ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 234

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
28 ta' Ġunju 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

 

IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2014–2015
Dati tas-seduti: 15-18 ta’ Settembru 2014
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 184, 4.6.2015 .
TESTI ADOTTATI

1


 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

Il-Ħamis 18 ta’ Settembru 2014

2016/C 234/01

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2014 dwar il-persekuzzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-Azerbajġan (2014/2832(RSP))

2

2016/C 234/02

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2014 dwar il-Burundi, b'mod partikolari l-każ ta' Pierre Claver Mbonimpa (2014/2833(RSP))

7

2016/C 234/03

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2014 dwar ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bangladexx (2014/2834(RSP))

10

2016/C 234/04

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina u s-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja (2014/2841(RSP))

14

2016/C 234/05

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2014 dwar ir-risposta tal-UE għat-tfaqqigħ tal-Ebola (2014/2842(RSP))

21

2016/C 234/06

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Iraq u fis-Sirja u l-offensiva IS, inkluża l-persekuzzjoni tal-minoranzi (2014/2843(RSP))

25

2016/C 234/07

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fil-Libja (2014/2844(RSP))

30

2016/C 234/08

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2014 dwar l-Iżrael u l-Palestina wara l-gwerra ta' Gaża u r-rwol tal-UE (2014/2845(RSP))

35


 

III   Atti preparatorji

 

IL-PARLAMENT EWROPEW

 

It-Tlieta 16 ta’ Settembru 2014

2016/C 234/09

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2014 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, għajr għad-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-parti l-oħra (13613/2013 – C8-0105/2014 – 2013/0151A(NLE))

38

2016/C 234/10

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-parti l-oħra (14011/2013 – C8-0106/2014 – 2013/0151B(NLE))

39

 

L-Erbgħa 17 ta’ Settembru 2014

2016/C 234/11

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/000 TA 2014 - Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) (COM(2014)0366 – C8-0031/2014 – 2014/2041(BUD))

40

2016/C 234/12

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Talba EGF/2014/001 EL/Nutriart mill-Greċja) (COM(2014)0376 – C8-0032/2014 – 2014/2042(BUD))

44

2016/C 234/13

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2012/010 RO/Mechel mir-Rumanija) (COM(2014)0255 – C8-0088/2014 – 2014/2043(BUD))

47

2016/C 234/14

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni EGF/2014/003 ES/Aragón ikel u xorb minn Spanja) (COM(2014)0456 – C8-0099/2014 – 2014/2054(BUD))

51

2016/C 234/15

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/002 NL/Gelderland-Overijssel kostruzzjoni mill-Pajjiżi l-Baxxi) (COM(2014)0455 – C8-0100/2014 – 2014/2055(BUD))

54

2016/C 234/16

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/010 ES/Castilla y León minn Spanja) (COM(2014)0478 – C8-0115/2014 – 2014/2062(BUD))

57


Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

***

Proċedura ta' approvazzjoni

***I

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari

***II

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari

***III

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att)

Emendi tal-Parlament:

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

MT

 


28.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/1


IL-PARLAMENT EWROPEW

SESSJONI 2014–2015

Dati tas-seduti: 15-18 ta’ Settembru 2014

Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 184, 4.6.2015 .

TESTI ADOTTATI

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

Il-Ħamis 18 ta’ Settembru 2014

28.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/2


P8_TA(2014)0022

Persekuzzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-Azerbajġan

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2014 dwar il-persekuzzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-Azerbajġan (2014/2832(RSP))

(2016/C 234/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fl-Ażerbajġan, b'mod partikolari dawk tat-18 ta' April 2012 li jinkludu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE dwar in-negozjati dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Azerbajġan (1) u tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar il-każ ta' Ilgar Mammadov (2),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-15 ta' Mejju 2012 mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titlu “Inwettqu politika ġdida Ewropea tal-Viċinat” (JOIN(2012)0014),

wara li kkunsidra r-rapport 2013 tal-Kummissjoni dwar il-progress magħmul mill-Azerbajġan fl-ambitu tal-PEVtas-27 ta' Marzu 2014 (SWD(2014)0070),

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni UE-Azerbajġan dwar il-PEV,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-2 ta' Awwissu 2014 tal-kelliema tal-Viċi President/tar-Rappreżentant Għoli (VP/RGħ) u tal-Kummissarju għat-Tkabbir u l-Politika Ewropea tal-Viċinat, Stefan Fule, dwar l-arrest ta' Leyla Yunus,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-6 ta' Awwissu 2014 tal-kelliem tal-VP/RGħ dwar l-arrest ta' Rasul Jafarov,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-UE tal-14 ta' Awwissu 2014 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tas-soċjetà ċivili fl-Azerbajġan,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni magħmula fit-8 ta' Settembru 2014 f'Baku mill-Kummissarju Fule dwar ir-rwol kruċjali li żvolġiet is-soċjetà ċivili fis-Sħubija tal-Lvant u l-aħbar ta' programm ġdid ta' appoġġ mill-UE għas-soċjetà ċivili fl-Azerbajġan, li jipprevedi l-għotja ta' EUR 3 miljun fl-2014-2015,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-1 ta' Awwissu 2014 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, Thorbjørn Jagland, dwar l-arrest ta' Leyla Yunus, id-direttur tal-Istitut għall-Paċi u d-Demokrazija fl-Azerbajġan,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Baku adottata mill-Assemblea Parlamentari tal-OSKE waqt is-sessjoni annwali tagħha bejn it-28 ta' Ġunju u t-2 ta' Lulju 2014, li tesprimi tħassib dwar l-użu ħażin ta' proċeduri amministrattivi u leġiżlazzjoni biex jinżammu, jintefgħu l-ħabs, jiġu intimidati jew b'xi mod imsikkta d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-kritiċi f'diversi Stati parteċipanti tal-OSKE,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-KE u l-Azerbajġan, li daħal fis-seħħ fl-1999, kif ukoll in-negozjati li għaddejjin bħalissa bejn iż-żewġ partijiet għal ftehim ġdid li għandu jieħu post dak eżistenti,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-klima ġenerali tad-drittijiet tal-bniedem fl-Azerbajġan ilha sejra lura għal dawn l-aħħar ftit snin, u fl-aħħar xhur eskalat bil-kbir b'repressjoni, pressjoni u intimidazzjoni mill-gvern fil-konfront tal-NGOs, attivisti tas-soċjetà ċivili, ġurnalisti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

B.

billi mill-aħħar ta' Lulju 'l hawn il-gvern poġġa fil-mira xi wħud mill-aktar difensuri prominenti tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, u tefagħhom il-ħabs apparentement fuq akkużi motivati politikament, b'referenza partikolari għall-każijiet ta' Leyla Yunus, id-direttur ċelebri tal-Istitut għall-Paċi u d-Demokrazija, u żewġha, l-istoriku Arif Yunus, u Rasul Jafarov, il-president tal-Klabb tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Azerbajġan;

C.

billi l-president tas-Soċjetà tal-Edukazzjoni Ġuridika tal-Azerbajġan, Intigam Aliyev, avukat tad-drittijiet tal-bniedem li ddefenda aktar minn 200 kawża quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-oqsma tal-ksur tal-libertà tal-kelma, id-dritt għal proċess ġust u d-dritt elettorali fl-Azerbajġan, ġie arrestat fit-8 ta' Awwissu 2014 u soġġett għal arrest ta' tliet xhur fuq akkużi kriminali, inċident li jikkonferma t-tendenza ġenerali li d-difensuri prominenti tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż jiġu msikkta u proċessati;

D.

billi ġie rapportat li Leyla Yunus ġiet soġġetta għal atti ta' vjolenza fil-ħabs, imwettqa minn priġuniera fl-istess ċella, u li ma ttieħdu l-ebda miżuri biex tiġi kkastigata din il-priġuniera jew biex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-Sa Yunus; billi għalkemm fil-ħabs saħħet is-Sa Yunus marret lura, ma ngħatatilhiex kura medika xierqa;

E.

billi fis-26 ta' Mejju 2014 Anara Mammadli, president tal-Election Monitoring and Democracy Studies Centre (EMDS), u Bashir Suleymanli, direttur tal-istess ċentru, ingħataw sentenzi ta' ħabs ta' 5 snin u 6 xhur, u ta' 3 snin u 6 xhur, rispettivament, fuq akkużi li jvarjaw minn evażjoni tat-taxxa għal intraprenditorija illegali;

F.

billi fl-istess waqt, 8 attivisti tal-moviment taż-żgħażagħ mhux governattiv NIDA ġew ikkundannati fuq akkużi ta' vandaliżmu, pussess tad-droga u pussess ta' splussiv, kif ukoll il-ħsieb li jikkawżaw diżordni pubbliku u, barra minn hekk, l-attivisti tal-midja soċjali Omar Mammadov, Abdul Abilov u Elsever Murselli ġew ikkundannati għal bejn 5 snin u 5 snin u nofs ħabs fuq akkużi ta' pussess ta' droga, u ħadd minnhom ma kellu aċċess għal avukat tal-għażla tagħhom filwaqt li lkoll ilmentaw minn trattament ħażin fil-kustodja tal-puliżija;

G.

billi ħafna ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u attivisti oħrajn qed jiffaċċjaw akkużi fil-qorti miġjuba kontrihom fl-Azerbajġan, inkluż Hasan Huseynli, kap tal-Intelligent Citizen Enlightenment Centre Public Union, li ngħata sentenza ta' 6 snin ħabs fl-14 ta' Lulju 2014, u Rauf Mirkadirov, ġurnalist investigattiv ma' “Zerkalo”, il-ġurnal ewlieni bil-lingwa Russa, li jinsab miżmum fuq arrest preventiv fuq akkużi ta' tradiment; billi fit-8 ta' Awwisu 2014 il-pulizija għamlet rejd fl-uffiċċji tal-Institute for Reporters' Freedom and Safety (IRFS), NGO ewlenija tad-drittijiet tal-midja fil-pajjiż, immexxija minn Emin Huseynov, id-difensur tad-drittijiet tal-bniedem magħruf u rikonoxxut internazzjonalment; billi figura oħra arrestata reċentement hija dik tal-ġurnalist prominenti tal-oppożizzjoni Seymur Haziyev, akkużat b'vandaliżmu kriminali u miżmum f'arrest preventiv għal xahrejn;

H.

billi dawn il-każijiet isegwu għexieren oħrajn li qed jaffettwaw attivisti politiċi, difensuri tad-drittijiet, ġurnalisti, bloggers u attivisti tal-midja soċjali, li fl-aħħar sentejn sfaw mitfugħin il-ħabs mill-awtoritajiet fuq akkużi foloz simili, bħal vandaliżmu, pussess tad-droga, evażjoni tat-taxxa, u saħansitra tradiment; billi l-mewġa reċenti ta' arresti kellha effett kollaterali serju, hekk kif ġiegħlet għadd ta' attivisti magħrufin jaħarbu mill-pajjiż jew jistaħbew;

I.

billi l-ġurnal indipendenti Azerbajġani “Azadliq” ġie mġiegħel jissospendi l-pubblikazzjoni minħabba allegati problemi finanzjarji, wara li preċedentement kellu jiffaċċja pressjoni uffiċjali, apparentement b'rabta mar-rapportar tiegħu dwar il-korruzzjoni;

J.

billi l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) tat diversi sentenzi f'każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Azerbajġan, l-aktar waħda reċenti fit-22 ta' Mejju 2014 fil-każ ta' Ilgar Mammadov, president tal-moviment ċiviku Republican Alternative (REAL); billi minkejja s-sentenza tal-Qorti li l-arrest kien motivat politikament, l-awtoritajiet irrifjutaw li jeħilsuh;

K.

billi ilu mill-2006 li hemm projbizzjoni effettiva fuq protesti paċifiċi fiċ-ċentru ta' Baku, u reċentement ġew introdotti multi ġodda ħorox u perjodi itwal ta' detenzjoni amministrattiva għal dawk li jorganizzaw jew jipparteċipaw f'laqgħat pubbliċi mhux awtorizzati;

L.

billi l-awtoritajiet Azerbajġani injoraw l-opinjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija permezz tad-Dritt (il-Kummissjoni ta' Venezja) tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-liġijiet relatati mal-libertà ta' assoċjazzjoni, il-partiti politiċi u l-protezzjoni mid-diffamazzjoni; billi, barra minn hekk, ftit taw każ il-konklużjonijiet tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa wara ż-żjarat tiegħu fil-pajjiż;

M.

billi fi Frar 2014 il-President Aliyev iffirma emendi ulterjuri għal-Liġi tal-NGOs, li issa tagħti lill-awtoritajiet poteri addizzjonali għas-sospensjoni temporanja jew il-projbizzjoni permanenti ta' NGOs nazzjonali jew barranin fl-Azerbajġan, u tintroduċi reati ġodda li jġorru kundanna ta' multi, li issa żdiedu għal AZN 2 500 – 3 000 (madwar EUR 2 600 – 3 100) għall-NGOs u AZN 1 000 – 2 000 (madwar EUR 1 000 – 2 000) għad-diretturi ta' NGOs nazzjonali u barranin;

N.

billi l-kont tal-bank tal-union pubblika Oil Workers’ Rights Protection Organisation, ibbażata f'Baku, u dak tal-mexxejja tagħha, Gahramanova Mirvari Uzeyir, ġew iffriżati wara deċiżjoni tal-Qorti Distrettwali Baku City Nasimi fit-8 ta' Lulju 2014;

O.

billi l-Azerbajġan huwa membru tal-Kunsill tal-Ewropa u firmatarju tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

P.

billi fl-14 ta' Mejju 2014 l-Azerbajġan assuma l-presidenza tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa;

1.

Jenfasizza li r-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi, il-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt jinsab fil-qofol tal-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan is-SL, u tal-impenji magħmula mill-Azerbajġan fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa u l-OSKE;

2.

Jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-arrest u ż-żamma ta' Leyla Yunus, Arif Yunus, Rasul Jafarov, Intigam Aliyev u Hasan Huseyni, u jesiġi l-ħelsien immedjat u inkondizzjonat tagħhom kif ukoll l-irtirar tal-akkużi kollha miġjuba kontrihom; jitlob investigazzjoni immedjata u fil-fond rigward l-attakk fuq Ilqar Nasibov, u jappella biex dawk responsabbli jinġiebu quddiem il-ġustizzja;

3.

Jistieden lill-awtoritajiet fl-Azerbajġan biex jiggarantixxu l-integrità fiżika u psikoloġika ta' Leyla Yunus, Arif Yunusov u d-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem fl-Azerbajġan, u jiżguraw li jingħataw kura medika xierqa, bħal mediċini u kura fi sptar;

4.

Itenni l-appell tiegħu lill-gvern Azerbajġani biex jieħu passi konkreti biex, bi prijorità urġenti, itejjeb is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, inkluż billi jinħelsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet il-priġunieri politiċi kollha u billi jieqfu l-arresti motivati politikament;

5.

Jistieden lill-awtoritajiet Azerbajġani jieqfu jagħtu fastidju u jintimidaw lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, lill-politiċi tal-oppożizzjoni u lill-ġurnalisti indipendenti, u jżommu lura milli jxekklu jew jindaħlu fil-ħidma imprezzabbli tagħhom għall-iżvilupp tad-demokrazija fl-Azerbajġan; jistedinhom ukoll jiżguraw li l-persuni kollha arrestati, inklużi l-ġurnalisti u l-attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili, igawdu d-drittijiet sħaħ tagħhom għal proċess ġust, b'mod partikolari l-aċċess għal avukat tal-għażla tagħhom, l-aċċess għall-familji tagħhom, u r-regoli l-oħrajn ta' proċess ġust;

6.

Jiddeplora l-azzjonijiet meħuda mill-Gvern Azerbajġani biex jinqatgħu l-kuntatti bejn is-soċjetà ċivili, l-attivisti żgħażagħ u l-intellettwali mill-Armenja u l-Azerbajġan, peress li dawn il-kuntatti huma ta' importanza kbira biex tissewwa l-mibegħda storika bejn iż-żewġ pajjiżi; f'dan ir-rigward, ifakkar fil-ħidma importanti li saret f'dan il-qasam minn Leyla Yunus u żewġha Arif;

7.

Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Azerbajġan jistieden u jikkoopera bis-sħiħ mal-Kummissarju u l-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa u mal-proċeduri speċjali tan-NU, fir-rigward tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda paċifika u l-libertà ta' espressjoni u l-arrest arbitrarju, bil-għan li jemenda l-leġiżlazzjoni tal-pajjiż u jadatta l-prattiki tiegħu skont il-konklużjonijiet tal-esperti;

8.

Jistieden lill-awtoritajiet Azerbajġani biex iwettqu, mingħajr aktar dewmien, ir-riformi fid-drittijiet tal-bniedem li ilhom biex isiru, inkluż il-ħafna impenji li ħa l-Azerbajġan meta ssieħeb fil-Kunsill tal-Ewropa u li għadhom pendenti, u jirrispettaw is-sentenzi kontra l-Azerbajġan li ngħataw mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;

9.

Jistieden lill-awtoritajiet Azerbajġani jneħħu l-projbizzjoni fuq il-laqgħat pubbliċi fiċ-ċentru ta' Baku u jieqfu jimmultaw dimostranti paċifiċi jew iżommuhom f'arrest amministrattiv;

10.

Jafferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu li l-appoġġ tal-UE lir-Repubblika tal-Azerbajġan u l-kooperazzjoni magħha, inklużi n-negozjati li għaddejjin dwar Sħubija Strateġika għall-Modernizzazzjoni, għandhom ikunu marbutin ma' klawżoli relatati mal-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, speċjalment fir-rigward tal-libertà tal-midja, inklużi garanziji ta' libertà fuq l-internet u ta' aċċess mingħajr ċensura għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni, il-libertà ta' espressjoni, il-libertà ta' assoċjazzjoni u l-libertà ta' għaqda;

11.

Jenfasizza li l-kunsens tiegħu għall-iffirmar ta' ftehim ta' sħubija mal-Azerbajġan se jingħata bil-kundizzjoni li jiġu riflessi b'mod sodisfaċenti r-rekwiżiti msemmija hawn fuq, li jinħelsu d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, li tiġi rtirata l-leġiżlazzjoni li ċċekken l-operat tas-soċjetà ċivili indipendenti, u li tieqaf ir-repressjoni u l-intimidazzjoni fil-konfront tal-NGOs, tal-midja indipendenti, tal-forzi tal-oppożizzjoni, tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-attivisti tad-drittijiet tal-minoranzi u tal-attivisti żgħażagħ u tan-netwerks soċjali;

12.

Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE japplikaw strettament il-prinċipju ta' “aktar għal aktar”, billi jiffukaw b'mod speċjali fuq is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (bi qbil mal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem), l-arresti arbitrarji u motivati politikament, l-indipendenza tal-ġudikatura, ir-riformi demokratiċi u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali; jappella b'mod partikolari biex tiġi eżaminata mill-ġdid il-programmazzjoni tal-ENI, biex b'hekk tinġieb fi tmiemha l-assistenza kollha li mhijiex orjentata strettament lejn id-drittijiet tal-bniedem u/jew is-soċjetà ċivili;

13.

Jiddeplora l-fatt li d-djalogu tad-drittijiet tal-bniedem UE-Azerbajġan ma għamel ebda progress sostanzjali fir-rigward tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż; jistieden lis-SEAE jtejjeb dan id-djalogu bil-ħsieb li jagħmlu effikaċi u orjentat lejn ir-riżultati, u jirrapporta regolarment lill-Parlament;

14.

Jistieden lill-Gvern tal-Azerbajġan jissimplifika l-proċedura attwali kumplikata u twila għar-reġistrazzjoni tal-NGOs, jintroduċi emendi leġiżlattivi sostanzjali sabiex jitħassru l-miżuri reċenti li jillimitaw il-libertà tal-NGOs li jaċċettaw donazzjonijiet mingħajr ma jkunu reġistrati uffiċjalment, u jirrispeta r-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2007)14 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati Membri dwar l-istatus ġuridiku tal-NGOs fl-Ewropa;

15.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri jħeġġu lill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (KOI) biex jistieden lill-awtoritajiet Azerbajġani jwaqqfu r-repressjoni, u jagħmilha ċara li jistennihom, bħala l-organizzaturi tal-Logħob Olimpiku Ewropew li se jsir is-sena d-dieħla, josservaw ir-rekwiżit tal-Karta Olimpika li jirrispettaw il-libertajiet tal-istampa;

16.

Jistieden lis-SEAE japplika bis-sħiħ il-linji gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u jorganizza laqgħat regolari fl-uffiċċji tad-Delegazzjoni tal-UE f'Baku ma' organizzazzjonijiet indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż billi jikkoordina dawn il-laqgħat ma' rappreżentanti mill-Istati Membri tal-UE, u juża dawk il-laqgħat biex jesprimi appoġġ pubbliku għall-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lis-SEAE jissorvelja mill-qrib il-proċessi u l-proċeduri ġudizzjarji kollha kontra d-d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u jirrapporta lill-Parlament dwar il-kwistjoni;

17.

Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu tal-24 ta' Mejju 2012 (3) u jistieden lill-Kunsill jikkunsidra l-possibilità ta' sanzjonijiet immirati fil-konfront ta' dawk responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, jekk dan jibqa' għaddej;

18.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President, il-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika tal-Azerbajġan, lis-SEAE, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill tal-Ewropa.


(1)  ĠU C 258 E, 7.9.2013, p. 36.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2013)0285.

(3)  ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 91.


28.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/7


P8_TA(2014)0023

Burundi, b'mod partikolari l-każ ta' Pierre Claver Mbonimpa

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2014 dwar il-Burundi, b'mod partikolari l-każ ta' Pierre Claver Mbonimpa (2014/2833(RSP))

(2016/C 234/02)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Burundi,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Cotonou,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tad-Delegazzjoni tal-UE fil-Burundi tal-10 ta' Settembru 2014,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-10 ta' April 2014 dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi,

wara li kkunsidra il-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni ta' Arusha,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-reġjun tal-Lagi l-Kbar tat-22 ta' Lulju 2014, b'mod partikolari tal-punt 7 tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapporti tal-Uffiċċju tan-NU fil-Burundi (BNUB),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni li saret nhar l-Erbgħa, 9 ta' Lulju 2014, mill-Assistent Segretarju Ġenerali tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem Ivan Simonovic waqt il-Burundi Configuration of Peacebuilding Fund,

wara li kkunsidra r-rapporti ta' missjoni u l-oqsma ta' prijorità għall-azzjoni (2010-2014) tal-FAO u l-UNICEF fil-Burundi, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ġuħ u n-nutrizzjoni ħażina,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi Pierre Claver Mbonimpa, difensur ewlieni tad-drittijiet tal-bniedem u President tal-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijet tal-Bniedem u Persuni Detenuti (Association pour la protection des droits humains et des personnes détenues, APRODH), għal darb'oħra ġie arrestat fil-15 ta' Mejju 2014 u aktar tard akkużat li “hedded is-sigurtà esterna tal-istat” u li “hedded is-sigurtà interna tal-istat billi kkawża d-diżordni pubbliku” u ilu jinżamm taħt arrest minn dakinhar li ttieħed għall-interrogazzjoni;

B.

billi permezz tal-ħidma tiegħu fid-difiża tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem matul dawn l-aħħar żewġ deċennji u aktar, is-Sur Mbonimpa kiseb diversi premjijiet internazzjonali u rikonoxximent wiesa' kemm domestikament u lil hinn;

C.

billi l-akkużi kontrih huma relatati ma' kummenti li huwa għamel fuq Radio Publique Africaine (RPA) fis-6 ta' Mejju 2014, fejn qal li s-sezzjoni taż-żgħażagħ tal-partit CNDD-FDD, magħruf ukoll bħala l-Imbonerakure, qed tiġi armata u mibgħuta lejn ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (DRC) għat-taħriġ militari, u billi dan l-istess tħassib tqajjem mill-BNUB, li enfasizza li l-militarizzazzjoni ta' dawn iż-żgħażagħ tikkostitwixxi “theddida kbira għall-paċi fil-Burundi”,

D.

billi l-arrest ta' Pierre Mbonimpa huwa rappreżentattiv tar-riskji kbar li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem qiegħdin jaffaċċaw, l-intimidazzjoni tal-attivisti u l-ġurnalisti u l-arrest arbitraju ta' membri tal-partit fl-oppożizzjoni, li skont gruppi tad-drittijiet tal-bniedem u l-Assistent Segretarju Ġenerali tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-biċċa l-kbira tagħhom twettqu mill-Imbonerakure;

E.

billi, wara avveniment paċifiku tal-partit tal-oppożizzjoni fit-8 ta' Marzu 2014, 70 persuna ġew arrestati, u aktar tard 48 minnhom ingħataw sentenza ta' ħabs, inkluż priġunerija għall-għomor;

F.

billi f'dawn l-aħħar ġimgħat il-gvern tal-Burundi pprojbixxa l-protesti u d-dimostrazzjonijiet paċifiċi b'appoġġ għal Mbonimpa u wissa lill-istazzjonijiet tar-radju biex ma jxandrux informazzjoni li tappoġġa l-affermazzjonijiet ta' Mbonimpa;

G.

billi r-rispett sħiħ għal-libertà ta' espressjoni, inkluż għall-ġurnalisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, huwa prekondizzjoni għal elezzjonijiet ħielsa u ġusti fl-2015 u biex ir-riżultati ta' din l-elezzjoni jiġu aċċettati minn kulħadd;

H.

billi reċentament l-UE allokat EUR 432 miljun lill-Burundi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp 2014-2020, biex, fost affarijiet oħra, tassisti fit-titjib tal-governanza u s-soċjetà ċivili;

I.

billi tal-anqas wieħed minn kull żewġ Burundjani u kważi żewġ terzi, jew 58 %, tat-tfal kollha taħt il-ħames snin ibatu minn nutrizzjoni ħażina kronika, u billi l-Burundi għandu l-ogħla rata ta' ġuħ fost il-120 pajjiż li fuqu ġie kkalkulat l-Indiċi tal-Ġuħ Dinji fl-2012

J.

billi l-Burundi huwa wieħed mill-ifqar ħames pajjiżi fid-dinja, b'wieħed mill-aktar PDG baxx per capita; billi ħafna Burundjani qed isiru dejjem aktar frustrati bl-ispiża dejjem tikber għall-ikel, l-ilma u l-fjuwil, il-livelli għoljin ta' korruzzjoni u n-nuqqas ta' responsabilità tal-mexxejja politiċi;

K.

billi bħalissa l-Burundi qed jaffaċċa l-agħar kriżi politika tiegħu minn meta ħareġ minn gwerra ċivili ta' 12-il sena fl-2005, u billi din għal darb'oħra qed toħloq theddida mhux biss għall-istabilità interna tal-pajjiż, iżda wkoll għal dik tal-ġirien tagħha f'reġjun tal-kontinent Afrikan li huwa diġà instabbli;

1.

Jikkundanna b'mod qawwi d-detenzjoni tad-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Pierre Claver Mbonimpa u jitlob għall-ħelsien immedjat u bla kundizzjoni tiegħu; jesprimi tħassib dwar l-istat ħażin ta' saħħtu u jitlob li jingħata assistenza medika urġenti;

2.

Jesprimi tħassib partikolari dwar is-sitwazzjoni tal-membri tal-oppożizzjoni MSD li għadhom qed jinżammu taħt arrest wara l-avvenimenti tat-8 ta' Marzu 2014; jappella lill-awtoritajiet Burundjani biex jannullaw s-sentenza u jipproċessaw mill-ġdid lil dawk li għandhom akkużi kredibbli kontrihom f'konformità mal-istandards internazzjonali, inkluż id-dritt tad-difiża u tal-proporzjonalità;

3.

Iħeġġeġ lill-Gvern Burundjan biex jieħu miżuri biex jikkontrolla s-sezzjoni taż-żgħażagħ tas-CNDD-FDD, u ma jħallix il-membri tagħha jintimidaw u jattakaw lil dawk li jqisu bħala avversarji, u jiżgura li dawk responsabbli mill-akkużi jitressqu quddiem il-qrati; jitlob għal investigazzjoni internazzjonali indipendenti dwar l-affermazzjonijiet li s-CNDD-FDD qed jarma u jħarreġ is-sezzjoni taż-żgħażagħ tiegħu; iħeġġeġ lill-mexxejja tal-partiti fl-oppożizzjoni biex iwaqqfu l-vjolenza kontra l-avversarji tagħhom;

4.

Jitlob lill-pajjiżi tar-reġjun tal-Lagi l-Kbar biex jindirizzaw l-attivitajiet illegali tal-Imbonerakure u flimkien jindirizzaw problemi bħal dawn mal-Gvern tal-Burundi. Jitlob lil dawn il-pajjiżi biex iżommu livell għoli ta' impenn fil-promozzjoni tal-paċi u l-istabilità permezz ta' mekkaniżmi reġjonali eżistenti u biex jintensifikaw l-isforzi għall-iżvilupp ekonomiku reġjonali, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali għar-rikonċiljazzjoni, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġlieda kontra l-impunità u l-istabbiliment ta' responsabilità ġudizzjarja aħjar;

5.

Ifakkar li l-Burundi huwa marbut mill-klawżola tad-drittijiet tal-bniedem tal-Ftehim ta' Cotonou, mill-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u mill-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli u għalhekk huwa obbligat li jirrispetta d-drittijiet univerali tal-bniedem, inkluż il-libertà ta' espressjoni; jappella lill-Gvern tal-Burundi bex jippermetti li jsir dibattitu politiku ġenwin u miftuħ qabel l-elezzjonijiet tal-2015 mingħajr il-biża ta' intimidazzjoni, billi ma jinterferixxix fl-amministrazzjoni interna tal-partiti fl-oppożizzjoni, billi ma jpoġġix restrizzjonijiet fuq il-kampanji għall-partiti kollha, speċjalment f'żoni rurali, u billi ma jabbużax mill-ġudikatura biex jeskludi rivali politiċi;

6.

Jesprimi tħassib qawwi dwar in-nuqqas ta' ġustizzja għall-qtil politiku massiv li sar bejn l-2010 u l-2012, wara l-elezzjonijiet tal-2010; jitlob lill-awtoritajiet Burundjani jiżguraw li l-awturi ta' dan il-qtil jitressqu quddiem il-qrati, għal proċessi ġusti, u jagħmlu kull sforz biex jipprevjenu l-vjolenza politika qabel l-elezzjonijiet tal-2015;

7.

Itenni, f'dan il-kuntest, l-importanza tar-rispett tal-Kodiċi ta' Kondotta għal kwistjonijiet elettorali (Code de bonne conduite en matière électorale) u l-pjan direzzjonali tan-NU dwar l-elezzjonijiet li kien iffirmat mill-atturi politiċi fl-2013, u jappoġġa bis-sħiħ l-attivitajiet tal-BNUB immirati biex jipprevjenu vjolenza politika ulterjuri fil-perjodu li jwassal għall-elezzjonijiet tal-2015 u li jgħinu jirrestawraw is-sigurtà fit-tul u l-paċi;

8.

Jinsab imħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali li l-popolazzjoni tal-Burundi kollha kemm hi qed taffaċċa, b'mod partikolari r-refuġjati u l-persuni spostati, li se jkomplu jiżdiedu minħabba l-poblemi ta' sigurtà fil-pajjiż u t-tensjonijiet fil-pajjiżi ġirien;

9.

Iħeġġeġ lill-partijiet kollha jżommu l-impenji li jinsabu fil-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni ta' Arusha 2000, li fl-2005 kien strumentali biex jintemm kunflitt ċivili li dam 12-il sena; iwissi kontra li tiġi emendata l-kostituzzjoni Burundjana b'tali mod li jitneħħew id-dispożizzjonijiet fundamentali dwar il-qsim tal-poter stipulati fil-ftehimiet ta' Arusha;

10.

Jitlob lir-Rappreżentant Għoli tal-UE u l-Istati Membri biex jiżguraw li l-politika tal-UE fir-rigward tal-Burundi hija waħda ċara u bbażata fuq prinċipji u li tindirizza l-vjolazzjonijiet serji u kontinwi tad-drittijiet tal-bniedem, f'konformità mal-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra t-tnedija ta' konsultazzjonijiet mal-Burundi skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou bil-ħsieb ta' sospensjoni possibbli mill-Ftehim u biex jittieħdu l-miżuri xierqa waqt li jkunu qed jitmexxew;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjonim lill-Istati Membri, lill-Gvern tal-Burundi u lill-gvernijiet tal-pajjiżi tal-Lagi l-Kbar, lill-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta u tal-Parlament Pan-Afrikan.


28.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/10


P8_TA(2014)0024

Ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bangladexx

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2014 dwar ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bangladexx (2014/2834(RSP))

(2016/C 234/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bangladexx,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni KE-Bangladexx tal-2001,

wara li kkunsidra l-Artikoli 33 u 35 tal-Kostituzzjoni tal-Bangladexx, li jistipulaw li l-ebda persuna ma għandha tiġi soġġetta għat-tortura jew kastiġ jew trattament krudili, inuman jew degradanti u li l-ebda persuna ma għandha tiġi arrestata jew miżmuma fil-kustodja mingħajr ma tiġi infurmata dwar ir-raġunijiet ta' tali arrest,

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Suprema tal-Bangladexx li stipulat miżuri ta' salvagwardja kontra arresti arbitrarji mill-pulizija taħt is-sezzjoni 54 tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali, li tesiġi wkoll li kwalunkwe inċident ta' mewt li jseħħ fil-kustodja tal-pulizija jiġi investigat minn maġistrat u li jittieħdu l-passi legali meħtieġa,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi li l-Bangladexx irratifika fl-2000,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-UE għandha relazzjonijiet tajbin u fit-tul mal-Bangladexx, anke permezz tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp;

B.

billi l-Bangladexx għamel progress sinifikanti fis-snin reċenti, partikolarment lejn il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju u fil-prestazzjoni ekonomika tiegħu;

C.

billi l-Gvern tal-Bangladexx ħabbar politika ta' “tolleranza żero” fil-konfront ta' kwalunkwe vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem mill-aġenziji ta' infurzar tal-liġi, u billi adotta Att ta' Riforma tal-Pulizija, inkluż Kodiċi ta' Kondotta, għases tal-pulizija mudell u ċentri ta' appoġġ għall-vittmi f'għases ewlenin tal-pulizija;

D.

billi l-Gvern tal-Bangladexx ħabbar li, f'kollaborazzjoni mal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, qed iwettaq programmi ta' konsultazzjoni legali u ta' taħriġ għall-aġenziji tal- infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet tal-ħabsijiet dwar salvagwardji internazzjonali kontra t-tortura;

E.

billi fis-snin reċenti l-Bangladexx ta xhieda ta' numru ta' traġedji fil-fabbriki tal-ilbies tiegħu, fejn l-agħar waħda f'termini ta' telf ta' ħajja kienet il-kollass tal-fabbrika Rana Plaza, b'iktar minn 1 100 persuna midruba; billi, wara l-kollass ta' Rana Plaza, il-Bangladexx, flimkien ma' partijiet interessati maġġuri fis-settur tal-ilbies, ta bidu għal programm ta' riforma bil-għan ta' kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u deċenti; billi l-UE tappoġġja dan il-programm permezz tal-Bangladesh Sustainability Compact, iżda billi l-partijiet interessati mhumiex imħajra jieħdu sehem;

F.

billi l-każijiet ta' għajbien (allegatament spiss jinvolvu forzi tas-sigurtà tal-istat), l-użu tat-tortura u forom oħra ta' maltrattament jippersistu fil-Bangladexx minkejja s-salvagwardji stipulati fil-Kostituzzjoni, il-Kodiċi Penali u l-Att dwar (il-projbizzjoni ta') it-Tortura u l-Mewt waqt Kustodja, kif l-istess jagħmlu restrizzjonijiet dwar id-dritt tal-libertà ta' espressjoni;

G.

billi wara l-elezzjonijiet ġenerali tal-5 ta' Jannar 2014, li ġew ibbojkottjati mill-Partit Nazzjonalista tal-Bangladexx (PNB) – il-partit prinċipali tal-oppożizzjoni – u fid-dell tal-istrajkijiet istigati mill-PNB u l-vjolenza li rriżultat, il-gvern tal-Lega Awami mmexxi minn Sheikh Hasina ħa bosta passi biex jillimita d-drittijiet ċivili;

H.

billi r-Rapid Action Battalion (RAB), li nħoloq għaxar snin ilu bħala miżura ta' emerġenza biex jiġu kkumbattuti theddidiet għas-sigurtà minn gruppi militanti, jinkludu uffiċjali kemm militari kif ukoll tal-pulizija, u effettivament jinvolvi l-armata fl-infurzar tad-dritt ċivili mingħajr mekkaniżmi ta' responsabilità trasparenti; billi organizzazzjonijiet indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem qed jallegaw li l-RAB huwa responsabbli għal madwar 800 mewt, mingħajr ebda prosekuzzjoni jew kastiġ fil-konfront tal-uffiċjali responsabbli; billi, minbarra l-arresti reċenti ta' bosta membri tal-RAB b'konnessjoni ma' qtil kontrattwali suspettat ta' politiku tal-partit mexxej, abbużi xokkanti oħra ma ġewx ikkastigati;

I.

billi fis-6 ta' Awwissu 2014 il-Gvern tal-Bangladexx ippubblika l-politika l-ġdida tiegħu tal-midja; billi elementi ta' din il-politika jimponu limiti fuq il-libertà tal-midja, pereżempju billi jipprojbixxu kliem li huma “antistatali”, “jirridikola l-ideoloġija nazzjonali” jew “huwa inkonsistenti mal-kultura tal-Bangladexx” billi jirristrinġi r-rappurtar ta' “anarkija, ribelljoni jew vjolenza”; billi l-gvern qed jippjana li jintroduċi qafas legali li permezz tiegħu jinforza l-politika; billi l-Bangladexx jinsab fil-145 post minn 179 pajjiż fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa;

J.

billi l-Gvern tal-Bangladexx ippropona liġi ġdida li hija rrappurtata li timponi bosta restrizzjonijiet fuq organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs); billi l-Att il-ġdid dwar ir-Regolazzjoni ta' Donazzjonijiet minn Barra jirregola operazzjonijiet u ffinanzjar minn kwalunkwe grupp li jirċievi ffinanzjar minn barra l-pajjiż, u jagħti lill-Uffiċċju dwar l-Affarijiet tal-NGOs fi ħdan l-uffiċċju tal-Prim Ministru awtorità ta' approvazzjoni fuq proġetti ffinanzjati minn barra; billi l-abbozz ta' att ġdid jesiġi wkoll li kulmin ikun involut f'attivitajiet volontarji għandu jikseb approvazzjoni minn qabel għall-ivvjaġġar barra l-pajjiż għal skopijiet relatati mal-ħidma tiegħu fuq proġett; billi jeżisti tħassib fuq skala wiesgħa fost l-NGOs li l-att se jinvolvi aktar uffiċjali tal-gvern fil-proċess ta' monitoraġġ, persuni li jivvalutaw u japprovaw permessi – bil-potenzjal ta' dewmien u prattiki ħżiena;

K.

billi fis-27 ta' Awwissu 2014 Hana Shams Ahmed, koordinatur tal-International Chittagong Hill Tracts Commission (CHTC), u ħabib tiegħu ġew attakkati brutalment minn tmienja sa għaxar membri ta' Somo Odhikar Andolon waqt żjara privata fi Shoilopropat f'Bandarban fiċ-Chittagong Hill Tracts; billi l-erba' membri tal-Fergħa tal-Investigaturi (DB) tal-pulizija li suppost kienu qed jipprovdulhom sigurtà ma intervenewx, u anki sparixxew waqt li sar l-attakk;

L.

billi l-vjolenza etnika u reliġjuża motivata qed tkompli, inkluż attakk minn bosta tużżani ta' rġiel armati fil-bidu ta' Lulju 2014 fuq is-sorijiet tal-kunvent tal-Istitut Pontifikali ta' Missjonijiet Barranin (PIME) f'Boldipuku; billi waqt dan l-attakk insterqu oġġetti mill-kunvent, u s-sorijiet ġew attakkati fiżikament;

M.

billi mill-inqas erba' bloggers u żewġ difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ġew mixlija fl-aħħar sentejn taħt is-sezzjoni 57 tal-Att dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) Act;

N.

billi t-Tribunal tad-Delitti Internazzjonali (ICT) tal-Bangladexx, li huwa mistenni li jinvestiga delitti tal-gwerra konnessi mal-gwerra tal-indipendenza tal-Bangladexx ħareġ għaxar verdetti sa issa, inklużi tmien sentenzi tal-mewt u żewġ termini ta' ħabs għall-ħajja; billi l-politiku Iżlamiku Abdul Quader Mollah kien l-ewwel wieħed li ġie ġġustizzjat; billi teżisti kritika b'saħħitha u persistenti li l-ICT mhijiex konformi ma' standards internazzjonali; billi huwa stmat li hemm 'il fuq minn 1 000 ruħ ikkundannati għall-mewt fil-Bangladexx;

O.

billi wara l-kollass traġiku tal-fabbrika Rana Plaza f'April 2013, il-Gvern tal-Bangladexx u l-bejjiegħa bl-imnut tal-Punent stabbilixxew reġim għall-ispezzjoni ta' aktar minn 3 500 fabbrika tal-ħwejjeġ għall-integrità strutturali u s-sigurtà elettrika u kontra n-nirien; billi, filwaqt li l-ispezzjonijiet li twettqu mill-bejjiegħa bl-imnut tal-Punent kienu kontinwi u pubbliċi, dawk li twettqu mill-Gvern tal-Bangladexx s'issa għadhom ma sarux pubbliċi;

P.

billi l-Fond Fiduċjarju tad-Donaturi stabbilit mill-Kumitat ta' Koordinazzjoni ta' Rana Plaza biex jassisti lill-vittmi u dawk li baqgħu ħajjin, li huwa magħmul mir-rappreżentanti tal-Gvern tal-Bangladexx, l-industrija tal-ħwejjeġ. it-trade unions u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi, u li huwa ppresedut mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, għadu ma laħaqx iċ-ċifra fil-mira tiegħu ta' 40 miljun dollaru Amerikan; billi, skont il-Kampanja 'Clean Clothes' huma biss nofs il-kumpaniji prinċipalment ibbażati fl-Ewropa u l-Istati Uniti u li għandhom rabtiet ma' fabbriki fil-binja Rana Plaza, li taw kontribuzzjonijiet lill-Fond Fiduċjarju tad-Donaturi;

Q.

billi, minkejja ftit riformi tal-liġi tax-xogħol, il-ħaddiema qed ikomplu jagħmlu rapporti dwar fastidji u intimidazzjoni bil-għan li jitwaqqfu milli jissieħbu jew jiffurmaw union, u billi qed ikomplu jiġu rappurtati atti ta' vjolenza kontra l-organizzaturi tat-trade unions; billi skont l-Att dwar ix-Xogħol tal-2013 għadu mhuwiex aġġornat mal-istandards internazzjonali għal dak li jirrigwarda l-libertà ta' assoċjazzjoni, inklużi d-dritt għal strajk u negozjar kollettiv;

1.

Ifaħħar lill-Gvern tal-Bangladexx għall-progress li għamel lejn il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, li rriżulta f'titjib sinifikattiv u reali għal miljuni ta' ċittadini; barra minn hekk, jirrikonoxxi l-fatt li dan it-titjib ġie rrealizzat taħt ċirkostanzi domestiċi diffiċli, li jinkludu t-theddida kostanti ta' attakki vjolenti minn gruppi radikali bħall-partit Jamaat-e-Islami affiljat mal-PNB; jilqa', f'dan il-kuntest, l-adozzjoni tal-Att ta' Prevenzjoni taż-Żwieġ tat-Tfal fil-15 ta' Settembru 2014,

2.

Jesprimi, madankollu, tħassib dwar vjolazzjonijiet kontinwi tad-drittijiet tal-bniedem mill-Rapid Action Battalion u forzi oħra tas-sigurtà, inkluż għajbien sfurzat u każi ta' qtil extraġudizzjarji ta' attivisti tal-oppożizzjoni; itenni s-sejħa tiegħu għall-abolizzjoni tal-piena tal-mewt u jilqa' s-sentenza tal-Qorti Suprema tas-16 ta' Settembru 2014 biex tibdel sentenza tal-mewt mit-tribunal Internazzjonali tad-Delitti kontra l-Viċi President ta' Jamaat-e-Islami, Delwar Hossain Sayedee, f'ħabs għal ħajtu

3.

Jistieden lill-Gvern tal-Bangladexx jeħles immedjatament lil kulmin huwa suġġett għal għajbien sfurzat, sakemm ma jkunx jista' jiġi akkużat b'offiża kriminali rikonoxxibbli, f'liema każ għandu jinġieb immedjatament quddiem qorti; jistieden lill-awtoritajiet tal-Bangladexx jinvestigaw il-persuni responsabbli, filwaqt li jqisu r-responsabilità tal-kmand, u biex dawk li jinstabu li huma responsabbli, ssir ġustizzja magħhom fi proċess ġust; iħeġġeġ lill-Gvern jistabbilixxi korp indipendenti biex jinvestiga tali każijiet u jtenni s-sejħa tiegħu lill-Gvern biex jistabbilixxi kummissjoni tad-drittijiet tal-bniedem effettiva u kompletament indipendenti;

4.

Iħeġġeġ lill-Gvern juża forza mill-inqas biex jerġa' jikseb ordni pubbliku u biex jirrispetta b'mod strett il-Prinċipji Bażiċi tan-NU dwar l-Użu tal-Forza u l-Armi tan-Nar; jikkundanna bil-qawwa attakki vjolenti minn gruppi tal-oppożizzjoni kemm kontra l-popolazzjoni ċivili kif ukoll kontra l-Gvern; jistieden lill-gruppi tal-oppożizzjoni jingaġġaw biss fi protesti paċifiċi;

5.

Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bangladexx iġib lura lill-forzi tas-sigurtà tal-istat, inkluż il-pulizija u r-Rapid Action Battalion (RAB), fil-konfini tal-liġi; jappella bil-qawwa lill-awtoritajiet tal-Bangladexx iġibu fi tmiem l-impunità tal-RAB billi jordnaw investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet f'allegazzjonijiet ta' qtil illegali minn forzi tal-RAB jinnota li se jimmonitorja mill-qrib il-proċedimenti tal-każ ta' qtil Narayanganj, li b'konnessjoni miegħu tliet uffiċjali tal-RAB ġew arrestati u qed jistennew proċedimenti ġudizzjarji wara l-ħtif u l-qtil ta' seba' persuni f'Narayanganj f'April 2014;

6.

Jenfasizza l-importanza ta' sistema ġudizzjarja indipendenti, imparzjali u aċċessibbli biex jissaħħaħ ir-rispett tal-istat tad-dritt u għad-drittijiet fundamentali tal-popolazzjoni, u r-riforma tat-Tribunal Internazzjonali tad-Delitti; jirrikonoxxi li huwa iktar importanti minn qatt qabel li tinbena fiduċja pubblika fil-ġudikatura, l-istituzzjonijiet tas-sigurtà u tad-drittijiet tal-bniedem, meta titqies iż-żieda fit-theddidiet fir-reġjun minn organizzazzjonijiet terroristiċi bħall-Al-Qaeda;

7.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-liġi proposta dwar l-NGOs; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bangladexx ikompli bil-konsultazzjonijiet ma' gruppi indipendenti dwar il-kontenut ta' dan l-abbozz ta' liġi u jiżgura li, jekk eventwalment il-liġi tiġi adottata, tkun konformi mal-istandards internazzjonali u l-konvenzjonijiet tad-drittijiet ċivili li għalihom il-Bangladexx impenja ruħu;

8.

Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bangladexx jirrikonoxxi u jirrispetta l-libertà tal-istampa u l-midja u jippermetti li l-gruppi tad-drittijiet tal-bniedem ikollhom ir-rwol important tagħhom fit-tisħiħ tar-responsabilità u d-dokumentazzjoni ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bangladexx jirrevokaw il-politika ġdida tal-midja u jirrispettaw l-obbligi tagħhom li jippermettu l-libertà tal-kelma u tal-espressjoni;

9.

Huwa mħasseb ħafna dwar każijiet li qed jirrepetu ruħhom ta' vjolenza etnika u motivata mir-reliġjon; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bangladexx joffri protezzjoni u garanziji aħjar lill-minoranzi bħall-Ħindu, il-Buddisti u l-Insara, iżda wkoll il-Biharis; jilqa' l-arrest ta' persuni suspettati b'relazzjoni mal-attakk kriminali fuq il-kunvent f'Boldipuku;

10.

Jistieden lill-Gvern tal-Bangladexx jiżgura l-infurzar ta' liġijiet tx-xogħol u jħeġġeġ riformi ulterjuri sabiex jinġiebu f'konformità ma' standards tal-ILO, partikolarment il-possibilità li ħaddiema jiffurmaw liberament trade unions u jissieħbu magħhom;

11.

Jinnota l-programmi ta' riforma fl-industrija tal-ilbies, iżda jħeġġeġ lill-Gvern jimplimenta bis-sħiħ il-pjan ta' azzjoni li ftiehem dwaru u li ffirma mal-ILO f' Mejju 2013, inkluż ir-reklutaġġ u t-taħriġ ta' spetturi u ispezzjonijiet dettaljati, permezz ta' rekords pubbliċi, tal-eluf kbar ta' fabbriki; iħeġġeġ lill-firmatarji tal-Ftehim dwar in-Nirien u s-Sikurezza fil-Bagladexx biex jirrispettaw l-impenji tagħhom, inkluż fir-rigward tal-kumpens finanzjarju għall-vittmi u l-istandards minimi;

12.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li minn Ġunju 2014 l-ammont totali miġbur minn donazzjonijiet ta' kumpaniji volontarji għall-Fondazzjoni Fiduċjarja ta' Donaturi huwa biss ta' 17-ilmiljun dollaru Amerikan, li jħalli 23 miljun dollaru pendenti; jikkonkludi, għalhekk, li l-prinċipju volontarju naqas lill-vittmi tad-diżastru ta' Rana Plaza u li mekkaniżmu mandatorju huwa meħtieġ urġentement;

13.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern u lill-Parlament tal-Bangladexx, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


28.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/14


P8_TA(2014)0025

Is-sitwazzjoni fl-Ukraina u s-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet UE-Russja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina u s-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja (2014/2841(RSP))

(2016/C 234/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat, dwar is-Sħubija tal-Lvant (SL) u dwar l-Ukraina, b'referenza partikolari għal dawk tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina (1), tat-13 ta' Marzu 2014 dwar l-invażjoni tal-Ukraina mir-Russja (2), tas-17 ta' April 2014 dwar il-pressjoni Russa fuq il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u, b'mod partikolari, id-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina (3) u tas-17 ta' Lulju 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina (4),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tat-22 ta' Lulju u tal-15 ta' Awwissu 2014 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-30 ta' Awissu 2014 dwar l-Ukraina,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-kelliemi tas-SEAE tal-11 ta' Settembru 2014 dwar il-ħtif tal-uffiċjal tal-pulizija Estonjan,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja, b'referenza partikolari għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2014 dwar is-Summit UE-Russja (5),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-5 ta' Settembru 2014 tas-Summit tan-NATO f'Wales,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Agrikoltura Ewropew tal-5 ta' Settembru 2014,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni Ministerjali Konġunta tat-12 ta' Settembru 2014 dwar l-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni/Ftehim ta' Kummerċ Ħieles Profond u Komprensiv (AA/DCFTA) UE-Ukraina,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi s-sajf tal-2014 kien ikkaratterizzat minn eskalazzjoni ulterjuri tal-kunflitt fil-Lvant tal-Ukraina; billi, skont il-kalkoli tan-NU, tal-inqas 3 000 ruħ tilfu ħajjithom u ħafna eluf oħrajn sfaw midruba, filwaqt li mijiet ta' eluf ta' ċivili ħarbu miż-żoni tal-kunflitt; billi l-kostijiet ekonomiċi tal-kunflitt, inkluż il-kost biex ir-reġjuni tal-Lvant jinbnew mill-ġdid, huma ta' tħassib serju għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-Ukraina;

B.

billi fil-5 ta' Settembru 2014, il-Grupp ta' Kuntatt Trilaterali qabel dwar waqfien mill-ġlied f'Minsk li daħal fis-seħħ fl-istess jum; billi l-ftehim kien fih ukoll protokol ta' 12-il punt li jkopri l-ħelsien tal-ostaġġi, miżuri li jtejbu s-sitwazzjoni umanitarja, l-irtirar tal-gruppi armati illegali kollha, tat-tagħmir militari u tal-merċenarji mill-Ukraina u miżuri dwar deċentralizzazzjoni fir-reġjuni ta' Donetsk u Luhansk;

C.

billi l-waqfien mill-ġlied kien persistentement miksur prinċipalment mit-truppi regoli Russi u s-separatisti mill-Ġimgħa 5 ta' Settembru 2014 fiż-żona ħdejn Mariupol u l-ajruport ta' Donetsk, b'tentativi biex jinkiseb tagħrif dwar id-difiża tal-Ukraina f'diversi lokalitajiet oħra;

D.

billi fil-ġimgħat preċedenti r-Russja żiedet il-preżenża militari fit-territorju tal-Ukraina kif ukoll l-appoġġ loġistiku tal-milizzji separatisti permezz ta’ fluss stabbli ta’ armi, munizzjoni, vetturi blindati u tagħmir, merċenarji u suldati travestiti, minkejja l-appelli tal-UE biex isir kull sforz biex is-sitwazzjoni ma tkomplix tiggrava; billi sa mill-bidu tal-kriżi l-Federazzjoni Russa ġabret truppi u apparat militari fil-fruntiera mal-Ukraina;

E.

billi l-intervent militari dirett u indirett tar-Russja fl-Ukraina, inkluż l-annessjoni tal-Krimea, jikser il-liġi internazzjonali inkluż il-Karta tan-NU, l-Att Finali ta’ Helsinki u l-Ftehim ta’ Budapest tal-1994; billi r-Russja għadha qed tirrifjuta l-implimentazzjoni tal-Forzi Armati Konvenzjonali fit-Trattat tal-Ewropa (CFE),

F.

billi l-Kunsill Ewropew tat-30 ta' Awwissu 2014 talab għal proposti li jsaħħu l-miżuri restrittivi tal-UE fid-dawl tal-azzjonijiet destabbilizzanti tar-Russja fil-Lvant tal-Ukraina; billi dawn il-proposti daħlu fis-seħħ fit-12 ta' Settembru 2014;

G.

billi wara l-iffirmar, fil-21 ta' Marzu 2014, tad-dispożizzjonijiet politiċi tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (AA), fis-27 ta' Ġunju 2014 l-UE u l-Ukraina ffirmaw b'mod uffiċjali l-parti pendenti ta' dan il-Ftehim, li tinkludi Ftehim ta' Kummerċ Ħieles Profond u Komprensiv (DCFTA); billi l-Parlament Ewropew u l-Verhovna Rada irratifikaw simultanjament il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni; billi fit-12 ta' Settembru 2014 l-Kummissjoni ħabbret li l-applikazzjoni provviżorja tad-DCFTA se tkun posposta sal-31 ta' Diċembru 2015; billi dan se jwassal biex jitwalu l-preferenzi tal-kummerċ unilaterali mogħtija mill-UE lill-Ukraina, li kellhom jiskadu fl-1 ta' Novembru 2014 ta' din is-sena;

H.

billi fis-7 ta' Awwissu 2014 l-Gvern Russu adotta lista ta' prodotti mill-UE, l-Istati Uniti, in-Norveġja, il-Kanada u l-Awstralja li kellhom ikunu projbiti mis-suq Russu għal perjodu ta' sena; billi l-UE se tkun dik l-aktar milquta minħabba li r-Russja hi t-tieni l-akbar suq esportatur għall-prodotti agrikoli tal-UE u s-sitt wieħed għall-prodotti tas-sajd u billi 73 % tal-importazzjoni projbita ġejja mill-UE; billi r-restrizzjonijiet attwali applikati mir-Russja jistgħu jipperikolaw b'kemm jiswew EUR 5 biljun f'kummerċ u jaffettwaw id-dħul ta' 9,5 miljun persuna fl-UE li qed jaħdmu f'ażjendi agrikoli l-aktar ikkonċernati;

I.

billi l-projbizzjoni tal-prodotti tal-ikel tal-UE lejn is-suq Russu li laqtu l-aktar is-setturi tal-frott u tal-ħxejjex, kif ukoll is-setturi tal-ħalib u tal-laħam, jista' jkollha effett multiplikatur li jwassal għal provvista żejda fis-suq intern, filwaqt li l-projbizzjoni tal-prodotti tas-sajd tal-UE lejn is-suq Russu tista' potenzjalment toħloq problemi serji f'uħud mill-Istati Membri; billi l-valur tal-prodotti tas-sajd projbiti jammonta għal kważi EUR 144 miljun;

J.

billi r-Russja qed timmina s-sigurtà tal-UE billi regolarment tikser l-ispazju tal-ajru tal-Finlandja, tal-Istati Baltiċi u tal-Ukraina, kif ukoll bil-qtugħ reċenti tal-gass lill-Polonja li jammonta għal 45 % tal-esportazzjoni Russa lejn dak il-pajjiż;

K.

billi s-samit tan-NATO fi Newport afferma mill-ġdid li n-NATO qed tappoġġa lill-Ukraina quddiem l-influenza distabilizzanti tar-Russja, qed toffri appoġġ fit-tisħiħ tal-forzi armati Ukraini u titlob lir-Russja tirtira t-truppi tagħha mill-Ukraina u ttemm l-annessjoni illegali tal-Krimea; billi n-NATO kienet iddikjarat li se tkompli taspira għal relazzjoni ta' kooperazzjoni u relazzjoni kostruttiva mar-Russja, inkluż il-bini ta' fiduċja reċiproka, u ddikjarat li l-mezzi ta' komunikazzjoni mar-Russja se jibqgħu miftuħa;

L.

billi t-traġedja tat-titjira MH17 tal-Malaysian Airlines fir-reġjun ta' Donetsk qajmet għadab kbir fost l-opinjoni pubblika internazzjonali u Ewropea; billi n-NU u l-UE esiġew investigazzjoni internazzjonali dettaljata taċ-ċirkustanzi tal-inċident, u billi huwa obbligu morali u legali li l-persuni responsabbli jinġiebu quddiem il-ġustizzja;

M.

billi s-Sur Mykola Zelenec, Konslu Onorarju tal-Litwanja f'Luhansk, ġie maħtuf u maqtul brutalment mir-ribelli;

1.

Jilqa’ l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Minsk għall-waqfien mill-ġlied u jappella lill-partijiet kollha biex jagħmlu l-isforzi kollha sabiex jimplimentawh b'mod sħiħ u b'rieda tajba bl-għan li jwittu t-triq għall-bidu ta' proċess ġenwin ta’ paċi, inkluż kontroll permanenti u effettiv tal-fruntiera tal-Ukraina verifikata mill-OSKE, l-irtirar sħiħ u inkondizzjonat tat-truppi Russi, ta' gruppi armati illegali, ta' tagħmir militari u ta' merċenarji mit-territorju rikonoxxut internazzjonalment tal-Ukraina u l-ħelsien tal-ostaġġi; jiddeplora l-fatt li l-ftehim ta' waqfien mill-ġlied qed ikun miksur b'mod persistenti, l-aktar mit-truppi Russi u mill-forzi tas-separatisti u li t-tisħiħ tagħhom għadu għaddej; jenfasizza bil-qawwa li jista' għandu jkun hemm biss soluzzjoni politika għal dan il-kunflitt;

2.

Jappella lin-naħat kollha biex jirrispettaw il-waqfien mill-ġlied u joqogħdu lura minn kwalunkwe azzjoni jew aġir li kieku jipperikola l-ftehim; jesprimi t-tħassib serju tiegħu, madankollu, li l-waqfien mill-ġlied hu pretest għat-truppi Russi li jerġgħu jiġbru l-forzi tagħhom sabiex ikomplu l-offensiva li tistabbilixxi 'kuritur fuq l-art' għall-Krimea u lil hinn mit-Transnistria;

3.

Jikkundanna bil-qawwa l-Federazzjoni Russa talli kompliet bi 'gwerra ibrida' mhux iddikjarata kontra l-Ukraina bl-użu ta' forzi Russi regolari u bl-appoġġ ta' gruppi armati illegali; jenfasizza l-fatt li dawn l-azzjonijiet mit-tmexxija Russa jikkostitwixxu theddida mhux biss għall-unità u l-indipendenza tal-Ukraina imma għall-kontinent Ewropew sħiħ; jistieden lir-Russja tirtira minnufih l-assi u l-forzi militari kollha tagħha mill-Ukraina, tipprojbixxi l-flussi ta' ġellieda u armi fil-Lvant tal-Ukraina, u ttemm l-appoġġ, dirett jew indirett, għall-azzjonijiet tal-forzi separatisti fit-territorju Ukrain;

4.

Itenni l-impenn tiegħu għall-indipendenza, is-sovranità, l-integrità territorjali, l-invjolabbiltà tal-fruntieri u d-dritt tagħha li tagħmel għażla Ewropea; itenni li l-komunità internazzjonali mhux se tirrikonoxxi l-annessjoni illegali tal-Krimea u ta' Sevastopol kif ukoll ta' tentattivi ta' ħolqien ta' kważi-repubbliki f'Donbas; jilqa' d-deċiżjoni tal-UE li tipprojbixxi l-importazzjoni ta' prodotti mill-Krimea sakemm ma jkunux akkumpanjati minn ċertifikat tal-oriġini mill-awtoritajiet Ukraini; jikkundanna, barra minn hekk, l-għoti ta' passaport furzat liċ-ċittadini Ukraini fil-Krimea, il-persekuzzjoni tal-Ukraini u tat-Tartari tal-Krimea, kif ukoll it-theddid magħmul mill-mexxejja li pproklamaw lilhom infushom kontra ċittadini tal-Krimea li esprimew l-interessi tagħhom li jivvotaw fl-elezzjonijiet parlamentari li jmiss;

5.

Jenfasizza li l-OSKE għandha rwol ewlieni fis-soluzzjoni tal-kriżi tal-Ukraina minħabba l-esperjenza tagħha fl-itrattar ta' kunflitt armat u kriżijiet u l-fatt li kemm il-Federazzjoni Russa kif ukoll l-Ukraina huma membri ta' din l-organizzazzjoni; jistieden lill-Istati Membri tal-UE, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lill-Kummissjoni biex jagħmlu kull sforz sabiex isaħħu u jżidu l-Missjoni Speċjali ta' Monitoraġġ tal-OSKE fl-Ukraina kemm f’termini ta’ persunal ta' esperjenza kif ukoll f’termini ta’ loġistika u tagħmir; jenfasizza l-bżonn li jitqiegħdu mingħajr aktar dewmien l-osservaturi tal-OSKE tul il-partijiet tal-fruntiera tal-Ukraina u r-Russja li attwalment tinsab taħt il-kontroll tas-separatisti;

6.

Jenfasizza li r-riforma u l-aġenda ta' Assoċjazzjoni jridu jimxu flimkien mal-ġlieda kontinwa li tiżgura l-integrità u l-unità territorjali tal-Ukraina; itenni li dawn iż-żewġ kompiti huma marbuta sew u b'mod sinerġiku flimkien; jenfasizza l-ħtieġa għal djalogu politiku u għal deċentralizzazzjoni li jibqgħu jiżguraw li l-awtorità fuq it-territorju kollu tibqa' mal-gvern ċentrali, b'hekk tkun garantita l-unità tal-Ukraina; jenfasizza l-ħtieġa li tinbena l-fiduċja bejn il-komunitajiet differenti fis-soċjetà u jappella għal proċess ta' rikonċiljazzjoni sostenibbli; jenfasizza l-importanza, f'dan il-kuntest, li jiġi stabbilit djalogu nazzjonali inklużiv, filwaqt li jiġu evitati l-propaganda, id-diskors ta' mibegħda u r-retorika, li jistgħu jkomplu jiggravaw il-konflitt; jenfasizza li djalogu inklużiv bħal dan għandu jinvolvi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lil ċittadini mir-reġjuni u l-minoranzi kollha;

7.

Jilqa' r-ratifika simultanja tal-AA/DCFTA mill-Verkhovna Rada u l-Parlament Ewropew; iqis dan bħala pass importanti li juri impenn miż-żewġ naħat lejn implimentazzjoni b'suċċess; jieħu nota tal-posponiment eventwali tal-implimentazzjoni provviżorja tad-DCFTA bejn l-UE u l-Ukraina sal-31 ta' Diċembru 2015, li se jkun sostitwit mill-prolongazzjoni tal-miżuri ta' kummerċ unilaterali li jirrapreżentaw implimentazzjoni asimetrika de facto tal-ftehim; jiddeplora l-miżuri straordinarji u l-livell ta' pressjoni li qed tagħmel ir-Russja; jiddikjara li l-ftehim la jista' u lanqas se jinbidel u li dan kien magħmul ċar mill-Unjoni Ewropea matul ir-ratifika; jistieden lill-Istati Membri biex jipproċedu malajr bir-ratifika tal-AA/DCFTA mal-Ukraina; jieħu nota tal-konsultazzjoni li għaddejja bejn l-Ukraina, ir-Russja u l-UE dwar l-implimentazzjoni tal-AA/DCFTA mal-Ukraina u jittama li din tgħin biex jiġi solvut kwalunkwe nuqqas ta' ftehim;

8.

Jenfasizza li x-xhur li ġejjin sal-implimentazzjoni tal-AA/DCFTA għandhom jintużaw biex ikunu indirizzati t-trasformazzjoni u l-modernizzazzjoni meħtieġa tas-sistema politika tal-Ukraina u l-ekonomija u s-soċjetà tagħha bi qbil mal-aġenda ta' Assoċjazzjoni; jilqa' l-programm ta' riforma mħabbar mill-President Poroshenko li jinkludi liġijiet kontra l-korruzzjoni, id-deċentralizzazzjoni u l-amnestija; jappella lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex ifasslu b'mod urġenti pakkett komprensiv u ambizzjuż ta' assistenza finanzjarja u għajnuna għall-Ukraina, u b'mod partikolari għall-poplu fil-Lvant tal-Ukraina, bħala appoġġ għall-ħidma fuq soluzzjoni politika u rikonċiljazzjoni nazzjonali;

9.

Jinnota l-liġijiet dwar l-istatus speċjali ta' xi distretti tar-reġjuni ta' Donetsk u Luhansk u dwar l-amnestija adottata mill-Verkhovna Rada fis-16 ta' Settembru 2014 bħala kontribut importanti biex ttinaqqas l-eskalazzjoni fi ħdan il-pjan ta' implimentazzjoni tal-Pjan ta' Paċi tal-President tal-Ukraina;

10.

Jappoġġa l-mizuri restrittivi li l-UE adottat kontra r-Russja matul is-sajf minħabba l-aggressjoni kontinwa tar-Russja, u jinnota l-infurzar tagħhom fit-12 ta' Settembru 2014; huwa tal-opinjoni li kull sanzjoni għandha titfassal b'tali mod li ma tippermettix lill-kumpaniji marbuta mar-Russja li jevitawhom; jistieden lill-UE tissorvelja mill-qrib tali forom ta' kooperazzjoni ekonomika bħal skambji għal ekwità u impriżi konġunti;

11.

Jenfasizza r-riversibbiltà u l-gradwalità tal-miżuri restrittivi tal-UE, li jiddependu fuq is-sitwazzjoni fil-post fl-Ukraina.

12.

Jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jadottaw sett ċar ta' punti ta' riferiment li, meta jinkisbu, jistgħu jimpedixxu l-adozzjoni ta' miżuri restrittivi ġodda kontra r-Russja jew iwasslu għat-tneħħija ta' dawk preċedenti; jemmen li dawn il-punti ta' riferiment għandhom jinkludu: l-irtirar kollu tat-truppi u l-merċenarji Russi mit-territorju tal-Ukraina; il-waqfien tal-provvista tal-armi u t-tagħmir lit-terroristi; ir-rispett sħiħ tar-reġim tal-waqfien mill-ġlied mir-Russja; l-istabbiliment tal-kontroll u l-verifika internazzjonali effettivi tar-reġim tal-waqfien mill-ġlied; u l-istabbiliment mill-ġdid tal-kontroll tal-Ukraina fit-territorju kollu tagħha; jappella lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex ma jikkunsidrawx it-tneħħija ta' kwalunkwe sanzjoni qabel ma dawn il-kundizzjonijiet jintlaħqu u biex jibqgħu lesti li jimponu sanzjonijiet ulterjuri fuq ir-Russja għal kwalunkwe azzjoni mwettqa mir-Russja biex iddgħajjef il-ftehim ta' waqfien mill-ġlied jew biex tkompli teskala t-tensjonijiet fl-Ukraina;

13.

Ifakkar li l-miżuri restrittivi meħuda mill-UE huma marbuta direttament mal-ksur tad-dritt internazzjonali min-naħa tal-Federazzjoni Russa permezz tal-annessjoni illegali tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina, filwaqt li l-miżuri kummerċjali meħuda mill-Federazzjoni Russa, inklużi dawk kontra l-Ukraina u pajjiżi oħra tas-Sħubija tal-Lvant li dan l-aħħar ikkonkludew Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni mal-UE, mhumiex ġustifikati; jistieden lill-UE biex tqis li teskludi lir-Russja mill-kooperazzjoni nukleari ċivili u mis-sistema Swift;

14.

Jappella lill-Kummissjoni biex issegwi mill-qrib l-impatt tal-hekk imsejħa “kontro sanzjonijiet” Russi u tieħu miżuri ta' malajr biex tappoġġa lil dawk il-produtturi li qed jintlaqtu mir-restrizzjonijiet kummerċjali Russi; jilqa' l-miżuri adottati mill-Kunsill Agrikoltura tal-UE fil-5 ta' Settembru 2014, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tesplora modi biex l-UE tkun tista' tiflaħ aktar għal kriżijiet simili fil-futur u tagħmel l-almu tagħha biex tappoġġja b'mod sostanzjali u f'waqtu lill-produtturi Ewropej affettwati; jiddispjaċih dwar is-sospensjoni tal-miżuri ta' emerġenza tas-suq għas-swieq tal frott u l-ħxejjex li jmorru malajr, imma jikkundanna kull abbuż tal-appoġġ; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta skema ġdida malajr kemm jista' jkun;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tissorvelja mill-qrib is-swieq agrikoli, tal-ikel, tas-sajd u tal-akwakultura, biex tinforma lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar kull tibdil u biex tivvaluta l-impatt tal-miżuri meħuda sabiex possibbilment testendi l-lista ta' prodotti koperti u żżid il-baġit ta' EUR 125 miljun; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tal-UE biex ma tirrestrinġix lilha nnifisha għal miżuri tas-suq imma wkoll li tieħu miżuri biex issaħħaħ il-preżenza tal-UE fis-swieq ta' pajjiżi terzi (pereżempju attivitajiet promozzjonali);

16.

Iqis il-possibbiltà li jintużaw fondi tal-UE minbarra fondi agrikoli, minħabba li l-kriżi hi l-ewwel u qabel kollox ta' natura politika u mhux ir-riżultat ta' falliment tas-suq jew ta' kundizzjonijiet tat-temp ħżiena;

17.

Jenfasizza l-fatt li l-istabilità politika u ekonomika u l-iżvilupp tar-Russja fuq perjodu ta' żmien medju u twil jiddependu fuq l-introduzzjoni ta' demokrazija vera u jisħaq li l-iżvilupp futur tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja se jiddependi fuq l-isforzi biex jissaħħew id-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet fundamentali fir-Russja;

18.

Jesprimi sodisfazzjon għall-ħelsien tal-ostaġġi miżmuma mill-gruppi armati illegali fil-Lvant tal-Ukraina u jappella biex jinħelsu l-priġunieri Ukraini miżmuma arrestati fil-Federazzjoni Russa; jindika b'mod partikolari l-każ ta' Nadezhda Savchenko, voluntiera Ukraina li nqabdet mis-separatisti f'Ġunju 2014 u li sussegwentement ġiet trasferita lejn ir-Russja u li għada f'detenzjoni; jindika wkoll il-każijiet tad-diretturi tal-films u ġurnalisti Oleg Sentsov, Oleskiy Chierny, Gennadiy Afanasiev u Aleksandr Kolchenko, maqbuda fil-Krimea;

19.

Jilqa' l-wegħda mġedda tal-NATO li tipprijoritizza s-sigurtà kollettiva u l-impenn lejn l-Artikolu 5 tat-Trattat Washington; jilqa' d-deċiżjonijiet tas-samit tan-NATO ta' Newport li jżidu l-livell ta' sigurtà tal-allejati tal-Lvant, inkluż bil-ħolqien ta' Task Force Konġunta ta' Intervent Rapidu (Very High Readiness Joint Task Force (VJTF)) , ta' preżenza militari permanenti permezz ta' rotazzjoni u t-twaqqif ta' infrastruttura loġistika, kif ukoll ta' sforzi maħsuba biex isaħħu l-forzi armati tal-Ukraina biex tipprovdi għas-sigurtà tagħha stess; jieħu nota tal-fatt li l-Allejati tan-NATO fuq livell bilaterali jistgħu jipprovdu lill-Ukraina bl-armi, bit-teknoloġija u bit-tagħrif meħtieġ għas-sigurtà u d-difiża tagħhom; jenfasizza bil-qawwa, madankollu, li m'hemmx soluzzjoni militari għall-kriżi fl-Ukraina;

20.

Jenfasizza l-importanza tal-investigazzjoni indipendenti, rapida u sħiħa, iddelegata lid-Dutch Safety Board, tal-kawżi tat-traġedja tal-Malaysia Airlines MH17, u l-ħtieġa li dawk responsabbli għat-traġedja jitressqu quddiem il-ġustizzja; jinnota li d-Dutch Safety Board ħareġ rapport preliminari dwar l-investigazzjoni rigward it-traġedja tal-MH17 fid-9 ta' Settembru 2014; jenfasizza li, abbażi tas-sejbiet preliminari sal-lum, l-ebda indikazjoni ta' kwalunkwe kwistjoni teknika jew operattiva ma nstabu dwar l-ajruplan jew l-eqwipaġġ, u li l-ħsara osservata fit-taqsima tal-bidu tidher li tindika li l-ajruplan kien penetrat minn għadd kbir ta' oġġetti b'enerġija qawwija minn barra l-ajruplan; jiddeplora l-fatt li r-ribelli għadhom mhux qed jippermettu aċċess mingħajr tfixkil lill-investigaturi għas-sit tat-traġedja, u jitlob lill-partijiet kollha jiffaċilitaw aċċess immedjat;

21.

Jemmen bis-sħiħ li l-unika risposta vijabbli tal-UE għat-theddid tar-Russja hi li tibqa' flimkien u titkellem b'vuċi waħda; jemmen li l-UE jeħtieġ terġa' tfassal ir-relazzjonijiet tagħha mar-Russja, tabbanduna l-kunċett ta' sħubija strateġika u li ssib approċċ ġdid u unifikat;

22.

Jesprimi tħassib serju fir-rigward tas-sitwazzjoni umanitarja katastrofika fil-Lvant tal-Ukraina, speċjalment fir-rigward tax-xitwa li ġejja; jirrimarka l-ħtieġa urġenti li jingħataw assistenza umanitarja u provvisti lill-popolazzjoni fiż-żoni milquta mill-kunflitt, lin-nies spostati internament u lir-rifuġjati; jieħu spunt mit-twissija reċenti tal-Organizzazzjoni Dinjija dwar is-Saħħa li l-Lvant tal-Ukraina qed jiffaċċja emerġenza fil-qasam tas-saħħa, fejn l-isptarijiet mhumiex jiffunzjonaw kompletament u hemm nuqqas ta' mediċini u vaċċini; jilqa' d-deċiżjoni reċenti tal-Kummissjoni li talloka EUR 22 miljun f'għajnuna umanitarja u għajnuna għall-iżvilupp fl-Ukraina; jitlob għal sforzi urġenti akbar taħt it-tikketta u s-superviżjoni sħiħa tal-UE, inkluż konvoj tal-għajnuna umanitarja, li jikkontribwixxu biex jappoġġaw dawk l-aktar fil-bżonn; ifakkar li t-twassil ta' għajnuna umanitarja fil-Lvant tal-Ukraina jrid isir f'konformità sħiħa mad-dritt umanitarju internazzjonali u mal-prinċipji tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza u f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Gvern Ukrain, man-NU u mal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (KISA); jesprimi r-rispett profond tiegħu għax-xogħol fenomenali ta' gruppi ta' ċittadini Ukraini fil-qasam tal-għajnuna umanitarja fil-Lvant tal-Ukraina, b'mod speċjali fir-rigward tal-evakwazzjoni tat-tfal, il-kura tas-saħħa u l-provvista tal-ikel;

23.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tibda l-preparament tat-tielet pakkett ambizzjuż ta’ assistenza makrofinanzjarja għall-Ukraina, kif ukoll biex ikollha rwol ewlieni fl-organizzazzjoni tal-Konferenza tad-Donaturi għall-Ukraina, li għandha ssir qabel l-aħħar tal-2014, bl-involviment ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u s-soċjetà ċivili; jenfasizza l-importanza ta' impenn mill-komunità internazzjonali biex tappoġġa l-istabbilizzazzjoni ekonomika u politika u r-riforma fl-Ukraina;

24.

Jirrikomanda l-isforzi kontinwi li saru mill-awtoritajiet tal-Ukraina biex jiżguraw id-dritt għall-edukazzjoni u partikolarment jiżguraw li t-tfal kollha se jkunu jistgħu jirritornaw lejn l-iskejjel li kienu affettwati mill-konflitt mill-aktar fis possibbli; ifakkar fl-importanza li jkun provdut appoġġ psikoloġiku lit-tfal kollha li kienu esposti direttament għall-avveniment vjolenti;

25.

Jikkundanna bil-qawwa l-ħtif illegali ta' uffiċjal Estonjan tal-counterintelligence mit-territorju Estonjan lejn ir-Russja u jitlob lill-awtoritajiet Russi biex immedjatament jeħilsu lis-Sur Kohver u jippermettulu ritorn sikur lejn l-Estonja;

26.

Iqis li hu importantissmu li titnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq ir-Russja u reġimi awtoritarji oħra; jistieden, barra minn hekk, lill-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru 2014 jadotta pjan ta’ emerġenza ambizzjuż u komprensiv għax-xitwa li ġejja, billi jinkludi wkoll lill-pajjiżi ġirien bħall-Ukraina;

27.

Jiġbed l-attenzjoni għar-rapporti riċenti kredibbli dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fiż-żoni ta’ kunflitt, okkupati l-aktar mit-truppi regolari Russi u mis-separatisti; jappoġġa t-talba lill-Gvern tal-Ukraina biex joħloq reġistru uniku u aġġornat regolarment tal-inċidenti ta' ħtif irrappurtat, u jinvestiga bir-reqqa u b'mod imparzjali l-allegazzjonijiet kollha ta' użu abbużiv ta' forza, trattament ħażin jew tortura;

28.

Jilqa' l-adozzjoni mill-Kummissjoni tar-raba’ rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni mill-Ukraina tal-Pjan ta' Azzjoni għal-Liberalizzazzjoni tal-viża u d-deċiżjoni tal-Kunsill biex l-Ukraina tgħaddi għat-tieni fażi; Jinsisti fuq il-finalizzazzjoni malajr tar-reġim mingħajr viża bejn l-UE u l-Ukraina għala reazzjoni konkreta għall-aspirazzjonijiet Ewropej għan-nies li pprotestaw f'Maidan Square; itenni t-talba tiegħu, sadattant, għall-introduzzjoni immedjata ta' proċeduri tal-viża temporanji, sempliċi ħafna u rħas;

29.

Jitlob biex jitkomplew it-taħdidiet trilaterali dwar il-provvista tal-gass tal-Ukraina li ġew sospiżi minn Ġunju 2014 sabiex jinstab mod ħalli jergħġu jitkomplew; itenni l-ħtieġa li tkun żgurata l-provvista tal-gass permezz ta' flussi tal-gass bil-maqlub mill-istati ġirien lejn l-Ukraina;

30.

Jistieden lill-UE tikkunsidra l-ħżin tal-gass, l-interkonnetturi u l-faċilitajiet ta’ drenaġġ bħala assi strateġiċi, u għaldaqstant tirregola s-sehem tan-negozju ta’ partijiet terzi f’dawk is-setturi kruċjali; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jikkanċellaw il-ftehimiet ippjanati mar-Russja fis-settur tal-enerġija, il-pipeline tal-gass South Stream;

31.

Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ radikalment is-sigurtà tal-enerġija, l-indipendenza u r-reżiljenza tal-UE għal pressjoni esterna permezz tal-konsolidament tas-setturi tal-enerġija, ta' aktar żvilupp tal-infrastruttura tal-enerġija fil-pajjiżi ġirien tal-UE u l-iżvilupp tal-interkonnetturi tal-enerġija bejn dawn il-pajjiżi u mal-UE, bi qbil mal-objettivi tal-Komunità Enerġetika, u li jkunu implimentati dawn il-proġetti prijoritarji ta' interess komuni bl-akbar urġenza sabiex jinbena suq tal-gass liberu u li jiffunzjona sew fl-Ewropa;

32.

Jilqa' pożittivament id-deċiżjoni li ttieħdet mill-gvern Franċiż biex iwaqqaf il-forniment ta' trasportaturi tal-elikotteri Mistral, u jappella lill-Istati Membri kollha biex iġibu ruħhom bl-istess mod fir-rigward tal-prodotti għal esportazzjoni mhux koperti mid-deċiżjonijiet tal-UE dwar sanzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-armi u l-materjal b'użu doppju; ifakkar li, fiċ-ċirkostanzi attwali, dan il-kuntratt ikun imur kontra l-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE dwar l-Esportazzjoni ta' Armi u l-Pożizzjoni Komuni tal-2008 li tiddefinixxi r-regoli komuni li jirregolaw il-kontroll tal-esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jirrispettaw bis-sħiħ l-embargo fuq il-kummerċ tal-armi u l-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta' merkanzija b'użu doppju għal utenti finali militari;

33.

Jilqa d-deċiżjoni li jinżammu elezzjonijiet parlamentari bikrija fl-Ukraina fis-26 ta' Ottubru 2014 u jistenna li l-gvern jiżgura elezzjonijiet ħielsa u ġusti; jistieden lill-Ukraina tistabbilixxi trasparenza fl-iffinanzjar tal-partiti u tal-kampanja politika tagħhom u li tindirizza b’mod sħiħ ir-rimarki kollha li sar riferiment għalihom fis-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-missjoni ta' osservazzjoni tal-OSKE/ODIHR għall-elezzjonijiet presidenzjali riċenti; jistieden lill-partiti politiċi kollha li fil-preżent huma rappreżentati fil-Verkhovna Rada biex jipparteċipaw fl-elezzjonijiet, u lill-partijiet kollha biex jirrispettaw ir-riżultat tagħhom; jittama li jkun hemm maġġoranza qawwija għall-isfidi importanti u r-riformi meħtieġa li għad irid jiġu; iħeġġeġ lill-forzi ribelli fil-Lvant tal-Ukraina biex ma jostakolawx il-proċess elettorali u jiggarantixxu d-dritt fundamentali tar-residenti ta' Donbas li jeleġġu liberament ir-rappreżentanti tagħhom; jinsab impenjat li jibgħat osservaturi tal-elezzjoni sabiex jimmonitorjaw dawn l-elezzjonijiet u jitlob għal missjoni internazzjonali sostanzjali ta' monitoraġġ tal-elezzjoni biex tissorvelja din l-elezzjoni kruċjali li se sseħħ taħt kundizzjonijiet diffiċli;

34.

Jenfasizza li l-Russja issa għandha, anqas raġuni minn qatt qabel li tikkritika l-Ftehim bejn l-UE u l-Ukraina jew li tirreaġixxi b'restrizzjonijiet tal-kummerċ u aggressjonijiet militari mingħajr ġustifikazzjoni; jesprimi tħassib li dan l-iżvilupp il-ġdid hu ta' inċentiv għar-Russja biex teskala l-politika tagħha ta' intimidazzjoni tal-Ukraina u li tqiegħdha fl-isfera ta' influenza tagħha; jinkwieta li dan jista' jwassal biex is-sitwazzjoni tinfirex fil-Georgia u l-Moldova;

35.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li t-tmexxija Russa tqis is-Sħubija tal-Lvant tal-UE bħala theddida għall-interessi politiċi u ekonomiċi tagħha; jenfasizza l-fatt li, bil-kontra, ir-Russja se tmur tajjeb minn aktar attivitajiet kummerċjali u ekonomiċi, waqt li s-sigurtà tar-Russja se tissaħħaħ b'viċinat stabbli u prevedibbli; jiddeplora l-użu tal-kummerċ mir-Russja bħala strument biex tiddestabilizza r-reġjun billi tintroduċi għadd ta’ projbizzjonijiet ta’ importazzjoni fuq prodotti mill-Ukraina u l-Moldova, u aktar reċentament billi tirrinunzja ftehimiet ta’ kummerċ ħieles (FTA) tal-KSI mal-Ukraina, il-Ġeorġja u l-Moldova u billi konsegwentament tintroduċi mill-ġdid tariffi tal-pajjiż l-aktar favorit (MFN) għal prodotti li jkunu ġejjin minn dawn il-pajjiżi;

36.

Itenni l-opinjoni tiegħu f'dan ir-rigward li dan il-ftehim ma jikkostitwixxix l-għan aħħari tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina; jirrimarka, barra minn hekk, li skont l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Ukraina – bħal kwalunkwe Stat Ewropew ieħor – għandha perspettiva Ewropea u tista' tapplika sabiex issir membru tal-Unjoni Ewropea, dment li taderixxi mal-prinċipji tad-demokrazija, tirrispetta l-libertajiet fundamentali u d-drittjiet tal-bniedem u dawk tal-minoranzi u tiżgura l-istat tad-dritt;

37.

Jenfasizza li r-relazzjonijiet ta' sħubija u kooperazzjoni mar-Russja għandhom jerġgħu jiġu stabbiliti meta r-Russja turi konformità mad-dritt internazzjonali, tikkontribwixxi attivament u mingħajr ambigwità għal soluzzjoni paċifika għall-kriżi tal-Ukraina, u tirrispetta bis-sħiħ l-integrità territorjali, l-indipendenza u s-sovranità tal-Ukraina, kif ukoll ta' pajjiżi oħra tas-Sħubija tal-Lvant u l-ġirien tagħha; jistieden lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President il-ġdid tieħu rwol proattiv biex tiffaċilita d-djalogu bejn l-Ukraina u r-Russja, kif ukoll id-djalogu tal-UE mar-Russja, u biex tippromwovi soluzzjonijiet paċifiċi għall-kunflitti; jemmen, barra minn hekk, li l-Kummissjoni għandha tesplora l-modalitajiet tal-kooperazzjoni tal-UE mal-Unjoni Ekonomika Ewro-Asjatika;

38.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ukraina, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-OSKE, u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa.


(1)  Testi adottati P7_TA(2014)0170.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2014)0248.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2014)0457.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2014)0009.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2014)0101.


28.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/21


P8_TA(2014)0026

Reazzjoni tal-UE għall-epidemija tal-Ebola

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2014 dwar ir-risposta tal-UE għat-tfaqqigħ tal-Ebola (2014/2842(RSP))

(2016/C 234/05)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' 'emerġenza tas-saħħa pubblika ta' tħassib internazzjonali' tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tat-8 ta' Awwissu 2014,

wara li kkunsidra l-pjan direzzjonali għar-rispons tal-Ebola tal-WHO tat-28 ta' Awwissu 2014,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea dwar il-kriżi tal-Ebola fil-Punent tal-Afrika tal-15 ta' Awwissu 2014,

wara li kkunsidra l-valutazzjoni tar-riskju għall-Ebola miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard tas-27 ta' Awwissu 2014,

wara li kkunsidra d-'Dikjarazzjoni dwar it-tfaqqigħ tal-Ebola' fil-Punent tal-Afrika mill-Kummissarju għas-saħħa, Tonio Borg tat-8 ta' Awwissu 2014,

wara li kkunsidra d-'Dikjarazzjoni dwar ir-rispons tal-UE għat-tfaqqigħ tal-Ebola' mill-Kummissarju għall-Iżvilupp, Andris Piebalgs, u l-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u r-Rispons f'każ ta' Kriżi, Kristalina Georgieva tal-5 ta' Settembru 2014,

wara li kkunsidra l-Avveniment ta' Livell Għoli tal-Kummissjoni Ewropea biex tikkoordina r-rispons għat-Tfaqqigħ tal-Ebola fil-Punent tal-Afrika tal-15 ta’ Settembru 2014,

wara li kkunsidra il-missjoni tal-Unjoni Afrikana (UA), 'Appoġġ mill-UA għat-Tfaqqigħ tal-Ebola fil-Punent tal-Afrika' (ASEOWA), stabbilita fil-21 ta' Awissu 2014,

wara li kkunsidra t-Tgħarrif Speċjali lin-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ebola minn Dr Joanne Liu, President Internazzjonali ta' Médecins Sans Frontières, fit-2 ta' Settembru 2014,

wara li kkunsidra l-istqarrija tal-Ministru għad-Difiża tal-Liberja, Brownie Samukai, quddiem il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar it-theddida li qed jirrappreżenta t-tfaqqigħ tal-Ebola għal pajjiżu,

wara li kkunsidra l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tat-18 ta’ Settembru fejn il-krizi tal-Ebola se jkollha prominenza fl-aġenda,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Marda tal-Virus tal-Ebola (EVD), li qabel kienet magħrufa bħala d-deni emorraġiku Ebola, hija marda severa, ħafna drabi fatali fil-bniedmin;

B.

billi, mit-tfaqqigħ tal-Ebola li ġie ddikjarat uffiċjalment fit-22 ta' Marzu 2014 fil-Ginea, dan laħaq erba’ pajjiżi oħra (Liberja, Niġerja, Sierra Leone u Senegal), affettwa kważi 4 000 persuna u kkawża 'l fuq minn 2 000 mwiet, filwaqt li jiġi kkunsidrat li hemm ukoll każijiet mhux irrappurtati ta’ persuni infettati bl-Ebola u mwiet;

C.

billi l-epidemija qed taċċellera malajr u tinfirex fir-reġjun tal-Punent tal-Afrika, għalkemm qed iseħħ tfaqqigħ separat tal-virus anke fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo;

D.

billi l-WHO tirrikonoxxi li t-tfaqqigħ ġie sottovalutat u tistima li l-għadd ta' pazjenti jista' jmur oltre l-20 000 tul it-3 xhur li ġejjin;

E.

billi l-WHO ħabbret li dan huwa l-ikbar tfaqqigħ f'termini ta' każijiet, imwiet u kopertura ġeografika, u ddikjarat il-kriżi bħala “emerġenza tas-saħħa pubblika ta' tħassib internazzjonali” li titlob rispons internazzjonali kkoordinat;

F.

billi hemm 4,5 miljun tifel u tifla taħt l-età ta' ħames snin li qed jgħixu fiż-żoni milqutin mill-virus tal-Ebola, u n-nisa (li jirrappreżentaw 75 % tal-każi) intlaqtu b'mod sproporzjonat mill-virus minħabba r-rwol tagħhom bħala persuni li jieħdu ħsieb ħaddieħor;

G.

billi l-pjan direzzjonali tal-WHO jelenka għadd ta' miżuri ferm konkreti u immedjati bl-għan li jwaqqfu t-trażmissjoni tal-Ebola madwar id-dinja fi żmien sitt jew disa’ xhur, filwaqt li jġestixxu malajr il-konsegwenzi ta' kwalunkwe tixrid internazzjonali u jirrikonoxxu l-ħtieġa li, b'mod parallel, jiġi indirizzat l-impatt soċjoekonomiku usa' tat-tfaqqigħ;

H.

billi l-iktar NGOs attivi fil-post, il-Médecins Sans Frontières u l-International Federation of Red Cross u r-Red Crescent Societies, qed jikkritikaw l-isforzi internazzjonali billi qalu li dawn huma inadegwati b'mod perikoluż, peress li kapaċitajiet ferm limitati fil-post qed jirriżultaw f'nuqqasijiet kritiċi fl-aspetti kollha tar-rispons: kura medika ta' appoġġ, taħriġ tal-persunal tas-saħħa, kontroll tal-infezzjonijiet, traċċar tal-kuntatti, sorveljanza epidemoloġika, twissija u sistemi ta' riferiment, edukazzjoni komunitarja u mobilizzazzjoni;

I.

billi d-dipartiment tal-Kummissjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DĠ DEVCO) u d-dipartiment għall-Għajnuna Umanitarja u Protezzjoni Ċivili (DĠ ECHO) wiegħdu aktar minn EUR 147 miljun f'għajnuna umanitarja u għajnuna għall-iżvilupp biex irażżnu t-tixrid tal-virus, jipprovdu trattament u tagħmir bżonnjuż ħafna lil persuni infettati u jiskjeraw esperti umanitarji;

J.

billi EUR 11,9 miljun biss mill-EUR 147 miljun mwiegħda jindirizzaw speċifikament uħud mill-aktar bżonnijiet umanitarji urġenti;

K.

billi l-organizzazzjonijiet sħab fuq il-post kollha saħqu fuq il-fatt li, sabiex il-pazjenti jiġu iżolati u jingħataw il-kura, hemm ħtieġa urġenti mhux biss għal fondi, imma anke għal kapaċità operattiva, inklużi riżorsi umani kwalifikati u materjal loġistiku;

L.

billi l-Kummissjoni qed tissorvelja s-sitwazzjoni permezz taċ-Ċentru tagħha għall-Koordinament tar-Rispons għal Emerġenza (ERCC), li għandu jservi ta' pjattaforma għall-koordinament tal-assistenza tal-UE;

M.

billi esperti umanitarji tal-UE intbagħtu fir-reġjun biex jissorveljaw is-sitwazzjoni u jżommu kuntatt mall-organizzazzjonijiet imsieħba u l-awtoritajiet lokali;

N.

billi l-Istati Membri tal-UE għandhom il-kapaċità li jimmobilizzaw timijiet ta' rispons immedjat biex jiżguraw djanjosi bikrija, iżolament (każijiet suspetti u każijiet ikkonfermati fi swali differenti), il-monitoraġġ ta' persuni f'kuntatt u li jintraċċaw katini ta' trażmissjoni, miżuri ta' dfin, edukazzjoni u appoġġ lokali;

O.

billi l-pajjiżi affettwati diġà jsofru minn nuqqasijiet ta' ikel u ilma nadif u kollass ekonomiku kkawżat minn ostakli fil-kummerċ, it-titjiriet kummerċjali u l-ħidma tal-ħsad, wara t-tfaqqigħ tal-epidemija, u dan iwassal għal problemi soċjali, ħarb, kaos, theddid lill-ordni pubbliku u tifrix ulterjuri tal-virus;

P.

billi l-marda żvelat l-inadegwatezza serja tas-sistemi tas-saħħa tal-pajjiżi milqutin u l-bżonn urġenti ta' appoġġ biex jissaħħu;

1.

Jiddeplora l-imwiet fir-reġjun devastat mit-tfaqqigħ tal-Ebola u jestendi l-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-gvernijiet tal-pajjiżi u l-persuni affettwati mit-tfaqqigħ;

2.

Jikkunsidra li l-komunità internazzjonali għandha jkollha rwol akbar filwaqt li l-pajjiżi Afrikani għandhom jassumu wkoll is-sehem tagħhom tar-reponsabbiltà, peress li t-tfaqqigħ tal-Ebola toħloq sfida ta' sigurtà globali u mhijiex biss problema tal-Punent tal-Afrika iżda pjuttost hi problema fuq skala globali;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni tintensifika l-isforzi tagħha u tikkoordina azzjonijiet mal-Istati Uniti biex tiġġieled t-tfaqqigħ tal-virus tal-Ebola; jitlob lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, flimkien mal-pajjiżi sħab affettwati, jikkunsidraw il-possibbiltà li jintużaw assi ta’ difiża militari u ċivili taħt it-tmexxija tas-Segretarju Ġenerali u koordinati mill-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji;

4.

Jilqa' u jħeġġeġ ż-żieda fl-impenn finanzjarju li għadu għaddej tal-Kummissjoni f'termini ta' għajnuna umanitarja u għall-iżvilupp b'rispons għall-kriżi, u speċjalment l-appoġġ tagħha għall-missjoni ASEOWA tal-Unjoni Afrikana;

5.

Ifaħħar il-ħidma li saret fuq l-art minn organizzazzjonijiet sħab minkejja l-isfidi u jilqa' l-kontribut kbir u l-għajnuna tagħhom għall-kontroll ta' dan it-tfaqqigħ.

6.

Ifakkar lill-Istati Membri li l-għajnuna finanzjarja pprovduta lill-pajjiżi affettwati m’għandhiex tkun askapitu tal-għajnuna għall-iżvilupp fit-tul iżda, minflok, għandha tkun kumplimentari;

7.

Jiddispjaċih dwar is-sottovalutazzjoni tal-kriżi min-naħa tal-komunità internazzjonali u d-dewmien fil-provvista ta' strateġija kkoordinata adegwata;

8.

Jilqa’ l-impenni li saru mill-Istati Membri fl-Avveniment ta' Livell Għoli tal-Kummissjoni Ewropea tal-15 ta' Settembru 2014, u jħeġġeġ lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea torganizza laqgħa ministerjali biex jiġi stabbilit pjan ta’ emerġenza għall-mobilizzazzjoni ta’ rispons mediku biex ikun hemm qbil u tiġi pprovduta għajnuna umanitarja mill-Istati Membri, taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni;

9.

Jappella lill-Kummissjoni biex tfassal valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet u pjanijiet imfassla apposta għall-pajjiż biex tiddetermina u tikkoordina d-domanda u l-użu ta’ persunal ikkwalifikat fil-qasam tas-saħħa, laboratorji mobbli, tagħmir tal-laboratorju, ħwejjeġ protettivi u ċ-ċentri ta' trattament ta' swali ta' iżolament;

10.

Jistieden lill-Istati Membri biex jikkordinaw titjiriet u jistabbilixxu pontijiet tal-arja li huma dedikati għaċ-ċaqliq ta' persunal u tagħmir tas-saħħa lejn il-pajjiżi u r-reġjun affetwati, u biex jipprovdu evakwazzjoni medika jekk hi neċessarja;

11.

Jenfasizza l-bżonn li jissaħħu l-kollaborazzjoni xjentifika u l-appoġġ teknoloġiku fiż-żoni affettwati minn dan it-tfaqqigħ, bl-għan li jiġu stabbiliti infrastrutturi kliniċi, epidemoloġiċi u dijanjostiċi, inkluż infrastruttura u sorveljanza sostenibbli, u li tingħata attenzjoni partikolari għall-involviment tal-persunal lokali, inkluż it-taħriġ;

12.

Jitlob lill-Kummissjoni, permezz tal-ERCC, biex iżżomm kuntatt mill-qrib mal-ECDC, il-WHO u l-Istati Membri permezz tal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa;

13.

Jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistemi ta' kontroll biex tiżgura li l-baġit sħiħ allokat lit-twaqqif tat-tfaqqigħ tal-Ebola jintuża verament biex tiġi miġġielda l-epidemija fil-pajjiżi affettwati mill-virus, u mhux għal skopijiet oħra;

14.

Jikkunsidra l-pjan direzzjonali għar-Rispons tal-Ebola tal-WHO bħala bażi għall-attivitajiet ta' prijorità, speċjalment ir-rispons differenzjat tal-pajjiżi b'trażmissjoni mxerrda ħafna, każijiet inizjali u pajjiżi ġirien fejn il-preparamenti għandhom jiġu msaħħa;

15.

Jilqa’ d-diskussjonijiet dwar kif l-isforzi tan-NU għaż-żamma tal-paċi jistgħu – bit-taħriġ xieraq – jappoġġaw ulterjorment il-ġlieda kontra l-Ebola fir-reġjun;

16.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jappoġġaw u jinkoraġġixxu lill-Unjoni Afrikana fir-rigward tal-bżonn ta’ pjan ta’ azzjoni olistiku, peress li s-sitwazzjoni qed tkompli tmur għall-agħar b'mod rapidu u qed taffettwa l-ekonomija kif ukoll l-ordni pubblika fil-pajjiżi kkonċernati, peress li l-kriżi tal-Ebola saret kumplessa, b’implikazzjonijiet politiċi, ta’ sigurtà, ekonomiċi u soċjali li jkomplu jaffettwaw ir-reġjun lil hinn sew mill-emerġenza medika attwali;

17.

Jenfasizza li l-kriżi attwali ma tistax tissolva mis-sistemi tas-saħħa waħedhom, iżda hemm bżonn ta' approċċ ikkonċentrat li jinvolvi d-diversi setturi (il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u t-taħriġ, s-sanitazzjoni, l-għajnuna għall-ikel) biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet kritiċi fis-servizzi essenzjali kollha;

18.

Jemmen li l-persunal mediku lokali jrid jiġi involut fit-trattament tal-popolazzjoni affettwata u għandu joħloq kuntatt mal-popolazzjoni u l-persunal mediku internazzjonali;

19.

Jappella għal azzjoni edukattiva u informattiva biex jiżdied l-għarfien dwar is-sintomi u l-miżuri preventivi għall-faċilità tal-fiduċja u l-kooperazzjoni popolari mal-miżuri kontra l-Ebola, peress li l-informazzjoni u l-komunikazzjoni jikkostitwixxu aspett importanti tal-ġlieda kontra t-tfaqqigħ tal-Ebola;

20.

Jisħaq fuq il-fatt li l-ġlieda kontra l-Ebola ma tistax twassal għall-istigmatizzazzjoni tal-pazjenti superstiti fil-komunitajiet jew fil-pajjiżi;

21.

Jitlob lill-Istati Membri kollha jwettqu kontroll tal-infezzjonijiet rigorużi u, b'kooperazzjoni mal-ECDC, jipprovdu informazzjoni iktar kompluta lill-pubbliku dwar ir-riskji;

22.

Jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jikkoordinaw u jsaħħu r-riċerka medika u l-produzzjoni ta' mediċini effiċjenti u titqib kontra l-Ebola, u jmexxu 'l quddiem il-provi kliniċi neċessarji għat-trattamenti kandidati eżistenti;

23.

Jitlob ukoll li ssir distinzjoni ċara bejn it-testijiet ta' tilqim tal-Ebola u t-trattament li jingħata lil persuni infettati mill-Ebola; jitlob li l-provi kliniċi tal-vaċċin għall-Ebola biex jirrispettaw ir-regoli fis-seħħ tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;

24.

Jitlob lill-Kumitat għall-Iżvilupp biex jipprovdi rakkomandazzjonijiet approfonditi għall-mitigazzjoni tal-konsegwenzi fit-tul tal-epidemija u jsaħħaħ is-sistemi tas-saħħa tal-pajjiżi affettwati sabiex jiġi evitat tfaqqigħ simili;

25.

Jaqgħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, il-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, il-gvernijiet u l-parlamenti tal-Unjoni Afrikana, s-Segretarju Ġenerali tan-NU u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.


28.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/25


P8_TA(2014)0027

Is-sitwazzjoni fl-Iraq u s-Sirja u l-attakk tal-IS inkluża l-persekuzzjoni tal-minoranzi

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Iraq u fis-Sirja u l-offensiva IS, inkluża l-persekuzzjoni tal-minoranzi (2014/2843(RSP))

(2016/C 234/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fl-Iraq u s-Sirja,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar l-Iraq u s-Sirja,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar l-Iraq u s-Sirja tat-30 ta' Awwissu 2014,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar l-Iraq u s-Sirja,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2170 (2014) u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU S-22/L.1 (2014),

wara li kkunsidra l-istqarrijiet tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar l-Iraq u s-Sirja,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Summit tan-NATO tal-5 ta' Settembru 2014,

wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew twemmin adottati fl-24 ta' Ġunju 2013,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenza ta' Pariġi dwar is-sigurtà fl-Iraq u l-ġlieda kontra l-Istat Iżlamiku tal-15 ta' Settembru 2014,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra, u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Iraq (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi s-sitwazzjoni tas-sigurtà u dik umanitarja fl-Iraq u s-Sirja, li diġà kienet kritika, kompliet tmur għall-agħar bħala konsegwenza tal-okkupazzjoni ta' partijiet tat-territorji tagħhom mill-grupp terrorist ġiħadist li nqata' minn mal-Al-Qaeda, l-Istat Iżlamiku (IS); billi l-karattru transnazzjonali tal-IS u l-gruppi terroristiċi assoċjati miegħu jirrappreżenta theddida lill-bqija tar-reġjun; billi t-tħassib dwar il-benessri ta' dawk li għadhom maqbuda f'żoni kkontrollati mill-forzi tal-IS qed jiżdied;

B.

billi d-diżintegrazzjoni tal-fruntiera ta' bejn l-Iraq u s-Sirja, forniet lill-IS b'opportunitajiet biex itejjeb il-preżenza tiegħu fiż-żewġ pajjiżi; billi l-IS, matul dawn l-aħħar xhur, espanda l-konkwista territorjali tiegħu mil-Lvant tas-Sirja sal-Majjistral tal-Iraq, inkluża t-tieni l-akbar belt tal-Iraq, Mosul; billi fid-29 ta' Ġunju 2014 ġie rrapportat li l-IS ipproklama 'l-kalifat', jew 'l-Istat Iżlamiku', fit-territorji tal-Iraq u s-Sirja li jikkontrolla, u billi l-kap tiegħu, Abdu Bakr al-Baghdadi, iddikkjara lilu nnifsu bħala kalif; billi l-IS ma jirrikonoxxix fruntieri aċċettati internazzjonalment u ddikjara l-intenzjoni li jifrex il-“kalifat Iżlamiku” lejn pajjiżi oħra b'maġġoranza Musulmana;

C.

billi l-konkwista tat-territorji fl-Iraq u s-Sirja wara l-impożizzjoni tal-interpretazzjoni ħarxa tal-liġi tax-Xarija; billi l-ksur sejru tad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali sar f'żoni li jinsabu taħt il-kontroll tal-IS u l-gruppi assoċjati miegħu, inklużi l-qtil immirat, l-konverżjonijiet furzati, s-sekwestri, il-bejgħ tan-nisa, it-tjassir tan-nisa u t-tfal, ir-reklutaġġ tat-tfal għall-attakki suwiċida bil-bombi, l-abbuż sesswali u fiżiku u t-tortura; billi l-IS qatel lill-ġurnalisti James Foley u Steven Sotloff, u l-ħaddiem umanitarju David Haines; billi l-komunitajiet tal-Insara, il-Yezidi, it-Turkmeni, x-Shabak, il-Kaka’e, is-Sabian u x-Shi’a qegħdin fil-mira tal-IS, kif ukoll ħafna Għarab u Musulmani Sunniti; billi l-moskej, il-monumenti, is-santwarji, il-knejjes u postijiet oħra ta' qima, l-oqbra u ċ-ċimiterji, kif ukoll siti arkeoloġiċi u siti ta' wirt kulturali nqerdu deliberatament;

D.

billi l-Iraqini Nsara reċentement kienu vittimi ta' persekuzzjoni u ċċaħħdu mid-drittijiet fundamentali tagħhom u ġew mġiegħla jitilqu minn djarhom u jsiru rifuġjati minħabba r-reliġjon u t-twemmin tagħhom; billi skont l-Open Doors International, in-numru ta' Insara fl-Iraq naqas b'mod sinifikanti minn 1,2 miljuni fil-bidu tal-1990 għal bejn 330 000 u 350 000 fil-preżent; billi qabel ma beda l-kunflitt fis-Sirja, fil-pajjiż kienu jgħixu madwar 1,8 miljun Insara; billi mindu beda l-kunflitt ġew spostati minn tal-inqas 500 000 Insara;

E.

billi skont l-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji tan-Nazzjonijiet Uniti (OCHA) madwar 1,4 miljun persuna ġew spostati internament fl-Iraq din is-sena u madwar 1,5 miljun persuna għandhom bżonn assistenza umanitarja; billi ż-żieda qawwija tal-IS ipproduċiet kriżi umanitarja, notevolment l-ispustament massiv taċ-ċivili; billi fit-12 ta' Awwissu 2014 l-UE ddeċidiet li żżid l-assistenza umanitarja tagħha lill-Iraq b'EUR 5 miljun sabiex tingħata assistenza bażika lill-persuni spostati, b'hekk il-finanzjament umanitarju tal-2014 għall-Iraq s'issa jammonta għal EUR 17-il miljun; billi l-UE qed tkompli żżid ulterjorment l-għajnuna umanitarja u stabbiliet pont tal-imbark bejn Brussell u Erbil;

F.

billi skont in-NU 'l fuq minn 191 000 ruħ mietu fis-Sirja fil-kunflitt; billi skont l-OCHA huwa stmat li hemm aktar minn 6,4 miljun persuna spostata internament fis-Sirja, u aktar minn 3 miljun refuġjat Sirjan, prinċipalment fil-Libanu (1,170 miljun refuġjat), it-Turkija (832 000 refuġjat), il-Ġordan (613 000 refuġjat), l-Iraq (21 500 refuġjat) u l-Eġittu u l-Afrika ta' Fuq (162 000 refuġjat); Billi skont l-Uffiċċju għall-Għajnuna Umanitarja u Protezzjoni Ċivili (ECHO) madwar 10,8 miljun persuna għandhom bżonn assistenza umanitarja; billi, s'issa, l-UE kkontribwixxiet b'EUR 150 miljun f'għajnuna umanitarja għall-vittmi tal-kriżi Sirjana;

G.

billi mijiet ta' ġellieda barranin, inklużi ħafna mill-Istati Membri tal-UE, issieħbu fil-ġlied man-naħa tal-IS; billi dawn iċ-ċittadini tal-UE huma identifikati bħala riskju għas-sigurtà mill-gvernijiet tal-Istati Membri;

H.

billi l-UE rrikonoxxiet il-piż li tqiegħed fuq ir-reġjun tal-Kurdistan u l-Gvern Reġjonali tal-Kurdistan, li qed jospita numru kbir ta' persuni spostati internament;

I.

billi l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) iddikkjara li se jibqa' diffiċli ferm li wieħed jopera fiż-żona biex iċ-ċivili u r-refuġjati jingħataw l-għajnuna xierqa li għandhom bżonn; billi huwa importanti li li l-eluf ta' mijiet ta' refuġjati Sirjani u Iraqini isibu kenn qabel ma tidħol ix-xitwa;

J.

billi l-UE tenniet l-impenn sod tagħha lejn l-unità, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Iraq;

K.

billi l-Kapijiet ta' Stat u tal-Gvern li pparteċipaw fis-Summit tan-NATO tal-4 u l-5 ta' Settembru 2014 stqarru li l-preżenza tal-IS, kemm fis-Sirja kif ukoll fl-Iraq, hija theddida għall-istabbiltà reġjonali, u li l-popli tas-Sirja u dak tal-Iraq u fi bnadi oħra tar-reġjun jeħtieġu l-appoġġ tal-komunità internazzjonali biex jikkontrastaw din it-theddida;

L.

billi l-possibbiltà tqajmet biex isiru attakki mill-ajru fil-Lvant tas-Sirja; billi fil-laqgħa tan-NATO tal-5 ta' Settembru 2014, tfasslet koalizzjoni kontra l-IS; billi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) bħalissa qed jaħdem fuq strateġija reġjonali komprensiva li tindirizza t-theddida mill-IS; billi fl-10 ta' Settembru 2014 il-President Amerikan Obama tal-Istati Uniti żvela l-istrateġija tiegħu għall-ġlieda kontra l-IS, li tinkludi, fost azzjonijiet oħra, kampanja sistematika ta' attakki mill-ajru kontra elementi IS “ikunu fejn ikunu”, inkluż fis-Sirja, appoġġ akbar għall-forzi tal-alleati fuq l-art li qed jiġġieldu kontra l-IS, u sforzi akbar kontroterroristiċi mmirati biex jaqtgħu kull finanzjament lill-grupp; billi l-Lega Għarbija wiegħdet li se ssaħħaħ il-kooperazzjoni biex tgħeleb lill-IS fis-Sirja u fl-Iraq;

M.

billi l-IS irnexxielu jikseb sorsi ta' dħul sinifikanti minn sakkeġġi ta' banek u negozji fit-territorji li jikkontrolla, waqt li ħa f'idejh sitt bjar taż-żejt fis-Sirja, fosthom l-ikbar faċilità taż-żejt tas-Sirja, al-Omar, qrib il-fruntiera mal-Iraq u qed jirċievi wkoll fondi mingħand donaturi għonja li l-biċċa l-kbira tagħhom huma mir-reġjun;

N.

billi l-promozzjoni tad-demokrazija u r-rispett għad-drittjiet tal-bniedem u l-libertajiet ċivili, inkluż id-dritt għal-libertà tar-reliġjon u t-twemmin, huma prinċipji u għanijiet fundamentali tal-UE u jikkostitwixxu bażi komuni għar-relazzjoni tagħha ma' pajjiżi terzi;

1.

Jinsab imħasseb ferm dwar id-deterjorament tas-sigurtà u s-sitwazzjoni umanitarja fl-Iraq u fis-Sirja bħala riżultat tal-okkupazzjoni ta' partijiet tat-territorju tagħhom mill-IS; ikkundanna bil-qawwa l-qtil indiskriminat u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa minn din l-organizzazzjoni u organizzazzjonijiet terroristiċi oħra kontra minoritajiet reliġjużi u erniċi u l-gruppi l-aktar vulnerabbli; jikkundanna bil-qawwa l-attakki kontra miri ċivili, inklużi sptarijiet, skejjel u postijiet ta' qima, u l-użu tal-eżekuzzjonijiet u l-vjolenza sesswali mill-IS fl-Iraq u s-Sirja; jenfasizza l-fatt li m'għandu jkun hemm l-ebda impunità għan-nies li jagħmlu dawn l-atti;

2.

Jikkundanna bil-qawwa l-qtil tal-ġurnalisti James Foley u Steven Sotloff u l-ħaddiem umanitarju David Haines mill-IS u jesprimi tħassib serju dwar is-sikurezza ta' dawk li għadhom maqbuda mill-estremististi; jesprimi s-simpatija profonda u l-kondoljanzi tiegħu lill-familji ta' dawn il-vittmi u lill-familji tal-vittmi kollha tal-kunflitt;

3.

Jenfasizza li l-attakki sistematiċi u fuq skala wiesgħa mmirati fuq iċ-ċivili minħabba l-appartenenza etnika jew politika, ir-reliġjon, it-twemmin u s-sess tagħhom, jistgħu jikkostitwixxu delitt kontra l-umanità; jikkundanna bil-qawwa l-forom kollha ta' persekuzzjoni, diskriminazzjoni u l-intolleranza abbażi tar-reliġjon u t-twemmin, u l-atti ta' vjolenza kontra l-komunitajiet reliġjużi kollha; jisħaq, għal darba oħra, dwar il-fatt li d-dritt għal-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon huwa dritt fundamentali tal-bniedem;

4.

Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-vittmi tal-intolleranza reliġjuża u l-mibegħda; jesprimi s-solidarjetà tiegħu lejn il-membri tal-komunitajiet Insara li qed ikunu vittmi ta' persekuzzjoni u jħabbtu wiċċhom mal-periklu tal-estinzjoni f'art twelidhom, l-Iraq u s-Sirja, kif ukoll lejn minoranzi reliġjuzi oħra vittmi ta' persekuzzjoni; jikkonferma l-appoġġa tiegħu lejn id-dritt inaljenabbli tal-minoranzi reliġjużi u etniċi kollha li jgħixu fl-Iraq u fis-Sirja, inklużi l-Insara, biex jibqgħu jgħixu fl-art storika u tradizzjonali fejn twieldu b'dinjità, ugwaljanza u sikurezza, u li jipprattikaw fil-libertà ir-reliġjon tagħhom; jisħaq fuq il-fatt li d-delitti li saru fuq il-minoranzi Nsara bħall-Assirjani, is-Sirijaċi u l-Kaldej, kif ukoll il-Yezidi u l-Musulmani Xiiti, huwa l-aħħar sforz tal-IS biex iwettqu persekuzzjoni reliġjuża kompleta fl-għeruq taċ-ċiviltà u l-Kristjanità; jinnota li, għal-sekli sħaħ, il-gruppi reliġjużi differenti f'dan ir-reġjun kienu jikkoeżistu b'mod paċifiku;

5.

Jirrifjuta mingħajr riżervi, u jqis bħala illeġitima, id-dikjarazzjoni mill-mexxej tal-ISIS li huwa waqqaf kalifat fiż-żoni li issa jikkontrolla; jenfasizza li l-ħolqien u l-espansjoni tal-“kalifat Iżlamiku”, kif ukoll l-attivitajiet ta' gruppi estremisti oħra fl-Iraq u s-Sirja, hu theddida diretta għas-sigurtà tal-pajjiżi Ewropej; jirrifjuta n-nozzjoni ta' kwalunkwe bidla unilaterali tal-fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment permezz tal-forza; jisħaq mill-ġdid li l-IS huwa soġġett għal embargo fuq l-armi u ffriżar tal-assi imposti mir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1267 (1999) u 1989 (2011), u jissottolinja l-importanza ta' implimentazzjoni fil-pront u effikaċi ta' dawn il-miżuri; jistieden lill-Kunsill jikkunsidra użu aktar effikaċi tal-miżuri restrittivi eżistenti, b'mod partikolari biex iċaħħad lill-IS il-benefiċċji ta' bejgħ illeċitu taż-żejt jew bejgħ illeċitu ta' riżorsi oħra fis-swieq internazzjonali; jinsab imħasseb ħafna dwar allegazzjonijiet li atturi f'xi Stati Membri tal-UE huma involuti f'kummerċ illeċitu ta' żejt mal-IS; jistaqsi lill-Kummissjoni jekk tistax tikkonferma dawn l-allegazzjonijiet u jekk huwa l-każ, jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-kummerċ illeċitu taż-żejt jintemm immedjatament;

6.

Jikkundanna l-użu u l-isfruttament tal-bjar taż-żejt u l-infrastruttura relatata mill-IS u gruppi assoċjati, fatt li jippermetti lill-IS jiġġenera introjtu sostanzjali, u jħeġġeġ lill-istati kollha jżommu mar-riżoluzzjonijiet 2161 (2014) u 2170 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li jikkundannaw il-kummerċ dirett jew indirett kollu mal-IS u gruppi assoċjati; jinsab imħasseb li l-IS qed jiġġenera introjtu permezz tal-bejgħ taż-żejt; jieħu nota tal-intenzjoni tal-UE li tissikka s-sanzjonijiet biex l-IS ma jkunx jista' jbiegħ iż-żejt; jappella għalhekk lill-UE timponi sanzjonijiet fuq dawk kollha (il-gvernijiet u l-kumpaniji pubbliċi jew privati) involuti fit-trasport, it-trasformazzjoni, l-irfinar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' żejt estratt f'żoni ikkontrollati mill-IS, flimkien ma' kontrolli stretti fuq il-flussi finanzjarji sabiex jiġu evitati l-attività ekonomika u l-isfruttament tar-rifuġji fiskali min-naħa tal-IS;

7.

Jilqa' l-appell li għamlu l-Federazzjonijiet Iżlamiċi Franċiżi kollha fit-8 ta' Settembru 2014, kif ukoll l-appelli minn komunitajiet Iżlamiċi oħra, li b'mod inekwivoku u mingħajr kundizzjonijiet jikkundannaw l-istrumentalizzazzjoni tal-Iżlam mill-gruppi terroristiċi estremisti biex jiġġustifikaw il-vjolenza, l-intolleranza u d-delitti li jwettqu kontra l-umanità;

8.

Jistieden lill-partijiet kollha tal-kunflitt fl-Iraq jiżguraw il-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili u jżommu mal-obbligi tagħhom skont il-liġi internazzjonali umanitarja u tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob li jingħata appoġġ u għajnuna umanitarja immedjati lill-persuni spostati tal-Iraq;

9.

Jilqa' l-isforzi tal-Istati Uniti u tal-istati kollha l-oħra li qed jagħtu l-kontribut tagħhom biex jappoġġaw lill-awtoritajiet nazzjonali u lokali tal-Iraq fil-ġlieda tagħhom kontra l-IS, iwaqqfu lill-IS milli jkompli javvanza u jiffaċilitaw l-aċċess għall-appoġġ umanitarju; jilqa' t-talba tal-Istati Uniti għal koalizzjoni internazzjonali kontra l-IS, li qed iżid fil-poter; jilqa' d-deċiżjoni li ttieħdet mil-Lega Għarbija fis-7 ta' Settembru 2014 biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa għal konfrontazzjoni mal-IS u kooperazzjoni mal-isforzi internazzjonali, reġjonali u nazzjonali biex jiġu miġġielda l-militanti fis-Sirja u l-Iraq, u biex tiġi approvata r-riżoluzzjoni 2170 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jistieden lil-Lega Għarbija tiddiskuti l-emendar tal-Konvenzjoni Għarbija għall-Ġlieda kontra t-Terroriżmu tal-1998, biex b'hekk tkun tista' tiġġieled it-terroriżmu globali b'kull mezz;

10.

Jistieden lill-komunità internazzjonali tassisti lill-awtoritajiet tal-Iraq, inkluż billi tipprovdi protezzjoni militari lill-gruppi partikolarment vulnerabbli, sabiex jiżguraw il-protezzjoni u l-assistenza lil dawk li qed jaħarbu miż-żoni milquta mit-terroriżmu, b'mod partikolari membri ta' gruppi vulnerabbli u membri ta' komunitajiet etniċi u reliġjużi; jistieden lill-atturi reġjonali kollha jikkontribwixxu lejn l-isforzi għall-promozzjoni tas-sigurtà u l-istabbiltà fl-Iraq; ifakkar li għandu jkun l-impenn u r-responsabilità finali tal-atturi reġjonali kollha, kif ukoll tal-UE, li jagħmlu ħilthom kollha biex jiggarantixxu r-ritorn tal-minoranzi tradizzjonali u taċ-ċittadini kollha lejn fejn kienu joqogħdu qabel ma kellhom jaħarbu; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jassistu lill-awtoritajiet tal-Iraq u dawk lokali bil-mezzi kollha possibbli, inkluża assistenza militari adegwata, sabiex irażżnu u jimbuttaw lura l-espansjoni terroristika u aggressiva tal-IS; jenfasizza l-ħtieġa għal azzjoni koordinata min-naħa tal-pajjiżi fir-reġjun biex tiġi miġġielda t-theddida tal-IS; jistieden lill-atturi reġjonali kollha jagħmlu dak kollu li jistgħu biex iwaqqfu l-attivitajiet kollha minn entitajiet uffiċjali jew privati maħsuba biex ixerrdu ideoloġiji Iżlamisti estremi; jistieden lit-Turkija timpenja ruħha b'mod ċar u mhux ambigwu li tiġġieled it-theddida komuni għas-sigurtà li qed jippreżenta l-IS; jistieden lill-UE tiffaċilita djalogu reġjonali dwar il-problemi li qed iħabbat wiċċu magħhom il-Lvant Nofsani u tinkludi l-partijiet sinifikanti kollha, b'mod partikolari l-Iraq u l-Arabja Sawdija;

11.

Jilqa' l-mobilizzazzjoni taċ-Ċentru Ewropew ta' Koordinazzjoni tar-Reazzjoni għall-Emerġenzi u l-attivazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili fuq talba tal-gvern tal-Iraq; jilqa' l-għajnuna umanitarja tal-UE lill-Iraq u s-Sirja; jitlob għajnuna umanitarja addizzjonali għall-popolazzjonijiet milquta mill-kunflitt, inklużi l-Kurdi Sirjani;

12.

Jistieden lill-partijiet kollha tal-kunflitt fis-Sirja, b'mod partikolari r-reġim tas-Sirja, jiżguraw il-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili, iżommu mal-obbligi tagħhom skont il-liġi internazzjonali umanitarja u tad-drittijiet tal-bniedem, jiffaċilitaw il-forniment tal-għajnuna umanitarja u l-assistenza permezz tal-kanali kollha possibbli, inkluż min-naħa għall-oħra tal-fruntiera u l-linji tal-kunflitt, u jiżguraw is-sikurezza tal-persunal mediku kollu u tal-ħaddiema umanitarji; ifaħħar ir-rwol tal-Libanu, il-Ġordan u t-Turkija għall-fatt li jaċċettaw ir-refuġjati; jistieden lill-komunità internazzjonali tkun aktar attiva u disponibbli fir-rigward tal-qsim tal-piżijiet u tipprovdi appoġġ finanzjarju dirett lill-pajjiżi ospitanti; jistieden lill-UE tagħmel pressjoni fuq id-donaturi kollha biex iwettqu l-wegħdiet tagħhom b'mod rapidu; jilqa' l-impenji mill-Istati Membri, peress li l-UE hija l-akbar donatur ta' għajnuna finanzjarja u s-sors ta' wegħdiet futuri;

13.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu sfruttati l-possibiltajiet kollha biex it-theddida tal-IS tiġi miġġielda b'mod effettiv, b'rispett sħiħ tal-liġi internazzjonali; jenfasizza li fuq perjodu ta' żmien twil hija biss soluzzjoni politika dejjiema u inklużiva li tinvolvi tranżizzjoni paċifika lejn gvern ġenwinament rappreżentattiv fis-Sirja li tista' tgħin tinnewtralizza t-theddida tal-IS u organizzazzjonijiet estremisti oħra;

14.

Jistieden lill-partijiet kollha tal-kunflitt fis-Sirja jirrispettaw il-mandat tal-Forza tan-Nazzjonijiet Uniti Inkarigata mill-Osservanza tad-Diżimpenn u jiżguraw is-sikurezza u l-libertà tal-moviment tat-truppi tan-NU, inkluż dawk mill-Istati Membri tal-UE; jikkundanna l-fatt li 45 ħaddiem għaż-żamma tal-paċi mill-Fiġi nżammu minn grupp armat; jilqa' l-ħelsien tal-ħaddiema għaż-żamma tal-paċi fil-11 ta' Settembru 2014;

15.

Ifakkar fid-dikjarazzjoni tal-Koordinatur Speċjali għall-Missjoni Konġunta tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi u n-Nazzjonijiet Uniti (OPCW-NU), fejn intqal li 96 % tal-armi kimiċi Sirjani nqerdu; jitlob li l-armi li fadal jiġu diżattivati f'konformità mal-Qafas għall-Eliminazzjoni tal-Armi Kimiċi tas-Sirja;

16.

Jilqa' d-deċiżjoni meħuda minn Stati Membri individwali li jirreaġġixxu b'mod pożittiv għat-talba tal-awtoritajiet reġjonali Kurdi biex jipprovdulhom materjal militari b'mod urġenti; jisħaq fuq il-fatt li dawn ir-reazzjonijiet isiru skont il-kapaċitajiet u l-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri u għandhom il-kunsens tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Iraq; jistieden lil dawk l-Istati Membri li qed jipprovdu materjal militari lill-awtoritajiet reġjonali Kurdi biex jikkoordinaw l-isforzi tagħhom u jimplimentaw miżuri effikaċi ta' monitoraġġ sabiex jevitaw li dan il-materjal jinxtered mingħajr kontroll u li jintuża kontra persuni ċivili;

17.

Itenni t-tħassib tiegħu li eluf ta' ġellieda barranin transnazzjonali, inklużi ċittadini tal-Istati Membri, issieħbu fir-rewwixta tal-IS; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex lill-ġellieda ma jħalluhomx jivvjaġġaw minn arthom, f'konformità mar-riżoluzzjoni 2170 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u jiżviluppaw strateġija komuni għas-servizzi ta' sigurtà u l-aġenziji tal-UE biex iwettqu monitoraġġ u kontroll fuq il-ġiħadisti; jitlob kooperazzjoni fil-livell tal-UE u dak internazzjonali sabiex tittieħed azzjoni legali xierqa kontra kwalunkwe individwu suspettat li jkun involut f'atti ta' terroriżmu; jistieden lill-Istati Membri jintensifikaw il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejniethom, kif ukoll ma' korpi tal-UE, u jiżguraw kooperazzjoni effiċjenti mat-Turkija; jenfasizza l-importanza tal-prevenzjoni, il-prosekuzzjoni, l-estensjoni, ir-riabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid;

18.

Jilqa' l-ħolqien ta' gvern ġdid u inklużiv fl-Iraq, kif ukoll l-adozzjoni tal-programm ministerjali; jappoġġa l-isforzi tal-Prim Ministru biex jiffinalizza l-formazzjoni tal-gvern; jistieden lill-gvern ikun verament rappreżentattiv, b'aġenda inklużiva; jenfasizza li l-gvern għandu jirrappreżenta kif jixraq id-diversità politika, reliġjuża u etnika tas-soċjetà tal-Iraq, inkluża l-minoranza Sunnita, biex jieqaf it-tixrid tad-demm u l-frammentazzjoni tal-pajjiż; jistieden lill-parteċipanti kollha jaħdmu flimkien fl-interess tal-istabbiltà politika u l-paċi, u sabiex jiġi miġġieled l-irvell tal-IS; jissottolinja l-fatt li l-unità, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Iraq huma essenzjali biex ikun hemm stabbiltà u żvilupp ekonomiku fil-pajjiż u r-reġjun;

19.

Jistieden lill-Gvern u l-Parlament tal-Iraq jeżaminaw mill-ġdid b'mod urġenti l-leġiżlazzjoni u l-prattika legali, jagħmlu riforma tas-sistema ġudizzjarja u tas-sistema tas-sigurtà tal-pajjiż, u jimplimentaw politiki inklużivi fil-konfront tal-Iraqini kollha, sabiex itemmu l-politika ta' diskriminazzjoni;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjonijiet speċifiċi biex jindirizzaw il-qagħda tan-nisa fl-Iraq u s-Sirja, jiggarantixxu l-libertà tagħhom u r-rispett tad-drittijiet l-aktar fundamentali tagħhom, kif ukoll jadottaw miżuri biex jipprevjenu l-isfruttament, l-abbuż u l-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal, b'mod partikolari ż-żwieġ bikri tal-bniet; jinsab partikolarment imħasseb dwar il-fatt li żdiedet kull xorta ta' vjolenza kontra n-nisa Yazidi, li qed jiġu miżmuma f'ħabsijiet, stuprati, abbużati sesswalment u mibjugħa mill-membri tal-IS;

21.

Jesprimi tħassib dwar l-għadd dejjem jikber ta' każijiet ta' reklutaġġ ta' tfal u żgħażagħ fl-Iraq u s-Sirja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timpenja ruħha flimkien ma' sħab, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, biex jitħejja programm komprensiv li jindirizza l-ħtieġa li jitħarsu t-tfal u n-nisa milquta mill-kunflitt armat;

22.

Jappoġġa t-talba tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem lill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem biex tintbagħat b'urġenza missjoni fl-Iraq sabiex tinvestiga l-ksur u l-abbużi tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem li wettqu l-IS u gruppi terroristiċi assoċjati, u tistabbilixxi l-fatti u ċ-ċirkostanzi ta' dawn l-abbużi u l-ksur, bil-għan li tiġi evitata l-impunità u tiġi żgurata reponsabilità sħiħa;

23.

Jibqa' konvint li ma jistax ikun hemm paċi sostenibbli fis-Sirja u fl-Iraq jekk il-partijiet kollha ma jieħdux ir-responsabilità tad-delitti li twettqu miż-żewġ naħat matul il-kunflitt, b'mod partikolari dawk imwettqa għal raġunijiet reliġjużi jew etniċi; itenni l-appell tiegħu sabiex dawk suspettati li wettqu delitti kontra l-umanità fis-Sirja u fl-Iraq jiġu riferuti lill-Qorti Kriminali Internazzjonali, u jappoġġa kull inizjattiva f'dan ir-rigward;

24.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lir-Rappreżentanti tal-Kunsill tal-Iraq, lill-Gvern Reġjonali tal-Kurdistan, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt fis-Sirja.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2013)0023.


28.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/30


P8_TA(2014)0028

Is-sitwazzjoni fil-Libja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fil-Libja (2014/2844(RSP))

(2016/C 234/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Libja,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-15 ta' Awwissu 2014 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-30 ta' Awwissu 2014 dwar il-Libja,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) tas-26 ta' Awwissu 2014,

wara li kkunsidra l-Pakkett tal-PEV dwar il-Libja ta' Settembru 2014,

wara li kkunsidra l-ħatra ta' Bernardino León bħala r-Rappreżentant Speċjali l-ġdid tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għal-Libja fl-14 ta' Awwissu 2014,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 1970, 1973 (2011) u 2174 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tas-27 ta' Awwissu 2014,

wara li kkunsidra r-rapport tal-4 ta' Settembru 2014 tal-Missjoni ta' Appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libja (UNSMIL) intitolat “Ħarsa ġenerali lejn il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali matul il-vjolenza li għaddejja bħalissa fil-Libja” (“Overview of violations of international human rights and humanitarian law during the ongoing violence in Libya”),

wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Mibgħuta Speċjali għal-Libja tal-Lega Għarbija, l-Unjoni Ewropea, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Malta, Spanja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti man-Nazzjonijiet Uniti fl-24 ta' Lulju 2014 bil-għan li jiddiskutu l-iżviluppi reċenti fil-Libja,

wara li kkunsidra l-elezzjonijiet parlamentari Libjani li saru f'Ġunju 2014,

wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tal-1949 u l-Protokolli Addizzjonali tagħhom tal-1977, u l-obbligu li l-partijiet involuti f'kunflitt armat għandhom biex jirrispettaw u jiżguraw ir-rispett tad-dritt umanitarju internazzjonali f'kull ċirkostanza,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sikurezza u l-Persunal Assoċjat, u l-Protokott Fakultattiv tagħha,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2013 li ħolqot il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM),

wara li kkunsidra r-ratifika tal-Libja fil-25 ta' April 1981 tal-Konvenzjoni tal-Unjoni Afrikana li tirregola l-Aspetti Speċifiċi tal-Problemi tar-Rifuġjati fl-Afrika,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Libjani niżlu fit-toroq fi Frar 2011 biex jitolbu d-drittijiet politiċi tagħhom, u ħabbtu wiċċhom ma' repressjoni mill-istat mingħajr diskriminazzjoni li tat bidu għal disa' xhur ta' kunflitt ċivili u għat-tneħħija tar-reġim ta' Gaddafi; billi fil-ġimgħat li għaddew kien hemm deterjorament qawwi fis-sitwazzjoni tas-sigurtà u l-istabilità politika tal-Libja kif ukoll fis-sitwazzjoni umanitarja u tad-drittijiet tal-bniedem;

B.

billi l-iskontri bejn il-forzi tal-milizja rivali, speċjalment minn Misurata u Zintan, żdiedu f'dawn l-aħħar xhur, u l-ġlied għall-kontroll ta' Tripli u Bengażi, b'mod partikolari, iddestabilizza lil-Libja u t-tranżizzjoni tagħha lejn id-demokrazija, u kkawżaw, f'numri dejjem jiżdiedu, imwiet fost il-popolazzjoni ċivili, persuni spostati internament u rifuġjati; billi l-UNSMIL tikkalkula li tal-inqas 100 000 Libjan ġew spustati internament mill-aħħar mewġa ta' ġlied u 150 000 oħra, inkluż ħafna ħaddiema migranti, telqu mill-pajjiż;

C.

billi fl-24 ta' Awwissu 2014 il-forzi tal-milizja affiljati mal-Iżlamisti ħadu taħt idejhom Tripli u l-ajruport ċivili tagħha; billi l-milizji affiljati mal-Iżlamisti huma assoċjati mal-gruppi armati, bħall-Istat Iżlamiku, l-AQIM, al-Jammaa al-Libiya, al-Moukatila u Ansar al-Charia,

D.

billi l-ġlied reċenti jżid il-possibilità ta' theddida ta' tixrid tal-gruppi terroristiċi; billi jekk ma jinstabx tarfu, dan jaf jaggrava s-sitwazzjoni li diġà hija instabbli fir-reġjun tal-madwar;

E.

billi l-Libja qiegħda tħabbat wiċċha mal-eskalazzjoni tal-vjolenza bejn gruppi armati lokali, inklużi attakki fuq ċivili u proprjetà ċivili li jinkludu ksur enormi tad-drittijiet tal-bniedem, li f'xi każijiet jekwivalu għal delitti tal-gwerra; billi, skont rapporti, għexieren ta' ċivili nsterqu fi Tripli u f'Bengażi sempliċement minħabba l-affiljazzjonijiet, reali jew suspetta, tribali, familjari jew reliġjużi; billi dawk li qegħdin jikkommettu l-atti ta' vjolenza dehru li ma tawx kas l-impatt eventwali ta' azzjonijiethom fuq iċ-ċivili innoċenti;

F.

billi tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem qiegħda tiddeterjora fil-pajjiż kollu, inkluż il-każijiet ta' detenzjoni arbitrarja, ħtif ta' persuni, qtil illegali, tortura u vjolenza kontra ġurnalisti, uffiċjali, personaġġi politiċi u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, bħall-qtil brutali tal-attivist prominenti Salwa Bugaighis;

G.

billi l-ġlied reċenti wassal għal deterjorament ġenerali tal-kundizzjonijiet ta' għajxien fil-Libja, bi skarsezza fil-provvista ta' ikel, fjuwil, ilma u elettriku; billi t-tluq tal-persunal mediku barrani u l-iskarsezza tal-provvisti mediċi għamlu s-sitwazzjoni mwiegħra taċ-ċivili aktar kritika;

H.

billi minn Diċembru 2013 għadd ta' ċittadini barranin inqatlu jew inħatfu kaġun tad-deterjorament tas-sitwazzjoni tas-sigurtà; billi f'Awwissu 2014 bosta gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE ngħaqdu mal-Istati Uniti fil-kundanna b'saħħitha tal-vjolenzi li qegħdin isiru bħalissa fil-Libja;

I.

billi l-elezzjonijiet leġiżlattivi saru fil-25 ta' Ġunju 2014; billi, wara l-episodji ta' vjolenza reċenti, il-Kamra tar-Rappreżentanti eletta b'mod leġittimu, li ħadet post l-ex Kungress Nazzjonali Ġenerali, mexxewha minn Tripli għal Tobruk, u billi l-milizji Iżlamisti ma jirrikonoxxu la l-Kamra tar-Rappreżentanti u l-anqas il-Gvern il-ġdid, u fformaw il-gvern u l-parlament tagħhom,

J.

billi, skont il-mezzi tax-xandir tal-Istat Libjan, l-Assemblea Kostitwenti, eletta fi Frar 2014 u magħmula minn 60 rappreżentant mit-tliet reġjuni storiċi tal-Libja, se tippubblika abbozz ta' kostituzzjoni fi tmiem l-2014 u jista' jsir referendum dwaru f'Marzu 2015,

K.

billi hemm il-bżonn urġenti li terġa' tinġieb il-kredibilità lill-proċess politiku fil-Libja; billi x-xettiċiżmu mifrux fost il-Libjani komuni rriżulta f'erożjoni tal-kredibilità u f'parteċipazzjoni baxxa f'dawn l-aħħar elezzjonijiet; billi t-theddida għall-proċess demokratiku, li bdiet wara l-waqgħa tal-Kurunel Gaddafi, qiegħda tikber minħabba l-vjolenza reċenti;

L.

billi l-UNSMIL ingħatat il-kompitu tal-isforz prinċipali għall-bini tal-istat, u l-Unjoni Ewropea kkonċentrat fuq l-appoġġ għal-Libja permezz tal-EUBAM;

M.

billi jeżistu rapporti ta' involviment mill-estern fil-vjolenza fil-Libja, anki fil-forma ta' azzjoni militari u l-forniment ta' armi u munizzjon kif ukoll azzjonijiet imwettqa li jaggravaw id-diviżjonijiet lokali, b'hekk iħallu impatt fuq l-istrutturi dgħajfa tal-governanza u għalhekk jippreġudikaw it-tranżizzjoni demokratika tal-Libja; billi xi Stati tal-Golf u u xi atturi reġjonali oħrajn issa qegħdin jappoġġaw il-parijiet rivali fl-irvellijiet interni Libjani li qegħdin jiħraxu;

N.

billi r-riżoluzzjoni 2174 (2014) tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti tawtorizza l-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar ta' assi kontra “individwi u entitajiet li, skont kif stabbilixxa l-Kumitat jinvolvu ruħhom jew jaġevolaw atti oħra li jheddu l-paċi, l-istabilità jew is-sigurtà tal-Libja, jew li jostakolaw jew jipperikolaw is-suċċess tal-proċess sħiħ tat-tranżizzjoni politika”;

O.

billi mijiet ta' migranti u rifuġjati, li qed jaħarbu mill-vjolenza fil-Libja, qed ikunu rappurtati mejta waqt li jkunu qegħdin jippruvaw jaqsmu l-Mediterran lejn l-Ewropa, fatt li jwassal għal kriżi ewlenija ta' rifuġjati fl-Italja u f'Malta; billi l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) jirrapporta li 1 600 ruħ mietu minn Ġunju waqt li kienu qegħdin jippruvaw jilħqu l-Ewropa; billi l-Libja hi l-punt ta' tluq primarju għall-migranti li qegħdin jippruvaw jilħqu l-Ewropa; billi skont l-istimi tal-UNHCR, mill-bidu tas-sena, kważi 98 000 ruħ minn madwar 109 000 li waslu fl-Italja hu mifhum li telqu mil-Libja; billi 500 migrant ieħor aktarx li mietu wara li d-dgħajsa tagħhom ġiet irrapportata li ntlaqtet minn bastiment ieħor viċin Malta fil-15 ta' Settembru 2014;

P.

billi fis-26 ta' Frar 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti rrefera s-sitwazzjoni fil-Libja lill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI); billi fis-27 ta' Ġunju 2011, il-QKI ħarġet tliet mandati ta' arrest għal Muammar Gaddafi, Saif al-Islam Gaddafi u Abdullah al-Senussi għal delitti kontra l-umanità; billi l-kumplament tal-persuni suspettati mhumiex taħt il-kustodja tal-Qorti; billi l-awtoritajiet Libjani insistew li dawn jiġu proċessati fis-sistema ġudizzjarja nazzjonali Libjana;

Q.

billi fil-25 ta' Awwissu 2014 l-Eġittu organizza t-tielet laqgħa ministerjali għall-pajjiżi ġirien tal-Libja, li laqqgħet il-Ministri tal-Affarijiet Barranin mil-Libja, it-Tuneżija, l-Alġerija, is-Sudan, in-Niġer u ċ-Ċad, kif ukoll il-Lega Għarbija, bil-għan li tiġi diskussa l-kriżi Libjana; billi l-forum ħareġ stqarrija għall-istampa li terġa' tafferma l-leġittimità tal-istituzzjonijiet Libjani, tirrespinġi l-indħil barrani, tappella għad-diżarm tal-milizji u tipproponi l-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' sanzjonijiet gradwali fil-konfront ta' individwi jew entitajiet li jimblukkaw il-proċess politiku;

1.

Jikkundanna l-vjolenza li dejjem qegħda tiżdied, b'mod partikolari kontra l-popolazzjoni ċivili u l-istituzzjonijiet ċivili; jistieden lill-partijiet kollha fil-kunflitt iwaqqfu l-vjolenzi kollha minnufih u jaqblu dwar waqfien mill-ġlied bil-għan li jtemmu t-tbatija dejjem agħar tal-popolazzjoni u jinvolvu ruħhom fi djalogu politiku nazzjonali inklużiv biex jinbena Stat ibbażat fuq ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt; jistieden li dawk kollha responsabbli mill-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali jirrispondu għal azzjonijiethom; jinsab inkwetat ferm u jesprimi s-solidarjetà sħiħa mal-poplu u mal-istituzzjonijiet ċivili Libjani li qegħdin ibatu;

2.

Iħeġġeġ lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt jirrispettaw il-prinċipji tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza sabiex jiżguraw l-għoti ta' assistenza umanitarja, is-sikurezza taċ-ċivili li qiegħed jirċievi l-assistenza u s-sigurtà tal-persunal umanitarju;

3.

Ifakkar li l-partijiet kollha fil-Libja jridu jimpenjaw ruħhom favur il-protezzjoni taċ-ċivili f'kull ħin, u li d-detenuti kollha għandhom jiġu ttrattati b'konformità mad-drittijiet tal-bniedem u mad-dritt umanitarju internazzjonali; ifakkar li l-attakki intenzjonalment diretti kontra l-persunal involut fl-assistenza umanitarja jew f'missjoni ta' żamma tal-paċi b'konformità mal-Karta tan-NU, intiżi għall-protezzjoni taċ-ċivili jew ta' beni ċivili skont id-dritt internazzjonali tal-kunflitt armat, jikkostitwixxu delitt tal-gwerra skont l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI);

4.

Jinnota l-impatt fuq is-sigurtà reġjonali u Ewropea li tirriżulta mill-insigurtà ġenerali u mill-governanza li qegħda tiddeterjora fil-Libja; ifakkar li l-ġlied li seħħ matul Lulju u Awwissu 2014 għall-kontroll tal-ajruport ta' Tripli rriżulta f'eskalazzjoni drammatika u f'kaos, li wasslu għal għadd ta' mwiet u għall-qerda ta' infrastruttuti strateġiċi;

5.

Jinsab imħasseb ħafna bir-rapporti ta' involviment ta' atturi reġjonali fil-vjolenza fil-Libja u jistieden lill-pajjiżi ġirien u lill-atturi reġjonali jastjenu mill-azzjonijiet li jafu jaggravaw id-diviżjonijiet attwali u jipperikolaw it-tranżizzjoni demokratika tal-Libja; Jistidinhom isaħħu l-kontroll mal-fruntieri tagħhom, inkluż fil-portijiet marittimi u fl-ajruporti, u jibqgħu jagħmlu spezzjonijiet fil-fond ta' kull merkanzija lejn u mil-Libja; ifaħħar l-ospitalità Tuneżina lill-mijiet ta' eluf ta' ċittadini Libjani attwalment fit-Tuneżija li qegħdin jaħarbu mill-vjolenza;

6.

Ifakkar ir-riżoluzzjoni 2174 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), adottata fis-27 ta' Awwissu 2014, li twessa' s-sanzjonijiet internazzjonali eżistenti kontra l-Libja, biex jinkludu r-responsabilità kriminali ta' nies li involvu ruħhom jew aġevolaw atti li “jheddu l-paċi, l-istabilità jew is-sigurtà tal-Libja, jew li jostakolaw jew jipperikolaw is-suċċess tal-proċess sħiħ tat-tranżizzjoni politika”; jistieden lir-Rappreżentant Għoli, lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lill-komunità internazzjonali usa' janalizzaw il-possibbiltà li japplikaw tali miżuri għal individwi speċifiċi li jheddu l-prospetti għall-paċi u għat-tranżizzjoni demokratika fil-Libja u mbagħad iniżżluhom f'lista speċifika bl-istess mod li l-komunità internazzjonali għamlet għal Gaddafi u lill-klikka tal-qalba tiegħu;

7.

Ifakkar li l-partijiet belliġeranti għandhom jinżammu responsabbli u għandhom jiġu soġġetti għal prosekuzzjoni mill-qrati nazzjonali jew mill-Qorti Kriminali Internazzjonali, li għandha ġuriżdizzjoni fuq id-delitti tal-gwerra, id-delitti kontra l-umanità u l-ġenoċidju mwettqa fil-Libja mill-15 ta' Frar 2011, skont ir-riżoluzzjoni 1970 tal-KSNU;

8.

Jappoġġa bis-sħiħ l-isforzi tal-Missjoni ta' Appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libja (UNSMIL) u tal-Mibgħut Speċjali tan-NU għal-Libja, Bernardino León, huma u jippromwovu u jaġevolaw djalogu nazzjonali fost il-politiċi u l-atturi influwenti fil-Libja; iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali tieħu azzjoni fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Libja, permezz tan-Nazzjonijiet Uniti;

9.

Jappoġġa l-Kamra tar-Rappreżentanti bħala l-korp leġittimu li ġie ffurmat wara l-elezzjonijiet ta' Ġunju 2014; jistieden lill-gvern interim tal-Libja, il-Kamra tar-Rappreżentanti eletta u l-Assemblea Kostitwenti jwettqu l-kompiti tagħhom abbażi tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem, fl-ispirtu tal-inklużività u fl-interessi tal-pajjiż u bil-għan li jħarsu d-drittijiet tal-Libjani kollha, inklużi tal-minoranzi reliġjużi; jistieden lill-partijiet kollha biex lil dawn juruhom l-appoġġ tagħhom u jipparteċipaw fi djalogu politiku inklużiv biex jibnu mill-ġdid l-istabilità u jilħqu ftehim dwar kif għandhom jipproċedu; jistieden lill-membri tal-Kamra tar-Rappreżentanti jżuru lill-Parlament Ewropew u jiltaqgħu mal-membri tiegħu li għadhom kif ġew eletti bil-għan li jiġu stabbiliti relazzjonijiet parlamentari magħhom;

10.

Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni li kellhom in-nisa fit-tranżizzjoni tal-Libja, u jenfasizza l-importanza ta' parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet nazzjonali fil-Libja u fl-istabbiliment ta' istituzzjonijiet nazzjonali fil-livelli kollha;

11.

Jenfasizza l-fatt li l-awtoritajiet Libjani għandhom jamministraw l-isfruttament u l-bejgħ taż-żejt u jistieden lill-komunità internazzjonali tastjeni minn kull tranżazzjoni ma' atturi oħra; jitlob li l-kumpaniji internazzjonali involuti fil-Libja jiżvelaw in-negozji finanzjarji tagħhom fis-settur enerġetiku;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jikkoordinaw l-azzjoni tal-Istati Membri fil-Libja u jikkonċentaw l-appoġġ tagħhom fuq il-bini tal-istat u l-bini tal-istituzzjonijiet u, flimkien mal-Istati Membri, in-NU, in-NATO u s-sħab reġjonali, jgħinu fil-ħolqien ta' forzi tas-sigurtà effikaċi u kkmandati u kkontrollati fuq livell nazzjonali (forzi armati u forzi tal-pulizija) li jistgħu jiżguraw il-paċi u l-bon ordni fil-pajjiż, kif ukoll jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-inizjalar ta' waqfien mill-ġlied u jsawru mekkaniżmu għall-monitoraġġ tiegħu; jisħaq fuq il-fatt li l-UE jmissha tagħti prijorità lill-assistenza għar-rifoma tas-sistema ġudizzjarja Libjana, kif ukoll setturi kruċjali oħrajn għall-governanza demokratika;

13.

Jindika li l-Unjoni tat bidu għal Missjoni tal-UE fil-Fruntiera (EUBAM) fil-Libja, li s'issa għadha ma kinitx fil-pożizzjoni li tilħaq l-objettivi tagħha li tejjeb is-sigurtà tal-fruntieri tal-pajjiż; josserva li din il-missjoni hija attwalment sospiża, u ħafna mill-persunal ġie rimpatrijat minħabba l-kundizzjonijiet ta' sigurtà, bl-eċċezzjoni ta' skwadra żgħira li ġiet trasferita f'Tuneż; jenfasizza li l-kontribut tal-UE marbut mas-sigurtà li jikkonċentra biss fuq is-sigurtà fil-fruntieri hija manifestament insuffiċjenti u inkonsistenti kemm mal-ħtiġijiet tal-pajjjiż kif ukoll mal-isfidi għal sigurtà reġjonali, fosthom dik tal-UE; jistieden, għalhekk, lir-Rappreżentant Għoli tirrieżamina l-mandat tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni tal-Fruntieri bil-ħsieb li titfassal missjoni ġdida fi ħdan il-PSDK, li tqis is-sitwazzjoni mibdula fil-Libja, speċjalment fir-rigward tal-ħtieġa urġenti għall-bini tal-istat, it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u r-riforma tas-settur tas-sigurtà;

14.

Jibqa' mħasseb dwar il-proliferazzjoni tal-armi, il-munizzjon u s-sustanzi splussivi u l-kuntrabandu tal-armi fil-Libja, u dawn iġibu magħhom riskju għall-istabilità fil-pajjiż u għall-popolazzjoni tiegħu;

15.

Huwa mħasseb ferm dwar il-wasla bla preċedent ta' persuni li qegħdin ifittxu l-asil u ta' migranti irregolari fix-xtut Taljani u Maltin, li ħafna minnhom qegħdin jitilqu mit-territorju Libjan; jistieden lill-UE tagħti segwitu lill-prijoritajiet identifikati fit-Task Force għall-Mediterran u tniedi djalogu politiku dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni mal-Gvern Libjan, hekk kif il-kundizzjonijiet ikunu jippermettu; jiddispjaċih immens li 500 ħajja oħra ntilfu wara li d-dgħajsa tagħhom ġiet irrapportata li ntlaqtet minn bastiment ieħor viċin Malta;

16.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jgħinu u jsostnu effettivament lill-Italja fl-isforzi tagħha, li jistħoqqilhom full tifħir, biex issalva l-ħajjiet u ssib tarf il-flussi li qegħdin jiżdiedu ta' migranti mill-Afrika ta' Fuq, partikolarment mil-Libja;

17.

Jappella għall-ftuħ mill-ġdid u għall-funzjonament bla xkiel tal-UNHCR fil-Libja; jistieden lill-UE tkompli toffri assistenza umanitarja, finanzjarja u politika fiż-żoni ta' kriżi fl-Afrika ta' Fuq u fil-Lvant Nofsani sabiex il-pressjonijiet umanitarji u migratorji jiġu indirizzati fil-kawżi primarji tagħhom;

18.

Huwa mħasseb serjament dwar il-preżenza dejjem tiżdied ta' gruppi terroristiċi konnessi mal-Al-Qaeda u individwi li joperaw fil-Libja, u jerġa' jafferma l-ħtieġa tal-ġlieda bil-mezzi kollha, skont il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dritt internazzjonali, inklużi d-drittijiet tal-bniedem applikabbli, id-dritt internazzjonali dwar ir-rifuġjati u d-dritt umanitarju internazzjonali, kontra t-theddid għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali kkawżat minn atti ta' terroriżmu;

19.

Itenni l-appoġġ u l-impenn sod tal-UE għall-aspirazzjonijiet demokratiċi tal-poplu Libjan, b'mod partikolari matul il-kriżi attwali u waqt it-tranżizzjoni lejn id-demokrazija tal-pajjiż; jitlob li jissaħħaħ l-involviment tal-UE fl-appoġġ għal tranżizzjoni lejn l-istabilità u d-demokrazija fil-Libja;

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvern Libjan u lill-Kamra tar-Rappreżentanti Libjana, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lil-Lega Għarbija u lill-Unjoni Afrikana.


28.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/35


P8_TA(2014)0029

Iżrael-Palestina wara l-kunflitt ta' Gaża u r-rwol tal-UE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2014 dwar l-Iżrael u l-Palestina wara l-gwerra ta' Gaża u r-rwol tal-UE (2014/2845(RSP))

(2016/C 234/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Raba' Konvenzjoni ta' Ġinevra marbuta mal-Protezzjoni ta' Persuni Ċivili fi Żmien ta' Gwerra tal-1949,

wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interim dwar ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta' Gaża tat-18 ta' Settembru 1995,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU tat-12 ta' Lulju 2014,

wara li kkunsidra l-Ftehimiet ta' Oslo (“Dikjarazzjoni tal-Prinċipji dwar Arranġamenti Interim ta' Awtogovernanza”) tat-13 ta' Settembru 1993,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani tat-30 ta' Awwissu 2014, tas-16 ta' Diċembru 2013, tal-14 ta' Mejju 2012, tat-18 ta' Lulju u tat-23 ta' Mejju 2011, u tat-8 ta' Diċembru 2009,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tas-27 ta' Awwissu 2014 dwar il-waqfien mill-ġlied f'Gaża,

wara li kkunsidra r-rapporti speċjali ta' kuljum tal-UNRWA,

wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-12 ta' Lulju 2014 u d-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon tat-13 ta' Lulju 2014,

wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali,

wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tal-1949 u l-Protokolli Addizzjonali tagħhom u l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-aktar kunflitt reċenti f’Gaża kkaġuna mwiet u tbatija inaċċettabbli għall-popolazzjonijiet ċivili taż-żewġ partijiet involuti;

B.

billi nqatlu aktar minn 2 000 Palestinjan, il-maġġoranza tagħhom ċivili, inklużi 503 tifel u tifla, u billi ndarbu aktar minn 10 000 Palestinjan fl-istrixxa ta' Gaża, filwaqt li tilfu ħajjithom 66 suldat Iżraeljan u 6 ċivili Iżraeljani, fosthom tifel, u aktar minn 500 Iżraeljan indarbu minħabba l-Operazzjoni 'Protective Edge' tal-Forzi tad-Difiża Iżraeljani u l-isparar ta' rokits mill-Ħamas u minn gruppi armati Palestinjani oħra minn Gaża lejn l-Iżrael; billi dan il-kunflitt vjolenti ħoloq kriżi umanitarja ħarxa f'Gaża;

C.

billi fis-26 ta' Awwissu 2014 intlaħaq ftehim ta' waqfien mill-ġlied, li ġab fi tmiemu seba' ġimgħat ta' ostilitajiet f'Gaża; billi l-Eġittu għamel sforzi konsiderevoli biex jintlaħaq dan il-ftehim;

D.

billi, skont il-ftehim dwar il-waqfien mill-ġlied, l-għajnuna umanitarja għandha tingħata aċċess għall-istrixxa ta' Gaża permezz ta' punti ta' qsim tal-Iżrael, għandu jinfetaħ il-punt ta' qsim ta' Rafah, u ż-żona tas-sajd għandha tiġi estiża għal sitt mili lil hinn mill-kosta ta' Gaża;

E.

billi, jekk il-ftehim jinżamm, il-partijiet għandhom jibdew taħdidiet dwar diversi suġġetti relatati mas-sitwazzjoni fl-istrixxa ta' Gaża fl-aħħar ta' Settembru 2014; billi dawn it-taħdidiet jistgħu jinkludu d-diżarm tal-gruppi armati f'Gaża, ir-ritorn tal-iġsma ta' żewġ suldati Iżraeljani li nqatlu fil-kunflitt vjolenti, ir-rilaxx tal-priġunieri Palestinjani u t-tneħħija jew it-tħaffif tal-imblokk ta' Gaża, inkluż permezz tar-rikostruzzjoni tal-port marittimu u tal-ajruport fiż-żona;

F.

billi skont l-UNRWA u l-organizzazzjonijiet fuq l-art madwar 1 700 dar inqerdu kompletament jew parzjalment u 40 000 oħra ġarrbu ħsarat, u nqerdu 17-il sptar u kliniċi għall-kura tas-saħħa, u nqerdu ukoll 136 skola tal-UNRWA, 60 moskeja u 13-il ċimiterju;

G.

billi kwartieri sħaħ u infrastrutturi vitali f’Gaża inqerdu kompletament, inkluż l-Impjant tal-Elettriku ta’ Gaża li għadu inoperabbli, bir-riżultat ta' qtugħ tal-provvista tal-elettriku għal 18-il siegħa kuljum u b'madwar 450 000 persuna li għad ma għandhomx aċċess għal ilma muniċipali minħabba l-ħsara jew minħabba pressjoni baxxa;

H.

billi l-esperti Palestinjani stmaw li r-rikostruzzjoni ta' Gaża se tiswa qrib it-USD 8 biljun; billi fid-9 ta' Settembru 2014 n-NU u l-Gvern Palestinjan talbu lid-donaturi internazzjonali jipprovdu USD 550 miljun għal għajnuna alimentari, aċċess għal ilma nadif, kura tas-saħħa u edukazzjoni bħala għajnuna immedjata wara l-kunflitt reċenti; billi konferenza tad-donaturi internazzjonali għar-rikostruzzjoni ta' Gaża hija pjanata li ssir fl-Eġittu;

I.

billi 29 bini tal-iskejjel tal-UNRWA għadhom iservu bħala ċentri ta’ ġabra għal aktar minn 63 000 persuni spostata;

J.

billi skont l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti, madwar 17 000 ettaru ta' raba' ġarrbu ħsara sostanzjali diretta u nofs l-istokk ta' tiġieġ ta' Gaża ntilef minħabba attakki diretti jew minħabba nuqqas ta' kura kaġun ta' aċċess imnaqqas għall-art agrikola fiż-żoni tal-fruntiera;

K.

billi n-Nazzjonijiet Uniti huma responsabbli li jnedu inkjesta biex tevalwa l-ħsarat ikkawżati fuq l-istrutturi tagħha;

1.

Jesprimi, għal darb' oħra, l-kondoljanzi tiegħu għall-vittmi kollha tal-kunflitt armat u l-familji tagħhom; jikkundanna bil-qawwa l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali;

2.

Jilqa' l-ftehim ta' waqfien mill-ġlied innegozjat mill-Eġittu; jirrikonoxxi u jfaħħar ir-rwol imwettaq mill-Eġittu fin-negozjati għall-waqfien mill-ġlied; jappoġġa l-awtoritajiet Eġizzjani fil-ħidma kontinwa tagħhom mal-Iżraeljani u l-Palestinjani sabiex jiġi stabbilit waqfien mill-ġlied fit-tul u fid-distinzjoni tar-rwol strateġiku tagħhom bħala medjaturi attwali u futuri biex tinstab riżoluzzjoni paċifika; jilqa' r-rapporti reċenti li l-Eġizzjani jinsabu qrib li jibdew diskussjonijiet għal waqfien mill-ġlied permanenti;

3.

Iħeġġeġ lill-UE tipparteċipa b'mod effikaċi fl-isforz ta' għajnuna umanitarja urġenti u fir-rikostruzzjoni ta' Gaża; jistieden lill-UE tipparteċipa b’mod sħiħ fil-Konferenza Internazzjonali tad-Donaturi fit-12 ta’ Ottubru 2014 fil-Kajr;

4.

Jenfasizza li l-fatt li jiġi pprovdut aċċess sħiħ u mingħajr ostakoli għall-għajnuna umanitarja lill-popolazzjoni fl-istrixxa ta' Gaża għandu jitqies bħala prijorità immedjata; iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali tintensifika ulterjorment l-isforzi tagħha f'dan ir-rigward u tindirizza b'urġenza l-appelli ta' emerġenza għal finanzjament addizzjonali tal-UNRWA; jistieden lill-atturi kollha fir-reġjun jiżguraw li l-assistenza umanitarja tilħaq mingħajr dewmien lil dawk li jeħtieġu prodotti u servizzi bażiċi f'Gaża, b'mod speċjali servizzi tal-elettriku u provvisti tal-ilma, kif ukoll ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-allegati każijiet ta' imblukkar intenzjonat tat-twassil tal-għajnuna umanitarja f'Gaża; jenfasizza fl-istess waqt, li l-għajnuna umanitarja u finanzjarja tal-UE għandha tibbenefika bis-sħiħ u bl-aktar mod effiċjenti possibbli lill-poplu Palestinjan, u m'għandha qatt tintuża, b'mod dirett jew indirett għal attivitajiet terroristiċi;

5.

Jilqa' d-djalogu kontinwu lio għaddej bejn il-Gvern Iżraeljan u l-Gvern Palestinjan b'Kunsens Nazzjonali f'diversi oqsma, u jħeġġeġ liż-żewġ partijiet ikomplu f'din it-triq; iħeġġeġ fl-istess waqt lill-Gvern Palestinjan b'Kunsens Nazzjonali jieħu fuqu mingħajr dewmien, awtorità sħiħa fl-istrixxa ta' Gaża, biex b'hekk jiġi evitat li Gaża tispiċċa fi stat ta' kaos u illegalità; jappella f'dan l-ispirtu, għat-tlestija tal-proċess ta' rikonċiljazzjoni Palestinjan, li għandu jwassal sabiex fi żmien qasir isiru elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali;

6.

Iħeġġeġ lill-atturi reġjonali ewlenin, partikolarment lill-Eġittu u lill-Ġordan, biex ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jikkalmaw is-sitwazzjoni; itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għas-soluzzjoni ta' żewġ stati abbażi tal-fruntieri tal-1967 b'Ġerusalemm bħala l-kapitali taż-żewġ stati, bl-Istat tal-Iżrael u Stat tal-Palestina indipendenti, demokratiku, kontigwu u vijabbli li jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà, li timplika l-irtirar tal-imblokk ta' Gaża; itenni li l-insedjamenti huma illegali skont id-dritt internazzjonali u jikkostitwixxu ostakolu għall-paċi; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE biex jinkoraġġixxu r-relazzjonijiet kummerċjali, kulturali, xjentifiċi, enerġetiċi, idriċi u ekonomiċi bejn l-Iżrael u l-ġirien tiegħu;

7.

Jinkoraġġixxi rikonċiljazzjoni intra-Palestinjana bejn il-Ħamas u l-Awtorità Palestinjana, biex jaħdmu flimkien għall-bini mill-ġdid ta’ Gaża u għal soluzzjoni politika fit-tul;

8.

Jilqa' l-fatt li l-UE lesta tikkontribwixxi għal soluzzjoni komprensiva u sostenibbli li ssaħħaħ is-sigurtà, il-benessri u l-prosperità kemm tal-Palestinjani kif ukoll tal-Iżraeljani; jinnota pożittivament il-fatt li l-UE se tiżviluppa alternattivi għal azzjoni effettiva u komprensiva fl-oqsma li ġejjin: il-moviment u l-aċċess, il-bini tal-kapaċità, il-verifika u l-monitoraġġ, is-solljev umanitarju u r-rikostruzzjoni ta' wara l-kunflitt;

9.

Itenni l-appoġġ tiegħu lejn il-politika ta' reżistenza paċifika tal-President Mahmoud Abbas u jikkundanna kwalunkwe att ta' terroriżmu u vjolenza; jistieden lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jsaħħu l-appoġġ tagħhom għat-tmexxija tal-President Abbas u l-aktar inizjattiva riċenti tiegħu favur l-iżblokk tal-kunflitt;

10.

Jenfasizza li l-istatus quo fl-Istrixxa ta' Gaża mhuwiex sostenibbli, u jgħin lill-estremisti li jwassal għal ċikli mġedda ta' vjolenza; jemmen li mhux se jkun hemm stabilità fit-tul f'Gaża jekk ma jkunx hemm rikostruzzjoni u qawmien ekonomiku, li huwa mminat min-nuqqas ta' moviment ħieles tal-persuni u tal-prodotti; jappella għar-rikostruzzjoni u r-riabilitazzjoni rapidi ta' Gaża, u jappoġġa bil-qawwa l-konferenza tad-donaturi li se ssir fit-12 ta' Ottubru 2014 fil-Kajr;

11.

Iħeġġeġ mill-ġdid lill-UE u lill-Istati Membri biex jieħdu rwol politiku aktar attiv, anke fi ħdan il-Kwartett, fl-isforzi biex tinkiseb paċi ġusta u dejjiema bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani; jappoġġa lir-Rappreżentant Għoli fl-isforzi tagħha intiżi biex tinħoloq perspettiva kredibbli għat-tnedija mill-ġdid tal-proċess ta' paċi;

12.

Ifaħħar il-fatt li l-UE hija lesta tappoġġja l-possibilità ta' mekkaniżmu internazzjonali approvat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż permezz tar-riattivazzjoni u l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni u l-mandat tal-missjonijiet fuq l-art EUBAM Rafah u EUPOL COPPS, l-estensjoni tat-tnedija ta' programm ta' taħriġ għall-persunal tad-dwana u l-pulizija tal-Awtorità Palestinjana sabiex jiġu ttrasferiti f'Gaża;

13.

Jesprimi r-rikonoxximent tiegħu tal-importanza enormi tax-xogħol imwettaq mill-UNRWA u l-persunal kollu tagħha matul u wara l-kunflitt; jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-UNRWA u lill-familji tat-12-il membru tal-persunal maqtula matul il-kunflitt; jitlob lill-UE u lid-donaturi internazzjonali biex iżidu b'mod sinifikanti l-appoġġ tagħhom sabiex ikopri ż-żieda tal-bżonnijiet immedjati tal-popolazzjoni milquta, li l-UNWRA trid tiffaċċja;

14.

Jenfasizza li hu kruċjali li l-Awtorità Palestinjana, l-UE, l-Eġittu u l-Ġordan jaħdmu b'mod deċiż, biex ikun żgurat li l-gruppi armati f'Gaża u fix-Xatt tal-Punent ma jkunux jistgħu jerġgħu jarmaw u ma jerggħux jibdew bil-kuntrabandu tal-armi, il-manifattura ta' rokits u l-bini ta' mini;

15.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi-President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Mibgħut tal-Kwartet għal-Lvant Nofsani, lill-Knesset u lill-Gvern tal-Iżrael, lill-President tal-Awtorità Palestinjana u lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan, lill-Parlament u lill-Gvern tal-Eġittu u lill-Parlament u l-Gvern tal-Ġordan.


III Atti preparatorji

IL-PARLAMENT EWROPEW

It-Tlieta 16 ta’ Settembru 2014

28.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/38


P8_TA(2014)0014

Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina, għajr għat-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-parti l-oħra ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2014 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, għajr għad-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-parti l-oħra (13613/2013 – C8-0105/2014 – 2013/0151A(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 234/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill (13613/2013),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (7076/2013),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) u paragrafi 7 u 8, it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0105/2014),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2011 li fiha r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE dwar in-negozjati tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Ukraina (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2013 (2), 6 ta' Frar 2014 (3), 27 ta' Frar 2014 (4), 13 ta' Marzu 2014 (5), 17 ta' April 2014 (6), 17 ta' Lulju 2014 (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0002/2014),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ukraina.


(1)  ĠU C 165 E, 11.6.2013, p. 48.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2013)0595.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2014)0098.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2014)0170.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2014)0248.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2014)0457.

(7)  Testi adottati, P8_TA(2014)0009.


28.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/39


P8_TA(2014)0015

Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina, għajr għat-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-parti l-oħra ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-parti l-oħra (14011/2013 – C8-0106/2014 – 2013/0151B(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 234/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta ' deċiżjoni tal-Kunsill (14011/2013),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (7076/2013),

wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 79(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-paragrafu 8, l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0106/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta ' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0009/2014),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ukraina.


L-Erbgħa 17 ta’ Settembru 2014

28.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/40


P8_TA(2014)0016

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni - applikazzjoni EGF/2014/000 TA 2014 - Assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/000 TA 2014 - Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) (COM(2014)0366 – C8-0031/2014 – 2014/2041(BUD))

(2016/C 234/11)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0366 – C8-0031/2014),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar Patt għal Tkabbir u Impjiegi tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2012,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta' Frar 2013,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (ir-Regolament dwar il-FEG),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0003/2014),

A.

billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji, aggravati mill-kriżi ekonomika, finanzjarja u soċjali, u biex tgħin l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B.

billi l-ammont ta' EUR 330 000 propost li jkun mobilizzat mill-Kummissjoni għal għajnuna teknika fl-2014 huwa inqas mill-massimu ta' 0,5 % tal-ammont massimu annwali tal-FEG (EUR 150 miljun bil-prezzijiet tal-2011) kif stipulat fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament dwar il-FEG;

C.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lil ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun adegwata u disponibbli kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tat-2 ta' Diċembru 2013 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEG;

D.

billi s-sejbiet tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni jissuġġerixxu titjib u żgurar tal-funzjonalitajiet tad-database tal-FEG, li jeħtieġu għarfien espert estern;

E.

billi mhux aktar minn 0,5 % tal-ammont annwali tal-FEG jista' jkun disponibbli kull sena għal għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, sabiex jiffinanzja l-preparazzjoni, il-monitoraġġ, il-ġbir ta' data u l-ħolqien ta' bażi ta' għarfien, l-appoġġ amministrattiv u tekniku, attivitajiet ta' tagħrif u komunikazzjoni, kif ukoll l-attivitajiet ta' verifika, kontroll u evalwazzjoni li huma meħtieġa biex jiġi implimentat ir-Regolament dwar il-FEG, kif stipulat fl-Artikolu 11(1) ta' tali Regolament; billi l-għajnuna teknika għandha tinkludi wkoll il-provvediment ta' tagħrif u gwida rigward l-użu, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-FEG kemm għall-Istati Membri kif ukoll għas-sħab soċjali Ewropej u nazzjonali, kif stipulat fl-Artikolu 11(4) tar-Regolament dwar il-FEG;

F.

billi l-infiq fir-rigward tal-għajnuna teknika fis-sena 2014 qed jitnaqqas b'mod sinifikanti meta mqabbel mas-sena preċedenti, anke minħabba l-fatt li m'hemm l-ebda valutazzjoni li għandha tkun iffinanzjata;

G.

billi, skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament dwar il-FEG, il-Kummissjoni obbligata toħloq sit tal-internet, disponibbli bil-lingwi kollha tal-Unjoni, biex tipprovdi u xxerred informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet u tagħmel enfasi fuq ir-rwol tal-Parlament u tal-Kunsill fil-proċedura baġitarja;

H.

billi l-fażi finali tal-valutazzjoni ex post tal-FEG (2007-2013) saret fl-2013;

I.

billi, abbażi ta' tali artikoli, il-Kummissjoni talbet li l-FEG jiġi mmobilizzat bil-għan li jkopri l-infiq relatat mal-għajnuna teknika meħtieġa biex isir monitoraġġ tal-applikazzjonijiet riċevuti u mħallsa u tal-miżuri proposti u implimentati, biex is-sit tal-internet jibqa' jikber u l-elementi ġodda jiġu tradotti bil-lingwi kollha tal-Unjoni, biex tiżdied il-viżibbiltà tal-FEG, biex jinħarġu pubblikazzjonijiet u għodod awdjoviżivi, biex tinħoloq bażi ta' għarfien kif ukoll biex jiġi fornut appoġġ amministrattiv u tekniku lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali, mingħajr ma jintalbu fondi għall-evalwazzjonijiet fl-2014;

J.

billi l-għadd ta' każijiet tal-FEG li ġew stralċati s'issa jipprevedu għadd konsiderevoli ta' data kwalitattiva u kwantitattiva fir-rigward tal-influwenza tal-FEG dwar l-impjegabbiltà ta' ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba l-effetti tal-globalizzazzjoni u tal-kriżi finanzjarja u ekonomika;

K.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG;

L.

billi l-ispiża tal-attivitajiet ta' informazzjoni fl-2014 tnaqqset b'mod sinifikanti;

M.

billi l-Gruppi ta' Ħidma tal-FEG spiss enfasizzaw il-ħtieġa ta' viżibbiltà aħjar tal-FEG bħala strument komunitarju ta' solidarjetà mal-ħaddiema li ngħataw is-sensja;

N.

billi attwalment għaddejjin preparazzjonijiet bil-għan li l-FEG ikun integrat fis-sistema tal-iskambju tad-data elettronika (SFC2014);

O.

billi l-għajnuna teknika mogħtija mill-Kummissjoni lill-Istati Membri tappoġġa u ssaħħaħ l-użu tal-FEG billi tipprovdi informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet u billi twassal l-aħjar prattika fost l-Istati Membri;

1.

Jaqbel mal-miżuri proposti mill-Kummissjoni li għandhom jiġu ffinanzjati bħala għajnuna teknika skont l-Artikolu 11(1) u (4) kif ukoll skont l-Artikolu 12(2), (3) u (4) tar-Regolament dwar il-FEG;

2.

Ifakkar fl-importanza tan-netwerking u tal-iskambju ta' informazzjoni dwar il-FEG; jappoġġa, għalhekk, il-finanzjament tal-Grupp ta' Esperti ta' Persuni ta' Kuntatt tal-FEG kif ukoll ta' attivitajiet ta' netwerking oħra fost l-Istati Membri inkluż is-seminar ta' din is-sena għal dawk involuti fil-ħidma ta' implimentazzjoni tal-FEG; jenfasizza l-ħtieġa li jkomplu jissaħħu l-kuntatti bejn dawk kollha involuti fl-applikazzjonijiet tal-FEG, inklużi s-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati fil-livell reġjonali u lokali, sabiex jinħoloq l-ogħla għadd ta' sinerġiji possibbli;

3.

Jinnota li l-ispiża tal-attivitajiet ta' informazzjoni fl-2014 tnaqqset b'mod sinifikanti; jenfasizza l-importanza li dan ma jkollux effett negattiv fuq il-produzzjoni u fuq id-distribuzzjoni suffiċjenti ta' materjal ta' informazzjoni u ta' gwida meħtieġa dwar ir-Regolament tal-FEG fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni tiegħu;

4.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli ssaħħaħ il-ħidma tagħha rigward l-istabbiliment ta' proċeduri standardizzati sabiex l-applikazzjonijiet ikunu ssemplifikati, l-ipproċessar tagħhom jitħaffef u jitjieb ir-rappurtaġġ bil-għan li jittaffa l-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid il-viżibbiltà tal-FEG f'aktar azzjonijiet;

5.

Jenfasizza l-importanza li tiżdied is-sensibilizzazzjoni ġenerali dwar il-FEG u l-viżibbiltà tiegħu; ifakkar lill-Istati Membri applikanti dwar ir-rwol tagħhom li jippubbliċizzaw l-azzjonijiet iffinanzjati mill-FEG lill-benefiċjarji, l-awtoritajiet, is-sħab soċjali, il-midja u l-pubbliku ġenerali fil-mira, kif stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament dwar il-FEG;

6.

Jinnota l-fatt li l-Kummissjoni se tagħmel disponibbli għadd limitat ta' kopji stampati tal-evalwazzjoni ex post tal-FEG flimkien ma' pubblikazzjoni fuq l-internet;

7.

Jilqa' l-fatt li l-fażi finali tal-valutazzjoni ex post tal-FEG (2007-2013) saret fl-2013; jitlob għall-pubblikazzjoni fil-ħin tal-valutazzjoni finali skont l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament dwar il-FEG preċedenti (Regolament (KE) Nru 1927/2006);

8.

Jistieden lill-koleġiżlaturi jintroduċu dispożizzjonijiet speċjali li jiffaċilitaw il-mobilizzazzjoni tal-FEG fl-Istati Membri li qed iħabbtu wiċċhom ma' restrizzjonijiet soċjali, ekonomiċi u finanzjarji partikolarment serji;

9.

Jinnota li fl-2011, il-Kummissjoni kienet diġà bdiet taħdem fuq il-formola tal-applikazzjoni elettronika u l-proċeduri standardizzati għal applikazzjonijiet simplifikati, ipproċessar imħaffef tal-applikazzjonijiet u rappurtar aħjar; jinnota barra minn hekk il-preparamenti biex il-FEG ikun integrat fis-sistema tal-iskambju tad-data elettronika (SFC2014); jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta l-progress li sar wara l-użu tal-għajnuna teknika bejn l-2011 u l-2013;

10.

Jiddispjaċih ħafna li sa issa l-Kummissjoni għadha ma analizzatx debitament l-effikaċja tal-użu tal-kriterju tad-deroga marbuta mal-kriżi, speċjalment meta jitqies li dawn il-każijiet tal-FEG ma ġewx ikkunsidrati kif xieraq fir-rieżami tal-qafas tal-FEG; jiddispjaċih, madankollu, li r-riżultati ma waslux fil-ħin biex jiddaħħlu fid-diskussjoni dwar ir-regolament il-ġdid għall-FEG fl-2014-2020, speċjalment rigward l-effikaċja tal-użu tal-kriterju tad-deroga marbuta mal-kriżi; xorta jemmen li dan għandu jiġi kkunsidrat għall-evalwazzjoni futura tal-FEG; jistieden lill-koleġiżlaturi jikkunsidraw l-introduzzjoni mill-ġdid ta' din il-miżura mingħajr dewmien, speċjalment fil-kuntest tas-sitwazzjonijiet ta' emerġenza soċjali f'diversi Stati Membri;

11.

Ifakkar fl-importanza tan-netwerking u l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-FEG, partikolarment fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar il-FEG; jappoġġa, għaldaqstant, il-finanzjament tal-Grupp ta' Esperti ta' Persuni ta' Kuntatt tal-FEG; jitlob lill-Kummissjoni tistieden lill-Parlament għal-laqgħat u s-seminars tal-grupp ta' esperti skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (4); jenfasizza barra minn hekk l-importanza tal-koordinazzjoni ma' dawk kollha involuti fl-applikazzjonijiet tal-FEG, inklużi s-sħab soċjali;

12.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jibbenefikaw mill-possibilitajiet ta' skambju tal-aħjar prattiki u jitgħallmu b'mod partikolari minn dawk l-Istati Membri u minn dawk l-awtoritajiet lokali u reġjonali li diġà stabbilew netwerks nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-FEG bil-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati fil-livell lokali bil-għan li jkollhom struttura tajba għall-għajnuna fis-seħħ fil-każ li tinqala' sitwazzjoni li taqa' fl-ambitu tal-FEG; jirrimarka l-ħtieġa li titħeġġeġ l-għajnuna b'awtonomija u b'aċċess faċli fil-livell reġjonali sabiex tiġi implimentata etika minn isfel għal fuq, filwaqt li jiġu ffavoriti soluzzjonijiet lokali fuq livell reġjonali, fejn taf tokkorri kwalunkwe sitwazzjoni li taqa' fl-ambitu tal-FEG;

13.

Jitlob lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet kollha involuti jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; jinnota, f'dan is-sens, il-proċedura mtejba stabbilita mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bil-għan li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibbiltà ta' applikazzjoni tal-FEG tiġi ppreżentata lill-Parlament u lill Kunsill flimkien mal-proposta biex jiġi mmobilizzat il-FEG; jieħu nota tal-adozzjoni tar-Regolament dwar il-FEG li se jippermetti livell ogħla ta' effiċjenza, trasparenza, responsabbiltà u viżibbiltà tal-FEG;

14.

Jemmen bis-sħiħ li huwa essenzjali li l-infiq tal-Unjoni jkun skrutinizzat mill-qrib abbażi tal-valur għall-flus; jitlob lill-Kummissjoni tiddefinixxi biċ-ċar il-valur miżjud f'dak li huma eżiti tanġibbli tal-ħolqien ta' linja baġitarja separata għall-FEG;

15.

Jilqa' b'sodisfazzjon it-twessigħ tal-objettivi u tal-kriterji tar-Regolament dwar il-FEG introdott f'Diċembru 2013, sabiex jiġu integrati u ffaċilitati l-applikazzjonijiet minn reġjuni u pajjiżi b'densità demografika iżgħar; jiddispjaċih ħafna li dan huwa ta' natura eċċezzjonali u huwa limitat għal livell limitu massimu ta' 15 % tal-ammont massimu annwali tal-FEG, filwaqt li dawn ir-reġjuni qegħdin isofru impatt ferm akbar tal-kriżi globali soċjali, ekonomika u finanzjarja;

16.

Jilqa' b'sodisfazzjon it-twessigħ tal-ambitu tal-FEG rigward il-benefiċjarji eliġibbli, jiġifieri persuni li jaħdmu għal rashom, u l-għoti ta' servizzi personalizzati kofinanzjati mill-FEG lil numru ta' żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) taħt l-età ta' 25 sena, jew taħt l-età ta' 30 sena meta l-Istati Membri jiddeċiedu hekk; madankollu, jemmen li l-FEG iżid l-effikaċja tiegħu u jkollu impatt ferm akbar li kieku l-livell limitu ġenerali kellu jkun ta' 200 ħaddiem, minflok ta' 500;

17.

Insegwitu tat-twessigħ tal-objettivi, il-kriterji u l-benefiċjarji eliġibbli tal-FEG, jinsisti fuq il-bżonn li l-livell ta' approprjazzjonijiet disponibbli għall-FEG kemm f'impenji kif ukoll f'pagamenti jogħla tal-anqas għal-livell tal-2013, jiġifieri, tal-anqas għal EUR 500 miljun, f'allinjament sħiħ mal-prijoritajiet ta' politika stabbiliti mill-Unjoni fir-rigward tal-promozzjoni tal-investiment għat-tkabbir u l-impjiegi; barra minn hekk, ifakkar lill-Kunsill fil-pożizzjoni tal-Parlament biex jikkunsidra l-integrazzjoni tal-FEG fil-baġit tal-Unjoni fil-qafas tar-rieżami tal-QFP 2014-2020, skont il-prinċipju tal-unità baġitarja;

18.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)  ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (EGF/2014/000 TA 2014 - Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2014/697/UE.)


28.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/44


P8_TA(2014)0017

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni - applikazzjoni EGF/2014/001 EL/Nutriart - Greċja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Talba EGF/2014/001 EL/Nutriart mill-Greċja) (COM(2014)0376 – C8-0032/2014 – 2014/2042(BUD))

(2016/C 234/12)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0376 – C8-0032/2014),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (ir-Regolament FEG ġdid),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0004/2014),

A.

billi l-Unjoni stabbilixxiet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex jingħata appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji u biex jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw ruħhom fis-suq tax-xogħol;

B.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jingħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u b'mod effiċjenti, f'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tas-2 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-FEG;

C.

billi l-Greċja ressqet it-talba EGF/2014/001 EL/Nutriart għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b'segwitu għal sensji f'Nutriart S.A. u 25 fornitur u produttur aktar 'il quddiem fil-katina ta' produzzjoni u 24 persuna jaħdmu għal rashom li ntemmet l-attività tagħhom u li kienu dipendenti fuq l-impriża ewlenija fil-Greċja bi 508 ħaddiema fil-mira għal miżuri kofinanzjati mill-FEG, matul il-perjodu ta' referenza mis-16 ta' Lulju 2013 sas-16 ta' Novembru 2013;

D.

billi 66,34 % tal-ħaddiema li l-miżuri huma indirizzati lejhom huma rġiel u 33,66 % huma nisa; billi l-maġġoranza l-kbira (86,42 %) tal-ħaddiema għandhom età ta' bejn it-30 u l-54 sena; billi 8,07 % tal-ħaddiema għandhom età bejn il-55 u l-64 sena;

E.

billi t-talba tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEG,

1.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament FEG huma sodisfatti u li, għalhekk, il-Greċja hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dak ir-Regolament;

2.

Jinnota li l-awtoritajiet Griegi ressqu t-talba għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG nhar il-5 ta' Frar 2014 u ssuplementawha b'informazzjoni addizzjonali sat-2 ta' April 2014, u li l-valutazzjoni tagħha tqiegħdet għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni fl-24 ta' Ġunju 2014; jilqa' pożittivament l-evalwazzjoni rapida ta' erba' xhur;

3.

Jinnota li din hi l-ewwel talba li tressqet u ġiet ivvalutata skont il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament FEG għall-perjodu finanzjarju pluriennali 2014-2020;

4.

Jikkunsidra li s-sensji f'Nutriart S.A. u 25 fornitur u produttur aktar 'il quddiem fil-katina ta' produzzjoni u 24 persuna jaħdmu għal rashom li ntemmet l-attività tagħhom u li kienu dipendenti fuq l-impriża ewlenija fil-Greċja huma marbutin mal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, waqt li jirreferi għall-fatt li l-ekonomija Griega esperjenzat tnaqqis kumulattiv ta' 5 % fil-PDG tagħha mill-2008 u li, minkejja l-fatt li hekk kif bil-mod qed toħroġ mir-riċessjoni għadha ma tistax toħloq opportunitajiet ta' impjiegi ġodda u tnaqqas ir-rata tal-qgħad li laħqet ir-rekord storiku ta' 26-27 % tal-popolazzjoni li tista' taħdem;

5.

Jinnota li l-avvenimenti li wasslu għas-sensji kienu primarjament tlieta: (1) it-tnaqqis fid-dħul disponibbli għall-familji li laqat b'mod negattiv ħafna l-konsum ta' firxa ta' prodotti differenti (minħabba ż-żieda fil-piż tat-taxxa, is-salarji li qed jonqsu kemm għall-impjegati fis-settur privat kif ukoll għal dawk fis-settur pubbliku u l-qgħad li qed jiżdied) li rriżultaw fi tnaqqis qawwi fil-kapaċità tal-akkwist; (2) il-pagamenti tard minn ħafna mill-klijenti ta' Nutriart; u (3) it-tnaqqis drastiku tas-self lil impriżi u individwi minħabba l-isforz tas-sistema bankarja Griega biex tnaqqas is-self pendenti tagħha;

6.

Jisħaq fuq il-fatt li l-508 sensja se jħarrxu ulterjorment is-sitwazzjoni tal-qgħad fir-reġjuni ta' Attika u l-Maċedonja Ċentrali, waqt li jqis li, fl-aħħar tliet xhur tal-2013 ir-rata tal-qgħad f'Attika kienet ta' 28,2 % waqt li fil-Maċedonja Ċentrali kienet ta' 30,3 % (4); jinnota barra minn hekk li r-reġjun ta' Attika jirrappreżenta 43 % tal-PDG Grieg u li għaldaqstant l-impatt tal-għeluq tal-impriżi bbażati f'dan ir-reġjun jilħaq lill-ekonomija Griega kollha kemm hi; jinnota, flimkien ma' dan, li l-qgħad li qed jiżdied fiż-żewġ ċentri urbani tal-Greċja dgħajjef il-koeżjoni soċjali u kkontribwixxa għat-tensjonijiet soċjali;

7.

Jilqa' pożittivament il-fatt li, biex il-ħaddiema jingħataw assistenza rapida, l-awtoritajiet Griegi ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fit-30 ta' April 2014, ferm qabel id-deċiżjoni finali dwar l-għoti tal-appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost;

8.

Jilqa' bil-qalb il-fatt li, apparti l-508 ħaddiema li ngħataw is-sensja, l-awtoritajiet Griegi se jipprovdu servizzi personalizzati kkofinanzjati mill-FEG lil massimu ta' 505 żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) taħt it-tletin sena u għalhekk in-numru totali ta' benefiċjarji fil-mira biex jieħdu sehem fil-miżuri tela' għal 1 013; jisħaq fuq il-fatt li din hi l-ewwel darba li se tintuża din id-dispożizzjoni tar-Regolament FEG ġdid;

9.

Jinnota li l-ammont eliġibbli massimu ta' EUR 15 000 se jingħata lil 150 ħaddiema u NEET magħżula bħala kontribuzzjoni biex ikunu jistgħu jwaqqfu n-negozji proprji tagħhom; jissottolinja l-fatt li l-għan ta' din il-miżura hu l-promozzjoni tal-imprenditorjat billi jiġi pprovdut finanzjament, li għandu jirriżulta fil-ħolqien ta' postijiet tax-xogħol ulterjuri fuq żmien medju;

10.

Jinnota li l-pakkett koordinat tas-servizzi personalizzati li se jiġu kkofinanzjati jinkludu miżuri għall-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom intemmet u persuni NEET, miżuri bħal gwida okkupazzjonali, taħriġ, taħriġ mill-ġdid u taħriġ vokazzjonali, servizzi ta' għoti ta' pariri lejn l-imprenditorjat, kontribut għat-tnedija ta' attività kummerċjali, allowances għat-tiftix ta' impjieg u allowances ta' mobilità; jilqa' bil-qalb il-fatt li, għall-ewwel darba, min jaħdem għal rasu ġie inkluż fil-kofinanzjament tal-FEG;

11.

Jilqa' pożittivament l-idea tal-iżvilupp ta' inkubatur għal negozji ġodda innovattivi;

12.

Jilqa' pożittivament il-fatt li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati tfassal f'konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-benefiċjarji fil-mira, it-trade union GSEE (Konfederazzjoni Griega tal-Ħaddiema Griegi) u l-Konfederazzjoni Ellenika tal-Impriżi, u li matul id-diversi fażijiet ta' implimentazzjoni tal-FEG u fl-aċċess għalih se tiġi applikata politika ta' parità bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni;

13.

Ifakkar fl-importanza li tittejjeb il-kapaċità ta' kull ħaddiem li jfittex impjieg permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali ta' ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema mkeċċija, iżda anke għall-ambjent kummerċjali nnifsu;

14.

Jinnota li l-informazzjoni fornuta dwar il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; jisħaq fuq il-fatt li l-awtoritajiet Griegi kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dik id-data fir-rapporti annwali tagħha b'mod li jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u jiġi garantit li ma tkun tista' sseħħ l-ebda duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

15.

Japprezza l-proċedura mtejba implimentata mill-Kummissjoni, b'segwitu għar-rikjesta mill-Parlament għal aċċelerazzjoni fir-rilaxx tal-għotjiet; jinnota li l-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tal-konformità tat-talba mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta' kontribuzzjoni finanzjarja fi żmien 12-il ġimgħa minn mindu tasal it-talba kompluta;

16.

Jisħaq fuq il-fatt li, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament FEG ġdid, għandu jiġi żgurat li l-assistenza mill-FEG tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex jingħataw solidarjetà u appoġġ temporanju ta' darba, għall-benefiċjarji fil-mira; u barra minn hekk mhix se tieħu post l-azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji bis-saħħa tad-dritt nazzjonali jew ftehimiet kollettivi;

17.

Jilqa' pożittivament l-adozzjoni tar-Regolament FEG il-ġdid li jirrifletti l-qbil li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-kriterju ta' mobilizzazzjoni b'rabta mal-kriżi, għaż-żieda tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal 60 % tal-ispejjeż stmati totali tal-miżuri proposti, għaż-żieda tal-effiċjenza għat-trattament tat-talbiet għall-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u l-approvazzjoni, għall-estensjoni tal-azzjonijiet u tal-benefiċjarji eleġibbli permezz tal-introduzzjoni tal-persuni li jaħdmu għal rashom u ż-żgħażagħ, u għall-finanzjament ta' inċentivi għat-twaqqif ta' attività kummerċjali proprja;

18.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)  Sors: ELSTAT, Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol għall-aħħar tliet xhur tal-2013


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Talba EGF/2014/001 EL/Nutriart mill-Greċja)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2014/698/UE.)


28.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/47


P8_TA(2014)0018

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2012/010 RO/MECHEL - Rumanija

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2012/010 RO/Mechel mir-Rumanija) (COM(2014)0255 – C8-0088/2014 – 2014/2043(BUD))

(2016/C 234/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0255 – C8-0088/2014),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (1) (ir-Regolament dwar il-FEG),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0008/2014),

A.

billi l-Unjoni stabbilixxiet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex jingħata appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji u biex jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol;

B.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jingħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u b'mod effiċjenti, f'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tas-2 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-FEG;

C.

billi r-Rumanija ressqet l-applikazzjoni FEG/2012/010 RO/Mechel għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG wara 1 513-il sensja: 1 441 matul u wara l-perjodu ta' referenza f'Mechel Campia Turzii u 72 f'Mechel Reparatii Targoviste, b'1 000 ħaddiem destinat għal miżuri kofinanzjati tal-FEG, matul il-perjodu ta' referenza ta' bejn l-20 ta' Ġunju 2012 u l-20 ta' Ottubru 2012;

D.

billi l-awtoritajiet Rumeni jsostnu li d-deċiżjoni li jingħataw is-sensji minn Mechel Campia Turzii ma setgħetx tkun prevista; billi l-kumpanija daħħlet fis-seħħ għadd ta' miżuri biex tnaqqas l-ispejjeż b'rabta mal-persunal, iżda madankollu dawn il-miżuri ma solvewx id-diffikultajiet finanzjarji u l-intrapriża ddeċidiet li tibda sensji kollettivi;

E.

billi 72,8 % tal-ħaddiema li l-miżuri huma indirizzati lejhom huma rġiel u 27,2 % huma nisa; billi 87,9 % tal-ħaddiema għandhom bejn il-25 u l-54 sena u 11,2 % tal-ħaddiema għandhom bejn il-55 u l-64 sena;

F.

billi 44,9 % tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja jaqgħu taħt il-kategorija tal-operaturi tal-impjanti u tal-magni u dawk li jimmuntaw il-magni, 27,1 % huma ħaddiema fl-artiġjanat u snajja' relatati, 9,1 % huma tekniċi u professjonisti assoċjati u 8,1 % huma ħaddiema ta' appoġġ klerikali;

G.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG;

1.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament dwar il-FEG huma ssodisfati u li, għalhekk, ir-Rumanija hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament;

2.

Jinnota li l-awtoritajiet Rumeni ppreżentaw l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fil-21 ta' Diċembru 2012, u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli mill-Kummissjoni fis-7 ta' Mejju 2014; jiddispjaċih dwar il-valutazzjoni fit-tul ħafna ta' sbatax-il xahar u li minħabba r-rata ta' inflazzjoni fil-perjodu bejn l-2012 u l-2014, kien hemm tnaqqis fil-kapaċità tal-akkwist; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri sabiex tindirizza din il-kwistjoni f'sitwazzjonijiet simili fil-futur;

3.

Jenfasizza li l-kundizzjonijiet tax-xogħol f'dawn l-aħħar sbatax-il xahar inbidlu xi ftit, u jemmen li għandha tkun prevista aktar analiżi abbażi tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja fl-2014;

4.

Iqis li s-sensji f'SC Mechel Campia Turzii SA u produttur wieħed iktar 'l isfel fil-katina tal-attivitajiet (SC Mechel Reparatii Targoviste SRL) huma marbuta ma' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji kkawżati mill-globalizzazzjoni, filwaqt li jirreferi għall-fatt li s-settur tal-manifattura ta' prodotti lesti u parzjalment lesti tal-azzar, is-settur li kienu attivi fih il-kumpaniji Mechel Campia Turzii u Mechel Reparatii Targoviste, ġarrab tħarbit ekonomiku serju minħabba tnaqqis rapidu fis-sehem tas-suq tal-Unjoni fis-settur tal-prodotti tal-azzar, u t-tkabbir fis-sehem tas-suq ta' pajjiżi bħaċ-Ċina; jindika li dan il-każ juri l-ħtieġa għal strateġija tal-Unjoni għall-industrija tal-prodotti tal-azzar, bil-ħsieb li tinżamm il-kompetittività;

5.

Jinnota li l-1 513-il sensja inkwistjoni kellhom riperkussjonijiet kbar għas-suq tax-xogħol lokali, billi l-intrapriża Mechel Campia Turzii kienet l-aktar li tħaddem nies fiż-żona, b'1 837 ħaddiem (f'Ġunju 2012), li jammonta għal madwar terz tan-numru totali ta' ħaddiema fiż-żona; jiddeplora l-fatt li l-għadd ta' persuni qiegħda fiż-żona ta' Campia Turzii żdied b'aktar mid-doppju minħabba s-sensji; jinnota li s-suq tax-xogħol lokali huwa ristrett ħafna billi r-rata tal-qgħad fiż-żona ta' Câmpia Turzii ġeneralment hija madwar 5 % u r-rata ta' postijiet tax-xogħol battala hija baxxa ħafna (inqas minn 0,5 %) (4);

6.

Jinnota li sal-lum, is-settur tal-azzar kien is-suġġett ta' ħames talbiet għall-FEG, erba' minnhom kienu maħsuba biex jingħata sostenn lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni (5), u waħda minnhom kienet maħsuba biex jingħata sostenn lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali (6);

7.

Jieħu nota tal-ammont ta' EUR 15 000 li għandu jingħata lill-250 ħaddiem magħżula bħala għajnuna sabiex jinbdew attivitajiet indipendenti; jiddispjaċih li kwart biss mill-ħaddiema fil-mira se jkunu jistgħu jipparteċipaw f'din l-azzjoni;

8.

Jilqa' l-fatt li, sabiex il-ħaddiema jingħataw assistenza rapida, l-awtoritajiet Rumeni ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fl-1 ta' Marzu 2013, ferm qabel id-deċiżjoni finali dwar l-għoti tal-appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost;

9.

Jistenna b'interess kbir il-ħolqien u l-iżvilupp ta' “soċjetà kooperattiva” mal-ħaddiema li ngħataw is-sensja u r-riżultati tagħha;

10.

Jinnota li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li jrid jiġi kofinanzjat, jinkludi miżuri għall-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol ta' 1 000 ħaddiem li ngħataw is-sensja, bħal gwida vokazzjonali u konsulenza, korsijiet għat-taħriġ vokazzjonali u internships, assistenza sabiex jingħata bidu għal attivitajiet indipendenti, il-kiri tal-ispazju tal-produzzjoni u l-ħlas tal-kera tul il-proġett; allowances għall-ivvjaġġar, l-intervista, il-parteċipazzjoni, is-sussistenza u l-internship, u mentoring wara l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol;

11.

Jistieden lill-awtoritajiet Rumeni jiżguraw li l-għażla tal-250 membru tas-soċjetà kooperattiva tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u l-opportunitajiet indaqs; jappella ulterjorment sabiex is-sħab soċjali jibqgħu jiġu kkonsultati u involuti;

12.

Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija Nazzjonali Rumena għall-Impjiegi (ANOFM), l-Aġenzija tal-Kontea ta' Cluj għall-Impjiegi (l-AJOFM ta' Cluj) kif ukoll awtoritajiet reġjonali u lokali, trejdjunjins u intrapriżi oħra, se jkunu marbuta mal-intrapriża kooperattiva li se tiġi stabbilita biex tappoġġa lill-ħaddiema destinati għall-assistenza bħala parti mill-miżura 'Assistenza fit-tnedija ta' attivitajiet indipendenti', u li se tiġi applikata politika tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll tan-nondiskriminazzjoni matul id-diversi stadji tal-implimentazzjoni tal-FEG u l-aċċess għalih;

13.

Jinnota l-ispiża għolja tar-reġistrazzjoni tal-ħaddiema meta mqabbla ma' talba preċedenti mir-Rumanija; jinnota wkoll l-ispejjeż totali stmati ta' EUR 70 000 għal azzjonijiet informattivi u pubbliċitarji li għandhom iwasslu għal għarfien aħjar tal-kontribuzzjoni mill-FEG u jiżguraw aktar viżibilità tar-rwol tal-Unjoni fiha;

14.

Ifakkar fl-importanza li tittejjeb l-impjegabilità tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat ikun adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, iżda wkoll għall-ambjent reali tan-negozju;

15.

Jinnota li l-informazzjoni li ngħatat dwar il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; jenfasizza li l-awtoritajiet Rumeni kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċievux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dik id-data fir-rapporti annwali tagħha, bil-ħsieb li jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma jkunx hemm duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

16.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi neċessarji biex itejbu l-arranġamenti proċedurali sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza l-proċedura mtejba stabbilita mill-Kummissjoni, b'segwitu għat-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-Parlament u lill-Kunsill il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' talba għall-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG; jenfasizza li fir-Regolament il-ġdid dwar il-FEG (7) ġie integrat titjib proċedurali ulterjuri, u li se jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza u viżibbiltà tal-FEG;

17.

Jisħaq li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa l-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja f'impjieg stabbli; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-fatt li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri attivi fis-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjieg dewwiemi u fit-tul; itenni li l-assistenza mill-FEG ma għandha tissostitwixxi la l-azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji bis-saħħa tad-dritt nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

18.

Jilqa' l-adozzjoni tar-Regolament il-ġdid dwar il-FEG li jirrifletti l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiġi introdott mill-ġdid il-kriterju tal-mobilizzazzjoni b'rabta mal-kriżi, tiżdied il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal 60 % tal-ispejjeż totali stmati tal-miżuri proposti, tiżdied l-effiċjenza għat-trattament ta' talbiet għall-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u l-approvazzjoni, jiġu estiżi l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli għall-persuni li jaħdmu għal rashom u ż-żgħażagħ, u biex jiġu finanzjati inċentivi għat-twaqqif ta' negozji tagħhom stess;

19.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

21.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)  Ir-rata ta' postijiet tax-xogħol battala tkejjel il-perċentwal tal-postijiet tax-xogħol battala, meta mqabbel mal-għadd totali ta' postijiet tax-xogħol okkupati u battala. Fit-tielet kwart tal-2012, l-istima tar-rata ta' postijiet tax-xogħol battala fl-UE-28 f'NACE Rev.2, it-taqsimiet B sa S (l-industrija, il-kostruzzjoni, is-servizzi) kienet ta' 1,4 %.

(5)  FEG/2009/022 BG/Kremikovtsi AD (talba rifjutata mill-Kummissjoni), FEG/2013/002 BE/Carsid (talba mressqa quddiem il-Kummissjoni fit-2 ta' April 2013), FEG/2013/007 BE Duferco-NLMK (talba mressqa quddiem il-Kummissjoni fis-27 ta' Settembru 2013).

(6)  FEG/2010/007 AT/Steiermark u Niederösterreich. Deċiżjoni 2011/652/UE tas-27 ta’ Settembru 2011 (ĠU L 263, 7.10.2011, p. 9).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855).


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2012/010 RO/Mechel mir-Rumanija)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2014/696/UE.)


28.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/51


P8_TA(2014)0019

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2014/003 ES/Aragón ikel u xorb - Spanja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni EGF/2014/003 ES/Aragón ikel u xorb minn Spanja) (COM(2014)0456 – C8-0099/2014 – 2014/2054(BUD))

(2016/C 234/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0456 – C8-0099/2014),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3), u b'mod partikulari l-punt 13 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0006/2014),

A.

billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex jingħata appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji jew li ngħataw is-sensja b'riżultat tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex jiġu megħjuna fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tat-2 ta' Diċembru 2013 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-FEG;

C.

billi Spanja ressqet l-applikazzjoni EGF/2014/003 ES/Aragón ikel u xorb għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara 904 sensja f'661 intrapriża li joperaw fin-NACE Reviżjoni 2 Diviżjoni 56 (Attivitajiet ta' servizz ta' ikel u ta' xorb) (4) fir-reġjun NUTS livell 2 ta' Aragón (ES24) b’280 ħaddiem fil-mira għal miżuri kofinanzjati mill-FEG, matul il-perjodu ta' referenza mill-1 ta' Marzu 2013 sal-1 ta' Diċembru 2013;

D.

billi l-awtoritajiet Spanjoli jargumentaw li l-fattur ewlieni li wassal għaż-żieda fis-sensji kien it-tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-ikel u x-xorb, partikolarment fl-ikel barra mid-dar, minħabba t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, iż-żieda fid-dħul fiskali, partikolarment il-VAT u t-tnaqqis fis-salarji;

E.

billi 65,36 % tal-ħaddiema fil-mira tal-miżuri huma nisa u 34,64 % huma rġiel; billi l-maġġoranza kbira (82,86 %) tal-ħaddiema huma ta’ bejn il-25 u l-54 sena; billi 9,29 % tal-ħaddiema huma ta’ bejn il-15 u l-24 sena;

F.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG;

1.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament FEG huma ssodisfati u li, għalhekk, Spanja hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament;

2.

Jinnota li l-awtoritajiet Spanjoli ressqu l-applikazzjoni għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fil-21 ta' Frar 2014, ssuplementawha b'informazzjoni addizzjonali sat-18 ta' April 2014, u li l-valutazzjoni tagħha tqiegħdet għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni fl-10 ta' Lulju 2014; jilqa' favorevolment l-evalwazzjoni rapida ta' ħames xhur;

3.

Jikkunsidra li s-sensji li ngħataw f'661 intrapriża li joperaw fin-NACE Reviżjoni 2 Diviżjoni 56 (Attivitajiet ta' servizzi ta' ikel u ta' xorb) huma marbuta mal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, filwaqt li jirreferi għall-fatt li t-tnaqqis fid-dħul medju u t-tnaqqis fil-konsum domestiku fi Spanja rriżulta fi tnaqqis globali fid-domanda għas-servizzi tal-ikel u tax-xorb;

4.

Jinnota li mid-904 benefiċjarji eliġibbli, 280 biss huma mistennija li jipparteċipaw fl-azzjonijiet proposti; jistenna li f’reġjuni b’rati għoljin ta' qgħad in-numru ta' parteċipanti f'taħriġ u taħriġ mill-ġdid hemm bżonn li jkun ikbar;

5.

Jinnota li d-904 sensji se jkomplu jiggravaw is-sitwazzjoni diffiċli ta' qgħad f'Aragón fejn ir-rata tal-qgħad żdiedet f'daqqa minn 4,2 % f'Diċembru 2007 għal 18,4 % f'Diċembru 2013;

6.

Jinnota li ħafna kumpaniji keċċew persuna waħda biss;

7.

Jilqa’ l-fatt li l-awtoritajiet Spanjoli bdew jipprovdu s-servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fil-21 ta’ Frar 2014;

8.

Jinnota li wara s-sensji fis-settur tal-kostruzzjoni u tal-bejgħ bl-imnut f'Aragón, f'Mejju tal-2010 (5) u f'Diċembru tal-2011 (6) Spanja ressqet applikazzjonijiet għal kontribuzzjonijiet finanzjarja mill-FEG għal dan ir-reġjun;

9.

Jinnota li 100 parteċipant jistgħu jirċievu sussidju tal-pagi ta’ EUR 200 għal perjodu massimu ta' 3 xhur bħala inċentiv biex jerġgħu jibdew jaħdmu; jenfasizza li l-kuntratti ta’ xogħol ta’ dawn il-parteċipanti għandhom jipprovdu prospetti favorevoli anke wara li ma jibqax jingħata s-sussidju tal-pagi;

10.

Josserva li l-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati suġġett għall-kofinanzjament jinkludi miżuri favur il-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħal gwida, konsulenza u tfittix ta' impjieg; taħriġ u taħriġ mill-ġdid, għajnuna għall-integrazzjoni mill-ġdid fix-xogħol u inċentivi;

11.

Jinnota li 20 parteċipant jistgħu jirċievu inċentiv ta’ EUR 400 għall-impjieg għal impjieg indipendenti għal perjodu massimu ta' 3 xhur; jikkunsidra li dan l-ammont huwa żgħir wisq u li l-perjodu li matulu jiġi pprovdut huwa qasir wisq biex jipprovdi inċentiv reali biex wieħed jibda' impjieg indipendenti;

12.

Jilqa' l-fatt li l-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati tfassal b’konsultazzjoni mal-għaqdiet tal-ħaddiema Confederación Sindical de Comisiones Obreras-CC.OO Aragón u Unión General de Trabajadores-UGT Aragón; u mal-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi Confederación de Empresarios de Aragón-CREA u Confederación de la Pequeña y Mediana Empresa Aragonesa-CEPYME Aragón, u li l-prinċipji tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni se jiġu applikati tul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-FEG u fl-aċċess għalih;

13.

Jinnota li dawn l-allowances għadhom ferm inqas mil-limitu massimu ta’ 35 % tal-ispejjeż totali għall-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati;

14.

Ifakkar l-importanza li tittejjeb l-impjegabilità tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett ikkoordinat jiġi adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, iżda anke għall-ambjent kummerċjali stess;

15.

Jistieden lill-awtoritajiet Spanjoli jiżguraw li l-għażla tar-riċevituri tal-allowances u l-inċentivi tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u l-opportunitajiet indaqs;

16.

Jinnota li l-informazzjoni fornuta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; jisħaq fuq il-fatt li l-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dik id-data fir-rapporti annwali tagħha b'mod li jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma tkun tista' sseħħ l-ebda duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

17.

Jistieden lill-awtoritajiet Spanjoli u lill-Kummissjoni biex jieħdu kull pass neċessarju biex jivverifikaw li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u effiċjenti;

18.

Jesprimi l-apprezzament tiegħu għall-proċedura mtejba stabbilita mill-Kummissjoni, b'segwitu għat-talba mill-Parlament għall-aċċelerazzjoni fil-konċessjoni tal-għotjiet; josserva li l-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji fi żmien 12-il ġimgħa minn meta waslet l-applikazzjoni kompluta;

19.

Ifakkar li, f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-FEG, id-disinn tal-pakkett ikkoordinat tas-servizzi personalizzati għandu jantiċipa perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-kapaċitajiet meħtieġa u għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sostenibbli;

20.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament dwar il-FEG, għandu jiġi żgurat li l-assistenza tal-FEG tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex tipprovdi solidarjetà u appoġġ ta' darba, b'mod temporanju, għall-benefiċjarji fil-mira, u barra minn hekk m’għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skond il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi;

21.

Jinnota li t-total tal-ispejjeż stmati għall-informazzjoni u azzjonijiet pubbliċitarji huwa stmat EUR 4 100; ifakkar fl-importanza li jkun hemm aktar sensibilizzazzjoni dwar il-kontribuzzjoni tal-FEG u aktar viżibilità tar-rwol tal-Unjoni fiha;

22.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

23.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

24.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(5)  EGF/2010/016 ES Aragón Bejgħ bl-imnut. COM(2010)0615.

(6)  EGF/2011/017 ES Aragón kostruzzjoni ta' bini. COM (2012)0290


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/003 ES/Aragón ikel u xorb minn Spanja)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2014/815/UE.)


28.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/54


P8_TA(2014)0020

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2014/002 NL/Gelderland-Overijssel kostruzzjoni – Il-Pajjiżi l-Baxxi

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/002 NL/Gelderland-Overijssel kostruzzjoni mill-Pajjiżi l-Baxxi) (COM(2014)0455 – C8-0100/2014 – 2014/2055(BUD))

(2016/C 234/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0455 – C8-0100/2014),

wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (Regolament FEG ġdid)

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0005/2014),

A.

billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex jingħata appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji u biex jiġu megħjuna fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u b'mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tas-2 ta' Diċembru 2013 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-FEG;

C.

billi n-numru ta' benefiċjarji li mistennijin jipparteċipaw huwa 475 minn total ta' 562 ħaddiem eleġibbli;

D.

billi l-Pajjiżi l-Baxxi ppreżentaw l-applikazzjoni EGF/2014/002 NL/Gelderland-Overijssel construction għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara l-għoti tas-sensji f'89 impriża li joperaw fin-NACE Rev.2 diviżjoni 41 ('Kostruzzjoni ta' bini') (4) fir-reġjuni kontigwi tal-livell NUTS 2 ta' Gelderland u Overijssel li fiha 475 ħaddiem huma fil-mira ta' miżuri ta' kofinanzjament FEG, matul il-perjodu ta' referenza mill-1 ta' Marzu 2013 sal-1 ta' Diċembru 2013;

E.

billi l-maġġoranza assoluta (92,6 %) tal-ħaddiema fil-mira tal-miżuri huma rġiel u 7,4 % huma nisa; billi 65,3 % tal-ħaddiema għandhom età bejn 30 u 54 sena; billi 21,9 % tal-ħaddiema għandhom età bejn 55 u 64 sena;

F.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eleġibilità stabbiliti mir-Regolament FEG;

1.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament FEG ġdid huma sodisfatti u li, għalhekk, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu d-dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament;

2.

Jikkonstata li l-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi ppreżentaw l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fl-20 ta' Frar 2014, ikkomplementawha b'informazzjoni addizzjonali sas-17 ta' April 2014, u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli mill-Kummissjoni fl-10 ta' Lulju 2014; jilqa' favorevolment l-evalwazzjoni rapida ta' ħames xhur;

3.

Iqis li s-sensji f'89 impriża li joperaw fin-NACE Rev.2 diviżjoni 41 ('Kostruzzjoni ta' bini') fir-reġjuni kontigwi tal-livell NUTS 2 ta' Gelderland u Overijssel huma marbuta mal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, b'riferiment għall-osservazzjoni li l-politika tal-banek li jimplimentaw regoli aktar stretti għall-għoti ta' mutwi ipotekarji u krediti naqqset konsiderevolment l-għoti ta' mutwi ipotekarji u krediti, filwaqt li l-miżuri ta' awsterità li adotta l-gvern intiżi biex inaqqas id-dejn nazzjonali u d-defiċit baġitarju naqqsu l-infiq pubbliku u t-tnaqqis drastiku tal-prezzijiet u tal-valuri fis-suq immobiljari jagħmel il-bejgħ u x-xiri ta' djar diffiċli;

4.

Josserva li 562 sensja se jkomplu jaggravaw is-sitwazzjoni tal-qgħad f'Gelderland u f'Overijssel fil-kunsiderazzjoni tal-fatt li żieda sostanzjali fis-sensji fis-settur tal-kostruzzjoni huwa osservat u, meta mqabbel maċ-ċifri nazzjonali, in-numru ta' persuni qiegħda fiż-żewġ provinċji jikkostitwixxi 39 % tan-numru totali tas-sensji fl-2012.

5.

Jilqa' pożittivament il-fatt li, biex il-ħaddiema jingħataw assistenza malajr, l-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fl-1 ta' Frar 2014, ferm qabel id-deċiżjoni finali dwar l-għoti tal-appoġġ tal-FEG għall-pakkett koordinat propost;

6.

Josserva li l-applikazzjoni ma fihiex allowances jew inċentivi fil-miżuri proposti;

7.

Josserva li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati suġġett għall-kofinanzjament jinkludi miżuri favur il-ħaddiema li ngħataw s-sensja, bħal għajnuna għat-tfittix ta' impjieg u miżuri ta' ammissjoni, taħriġ u taħriġ mill-ġdid, għajnuna għar-rikollokament, programm ta' mobilità;

8.

Josserva li t-tneħħija tal-asbestos hija elenkata fost l-opportunitajiet ta' taħriġ offrut lill-parteċipanti għall-okkupazzjonijiet barra mis-settur tal-kostruzzjoni; jistieden lill-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi jiggarantixxu li l-ħaddiema parteċipanti f'dan it-taħriġ speċifiku jridu jkunu informati b'mod eżawrjenti bir-riskji marbuta mas-saħħa u s-sigurtà relatati max-xogħlijiet li għandhom x'jaqsmu mal-asbestos;

9.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati tfassal f'konsultazzjoni mat-trade unions u mal-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem, mas-sħab soċjali fis-settur tal-kostruzzjoni u mal-istituti edukattivi, u li matul id-diversi fażijiet ta' implimentazzjoni tal-FEG u l-aċċess għalih ġiet applikata politika ta' parità bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni; jisħaq fuq l-importanza ta' inizjattivi transfruntieri futuri bħala uffiċċji mal-fruntieri jew l-allinjament tar-regoli bil-għan li jiżdied l-iskamju tal-informazzjoni u tiġi stimolata l-mobilità transfruntiera tal-ħaddiema;

10.

Jilqa' favorevolment l-idea li jinħoloq programm ta' mobilità, li se jipprevedi kollokament flessibbli tal-ħaddiema bil-għan li jiksbu esperjenza ta' xogħol u jsibu xogħol permezz ta' dan l-istrument; jistenna li l-parteċipanti se jsibu impjieg mhux temporanju;

11.

Ifakkar fl-importanza li tittejjeb l-impjegabilità tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, iżda wkoll għall-ekonomija fl-assjem tagħha;

12.

Ifakkar li f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament FEG ġdid, it-tfassil tal-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati għat-taħriġ u għat-taħriġ mill-ġdid għandu jantiċipa l-perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa u jintegra l-bidla lejn ekonomija li hi effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sostenibbli;

13.

Jirrimarka li l-informazzjoni fornuta dwar il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; jisħaq fuq il-fatt li l-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi kkonfermaw li l-azzjonijiet eleġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dik id-data fir-rapporti annwali tagħha sabiex ikun żgurat ir-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma jkunx jista' jkun hemm duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

14.

Jikkonstata l-ispejjeż totali għall-azzjonijiet ta' tagħrif u ta' pubbliċità huma stmati li jammontaw għal EUR 27 096; ifakkar fl-importanza ta' sensibilizzazzjoni aħjar dwar il-kontribuzzjoni tal-FEG kif ukoll aktar viżibilità għar-rwol tal-Unjoni fiha;

15.

Jesprimi l-apprezzament tiegħu għall-proċedura mtejba stabbilita mill-Kummissjoni, b'segwitu għat-talba mill-Parlament għall-aċċelerazzjoni fil-konċessjoni tal-għotjiet; josserva li l-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji fi żmien 12-il ġimgħa minn meta waslet l-applikazzjoni kompluta;

16.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament FEG ġdid, għandu jiġi żgurat li l-assistenza FEG tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex tipprovdi solidarjetà u appoġġ ta' darba, b'mod temporanju, għall-benefiċjarji speċifikati, m'għandhiex, barra minn hekk, tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà ta' kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi;

17.

Jilqa' pożittivament l-adozzjoni tar-Regolament FEG il-ġdid li jirrifletti l-qbil li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-kriterju tal-mobilizzazzjoni b'rabta mal-kriżi, għaż-żieda tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal 60 % tal-ispejjeż stmati totali tal-miżuri proposti, għaż-żieda tal-effiċjenza għat-trattament ta' applikazzjoni FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u l-approvazzjoni, għall-estensjoni tal-azzjonijiet u tal-benefiċjarji eleġibbli billi jintroduċu persuni li jaħdmu għal rashom u żgħażagħ, u għall-finanzjament ta' inċentivi għat-twaqqif ta' impriżi tagħhom stess;

18.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/002 NL/Gelderland-Overijssel construction mill-Pajjiżi l-Baxxi)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2014/814/UE.)


28.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/57


P8_TA(2014)0021

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2013/010 ES/CASTILLA Y LEON - Spanja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/010 ES/Castilla y León minn Spanja) (COM(2014)0478 – C8-0115/2014 – 2014/2062(BUD))

(2016/C 234/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0478 – C8-0115/2014),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (1) (ir-Regolament FEG),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0007/2014),

A.

billi l-Unjoni waqqfet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex jingħata appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji u biex jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol;

B.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, f'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tat-2 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-FEG;

C.

billi Spanja ressqet l-applikazzjoni EGF/2013/010 ES/Castilla y Léon għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara 587 sensja, b'400 ħaddiem li ngħataw is-sensja mistennija jipparteċipaw fil-miżuri, fi tliet intrapriżi li joperaw fil-manifattura tal-injam u fis-settur tal-prodotti tal-injam u s-sufra (4) fir-reġjun tan-NUTS II ta' Castilla y León (ES41) fi Spanja matul il-perjodu referenzjarju mit-28 ta' Diċembru 2012 sat-28 ta' Settembru 2013;

D.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti mir-Regolament FEG;

1.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament FEG ġew ssodisfati u li, għalhekk, Spanja hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament;

2.

Jinnota li l-awtoritajiet Spanjoli ressqu l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fil-5 ta' Diċembru 2013 u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli mill-Kummissjoni fit-22 ta' Lulju 2014;

3.

Iqis li s-sensji fit-tliet intrapriżi li joperaw fil-manifattura tal-injam u fis-settur tal-prodotti tal-injam u s-sufra fir-reġjun tan-NUTS II ta' Castilla y León (ES41) huma marbuta ma' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, filwaqt li jirreferi għall-fatt li l-volum tal-esportazzjonijiet tal-UE 27 ta' xogħol tal-mastrudaxxa u tal-karpenterija ta' prodotti tal-injam għall-bennejja naqas b'10,33 % matul il-perjodu 2008-2011; jinnota li fl-istess perjodu t-tnaqqis fi Spanja kien saħansitra ikbar, fejn l-għadd ta' intrapriżi naqas bi 28,8 %;

4.

Jinnota li l-587 sensja in kwistjoni affettwaw serjament is-suq lokali tax-xogħol bir-rata tal-qgħad tiżdied minn 8,2 % fl-ewwel kwart tal-2008 għal 22,70 % (5) fl-ewwel kwart tal-2013; iqis li s-sitwazzjoni tal-qgħad fir-reġjun affettwat tidher partikolarment fraġli minħabba d-densità ta' popolazzjoni estremament baxxa f'Soria, waħda miż-żewġ provinċji affettwati mis-sensji, u d-dipendenza għolja tat-territorji affetwati fuq is-settur tal-injam u li, minħabba d-densità ta' popolazzjoni estremament baxxa tagħha, is-sensji f'dan ir-reġjun għandhom ukoll impatt serju fuq l-ekonomija lokali;

5.

Jinnota li huwa stmat li għadd limitat ta' parteċipanti jistgħu jirċievu ammont stmat sa EUR 5 200 taħt il-miżura li tippromwovi l-intraprenditorija; jinnota li l-ammont stmat huwa magħmul minn bosta ammonti minn miżuri ta' appoġġ differenti;

6.

Jilqa' l-fatt li, biex il-ħaddiema jingħataw assistenza rapida, l-awtoritajiet Spanjoli ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fl-1 ta' Frar 2014, ferm qabel id-deċiżjoni finali dwar l-għoti tal-appoġġ tal-FEG għall-pakkett koordinat propost;

7.

Jinnota li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandhom jiġu kofinanzjati jinkludi miżuri għar-riintegrazzjoni ta' madwar 400 ħaddiem li ngħataw is-sensja fl-impjieg bħal sessjonijiet ta' merħba u ta' informazzjoni, gwida tax-xogħol u konsulenza, assistenza instensiva fit-tiftix tax-xogħol, taħriġ, promozzjoni ta' intraprenditorija, inċentivi;

8.

Jilqa' l-fatt li l-ex ħaddiema ta' Puertas Norma - l-intrapriża ewlenija li tat is-sensji -, FAFECYL (6) u s-sħab soċjali ddiskutew l-applikazzjoni proposta;

9.

Ifakkar l-importanza li titjieb l-impjegabbiltà tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat ikun adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, iżda wkoll għall-ambjent reali tan-negozju;

10.

Jinnota li l-informazzjoni fornuta dwar il-pakkett kkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; jenfasizza li l-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dik id-data fir-rapporti annwali tagħha, bil-ħsieb li jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma jkunx hemm duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

11.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza l-proċedura mtejba implimentata mill-Kummissjoni, b'segwitu għat-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-Parlament u lill-Kunsill il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibbiltà ta' applikazzjoni għall-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG; jenfasizza li fir-Regolament FEG il-ġdid (7) jiġi integrat titjib proċedurali ulterjuri, u li jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza u viżibbiltà tal-FEG;

12.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEG, għandu jiġi żgurat li l-FEG jappoġġja r-riintegrazzjoni f'impjieg stabbli tal-ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja; jenfasizza, barra minn hekk, li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri attivi fis-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjieg dewwiemi u fit-tul; itenni li l-assistenza mill-FEG ma għandha tissostitwixxi la l-azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji bis-saħħa tad-dritt nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

13.

Jilqa' l-adozzjoni tar-Regolament FEG il-ġdid li jirrifletti l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiġi introdott mill-ġdid il-kriterju tal-mobilizzazzjoni b'rabta mal-kriżi, tiżdied il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal 60 % tal-ispejjeż totali stmati tal-miżuri proposti, tiżdied l-effiċjenza għat-trattament tal-applikazzjonijiet għall-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u l-approvazzjoni, jiġu estiżi l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli għall-persuni li jaħdmu għal rashom u ż-żgħażagħ, u biex jiġu ffinanzjati inċentivi għat-twaqqif ta' negozji proprji;

14.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

15.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

16.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)  Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(5)  http://www.datosmacro.com/paro-epa/espana-comunidades-autonomas/castilla-leon

(6)  FAFECYL hija fondazzjoni pubblika tripartitika skont is-Servizz Pubbliku tal-Impjieg ta' Castile u León. L-assoċjazzjoni tal-impjegaturi, CECALE u t-trejdjunjins UGT u CCOO huma membri tal-bord tagħha.

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855).


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-Punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/010 ES/Castilla y León minn Spanja)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2014/812/UE.)