ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 231

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
25 ta' Ġunju 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 231/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li temenda l-Anness I tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali għall-2014–2020

1

2016/C 231/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8030 — The Carlyle Group/Crestview Advisors/Nep Group) ( 1 )

19

2016/C 231/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8048 — Ardagh/Ball Rexam Divestment Business) ( 1 )

19


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 231/04

Rata tal-kambju tal-euro

20


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 231/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8076 — Warburg Pincus/Wendel/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

21

2016/C 231/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8077 — bancopopular–e/Banco Popular Portugal) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

22


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

25.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/1


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li temenda l-Anness I tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali għall-2014–2020

(2016/C 231/01)

I.   INTRODUZZJONI

(1)

Il-punt 5.6.2 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali għall-2014–2020 (1) (minn hawn’ il quddiem “RAG”) jipprevedi r-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-mapep ta’ għajnuna reġjonali f’Ġunju 2016. Il-mapep tal-għajnuna reġjonali emendati għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Emenda għal-lista ta’ żoni “a”

(2)

Għal dan l-għan il-Kummissjoni se tistabbilixxi jekk kull reġjun tan-NUTS 2, li fil-mapep attwali mhux żona “a”, għandux PDG per capita inqas minn 75 % tal-medja tal-UE-28 fuq il-bażi tad-dejta tal-PDG per capita (f’PPS per capita) għall-2012–2014 u se tippubblika komunikazzjoni dwar ir-riżultati ta’ din l-analiżi. Il-Kummissjoni se tistabbilixxi f’dak il-mument jekk dawn iż-żoni identifikati jistgħux isiru eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat u l-livell tal-intensità tal-għajnuna li jikkorrispondi mal-PDG per capita tagħhom. Jekk dawn iż-żoni identifikati huma nnominati jew bħala żoni “c” predefiniti jew inkella bħala żoni “c” mhux predefiniti fil-mappa nazzjonali dwar l-għajnuna reġjonali, il-perċentwal tal-allokazzjoni speċifika għall-popolazzjoni għaż-żoni “c” indikata fl-Anness I tar-RAG se tiġi aġġustata kif xieraq.

Emenda fl-intensità tal-għajnuna f’żoni “a”

(3)

Il-Kummissjoni se telenka wkoll dawk ir-reġjuni ta’ NUTS 2 li huma żoni “a” fil-mappa nazzjonali ta’ għajnuna reġjonali, iżda li l-PDG tagħhom per capita naqas b’tali mod li dawn jikkwalifikaw mill-1 ta’ Jannar 2017 għal livell ogħla ta’ intensità tal-għajnuna.

Il-possibilitajiet ta’ reviżjoni ta’ nofs it-terminu taż-żoni “c”

(4)

Stat Membru jista’, fil-limitu tal-allokazzjoni speċifika aġġustata tiegħu għaż-żoni “c” msemmija fil-paragrafu 10, jemenda l-lista ta’ żoni “c” mhux predefiniti li jinsabu fil-mappa dwar l-għajnuna reġjonali tiegħu għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2020. Dawn l-emendi ma jistgħux jeċċedu l-50 % tal-kopertura “c” mhux predefinita u aġġustata ta’ kull Stat Membru. Barra minn hekk, il-popolazzjoni ta’ reġjuni inklużi reċentement ma tistax taqbeż il-popolazzjoni tar-reġjuni li jitilfu l-istatus tagħhom bħala reġjun eliġibbli għall-għajnuna reġjonali.

(5)

Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn l-emendi fl-Anness I tar-RAG,

(6)

L-Istati Membri li jridu jemendaw il-mapep għall-għajnuna reġjonali tagħhom huma mistiedna jinnotifikaw dawn l-emendi skont l-Artikolu 108(3) TFUE skont il-paragrafu 185 tar-RAG, mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2016.

II.   ANALIŻI

(7)

Fid-29 ta’ Frar 2016, l-Eurostat ippubblika d-dejta dwar il-PDG għall-perjodu 2012–2014. Fil-listi hawn isfel il-bidla tidher permezz ta’ tqabbil fl-ewwel kolonna (medja PDG tas-snin 2008–2010) mat-tieni kolonna (PDG medja tas-snin 2012–2014). Abbażi ta’ dan isiru l-modifiki li ġejjin.

(8)

Ir-reġjuni NUTS2 li jistgħu jibdlu l-istatus f’“a”:

Huma kkonċernati dawn l-Istati Membri u r-reġjuni NUTS2:

Il-Greċja:

EL13 Dytiki Makedonia

minn 83,67

sa 69,00

EL22 Ionia Nisia

minn 82,67

sa 66,67

EL24 Sterea Ellada

minn 83,33

sa 64,67

EL43 Kriti

minn 83,33

sa 62,00


Spanja:

ES42 Castilla-La-Mancha

minn 82,33

sa 72,67

ES61 Andalucía

minn 78,00

sa 68,00

ES62 Región de Murcia

minn 85,67

sa 74,67

ES64 Melilla

minn 83,67

sa 68,67


L-Italja:

ITG2 Sardegna

minn 79,00

sa 74,00


Ir-Renju Unit:

UKC1 Tees Valley u Durham

minn 77,33

sa 73,67

Dawn ir-reġjuni NUTS2 jistgħu jiġu proposti bħala żoni “a” b’intensità ta’ għajnuna ta’ 25 % hekk kif issa għandhom PDG per capita taħt il-75 % tal-medja tal-UE-28.

(9)

Reġjuni NUTS 2 li jistgħu jirċievu intensità ogħla ta’ għajnuna.

Dawn l-Istati Membri u reġjuni NUTS2 huma kkonċernati:

Il-Greċja:

EL11 Anatoliki Makedonia, Thraki

minn 68,00

sa 51,67

EL12 Kentriki Makedonia

minn 72,33

sa 57,33

EL14 Thessalia

minn 69,33

sa 55,33

EL21 Ipeiros

minn 63,33

sa 51,67

EL23 Dytiki Ellada

minn 65,00

sa 55,00

EL25 Peloponnisos

minn 74,00

sa 59,67

EL41 Voreio Aigaio

minn 75,00

sa 57,33

Dawn ir-reġjuni NUTS2 jistgħu jiġu proposti għal intensità ta’ għajnuna ta’ 35 % hekk kif il-PDG tagħhom niżel taħt is-60 % tal-medja tal-UE-28.

Il-Portugall:

PT30 Madeira

minn 104,00

sa 73,00

Dan ir-reġjun ultraperiferiku jista’ jiġi propost għal intensità ta’ għajnuna ta’ 45 %, peress li l-PDG tiegħu niżel taħt il-75 % tal-medja tal-UE-28.

(10)

Popolazzjonijiet ta’ reġjuni “c” aġġustati mhux predefiniti li minnhom massimu ta’ 50 % jista’ jiġi skambjat. L-Istati Membri li ġejjin għandhom mnejn jipproponu rieżami ta’ nofs it-terminu, b’limitu massimu tal-popolazzjoni tagħhom:

Il-Belġju

:

17,89 %

Id-Danimarka

:

7,97 %

Il-Ġermanja

:

13,95 %

L-Irlanda

:

51,28 %

Spanja

:

29,66 %

Franza

:

21,24 %

L-Italja

:

3,71 %

Ċipru

:

50,00 %

Il-Lussemburgu

:

8,00 %

L-Ungerija

:

6,33 %

In-Netherlands

:

7,50 %

L-Awstrija

:

25,87 %

Il-Portugall

:

15,77 %

Il-Finlandja

:

1,85 %

Ir-Renju Unit

:

21,63 %

(11)

L-Istati Membri li ġejjin ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni possibbli ta’ nofs it-terminu għal żoni “c”, jew minħabba li huma kompletament koperti, jew għaliex ma għandhomx żoni predefiniti “c”.

Il-Bulgarija

:

kompletament koperta

Ir-Repubblika Ċeka

:

żoni “a” biss

L-Estonja

:

kompletament koperta

Il-Greċja

:

kompletament koperta

Il-Kroazja

:

kompletament koperta

Il-Latvja

:

kompletament koperta

Il-Litwanja

:

kompletament koperta

Malta

:

kompletament koperta

Il-Polonja

:

kompletament koperta

Ir-Rumanija

:

kompletament koperta

Is-Slovakkja

:

żoni “a” biss

Is-Slovenja

:

kompletament koperta

L-Iżvezja

:

żoni predefiniti “c” biss

III.   L-EMENDA FL-ANNESS I TAL-LINJI GWIDA

(12)

L-emenda fl-Anness I tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali għall-2014–2020 se tkun il-bażi għar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-mapep ta’ għajnuna reġjonali għall-perjodu 1.1.2017–31.12.2020:

L-Anness I jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS I

Kopertura tal-għajnuna reġjonali mill-Istati Membri għall-1 ta’ Jannar 2017–31 ta’ Diċembru 2020

Il-Belġju

Reġjuni NUTS

PDG per capita 2008-2010 (2)

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali (3)

1.7.2014-31.12.2016

PDG per capita 2012–2014 (4)

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali (5)

1.1.2017–31.12.2020

Żoni ‘c’ predefiniti (li qabel kienu ż-żoni ‘a’)

1.7.2014-31.12.2020

BE32 Prov. Hainaut

77,33

12,06 %

12,06 %

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

1.7.2014-31.12.2020

17,89 %

17,89 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2020

29,95 %

29,95 %


Il-Bulgarija

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014–31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017–31.12.2020

Żoni ‘a’

1.7.2014-31.12.2020

BG31 Северозападен/Severozapaden

27,00

11,88 %

11,88 %

BG32 Северен централен/Severen tsentralen

29,33

12,06 %

12,06 %

BG33 Североизточен/Severoiztochen

36,33

13,08 %

13,08 %

BG34 Югоизточен/Yugoiztochen

36,00

14,75 %

14,75 %

BG41 Югозападен/Yugozapaden

74,33

28,05 %

28,05 %

BG42 Южен централен/Yuzhen tsentralen

30,00

20,19 %

20,19 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2020

100,00 %

100,00 %


Ir-Repubblika Ċeka

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘a’

1.7.2014-31.12.2020

CZ02 Střední Čechy

73,00

11,95 %

11,95 %

CZ03 Jihozápad

69,33

11,50 %

11,50 %

CZ04 Severozápad

64,33

10,87 %

10,87 %

CZ05 Severovýchod

65,67

14,36 %

14,36 %

CZ06 Jihovýchod

73,33

15,86 %

15,86 %

CZ07 Střední Morava

64,67

11,72 %

11,72 %

CZ08 Moravskoslezsko

68,00

11,83 %

11,83 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2020

88,10 %

88,10 %


Id-Danimarka

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

1.7.2014-31.12.2020

7,97 %

7,97 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2020

7,97 %

7,97 %


Il-Ġermanja

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘c’ predefiniti (li qabel kienu ż-żoni ‘a’)

1.7.2014-31.12.2020

DE40 Brandenburg (*)

81,67

1,37 %

1,37 %

DE80 Mecklenburg-Vorpommern

80,00

2,01 %

2,01 %

DED2 Dresden

86,00

1,99 %

1,99 %

DED4 Chemnitz

81,33

1,88 %

1,88 %

DEE0 Sachsen-Anhalt (*)

81,67

1,89 %

1,89 %

DEG0 Thüringen

78,67

2,74 %

2,74 %

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

1.7.2014-31.12.2020

13,95 %

13,95 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2020

25,85 %

25,85 %


L-Estonja

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni ‘a’

1.7.2014-31.12.2020

EE00 Eesti

65,00

100,00 %

100,00 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2020

100,00 %

100,00 %


L-Irlanda

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

1.7.2014-31.12.2020

51,28 %

51,28 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2020

51,28 %

51,28 %


Il-Greċja

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘a’

1.7.2014-31.12.2020

EL11 Ανατολική Μακεδονία, Θράκη/Anatoliki Makedonia, Thraki

68,00

5,36 %

51,67

5,36 %

EL12 Κεντρική Μακεδονία/Kentriki Makedonia

72,33

17,29 %

57,33

17,29 %

EL14 Θεσσαλία/Thessalia

69,33

6,51 %

55,33

6,51 %

EL21 Ήπειρος/Ipeiros

63,33

3,17 %

51,67

3,17 %

EL23 Δυτική Ελλάδα/Dytiki Ellada

65,00

6,59 %

55,00

6,59 %

EL25 Πελοπόννησος/Peloponnisos

74,00

5,22 %

59,67

5,22 %

EL41 Βόρειο Αιγαίο/Voreio Aigaio

75,00

1,77 %

57,33

1,77 %

Żoni ‘a’

1.1.2017-31.12.2020

EL22 Ιόνια Νησιά/Ionia Nisia

66,67

2,07 %

EL43 Κρήτη/Kriti

62,00

5,42 %

EL13 Δυτική Μακεδονία/Dytiki Makedonia

69,00

2,59 %

EL24 Στερεά Ελλάδα/Sterea Ellada

64,67

4,90 %

Żoni ‘c’ predefiniti (dawk li qabel kienu ż-żoni ‘a’)

1.7.2014–31.12.2016

EL13 Δυτική Μακεδονία/Dytiki Makedonia

83,67

2,59 %

EL22 Ιόνια Νησιά/Ionia Nisia

82,67

2,07 %

EL43 Κρήτη/Kriti

83,33

5,42 %

Żoni ‘c’ predefiniti (żoni skarsament popolati)

1.7.2014–31.12.2016

EL243 Ευρυτανία/Evrytania

 

0,17 %

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

1.7.2014-31.12.2016

43,84 %

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

1.1.2017-31.12.2020

 

39,11 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020

 

100,00 %

100,00 %


Spanja

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘a’1.7.2014–31.12.2020

ES43 Extremadura

70,67

2,35 %

2,35 %

ES70 Canarias

87,33

4,55 %

4,55 %

Żoni ‘a’1.1.2017–31.12.2020

ES61 Andalucía

68,00

17,88 %

ES42 Castilla-La Mancha

72,67

4,43 %

ES62 Región de Murcia

74,67

3,18 %

ES64 Ciudad Autónoma de Melilla

68,67

0,16 %

Żoni ‘c’ predefiniti (dawk li qabel kienu ż-żoni ‘a’)

1.7.2014–31.12.2020

ES11 Galicia

91,33

5,94 %

5,94 %

Żoni ‘c’ predefiniti (dawk li qabel kienu ż-żoni ‘a’)

1.7.2014–31.12.2016

ES42 Castilla-La Mancha

82,33

4,43 %

ES61 Andalucía

78,00

17,88 %

Żoni ‘c’ predefiniti (żoni skarsament popolati)

1.7.2014–31.12.2020

ES242 Teruel

0,31 %

0,31 %

ES417 Soria

0,20 %

0,20 %

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

1.7.2014-31.12.2016

33,00 %

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

1.1.2017-31.12.2020

29,66 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2016

68,66 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.1.2017-31.12.2020

68,66 %


Franza

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘a’

1.7.2014-31.12.2020

FR91 Guadeloupe

60,67

0,69 %

0,69 %

FR92 Martinique

73,67

0,61 %

0,61 %

FR93 Guyane

52,33

0,36 %

0,36 %

FR94 Réunion

68,00

1,27 %

1,27 %

Saint-Martin (**)

:

:

 

Mayotte (**)

:

:

 

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

1.7.2014-31.12.2020

21,24 %

21,24 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2020

24,17 %

24,17 %


Ċipru

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

1.7.2014-31.12.2020

50,00

50,00

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2020

50,00

50,00


Il-Kroazja

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘a’

1.7.2014-31.12.2020

HR03 Kroazja Adrijatika

60,00

33,22 %

33,22 %

HR04 Kroazja Kontinentali

61,67

66,78 %

66,78 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2020

100,00 %

100,00 %


L-Italja

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘a’

1.7.2014-31.12.2020

ITF3 Campania

65,67

9,64 %

9,64 %

ITF4 Puglia

67,67

6,76 %

6,76 %

ITF5 Basilicata

72,67

0,97 %

0,97 %

ITF6 Calabria

66,67

3,32 %

3,32 %

ITG1 Sqallija

67,33

8,34 %

8,34 %

Żoni ‘a’

1.1.2017-31.12.2020

ITG2 Sardenja

 

 

74,00

2,77 %

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

1.7.2014-31.12.2016

5,03 %

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

1.1.2017-31.12.2020

3,71 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2016

34,07 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.1.2017-31.12.2020

35,52 %


Il-Latvja

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘a’

1.7.2014-31.12.2020

LV00 Latvja

55,33

100,00 %

100,00 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2020

100,00 %

100,00 %


Il-Litwanja

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘a’

1.7.2014-31.12.2020

LT00 Litwanja

61,33

100,00 %

100,00 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2020

100,00 %

100,00 %


Il-Lussemburgu

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

1.7.2014-31.12.2020

8,00 %

8,00 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2020

8,00 %

8,00 %


L-Ungerija

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘a’

1.7.2014-31.12.2020

HU21 Közép-Dunántúl

56,33

10,96 %

10,96 %

HU22 Nyugat-Dunántúl

62,67

9,96 %

9,96 %

HU23 Dél-Dunántúl

44,33

9,44 %

9,44 %

HU31 Észak-Magyarország

40,00

12,02 %

12,02 %

HU32 Észak-Alföld

41,00

14,87 %

14,87 %

HU33 Dél-Alföld

42,67

13,13 %

13,13 %

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

1.7.2014-31.12.2020

6,33 %

6,33 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2020

76,71 %

76,71 %


Malta

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘c’ predefiniti (li qabel kienu ż-żoni ‘a’)

1.7.2014-31.12.2020

MT00 Malta

83,67

100,00 %

100,00 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2020

100,00 %

100,00 %


In-Netherlands

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

1.7.2014-31.12.2020

7,5 %

7,5 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2020

7,5 %

7,5 %


L-Awstrija

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

1.7.2014-31.12.2020

25,87 %

25,87 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2020

25,87 %

25,87 %


Il-Polonja

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘a’

1.7.2014-31.12.2020

PL11 Łódzkie

55,00

6,65 %

6,65 %

PL21 Małopolskie

51,33

8,65 %

8,65 %

PL22 Śląskie

64,33

12,15 %

12,15 %

PL31 Lubelskie

40,67

5,64 %

5,64 %

PL32 Podkarpackie

40,67

5,51 %

5,51 %

PL33 Świętokrzyskie

46,33

3,32 %

3,32 %

PL34 Podlaskie

43,67

3,11 %

3,11 %

PL41 Wielkopolskie

62,67

8,94 %

8,94 %

PL42 Zachodniopomorskie

52,67

4,43 %

4,43 %

PL43 Lubuskie

51,00

2,65 %

2,65 %

PL51 Dolnośląskie

65,33

7,53 %

7,53 %

PL52 Opolskie

49,00

2,70 %

2,70 %

PL61 Kujawsko-Pomorskie

50,67

5,42 %

5,42 %

PL62 Warmińsko-Mazurskie

44,33

3,74 %

3,74 %

PL63 Pomorskie

57,33

5,85 %

5,85 %

Żoni ‘c’ predefiniti (li qabel kienu ż-żoni ‘a’)

1.7.2014-31.12.2020

PL12 Mazowieckie

96,00

13,70 %

13,70 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2020

100,00 %

100,00 %


Il-Portugall

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘a’

1.7.2014-31.12.2020

PT11 Norte

63,67

35,19 %

35,19 %

PT16 Centro (PT)

66,00

22,36 %

22,36 %

PT18 Alentejo

72,33

7,06 %

7,06 %

PT20 Região Autónoma dos Açores

74,33

2,31 %

2,31 %

PT30 Região Autónoma da Madeira

104,00

2,33 %

73,00

2,33 %

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

15,77 %

15,77 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020

85,02 %

85,02 %


Ir-Rumanija

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘a’

1.7.2014-31.12.2020

RO11 Nord-Vest

42,33

12,68 %

12,68 %

RO12 Centru

45,00

11,77 %

11,77 %

RO21 Nord-Est

29,33

17,30 %

17,30 %

RO22 Sud-Est

37,67

13,09 %

13,09 %

RO31 Sud – Muntenia

39,33

15,21 %

15,21 %

RO41 Sud-Vest Oltenia

35,67

10,45 %

10,45 %

RO42 Vest

52,00

8,94 %

8,94 %

Żoni ‘c’ predefiniti (li qabel kienu ż-żoni ‘a’)

1.7.2014-31.12.2020

RO32 Bucureşti – Ilfov

113,00

10,56 %

10,56 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2020

100,00 %

100,00 %


Is-Slovakkja

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘a’

1.7.2014-31.12.2020

SK02 Západné Slovensko

68,33

34,37 %

34,37 %

SK03 Stredné Slovensko

58,67

24,87 %

24,87 %

SK04 Východné Slovensko

49,67

29,24 %

29,24 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2020

88,48 %

88,48 %


Is-Slovenja

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘a’

1.7.2014-31.12.2020

SI01 Vzhodna Slovenija

71,67

52,92 %

52,92 %

Żoni ‘c’ predefiniti (li qabel kienu ż-żoni ‘a’)

1.7.2014-31.12.2020

SI02 Zahodna Slovenija

104,00

47,08 %

47,08 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2020

100,00 %

100,00 %


Il-Finlandja

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘c’ predefiniti (żoni skarsament popolati)

1.7.2014–31.12.2020

FI1D1 Etelä-Savo

2,89 %

2,89 %

FI1D2 Pohjois-Savo

4,63 %

4,63 %

FI1D3 Pohjois-Karjala

3,09 %

3,09 %

FI1D4 Kainuu

1,54 %

1,54 %

FI1D5 Keski-Pohjanmaa

1,27 %

1,27 %

FI1D6 Pohjois-Pohjanmaa

7,34 %

7,34 %

FI1D7 Lappi

3,42 %

3,42 %

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

1.7.2014-31.12.2020

1,85 %

1,85 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2020

26,03 %

26,03 %


L-Iżvezja

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘c’ predefiniti (żoni skarsament popolati)

1.7.2014–31.12.2020

SE312 Dalarnas län

2,94 %

2,94 %

SE321 Västernorrlands län

2,58 %

2,58 %

SE322 Jämtlands län

1,35 %

1,35 %

SE331 Västerbottens län

2,75 %

2,75 %

SE332 Norrbottens län

2,64 %

2,64 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2020

12,26 %

12,26 %


Ir-Renju Unit

Reġjuni NUTS

Il-PDG per capita 2008-2010

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.7.2014-31.12.2016

Il-PDG per capita 2012-2014

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

1.1.2017-31.12.2020

Żoni ‘a’

1.7.2014-31.12.2020

UKK3 Cornwall u Isles of Scilly

72,67

0,86 %

0,86 %

UKL1 Wales tal-Punent u The Valleys

69,67

3,05 %

3,05 %

Żoni ‘a’

1.1.2017-31.12.2020

UKC1 Tees Valley u Durham

73,67

1,89 %

Żoni ‘c’ predefiniti (żoni skarsament popolati)

1.7.2014–31.12.2020

UKM61 Caithness & Sutherland u Ross & Cromarty

0,15 %

0,15 %

UKM63 Lochaber, Skye &Lochalsh, Arran &Cumbrae u Argyll & Bute

0,16 %

0,16 %

UKM64 Eilean Siar (Western Isles)

0,04 %

0,04 %

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

1.7.2014-31.12.2016

22,79 %

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

1.1.2017-31.12.2020

21,63 %

Il-kopertura totali tal-popolazzjoni

1.7.2014-31.12.2016

27,05 %

Il-kopertura tal-popolazzjoni totali

1.1.2017-31.12.2020

27,78 %”


(1)  ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1.

(2)  Imkejjel skont l-istandards tal-poter tal-akkwist (PPS), medja ta’ tliet snin għall-2008-2010 (UE-27 = 100).

(3)  Abbażi tad-dejta tal-Eurostat dwar il-popolazzjoni għall-2010.

(4)  Imkejjel f’PPS, medja ta’ tliet snin 2012–2014 (UE-28 = 100), indikat biss jekk il-bidla fil-kategorija sseħħ minħabba statistika ġdida.

(5)  Abbażi tad-dejta tal-Eurostat dwar il-popolazzjoni għall-2010.

(*)  Il-parti minn DE40 Brandenburg li tikkorrispondi mal-eks reġjun NUTS 2 DE41 Brandenburg – Nordost u parti minn DEE0 Sachsen-Anhalt li tikkorrispondi mal-eks reġjuni NUTS 3 DEE1 Dessau u DEE3 Magdeburg(kif stabbiliti fin-nomenklatura NUTS 2003) biss huma inklużi bħala żoni ‘c’ predefiniti. Meta tinnotifika l-mappa dwar l-għajnuna reġjonali, u sabiex tiffaċilita r-rieżami ta’ nofs it-terminu previst fil-livell ta’ NUTS 2 fis-Sottotaqsima 5.6.2 ta’ dawn il-linji gwida, il-Ġermanja tista’ tiddeċiedi li tinnomina bħala żoni ‘c’ predefiniti r-reġjuni NUTS 2 kollha ta’ DE40 Brandenburg u ta’ DEE0 Sachsen-Anhalt, sakemm il-perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali disponibbli għal żoni ‘c’ mhux predefiniti jitnaqqas kif xieraq.

(**)  Saint-Martin u Mayotte huma reġjuni l-aktar imbiegħda iżda mhumiex inklużi fin-nomenklatura tan-NUTS 2010 għax l-istatus amministrattiv tagħhom inbidel skont il-liġi nazzjonali fl-2007 u fl-2011 rispettivament. Biex tiddetermina l-intensità massima tal-għajnuna applikabbli f’dawn iż-żewġ reġjuni l-aktar imbiegħda, Franza tista’ tirreferi għal dejta pprovduta mill-uffiċċju tal-istatistika nazzjonali tagħha jew minn sorsi rikonoxxuti oħra.


25.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/19


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8030 — The Carlyle Group/Crestview Advisors/Nep Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 231/02)

Fl-20 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8030. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


25.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/19


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8048 — Ardagh/Ball Rexam Divestment Business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 231/03)

Fis-17 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8048. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

25.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/20


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-24 ta’ Ġunju 2016

(2016/C 231/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1066

JPY

Yen Ġappuniż

113,23

DKK

Krona Daniża

7,4371

GBP

Lira Sterlina

0,80750

SEK

Krona Żvediża

9,4610

CHF

Frank Żvizzeru

1,0808

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,4200

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,103

HUF

Forint Ungeriż

317,90

PLN

Zloty Pollakk

4,4550

RON

Leu Rumen

4,5345

TRY

Lira Turka

3,2457

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4910

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4392

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,5887

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5613

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4973

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 296,89

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,7318

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3301

HRK

Kuna Kroata

7,5250

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 837,95

MYR

Ringgit Malażjan

4,5511

PHP

Peso Filippin

51,947

RUB

Rouble Russu

72,6282

THB

Baht Tajlandiż

39,085

BRL

Real Brażiljan

3,8063

MXN

Peso Messikan

20,8811

INR

Rupi Indjan

75,2540


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

25.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/21


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8076 — Warburg Pincus/Wendel/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 231/05)

1.

Fis-17 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Warburg Pincus LLC (“Warburg Pincus”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Wendel SE (“Wendel”, Franza) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(4)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt tal-impriża konġunta ġdida (joint venture, JV) AlliedUniversal Security Services LLC (“AUSS”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Warburg Pincus: ditta dinjija ta’ ekwità privata;

—   għal Wendel: ditta Franċiża tal-investiment;

—   għal AUSS: se tinkludi Universal Services of America, kumpanija portafoll miżmuma minn affiljati ta’ Warburg Pincus, u AlliedBarton Security Services, kumpanija portafoll miżmuma minn affiljati ta’ Wendel. Il-JV l-ġdida se tkun attiva fil-provvista ta’ servizzi tas-sigurtà u l-ġestjoni tal-faċilitajiet fl-Amerika ta’ Fuq.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8076 — Warburg Pincus/Wendel/JV, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


25.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/22


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8077 — bancopopular–e/Banco Popular Portugal)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 231/06)

1.

Fis-16 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ proposta ta’ akkwist skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Bancopopular-e SA (“E-Com”, Spanja), li hija impriża konġunta (joint venture, JV) ikkontrollata minn Banco Popular Español SA (“Banco Popular”, Spanja) u ċerti fondi affiljati privati ġestiti minn Värde Partners Inc. (“Värde”, l-Istati Uniti tal-Amerika), takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tan-negozju tal-kards ta’ pagamenti (l-“Assi”) ta’ Banco Popular Portugal, SA (“BPOP”, il-Portugall), sussidjarja kollha kemm hi proprjetà ta’ Banco Popular.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

E-Com tipprovdi servizzi relatati mal-ħruġ ta’ kards ta’ pagamenti u, sa ċertu punt, mad-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni fis-suq Spanjol,

Banco Popular tispeċjalizza f’operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur u dawk kummercjali. Huwa attiv ukoll fil-ħruġ ta’ kards ta’ pagamenti fil-Portugall, u sa ċertu punt, fl-għoti ta’ servizzi tal-assigurazzjoni u fid-distribuzzjoni tas-servizzi ta’ assigurazzjoni fi Spanja u l-Portugall,

Värde hija ditta ta’ investiment dinji, li tispeċjalizzaw f’investimenti alternattivi u b’għarfien espert fi sħubija ma’ istituzzjonijiet finanzjarji dinjija. L-attivitajiet tagħha jiffokaw primarjament fl-Istati Uniti tal-Amerika, l-Ewropa u l-Asja,

L-Assi jinkludu n-negozju tal-ħruġ ta’ kards ta’ pagamenti ta’ BPOP fil-Portugall.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza “M.8077 — bancopopular–e/Banco Popular Portugal”, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.