla l-ittra ta’ evalwazzjoni tal-Professur José Labastida tas-17 ta’ Diċembru 2015, Ref Ares (2015)5922529 kif ukoll l-atti konnessi ma’ dawk iċċitati, fosthom il-lista tal-proġetti approvati mill-panel SH5-Cultures and Cultural Production tal-ERC-Cog-2015, magħmula pubblika mill-ERCEA permezz tal-istqarrija għall-istampa tat-12 ta’ Frar 2016; |
— |
tannulla kull att preliminari, konsekuttiv u konness. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka użu ħażin ta’ poter minħabba n-natura manifestament irraġonevoli tad-deċiżjoni, żnaturament tal-fatti li minnhom jirriżulta n-nuqqas ta’ approvazzjoni tal-proposta, kif ukoll ksur tal-leġiżlazzjoni tal-ERCEA relattiva għall-evalwazzjoni tal-proposti.
Il-proċeduri tal-għażla huma oġġettivament u soġġettivament żbaljati.
Fir-rigward tal-aspett oġġettiv, tiġi invokata d-differenza kbira bejn l-evalwazzjonijiet individwali tal-kummissarji (pożittivi ħafna) u d-deċiżjoni finali sħiħa (ċħid tal-proposta), kif ukoll l-applikazzjoni żbaljata tal-kriterji ta’ evalwazzjoni.
Fir-rigward tal-aspett soġġettiv, tiġi invokata n-natura qarrieqa fl-espożizzjoni tal-atti u tal-fatti li ddeterminaw in-nuqqas ta’ approvazzjoni tal-proposta. Tiġi enfasizzata b’mod partikolari l-varjazzjoni tal-kriterju tal-“eċċellenza” għall-finijiet tal-evalwazzjoni.
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/39 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2016 – Lukash vs Il-Kunsill
(Kawża T-210/16)
(2016/C 243/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Olena Lukash (Kiev, l-Ukrajna) (rappreżentant: M. Cessieux, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara r-rikors ta’ Olena Lukash ammissibbli; |
— |
tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna u sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti; |
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESC, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna u sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti; |
— |
tannulla d-deċiżjonijiet u r-regolamenti sussegwenti li jestendu l-miżuri restrittivi imposti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESC, tal-5 ta’ Marzu 2014 u taġġorna l-motivi, jiġifieri:
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal rimedju effettiv. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2014/119/PESC, li jinsabu fil-premessa 4 tar-Regolament (UE) Nru 208/2014, fil-premessa 3 tad-Deċiżjoni 2015/364/PESC, fil-premessa 2 tar-Regolament (UE) Nru 2015/357, fil-premessa 4 tad-Deċiżjoni 2015/876/PESC, fil-premessa 3 tar-Regolament (UE) Nru 2015/357, fil-premessa 4 tad-Deċiżjoni 2016/318/PESC, irriprodotti fil-premessa 2 tar-Regolament (UE) Nru 2015/357. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball ta’ fatt imwettaq mill-Kunsill. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur manifest tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrenti. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/40 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2016 – El Corte Inglés vs EUIPO — Elho Business & Sport (FRee STyLe)
(Kawża T-212/16)
(2016/C 243/44)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Rivas Zurdo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elho Business & Sport Vertriebs GmbH (München, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarja tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “FRee StyLe” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 317 642”
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12/02/2016 fil-Każ R 377/2015-1
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna għall-ispejjeż lill-parti jew lill-partijiet li jopponu dan ir-rikors. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 52(1)(a) tal-istess test. |
— |
Koeżistenza tat-trade marks konfliġġenti flimkien ma’ sinjali oħra li jinkludu t-terminu “FREE STYLE”. |
— |
Fid-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tal-Appell laqa’, b’mod żbaljat, il-provi prodotti mir-rikorrenti wara t-terminu preskritt għal dan fl-Artikolu 76(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/41 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2016 – El Corte Inglés vs EUIPO — Elho Business & Sport (FREE STYLE)
(Kawża T-213/16)
(2016/C 243/45)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Rivas Zurdo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elho Business & Sport Vertriebs GmbH (München, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarja tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “FREE STYLE” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 4 761 731
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 387/2015-1
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna għall-ispejjeż lill-parti jew lill-partijiet li jopponu dan ir-rikors. |
Motivi invokati
Il-motivi u l-allegazzjonijiet prinċipali huwa dawk invokati fil-Kawża T-212/16, El Corte Inglés vs EUIPO – Elho Business & Sport (FRee STyLe).
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/42 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta Mejju 2016 – Vignerons de la Méditerranée vs EUIPO - Bodegas Grupo Yllera (LE VAL FRANCE)
(Kawża T-216/16)
(2016/C 243/46)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Vignerons de la Méditerranée (Narbonne, Franza) (rappreżentant: M. Karsenty Ricard, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bodegas Grupo Yllera SL (Rueda, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “LE VAL FRANCE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 162 921
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 427/2015-5
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 2 307 737 magħmula mill-kumpannija Bodegas Grupo Yllera SL kontra l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 162 921 tal-kumpannija Vignerons de la Méditerranée. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/43 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 – Haverkamp vs EUIPO - Sissel (Fußmatte)
(Kawża T-227/16)
(2016/C 243/47)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Reinhard Haverkamp (Kindberg, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Waldenberger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sissel GmbH (Bad Dürkheim, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: ir-rikorrent
Disinn ikkontestat ikkonċernat: reġistrazzjoni internazzjonali tad-disinn “Fußmatte” li jindika l-Unjoni Ewropea – reġistrazzjoni internazzjonali Nru DM/072187-0001 li tindika l-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 2618/2014-3
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO jbati l-ispejjeż tal-kawża u kif ukoll dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità quddiem l-EUIPO. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament Nru 6/2002. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/43 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 – Haverkamp vs EUIPO – Sissel (xtajta taċ-ċagħaq bħala disinn tal-wiċċ)
(Kawża T-228/16)
(2016/C 243/48)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Reinhard Haverkamp (Kindberg, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Waldenberger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sissel GmbH (Bad Dürkheim, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: ir-rikorrent
Disinn ikkontestat ikkonċernat: reġistrazzjoni internazzjonali tad-disinn “xatt iċ-ċagħaq bħala disinn tal-wiċċ” li jindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru DM/072198-0001 li tindika l-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 2619/2014-3
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura u tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell kif ukoll tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002; |
— |
Ksur tal-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/44 |
Appell ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2016 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fit-2 ta’ Marzu 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-3/15, Frieberger u Vallin vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-232/16 P)
(2016/C 243/49)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u G. Gattinara, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Jürgen Frieberger (Woluwe-Saint-Lambert, il-Belġju) u Benjamin Vallin (Saint-Gilles, il-Belġju)
Talbiet
— |
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tat-2 ta’ Marzu 2016, mogħtija fil-kawża F-3/15, Frieberger u Vallin vs Il-Kummissjoni, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qies bħala fondat ir-raba’ motiv tar-rikors; |
— |
f’dak li jirrigwarda l-proċedura fl-ewwel istanza, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis il-kawża fi stat li tiġi deċiża, tiċħad ir-rikors bħala infondat u tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż; |
— |
f’dak li jirrigwarda l-proċedura ta’ appell, tordna li kull parti tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati ma’ din il-proċedura. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka ħames aggravji.
1. |
L-ewwel aggravju, ibbażat fuq żnaturament tal-argumenti invokati fl-ewwel istanza kif ukoll fuq ksur tal-projbizzjoni li tiddeċiedi ultra petita. |
2. |
It-tieni aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 26(5) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal. |
3. |
It-tielet aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni skont l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal. |
4. |
Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. |
5. |
Il-ħames aggravju, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/45 |
Appell ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2016 minn José Luis Ruiz Molina mis-sentenza mogħtija fit-2 ta’ Marzu 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-60/15, Ruiz Molina vs UASI
(Kawża T-233/16 P)
(2016/C 243/50)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: José Luis Ruiz Molina (San Juan de Alicante, Spanja) (rappreżentanti: N. Lhoëst u S. Michiels, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta’ Marzu 2016 fil-Kawża F-60/15; |
— |
tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż kollha taż-żewġ proċeduri. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka erba’ aggravji.
1. |
L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea. |
2. |
It-tieni aggravju bbażat fuq ksur tal-awtorità ta’ res judicata marbuta mas-sentenza tal-15 ta’ Settembru 2011, Bennett et vs UASI, F-102/09, EU:F:2011:138. |
3. |
It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) li implementat il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999 bejn l-organizzazzjonijiet interprofessjonali bi skop ġenerali, kif ukoll prinċipji u standards stabbiliti sew fid-dritt internazzjonali soċjali dwar l-istabbiltà tal-impjieg. |
4. |
Ir-raba’ aggravju bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tas-sentenza appellata. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/46 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2016 – Meissen Keramik vs EUIPO – Staatliche Porzellan Manufaktur Meissen (Meissen)
(Kawża T-234/16)
(2016/C 243/51)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Meissen Keramik GmbH (Meißen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Vohwinkel u M. Bagh, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Staatliche Porzellan-Manufaktur Meissen GmbH (Meißen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni verbali “Meissen” – trade mark tal-Unjoni Nru 3 743 663
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2016 fil-Kawżi magħquda R 2620/2014-4 u R 2622/2014-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn twassal għal żvantaġġ għar-rikorrenti, jiġifieri sa fejn hija ċaħdet l-appell tal-applikant u rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali u sa fejn hija, barra minn hekk, fuq appell tal-proprjetarju tat-trade mark ikkontestata, annullat id-deċiżjoni kkontestata tad-Divizjoni tal-Kanċellazzjoni u ċaħdet ukoll it-talba ta’ kanċellazzjoni wkoll f’dan ir-rigward; |
— |
sa fejn il-Qorti Ġenerali tqis lilha nnifisha kompetenti sabiex tirriforma d-deċiżjoni kkontestata: tiddikjara r-revoka tad-drittijiet kollha fir-rigward tat-trade mark tal-Unjoni Nru 3 743 663 – u fin-nuqqas ta’ dan u għall-kumplament: tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO. |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/46 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 – Biogena Naturprodukte vs UASI (ZUM wohl)
(Kawża T-236/16)
(2016/C 243/52)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Biogena Naturprodukte GmbH & Co KG (Salzburg, l-Awstrija) (rappreżentant: I. Schiffer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “ZUM wohl” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 666 871
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 1982/2015-1
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkonstata li s-sinjal li għalih saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni bir-referenza TK 013 666 871 huwa integralment ammess għar-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja għall-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 29, 30, 32 u 43 imsemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-23 ta’ Jannar 2015; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż kollha li l-awtur tal-applikazzjoni espona fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ reġistrazzjoni; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/47 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2016 – Polskie Zdroje vs EUIPO (perlage)
(Kawża T-239/16)
(2016/C 243/53)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Polskie Zdroje sp. z o. o. sp. k. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: T. Gawrylczyk, radca prawny [konsulent legali])
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem il-EUIPO
Trade mark inkwistjoni: it-trade mark verbali tal-Unjoni “perlage” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 472 899
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 1129/2015-5
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/48 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2016 – Freddo vs EUIPO - Freddo Freddo (Freggo)
(Kawża T-243/16)
(2016/C 243/54)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Freddo SA (Buenos Aires, l-Arġentina) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, K. Gilbert, G. Lodge, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Freddo Freddo, SL (Madrid, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni verbali li tinkludi l-element verbali “Freggo” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 7 606 064
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-17 ta’ Frar 2016, fil-Każ R 919/2015-2
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO (u jekk tintervjeni, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell) għall-ispejjeż tiegħu stess u għal dawk tar-rikorrenti. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/49 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2016 – Yanukovych vs Il-Kunsill
(Kawża T-244/16)
(2016/C 243/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Viktor Fedorovych Yanukovych (Kiev, l-Ukrajna) (rappreżentant: T. Beazley, QC)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318, tal-4 ta’ Marzu 2016, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 60, p. 76), sa fejn din tapplika għar-rikorrent; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311, tal-4 ta’ Marzu 2016, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 60, p. 1), fuq il-bażi li dan jonqos milli jirrevoka r-Regolament Nru 208/2014, sa fejn dan japplika għar-rikorrent; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (“il-Kunsill”) ma kellux bażi legali xierqa għall-miżuri kkontestati. L-ewwel nett, il-miżuri kkontestati ma kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet li jippermettu lill-Kunsill jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 29 TUE. Fost oħrajn: (i) il-Kunsill b’mod espress invoka għanijiet (konsolidazzjoni tal-Istat tad-dritt u rispett tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna) li huma biss affermazzjonijiet vagi li ma jistgħux jikkostitwixxu b’mod leġittimu bażi valida għal dawn il-miżuri; (ii) il-bażi li l-Kunsill qiegħed jipprova jinvoka ma fiha l-ebda konnessjoni suffiċjenti mal-livell xieraq ta’ stħarriġ ġudizzjarju meħtieġ miċ-ċirkustanzi preżenti; u (iii) l-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi fuq ir-rikorrent fil-verità tappoġġja u tilleġittimizza l-imġiba tar-reġim Ukren il-ġdid, li huwa stess qiegħed jimmina ċ-ċertezza legali u l-istat tad-dritt, u li huwa stess qiegħed jikser id-drittijiet tal-bniedem u huwa lest jiksirhom b’mod sistematiku. It-tieni nett, il-kundizzjonijiet li jippermettu l-invokazzjoni tal-Artikolu 215 TFUE ma kinux issodisfatti, peress li ma kienet teżisti ebda deċiżjoni valida taħt il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-tielet nett, ma kienet teżisti ebda rabta suffiċjenti sabiex l-Artikolu 215 TFUE jkun jista’ jiġi invokat kontra r-rikorrent. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Kunsill wettaq użu ħażin tal-poteri tiegħu. L-għan reali mfittex mill-Kunsill fl-implementazzjoni tal-miżuri kkontestati essenzjalment kien jikkonsisti f’tentattiv li jintgħoġob mar-reġim Ukren attwali (sabiex l-Ukrajna tkun tista’ tidħol f’rabtiet iktar mill-qrib mal-Unjoni Ewropea), u ma humiex l-għanijiet/raġunijiet indikati fil-miżuri kkontestati. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni min-naħa tal-Kunsill. L-“espożizzjoni tal-motivi” adottata fil-miżuri kkontestati sabiex jiġi inkluż ir-rikorrent (minbarra li hija żbaljata) hija standardizzata, mhux xierqa u mhux iddettaljata b’mod adegwat. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li r-rikorrent ma jissodisfax il-kriterji speċifikati sabiex persuna tiġi inkluża fiż-żmien rilevanti. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq li l-Kunsill wettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta inkluda lir-rikorrent fil-miżuri kkontestati. Meta nnomina lir-rikorrent mill-ġdid minkejja n-nuqqas evidenti ta’ konnessjoni bejn l-“espożizzjoni tal-motivi” u l-kriterji ta’ nomina rilevanti, il-Kunsill wettaq żball manifest. |
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent u/jew fuq il-fatt li dan tal-aħħar ġie mċaħħad minn protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Fost affarijiet oħra, il-Kunsill naqas milli jikkonsulta lir-rikorrent b’mod xieraq qabel ma nnominah mill-ġdid, u r-rikorrent ma ngħatax il-possibbiltà li jibbenefika minn opportunità xierqa u ġusta li jikkoreġi xi żbalji jew li jipprovdi informazzjoni dwar iċ-ċirkustanzi personali tiegħu. |
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet għall-proprjetà tar-rikorrent sanċiti bl-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn, fost oħrajn, il-miżuri restrittivi jikkostitwixxu restrizzjoni inġustifikata u sproporzjonata ta’ dawn id-drittijiet, għaliex inter alia: (i) ebda informazzjoni ma tissuġġerixxi li fondi li allegatament ġew misapproprjati mir-rikorrent huma meqjusa li ġew ittrasferiti barra mill-Ukrajna, u (ii) la huwa neċessarju u lanqas xieraq li l-assi kollha tar-rikorrent jiġu ffriżati peress li l-awtoritajiet Ukreni issa kkwantifikaw il-valur tat-telf allegatament mitlub fil-kuntest ta’ azzjonijiet kriminali kontra r-rikorrent. |
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/50 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2016 – Yanukovych vs Il-Kunsill
(Kawża T-245/16)
(2016/C 243/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Yanukovych (Donetsk, l-Ukraina) (rappreżentant: T. Beazley, QC)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-4 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016 L 60, p. 76) sa fejn din tapplika għar-rikorrent; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-4 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016 L 60, p. 1) fuq il-bażi li ma jirnexxiliex tħassar ir-Regolament Nru 208/2014, sa fejn dan japplika għar-rikorrent; |
— |
tordna lill-Kunsill iħallas l-ispejjeż tar-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (il-“Kunsill”) ma kellux bażi legali xierqa għall-miżuri kkontestati. Argumenti insostenn ta’ dan il-motiv, u motivi sussegwenti, jinkludu dan li ġej. Il-kundizzjonijiet li bihom il-Kunsill ibbaża ruħu fuq l-Artikolu 29 TUE ma ġewx issodisfatti bil-miżuri kkontestati. Dawn il-miżuri kkontestati kienu inkonsistenti mal-għanijiet invokati espressament mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 (l-istat ta’ dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukraina). Fil-fatt, il-miżuri kkontestati jimminaw l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem billi jappoġġjaw reġim li ma għandux storja ta’ konformità mad-drittijiet tal-bniedem jew konformità mal-istat tad-dritt. Il-Kunsill ma jista’ bl-ebda mod jistrieħ validament fuq deċiżjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Ukraina jew tal-qrati, ukoll minħabba li la huma indipendenti u lanqas imparzjali, u huma suġġetti għal indħil politiku mir-reġim attwali fl-Ukraina. Il-preżunzjoni ta’ innoċenza, li għaliha huwa intitolat ir-rikorrent, ġiet miksura ripetutament mill-awtoritajiet Ukraini. |
2. |
It-tieni motiv, li jallega li l-Kunsill uża ħażin il-poter tiegħu. L-iskop reali tal-Kunsill fl-implementazzjoni tal-miżuri kkontestati kien u huwa li jindehes mar-reġim attwali fl-Ukraina, u sabiex jimmassimizza l-influwenza politika tiegħu ma’ dan ir-reġim, li ma humiex użi xierqa tal-poteri kkonċernati. |
3. |
It-tielet motiv, li jallega li l-Kunsill naqas milli jagħti motivazzjoni xierqa u suffiċjenti, billi bbaża ruħu biss fuq dikjarazzjonijiet konvenzjonali u impreċiżi. |
4. |
I-raba’ motiv, li jallega li r-rikorrent ma jissodisfax il-kriterji ddikjarati li bihom persuna tiġi elenkata fiż-żmien rilevanti. Il-materjal invokat mill-Kunsill ma kienx bażi fattwali suffiċjentement soda għall-elenkar tar-rikorrent. |
5. |
Il-ħames motiv, li jallega li l-Kunsill wettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-inklużjoni tar-rikorrent fil-miżuri kkontestati. Il-Kunsill ma kellux provi konkreti, fattwalment affidabbli u konsistenti sabiex jiġġustifika l-miżuri kkontestati, u ma ssuġġettax il-materjal limitat li kellu għal reviżjoni suffiċjentement rigoruża. |
6. |
Is-sitt motiv, li jallega li d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent ġew miksura u/jew li huwa ġie mċaħħad minn protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Fost affarijiet oħra, il-Kunsill naqas milli adegwatament jikkonsulta mar-rikorrent qabel il-miżuri kkontestati, u r-rikorrent ma ngħatax opportunità xierqa jew ġusta sabiex jew jikkorreġi żbalji jew sabiex jipproduċi informazzjoni rilevanti. |
7. |
Is-seba’ motiv, li jallega li d-drittijiet tar-rikorrent għall-proprjetà, skont l-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, ġew miksura. |
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/52 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2016 – ZZ vs BEI
(Kawża F-19/16)
(2016/C 243/57)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Senes u L. Payot, avukati)
Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Rimbors lir-rikorrenti, flimkien mal-interessi, għall-allegat telf tad-drittijiet għall-pensjoni tagħha jew, alternattivament, stabbiliment mill-ġdid, flimkien mal-interessi, tad-drittijiet għall-pensjoni allegatament mitlufa minnha mis-sistema nazzjonali, meta dawk id-drittijiet ġew ittrasferiti fl-iskema tal-pensjoni tal-konvenut.
Talbiet
— |
jikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment jirrimborsa d-dannu soffert mir-rikorrenti minħabba t-telf tad-drittijiet għall-pensjoni tagħha fl-ammont ta’ EUR 55 641,17, flimkien mal-interessi akkumulati bir-rata applikabbli kkalkolata retroattivament, daqs li kieku t-trasferiment oriġinali sar għall-ammont sħiħ tad-drittijiet għall-pensjoni tagħha eżistenti mal-Istituto Nazionale della Previdenza Sociale, meta saret it-talba għal trasferiment oriġinali; |
— |
alternattivament, jikkundanna lill-BEI biex jirritorna immedjatament lil ZZ EUR 55 641,17 fil-forma ta’ xhur ta’ pensjoni, flimkien mal-interessi akkumulati bir-rata applikabbli kkalkolata retroattivament daqs li kieku t-trasferiment oriġinali sar għall-ammont sħiħ tad-drittijiet għall-pensjoni tagħha eżistenti mal-Istituto Nazionale della Previdenza Sociale. F’dan il-każ, huwa ssuġġerit li l-kalkoli għandhom isiru skont l-Artikolu 71.1.1. tar-Regolamenti dwar l-Iskema tal-Irtirar tal-Persunal tal-BEI; |
— |
jikkundanna lill-BEI iħallas kull kumpens ulterjuri li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis li huwa ġust; |
— |
jikkundanna lill-BEI biex ibati l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri, li huma stmati għal EUR 3 000. |