|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2016/C 232/01 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2016/C 232/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Frar 2016 – Angelika Eckert vs Société Air France SA
(Kawża C-95/16)
(2016/C 232/02)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Hannover
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Angelika Eckert
Konvenuta: Société Air France SA
Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ April 2016.
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Celle (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Marzu 2016 – Tui Deutschland GmbH vs Stefan Düren
(Kawża C-166/16)
(2016/C 232/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Celle
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Tui Deutschland GmbH
Konvenut: Stefan Düren
Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ April 2016.
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Marzu 2016 – H. vs Land Berlin
(Kawża C-174/16)
(2016/C 232/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: H
Konvenut: Land Berlin
Domandi preliminari
|
1) |
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/18 UE, tat-8 ta’ Marzu 2010, li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li jħassar id-Direttiva 96/34/KE (1), kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim qafas dwar il-leave parentali ppubblikat fl-anness ta’ din id-direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regoli ta’ dritt nazzjonali li jipprovdu li l-perijodu ta’ prova, li matulu pożizzjoni li tinvolvi funzjoni ta’ tmexxija fis-servizz pubbliku tkun ġiet assenjata lil persuna bi prova, jintemm permezz tal-liġi u bl-eskużjoni ta’ possibbiltà ta’ estensjoni anki jekk l-uffiċjal kien u għadu fuq leave parentali għall-parti l-kbira ta’ dak il-perijodu ta’ prova? |
|
2) |
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (2), b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) jew (ċ), l-Artikolu 15 jew l-Artikolu 16 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li regoli ta’ dritt nazzjonali bil-kontenut kif deskritt fid-domanda 1, jinkludu diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess meta numru ferm ogħla ta’ nisa milli rġiel huma kkonċernati jew potenzjalment jistgħu jkunu kkonċernati minnhom? |
|
3) |
F’każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1 jew għad-domanda 2, l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq tad-dritt tal-Unjoni tipprekludi tali regoli tad-dritt nazzjonali anki meta huma ġġustifikati mill-għan li tkun tista’ ssir evalwazzjoni, matul il-perijodu ta’ prova, ta’ pożizzjoni permanenti li tinvolvi funzjoni ta’ tmexxija fil-każ biss li d-dmirijiet effettivament jitwettqu b’mod kontinwu għal perijodu twil ta’ żmien? |
|
4) |
F’każ ta’ risposta affermattiva wkoll għad-domanda 3, l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni tawtorizza effett legali differenti mill-kontinwazzjoni tal-perijodu ta’ prova immedjatament wara tmiem tal-leave parentali – għat-tul tal-perijodu ta’ prova li jkun għadu ma ntemmx fil-bidu ta’ dan il-leave – għall-istess pożizzjoni ta’ servizz jew waħda paragunabbli, anki meta din il-pożizzjoni jew pożizzjoni stabbilita korrispondenti ma tkunx iktar disponibbli? |
|
5) |
L-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni timponi, f’każ simili, sabiex timtela pożizzjoni ta’ servizz jew pożizzjoni oħra b’funzjoni ta’ tmexxija li ma sseħx proċedura ġdida ta’ reklutaġġ permezz tal-inklużjoni ta’ kandidati oħra skont dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali? |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ Marzu 2016 – Impresa di Costruzioni Ing. E. Mantovani SpA u Guerrato SpA vs Provincia autonoma di Bolzano, Agenzia per i procedimenti e la vigilanza in materia di contratti pubblici di lavori servizi e forniture (ACP), Autorità nazionale anticorruzione (ANAC)
(Kawża C-178/16)
(2016/C 232/05)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Impresa di Costruzioni Ing. E. Mantovani SpA u Guerrato SpA
Konvenuti: Provincia autonoma di Bolzano, Agenzia per i procedimenti e la vigilanza in materia di contratti pubblici di lavori servizi e forniture (ACP), Autorità nazionale anticorruzione (ANAC)
Domanda preliminari
Dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik tal-Artikolu 38(1)(c) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163 tat-12 ta’ April 2006 (kodiċi tal-kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal servizzi u għal provvisti li jimplementa d-Direttivi 2004/17/KE (1) u 2004/18/KE (2)), kif sussegwentement emendat, tostakola l-applikazzjoni korretta tal-Artikolu 45(2)(ċ) u (g) u (3)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] u tal-prinċipji tad-dritt Ewropew ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ proporzjonalità u ta’ trasparenza, ta’ projbizzjoni milli tittaqqal il-proċedura u ta’ ftuħ massimu għall-kompetizzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratt, kif ukoll tal-prinċipji ta’ kompletezza u ta’ preċiżjoni tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet, sa fejn din id-dispożizzjoni nazzjonali testendi l-kontenut tal-obbligu previst minnha li ssir dikjarazzjoni fir-rigward tal-assenza ta’ sentenzi definittivi ta’ kundanna (inklużi s-sentenzi li japplikaw piena nnegozjata mal-prosekutur) għar-reati previsti minn din id-dispożizzjoni, għall-persuni li kienu jokkupaw karigi ta’ tmexxija fl-impriżi offerenti li huma waqqfu jeżerċitaw matul is-sena ta’ qabel il-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ kuntratt, u konsegwentement tqis li huwa motiv ta’ esklużjoni mill-parteċipazzjoni tal-impriża kkonċernata fil-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt il-fatt li l-impriża ma turix li hija ddissoċjat ruħha kompletament u effettivament mill-aġir issanzjonat kriminalment tal-imsemmija persuni, filwaqt li l-evalwazzjoni tal-osservanza ta’ dan ir-rekwiżit ta’ dissoċjazzjoni hija l-kompitu tal-entità kontraenti, li tista’ tintroduċi konkretament numru ta’ obbligi taħt piena ta’ esklużjoni tal-impriża offerenti, jiġifieri:
|
(i) |
obbligi li tiġi pprovduta informazzjoni u li jsiru dikjarazzjonijiet dwar proċeduri kriminali li jkunu għadhom ma ġewx deċiżi permezz ta’ sentenza definittiva (u li għalhekk, min-natura tiegħu, l-eżitu tagħhom ikun inċert), liema obbligi ma humiex previsti mil-liġi, inkluż fir-rigward tal-persuni li jkunu għadhom qegħdin jokkupaw il-kariga tagħhom; |
|
(ii) |
obbligu ta’ implementazzjoni spontanja ta’ miżuri ta’ dissoċjazzjoni, mingħajr ma dan l-obbligu huwa ddefinit fir-rigward tan-natura tal-miżuri li jistgħu jeżoneraw lill-impriża kkonċernata, tal-perijodu ta’ żmien meħud inkunsiderazzjoni (li jista’ jkun ukoll qabel id-data li fiha s-sentenza kriminali saret definittiva) u tal-fażi tal-proċedura li fiha dawn l-obbligi għandhom jiġu implementati; |
|
(iii) |
obbligi ta’ kooperazzjoni leali li t-termini tagħhom ma humiex iddefiniti b’mod preċiż, ħlief b’riferiment għall-prinċipju ġenerali ta’ bona fides? |
(1) Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19).
(2) Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/5 |
Appell ippreżentat fil-11 ta’ April 2016 minn SolarWorld AG mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-1 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-141/14, SolarWorld AG et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-204/16 P)
(2016/C 232/06)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: SolarWorld AG (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, J. Beck, Solicitor)
Partijiet oħra fil-proċedura: Brandoni solare SpA, Solaria Energia y Medio Ambiente, SA, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products (CCCME) [kamra tal-kummerċ Ċiniża għall-importazzjoni u għall-esportazzjoni ta’ makkinarju u ta’ prodotti elettroniċi]
Talbiet
|
— |
tikkonstata li l-appell huma ammissibbli u fondat; |
|
— |
tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-141/14; |
|
— |
tiddeċiedi fuq il-mertu u tannulla l-Artikolu 3 tar-Regolament 1238/2013, jew tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tiddeċiedi fuq il-mertu tar-rikors għal annullament; u |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1238/2013 (1) huwa indissoċjabbli mill-kumplament ta’ dan ir-regolament. Bdil fil-forma tal-miżuri ma jbiddilx il-portata tar-Regolament li jimponihom. Il-portata tad-dazju kumpensatorju jkopri l-importazzjonijiet kollha tal-produtturi li fir-rigward tagħhom ġie kkonstatat li kienu pparteċipaw f’dumping dannuż, u l-għan tagħhom, irrispettivament mill-forma, huwa li jkunu xierqa sabiex jiġi evitat id-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni Ewropea. Din il-portata ma tinbidilx bl-annullament tal-Artikolu 3.
Id-digriet appellat jikser id-dritt tal-appellanti skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, peress li jiċħad lill-industrija tal-Unjoni Ewropea azzjoni ġudizzjarja fil-qasam tad-difiża kummerċjali minn miżuri definittivi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, id-digriet appellat jikser id-dritt tal-appellanti skont l-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea billi jpoġġi lill-produtturi-esportaturi f’pożizzjoni aħjar mill-industrija tal Unjoni Ewropea, peress li l-ġurisprudenza tirrikonoxxi d-dritt tagħhom li jippreżentaw appell.
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, p. 1).
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/6 |
Appell ippreżentat fil-11 ta’ April 2016 minn SolarWorld AG mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-1 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-142/14, SolarWorld AG et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-205/16 P)
(2016/C 232/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: SolarWorld AG (rappreżentant: L. Ruessmann, avukat, J. Beck, solicitor)
Partijiet oħra fil-proċedura: Brandoni solare SpA, Solaria Energia y Medio Ambiente, SA, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kamra tal-Kummerċ Ċiniż għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (CCCME)
Talbiet
|
— |
tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat; |
|
— |
tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-142/14; |
|
— |
tiddeċiedi fuq il-mertu tal-kawża u tannulla l-Artikolu 2 tar-Regolament 1239/2013, jew tirreferi l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali sabiex hija tieħu deċiżjoni fuq il-mertu tat-talba għall-annullament; u |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż sostnuti mill-Appellanti. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Artikolu 2 tar-Regolament 1239/2013 (1) ma jistax jinqata’ mill-bqija tiegħu. Bidla fil-forma tal-miżuri ma tbiddilx il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament li jimponihom. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ miżuri kompensatorji huwa l-importazzjonijiet kollha minn produtturi li kienu involuti fi prattiki ta’ sussidjar dannuż, u l-għan tagħhom, indipendentement mill-forma, għandu jkun xieraq biex ineħħi d-dannu mġarrab mill-produtturi tal-UE. Dan il-kamp ta’ applikazzjoni ma jitbiddilx bl-annullament tal-Artikolu 2.
Id-Digriet Ikkontestat jikser id-dritt tal-Appellant skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għaliex jiċħad lill-industrja tal-UE rimedju legali f’każijiet relatati mad-difiża tal-kummerċ kontra miżuri definittivi li ma jirrispettawx ir-rekwiżiti tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, id-Digriet Ikkontestat jikser id-dritt tal-Appellant skont l-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea billi jqiegħed lill-produtturi esportaturi f’posizzjoni aħjar mill-industrja tal-UE, peress li l-ġurisprudenza tirrikonoxxi d-dritt ta’ appell tagħhom.
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 1283/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ April 2016 – proċeduri kriminali kontra Mossa Ouhrami
(Kawża C-225/16)
(2016/C 232/08)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Parti fil-kawża prinċipali
Mossa Ouhrami
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 11(2) tad-Direttiva “Ritorn” (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu ta’ ħames snin li jipprevedi huwa kkalkolat:
|
|
2) |
L-Artikolu 11(2) tad-Direttiva “Ritorn” għandu, fid-dawl tal-applikazzjoni tad-dritt tranżitorju, jiġi interpretat fis-sens li deċiżjonijiet meħuda qabel ma’ din id-direttiva daħlet fis-seħħ, li għandhom l-effett legali li d-destinatarju tagħhom ikollu jibqa’ barra mill-Pajjiżi l-Baxxi għal għaxar snin konsekuttivi, meta l-projbizzjoni mid-dħul ġiet deċiża fid-dawl taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha marbuta mal-każ ineżami u kienet suġġetta għal rimedji legali, ma jistgħux ikollhom iktar effetti legali jekk, fil-mument li din id-direttiva kellha tiġi trasposta jew fil-mument li ġie kkonstatat li d-destinatarju ta’ din id-deċiżjoni kien jinsab fil-Pajjiżi l-Baxxi, it-tul ta’ żmien ta’ dan l-obbligu kien jeċċedi t-tul ta’ żmien previst minn din id-dispożizzjoni? |
(1) Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU 2008 L 348, p. 98).
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/7 |
Appell ippreżentat fl-20 ta’ April 2016 minn Simet SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-3 ta’ Marzu 2016 fil-Kawża T-15/14, Simet vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-232/16 P)
(2016/C 232/09)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Simet SpA (rappreżentanti: A. Clarizia, C. Varrone, P. Clarizia, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla s-sentenza appellata (Kawża T-15/14), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/201/UE, tat-2 ta’ Ottubru 2013, marbuta mal-kumpens ta’ Simet SpA għall-provvista ta’ servizzi ta’ trasport pubbliku mill-1987 sal-2003 [għajnuna mill-Istat SA.33037 (2012/C) Italja] u tannulla d-deċiżjoni suesposta; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li s-sentenza tikser:
|
— |
l-Artikolu 107 TFUE, safejn din iddeċidiet li l-pagamenti kumpensatorji favur Simet, li ġew attribwiti minn sentenza tal-Consiglio di Stato Taljan u nnotifikati mill-awtoritajiet nazzjonali, kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, filwaqt li l-kwistjoni deċiża mill-qorti nazzjonali kienet dwar ir-riżarċiment tad-danni subiti mir-rikorrenti minħabba l-illegalitajiet li kienu vvizzjaw l-atti tal-Ministeru tal-Infrastruttura u tat-Trasport fir-rigward tal-eżerċizzju tal-attivitajiet ta’ servizz pubbliku ta’ trasport inter-reġjonali bit-triq ipprovdut fil-perijodu ta’ bejn l-1987 u l-2003; |
|
— |
ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 (1), safejn il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkonstata li l-liġi Taljana ma kinitx konformi mal-imsemmi regolament għal żewġ raġunijiet differenti: 1) peress li din kienet timponi fuq l-indvidwu l-obbligu li jeżerċita l-attività ekonomika tiegħu fil-forma biss ta’ servizz pubbliku, filwaqt li skont ir-Regolament Nru 1191/69 tali modalità ta’ eżerċizzju tal-attività ta’ impriża kienet ipprojbita, peress li s-servizz pubbliku jinvolvi l-issuġġettar tal-konċessjonarju għall-osservanza tal-obbligi ta’ servizz pubbliku; 2) peress li din ma kinitx tipprovdi għall-għoti ta’ kumpens għall-obbligi ta’ servizz issodisfatti mill-impriża; wara l-emendi introdotti bir-Regolament (KEE) Nru 1893/91 (2), Simet ma setgħetx iktar tiġi sottoposta għall-obbligu ta’ servizz pubbliku, mill-mument li din ġiet meqjusa bħala impriża ta’ trasport inter-reġjonali tal-persuni bit-triq; |
|
— |
ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69, safejn il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li kienet legali d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li skontha l-pagamenti favur Simet kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, peress li, billi din il-kumpannija ma kinitx wettqet is-separazzjoni kontabbli tal-ispejjeż sostnuti għall-attività inkwistjoni, kien hemm ir-riskju ta’ kumpens żejjed. Għall-kuntrarju ta’ dak li tikkonferma l-Qorti Ġenerali, l-Artikoli 5 et seq. tar-regolament kienu jipprevedu metodu differenti għad-determinazzjoni tal-miżura ta’ kumpens, ibbażata fuq ir-“riperkussjonijiet” li l-impożizzjoni ta’ dawn l-obbligi ta’ servizz pubbliku seta’ kellha fuq it-telf ta’ kompetittività tal-impriża fl-intier tagħha; |
|
— |
il-prinċipji li jirregolaw it-tqassim tad-danni subiti mill-individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni, prinċipji li jistabbilixxu li jekk awtorità ta’ Stat Membru tadotta, fil-kuntest tal-kompetnezi tagħha, miżura amministrattiva li tikser id-dritt tal-Unjoni, dan jiġġenera fil-konfront tagħha l-obbligu li tipprovdi kumpens għad-danni favur id-destinatarju tal-miżura, fid-dawl tal-illegalità tagħha. |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69, tas-26 ta’ Ġunju 1969, dwar azzjoni mill-Istati Membri dwar l-obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 19).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1893/91, tal-20 ta’ Ġunju 1991, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1191/69 dwar azzjoni mill-Istati Membri dwar l-obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 314).
Il-Qorti Ġenerali
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/9 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 – mobile.international vs EUIPO – Rezon (mobile.de)
(Kawżi magħquda T-322/14 u T-325/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali u figurattivi mobile.de - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti mobile - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 15(1), Artikolu 57(2) u Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 - Regola 40(6) tar-Regolament (KE) Nruo2868/95”])
(2016/C 232/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: mobile.international GmbH (Kleinmachnow, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Lührig, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rezon OOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentanti: P. Kanchev u T. Ignatova, avukati)
Suġġett
Żewġ rikorsi kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar (Każ R 922/2013-1) u tat-13 ta’ Frar 2014 (Każ R 951/2013-1), dwar żewġ proċeduri ta’ annullament bejn mobile.international GmbH u Rezon OOD.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
|
2) |
mobile.international GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/9 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-384/14) (1)
((“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Setturi taċ-ċanga u vitella u tan-ngħaġ - Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa - Korrezzjoni eżatta - Artikoli 48 u 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Drittijiet speċjali - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2016/C 232/11)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri u B. Tidore, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u D. Bianchi, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/191/UE, tal-4 ta’ April 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont it-Taqsima tal-Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 104, p. 43), sa fejn din teskludi ċertu nfiq li sar mir-Repubblika Taljana.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/10 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 – Holistic Innovation Institute vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-468/14) (1)
((“Għajnuna finanzjarja - Riċerka - Is-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni - Proġett eDIGIREGION - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-parteċipazzjoni ta’ impriża - Rikors għal annullament - Terminu tar-rikors - Bidu tad-dekorrenza - Inammissibbiltà - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Danni morali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”))
(2016/C 232/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Holistic Innovation Institute, SLU (Pozuelo de Alarcón, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment minn R. Muñiz García, sussegwentement minn J. Marín López, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, aġent, assistit minn J. Rivas Andrés, avukat)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ARES (2014) 710158, tat-13 ta’ Marzu 2014, li tirrifjuta l-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-proġett eDIGIREGION, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża li tikseb kumpens għad-danni li r-rikorrenti allegatament subiet wara din id-deċiżjoni, li kienu jammontaw għal EUR3 055 000 kif ukoll l-interessi akkumulati, u, sussidjarjament, il-ħatra ta’ espert bil-għan li jiġi evalwat id-dannu subit.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Holistic Innovation Institute, SLU hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 – Zuffa vs EUIPO (ULTIMATE FIGHTING CHAMPIONSHIP)
(Kawża T-590/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ULTIMATE FIGHTING CHAMPIONSHIP - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu - Obbligu ta’ motivazzjoni - Pubbliku rilevanti - Artikolu 7(1)(b) u (c), (2) u (3) u Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 232/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Zuffa, LLC (Las Vegas, Nevada, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, K. Gilbert u C. Balme, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: P. Bullock, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-19 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1425/2013-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal ULTIMATE FIGHTING CHAMPIONSHIP bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tad-19 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1425/2013-2) hija annullata sa fejn tiċħad ir-rikors ta’ Zuffa, LLC f’dak li jirrigwarda l-prodotti u s-servizzi li ġejjin:
|
|
2) |
Il-kumplament ta’ dan ir-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Zuffa, LLC u l-EUIPO għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/12 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 – Red Lemon vs EUIPO – Lidl Stiftung (ABTRONIC)
(Kawża T-643/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ABTRONIC - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea TRONIC - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 - Karattru distintiv intrinsiku minimu tat-trade mark preċedenti - Probabbiltà ta’ konfużjoni”])
(2016/C 232/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Red Lemon Inc. (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: T. Wieland u S. Müller, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1899/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lidl Stiftung & Co. KG u Red Lemon Inc.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Red Lemon Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/12 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 – Trioplast Industrier vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-669/14) (1)
((Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-boroż industrijali tal-plastik - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Rikors għad-danni - Interessi moratorji - Kunċett ta’ kreditu ċert, likwidu u eżiġibbli - Proporzjonalità - Ċertezza legali - Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet - Nuqqas ta’ bażi legali - Artikolu 266 TFUE - Rabta kawżali”))
(2016/C 232/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Trioplast Industrier AB (Smålandsstenar, l-Isvezja) (rappreżentanti: T. Pettersson u A. Johansson, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, L. Parpala u P. Rossi, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Lulju 2014 dwar il-Każ COMP/38.354 (Boroż industrijali – Trioplast Industrier AB) u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni, abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Trioplast Industrier AB hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/13 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 – Hamr – Sport vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-693/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Installazzjonijiet sportivi pprovduti minn organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ lukru - Sussidji għall-operat jew għall-investiment intiżi li jippermettu l-kostruzzjoni, l-operat, il-manutenzjoni, ir-rikostruzzjoni jew l-iżviluppar tal-installazzjonijiet sportivi li ma għandhomx skop ta’ lukru - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Artikolu 107(3)(ċ) TFUE - Rikors għal annullament - Effett individwali - Kunċett ta’ parti interessata - Ammissibbiltà - Assenza ta’ bdil fil-kundizzjonijiet tan-negozju li jkun tant kbir li jmur kontra l-interess komuni - Assenza ta’ dubji li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali”))
(2016/C 232/16)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Hamr – Sport a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: T. Capoušek, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u P. Němečková, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil u T. Müller, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni C (2014) 3602 finali tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Ġunju 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33575 (2013/NN) – Repubblika Ċeka, favur installazzjonijiet sportivi mingħajr skop ta’ lukru mogħtija minn istituzzjonijiet pubbliċi ċentrali.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Hamr – Sport a.s. hija kkundannata għall-ispejjeż, ħlief għal dawk sostnuti mir-Repubblika Ċeka. |
|
3) |
Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/14 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 – Chung-Yuan Chang vs EUIPO – BSH Hausgeräte (AROMA)
(Kawża T-749/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali AROMA - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 232/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Peter Chung-Yuan Chang (San Diego, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Sanz Bermell y Martínez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Crawcour u A. Folliard Monguiral, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: BSH Hausgeräte GmbH, li kienet BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Settembru 2014 (Każ R 1887/2013-4), dwar proċedimenti għal għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Peter Chung-Yuan Chang u BSH Hausgeräte.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Settembru 2014 (R 1887/2013-4) hija annullata. |
|
2) |
L-EUIPO u BSH Hausgeräte GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti minn Peter Chung-Yuan Chang. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/14 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 – Ivo-Kermartin vs EUIPO – Ergo Versicherungsgruppe (ELGO)
(Kawża T-750/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ELGO - Trade marks verbali u figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewoprea ERGO - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Limitazzjonijiet suċċessivi tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ - Regola 69 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”])
(2016/C 232/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ivo Kermartin GmbH (Walzenhausen, l-Isvizzera) (rappreżentant: F. Henkel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Ergo Versicherungsgruppe AG (Düsseldorf, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Awwissu 2014 (Każ R 473/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ergo Versicherungsgruppe AG u Ivo-Kermartin GmbH.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Ivo-Kermartin GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/15 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 – Red Lemon vs EUIPO – Lidl Stiftung (ABTRONIC)
(Kawża T-775/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ABTRONIC - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea TRONIC - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru distintiv intrinsiku minimu tat-trade mark preċedenti - Probabbiltà ta’ konfużjoni”])
(2016/C 232/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Red Lemon Inc. (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: T. Wieland u S. Müller, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Settembru 2014 (Każ R 2060/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lidl Stiftung & Co. KG u Red Lemon Inc.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Red Lemon Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 – Red Lemon vs EUIPO – Lidl Stiftung (ABTRONICX2)
(Kawża T-776/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ABTRONICX2 - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea TRONIC - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru distintiv intrinsiku minimu tat-trade mark preċedenti - Probabbiltà ta’ konfużjoni”])
(2016/C 232/20)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Red Lemon Inc. (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: T. Wieland u S. Müller, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Settembru 2014 (Każ R 2078/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lidl Stiftung & Co. KG u Red Lemon Inc.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Red Lemon Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 – GRE vs EUIPO (Mark1)
(Kawża T-844/14) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Mark1 - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2016/C 232/21)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH (Kloster Lehnin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Memmler u S. Schulz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-2 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 648/2014-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Mark1 bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 – GRE vs EUIPO (Mark1)
(Kawża T-32/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Mark1 - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2016/C 232/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH (Kloster Lehnin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Memmler u S. Schulz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-29 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 647/2014-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Mark1 bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2016 – Market Watch vs EUIPO – El Corte Inglés (MITOCHRON)
(Kawża T-62/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MITOCHRON - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti mito - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2016/C 232/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Market Watch Franchise & Consulting, Inc. (Freeport, il-Bahamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Teini Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2014 (Każ R 508/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA, u Market Watch Franchise & Consulting, Inc.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Market Watch Franchise & Consulting, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 – Atlas vs EUIPO (EFEKT PERLENIA)
(Kawża T-298/15) (1)
([“Trade Marka tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva EFEKT - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 232/24)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Atlas sp. z o.o. (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell ta’ rikors tal-EUIPO tat-13 ta’ Marzu 2015 (Każ R 2352/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv EFEKT PERLENIA bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Atlas sp. z o.o hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/19 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2016 – Market Watch vs EUIPO – Glaxo Group (MITOCHRON)
(Kawża T-312/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MITOCHRON - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MIVACRON - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 232/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Market Watch Franchise & Consulting, Inc. (Freeport, il-Bahamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Glaxo Group Ltd (Brentford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u A. Smith, solicitor)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-20 ta’ Marzu 2015 (Każ R 507/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Glaxo Group Ltd u Market Watch Franchise & Consulting, Inc.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Market Watch Franchise & Consulting, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/20 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2016 – CX vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-496/15 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Tnaqqis fil-grad - Drittijiet tad-difiża - Artikoli 4 u 6 tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 9 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))
(2016/C 232/26)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: CX (Enghien, il-Belġju) (rappreżentanti: É. Boigelot, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015, CX vs Il-Kummissjoni (F-27/13, EU:F:2015:60), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
CX huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/20 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2016 – Regency Entertainment Psychagogiki kai Touristiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-635/11) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Annullament tal-att ikkontestat - Telf tal-iskop tal-kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 232/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Regency Entertainment Psychagogiki kai Touristiki AE (Maroussi Attikis, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Niejahr, avukat, F. Carlin, barrister, Q. Azau, F. Spyropoulos, I. Dryllerakis, K. Spyropoulos, A. Komninos, K. Struckmann, avukati, u M. Powell, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J. Loewenthal, D. Triantafyllou u H. van Vliet, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tal-parti rikorrenti: Koinopraxia Touristiki Loutrakiou AE OTA – Loutraki AE – Klab Otel Loutraki Kazino Touristikes kai Xenodocheiakes Epicheiriseis AE (Loutraki, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni 2011/716/UE tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Mejju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C 16/10 (ex NN 22/10, ex CP 318/09) implementata mill-Greċja favur ċerti każinòs Griegi (ĠU L 285, p. 25).
Dispożittiv
|
1) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors. |
|
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Regency Entertainment Psychagogiki kai Touristiki AE. |
|
3) |
Koinopraxia Touristiki Loutrakiou AE OTA – Loutraki AE – Klab Otel Loutraki Kazino Touristikes kai Xenodocheiakes Epicheiriseis għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/21 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2016 – Elliniko Kazino Parnithas vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-14/12) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Annullament tal-att ikkontestat - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 232/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Elliniko Kazino Parnithas AE (Maroussi, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Niejahr, avukat, F. Carlin, barrister, Q. Azau, F. Spyropoulos, I. Dryllerakis, K. Spyropoulos, A. Komninos, K. Struckmann, avukati u M. Powell, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (D. Triantafyllou, H. van Vliet u P. J. Loewenthal, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Koinopraxia Touristiki Loutrakiou AE OTA – Loutraki AE – Klab Otel Loutraki Kazino Touristikes kai Xenodocheiakes Epicheiriseis AE (Loutraki, il-Greċja) (rappreżentanti: S. Pappas, avukat)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Mejju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C 16/10 (ex NN 22/10, ex CP 318/09) implementata mill-Ġreċja lil ċerti każinojiet Griegi (ĠU L 285, p. 25).
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors. |
|
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Elliniko Kazino Parnithas AE. |
|
3) |
Koinopraxia Touristiki Loutrakiou AE OTA – Loutraki AE – Klab Otel Loutraki Kazino Touristikes kai Xenodocheiakes Epicheiriseis AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/22 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2016 – Athens Resort Casino vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-36/12) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Annullament tal-att ikkontestat - Tmiem tas-suġġett tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 232/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Athens Resort Casino AE Symmetochon (Maroussi, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Niejahr, avukat, F. Carlin, barrister, Q. Azau, F. Spyropoulos, I. Dryllerakis, K. Spyropoulos, A. Komninos, K. Struckmann, avukati u M. Powell, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, H. van Vliet u P.-J. Loewenthal, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Koinopraxia Touristiki Loutrakiou AE OTA – Loutraki AE – Klab Otel Loutraki Kazino Touristikes kai Xenodocheiakes Epicheiriseis AE (Loutraki, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/716/UE, tal-24 ta’ Mejju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C 16/10 (ex NN 22/10, ex CP 318/09) mogħtija mill-Greċja lil ċerti każinojiet Griegi (ĠU L 285, p. 25).
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors. |
|
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk ta’ Athens Resort Casino AE Symmetochon. |
|
3) |
Koinopraxia Touristiki Loutrakiou AE OTA – Loutraki AE – Klab Otel Loutraki Kazino Touristikes kai Xenodocheiakes Epicheiriseis AE għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/22 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2016 – Wöhlke vs EUIPO – Danielle Roches (ALIQUA)
(Kawża T-173/16)
(2016/C 232/30)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Christoph Wöhlke (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Rust-Sorge, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Danielle Roches SARL (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “ALIQUA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 079 381
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 905/2015-2
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 65(2) b’rabta mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/23 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2016 – NRJ Group vs EUIPO - Sky International (SKY ENERGY)
(Kawża T-184/16)
(2016/C 232/31)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: NRJ Group (Boileau, Franza) (rappreżentant: M. Antoine Lalance, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sky International AG (Zug, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SKY ENERGY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 727 322
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 3137/2014-5
Talbiet
|
— |
tikkonferma d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija tilqa’ l-oppożizzjoni f’dak li jirrigwarda l-prodotti u s-servizzi li ġejjin: Klassi 9: programmi tar-radju rrekordjati; programmi rrekordjati għax-xandir jew għal trażmissoni b’mezzi oħra fuq ir-radju; Klassi 38: xandir bir-radju; servizzi ta’ trażmissjoni u ta’ komunikazzjoni; xandir u/jew trażmissjoni ta’ programmi tar-radju; xandir u/jew trażmissjoni bis-satellita, televiżjoni diġitali terrestri, cable, linja diġitali tal-abbonat u xandir broadband u/jew trażmissjoni ta’ programmi awdjo; trażmissjoni ta’ programmi awdjo (bil-mezzi kollha); provvista ta’ aċċess għall-informazzjoni, għall-attwalità u għall-informazzjoni dwar l-isport; telekomunikazzjonijiet ta’ informazzjoni (inklużi paġni web); telekomunikazzjoni u/jew komunikazzjoni u/jew xandir u/jew trażmissjoni ta’ programmi tar-radju; Klassi 41: servizzi ta’ divertiment bir-radju; preżentazzjoni u distribuzzjoni ta’ programmi tar-radju; provvista ta’ informazzjoni, ta’ informazzjoni dwar temi ta’ attwalità u ta’ informazzjoni dwar l-isport; servizzi ta’ informazzjoni, ta’ informazzjoni dwar temi ta’ attwalità u ta’ informazzjoni edukattiva; distribuzzjoni ta’ programmi tar-radju; provvista ta’ programmi tar-radju; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fid-dispożizzjonijiet l-oħra kollha tagħha; |
|
— |
tilqa’ l-oppożizzjoni u tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea kkontestata għall-prodotti u s-servizzi kollha; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/24 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2016 – Migros-Genossenschafts-Bund vs EUIPO – Luigi Lavazza (CReMESPRESSO)
(Kawża T-189/16)
(2016/C 232/32)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Migros-Genossenschafts-Bund (Zürich, l-Iżvizzera) (rappreżentant: M. Treis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Luigi Lavazza SpA (Torino, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “CReMESPRESSO” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 8 919 541
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-23 ta’ Frar 2016, fil-Każ R 2823/2014-5
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija tilqa’ l-appell tal-proprjetarju tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea u sa fejn hija tannulla id-deċiżjoni tal-EUIPO, tal-24 ta’ Ottubru 2014, parzjalment, jiġifieri għal “tagħmir li jagħmel il-ġelat, magni għat-tħejjija tal-ġelat, u kafettieri tal-elettriku” fil-Klassi 11, u “Magna elettriċi għat-tkissir tas-silġ” fil-Klassi 7; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/25 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2016 – NF vs Il-Kunsill Ewropew
(Kawża T-192/16)
(2016/C 232/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: NF (Lesvos, il-Greċja) (rappreżentant: B. Burns, Solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill Ewropew
Talbiet
|
— |
tannulla l-ftehim bejn il-Kunsill Ewropew u t-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016 intitolat “Dikjarazzjoni UE-Turkija, 18 ta’ Marzu 2016”; |
|
— |
tordna l-ħlas tal-ispejjeż legali tar-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-ftehim bejn il-Kunsill Ewropew u t-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016 bit-titolu “Dikjarazzjoni UE-Turkija, 18 ta’ Marzu 2016”, huwa inkompatibbli mad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 1, 18 u 19 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li t-Turkija ma hijiex pajjiż terz bla perikolu fis-sens tal-Artikolu 36 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 168). |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li kellha tiġi implementata d-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE, tal-20 ta’ Lulju 2001, dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol 4, p. 162). |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li dan il-ftehim ikkontestat huwa fir-realtà trattat vinkolanti jew “att” li għandu effetti legali fuq ir-rikorrent u li n-nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 218 TFUE u/jew l-Artikolu 78(3) TFUE, flimkien jew separatament, jirrendi l-ftehim ikkontestat invalidu. |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-projbizzjoni ta’ tkeċċijiet kollettivi fis-sens tal-Artikolu 19(1) tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/26 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2016 – NG vs Il-Kunsill Ewropew
(Kawża T-193/16)
(2016/C 232/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: NG (Il-Gżira ta’ Levbos, il-Greċja) (rappreżentant: B. Burns, Solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla l-ftehim bejn il-Kunsill Ewropew u t-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016 intitolat “Dikjarazzjoni UE-Turkija, 18 ta’ Marzu 2016”; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-ftehim bejn il-Kunsill Ewropew u t-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016 intitolat “Dikjarazzjoni UE-Turkija, 18 ta’ Marzu 2016”, huwa inkompatibbli mad-drittijiet fundamentali tal-UE, partikolarment mal-Artikoli 1, 18 u 19 tal-Karta tad-Drittjiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li t-Turkija ma hijiex pajjiż terz bla periklu fis-sens tal-Artikolu 36 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/EC, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 168). |
|
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE, tal-20 ta’ Lulju 2001, dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 162) kellha tiġi implementata. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-ftehim ikkontestat huwa fir-realtà Trattat vinkolanti jew “att” li għandu effetti legali fuq ir-rikorrent u li n-nuqqas ta’ kompatibbiltà mal-Artikolu 218 TFUE u/jew l-Artikolu 78(3) TFUE, kemm jekk flimkien jew separatament, jirrendu l-ftehim ikkontestat invalidu. |
|
5. |
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li hemm ksur tal-projbizzjoni ta’ tkeċċijiet kollettivi fis-sens tal-Artikolu 19(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/26 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2016 – Kohrener Landmolkerei u DHG vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-199/16)
(2016/C 232/35)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Kohrener Landmolkerei Gmbh (Penig, il-Ġermanja) u DHG Deutsche Heumilchgesellschaft mbH (Frohburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Wagner, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/304, tat-2 ta’ Marzu 2016, li jdaħħal fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Heumilch/Haymilk/Latte fieno/Lait de foin/Leche de heno (STG)]. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
|
1. |
Ir-rikorrenti jilmentaw li l-oppożizzjoni tagħhom ma tteħditx inkunsiderazzjoni mill-konvenuta fl-adozzjoni tar-regolament ta’ implementazzjoni kkontestat, minkejja li hija ġiet ikkomunikata fit-terminu stabbilit lill-awtorità nazzjonali kompetenti skont ir-Regolament (UE) Nruo1151/2012 (1), u din sussegwentement ma bagħtitx l-oppożizzjoni lill-Kummissjoni fil-ħin. |
|
2. |
Barra minn hekk, ir-rikorrenti jilmentaw li l-konvenuta adottat regolament ta’ implementazzjoni jerġa’ qabel ma l-Qorti Ġenerali kienet iddeċidiet b’mod definittiv dwar ir-rikors ippreżentat fil-Kawża T-178/15, Kohrener Landmolkerei u DHG vs Il-Kummissjoni, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni żbaljata tal-konvenuta li tiċħad l-oppożizzjoni minħabba nuqqas ta’ osservanza tat-terminu. |
|
3. |
Fl-aħħar nett, l-adozzjoni tar-regolament ta’ implementazzjoni kkontestat tqiegħed kunsiderevolment fi żvantaġġ lir-rikorrenti. Hija tikser ir-regoli tal-Unjoni Ewropea intiżi għall-protezzjoni ta’ kompetizzjoni libera u leali. |
(1) Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, p. 1).
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/27 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2016 – Soudal vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-201/16)
(2016/C 232/36)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Soudal NV (Turnhout, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Viaene, B. Hoorelbeke, D. Gillet u F. Verhaegen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tiddikjara r-rikors għal annullament bħala ammissibbli; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għanuna mill-Istat li tikkonċerna l-eżenzjoni mill-profitti eċċessivi SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN), implementata mir-Renju tal-Bejġju, kif innotifikata lir-rikorrenti mill-Istat Belġjan fit-23 ta’ Frar 2016; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament 2015/1589 (1), tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-Artikolu 296 TFUE sa fejn il-Kummissjoni kklassifikat b’mod żbaljat il-miżura inkwistjoni bħala miżura ta’ għajnuna.
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni taħt l-Artikolu 296 TFEU, sa fejn il-Kummissjoni ma evalwatx korrettament l-eżistenza ta’ vantaġġ u ma applikatx il-prinċipju tal-investitur privat.
|
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni taħt l-Artikolu 296 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni ma evalwatx korrettament in-natura selettiva tal-miżura kkontestata.
|
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-obbligu ta’ rkupru jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali. |
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU 2015, L 248, p. 9).
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/29 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2016 – Brancheforening for Regulerkraft i Danmark vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-203/16)
(2016/C 232/37)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Partijiet
Rikorrenti: Brancheforening for Regulerkraft i Danmark (Ikast, id-Danimarka) (rappreżentant: N. Gade, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tiddikjara li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 265 TFUE sa fejn, minkejja t-talba li tittieħed azzjoni li tinsab fid-dispożizzjoni inkwistjoni, hija fetħet il-proċedura formali ta’ għajnuna mill-Istat li hemm fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 2015/1589 u naqset, kuntrarjament għall-perjiodu speċifikat fl-Artikolu 9(6), li tadotta deċiżjoni fil-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat SA.32699 u SA.32184 li tirrigwarda l-għajnuna mogħtija lill-fornituri tal-elettriku, li taffettwa s-suq irregolat tal-enerġija. |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 265 TFUE, minn naħa, sa fejn ma fetħitx il-proċedura formali ta’ għajnuna mill-Istat qabel ma 29 xahar għaddew mill-ilment ippreżentat mir-rikorrenti u, fit-tieni lok, sa fejn hija ma ħadet l-ebda 31 xahar wara l-ftuħ tal-imsemmija proċedura.
Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni rċeviet l-informazzjoni kollha neċessarja fi tmiem il-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat u li perijodu ta’ 31 xahar jista’ jitqies iktar minn biżżejjed sabiex isiru magħrufa l-fatti rilevanti tal-kawża, iktar u iktar peress li l-Kummissjoni ddedikat 29 xahar qabel il-proċedura ta’ investigazzjoni formali u, sa dan il-jum, total ta’ ħames snin, sabiex tinvestiga l-kawża.
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/30 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2016 – Sun Media vs EUIPO - Meta4 Spain (METABOX)
(Kawża T-204/16)
(2016/C 232/38)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sun Media Ltd (Central, Hong Kong, reġjun amministrattiv speċjali ta’ Hong Kong tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina) (rappreżentant: A. Schnider, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Meta4 Spain, SA (Las Rozas, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “METABOX” - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 819 125
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 307/2015-2
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO u, f’każ li hija tintervjeni f’din il-kawża, lill-parti l-oħra quddiem l-EUIPO, sabiex ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tar-rikorrenti għall-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Bord tal-Appell tal-EUIPO. |
Motivi invokati
|
— |
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, |
|
— |
ksur tal-Artikoli 75 u segwenti tar-Regolament Nru 207/2009, |
|
— |
ksur tal-obbligu tal-EUIPO li jeżerċita l-kompetenzi tiegħu skont il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/30 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2016 – Apax Partners UK vs EUIPO – Apax Partners Midmarket (APAX PARTNERS)
(Kawża T-209/16)
(2016/C 232/39)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Apax Partners UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Rose u J. Warner, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apax Partners Midmarket (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “APAX PARTNERS” – it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 1 805 282
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-17 ta’ Frar 2016, fil-Każ R 1611/2014-2
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha u tordna li r-reġistrazzjoni tiġi stabbilita mill-ġdid fl-intier tagħha mill-EUIPO; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lil kwalunkwe parti involuta f’dawn il-proċedimenti quddiem il-Bord għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti u għal dawk tal-appell quddiem il-Bord u tal-kanċellazzjoni Nru 779 C quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni. |
Motiv invokat
|
— |
ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/31 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2016 – SATA vs EUIPO (4600)
(Kawża T-214/16)
(2016/C 232/40)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: SATA GmbH & Co. KG (Kornwestheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Simon, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark inkwistjoni: it-trade mark tal-Unjoni “4600” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 965 595
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 1942/2015-4
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiċħad it-trade mark tal-Unjoni Nru 13965595; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/32 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2016 – Mühlbauer Technology vs EUIPO (Magicrown)
(Kawża T-218/16)
(2016/C 232/41)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mühlbauer Technology GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Zintler u A. Stolz, avukati)
Konvenut: L Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l- EUIPO
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “Magicrown” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 627 641
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 1213/2015-4
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/32 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2016 – Aldi vs EUIPO (VISAGE)
(Kawża T-219/16)
(2016/C 232/42)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen, u N. Bertram, avukati)
Konvenut: L Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “VISAGE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 502 364
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 507/2015-5
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/33 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2016 – Perry Ellis International Group vs EUIPO (PRO PLAYER)
(Kawża T-220/16)
(2016/C 232/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Perry Ellis International Group Holdings Ltd (Nassau, il-Bahamas) (rappreżentanti: O. Günzel, C. Tenkhoff, avukati)
Konvenut: L Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “PRO PLAYER” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 258 595
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 1091/2015-2
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/34 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 – Messe Friedrichshafen vs EUIPO - El Corte Inglés (Out Door)
(Kawża T-224/16)
(2016/C 232/44)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Messe Friedrichshafen GmbH (Friedrichshafen, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Schulte Hemming, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni bil-kuluri iswed, isfar u oranġjo li tinkludi l-element verbali “Out door” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6938864
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 2302/2011-2
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark “Out Door” (Applikazzjoni Nru 6938864) għall-prodotti u s-servizzi tal-klassijiet 9, 16, 25, 28, 35, 37, 38, 41, 42, 43 u 45; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tirrifjuta t-trade mark “Out Door” (Applikazzjoni Nru 6938864) għall-prodotti u s-servizzi tal-klassi 35: “organizzazzjoni u ġestjoni ta’ kungressi, konferenzi, seminars u workshops, fieri u fieri bi skopijiet ekonomiċi u ta’ reklamar, inkluż permezz tal-internet u mezzi elettroniċi oħra; servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ parteċipazzjoni fil-fieri; promozzjoni tal-bejgħ u medjazzjoni kummerċjali, kuntatti ta’ provvista u ta’ negozju kif ukoll tranżazzjonijiet kummerċjali għal prodotti għall-konsum u għal tagħmir industrijali permezz tal-internet u ta’ mezzi oħra ta’ komunikazzjoni elettroniċi, inkluż bl-użu ta’ fiera virtwali; provvista u kiri ta’ żoni u ta’ pożizzjonijiet fil-fieri kummerċjali, inklużi l-elementi rilevanti ta’ tagħmir (inklużi f’din il-klassi); reklamar għal eżebituri u komunikazzjoni ta’ reklamar; dekorazzjoni ta’ stands u palkijiet ta’ eżebizzjoni” |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’din il-kawża. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/35 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2016 – Matratzen Concord vs EUIPO (Ganz schön ausgeschlafen)
(Kawża T-225/16)
(2016/C 232/45)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Matratzen Concord GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: I. Selting, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “Ganz schön ausgeschlafen” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 610 316
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Frar 2016 fil-Każ 1234/2015-1
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti waqt il-proċedimenti. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/35 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 – Ipuri vs EUIPO – van Graaf (IPURI)
(Kawża T-226/16)
(2016/C 232/46)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ipuri GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Sandberg, avukat)
Konvenut: L Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: van Graaf GmbH & Co. KG (Vjenna, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “IPURI” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 971 021
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 866/2015-4
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti tal-appell. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 15 u tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll tar-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament Nru 2868/95 u tal-Artikolu 78(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(2)(a) fl-applikazzjoni tal-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 207/2009. |
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
|
27.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/37 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-12 ta’ Mejju 2016 – FR vs AESA
(Kawża F-51/15) (1)
(2016/C 232/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
L-Imħallef uniku ordna t-tħassir tal-kawża.
(1) ĠU C 190, 8.6.2015, p. 37.