|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 227 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 227/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8045 — Boskalis/Volker Wessels Offshore Business) ( 1 ) |
|
|
2016/C 227/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8007 — Avril/Bpifrance/BPT Israel/Evertree) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2016/C 227/03 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 227/04 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2016/C 227/05 |
||
|
2016/C 227/06 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 227/07 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7919 — Sanofi/Boehringer Ingelheim Consumer Healthcare Business) ( 1 ) |
|
|
2016/C 227/08 |
||
|
2016/C 227/09 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7971 — Goldman Sachs/Deutsche Bank/NBGI assets) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2016/C 227/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8075 — Partners Group/Infrared Capital Partners/Merkur Offshore) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
23.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 227/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8045 — Boskalis/Volker Wessels Offshore Business)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 227/01)
Fis-16 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8045. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
|
23.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 227/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8007 — Avril/Bpifrance/BPT Israel/Evertree)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 227/02)
Fit-30 ta’ Mejju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8007. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
23.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 227/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Ġunju 2016
li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016
(2016/C 227/03)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
Billi:
|
— |
il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016 ġie adottat definittivament fil-25 ta’ Novembru 2015 (2), |
|
— |
fil-15 ta’ April 2016, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2016, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 ġiet adottata fis-17 ta’ Ġunju 2016.
Jista’ jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta’ Ġunju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
J. R. V. A. DIJSSELBLOEM
(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
23.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 227/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-22 ta’ Ġunju 2016
(2016/C 227/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1283 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
118,01 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4384 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,76793 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,3468 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0830 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,3555 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,071 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
314,42 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3785 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5260 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,2750 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5033 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4399 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,7524 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5732 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5112 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 297,62 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,5770 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,4227 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5200 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 988,34 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,5430 |
|
PHP |
Peso Filippin |
52,434 |
|
RUB |
Rouble Russu |
72,2660 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
39,716 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,8357 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,0048 |
|
INR |
Rupi Indjan |
76,1553 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
23.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 227/4 |
Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja li tikkonċerna d-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi
(2016/C 227/05)
SEJĦA PUBBLIKA GĦALL-OFFERTI GĦAL KONĊESSJONI GĦALL-PROSPETTAR U L-ESPLORAZZJONI TAD-DEPOŻITI TAŻ-ŻEJT U L-GASS NATURALI U L-ESTRAZZJONI TAŻ-ŻEJT U L-GASS NATURALI FIŻ-ŻONA TA’ “BŁAŻOWA”
TAQSIMA I: BAŻI LEGALI
|
1) |
L-Artikolu 49h(2) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja (Il-Ġurnal tal-Liġijiet [Dziennik Ustaw]) 2015, il-punt 196, kif emendat) |
|
2) |
Ir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta’ idrokarburi u l-estrazzjoni ta’ idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171) |
|
3) |
Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni Speċjali bil-lingwa Pollakka: Kapitolu 6, Volum 2, p. 262) |
TAQSIMA II: L-ENTITÀ LI QED TIPPUBBLIKA S-SEJĦA GĦALL-OFFERTI
|
Isem: Ministerstwo Środowiska (Il-Ministeru tal-Ambjent) |
|
Indirizz postali: ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warsaw, il-Polonja |
|
Tel. +48 223692449, +48 223692447; Faks: +48 223692460 |
|
Sit web: www.mos.gov.pl |
TAQSIMA III: IS-SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA
1) it-tip ta’ attivitajiet li għalihom il-konċessjoni għandha tingħata:
Konċessjoni għall-prospettar jew l-esplorazzjoni tad-depożiti taż-żejt u l-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u l-gass naturali fiż-żona “Błażowa”, il-blokok ta’ konċessjoni 416 u 417.
2) iż-żona li fiha l-attivitajiet għandhom jitwettqu;
Il-konfini taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti huma ddefiniti permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-punti bil-koordinati segwenti fis-sistema tal-koordinati PL-1992:
|
Punt Nru |
X [PL-1992] |
Y [PL-1992] |
|
1 |
235 252,373 |
711 178,197 |
|
2 |
228 291,890 |
722 315,000 |
|
3 |
235 141,041 |
726 795,886 |
|
4 |
223 925,008 |
744 543,900 |
|
5 |
223 895,850 |
743 860,810 |
|
6 |
222 687,040 |
715 541,910 |
|
7 |
222 646,087 |
713 598,330 |
|
8 |
222 648,190 |
713 598,274 |
|
9 |
222 405,956 |
707 295,803 |
|
10 |
232 285,198 |
710 286,462 |
L-erja tal-wiċċ tal-projezzjoni vertikali taż-żona koperta b’din il-proċedura tal-offerti hija ta’ 270,05 km2.
Iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti tinsab f’dawn id-distretti u l-muniċipalitajiet fil-Provinċja ta’ Podkarpackie:
|
|
Id-distrett ta’ Strzyżów: Il-muniċipalità ta’ Niebylec (13,319 % taż-żona); |
|
|
Id-distrett ta’ Rzeszów: Il-muniċipalitajiet ta’ Lubenia (14,887 %) u ta’ Tyczyn (0,278 %), il-muniċipalità urbana ta’ Błażowa (0,801 %), il-muniċipalitajiet ta’ Błażowa (30,059 %) u ta’ Hyżne (13,134 %), il-muniċipalità urbana ta’ Dynów (0,374 %), u l-muniċipalità ta’ Dynów (18,684 %); |
|
|
Id-distrett ta’ Brzozów: Il-muniċipalitajiet ta’ Domaradz (0,058 %) u ta’ Nozdrzec (0,074 %); |
|
|
Id-distrett ta’ Przemyśl: Il-muniċipalità ta’ Dubiecko (6,151 %); |
|
|
Id-distrett ta’ Przeworsk: Il-muniċipalità ta’ Jawornik (2,181 %). |
L-għan tax-xogħlijiet li għandhom jitwettqu f’formazzjonijiet Palaeożojċi, Mesożojċi u Ċenożojċi huwa t-tħejjija ta’ dokumentazzjoni u l-estrattazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona deskritta hawn fuq.
3) il-limitu ta’ żmien, mhux anqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, u l-post għas-sottomissjoni tal-offerti:
L-offerti għandhom jiġu sottomessi lill-uffiċċju ċentrali tal-Ministeru tal-Ambjent sa mhux iktar tard minn 16:00 CET/CEST tal-aħħar jum tal-perjodu ta’ 91 jum li jibda fil-jum ta’ wara d-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
4) il-kondizzjonijiet dettaljati tal-offerta, inklużi l-kriterji tal-evalwazzjoni tal-offerta u speċifikazzjoni tal-ponderazzjoni tagħhom, li jiżguraw li l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49k tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja tad-9 ta’ Ġunju 2011 huma ssodisfati:
L-offerti jistgħu jiġu sottomessi minn entitajiet li fir-rigward tagħhom inħarġet deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(16)(1) u (2) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja, b’mod indipendenti, jew bħala operatur, fil-każ fejn bosta entitajiet qed japplikaw b’mod konġunt għall-konċessjoni.
L-offerti li jaslu se jiġu evalwati mill-kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerti fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:
|
30 % |
: |
il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbuta ma’, rispettivament, il-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta’ idrokarburi u l-estrazzjoni ta’ idrokarburi, jew l-estrazzjoni ta’ idrokarburi se jitwettqu, u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta’ ffinanzjar tal-attivitajiet ippjanati, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern; |
|
25 % |
: |
il-kapaċitajiet tekniċi għal, rispettivament, il-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta’ idrokarburi u l-estrazzjoni ta’ idrokarburi, jew l-estrazzjoni ta’ idrokarburi, u b’mod partikolari d-disponibilità ta’ potenzjal tekniku, organizzattiv, loġistiku u tar-riżorsi umani; |
|
20 % |
: |
l-ambitu u l-iskedar tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet minerarji proposti; |
|
10 % |
: |
l-esperjenza fil-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta’ idrokarburi jew fl-estrazzjoni ta’ idrokarburi, biex ikunu żgurati l-operazzjoni sigura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u l-protezzjoni ambjentali; |
|
10 % |
: |
it-teknoloġija proposta għat-twettiq ta’ xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet minerarji, bl-użu ta’ elementi innovattivi żviluppati għal dan il-proġett; |
|
5 % |
: |
l-ambitu u l-iskedar tal-ġbir obbligatorju ta’ kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi kampjuni ċilindriċi bit-tħaffir. |
Jekk, wara l-valutazzjoni tal-offerti abbażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jirċievu l-istess punteġġ, jintuża l-ammont tar-remunerazzjoni għall-istabbiliment ta’ drittijiet użufruttwarji minerarji dovuti matul il-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni bħala kriterju addizzjonali biex jippermetti l-għażla finali li għandha ssir bejn l-offerti kkonċernati.
5) l-ambitu minimu tal-informazzjoni ġeoloġika:
|
Data ta’ konċessjoni |
Isem il-qasam: Błażowa Post: onshore; il-blokok ta’ konċessjoni 416 u 417; |
|||||||||
|
Tip ta’ depożitu |
depożiti konvenzjonali ta’ żejt u ta’ gass naturali |
|||||||||
|
Livelli strutturali |
Karpatjan-Stebnik (flysch) Paleoġin-Mijoċene Paleożojku-Mesożojku Prekambrijan |
|||||||||
|
Sistemi tal-petroleum |
|
|||||||||
|
Blat tas-sors |
|
|||||||||
|
Blat tal-ġibjun |
|
|||||||||
|
Blat tas-siġill |
|
|||||||||
|
Ħxuna tas-saff fuqani |
|
|||||||||
|
Tip ta’ trappola ġeoloġika |
|
|||||||||
|
Depożiti identifikati fil-viċinanza (NG – natual gas (gass naturali); O – żejt) |
Zalesie (NG): skoperti fl-1982; produzzjoni kumulattiva: 1 054,61 miljun m3; il-produzzjoni fl-2014: 158,41 miljun m3; riżervi u riżorsi: 2 239,38 miljun m3 (333,64 miljun m3 industrijali) Nosówka (O): skoperti fl-1989; produzzjoni kumulattiva: 269 760 tunnellata; il-produzzjoni fl-2014: 6 030 tunnellata; riżervi u riżorsi: 55 680 tunnellata (industrijali: xejn) Nosówka (NG): skoperti fl-1999; produzzjoni kumulattiva: 38,61 miljun m3; il-produzzjoni fl-2014: 3,96 miljun m3; riżervi u riżorsi: 396,49 miljun m3 (industrijali: 168,4 miljun m3) Jodłówka (NG): skoperti fl-1980; produzzjoni kumulattiva: 2 058,04 miljun m3; il-produzzjoni fl-2014: 7,43 miljun m3; riżervi u riżorsi: 989,37 miljun m3 (industrijali: 78,58 miljun m3) Rączyna (NG): skoperti fl-1983; produzzjoni kumulattiva: 231,52 miljun m3; il-produzzjoni fl-2014: 0,17 miljun m3; riżervi u riżorsi: 228,62 miljun m3 (industrijali: 120,55 miljun m3) Husów-Albigowa-Krasne (NG): skoperti fl-1961; produzzjoni kumulattiva: 4 409,72 miljun m3; il-produzzjoni fl-2014: 19,95 miljun m3, riżervi u riżorsi: 613,92 miljun m3 (industrijali: 78,36 miljun m3) Kielanówka-Rzeszów (NG): skoperti fl-1978; produzzjoni kumulattiva: 2 431,25 miljun m3; il-produzzjoni fl-2014: 61,22 miljun m3; riżervi u riżorsi: 2 301,74 miljun m3 (industrijali: 111,46 miljun m3) Kańczuga (NG): skoperti fl-1959; produzzjoni kumulattiva: 675,03 miljun m3; il-produzzjoni fl-2014: 5,31 miljun m3; riżervi u riżorsi: 54,35 miljun m3 (industrijali: 8,53 miljun m3) Wola Jasienicka (O): skoperti fl-1962; produzzjoni kumulattiva: 71 720 tunnellata u 33,67 miljun m3 ta’ gass assoċjat; il-produzzjoni fl-2014: 120 tunnellata; riżervi u riżorsi: xejn (industrijali: 180 tunnellata) |
|||||||||
|
Stħarriġiet sismiċi kompluti (il-proprjetarju) |
1977–1986 Błażowa-Bircza 2D (it-Teżor tal-Istat) 1982 Rzeszów-Zalesie 2D (it-Teżor tal-Istat) 1990 Błażowa-Leszczyny 2D (PGNiG S.A.) 1991 Dębica-Sędziszów-Rzeszów 2D (PGNiG S.A.) 1991-1995 Zalesie-Jodłówka-Skopów 2D + 1997 reprocessing (PGNiG S.A.) 2004 Babica-Niebylec 2D (PGNiG S.A.) 2012 Błażowa-Dynów 2D (PGNiG S.A.) |
|||||||||
|
Bjar referenzjarji u bjar ta’ korrelazzjoni (TVD) |
bjar referenzjarji: Szklary IG-1 (1 152 m), Dynów 1 (4 281 m), Żyznów 4 (1 400 m), Żyznów 5 (1 405 m), bjar ta’ korrelazzjoni: Bachórzec 1 (4 093 m), Babica IG-1 (3 426,1 m), Drohobyczka 1 (4 104,5 m), Drohobyczka 3 (3 900 m), Hadle Szklarskie 1 (3 277 m), Hermanowa 1 (5 092 m), Kielnarowa 1 (3 611,5 m) |
6) id-data tal-bidu tal-attivitajiet:
L-attivitajiet koperti mill-konċessjoni se jibdew fi żmien 14-il jum mid-data li fiha d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni ssir finali.
7) il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ konċessjoni, b’mod partikolari rigward l-ammont, l-ambitu u l-mod li bih tingħata l-garanzija msemmija fl-Artikolu 49x(1) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja u, fejn iġġustifikat, l-ammont, l-ambitu u l-mod li bih tingħata l-garanzija msemmija fl-Artikolu 49x(2) tal-Att:
L-offerent rebbieħ irid jipprovdi garanzija li tkopri nuqqas ta’ konformità jew konformità inadegwata mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil- konċessjoni kif ukoll għall-iffinanzjar tal-għeluq tax-xogħlijiet minerarji jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida. Din il-garanzija għandha tingħata għall-perjodu mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni sa tmiem il-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni. L-ammont tal-garanzija huwa ta’ PLN 100 000. Il-forma u d-data tal-ħlas tagħha huma rregolati mill-Artikolu 49x(4) u (5) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja.
8) l-ambitu minimu tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet minerarji:
Il-programm minimu ta’ xogħlijiet ġeoloġiċi propost għall-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni jinvolvi:
Tul ta’ żmien ta’ Stadju I: 12-il xahar
ambitu: interpretazzjoni u analiżi tad-dejta ġeoloġika tal-arkivji
Tul ta’ żmien ta’ Stadju II: 12-il xahar
ambitu: eżekuzzjoni ta’ stħarriġiet siżmiċi 2D (100 km) jew tħaffir ta’ borehole wieħed sa fond massimu ta’ 5 000 m bit-teħid obbligatorju ta’ kampjuni ċilindriċi bit-tħaffir ta’ intervalli prospettivi
Tul ta’ żmien ta’ Stadju III: 24-il xahar
ambitu: tħaffir ta’ borehole wieħed sa fond massimu ta’ 5 000 m bit-teħid obbligatorju ta’ kampjuni ċilindriċi bit-tħaffir ta’ intervalli prospettivi
Tul ta’ żmien ta’ Stadju IV: 12-il xahar
ambitu: l-analiżi tad-dejta miksuba
9) il-perjodu li għalih il-konċessjoni se tingħata:
Il-perjodu ta’ konċessjoni huwa ta’ 10 snin, inkluż:
|
— |
fażi ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni ta’ ħames snin, li jibdew mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni), |
|
— |
fażi ta’ estrazzjoni, li tibda mid-data minn meta tinkiseb deċiżjoni ta’ investiment. |
10) il-kondizzjonijiet speċifiċi biex jitwettqu l-attivitajiet u biex ikunu żgurati s-sikurezza pubblika, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni ambjentali u l-ġestjoni razzjonali ta’ depożiti:
L-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma ta’ konċessjoni ma għandhiex tikser id-drittijiet tal-proprjetarji tal-artijiet u ma tneħħix il-ħtieġa li jikkonformaw ma’ rekwiżiti oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, b’mod partikolari l-Liġi Ġeoloġika u Minerarja, u r-rekwiżiti dwar l-użu tal-art, il-protezzjoni ambjentali, l-art agrikola u l-foresti, in-natura, l-ilma u l-iskart.
11) il-ftehim mudell dwar l-istabbiliment tad-drittijiet użufruttwarji minerarji:
Il-ftehim mudell huwa mehmuż bħala Anness ma’ dan id-dokument.
12) l-informazzjoni dwar l-ammont ta’ remunerazzjoni għall-istabbiliment ta’ drittijiet użufruttwarji minerarji:
L-ammont minimu tar-remunerazzjoni għall-istabbiliment ta’ drittijiet użufruttwarji minerarji għaż-żona “Błażowa” matul perjodu bażi ta’ ħames snin huwa PLN 57 391,03 (fi kliem: sebgħa u ħamsin elf, tliet mija wieħed u disgħin zlotys u tliet grosz) fis-sena. Ir-remunerazzjoni annwali għall-istabbiliment ta’ drittijiet użufruttwarji minerarji għall-għan tal-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ minerali huwa indiċizzat skont l-indiċijiet medji annwali tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbiliti b’mod kumulattiv għall-perjodu bejn il-konklużjoni tal-ftehim sas-sena li tippreċedi d-data għall-ħlas tar-remunerazzjoni, kif imħabbra mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Gazzetta Uffiċjali Pollakka (Monitor Polski) (l-Artikolu 49h(3)(12) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja).
13) l-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti li l-offerti għandhom jissodisfaw u d-dokumenti mitluba mill-offerenti:
|
1. |
L-offerti għandhom jispeċifikaw:
|
|
2. |
L-offerti sottomessi fi proċedura tal-offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet stipulati fl-avviż tat-tnedija ta’ dik il-proċedura tal-offerti. |
|
3. |
Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu mehmuża mal-offerti:
|
|
4. |
L-offerenti jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess, jipprovdu informazzjoni addizzjonali fl-offerti tagħhom jew jehmżu dokumenti addizzjonali magħhom. |
|
5. |
Id-dokumenti sottomessi mill-offerenti għandhom ikunu l-oriġinali jew kopji awtentiċi ċċertifikati tal-oriġinali kif previst fil-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kopji ta’ dokumenti li jridu jiġu mehmuża ma’ offerti u li nħolqu mill-awtorità konċedenti. |
|
6. |
Dokumenti mfassla b’lingwa barranija għandhom jiġu sottomessi flimkien ma’ traduzzjoni fil-Pollakk minn traduttur ġuramentat. |
|
7. |
L-offerti għandhom jiġu sottomessi f’envelop issiġillat jew f’pakkett issiġillat li jkollu l-isem (l-isem kummerċjali) tal-offerent u li jindika s-suġġett tal-proċedura tal-offerti. |
|
8. |
Offerti sottomessi wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-offerti se jiġu rritornati lill-offerenti mingħajr ma jinfetħu. |
14) l-informazzjoni dwar il-forma tal-preżentazzjoni ta’ depożitu, l-ammont tad-depożitu u d-data ta’ ħlas:
L-offerenti huma mitluba jiddepożitaw depożitu ta’ PLN 1 000 (fi kliem: elf zlotys) qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-offerti.
TAQSIMA IV: INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
IV.1) Il-kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerti
Kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerti jinħatar mill-awtorità konċedenti bl-iskop li jwettaq il-proċedura tal-offerti u l-għażla tal-aktar offerta vantaġġuża. Il-kompożizzjoni u r-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat huma speċifikati f’dan ir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar proċeduri tal-offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta’ idrokarburi u l-estrazzjoni ta’ idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171). Il-kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerti jissottometti rapport dwar il-proċedura tal-offerti lill-awtorità tal-konċessjoni għall-approvazzjoni tagħha. Flimkien ma’ offerti u d-dokumenti kollha relatati mal-proċedura tal-offerti, ir-rapport huwa miftuħ għal entitajiet oħra li jissottomettu offerti.
IV.2) Spjegazzjonijiet addizzjonali
Fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, entità interessata tista’ titlob l-awtorità konċedenti biex tipprovdi spjegazzjonijiet dwar l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerta. Fi żmien sebat ijiem minn meta tirċievi t-talba, l-awtorità konċedenti se tippubblika l-ispjegazzjonijiet fil-Biuletyn Informacji Publicznej (Il-Bullettin ta’ Tagħrif Pubbliku), fil-paġna tal-uffiċċju tas-servizz ikkonċernat.
IV.3) Informazzjoni addizzjonali
L-informazzjoni kollha dwar iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti li ġiet ikkompilata mis-Servizz Ġeoloġiku Pollakk fil-Pakiet danych geologicznych (il-Pakkett tad-Dejta Ġeoloġika), hija disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ambjent (www.mos.gov.pl) u fuq
|
Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [Id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonjiet Ġeoloġiċi] |
|
Ministerstwo Środowiska [il-Ministeru tal-Ambjent] |
|
ul. Wawelska 52/54 |
|
00-922 Warsaw, Poland |
|
Tel. +48 223692449; Faks: +48 223692460 |
ANNESS
FTEHIM
li jistabbilixxi drittijiet użufruttwarji minerarji għall-fini ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u ta’ estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Błażowa”
Magħmul f’Varsavja, fi … 2016, minn u bejn:
it-Teżor tal-Istat — il-Ministru għall-Ambjent, li jaġixxi f’ismu u għalih is-Sur Mariusz Orion Jędrysek, is-Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Ambjent u l-Ġeologu Prinċipali tal-Polonja, bis-saħħa tal-prokura Nru 5 tas-27 ta’ Jannar 2016, minn hawn ‘il quddiem it-“Teżor tal-Istat”
u
XXX bl-uffiċju rreġistrat fi …(indirizz sħiħ) …
minn hawn ‘il quddiem id-“Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji”,
jipprovdi kif ġej:
Taqsima 1.
|
1. |
It-Teżor tal-Istat, bħala l-uniku sid tal-parti interna tal-qoxra terrestri li tkopri ż-żona fi ħdan il-muniċipalitajiet ta’ Niebylec, Lubenia, Tyczyn, Hyżne, Dynów, Domaradz, Nozdrzec, Dubiecko u Jawornik, tal-belt u l-muniċipalità ta’ Błażowa u tal-belt ta’ Dynów fil-Provinċja ta’ Podkarpackie, li l-konfini tagħhom huma ddefiniti permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-punti (1 sa 10) bil-koordinati li ġejjin fis-sistema tal-koordinati PL-1992:
b’dan jagħti drittijiet użufruttwarji minerarji lid-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji fiż-żona deskritta hawn fuq, immarkata fin-naħa ta’ fuq mill-konfini inferjuri tal-art u fin-naħa ta’ isfel mill-parti l-aktar inferjuri tal-formazzjonijiet Paleożoiċi, dment li d-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jikseb konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Błażowa” fi żmien sena mid-data tal-ftehim li jistabbilixxi d-drittijiet użufruttwarji minerarji. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
Jekk l-obbligu li tinkiseb il-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma jiġix issodisfat, l-obbligi skont il-Ftehim għandhom jiskadu. |
|
3. |
Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jista’ jwettaq attivitajiet relatati mal-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, fil-formazzjonijiet Ċenożoiċi, Mesożoiċi u Paleożoiċi fiż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1. |
|
4. |
L-erja tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta’ 270,05 km2. |
Taqsima 2.
|
1. |
Il-Ftehim li jistabbilixxi d-drittijiet użufruttwarji minerarji għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta tinkiseb il-konċessjoni. |
|
2. |
Id-drittijiet użufruttwarji minerarji għandhom jiġu stabbiliti għal 10 snin, b’ħames snin għall-istadju ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni u ħames snin għall-istadju ta’ estrazzjoni, u dan soġġett għat-Taqsima 9. |
|
3. |
Id-drittijiet użufruttwarji minerarji għandhom jiskadu fid-data li fiha l-konċessjoni tiġi tterminata. |
Taqsima 3.
|
1. |
Id-drittijiet użufruttwarji minerarji jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji juża ż-żona speċifikata fit-Taqsima 1 fuq bażi esklussiva għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Błażowa”, kif ukoll biex iwettaq ix-xogħlijiet u l-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan l-għan f’dik iż-żona skont il-liġijiet applikabbli, b’mod partikolari l-Att tad-9 ta’ Ġunju 2011 dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja, (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2015, il-punt 196, kif emendat), minn hawn ‘il quddiem l-“Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja”, u d-deċiżjonijiet maħruġa bħala riżultat ta’ dan. Matul l-istadju tal-prospettar u l-esplorazzjoni, id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jista’ jipproċedi bl-iżvilupp ta’ minerali li jiġu esplorati sal-punt safejn huwa neċessarju biss biex titħejja d-dokumentazzjoni ġeoloġika u tal-investiment. |
|
2. |
Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jimpenja lilu nnifsu li jinnotifika bil-miktub lit-Teżor tal-Istat b’kull bidla fl-isem, fil-forma ta’ organizzazzjoni, jew fin-numri ta’ reġistrazzjoni u ta’ identifikazzjoni, dwar iż-żieda jew it-tnaqqis fil-kapital azzjonarju, it-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra permezz tal-operat tal-liġi, il-preżentata ta’ petizzjoni ta’ falliment, id-dikjarazzjoni ta’ falliment, it-tnedija ta’ proċedimenti ta’ arranġament u t-tnedija ta’ proċedimenti ta’ likwidazzjoni. It-Teżor tal-Istat jista’ jitlob li f’dawk il-każijiet jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet meħtieġa. It-Teżor tal-Istat għandu jiġi nnotifikat fi żmien 30 jum mid-data li fiha jkunu seħħew iċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq. |
Taqsima 4.
Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikulari s-sidien tal-art, u d-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji ma għandux ikun eżentat mill-ħtieġa li jissodisfa r-rekwiżiti previsti mil-liġi, speċjalment ir-rekwiżiti dwar il-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ minerali u l-protezzjoni u l-użu tar-riżorsi ambjentali.
Taqsima 5.
It-Teżor tal-Istat jirriżerva d-dritt li jistabbilixxi fiż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) drittijiet użufruttwarji minerarji bil-għan li jitwettqu attivitajiet minbarra dawk speċifikati fil-ftehim, b’mod li ma jinkisrux id-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji.
Taqsima 6.
|
1. |
Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat ir-remunerazzjoni li ġejja għad-drittijiet użufruttwarji minerarji li jkopru ż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) matul stadju ta’ ħames snin għall-prospettar u l-esplorazzjoni għal kull sena ta’ użufrutt minerarju (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttiv):
u dan soġġett għall-paragrafu 2. |
|
2. |
Jekk id-data tal-ħlas tar-remunerazzjoni dovuta għal sena partikolari ta’ użufrutt minerarju taqa’ bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallas ir-remunerazzjoni sal-1 ta’ Marzu. Madankollu, jekk ir-remunerazzjoni hija soġġetta għall-indiċizzar skont il-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallasha mhux qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jittieħed kont ta’ dak l-indiċi. |
|
3. |
Ir-remunerazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċizzata fuq il-bażi tal-medja annwali tal-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbilita għall-perjodu minn meta ġie konkluż dan il-ftehim sas-sena li tippreċedi d-data tal-ħlas tar-remunerazzjoni, kif imħabbra mill-President tal-Uffiċċju tal-Istatistika Ċentrali fil-Gazzetta Uffiċjali Pollakka (Monitor Polski). |
|
4. |
Jekk id-data tal-ħlas tar-remunerazzjoni taqa’ fl-istess sena kalendarja li fiha jiġi konkluż il-ftehim, ir-remunerazzjoni ma għandhiex tiġi indiċizzata. |
|
5. |
Jekk il-ftehim jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ fis-sena li tippreċedi s-sena li fiha taqa’ d-data tal-ħlas tar-remunerazzjoni, ir-remunerazzjoni ma għandhiex tiġi indiċizzata jekk id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-Ftehim. |
|
6. |
Jekk id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jitlef id-drittijiet użufruttwarji minerarji stabbiliti hawn taħt qabel ma tgħaddi d-data tal-iskadenza speċifikata fit-Taqsima 2(1) u (2), id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallas remunerazzjoni għas-sena sħiħa tal-użufrutt li fiha ntilfu dawk id-drittijiet. Jekk, madankollu, id-drittijiet użufruttwarji minerarji jintilfu bħala riżultat tal-irtirar tal-konċessjoni jew għar-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 9(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallas remunerazzjoni għall-perijodu kollu tal-użufrutt speċifikat fit-Taqsima 2(1) u (2), b’kont meħud tal-indiċizzar għas-sena li tippreċedi t-terminazzjoni tal-ftehim. Ir-remunerazzjoni għandha titħallas fi żmien 30 jum mid-data li fiha ntilfu d-drittijiet użufruttwarji minerarji. Jekk jintilfu d-drittijiet użufruttwarji minerarji, id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji ma għandux ikun eżentat mill-obbligi ambjentali marbuta ma’ dawn id-drittijiet, b’mod partikolari l-obbligi marbuta mal-protezzjoni tad-depożiti. |
|
7. |
Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallas ir-remunerazzjoni għad-drittijiet użufruttwarji minerarji fil-kont bankarju tal-Ministeru tal-Ambjent miżmum mill-Fergħa ta’ Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000 għall-istabbiliment tad-drittijiet użufruttwarji minerarji b’rabta ma’ konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Błażowa”. Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data tal-ikkreditar fil-kont tat-Teżor tal-Istat. |
|
8. |
Ir-remunerazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun suġġetta għall-VAT. Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata b’mod li l-attivitajiet li huma s-suġġett ta’ dan il-Ftehim jiġu soġġetti għalt-tassazzjoni, l-ammont tar-remunerazzjoni għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta. |
|
9. |
It-Teżor tal-Istat għandu jinnotifika bil-miktub lid-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji dwar bidliet fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7. |
|
10. |
Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jibgħat kopji ta’ provi tal-ħlas tar-remunerazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lit-Teżor tal-Istat fi żmien sebat ijiem mid-data tal-ħlas tar-remunerazzjoni għall-istabbiliment tad- drittijiet użufruttwarji minerarji. |
Taqsima 7.
Wara li d-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jikseb deċiżjoni ta’ investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-partijiet għandhom jiffirmaw anness tal-Ftehim fi żmien 30 jum mid-data ta’ dik id-deċiżjoni, li għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-ftehim matul l-istadju tal-estrazzjoni.
Taqsima 8.
Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jista’ jeżerċita d-drittijiet użufruttwarji minerarji stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jkun kiseb il-kunsens bil-miktub mit-Teżor tal-Istat.
Taqsima 9.
|
1. |
Jekk id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jikser l-obbligi skont il-Ftehim, soġġett għall-paragrafi 3 u 4, it-Teżor tal-Istat jista’ jittermina l-ftehim b’effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jkollu l-jedd li jressaq rivendiki ta’ proprjetà. Madankollu, il-ftehim ma għandux jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jkun kiser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure. |
|
2. |
Jekk il-ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat penali kuntrattwali ta’ 25 % tar-remunerazzjoni għall-perjodu kollu tal-użufrutt speċifikat fit-Taqsima 2(1) u (2), soġġett għall-indiċizzar għas-sena li tippreċedi s-sena li fiha l-kuntratt ġie tterminat. |
|
3. |
Jekk id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jdewwem il-ħlas tar-remunerazzjoni b’aktar minn sebat ijiem b’rabta mal-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 6(1) jew (2), it-Teżor tal-Istat għandu jitlob lid-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerar biex iħallas ir-remunerazzjoni pendenti fi żmien sebat ijiem mill-wasla tat-talba, taħt piena li jiġi tterminat il-Ftehim b’effett immedjat. |
|
4. |
It-Teżor tal-Istat jista’ jittermina l-ftehim fl-intier tiegħu jew parzjalment billi jagħti avviż ta’ 30 jum, effettiv fit-tmiem tax-xahar tal-kalendarju, jekk id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji ma jinfurmax lit-Teżor tal-Istat dwar iċ-ċirkostanzi msemmija fit-Taqsima 3(2) fi żmien 30 jum minn meta dawn iseħħu. |
|
5. |
Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jkun marbut bil-Ftehim sad-data li fiha l-konċessjoni tiġi tterminata u ma għandux jittermina l-ftehim. |
|
6. |
Il-ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub taħt piena ta’ nullità. |
|
7. |
Il-Partijiet jaqblu li jekk it-Teżor tal-Istat jittermina l-ftehim, ir-remunerazzjoni mħallsa għad-drittijiet użufruttwarji minerarji, imsemmija fis-sezzjoni 6(1), ma għandhiex tiġi rimborżata. |
|
8. |
It-Teżor tal-Istat jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens li jaqbeż l-ammont ta’ penali kuntrattwali f’termini ġenerali jekk l-ammont ta’ ħsara mġarrab mit-Teżor tal-Istat jissupera l-penali kuntrattwali. |
Taqsima 10.
F’każ ta’ force majeure, il-partijiet għandhom immedjatament jagħmlu kull sforz biex jaqblu fuq mod ta’ azzjoni. “Force majeure” għandha tinftiehem bħala avveniment mhux mistenni li jaffettwa direttament lid-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji, li jimpedixxi t-twettiq tal-attivitajiet marbuta mal-ftehim u li ma jistax jitbassar jew jiġi evitat.
Taqsima 11.
Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jista’ japplika għall-estensjoni tal-ftehim, fl-intier tiegħu jew parzjalment, bil-miktub, taħt piena ta’ nullità.
Taqsima 12.
Jekk il-ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji ma għandux ikun intitolat li jressaq kwalunkwe pretensjoni kontra t-Teżor tal-Istat għal żieda fil-valur tas-suġġett tad-drittijiet użufruttwarji minerarji.
Taqsima 13.
Kull tilwim li jirriżulta minn dan il-ftehim għandu jiġi riżoltmill-qorti komuni li għandha ġuriżdizzjoni fuq is-sede tat-Teżor tal-Istat.
Taqsima 14.
Fi kwistjonijiet li mhumiex irregolati mill-ftehim, għandhom japplikaw l-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja u l-Kodiċi Ċivili, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-lokazzjoni.
Taqsima 15.
Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jġorr l-ispejjeż tal-konklużjoni tal-Ftehim.
Taqsima 16.
Il-ftehim għandu jkun emendat bil-miktub taħt piena ta’ nullità.
Taqsima 17.
Il-ftehim sar fi tliet kontropartijiet (waħda għad-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji u tnejn għall-Ministru tal-Ambjent).
It-Teżor tal-Istat
Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji
|
23.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 227/14 |
Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja li tikkonċerna d-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi
(2016/C 227/06)
SEJĦA PUBBLIKA GĦALL-OFFERTI GĦAL KONĊESSJONI GĦALL-PROSPETTAR U L-ESPLORAZZJONI TA’ DEPOŻITI TAL-METAN MIS-SAFFI TAL-FAĦAM U GĦALL-ESTRAZZJONI TAL-METAN MIS-SAFFI TAL-FAĦAM FIŻ-ŻONA “MIĘDZYRZECZE”
TAQSIMA I: BAŻI LEGALI
|
1. |
L-Artikolu 49h(2) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja (Il-Ġurnal tal-Liġijiet [Dziennik Ustaw]) 2015, il-punt 196, kif emendat). |
|
2. |
Ir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta’ idrokarburi u l-estrazzjoni ta’ idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171). |
|
3. |
Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni Speċjali bil-lingwa Pollakka: Kapitolu 6, Volum 2, p. 262). |
TAQSIMA II: L-ENTITÀ LI QED TIPPUBBLIKA S-SEJĦA GĦALL-OFFERTI
|
Isem: Ministerstwo Środowiska (Il-Ministeru tal-Ambjent) |
|
Indirizz postali: ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warsaw |
|
Tel. +48 223692449, +48 223692447; Faks: +48 223692460 |
|
Sit web: www.mos.gov.pl |
TAQSIMA III: IS-SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA
(1) it-tip ta’ attivitajiet li għalihom il-konċessjoni għandha tingħata:
Konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ metan mis-saffi tal-faħam u l-estrazzjoni ta’ depożiti ta’ metan mis-saffi tal-faħam fiż-żona “Międzyrzecze”, il-blokok ta’ konċessjoni 391 u 411.
(2) iż-żona li fiha l-attivitajiet għandhom jitwettqu:
Il-konfini taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti huma ddefiniti permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-punti bil-koordinati segwenti fis-sistema tal-koordinati PL-1992:
|
Punt Nru |
X [PL-1992] |
Y [PL-1992] |
|
1 |
234 088,623 |
507 989,984 |
|
2 |
237 498,113 |
503 172,978 |
|
3 |
238 780,679 |
503 282,175 |
|
4 |
239 591,124 |
504 484,046 |
|
5 |
239 799,042 |
506 093,909 |
|
6 |
238 699,220 |
506 801,522 |
|
7 |
238 279,713 |
509 125,988 |
|
8 |
236 429,836 |
508 236,326 |
|
9 |
235 980,624 |
508 721,999 |
|
10 |
234 376,080 |
508 317,771 |
L-erja tal-wiċċ tal-projezzjoni vertikali taż-żona koperta b’din il-proċedura tal-offerti hija ta’ 18,90 km2.
Iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti tinsab
f’dawn id-distretti u l-muniċipalitajiet fil-Provinċja ta’ Śląskie:
|
|
Id-distrett ta’ Pszczyna: Il-muniċipalitajiet ta’ Miedźna (90,08 % taż-żona totali) u Pszczyna (1,81 %), |
|
|
Id-distrett ta’ Bieruń-Lędziny, il-muniċipalità ta’ Bojszowy (4,35 %), |
f’dawn id-distretti u l-muniċipalitajiet fil-Provinċja ta’ Małopolskie:
|
|
Id-distrett ta’ Oświęcim: Il-muniċipalità ta’ Brzeszcze (3,76 %). |
L-għan tax-xogħlijiet li għandhom jitwettqu f’formazzjonijiet Karboniferi huwa d-dokumentazzjoni tal-metan mis-saffi tal-faħam u l-estrazzjoni tiegħu miż-żona deskritta hawn fuq.
(3) il-limitu ta’ żmien, mhux anqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, u l-post għas-sottmissjoni tal-offerti:
L-offerti għandhom jiġu sottomessi lill-uffiċċju ċentrali tal-Ministeru tal-Ambjent sa mhux iktar tard mill-16.00 CET/CEST tal-aħħar jum tal-perjodu ta’ 91 jum li jibda fil-jum ta’ wara d-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(4) il-kondizzjonijiet dettaljati tal-offerta, inklużi l-kriterji tal-evalwazzjoni tal-offerta u speċifikazzjoni tal-ponderazzjoni tagħhom, li jiżguraw li l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49k tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja tad-9 ta’ Ġunju 2011 huma ssodisfati:
L-offerti jistgħu jiġu sottomessi minn entitajiet li fir-rigward tagħhom inħarġet deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(16)(1) u (2) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja:
|
— |
b’mod indipendenti, jew |
|
— |
bħala operatur, fil-każ fejn bosta entitajiet qed japplikaw b’mod konġunt għall-konċessjoni. |
L-offerti li jaslu se jiġu evalwati mill-kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerti fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:
|
30 % |
: |
kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbuta ma’, rispettivament, il-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta’ idrokarburi u l-estrazzjoni ta’ idrokarburi, jew l-estrazzjoni ta’ idrokarburi se jitwettqu, u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta’ ffinanzjar tal-attivitajiet ippjanati, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern; |
|
25 % |
: |
il-kapaċitajiet tekniċi għal, rispettivament, il-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta’ idrokarburi u l-estrazzjoni ta’ idrokarburi, jew l-estrazzjoni ta’ idrokarburi, u b’mod partikolari d-disponibilità ta’ potenzjal tekniku, organizzattiv, loġistiku u tar-riżorsi umani; |
|
20 % |
: |
l-ambitu u l-iskedar tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet minerarji proposti; |
|
10 % |
: |
l-esperjenza fil-prospettar jew l-esplorazzjoni tad-depożiti ta’ idrokarburi jew fl-estrazzjoni ta’ idrokarburi, biex ikunu żgurati l-operazzjoni sigura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u l-protezzjoni ambjentali; |
|
10 % |
: |
it-teknoloġija proposta għat-twettiq ta’ xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet minerarji, bl-użu ta’ elementi innovattivi żviluppati għal dan il-proġett; |
|
5 % |
: |
l-ambitu u l-iskedar tal-ġbir obbligatorju ta’ kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi kampjuni ċilindriċi bit-tħaffir. |
Jekk, wara l-valutazzjoni tal-offerti abbażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jirċievu l-istess punteġġ, jintuża l-ammont tar-remunerazzjoni għall-istabbiliment ta’ drittijiet użufruttwarji minerarji dovuti matul il-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni bħala kriterju addizzjonali biex jippermetti l-għażla finali li għandha ssir bejn l-offerti kkonċernati.
(5) l-ambitu minimu tal-informazzjoni ġeoloġika:
|
Data ta’ konċessjoni |
Isem iż-żona: Międzyrzecze Post: onshore; il-blokok ta’ konċessjoni 391 u 411 |
|
Tip ta’ depożitu |
metan mis-saffi tal-faħam |
|
Livelli strutturali |
Ċenozojku Palaeożoijku (Karboniferu+Devonjan+Kambrijan) |
|
Sistemi tal-petroleum |
Mhux konvenzjonali |
|
Blat tas-sors |
il-parti superjuri ta’ Namurjan A, Namurjan B u C, u ta’ Westfalen A (intervall minn seam 350 sa seam 510) |
|
Blat tal-ġibjun |
il-parti superjuri ta’ Namurjan A, Namurjan B u C, u ta’ Westfalen A (intervall minn seam 350 sa seam 510) |
|
Blat tas-siġill |
Westfalen B (is-serje mudstone) |
|
Ħxuna tas-saff fuqani |
minn 450 m sa 1 000 m fil-parti i f’Parti N |
|
Tip ta’ trappola ġeoloġika |
Stratigrafika |
|
Depożiti identifikati fil-viċinanza (NG — Gass Naturali; O — żejt; C — faħam) |
Silesia Głęboka (NG, il-metan bħala prodott minerali prinċipali): skoperti fl-1992; sfruttati sal-2005 (estrazzjoni kumulattiva fuq sitt snin: madwar 0,09 miljun m3); bħalissa hemm biss produzzjoni perjodika; riżervi u riżorsi: 2 791,15 miljun m3 (sottobilanċ: 467,73 miljun m3) Silesia (C, il-metan bħala prodott minerali assoċjat): skoperti fl-1955, il-produzzjoni kumulattiva fuq 41 sena: 1 013,4 miljun m3; il-produzzjoni fl-2014: 19,97 miljun m3 (minn ivventjar) u 16,03 miljun m3 (drainage tal-metan); riżervi u riżorsi: 1 058,77 miljun m3 (industrijali: 123,49 miljun m3) Brzeszcze (C, il-metan bħala prodott minerali assoċjat): skoperti fl-1953, estrazzjoni kumulattivi fuq 40 snin: 3 389,2 miljun m3; il-produzzjoni fl-2014: 53,90 miljun m3 (minn ivventjar) u 41,00 miljun m3 (skular tal-metan); riżervi u riżorsi: 2 768,10 miljun m3 (industrijali: 968,80 miljun m3) |
|
Stħarriġiet sismiċi kompluti (il-proprjetarju) |
2012, 2D survey (EurEnergy Resources Poland Sp. z o.o.) |
|
Bjar referenzjarji u bjar ta’ korrelazzjoni (TVD) |
bjar referenzjarji: Gilowice 1 (MD 1 080 m, TVD 1 039,24 m), Gilowice 2H (MD 2 300 m), Amoco-Frydek 1 (MD 1 397 m), Frydek IG-28 (MD 1 301,5 m), Międzyrzecze 1,-9,-10 (MD 876,5 m; 1 111 m; 939,9 m), Międzyrzecze Bieruń 19,-20,-72,-73,-74,-75,-78,-79,-80 (986,5 -1 077 m) bjar ta’ korrelazzjoni: Międzyrzecze Bieruń 69 u 83 (MD 1 001 m u 1 090 m) |
(6) id-data tal-bidu tal-attivitajiet:
L-attivitajiet koperti mill-konċessjoni jibdew fi żmien 14-il jum mid-data li fiha d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni ssir finali.
(7) il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ konċessjoni, b’mod partikolari rigward l-ammont, l-ambitu u l-mod li bih tingħata l-garanzija msemmija fl-Artikolu 49x(1) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja u, fejn iġġustifikat, l-ammont, l-ambitu u l-mod li bih tingħata l-garanzija msemmija fl-Artikolu 49x(2) tal-Att:
L-offerent rebbieħ irid jipprovdi garanzija li tkopri nuqqas ta’ konformità jew konformità inadegwata mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-konċessjoni kif ukoll għall-iffinanzjar tal-għeluq tax-xogħlijiet minerarji jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida. Din il-garanzija għandha tingħata għall-perjodu mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni sa tmiem il-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni. L-ammont tal-garanzija huwa ta’ PLN 100 000. Il-forma u d-data tal-ħlas tagħha huma rregolati mill-Artikolu 49x(4) u (5) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja.
(8) l-ambitu minimu tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet minerarji:
Il-programm minimu ta’ xogħlijiet ġeoloġiċi propost għall-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni jinvolvi:
Tul ta’ żmien ta’ Stadju I: 12-il xahar
ambitu: interpretazzjoni u analiżi tad-dejta ġeoloġika tal-arkivji;
Tul ta’ żmien ta’ Stadju II: 12-il xahar
ambitu: tħaffir ta’ borehole wieħed sa fond massimu ta’ 1 500 m bit-teħid obbligatorju ta’ kampjuni ċilindriċi bit-tħaffir ta’ intervalli prospettivi;
Tul ta’ żmien ta’ Stadju III: 24 xahar
ambitu: tħaffir ta’ żewġ boreholes sa fond massimu ta’ 1 500 m bit-teħid obbligatorju ta’ kampjuni ċilindriċi bit-tħaffir ta’ intervalli prospettivi;
Tul ta’ żmien ta’ Stadju IV: 12 il-xahar
ambitu: analiżi tad-dejta miksuba
(9) il-perjodu li għalih il-konċessjoni se tingħata:
Il-konċessjoni hija valida għal perjodu ta’ 10 snin, inklużi:
|
— |
għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ fażi ta’ ħames snin, li jibdew mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni), |
|
— |
il-fażi ta’ estrazzjoni, li tibda mid-data minn meta tinkiseb deċiżjoni ta’ investiment). |
10) il-kondizzjonijiet speċifiċi biex jitwettqu l-attivitajiet u biex ikunu żgurati s-sikurezza pubblika, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni ambjentali u l-ġestjoni razzjonali ta’ depożiti:
L-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma ta’ konċessjoni ma għandhiex tikser id-drittijiet tal-proprjetarji tal-artijiet u ma tneħħix il-ħtieġa li jikkonformaw ma’ rekwiżiti oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, b’mod partikolari l-Liġi Ġeoloġika u Minerarja, u r-rekwiżiti dwar l-użu tal-art, il-protezzjoni ambjentali, l-art agrikola u l-foresti, in-natura, l-ilma u l-iskart.
(11) il-ftehim mudell dwar l-istabbiliment tad-drittijiet użufruttwarji minerarji:
Il-ftehim mudell huwa mehmuż bħala Anness ma’ dan id-dokument.
(12) l-informazzjoni dwar l-ammont ta’ remunerazzjoni għall-istabbiliment ta’ drittijiet użufruttwarji minerarji:
L-ammont minimu tar-remunerazzjoni għall-istabbiliment ta’ drittijiet użufruttwarji minerarji għaż-żona “Międzyrzecze” matul perjodu bażi ta’ ħames snin huwa PLN 4 016,63 (fi kliem: erbat elef u sittax-il zlotys u tlieta u sittin grosz) fis-sena. Ir-remunerazzjoni annwali għall-istabbiliment ta’ drittijiet użufruttwarji minerarji għall-għan tal-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ minerali huwa indiċizzat skont l-indiċijiet medji annwali tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbiliti b’mod kumulattiv għall-perjodu bejn il-konklużjoni tal-ftehim sas-sena li tippreċedi d-data għall-ħlas tar-remunerazzjoni, kif imħabbra mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Gazzetta Uffiċjali Pollakka (Monitor Polski) (l-Artikolu 49h(3)(12) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja).
(13) l-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti li l-offerti għandhom jissodisfaw u d-dokumenti mitluba mill-offerenti:
|
1. |
L-offerti għandhom jispeċifikaw:
|
|
2. |
L-offerti sottomessi fi proċedura tal-offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet stipulati fl-avviż tat-tnedija ta’ dik il-proċedura tal-offerti. |
|
3. |
Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu mehmuża mal-offerti:
|
|
4. |
L-offerenti jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess, jipprovdu informazzjoni addizzjonali fl-offerti tagħhom jew jehmżu dokumenti addizzjonali magħhom. |
|
5. |
Id-dokumenti sottomessi mill-offerenti għandhom ikunu l-oriġinali jew kopji awtentiċi ċċertifikati tal-oriġinali kif previst fil-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kopji ta’ dokumenti li jridu jiġu mehmuża ma’ offerti u li nħolqu mill-awtorità konċedenti. |
|
6. |
Dokumenti mfassla b’lingwa barranija għandhom jiġu sottomessi flimkien ma’ traduzzjoni fil-Pollakk minn traduttur ġuramentat. |
|
7. |
L-offerti għandhom jiġu sottomessi f’envelop issiġillat jew f’pakkett issiġillat li jkollu l-isem (l-isem kummerċjali) tal-offerent u li jindika s-suġġett tal-proċedura tal-offerti. |
|
8. |
Offerti sottomessi wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-offerti se jiġu rritornati lill-offerenti mingħajr ma jinfetħu. |
(14) l-informazzjoni dwar il-forma tal-preżentazzjoni ta’ depożitu, l-ammont tad-depożitu u d-data ta’ ħlas.
L-offerenti huma mitluba jiddepożitaw depożitu ta’ PLN 1 000 (fi kliem: elf zlotys) qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-offerti.
TAQSIMA IV INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
IV.1) Il-kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerti
Kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerti jinħatar mill-awtorità konċedenti bl-iskop li jwettaq il-proċedura tal-offerti u l-għażla tal-aktar offerta vantaġġuża. Il-kompożizzjoni u r-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat huma speċifikati f’dan ir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar proċeduri tal-offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta’ idrokarburi u l-estrazzjoni ta’ idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171). Il-kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerti jissottometti rapport dwar il-proċedura tal-offerti lill-awtorità tal-konċessjoni għall-approvazzjoni tagħha. Flimkien ma’ offerti u d-dokumenti kollha relatati mal-proċedura tal-offerti, ir-rapport huwa miftuħ għal entitajiet oħra li jissottomettu offerti.
IV.2) Spjegazzjonijiet addizzjonali
Fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, entità interessata tista’ titlob l-awtorità konċedenti biex tipprovdi spjegazzjonijiet dwar l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerta. Fi żmien sebat ijiem minn meta tirċievi t-talba, l-awtorità konċedenti se tippubblika l-ispjegazzjonijiet fil-Biuletyn Informacji Publicznej (Il-Bullettin ta’ Tagħrif Pubbliku), fil-paġna tal-uffiċċju tas-servizz ikkonċernat.
IV.3) Informazzjoni addizzjonali
L-informazzjoni sħiħa dwar iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti li ġiet ikkompilata mis-Servizz Ġeoloġiku Pollakk fil-Pakiet danych geologicznych (il-Pakkett tad-Dejta Ġeoloġika), hija disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ambjent (www.mos.gov.pl) u fuq
|
Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [Id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonjiet Ġeoloġiċi] |
|
Ministerstwo Środowiska [il-Ministeru tal-Ambjent] |
|
ul. Wawelska 52/54 |
|
00-922 Warsaw |
|
Poland |
|
Tel. +48 223692449; Faks +48 223692460 |
ANNESS
FTEHIM
li jistabbilixxi drittijiet użufruttwarji minerarji għall-fini tal-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-metan mis-saffi tal-faħam u l-estrazzjoni tal-metan mis-saffi tal-faħam fiż-żona “Międzyrzecze”
konkluż f’Varsavja nhar … 2016 bejn:
it-Teżor tal-Istat - il-Ministru tal-Ambjent, li jaġixxi f’ismu u għalih is-Sur Mariusz Orion Jędrysek, is-Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Ambjent u l-Ġeologu Prinċipali tal-Polonja, bis-saħħa tal-prokura Nru 5 tas-27 ta’ Jannar 2016, minn hawn ‘il quddiem it-“Teżor tal-Istat”
u
XXX bl-uffiċju rreġistrat fi … (indirizz sħiħ) …
minn hawn ‘il quddiem id-“Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji”,
jipprovdi kif ġej:
Taqsima 1
|
1. |
It-Teżor tal-Istat, bħala l-uniku sid tas-substrati tal-qoxra terrestri li tkopri ż-żona fi ħdan il-muniċipalitajiet ta’ Miedźna u Bojszowy u l-belt u l-muniċipalità ta’ Pszczyna fil-Provinċja ta’ Śląskie u l-belt u l-muniċipalità ta’ Brzeszcze fil-Provinċja ta’ Małopolskie, li l-konfini tagħhom huma ddefiniti permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-punti (1 sa 10) bil-koordinati li ġejjin fis-sistema tal-koordinati PL-1992:
b’dan jistabbilixxi drittijiet użufruttwarji minerarji għad-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata fin-naħa ta’ fuq mill-konfini inferjuri tal-art u fin-naħa ta’ isfel mill-parti l-aktar inferjuri tal-formazzjonijiet Karboniferi, dment li d-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jikseb konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-metan mis-saffi tal-faħam u l-estrazzjoni tal-metan mis-saffi tal-faħam fiż-żona “Międzyrzecze” fi żmien sena mid-data tal-ftehim li jistabbilixxi id-drittijiet użufruttwarji minerarji. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
Jekk il-kondizzjoni li tinkiseb il-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim għandhom jiskadu. |
|
3. |
Fiż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jista’:
|
|
4. |
L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija aktar minn 18,90 km2. |
Taqsima 2
|
1. |
Il-Ftehim li jistabbilixxi drittijiet użufruttwarji minerarji għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta tinkiseb il-konċessjoni. |
|
2. |
Id-drittijiet użufruttwarji minerarji għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta’ 10 snin, inklużi ħames snin għall-fażi ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni u ħames snin għall-istadju ta’ estrazzjoni, u dan soġġett għad-dispożizzjoniet tat-Taqsima 9. |
|
3. |
Id-drittijiet użufruttwarji minerarji għandhom jiskadu fid-data li fiha l-konċessjoni tiġi tterminata. |
Taqsima 3
|
1. |
Id-drittijiet użufruttwarji minerarji jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji biex juża ż-żona speċifikata fit-Taqsima 1 fuq bażi esklussiva għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-metan mis-saffi tal-faħam u l-estrazzjoni tal-metan mis-saffi tal-faħam fiż-żona “Międzyrzecze”, kif ukoll biex iwettaq l-operazzjonijiet u l-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan il-għan f’dik iż-żona skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b’mod partikolari l-Att tad-9 ta’ Ġunju 2011 dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2015, il-punt 196, kif emendat), minn hawn ‘il quddiem l-“Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja”), u d-deċiżjonijiet maħruġa bħala riżultat ta’ dan. Matul il-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni, id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jista’ jiżviluppa l-minerali li jiġu esplorati biss sal-punt meħtieġ biex titfassal id-dokumentazzjoni ġeoloġika u tal-investiment. |
|
2. |
Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jimpenja lilu nnifsu li jinnotifika bil-miktub lit-Teżor tal-Istat b’kull modifika li tirriżulta f’bidla fl-isem jew fil-forma ta’ organizzazzjoni, jew fin-numri ta’ reġistrazzjoni u ta’ identifikazzjoni, f’żieda jew tnaqqis fil-kapital azzjonarju, it-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra permezz tal-operat tal-liġi, il-preżentata ta’ petizzjoni ta’ falliment, id-dikjarazzjoni ta’ falliment, it-tnedija ta’ proċedimenti ta’ arranġament u t-tnedija ta’ proċedimenti ta’ likwidazzjoni. It-Teżor tal-Istat jista’ jitlob li f’dawk il-każijiet jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet meħtieġa. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data meta jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq. |
Taqsima 4
Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikulari s-sidien tal-art, u d-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji ma għandux ikun eżentat mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b’mod partikolari dawk relatati mal-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ minerali u l-protezzjoni u l-użu tar-riżorsi ambjentali.
Taqsima 5
It-Teżor tal-Istat jirriżerva d-dritt li jistabbilixxi fiż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) drittijiet użufruttwarji minerarji bl-għan li jitwettqu attivitajiet minbarra dawk speċifikati fil-ftehim, b’mod li ma jinkisrux id-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji.
Taqsima 6
|
1. |
Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat ir-remunerazzjoni li ġejja għad-drittijiet użufruttwarji minerarji fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) matul il-fażi ta’ ħames snin għall-prospettar u l-esplorazzjoni għal kull sena ta’ użufrutt minerarju (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttiv):
u dan soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2. |
|
2. |
Jekk id-data tal-ħlas tar-remunerazzjoni dovuta għal sena partikolari ta’ użufrutt minerarju taqa’ bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallas ir-remunerazzjoni sal-1 ta’ Marzu. Madankollu, jekk ir-remunerazzjoni hija soġġetta għall- indiċizzar skont il-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallasha mhux qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jittieħed kont ta’ dak l-indiċi. |
|
3. |
Ir-remunerazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċizzata għall-medja annwali tal-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbilita għall-perjodu minn meta ġie konkluż dan il-ftehim sas-sena li tippreċedi d-data tal-ħlas tar-remunerazzjoni, kif imħabbra mill-President tal-Uffiċċju tal-Istatistika Ċentrali fil-Gazzetta Uffiċjali Pollakka (Monitor Polski). |
|
4. |
Jekk id-data tal-ħlas tar-remunerazzjoni taqa’ fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha ġie konkluż il-ftehim, ir-remunerazzjoni ma għandhiex tiġi indiċizzata. |
|
5. |
Jekk il-ftehim ġie konkluż u daħal fis-seħħ fis-sena li tippreċedi s-sena li fiha taqa’ d-data tal-ħlas tar-remunerazzjoni, ir-remunerazzjoni ma għandhiex tiġi indiċizzata jekk id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-Ftehim. |
|
6. |
Jekk id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jitlef id-drittijiet użufruttwarji minerarji stabbiliti skont il-ftehim qabel ma jiskadi l-limitu taż-żmien speċifikat fit-Taqsima 2(1) u (2), id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallas remunerazzjoni għas-sena sħiħa tal-użufrutt li fiha ntilfu dawk id-drittijiet. Jekk, madankollu, id-drittijiet użufruttwarji minerarji jintilfu bħala riżultat tal-irtirar tal-konċessjoni jew għar-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 9(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallas remunerazzjoni għall-perjodu kollu tal-użufrutt speċifikat fit-Taqsima 2(1) u (2), b’kont meħud tal-indiċizzar għas-sena li tippreċedi it-terminazzjoni tal-ftehim. Ir-remunerazzjoni għandha titħallas fi żmien 30 jum mid-data li fiha ntilfu d-drittijiet użufruttwarji minerarji. It-telf tad-drittijiet użufruttwarji ma għandux jirrilaxxa lid-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji mill-obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-drittijiet użufruttwarji minerarji, b’mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni ta’ depożiti. |
|
7. |
Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallas ir-remunerazzjoni għad-drittijiet użufruttwarji minerarji fil-kont bankarju tal-Ministeru tal-Ambjent miżmum fil-Fergħa ta’ Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, għall-istabbiliment tad-drittijiet użufruttwarji minerarji b’rabta ma’ konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-metan mis-saffi tal-faħam u l-estrazzjoni tal-metan mis-saffi tal-faħam fiż-żona “Międzyrzecze”. Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data tal-ikkreditar fil-kont tat-Teżor tal-Istat. |
|
8. |
Ir-remunerazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun suġġetta għall-VAT. Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata b’effett li l-attivitajiet li huma s-suġġett ta’ dan il-Ftehim jiġu soġġetti għat-tassazzjoni, l-ammont tar-remunerazzjoni għandu jiżdied bl-ammont ta’ taxxa dovuta. |
|
9. |
It-Teżor tal-Istat għandu jinnotifika bil-miktub lid-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji dwar bidliet fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7. |
|
10. |
Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jibgħat kopji ta’ provi tal-ħlas tar-remunerazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lit-Teżor tal-Istat fi żmien sebat ijiem mid-data tal-ħlas tar-remunerazzjoni għall-istabbiliment tad-drittijiet użufruttwarji minerarji. |
Taqsima 7
Wara li d-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jikseb deċiżjoni ta’ investiment li tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-estrazzjoni tal-metan, il-partijiet għandhom jiffirmaw anness tal-ftehim fi żmien 30 jum mid-data ta’ dik id-deċiżjoni, li għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-ftehim matul il-fażi tal-estrazzjoni.
Taqsima 8
Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jista’ jeżerċita id-dritt tal-użufrutt minerarju stabbilit fit-Taqsima 1(1) biss wara li jkun kiseb il-kunsens bil-miktub mit-Teżor tal-Istat.
Taqsima 9
|
1. |
Jekk id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jikser l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim, it-Teżor tal-Istat jista’, soġġett għall-paragrafi 3 u 4, jittermina l-ftehim b’effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jkollu l-jedd li jwettaq rivendiki ta’ proprjetà. Madankollu, il-ftehim ma għandux jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jkun kiser l-obbligi taħt il-Ftehim minħabba force majeure. |
|
2. |
Jekk il-ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat penali kuntrattwali ta’ 25 % tar-remunerazzjoni għall-perjodu kollu tal-użufrutt speċifikat fit-Taqsima 2(1) u (2), soġġett għall-indiċizzar għas-sena li tippreċedi s-sena li fiha l-kuntratt ġie tterminat. |
|
3. |
Jekk id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji idewwem il-ħlas tar-remunerazzjoni b’aktar minn sebat ijiem b’rabta mal-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 6(1) jew (2), it-Teżor tal-Istat għandu jitlob lid-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji biex iħallas ir-remunerazzjoni pendenti fi żmien sebat ijiem minn meta tasal it-talba, u jekk dan ma jseħħx il-ftehim jiġi tterminat b’effett immedjat. |
|
4. |
It-Teżor tal-Istat jista’ jittermina l-ftehim fl-intier tiegħu jew parzjalment billi jagħti avviż ta’ 30 jum, effettiv fit-tmiem tax-xahar tal-kalendarju, jekk id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji ma jinfurmax lit-Teżor tal-Istat dwar iċ-ċirkostanzi msemmija fit-Taqsima 3(2) fi żmien 30 jum minn meta dawn iseħħu. |
|
5. |
Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jkun marbut bil-Ftehim sad-data li fiha l-konċessjoni tiġi tterminata u ma jistax jittermina l-ftehim. |
|
6. |
Il-Ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx it-terminazzjoni ma tkunx valida. |
|
7. |
Il-Partijiet jaqblu li jekk it-Teżor tal-Istat jittermina l-ftehim, ir-remunerazzjoni mħallsa għad-drittijiet użufruttwarji minerarji, imsemmija fis-sezzjoni 6(1), ma għandhiex tiġi rimborżata. |
|
8. |
It-Teżor tal-Istat jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens li jaqbeż l-ammont ta’ penali kuntrattwali f’termini ġenerali jekk l-ammont ta’ ħsara mġarrab mit-Teżor tal-Istat jeċċedi l-penali kuntrattwali. |
Taqsima 10
F’każ ta’ force majeure, il-partijiet għandhom immedjatament jagħmlu kull sforz biex jaqblu fuq modalità ta’ azzjoni. “Force majeure” għandha tinftiehem bħala avveniment mhux mistenni li jaffettwa direttament lid-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji, li jimpedixxi t-twettiq tal-attivitajiet marbuta mal-ftehim u li ma jistax jitbassar jew jiġi evitat.
Taqsima 11
Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jista’ japplika għall-estensjoni tal-ftehim, fl-intier tiegħu jew parzjalment, bil-miktub, taħt piena ta’ nullità.
Taqsima 12
Jekk il-ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji ma għandux ikun intitolat li jressaq kwalunkwe pretensjoni kontra t-Teżor tal-Istat għal żieda fil-valur tas-suġġett tad-drittijiet użufruttwarji minerarji.
Taqsima 13
Kwalunkwe tilwim li jirriżulta minn dan il-ftehim għandu jiġi riżolt permezz tal-qorti komuni li għandha ġuriżdizzjoni fuq is-sede tat-Teżor tal-Istat.
Taqsima 14
Fi kwistjonijiet li mhumiex irregolati mill-ftehim, għandhom japplikaw l-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja u l-Kodiċi Ċivili, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-lokazzjoni.
Taqsima 15
Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jġorr l-ispejjeż tal-konklużjoni tal-Ftehim.
Taqsima 16
Emendi għall-ftehim għamdhom isiru bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx ma jkunux validi.
Taqsima 17
Il-ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja għad-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji u żewġ kopji għall-Ministru tal-Ambjent).
It-Teżor tal-Istat
Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
23.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 227/24 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7919 — Sanofi/Boehringer Ingelheim Consumer Healthcare Business)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 227/07)
|
1. |
Fil-15 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Sanofi (Sanofi, Franza) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tan-negozju fil-kura tas-saħħa tal-konsumaturi ta’ Boehringer Ingelheim (BI CHC, il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Sanofi: attiva fir-riċerka, l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti tal-kura tas-saħħa, fosthom prodotti farmaċewtiċi, vaċċini għan-nies u kura tas-saħħa tal-annimali madwar id-dinja, — għal BI CHC: attiva mad-dinja kollha fir-riċerka, l-iżvilupp, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-bniedem għall-konsumaturi — u bl-eċċezzjoni ta’ ftit prodotti bir-riċetta — prinċipalment fil-qasam tat-trattamenti gastro-intestinali, prodotti għas-sogħla u rjiħat, prodotti għall-uġigħ ġenerali u VMS (vitamini, minerali u supplimenti għall-benesseri). |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jaf ikollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tl-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7919 — Sanofi/Boehringer Ingelheim Consumer Healthcare Business, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet).
|
23.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 227/25 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7883 — NPM Capital/Thijs Hendrix Beheer/Hendrix Genetics)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(2016/C 227/08)
|
1. |
Fl-14 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi NPM Capital NV (“NPM”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Thijs Hendrix Beheer BV (“THB”, il-Pajjiżi l-Baxxi) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikoli 3(1) (b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Hendrix Genetics BV (“Hendrix”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz ta’ kuntratt. Attwalment Hendrix hija kkontrollata biss minn THB. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Għal NPM: kumpanija ta’ investiment, b’investimenti f’diversi setturi, bħal materjali tal-bini, prodotti tal-konsumaturi, kura tas-saħħa, kummerċ elettroniku, servizzi industrijali u l-bejgħ bl-imnut. NPM hija sussidjarja proprjetà kollha kemm hi ta’ SHV Holdings NV li hija kumpanija Olandiża tal-investiment b’investimenti f’diversi setturi tal-ekonomija, fosthom fil-produzzjoni tal-għalf tal-annimali u l-ipproċessar u l-bejgħ ta’ tjur u laħam tal-majjal, — Għal UTC: kumpanija azzjonarja li hija l-azzjonista maġġoritarju ta’ Hendrix. THB hija wkoll attiva f’servizzi rikreattivi; — Għal Hendrix: it-tnissil u t-tkattir tal-annimali, b’mod partikolari (i) majjali, (ii) tjur, bħall-flieles ta’ ġurnata, u (iii) ħut. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta bin-numru ta’ referenza M.7883 — NPM Capital/Thijs Hendrix Beheer/Hendrix Genetics, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
23.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 227/26 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7971 — Goldman Sachs/Deutsche Bank/NBGI assets)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 227/09)
|
1. |
Fis-16 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha fondi ġestiti minn Goldman Sachs Asset Management, L.P (“GSAM Funds”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u fondi ġestiti minn Deutsche Alternattive Asset Management (Global) Limited (“DAAM”, il-Ġermanja), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt fuq l-interessi miżmuma mill-Bank of Greece S.A. fi 11-il fond fir-Renju Unit u Guersney (il-“Mira”). |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — GSAM: forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza dwar investiment u ġestjoni tal-assi, mad-dinja kollha, — DAAM: servizzi ta’ ġestjoni ta’ investimenti u ta’ ġestjoni ta’ fondi, mad-dinja kollha, — il-Mira: fondi ta’ ekwità privata b’interessi f’diversi kumpaniji ta’ portafoll, primarjament attivi fil-qasam tal-kura tas-saħħa, l-ikel u x-xorb, l-industrija, is-servizzi u l-proprjetà immobbli, fil-Punent u fix-Xlokk tal-Ewropa u fl-Ewropa Ċentrali kif ukoll it-Turkija. Il-fondi ta’ ekwità huma NBGI SEE Energy Fund L.P., NBGI SEEReal Estate Fund L.P., NBG Technology L.P., NBGI Technology Fund II L.P., NBG South Eastern Europe Fund L.P., NBGI SEE Development Capital Fund L.P., NBGI Turkish Private Equity Fund L.P., NBGI Private Equity France Fund L.P., NBG Private Equity Fund L.P. u NBGI Private Equity (Tranche II) L.P., NBGI Private Equity Fund II L.P. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7971 — Goldman Sachs/Deutsche Bank/NBGI assets, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
23.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 227/27 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8075 — Partners Group/Infrared Capital Partners/Merkur Offshore)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 227/10)
|
1. |
Fil-15 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Partners Group (Guernsey) Limited (“PG”, Channel Islands) u Infrared Capital Partners Limited (“IRCP”, ir-Renju Unit) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Merkur Offshore GmbH (“Merkur”, Ġermanja), permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8075 — Partners Group/Infrared Capital Partners/Merkur Offshore, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.