ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 240

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
1 ta' Lulju 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-117-il Sessjoni Plenarja, 7-8 ta' April 2016

2016/C 240/01

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Segwitu għar-Rapport tal-Ħames Presidenti: Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa

1

2016/C 240/02

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Naħdmu flimkien għat-tkabbir u l-impjiegi: Ir-rwol tal-Banek Promozzjonali Nazzjonali u Reġjonali (NPBs) fl-appoġġ tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa

6

2016/C 240/03

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Passi konkreti għall-implimentazzjoni tal-Aġenda Urbana tal-UE

9

2016/C 240/04

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-liġi ambjentali tal-UE: it-titjib tar-rappurtar u tal-konformità

15

2016/C 240/05

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Inwasslu Patt Ġdid għall-Konsumaturi tal-Enerġija

24

2016/C 240/06

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-ħarsien tar-refuġjati fiż-żoni ta’ oriġini tagħhom: perspettiva ġdida

31

2016/C 240/07

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment

37

2016/C 240/08

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Naġġornaw is-Suq Uniku

43


 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

 

Il-117-il Sessjoni Plenarja, 7-8 ta' April 2016

2016/C 240/09

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Programm ta’ appoġġ għal riformi strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020

49

2016/C 240/10

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u investimenti b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju

62

2016/C 240/11

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-immodernizzar tar-regoli tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur

72


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-117-il Sessjoni Plenarja, 7-8 ta' April 2016

1.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 240/1


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Segwitu għar-Rapport tal-Ħames Presidenti: Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa

(2016/C 240/01)

Relatur:

Paul LINDQUIST (SE/PPE), Membru tal-Kummissjoni tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Stokkolma

Dokument ta’ referenza:

Ir-rapport tal-Ħames Presidenti: Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa, mill-Kollezzjoni dokumenti ta’ sfond dwar l-unjoni ekonomika u monetarja, ippubblikat l-ewwel darba fit-22 ta’ Ġunju 2015

PROPOSTI U RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

Il-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Introduzzjoni

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon “Ir-rapport tal-ħames presidenti” fid-dawl tal-fatt li huwa pass importanti fil-ħidma sabiex l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) tkun iżjed reżiljenti fil-konfront tal-iskossi ekonomiċi, sabiex jiġu implimentati aħjar l-prinċipji u l-għanijiet tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 120 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u sabiex jitwettqu riformi biex tiżdied il-leġittimità demokratika tal-governanza tal-UEM;

2.

jinnota, madankollu, li r-rapport ma jissuġġerixxix riformi tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà u ma jindirizzax il-kwistjoni tal-inadempjenza sovrana fi ħdan l-UEM; iħoss li għandu jkun hemm enfasi akbar biex tinstab soluzzjoni għall-problemi fundamentali tal-unjoni monetarja, jiġifieri enfasi fuq l-iżbilanċi fil-kontijiet kurrenti li jirriżultaw minn differenzi fiż-żieda fil-produttività. Ir-raġuni hija li dawn iwasslu wkoll għal żbilanċi fit-trasferimenti tal-kapital fost il-pajjiżi u r-reġjuni, u għandhom jiġu implimentati mekkaniżmi li jipprovdu feedback lill-pajjiżi u r-reġjuni li l-atturi politiċi u ekonomiċi tagħhom ma jsegwux politika soda u ġestjoni soda tar-riskji;

3.

jemmen li s-sitwazzjoni ekonomika attwali, fejn it-tkabbir huwa dgħajjef u l-qgħad għoli, tiġġustifika approċċ integrat bil-għan li jiġu stabilizzati l-finanzi tal-Istati Membri, fost affarijiet oħra abbażi ta’ approċċ imsejjes fuq aktar approfondiment tas-Suq Uniku (1) u aktar sforzi sabiex tissokta l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u jitħeġġeġ l-investiment u b’hekk ikun hemm tkabbir sostenibbli fil-ġejjieni;

4.

jinnota li l-migrazzjoni u l-mobbiltà tal-forza tax-xogħol għandhom il-potenzjal li jsaħħu t-tkabbir fi ħdan l-UE, iżda biex dan iseħħ jeħtieġ li jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi marbutin mal-aċċess għall-abitazzjoni, għal servizzi pubbliċi u għal benefiċċji soċjali, u mal-flessibbiltà tas-suq tax-xogħol; iżda dan jitlob b’mod speċjali l-provvediment ta’ kofinanzjament permezz tal-Unjoni Ewropea, sabiex tittejjeb il-kapaċità ta’ akkoljenza;

5.

jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu s-sjieda u l-leġittimità demokratika fl-UE, u fl-istess ħin għandha tissaħħaħ id-dimensjoni reġjonali, bil-għan li l-qafas legali jiġi applikat b’mod ġust u konsistenti fl-UE kollha, filwaqt li jiġi rispettat il-kunċett tas-sussidjarjetà;

6.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-proċedura f’żewġ fażijiet li għandha l-għan li l-ewwel tibni fuq strumenti u trattati eżistenti ħalli mbagħad jiġu implimentati bidliet iżjed wesgħin fit-tieni fażi bil-għan li l-proċess tal-konverġenza jsir iżjed vinkolanti għall-pajjiżi tal-euro billi jintlaħaq ftehim komuni dwar linji gwida għall-konverġenza;

Lejn unjoni ekonomika — konverġenza, benesseri u koeżjoni soċjali

7.

jenfasizza l-ħtieġa għal iżjed konverġenza kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll fi ħdanhom, u jikkundanna d-diverġenzi li f’ċerti każi huma ikbar fi ħdan l-Istati Membri milli bejniethom;

8.

fl-istess ħin, jenfasizza li d-disparitajiet soċjali, ekonomiċi u territorjali jistgħu jitnaqqsu biss permezz ta’ kunċett ibbażat fuq l-Istrateġija 2020 li tħaddan dimensjoni reġjonali u politika ta’ koeżjoni orjentata lejn ir-riżultati, u għaldaqstant itenni l-appoġġ tiegħu għal proċess ta’ konverġenza ekonomika u soċjali. Il-KtR itenni wkoll sejħietu għal konsultazzjoni wiesgħa mal-Ewropa kollha dwar il-viżjoni territorjali futura tal-Unjoni Ewropea sal-2050. Hemm bżonn viżjoni ċara bħal din sabiex il-politiki u l-mekkaniżmi ta’ finanzjament ikunu jistgħu jiġu allinjati magħha (2). Il-KtR jilqa’ l-esplorazzjoni attwali ta’ strateġiji tal-Politika ta’ Koeżjoni wara l-2020;

9.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġi appoġġjat aktar l-iżvilupp tar-reġjuni fil-fruntieri, tar-reġjuni periferali u l-anqas ċentrali u ta’ dawk li jiffaċċjaw sfidi demografiċi sabiex tinkiseb konverġenza b’mod konsistenti u kontinwu u skont l-istrateġiji adottati mal-UE kollha;

10.

iwissi kontra l-idea ta’ approċċ wieħed tajjeb għal kulħadd peress li s-sitwazzjoni kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll fi ħdanhom teħtieġ il-flessibbiltà, li min-naħa tagħha titlob li l-awtoritajiet tal-kompetittività jirrispettaw il-mekkaniżmi nazzjonali għall-iffissar tal-pagi u m’għandhomx jieħdu r-rwol tal-imsieħba soċjali f’dan il-qasam;

11.

huwa tal-fehma li l-awtoritajiet tal-kompetittività għandhom jikkunsidraw l-aspetti kollha tal-ambjent tan-negozju f’sens wiesa’, jiġifieri fatturi bħall-produttività, il-ħiliet, l-innovazzjoni, l-ambjent tan-negozju u l-burokrazija eċċessiva. Għalhekk, il-Kumitat jaqbel li l-kunċett ta’ “kompetittività” ma jiġix ridott għas-sempliċi kwistjoni tal-livelli tas-salarji;

12.

jaqbel li għandha ssir aktar enfasi fuq l-impjieg u l-benesseri;

13.

jinnota li l-immappjar tal-indikaturi soċjali juri li l-qgħad, il-faqar u l-esklużjoni soċjali huma kkonċentrati f’reġjuni anqas żviluppati u għandhom rabta ċara ma’ kemm ġew implimentati sew ir-rakkomandazzjonijiet preċedenti taħt l-Istrateġija Ewropa 2020, fost l-oħrajn;

14.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li r-Rapport tal-Ħames Presidenti fil-prinċipju jirrikonoxxi li d-dimensjoni soċjali tinħtieġ minn perspettiva ekonomika; itenni f’dan il-kuntest l-appoġġ tiegħu għall-appell mill-Parlament Ewropew lill-Istati Membri biex jikkunsidraw jiffirmaw Patt dwar l-Investiment Soċjali, li jistabbilixxi objettivi ta’ investiment soċjali fil-livell nazzjonali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 fil-qasam tal-impjiegi u fil-qasam soċjali u l-edukazzjoni (3);

15.

jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni tagħraf ir-rwol tal-imsieħba soċjali biex tiġi aċċettata t-tkomplija tal-iżvilupp tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Dan jirrigwarda kemm ir-rwol fit-tfassil tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma kif ukoll b’mod ġenerali enfasi akbar fuq ix-xogħol u kwistjonijiet soċjali, kif ukoll fuq il-“pilastru ta’ drittijiet soċjali” previst. Id-djalogu mal-imsieħba soċjali huwa utli u jista’ jżid l-aċċettazzjoni fl-Istati Membri. Fil-ġejjieni l-imsieħba soċjali jistgħu jagħtu kontribut importanti għal proġetti konġunti potenzjali li huma jiżviluppaw abbażi tal-pjan ta’ azzjoni konġunt tagħhom;

16.

jemmen li jeħtieġ li d-disparitajiet reġjonali jiġu indirizzati sabiex jiġu miġġielda l-inugwaljanzi soċjali, jiżdied it-tkabbir, jinħolqu l-impjiegi u jittejbu l-kompetittività u l-koeżjoni fi ħdan l-UEM u fl-UE, u jirrikonoxxi r-rwol importanti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu bħala impjegaturi, u sabiex joħolqu ambjent li jiffavorixxi n-negozju;

17.

juri li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma strumentali biex jikkontribwixxu għaż-żieda fil-kompetittività permezz ta’ inizjattivi lokali u reġjonali;

18.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li fid-dokument “Rakkomandazzjoni dwar l-istabbiliment ta’ Bordijiet Nazzjonali tal-Kompetittività fiż-Żona tal-Euro” (COM(2015) 601 final) jingħad biċ-ċar li dawn il-Bordijiet għandhom jipprovdu appoġġ fit-teħid tad-deċiżjonijiet u mhux iressqu proposti finali;

Dwar is-Semestru Ewropew

19.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li s-Semestru Ewropew qed jiġi ssemplifikat u msaħħaħ fi ħdan il-qafas leġislattiv attwali u li d-dokumenti jiġu kkoordinati aħjar sabiex jittejjeb il-fokus, ikun hemm aktar effiċjenza u tiġi ċċarata s-sjieda sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE ta’ governanza tajba;

20.

jirrikonoxxi l-valur tas-Semestru Ewropew bħala għodda biex twassal għal riformi fil-livell nazzjonali u tal-UE, billi jiżgura li l-UE u l-Istati Membri tagħha jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi tagħhom;

21.

itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Parlament biex jiġi introdott kodiċi ta’ kondotta li jiggarantixxi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti b’mod strutturat fis-Semestru Ewropew, bil-ħsieb li jressqu proposta konkreta dwar din il-kwistjoni sal-2016 u jimpenja ruħu li jkollu djalogu kontinwu mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kwistjoni;

22.

jinsisti li r-rapporti tal-pajjiżi u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż jindirizzaw b’mod espliċitu kwistjonijiet relatati mad-differenzi reġjonali, u biex b’mod sistematiku jibnu fuq l-informazzjoni fil-livell lokali u reġjonali;

23.

jiddispjaċih li l-istruttura modifikata tas-Semestru Ewropew ma ssemmix lill-KtR fid-diskussjoni dwar il-prijoritajiet taż-żona tal-euro u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiffoka fuq il-kwistjonijiet reġjonali fid-dokumenti dwar is-Semestru Ewropew bl-appoġġ ta’ analiżi reġjonali sistematika tal-impjieg u kwistjonijiet soċjali, fost l-oħrajn;

Lejn unjoni finanzjarja — politika integrata dwar il-finanzi għal ekonomija integrata

24.

huwa tal-fehma li l-implimentazzjoni tal-unjoni bankarja hija, fuq medda qasira ta’ żmien, l-aktar strument effiċjenti fl-isforzi biex jiġu evitati kriżijiet fis-sistema finanzjarja, jinkiser iċ-ċirku vizzjuż bejn il-banek nazzjonali u l-Istati Membri u jiġu minimizzati l-effetti negattivi tal-iskossi ekonomiċi;

25.

jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex inaqqsu r-riskji fis-sistema finanzjarja, itejbu l-flessibbiltà tal-prezzijiet u jimplimentaw sistemi ta’ sigurtà nazzjonali;

26.

għaldaqstant huwa tal-fehma li l-prerekwiżit għall-introduzzjoni ta’ Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti (EDIS) huwa li l-fondi Ewropej ta’ riżoluzzjoni u l-garanziji tad-depożiti jiġu stabbiliti u ffinanzjati u li r-rabta bejniethom tkun ġiet iċċarata sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ periklu morali;

27.

jistieden lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u lill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) biex janalizzaw il-kwalità tal-assi finanzjarji u jwettqu testijiet tal-istress tal-istituzzjonijiet finanzjarji involuti fl-EDIS sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għal dawn l-istituzzjonijiet;

28.

jistieden lill-Kummissjoni biex tispjega l-valur miżjud tal-Kunsill Fiskali Ewropew, li s-Segretarjat tiegħu huwa pprovdut mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni. Huwa partikolarment importanti li jiġi diskuss kif jista’ jiġi evitat li tali korp iwassal bla bżonn għal ambjent diġà kumpless ta’ sorveljanza makroekonomika;

29.

Jiddispjaċih li ma ngħatat ebda opportunità għat-tressiq ta’ opinjonijiet qabel il-ħolqien tal-Bord Fiskali Ewropew. Il-KtR jemmen li, fil-prinċipju, huwa importanti li tiġi ssorveljata b’mod konsistenti l-konformità mar-regoli tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Fl-istess waqt, l-għamla attwali tal-korp propost tqajjem dubju dwar jekk il-vantaġġi tiegħu humiex ser ikunu proporzjonati meta mqabbla mal-burokrazija addizzjonali mistennija. Barra minn hekk, mhuwiex ċar fuq liema bażi legali huwa msejjes il-ħolqien tiegħu u x’ser tkun ir-rabta bejn il-Bord Fiskali Ewropew u l-kunsilli konsultattivi fiskali nazzjonali;

30.

jixtieq jara l-implimentazzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, li tippermetti l-flussi transkonfinali tal-kapital mingħajr theddid għall-istabbiltà ta’ reġjuni u pajjiżi differenti, u li tgħin lin-negozji, speċjalment lill-mikroimpriżi u lill-SMEs, jiksbu aċċess għal firxa wiesgħa ta’ sorsi ta’ finanzjament;

31.

jemmen li Unjoni tas-Swieq Kapitali koerenti u mfassla sew għandha tħaddan it-28 Stat Membru kollha tal-UE kif ukoll tippromovi kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni Ewropea, u jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-unjoni bankarja tibqa’ miftuħa għal dawk l-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-euro;

Lejn unjoni fiskali: qafas integrat għal politika fiskali soda integrata tal-finanzi

32.

jinsisti li l-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir għandu jiġi rispettat u jenfasizza l-importanza li kull Stat Membru jkollu ekonomija soda u finanzi pubbliċi stabbli peress li hija prerekwiżit għall-investimenti meħtieġa kemm fuq perjodu qasir ta’ żmien kif ukoll fit-tul (4);

33.

jitlob li l-Istati Membri jħaddnu politika ekonomika responsabbli biex b’hekk ikollhom aċċess għall-istrumenti Ewropej maħsuba biex jistabilizzaw l-ekonomija. L-użu għandu jimxi id f’id ma’ implimentazzjoni sħiħa tar-riformi strutturali, bil-għan li jkun hemm livell ogħla ta’ konverġenza, koordinazzjoni u integrazzjoni, u jitlob li l-għajnuna, taħt l-ebda ċirkustanza, ma għandha tirriżulta fi trasferimenti f’direzzjoni waħda. Il-fond għall-istabbiltà u strumenti oħra bħall-Programm ta’ Sostenn tar-Riforma Strutturali m’għandhomx jitfasslu b’mod li jissostitwixxu l-politika attwali ta’ koeżjoni;

34.

jaqbel mal-Kummissjoni li l-evalwazzjoni futura tas-“Six Pack” u tat-“Two Pack” għandha tintuża bħala bażi biex tittejjeb it-trasparenza fi ħdan u l-leġittimità għall-UE, li hija partikolarment importanti fil-livell lokali u reġjonali. Għaldaqstant, jitlob li jinħoloq “djalogu ekonomiku” bejn il-KtR u l-Kummissjoni, abbażi tad-djalogu eżistenti bejn il-Kummissjoni u l-Parlament;

35.

itenni l-konvinzjoni tiegħu li hemm bżonn ta’ kapaċità fiskali sabiex l-UEM ikollha mekkaniżmu temporanju ta’ assorbiment tax-xokkijiet finanzjarji (5);

36.

itenni li l-kundizzjonijiet għall-finanzjament tal-investiment fl-ekonomija reali nbidlu b’mod fundamentali mill-kriżi ekonomika attwali ‘l hawn, u jenfasizza r-rwol importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jintlaħaq il-livell massimu ta’ effiċjenza u jiġu identifikati l-ostakli għall-investimenti produttivi;

37.

itenni mill-ġdid it-talba tiegħu għal regola tad-deheb bil-għan li l-investimenti fit-tul jibqgħu separati minn nefqa attwali, u jinkoraġġixxi l-introduzzjoni ta’ qafas konsistenti mal-kriterji Ewropej, li jagħmel possibbli l-identifikazzjoni tal-investiment fi kwistjonijiet soċjali u fl-infrastruttura meħtieġ li hu l-aktar importanti biex jiġi sostnut it-tkabbir potenzjali fit-tul.

38.

jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb il-kwalità tal-investiment pubbliku, fost l-oħrajn billi jiġu applikati l-prinċipji tal-OECD dwar l-investiment pubbliku effettiv fil-livelli kollha ta’ gvern, u jitlob biex issir diskussjoni dwar kif id-deċentralizzazzjoni fiskali f’partijiet differenti tas-settur pubbliku tista’ ttejjeb il-kwalità tal-infiq pubbliku, u b’hekk tinħoloq konsolidazzjoni fiskali li tiffavorixxi t-tkabbir, mingħajr ma jitpoġġa f’riskju l-prinċipju tas-solidarjetà bejn ir-reġjuni sottonazzjonali tal-Istati Membri individwali;

39.

itenni talbietu lill-Kummissjoni li tippubblika White Paper li tistabbilixxi tipoloġija fil-livell tal-UE għall-kwalità tal-investiment pubbliku fil-kontijiet tal-infiq pubbliku abbażi tal-effetti fit-tul u biex tinkludi kapitolu dwar il-kwalità tal-investiment pubbliku, inkluż fil-livell sottonazzjonali, f’kull rapport annwali dwar il-finanzi pubbliċi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) (6);

Responsabbiltà demokratika, leġittimità u istituzzjonijiet aktar b’saħħithom

40.

huwa tal-fehma li Unjoni Ekonomika u Monetarja iżjed profonda u reżiljenti tibbenefika minn strutturi anqas kumplessi, sjieda aktar ċara u aktar trasparenza, pjuttost milli jiżdiedu saffi ġodda ta’ regoli ma’ dawk li diġà jeżistu. Jilqa’ b’sodisfazzjon, għalhekk, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tissemplifika u li żżid it-trasparenza u tiċċara s-sjieda;

41.

jitlob għal aktar realiżmu fir-rigward tal-implimentazzjoni prattika ta’ penali amministrattivi għall-pajjiżi li jonqsu milli jikkonformaw ma’ regoli definiti b’mod konġunt, kif ukoll diskussjoni dwar kif il-mekkaniżmi tas-suq jistgħu jkunu alternattiva jew żieda;

42.

jenfasizza li jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li l-governanza ekonomika tkun ikkaratterizzata minn responsabbiltà ċara fil-livelli kollha, inkluż fil-livell lokali u reġjonali, peress li dawn tal-aħħar huma dawk li ta’ spiss jieħdu r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tal-politika f’diversi oqsma, bħalma huma l-impjieg, is-saħħa u l-edukazzjoni;

Kummenti finali

43.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvolvi l-Kumitat tar-Reġjuni fit-tħejjija tal-White Paper dwar it-tranżizzjoni mill-ewwel fażi għat-tieni fażi tar-riforma tal-UEM;

44.

ifakkar fl-importanza li tiġi approfondita l-unjoni monetarja filwaqt li jitqiesu wkoll l-implikazzjonijiet għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-euro u li jiġu ċċarati l-proposti li jkopru l-Istati Membri kollha u mhux biss dawk fiż-żona tal-euro;

45.

jinsisti li kwalunkwe miżura li qed taffettwa l-ikkompletar tal-UEM tiġi implimentata bl-iżjed mod trasparenti sabiex ma jitgerrxux dawk l-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-euro u sabiex jiġi evitat li jkun hemm “Ewropa b’żewġ veloċitajiet”.

Brussell, is-7 ta’ April 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Ara l-opinjoni tal-KtR dwar Naġġornaw is-Suq Uniku, adottata fis-7 u t-8 ta’ April 2016.

(2)  Opinjoni tal-KtR dwar Viżjoni territorjali għall-2050: x’inhu l-ġejjieni? CdR 4285/2015 tat-3 ta’ Diċembru 2015

(3)  Riżoluzzjoni tal-KtR tal-4 ta’ Lulju 2013 dwar It-tisħiħ tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (CDR4129-2013_00_00_TRA_RES-RESOL-V-007)

(4)  Punt 8 tar-Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea “Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2016 – Tisħiħ tal-irkupru u trawwim tal-konverġenza”, COR_2015_06756_00_00_RES-RESOL-VI/008.

(5)  Ara r-riżoluzzjoni tal-KtR tal-4 ta’ Lulju 2013 dwar It-tisħiħ tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (EMU), CDR4129-2013_00_00_TRA_RES-RESOL-V/007.

(6)  Punt 15 tal-Opinjoni tal-KtR dwar “Nagħmlu l-aħjar użu tal-flessibbiltà fl-ambitu tar-regoli eżistenti dwar il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir”, relatur: is-Sinjura Zrihen (BE/PSE), COR-2015-01185.


1.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 240/6


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Naħdmu flimkien għat-tkabbir u l-impjiegi: Ir-rwol tal-Banek Promozzjonali Nazzjonali u Reġjonali (NPBs) fl-appoġġ tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa

(2016/C 240/02)

Relatur:

Adam BANASZAK (PL/KRE), Viċi President tal-Assemblea Reġjonali ta’ Kujawsko-Pomorskie

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Naħdmu flimkien għat-tkabbir u l-impjiegi: Ir-rwol tal-Banek Promozzjonali Nazzjonali (NPBs) fl-appoġġ tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa

COM(2015) 361 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

Il-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ l-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea biex tappoġġja l-banek promozzjonali u biex toħloq pjattaformi ta’ investiment bħala elementi importanti tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa. Iżda jiddispjaċih li minkejja li d-definizzjoni formali ta’ banek promozzjonali nazzjonali fil-prinċipju tħaddan fiha wkoll banek reġjonali, il-Kummissjoni, fil-prattika madankollu tikkonċentra esklużivament fuq ir-rwol tal-amministrazzjonijiet nazzjonali u tappella biss għat-twaqqif ta’ banek promozzjonali nazzjonali ġodda. Minbarra dan banek promozzjonali li joperaw fuq livell lokali u reġjonali jiksbu għarfien u rikonoxximent fil-qafas tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa;

2.

ifakkar fid-definizzjoni ta’ banek jew istituzzjonijiet ta’ żvilupp kif stabbilita fir-Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, jiġifieri “l-entitajiet legali impenjati f’attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali, li għalihom Stat Membru, jew entità ta’ Stat Membru f’livell ċentrali, reġjonali jew lokali, jagħtu mandat biex jitwettqu attivitajiet ta’ żvilupp jew ta’ promozzjoni”;

3.

ifakkar li banek promozzjonali mfassla skont diversi mudelli jaqdu rwol importanti biex jittaffew il-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, speċjalment fid-dawl tat-tnaqqis tal-investimenti pubbliċi fuq livell lokali u reġjonali, li ssemmiet fl-aktar rapport konġunt reċenti tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-OECD;

4.

b’rabta ma’ dan jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għall-promozzjoni ta’ investimenti, li huma meħtieġa għall-awtoritajiet reġjonali, f’xi pajjiżi hemm banek li joperaw mal-pajjiż kollu (eż. fi Franza u l-Polonja), li s-sidien konġunti tagħhom huma l-awtoritajiet reġjonali (il-pajjiżi Skandinavi u n-Netherlands), iżda li hemm ukoll, minbarra banek promozzjonali nazzjonali, banek promozzjonali reġjonali (eż. fil-mudell Ġermaniż), li huma proprjetà (sħiħa jew parzjali) tar-reġjun federali rispettiv u li jwettqu xogħol ta’ promozzjoni speċifiku ġħar-reġjun federali. L-għamla ta’ dawn il-banek promozzjonali tvarja skont l-esperjenzi storiċi u l-kundizzjonijiet ekonomiċi fl-Istat jew ir-reġjun rispettiv;

5.

ifakkar li l-istituzzjonijiet ta’ promozzjoni mhux dejjem ikunu banek – f’xi pajjiżi jkollhom l-għamla ta’ aġenziji, kumpaniji ta’ investiment jew fondi ta’ investiment, u mhuwiex rari li jingħataw kapital ta’ riskju, u anke dan it-tip ta’ istituzzjonijiet, li mhumiex banek, jista’ jkollhom funzjoni importanti fil-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa;

6.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fuq livell lokali u reġjonali sa issa mhux fl-Istati Membri u r-reġjuni kollha huma disponibbli strumenti finanzjarji jew l-istrumenti u l-esperjenza eżistenti ma jistgħux jintużaw bl-aħjar mod minbarra li s-sehem tas-settur privat normalment huwa limitat għat-twettiq ta’ kuntratti – dan iżid il-ħtieġa għal appoġġ għall-istituzzjonijiet finanzjarji ta’ promozzjoni lokali;

7.

jisħaq li hemm modi differenti għat-twaqqif ta’ banek promozzjonali, bl-istess mod li l-istorja ta’ kif bdew dawk li diġà jeżistu żviluppat b’modi differenti – xi wħud twaqqfu mill-ewwel bħala istituzzjonijiet indipendenti, oħrajn żviluppaw minn dipartimenti ta’ banek pubbliċi;

8.

jenfasizza li l-ħolqien ta’ banek promozzjonali u l-kapaċità operattiva tagħhom huma essenzjali bħala strumenti ekonomiċi, strutturali u soċjopolitiċi fost l-oħrajn bħala reazzjoni għal dgħufija strutturali jew falliment tas-swieq (anke dawk reġjonali), u fl-istess ħin huwa konxju mid-diffikultajiet ta’ definizzjoni kunċettwali ċara u valutazzjoni ta’ falliment tas-suq; b’rabta ma’ dan jappella għal interpretazzjoni wiesgħa b’mod permanenti tat-terminu “falliment tas-suq”;

9.

jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-fatt li l-awtoritajiet reġjonali għandu jkollhom aktar influwenza fuq l-għażla ta’ soluzzjonijiet finanzjarji, li jaqdu l-interessi tal-amministrazzjonijiet lokali. In-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tal-fehmiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sikwit twassal għall-promozzjoni ta’ investimenti li ma jgħoddux għall-programmi operazzjonali reġjonali u mal-istrateġiji lokali;

10.

jindika diskrepanza sostanzjali fil-livell tal-iżvilupp tas-sistemi ta’ promozzjoni nazzjonali individwali, li b’konsegwenza tagħha pajjiżi u reġjuni b’kultura anqas żviluppata ta’ dan it-tip ta’ entità bankarja juru nuqqasijiet sistematiċi. Dan jista’ jwassal biex xi kultant ma jkunx hemm biżżejjed appoġġ għall-awtoritajiet u l-intrapriżi lokali min-naħa tal-banek promozzjonali nazzjonali, li għandhom jagħmlu deċentralizzazzjoni qawwija tas-servizzi li joffru;

11.

huwa mħasseb li mudelli ċentralizzati ta’ promozzjoni tal-iżvilupp li jiddependu minn bank nazzjonali u l-fergħat lokali u mhux awtonomi tiegħu mhux dejjem jissodisfaw b’mod sħiħ il-ħtiġijiet tal-komunitajiet lokali, speċjalment f’reġjuni mhux daqstant żviluppati, fejn l-awtoritajiet ikollhom biss influwenza ferm limitata fuq il-bank promozzjonali nazzjonali;

12.

jesprimi l-konvinzjoni li l-mudell għall-iżvilupp ta’ sistema ta’ banek promozzjonali mill-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jintgħażel fuq kull livell bl-għanijiet ewlenin imniżżlin hawn taħt u skont il-kriterji ewlenin imniżżlin hawn taħt għall-valutazzjoni tal-effettività: it-tneħħija tan-nuqqasijiet tas-swieq, żieda dejjiema fin-numru ta’ impjiegi, il-kunsiderazzjoni tal-interessi ta’ komunitajiet lokali, kif ukoll is-segwitu tal-għanijiet pubbliċi ta’ żvilupp ekonomiku;

13.

huwa mħasseb li r-rekwiżit propost mill-Kummissjoni Ewropea ta’ valutazzjoni ex ante ta’ banek promozzjonali li jkunu għadhom kif twaqqfu u ta’ prodotti finanzjarji ġodda offruti minnhom tnaqqas b’mod sostanzjali l-kapaċità operazzjonali tagħhom u xxekkel it-twaqqif stess ta’ banek bħal dawn, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll reġjonali. Barra minn hekk, b’rabta ma’ dan għandu jiġi enfasizzat li f’reġjuni anqas żviluppati sikwit ikun diffiċli li tingħata evidenza ta’ falliment tas-suq, minħabba li s-sitwazzjoni soċjoekonomika tar-reġjun kollu tista’ tkun riflessjoni tal-inadegwatezza tas-suq meta mqabbel ma’ żoni aktar żviluppati;

14.

jesprimi t-tama li tikber il-kooperazzjoni bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Bank Ewropew tal-Investiment; jappella għall-ħolqien ta’ netwerk komplementari ta’ banek promozzjonali pubbliċi li jħares il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, sabiex jingħata kontribut għall-kisba ta’ sinerġiji ta’ natura ekonomika u soċjali; ikun sodisfatt jekk din is-sistema ssir mezz ta’ skambju interreġjonali u internazzjonali ta’ esperjenza u għarfien, u fl-istess waqt tgħin biex jiġi evitat il-periklu ta’ ċentralizzazzjoni qawwija żżejjed;

Proposti

15.

jappella, għal dawk ir-reġjuni li għad ma għandhomx sett ta’ strumenti ta’ promozzjoni tagħhom, għal tisħiħ sinifikanti tal-involviment tal-awtoritajiet lokali fit-twaqqif u l-operat ta’ banek promozzjonali kif ukoll fl-evalwazzjoni tal-impatt tagħhom. Dan jista’ jsir billi l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom influwenza akbar fuq l-orjentazzjoni strateġika u l-ġestjoni ta’ banek promozzjonali nazzjonali, jew inkella billi l-banek promozzjonali nazzjonali jiġu kkomplementati permezz tat-twaqqif ta’ banek promozzjonali reġjonali (lokali). Dawn tal-aħħar kieku jikkooperaw mill-qrib mal-bank nazzjonali;

16.

huwa tal-fehma li l-għażla ta’ triq konkreta għall-iżvilupp ta’ entità ta’ bank promozzjonali f’reġjun – allura l-mistoqsija dwar jekk mudell b’bank promozzjonali nazzjonali predominanti huwiex biżżejjed jew jekk mudell deċentralizzat bi rwol akbar għal istituzzjonijiet finanzjarji jew banek promozzjonali lokali jew reġjonali huwiex aħjar – trid tibqa’ f’idejn l-awtoritajiet reġjonali jew lokali bi ftehim mal-awtoritajiet nazzjonali jew - skont is-sistema legali tal-Istat Membru rispettiv - f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali nnifishom;

17.

huwa tal-fehma li deċiżjonijiet dwar it-twaqqif ta’ istituzzjoni ġdida jitolbu analiżi bir-reqqa tal-utilità ta’ strutturi istituzzjonali ġodda, sabiex jiġu evitati żieda bla bżonn fil-burokrazija u ħela ta’ riżorsi;

18.

jirrimarka li fil-każ tal-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u tal-BEI li jistabbilixxu qafas sistematiku għall-appoġġ tat-twaqqif ta’ banek promozzjonali reġjonali ġodda bħal dawn, hemm bżonn jitqiesu l-partikolaritajiet ta’ pajjiżi u reġjuni individwali, jitqiesu prattiki u strutturi ta’ promozzjoni tajbin f’dan il-qasam, u wkoll jiġu inklużi l-esperjenzi ta’ banek li ġew stabbiliti reċentement. Barra minn hekk jagħmel sens li l-aħjar soluzzjonijiet istituzzjonali jiġu applikati b’kunsiderazzjoni tal-partikolaritajiet lokali f’reġjuni anqas żviluppati;

19.

ifakkar li valutazzjoni ex post tal-funzjonament effiċjenti ta’ banek promozzjonali reġjonali li diġà jeżistu u li għadhom kif twaqqfu, minħabba li l-iskeda ta’ żmien tal-pjani ffinanzjati ta’ investiment normalment tkun fuq għadd ta’ snin, trid issir fuq perjodu twil, fuq perjodu bejn 10 snin u 15-il sena;

20.

iqis li l-ħolqien ta’ qafas għall-kooperazzjoni bejn fondi Ewropej tal-investiment fuq terminu twil (European Long-Term Investment Funds, ELTIF) li għadhom kif twaqqfu u banek promozzjonali reġjonali u istituzzjonijiet lokali oħrajn huwa essenzjali – għandhom jikkomplementaw lil xulxin fil-finanzjament ta’ investimenti fit-tul fil-livell lokali u dak reġjonali u mhux jikkompetu kontra xulxin;

21.

huwa favur l-idea li jinħolqu pjattaformi ta’ investiment bħala mezz għat-twettiq tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa; madankollu b’rabta ma’ dan iqis li huwa essenzjali li l-kontribut għall-pjattaformi ta’ investiment li jkun ġej minn riżorsi pubbliċi, nazzjonali, lokali jew reġjonali ma jingħaddx fil-qafas tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir;

22.

jisħaq li l-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ewropew tal-Investiment għandhom ifissru b’mod ċar liema rwol ser jingħata lill-banek promozzjonali reġjonali u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn fis-sistema ta’ pjattaformi ta’ investiment, li għandha tinbena bħala mezz għat-twettiq tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa. Il-banek promozzjonali reġjonali għandhom jikkooperaw mal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) fuq il-bażi ta’ pjattaformi ta’ investiment marbutin ma’ setturi differenti, iżda fuq kollox stabbiliti fuq bażi ġeografika;

23.

iqis li għandhom jingħataw kjarifika u spjegazzjoni aktar fil-fond tas-sisien tal-kooperazzjoni tal-banek promozzjonali reġjonali jew lokali jew istituzzjonijiet oħrajn maċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti (European Investment Advisory Hub, EIAH). Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti għandu jappoġġja b’mod speċjali lill-awtoritajiet lokali u lill-banek promozzjonali lokali fit-tħejjija ta’ proġetti u jieħu f’idejh il-konsulenza fi kwistjonijiet tekniċi finanzjarji u jgħin ukoll fit-tixrid ta’ għarfien. Barra minn hekk għandu jkun hemm il-possibbiltà, li ċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti jibni rabtiet ta’ sħubija mhux biss ma’ banek nazzjonali, iżda wkoll ma’ banek reġjonali.

Brussell, is-7 ta’ April 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


1.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 240/9


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Passi konkreti għall-implimentazzjoni tal-Aġenda Urbana tal-UE

(2016/C 240/03)

Relatur:

is-Sinjura Hella DUNGER-LÖPER (DE/PSE), Segretarja tal-Istat, Rappreżentanta tal-Land ta’ Berlin għall-Gvern Federali responsabbli għall-Affarijiet Ewropej

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Introduzzjoni

1.

L-aġenda urbana hija proġett Ewropew ta’ importanza ewlenija: ser jiġi żviluppat metodu ta’ ħidma ġdid, li bis-saħħa ta’ qafas operazzjonali u strumenti effettivi għandu jistabbilixxi l-koerenza tal-politiki kollha, li jaffettwaw il-bliet, u jolqtu l-ispazji funzjonali ta’ madwarhom. B’madwar żewġ terzi tal-politiki settorjali kollha tal-UE li għandhom impatt fuq iż-żoni urbani tal-Ewropa, il-bliet għandhom ikunu involuti aktar mill-qrib fit-tfassil u l-implimentazzjoni tagħhom. L-għan huwa li jsir titjib fil-kwalità tal-ħajja fil-bliet u l-iżvilupp ta’ governanza “urbana” ġdida, permezz ta’ approċċ prattiku u konkret, li jikkoordina fuq livelli differenti, u jifformola u jimplimenta l-għanijiet f’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal- proporzjonalità. Din il-paradigma urbana ġdida tiftaħ opportunitajiet kbar: tista’ tagħmel lin-nies lokali konxji tal-valur Ewropew biex jintlaħqu l-isfidi soċjali u demografiċi, tista’ – meta relatata mill-qrib mal-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni tal-UE – ittejjeb il-kwalità tal-politiki Ewropej permezz ta’ rabta b’mod reċiproku ma’ strateġiji nazzjonali, reġjonali u lokali u għalhekk tmur lil hinn sew mill-kooperazzjoni preċendenti. Il-KtR jenfasizza li l-aġenda urbana għandha tkun parti minn viżjoni territorjali aktar olistika li tikkunsidra iż-żoni urbani kif ukoll dawk rurali (1).

Tista’ tagħti wkoll kontribut rilevanti sabiex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3 tat-Trattat tal-UE, inkluż b’mod partikolari dawk tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 (2).

B’approċċ “minn isfel għal fuq” u governanza f’diversi livelli, hemm tliet kriterji ewlenin sabiex dan il-proċess jirnexxi:

Trasparenza

Parteċipazzjoni

Responsabilità.

2.

Il-KtR ifakkar fl-isforzi li saru sa mill-1989 u fil-Proġetti Pilota Urbani sabiex il-bliet jitqiesu iktar u jiġu inkludi b’mod aktar prominenti fil-proċess tat-tfassil tal-politika fuq livell Ewropew u għalhekk taw il-kontribut tagħhom għat-tfassil ta’ aġenda urbana fuq livell Ewropew:

F’dan il-kuntest, jenfasizza b’mod partikolari l-kontribut tal-opinjoni tal-KtR “Lejn Aġenda Urbana Ewropea intergata” tal-2014 (3);

huwa jenfasizza r-rwol tal-Parlament Ewropew fil-kontribuzzjoni tal-kwistjonijiet urbani u fl-applikazzjoni tagħhom fir-Regolament ġenerali dwar il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment u fl-implimentazzjoni ta’ impulsi importanti għat-tfassil ta’ aġenda urbana permezz tar-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Settembru 2015 dwar id-dimensjoni urbana tal-politiki tal-UE;

huwa għandu kliem ta’ tifħir għall-Kummissjoni Ewropea, li permezz ta’ avvenimenti regolari u permezz tal-proċedura ta’ konsultazzjoni għall-aġenda urbana bejn it-18 ta’ Lulju u s-26 ta’ Settembru 2014, saħħet il-kuxjenza dwar ir-rwol tal-bliet;

huwa jirreferi għad-Dikjarazzjoni ta’ Riga taħt il-Presidenza Latvjana, fejn għal darba oħra, fil-livell tal-Kunsill, ġiet rikonoxxuta d-dimensjoni urbana;

b’mod partikolari jirrikonoxxi l-impetu qawwi mill-Presidenza Netherlandiża, li għamlet l-aġenda urbana tema prinċipali tal-presidenza tagħha, speċjalment bit-tħejjija tal-Patt ta’ Amsterdam li se jagħmel l-implimentazzjoni tal-aġenda urbana waħda vinkolanti, u li b’hekk stabbilixxiet il-bażi biex l-intenzjonijiet ikunu segwiti minn azzjonijiet u l-implimentazzjoni tal-aġenda urbana fl-Unjoni Ewropea tkun tista’ tiġi finalment indirizzata;

huwa jinnota l-importanza tat-tisħiħ tar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil u l-implimentazzjoni effettiva tal-politiki, leġislazzjoni u programmi ta’ finanzjament Ewropej.

Pożizzjonijiet bażiċi tal-aġenda urbana

3.

L-importanza tal-bliet: it-tendenza osservata b’mod globali dwar il-konċentrazzjoni tal-popolazzjoni fil-bliet, li dejjem qiegħda tikber, għandha tiġi osservata fl-Ewropa wkoll: l-Ewropa hija kontinent, fejn madwar 70 % tal-popolazzjoni llum tgħix fil-bliet jew fl-agglomerazzjonijiet urbani. Dawn huma l-mutur tal-iżvilupp ekonomiku (waħdehom jipproduċu iktar minn 75 % tal-PDG), tal-inklużjoni soċjali u tal-iżvilupp sostenibbli. Madankollu, il-bliet huma wkoll karatterizzati minn interazzjoni diretta ta’ kuntrarji soċjali, faqar u ġid, potenzjal tax-xogħol u qgħad fit-tul, domanda u nuqqas ta’ ħaddiema, differenzi kbar fis-settur tal-edukazzjoni u sfidi ambjentali speċifiċi, biex insemmu biss ftit affarijiet. Bħala “katalisti tal-integrazzjoni”, ser jaqdu wkoll parti prinċipali biex jindirizzaw il-flussi attwali ta’ refuġjati kif ukoll il-migrazzjoni fi ħdan l-UE. L-ebda waħda mill-politiki tal-Unjoni Ewropea mhi ser tkun vijabbli mingħajr ma tqis id-dimensjoni urbana.

4.

Approċċi integrati u multidixxiplinarji: il-Karta ta’ Leipzig tal-2007 diġà kienet enfasizzat li l-approċċi integrati fil-bliet biss jistgħu jkunu ta’ suċċess u li l-governanza f’diversi livelli hija l-qofol għas-soluzzjoni ta’ problemi kumplessi fil-bliet. Fost l-approċċi ta’ suċċess hemm dak li jingħeleb il-“ħsieb tal-amministrazzjoni pubblika f’Silos”, jiġifieri approċċ interdixxiplinari sabiex jiġu solvuti l-problemi, l-interazzjoni ta’ ġerarkiji klassiċi, il-governanza f’diversi livelli u l-inklużjoni ta’ partijiet interessati differenti, b’kunsiderazzjoni tad-differenzi fost l-awtroritajiet lokali u reġjonali. Għalhekk, hawnhekk qegħdin jiġu deskritti partijiet li jikkorrispondu mill-qrib mal-ideat tal-Kummissjoni Ewropea tar-“Regolamentazzjoni aħjar”, tal-“Finanzjament aħjar” u tal-“Koordinazzjoni aħjar”. Madankollu, l-approċċi integrati jeħtieġu livell għoli ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni u fuq il-livelli kollha, kemm dak lokali, reġjonali u nazzjonali kif ukoll dak Ewropew.

5.

Il-belt u l-pajjiż bħala żoni li jiffunzjonaw b’mod kumplementari: Fid-diskussjoni dwar l-aġenda urbana kemm-il darba ssemma l-biża’ li jkun hemm enfasi ikbar fuq il-kwistjonijiet urbani għad-detriment tal-appoġġ taż-żoni rurali. Madankollu, il-KtR jenfasizza l-importanza tar-rabtiet bejn iż-żoni urbani u rurali u r-rwol li jaqdu ż-żoni rurali, li jikkontribwixxu wkoll għat-tkabbir u l-ħolqien ta’ impjiegi. Il-politiki tal-UE m’għandhomx iħeġġu relazzjoni ta’ kompetizzjoni bejn dawn iż-żewġ dimensjonijiet sal-punt li dawn jiġu integrati ġeografikament, amministrattivament u f’termini ta’ politiki funzjonali u tematiċi. Għalhekk l-objettiv huwa li tiġi promossal-kumplementarjetà taż-żewġ dimensjonijiet u li jsir possibbli l-ittestjar ta’ forom ġodda ta’ governanza bejniethom u b’mod partikolari permezz ta’ aċċess usa’ għas-servizzi u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji diġitali. Huwa biss meta t-tnejn li huma jkunu b’saħħithom li jista’ jinkiseb l-għan ġenerali: Ewropa ekoloġikament, ekonomikament u soċjalment b’saħħitha u koeżjoni territorjali akbar. Fil-qalba tal-politika urbana Ewropea nsibu l-bliet u l-ispazji funzjonali ta’ madwarhom kollha: mhux biss l-bliet ewlenin u kbar, iżda wkoll l-bliet medji u żgħar, li huma ta’ importanza kbira għar-reġjoni ta’ madwarhom.

6.

L-aġenda urbana tal-UE għandha tipprovdi wkoll gwida għal pożizzjonijiet ta’ negozjar tal-UE bi tħejjija għall-konferenza Habitat III li għandha ssir f’Quito mis-17 sal-20 ta’ Ottubru 2016. Barra minn hekk u b’konformità mal-objettiv tal-UE li tkun attur globali aktar b’saħħtu kif ukoll il-ħtieġa li tiżdied il-konsistenza bejn il-politiki esterni u interni tal-UE, l-UE għandha ssaħħaħ u tħeġġeġ il-kooperazzjoni internazzjonali u l-iskambju bejn l-awtoritajiet urbani.

7.

L-aġenda urbana għandha tiddependi wkoll fuq approċċ integrat bejn il-governanza urbana u reġjonali li tinkludi l-kuntesti istituzzjonali u amministrattivi sabiex tiġi implimentata b’suċċess.

8.

Għalhekk, għal aġenda urbana Ewropea li tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-parteċipazzoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali b’approċċ minn isfel għal fuq, huma imperattivi fatturi bħall-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi nazzjonali u Ewropej tagħhom fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, il-parteċipazzjoni u r-responsabbiltà tagħhom fit-tfassil ta’ programmi operattivi u fl-implimentazzjoni u fil-valutazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni, filwaqt li jiġu rispettati r-rwoli istituzzjonali tagħhom.

Il-proċess dwar l-implimentazzjoni ta’ passi konkreti għall-aġenda urbana: il-Patt ta’ Amsterdam

9.

Il-Kummissjoni Ewropea bdiet tħejji l-Patt ta’ Amsterdam flimkien mal-Presidenza Netherlandiża u bl-involviment ta’ diversi partijiet interessati. L-għan tal-Patt huwa, fil-qasam tat-tnax-il sħubija tematika, li jiżviluppa u jimplimenta pjani ta’ azzjoni matul il-perjodu ta’ tliet snin, għall-politiki integrati għall-problemi urbani ċentrali.

Dawn huma maħsuba bħala strument ewlieni ta’ twettiq fi ħdan l-Aġenda Urbana. Dawn ser jiġbru flimkien għadd dejjem jiżdied ta’ politiki settorjali li għandhom impatt fuq iż-żoni urbani tal-UE. Huwa wkoll kruċjali għas-suċċess tas-sħubijiet u tal-Bord tal-Aġenda Urbana tal-UE, li se jissorveljaw il-proċess, li jimxu ‘l quddiem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet urbani, lokali u reġjonali, l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet Ewropej (inkluż il-KtR), u l-partijiet interessati lokali rilevanti.

Il-KtR huwa favur li jkun hemm konċentrazzjoni fuq numru limitat ta’ oqsma ta’ politika importanti li jagħmluha possibbli li jinkisbu riżultati viżibbli u juru l-valur miżjud tal-Aġenda Urbana tal-UE. It-tnax-il tema prinċipali definita ma tibni ebda lista finali. Xorta waħda għandhom jiġu ffurmati sħubiji għal suġġetti oħrajn, li jeħtieġu approċċi integrati għall-politiki, bħal pereżempju li titqies id-dimensjoni kulturali u turistika fl-iżvilupp urban, forom inklużivi ġodda ta’ parteċipazzjoni, innovazzjoni u “Bliet Intelliġenti”. Valutazzjoni komprensiva tal-prijoritajiet tematiċi ser tkun possibbli għall-ewwel darba, meta jitfasslu s-sħubijiet, peress li din tindika jekk u kif l-Unjoni Ewropea tħaddanx temi ċentrali, bħall-qgħad fost iż-żgħażagħ. Il-KtR jilqa’ bi pjaċir il-fatt li erba’ Sħubijiet Pilota (“il-kwalità tal-arja”, “il-bini tad-djar”, “il-faqar fil-bliet” u “il-migrazzjoni u l-integrazzjoni tar-refuġjati”) diġà bdew iwettqu xogħolhom. Għall-bqija tal-proċess tas-sħubijiet huwa ta’ importanza kbira li sa mill-bidu nett jintlaħaq qbil fuq livell għoli ta’ responsabbiltà, pereżempju fil-forma ta’ rappurtar kull sitt xhur lill-Kummissjoni, lill-Parlament u lill-KtR. Il-KtR jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-possibbiltà li s-sħubijiet tematiċi jikkontribwixxu għat-tfassil tal-leġislazzjoni futura tal-UE u għar-rieżami ta’ dik attwali. Fir-rigward tal-finanzjament tal-parteċipazzjoni f’dawn l-isħubijiet tematiċi li ser tinkludi madwar 15-il sieħeb u meta jitqies il-fatt li n-Netherlands diġà pprovdew EUR 50 000 bħala appoġġ għal kull sħubija, il-KtR jitlob lill-Kummissjoni Ewropea teżamina l-possibbiltà ta’ assistenza teknika finanzjarja sabiex tappoġġja dawk l-awtoritajiet lokali li jixtiequ jsiru sħab.

10.

L-iżvilupp u l-finanzjament tal-pjanijiet ta’ azzjoni urbana, skont il-qafas tal-Patt ta’ Amsterdam jew programmi Ewropej oħrajn (eż. URBACT), jistgħu jkunu s-suġġetti ta’ programmi operazzjonali fil-perjodu ta’ programmazzjoni ġejjieni.

11.

Barra minhekk, huwa importanti li l-Kummissjoni Ewropea tieħu rwol b’saħħtu u awtorevoli fil-koordinazzjoni. Dan jinkludi l-ħatra tal-ewwel Viċi President bħala koordinatur tal-Aġenda urbana tal-UE, li permezz tal-funzjoni tiegħu tiġi ggarantita rabta mill-qrib mal-aġenda għal Regolamentazzjoni aħjar. Barra minhekk din il-koordinazzjoni tneħħi l-osservazzjoni frammentata tal-bliet, li tirriżulta mill-perspettivi tekniċi rispettivi tad-Direttorati Ġenerali individwali. “Bliet intelliġenti” u, fil-każ taż-żoni rurali, “reġjuni intelliġenti” ma jkunux biss “bliet intelliġenti teknoloġikament”, iżda wkoll soċjalment intelliġenti, Hemm ukoll il-ħtieġa għal politika integrata fi ħdan l-Aġenda Urbana tal-UE, is-semplifikazzjoni tal-Bliet Intelliġenti u tal-Istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti (RIS3). Huwa essenzjali approċċ olistiku, b’mod partikolari fid-dawl tal-isfidi, bħall-mewġa ta’ refuġjati u l-ħtiġiet korrispondenti ta’ integrazzjoni. Barra minhekk, l-inklużjoni tal-aġenda urbana fil-programm ta’ ħidma annwali tal-Kummissjoni Ewropea tirrappreżenta element importanti ieħor. Dan l-element iservi wkoll għat-trasparenza u għall-impenn fil-proċess.

12.

Il-KtR jinsisti li aktar progress għadu jrid isir sabiex jiġu involuti aħjar l-awtoritajiet lokali u reġjonali inklużi netwerks urbani u reġjonali u partijiet interessati oħrajn, fit-tħejjija kif ukoll l-evalwazzjoni tal-politika tal-UE b’impatt u/jew enfasi fuq l-awtoritajiet responsabbli għal żoni urbani.

13.

Estensjoni tal-valutazzjoni tal-impatt għad-dimensjoni urbana: fuq inizjattiva tal-KtR u tal-Proġett Pilota mibdi mill-Kummissjoni Ewropea għall-evalwazzjoni tal-impatt territorjali bl-eżempju tal-effiċjenza enerġetika fil-bini, intwera li hemm strumenti adatti fis-seħħ sabiex itejbu l-valutazzjoni tal-impatt tal-eżaminazzjoni tad-dimensjoni territorjali. L-aħħar u mhux lanqas, il-proġett pilota wera l-interess kbir, ir-rieda u l-kapaċità tal-bliet u tar-reġjuni, sabiex jipparteċipaw b’mod attiv f’miżuri xierqa u li dawn il-miżuri xierqa jipprovduhom bil-kontribut meħtieġ.

14.

Huwa neċessarju li tiġi implimentata l-kondiviżjoni tal-għarfien u l-kooperazzjoni bejn il-bliet sabiex jiġi promoss l-iskambju tal-għarfien espert u tal-aħjar prattika bejn il-bliet u l-awtoritajiet lokali billi jiġu minimizzati l-piżijiet amministrattivi kemm jista’ jkun. Il-ġbir ta’ data dwar kwistjonijiet ta’ żvilupp urban għandu jiġi kkunsidrat biss f’każijiet ta’ eċċezzjoni u limitat għal meta jkun assolutament essenzjali.

15.

Il-KtR ikompli jappella għal reviżjoni sistematika tal-opportunitajiet, sabiex jitjieb l-eliġibbiltà għall-ibliet u l-ispazji funzjonali tagħhom. Jistgħu jitqiesu:

Iż-żieda tal-iskambju tal-għarfien dwar il-koordinazzjoni u l-aċċess għal strumenti eżistenti u sorsi ta’ finanzjament għall-bliet fil-livell tal-UE u dak, reġjonali u lokali.

Jitħeġġu b’mod partikolari l-Istati Membri biex iżidu l-użu ta’ strumenti eżistenti għad-dimensjoni urbana fil-politika ta’ koeżjoni, pereżempju, tal-Investiment Territorjali Integrat (ITI). Dawn għandhom ikunu simili għall-istrateġiji għal żvilupp urban sostenibbli, inklużi miżuri biex jissolvu problemi li jaffettwaw iż-żona urbana funzjonali sħiħa, u li jirrikjedu l-kooperazzjoni tal-imsieħba kollha f’din iż-żona. Bi tħejjija għall-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2020, jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll possibbiltajiet f’kuntest usa’ u lil hinn mill-Fondi Strutturali, sabiex tiġi żviluppata skema ta’ finanzjament speċifika tal-UE għall-iżvilupp urban integrat, li sservi wkoll bħala rabta aħjar bejn il-programmi differenti tal-UE.

L-inklużjoni tal-awtoritajiet urbani fit-tfassil u fl-implimentazzjoni u l-ittestjar ta’ approċċi sperimentali bħall-Azzjonijiet Urbani Innovattivi.

Il-valur miżjud Ewropew tal-viżibbiltà speċifika tal-appoġġ tal-UE fil-bliet u f’żoni urbani għandu jiġi appoġġjat billi jkun hemm attenzjoni ffukata fuq il-bażi ta’ approċċ integrat dwar l-aħjar prattika u politika ta’ appoġġ ibbażata fuq ir-riżultati għall-bliet u l-ispazji funzjonali ta’ madwarhom, inkluż b’rabta mal-ġestjoni tal-fondi tal-UE u l-implimentazzjoni.

Il-flessibbiltà tal-finanzjament għall-bliet u ż-żoni urbani għandha tiġi ppreservata sabiex ikunu jistgħu jirrispondu għall-isfidi u għar-rekwiżiti mhux mistennija.

L-użu taċ-ċentru ta’ konsulenza għall-investiment stabbilit mill-Bank Ewropew tal-Investiment, sabiex l-istrumenti tal-finanzjament fi ħdan il-BEI, jintużaw ukoll b’mod sistematiku għall-ibliet.

Titjib tar-rabta bejn il-finanzjament tal-UE u l-parteċipazzjoni privata, akkwist ta’ fondi u l-użu ta’ strumenti finanzjarji għal żoni urbani. Il-finanzjament ta’ proġetti urbani għandu jkun innovativ u għandu jinkludi l-possibbiltà ta’ esperimentazzjoni. Il-parteċipazzjoni finanzjarja privata għandha tiġi aċċettata bħala kofinanzjament.

Il-ġbir ta’ kontributi u/jew informazzjoni tal-bliet bil-għan li jiġu ssemplifikati l-Fondi SIE.

L-inklużjoni mill-aktar kmieni possibbli tal-bliet fir-reviżjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.

Kriterji ta’ evalwazzjoni tal-azzjonijiet urbani għandhom jiġu riveduti u aġġornati, mhux biss f’termini tal-kwalità tal-effettività tal-azzjonijiet u l-proġetti individwali, iżda li jinkludi punti ta’ riferiment effettivi biex jitkejjel u jiġi evalwat l-impatt reali ta’ dawn il-politiki fuq il-kwalità ta’ trasformazzjonijiet territorjali.

Żvilupp ulterjuri ta’ għodod ħfief li jinċentivaw bħall-Premju Ewropew għall-Kapitali Ambjentali.

16.

Minħabba l-importanza li qiegħda dejjem tikber tas-Semestru Ewropew bħala strument tal-koordinazzjoni tal-politika, il-KtR jitlob li fil-kuntest tas-Semestru Ewropew jiġu kkunsidrati wkoll b’mod xieraq aspetti urbani u rurali. Dan jista’ jinkiseb permezz ta’ involviment f’waqtu tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tħejjija annwali tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tal-Istati Membri. B’hekk, ir-rappreżentant maħtur tal-Kummissjoni Ewropea fl-Istat Membru rispettiv ikun jista’ jaqdi rwol importanti għas-Semestru Ewropew.

17.

Il-KtR jenfasizza wkoll id-dinamika u l-kapaċitajiet ta’ netwerks urbani li jagħtu kontribut biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni Ewropea. Fir-rigward tal-Patt tas-Sindki, li jgħaqqad 6 000 awtorità lokali u reġjonali li impenjaw ruħhom biex inaqqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju iktar mill-miri tal-klima tal-UE għall-2020, il-KtR jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżviluppa r-rwol tal-Patt tas-Sindki bil-għan li l-attivitajiet tiegħu jiġu estiżi wara l-2020 u jsir mezz għall-kontributi konkreti li l-bliet jistgħu jagħmlu sabiex jiġġieldu kontra t-tibdil fil-klima fi ħdan qafas usa’ tal-UE (4).

18.

Il-Patt ta’ Amsterdam għandu jwassal għal qbil li jorbot legalment dwar il-proċess tal-implimentazzjoni tal-aġenda urbana. It-tmien sħubijiet li għadhom ma nbdewx għandhom jiġu mnedija immedjatament. Wara dan għandha tiġi pprovduta reviżjoni tal-lista tematika, sabiex jiġi ddeterminat jekk ir-realtà urbana hijiex l-element essenzjali fl-isħubiji. Il-KtR jilqa’ l-proposta fl-abbozz tal-Patt ta’ Amsterdam mill-Presidenza Netherlandiża, li suġġetti trasversali, fosthom governanza urbana, governanza lil hinn mill-fruntieri amministrattivi, inkluż belt-pajjiż- kif ukoll kooperazzjoni transfruntiera, u l-għoti ta’ servizzi pubbliċi ta’ interess ġenerali, għandhom jiġu indirizzati fl-isħubiji kollha. L-aħħar aspett huwa li jiġi żgurat li l-Aġenda Urabana tal-UE skont l-Artikolu 14 TFUE u l-Protokoll 26 tirrispetta l-awtonomija lokali u reġjonali u d-diskrezzjonijiet relatati magħha fi ħdan il-liġi primarja tal-UE u b’mod partikolari tintegra s-servizzi ta’ interess ġenerali muniċipali tematikament.

19.

Minbarra l-korpi u l-obbligi ta’ rappurtar previsti fil-Patt tas-Sindki, għandu jkun hemm rappurtar regolari lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-KtR, sabiex tiġi żgurata proċedura trasparenti u aċċessibbli b’mod wiesa’, li tkun tista’ tiġi segwita mhux biss minn dawk li huma involuti direttament, iżda wkoll mill-pubbliku interessat (5).

20.

Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ responsabilità għall-Presidenzi futuri, il-Patt ta’ Amsterdam għandu jiġi inkorporat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ġenerali f’Ġunju 2016, wara l-adozzjoni tiegħu fit-30 ta’ Mejju 2016 fil-Kunsill Informali tal-Ministri għall-Iżvilupp Urban. Dan għandu jsir flimkien ma’ talba lill-Presidenzi tal-Kunsill futuri, sabiex jinkorporaw l-aġenda urbana fil-programmi ta’ ħidma rispettivi.

Il-Presidenza tal-Kunsill Slovakka għandha tfassal l-ewwel rapport sal-aħħar tal-2016 dwar l-istat tal-implimentazzjoni tas-sħubijiet.

21.

Sabiex jiġi stabbilit l-obbligu għal aktar żvilupp tal-politika u sostenibbiltà fi ħdan l-aġenda urbana, għandha tiġi ppreżentata White Paper, li tevalwa u tissistematizza r-riżultati tas-sħubijiet u li tiddeskrivi u li tagħmel trasferibbli l-elementi ta’ governanza aħjar: B’hekk, minn naħa waħda, ser jinkiseb l-obbligu u min-naħa l-oħra ser tinkiseb ukoll żieda fit-trasparenza. Madanakollu, il-White Paper ma għandhiex titħejja wara t-tmiem tal-perjodu tat-tliet snin tas-sħubijiet: minflok, fl-2017 wara evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu, għandha tiġbor fil-qosor u tissistematizza l-esperjenzi akkumulati, li għandhom jikkontribwixxu għat-tħejjija tal-perjodu futur ta’ programmar tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej mill-2021 u għall-perjodu ta’ wara l-Istrateġija Ewropa 2020.

Brussell, is-7 ta’ April 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Opinjoni tal-KtR dwar Viżjoni Territorjali: x’inhu l-ġejjieni? CDR 4285/2015

(2)  Studju tal-KtR dwar “Il-potenzjal ta’ tkabbir ta’ Aġenda Urbana integrata tal-UE”, ir-rapport finali, 8 ta’ Jannar 2016.

(3)  ĠU C 271, 19.8.2014, p. 11.

(4)   Ara l-opinjoni tal-KESE dwar il-futur tal-Patt tas-Sindki, 4 ta’ Diċembru 2015, ĠU C 51, 10.2.2016, p. 43.

(5)  Għat-tħejjija tal-opinjoni tal-Kumitat, ir-relatur wettqet stħarriġ mhux rappreżentattiv dwar l-aġenda urbana tal-UE u dwar it-tħejjija tal-Patt ta’ Amsterdam, li jagħti wkoll xi indikazzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fil-ħidma ulterjuri. L-aspetti li ġejjin jistgħu jkunu derivati:

Jidher li l-proċess tal-aġenda urbana, jekk xejn, għandu jitwettaq u jiġi nnegozjat mill-bliet il-kbar biss.

Ser jiġi ddikjarat nuqqas ta’ parteċipazzjoni wiesgħa u ta’ trasparenza. Il-“mogħdijiet” tal-komunikazzjoni huma tista’ tgħid magħrufin b’mod universali. Madanakollu hemm nuqqas ta’ aċċess dirett u assistenza fi kwistjonijiet u tħassib speċifiċi.

’Il bogħod mill-konsultazzjoni, lura lejn il-kooperazzjoni.

It-tnax-il tema tas-sħubija, bl-ebda mod ma huma magħrufin b’mod ugwali u mhumiex ser jiġu kklassifikati b’mod globali – huwa rakkomandat li ssir reviżjoni, tnaqqis fil-kontenut, aġġornament u/jew aġġustament.


1.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 240/15


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-liġi ambjentali tal-UE: it-titjib tar-rappurtar u tal-konformità

(2016/C 240/04)

Relatur:

Andres JAADLA (EE/ALDE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Rakvere (Rakvere Linnavolikogu liige)

Dokument ta’ referenza:

Ittra mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea tat-2 ta’ Settembru 2015.

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

Il-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

A.   Kummenti ġenerali

1.

jilqa’ t-talba tal-Kummissjoni Ewropea għal opinjoni ta’ prospettiva dwar il-kwistjonijiet marbuta mat-titjib tar-rappurtar ambjentali u l-assigurazzjoni tal-konformità tal-liġi tal-UE dwar l-ambjent. Iż-żewġ kwistjonijiet ġew enfasizzati fl-Aġenda tal-Kummissjoni Ewropea dwar regolamentazzjoni aħjar (1);

2.

ifittex li, bl-opinjoni ta’ prospettiva, jikkontribwixxi għall-Inizjattiva REFIT tal-Kummissjoni Ewropea “Kontroll tal-idoneità tar-razzjonalizzazzjoni tal-obbligi ta’ monitoraġġ u rappurtar fil-politika dwar l-ambjent”, u għas-segwitu ta’ rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-KtR dwar it-titjib tal-implimentazzjoni aħjar tal-liġi tal-UE dwar l-ambjent; (2);

3.

jenfasizza li r-responsabbiltà ewlenija biex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tal-leġislazzjoni tal-UE taqa’ taħt l-awtoritajiet nazzjonali, ħafna drabi fil-livelli reġjonali u lokali, kif ġie rikonoxxut mill-Parlament Ewropew (3);

4.

jenfasizza li livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali huwa wieħed mill-għanijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jtenni t-tħassib tiegħu dwar il-livell tal-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali;

5.

jenfasizza l-vantaġġi numerużi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni bir-reqqa tal-leġislazzjoni ambjentali tal-UE — mhux biss għall-ambjent u għall-ekonomija billi jinħolqu kundizzjonijiet indaqs u ċertezza legali għall-kumpaniji u tiġi promossal-innovazzjoni — iżda wkoll b’mod partikolari billi jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħajja tan-nies u s-saħħa tagħhom; jenfasizza f’dan il-kuntest, li l-ispiża tat-traspożizzjoni mhux kompluta jew inkorretta tal-leġislazzjoni ambjentali tal-UE hija stmata għal madwar EUR 50 biljun fis-sena;

6.

jieħu nota tat-tħassib imqajjem mill-Parlament Ewropew li ħafna mill-ispejjeż amministrattivi mhux meħtieġa marbuta mal-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni ambjentali tal-UE huma minħabba prattiki amministrattivi pubbliċi u privati mhux adegwati u ineffiċjenti f’diversi Stati Membri u fl-awtoritajiet reġjonali jew lokali tagħhom (4); hawnhekk huwa importanti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jingħataw setgħat ċari fil-leġislazzjonijiet nazzjonali biex iwettqu dmirijiethom;

7.

iħeġġeġ, f’konformità mal-Aġenda ġdida tal-Kummissjoni dwar Regolamentazzjoni Aħjar, biex tittejjeb din is-sitwazzjoni u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jimplimentaw leġislazzjoni ambjentali tal-UE bl-iktar mod ċar, sempliċi u li faċli biex jintuża waqt li jiżguraw l-effiċjenza tagħha;

8.

jinnota madankollu li hemm raġuni fundamentali għall-ineffiċjenza minħabba li l-leġislazzjoni tal-UE xi kultant tiġi abbozzata mingħajr valutazzjoni minn qabel b’saħħitha u ffukata tajjeb tal-poteri, l-implikazzjonijiet ta’ spejjeż ta’ konformità u kwistjonijiet ta’ kapaċità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-kundizzjonijiet ambjentali differenti fl-Istati Membri;

B.   It-titjib tal-monitoraġġ u r-rappurtar ambjentali (M&R)

9.

jenfasizza li l-ġbir tal-informazzjoni (monitoraġġ), it-trasferiment ta’ informazzjoni (rappurtar) u l-pubblikazzjoni u t-tixrid ta’ data għaċ-ċittadini huma essenzjali għal ċiklu sħiħ ta’ politika tal-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-leġislazzjoni ambjentali;

10.

itenni t-tħassib tiegħu dwar l-isforzi inugwali ta’ M&R madwar l-Ewropa, fejn l-informazzjoni li qed tiġi ġenerata spiss tkun mhux kompluta, inkompatibbli jew mhux aġġornata; jirrikonoxxi li informazzjoni aħjar u iżjed aċċessibbli fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali tista’ tippermetti li problemi ambjentali ewlenin jiġu identifikati iktar kmieni waqt li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni effiċjenti ta-sistemi tat-twissija bikrija stipulati fid-direttivi differenti, u b’hekk jiġu ffrankati l-ispejjeż fuq medda twila ta’ żmien;

11.

jenfasizza r-rwol prinċipali li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ġbir tal-għarfien u fl-użu tal-M&R għall-provvista tal-informazzjoni għall-pubbliku, u aktar sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini f’kooperazzjoni ma’ aġenziji għall-protezzjoni tal-ambjent;

12.

jenfasizza li huma meħtieġa l-allokazzjoni xierqa tar-responsabbiltajiet u r-riżorsi, u flussi ta’ informazzjoni ċara fir-rekwiżiti ambjentali ta’ M&R tal-Istati Membri bejn il-muniċipalitajiet, ir-reġjuni u l-livell nazzjonali, sabiex ikun żgurat li r-rapporti u l-indikaturi relatati mal-qagħda tal-ambjent huma konsistenti, effettivi u affidabbli;

13.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiżviluppaw obbligi għall-iżviluppaturi ta’ pjani/proġetti biex jissottomettu d-data ambjentali tagħhom, miġbura għal valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u għall-kisba tal-permessi/liċenzji meħtieġa taħt il-liġi ambjentali tal-UE, lill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

14.

jenfasizza li huwa importanti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaħdmu flimkien mill-qrib u jinvolvu u jappoġġjaw voluntiera, NGOs u ċittadini interessati fir-riċerka xjentifika (ix-xjenza taċ-ċittadini) fil-ġbir tad-data dwar l-ambjent, b’mod partikolari fuq il-bijodiversità;

Azzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea/tal-UE għat-titjib tal-M&R ambjentali

15.

jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea qed twettaq kontroll tal-idoneità dwar is-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ M&R fil-liġi ambjentali tal-UE. Il-KtR jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkoordina l-kontroll tal-idoneità permezz ta’ reviżjonijiet tar-rekwiżiti ta’ M&R f’oqsma oħra ta’ politika tal-UE, pereżempju, l-agrikoltura, l-enerġija u s-servizzi finanzjarji;

16.

jappoġġja lill-Kummissjoni Ewropea fl-intenzjoni tagħha li tiżviluppa M&R ambjentali aktar moderni, effiċjenti u effettivi fil-leġislazzjoni tal-UE. Il-KtR iqis l-objettivi li ġejjin bħala kruċjali (5):

li jkun hemm valutazzjoni mill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, u mill-Kummissjoni Ewropea, u awtovalutazzjoni mis-setturi regolati ta’ konformità ma’ obbligi legali tal-UE;

is-simplifikazzjoni tal-leġislazzjoni u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi, anke bit-tisħiħ tal-possibilitajiet ta’ rapportur darba għal Direttivi kumplimentari tal-UE, b’inqas pressjoni fuq l-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha u s-settur privat li jikkontribwixxi għar-rappurtar;

qabel ma d-data ambjentali tal-Istati Membri tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea, tiġi pprovduta informazzjoni aħjar u aktar faċli li tinftiehem u b’hekk tingħata s-setgħa liċ-ċittadini u l-partijiet interessati, fost oħrajn lill-imsieħba soċjali u r-rappreżentanti tan-negozju;

tingħata għajnuna biex jittejbu t-teħid tad-deċiżjonijiet u jingħata kontribut għall-evalwazzjoni tal-politika;

17.

jaqbel ma’ dawn il-prinċipji li ġejjin, li għandhom jiggwidaw ir-rekwiżiti ta’ M&R fil-livell tal-UE: komprensività u suffiċjenza, koerenza u konsistenza, komparabilità bbilanċjata ma’ sussidjarjetà, proporzjonalità, aċċessibilità, puntwalità u kontinwità (6);

18.

jinsisti li l-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-isforzi tagħhom biex jissimplifikaw il-M&R u jnaqqsu l-piż amministrattiv:

ma jnaqqsux il-forniment ta’ informazzjoni ambjentali lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell lokali u reġjonali, is-settur pubbliku u s-soċjetà ċivili;

ma jnaqqsux ir-rappurtar ta’ data meħtieġa għall-Kummissjoni Ewropea biex tinforza l-leġislazzjoni ambjentali tal-UE;

joħolqu rekwiżiti ta’ rappurtar ġodda tal-UE mhux meħtiġin iżda li minflok tingħata prijorità kull fejn ikun possibbli lill-użu u l-interkonnessjoni bejn id-databases eżistenti ta’ rappurtar li jissodisfaw l-obbligi ta’ rappurtar tal-UE;

19.

jenfasizza l-ħtieġa ta’ inventarju komprensiv tal-obbligi ta’ rappurtar fl-acquis ambjentali tal-UE, verifika tal-ħtieġa għalihom, u valutazzjoni tal-ispejjeż amministrattivi ta’ M&R għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

20.

jitlob li l-kontroll tal-idoneità tal-Kummissjoni Ewropea tar-rekwiżi ta’ M&R iqisu b’mod adegwat l-aspetti differenti taċ-ċiklu DPSIR (il-fatturi mexxejja, il-pressjonijiet, l-istat, l-impatti, ir-rispons);

21.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tesplora l-kisbiet fl-effiċjenza u tindirizza l-piż amministrattiv żejjed fil-M&R b’mod partikolari permezz tal-awtomatizzazzjoni ta’ għodod ta’ rappurtar, u billi tħares lejn sinerġiji fost l-obbligi ta’ rappurtar taħt direttivi differenti;

22.

jirrikonoxxi l-prattika tajba eżistenti fir-rekwiżiti ta’ M&R ambjentali. Eżempji jinkludu WISE u l-integrazzjoni ta’ rappurtar dwar l-emissjonijiet fl-arja minn impjanti ta’ kombustjoni kbar fir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferimenti ta’ Inkwinanti (E-PRTR);

23.

jemmen li għat-titjib tal-M&R ambjentali u biex ikollha stampa tal-iskop tagħha, il-Kummissjoni Ewropea għandha tistabbilixxi “tabelli ta’ valutazzjoni tal-implimentazzjoni” għal direttivi addizzjonali, kif diġà jeżistu għal xi direttivi iktar riċenti (7);

24.

jinsisti li l-Kummissjoni Ewropea, hi u tikkunsidra revoka tad-Direttiva ta’ Rappurtar Standardizzat, għandha terġa’ tiżviluppa approċċ orizzontali għal M&R fil-futur fil-livell tal-UE;

25.

jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) biex tipprovdi bażi solida ta’ għarfien li ssostni l-politika ambjentali u l-implimentazzjoni tagħha, kif ukoll il-valur tal-ħidma tagħha fil-M&R;

26.

itenni l-appoġġ tiegħu għall-iżvilupp ta’ Oqfsa Strutturati ta’ Implimentazzjoni u Informazzjoni (SIIFs) kif propost mill-Kummissjoni Ewropea għal-liġijiet kollha ewlenin tal-UE dwar l-ambjent (8);

27.

itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura li l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom jimplimentaw sew ir-rekwiżiti minimi eżistenti tad-Direttiva dwar l-aċċess għall-informazzjoni fi kwistjonijiet ambjentali f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus (9);

It-titjib tal-monitoraġġ u r-rappurtar ambjentali b’mezzi diġitali

28.

jara potenzjal sostanzjali fis-soluzzjonijiet elettroniċi u l-gvern elettroniku fl-assistenza lill-awtoritajiet lokali u reġjonali għas-simplifikazzjoni tal-M&R ambjentali tagħhom, b’mod partikolari fid-dawl tat-tnaqqis ta’ piżijiet amministrattivi fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali u n-negozji; ir-reġistrar ta’ data strutturata u r-riżultati sistemizzati tal-M&R; l-iffaċilitar tal-analiżi tar-riskju; it-titjib tal-kwalità tal-M&R: pereżempju gwida dwar l-M&R u formoli fuq il-web; kif ukoll parteċipazzjoni tal-pubbliku u informazzjoni għall-pubbliku mtejba;

29.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent janalizzaw, permezz ta’ proġetti piloti, kif ir-rekwiżiti ta’ M&R fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jitnaqqsu bis-saħħa tal-ICT u l-gvern elettroniku mingħajr ma jintlaqat l-impatt tal-leġislazzjoni;

30.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tevalwa l-approċċi tagħha għall-kontroll tal-idoneità fejn l-operaturi u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jużaw l-istess għodda ta’ rappurtar elettroniku għal diversi biċċiet ta’ leġislazzjoni ambjentali tal-UE;

31.

itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Istati Membri biex ikomplu jisfruttaw l-opportunitajiet ta’ tekniki għall-osservazzjoni tad-dinja, bħall-Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GMES), biex tittejjeb l-effikaċja tal-monitoraġġ (10);

32.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi l-investimenti fis-sistemi u l-għodod ta’ informazzjoni onlajn, inklużi portali fuq l-Internet li huma faċli li jintużaw u paġni tal-Internet, u jħeġġeġ li l-utenti tas-sistema, bħalma huma l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-operaturi, ikunu involuti fl-iżvilupp ta’ sistemi;

33.

jappella biex isiru sforzi biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà transsettorjali u transkonfinali komprensiva tas-servizzi elettroniċi tal-UE u tal-Istati Membri fil-qasam tal-ambjent fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali (11);

34.

jenfasizza r-rwol importanti li l-informazzjoni pubblika ambjentali (spazjali) taqdi għal negozji msejsa fuq id-diġitali, inklużi l-SMEs u l-istartups; iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, u l-appoġġ ta’ ħiliet intraprenditorjali diġitali fl-użu ta’ din id-data, sabiex jiġu appoġġati ċ-ċittadini, in-negozji u s-soċjetà ċivili fl-iżvilupp ta’ servizzi ġodda, żieda fil-kompetittività u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda;

35.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tinkoraġġixxi aktar l-iskambju tal-aħjar prattiki u teknoloġiji bejn l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u biex tippromovi M&R ambjentali diġitali u l-forniment ta’ informazzjoni dwar l-ambjent, u r-riċerka u l-innovazzjoni dwaru, fil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha dwar il-gvern elettroniku 2016-2020 li ġej u fis-sejħiet tagħha fil-ġejjieni għal proposti taħt il-programm LIFE, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), u l-programm Orizzont 2020;

36.

jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jippromovu l-iżvilupp ta’ M&R u Oqfsa Strutturati ta’ Implimentazzjoni u ta’ Informazzjoni ambjentali diġitali, u żieda fil-kapaċità amministrattiva, billi jagħmlu użu mill-assistenza teknika taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej;

L-evalwazzjoni REFIT ta’ INSPIRE

37.

huwa tal-fehma, li fuq il-bażi tal-esperjenzi li nkisbu bl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fl-Ewropa (INSPIRE) jeħtieġ li wieħed jiżen liema dispożizzjonijiet funzjonali u tekniċi tad-Direttiva jistgħu jiġu implimentati, sabiex jintlaħqu l-miri tagħha u meta wieħed iqis l-ispejjeż u l-benefiċċji. F’dan il-kuntest qed tiġi mistennija b’antiċipazzjoni l-evalwazzjoni REFIT tad-Direttiva dwar INSPIRE, li tippermetti l-qsim ta’ informazzjoni dwar l-ispazju ambjentali fost l-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku u li tiffaċilita l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar l-ispazju fl-Ewropa kollha;

38.

jappoġġja aktar żvilupp ta’ INSPIRE bħala għodda tal-Gvern elettroniku biex tipprovdi l-format u l-proċess komuni għall-ġbir ta’ data dwar informazzjoni spazjali ambjentali għas-simplifikazzjoni tal-M&R ambjentali, u biex l-assigurazzjoni tal-konformità u l-infurzar tal-leġislazzjoni tal-UE jkunu effiċjenti, filwaqt li jiġu implimentati l-prinċipji tal-Open Government Data u soluzzjonijiet diġitali fil-qafas ta’ Smart City għall-pubblikazzjoni u t-tixrid ta’ data għaċ-ċittadini;

39.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex teżamina l-konsegwenzi possibbli jekk ir-rekwiżiti ta’ INSPIRE dwar il-formati jsiru obbligatorji f’oqsma oħrajn;

40.

jemmen li INSPIRE tista’ twassal għal benefiċċji sostanzjali għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u jħeġġeġ lill-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea, biex isaħħu l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom fil-proċess ta’ INSPIRE u biex jibnu l-kapaċità biex INSPIRE tiġi implimentata fost l-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali (12);

41.

jappella għal rwol akbar ta’ koordinazzjoni tal-EEA u tal-JRC tal-Kummissjoni Ewropea fl-iżgurar tal-konsistenza u l-kompatibbiltà fil-ġbir u t-tqabbil tad-data differenti fil-livell tal-UE, kif isir permezz ta’ diversi għodod, pereżempju INSPIRE, GMES, GEOSS u EyeonEarth;

C.   It-titjib tal-assigurazzjoni tal-konformità tal-liġi ambjentali tal-UE

42.

jinnota l-enfasi li l-Aġenda tal-Kummissjoni Ewropea dwar Regolamentazzjoni Aħjar tagħmel fuq l-inizjattiva “Make it Work” ta’ xi Stati Membri (13) li qed tagħti pariri dwar dispożizzjonijiet ta’ assigurazzjoni tal-konformità fil-liġi ambjentali tal-UE;

43.

jikkundanna n-nuqqas ta’ koerenza u konsistenza fir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tal-konformità f’biċċiet differenti tal-liġi tal-UE dwar l-ambjent, b’livelli differenti ta’ dettall fid-dispożizzjonijiet u definizzjonijiet differenti li maż-żmien evolvew b’mod separat. Dan jista’ jirriżulta f’sitwazzjoni fejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiffaċċjaw problemi fl-interpretazzjoni u l-integrazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet meta jwettqu attivitajiet ta’ assigurazzjoni ta’ konformità;

44.

jappoġġja dawn il-prinċipji li ġejjin għall-assigurazzjoni tal-konformità taħt il-liġi ambjentali tal-UE: id-deżinjazzjoni/il-ħatra, is-setgħat u l-professjonaliżmu tal-awtoritajiet kompetenti; assigurazzjoni tal-konformità msejsa fuq l-informazzjoni; taħlita adatta ta’ attivitajiet ta’ assigurazzjoni tal-konformità; it-twettiq tal-ippjanar, l-evalwazzjoni u r-reviżjoni ta’ attivitajiet ta’ assigurazzjoni tal-konformità, komunikazzjoni mal-pubbliku u l-iżgurar ta’ segwitu; l-iżgurar ta’ koordinazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet differenti;

45.

jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex, barra mill-prinċipji msemmija hawn fuq, japplikaw approċċ tal-assigurazzjoni tal-konformità msejjes fuq ir-riskju, filwaqt li l-UE tagħmel rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni li jikkorrispondu għall-partikolaritajiet u l-interessi fuq il-livell lokali u dak reġjonali;

46.

iqis il-valutazzjoni tar-riskju bħala opportunità importanti sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti jnaqqsu il-piż amministrattiv mhux meħtieġ, filwaqt li jżommu standard għoli ta’ protezzjoni ambjentali, billi jipprijoritizzaw aħjar l-użu tar-riżorsi ta’ spezzjoni limitati tagħhom;

47.

jemmen li l-liġi ambjentali tal-UE, prinċipalment ir-riskji ta’ nuqqas ta’ konformità u l-impatt potenzjali ta’ dan fuq l-ambjent u s-saħħa, għandha tkun rispettata;

48.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex fil-futur qrib tressaq inizjattiva dwar l-assigurazzjoni tal-konformità li tkopri l-promozzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar tal-konformità, li tagħmel enfasi fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskju, u li twettaq l-għanijiet tas-7 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali;

49.

jappoġġja l-alternattiva ta’ direttiva orizzontali tal-UE, li għandha tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-assigurazzjoni tal-konformità fir-rigward tal-prinċipji msemmija hawn fuq għall-acquis ambjentali tal-UE; u li għandha twieġeb ukoll is-sejħa tal-KtR biex il-Kummissjoni Ewropea tressaq qafas ġenerali u vinkolanti tal-UE dwar spezzjonijiet u sorveljanza ambjentali (14);

50.

iqis l-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti bħala f’pożizzjoni kruċjali b’mod partikolari għal attivitajiet ta’ promozzjoni tal-konformità li jinvolvu kooperazzjoni mal-komunità regolata u l-għoti ta’ informazzjoni liċ-ċittadini dwar in-nuqqas ta’ konformità u r-riżultati ta’ spezzjonijiet ewlenin imwettqa;

51.

iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, biex konsegwentement japplikaw infurzar u jadottaw sanzjonijiet proporzjonati u disważivi għal ksur tal-liġi tal-UE dwar l-ambjent, u li konsegwentement japplikaw id-Direttiva 2008/99/KE dwar ir-reat ambjentali;

52.

iħeġġeġ, bħala azzjoni komplementari, li l-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri jkomplu jsaħħu r-rwol tan-Netwerk tal-UE għall-Implimentazzjoni u l-Infurzar tal-Liġi Ambjentali (IMPEL), inkluż b’mod partikolari l-iżgurar ta’ appoġġ finanzjarju adegwat fit-tul għall-IMPEL, li jiżdied l-użu sistematiku tal-IMPEL ta’ spezzjonijiet għal evalwazzjoni bejn il-pari u spezzjonijiet konġunti (15); fl-oqsma kollha ewlenin tal-leġislazzjoni ambjentali; iżżid il-kooperazzjoni tagħha ma’ netwerks Ewropej oħra li jaħdmu fuq l-assigurazzjoni ta’ konformità; u żvilupp ulterjuri tan-netwerks IMPEL nazzjonali li jimpjegaw esperti mill-awtoritajiet reġjonali u lokali għall-qsim tal-aħjar prattiki;

53.

jappoġġja s-sejħa tal-Parlament Ewropew (16) lill-Kummissjoni Ewropea biex tippromovi l-bini tal-kapaċità ta’ netwerks ta’ mħallfin u prosekuturi speċjalizzati wkoll fil-kriminalità ambjentali;

54.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkunsidra fl-inizjattiva possibbli ġdida tagħha dwar l-assigurazzjoni tal-konformità, is-sejħiet preċedenti tal-KtR dwar il-ħtieġa biex terġa’ tingħata l-ħajja d-direttiva staġnata dwar l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, kif appoġġjat ukoll mill-Parlament Ewropew, u għal kriterji ġenerali għall-ġestjoni nazzjonali tal-ilmenti (17);

55.

ifakkar li l-fondi strutturali tal-UE għandhom Objettiv Tematiku speċifiku maħsub għat-titjib tal-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u għaldaqstant għandhom jiġu allokati għal dak il-għn fondi suffiċjenti mill-UE.

D.   Azzjonijiet ulterjuri għal titjib tal-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali tal-UE

Azzjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea u l-UE

56.

Sabiex ikompli jiġi implimentat is-7 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali tal-UE u l-objettiv prijoritarju 4 tiegħu dwar it-titjib tal-implimentazzjoni, u bħala segwitu tar-rakkomandazzjonijiet f’opinjonijiet preċedenti tal-KtR dwar it-titjib tal-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali tal-UE, il-KtR iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u l-UE biex (18):

a)

jadottaw politiki effettivi bbażati fis-sors li jkompli jallinjaw il-livelli ta’ ambizzjoni u l-perijodi ta’ żmien ta’ leġislazzjoni tal-UE bbażata fuq is-sors jew fuq il-prodott ma’ dawk tal-leġislazzjoni tal-UE dwar standards ta’ kwalità jew miri ambjentali, biex jassistu aħjar lill-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti biex jintlaħqu l-valuri ta’ limitu tal-UE, jiġu identifikati l-kwistjonijiet transkonfinali li huma lil hinn mir-responsabbiltajiet diretti tal-awtoritajiet stess, u jiġu estiżi l-possibbiltajiet għall-irkupru tal-ispejjeż fil-liġi ambjentali tal-UE għall-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti;

b)

ikomplu jippromovu, ujappoġġaw finanzjarjament, u, fejn xieraq, jespandu u jikkonsolidaw l-inizjattivi eżistenti u diversifikati ħafna tal-UE, meta ma jirduppjawx xulxin u li jappoġġjaw l-innovazzjoni u l-aħjar prattika fil-bliet u biex il-bliet jiġu inkoraġġuti juru t-tmexxija tagħhom, b’mod partikolari billi jiżviluppaw aktar il-Premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa, u l-premju ġdid Ewropew Green Leaf għal bliet iżgħar;

c)

jagħmlu obbligatorju t-twettiq ta’ analiżi dwar l-impatt territorjali u tal-kompetittività fil-livell reġjonali u lokali fil-valutazzjonijiet ta’ impatt waqt it-tfassil jew ir-reviżjoni tal-leġislazzjoni ambjentali tal-UE; u jkomplu jħeġġu l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tal-komunitajiet lokali tan-negozju fil-konsultazzjonijiet pubbliċi estiżi tal-Kummissjoni Ewropea fl-istadji leġislattivi preliminari u fl-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni;

d)

bħala parti minn ħidma li għaddejja dwar l-idoneità biex iwettqu valutazzjonijiet tal-impatt territorjali u l-kompetittività fuq l-acquis attwali li jikkonċerna l-ambjent u miri vinkolanti;

57.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex twaqqaf grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni Ewropea magħmul minn rappreżentanti minn Stat Membru, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-partijiet interessati, biex jipprovdi pariri dwar it-titjib tal-kwalità u l-koerenza tal-acquis ambjentali tal-UE u l-implimentazzjoni tagħha, jew li tintegra dan il-kompitu fil-mandat ta’ gruppi ta’ esperti eżistenti tal-Kummissjoni Ewropea ta’ kompożizzjoni simili; il-KtR joffri li jikkontribwixxi għal dan il-grupp;

Azzjonijiet mill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali

58.

Il-KtR iħeġġeġ lil:

a)

l-Istati Membri jikkooperaw aktar mill-qrib mal-amministrazzjonijiet ta’ implimentazzjoni, diġà fil-fażi ta’ żvilupp ta’ politika, u fit-traspożizzjoni u fil-fażi ta’ implimentazzjoni, pereżempju fil-qafas ta’ timijiet tad-dossiers transgovernattivi magħmula minn esperti fl-amministrazzjoni mil-livelli kollha tal-gvern fi ħdan Stat Membru;

b)

l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jistabbilixxu miri ambjentali lokali/reġjonali u strateġiji, jew jinkorporaw miri ambjentali fi strateġiji eżistenti (integrati) ta’ sostenibbiltà, appoġġjati minn rieda politika;

c)

l-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea, biex jieħdu passi ulterjuri lejn integrazzjoni akbar ta’ partijiet ta’ leġislazzjoni ambjentali tal-UE billi jintroduċu permessi ambjentali integrati;

d)

il-Ministri u l-aġenziji ambjentali nazzjonali u reġjonali, bil-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiżviluppaw dokumenti ta’ gwida, inklużi listi ta’ kontroll għal proċeduri;

e)

l-Istati Membri jittrasponu l-liġi ambjentali tal-UE b’mod f’waqtu, preċiż u effettiv;

f)

l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali jeliminaw progressivament sussidji ta’ ħsara għall-ambjent u jżidu l-użu ta’ strumenti bbażati fuq is-suq u riformi fiskali li jirrispettaw l-ambjent;

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-KtR mal-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar it-titjib tal-implimentazzjoni u l-iskrutinju tal-liġi ambjentali tal-UE

59.

jilqa’ favorevolment l-enfasi l-ġdida li l-koleġislaturi qed jixħtu fuq it-titjib tal-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali tal-UE u l-iskrutinju tagħha (19);

60.

jitlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jesploraw b’mod konġunt mal-KtR kif il-funzjoni konsultattiva tal-KtR tista’ tinkludi l-esperjenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-eżerċizzji ta’ skrutinju individwali tagħhom;

61.

jenfasizza l-esperjenza li kiseb permezz tal-Pjattaforma Teknika Konġunta għall-Kooperazzjoni dwar l-Ambjent tal-KtR/Kummissjoni Ewropea, li tipprovdi forum biex jitrawwem djalogu dwar il-problemi u s-soluzzjonijiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali tal-UE;

62.

jenfasizza li l-Pjattaforma ġiet rikonoxxuta u tqiegħdet fuq bażi soda u fit-tul mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew fis-7 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali; li jikkonferma li l-Pjattaforma se “tiffaċilita d-djalogu u l-iskambju tal-informazzjoni sabiex titjieb l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni fuq il-post”;

63.

jixtieq għalhekk jikkontribwixxi għal aktar żvilupp tal-Pjattaforma Teknika, u jissuġġerixxi li l-Kummissjoni Ewropea tesplora mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, safejn il-laqgħat tal-Pjattaforma Teknika jistgħu jiġi assoċjati mad-dibattiti mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill dwar implimentazzjoni aħjar tal-ambjent u skrutinju;

64.

japprezza l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tal-politika ambjentali tal-UE f’dawn l-aħħar snin ħadet approċċ proattiv billi tirrikjedi kontribut bikri mill-KtR għat-tfassil ta’ politika, u billi titlob għal opinjonijiet ta’ prospettiva kif stipulat fil-ftehim ta’ kooperazzjoni ffirmat miż-żewġ istituzzjonijiet (20). Il-KtR jissuġġerixxi li jiġi studjat b’mod konġunt jekk fuq bażi aktar regolari, tistax tiġi koorganizzata laqgħa waħda tal-Pjattaforma Teknika fil-qafas ta’ kull opinjoni ta’ prospettiva.

65.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tassoċja mill-qrib lill-Kumitat tar-Reġjuni ma’ kwalunkwe inizjattiva futura li jkollha l-għan li ttejjeb l-implimentazzjoni u l-governanza ambjentali, bħall-inizjattiva EIR (21);

Brussell, is-7 ta’ April 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  COM(2015) 215 final.

(2)  CDR593-2013_00_00_TRA_AC, CDR 1119-2012, CdR 164/2010 fin.

(3)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2013 (2012/2104 (INI)).

(4)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2013 (2012/2104 (INI)).

(5)  MiW – Make it Work Project 10/2015: Dokument ta’ Diskussjoni għall-Workshop Konġunt tal-Kummissjoni Make it Work dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar, Brussell 19-20 ta’ Novembru 2015, http://www.ieep.eu/assets/1857/Discussion_paper_for_Workshop_on_Reporting_13-10-15.pdf, Konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni Ewropea dwar “Streamlining monitoring and reporting obligations in environment policy”, http://ec.europa.eu/environment/consultations/reporting_en.htm.

(6)  MiW – Make it Work Project 10/2015.

(7)  Ħarsa ġenerali lejn tabelli ta’ valutazzjoni li diġà jeżistu: http://ec.europa.eu/environment/legal/reporting/products_en.htm.

(8)  CDR1119-2012_00_00_TRA_AC.

(9)  CDR1119-2012_00_00_TRA_AC.

(10)  CDR1119-2012_00_00_TRA_AC, CdR 163/2011 fin.

(11)  Ara wkoll COR-2014-05514-00-00-AC, COR-2015-02646.

(12)  Rapport Tekniku tal-EEA Nru 17/2014, Rapport dwar konsultazzjoni pubblika ta’ INSPIRE: http://inspire.ec.europa.eu/reports/consultations/INSPIRE_Public_Consultation_Report_final.pdf,

(13)  http://www.ieep.eu/work-areas/environmental-governance/better-regulation/make-it-work/.

(14)  CDR593-2013_00_00_TRA_AC, CDR1119-2012_00_00_TRA_AC, CdR 164/2010 fin.

(15)  CDR1119-2012_00_00_TRA_AC, CdR 164/2010 fin.

(16)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2013 (2012/2104 (INI)).

(17)  CDR1119-2012_00_00_TRA_AC, CdR 164/2010 fin; Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2013 (2012/2104(INI)).

(18)  COR-2015-04129, CDR593-2013_00_00_TRA_AC, CDR1119-2012_00_00_TRA_AC, CdR 164/2010 fin.

(19)  Stqarrija mill-President tal-Kumitat ENVI, is-Sur La Via fit-3 ta’ Marzu 2015 fil-Kummissjoni ENVE tal-KtR; Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, 9 ta’ Ottubru 2015; Ekoloġilizzazzjoni tas-Semestru Ewropew: sussidji dannużi għall-ambjent u implimentazzjoni tal-leġislazzjoni ambjentali — Skambju ta’ fehmiet. Dokument ta’ sfond tal-Presidenza http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-12790-2015-REV-1/mt/pdf.

(20)  CdR 164/2010.

(21)  http://ec.europa.eu/smart-regulation/roadmaps/docs/2016_env_088_environmental_implementation_review_en.pdf.


1.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 240/24


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Inwasslu Patt Ġdid għall-Konsumaturi tal-Enerġija

(2016/C 240/05)

Relatur:

is-Sur LEBRUN (BE/PPE), membru tal-Kunsillier ta’ Viroinval

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni -–Inwasslu Patt Ġdid għall-Konsumaturi tal-Enerġija

COM(2015) 339 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

1.

iqis li huwa meħtieġ li t-tranżizzjoni enerġetika tkun kompletament ta’ benefiċċju għall-konsumaturi finali: id-djar, in-negozji u l-industrija. F’dan il-kuntest, il-linji ta’ politika dwar il-ġestjoni tal-enerġija għandhom jimmiraw lejn il-kontroll tal-konsum mill-konsumaturi stess, sabiex ikunu jistgħu jieħdu vantaġġ minn teknoloġiji ġodda biex inaqqsu l-kontijiet tagħhomu u jikkontribwixxu għall-isforzi tal-UE biex tilħaq il-miri tal-klima ambizzjużi kif miftiehma f’Pariġi waqt il-COP21. Dawn il-politiki għandhom jgħinuhom biex mhux biss jipparteċipaw attivament fis-suq iżda wkoll jibbenefikaw minn mekkaniżmi ta’ protezzjoni tal-konsumaturi effettivi u adegwati, li jistgħu jkunu neċessarji biex jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku;

2.

jinnota l-progress li diġà sar fir-rigward tal-użu razzjonali tal-enerġija, tat-tnaqqis tal-konsum, kif ukoll tal-iżvilupp u l-użu ta’ teknoloġiji u servizzi għal ġestjoni mtejba tal-enerġija fil-livell lokali u tal-konsumaturi finali permezz ta’, fost l-oħrajn, qafas regolatorju Ewropew volontarju u dinamiku. Il-leġislazzjoni tal-futur għandha tinkoraġġixxi lill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex ikomplu bl-isforzi tagħhom sabiex itejbu l-livelli tagħhom ta’ prestazzjoni dwar l-effiċjenza tal-enerġija, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli, inklużi l-kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni deċentralizzati;

3.

jinnota l-għadd kbir ħafna u l-varjetà wiesgħa ħafna ta’ servizzi u soluzzjonijiet tekniċi u teknoloġiċi, eżistenti jew li attwalment qed jiġu żviluppati, fil-qasam tal-ġestjoni tad-domanda, kif ukoll fil-ġestjoni tal-ġenerazzjoni deċentralizzata. L-Unjoni Ewropea għandha tagħti prijorità li tħeġġeġ u tappoġġja l-iżvilupp ta’ dawn l-għodod, li tivvaluta r-rilevanza u l-impatt tagħhom, kemm f’termini ta’ enerġija, kif ukoll ekonomiċi, soċjali u ambjentali u li tirregolahom sabiex jiġi żgurat l-użu sikur, faċli u affordabbli;

4.

jixtieq, permezz ta’ din l-Opinjoni, jikkontribwixxi għad-diskussjoni usa’ dwar il-qafas strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija u jilqa’ b’sodisfazzjon ħafna mill-messaġġi ewlenin tal-Komunikazzjoni dwar Patt Ġdid għall-Konsumaturi tal-Enerġija (COM(2015) 339 final), li twitti t-triq għal Unjoni tal-Enerġija li tqiegħed iċ-ċittadin fiċ-ċentru u li tista’ tipproteġi l-konsumaturi l-iżjed vulnerabbli; jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex issegwi din il-Komunikazzjoni, fi żmien definit, billi tadotta u timplimenta inizjattivi speċifiċi u konkreti fl-oqsma msemmija fil-Komunikazzjoni u b’attenzjoni xierqa għat-tħassib u l-esperjenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

5.

itenni, f’dan il-kuntest, it-talba tiegħu biex il-miżuri tat-tielet pakkett dwar l-enerġija, tad-Direttiva dwar l-effiċjenza fl-enerġija u tad-Direttiva dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim jkunu implimentati bis-sħiħ;

6.

jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea twettaq analiżi dettaljata tal-isfidi, l-ostakoli u l-opportunitajiet marbuta mal-parteċipazzjoni konkreta tal-konsumaturi tal-enerġija fis-swieq tal-enerġija, sabiex tikseb fehim fil-fond tas-sitwazzjoni tagħhom u ta’ kwalunkwe diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom, u li jkunu jeħtieġu aktar miżuri ta’ appoġġ mill-UE, l-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali jew reġjonali jew l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

7.

jenfasizza r-rwol ewlieni li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Ewropea f’dan il-qasam, fil-ħolqien u l-iffinanzjar tal-infrastruttura għad-distribuzzjoni, il-kejl u l-ġestjoni tad-domanda għall-enerġija, fil-ġestjoni tal-ġenerazzjoni deċentralizzata u t-tixrid tal-aħjar prattiki żviluppati fil-livell reġjonali u lokali, kif ukoll li jinformaw u jagħtu pariri lill-konsumaturi tal-enerġija. Għaldaqstant, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni qed jitlob li jkun involut fl-istadji kollha tal-iżvilupp tal-politiki futuri li għandhom jiġu adottati f’dan il-qasam mill-Unjoni Ewropea;

8.

itenni, f’dan il-kuntest, il-ħtieġa li kwalunkwe leġislazzjoni futura dwar il-ġestjoni tad-domanda għall-enerġija u tal-ġenerazzjoni deċentralizzata tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll il-protezzjoni tal-konsumaturi u tad-drittijiet tagħhom, ikunu ibbażati fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jistieden lill-Unjoni Ewropea biex tikkunsidra sew il-kompetenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, sabiex ikun żgurat livell ta’ intervent li jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipju tas-sussidjarjetà;

9.

itenni r-rieda tiegħu biex ikompli jikkontribwixxi għat-tħejjija u l-proċess tal-Forum taċ-Ċittadini dwar l-Enerġija u biex jipparteċipa b’mod attiv fl-iżvilupp tal-politiki tal-UE, billi jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar l-inizjattivi reċenti u futuri u dwar l-impatt soċjali u ekonomiku fil-livell lokali u reġjonali;

10.

jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea tagħmel referenza għall-Patt tas-Sindki (1); ifakkar li l-firmatarji tiegħu, jiġifieri l-awtoritajiet lokali u reġjonali madwar l-UE, huma mudelli vera tal-konsum tal-enerġija sostenibbli u li jippromovu b’mod volontarju l-prattika t-tajba f’termini ta’ awtoġenerazzjoni mill-konsumatur; jenfasizza li aktar minn 180 membru tal-KtR diġà jirrappreżentaw firmatarji tal-Patt tas-Sindki u li l-KtR huwa impenjat li jippromovi l-Patt tas-Sindki kemm fost il-membri tiegħu kif ukoll fil-kuntatti tiegħu mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE u lil hinn minnha; Inizjattivi oħrajn li jippermettu lill-bliet jersqu lejn miri ambizzjużi lanqas m’għandhom jiġu ddiskriminati (2);

11.

jenfasizza li hu meħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea tagħmel referenza wkoll għall-Patt tal-Gżejjer, inizjattiva simili u parallela mal-Patt tas-Sindki li tgħaqqad aktar minn mitt firmatarju, li fil-kuntest tiegħu, l-awtoritajiet tal-gżejjer iwettqu ħidma importanti għall-kisba tal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli tal-UE sal-2020;

12.

itenni t-talba tiegħu li jiġi rappreżentat f’awtoritajiet regolatorji tal-enerġija ewlenin fil-livell tal-UE (ACER) kif ukoll fil-livell nazzjonali (ARN) (3);

13.

jindika li l-adozzjoni ta’ għanijiet ġodda fil-qasam tal-ġestjoni tad-domanda tal-enerġija u l-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll ta’ strumenti ekonomiċi possibbli marbuta magħhom, għandha titwettaq f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tqis l-impatt li dawn il-miżuri l-ġodda jistgħu jħallu fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali kollha, il-baġits tagħhom u l-kapaċitajiet amministrattivi u operattivi tagħhom, b’kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċitajiet u d-diffikultajiet partikolari li tista’ tiltaqa’ magħhom kull tip ta’ entità; jenfasizza li l-prinċipju ta’ prekawzjoni bħala element fundamentali tal-liġi ambjentali tal-UE għandu jiġi applikat ukoll għall-politika tal-enerġija tal-UE;

14.

isostni, fir-rigward tal-infrastruttura għall-enerġija, li għall-awtonomizzazzjoni u r-responsabbilizzazzjoni tal-konsumaturi jidher li huwa meħtieġ l-iżvilupp ta’ netwerks u miters intelliġenti (bil-kundizzjoni li jkun sodisfatt l-interess ekonomiku tal-konsumatur finali), effiċjenti u bi prezzijiet raġonevoli, produttivi, tajbin biex insaqqsu l-frodi, faċli għall-utent, sikuri u mfassla skont il-ħtiġijiet u l-istennijiet tal-konsumaturi fir-rigward tal-informazzjoni, tal-kontroll tal-konsum u t-tnaqqis fil-kontijiet tagħhom;

15.

jenfasizza l-importanza tar-rwol li għandhom l-operaturi tan-netwerk, u b’mod partikolari l-operaturi tan-netwerk ta’ distribuzzjoni, fl-iżvilupp ta’ netwerks intelliġenti fil-livell lokali, fl-installazzjoni u l-ġestjoni ta’ miters intelliġenti kif ukoll fl-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet għall-ħtiġijiet ġodda ta’ flessibbiltà (fil-ġbir u d-distribuzzjoni), soluzzjonijiet essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq fil-futur; jieħu nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li ssegwi mill-qrib l-implimentazzjoni ta’ standards eżistenti tal-UE għal metraġġ intelliġenti, netwerks intelliġenti u ġestjoni tal-informazzjoni, u jaqbel li l-aċċess għad-data għall-konsumaturi għandu jkun “effettiv” u “mhux diskriminatorju” għall-klijenti jew partijiet terzi magħżula minnhom; jistenna bil-ħerqa t-tfassil tal-qafas legali neċessarju fil-kuntest tal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali u tar-reviżjoni tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-UE;

16.

jenfasizza li f’ħafna reġjuni, l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda timponi spejjeż sinifikanti minħabba li l-infrastrutturi tal-enerġija hija jew antika jew ma teżistix; għaldaqstant jemmen li huwa indispensabbli li jinstab mod kif il-livell lokali jew reġjonali jiddetermina kif għandhom jinqasmu l-ispejjeż bejn il-fornitur tas-servizzi, il-konsumatur u l-awtoritajiet reġjonali, kif ukoll l-ammont ta’ sussidji disponibbli biex jiġi ffinanzjat l-investiment. It-tranżizzjoni għandha ssir b’mod li fl-aħħar mill-aħħar twassal għal tnaqqis fil-kontijiet tal-konsumaturi. Fl-istess ħin, il-Kumitat iqis li huwa essenzjali li l-konsumaturi jkunu informati kif suppost dwar it-tħassib li jista’ jkollhom u l-benefiċċji tat-teknoloġiji u kemm jistgħu jagħtu kontribut, sabiex titnaqqas l-oppożizzjoni għan-novità;

17.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-attenzjoni li qed titfa’ l-Kummissjoni fuq il-kwistjoni speċifika tal-faqar enerġetiku, li jirrappreżenta sfida partikolari għal ħafna awtoritajiet lokali u reġjonali għaliex tabilħaqq jeħtieġ li jiġi indirizzat kemm fil-kuntest tal-politika soċjali, kif ukoll tal-politika tal-enerġija; jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex timxi lil hinn minn sempliċiment “titjib tal-ġbir tad-data” u taħdem lejn definizzjoni komuni wiesgħa tal-faqar enerġetiku u pjan ta’ azzjoni adatt, imsejjes fuq l-idea tal-aċċess għall-enerġija bħala dritt soċjali bażiku;

18.

jenfasizza l-importanza tal-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) fl-implimentazzjoni tal-Pjan Ewropew ta’ Rilanċ Ekonomiku, u għal miżuri biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika;

19.

jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jistabbilixxu qafas regolatorju li huwa ta’ benefiċċju kemm għall-konsumaturi tal-enerġija kif ukoll għall-“prosumaturi” u fornituri oħra tal-enerġija li huma involuti b’mod attiv fis-swieq tal-bejgħ bl-imnut tal-enerġija. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti u faċilment aċċessibbli għal dawk l-awtoritajiet lokali u reġjonali li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni tal-enerġija lejn swieq tal-bejgħ bl-imnut tal-enerġija sostenibbli u inklużiva;

It-titjib tal-aċċess tal-konsumaturi għall-informazzjoni

20.

jenfasizza li għall-awtonomija ġenwina tal-konsumaturi hija meħtieġa s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi, permezz ta’ miżuri xierqa, bħal pereżempju l-installazzjoni ta’ miter intelliġenti u l-aċċess tal-konsumaturi għall-informazzjoni dwar dan, l-użu razzjonali tal-enerġija, il-protezzjoni tal-ambjent – b’mod partikolari l-kwalità tal-arja – kif ukoll il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Din is-sensibilizzazzjoni għandha tinkludi informazzjoni ċara u sħiħa dwar l-għażliet disponibbli u għandha tippermetti lill-konsumaturi jagħżlu provvista u ġestjoni ta’ enerġija sostenibbli u bi prezzijiet raġonevoli;

21.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat l-aċċess tal-konsumaturi għal informazzjoni li hija sempliċi, ċara, kompluta u adegwata, sikura, affidabbli, b’xejn u indipendenti fir-rigward tal-provvista tal-enerġija, kemm fir-rigward tal-offerti tal-provvista, il-kuntratti, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom kif ukoll fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi, inklużi s-sussidji Ewropej u nazzjonali, li tgħinhom inaqqsu l-konsum u l-kontijiet tagħhom, jiksbu u jħaddmu l-mezzi tagħhom għall-produzzjoni tal-enerġija; dan jinkludi l-ħtieġa għal informazzjoni mmirata għall-konsumaturi l-iżjed vulnerabbli, fil-formats adatti (inkluża għal dawk li mhumiex wisq familjari mal-komunikazzjoni elettronika jew għandhom aċċess limitat għaliha);

22.

jenfasizza li l-awtoritajiet reġjonali u lokali, billi huma l-entitajiet li huma l-eqreb taċ-ċittadini, jistgħu jipprovdu għajnuna u pariri essenzjali lill-konsumaturi u jibnu kultura li twassal għal inizjattivi fil-livell lokali, madankollu, jenfasizza li hemm bżonn ta’ riżorsi addizzjonali biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tagħhom f’dan ir-rigward u jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi;

L-aġġustament tad-domanda

23.

jipproponi l-adozzjoni ta’ rekwiżiti u inċentivi ġodda għall-operaturi tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni biex tiżdied il-flessibbiltà tan-netwerks tal-enerġija permezz tas-sistemi intelliġenti, il-ħżin tal-enerġija u l-konverżjoni bejn portaturi tal-enerġija;

24.

jinnota li għandu jkun hemm kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għal dawk kollha interessati li fil-futur jiġġeneraw u jiddistribwixxu l-enerġija u/jew jipprovdu servizzi ġodda, sabiex jagħmlu possibbli, pereżempju, il-flessibbiltà tas-sistema u l-integrazzjoni tal-enerġija prodotta mill-“prosumaturi” (inklużi l-aggregaturi);

25.

jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għall-fatt li l-politika dwar l-enerġija għandha tikkontribwixxi għat-tnaqqis fil-piż tal-enerġija fil-baġit tad-djar u l-intrapriżi u, għaldaqstant, tal-kont finali tagħhom. F’dan il-kuntest, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni huwa mħasseb li, f’xi każijiet, il-ġestjoni tad-domanda tista’ tesponi lill-konsumaturi għall-bidliet fis-swieq tal-bejgħ bl-ingrossa u tal-bejgħ bl-imnut, li jistgħu jwasslu għal tariffi ogħla li l-konsumaturi ma jkunux jifilħu jħallsu. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu offruti pjani tat-tariffi b’rati garantiti u fit-tul sabiex jipproteġu l-konsumaturi kontra kwalunkwe tibdil qawwi. Il-konsumaturi għandhom jiġu infurmati wkoll dwar kif għandhom jużaw u jibbenefikaw minn prezzijiet varjabbli bbażati fuq tariffi tal-enerġija kkwotati;

L-iffaċilitar tal-bdil minn fornitur għal ieħor

26.

jaqbel li dawn il-problemi jammontaw f’xi każijiet għal falliment tas-suq fis-settur tal-enerġija u li nuqqas ta’ kompetizzjoni jista’ jkun ostaklu serju għal suq iżjed favorevoli għall-konsumatur; huwa tal-fehma, madankollu, li l-iżvilupp fir-regolamentazzjoni għandu jsir b’attenzjoni xierqa għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ partijiet interessati differenti, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-konsumaturi vulnerabbli;

27.

jiddispjaċih bil-kumplessità, it-tul ta’ ħin u l-proċeduri burokratiċi wisq li baqgħu persistenti fil-proċedura ta’ bdil tal-fornitur, u jitlob biex id-diversi entitajiet regolatorji jiżguraw l-infurzar tal-leġislazzjoni fis-seħħ dwar il-kundizzjonijiet ta’ bdil tal-fornitur;

28.

jappoġġja l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura li kull konsumatur ikollu aċċess għal mill-inqas għodda għat-tqabbil li hija indipendenti u verifikata. Tqabbil bħal dan għandu jkun ċar, komplut, affidabbli u indipendenti, faċli u bla ħlas. Dan għandu jippermetti t-tqabbil tal-kuntratti attwali mal-offerti tas-suq. Peress li l-fornituri għandhom it-tendenza li jiddiversifikaw l-offerti tagħhom billi jinkludu servizzi fil-kuntratti ta’ provvista tal-enerġija, it-tqabbil għandu jqabbel id-diversi “pakketti” proposti, filwaqt li jippermetti t-tqabbil tal-“provvista” biss;

29.

jipproponi li jitniedu kampanji ta’ informazzjoni relatati mal-bidla minn fornitur għal ieħor fuq inizjattiva tal-awtoritajiet regolatorji tal-enerġija, l-awtoritajiet lokali u reġjonali territorjali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur. Dawn il-kampanji jistgħu jagħmlu referenza għall-għodod ta’ tqabbil eżistenti;

30.

isostni li l-Kummissjoni Ewropea u l-entitajiet regolatorji nazzjonali u reġjonali għandhom jiżguraw il-funzjonament mingħajr xkiel tal-proċeduri ta’ bdil ta’ fornitur, u li l-konsumaturi – partikolarment dawk l-iktar vulnerabbli – għandu jkollhom aċċess għal parir xieraq dwar l-għażla ta’ kuntratt ta’ provvista kif ukoll għajnuna biex jibdlu l-fornitur u/jew il-kuntratt;

31.

jitlob li l-Unjoni Ewropea tadotta regolamentazzjoni ambizzjuża dwar it-tnaqqis tal-ħin meħtieġ għall-konsmatur biex jibdel minn fornitur għal ieħor u dwar l-awtomazzjoni tal-proċess tal-bidla;

32.

jixtieq li l-kwistjonijiet marbuta mal-prattiċi kummerċjali u l-promozzjoni dwar il-provvista tal-enerġija jkunu regolati aktar strettament, fil-livell Ewropew, sabiex jittaffew il-varjazzjonijiet fil-prezzijiet u ma jiġux inkoraġġuti prattiki abbużivi f’dan il-qasam. F’dan il-kuntest, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva dwar il-prattiċi kummerċjali żleali u d-Direttiva dwar id-drittijiet tal-konsumatur;

33.

jitlob li jkun regolat u promoss ix-xiri kollettiv tal-enerġija maħsub għall-istituzzjonijiet pubbliċi, l-unitajiet domestiċi u n-negozji. Dan għandu jtejjeb il-funzjonament tas-suq, jiżgura aċċess għall-enerġija għal kulħadd, u jiffaċilita dan l-aċċess, bi tnaqqis b’mod effettiv u sostenibbli tal-impatt tal-ispejjeż tal-kontijiet tal-enerġija fuq il-baġit tal-konsumatur;

It-titjib tal-leġġibbiltà u l-komparabbiltà tal-kontijiet

34.

jistieden lill-Unjoni Ewropea teżamina d-diversi komponenti tal-kontijiet tal-enerġija sabiex tħejji kont “tipiku” b’sett ta’ komponenti standard, li faċli jinqara, ċar u komparabbli fuq livell Ewropew u li jippermetti li l-konsumaturi jottimizzaw l-użu tal-enerġija tagħhom. F’dan ir-rigward il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jappoġġja l-inizjattiva tal-Kunsill tar-Regolaturi Ewropej tal-Enerġija biex tipproponi definizzjonijiet armonizzati tad-diversi elementi li għandhom jiġu inklużi fil-kontijiet tal-enerġija;

35.

jitlob li din l-istandardizzazzjoni tinvolvi l-obbligu tal-inklużjoni ta’ informazzjoni dwar għodod u servizzi b’xejn disponibbli, marbuta mat-tqabbil ta’ offerti ta’ provvista u informazzjoni u appoġġ għall-familji u n-negozji dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur, fil-kont finali;

36.

jistieden lill-Istati Membri joħolqu għodod u servizzi biex jgħinu lill-familji u n-negozji jifhmu l-kontijiet, biex ikunu jistgħu janalizzawhom u, fejn meħtieġ, jagħtu pariri u jgħinu lill-konsumaturi finali fil-passi meqjusa meħtieġa biex jikkoreġu l-irregolaritajiet jew jirreferuhom għal kuntratti ta’ provvista aktar adattati għall-ħtiġijiet tagħhom;

37.

jirrakkomanda li l-kontijiet u l-informazzjoni kollha maħruġa mill-fornituri lill-konsumaturi finali tagħhom jkunu jistgħu jintbagħtu fil-forma mitluba mill-konsumatur, jiġifieri permezz ta’ ittra jew b’mezz elettroniku, mingħajr ebda diskriminazzjoni;

38.

jenfasizza l-fatt li l-konsumaturi vulnerabbli huma partikolarment suxxettibbli li jkollhom diffikultajiet biex jifhmu liema huma l-irħas rati fost għażla estensiva ħafna, u ħafna drabi jitolbu l-għajnuna lill-eqreb livell ta’ governanza. Għaldaqstant, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jistieden lill-Unjoni Ewropea tappoġġa lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp ta’ sistemi ta’ appoġġ fil-qasam tal-enerġija, jekk dan mhux qed isir mill-Istati Membri;

It-tijib fil-qari tal-miters

39.

jenfasizza li l-konsumaturi għandu jkollhom aċċess faċli għal qari tal-miter tagħhom, f’forom differenti (permezz ta’ miter intelliġenti, onlajn, permezz ta’ dikjarazzjoni dettaljata dwar il-kont tal-enerġija tagħhom kull xahar, permezz ta’ konsulenza individwali, eċċ.);

40.

jenfasizza l-ħtieġa li l-konsumaturi jkunu infurmati b’mod intelliġibbli dwar il-ġestjoni tal-qari tal-miters u l-użu tad-data dwar il-konsum tagħhom, bi speċifika ta’ liema informazzjoni se tinġabar u tinħażen, kull meta, u għal kemm żmien;

41.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġi adottat, fq il-livell Ewropew, qafas strett fir-rigward tas-sigurtà u l-protezzjoni tal-ħajja privata, fir-rigward tad-data tal-miters;

Appoġġ u gwida għall-iżvilupp ta’ miters intelliġenti, ir-riċerka u l-innovazzjoni

42.

isejjaħ għal darb’oħra biex jiġi aċċellerat l-iżvilupp ta’ sistemi intelliġenti, kemm fil-livell tan-netwerks kif ukoll fil-livell tal-produttur/konsumatur, tiġi ottimizzata s-sistema kumplessiva u jiġu implimentati miters intelliġenti, bħala element ewlieni ta’ ġestjoni effiċjenti tad-domanda li tinvolvi l-parteċipazzjoni attiva tal-konsumatur;

43.

jappella għall-adozzjoni ta’ qafas strett, fil-livell Ewropew, dwar l-użu ta’ miters intelliġenti u l-għażla tal-użi u l-funzjonalitajiet tagħhom, filwaqt li jfakkar li l-għan tal-użu tagħhom huwa r-razzjonalizzazzjoni u t-tnaqqis fil-konsum. F’dan il-kuntest, il-Kumitat jappella biex kwalunkwe għażla ġdida ta’ teknoloġija tkun soġġetta, qabel l-adozzjoni, għal valutazzjoni komprensiva tal-impatt fuq l-enerġija, ekonomiku, soċjali u ambjentali possibbli tagħha, jekk tkun ser tiġi introdotta bħala standard;

44.

jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jagħtu prijorità lir-riċerka applikata għall-ġestjoni u t-tnaqqis tal-konsum, l-ispjazzament u t-tnaqqis tad-domanda għall-enerġija, l-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ miters, ta’ distribuzzjoni u ta’ trasmissjoni intelliġenti, sikuri, affidabbli u affordabbli, kif ukoll sistemi ta’ ħżin industrijali u domestiku;

45.

jenfasizza li l-iżvilupp u l-funzjonament tal-bliet għandhom impatt kbir fuq id-domanda għall-enerġija, billi jirrappreżentaw bejn 60 % u 80 % tal-konsum dinji tal-enerġija u madwar l-istess perċentwal ta’ emissjonijiet ta’ CO2. Għaldaqstant, jenfasizza r-rwol importanti li jistgħu jaqdu Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar Bliet u Komunitajiet Intelliġenti u mudelli ta’ finanzjament u kummerċjali oħra biex jippromovu l-iskjerament ta’ teknoloġiji tal-enerġija intelliġenti;

Il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u ċ-ċittadini fis-swieq tal-enerġija

46.

jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni tirrikonoxxi r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biss fil-kuntesti dojoq ta’ “Żieda fil-parteċipazzjoni tal-konsumaturi” u speċifikament fil-Patt tas-Sindki, iżda ma tinkludix l-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala atturi pereżermpju fil-konklużjonijiet ġenerali fejn azzjoni ulterjuri hija meqjusa neċessarja “fil-livell tal-Istati Membri, u [permezz ta’] inizjattivi ta’ kollaborazzjoni tal-industrija, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u regolaturi nazzjonali”; għaldaqstant jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tinkludi l-perspettiva lokali u reġjonali b’mod aktar ġenerali fl-azzjonijiet futuri tagħha f’dan il-qasam, mhux l-inqas bħala produtturi u fornituri tal-enerġija;

47.

huwa tal-fehma li l-miters intelliġenti jistgħu jkunu wkoll għodda importanti sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-faqar enerġetiku, iżda jfakkar li huwa meħtieġ li jiġi żgurat li t-teknoloġiji tal-kejl intelliġenti ma twassalx għal spejjeż eċċessivi għall-konsumaturi u/jew limitazzjoni eċċessiva tal-użu tagħhom tal-enerġija;

48.

jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll il-kumpaniji lokali tal-enerġija, jibbenefikaw minn finanzjament adegwat u faċilment aċċessibbli biex jorganizzaw politiki u proġetti fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika u tal-produzzjoni u l-użu tal-enerġija rinnovabbli, pereżempju sabiex jiġu pprovduti parir dwar l-enerġija. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jitlob lill-Unjoni Ewropea biex tintegra dan l-aspett fil-programmi ta’ finanzjament futuri kollha f’dan il-qasam;

49.

jipproponi li jiġi stabbilit qafas ċar, li jipprovdi aċċess faċli għan-netwerks intelliġenti għall-enerġija prodotta mill-konsumatur, biex b’hekk jiġi faċilitat u jitnaqqas id-dewmien tal-proċeduri għal-liċenzjar/l-awtorizzazzjoni u jitneħħew l-ostakli amministrattivi u regolatorji li fadal li jfixklu kompetizzjoni effettiva;

50.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri joħolqu qafas regolatorju xieraq sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-parteċipanti ġodda fis-suq li huma l-prosumaturi, u jintroduċu l-miżuri u l-inċentivi suffiċjenti u l-garanziji neċessarji biex jistimulaw l-awtokonsum deċentralizzat tal-enerġija rinnovabbli u rimunerazzjoni ġusta tal-produzzjoni tal-enerġija;

51.

jinnota li hemm għadd ta’ eżempji ta’ prattika tajba dwar il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi fil-ġestjoni tajba tal-konsum u l-ġenerazzjoni deċentralizzata tal-enerġija rinnovabbli u jenfasizza r-rwol importanti li jaqdi l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fl-iskambju tal-aħjar prattiki;

52.

jenfasizza, b’mod partikolari, il-potenzjal enormi tal-awtoġenerazzjoni individwali u kollettiva tal-enerġiji rinnovabbli disponibbli lokalment, u jitlob lill-Unjoni Ewropea tinvestiga l-ostakoli finanzjarji u regolatorji, marbuta wkoll mal-ħtieġa tal-addattament tan-netwerks elettriċi eżistenti għall-mekkaniżmi ta’ awtokonsum, li jillimitaw l-iżvilupp ta’ dawn l-inizjattivi u tadotta miżuri biex dawn jingħelbu. F’dan il-kuntest, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jenfasizza li l-kunċett ta’ sjieda huwa importanti għall-involviment taċ-ċittadini fit-tranżizzjoni tal-enerġija b’mod effettiv, u jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lill-konsumaturi li m’għandhomx il-mezzi finanzjarji jew prattiki biex jinvestu fit-teknoloġiji ta’ awtoġenerazzjoni; barra minn hekk, jenfasizza r-rwol importanti li jistgħu jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-organizzazzjoni jew l-appoġġ ta’ inizjattivi lokali għal skemi kollettivi, kooperattivi jew ta’ awtoġenerazzjoni għall-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-konsum tal-enerġija;

53.

jilqa’ l-inizjattiva tal-Forum taċ-Ċittadini dwar l-Enerġija, filwaqt li jenfasizza li huwa mixtieq li jiġu stabbiliti strutturi u mekkaniżmi regolari oħra li jippermettu lill-konsumaturi tal-enerġija jesprimu l-opinjoni tagħhom fi żmien xieraq u b’hekk jinfluwenzaw l-għażliet magħmula dwar is-swieq tal-enerġija.

Brussell, is-7 ta’ April 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Ara wkoll ENVE-VI/005.

(2)  Ara punti 25 u 31 tal-Opinjoni ENVE-VI-006.

(3)  Ara wkoll ENVE-VI/003, punt 57.


1.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 240/31


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-ħarsien tar-refuġjati fiż-żoni ta’ oriġini tagħhom: perspettiva ġdida

(2016/C 240/06)

Relatur:

Hans JANSSEN (NL/PPE), Sindku ta’ Oisterwijk

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

Il-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Rakkomandazzjonijiet ġenerali

1.

jinnota li l-kriżi attwali tar-refuġjati b’riżultat tal-gwerra ċivili fis-Sirja u l-instabbiltà politika f’għadd ta’ pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq, u ta’ kunflitti u nuqqas ta’ liġijiet f’ċerti nħawi fid-dinja, hija ta’ skala li qatt ma rajna bħalha u li din il-kriżi għadha ‘l bogħod milli tiġi solvuta;

2.

iqis li l-iskop u l-kobor tal-problema jeħtieġu approċċ olistiku, li jikkonsisti f’diversi elementi: l-akkoljenza sostenibbli ta’ refuġjati li ġejjin fl-Ewropa, b’rispett tad-drittijiet tagħhom; il-prevenzjoni tal-migrazzjoni irregolari, fost affarijiet oħra billi jissaħħaħ il-kontroll tal-fruntieri esterni; l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali kontra t-traffikanti tal-bnedmin u t-twaqqif ta’ sistema effettiva u sigura biex l-individwi li ma jissodisfawx il-kriterji għal persuni li jfittxu asil jintbagħtu lura; it-titjib tal-akkoljenza fir-reġjuni ta’ oriġini, jiġifieri kemm il-pajjiżi ta’ oriġini kif ukoll ir-reġjuni ġirien; u l-indirizzar tal-kawżi primarji tal-migrazzjoni minħabba l-vjolenza u n-nuqqas ta’ liġijiet. L-UE ilha impenjata tindirizza dawn il-kwistjonijiet differenti għal żmien twil. Il-Kumitat jilqa’ dan l-approċċ (1) u jenfasizza l-importanza li fil-fatt jiġu implimentati l-ftehimiet u jiġu rispettati l-obbligi assunti;

3.

jiddispjaċih li, fil-prattika, l-akbar attenzjoni tingħata biex jitnaqqas l-għadd tar-refuġjati li jaslu fl-Ewropa u biex dawn jitqassmu bejn l-Istati Membri, minflok li jiġu mħarsa d-drittijiet ta’ dawn il-persuni f’kull livell. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jieħdu r-responsabilità mingħajr preċedent għall-akkoljenza u l-integrazzjoni tar-refuġjati fl-Ewropa; barra minn hekk, il-KESE jqis importanti li l-Kummissjoni Ewropea tagħti attenzjoni kostanti u viġilanti għal dawn l-isfidi dejjem jikbru u tħejji proposti sabiex jiġu appoġġjati l-attivitajiet imwettqa għal dan l-għan mill-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti;

4.

jinnota li s’issa ngħatat inqas attenzjoni lill-akkoljenza tar-refuġjati fir-reġjuni ta’ pajjiżhom, u f’dawn ir-reġjuni għad hemm kwantitajiet ogħla b’mod sinifikanti minn dawk li hemm fl-Ewropa: il-UNHCR irreġistrat 2,1 miljun refuġjat Sirjan reġistrati fl-Eġittu, fl-Iraq, fil-Ġordan u fil-Libanu; il-Gvern Tork irreġistra 1,9 miljun Sirjan, filwaqt li aktar minn 26 700 refuġjat Sirjan ġew irreġistrat fl-Afrika ta’ Fuq, jiġifieri total ta’ 4 390 439 (2);

5.

jilqa’ l-isforzi tal-Kunsill Ewropew biex jilħaq ftehim mat-Turkija; madanakollu huwa mħasseb dwar jekk il-ftehim konkluż mat-Turkija hux se jnaqqas l-għadd ta’ persuni li jaqsmu l-fruntieri tal-UE b’mod irregolari. jitlob li r-refuġjati jirċievu għajnuna finanzjarja diretta u jkollhom il-possibbiltà li japplikaw għal viża umanitarja fil-kampijiet tar-refuġjati f’pajjiżi terzi. Parti mill-għajnuna għandu wkoll tmur għall-UNHCR biex itejbu l-kondizzjonijiet ta’ għajxien fil-kampijiet tar-refuġjati;

6.

huwa konvint li bosta persuni li jitilqu minn pajjiżhom jintbagħtu fil-kampijiet tar-refuġjati, ta’ spiss f’pajjiż viċin. Mhux kulħadd għandu r-riżorsi meħtieġa għal vjaġġi iżjed ’il bogħod, pereżempju lejn l-Ewropa, indipendentement mill-kwalità tal-kundizzjonijiet tal-akkoljenza tagħhom fil-lokazzjoni attwali tagħhom. Ħafna jittamaw li jkunu jistgħu jirritornaw lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom jew ikollhom tama li jkunu jistgħu jibnu ħajja dinjituża f’kamp tar-refuġjati. Din tal-aħħar timplika prestazzjoni ta’ servizzi bażiċi xierqa (akkomodazzjoni, ikel, saħħa, eċċ.), edukazzjoni għat-tfal, impjieg, dħul finanzjarju, u koeżistenza paċifika fl-ambjent il-ġdid;

7.

fassal din l-Opinjoni fuq inizjattiva proprja bil-għan li jagħti direzzjoni lill-miżuri tal-UE mmirati lejn it-titjib tal-protezzjoni tar-refuġjati fir-reġjuni ta’ oriġini, jiġifieri l-pajjiżi tal-ewwel akkoljenza, li ta’ spiss ikunu l-pajjiżi ġirien tal-pajjiż li minnu jkunu qegħdin jaħarbu. L-opinjoni turi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE f’dan il-kuntest u liema strumenti huma meħtieġa. Jenfasizza kif l-istrateġiji u l-possibbiltajiet tad-diversi livelli ta’ gvern jistgħu jikkomplementaw lil xulxin sabiex jinkisbu koordinazzjoni aħjar u riżultati aħjar, waqt li jħarsu d-drittijiet u l-valuri fundamentali li l-UE tpoġġi fil-qalba tal-politiki tagħha. F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar, għal finijiet ta’ kompletezza, li t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni fir-reġjun ta’ oriġini ma jaffettwax ir-rikonoxximent tad-dritt għall-protezzjoni internazzjonali fi ħdan l-UE (3);

L-akkoljenza fir-reġjun ta’ oriġini: kompitu xejn faċli

8.

jinnota li l-akkomodazzjoni fir-reġjun ta’ oriġini f’każ ta’ kriżi tkun sottomessa għal xi realtajiet “fissi”:

din tikkostitwixxi kważi dejjem il-forma ta’ akkomodazzjoni għall-akbar numru ta’ nies. Biżżejjed naraw, pereżempju, 1,5 miljun Afgan li kienu għadhom jgħixu fil-Pakistan fl-2015 (4), 1,9 miljun Rwandiżi li wara l-ġenoċidju fl-1994 ħarbu lejn ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, it-Tanzanija u l-Burundi (5), il-kważi 500 000 u ‘l fuq minn 240 000 refuġjat mis-Somalja li ilhom mill-1991 jgħixu fil-Kenja u fl-Etjopja rispettivament (6). Il-kriżi attwali tas-Sirja, biċ-ċifri msemmija iktar ‘il fuq, ma turi l-ebda eċċezzjoni f’dan ir-rigward;

parti biss minn dan l-għadd kbir ta’ nies kienu jgħixu u għadhom jgħixu fil-kampijiet ta’ akkoljenza; parti kbira tar-refuġjati jissettiljaw fil-pajjiżi ospitanti, ħafna drabi f’ċirkostanzi diffiċli jew diffiċli ħafna. Pereżempju fit-Turkija huwa stmat li 90 % tar-refuġjati Sirjani jgħixu barra l-kampijiet b’aċċess limitat għal servizzi bażiċi;

il-perjodu ta’ residenza fil-pajjiżi ġirien ħafna drabi jkun aktar minn kemm oriġinarjament kien antiċipat; f’ħafna każijiet, dan il-perjodu jkun iktar minn 10 snin u f’xi każijiet għal għexieren ta’ snin;

9.

jinnota li, irrispettivament jekk l-akkomodazzjoni ssirx fil-kampjiet jew barra, fil-każijiet kollha, il-persuni spostati għandhom impatt konsiderevoli fuq il-komunitajiet ospitanti: żieda fil-pressjoni fuq is-servizzi bażiċi, fir-rigward tal-provvista tal-ilma tax-xorb, l-edukazzjoni u s-saħħa, il-ħarsien tal-ambjent (skart u ilma mormi), integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, eċċ.;

10.

huwa konxju li għall-komunitajiet ospitanti ħafna drabi dan il-fenomenu jsarraf f’żieda fil-prezzijiet tal-ikel, tal-akkomodazzjoni, tas-servizzi, eċċ. filwaqt li fl-istess ħin ikun hemm iktar kompetizzjoni għall-impjiegi, u għalhekk pagi aktar baxxi;

11.

huwa konxju li għall-komunitajiet ospitanti, dawn il-pressjonijiet differenti jiżdiedu man-numru ta’ problemi u sfidi li diġà jeżistu. Dawn l-elementi kollha flimkien ta’ spiss joħolqu tensjonijiet soċjali bejn ir-refuġjati u l-komunitajiet ospitanti, fost (il-gruppi ta’) ir-refuġjati nfushom, bejn (gruppi), jew jintwerew bħala tensjonijiet soċjali inattivi fi ħdan il-komunitajiet ospitanti;

12.

jirrikonoxxi wkoll li dan jista’ jwassal għall-biża’ mill-effett valanga: hekk kif dawn il-pressjonijiet ma jibqgħux kontrollati, il-komunitajiet ospitanti jistgħu jaraw ukoll fi ħdanhom il-vjolenza u l-flussi tar-refuġjati;

13.

jidentifika, fl-aħħar nett, in-natura ad hoc ta’ bosta dispożizzjonijiet ta’ kontinġenza implimentati. Il-lok tal-kampjiet ta’ refuġjati mhux dejjem ikun maħsub tajjeb; din l-għażla ta’ spiss isseħħ f’perspettiva limitata ta’ ppjanar, mingħajr ma tkun integrata f’viżjoni usa’ tal-iżvilupp territorjali u bosta drabi mingħajr ma jingħata widen lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, li b’mod definittiv huma milquta l-aktar mill-konsegwenzi, kif ġie deskritt hawn fuq;

X’jeħtieġ li jsir?

14.

huwa tal-fehma li, fid-dawl tas-sitwazzjoni kif deskritta hawn fuq, jeħtieġ li tintgħażel taħlita ta’ ġestjoni ta’ kriżi u ta’ approċċ fit-tul, bil-għan li jiġu pprovduti l-ħtiġijiet bażiċi, tinħoloq koeżjoni soċjali, u jiġi garantit żvilupp fiżiku, soċjali u ekonomiku b’mod ikkontrollat u li jirrispetta d-drittijiet umani, inkluża l-ugwaljanza bejn is-sessi, u l-ambjent;

15.

jirrakkomanda li, fejn possibbli, id-dipendenza tar-refuġjati fuq l-għajnuna, pereżempju minħabba li ma jkunux jistgħu jagħmlu xogħol bi ħlas, titneħħa kemm jista’ jkun malajr. Għandhom isiru sforzi sabiex jiġi żgurat li r-refuġjati jsiru awtonomi u, kemm jista’ jkun, ikunu jistgħu jiġġestixxu ħajjithom billi, pereżempju, jiġu promossi għażliet sabiex ikunu jistgħu jagħmlu xogħol bi ħlas. F’dan il-kuntest, huwa żvilupp pożittiv li r-refuġjati Sirjani fit-Turkija issa jistgħu jiksbu permess tax-xogħol. Għandhom jiġu adottati approċċi ġodda, pereżempju li jinvolvu lill-komunità kummerċjali. Skont l-esperti, l-għajnuna fi ftit flus kontanti lir-refuġjati għandha impatt ħafna iktar pożittiv fuq l-ekonomija lokali mill-għajnuna mhux finanzjarja; għalhekk, il-KESE jappella li tiġi studjata din il-possibilità u fejn possibbli jiġu applikati r-riżultati;

16.

jirrakkomanda li minn issa ’il quddiem għandu jiġi żgurat it-twaqqif, l-iżvilupp u l-ġestjoni tal-kampijiet ta’ akkoljenza jkunu mill-bidu bbażati fuq l-approċċ ta’ “żvilupp urban u territorjali” minflok fuq il-prinċipju ta’ “emerġenza”, u jitqiesu mill-bidu l-impatti pożittivi kif ukoll negattivi fuq il-komunitajiet ospitanti; dan l-approċċ ifisser li jkollhom isiru għażliet aktar infurmati fir-rigward tal-post u l-possibbiltà li jiġi estiż fil-futur, tad-disponibbiltà tal-faċilitajiet, eżistenti jew li ser jiġu żviluppati, tal-impatti ekonomiċi, tat-traffiku, eċċ, waqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-gruppi vulnerabbli bħan-nisa u t-tfal;

17.

jinnota, barra minn hekk, li l-aċċess għall-edukazzjoni u x-xogħol imħallas, flimkien ma’ miżuri oħra li huma jew mhumiex immirati għal gruppi speċifiċi, bħan-nisa, it-tfal u ż-żgħażagħ, hija importanti għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett jitnaqqas ir-riskju ta’ radikalizzazzjoni, l-iżolazzjoni, is-segregrazzjoni u l-vulnerabbiltà għal attivitajiet kriminali (it-traffikar tal-bnedmin, il-prostituzzjoni, it-traffikar tal-organi) u r-reklutaġġ minn netwerks terroristiċi; it-tieni nett jiffaċilita l-integrazzjoni soċjali, ekonomika u kulturali fin-nisġa soċjali tal-pajjiż ospitanti;

18.

iħeġġeġ lill-UE biex tgħin bl-għoti tal-kura tas-saħħa mentali lir-refuġjati Sirjani, b’mod speċjali t-tfal, li jsofru minn disturbi ta’ stress postrawmatiku li jirrappreżenta theddida għas-saħħa u għall-integrazzjoni tagħhom;

19.

huwa tal-fehma li l-approċċ għandu wkoll jibda mill-preżenża permanenti jew għall-inqas fit-tul ħafna tar-refuġjati, inkluża barra l-kampijiet, u għalhekk mill-inklużjoni tagħhom fil-komunitajiet ospitanti. Pereżempju, parti mir-riżorsi jistgħu jiġu allokati biex jiġi offrutappoġġ għal xogħol soċjalment utli u għall-parteċipazzjoni fl-akkoljenza ta’ dawk li għadhom kemm waslu. Dan jeħtieġ djalogu politiku wiesa’, filwaqt li għandha titqies is-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni li jirċievu u tal-gruppi ta’ refuġjati affettwati;

20.

jinnota li tali approċċ ma jistax jiffoka biss fuq ir-refuġjati, iżda għandu neċessarjament jiffoka wkoll fuq il-prevenzjoni u s-soluzzjoni tal-problemi li jiffaċċjaw il-komunitajiet ospitanti nfushom. Il-komunità internazzjonali għandha, aktar minn qatt qabel, tkun lesta li tassisti lill-gvernijiet nazzjonali u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-missjoni tagħhom sabiex tgħinhom fir-responsabbiltà tagħhom lejn l-ambjent fejn għandha tiġi żviluppata “l-integrazzjoni fir-reġjun”. Din l-għajnuna għandha wkoll tiġi tradotta f’termini finanzjarji, pereżempju biex tgħin jinżammu s-servizzi bażiċi u l-iżvilupp ekonomiku lokali u reġjonali;

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali

21.

jinnota li l-problemi tar-refuġjati u tal-komunitajiet fil-pajjiżi ta’ oriġini u r-reġjun tal-madwar jimmanifestaw ruħhom fl-irħula, il-bliet u r-reġjuni fejn jgħixu, imorru l-iskola, jieħdu l-kura, jaħdmu jew ifittxu impjieg, jgħixu mal-ġirien, eċċ. Wara l-għajnuna diretta ta’ emerġenza, huwa speċjalment fil-livell tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jridu jiġu żviluppati l-azzjonijiet u s-soluzzjonijiet (7);

22.

jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiż ta’ oriġini u r-reġjun tal-madwar isibuha verament diffiċli biex jilħqu dawn l-aspettattivi. F’ħafna każijiet, fil-fatt, anke qabel il-wasla tar-refuġjati, huma kellhom jiffaċċjaw nuqqas ta’ kompetenzi, riżorsi finanzjarji insuffiċjenti u nuqqas ta’ persunal kwalifikat. F’sistema politika ċentralizzata, barra minn hekk ma jistgħux jaġixxu malajr minħabba li ħafna deċiżjonijiet u ħafna spejjeż l-ewwel iridu jiġu approvati f’livell amministrattiv ogħla;

23.

huwa neċessarju li tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali minn naħa waħda, u l-UNHCR u l-NGOs umanitarji min-naħa l-oħra, sabiex jaħdmu b’mod koordinat; fid-dawl tas-sussidjarjetà, ir-rikonoxximent u l-appoġġ għal dawk l-entitajiet pubbliċi, privati u mingħajr skop ta’ qligħ tat-tielet settur u tas-soċjetà ċivili li jieħdu ħsieb b’mod speċjali l-akkoljenza u l-bżonnijiet tar-refuġjati fir-reġjuni, billi jiggarantixxu perkors kostruttiv ta’ integrazzjoni li huwa aktar konxju tas-sitwazzjonijiet u l-kwistjonijiet reġjonali;

24.

jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiż ta’ oriġini u r-reġjun tal-madwar jistgħu ġenwinament jieħdu r-responsabbiltà li jżommu jew jagħtu s-servizzi bażiċi kif ukoll, fir-rigward tal-aspetti tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli fuq perjodu fit-tul, fir-reġjuni u l-muniċipalitajiet tagħhom, li jiksbu titjib f’diversi livelli:

l-ambjent istituzzjonali: kompetenzi fformulati b’mod ċar u adegwat għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, b’inqas dipendenza fuq l-amministrazzjonijiet ċentrali, bil-possibbiltà li jaħdmu direttament ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi jew reġjuni li huma lesti li joffru l-għajnuna tagħhom, involviment akbar fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-appoġġ internazzjonali;

riżorsi finanzjarji adegwati sabiex ikunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom, u dan permezz ta’ trasferimenti, dħul finanzjarju lokali u/jew finanzjament dirett minn donaturi;

il-bini tal-kapaċità fil-livell amministrattiv u politiku permezz tat-taħriġ u l-edukazzjoni, l-espożizzjoni, l-iskambji, u l-appoġġ permezz tat-‘tagħlim bil-prattika’;

Azzjonijiet u mezzi

25.

jinnota li biex l-akkoljenza fir-reġjun issir element serju tal-politika kollha tar-refuġjati, hemm bżonn b’mod permanenti ta’ ammont sostanzjali ta’ riżorsi ekonomiċi, materjali, umani u tekniċi. Il-Kunsill Ewropew dwar il-Ġustizzja u l-Intern tal-14 ta’ Settembru 2015 għalhekk iddeċieda li jżid il-kontribuzzjoni tal-UE u tal-Istati Membri għall-UNHCR, sabiex din tkun tista’ tilqa’ numru kbir ta’ refuġjati Sirjani f’kampijiet fil-pajjiżi ġirien, kif ukoll li jżid b’mod sinifikanti l-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-Unjoni Ewropea b’reazzjoni għall-kriżi Sirjana, imsejjaħ ukoll il-Fond Madad (8). Din iż-żieda allegatament ser tkun meħtieġa għal bosta snin;

26.

jitlob li strumenti simili għall-Fond Madad jkunu disponibbli biex jiġu indirizzati l-krizijiet li jiffaċċjaw diversi pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq, minn fejn (potenzjalment) jiġu flussi kbar ta’ refuġjati;

27.

għalhekk iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE biex jassumu r-responsabbiltà tagħhom biex jipprovdu appoġġ finanzjarju u jagħmlu disponibbli riżorsi li diġà ġew imwegħda mingħajr dewmien, u sabiex jagħmlu aktar sforzi biex jitneħħa fil-prattika d-distakk sinifikanti fil-fondi fiduċjarji bejn ir-riżorsi minn finanzjament tal-UE u l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri;

28.

jirrakkomanda li, waqt li jiġu definiti l-prijoritajiet tiegħu, il-Fond Madad jagħti biżżejjed attenzjoni lill-kwistjonijiet ta’ “governanza” u t-traduzzjoni tagħhom f’azzjonijiet ma’ u għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll azzjoni rapida b’mod suffiċjenti, filwaqt li jibqgħu preċiżi, ippjanati, effettivi u effiċjenti;

29.

iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jipprovdu l-mezzi ekonomiċi u l-proċeduri amministrattivi meħtieġa, inkluża l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, b’mod speċjali dawk b’kompetenzi fl-oqsma tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tas-servizzi soċjali, u fit-tqassim ta’ dawn ir-riżorsi għall-għajnuna ta’ dawn il-persuni, sabiex jassumu b’mod konġunt l-applikazzjoni tal-mezzi xierqa li bihom għandha tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni b’mod sħiħ;

30.

jirrakkomanda, fil-kuntest tal-politiki Ewropej għall-għajnuna għall-iżvilupp, li l-azzjonijiet għandhom jiġu mmirati b’mod ċar fuq l-indirizzar u l-eliminazzjoni tal- kawżi primarji tal-kunflitti li jwasslu biex in-nies jaħarbu minn pajjiżhom, inklużi n-nuqqas ta’ strutturi demokratiċi li jiffunzjonaw, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-persekuzzjoni minħabba r-reliġjon u n-nuqqas ta’ governanza tajba fid-diversi livelli ta’ gvern f’pajjiżi fraġli. L-UE tista’ għalhekk tikkontribwixxi biex tnaqqas il-kawża li twassal biex gruppi kbar ta’ nies jaħarbu, minħabba li ħajjithom tkun fil-periklu u ma jarawx tama ta’ paċi;

31.

jirrikonoxxi, għal dan il-għan, l-importanza li jiġu stabbiliti mezzi ta’ komunikazzjoni formali, istituzzjonalizzati u effettivi mal-awtoritajiet reġjonali u lokali tar-reġjuni ta’ oriġini tar-refuġjati, sabiex jiġu identifikati l-inħawi prinċipali li jeħtieġu l-akbar attenzjoni u l-azzjonijiet l-aktar xierqa, li huma l-appoġġ finanzjarju u teknoloġiku, it-taħriġ tal-uffiċjali għolja, l-iskambju tal-għarfien u l-aħjar prattiki;

32.

iqis li l-prinċipji li jinsabu fid-dokument “Sustainable urban agenda for the Mediterranean region” (Aġenda urbana sostenibbli għar-reġjun tal-Mediterran) u l-azzjonijiet ta’ gwida mfissrin fis-sejħa għal sħubija mad-delegazzjoni tas-Sindki Libjani, li huma inizjattivi żviluppati mill-ARLEM, jirrappreżentaw it-triq ’il quddiem biex tiġi implimentata protezzjoni effettiva tar-refuġjati fir-reġjun ta’ oriġini;

33.

jirrakkomanda, fil-kuntest tad-djalogu politiku mal-gvernijiet tal-pajjiżi tal-ewwel akkoljenza, li jimbotta r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u b’dan il-mod jiġbed l-attenzjoni għall-kundizzjonijiet ġenerali meħtieġa sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jaqdu r-rwol tagħhom u jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom. Huwa meħtieġ li jinħolqu sinerġiji bejn l-atturi lokali u reġjonali tal-kooperazzjoni deċentralizzata, bil-għan li jiġu ffaċilitati proġetti u programmi komuni ta’ appoġġ internazzjonali. Dan jikkonċerna, fost l-oħrajn, li jintlaħqu ftehimiet mal-Gvern Tork u l-implikazzjonijiet għall-awtoritajiet lokali u reġjonali fiż-żoni tal-fruntiera mas-Sirja u għall-bliet fit-Turkija fejn jgħixu gruppi kbar ta’ refuġjati. L-Assoċjazzjoni ta’ Muniċipalitajiet Torok ħejjiet proposti inizjali f’dan il-kuntest;

34.

jitlob li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali minn stadju bikri fil-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet, kif ġew identifikati fil-Pjan Reġjonali għar-Refuġjati u r-Reżiljenza 2015-2016 b’reazzjoni għall-kriżi Sirjana (3RP). Approċċ koordinat tal-għajnuna huwa wkoll meħtieġ fil-livell lokali, u l-parteċipazzjoni attiva tal-awtoritajiet lokali hija neċessarja għal dan il-għan, fl-istadji kollha tal-iżvilupp tal-programm ta’ għajnuna;

35.

l-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej żviluppaw xi prattiki tajbin u kompetenzi rigward l-integrazzjoni tar-refuġjati. Għalhekk, jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex jagħmlu użu mill-esperjenza, ir-rieda u n-netwerks tal-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej: il-Kumitat, kif ukoll l-ARLEM u l-CORLEAP stabbiliti fi ħdanu, il-pjattaformi kif ukoll l-assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-muniċipalitajiet, bħal pereżempju l-VNG (Vereniging van de Nederlandse Gemeenten – l-Assoċjazzjoni tal-Muniċipji Netherlandiżi) (9). Dawn ipprovdew ammont kbir ta’ għarfien u esperjenzi fir-rigward tas-servizzi bażiċi, l-integrazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku lokali u reġjonali, mhux biss fl-Ewropa iżda wkoll fil-pajjiżi tal-ewwel akkoljenza. L-approċċ konkret ta’ kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, ippjanar globali u mmirat tal-faċilitajiet fl-ambjent tagħhom, ibbażat fost affarijiet oħra fuq l-ippjanar tax-xenarju u jqis l-impatt fuq il-potenzjal tal-iżvilupp tal-komunitajiet ta’ akkoljenza jidher li huwa komplementari ħafna għall-ħidma tal-UNHCR fil-Ġordan u l-Libanu;

36.

jitlob li, fi djalogu ma’ atturi ewlenin oħra f’dan il-qasam, inkluż matul is-Summit Umanitarju Dinji li ser isir f’Istanbul f’Mejju 2016, ikomplu jiġu żviluppati l-kunċetti ta’ din l-Opinjoni u jiġu tradotti f’politiki u programmi. Il-Kumitat huwa lest li jipprovdi aktar kontribut.

Brussell, it-8 ta’ April 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Kif ġie espress fl-Opinjoni dwar l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, CIVEX-VI/006, 3-4 ta’ Diċembru 2015 u fl-Opinjoni dwar Approċċ globali għall-migrazzjoni u l-mobbiltà, CIVEX-V-027, 18 ta’ Lulju 2012.

(2)  Iċ-ċifri huma kollha ddatati 17 ta’ Diċembru 2015, skont il-websajt http://data.unhcr.org/syrianrefugees/regional.php

(3)  Kif diġà ġie indikat fl-Opinjoni dwar L-approċċ globali għall-migrazzjoni u l-mobbiltà, CIVEX-V-027, 18 ta’ Lulju 2012.

(4)  http://www.unhcr.org/pages/49e487016.html (2015)

(5)  http://www.rwandanstories.org/genocide/refugee_crisis.html (l-ebda data)

(6)  http://www.resettlement.eu/page/somali-refugees-kenya-ethiopia

(7)  F’dan ir-rigward ara pereżempju https://www.chathamhouse.org/sites/files/chathamhouse/field/field_document/Jordan%20workshop%20summary%20FINAL.pdf

(8)  http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-12002-2015-REV-1/mt/pdf

(9)  Il-VNG twettaq programm attrezzat b’baġit ta’ aktar minn EUR 9 miljun għall-Gvern Netherlandiż, li fost affarijiet oħra għandu l-għan li jsaħħaħ l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-Ġordan u l-Libanu, sabiex ikunu jistgħu jaqdu r-rwol tagħhom fl-akkoljenza tar-refuġjati Sirjani u fir-rigward tal-impatt fuq il-komunitajiet ospitanti;


1.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 240/37


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment

(2016/C 240/07)

Relatur:

Il-Kunsillier Neale RICHMOND (IE/PPE), Kunsill tal-Kontea ta’ Dun Laoghaire Rathdown

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Kummerċ għal Kulħadd — Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment

COM(2015) 497 final

I.   KUMMENTI ĠENERALI

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

Jilqa’ bis-sħiħ il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2015 intitolata “Kummerċ għal kulħadd: Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment” u jirrikonoxxi l-potenzjal importanti li l-kummerċ jista’ jippreżenta f’termini ta’ tkabbir, ħolqien ta’ impjiegi u xogħol, u l-investiment fl-UE;

2.

Jappoġġja l-ambizzjoni tal-Kummissjoni biex tiżgura li l-benefiċċji tal-globalizzazzjoni jitqassmu b’mod ġust u li l-impatti negattivi jiġu mitigati u jenfasizza li, sabiex jitqarrbu l-kundizzjonijiet, jeħtieġ li l-ftehmiet kummerċjali moderni jmorru lil hinn minn sempliċi tariffi u jpoġġu l-enfasi fuq l-SMEs; madankollu jaqbel mal-Kummissjoni li l-politika tal-kummerċ tista’ taħdem biss jekk l-Ewropa tkompli tiffoka fuq it-tneħħija tal-ostakli għat-tlestija tas-suq uniku;

3.

Jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li fuqu kull inizjattiva sinifikanti fil-qasam tal-politika tal-kummerċ se tkun soġġetta għal valutazzjoni tal-impatt fuq is-sostenibbiltà; ifakkar dwar l-importanza li jitwettqu evalwazzjonijiet ex-post u jenfasizza li l-valutazzjonijiet u l-evalwazzjonijiet tal-impatt inkluż konsultazzjoni xierqa tal-partijiet interessati huma kruċjali fit-tfassil ta’ politiki tal-kummerċ tajba, trasparenti u bbażati fuq l-evidenza;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi valutazzjoni f’waqtha tal-impatt fuq il-baġit tal-UE u l-politiki strutturali ffinanzjati mill-UE (Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, eċċ.) tal-miżuri għal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ previsti fil-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles jew li jidderivaw minn arranġamenti multilaterali bħall-kwistjoni li jingħata Status ta’ Ekonomija tas-Suq liċ-Ċina;

5.

Jenfasizza li l-miżuri ffinanzjati taħt il-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni (FEG) huma ta’ spiss orjentati lejn perjodu qasir u jitlob għal iktar koordinazzjoni ma’ politiki oħra tal-UE, b’mod speċifiku l-politika tal-koeżjoni, sabiex jiġi żgurat li d-disparitajiet reġjonali attwali fi ħdan l-UE mhux biss ma jiżdidux aktar iżda jonqsu;

6.

Jirrikonoxxi l-importanza ekonomika tal-armonizzazzjoni regolatorja hekk kif din tnaqqas in-numru ta’ regoli legali li jridu jkunu konformi magħhom sħab tan-negozju fi ftehim. Jirrimarka madankollu l-bżonn li jiġi żgurat li tali armonizzazzjoni fil-ftehmiet kummerċjali tal-UE żżomm jew ittejjeb l-istandards fir-rigward tal-protezzjoni tal-konsumatur, l-ambjent u d-drittijiet tal-ħaddiema;

7.

Jistenna mill-Kummissjoni Ewropea li tagħti prova ta’ trasparenza fir-rigward tal-pjani ambizzjużi tagħha għal ftehmiet kummerċjali internazzjonali futuri. F’dan il-kuntest jiġbed l-attenzjoni għall-ambizzjoni tiegħu biex jiddefinixxi mill-ġdid ir-relazzjonijiet tal-UE mal-imsieħba Afrikani, tal-Amerika Latina u tal-Karibew kif ukoll biex jintensifika aktar il-kooperazzjoni fil-kummerċ fil-qafas tal-politika tal-viċinat tal-UE;

8.

Jenfasizza r-rwol ċentrali tal-SMEs bħala s-sinsla tal-iżvilupp reġjonali u lokali u għalhekk għall-koeżjoni tal-UE kollha kemm hi u jfakkar li l-ispejjeż tal-kundizzjonalità għall-istandards internazzjonali huma normalment ogħla għall-SMEs milli għall-korporazzjonijiet multinazzjonali. Jilqa’, f’dan ir-rigward, il-fatt li l-Kummissjoni tagħti post importanti lill-SMEs fl-Istrateġija tagħha billi tenfasizza d-diffikultajiet li jistgħu jiltaqgħu magħhom fir-rigward tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u jitlob li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu kontinwament involuti fid-djalogu previst li jseħħ bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar il-ħtiġijiet speċjali tal-SMEs;

9.

Jenfasizza li t-tliet prinċipji ewlenin tal-effettività, trasparenza u valuri jistgħu f’xi ħinijiet ikunu f’kunflitt u jirrikonoxxi l-argument tal-Komunikazzjoni li l-politika tal-kummerċ għandha tikkunsidra u possibbilment ukoll tippromovi ħafna oqsma ta’ politika oħrajn iżda jfittex aktar ċarezza dwar kif dan jista’ jidħol fis-seħħ b’mod prattiku; barra minn hekk jinnota li l-interessi ekonomiċi m’għandhom qatt jieħdu s-sopravent fuq il-garanzija ta’ aċċess ugwali għas-servizzi pubbliċi;

10.

Jenfasizza li fit-twaqqif ta’ Qorti ta’ investiment internazzjonali għandu jiġi assigurat li matul il-perjodu tranżitorju sakemm il-Qorti tal-Investiment Internazzjonali tkun issostitwixxiet kompletament il-mekkaniżmi kollha tar-riżoluzzjoni tat-tilwim tal-investiment ipprovduti fil-ftehmiet kummerċjali tal-UE, l-interessi ekonomiċi ma jipprevalux fuq id-dritt li l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti jipprovdu servizzi pubbliċi skont it-taħlita xierqa li jqisu neċessarja;

11.

Jilqa’ d-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropa fid-29 ta’ Frar 2016 li l-kapitolu dwar il-protezzjoni tal-investiment tal-ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Kanada (CETA) jindirizza l-elementi tal-approċċ riformat propost mill-UE għal sistema għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat aktar trasparenti u jipprovdi għal:

formulazzjoni aktar vinkolanti fir-rigward tad-dritt tar-regolamentazzjoni fil-livelli kollha tal-gvern dwar il-protezzjoni tal-investiment;

l-implimentazzjoni ta’ qorti permanenti u istituzzjonalizzata responsabbli għas-soluzzjoni tat-tilwim b’15-il membru li se jinħatru minn qabel mill-partijiet għall-ftehim;

l-istabbiliment ta’ qorti tal-appell li se tippermetti l-eżaminazzjoni tad-deċiżjonijiet mill-perspettiva tal-legalità tagħhom u l-kanċellazzjoni tagħhom f’każ ta’ żball;

regoli dwar l-etika aktar iddettaljati biex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess;

l-impenn tal-UE u l-Kanada biex jaħdmu għall-istabbiliment ta’ ġurisdizzjoni multilaterali permanenti jew qorti tal-appell għall-investiment;

12.

Jilqa’ l-pożizzjoni adottata mill-Kummissjoni dwar is-servizzi pubbliċi li l-ftehimiet kummerċjali futuri tal-UE m’għandhomx jipprevjenu lill-gvern fil-livelli kollha li jipprovdi, jappoġġja jew jirregola s-servizzi pubbliċi u ma għandhom jimponu l-ebda obbligu fuq l-Istati Membri biex jipprivatizzaw kwalunkwe servizz, kif ukoll ma għandhomx jipprevenuhom milli jespandu l-firxa tas-servizzi li joffru lill-pubbliku;

13.

Jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali dejjem għandu jkollhom il-possibbiltà li jipprovdu servizzi ta’ interess ġenerali, irrispettivament minn kif is-servizzi jiġu pprovduti u jiġu ffinanzjati.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

14.

Jilqa’ l-Konklużjonijiet tal-Kunsill mitftiehma fil-Kunsill tal-Kummerċ fis-27 ta’ Novembru 2015, minħabba li jirrappreżentaw approċċ bilanċjat ħafna li jbiddel l-enfasi iżda mhux is-sustanza tal-politika tal-kummerċ skont il-politika barranija tal-UE;

15.

Iqis li d-dimensjoni territorjali tal-istrateġija għandha tiżgura li l-awtoritajiet lokali u reġjonali madwar l-UE jibbenefikaw b’mod ġust mill-opportunitajiet tat-tkabbir u tal-investiment mistennija li jiġu ġġenerati mill-Ftehmiet ta’ Kummerċ Ħieles u mill-ftehmiet tal-kummerċ b’mod ġenerali, minħabba li dawn il-ftehmiet huma deskritti fil-Komunikazzjoni; Barra min hekk irid jiġi ċċarat, x’jistgħu jfissru l-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles, fir-rigward ta’ attivitajiet iffinanzjati pubblikament fil-livell lokali, għall-ħarsien tal-libertà ta’ organizzazzjoni u l-awtogovernanza lokali;

16.

jitlob, f’konformità mal-Artikoli 14 u 106 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Protokoll Nru 26 dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali, biex is-servizzi ta’ interess ġenerali kif ukoll is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, attwali u futuri, (inklużi l-provvista tal-ilma, il-kura tas-saħħa, is-servizzi soċjali, is-sistemi tas-sigurtà soċjali u l-edukazzjoni, il-ġestjoni tal-iskart u t-trasport pubbliku) ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ ftehimiet kummerċjali li jkunu qed jiġu nnegozjati;

17.

Jemmen li hemm ħtieġa identifikata għall-elaborazzjoni reġjonali u lokali u t-twassil tal-programmi tal-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs li jinvolvu partijiet interessati lokali u reġjonali. Dan ikun jinkludi wkoll l-identifikazzjoni ta’ nuqqasijiet bl-appoġġ għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi u l-impatti negattivi li kummerċ aktar miftuħ jista’ jġib f’ċerti reġjuni;

18.

Jargumenta li huwa importanti li wieħed ifakkar li l-kummerċ u l-investiment mhuwiex biss dwar il-ftuħ tas-swieq, li sussegwentement jistimula l-kompetizzjoni u l-innovazzjoni għall-iżvilupp tal-kompetittività tal-Ewropa, li finalment jista’ joħloq impjiegi u tkabbir iżda wkoll dwar żvilupp neċessarju tar-reġjuni kollha sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-prosperità taċ-ċittadini kollha;

19.

Jilqa’ l-enfasi fuq il-valuri tal-UE fi ħdan l-istrateġija ġdida u l-promozzjoni tal-valuri ewlenin Ewropej bħall-iżvilupp sostenibbli u d-drittijiet tal-bniedem fi ħdan il-ftehmiet tal-kummerċ iżda jemmen li għandhom jiġu stipulati b’mod konkret;

20.

Jirrikonoxxi li l-konverġenza regolatorja fil-Ftehmiet ta’ Kummerċ Ħieles fil-livelli settorjali tista’ tnaqqas duplikazzjoni bla bżonn tal-proċeduri u r-rekwiżiti tal-liċenzjar li jwasslu għal riżultati ekwivalenti. Madankollu, biex jiġi evitat tilwim sussegwenti, huwa importanti li t-test tal-ftehim jitfassal bi preċiżjoni u li tinħoloq lista “pożittiva” eżawrjenti tas-servizzi li huma s-suġġett tal-ftehimiet dwar il-kummerċ fis-servizzi;

21.

Jilqa’ l-fokus tal-komunikazzjonijiet fuq il-potenzjal mhux sfruttat tal-SMEs u l-ħtieġa li jiġu pprovduti b’appoġġ immirat sew, li jibda b’politika tal-kummerċ ġusta;

22.

Jidentifika li l-Konverġenza regolatorja hija partikolarment rilevanti għall-ħolqien tal-opportunitajiet ta’ internazzjonalizzazzjoni u l-integrazzjoni fi ktajjen tal-valur globali għall-SMEs;

23.

Jemmen li riżultat bilanċjat fis-setturi tradizzjonali sensittivi bħall-agrikoltura għandu jkun l-objettiv fil-Ftehmiet ta’ Kummerċ Ħieles tal-UE kollha u jkun soġġett għal rikonoxximent ta’ prodotti ta’ kwalità u l-protezzjoni tagħhom f’livell internazzjonali minħabba l-fenomenu tal-iffalsifikar;

24.

Jaqbel li l-intensifikazzjoni tad-dibattitu relatat mal-politika tal-kummerċ tal-UE tipprovdi opportunità biex jiġu involuti aħjar il-partijiet interessati kollha fil-preparazzjoni, in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-inizjattivi differenti tagħna fil-qasam; Għal dan l-għan, madankollu, huwa meħtieġ li tkun żgurata t-trasparenza b’mod aktar wiesa’ milli hu l-każ illum;

25.

Jitlob li jittieħdu miżuri msaħħa biex jappoġġjaw l-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba permezz ta’ ftehmiet ta’ kummerċ, inizjattivi li jinvolvu diversi partijiet interessati u lil hinn, b’enfasi fuq kummerċ ħieles, ġust u etiku, il-protezzjoni ambjentali, id-drittijiet tal-ħaddiema, kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, kif ukoll id-drittijiet tal-bniedem, il-protezzjoni tas-saħħa u tal-konsumatur, il-benessri tal-annimali, l-iżgurar tal-protezzjoni tad-diversità kulturali u l-promozzjoni tal-iżvilupp permezz tal-kummerċ, inkluż l-Għajnuna għall-Kummerċ u l-Aġenda tal-2030;

26.

Isostni li l-ftehmiet kummerċjali għandhom jipprovdu opportunitajiet ugwali madwar l-Istati Membri, ir-reġjuni, inklużi r-reġjuni l-aktar imbiegħda u t-territorji barranin tal-UE, u s-setturi rilevanti kollha, inklużi l-industrija, l-agrikoltura u s-servizzi. Jilqa’, f’dan il-kuntest, li l-Kunsill enfasizza l-ħtieġa li tiġi ffaċilitata u mtejba l-integrazzjoni tal-kumpaniji Ewropej fil-ktajjen tal-valur globali, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji;

27.

Jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni tal-UE għall-miżuri tat-trasparenza u jittama li jkun segwit minn miżuri konkreti oħra favur viżibilità akbar, jiġifieri obbligu ta’ trasparenza fir-rigward tal-poiżizzjonijiet meħuda fin-negozjati, anke min-naħa tal-partijiet l-oħra. Madankollu, huwa jikkritika l-Komunikazzjoni talli naqset milli tindirizza l-problemi l-aktar fundamentali mat-trasparenza dwar li ssir politika tal-kummerċ fil-livell tal-Istati Membri tal-UE, pereżempju kif l-għanijiet tal-politika tal-kummerċ huma fformulati qabel ma jibdew in-negozjati, jiġifieri fl-istadju meta t-28 Stat Membru jistabbilixxu mandat;

28.

Jisħaq li d-drittijiet tal-konsumatur tal-UE għandhom ikunu bbilanċjati aħjar fid-dibattitu tal-kummerċ lil hinn mill-kwistjonijiet ta’ privatezza, is-sigurtà tal-konsumaturi u d-dritt tagħhom li jkunu jafu dwar il-prodotti. Il-komponenti ewlenin tal-protezzjoni tal-konsumatur - l-informazzjoni, it-trasparenza u l-għażla - għandhom jiġu ssalvagwardjati u jitħarsu;

29.

Għandu jkun hemm fokus ugwali għall-SMEs li jesportaw u għall-SMEs li ma jesportawx, sabiex jiġi żgurat li l-benefiċċji tal-kummerċ miftuħ u l-politika kummerċjali tal-UE, ma jkunux esklużivament limitati għal dawk l-SMEs li jikkontribwixxu għall-ekonomija tal-esportazzjoni ta’ Stat Membru;

30.

Jinkoraġġixxi lin-negozjaturi tal-UE biex jagħmlu pressjoni għall-inklużjoni ta’ kapitolu dwar in-Negozji ż-Żgħar fil-ftehmiet tal-kummerċ tal-UE futuri kollha;

31.

Jemmen li t-tnaqqis fl-ispiża tar-regolamentazzjoni jwassal b’mod pożittiv għal imbuttatura ikbar biex tgħin lin-negozji żgħar u medji jidħlu fi swieq ġodda fejn is-sistemi duplikattivi bejn l-imsieħba kummerċjali barra mill-Ftehmiet ta’ Kummerċ Ħieles jaġixxu bħala ostakolu għad-dħul u lill-kumpaniji ikbar u iktar stabbiliti biex jimmonopolizzaw is-swieq;

32.

Jappoġġja l-kummerċ aktar miftuħ bħala l-antidotu għal-livelli baxxi ta’ investiment billi jaġixxi bħala stimulant għall-ekonomija globali fi żmien meta l-livelli tad-dejn jibqgħu għoljin;

33.

Jinnota l-fokus qawwi tal-Komunikazzjoni dwar Ftehmiet ta’ Kummerċ Ħieles bilaterali (FTAs), jirrakkomanda madankollu li l-UE għandha terġa’ tibda tqis il-politika kummerċjali tagħha b’mod aktar qawwi fil-qafas tal-aġenda multilaterali tad-WTO;

34.

Huwa mħasseb li l-fokus akbar fuq l-aġenda tal-kummerċ bilaterali qed jippromovi l-formazzjoni ta’ blokkijiet ekonomiċi u kompetizzjoni diskriminatorja u deregolatorja għad-detriment ta’ pajjiżi ekonomikament aktar dgħajfa li għandhom anqas setgħat ta’ negozjar;

35.

Jirrimarka li nisġa dejjem iżjed kumplessa ta’ standards u regoli kummerċjali hija ta’ żvantaġġ għal kulħadd, u jappella lill-Kummissjoni tiggarantixxi sinerġiji kif ukoll uniformità bejn il-ftehimiet bilaterali, plurilaterali u multilaterali li qegħdin jiġu negozjati bħalissa; anke l-ftehimiet ġodda jridu jkunu mnebbħa mill-prinċipj taċ-ċarezza, it-trasparenza u s-semplifikazzjoni;

36.

Jitlob li l-politika kummerċjali tal-UE għandha tikkunsidra speċifikament il-promozzjoni tal-kummerċ f’setturi fejn l-UE hija mexxejja dinjija, pereżempju t-teknoloġija ekoloġika;

37.

Jitlob li r-Reġjuni u l-Kmamar tal-Kummerċ Lokali u Reġjonali jew organizzazzjoni rappreżentattiva/multiplikatriċi ekwivalenti jiġu infurmati b’mod xieraq dwar l-isfidi u l-opportunitajiet maħluqa biż-żieda tal-kummerċ internazzjonali. Dan huwa importanti b’mod speċjali għall-SMEs minħabba li huma aktar probabbli li ma jkollhomx ir-riżorsi biex jissorveljaw l-iżviluppi fil-kummerċ dinji huma stess;

38.

Jemmen li għandu jkun hemm koerenza akbar bejn il-Politika tal-Kummerċ u l-politiki li għandhom l-għan li jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, fl-istess waqt mingħajr ma tintilef il-mira ta’ żvilupp strateġiku u tkabbir kontinwu fl-UE;

39.

Jenfasizza li l-istandards tax-xogħol, inkluż it-tmien konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, għandhom jiġu implimentanti bl-istess mod fil-kapitoli kollha tal-ftehimiet ta’ kummerċ, u li dawn il-ftehimiet għandhom jinkludu reviżjoni tal-klawsola li tippermetti lil parti toħroġ mill-ftehim jew tissospendi l-impenji fl-każ ta’ ksur tal-istandards tax-xogħolu dawk soċjali;

40.

Jenfasizza li fir-rigward tal-ftehmiet tal-investiment, l-impenji tad-delimitazzjoni tal-miżuri tal-politika pubblika leġittima kontra sfida ppreżentata mill-Ftehmiet ta’ Kummerċ Ħieles huma importanti ħafna minħabba li m’għandu jkun hemm l-ebda impediment biex l-Istati Membri jsegwu miżuri leġittimi ta’ politika pubblika bħal kontra l-konsum tat-tabakk;

41.

Jindika li d-diskussjoni ISDS u ICS hija kkumplikata, u jitlob biex it-tilwimiet legali li jaffettwaw il-konformità mal-ftehimiet tal-kummerċ jitressqu quddiem il-qrati pubbliċi fil-post fejn huwa rreġistrat l-uffiċċju tal-konvenut, u biex il-proċedimenti jsiru bil-lingwa tal-konvenut u jkunu regolati mil-liġijiet fis-seħħ fil-pajjiż tal-konvenut; għandu jkun possibbli d-dritt għall-appell; il-mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwimiet bejn l-istati għandhom ikunu bbażati fuq il-proċeduri attwali fil-livell tad-WTO;

42.

Jappella lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex tiżgura li sa ma tiġi stabbilita l-ICS, ma jintużawx mingħajr limitu l-mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim bejn l-istat u l-investitur ibbażati fuq fuq klawżoli tal-aktar nazzjon favorit, barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim kummerċjali rilevanti;

43.

Isostni li huwa neċessarju li ftehmiet tal-kummerċ, anki wara li jkunu ġew miftiehma u rratifikati, ikollhom mekkaniżmu (xi tip ta’ korp regolatorju sorveljanti) li jippermetti aġġustamenti tekniċi, kif ukoll klawsola ta’ reviżjoni li tippermetti reviżjoni possibbli mill-ġdid tal-ftehim inkwistjoni, u klawsola li permezz tagħha d-deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ liberalizzazzjoni jistgħu jiġu rtirati fi kwalunkwe ħin – anke fil-każ ta’ deċiżjonijiet meħuda minn entitajiet lokali u reġjonali fil-qasam ta’ kompetenza tagħhom stess;

44.

Huwa wkoll importanti li dawk li jirrappreżentaw l-UE u l-imsieħba tal-kummerċ f’dan il-korp ikunu infurmati tajjeb u tiġi żgurata rappreżentazzjoni bbilanċjata tal-interessi;

45.

Jenfasizza li huwa importanti li wieħed jipprova jissemplifika l-kummerċ mal-pajjiżi l-oħra kollha li l-UE m’għandhiex Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles magħhom;

46.

Jaqbel li l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-kontribuzzjoni relattiva tal-ekonomiji żviluppati u emerġenti għas-sistema huwa rekwiżit ewlieni biex jimxu ‘l quddiem fil-futur;

47.

Jisħaq li l-ebda ftehim ta’ kummerċ tal-UE ma għandu jwassal għal livelli aktar baxxi tal-protezzjoni tal-konsumatur, ambjentali, jew soċjali u tax-xogħol minn dawk li hemm illum fl-Unjoni Ewropea u fl-Istati Membri individwali. Għandu jibqa’ wkoll possibblili dawn il-livelli jiġu żviluppati aktar. Huwa jirrakkomanda li dawn il-prinċipji jissaħħu u barra minn hekk jiġi ċċarat li dan japplika wkoll għal kwistjonijiet ta’ sikurezza tal-prodotti u ta’ ħarsien tas-saħħa, tal-annimali, u tad-data; wieħed jistenna li l-marġni ta’ manuvra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-parlamenti u tal-gvernijiet tal-Istati Membri jiġi żgurat u b’hekk jitħarsu wkoll il-possibbiltajiet demokratiċi taċ-ċittadini tagħhom li jeżerċitaw influwenza;

48.

jitlob li jiddaħħlu miżuri biex jiġu appoġġjati l-konsumaturi fil-kuntest tal-kummerċ transkonfinali f’oġġetti u servizzi ma’ pajjiżi terzi, pereżempju fil-forma ta’ help desks online li jipprovdu informazzjoni jew pariri b’rabta mat-tilwim;

49.

Japprova l-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet kontra l-korruzzjoni fil-ftehmiet ta’ kummerċ bħala miżura oħra li tiżgura li n-negozji u l-konsumaturi kollha jistgħu jfittxu l-benefiċċji ta’ ftehim u b’hekk inaqqsu l-qasma serja reġjonali;

50.

Jemmen li l-Kumitat għar-Reġjuni għandu rwol integrali fl-iżgurar li l-benefiċċji tal-ftehmiet ta’ kummerċ jinħassu fuq livell lokali u reġjonali u li jiskrutinizzaw dawk il-ftehmiet li l-benefiċċji tagħhom ma kinux jinħassu fuq livell aktar lokali;

51.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tinkludi l-akkwist pubbliku fil-ftehimiet ta’ kummerċ internazzjonali, filwaqt li fl-istess ħin tipprovdi ingranaġġ fin-negozjati, sabiex tirrispondi għan-nuqqas ta’ qbil bejn il-ftuħ tas-swieq tal-akkwist pubbliku tal-UE u l-prattiki restrittivi mill-imsieħba kummerċjali ewlenin;

52.

Jilqa’ l-proposta riveduta tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istrument tal-Akkwist Pubbliku (1) u jenfasizza li din l-għodda tista’ tikkontribwixxi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni f’pajjiżi terzi. Barra minn hekk, jitlob li jkun hemm użu bbilanċjat tal-istrument sabiex jiġi evitat li jintuża biex iħares jew jagħlaq is-swieq tal-akkwist pubbliku tal-UE.

53.

Jenfasizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs tal-UE u d-diffikultajiet li jistgħu jaffaċċjaw meta jipparteċipaw fi swieq tal-akkwist pubbliku ta’ pajjiżi terzi. Jilqa’ f’dan ir-rigward l-fatt li l-istrument mhux se japplika għall-offerti sottomessi mill-SMEs tal-UE u l-fatt li l-applikazzjoni tiegħu se tkun limitata għal kuntratti li jaqbżu ċertu livell limitu.

Brussell, it-8 ta’ April 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  COM(2016) 34 final.


1.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 240/43


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Naġġornaw is-Suq Uniku

(2016/C 240/08)

Relatur:

Alessandro PASTACCI (IT/PSE), President tal-Provinċja ta’ Mantova

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni dwar Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji

COM(2015) 550 final

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jenfasizza li s-Suq Uniku, bħala l-bażi fundamentali tal-moviment liberu tal-merkanzija, tas-servizzi, tal-persuni u tal-kapital fl-Unjoni Ewropea (UE), huwa s-suċċess ekonomiku ewlieni tal-UE u għen sabiex jiżdiedu l-prosperità u l-impjiegi. Sabiex jaħdem aħjar minn hekk huma meħtieġa aktar riformi strutturali u ekonomiċi sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti għat-tkabbir u l-impjiegi fl-Istrateġija Ewropa 2020, kif ukoll l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-UE fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli, ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jinsisti wkoll li s-Suq Uniku, l-Ftehim ta’ Schengen dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni u t-tlestija tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa (1) huma marbutin b’mod inseparabbli; iqis, għalhekk, li t-tlestija u l-implimentazzjoni tas-Suq Uniku huma ta’ importanza kbira għall-isfruttament tal-potenzjal sħiħ tas-Suq Uniku;

2.

jaqbel li, sabiex tkun aktar effettiva, l-Istrateġija tas-Suq Uniku aġġornata għandha tkun fuq tliet binarji sabiex: (1) toħloq opportunitajiet għall-konsumaturi, għall-professjonisti u għan-negozji; (2) tħeġġeġ u tippermetti l-modernizzazzjoni u l-innovazzjoni li teħtieġ l-Ewropa; (3) tiżgura li titwettaq b’mod konkret għall-ġid tal-konsumaturi u tan-negozji fil-ħajja ta’ kuljum. Tali strateġija fuq tliet binarji u integrata għandha timmira li tindirizza l-isfidi mqajma mill-effetti kkombinati tal-bidla teknoloġika u l-globalizzazzjoni mgħaġġla u l-uniku adattament gradwali tas-sistemi skolastiċi u tat-taħriġ;

3.

jappoġġja s-sejħa tal-Parlament Ewropew għall-inklużjoni tal-pilastru tas-Suq Uniku fis-Semestru Ewropew (2), b’sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni regolari tal-integrazzjoni tas-Suq Uniku, li tkun komposta minn sett ta’ indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi, valutazzjoni komparattiva, reviżjonijiet bejn il-pari u skambju tal-aqwa prattiki;

4.

iqis li l-Istrateġija tas-Suq Uniku hija maħsuba biex tikkumplementa u tiġi kkumplementata mill-inizjattivi tal-UE dwar l-investiment, il-kompetittività u l-aċċess għall-finanzi, is-suq intern għall-enerġija, is-Suq Uniku Diġitali u l-mobbiltà tal-ħaddiema, filwaqt li għaldaqstant jiddispjaċih li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ma kinitx akkumpanjata mill-proposta għal reviżjoni tad-direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema, li kien maħsub biex ikun waħda mill-inizjattivi ewlenin ta’ din il-Kummissjoni għall-indirizzar tad-dumping soċjali u t-tisħiħ tad-drittijiet tal-ħaddiema u l-garanzija tan-negozjar kollettiv bħala qafas għar-relazzjonijiet industrijali. Din is-sitwazzjoni m’għandhiex twassal għal nuqqas ta’ kontinwità bejn il-pjan direzzjonali għall-approfondiment tas-suq uniku u l-inizjattivi meħtieġa għat-titjib tal-kundizzjonijiet għall-mobilità tas-suq tax-xogħol u għandha tiġi indirizzata fil-proċedura leġislattiva dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li temenda d-Direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema (Direttiva 96/71) imressqa fit-8 ta’ Marzu;

5.

jenfasizza li s-Suq Uniku huwa politika trażversali li tinteraġixxi ma’ ħafna politiki settorjali tal-UE. Il-KtR għalhekk kien qed jistenna li l-Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija tas-Suq Uniku tal-Kummissjoni tiddeskrivi b’mod aktar ċar l-interazzjonijiet b’mod partikolari mal-politika kummerċjali u tal-kompetizzjoni. Fir-rigward tal-politika kummerċjali, kien ikun leġittimu li wieħed jistenna li qabel ma jingħata Status ta’ Ekonomija tas-Suq (MES) liċ-Ċina sal-aħħar tal-2016, il-Komunikazzjoni tħabbar li għandha ssir analiżi tal-impatt ekonomiku, soċjali u territorjali u l-impatt fuq is-Suq Uniku ta’ deċiżjoni bħal din;

6.

jitlob li jitlesta s-Suq Uniku Digitali li għandu l-potenzjal li jnaqqas id-distakk diġitali bejn ir-reġjuni, u biex ikompli jtejjeb l-aċċess għall-informazzjoni, iġib titjib fl-effiċjenza, u jintroduċi mudelli ta’ negozju u amministrattivi mtejba; jenfasizza li l-kummerċ elettroniku u l-akkwist elettroniku jiġġeneraw benefiċċji tanġibbli għall-kosumaturi, il-gvern elettroniku jiffaċilita l-konformità online u l-aċċess għal opportunitajiet ta’ xogħol u negozju kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għan-negozji, u b’hekk jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku;

7.

jiġbed l-attenzjoni għar-rwol speċifiku tar-Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) bħala parteċipanti transkonfinali fis-Suq Uniku, kif ukoll ta’ strutturi transkonfinali oħrajn bħar-Raggruppamenti Ewropej ta’ Interess Ekonomiku jew is-Soċjetà Kooperattiva Ewropea. Dawn huma laboratorji għas-Suq Uniku u jistgħu jgħinu fl-identifikazzjoni tal-ostakoli tas-Suq Uniku, minħabba li jistgħu jidentifikaw u jindirizzaw lokalment kwistjonijiet bħall-akkwist pubbliku, il-kuntratti transkonfinali, it-tassazzjoni doppja tal-persunal, il-liġi applikabbli, il-protezzjoni tal-konsumaturi u s-servizzi transkonfinali;

8.

jiddeplora n-nuqqas ta’ azzjonijiet speċifiċi favur is-settur tal-artiġjanat u n-nuqqas ta’ referenza diretta għalih, minkejja li hemm aktar minn sittax-il miljun intrapriża tal-artiġjanat li jaqdu rwol importanti fil-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp ekonomiku;

9.

itenni li sabiex jiġu ddeterminati l-effetti tal-politiki tal-UE, l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea jeħtieġu jimplimentaw Valutazzjonijiet tal-Impatt Territorjali bħala prattika standard fil-proċess tat-tfassil ta’ politika kif ukoll fil-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki settorjali (3);

B’rabta mal-iżvilupp tal-ekonomija kollaborattiva

10.

jilqa’ l-inizjattiva mħabbra mill-Kummissjoni dwar l-aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva, inkluż il-gwida dwar kif id-dritt tal-Unjoni japplika għal dan is-settur ġdid, l-ambizzjoni tiegħu li jappoġġja l-potenzjal tiegħu f’termini ta’ tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi u kif ukoll l-intenzjoni tiegħu li jeżamina sa liema punt id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar is-Servizzi, id-Direttiva dwar il-Kummerċ elettroniku u l-acquis dwar il-protezzjoni tal-konsumatur tal-UE huma applikabbli għal ekonomija kollaborattiva u jekk hemmx bżonn għal aktar regolamentazzjoni b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali u tal-impjieg tal-ħaddiema, in-normi tas-saħħa u s-sigurtà, it-tassazzjoni u l-liċenzjar; itenni l-konvinzjoni tal-KtR li kwalunkwe inizjattiva regolatorja iebsa għandu jkollha approċċ settorjali u tqis l-iskala tal-inizjattiva ta’ ekonomija kollaborattiva bħala kriterju għat-tfassil ta’ linji regolatorji;

11.

jirrimarka li l-valutazzjonijiet ex-ante tal-impatt territorjali u urban jistgħu jitmexxew u jiġu żviluppati bi sħubija mill-qrib mal-livelli kollha tal-gvern bil-għan li jiġu identifikati l-protokolli metodoloġiċi. Jinnota li l-valutazzjonijiet għandhom jiġu ddisinjati b’tali mod li ma jkunux ta’ piż bla bżonn għall-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ attivitajiet ġodda, kif ukoll ma joħolqux piżijiet addizzjonali fuq l-attivitajiet ta’ xogħol ta’ kuljum tal-impriżi eżistenti, irrispettivament mid-daqs tagħhom;

B’rabta ma’ kif l-SMEs u l-Istart-ups jiġu megħjuna sabiex jikbru

12.

jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta inizjattivi mmirati biex inaqqsu l-piż kbir li jpoġġu l-obbligi tar-rappurtar u r-reġistrazzjoni tal-VAT fuq l-SMEs u l-istart-ups, b’mod partikolari meta joperaw bejn il-fruntieri; jirrimarka li s-semplifikazzjoni tar-rekwiżiti tar-rappurtar tal-VAT għall-SMEs u għall-mikro-intrapriżi kienet identifikata wkoll bħala opportunità għal aktar azzjoni fil-konsultazzjoni tar-Reġjuni Intraprenditorjali Ewropej (EER) li saret mill-KtR f’April 2014. Dan huwa partikolarment rilevanti għall-kummerċ bl-imnut, il-lukandi u r-ristoranti, fejn l-interess ta’ operaturi ta’ daqs żgħir li joperaw bejn il-fruntieri jista’ jiġi ostakolat minn burokrazija goffa wisq, bi ħsara għal diversi kategoriji ta’ konsumaturi;

13.

jirrikonoxxi li l-fattur ta’ sostenn għall-SMEs kellu rwol tal-akbar importanza biex jippermetti lill-SMEs ikollhom aċċess għall-finanzjamenti u jittama li dan l-istabbiliment jiġi estiż għas-snin li ġejjin;

14.

jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq proposta leġislattiva dwar falliment kummerċjali sabiex ikun żgurat li l-imprendituri jingħataw it-tieni ċans. Dan l-approċċ x’aktarx li jrawwem l-intraprenditorija u l-innovazzjoni fl-Ewropa, hekk kif imprendituri li joperaw f’ambjent li ma jistigmatizzax il-falliment ikunu aktar inklinati li jidħlu għal proġetti aktar innovattivi; jinnota li l-qafas legali għal falliment għandu, madankollu, jiżgura li jiġi inkoraġġit biss it-teħid ta’ riskju responsabbli u li tiġi pprovduta ċertezza u ġustizzja lill-kredituri;

15.

jitlob lill-Kummissjoni sabiex timmonitorja bir-reqqa l-applikazzjoni effettiva mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet sottonazzjonali rilevanti tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2011/7/UE dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali u biex tibda proċeduri ta’ ksur rapidi fil-każ li d-direttiva ma tiġix applikata kif suppost minħabba li l-SMEs ħafna drabi ma jkunux f’pożizzjoni li jinfurzaw id-drittijiet tagħhom taħt din id-direttiva kontra kumpanija dominanti jew awtorità pubblika;

16.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tapplika l-prinċipju “Aħseb l-ewwel fiż-Żgħir”, jiġifieri li titfassal leġislazzjoni biss meta jkun neċessarju u b’kunsiderazzjoni tal-iżgħar intrapriżi. Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-applikazzjoni u l-introduzzjoni effettiva tal-prinċipju “darba biss” mill-Istati Membri sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi żejda għall-SMEs u ċ-ċittadini;

17.

jistieden lill-Kummissjoni biex tiffaċilità l-parteċipazzjoni diretta fir-riskju ta’ self u l-aċċess għal għodod innovattivi għall-ġbir tal-kapital ta’ riskju bħall-finanzjament kollettiv;

18.

jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti informazzjoni aħjar għall-SMEs b’mod aktar aċċessibbli permezz tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-SMEs;

B’rabta mal-liberalizzazzjoni tas-servizzi professjonali

19.

jenfasizza l-importanza tal-ftuħ ulterjuri tas-swieq tas-servizzi fl-Ewropa minħabba l-livell relattivament baxx ta’ kummerċ transkonfinali fis-servizzi, l-importanza dejjem tikber tas-servizzi bħala sehem tal-PDG u x-xogħol fir-reġjuni u l-bliet tal-Ewropa u x-xejra lejn aktar integrazzjoni tas-servizzi fl-offerta ta’ valur tal-industrija; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex tiftaħ is-swieq tas-servizzi fil-parametri tad-Direttiva dwar is-Servizzi u jenfasizza li l-ftuħ ulterjuri tas-swieq tas-servizzi għandu jsir fi ħdan l-istandards leġislattivi u ta’ kwalità diġà milħuqa;

20.

jaqbel mal-ħtieġa li jiġu vvalutati u indirizzati minn naħa l-lakuni regolatorji, u min-naħa l-oħra l-problema ta’ duplikazzjoni ta’ regolamenti jew regoli konfliġġenti f’ċerti oqsma tas-Suq Uniku u li jitneħħew l-ostakoli persistenti għall-moviment liberu, li jipprevjenu lin-negozji u lill-konsumaturi Ewropej milli jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tas-Suq Uniku;

21.

jirrakkomanda li l-“qafas analitiku li jrid jintuża mill-Istati Membri meta jirrevedu r-regolamenti eżistenti jew jipproponu regolamenti addizzjonali” jinkludi kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ settur bħala “settur ta’ prijorità”. Tabilħaqq, fil-Komunikazzjoni ma tingħata ebda spjegazzjoni għala ċerti servizzi għandhom jingħataw prijorità (4);

Il-Ftehim ta’ Schengen

22.

Kif indikat minn studju riċenti tal-Parlament Ewropew ippreżentat quddiem il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, jirrikonoxxi li sospensjoni fit-tul tal-ftehim ta’ Schengen twassal għal konsegwenzi negattivi konsiderevoli għal sa seba’ oqsma ekonomiċi: il-PDG, il-kummerċ, l-investimenti diretti barranin, l-impjiegi, il-mobilità, il-konsum u l-SMEs.Għalhekk, bil-għan li jitħares is-suq uniku u l-kisbiet importanti miksuba tul is-snin, huwa tal-akbar importanza li jinżammu dawn l-istandards (5);

B’rabta mat-tisħiħ tas-Suq Uniku għall-merkanzija

23.

jappoġġja l-impenn tal-Kummissjoni li timmodernizza s-sistema tal-istandards b’kollaborazzjoni mal-komunità tal-istandardizzazzjoni, minħabba li l-istandards urew li kienu effettivi ħafna sabiex jappoġġjaw l-integrazzjoni tas-suq, permezz tal-impatt tagħhom fuq l-ispejjeż tal-industrija, l-interoperabbiltà, l-aċċess għas-swieq u l-esportazzjoni; kwalunkwe riforma tal-istandards trid tqis il-ħtiġijiet tal-produtturi żgħar u ta’ daqs medju;

24.

jilqa’ l-fatt li fis-16 ta’ Marzu 2016 il-Kummissjoni ppreżentat “Komunikazzjoni dwar l-isfidi li taffaċċja l-industrija tal-azzar” anke jekk il-KtR kien qed jistenna li l-komunikazzjoni dwar is-Suq Uniku tal-Kummissjoni tkun tindirizza diġà s-segwitu għall-“Pjan ta’ Azzjoni għal industrija tal-azzar kompetittiva u sostenibbli fl-Ewropa” ta’ Ġunju 2013 peress li l-isfidi li taffaċċja l-industrija tal-azzar għandhom x’jaqsmu ma’ ħafna aspetti tal-Istrateġija għas-Suq Uniku; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-KtR se jiddedika opinjoni speċifika għall-isfidi li taffaċċja l-industrija tal-azzar li b’mod partikolari se tibni fuq ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2015 dwar l-iżvilupp ta’ Industrija Ewropea sostenibbli tal-metalli komuni (6);

25.

kif diġà indika f’opinjoni reċenti (1), itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposta leġislattiva għall-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għal prodotti mhux agrikoli fl-UE; dan jgħin biex iżid ir-rikonoxximent u l-kwalità tal-prodotti;

26.

jirrikonoxxi li l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku huwa kruċjali għall-prodotti li mhumiex koperti mill-istandards tal-UE, iżda li l-applikazzjoni tiegħu hija irregolari u jeħtieġ li tittejjeb sabiex jiġi pprovdut qafas regolatorju aktar prevedibbli għall-moviment liberu tal-prodotti. Huwa mixtieq ukoll li fl-istess ħin għal tali prodotti tiġi assigurata informazzjoni korretta lill-konsumaturi, li jingħata r-rikonoxximent xieraq lill-prodotti ta’ kwalità u li tiġi indikata l-oriġini tal-prodotti;

27.

jenfasizza l-appoġġ tiegħu għall-miżuri maħsuba biex iżommu l-prodotti illegali u mhux konformi barra mis-suq tal-UE fid-dawl tal-inċidenza dejjem tikber ta’ dan il-kummerċ, li jxekkel il-kompetizzjoni u jpoġġi lill-konsumaturi f’riskju. Sorveljanza aktar stretta ta’ attivitajiet ta’ falsifikazzjoni għandha tagħti kontenut prattiku lill-għan ta’ “Noħolqu l-opportunitajiet għall-konsumaturi, il-professjonisti u n-negozji”, b’mod partikolari għall-SMEs;

B’rabta mal-akkwist pubbliku

28.

jilqa’ l-approċċ ġenerali stabbilit fil-Komunikazzjoni b’rabta mal-akkwist pubbliku; jappoġġja b’mod aktar speċifiku n-netwerking bejn il-korpi ta’ analiżi tal-prim’istanza, l-assistenza teknika għall-Istati Membri u għodod ta’ monitoraġġ imtejba, li għandhom jgħinu wkoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni ta’ regoli dwar l-akkwist pubbliku; f’dan ir-rigward jiġbed l-attenzjoni għar-rwol possibbli taċ-ċentri tal-għarfien fil-qasam tal-akkwist pubbliku bħala sorsi ta’ għajnuna, konsulenza u informazzjoni;

29.

jaqbel ukoll mal-prinċipju tat-tnedija ta’ mekkaniżmu volontarju ta’ akkwist pubbliku ex-ante għal proġetti infrastrutturali fuq skala kbira, iżda jistaqsi għaliex il-Kummissjoni ffissat limitu massimu daqstant għoli ta’ EUR 700 miljun. Għalhekk, jissuġġerixxi li l-limitu massimu jitbaxxa b’mod sinifikanti, b’mod partikolari fl-isfond tar-rapport speċjali 10/2015 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar “L-isforzi sabiex jiġu indirizzati l-problemi bl-akkwist pubbliku fin-nefqa ta’ Koeżjoni tal-UE għandhom jiġu intensifikati”;

30.

madankollu jitlob li r-reġistru tal-kuntratti u l-istrumenti ta’ analiżi tad-data, previsti mill-Kummissjoni għal raġunijiet ta’ trasparenza, jitfasslu b’tali mod li ma jwasslux għal spejjeż żejda għall-awtoritajiet kontraenti pubbliċi. Il-Kummissjoni Ewropea diġà għandha għad-dispożizzjoni tagħha, minħabba l-obbligu li l-kuntratti li jaqbżu ċertu limitu jingħataw wara sejħa għall-offerti mal-UE kollha, kwantità konsiderevoli ta’ data, tant li mhuwiex meħtieġ li jiġu introdotti obbligi oħrajn ta’ informazzjoni u statistika mal-UE kollha;

B’rabta mas-Servizzi u d-Direttiva dwar is-Servizzi

31.

jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni li tivvaluta kontinwament l-implimentazzjoni mill-pajjiżi tal-UE tad-Direttiva dwar is-Servizzi u li twettaq għadd ta’ eżerċizzji ta’ evalwazzjoni (“reviżjonijiet bejn il-pari”) sabiex tneħħi l-bqija tal-ostakoli għall-kummerċ transkonfinali tas-servizzi fl-UE, u tiġi kkunsidrata b’mod partikolari anki l-kwistjoni tal-hekk imsejjaħ “imblukkar ġeografiku tas-servizzi diġitali”; madankollu, huwa tal-fehma li l-eżitu ta’ dawn l-eżerċizzji ma għandux jiġi prekluż mill-Kummissjoni, billi tgħid li ma hemm ebda pjan li tiġi riveduta jew emendata d-Direttiva dwar is-Servizzi.

32.

ifakkar li l-Punti ta’ Kuntatt Waħdieni (PKW) huma element essenzjali tad-Direttiva dwar is-Servizzi. Madankollu, diversi aspetti li huma relatati mill-qrib mal-provvista tas-servizzi mhumiex koperti mid-direttiva (eż. l-istazzjonar tal-ħaddiema, kwistjonijiet fiskali, dispożizzjonijiet tas-sigurtà soċjali, kwalifiki professjonali). Dawn l-aspetti għandhom madankollu jiġu inklużi fis-servizz tal-informazzjoni tal-PKW sabiex jipprovdu punti uniċi ta’ servizz b’valur miżjud reali. Barra minn hekk, ikun importanti li tiġu pprovduta l-informazzjoni mill-inqas bl-Ingliż flimkien mal-lingwa nazzjonali;

33.

iqis li l-inizjattiva tal-passaport tas-servizzi għandha tkun limitata għal servizzi rregolati mid-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, jiġifieri, mhux applikabbli għall-operaturi tas-servizzi pubbliċi, sakemm ma jwettqux attivitajiet kummerċjali jew għal servizzi li ma għandhomx impatt transkonfinali u huma soġġetti għar-regolazzjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali;

34.

jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni għall-prevenzjoni ta’ diskriminazzjoni kontra l-utenti u l-kumpaniji fil-kummerċ transkonfinali, partikolarment il-kummerċ fuq l-Internet; jinsisti madankollu li ċerti vantaġġi, jiġifieri prezzijiet aktar baxxi, li mhumiex rilevanti għas-suq uniku, jistgħu jiġu riżervati għal ċerti benefiċjarji ta’ servizzi, jekk dan ikun imsejjes fuq kriterji oġġettivi leġittimi;

B’rabta mal-Ekonomija Soċjali u s-Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali (SGEI)

35.

jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ma tħabbar ebda proposta fir-rigward tal-ekonomija soċjali, għalkemm din għandha rwol ewlieni fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-UE, fejn hija responsabbli għal żewġ miljun intrapriża, inklużi assoċjazzjonijiet, kooperattivi u assoċjazzjonijiet mutwi u tipprovdi 11-il mijun impjieg, jiġifieri 10 % tan-negozji kollha fl-Ewropa u 6 % tal-popolazzjoni li taħdem; f’dan l-isfond, ifakkar li l-KtR “(ħeġġeġ) lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżenta qafas legali li jkun ikopri sensiela ta’ definizzjonijiet komuni applikabbli għall-forom Ewropej differenti tal-ekonomija soċjali, jiġifieri, għas-soċjetajiet kooperattivi, il-fondazzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet mutwi u l-assoċjazzjonijiet biex jippermetti lill-intrapriżi tal-ekonomija soċjali joperaw fuq bażi legali sikura u b’hekk japprofittaw mill-benefiċċji tas-suq intern u l-libertà tal-moviment (…)” (2);

36.

jafferma li l-ekonomija soċjali għandha tiġi appoġġata mhux biss permezz tal-istabbiliment ta’ qafas legali globali f’livell Ewropew, iżda anke permezz tal-iżvilupp ta’ programmi speċifiċi ta’ finanzjament;

37.

jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ma tressaq ebda proposta b’rabta ma’ SGEI, eż. b’rabta mar-rekwiżiti ta’ kwalità, b’mod partikolari fir-rigward tal-koeżjoni soċjali u territorjali, għalkemm l-Artikolu 14 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE jipprovdi l-bażi legali għaliha; jesprimi tħassib li, fir-rigward ta’ SGEI, l-enfasi tal-Kummissjoni hija ristretta biss għall-kwistjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat, għalkemm dawn is-servizzi għandhom rwol ewlieni fis-suq intern. Jinsisti li fl-għoti ta’ SGEI, huwa ta’ importanza kbira li l-obbligi ta’ servizz pubbliku jkunu bbażati fuq linji gwida trasparenti u kontrolli effettivi u li jkollhom l-għan li jipprovdu servizzi ta’ kwalità għolja u kosteffettivi; jitlob għalhekk li skont it-tqassim tal-kompetenzi rispettivi bejn l-UE, l-Istati Membri, ir-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali, il-Kummissjoni Ewropea żżid l-isforzi tagħha biex tippromovi s-Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali fil-qafas tal-UE, sabiex titjieb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej f’kull livell;

38.

jinnota li l-implimentazzjoni minn April 2016 tal-qafas komuni għall-għoti ta’ konċessjonijiet hija b’mod partikolari sensittiva fil-qasam ta’ servizzi infrastrutturali (portijiet, ferroviji u awtostradi) u ewlenija għall-ikkompletar tas-Suq Uniku minħabba li l-kompetizzjoni ġusta hija prekwiżit sabiex jiġu żgurati aħjar id-drittijiet tal-konsumatur u jiġu massimizzati l-benefiċċji, għall-konsumaturi, għall-impriżi li għandhom mandat u għall-awtorità konċedenti;

39.

jappella biex titqies il-kwistjoni insulari jew remota fir-rigward tal-iżvantaġġi kummerċjali, speċjalment fl-ispejjeż addizzjonali tat-trasport.

Brussell, it-8 ta’ April 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Ara l-opinjoni tal-KtR tas-7-8 ta’ April 2016 dwar is-Segwitu għar-rapport tal-Ħames Presidenti: Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa

(2)  Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-governanza tas-Suq Uniku fil-qafas tas-Semestru Ewropew 2016 (2015/2256(INI)).

(3)  Opinjoni tal-KtR dwar Viżjoni territorjali għall-2050: x’inhu l-ġejjieni? CDR-2015-4285 tat-3 ta’ Diċembru 2015.

(4)  Il-lista ta’ setturi/professjonijiet ta’ prijorità hija rrapportata fin-nota 26 f’qiegħ il-paġna: “inġiniera ċivili, periti, kontabilisti, avukati, aġenti tal-proprjetà immobbli, gwidi tat-turisti u aġenti tal-privattivi”.

(5)  Kif saħaq fir-riżoluzzjoni tal-KtR COR-2016–00726-RES.

(6)  http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=/EP//TEXT+TA+P8-TA-2015-0460+0+DOC+XML+V0//EN&language=

(1)  Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ECOS-V-064 dwar “L-estensjoni tal-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika għal prodotti mhux agrikoli” (COR-2014-05386-AC) adottata fil-11 ta’ Frar 2015.

(2)  Ara l-Opinjoni tal-KtR dwar ir-rwol tal-ekonomija soċjali sabiex jerġa’ jinkiseb it-tkabbir ekonomiku u jiġi miġġieled il-qgħad, 3-4 ta’ Diċembru 2015, punt 12.


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-117-il Sessjoni Plenarja, 7-8 ta' April 2016

1.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 240/49


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Programm ta’ appoġġ għal riformi strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020

(2016/C 240/09)

Relatur:

Olga ZRIHEN (BE/PSE), Membru tal-Parlament tal-Vallonja

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013

COM(2015) 701 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ir-riformi huma min-natura tagħhom proċessi kumplessi li jeħtieġu katina sħiħa ta’ għarfien u ħiliet speċjalizzati ħafna. L-indirizzar tar-riformi strutturali f’varjetà ta’ oqsma ta’ politika pubblika huwa sfida billi l-benefiċċji tagħhom ħafna drabi jieħdu ż-żmien biex jimmaterjalizzaw ruħhom. Għaldaqstant, tfassil u implimentazzjoni bikrija u effiċjenti huma kruċjali, kemm għall-ekonomiji milqutin mill-kriżi kif ukoll dawk strutturalment dgħajfin. F’dan il-kuntest, il-forniment ta’ appoġġ mill-Unjoni f’forma ta’ assistenza teknika kien kruċjali fl-appoġġ ta’ aġġustament ekonomiku tal-Greċja u Ċipru f’dawn l-aħħar snin.

Ir-riformi huma min-natura tagħhom proċessi kumplessi li jirrikjedu rieda politika, kapaċità ta’ djalogu u sħubija f’diversi livelli, riżorsi baġitarji u amministrattivi, u li jeħtieġu katina sħiħa ta’ għarfien u ħiliet speċjalizzati ħafna. L-indirizzar tar-riformi strutturali f’varjetà ta’ oqsma ta’ politika pubblika huwa sfida billi l-benefiċċji tagħhom ħafna drabi jieħdu ż-żmien biex jimmaterjalizzaw ruħhom. Għaldaqstant, tfassil u implimentazzjoni bikrija u effiċjenti huma kruċjali, kemm għall-ekonomiji milqutin mill-kriżi kif ukoll dawk strutturalment dgħajfin. F’dan il-kuntest, il-forniment ta’ appoġġ mill-Unjoni f’forma ta’ assistenza teknika għandu jibbaża fuq it-tagħlimiet mill-programmi li kellhom l-għan li jipprovdu appoġġ ta’ aġġustament ekonomiku tal-Greċja u Ċipru f’dawn l-aħħar snin. Is-sjieda tar-riformi strutturali fil-livell lokali, inkluż mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-imsieħba soċjali, hija kundizzjoni essenzjali sabiex il-Programm jirnexxi.

Raġuni

Ir-rapport speċjali Nru 19/2015 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (1) dwar l-assistenza teknika lill-Greċja joffri xi tagħlimiet siewja dwar it-titjib possibbli fil-qasam tal-assistenza teknika sabiex jittejjeb l-aġġustament ekonomiku ta’ Stat Membru benefiċjarju.

Emenda 2

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ fl-indirizzar tal-isfidi fir-rigward tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali. Dawn l-isfidi jistgħu jkunu dipendenti fuq diversi fatturi, fosthom il-kapaċità amministrattiva u istituzzjonali limitata jew l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni inadegwati tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

L-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ fl-indirizzar tal-isfidi fir-rigward tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali. Dawn l-isfidi jistgħu jkunu dipendenti fuq diversi fatturi, fosthom il-kapaċità amministrattiva u istituzzjonali limitata fil-livelli differenti ta’ gvern jew l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni inadegwati tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Emenda 3

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Unjoni għandha esperjenza twila fuq l-għoti ta’ appoġġ speċifiku lil amministrazzjonijiet nazzjonali u awtoritajiet oħrajn tal-Istati Membri fir-rigward tal-bini tal-kapaċità u azzjonijiet simili f’ċerti setturi (pereżempju t-tassazzjoni, id-dwana, l-appoġġ għal impriżi żgħar u medji) u fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni. L-esperjenza miksuba mill-Unjoni hi u tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali biex iwettqu r-riformi għandha tintuża sabiex tittejjeb il-kapaċità tal-Unjoni biex tipprovdi għajnuna lill-Istati Membri. Azzjoni komprensiva u integrata hija tabilħaqq meħtieġa sabiex jingħata appoġġ lil dawk l-Istati Membri li qed iwettqu riformi li jsaħħu t-tkabbir u tintalab għajnuna mill-Unjoni f’dan ir-rigward .

L-esperjenza miksuba mill-Unjoni hi u tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali u/jew sottonazzjonali biex iwettqu r-riformi għandha tintuża fil-qasam tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, dawk tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u ta’ awtoritajiet oħra tal-Istati Membri, u għal azzjonijiet simili f’ċerti setturi (pereżempju, it-tassazzjoni, id-dwana, l-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju). Għaldaqstant jistgħu ikunu meħtieġa miżuri ta’ appoġġ lil dawk l-Istati Membri li qed iwettqu riformi li jsaħħu t-tkabbir sostenibbli, il-benesseri soċjali, u l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, u li jitolbu l-appoġġ tal-Unjoni għal dan l-għan, f’każ li ma jkunux diġà eliġibbli għal programmi oħra ta’ assistenza teknika. Dawn il-miżuri ta’ appoġġ ser ikunu bbażati fuq approċċ integrat li jieħu kunsiderazzjoni tar-rabtiet bejn l-oqsma differenti tar-riformi strutturali u l-kapaċità ta’ ħidma fi sħubija bejn il-livelli kollha ta’ gvern – f’konformità mal-qafas istituzzjonali ta’ kull Stat Membru kif ukoll bl-involviment tal-partijiet interessati kollha.

Emenda 4

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-appoġġ taħt il-Programm għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni fuq talba minn Stat Membru, f’oqsma bħall-baġit u t-tassazzjoni, il-funzjoni pubblika, ir-riformi istituzzjonali u amministrattivi, is-sistema tal-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-frodi, l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, l-ambjent tan-negozju, l-iżvilupp tas-settur privat, l-investiment, il-kompetizzjoni, l-akkwist pubbliku, il-proċessi ta’ privatizzazzjoni, l-aċċess għall-finanzi, l-investiment, il-kummerċ, l-iżvilupp sostenibbli, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki dwar ix-xogħol, is-saħħa pubblika, l-asil, il-migrazzjoni, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali u dwar il-politiki tas-settur finanzjarju.

L-appoġġ taħt il-Programm għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni fuq talba minn Stat Membru, f’oqsma ta’ kompetenzi kondiviżi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u li mhumiex diġà koperti minn programmi ta’ għajnuna teknika, bħall-kapaċità amministrattiva tal-funzjoni pubblika, is-sistema tal-ġustizzja u l-istat tad-dritt, it-tassazzjoni , il-ġlieda kontra l-frodi, l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, l-ambjent tan-negozju, l-iżvilupp tas-settur privat, l-investiment, il-kompetizzjoni, l-akkwist pubbliku, il-proċessi ta’ privatizzazzjoni jew ta’ nazzjonalizzazzjoni (mill-ġdid) jew ta’ muniċipalizzazzjoni (mill-ġdid), l-aċċess għall-finanzi, l-investiment, il-kummerċ, l-iżvilupp sostenibbli, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki dwar ix-xogħol, is-saħħa pubblika, l-asil, il-migrazzjoni, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali u dwar il-politiki tas-settur finanzjarju. Stat Membru li jkun jixtieq jibbenefika mill-Programm għandu jinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll l-imsieħba soċjali, is-soċjetà ċivili u partijiet interessati oħra, fit-tħejjija tat-talba, fuq il-bażi tal-kodiċi ta’ kondotta dwar is-sħubija fis-seħħ fil-kuntest tal-politika ta’ koeżjoni.

Raġuni

Ma jkunx loġiku li fondi tal-UE jiffinanzjaw assistenza teknika f’oqsma li ma jaqgħux taħt il-kompetenzi kondiviżi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri. Il-prinċipju tas-sħubija jkun jiggarantixxi l-effettività tal-assistenza teknika mogħtija mill-programm bis-saħħa tas-sjieda fil-livell lokali.

Emenda 5

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Wara djalogu mal-Istat Membru rikjedenti, inkluż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba, filwaqt li tqis il-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ trattament ugwali u ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u tiddetermina l-appoġġ li għandu jingħata abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta’ appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta’ politika maħsuba, l-analiżi tal-indikaturi soċjoekonomiċi, u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tidentifika l-oqsma ta’ prijorità, l-ambitu tal-miżuri ta’ appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali għal dan l-appoġġ, filwaqt li jitqiesu l-azzjonijiet u l-miuri eżistenti ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni.

Wara djalogu mal-Istat Membru rikjedenti, inkluż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba, filwaqt li tqis il-prinċipji ta’ sussidjarjetà , ta’ trasparenza, ta’ trattament ugwali , ta’ sħubija u ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u tiddetermina l-appoġġ li għandu jingħata abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta’ appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta’ politika maħsuba, l-analiżi tal-indikaturi soċjoekonomiċi, u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. Fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tal-Programm, l-Unjoni se tadotta dokument strateġiku uniku għat-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva tal-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha ta’ gvern, li jistabbilixxi b’mod trasparenti u ekwu l-kriterji li se jiġu adottati għall-prijoritizzazzjoni tal-interventi tal-programm u l-allokazzjoni tar-riżorsi disponibbli, kif ukoll il-kriterji u l-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni tal-interventi fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tidentifika l-oqsma ta’ prijorità, l-ambitu tal-miżuri ta’ appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali għal dan l-appoġġ, filwaqt li jitqiesu l-azzjonijiet u l-miuri eżistenti ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni ; b’dan il-mod, il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat ikunu qed iqisu d-diviżjoni tas-setgħat eżistenti bejn id-diversi livelli ta’ gvern, li tipprevedi rwol ta’ spiss importanti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, u l-fatt li parti mir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż huma indirizzati lill-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Raġuni

Il-prinċipju tas-sħubija huwa wieħed mill-pilastri tal-governanza fil-qasam tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, li għandhom jipprovdu l-fondi meħtieġa għall-finanzjament tal-programm ta’ appoġġ għal riformi strutturali. Għalhekk, b’analoġija, huwa loġiku li għandu jiġi applikat il-prinċipju tas-sħubija għall-programm ta’ appoġġ għal riformi strutturali.

Emenda 6

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni “Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE” (2) u “Baġit għall-Ewropa 2020” (3) jenfasizzaw l-importanza li l-finanzjament jiġi ffukat fuq attivitajiet b’valur miżjud Ewropew ċar, jiġifieri meta l-intervent tal-Unjoni jkun jista’ jagħti valur addizzjonali meta mqabbel mal-azzjoni tal-Istati Membri waħedhom. F’dan l-isfond, l-azzjonijiet ta’ appoġġ imwettqa taħt dan il-Programm għandhom jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġija ma’ programmi u politiki oħrajn fil-livell nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni. L-azzjonijiet taħt dan il-Programm għandhom jippermettu l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet li jindirizzaw sfidi nazzjonali li jkollhom impatt fuq sfidi transfruntiera jew għall-Unjoni kollha u jiksbu implimentazzjoni konsistenti u koerenti tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn għandhom jikkontribwixxu billi jkomplu jiżviluppaw il-fiduċja u jippromwovu l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u fost l-Istati Membri. Barra minn hekk, l-Unjoni tinsab f’pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tipprovdi pjattaforma għall-forniment u l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajbin mill-pari kif ukoll biex tiġi mobilizzata l-kompetenza.

Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni “Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE” (4) u “Baġit għall-Ewropa 2020” (5) jenfasizzaw l-importanza li l-finanzjament jiġi ffukat fuq attivitajiet b’valur miżjud Ewropew ċar, jiġifieri meta l-intervent tal-Unjoni jkun jista’ jagħti valur addizzjonali meta mqabbel mal-azzjoni tal-Istati Membri waħedhom. F’dan l-isfond, l-azzjonijiet ta’ appoġġ imwettqa taħt dan il-Programm għandhom jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġija ma’ programmi u politiki oħrajn fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, internazzjonali u tal-Unjoni. L-azzjonijiet taħt dan il-Programm għandhom jippermettu l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet li jindirizzaw sfidi nazzjonali li jkollhom impatt fuq sfidi transfruntiera jew għall-Unjoni kollha u jiksbu implimentazzjoni konsistenti u koerenti tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn għandhom jikkontribwixxu billi jkomplu jiżviluppaw il-fiduċja u jippromwovu l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u fost l-Istati Membri. Barra minn hekk, l-Unjoni tinsab f’pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tipprovdi pjattaforma għall-forniment u l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajbin mill-pari kif ukoll biex tiġi mobilizzata l-kompetenza , sabiex jiġu żviluppati soluzzjonijiet adatti għas-sitwazzjoni speċifika tal-Istati Membri li jressqu t-talba .

Emenda 7

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex tiġi adattata l-lista ta’ indikaturi li jkejlu s-suċċess tal-objettivi tal-Programm, fid-dawl tal-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni tal-Programm, is-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-lista. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjoni xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha , anke fil-livell tal-esperti . Il-Kummissjoni, hi u tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Sabiex tiġi adattata l-lista ta’ indikaturi li jkejlu s-suċċess tal-objettivi tal-Programm, fid-dawl tal-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni tal-Programm, is-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-lista. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjoni xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha filwaqt li, b’konformità mal-prinċipju tas-sħubija, tinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-imsieħba soċjali u l-atturi tas-soċjetà ċivili kkonċernati . Il-Kummissjoni, hi u tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda 8

Artikolu 3(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Programm għandu jiffinanzja azzjonijiet b’valur miżjud Ewropew. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjonijiet magħżulin għall-finanzjament aktarx jipproduċu riżultati b’valur miżjud Ewropew u għandha tagħmel monitoraġġ biex tara jekk il-valur miżjud Ewropew jinkisibx realment.

Il-Programm għandu jiffinanzja azzjonijiet ta’ assistenza teknika li, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, għandhom valur miżjud Ewropew , li jaqgħu taħt il-kompetenzi kondiviżi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u li mhumiex diġà parti minn programmi ta’ assistenza teknik a. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjonijiet magħżulin għall-finanzjament aktarx jipproduċu riżultati b’valur miżjud Ewropew u għandha tagħmel monitoraġġ biex tara jekk il-valur miżjud Ewropew jinkisibx realment.

Raġuni

Il-finanzjament, b’mezzi tal-baġit tal-UE, għal azzjonijiet nazzjonali li għalihom l-Unjoni Ewropea ma’ għandhiex kompetenzi imur kontra l-ispirtu tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Emenda 9

Artikolu 3(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-azzjonijiet u l-attivitajiet tal-Programm għandhom jiżguraw valur miżjud Ewropew b’mod partikolari permezz ta’:

L-azzjonijiet u l-attivitajiet tal-Programm għandhom jiżguraw valur miżjud Ewropew b’mod partikolari permezz ta’:

(a)

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet li jindirizzaw sfidi nazzjonali li jkollhom impatt fuq sfidi transfruntiera jew għall-Unjoni kollha;

(a)

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet li jindirizzaw sfidi li jkollhom impatt fuq sfidi transfruntiera jew għall-Unjoni kollha;

(b)

il-komplimentarjetà u s-sinerġija tagħhom ma’ programmi u politiki oħrajn tal-Unjoni fil-livell nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni;

(b)

il-komplimentarjetà u s-sinerġija tagħhom ma’ programmi u politiki oħrajn tal-Unjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali, lokali, internazzjonali u tal-Unjoni;

(c)

il-kontribuzzjoni tagħhom għall-implimentazzjoni konsistenti u koerenti tad-dritt tal-Unjoni;

(c)

il-kontribuzzjoni tagħhom għall-implimentazzjoni konsistenti u koerenti tad-dritt tal-Unjoni;

(d)

il-kontribuzzjoni tagħhom għall-kondizzjoni ta’ prattiki tajbin u l-bini ta’ pjattaforma madwar l-Unjoni u n-netwerk ta’ kompetenzi;

(d)

il-kontribuzzjoni tagħhom għall-kondizzjoni ta’ prattiki tajbin u l-bini ta’ pjattaforma madwar l-Unjoni u n-netwerk ta’ kompetenzi;

(e)

il-promozzjoni ta’ fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri Benefiċjarji u l-Kummissjoni u l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri.

 

Raġuni

Il-fiduċja bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni hija prinċipju ġenerali, u prerekwiżit għall-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li ma tistax tiddgħajjef fl-implimentazzjoni ta’ dan il-programm.

Emenda 10

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għar-riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali għal miżuri mmirati biex jirriformaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni, is-setturi ekonomiċi u tas-soċjetà b’reazzjoni għall-isfidi ekonomiċi u soċjali bil-ħsieb li jtejbu l-kompetittività, it-tkabbir, l-impjiegi u l-investiment, b’mod partikolari fil-kuntest tal-proċessi ta’ governanza ekonomika, fosthom permezz ta’ assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni.

L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għar-riformi strutturali fl-Istati Membri li jikkostitwixxu valur miżjud Ewropew f’oqsma ta’ azzjoni li jaqgħu taħt il-kompetenzi kondiviżi bejn l-UE u l-Istati Membri, li ma jkunux diġà parti minn programmi ta’ assistenza teknika, filwaqt li jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet pubbliċi ta’ Stat Membru sabiex jikseb il-kapaċità amministrattiva neċessarja għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ miżuri mmirati biex jirriformaw is-setturi ekonomiċi u tas-soċjetà b’reazzjoni għall-isfidi ekonomiċi u soċjali bil-ħsieb li jtejbu l-kompetittività, it-tkabbir sostenibbli , l-impjiegi, l-investiment u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali , fosthom permezz ta’ assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni li tinvolvi il-livelli kollha ta’ gvern .

Raġuni

Kjarifika skont il-proposta għal emendi għat-test leġislattiv fl-Artikolu 3 punt 1 u 2 kif ukoll premessa 9.

Emenda 11

Artikolu 5(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex jinkiseb l-għan ġenerali imsemmi fl-Artikolu 4, il-Programm għandu jkollu dawn l-objettivi speċifiċi:

Sabiex jinkiseb l-għan ġenerali imsemmi fl-Artikolu 4, il-Programm għandu jkollu dawn l-objettivi speċifiċi:

(a)

jassisti l-inizjattivi tal-awtoritajiet nazzjonali biex ifasslu r-riformi tagħhom skont il-prijoritajiet, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet inizjali u l-impatti soċjoekonomiċi mistennija;

(a)

jassisti l-inizjattivi tal-awtoritajiet pubbliċi biex ifasslu r-riformi tagħhom skont il-prijoritajiet, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet inizjali u l-impatti soċjoekonomiċi mistennija;

(b)

jappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali biex tittejjeb il-kapaċità tagħhom li jfasslu, jiżviluppaw u jimplimentaw politiki u strateġiji ta’ riforma u jsegwu approċċ integrat li jiżgura l-konsistenza bejn l-għanijiet u l-mezzi fis-setturi kollha;

(b)

jappoġġja lill-awtoritajiet pubbliċi biex tittejjeb il-kapaċità tagħhom li jfasslu, jiżviluppaw u jimplimentaw politiki u strateġiji ta’ riforma u jsegwu approċċ integrat li jiżgura l-konsistenza bejn l-għanijiet u l-mezzi fis-setturi kollha;

(c)

jappoġġja l-isforzi tal-awtoritajiet nazzjonali biex jiddefinixxi u jimplimenta proċessi u metodoloġiji xierqa billi jqis prattiki tajbin u tagħlimiet meħuda minn pajjiżi oħrajn biex jindirizzaw sitwazzjonijiet simili;

(c)

jappoġġja l-isforzi tal-awtoritajiet pubbliċi biex jiddefinixxi u jimplimenta proċessi u metodoloġiji xierqa billi jqis prattiki tajbin u tagħlimiet meħuda minn pajjiżi oħrajn biex jindirizzaw sitwazzjonijiet b’aspetti simili;

(d)

jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali biex itejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, fejn xieraq, permezz tad-definizzjoni ta’ responsabbiltajiet ċari u żieda ta’ għarfien u ħiliet professjonali.

(d)

jassisti lill-awtoritajiet pubbliċi biex itejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, fejn xieraq, permezz tad-definizzjoni ta’ responsabbiltajiet ċari u żieda ta’ għarfien u ħiliet professjonali prinċipalment fil-qafas ta’ ftehimiet kollettivi ta’ xogħol li jistgħu jirriżultaw mill-proċessi ta’ konsultazzjoni soċjali nazzjonali u/jew reġjonali ;

 

(e)

jassisti lill-awtoritajiet pubbliċi biex isaħħu l-kapaċità tagħhom li jaħdmu fi sħubija bejniethom kif ukoll mal-partijiet interessati, prinċipalment l-imsieħba soċjali u l-atturi ekonomiċi privati.

Dawn l-objettivi għandhom jitwettqu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri Benefiċjarji

Dawn l-objettivi għandhom jitwettqu fuq talba tal - Istati Membri Benefiċjarji , f’kooperazzjoni mill-qrib magħhom kif ukoll mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, skont id-diviżjoni tas-setgħat u tal-kompetenzi fis-seħħ f’kull Stat Membru u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-awtoritajiet lokali u reġjonali .

Raġuni

Ir-riformi strutturali mhumiex id-dominju tal-awtoriatjiet lokali, aktar u aktar fl-Istati Membri bi struttura federali. Effetivament, bosta rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi huma indirizzati lill-awtoritajiet lokali u reġjonali. Barra minn hekk, għandu jiġi ċċarat li l-programm jintervjeni biss fuq talba tal-Istati Membri benefiċjarji.

Emenda 12

Artikolu 5(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 jirreferu għal oqsma ta’ politika relatati mal-kompetittività, mat-tkabbir, mal-impjiegi u mal-investiment, b’mod partikolari ma’ dawn li ġejjin:

L-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 jirreferu għal oqsma ta’ politika relatati mal-kompetittività, mat-tkabbir sostenibbli , mal-impjiegi, mal-investiment u mal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fil-kuntest tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 , b’mod partikolari ma’ dawn li ġejjin:

(a)

il-ġestjoni finanzjarja pubblika, il-proċess tal-baġit, il-ġestjoni tad-dejn u l-amministrazzjoni tad-dħul;

(a)

il-ġestjoni finanzjarja pubblika, il-proċess tal-baġit, il-ġestjoni tad-dejn u l-amministrazzjoni tad-dħul;

(b)

ir-riforma istituzzjonali u l-funzjonament effiċjenti u orjentat lejn is-servizzi tal-amministrazzjoni pubblika, l-istat tad-dritt effettiv, ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja u l-infurzar tal-ġlieda kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra l-ħasil tal-flus;

(b)

il-funzjonament effiċjenti u orjentat lejn l-interess ġenerali tal-amministrazzjoni pubblika, l-istat tad-dritt effettiv, ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja u l-infurzar tal-ġlieda kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra l-ħasil tal-flus;

(c)

l-ambjent tan-negozju, l-iżvilupp tas-settur privat , il-proċessi ta’ privatizzazzjoni, il-kummerċ u l-investiment barrani dirett , il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku, iż-żvilupp settorjali sostenibbli u l-appoġġ għall-innovazzjoni;

(c)

l-ambjent tan-negozju, l-iżvilupp tas-settur privat , il-proċessi ta’ privatizzazzjoni jew ta’ nazzjonalizzazzjoni (mill-ġdid) jew ta’ muniċipalizzazzjoni (mill-ġdid), l-investiment, il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku, iż-żvilupp settorjali sostenibbli u l-appoġġ għall-innovazzjoni;

(d)

l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki tas-suq tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali, is-sigurtà soċjali u s-sistemi tas-sigurtà soċjali, is-saħħa pubblika u s-sistemi tal-kura tas-saħħa , l-asil, il-migrazzjoni u l-politiki tal-fruntieri ;

(d)

l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki tas-suq tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar , is-sigurtà soċjali u s-sistemi tas-sigurtà soċjali, is-saħħa pubblika u s-sistemi tal-kura tas-saħħa;

(e)

il-politiki għas-settur agrikolu u l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali;

(e)

il-politiki tas-settur finanzjarju u l-aċċess għall-finanzjament.

(f)

il-politiki tas-settur finanzjarju u l-aċċess għall-finanzjament.

 

Raġuni

Tneħħija ta’ oqsma ta’ politika li diġà huma fil-mira ta’ programm ta’ assistenza teknika u konformità mal-Artikolu 345 tat-TFUE, li jistabbilixxi n-newtralità tal-liġi tal-UE b’rabta mar-reġimi ta’ sjieda ta’ proprjetà. Barra dan, il-kriżi wriet li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu wkoll iħossu l-bżonn li jinazzjonalizzaw mill-ġdid ċerti attivitajiet ekonomiċi, tal-inqas temporanjament.

Emenda 13

Artikolu 7(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Filwaqt li tqis il-prinċipji ta’ trasparenza, tat-trattament ugwali u tal-ġestjoni finanzjarja tajba, b’segwitu għal djalogu mal-Istat Membru, anke fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba għal appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1, abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta’ appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta’ politika kkonċernati, l-analiżi ta’ indikaturi soċjoekonomiċi u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. B’kunsiderazzjoni għall-azzjonijiet eżistenti u l-miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tidentifika l-oqsma ta’ prijorità għall-appoġġ, l-ambitu tal-miżuri tal-appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali għal dan l-appoġġ.

Filwaqt li tqis il-prinċipji ta’ sussidjarjeta, ta’ trasparenza, tat-trattament ugwali , tas-sħubija u tal-ġestjoni finanzjarja tajba, b’segwitu għal djalogu mal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti tal-Istat Membru, anke fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba għal appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1, abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta’ appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta’ politika kkonċernati, l-analiżi ta’ indikaturi soċjoekonomiċi u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. B’kunsiderazzjoni għall-azzjonijiet eżistenti u l-miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni, u fil-kuntest stabbilit mid-dokument strateġiku uniku tal-Unjoni għat-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva tal-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha tal-gvern, li jistabbilixxi b’mod trasparenti u ġust il-kriterji li se jiġu adottati għall-prijoritizzazzjoni tal-interventi tal-Programm u l-allokazzjoni tar-riżorsi disponibbli, kif ukoll il-kriterji u l-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni tal-interventi fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tidentifika l-oqsma ta’ prijorità għall-appoġġ, l-ambitu tal-miżuri tal-appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali għal dan l-appoġġ.

Emenda 14

Artikolu 8(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istat Membru Benefiċjarju, f’koordinazzjoni mal-Kummissjoni, jista’ jidħol fi sħubija ma’ Stat Membru wieħed ieħor jew iktar li għandhom jaġixxu bħala Sħab għar-Riforma fir-rigward ta’ oqsma speċifiċi tar-riforma. Sieħeb għar-Riforma, f’koordinazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jgħin fit-tfassil ta’ strateġija, jirriforma pjanijiet direzzjonali, ifassal assistenza ta’ kwalità għolja jew jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istrateġija u tal-proġetti.

L-Istat Membru Benefiċjarju, f’koordinazzjoni mal-Kummissjoni, jista’ jidħol fi sħubija ma’ Stat Membru wieħed ieħor jew iktar , u jekk ikun hemm bżonn, isaħħaħ din jew dawn is-sħubijiet bil-livell ta’ setgħa l-aktar pertinenti fir-rigward tal-applikazzjoni u tal-implimentazzjoni tar-riforma, sabiex jaġixxu bħala Sħab għar-Riforma fir-rigward ta’ oqsma speċifiċi tar-riforma. Sieħeb għar-Riforma, f’koordinazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jgħin fit-tfassil ta’ strateġija, jirriforma pjanijiet direzzjonali, ifassal assistenza ta’ kwalità għolja jew jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istrateġija u tal-proġetti.

Emenda 15

Artikolu 12(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Jistgħu jingħataw għotjiet lil awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri, lill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-korpi pubbliċi u/jew privati u lill-entitajiet legalment stabbiliti fi kwalunkwe wieħed minn dawn:

Jistgħu jingħataw għotjiet lil awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri, lill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-korpi pubbliċi u/jew privati u lill-entitajiet legalment stabbiliti fi kwalunkwe wieħed minn dawn:

(a)

Stati Membri:

(a)

Stati Membri:

(b)

pajjiżi tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles li huma membri tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE.

(b)

pajjiżi tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles li huma membri tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE.

Ir-rata ta’ kofinanzjament għall-għotjiet tkun sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ta’ kofinanzjament u ta’ ebda profitt.

Ir-rata ta’ kofinanzjament għall-għotjiet tkun sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ta’ kofinanzjament u ta’ ebda profitt.

Emenda 16

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri Benefiċjarji, fl-ambitu tar-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, għandhom irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn il-Programm u programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni, u b’mod partikulari mal-miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni. Għal dan il-għan, huma għandhom:

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri Benefiċjarji, fl-ambitu tar-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, għandhom irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn il-Programm u programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni, u b’mod partikulari mal-miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni , abbażi tad-dokument strateġiku uniku msemmi fl-Artikolu 7 . Għal dan il-għan, huma għandhom:

(a)

jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġija bejn strumenti differenti fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ miżuri ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni, kemm fil-fażi ta’ ppjanar kif ukoll matul l-implimentazzjoni;

(a)

jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġija bejn strumenti differenti fil-livelli nazzjonali , reġjonali u lokali u tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ miżuri ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni, kemm fil-fażi ta’ ppjanar kif ukoll matul l-implimentazzjoni;

(b)

itejbu l-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi;

(b)

itejbu l-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi;

(c)

jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni sabiex iwasslu azzjonijiet ta’ appoġġ koerenti u simplifikati.

(c)

jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali , reġjonali u lokali u tal-Unjoni sabiex iwasslu azzjonijiet ta’ appoġġ koerenti u simplifikati.

(…)

(…)

Emenda 17

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Segwitu u valutazzjoni

Segwitu u valutazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm u tkejjel il-kisba tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(1) skont l-indikaturi stabbiliti fl-Anness.

1.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm u tkejjel il-kisba tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(1) skont l-indikaturi stabbiliti fl-Anness.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 fir-rigward ta’ emendi għal-lista tal-indikaturi stabbilita fl-Anness.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 fir-rigward ta’ emendi għal-lista tal-indikaturi stabbilita fl-Anness.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’rapport ta’ evalwazzjoni interim, mhux aktar tard minn nofs l-2019, u rapport ta’ valutazzjoni ex post sal-aħħar ta’ Diċembru 2021.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill kif ukoll lill-kumitati konsultattivi b’rapport ta’ evalwazzjoni interim, mhux aktar tard minn nofs l-2019, u rapport ta’ valutazzjoni ex post sal-aħħar ta’ Diċembru 2021.

3.   Ir-rapport ta’ evalwazzjoni interim jinkludi informazzjoni dwar il-kisba tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-Programm u l-valutazzjoni dwar jekk il-finanzjament fl-oqsma koperti mill-Programm jeħtiġux jiġu adattati jew estiżi wara l-2020. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha. Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex post jinkludi informazzjoni dwar l-impatti fit-tul tal-Programm.

3.   Ir-rapport ta’ evalwazzjoni interim jinkludi informazzjoni dwar il-kisba tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-Programm u l-valutazzjoni dwar jekk il-finanzjament fl-oqsma koperti mill-Programm jeħtiġux jiġu adattati, estiżi wara l-2020 jew imwaqqfa . Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha. Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex post jinkludi informazzjoni dwar l-impatti fit-tul tal-Programm.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jaqbel mal-prinċipju ta’ dan il-programm ta’ appoġġ li għandu l-għan li jipprovdi, fuq bażi volontarja u wara li ssir talba, assistenza teknika għal riformi strutturali fl-Istati Membri, f’oqsma ta’ attività li jikkonċernaw kompetenzi kondiviżi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri; iqis li fattur għas-suċċess ta’ dan il-programm huma l-koordinazzjoni effikaċi mal-programmi ta’ assistenza teknika eżistenti fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri benefiċjarji, u l-parteċipazzjoni attiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’din il-koordinazzjoni bl-għan li tingħata viżjoni iktar territorjali tal-programm;

2.

iqis li t-titjib tal-kapaċità amministrattiva fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali tal-gvern tal-Istati Membri li jressqu t-talba għandu jkun l-għan ewlieni ta’ dan il-programm ta’ appoġġ u li għandu jsir wkoll parametru għar-reviżjoni attwali tal-Istrateġija Ewropa 2020;

3.

jitlob li l-programm ikun ibbażat fuq dokument strateġiku uniku tal-Unjoni għat-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva tal-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha ta’ gvern; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi dan id-dokument uniku li, fost oħrajn, għandu jistabbilixxi b’mod trasparenti u ekwu l-kriterji li se jiġu adottati għall-prijoritizzazzjoni tal-interventi tal-programm u l-allokazzjoni tar-riżorsi disponibbli, kif ukoll il-kriterji u l-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni tal-interventi eżistenti, kemm fil-livell tal-Unjoni, inkluż dak tal-programm, kif ukoll fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, fir-rispett sħiħ tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità b’garanzija tal-awtonomija u l-ispeċifiċità tal-livelli territorjali differenti. Fuq din il-bażi, għandhom jitfasslu dokumenti uniċi tal-istess tip għall-Istati Membri benefiċjarji, f’kooperazzjoni mal-Istat Membru u b’konformità mal-prinċipju tas-sħubija;

4.

jenfasizza li, abbażi tad-diviżjoni tas-setgħat u tal-kompetenzi fis-seħħ f’kull Stat Membru, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi li ta’ spiss huma indirizzati lill-awtoritajiet lokali jew reġjonali, il-programm għandu jkun aċċessibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li dan huwa minnu, pereżempju billi tivverifika jekk, filwaqt li t-talbiet ta’ assistenza teknika mressqa mill-awtoritajiet nazzjonali jkunu jkopru oqsma ta’ kompetenza tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, dawn tal-aħħar ikunux ġew involuti fit-tfassil tal-proġett ta’ riforma strutturali inkwistjoni, f’konformità mal-kuntest istituzzjonali ta’ kull pajjiż;

5.

iqis li l-proposta għal Regolament tkun konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà jekk l-assistenza teknika ssir disponibbli f’oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri (ara l-emendi għall-Premessa 6, l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 4. Peress li l-proposta hija bbażata fuq mekkaniżmu volontarju, din ma tqajjem l-ebda kwistjoni dwar il-proporzjonalità;

6.

iqis li huwa essenzjali li l-programm jiġi kkoordinat b’mod effettiv ma’ programmi u strumenti tal-UE li jikkofinanzjaw l-assistenza teknika fil-qafas tal-Fondi Strutturali (Artikolu 59 tar-Regolament Nru 1303/2013 u l-Objettiv Tematiku Nru 11), il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD), il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) kif ukoll il-programmi settorjali tal-UE (Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, Orizzont 2020, “L-Ewropa għaċ-ċittadini”, “Ġustizzja” u “Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza”);

7.

jinsisti li l-finanzjament tal-programm permezz tat-trasferiment ta’ mezzi bbaġitjati għall-għajnuna teknika taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, jista’ jkun biss soluzzjoni tranżitorja. Jopponi wkoll li dawn l-arranġamenti ta’ finanzjament iwittu t-triq biex il-politika ta’ koeżjoni tkun soġġetta għall-eżerċizzju tas-“Semestru Ewropew” billi l-politika ta’ koeżjoni għandha l-leġittimità proprja tagħha imnaqqxa fit-trattati Ewropej.

8.

jenfasizza li ma hemmx soluzzjoni waħda għar-riformi strutturali u li l-prattiki tajba jistgħu biss iservu ta’ ispirazzjoni biex jinstabu soluzzjonijiet adatti għall-kuntesti differenti u l-ispeċifitajiet lokali u reġjonali tal-Istati Membri li jressqu t-talba;

9.

jinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri fil-qafas tal-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali, u jirrakkomanda li s-sħubijiet bejn l-Istati Membri, fl-ambitu tal-programm, jiġu msaħħa permezz tal-involviment ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali li jkollhom similaritajiet soċjoekonomiċi jew ġeografiċi, jew soġġetti għal riformi strutturali b’aspetti transkonfinali;

10.

ifakkar li livell għoli ta’ sjieda tar-riformi strutturali fil-livell lokali min-naħa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-imsieħba soċjali u l-atturi tas-soċjetà ċivili kkonċernati hija kundizzjoni essenzjali għas-suċċess tal-programm u sabiex dan jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-fiduċja u tiġi promossal-kooperazzjoni bejn l-Istat Membru li jressaq it-talba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħrajn;

11.

jitlob li l-appoġġ għar-riformi strutturali, tingħata attenzjoni sistematika għall-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli, ta’ inklużjoni soċjali, ta’ aċċessibilità għall-kura tas-saħħa, ta’ impjiegi u taħriġ, b’konformità mal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-KtR jitlob għalhekk li l-evalwazzjonijiet tal-programm ta’ appoġġ imwettqa mill-Kummissjoni jieħdu kunsiderazzjoni ta’ indikaturi oħrajn apparti l-PDG (6);

12.

iqis li l-kofinanzjamenti tal-Istati Membri rigward il-programm ta’ appoġġ jaqgħu taħt il-klawżola ta’ riforma strutturali tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (7);

13.

jenfasizza li l-programm għandu jitqies bħala programm pilota; jirrakkomanda li titwettaq valutazzjoni tal-mezzi tiegħu fi żmien debitu qabel jibda l-perjodu li jmiss ta’ programmazzjoni finanzjarja fl-2021, sabiex jiġi stabbilit jekk huwiex opportun li l-programm isir permanenti jew le, u, jekk iva, jekk ikunx meħtieġ, fattibbli u ta’ ġid il-ħolqien ta’ fond għal riżorsi proprji allokati għall-appoġġ għal riformi strutturali.

Brussell, is-7 ta’ April 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  http://www.eca.europa.eu/en/Pages/DocItem.aspx?did=35302

(2)  COM(2010) 700 final tad-19 ta’ Ottubru 2010.

(3)  COM(2011) 500 final tad-29 ta’ Ġunju 2011.

(4)  COM(2010) 700 final tad-19 ta’ Ottubru 2010.

(5)  COM(2011) 500 final tad-29 ta’ Ġunju 2011.

(6)  Ara l-opinjoni tal-KtR dwar “Indikaturi għal żvilupp territorjali – Il-PDG u lil hinn”, adottata fl-10 ta’ Frar 2016.

(7)  Ara l-opinjoni tal-KtR dwar “L-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir” adottata fid-9 ta’ Lulju 2015.


1.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 240/62


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u investimenti b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju

(2016/C 240/10)

Relatur:

Marco DUS (IT/PSE) Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Vittorio Veneto, Treviso

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex ittejjeb it-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u investimenti b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju

COM(2015) 337 final

I.   L-EMENDI PROPOSTI

Emenda 1

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-irkantar tal-kwoti tibqa’ r-regola ġenerali, bl-allokazzjoni bla ħlas bħala l-eċċezzjoni. Konsegwentement, u kif ikkonfermat mill-Kunsill Ewropew, is-sehem tal-kwoti li jrid jiġi rkantat, li kien 57 % matul il-perjodu mill-2013 sal-2020, ma għandux jitnaqqas. Il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni tagħti dettalji dwar is-sehem tal-irkant u tispeċifika li dan is-sehem ta’ 57 % huwa magħmul mill-kwoti rkantati f’isem l-Istati Membri, inklużi l-kwoti miżmuma għal dawk li jidħlu ġodda iżda mhux allokati, il-kwoti għall-immodernizzar tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f’ċerti Stati Membri u l-kwoti li jridu jiġu rkantati aktar ‘il quddiem minħabba t-tqegħid tagħhom fir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

L-irkantar tal-kwoti tibqa’ r-regola ġenerali, bl-allokazzjoni bla ħlas bħala l-eċċezzjoni. Konsegwentement, u kif ikkonfermat mill-Kunsill Ewropew, is-sehem tal-kwoti li jrid jiġi rkantat, li kien 57 % matul il-perjodu mill-2013 sal-2020, ma għandux jitnaqqas. L-għan komuni biex ikun garantit li l-EU ETS taħdem bl-aħjar mod, għandu jkun dak li nkomplu nżidu gradwalment il-kwoti maħsuba għall-irkant. Il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni tagħti dettalji dwar is-sehem tal-irkant u tispeċifika li dan is-sehem huwa magħmul mill-kwoti rkantati f’isem l-Istati Membri, inklużi l-kwoti miżmuma għal dawk li jidħlu ġodda iżda mhux allokati, il-kwoti għall-immodernizzar tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f’ċerti Stati Membri u l-kwoti li jridu jiġu rkantati aktar ‘il quddiem minħabba t-tqegħid tagħhom fir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-għadd ta’ kwoti disponibbli għal allokazzjoni bla ħlas għandu jikkorrispondi mar-rekwiżiti tal-aktar intrapriżi effiċjenti li huma f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, abbażi ta’ parametri referenzjarji ambizzjużi li huma wkoll teknikament u ekonomikament fattibbli fuq skala industrijali.

Raġuni

Jitqies li nistgħu nkunu aktar ambizzjużi f’dak li jirrigwarda t-test propost fid-direttiva. Il-Kumitat tar-Reġjuni jemmen li l-politiki Ewropej dwar il-klima dejjem iħarsu ‘l quddiem, dejjem b’kunsiderazzjoni tal-kosteffettività u b’valutazzjoni bir-reqqa tal-katina sħiħa tal-valur, minħabba l-interkonnessjoni qawwija bejn diversi oqsma industrijali.

Emenda 2

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jikkumpensaw parzjalment, skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, ċerti installazzjonijiet fis-setturi jew sottosetturi li ġew iddeterminati li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba l-ispejjeż relatati mal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jiġu mgħoddija fil-prezzijiet tal-elettriku. Il-Protokoll u d-deċiżjonijiet ta’ akkumpanjament adottati mill-Konferenza tal-Partijiet f’Pariġi jeħtieġu jipprovdu għall-mobilizzazzjoni dinamika tal-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, it-trasferiment tat-teknoloġija u l-bini tal-kapaċitajiet għall-Partijiet eliġibbli, b’mod partikolari dawk bl-inqas kapaċitajiet. Il-finanzjament mingħand is-settur pubbliku għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima se jkompli jaqdi rwol importanti fil-mobilizzazzjoni tar-riżorsi wara l-2020. Għalhekk, id-dħul mill-irkant għandu jintuża wkoll għal azzjonijiet ta’ finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima f’pajjiżi terzi vulnerabbli, inkluż l-adattament għall-impatti tal-klima. L-ammont ta’ finanzjament għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima li jrid jiġi mmobilizzat se jiddependi wkoll fuq l-ambizzjoni u l-kwalità tal-kontributi maħsuba determinati fil-livell nazzjonali (Intended Nationally Determined Contributions - INDCs) proposti, il-pjanijiet ta’ investiment sussegwenti u l-proċessi ta’ ppjanar għall-adattament nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul mill-irkantar għall-promozzjoni tal-formazzjoni tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema affettwati mit-tranżizzjoni tal-impjiegi f’ekonomija ta’ dekarbonizzazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jikkumpensaw parzjalment, skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, ċerti installazzjonijiet fis-setturi jew sottosetturi li ġew iddeterminati li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba l-ispejjeż relatati mal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jiġu mgħoddija fil-prezzijiet tal-elettriku. Sabiex jiġi evitat li jkun hemm tgħawwiġ fil-kompetizzjoni bejn l-impriżi fid-diversi Stati Membri, għandu jkun obbligatorju li jiġu regolati l-fondi kompensatorji maħruġa għal kull negozju b’mod omoġenju madwar l-UE kollha. Il-Protokoll u d-deċiżjonijiet ta’ akkumpanjament adottati mill-Konferenza tal-Partijiet f’Pariġi jeħtieġu jipprovdu għall-mobilizzazzjoni dinamika tal-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, it-trasferiment tat-teknoloġija u l-bini tal-kapaċitajiet għall-Partijiet eliġibbli, b’mod partikolari dawk bl-inqas kapaċitajiet. Il-finanzjament mingħand is-settur pubbliku għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima se jkompli jaqdi rwol importanti fil-mobilizzazzjoni tar-riżorsi wara l-2020. Għalhekk, id-dħul mill-irkant għandu jintuża wkoll għal azzjonijiet ta’ finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima f’pajjiżi terzi vulnerabbli, inkluż l-adattament għall-impatti tal-klima. L-ammont ta’ finanzjament għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima li jrid jiġi mmobilizzat se jiddependi wkoll fuq l-ambizzjoni u l-kwalità tal-kontributi maħsuba determinati fil-livell nazzjonali (Intended Nationally Determined Contributions - INDCs) proposti, il-pjanijiet ta’ investiment sussegwenti u l-proċessi ta’ ppjanar għall-adattament nazzjonali. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mhux inqas minn limitu minimu ta’ 20 % ta’ dħul mill-irkant li jkun amministrat direttament mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, għal azzjonijiet ta’ mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima, pereżempju b’referenza għar-riskji idroġeoloġiċi li dawn l-awtoritajiet qegħdin dejjem aktar jiffaċċjaw, kif ukoll għall-adattament korrispondenti tal-infrastruttura tat-trasferiment tal-enerġija u tal-provvista tat-tisħin għall-possibbiltajiet dejjem jiżdiedu ta’ produzzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Għandu jkun possibbli wkoll li jintuża dħul mill-iskambju tal-emissjonijiet fl-Istati Membri sabiex jiġu evitati riskji klimatiċi lokali u reġjonali u l-protezzjoni kontra u għall-adattament għall-effetti tat-tibdil fil-klima. L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul mill-irkantar għall-promozzjoni tal-formazzjoni tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema affettwati mit-tranżizzjoni tal-impjiegi f’ekonomija ta’ dekarbonizzazzjoni.

Raġuni

Huwa maħsub li r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dawn il-politiki għandu jiġi valorizzat, u mhux sottovalutat. Il-Kumitat tar-Reġjun jipproponi li l-Istati Membri jipprevedu li parti mid-dħul mill-irkant tal-kwoti tal-emissjonijiet jiġi amministrat direttament mill-awtoritajiet lokali u reġjonali għal azzjoni ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, speċjalment fir-rigward ta’ riskji idroġeoloġiċi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali qed ikollhom dejjem aktar jimmaniġġjaw f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.

Emenda 3

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-inċentiv ewlieni fuq terminu twil minn din id-Direttiva għall-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju (CCS), għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda ta’ enerġija rinnovabbli u l-innovazzjoni rivoluzzjonarja fit-teknoloġiji u l-proċessi b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju huwa s-sinjal tal-prezz tal-karbonju li toħloq u li l-kwoti ma jkunux jeħtieġu li jiġu ċeduti għal emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju li jinħażnu b’mod permanenti jew jiġu evitati. Barra minn hekk, sabiex ikunu ssupplimentati r-riżorsi li diġà qed jintużaw biex jaċċelleraw id-dimostrazzjoni ta’ faċilitajiet tas-CCS kummerċjali u teknoloġiji innovattivi ta’ enerġija rinnovabbli, il-kwoti tal-EU ETS għandhom jintużaw biex jagħtu gwadanji ggarantiti għall-iskjerament tal-faċilitajiet tas-CCS, teknoloġji ġodda ta’ enerġija rinnovabbli u innovazzjoni industrijali fit-teknoloġiji u l-proċessi b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju fl-Unjoni għal diossidu tal-karbonju maqbud jew evitat fuq skala suffiċjenti, sakemm ikun hemm ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-għarfien. Il-maġġoranza ta’ dan l-appoġġ għandha tiddependi fuq l-evitar ivverifikat tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, filwaqt li ċertu appoġġ jista’ jingħata meta jintlaħqu ċerti tragwardi predeterminati filwaqt li tiġi kkunsiderata t-teknoloġija skjerata. Il-perċentwal massimu tal-ispejjeż tal-proġetti li jridu jiġu appoġġjati jista’ jvarja skont il-kategorija ta’ proġett.

L-inċentiv ewlieni fuq terminu twil minn din id-Direttiva għall-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju ( it-tipi kollha ta’ CCS), teknoloġiji ġodda ta’ enerġija rinnovabbli , l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-innovazzjoni rivoluzzjonarja fit-teknoloġiji u l-proċessi b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju (bħall-qbid u l-użu tad-diossidu tal-karbonju (CCU)) huwa s-sinjal tal-prezz tal-karbonju li toħloq u li l-kwoti ma jkunux jeħtieġu li jiġu ċeduti għal emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju li jinħażnu b’mod permanenti jew jiġu evitati. Barra minn hekk, sabiex ikunu ssupplimentati r-riżorsi li diġà qed jintużaw biex jaċċelleraw id-dimostrazzjoni ta’ faċilitajiet tas-CCS kummerċjali u teknoloġiji innovattivi ta’ enerġija rinnovabbli, il-kwoti tal-EU ETS għandhom jintużaw biex jagħtu gwadanji ggarantiti għall-iskjerament tal-faċilitajiet tas-CCS, teknoloġji ġodda ta’ enerġija rinnovabbli u innovazzjoni industrijali fit-teknoloġiji kosteffettivi tas-CCU jew fit-teknoloġiji u l-proċessi b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju fl-Unjoni għal diossidu tal-karbonju maqbud jew evitat fuq skala suffiċjenti, sakemm ikun hemm ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-għarfien. Il-maġġoranza ta’ dan l-appoġġ għandha tiddependi fuq l-evitar ivverifikat tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, filwaqt li ċertu appoġġ jista’ jingħata meta jintlaħqu ċerti tragwardi predeterminati filwaqt li tiġi kkunsiderata t-teknoloġija skjerata. Il-perċentwal massimu tal-ispejjeż tal-proġetti li jridu jiġu appoġġjati jista’ jvarja skont il-kategorija ta’ proġett.

Raġuni

Huwa interessanti li wieħed isemmi direttament it-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija u t-teknoloġiji kollha li għandhom x’jaqsmu mal-qbid u l-użu tad-diossidu tal-karbonju (CCU) bħala materja prima għal proċessi industrijali oħrajn. Diġà qegħdin isiru xi esperimenti li, jekk jilħqu livell suffiċjenti ta’ maturità tekonoloġika, jagħmlu lil dawn it-teknoloġiji ferm aktar interessanti mis-CCS. Barra minn hekk il-KtR jiġbed l-attenzjoni dwar l-aspetti marbutin mas-sigurtà, b’mod speċjali fit-tul, li dawn is-sistemi jridu jkunu kapaċi jiggarantixxu.

Emenda 4

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għandu jiġi stabbiliti Fond għall-Modernizzazzjoni mit-2 % tal-kwoti totali tal-EU ETS, u għandu jiġi rkantat skont ir-regoli u l-modalitajiet għall-irkanti li jseħħu fuq il-Pjattaforma Komuni tal-Irkant stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1031/2010. L-Istati Membri li fl-2013 kellhom PDG per capita skont ir-rati tal-kambju tas-suq ta’ inqas minn 60 % taħt il-medja tal-Unjoni għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond għall-Modernizzazzjoni u jingħataw deroga sal-2030 mill-prinċipju ta’ rkantar sħiħ għall-ġenerazzjoni tal-elettriku billi jużaw l-għażla ta’ allokazzjoni bla ħlas sabiex jippromwovu b’mod trasparenti l-investimenti reali li jimmodernizzaw is-settur tal-enerġija tagħhom filwaqt li jevitaw distorsjonijiet tas-suq tal-enerġija intern. Ir-regoli għall-kontroll tal-Fond għall-Modernizzazzjoni għandhom jipprovdu qafas koerenti, komprensiv u trasparenti biex jiżguraw l-implimentazzjoni l-aktar effiċjenti possibbli, filwaqt li jikkunsidraw il-ħtieġa li l-parteċipanti kollha jkollhom aċċess faċli. Il-funzjoni tal-istruttura ta’ governanza għandha tkun proporzjonata bl-iskop li jiġi żgurat l-użu xieraq tal-fondi. L-istruttura ta’ governanza għandha tkun komposta minn bord għall-investimenti u kumitat ta’ ġestjoni u għandha l-kunsiderazzjoni dovuta lill-kompetenzi tal-BEI fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet sakemm ma jingħatax appoġġ lil proġetti żgħar permezz ta’ self minn banek promozzjonali nazzjonali jew permezz ta’ għotjiet permezz ta’ programm nazzjonali li jikkondividi l-għanijiet tal-Fond għall-Modernizzazzjoni. L-investimenti ffinanzjati permezz tal-fond għandhom ikunu proposti mill-Istati Membri. Sabiex ikun żgurat li l-ħtiġijiet ta’ investiment fl-Istati Membri bi dħul baxx ikunu indirizzati kif xieraq, id-distribuzzjoni tal-fondi għandha tikkunsidra f’ishma ugwali l-emissjonijiet verifikati u l-kriterji tal-PDG. L-għajnuna finanzjarja mill-Fond għall-Modernizzazzjoni tista’ tingħata permezz ta’ forom differenti.

Għandu jiġi stabbiliti Fond għall-Modernizzazzjoni mit-2 % tal-kwoti totali tal-EU ETS, u għandu jiġi rkantat skont ir-regoli u l-modalitajiet għall-irkanti li jseħħu fuq il-Pjattaforma Komuni tal-Irkant stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1031/2010. L-Istati Membri li fl-2013 kellhom PDG per capita skont ir-rati tal-kambju tas-suq ta’ inqas minn 60 % taħt il-medja tal-Unjoni għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond għall-Modernizzazzjoni u jingħataw deroga sal-2030 mill-prinċipju ta’ rkantar sħiħ għall-ġenerazzjoni tal-elettriku billi jużaw l-għażla ta’ allokazzjoni bla ħlas sabiex jippromwovu b’mod trasparenti l-investimenti reali li jimmodernizzaw is-settur tal-enerġija tagħhom filwaqt li jevitaw distorsjonijiet tas-suq tal-enerġija intern. Bl-istess mod il-Fond għall-Modernizzazzjoni għandu jkun miftuħ ukoll għaż-żoni NUTS2 tal-Istati Membri kkaratterizzati minn żbilanċi interni ovvji, sabiex jappoġġja r-rilanċ u l-immodernizzar tas-settur tal-enerġija. Ir-regoli għall-kontroll tal-Fond għall-Modernizzazzjoni għandhom jipprovdu qafas koerenti, komprensiv u trasparenti biex jiżguraw l-implimentazzjoni l-aktar effiċjenti possibbli, filwaqt li jikkunsidraw il-ħtieġa li l-parteċipanti kollha jkollhom aċċess faċli. Il-funzjoni tal-istruttura ta’ governanza għandha tkun proporzjonata bl-iskop li jiġi żgurat l-użu xieraq tal-fondi. L-istruttura ta’ governanza għandha tkun komposta minn bord għall-investimenti u kumitat ta’ ġestjoni u għandha l-kunsiderazzjoni dovuta lill-kompetenzi tal-BEI fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet sakemm ma jingħatax appoġġ lil proġetti żgħar permezz ta’ self minn banek promozzjonali nazzjonali jew permezz ta’ għotjiet permezz ta’ programm nazzjonali li jikkondividi l-għanijiet tal-Fond għall-Modernizzazzjoni. L-investimenti ffinanzjati permezz tal-fond għandhom ikunu proposti mill-Istati Membri. Sabiex ikun żgurat li l-ħtiġijiet ta’ investiment fl-Istati Membri bi dħul baxx ikunu indirizzati kif xieraq, id-distribuzzjoni tal-fondi għandha tikkunsidra f’ishma ugwali l-emissjonijiet verifikati u l-kriterji tal-PDG. Id-distribuzzjoni tal-fondi se titmexxa f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u b’rispett tad-dritt tal-Istati Membri li jiddeterminaw is-sorsi tal-enerġija tagħhom stess. L-għajnuna finanzjarja mill-Fond għall-Modernizzazzjoni tista’ tingħata permezz ta’ forom differenti.

Raġuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni jitlob li l-Fond għall-Modernizzazzjoni jiġi estiż għall-interventi fiż-żoni NUTS2. Fil-fatt, għalkemm jaqbel mal-prinċipju ta’ solidarjetà u mar-rieda biex titkompla l-allokazzjoni ta’ kwoti bla ħlas bil-għan ta’ mmodernizzar tas-settur tal-enerġija lill-Istati Membri li fl-2013 kellhom PDG per capita ta’ inqas minn 60 % taħt il-medja tal-Unjoni, iħeġġeġ biex jiġi kkunsidrat ukoll il-valur tal-PDG per capita tar-reġjuni NUTS2 għall-allokazzjoni ta’ dawn il-kwoti minħabba li jkun wisq limitat jekk wieħed jikkunsidra biss il-PDG per capita nazzjonali fl-Istati Membri fejn hemm żbilanċi kbar. Id-dritt tal-Istat Membru li jiddetermina l-għażla bejn sorsi ta’ enerġija differenti huwa mfisser fl-Artikolu 194(2) TFUE.

Emenda 5

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kunsill Ewropew ikkonferma li l-modalitajiet, inkluża t-trasparenza, tal-allokazzjoni bla ħlas mhux obbligatorja għall-immodernizzar tas-settur tal-enerġija f’ċerti Stati Membri għandhom jittejbu. L-investimenti b’valur ta’ EUR 10 miljun jew iżjed għandhom jintgħażlu mill-Istat Membru kkonċernat permezz ta’ proċess ta’ offerti kompetittiv fuq il-bażi ta’ regoli ċari u trasparenti biex jiġi żgurat li l-allokazzjoni bla ħlas tintuża biex tippromwovi investimenti reali għall-immodernizzar tas-settur tal-enerġija b’konformità mal-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija. Investimenti b’valur ta’ inqas minn EUR 10 miljun ukoll għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament mill-allokazzjoni bla ħlas. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħżel investimenti bħal dawn fuq il-bażi ta’ kriterji ċari u trasparenti. Ir-riżultati ta’ dan il-proċess ta’ għażla għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni pubblika. Il-pubbliku għandu jkun informat kif dovut fl-istadju tal-għażla tal-proġetti ta’ investiment kif ukoll dwar l-implimentazzjoni tagħhom.

Il-Kunsill Ewropew ikkonferma li l-modalitajiet, inkluża t-trasparenza, tal-allokazzjoni bla ħlas mhux obbligatorja għall-immodernizzar tas-settur tal-enerġija f’ċerti Stati Membri għandhom jittejbu. L-investimenti b’valur ta’ EUR 10 miljun jew iżjed għandhom jintgħażlu mill-Istat Membru kkonċernat permezz ta’ proċess ta’ offerti kompetittiv fuq il-bażi ta’ regoli ċari u trasparenti biex jiġi żgurat li l-allokazzjoni bla ħlas tintuża biex tippromwovi investimenti reali għall-immodernizzar tas-settur tal-enerġija b’konformità mal-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija. Investimenti b’valur ta’ inqas minn EUR 10 miljun ukoll għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament mill-allokazzjoni bla ħlas. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħżel investimenti bħal dawn fuq il-bażi ta’ kriterji ċari u trasparenti. Ir-riżultati ta’ dan il-proċess ta’ għażla għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni pubblika li tieħu kunsiderazzjoni b’mod partikolari tal-opinjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali . Il-pubbliku għandu jkun informat kif dovut fl-istadju tal-għażla tal-proġetti ta’ investiment kif ukoll dwar l-implimentazzjoni tagħhom.

Raġuni

Jitqies li r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dawn il-politiki għandu jiġi valorizzat, u mhux sottovalutat. Għaldaqstant il-Kumitat jipproponi li jiddaħħal l-obbligu li, matul il-konsultazzjonijiet pubbliċi, jiġu speċifikament ikkonsultati l-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar ir-riżultati tal-proċessi tal-allokazzjoni bla ħlas fakultattiva għall-immodernizzar tas-settur tal-enerġija.

Emenda 6

Premessa 13a ġdida

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Il-Ftehim ta’ Pariġi li ntlaħaq waqt is-COP21 jitlob sforz min-naħa tal-partijiet kontraenti kollha biex dan ikun ratifikat u implimentat malajr u b’mod aktar ambizzjuż. F’dan il-kuntest, l-inizjattivi jew il-kampanji kollha, anke dawk lokali u reġjonali jew dawk immirati lejn il-livell lokali u reġjonali, li jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, għandhom jiġu sfruttati kollha. Strument għall-monitoraġġ tal-politiki ambjentali u għall-iskambju ta’ prattiki tajbin u proġetti implimentati fil-livell reġjonali u lokali (pereżempju relatati mal-Patt tas-Sindki) jista’ jkun utli biex jippromovi s-sussidjarjetà u r-responsabbiltà fil-livelli kollha tal-gvern.

Raġuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni jitlob li l-Ftehim ta’ Pariġi jkun segwit malajr minn ratifika formali u minn applikazzjoni rigoruża. Is-sistema EU ETS tista’ tkun waħda mill-mekkaniżmi ewlenin biex jgħin fit-tnaqqis tal-emissjonijiet u, għalhekk, biex jintlaħqu l-għanijiet, iżda ma tistax tkun l-uniku strument li jkollha disponibbli l-UE. Għalhekk, minbarra li jaqbel dwar l-importanza li l-politiki intersettorjali u l-politiki dwar il-klima jkunu koerenti mal-politiki Ewropej l-oħrajn (b’mod partikolari dawk promossi permezz tal-Fondi strutturali), isostni li strument lokali ddedikat jista’ jgħin dan l-aspett u jsaħħaħ ir-rwol tal-KtR innifsu.

Emenda 7

Artikolu 1, punt 4(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

a)

it-tliet subparagrafi ġodda li ġejjin huma miżjuda mal-paragrafu 1:

a)

it-tliet subparagrafi ġodda li ġejjin huma miżjuda mal-paragrafu 1:

 

“Mill-2021 ‘il quddiem, is-sehem tal-kwoti li għandu jiġi rkantat mill-Istati Membri għandu jkun 57 %.

 

“Mill-2021 ‘il quddiem, is-sehem tal-kwoti li għandu jiġi rkantat mill-Istati Membri għandu jkun tal-inqas 57 %. Sabiex l-EU ETS taħdem bl-aħjar mod, jista’ jkun ipprovdut li s-sehem tal-kwoti għall-irkant jiżdied b’mod obbligatorju biss meta s-sitwazzjoni internazzjonali tippermetti dan mingħajr ma toħloq riskju għall-kompetittività tal-industriji Ewropej.

 

2 % tal-kwantità totali tal-kwoti fil-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2030 għandhom ikunu rkantati biex jiġi stabbilit fond għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u l-immodernizzar tas-sistemi tal-enerġija ta’ ċerti Stati Membri kif stabbilit fl-Artikolu 10(d) ta’ din id-Direttiva (‘il-Fond għall-Modernizzazzjoni’).

 

2 % tal-kwantità totali tal-kwoti fil-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2030 għandhom ikunu rkantati biex jiġi stabbilit fond għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u l-immodernizzar tas-sistemi tal-enerġija ta’ ċerti Stati Membri kif stabbilit fl-Artikolu 10d ta’ din id-Direttiva (‘il-Fond għall-Modernizzazzjoni’).

 

Il-kwantità totali li jifdal tal-kwoti li jridu jiġu rkantati mill-Istati Membri għandha tkun distribwita skont il-paragrafu 2.”;

 

Il-kwantità totali li jifdal tal-kwoti li jridu jiġu rkantati mill-Istati Membri għandha tkun distribwita skont il-paragrafu 2.”;

Raġuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni jsostni li s-sehem tal-kwoti li jrid jiġi rkantat, li kien ta’ 57 % matul il-perjodu mill-2013 sal-2020, għandu jiżdied b’mod gradwali, f’perjodi speċifiċi biex ikunu jistgħu jintlaħqu aktar il-miri ambizzjużi ġew stabbiliti. Fil-fatt il-KtR jemmen li l-għanijiet ambizzjużi huma fundamentali biex iħeġġu l-progress f’dan il-qasam, u għalhekk huwa sodisfatt biż-żieda tal-fattur ta’ tnaqqis annwali għal 2,2 % mill-2021. Minkejja dan, biex jiġi evitat ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet u tinżamm il-kompetittività Ewropea, il-Kumitat jappoġġja anke d-deċiżjoni li tinżamm l-allokazzjoni bla ħlas ta’ sehem mill-kwoti. Madankollu, dawn il-miżuri għandhom jitqiesu bħala eċċezzjoni u għandhom ikunu riveduti u aġġornati hekk kif l-ekonomiji dinjiji l-oħrajn jadottaw strumenti simili kontra l-emissjonijiet.

Emenda 8

Artikolu 1(5)(f)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

fil-paragrafu 8, l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 8 jinbidlu b’dan li ġej:

fil-paragrafu 8, l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 8 jinbidlu b’dan li ġej:

“400 miljun kwota għandhom ikunu disponibbli biex jappoġġjaw l-innovazzjoni fit-teknoloġiji u l-proċessi b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju fis-setturi industrijali elenkati fl-Anness I, u biex jgħinu jistimulaw il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ proġetti ta’ dimostrazzjoni kummerċjali li għandhom l-għan ta’ qbid u ħżin ġeoloġiku (CCS) ambjentalment sikur tad-diossidu tal-karbonju kif ukoll ta’ proġetti ta’ dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi ta’ enerġija rinnovabbli, fit-territorju tal-Unjoni.

“400 miljun kwota għandhom ikunu disponibbli biex jappoġġjaw l-innovazzjoni fit-teknoloġiji u l-proċessi b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju fis-setturi industrijali elenkati fl-Anness I, u biex jgħinu jistimulaw il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ proġetti ta’ dimostrazzjoni kummerċjali li għandhom l-għan ta’ qbid u ħżin ġeoloġiku (CCS) ambjentalment sikur u kosteffettiv tad-diossidu tal-karbonju jew ta’ qbid u użu ta’ diossidu tal-karbonju fil-proċessi industrijali (CCU) kif ukoll ta’ proġetti ta’ dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ effiċjenza fl-enerġija fit-territorju tal-Unjoni.

Il-kwoti għandhom ikunu disponibbli għall-innovazzjoni fit-teknoloġiji u l-proċessi industrijali b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju u biex jappoġġjaw proġetti ta’ dimostrazzjoni għall-iżvilupp ta’ firxa wiesgħa ta’ CCS u teknoloġiji innovattivi ta’ enerġija rinnovabbli li għadhom mhux kummerċjalment vijabbli f’postijiet ibbilanċjati ġeografikament. Sabiex ikunu promossi proġetti innovattivi, jistgħu jiġu appoġġjati sa 60 % tal-ispejjeż rilevanti tal-proġetti, li minnhom sa 40 % ma jeħtieġux prevenzjoni verifikata tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sakemm jintlaħqu t-tragwardi predeterminati u jittieħed kont tat-teknoloġija użata.

Il-kwoti għandhom ikunu disponibbli għall-innovazzjoni fit-teknoloġiji u l-proċessi industrijali b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju u biex jappoġġjaw proġetti ta’ dimostrazzjoni għall-iżvilupp ta’ firxa wiesgħa ta’ CCS u teknoloġiji innovattivi ta’ enerġija rinnovabbli li għadhom mhux kummerċjalment vijabbli f’postijiet ibbilanċjati ġeografikament. Sabiex ikunu promossi proġetti innovattivi, jistgħu jiġu appoġġjati sa 60 % tal-ispejjeż rilevanti tal-proġetti, li minnhom sa 40 % ma jeħtieġux prevenzjoni verifikata tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sakemm jintlaħqu t-tragwardi predeterminati u jittieħed kont tat-teknoloġija użata.

Barra minn hekk, 50 miljun kwota mhux allokati mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2015/… għandhom jissupplimentaw kull riżorsa eżistenti li jifdal skont dan il-paragrafu għall-proġetti msemmija hawn fuq, bi proġetti fl-Istati Membri kollha inklużi proġetti fuq skala żgħira, qabel l-2021. Il-proġetti għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u trasparenti.

Barra minn hekk, 50 miljun kwota mhux allokati mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2015/… għandhom jissupplimentaw kull riżorsa eżistenti li jifdal skont dan il-paragrafu għall-proġetti msemmija hawn fuq, bi proġetti fl-Istati Membri kollha inklużi proġetti fuq skala żgħira, qabel l-2021. Il-proġetti għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u trasparenti.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 23.”;

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 23.”;

Raġuni

Huwa interessanti li wieħed isemmi direttament it-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija u t-teknoloġiji kollha li għandhom x’jaqsmu mal-qbid u l-użu tad-diossidu tal-karbonju (CCU) bħala materja prima għal proċessi industrijali oħrajn. Diġà qegħdin isiru xi esperimenti li, jekk jilħqu livell suffiċjenti ta’ maturità tekonoloġika, jagħmlu lil dawn it-teknoloġiji ferm aktar interessanti mis-CCS.

Emenda 9

Artikolu 1(6) ġdid Artikolu 10(c)(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 10a(1) sa (5), l-Istati Membri li fl-2013 kellhom PDG per capita f’EUR għall-prezzijiet tas-suq taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni jistgħu jagħtu allokazzjoni bla ħlas tranżitorja lil installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-elettriku għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-enerġija.

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 10(a)(1) sa (5), l-Istati Membri u ż-żoni NUTS2 tal-Istati Membri kkaratterizzati minn żbilanċi interni ovvji li fl-2013 kellhom PDG per capita f’EUR għall-prezzijiet tas-suq taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni jistgħu jagħtu allokazzjoni bla ħlas tranżitorja lil installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-elettriku għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-enerġija.

Raġuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni jitlob li l-Fond għall-Modernizzazzjoni jiġi estiż għall-interventi fiż-żoni NUTS2. Fil-fatt, għalkemm jaqbel mal-prinċipju ta’ solidarjetà u mar-rieda biex titkompla l-allokazzjoni ta’ kwoti bla ħlas bil-għan ta’ mmodernizzar tas-settur tal-enerġija lill-Istati Membri li fl-2013 kellhom PDG per capita ta’ inqas minn 60 % taħt il-medja tal-Unjoni, iħeġġeġ biex jiġi kkunsidrat ukoll il-valur tal-PDG per capita tar-reġjuni NUTS2 għall-allokazzjoni ta’ dawn il-kwoti minħabba li jkun wisq limitat jekk wieħed jikkunsidra biss il-PDG per capita nazzjonali fl-Istati Membri fejn hemm żbilanċi kbar.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

Il-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

ifakkar fl-importanza li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar din il-kwistjoni peress li huma l-aktar sensittivi għaliha minħabba r-rwol li għandhom fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u minħabba li min-natura inerenti tagħhom huma l-eqreb istituzzjonijiet għaċ-ċittadini u fuq quddiem biex jimmaniġġjaw emerġenzi ambjentali;

2.

jitlob li l-atturi globali ewlenin kollha (kumpaniji, is-settur finanzjarju, il-gvernijiet, in-Nazzjonijiet Uniti, l-NGOs u s-soċjetà ċivili) jikkollaboraw mal-livelli kollha tal-gvern sabiex ir-reazzjoni għall-emerġenzi ambjentali u klimatiċi tkun koordinata u effettiva, skont ma ħareġ mis-COP21 ta’ Pariġi; jieħu nota f’dan il-kuntest tal-Komunikazzjoni COM(2016) 110 final “The Road from Paris” (Id-Direzzjoni wara Pariġi) li se tiġi analizzata aktar fil-fond minn opinjoni tal-KtR futura; jiddispjaċih, madankollu, għad-dgħjufija relattiva tar-referenza għar-rwol tal-ETS riformata fl-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ Pariġi u n-nuqqas ta’ rikonoxximent tad-dimensjoni reġjonali f’dan il-proċess;

3.

iqis pożittiv l-eżitu tas-COP21 f’dak li jirrigwarda r-rieda komuni ta’ kollaborazzjoni biex jintlaħaq tragward ambizzjuż u jaqbel mad-deċiżjoni li kull ħames snin issir reviżjoni tal-miri, b’mod li dawn ikunu dejjem adatti; madankollu jenfasizza li kienet okkażjoni mitlufa sabiex seta’ jiġi indirizzat fil-livell globali r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet u jiġu previsti xi azzjonijiet;

4.

jenfasizza l-importanza ta’ integrazzjoni dejjem iktar b’saħħitha bejn is-sistema tal-ETS u l-politiki ta’ inċentivazzjoni tas-sorsi rinnovabbli u tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; f’dan ir-rigward jagħraf il-bżonn li tiġi semplifikata u armonizzata l-leġislazzjoni

5.

Id-Direttiva tal-EU ETS hija strument ta’ politika tal-UE taħt il-liġi ambjentali tal-UE. Il-proposta ta’ emenda tad-Direttiva ma tqajjem l-ebda kwistjoni rigward il-konformità tagħha mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, peress li t-trattament tat-tibdil fil-klima u l-effetti tiegħu huma b’mod ċar kwistjoni transkonfinali u għalhekk l-għanijiet ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, imma aħjar f’livell tal-UE. Il-proposta ta’ emenda tad-Direttiva ma tmurx ukoll lil hinn minn dak li hu neċessarju fil-forma jew kontenut sabiex jintlaħaq l-għan tal-implimentazzjoni tal-mira għat-tnaqqis tal-emissjoni tal-gass serra tal-UE għall-2030 b’mod kost effettiv u b’hekk konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità;

6.

jirrikonoxxi li l-għanijiet stabbiliti fl-Istrateġija Ewropa 2020 huma ta’ prijorità, u jisħaq li dawn ċertament huma kompatibbli mal-għan li tinżamm industrija Ewropea b’saħħitha, kompetittiva u moderna, li għaliha r-regoli mhumiex meqjusa bħala mekkaniżmu ta’ ħsara, iżda bħala inċentiv għal effiċjenza akbar u għall-immodernizzar. Għalhekk jistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tirrifletti wkoll fuq il-kunċett ta’ “marka tal-karbonju” tal-prodotti u tivvaluta kif ser tippromovi konsum aktar sostenibbli;

7.

jenfasizza l-importanza li jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ekwilibriku bejn il-kwoti u d-domanda fis-suq tal-kwoti, li jikkontribwixxi biex jiġi garantit prezz tal-karbonju xprunat aktar mit-tnaqqis tal-emissjonijiet għal żmien medju u fit-tul, u b’hekk jitħeġġeġ l-investiment fit-teknoloġiji b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju. Jirrimarka wkoll li, ladarba r-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għandha l-għan li żżid il-flessibilità tal-provvista tal-kwoti għall-irkant matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni bejn fażijiet ta’ negozjar, il-bidliet previsti mill-proposta għal Direttiva għandhom jikkontribwixxu biex jiġu evitati bidliet kbar fin-numru ta’ kwoti għall-irkant u jiżgura distribuzzjoni ġusta tal-għadd ta’ dawn il-kwoti kull sena.

8.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li taġġorna r-regolamenti dwar is-sistema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-Unjoni (EU ETS) u l-alternattiva li tuża direttiva bħala strument leġislattiv;

9.

jiġbed l-attenzjoni dwar l-osservazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jiġifieri li hemm nuqqasijiet sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-ETS UE u jagħmel rakkomandazzjonijiet biex jittejbu l-integrità u l-implimentazzjoni ta’ din is-sistema, inkluż il-kunċett ta’ effiċjenza industrijali li jiżgura l-kompetittività sħiħa tal-ekonomija tal-UE;

10.

ifakkar, kif diġà enfasizzat f’xi opinjonijiet preċedenti (1), li fost il-problemi li kien hemm s’issa fl-implimentazzjoni tal-EU ETS hemm dik tal-livell tal-prezzijiet tal-karbonju li spiss jitqies ineffiċjenti. F’dan ir-rigward isostni li l-għan tal-UE għandu jkun li tippromovi prezzar ġust fuq livell internazzjonali u tipprevjeni l-varjazzjonijiet għal skopijiet ta’ spekulazzjoni;

11.

ifakkar li d-Direttiva li tistabbilixxi s-sistema tal-EU ETS hija parti minn sistema aktar kumplessiva ta’ miżuri u ma għandhiex teskludi l-possibbiltà li l-Istati individwali jistabbilixxu wkoll taxxa fuq il-karbonju, bil-għan li jippromovu l-innovazzjoni u joħolqu vantaġġi kompetittivi, kif diġà qed isir fin-Norveġja u l-Isvezja, pereżempju;

12.

jaqbel mal-prinċipju li s-setturi kollha tal-ekonomija, inklużi dawk mhux koperti mis-sistema tal-EU ETS, għandhom jikkontribwixxubiex jitnaqqsu l-emissjonijiet, billi jtejbu s-sostenibbiltà ambjentali u fl-istess waqt jiggarantixxu s-sostenibbiltà soċjali. Għaldaqstant, iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom diretti lejn is-setturi li mhumiex koperti mill-EU ETS, peress li dawn jikkontribwixxu għal aktar minn 50 % tal-emissjonijiet. F’dan ir-rigward huwa ssuġġerit li tiġi vvalutata reviżjoni tas-sussidji ppjanati fid-diversi setturi, sabiex jixprunaw lis-suq lejn soluzzjonijiet innovattivi u effiċjenti, jew li jiġi estiż in-numru ta’ setturi koperti mill-ETS, pereżempju billi jiġu inklużi l-emissjonijiet ikkawżati mis-settur tat-trasport (bil-baħar u fuq l-art) u mis-settur tal-kostruzzjoni;

13.

jirrakkomanda bil-qawwi li r-riforma tħeġġeġ biex il-mekkaniżmi ta’ kumpens tal-ispejjeż indiretti tal-industrija jkunu armonizzati fl-UE kollha (biex jiġu evitati d-distorsjonijiet tas-suq intern ikkawżati mill-kompetizzjoni reġjonali) u li s-sistema tippremja lildawk bl-aqwa prestazzjoni;

14.

jittama li l-adozzjoni ta’ sistema ETS għaċ-Ċina ppjanata mill-2017 (2) tħeġġeġ anke lil atturi oħrajn fix-xena globali, u b’hekk tħaffef il-konverġenza lejn ekonomija b’żero emissjonijiet ta’ gassijiet serra u twassal għat-tneħħija gradwali tas-sistema ta’ allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti. Madankollu, l-ewwel għandhom jiġu kkunsidrati diversi forom ta’ appoġġ u inċentivi biex issir bidla mill-produzzjoni tal-enerġija mill-karburanti fossili għal forom ta’ enerġija rinnovabbli bħala alternattivi għal allokazzjoni mingħajr ħlas.

15.

jinnota bi pjaċir ir-rieda biex jittejbu r-regoli eżistenti biex tissaħħaħ it-trasparenza, permezz ta’ data aġġornata aktar frekwenti, affidabbli u verifikata. Għalhekk jitlob li l-punti ta’ riferiment teknikament u ekonomikament realistiċi jiġu aġġornati qabel il-perjodu ta’ skambju u jiġu stabbiliti fuq data industrijali robusta;

16.

iqis li huwa essenzjali li l-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku b’rabta mal-klima tissokta anke wara l-2020, u jittama li ssir dejjem aktar element ċentrali fil-qafas finanzjarju tal-UE, anke fl-istadju tar-reviżjoni ta’ nofs it-term previst għall-programmi Ewropej ewlenin ta’ finanzjament u, b’mod partikolari, għall-programm Orizzont 2020;

17.

jissuġġerixxi li jintuża l-effett ta’ lieva tal-istrumenti tal-politika esterna Ewropea u tal-politika kummerċjali (b’referenza partikolari għall-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles) sabiex jitħaffef il-pass tal-konverġenza tal-Istati terzi lejn is-sistema tal-EU ETS, u b’hekk jippromovu qafas internazzjonali li jgħin biex jintlaħqu miri aktar wesgħin;

18.

jittama li l-estensjoni tal-EU ETS anke għall-emissjonijiet mill-avjazzjoni tkun tista’ tiġi indirizzata malajr kemm jista’ jkun, sabiex tiffavorixxi tnaqqis kontinwu tal-emissjonijiet anke minħabba l-avvanzi teknoloġiċi li jwasslu biex it-trasportaturi Ewropej isiru aktar kompetittivi fuq livell globali u mexxejja tas-sostenibbiltà.

Brussell, is-7 ta’ April 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  ENVE-V-047 “Qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija fil-perjodu ta’ bejn l-2020 u l-2030” u ENVE-V-038 “Green Paper - Qafas għall-politiki dwar il-klima u l-enerġija sal-2030”.

(2)  Kif iddikjara l-President Ċiniż Xi Jinping fit-30 ta’ Settembru 2015, waqt iż-żjara tiegħu f’Washington.


1.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 240/72


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-immodernizzar tar-regoli tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur

(2016/C 240/11)

Relatur:

Arnoldas ABRAMAVIČIUS (LT/PPE), Membru tal-Kunsill tal-Muniċipalità Distrettwali ta’ Zarasai

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni — Għal qafas aktar modern u Ewropew dwar id-drittijiet tal-awtur

COM(2015) 626 — final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iżgurara tal-portabilità transkonfinali tas-servizzi ta’ kontenut onlajn fis-suq intern

COM(2015) 627 – final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Proposta għal Regolament

Premessa (1)

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Peress li s-suq intern jikkonsisti f’żona mingħajr fruntieri interni li tiddependi, inter alia, fuq il-moviment ħieles tas-servizzi u l-persuni, għandu jiġi stipulat li l-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jużaw is-servizzi tal-kontenut onlajn li joffru aċċess għal kontenut bħal mużika, logħob, films jew avvenimenti sportivi, mhux biss fl-Istat Membru tagħhom ta’ residenza, iżda wkoll meta jkunu temporanjament preżenti fi Stati Membri oħra tal-Unjoni. Għalhekk, l-ostakli li jfixklu l-aċċess u l-użu ta’ dawn is-servizzi tal-kontenut onlajn transkonfinali għandhom jiġu eliminati.

Peress li s-suq intern jikkonsisti f’żona mingħajr fruntieri interni li tiddependi, inter alia, fuq il-moviment ħieles tas-servizzi u l-persuni, għandu jiġi stipulat li l-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jużaw is-servizzi tal-kontenut onlajn li joffru aċċess għal kontenut bħal mużika, logħob, films jew avvenimenti sportivi, mhux biss fl-Istat Membru tagħhom ta’ residenza, iżda wkoll meta jkunu temporanjament preżenti fi Stati Membri oħra tal-Unjoni. Għalhekk, l-ostakli li jfixklu l-aċċess u l-użu ta’ dawn is-servizzi tal-kontenut onlajn transkonfinali għandhom jiġu eliminati. Fl-istess ħin, il-verifika tal-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat għandha tevita li tibdel il-portabbiltà f’aċċess transkonfinali permanenti .

Raġuni

Id-detenturi tad-drittijiet għandhom ikunu ċerti li t-trasferibbiltà tinkludi biss l-aktar eżempji komuni tal-ivvjaġġar għal skopijiet ta’ negozju, turiżmu jew studju, mingħajr ma joffru disponibbiltà permanenti ta’ kontenut protett fil-livell tal-UE.

Emenda 2

Proposta għal Regolament

Premessa (4)

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Hemm numru ta’ ostakli li jfixklu l-forniment ta’ dawn is-servizzi lill-konsumaturi temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor. Ċerti servizzi onlajn jinkludu kontenut bħal mużika, logħob jew films li huma protetti bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati skont il-liġijiet tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-ostakli għall-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn jirriżultaw mill-fatt li d-drittijiet għat-trażmissjoni tal-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati bħax-xogħlijiet awdjoviżivi ta’ spiss jiġu lliċenzjati fuq bażi territorjali, kif ukoll mill-fatt li l-fornituri tas-servizzi onlajn jistgħu jagħżlu li jservu swieq speċifiċi biss.

Hemm numru ta’ ostakli li jfixklu l-forniment ta’ dawn is-servizzi lill-konsumaturi temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor. Ċerti servizzi onlajn jinkludu kontenut bħal mużika, logħob jew films li huma protetti bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati skont il-liġijiet tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-ostakli għall-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn jirriżultaw mill-fatt li d-drittijiet għat-trażmissjoni tal-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati bħax-xogħlijiet awdjoviżivi ta’ spiss jiġu lliċenzjati fuq bażi territorjali, kif ukoll mill-fatt li l-fornituri tas-servizzi onlajn sa ċertu punt jagħżlu li jservu swieq speċifiċi biss.

Raġuni

Il-fornituri ta’ servizzi onlajn, bħal kwalunkwe impriża oħra, huma liberi li jagħżlu f’liema swieq iridu jidħlu skont ir-raġunijiet interni tagħhom. Id-disponibbiltà limitata ta’ kontenuti li tista’ tirriżulta minn dan għandha titqies għalhekk effett sekondarju, u mhux azzjoni limitattiva fiha nnifisha.

Emenda 3

Proposta għal Regolament

Premessa (8)

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għalhekk, il-fornituri ta’ servizzi tal-kontenut onlajn li jagħmlu użu minn xogħlijiet jew materjal protett ieħor, bħal kotba, xogħlijiet awdjoviżivi, mużika rrekordjata jew xandiriet għandhom jingħataw id-drittijiet biex jużaw dan il-kontenut għat-territorji rilevanti.

Għalhekk, il-fornituri ta’ servizzi tal-kontenut onlajn li jagħmlu użu minn xogħlijiet jew materjal protett ieħor, bħal kotba, xogħlijiet awdjoviżivi, mużika rrekordjata jew xandiriet għandhom jingħataw id-drittijiet biex jużaw dan il-kontenut għat-territorji rilevanti , u jużaw ukoll liċenzji għal diversi territorji jew pan-Ewropej fejn jippermettu l-kundizzjonijiet, pereżempju: fejn hemm suq, domanda min-naħa tal-konsumatur, teknoloġija disponibbli u garanzija ta’ kumpens ġust.

Raġuni

Huwa utli li tiġi enfasizzata l-preżenza ta’ strumenti ta’ liċenzja multiterritorjali li, għalkemm ma jkunux dejjem disponibbli, jiffaċilitaw it-tixrid ta’ kontenuti b’mod sostanzjali.

Emenda 4

Proposta għal Regolament

Premessa (9)

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

It-trażmissjoni mill-fornitur tas-servizz onlajn tal-kontenut li huwa protett bid-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati teħtieġ l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet rilevanti bħal awturi, artisti, produtturi jew organizzazzjonijiet għall-kontenut li jkun inkluż fit-trażmissjoni. Dan huwa daqstant minnu meta din it-trażmissjoni sseħħ għall-għan li l-konsumatur jitħalla jniżżel materjal sabiex juża servizz tal-kontenut onlajn.

It-trażmissjoni mill-fornitur tas-servizz onlajn tal-kontenut li huwa protett bid-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati teħtieġ l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet rilevanti bħal awturi, artisti, produtturi jew organizzazzjonijiet , li jeżerċitawhom b’mod esklussiv skont il-kwalifiki li għandhom, għall-kontenut li jkun inkluż fit-trażmissjoni. Dan huwa daqstant minnu meta din it-trażmissjoni sseħħ għall-għan li l-konsumatur jitħalla jniżżel materjal sabiex juża servizz tal-kontenut onlajn.

Raġuni

Dawk li għandhom id-drittijiet jipproteġu b’mod leġittimu, kull wieħed skont il-kwalifiki tiegħu, id-drittijiet li jistgħu jeżerċitaw b’mod esklussiv, kif stabbilit fid-Direttiva 2014/26/UE.

Emenda 5

Proposta għal Regolament

Premessa (10)

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-akkwist ta’ liċenzja għad-drittijiet rilevanti mhuwiex dejjem possibbli, b’mod partikolari meta d-drittijiet fil-kontenut jiġu liċenzjali fuq bażi esklussiva. Sabiex tiġi żgurata l-esklussività territorjali, il-fornituri tas-servizzi onlajn ta’ spiss jimpenjaw ruħhom, fil-kuntratti tal-liċenzji tagħhom mad-detenturi tad-drittijiet, inklużi organizzazzjonijiet tax-xandir jew organizzaturi tal-avvenimenti, biex jipprevjenu lill-abbonati tagħhom milli jaċċessaw u jużaw is-servizzi tagħhom barra t-territorju li għandu l-liċenzja għalih il-fornitur tas-servizzi. Dawn ir-restrizzjonijiet kuntrattwali imposti fuq il-fornituri tas-servizzi jeħtieġu li l-fornituri jieħdu miżuri bħal li ma jippermettux aċċess għas-servizzi tagħhom mill-indirizzi tal-IP li jinsabu barra mit-territorju kkonċernat. Għalhekk, wieħed mill-ostakoli għall-portabbiltà tas-servizzi tal-kontenut onlajn jinsab fil-kuntratti konklużi bejn il-fornituri tas-servizzi onlajn u l-abbonati tagħhom, li jirriflettu l-klawżoli tar-restrizzjonijiet territorjali inklużi f’kuntratti konklużi bejn dawk il-fornituri tas-servizzi u d-detenturi tad-drittijiet.

L-akkwist ta’ liċenzja għad-drittijiet rilevanti mhuwiex dejjem possibbli, b’mod partikolari meta d-drittijiet fil-kontenut jiġu liċenzjali fuq bażi esklussiva. Sabiex tiġi żgurata l-esklussività territorjali (u b’loġika ta’ vantaġġ kompetittiv), il-fornituri tas-servizzi onlajn ta’ spiss jimpenjaw ruħhom, fil-kuntratti tal-liċenzji tagħhom mad-detenturi tad-drittijiet, inklużi organizzazzjonijiet tax-xandir jew organizzaturi tal-avvenimenti, biex jipprevjenu lill-abbonati tagħhom milli jaċċessaw u jużaw is-servizzi tagħhom barra t-territorju li għandu l-liċenzja għalih il-fornitur tas-servizzi. Dawn ir-restrizzjonijiet kuntrattwali imposti fuq il-fornituri tas-servizzi jeħtieġu li l-fornituri jieħdu miżuri bħal li ma jippermettux aċċess għas-servizzi tagħhom mill-indirizzi tal-IP li jinsabu barra mit-territorju kkonċernat. Għalhekk, wieħed mill-ostakoli għall-portabbiltà tas-servizzi tal-kontenut onlajn jinsab fil-kuntratti konklużi bejn il-fornituri tas-servizzi onlajn u l-abbonati tagħhom, li jirriflettu l-klawżoli tar-restrizzjonijiet territorjali inklużi f’kuntratti konklużi bejn dawk il-fornituri tas-servizzi u d-detenturi tad-drittijiet.

Raġuni

Il-fornitur ta’ servizzi onlajn jagħżel b’mod leġittimu li joffri kontenut partikolari fejn dan jista’ jkollu l-akbar suċċess. F’dan is-sens, l-inkapaċitazzjoni tal-imblukkar ġeografiku waqt l-ivvjaġġar għandu jitqies bħala estensjoni tal-kunċett ta’ territorjalità, u mhux bħala l-ewwel pass biex titneħħa aktar tard.

Emenda 6

Proposta għal Regolament

Premessa (12)

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għalhekk, l-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jadatta l-qafas legali sabiex jiżgura li l-liċenzjar tad-drittijiet ma jibqax jippreżenta ostakli għall-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fl-Unjoni, u li l-portabbiltà transkonfinali tista’ tiġi żgurata.

Għalhekk, l-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jadatta l-qafas legali sabiex jiżgura li l-liċenzjar tad-drittijiet ma jibqax jippreżenta ostakli għall-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fl-Unjoni, u li l-portabbiltà transkonfinali tista’ tiġi żgurata , filwaqt li tiġi żgurata biżżejjed flessibbiltà għall-konsumatur minn naħa u daqstant rispett tal-valur kreattiv u kummerċjali tal-kontenut min-naħa l-oħra .

Raġuni

Il-benefiċċji li minnhom sejrin igawdu l-konsumaturi ma għandhomx ikunu għad-detriment tal-kreaturi u tal-operaturi tas-settur, li mingħajrhom ix-xogħlijiet ma jkunux possibbli u aċċessibbli rispettivament.

Emenda 7

Proposta għal Regolament

Premessa (23)

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li l-abbonati jkunu infurmati b’mod xieraq dwar il-kundizzjonijiet għat-tgawdija tas-servizzi ta’ kontenut onlajn fi Stati Membri li mhumiex l-Istat Membru ta’ residenza tal-abbonati. Ir-Regolament jippermetti li d-detenturi tad-drittijiet jirrikjedu li l-fornitur tas-servizz jagħmel użu mill-mezzi, sabiex jivverifika li s-servizz ikun ipprovdut f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Madankollu, għandu jiġi żgurat li l-mezzi meħtieġa jkunu raġonevoli u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb l-għan tagħhom. Eżempji tal-miżuri tekniċi u organizzattivi meħtieġa jistgħu jinkludu kampjuni tal-indirizzi tal-IP minflok il-monitoraġġ kostanti tal-post, informazzjoni trasparenti lill-individwi dwar il-metodi użati għall-verifika u l-għanijiet tagħha u miżuri ta’ sigurtà adegwati. Meta wieħed jikkunsidra li għall-għanijiet tal-verifika ma jgħoddx il-post iżda f’liema Stat Membru l-abbonat ikun qiegħed jaċċessa s-servizz, m’għandhiex tinġabar u tiġi proċessata dejta preċiża dwar il-post għal dan l-għan. B’mod simili, meta l-awtentikazzjoni ta’ abbonat tkun biżżejjed biex jitwassal is-servizz ipprovdut, m’għandiex tkun meħtieġa l-identifikazzjoni tal-abbonat.

Il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li l-abbonati jkunu infurmati b’mod xieraq dwar il-kundizzjonijiet għat-tgawdija tas-servizzi ta’ kontenut onlajn fi Stati Membri li mhumiex l-Istat Membru ta’ residenza tal-abbonati. Ir-Regolament jippermetti li d-detenturi tad-drittijiet jirrikjedu li l-fornitur tas-servizz jagħmel użu mill-mezzi, sabiex jivverifika li s-servizz ikun ipprovdut f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Madankollu, għandu jiġi żgurat li l-mezzi meħtieġa jkunu raġonevoli u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb l-għan tagħhom. Eżempji tal-miżuri tekniċi u organizzattivi meħtieġa jistgħu jinkludu kampjuni tal-indirizzi tal-IP minflok il-monitoraġġ kostanti tal-post, informazzjoni trasparenti lill-individwi dwar il-metodi użati għall-verifika u l-għanijiet tagħha u miżuri ta’ sigurtà adegwati. Meta wieħed jikkunsidra li għall-għanijiet tal-verifika ma jgħoddx il-post iżda f’liema Stat Membru l-abbonat ikun qiegħed jaċċessa s-servizz, m’għandhiex tinġabar u tiġi proċessata dejta preċiża dwar il-post għal dan l-għan, sakemm il-lokalizzazzjoni ma tkunx barra mill-fruntieri tal-UE. B’mod simili, meta l-awtentikazzjoni ta’ abbonat tkun biżżejjed biex jitwassal is-servizz ipprovdut, m’għandiex tkun meħtieġa l-identifikazzjoni tal-abbonat.

Raġuni

Mingħajr data preċiża dwar il-lokalizzazzjoni, il-kapaċità ta’ verifika min-naħa tal-fornitur tiddgħajjef serjament peress li, fil-fatt, huwa preżunt li kwalunkwe użu transkonfinali jseħħ fil-fruntieri tal-UE, li mhux neċessarjament il-każ.

Emenda 8

Proposta għal Regolament

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Abbonat” tfisser kwalunkwe konsumatur li, fuq il-bażi ta’ kuntratt għall-forniment ta’ servizz ta’ kontenut onlajn ma’ fornitur, jista’ jaċċessa u juża dan is-servizz fl-Istat Membru tar-residenza;

(a)

“Abbonat” tfisser kwalunkwe konsumatur li, fuq il-bażi ta’ kuntratt għall-forniment ta’ servizz ta’ kontenut onlajn ma’ fornitur, jista’ jaċċessa u juża dan is-servizz fl-Istat Membru tar-residenza;

(b)

“Konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, fil-kuntratti koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal għanijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, min-negozju, mis-sengħa jew mill-professjoni tagħha;

(b)

“Konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, fil-kuntratti koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal għanijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, min-negozju, mis-sengħa jew mill-professjoni tagħha;

(c)

“Stat Membru tar-residenza” tfisser l-Istat Membru li l-abbonat ikun qed joqgħod fih abitwalment;

(c)

“Stat Membru tar-residenza” tfisser l-Istat Membru li l-abbonat ikun qed joqgħod fih abitwalment;

(d)

“Temporanjament preżenti” tfisser preżenza ta’ abbonat fi Stat Membru ieħor minbarra l-Istat Membru tar-residenza;

(d)

“Temporanjament preżenti” tfisser preżenza ta’ abbonat fi Stat Membru ieħor minbarra l-Istat Membru tar-residenza , li tiġi vverifikata biex b’hekk it-trasferibbiltà ma ssirx aċċess transkonfinali permanenti ;

(e)

“Servizz ta’ kontenut onlajn” tfisser servizz kif definit fl-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li fornitur tas-servizzi jkun qed jipprovdi legalment onlajn fl-Istat Membru tar-residenza fuq bażi portabbli u li huwa servizz tal-midja awdjoviżiva skont it-tifsira tad-Direttiva 2010/13/UE jew servizz li l-karatteristika prinċipali tiegħu hija l-forniment ta’ aċċess u użu tax-xogħlijiet, materjal protett ieħor jew trażmissjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tax-xandir, kemm jekk b’mod lineari jew fuq talba, li jigi pprovdut lil abbonat skont termini miftiehma kemm:

(e)

“Servizz ta’ kontenut onlajn” tfisser servizz kif definit fl-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li fornitur tas-servizzi jkun qed jipprovdi legalment onlajn fl-Istat Membru tar-residenza fuq bażi portabbli u li huwa servizz tal-midja awdjoviżiva skont it-tifsira tad-Direttiva 2010/13/UE jew servizz li l-karatteristika prinċipali tiegħu hija l-forniment ta’ aċċess u użu tax-xogħlijiet, materjal protett ieħor jew trażmissjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tax-xandir, kemm jekk b’mod lineari jew fuq talba, li jiġi pprovdut lil abbonat skont termini miftiehma kemm:

 

(1)

bi ħlas ta’ flus; jew

 

(1)

bi ħlas ta’ flus; jew

 

(2)

mingħajr ħlas ta’ flus sakemm l-Istat Membru tar-residenza jkun verifikat mill-fornitur;

 

(2)

mingħajr ħlas ta’ flus sakemm l-Istat Membru tar-residenza jkun verifikat mill-fornitur;

(f)

“Portabbli” tfisser li l-abbonati jkunu jistgħu effettivament jaċċessaw u jużaw is-servizz ta’ kontenut onlajn fl-Istat Membru tar-residenza mingħajr ma jkunu limitati għal post speċifiku.

(f)

“Portabbli” tfisser li l-abbonati jkunu jistgħu effettivament jaċċessaw u jużaw is-servizz ta’ kontenut onlajn fl-Istat Membru tar-residenza mingħajr ma jkunu limitati għal post speċifiku.

Raġuni

Id-detenturi tad-drittijiet għandhom ikunu ċerti li t-trasferibbiltà ma tirriżultax f’disponibbiltà permanenti ta’ kontenut protett fil-livell tal-UE.

Emenda 9

Proposta għal Regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(1)

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(1)

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Għandu japplika [data: 6 xhur minn wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu].

(2)

Għandu japplika [data: 12-il xahar minn wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu].

Raġuni

Minħabba n-numru konsiderevoli ta’ kuntratti li fuqhom ir-regolament għandu effett dirett, il-partijiet interessati għandhom jingħataw żmien biżżejjed sabiex jibdlu d-dispożizzjonijiet rilevanti. Għal dan l-għan, l-estensjoni tal-perjodu ta’ implimentazzjoni għal 12-il xahar tgħin biex tinkiseb aktar konformità f’dan ir-rigward.

Emenda 10

Proposta għal Regolament

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi tal-kontenut onlajn li jiġu pprovduti bi ħlas ta’ flus. Il-fornituri ta’ dawn is-servizzi huma f’pożizzjoni li jivverifikaw l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tagħhom. Id-dritt li tuża servizz ta’ kontenut onlajn għandu jitqies li huwa akkwistat bi ħlas ta’ flus, kemm jekk dan il-ħlas isir direttament lill-fornitur tas-servizz jew lil parti oħra bħal fornitur li joffri pakkett li jgħaqqad servizz ta’ telekomunikazzjoni u servizz ta’ kontenut onlajn operat minn fornitur ieħor.

Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi tal-kontenut onlajn li jiġu pprovduti bi ħlas ta’ flus. Il-fornituri ta’ dawn is-servizzi huma f’pożizzjoni li jivverifikaw l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tagħhom u l-verifika għandha tevita li tibdel il-portabbiltà f’aċċess transkonfinali permanenti . Id-dritt li tuża servizz ta’ kontenut onlajn għandu jitqies li huwa akkwistat bi ħlas ta’ flus, kemm jekk dan il-ħlas isir direttament lill-fornitur tas-servizz jew lil parti oħra bħal fornitur li joffri pakkett li jgħaqqad servizz ta’ telekomunikazzjoni u servizz ta’ kontenut onlajn operat minn fornitur ieħor.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 11

Proposta għal Regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Is-servizzi tal-kontentut onlajn li jiġu pprovduti mingħajr ħlas ta’ flus huma inklużi wkoll fil-kamp tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sal-limitu li l-fornituri jivverifikaw l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tagħhom. Is-servizzi tal-kontenut onlajn li jiġu pprovduti mingħajr ħlas ta’ flus u li l-fornituri tagħhom ma jivverifikawx l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tagħhom għandhom ikunu barra l-kamp tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament peress li l-inklużjoni tagħhom tinvolvi bidla kbira fil-mod kif jitwasslu dawn is-servizzi u jinvolvu spejjeż sproporzjonati. F’dak li jirrigwarda l-verifika tal-Istat Membru tar-residenza talabbonat, l-informazzjoni bħal ħlas ta’ miżata ta’ liċenzja għal servizzi oħra pprovduti fl-Istat Membru tar-residenza, l-eżistenza ta’ kuntratt għall-konnessjoni tal-Internet jew tat-telefon, l-indirizz tal-IP jew mezzi tal-awtentikazzjoni oħra għandom jiġu invokati, jekk jippermettu lill-fornitur ikollu indikaturi rigward l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tiegħu.

Is-servizzi tal-kontentut onlajn li jiġu pprovduti mingħajr ħlas ta’ flus huma inklużi wkoll fil-kamp tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sal-limitu li l-fornituri jivverifikaw l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tagħhom. Is-servizzi tal-kontenut onlajn li jiġu pprovduti mingħajr ħlas ta’ flus u li l-fornituri tagħhom ma jivverifikawx l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tagħhom għandhom ikunu barra l-kamp tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament peress li l-inklużjoni tagħhom tinvolvi bidla kbira fil-mod kif jitwasslu dawn is-servizzi u jinvolvu spejjeż sproporzjonati. F’dak li jirrigwarda l-verifika tal-Istat Membru tar-residenza talabbonat, l-informazzjoni bħal ħlas ta’ miżata ta’ liċenzja għal servizzi oħra pprovduti fl-Istat Membru tar-residenza, l-eżistenza ta’ kuntratt għall-konnessjoni tal-Internet jew tat-telefon, l-indirizz tal-IP jew mezzi tal-awtentikazzjoni oħra għandom jiġu invokati, jekk jippermettu lill-fornitur ikollu indikaturi rigward l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tiegħu u biex jiġu evitati abbużi fid-drittijiet ta’ portabbiltà .

Raġuni

Evidenti.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

Il-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti preliminari

1.

jilqa’ l-miżuri għas-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi maħsuba biex iħaffu l-iżvilupp dinamiku u sostenibbli tas-setturi ekonomiċi kollha u biex joħolqu impjiegi ġodda, kif ukoll biex jiżguraw l-aġġornament tar-regolamenti dwar id-drittijiet tal-awtur b’kont meħud tar-rivoluzzjoni diġitali u tal-bidla fl-imġiba tal-konsumaturi iżda jiddispjaċih li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament propost huwa limitat għal servizzi tal-kontenut onlajn u ma jindirizzax tipi oħra ta’ drittijiet tal-awtur fis-suq uniku diġitali;

2.

jenfasizza r-rwol kruċjali u l-potenzjal tal-awtoritajiet lokali u reġjonali b’rabta mal-armonizzazzjoni tar-regolamenti dwar id-drittijiet tal-awtur li għandhom ikunu kkunsidrati fl-atti leġislattivi futuri kollha li għandhom l-għan li jissupplementaw is-suq uniku diġitali;

3.

jinnota li l-Kummissjoni tippreżenta argumenti kompletament konvinċenti dwar il-valur miżjud tal-leġiżlazzjoni f’dan il-qasam fil-livell tal-Unjoni Ewropea u għalhekk hija konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà. L-istess japplika għall-argumenti mressqa li jirrigwardaw l-proporzjonalità;

4.

jinnota r-rwol importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qasam tas-servizzi diġitali għaċ-ċittadini, tal-ħolqien u l-ġestjoni tal-infrastruttura diġitali, spiss f’kuntest ta’ kooperazzjoni transkonfinali jew interreġjonali, li jeħtieġu azzjoni immedjata biex jinbidel b’mod bilanċjat it-tfixkil eventwali tal-attività onlajn, inklużi d-differenzi bejn l-Istati Membri fil-leġislazzjoni dwar il-kuntratti u dwar id-drittijiet tal-awtur;

5.

jinnota l-importanza tal-aċċessibbiltà tal-istituzzjonijiet pubbliċi għall-individwi u l-intrapriżi permezz ta’ mezzi elettroniċi, irrispettivament mill-post fiżiku fejn jinsabu fiżikament, u għalhekk jenfasizza l-appoġġ tiegħu għall-iżvilupp tas-servizzi pubbliċi transkonfinali, speċjalment dawk li jkopru l-aspetti tal-interoperabbiltà u l-identifikazzjoni elettronika, il-firem elettroniċi, is-servizz elettroniku tad-dokumenti u komponenti fundamentali oħra tal-gvern elettroniku;

6.

jenfasizza li n-natura miftuħa tal-Internet tirrappreżenta mutur ewlieni għall-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u l-innovazzjoni u wasslet għal livelli ta’ żvilupp eċċezzjonali f’dak li jirrigwarda l-applikazzjonijiet, il-kontenuti u s-servizzi onlajn, u b’hekk tipproduċi espansjoni straordinarja tal-offerta u tad-domanda għal kontenuti u servizzi; barra minn hekk, din il-karatteristika tal-Internet ħolqot aċċellerazzjoni fundamentali fil-moviment liberu ta’ għarfien, ideat u informazzjoni, anki fil-pajjiżi fejn l-aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni indipendenti huwa limitat (1);

7.

jinnota li s-servizzi pubbliċi u l-ekonomija diġitali huma importanti għat-tkabbir Ewropew kif ukoll għat-tkabbir lokali u reġjonali. Fl-istess waqt, il-bliet u r-reġjuni għandhom rwol fundamentali x’jaqdu fil-ħolqien ta’ bażijiet ta’ data ta’ informazzjoni pubblika, fil-provvista ta’ data rigward sigurtà, fl-iżvilupp tal-kompetenzi diġitali meħtieġa, fil-garanzija u l-faċilitazzjoni tal-finanzjament tan-netwerks tal-broadband u fil-ħolqien tal-ambjent ġust għall-iskambju transreġjonali u transkonfinali tas-servizzi onlajn, li kollha huma aspetti li jistgħu jkunu ta’ għajnuna konsiderevoli għall-ħolqien ta’ servizzi ta’ livell għoli u għal armonizzazzjoni bilanċjata tar-regolamenti dwar id-drittijiet tal-awtur;

8.

ifakkar li diġà enfasizza l-kontribut li l-livell lokali u reġjonali jista’ jkollu f’kull fażi tal-ġbir ta’ data u tal-provvista ta’ servizzi liċ-ċittadini u lill-kumpaniji (2). Dan jista’ jkun innutat ukoll fil-prattika: fl-Ewropa jeżistu ħafna eżempji tal-potenzjal tal-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni, l-awtoritajiet nazzjonali u ċ-ċentri ta’ riċerka fil-qasam tal-innovazzjoni u tal-interoperabbiltà tas-settur pubbliku.

Id-drittijiet tal-awtur fis-suq diġitali

9.

jaqbel mal-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tasal, permezz tal-modernizzazzjoni tar-regolamenti, għal disponibbiltà wiesgħa ta’ kontenuti kreattivi fl-Unjoni kollha, li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni lid-detenturi tad-drittijiet u li żżomm bilanċ tajjeb mal-għanijiet l-oħrajn ta’ interess pubbliku (bħal edukazzjoni, riċerka u innovazzjoni jew aċċess ugwali għall-persuni b’diżabilità) (3) fil-qasam diġitali;

10.

jiddispjaċih li l-Kummissjoni Ewropea ma tqisx lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fost dawk l-aktar responsabbli għall-politika kulturali fl-UE, u li tittraskura l-kompetenzi tagħhom, ir-responsabbiltajiet diretti ta’ ġestjoni tal-wirt kulturali, kif ukoll ir-rwol kruċjali tagħhom fil-politiki ta’ appoġġ għall-industriji kreattivi, inklużi dawk imnedija mill-UE b’“Ewropa kreattiva” u bil-programm “Orizzont 2020”.

Niżguraw aċċess aktar wiesa’ għall-kontenuti fl-UE kollha

11.

jaqbel mal-ħtieġa li l-UE tieħu azzjoni, permezz ta’ approċċ gradwali, sabiex tneħħi t-tfixkil kontra l-aċċess transkonfinali għall-kontenuti u għall-moviment tax-xogħlijiet iżda, fl-istess waqt, jirrakkomanda sabiex il-funzjonament tas-suq uniku li jirriżulta jippermetti verament lill-awturi u lill-industriji kulturali li jwessgħu l-pubbliku tagħhom u l-attività ekonomika tagħhom, u jsaħħu l-kompetittività globali tal-industriji kreattivi tal-Ewropa (fl-aċċess għas-swieq internazzjonali iżda anki billi jgħinhom jilqgħu għall-kompetizzjoni internazzjonali);

12.

jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal regolament dwar il-“portabbiltà” tas-servizzi ta’ kontenut onlajn, sabiex l-utenti li jkunu xtraw kontenut onlajn jew abbonaw fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom ikunu jistgħu jkollhom aċċess għalih anki meta jkunu fi Stat Membru ieħor għal żmien qasir;

13.

jinnota li l-kunċett ta’ “temporanjetà” m’għandux iwassal għal abbużi, li jirriskjaw idawru l-portabbiltà tad-drittijiet transkonfinali f’disponibbiltà permanenti ta’ kontenut protett fil-livell tal-UE. Dawn huwa għaliex il-fornituri tas-servizzi għandhom jivverifikaw l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tagħhom;

14.

jappoġġja l-impenn tal-Kummissjoni li tiffaċċja u tneħħi t-tfixkil mhux ġustifikat tal-ġeoblukkar iżda mingħajr ma wassal għall-eliminazzjoni tal-prinċipju territorjali li jagħmel ħsara lid-diversità kulturali nazzjonali, reġjonali u lokali Ewropea (4). F’dan ir-rigward, il-waqfien tal-ġeoblukkar waqt l-ivvjaġġar għandu jinftiehem bħala estensjoni tal-kunċett tat-territorjalità, u mhux bħala l-ewwel pass biex jitneħħa aktar tard;

15.

jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipprova ttejjeb id-distribuzzjoni transkonfinali tal-programmi tat-televiżjoni u dawk tar-radju onlajn fid-dawl tar-riżultati tal-eżami mill-ġdid tad-Direttiva dwar it-trażmissjoni permezz tas-satellita u bil-kejbil (5), u li b’hekk tirrikonoxxi r-rwol ewlieni li t-televiżjoni u r-radju għandhom favur l-industrija kreattiva u tiffaċilita, fejn possibbli, trattament uniformi tal-kanali ta’ distribuzzjoni onlajn u offlajn għall-finijiet tad-drittijiet tal-awtur u dawk relatati;

16.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li trid tiffaċilita ftehim dwar liċenzji li jagħtu l-aċċess transkonfinali għall-kontenut. B’hekk tiġi żgurata minn naħa l-flessibbiltà meħtieġa għall-konsumaturi, u min-naħa l-oħra, iċ-ċertezza li dawk li jiikkreaw u l-partijiet interessati jitħallsu bil-mod ġust u trasparenti li tista’ u għandha tipprovdi d-dinja diġitali;

17.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ċċarati aktar il-parametri li fihom għandha topera d-diġitalizzazzjoni tax-xogħlijiet mhux għal kummerċ u d-disponibbiltà fl-UE kollha. Huwa mitlub, b’mod partikolari, li jiġu kkunsidrati wħud mis-soluzzjonijiet kondiviżi bejn l-awturi, il-pubblikaturi u l-kumpaniji tal-amministrazzjoni kollettiva fil-Memorandum of Understanding Key Principles on the Digitisation and Making Available of Out-of-Commerce Works  (6): pereżempju, l-applikabbiltà ta’ remunerazzjoni għad-detenturi tad-drittijiet li tħares ir-rwol kulturali u istituzzjonali tagħhom;

18.

jitlob l-involviment meħtieġ u kostanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-programm “Ewropa kreattiva” u tal-istrumenti politiċi l-oħrajn li l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tuża sabiex tappoġġja l-midja awdjoviżiva Ewropea waqt li tesplora mudelli ġodda ta’ finanzjament, produzzjoni u distribuzzjoni (7).

Nadattaw l-eċċezzjonijiet għall-ambjent diġitali u għal dak transkonfinali

19.

iqis korrett li jiġi indirizzat is-suġġett tal-eċċezzjonijiet u tal-limitazzjonijiet, sakemm kwalunkwe reviżjoni tad-Direttiva 2001/29/KE tkun limitata għal każijiet speċjali li ma jmorrux kontra l-użu normali. F’dal-kuntest huwa importanti li jkun hemm eqwilibriju xieraq bejn l-interessi tad-detentur tad-drittijiet u dawk tal-konsumatur;

20.

huwa tal-fehma li l-eċċezzjonijiet għandhom ikunu applikati b’mod raġonevoli u ġustifikat f’oqsma ta’ interess pubbliku kbir: i) fil-każ tal-edukazzjoni, pereżempju, l-għalliema għandhom jitħallew jużaw l-istess materjal edukattiv kemm fuq karta stampata kif ukoll b’mod diġitali; ii) fil-każ tal-aċċessibbiltà għall-kontenut għal persuni bi problemi tal-vista, għandha tissaħħaħ ir-ratifika tat-Trattat ta’ Marrakexx (8) fl-Istati Membri;

21.

jilqa’ b’riserva l-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni rigward eċċezzjonijiet oħrajn li għandhom ikunu ppreżentati fl-2016, u b’mod partikolari jipproponi evalwazzjoni mill-ġdid ta’ dawn li ġejjin: i) tiftix fit-testi u fid-data (text-and-data mining - TDM): minkejja l-benefiċċju ċert li minnu jgawdu l-universitajiet u l-istituti tar-riċerka lokali u nazzjonali, għad fadal dubji dwar id-definizzjoni ta’ liema data għandu jsir tiftix fuqha, x’inhuma l-konsegwenzi jekk id-data eżaminata tintuża ħażin, x’riskji hemm f’termini ta’ integrità u privatezza; ii) konsultazzjoni mill-bogħod: għalkemm jeħtieġ li jiġu adattati l-infrastrutturi diġitali tal-libreriji, tal-universitajiet, eċċ., jekk wieħed jipprovdi materjal protett f’format elettroniku hemm ir-riskju li tinħoloq kompetizzjoni diretta mal-mezzi kummerċjali rispettivi. Għaldaqstant qed ikun issuġġerit, pereżempju, biex jitnaqqsu l-effetti negattivi ta’ operazzjoni bħal din, li tiddaħħal xi forma ta’ kumpens għad-detenturi tad-drittijiet li jipproteġi l-valur kulturali tax-xogħlijiet;

22.

jikkondividi l-intervent fil-livell tal-UE għal distribuzzjoni aktar effiċjenti tat-tariffi fost id-detenturi tad-drittijiet bil-għan speċifiku li tingħeleb id-diversità attwali fil-metodi ta’ impożizzjoni tat-tariffi u jingħata appoġġ lil soluzzjonijiet teknoloġiċi li, b’mod trasparenti, jgħinu fit-tqassim tad-dħul miġbur lid-detenturi tad-drittijiet rispettivi (9).

Niżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq għad-drittijiet tal-awtur

23.

jaqsam it-tħassib dejjem jikber dwar il-kapaċità tar-regoli attwali tal-UE dwar id-dritt tal-awtur li jiżguraw tqassim ugwali tal-valur iġġenerat minn xi wħud mill-forom ġodda ta’ distribuzzjoni tal-kontenuti, l-aktar meta d-detenturi tad-drittijiet ma jkunux jistgħu jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-konċessjoni tal-liċenzji u lanqas ma jkunu jistgħu jinnegozjaw b’mod ġust mal-utenti potenzjali l-aktar minħabba l-iżbilanċ tal-poter tas-suq relatat tal-partijiet interessati. Għaldaqstant jixtieq li, fejn in-negozjar bejn il-partijiet ma jkunx possibbli, ikun hemm intervent leġislattiv fil-livell tal-UE bil-għan li joħloq ambjent favorevoli għall-partijiet interessati kollha, billi jippermetti pereżempju aktar garanziji kuntrattwali li jipproteġu lill-awturi u dispożizzjonijiet favur it-trasparenza;

24.

jemmen li hemm bżonn kjarifika dwar ir-rwol li għandhom il-pjattaformi onlajn li jużaw kontenuti protetti bħala parti essenzjali mill-mudell ekonomiku tagħhom (10);

25.

jirrikonoxxi wkoll il-ħtieġa li jissaħħaħ il-wirt kulturali li għandhom ix-xogħlijiet u r-rwol essenzjali tal-awturi tagħhom, li mingħajrhom il-pjattaformi onlajn ma jkollhomx materjal fuq xiex jibbażaw in-negozju tagħhom;

26.

għaldaqstant huwa favur negozjati li jissalvagwardjaw il-bilanċ ġust bejn l-interessi leġittimi tal-awturi, il-konsumaturi u l-intermedjarji;

27.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra wkoll il-kompetenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tiftix għal soluzzjonijiet li jsaħħu ċ-ċertezza ġuridika, it-trasparenza u l-bilanċ fis-sistema li tirregola r-remunerazzjoni tal-awturi jew tal-artisti fl-UE.

Inwaqqfu sistema effiċjenti u bilanċjata li tiżgura li d-drittijiet jiġu rrispettati

28.

jappoġġja l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea li i) tasal għal qafas ġuridiku aqwa sabiex tiżgura li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jiġu rrispettati, inkluż id-dritt tal-awtur u drittijiet relatati, billi jsaħħaħ l-applikazzjoni ta’ miżuri provviżorji u ta’ prekawzjoni, ii) tippromovi kodiċijiet ta’ mġiba fil-livell tal-UE, iii) taġixxi fuq il-mekkaniżmi ta’ “notifika u azzjoni” u fuq il-prinċipju tat-“tneħħija permanenti” fil-valutazzjoni globali fuq il-pjattaformi kummerċjali (11);

29.

jipproponi wkoll li jiddaħħlu miżuri mmirati sabiex, fejn ikun possibbli, jikkonvertu t-talbiet għat-tneħħija f’monetizzazzjoni tal-istess użu, sabiex jinħoloq inċentiv għad-detenturi tad-drittijiet li jaċċettaw dawk il-każijiet li ma jkunux daqstant ta’ ħsara għan-natura tax-xogħlijiet inkwistjoni.

Nippromovu viżjoni fit-tul

30.

jappoġġja d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li d-dritt tal-awtur ser jibqa’ importanti għall-ekonomija, is-soċjetà u l-kultura fit-tul;

31.

jaqbel li teħtieġ tweġiba tal-UE għall-ħtiġijiet ta’ aktar konverġenza bejn is-sistemi nazzjonali tal-awtur fid-dawl tat-tqarrib tas-swieq tal-kontenuti u tal-iżvilupp fl-imġiba tal-utenti, b’riżultat tal-progress teknoloġiku mgħaġġel;

32.

isostni li, anki fit-tul, huwa mixtieq allinjament tal-qafas regolatorju tal-kumpens ta’ awturi u artisti.

Nimmassimizzaw il-potenzjal tal-kummerċ elettroniku

33.

jilqa’ l-komunikazzjoni dwar il-“Kuntratti diġitali għall-Ewropa - L-isfruttar tal-potenzjal tal-kummerċ elettroniku” (12) peress li għandha l-għan li tiżgura wieħed mit-tliet għanijiet ewlenin tas-Suq Uniku diġitali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jappoġġjaw l-inizjattiva għall-promozzjoni ta’ aċċess aqwa għall-konsumaturi u l-kumpaniji għal oġġetti u servizzi onlajn fl-Ewropa u jixtiequ integrazzjoni effettiva fost l-inizjattivi kollha promossi, inkluża dik tal-modernizzazzjoni tar-regolamenti tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur.

Brussell, it-8 ta’ April 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  CdR 5960/2013.

(2)  COR 2646/2015.

(3)  F’konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, li l-UE tagħmel parti minnha.

(4)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 2.

(5)  Direttiva dwar ix-xandir bis-satellita u ritrażmissjoni bil-cable (93/83/KEE).

(6)  http://ec.europa.eu/internal_market/copyright/docs/copyright-infso/20110920-mou_en.pdf.

(7)  COR 1690/2015.

(8)  It-Trattat ta’ Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal xogħlijiet pubblikati għal persuni għomja, li għandhom diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat, iffirmat f’isem l-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ April 2014.

(9)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 2.

(10)  Direttiva 2000/31/KE.

(11)  https://ec.europa.eu/eusurvey/runner/Platforms.

(12)  COM(2015) 633 final.