ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 211

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
13 ta' Ġunju 2016


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 211/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2016/C 211/02

Kawża C-200/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ April 2016 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Bank Saderat Iran, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Islamika tal-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ bank Iranjan — Obbligu ta’ motivazzjoni — Proċedura ta’ adozzjoni tal-att — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

2

2016/C 211/03

Kawża C-366/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Profit Investment SIM SpA, fi stralċ vs Stefano Ossi et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Kunċett ta’ ġudizzji irrikonċiljabbli — Azzjonijiet li ma għandhomx l-istess suġġett, imressqa kontra diversi konvenuti ddomiċiljati f’diversi Stati Membri — Kundizzjonijiet għall-estensjoni tal-ġurisdizzjoni — Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni — Kunċett ta’ materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt — Verifika tal-assenza ta’ rabta kuntrattwali valida)

3

2016/C 211/04

Kawża C-689/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Giustizia amministrativa per la Regione siciliana – l-Italja) – Puligienica Facility Esco SpA (PFE) vs Airgest SpA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Direttiva 89/665/KEE — Artikolu 1(1) u (3) — Proċeduri ta’ reviżjoni — Rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku ppreżentat minn offerent li l-offerta tiegħu ma ntgħażlitx — Azzjoni inċidentali tal-offerent rebbieħ — Regola ġurisprudenzjali nazzjonali li timponi li l-azzjoni inċidentali tiġi eżaminata minn qabel u, jekk din tkun fondata, l-azzjoni prinċipali tiġi ddikjarata inammissibbli, mingħajr eżami dwar il-mertu — Kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni — Artikolu 267 TFUE — Prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni — Prinċipju tad-dritt stabbilit b’deċiżjoni tas-seduta plenarja tal-qorti amministrattiva suprema ta’ Stat Membru — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi n-natura vinkolanti ta’ din id-deċiżjoni għall-awli ta’ din il-qorti — Obbligu tal-awla adita bi kwistjoni li taqa’ taħt id-dritt tal-Unjoni, fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil mad-deċiżjoni tas-seduta plenarja, li din il-kwistjoni tintbagħat lura lilha — Fakultà jew obbligu tal-awla li tadixxi, b’mod preliminari, lill-Qorti tal-Ġustizzja)

4

2016/C 211/05

Kawża C-131/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Malvino Cervati, Società Malvi Sas di Cervati Malvino vs Agenzia delle Dogane, Agenzia delle Dogane – Ufficio delle Dogane di Livorno Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Regolament (KE) Nru 565/2002 — Artikolu 3(3) — Kwota tariffarja — Tewm li joriġina mill-Arġentina — Ċertifikati ta’ importazzjoni — Natura mhux trasferibbli tad-drittijiet li jirriżultaw miċ-ċertifikati ta’ importazzjoni — Evitar — Abbuż ta’ dritt — Kundizzjonijiet — Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Artikolu 4(3)

5

2016/C 211/06

Kawżi Magħquda C-186/14 P u C-193/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ April 2016 – ArcelorMittal Tubular Products Ostrava a.s. et vs Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana et (Appell — Dumping — Regolament (KE) Nru 384/96 — Artikolu 3(5), (7) u (9) — Artikolu 6(1) — Regolament (KE) Nru 926/2009 — Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw miċ-Ċina — Dazju antidumping definittiv — Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ theddida ta’ ħsara — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ informazzjoni ta’ wara l-perijodu ta’ investigazzjoni)

6

2016/C 211/07

Kawża C-294/14: _Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – ADM Hamburg AG vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali u Tariffa Doganali Komuni — Kodiċi Doganali Komunitarju — Preferenzi tariffarji — Regolament (KEE) Nru 2454/93 — Artikolu 74(1) — Prodotti li joriġinaw minn pajjiż benefiċjarju — Trasport — Kunsinni komposti minn taħlita ta’ żejt taż-żerriegħa tal-palm mhux raffinat li joriġina minn diversi pajjiżi li jibbenefikaw mill-istess tariffa preferenzjali)

7

2016/C 211/08

Kawża C-315/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Marchon Germany GmbH vs Yvonne Karaszkiewicz (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Aġenti kummerċjali indipendenti — Direttiva 86/653/KEE — Artikolu 17(2) — Indennizz tal-klijentela — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dħul ta’ klijenti ġodda — Kunċett ta’ klijenti ġodda — Klijenti tal-prinċipal li jixtru għall-ewwel darba l-merkanzija li t-tmexxija tagħha ġiet fdata lill-aġenti kummerċjali)

8

2016/C 211/09

Kawża C-324/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajowa Izba Odwoławcza – il-Polonja) – Partner Apelski Dariusz vs Zarząd Oczyszczania Miasta (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Kapaċitajiet tekniċi u/jew professjonali tal-operaturi ekonomiċi — Artikolu 48(3) — Possibbiltà li wieħed jinvoka l-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra — Kundizzjonijiet u modalitajiet — Natura tar-rabtiet eżistenti bejn l-offerent u l-entitajiet l-oħra — Modifika tal-offerta — Annullament u repetizzjoni ta’ rkant elettroniku — Direttiva 2014/24/UE)

8

2016/C 211/10

Kawża C-377/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský soud v Praze – ir-Repubblika Ċeka) – Ernst Georg Radlinger, Helena Radlingerová vs FINWAY a.s. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Artikolu 7 — Regoli nazzjonali li jirregolaw il-proċeduri ta’ insolvenza — Djun li joriġinaw minn ftehim ta’ kreditu lill-konsumatur — Azzjoni ġudizzjarja effettiva — Punt 1(e) tal-anness — Karattru mhux proporzjonat tal-ammont tal-kumpens — Direttiva 2008/48/KE — Artikolu 3(l) — Ammont totali tal-kreditu — Punt I tal-Anness I — Ammont tal-ġbid ta’ kreditu — Kalkolu tar-rata perċentwali annwali globali — Artikolu 10(2) — Obbligu ta’ informazzjoni — Eżami ex officio — Sanzjoni)

10

2016/C 211/11

Kawżi magħquda C-381/14 u C-385/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ April 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil, Juzgado de lo Mercantil no9 de Barcelona – Spanja) – Jorge Sales Sinués vs Caixabank SA (C-381/14), u Youssouf Drame Ba vs Catalunya Caixa SA (Catalunya Banc SA) (C-385/14) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Kuntratti konklużi bejn negozjanti u konsumaturi — Kuntratti ipotekarji — Klawżola ta’ rata minima — Eżaminazzjoni tal-klawżola għall-finijiet ta’ invalidazzjoni — Proċedura kollettiva — Mandat ta’ inibizzjoni — Sospensjoni tal-proċedura individwali li għandha l-istess suġġett)

11

2016/C 211/12

Kawża C-397/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – Polkomtel sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/22/KE — Artikolu 28 — Numri mhux ġeografiċi — Aċċess tal-utenti finali residenti fl-Istat Membru tal-operatur għas-servizzi li jużaw numri mhux ġeografiċi — Direttiva 2002/19/KE — Artikoli 5, 8 u 13 — Setgħat u responsabbiltajiet ta’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’dak li jirrigwarda l-aċċess u l-interkonnessjoni — Impożizzjoni, modifika jew tneħħija ta’ obbligi — Impożizzjoni ta’ obbligi fuq impriżi li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti finali — Kontroll tal-prezzijiet — Impriża li ma għandhiex saħħa sinjifikattiva fis-suq — Direttiva 2002/21/KE — Riżoluzzjoni ta’ tilwim bejn impriżi — Deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ kooperazzjoni u l-modalitajiet tal-impożizzjoni ta’ tariffi għas-servizzi bejn impriżi)

11

2016/C 211/13

Kawża C-441/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret – id-Danimarka) – Dansk Industri (DI), li qed taġixxi għal Ajos A/S vs Sucession Karsten Eigil Rasmussen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Direttiva 2000/78/KE — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tmur kontra direttiva — Possibbiltà għal individwu li jikkontesta r-responsabbiltà tal-Istat għal ksur tad-dritt tal-Unjoni — Tilwima bejn individwi — Bilanċ ta’ diversi drittijiet u prinċipji — Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Rwol tal-qorti nazzjonali)

12

2016/C 211/14

Kawża C-460/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Johannes Evert Antonius Massar vs DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali — Direttiva 87/344/KEE — Artikolu 4(1) — Libertà ta’ għażla tal-avukat mill-persuna assigurata — Proċedura ġudizzjarja jew amministrattiva — Kunċett — Awtorizzazzjoni mogħtija minn organu pubbliku lil persuna li timpjega fid-dawl tax-xoljiment ta’ kuntratt tax-xogħol)

13

2016/C 211/15

Kawża C-483/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – KA Finanz AG vs Sparkassen Versicherung AG Vienna Insurance Group (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Konvenzjoni ta’ Ruma — Liġi applikabbli — Amalgamazzjoni transkonfinali — Direttiva 78/855/KEE — Direttiva 2005/56/KE — Amalgamazzjoni permezz ta’ akkwist — Protezzjoni tal-kredituri — Trasferiment tal-attiv u l-passiv kollu tal-kumpannija li tiġi akkwistata lill-kumpannija li takkwista)

14

2016/C 211/16

Kawża C-522/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Sparkasse Allgäu vs Finanzamt Kempten (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà ta’ stabbiliment — Artikolu 49 TFUE — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tobbliga lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jinformaw lill-awtoritajiet fiskali dwar l-attiv ta’ klijenti de cujus, għal għanijiet tal-ġbir tat-taxxa tas-suċċessjoni — Applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni għall-friegħi stabbiliti fi Stat Membru ieħor fejn is-sigriet bankarju jipprekludi, fil-prinċipju, tali komunikazzjoni)

14

2016/C 211/17

Kawża C-546/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Udine – l-Italja) – kawża mressqa minn Degano Trasporti Sas di Ferrucio Degano & C., fi stralċ (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — VAT — Artikolu 4(3) TUE — Direttiva 2006/112/KE — Insolvenza — Proċedura ta’ arranġament mal-kredituri — Ħlas parzjali tad-dejn tal-VAT)

15

2016/C 211/18

Kawża C-556/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ April 2016 – Holcim (Romania) SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Ambjent — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea — Direttiva 2003/87/KE — Artikoli 19 u 20 — Regolament (KE) Nru 2216/2004 — Artikolu 10 — Sistema ta’ reġistri għal tranżazzjonijiet dwar kwoti ta’ emissjonijiet — Responsabbiltà għal nuqqas — Rifjut tal-Kummissjoni li tiżvela informazzjoni u li tipprekludi kull tranżazzjoni li tikkonċerna kwoti ta’ emissjonijiet misruqa — Responsabbiltà mingħajr nuqqas”

16

2016/C 211/19

Kawża C-558/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco – Spanja) – Mimoun Khachab vs Subdelegación del Gobierno en Álava (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/86/KE — Artikolu 7(1)(ċ) — Riunifikazzjoni tal-familja — Rekwiżiti għall-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja — Riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti evalwazzjoni prospettiva tal-probabbiltà li l-isponsor iżomm ir-riżorsi tiegħu — Kompatibbiltà)

16

2016/C 211/20

Kawża C-561/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Caner Genc vs Integrationsministeriet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Deċiżjoni Nru 1/80 — Artikolu 13 — Klawżola ta’ Standstill — Riunifikazzjoni tal-familja — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi kundizzjonijiet ġodda iktar restrittivi fil-qasam tar-riunifikazzjoni tal-familja għal membri tal-familja mhux ekonomikament attivi ta’ ċittadini Torok ekonomikament attivi li jirrisjedu u li għandhom dritt ta’ residenza fl-Istat Membru inkwistjoni — Kundizzjoni ta’ rabta suffiċjenti li tippermetti integrazzjoni b’suċċess)

17

2016/C 211/21

Kawża C-572/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – L-Awstrija) – Austro-Mechana Gesellschaft zur Wahrnehmung mechanisch-musikalischer Urheberrechte Gesellschaft mbH vs Amazon EU Sàrl, Amazon Services Europe Sàrl, Amazon.de GmbH, Amazon Logistik GmbH, Amazon Media Sàrl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali — Artikolu 5(3) — Kunċett ta’ delitt jew kważi delitt — Direttiva 2001/29/KE — Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Artikolu 5(2)(b) — Dritt ta’ riproduzzjoni — Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet — Riproduzzjoni għal użu privat — Kumpens ġust — Nuqqas ta’ ħlas — Inklużjoni eventwali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001)

18

2016/C 211/22

Kawża C-5/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – AK (*1) vs Achmea Schadeverzekeringen NV, Stichting Achmea Rechtsbijstand (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali — Direttiva 87/344/KEE — Artikolu 4(1) — Libertà ta’ għażla tal-avukat mill-persuna assigurata — Proċedura ġudizzjarja jew amministrattiva — Kunċett — Ilment kontra rifjut ta’ awtorizzazzjoni ta’ kura)

18

2016/C 211/23

Kawża C-100/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ April 2016 – Netherlands Maritima Technology Association vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja (Appell — Għajnuna mill-Istat — Sistema ta’ deprezzament antiċipat tal-ispejjeż ta’ ċerti assi miksuba permezz ta’ lokazzjoni finanzjarja — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Natura insuffiċjenti u inkompleta tal-investigazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Selettività)

19

2016/C 211/24

Kawża C-193/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ April 2016 – Tarif Akhras vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Għarbija tas-Sirja — Miżuri indirizzati kontra persuni u entitajiet li jibbenefikaw mill-politika mħaddna mir-reġim jew li jappoġġawh — Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni fil-listi — Sensiela ta’ indizji — Żnaturament tal-provi)

20

2016/C 211/25

Kawża C-266/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ April 2016 – Central Bank of Iran vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran — Lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi — Kriterju bbażat fuq appoġġ materjali, loġistiku jew finanzjarju lill-Gvern tal-Iran — Servizzi finanzjarji ta’ bank ċentrali)

20

2016/C 211/26

Kawża C-284/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Bruxelles – il-Belġju) – Office national de l’emploi (ONEm) vs M, M vs Office national de l’emploi (ONEm), Caisse auxiliaire de paiement des allocations de chômage (CAPAC) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 45 TFUE u 48 TFUE — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 15(2) — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikolu 67(3) — Sigurtà soċjali — Allowance tal-qgħad intiża sabiex tissupplimenta d-dħul minn impjieg part-time — Għoti ta’ dan il-benefiċċju — Twettiq ta’ perijodi ta’ impjieg — Aggregazzjoni tal-perijodi ta’ assigurazzjoni jew ta’ impjieg — Teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ assigurazzjoni jew ta’ impjieg imwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor)

21

2016/C 211/27

Kawżi magħquda C-404/15 u C-659/15 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-5 ta’ April 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen – il-Ġermanja) – Eżekuzzjoni ta’ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra Pál Aranyosi (C-404/15), Robert Căldăraru (C-659/15 PPU) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI — Mandat ta’ arrest Ewropew — Motivi għal rifjut ta’ eżekuzzjoni — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 4 — Projbizzjoni ta’ trattament inuman jew degradanti — Kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fl-Stat Membru emittenti)

21

2016/C 211/28

Kawża C-84/16: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2016 minn Continental Reifen Deutschland GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-8 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża T-525/14 – Compagnie générale des établissements Michelin vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

22

2016/C 211/29

Kawża C-106/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (Il-Polonja) fit-22 ta’ Frar 2016 – Polbud – Wykonawstwo sp. z o.o.

23

2016/C 211/30

Kawża C-113/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (L-Ungerija) fis-26 ta’ Frar 2016 – Günter Horváth vs Vas Megyei Kormányhivatal

24

2016/C 211/31

Kawża C-114/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fis-26 ta’ Frar 2016 – Damien Zöldség, Gyümölcs Kereskedelmi és Tanácsadó Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

25

2016/C 211/32

Kawża C-129/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szolnoki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-1 ta’ Marzu 2016 – Túrkevei Tejtermelő Kft. vs Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség

25

2016/C 211/33

Kawża C-131/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajowa Izba Odwoławcza (il-Polonja) fl-1 ta’ Marzu 2016 – Archus sp. z o.o., Gama Jacek Lipik vs Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo S.A.

26

2016/C 211/34

Kawża C-135/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Marzu 2016 – Georgsmarienhütte GmbH et vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

27

2016/C 211/35

Kawża C-144/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Setúbal (il-Portugall) fl-14 ta’ Marzu 2016 – Município de Palmela vs ASAE – Divisão de Gestão de Contraordenações

27

2016/C 211/36

Kawża C-147/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vredegerecht te Antwerpen (il-Belġju) fl-14 ta’ Marzu 2016 – Karel de Grote – Hogeschool Katholieke Hogeschool Antwerpen VZW vs Susan Romy Jozef Kuijpers

28

2016/C 211/37

Kawża C-156/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Marzu 2016 – Tigers GmbH vs Hauptzollamt Landshut

29

2016/C 211/38

Kawża C-158/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo no1 de Oviedo (Spanja) fis-16 ta’ Marzu 2016 – Margarita Isabel Vega González vs Consejería de Hacienda y Sector Público de la Administración del Principado de Asturias

30

2016/C 211/39

Kawża C-163/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-21 ta’ Marzu 2016 – Christian Louboutin, Christian Louboutin SAS vs Van Haren Schoenen BV

30

2016/C 211/40

Kawża C-172/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgerichts Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Marzu 2016 – Ljiljana Kammerer, Frank Kammerer vs Swiss International Air Lines AG

31

2016/C 211/41

Kawża C-173/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fid-29 ta’ Marzu 2016 – M.H. vs M.H.

31

2016/C 211/42

Kawża C-183/16 P: Appell ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2016 minn Tilly-Sabco mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-14 ta’ Jannar 2016 fil-Kawża T-397/13, Tilly-Sabco vs Il-Kummissjoni

32

2016/C 211/43

Kawża C-184/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Dioikitiko Protodikeio Thessalonikis (il-Greċja) fl-1 ta’ April 2016 – Ovidiu-Mihaita Petrea vs Ypourgos Esoterikon kai Dioikitikis Anasygrotisis

33

2016/C 211/44

Kawża C-189/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fl-4 ta’ April 2016 – Boguslawa Zaniewicz-Dybeck vs Pensionsmyndigheten

34

2016/C 211/45

Kawża C-194/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fis-7 ta’ April 2016 – Bolagsupplysningen OÜ, Ingrid Ilsjan vs Svensk Handel AB

35

2016/C 211/46

Kawża C-199/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fil-11 ta’ April 2016 – État belge vs Max-Manuel Nianga

36

2016/C 211/47

Kawża C-200/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fit-12 ta’ April 2016 – Securitas – Serviços e Tecnologia de Segurança SA vs ICTS Portugal – Consultadoria de Aviação Comercial SA et

36

2016/C 211/48

Kawża C-203/16 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ April 2016 minn Dirk Andres (likwidatur tal-assi ta’ Heitkamp BauHolding GmbH), li kienet Heitkamp BauHolding GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-4 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-287/11 – Heitkamp BauHolding GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

37

2016/C 211/49

Kawża C-208/16 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2016 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-4 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-287/11, Heitkamp BauHolding GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

38

2016/C 211/50

Kawża C-228/16 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ April 2016 mid-Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-639/16, Dimosia Epicheirisi Ilektrismou A.E. (DEI) vs Il-Kummissjoni Ewropea

39

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 211/51

Kawża T-221/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2016 – Strack vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nruo1049/2001 — Dokumenti marbuta ma’ fajl ta’ investigazzjoni tal-OLAF — Rikors għal annullament — Rifjuti impliċiti u espliċiti ta’ aċċess — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

41

2016/C 211/52

Kawża T-556/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 – European Dynamics Luxembourg et vs EUIPO (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Żvilupp ta’ softwer u servizzi ta’ manutenzjoni — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Klassifikazzjoni ta’ offerenti fi proċedura ta’ kaskata — Raġunijiet għall-esklużjoni — Kunflitt ta’ interessi — Ugwaljanza fit-trattament — Dmir ta’ diliġenza — Kriterji ta’ għoti — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Telf ta’ opportunità)

42

2016/C 211/53

Kawża T-316/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 – Pappalardo et vs Il-Kummissjoni (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Sajd — Konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd — Kostituzzjonimill-ġdid tal-istokkijiet ta’ tonn — Miżuri ta’ emerġenza li jipprojbixxu s-sajd permezz tal-bastimenti bil-purse seines — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi)

43

2016/C 211/54

Kawża T-154/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 – ANKO vs Il-Kummissjoni [Klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) — Proġetti Perform u Oasis — Spejjeż eliġibbli — Rimbors tas-somom imħallsa — Kontrotalba — Interessi moratorji]

44

2016/C 211/55

Kawża T-155/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 – ANKO vs Il-Kummissjoni [“Klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2002-2006) — Proġetti Persona u Terregov — Spejjeż eliġibbli — Rimbors ta’ ammonti mħallsa — Kontrotalba — Interessi moratorji]

44

2016/C 211/56

Kawża T-267/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2016 – Zehnder Group International vs EUIPO – Stiebel Eltron (comfotherm) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali comfotherm — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KOMFOTHERM — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti — Pubbliku rilevanti — Interdipendenza tal-kriterji)

45

2016/C 211/57

Kawża T-463/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 – Österreichische Post vs Il Kummissjoni (Direttiva 2004/17/KE — Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali — Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li teżenta ċertu servizzi fis-settur postali fl-Awstrija mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17 — Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

46

2016/C 211/58

Kawża T-777/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2016 – Fon Wireless vs EUIPO – Henniger (Neofon) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Neofon — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FON — Raġuni assoluta ta’ rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

47

2016/C 211/59

Kawża T-803/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2016 – Gervais Danone vs EUIPO – Mahou (B’lue) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva B’lue — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti BLU DE SAN MIGUEL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

47

2016/C 211/60

Kawża T-21/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2016 – Franmax vs EUIPO – Ehrmann (Dino) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Dino — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti li tirrappreżenta dinosawru — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

48

2016/C 211/61

Kawża T-52/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2016 – Sharif University of Technology vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi diretti kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Appoġġ lill-Gvern Iranjan — Attivitajiet ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku fil-qasam militari jew f’oqsma marbuta miegħu — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Żball ta’ liġi u żball ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-proprjetà — Proporzjonalità — Użu ħażin ta’ poter — Talba għad-danni)

49

2016/C 211/62

Kawża T-54/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2016 – Jääkiekon SM-liiga vs EUIPO (Liiga) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Liiga — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

49

2016/C 211/63

Kawża T-89/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 – Niagara Bottling vs EUIPO (NIAGARA) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Trade mark verbali NIAGARA — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

50

2016/C 211/64

Kawża T-144/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2016 – L’Oréal vs EUIPO – Theralab (VICHY LABORATOIRES V IDÉALIA) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva VICHY LABORATOIRES V IDÉALIA — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti IDEALINA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

51

2016/C 211/65

Kawża T-539/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ April 2016 – Inclusion Alliance for Europe vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) — Proġetti MARE, Senior u ECRN — Irkupru ta’ parti mill-għajnuna finanzjarja mħallsa — Deċiżjoni li tagħti titolu eżekuttiv — Natura tal-motivi invokati — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

51

2016/C 211/66

Kawża T-83/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2016 – Banca Monte dei Paschi di Siena u Banca Widiba vs EUIPO – ING-DIBa (WIDIBA)

52

2016/C 211/67

Kawża T-84/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2016 – Banca Monte dei Paschi di Siena u Banca Widiba vs EUIPO – ING-DIBa (widiba)

53

2016/C 211/68

Kawża T-115/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Sandvik Intellectual Proġperty vs EUIPO – Unipapel (ADVEON)

54

2016/C 211/69

Kawża T-142/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2016 – Dröge et vs Il-Kummissjoni

55

2016/C 211/70

Kawża T-149/16: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2016 – Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs Il-Kummissjoni

56

2016/C 211/71

Kawża T-150/16: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2016 – Ecolab USA vs EUIPO (ECOLAB)

57

2016/C 211/72

Kawża T-152/16: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2016 – Megasol Energie vs Il-Kummissjoni

58

2016/C 211/73

Kawża T-155/16: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2016 – CFA Institute vs EUIPO – Bloss u Oħrajn (CERTIFIED FINANCIAL ENGINEER CFE)

59

2016/C 211/74

Kawża T-156/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2016 – CFA Institute vs EUIPO – Ernst and Häcker (CERTIFIED FINANCIAL MODELER CFM)

60

2016/C 211/75

Kawża T-159/16: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2016 – Metronia vs EUIPO – Zitro IP (TRIPLE O NADA)

61

2016/C 211/76

Kawża T-172/16: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2016 – Centro Clinico e Diagnostico G.B. Morgagni vs Il-Kummissjoni

61

2016/C 211/77

Kawża T-174/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2016 – Wessel-Werk vs EUIPO – Wolf PVG (aċċessorji tat-tindif ta’ magna li tiġbed it-trab)

62

2016/C 211/78

Kawża T-175/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2016 – Wessel-Werk vs EUIPO – Wolf PVG (aċċessorji tat-tindif ta’ magna li tiġbed it-trab)

63

2016/C 211/79

Kawża T-177/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2016 – Mema vs CPVO (Braeburn 78 [11078])

64

2016/C 211/80

Kawża T-178/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2016 – Policolor vs EUIPO – CWS-Lackfabrik Conrad W. Schmidt (Policolor)

65

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2016/C 211/81

Kawża F-141/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

66

2016/C 211/82

Kawża F-101/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-26 ta’ April 2016 – Claus vs Il-Kummissjoni

66


 


MT

 

Għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità, xi informazzjoni li tinsab f’din il-ħarġa ma tistax tibqa’ tiġi żvelata, u għalhekk ġiet ippubblikata verżjoni awtentika ġdida.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 211/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 200, 6.6.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 191, 30.5.2016

ĠU C 175, 17.5.2016

ĠU C 165, 10.5.2016

ĠU C 156, 2.5.2016

ĠU C 145, 25.4.2016

ĠU C 136, 18.4.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ April 2016 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Bank Saderat Iran, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-200/13 P) (1)

((Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Islamika tal-Iran - Iffriżar ta’ fondi ta’ bank Iranjan - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proċedura ta’ adozzjoni tal-att - Żball manifest ta’ evalwazzjoni))

(2016/C 211/02)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u M. Bishop, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Bank Saderat Iran (rappreżentanti: D. Wyatt, QC, R . Blakeley, barrister, S. Jeffrey, S. Ashley u A. Irvine, solicitors), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gauci u M. Konstantinidis, aġenti)

Partijiet intervenjenti in sostenn tal-partijiet rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: L. Christie, S. Behzadi-Spencer, aġenti, assistiti minn S. Lee, barrister)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

L-appell inċidentali huwa miċħud.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn Bank Saderat Iran fiż-żewġ istanzi, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż relatati mal-appell inċidentali.

4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn Bank Saderat Iran fiż-żewġ istanzi, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż relatati mal-appell inċidentali.

5)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u Il-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom fiż-żewġ istanzi.


(1)  ĠU C 171, 15.6.2013


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Profit Investment SIM SpA, fi stralċ vs Stefano Ossi et

(Kawża C-366/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kunċett ta’ “ġudizzji irrikonċiljabbli” - Azzjonijiet li ma għandhomx l-istess suġġett, imressqa kontra diversi konvenuti ddomiċiljati f’diversi Stati Membri - Kundizzjonijiet għall-estensjoni tal-ġurisdizzjoni - Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni - Kunċett ta’ “materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt” - Verifika tal-assenza ta’ rabta kuntrattwali valida))

(2016/C 211/03)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Profit Investment SIM SpA, fi stralċ

Konvenuti: Stefano Ossi, Commerzbank Brand Dresdner Bank AG, Andrea Mirone, Eugenio Magli, Francesco Redi, Profit Holding SpA, fi stralċ, Redi & Partners Ltd, Enrico Fiore, E3 SA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ir-rekwiżit tal-kitba stipulat fl-Artikolu 23(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001, fil-każ li klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni tiġi inkluża fi prospett ta’ ħruġ ta’ titoli ta’ bonds, ikun issodisfatt biss jekk il-kuntratt iffirmat mill-partijiet mal-ħruġ tat-titoli fis-suq primarju jsemmi l-aċċettazzjoni ta’ din il-klawżola jew jinkludi riferiment espress għal dan il-prospett;

klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni li tinsab fi prospett ta’ ħruġ ta’ titoli ta’ bonds redatt mill-persuna li toħroġ dawn it-titoli tista’ tiġi invokata kontra terz li kiseb dawn it-titoli mingħand intermedjarju finanzjarju jekk huwa stabbilit, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, qabelxejn, li din il-klawżola hija valida fir-relazzjoni bejn il-persuna li toħroġ it-titoli u dan l-intermedjarju finanzjarju, sussegwentement, li dan it-terz, billi ssottoskriva fis-suq sekondarju għat-titoli inkwistjoni, issuċċeda lil dan l-intermedjarju fid-drittijiet u fl-obbligi marbuta ma’ dawn it-titoli skont id-dritt nazzjonali applikabbli u, finalment, li t-terz ikkonċernat kellu l-possibbiltà li jieħu konjizzjoni tal-prospett li jinkludi din il-klawżola, u

l-inklużjoni ta’ klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni fi prospett ta’ ħruġ ta’ titoli ta’ bonds tista’ titqies bħala forma aċċettata minn użanza tal-kummerċ internazzjonali, fis-sens tal-Artikolu 23(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001, li tippermetti l-preżunzjoni tal-kunsens ta’ dik il-persuna li fil-konfront tagħha tkun qed tiġi invokata, sakemm dan ikun speċifikament stabbilit, li huwa l-kompitu tal-qorti nazzjonali li tivverifika, minn naħa, li tali aġir huwa segwit b’mod ġenerali u regolari mill-operaturi fis-settur ikkunsidrat waqt il-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ dan it-tip u, min-naħa l-oħra, li preċedentement il-partijiet kellhom relazzjonijiet kummerċjali bejniethom jew ma’ partijiet oħrajn li joperaw fis-settur ikkunsidrat, jew li l-aġir inkwistjoni huwa suffiċjentement magħruf sabiex jitqies li huwa prattika kkonsolidata.

2)

L-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjonijiet intiżi għall-annullament ta’ kuntratt u għar-restituzzjoni tas-somom indebitament imħallsa fuq il-bażi ta’ dan il-kuntratt jaqgħu taħt il-“materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

3)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ żewġ azzjonijiet imressqa kontra diversi konvenuti, li għandhom suġġett u bażi differenti u ma humiex relatati ma’ xulxin b’rabta ta’ sussidjarjetà jew ta’ inkompatibbiltà, ma huwiex suffiċjenti li l-eventwali rikonoxximent tal-fondatezza ta’ waħda minnhom jista’ potenzjalment jaffettwa l-portata tad-dritt li l-protezzjoni tiegħu hija mitluba fil-każ tal-oħra sabiex ikun hemm riskju ta’ deċiżjonijiet irrikonċiljabbli fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 260, 7.9.2013


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Giustizia amministrativa per la Regione siciliana – l-Italja) – Puligienica Facility Esco SpA (PFE) vs Airgest SpA

(Kawża C-689/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Direttiva 89/665/KEE - Artikolu 1(1) u (3) - Proċeduri ta’ reviżjoni - Rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku ppreżentat minn offerent li l-offerta tiegħu ma ntgħażlitx - Azzjoni inċidentali tal-offerent rebbieħ - Regola ġurisprudenzjali nazzjonali li timponi li l-azzjoni inċidentali tiġi eżaminata minn qabel u, jekk din tkun fondata, l-azzjoni prinċipali tiġi ddikjarata inammissibbli, mingħajr eżami dwar il-mertu - Kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni - Artikolu 267 TFUE - Prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni - Prinċipju tad-dritt stabbilit b’deċiżjoni tas-seduta plenarja tal-qorti amministrattiva suprema ta’ Stat Membru - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi n-natura vinkolanti ta’ din id-deċiżjoni għall-awli ta’ din il-qorti - Obbligu tal-awla adita bi kwistjoni li taqa’ taħt id-dritt tal-Unjoni, fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil mad-deċiżjoni tas-seduta plenarja, li din il-kwistjoni tintbagħat lura lilha - Fakultà jew obbligu tal-awla li tadixxi, b’mod preliminari, lill-Qorti tal-Ġustizzja))

(2016/C 211/04)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Giustizia amministrativa per la Regione siciliana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Puligienica Facility Esco SpA (PFE)

Konvenuta: Airgest SpA

fil-preżenza ta’: Gestione Servizi Ambientali Srl (GSA), Zenith Services Group Srl (ZS)

Dispożittiv

1)

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, kif emendata permezz tad-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li rikors prinċipali ppreżentat minn offerent, li għandu interess li jikseb kuntratt partikolari u li sarlu dannu jew ikun jinsab f’riskju li jsirlu dannu permezz ta’ ksur allegat tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi jew tar-regoli li jittrasponu dan id-dritt, u intiż għall-esklużjoni ta’ offerent ieħor, jiġi ddikjarat inammissibbli b’applikazzjoni tar-regoli proċedurali nazzjonali li jipprevedu l-eżami prijoritarju tar-rikors inċidentali ppreżentat minn dan l-offerent l-ieħor.

2)

L-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali sa fejn din hija interpretata fis-sens li, f’dak li jikkonċerna kwistjoni li tirrigwarda l-interpretazzjoni jew il-validità tad-dritt tal-Unjoni, meta awla ta’ qorti li tagħti l-aħħar deċiżjoni ma tkunx taqbel mal-orjentazzjoni ddefinita minn deċiżjoni tas-seduta plenarja ta’ din il-qorti, għandha tibgħat din il-kwistjoni lura lill-imsemmija seduta plenarja u għaldaqstant din ma tistax tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari.

3)

L-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, wara li tirċievi r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għal domanda li tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li hija tkun għamlitilha jew meta l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea diġà tat tweġiba ċara għal din il-kwistjoni, awla ta’ qorti li tagħti l-aħħar deċiżjoni għandha, hija stess, tagħmel dak kollu li huwa neċessarju sabiex din l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni tiġi implementata.


(1)  ĠU C 112, 14.4.2014.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Malvino Cervati, Società Malvi Sas di Cervati Malvino vs Agenzia delle Dogane, Agenzia delle Dogane – Ufficio delle Dogane di Livorno

(Kawża C-131/14) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Regolament (KE) Nru 565/2002 - Artikolu 3(3) - Kwota tariffarja - Tewm li joriġina mill-Arġentina - Ċertifikati ta’ importazzjoni - Natura mhux trasferibbli tad-drittijiet li jirriżultaw miċ-ċertifikati ta’ importazzjoni - Evitar - Abbuż ta’ dritt - Kundizzjonijiet - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Artikolu 4(3))

(2016/C 211/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Malvino Cervati, Società Malvi Sas di Cervati Malvino

Konvenuti: Agenzia delle Dogane, Agenzia delle Dogane – Ufficio delle Dogane di Livorno

Fil-preżenza ta’: Roberto Cervati

Dispożittiv

L-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 565/2002, tat-2 ta’ April 2002, li jistabbilixxi l-metodu għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji u jintroduċi sistema ta’ ċertifikati tal-oriġini għat-tewm importat minn pajjiżi terzi, u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, bħala prinċipju, mekkaniżmu bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tiegħu, wara ordni magħmula minn operatur, importatur tradizzjonali fis-sens tal-ewwel regolament, li jkun eżawrixxa ċ-ċertifikati ta’ importazzjoni b’tariffa preferenzjali tiegħu, lit-tieni operatur, li huwa wkoll ikun importatur tradizzjonali li ma jkollux dawn iċ-ċertifikati,

għal merkanzija li tkun, qabel kollox, mibjugħa, barra mill-Unjoni Ewropea, minn kumpannija relatata ma’ dan it-tieni operatur, lil operatur ieħor, li jkun ikklassifikat bħala importatur ġdid fis-sens tal-imsemmi regolament, u li jkun detentur ta’ tali ċertifikati,

din il-merkanzija tiġi, sussegwentement, irrilaxxata fiċ-ċirkulazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea mit-tielet operatur bit-tariffi doganali preferenzjali, u wara mibjugħa mill-ġdid minn dan it-tielet operatur lit-tieni wieħed, u

fl-aħħar nett, din il-merkanzija tiġi ttrasferita mit-tieni operatur lill-ewwel wieħed, li b’hekk ikun akkwista merkanzija importata fil-kuntest tal-kwoti tariffarji previst minn dan l-istess regolament, minkejja l-fatt li huwa ma jkollux iċ-ċertifikat meħtieġ għal dan il-għan.


(1)  ĠU C 194, 24.06.2014


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ April 2016 – ArcelorMittal Tubular Products Ostrava a.s. et vs Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana et

(Kawżi Magħquda C-186/14 P u C-193/14 P) (1)

((Appell - Dumping - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikolu 3(5), (7) u (9) - Artikolu 6(1) - Regolament (KE) Nru 926/2009 - Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw miċ-Ċina - Dazju antidumping definittiv - Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ theddida ta’ ħsara - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ informazzjoni ta’ wara l-perijodu ta’ investigazzjoni))

(2016/C 211/06)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

(Kawża C-186/14 P)

Appellanti: ArcelorMittal Tubular Products Ostrava a.s., ArcelorMittal Tubular Products Roman SA, Benteler Deutschland GmbH, preċedentement Benteler Stahl/Rohr GmbH, Ovako Tube & Ring AB, Rohrwerk Maxhütte GmbH, Dalmine SpA, Silcotub SA, TMK-Artrom SA, Tubos Reunidos, SA, Vallourec Oil and Gas Franza, preċedentement Vallourec Mannesmann Oil & Gas Franza, Vallourec Tubes Franza, preċedentement V & M Franza, Vallourec Deutschland GmbH, preċedentement V & M Deutschland GmbH, Voestalpine Tubulars GmbH, Železiarne Podbrezová a.s. (rappreżentanti: G. Berrisch, avukat, B. Byrne, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd (rappreżentanti: N. Niejahr, avukat, Q. Azau u H. Wiame, avukati u F. Carlin, Barrister), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn B. O’Connor, Solicitor, S. Gubel, avukat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u M. França, aġenti)

(Kawża C-193/14 P)

Appellanti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn B. O’Connor, solicitor, u S. Gubel, avukat), Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn A. Collabolletta, avvocato dello Stato)

Partijiet oħra fil-proċedura: Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd, (rappreżentanti: F. Carlin, barrister, M. Healy, solicitor, N. Niejahr, avukat, Q. Azau u H. Wiame, avukati), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u M. França, aġenti), ArcelorMittal Tubular Products Ostrava a.s., ArcelorMittal Tubular Products Roman SA, Benteler Deutschland GmbH, preċedentement Benteler Stahl/Rohr GmbH, Ovako Tube & Ring AB, Rohrwerk Maxhütte GmbH, Dalmine SpA, Silcotub SA, TMK-Artrom SA, Tubos Reunidos SA, Vallourec Oil and Gas Franza SAS, preċedentement Vallourec Mannesmann Oil & Gas Franza SAS, Vallourec Tubes Franza SAS, preċedentement V & M Franza SAS, Vallourec Deutschland GmbH, preċedentement V & M Deutschland GmbH, Voestalpine Tubulars GmbH & Co. KG, Železiarne Podbrezová a.s. (rappreżentanti: G. Berrisch, avukat, u B. Byrne, solicitor)

Dispożittiv

1)

L-appelli ppreżentati fil-Kawżi C-186/14 P u C-193/14 P huma miċħuda.

2)

ArcelorMittal Tubular Products Ostrava a.s., ArcelorMittal Tubular Products Roman SA, Benteler Deutschland GmbH, Ovako Tube & Ring AB, Rohrwerk Maxhütte GmbH, Dalmine SpA, Silcotub SA, TMK-Artrom SA, Tubos Reunidos SA, Vallourec Oil and Gas France SAS, Vallourec Tubes France SAS, Vallourec Deutschland GmbH, Voestalpine Tubulars GmbH & Co. KG, Železiarne Podbrezová a.s. u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huma kkundannati għall-ispejjeż.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Taljana għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 212, 7.7.2014.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/7


_Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – ADM Hamburg AG vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt

(Kawża C-294/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali u Tariffa Doganali Komuni - Kodiċi Doganali Komunitarju - Preferenzi tariffarji - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 74(1) - Prodotti li joriġinaw minn pajjiż benefiċjarju - Trasport - Kunsinni komposti minn taħlita ta’ żejt taż-żerriegħa tal-palm mhux raffinat li joriġina minn diversi pajjiżi li jibbenefikaw mill-istess tariffa preferenzjali))

(2016/C 211/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ADM Hamburg AG

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Stadt

Dispożittiv

L-Artikolu 74(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1063/2010, tat-18 ta’ Novembru 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn ikunu ġew ippreżentati ċertifikati ta’ oriġini validi, l-oriġini preferenzjali, fis-sens tas-sistema ġeneralizzata ta’ preferenzi stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 732/2008, ta’ kunsinni ta’ żejt taż-żerriegħa tal-palm mhux raffinat, tista’ tiġi rikonoxxuta anki meta din il-merkanzija tkun tħalltet fit-tank ta’ bastiment matul it-trasport tagħhom lejn l-Unjoni Ewropea, f’ċirkustanzi fejn jista’ jiġi eskluż li prodotti oħra, b’mod partikolari prodotti li ma jibbenefikaw minn ebda skema preferenzjali, ikunu ġew miżjuda f’dan it-tank.


(1)  ĠU C 315, 15.09.2014


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Marchon Germany GmbH vs Yvonne Karaszkiewicz

(Kawża C-315/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Aġenti kummerċjali indipendenti - Direttiva 86/653/KEE - Artikolu 17(2) - Indennizz tal-klijentela - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dħul ta’ klijenti ġodda - Kunċett ta’ “klijenti ġodda” - Klijenti tal-prinċipal li jixtru għall-ewwel darba l-merkanzija li t-tmexxija tagħha ġiet fdata lill-aġenti kummerċjali))

(2016/C 211/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marchon Germany GmbH

Konvenut: Yvonne Karaszkiewicz

Dispożittiv

L-ewwel inċiż Artikolu 17(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE, tat-18 ta’ Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom għandu jiġi interpretat fis-sens li l-klijenti introdotti mill-aġent kummerċjali għall merkanzija li huwa jkun inkarigat li jbigħ mill-prinċipal, għandhom jitqiesu li huma klijenti ġodda, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, u dan, anki jekk dawn il-klijenti jkollhom diġà relazzjonijiet kummerċjali ma’ dan il-prinċipal fuq merkanzija oħra, meta l-bejgħ, minn dan l-aġent, tal-ewwel imsemmija merkanzija jkun jirrikjeda l-istabbiliment ta’ relazzjoni kummerċjali speċifika, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 329, 22.09.2014.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajowa Izba Odwoławcza – il-Polonja) – Partner Apelski Dariusz vs Zarząd Oczyszczania Miasta

(Kawża C-324/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Kapaċitajiet tekniċi u/jew professjonali tal-operaturi ekonomiċi - Artikolu 48(3) - Possibbiltà li wieħed jinvoka l-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra - Kundizzjonijiet u modalitajiet - Natura tar-rabtiet eżistenti bejn l-offerent u l-entitajiet l-oħra - Modifika tal-offerta - Annullament u repetizzjoni ta’ rkant elettroniku - Direttiva 2014/24/UE))

(2016/C 211/09)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Krajowa Izba Odwoławcza

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PARTNER Apelski Dariusz

Konvenuta: Zarząd Oczyszczania Miasta

fil-preżenza ta’: Remondis sp. z o.o., MR Road Service sp. z o.o.

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 47(2) u 48(3) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], moqrija flimkien mal-Artikolu 44(2) ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

huma jirrikonoxxu d-dritt ta’ kull operatur ekonomiku sabiex, għal kuntratt partikolari, jinvoka l-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, irrispettivament min-natura tar-rabtiet li huwa għandu ma’ dawn l-entitajiet, bil-kundizzjoni li huwa jagħti prova lill-awtorità kontraenti li l-kandidat jew l-offerent ser ikollu effettivament għad-dispożizzjoni tiegħu l-mezzi tal-imsemmija entitajiet li huma neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt, u

ma huwiex eskluż li l-eżerċizzju tal-imsemmi dritt jista’ jkun limitat, f’ċirkustanzi partikolari, fid-dawl tas-suġġett tal-kuntratt ikkonċernat kif ukoll tal-għanijiet tiegħu. Dan huwa partikolarment il-każ meta l-kapaċitajiet li jkollha entità terza, u li huma neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt, ma jkunux jistgħu jiġu trażmessi lill-kandidat jew lill-offerent, b’mod li dan tal-aħħar ikun jista’ jinvoka l-imsemmija kapaċitajiet biss jekk din l-entità terza tipparteċipa b’mod dirett u personali fl-eżekuzzjoni tal-imsemmi kuntratt.

2)

L-Artikolu 48(2) u (3) tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward tas-suġġett ta’ kuntratt partikolari kif ukoll fir-rigward tal-għanijiet tiegħu, l-awtorità kontraenti tista, f’ċirkustanzi partikolari, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni korretta ta’ dan il-kuntratt, tindika b’mod espress, fl-avviż ta’ kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, regoli preċiżi li skonthom operatur ekonomiku jista’ jinvoka l-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, sa fejn dawn ir-regoli jkunu marbuta u proporzjonati mas-suġġett u mal-għanijiet tal-imsemmi kuntratt.

3)

Il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni tal-operaturi ekonomiċi, imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, huma jipprekludu li awtorità kontraenti, wara l-ftuħ tal-offerti mitfugħa fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, taċċetta t-talba ta’ operatur ekonomiku, li jkun tefa’ offerta għat-totalità tal-kuntratt inkwistjoni, sabiex l-offerta tiegħu teħodha inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-għoti ta’ ċerti partijiet biss ta’ dan il-kuntratt.

4)

Il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni tal-operaturi ekonomiċi, imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jeżiġu l-annullament u r-repetizzjoni ta’ rkant elettroniku li, għall-parteċipazzjoni fih, operatur ekonomiku li jkun tefa’ offerta ammissibbli ma ġiex mistieden, u dan anki jekk ma jistax jiġi kkonstatat li l-parteċipazzjoni tal-operatur eskluż kienet tibdel ir-riżultat tal-irkant.

5)

F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 48(3) tad-Direttiva 2004/18 ma jistgħux jiġu interpretati fid-dawl ta’ dawk tal-Artikolu 63(1) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18.


(1)  ĠU C 339, 29.9.2014.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský soud v Praze – ir-Repubblika Ċeka) – Ernst Georg Radlinger, Helena Radlingerová vs FINWAY a.s.

(Kawża C-377/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 7 - Regoli nazzjonali li jirregolaw il-proċeduri ta’ insolvenza - Djun li joriġinaw minn ftehim ta’ kreditu lill-konsumatur - Azzjoni ġudizzjarja effettiva - Punt 1(e) tal-anness - Karattru mhux proporzjonat tal-ammont tal-kumpens - Direttiva 2008/48/KE - Artikolu 3(l) - Ammont totali tal-kreditu - Punt I tal-Anness I - Ammont tal-ġbid ta’ kreditu - Kalkolu tar-rata perċentwali annwali globali - Artikolu 10(2) - Obbligu ta’ informazzjoni - Eżami ex officio - Sanzjoni))

(2016/C 211/10)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud v Praze

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ernst Georg Radlinger, Helena Radlingerová

Konvenuta: FINWAY a.s.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni proċedurali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fi proċeduri ta’ insolvenza, minn naħa, ma tippermettix lill-qorti adita b’din il-proċedura li teżamina ex officio l-karattru potenzjalment inġust ta’ klawżoli kuntrattwali li krediti rreġistrati fil-kuntest tal-imsemmija proċedura joriġinaw minnhom, għalkemm din il-qorti jkollha l-punti ta’ liġi u ta’ fatt meħtieġa għal dan il-għan u li, min-naħa l-oħra, tawtorizza lill-imsemmija qorti tipproċedi biss għall-eżami tal-krediti mhux iggarantiti, u dan biss għal numru ta’ ilmenti limitati għall-preskrizzjoni jew għall-estinzjoni tagħhom.

2)

L-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq qorti nazzjonali, adita b’tilwima dwar krediti li joriġinaw minn ftehim ta’ kreditu fis-sens ta’ din id-direttiva, l-obbligu li teżamina ex officio l-osservanza tal-obbligu ta’ informazzjoni previst f’din id-dispożizzjoni u li tieħu l-konsegwenzi kollha li jirriżultaw fid-dritt nazzjonali għal ksur ta’ dan l-obbligu, sakemm is-sanzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 23 tal-imsemmija direttiva.

3)

L-Artikoli 3(l) u 10(2) tad-Direttiva 2008/48 kif ukoll il-punt I tal-Anness I ta’ din id-direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ammont totali tal-kreditu u l-ammont tal-ġbid ta’ kreditu jinkludu s-somom kollha mpoġġija għad-dispożizzjoni tal-konsumatur, li jeskludi dawk użati mis-sellief għall-ħlas tal-ispejjeż marbuta mal-kreditu inkwistjoni u li ma humiex effettivament mogħtija lil dan il-konsumatur.

4)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jiġi evalwat il-karattru għoli b’mod sproporzjonat, fis-sens tal-punt 1(e) tal-anness ta’ din id-direttiva, tal-ammont tal-kumpens impost fuq il-konsumatur li ma jimplementax l-obbligi tiegħu, għandu jiġi evalwat l-effett kumulattiv tal-klawżoli kollha relatati ma’ dan li jinsabu fil-kuntratt inkwistjoni, indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk il-kreditur jinsistix effettivament fuq l-implementazzjoni kompleta ta’ kull waħda minnhom u li, jekk ikun il-każ, huma l-qrati nazzjonali li għandhom, skont l-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva, jieħdu l-konsegwenzi kollha li jirriżultaw mill-konstatazzjoni tal-karattru inġust ta’ ċerti klawżoli, billi ma japplikawx dawk kollha li jinstab li huma inġusti, sabiex jiġi żgurat li l-konsumatur ma jkunx marbut bihom.


(1)  ĠU C 395, 10.11.2014.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ April 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil, Juzgado de lo Mercantil no9 de Barcelona – Spanja) – Jorge Sales Sinués vs Caixabank SA (C-381/14), u Youssouf Drame Ba vs Catalunya Caixa SA (Catalunya Banc SA) (C-385/14)

(Kawżi magħquda C-381/14 u C-385/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Kuntratti konklużi bejn negozjanti u konsumaturi - Kuntratti ipotekarji - Klawżola ta’ rata minima - Eżaminazzjoni tal-klawżola għall-finijiet ta’ invalidazzjoni - Proċedura kollettiva - Mandat ta’ inibizzjoni - Sospensjoni tal-proċedura individwali li għandha l-istess suġġett))

(2016/C 211/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 9 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jorge Sales Sinués (C-381/14), Youssouf Drame Ba (C-385/14)

Konvenuti: Caixabank SA (C-381/14), Catalunya Caixa SA (Catalunya Banc SA) (C-385/14)

Dispożittiv

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi lill-qorti nazzjonali li quddiemha tressqet azzjoni individwali ta’ konsumatur intiża għall-konstatazzjoni tan-natura abbużiva ta’ klawżola ta’ kuntratt li jorbtu ma’ negozjant, tissospendi awtomatikament tali azzjoni sakemm tingħata sentenza definittiva ta’ azzjoni kollettiva pendenti, imressqa minn assoċjazzjoni ta’ konsumaturi u fuq il-bażi tal-Artikolu 7(2), intiża li ttemm l-użu, f’kuntratti tal-istess tip, ta’ klawżoli simili għal dik inkluża fl-imsemmija azzjoni individwali, mingħajr ma r-rilevanza ta’ tali sospensjoni mill-perspettiva tal-protezzjoni tal-konsumatur li jkun ressaq azzjoni individwali quddiem il-qorti tkun tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni u mingħajr ma l-konsumatur ikun jista’ jiddissoċja ruħu mill-azzjoni kollettiva.


(1)  ĠU C 388, 03.11.2014


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – Polkomtel sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

(Kawża C-397/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/22/KE - Artikolu 28 - Numri mhux ġeografiċi - Aċċess tal-utenti finali residenti fl-Istat Membru tal-operatur għas-servizzi li jużaw numri mhux ġeografiċi - Direttiva 2002/19/KE - Artikoli 5, 8 u 13 - Setgħat u responsabbiltajiet ta’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’dak li jirrigwarda l-aċċess u l-interkonnessjoni - Impożizzjoni, modifika jew tneħħija ta’ obbligi - Impożizzjoni ta’ obbligi fuq impriżi li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti finali - Kontroll tal-prezzijiet - Impriża li ma għandhiex saħħa sinjifikattiva fis-suq - Direttiva 2002/21/KE - Riżoluzzjoni ta’ tilwim bejn impriżi - Deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ kooperazzjoni u l-modalitajiet tal-impożizzjoni ta’ tariffi għas-servizzi bejn impriżi))

(2016/C 211/12)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Polkomtel sp. z o.o.

Konvenuta: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

Fil-preżenza ta’: Orange Polska S.A., li kienet Telekomunikacja Polska S.A.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/22/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”) għandha tiġi interpretata fis-sens li Stat Membru jista’ jipprevedi li operatur ta’ netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għandu jiżgura li l-aċċess għan-numri mhux ġeografiċi jkun żgurat għall-utenti finali kollha tan-netwerk tiegħu f’dan l-Istat u mhux biss għal dawk fi Stati Membri oħrajn.

2)

L-Artikoli 5(1) u 8(3) tad-Direttiva 2002/19/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva “Aċċess”), moqrija flimkien mal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/22, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jippermettu li awtorità regolatorja nazzjonali, fil-kuntest tar-riżoluzzjoni ta’ tilwima bejn żewġ operaturi, timponi fuq wieħed l-obbligu li jiżgura għall-utenti finali l-aċċess għas-servizzi li jużaw numri mhux ġeografiċi pprovduti fuq in-netwerk tal-ieħor u li tistabbilixxi, abbażi tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/19, modalitajiet tal-impożizzjoni ta’ tariffi, bejn l-imsemmija operaturi, għal dan l-aċċess bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sakemm dawn l-obbligi jkunu oġġettivi, trasparenti, proporzjonati, nondiskriminatorji, ibbażati fuq in-natura tal-problema kkonstatata u ġġustifikati fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva “Kwadru [Qafas]”), u fejn il-proċeduri previsti fl-Artikoli 6 u 7 ta’ din id-direttiva tal-aħħar ikunu, skont il-każ, ġew osservati, fatt li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 431, 1.12.2014.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret – id-Danimarka) – Dansk Industri (DI), li qed taġixxi għal Ajos A/S vs Sucession Karsten Eigil Rasmussen

(Kawża C-441/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Direttiva 2000/78/KE - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tmur kontra direttiva - Possibbiltà għal individwu li jikkontesta r-responsabbiltà tal-Istat għal ksur tad-dritt tal-Unjoni - Tilwima bejn individwi - Bilanċ ta’ diversi drittijiet u prinċipji - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Rwol tal-qorti nazzjonali))

(2016/C 211/13)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dansk Industri (DI), li qed taġixxi għal Ajos A/S

Konvenuta: Sucession Karsten Eigil Rasmussen

Dispożittiv

1)

Il-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tal-età, kif ikkonkretizzat mid-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, anki f’tilwima bejn individwi, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ċċaħħad impjegat mid-dritt li jibbenefika minn allowance ta’ tkeċċija peress li dan tal-aħħar jista’ jibbenefika minn pensjoni tax-xjuħija dovuta mill-persuna li timpjegah abbażi ta’ skema ta’ pensjoni li dan l-impjegat ikun aderixxa magħha qabel l-età ta’ 50 sena, indipendentement minn jekk ikunx għażel li jibqa’ fis-suq tax-xogħol jew li jirtira

2)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li hija l-qorti tar-rinviju, adita b’kawża bejn individwi li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78, li, meta tkun qed tapplika dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tagħha, għandha tinterpretahom b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu applikati b’mod konformi ma’ din id-direttiva jew, jekk tali interpretazzjoni konformi tkun impossibbli, li tħalli, jekk meħtieġ, mhux applikata kull dispożizzjoni ta’ dan id-dritt nazzjonali, li tmur kontra l-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tal-età. La l-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, u lanqas l-possibbiltà għall-individwu li jħossu ppreġudikat mill-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni li jinvoka r-responsabbiltà tal-Istat Membru kkonċernat għall-ksur tad-dritt tal-Unjoni ma jistgħu jqiegħdu f’dubju dan l-obbligu.


(1)  ĠU C 421, 24.11.2014.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Johannes Evert Antonius Massar vs DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV

(Kawża C-460/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali - Direttiva 87/344/KEE - Artikolu 4(1) - Libertà ta’ għażla tal-avukat mill-persuna assigurata - Proċedura ġudizzjarja jew amministrattiva - Kunċett - Awtorizzazzjoni mogħtija minn organu pubbliku lil persuna li timpjega fid-dawl tax-xoljiment ta’ kuntratt tax-xogħol))

(2016/C 211/14)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Johannes Evert Antonius Massar

Konvenuti: DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV

Dispożittiv

L-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “proċedura [proċedura amministrattiva]” imsemmi f’din id-dispożizzjoni jinkludi proċedura li fi tmiemha organu pubbliku jawtorizza lill-persuna li timpjega tipproċedi għat-tkeċċija tal-impjegat, kopert minn assigurazzjoni għall-ispejjeż legali.


(1)  ĠU C 448, 15.12.2014


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – KA Finanz AG vs Sparkassen Versicherung AG Vienna Insurance Group

(Kawża C-483/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Konvenzjoni ta’ Ruma - Liġi applikabbli - Amalgamazzjoni transkonfinali - Direttiva 78/855/KEE - Direttiva 2005/56/KE - Amalgamazzjoni permezz ta’ akkwist - Protezzjoni tal-kredituri - Trasferiment tal-attiv u l-passiv kollu tal-kumpannija li tiġi akkwistata lill-kumpannija li takkwista))

(2016/C 211/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KA Finanz AG

Konvenuta: Sparkassen Versicherung AG Vienna Insurance Group

Dispożittiv

1)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-liġi applikabbli, wara amalgamazzjoni permezz ta’ akkwist transkonfinali, għall-interpretazzjoni, għall-eżekuzzjoni tal-obbligi kif ukoll għall-modi ta’ terminazzjoni ta’ kuntratt ta’ self, bħall-kuntratti ta’ self inkwistjoni fil-kawża prinċipali, konkluż mill-kumpannija li tiġi akkwistata, hija dik li kienet applikabbli għal dan il-kuntratt qabel din l-amalgamazzjoni;

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-protezzjoni tal-kredituri tal-kumpannija li tiġi akkwistata, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huma dawk tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li taħtha taqa’ din il-kumpannija.

2)

L-Artikolu 15 tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 78/855/KEE, tad-9 ta’ Ottubru 1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(ġ) tat-Trattat dwar l-għaqda ta’ kumpanniji b’responsabbiltà pubblika limitata, kif emendata bid-Direttiva 2009/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tagħti drittijiet lid-detenturi ta’ titoli, għajr azzjonijiet, li magħhom huma marbuta drittijiet speċjali, iżda mhux lill-kumpannija li toħroġ tali titoli.


(1)  ĠU C 46, 9.2.2015.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Sparkasse Allgäu vs Finanzamt Kempten

(Kawża C-522/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 49 TFUE - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tobbliga lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jinformaw lill-awtoritajiet fiskali dwar l-attiv ta’ klijenti de cujus, għal għanijiet tal-ġbir tat-taxxa tas-suċċessjoni - Applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni għall-friegħi stabbiliti fi Stat Membru ieħor fejn is-sigriet bankarju jipprekludi, fil-prinċipju, tali komunikazzjoni))

(2016/C 211/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sparkasse Allgäu

Konvenut: Finanzamt Kempten

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li timponi fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu nazzjonali li għandhom is-sede tagħhom f’dan l-Istat Membru li jikkomunikaw lill-awtoritajiet nazzjonali l-attiv miżmum jew ġestit fl-imsemmija friegħi mhux indipendenti stabbiliti fi Stat Membru ieħor, fil-każ tal-mewt tal-proprjetarju ta’ dan l-attiv li jirrisjedi fl-ewwel Stat Membru, meta t-tieni Stat Membru ma jipprevedix obbligu ta’ komunikazzjoni paragunabbli u meta l-istituzzjonijiet ta’ kreditu huma suġġetti għal sigriet bankarju protett b’sanzjonijiet kriminali.


(1)  ĠU C 65, 23.02.2015


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Udine – l-Italja) – kawża mressqa minn Degano Trasporti Sas di Ferrucio Degano & C., fi stralċ

(Kawża C-546/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - VAT - Artikolu 4(3) TUE - Direttiva 2006/112/KE - Insolvenza - Proċedura ta’ arranġament mal-kredituri - Ħlas parzjali tad-dejn tal-VAT))

(2016/C 211/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Udine

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Degano Trasporti Sas di Ferrucio Degano & C., fi stralċ

Konvenut: Pubblico Ministero presso il Tribunale di Udine

Dispożittiv

L-Artikolu 4(3) TUE kif ukoll l-Artikoli 2, 250(1) u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, interpretata fis-sens li kummerċjant f’sitwazzjoni ta’ insolvenza jista’ jadixxi lil qorti b’talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ arranġament mal-kredituri bil-għan li d-dejn jiġi kkonstatat u l-patrimonju tiegħu jiġi llikwidat, li fiha huwa jipproponi biss ħlas parzjali ta’ dejn ta’ VAT billi jistabbilixxi perizja mwettqa minn espert indipendenti li dan id-dejn ma jiġix irrimborsat b’mod iktar effettiv fil-każ ta’ falliment tal-imsemmi kummerċjant.


(1)  ĠU C 81, 9.3.2015


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ April 2016 – Holcim (Romania) SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-556/14 P) (1)

((Appell - Ambjent - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/87/KE - Artikoli 19 u 20 - Regolament (KE) Nru 2216/2004 - Artikolu 10 - Sistema ta’ reġistri għal tranżazzjonijiet dwar kwoti ta’ emissjonijiet - Responsabbiltà għal nuqqas - Rifjut tal-Kummissjoni li tiżvela informazzjoni u li tipprekludi kull tranżazzjoni li tikkonċerna kwoti ta’ emissjonijiet misruqa - Responsabbiltà mingħajr nuqqas”)

(2016/C 211/18)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Holcim (Romaina) SA (rappreżentant: L. Arnauts, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Holcim (Romania) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C ##, ##.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco – Spanja) – Mimoun Khachab vs Subdelegación del Gobierno en Álava

(Kawża C-558/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/86/KE - Artikolu 7(1)(ċ) - Riunifikazzjoni tal-familja - Rekwiżiti għall-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti evalwazzjoni prospettiva tal-probabbiltà li l-isponsor iżomm ir-riżorsi tiegħu - Kompatibbiltà))

(2016/C 211/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia del País Vasco

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mimoun Khachab

Konvenuta: Subdelegación del Gobierno en Álava

Dispożittiv

L-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jibbażaw ir-rifjut ta’ applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja fuq evalwazzjoni prospettiva tal-probabbiltà li l-isponsor iżomm, jew le, ir-riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti sabiex iżomm lilu nnifsu u lill-membri tal-familja tiegħu mingħajr ma jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali ta’ dan l-Istat Membru, matul is-sena sussegwenti għad-data tal-preżentazzjoni ta’ din l-applikazzjoni, meta din l-evalwazzjoni tkun bbażata fuq l-iżvilupp tad-dħul tal-isponsor matul is-sitt xhur preċedenti għal din id-data.


(1)  ĠU C 46, 9.2.2015.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Caner Genc vs Integrationsministeriet

(Kawża C-561/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Deċiżjoni Nru 1/80 - Artikolu 13 - Klawżola ta’ “Standstill” - Riunifikazzjoni tal-familja - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi kundizzjonijiet ġodda iktar restrittivi fil-qasam tar-riunifikazzjoni tal-familja għal membri tal-familja mhux ekonomikament attivi ta’ ċittadini Torok ekonomikament attivi li jirrisjedu u li għandhom dritt ta’ residenza fl-Istat Membru inkwistjoni - Kundizzjoni ta’ rabta suffiċjenti li tippermetti integrazzjoni b’suċċess))

(2016/C 211/20)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caner Genc

Konvenuta: Integrationsministeriet

Dispożittiv

Miżura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta r-riunifikazzjoni tal-familja bejn ħaddiem Tork, li jirrisjedi legalment fl-Istat Membru kkonċernat u l-wild minuri tiegħu għall-kundizzjoni li dan tal-aħħar jippreżenta jew jista’ jippreżenta rabta suffiċjenti f’dan l-Istat Membru li tippermettilu integrazzjoni b’suċċess, meta l-wild ikkonċernat u l-ġenitur l-ieħor tiegħu jirrisjedu fl-Istat ta’ oriġini jew fi Stat ieħor, u, li t-talba għal riunifikazzjoni tal-familja titressaq wara terminu ta’ sentejn b’effett mid-data li fiha l-ġenitur li jirrisjedi fl-Istat Membru kkonċernat ikun kiseb permess ta’ residenza għal żmien indeterminat jew anki permess ta’ residenza bil-possibbiltà ta’ residenza permanenti, tikkostitwixxi “restrizzjoni ġdida” fis-sens tal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni u mehmuża mal-Ftehim dwar il-ħolqien ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, iffirmat, fit-12 ta’ Settembru 1963, f’Ankara mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, kif ukoll mill-Istati Membri tal-KEE u mill-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem din tal-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-23 ta’ Diċembru 1963.

Tali restrizzjoni ma hijiex iġġustifikata.


(1)  ĠU C 65, 23.2.2015.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – L-Awstrija) – Austro-Mechana Gesellschaft zur Wahrnehmung mechanisch-musikalischer Urheberrechte Gesellschaft mbH vs Amazon EU Sàrl, Amazon Services Europe Sàrl, Amazon.de GmbH, Amazon Logistik GmbH, Amazon Media Sàrl

(Kawża C-572/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Artikolu 5(3) - Kunċett ta’ “delitt jew kważi delitt” - Direttiva 2001/29/KE - Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni - Artikolu 5(2)(b) - Dritt ta’ riproduzzjoni - Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet - Riproduzzjoni għal użu privat - Kumpens ġust - Nuqqas ta’ ħlas - Inklużjoni eventwali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001))

(2016/C 211/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Austro-Mechana Gesellschaft zur Wahrnehmung mechanisch-musikalischer Urheberrechte Gesellschaft mbH

Konvenuti: Amazon EU Sàrl, Amazon Services Europe Sàrl, Amazon.de GmbH, Amazon Logistik GmbH, Amazon Media Sàrl

Dispożittiv

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li talba intiża li tikseb il-ħlas tar-remunerazzjoni dovuta bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timplementa s-sistema ta’ “kumpens ġust” prevista fl-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, taqa’ taħt “delitt jew kważi delitt”, fis-sens tal-Artikolu 5(3) ta’ dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 81, 9.3.2015.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) –  AK (*1) vs Achmea Schadeverzekeringen NV, Stichting Achmea Rechtsbijstand

(Kawża C-5/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali - Direttiva 87/344/KEE - Artikolu 4(1) - Libertà ta’ għażla tal-avukat mill-persuna assigurata - Proċedura ġudizzjarja jew amministrattiva - Kunċett - Ilment kontra rifjut ta’ awtorizzazzjoni ta’ kura))

(2016/C 211/22)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AK (*1)

Konvenuti: Achmea Schadeverzekeringen NV, Stichting Achmea Rechtsbijstand

Dispożittiv

L-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “proċedura [proċedura amministrattiva]” imsemmi f’din id-dispożizzjoni jinkludi l-fażi ta’ lment quddiem organu pubbliku li matulha dan l-organu jagħti deċiżjoni suġġetta għal rikorsi ġudizzjarji.


(*1)  Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.

(1)  ĠU C 107, 30.3.2015


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ April 2016 – Netherlands Maritima Technology Association vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-100/15 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Sistema ta’ deprezzament antiċipat tal-ispejjeż ta’ ċerti assi miksuba permezz ta’ lokazzjoni finanzjarja - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Natura insuffiċjenti u inkompleta tal-investigazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Selettività))

(2016/C 211/23)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Netherlands Maritima Technology Association (rappreżentanti: K. Struckmann, avukat, G. Forwood, Barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u P. Němečková, aġenti], Ir-Renju ta’ Spanja [rappreżentant: M.A. Sampol Pucurull, aġent]

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

In-Netherlands Maritime Technology Association hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 127, 20.4.2015.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ April 2016 – Tarif Akhras vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-193/15 P) (1)

((Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Għarbija tas-Sirja - Miżuri indirizzati kontra persuni u entitajiet li jibbenefikaw mill-politika mħaddna mir-reġim jew li jappoġġawh - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni fil-listi - Sensiela ta’ indizji - Żnaturament tal-provi))

(2016/C 211/24)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Tarif Akhras (rappreżentanti: S. Millar u S. Ashley, solicitors, D. Wyatt QC, R. Blakeley, Barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M.-M. Joséphidès u M. Bishop, aġenti); Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gauci u L. Havas, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

T. Akhras huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 205, 22.6.2015.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ April 2016 – Central Bank of Iran vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-266/15 P) (1)

((Appell - Miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran - Lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Kriterju bbażat fuq appoġġ materjali, loġistiku jew finanzjarju lill-Gvern tal-Iran - Servizzi finanzjarji ta’ bank ċentrali))

(2016/C 211/25)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Central Bank of Iran (rappreżentanti: M. Lester u Z. Al-Rikabi, Barristers)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Central Bank of Iran huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Bruxelles – il-Belġju) – Office national de l’emploi (ONEm) vs M, M vs Office national de l’emploi (ONEm), Caisse auxiliaire de paiement des allocations de chômage (CAPAC)

(Kawża C-284/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 45 TFUE u 48 TFUE - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 15(2) - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 67(3) - Sigurtà soċjali - Allowance tal-qgħad intiża sabiex tissupplimenta d-dħul minn impjieg part-time - Għoti ta’ dan il-benefiċċju - Twettiq ta’ perijodi ta’ impjieg - Aggregazzjoni tal-perijodi ta’ assigurazzjoni jew ta’ impjieg - Teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ assigurazzjoni jew ta’ impjieg imwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor))

(2016/C 211/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Office national de l’emploi (ONEm), M

Konvenuti: M, Office national de l’emploi (ONEm), Caisse auxiliaire de paiement des allocations de chômage (CAPAC)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 67(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jirrifjuta l-aggregazzjoni tal-perijodi ta’ impjieg neċessarja għall-ammissibbiltà għall-benefiċċju ta’ allowance tal-qgħad intiża sabiex tissupplimenta d-dħul minn impjieg part-time, meta l-okkupazzjoni f’dan l-impjieg ma kienet ippreċeduta minn ebda perijodu ta’ assigurazzjoni jew ta’ impjieg f’dan l-Istat Membru.

2)

Mill-eżami tat-tieni domanda magħmula ma rriżulta l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 67(3) tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 592/2008.


(1)  ĠU C 279, 24.08.2015.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-5 ta’ April 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen – il-Ġermanja) – Eżekuzzjoni ta’ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra Pál Aranyosi (C-404/15), Robert Căldăraru (C-659/15 PPU)

(Kawżi magħquda C-404/15 u C-659/15 PPU) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Mandat ta’ arrest Ewropew - Motivi għal rifjut ta’ eżekuzzjoni - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 4 - Projbizzjoni ta’ trattament inuman jew degradanti - Kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fl-Stat Membru emittenti))

(2016/C 211/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Pál Aranyosi (C-404/15), Robert Căldăraru (C-659/15 PPU)

Dispożittiv

L-Artikoli 1(3), 5 u 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-preżenza ta’ elementi oġġettivi, affidabbli, preċiżi u debitament ivverifikati li jixhdu l-eżistenza ta’ nuqqasijiet sistemiċi jew iġġeneralizzati, li jolqtu jew ċerti gruppi ta’ persuni jew ukoll ċerti ċentri ta’ detenzjoni f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fl-Istat Membru emittenti, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha tivverifika, b’mod konkret u preċiż, jekk jeżistux raġunijiet serji u kkonfermati li jġiegħluha temmen li l-persuna kkonċernata minn mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ prosekuzzjoni kriminali jew tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija tkun ser tinsab, minħabba l-kundizzjonijiet tad-detenzjoni tagħha f’dan l-Istat Membru, f’riskju reali ta’ trattament inuman jew degradanti, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fil-każ ta’ konsenja lill-imsemmi Stat Membru. Għal dan il-għan, hija għandha titlob li tingħata informazzjoni addizzjonali mill-awtorità ġudizzjarja emittenti, li wara, jekk ikun hemm bżonn, li titlob l-assistenza tal-awtorità ċentrali jew ta’ waħda mill-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru emittenti, fis-sens tal-Artikolu 7 tal-imsemmija deċiżjoni qafas, għandha tikkomunika din l-informazzjoni fit-terminu ffissat f’tali talba. L-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha tipposponi d-deċiżjoni tagħha fuq il-konsenja tal-persuna kkonċernata sa meta hija tikseb l-informazzjoni addizzjonali li tippermettilha li teskludi l-eżistenza ta’ tali riskju. Jekk l-eżistenza ta’ dan ir-riskju ma tkunx tista’ tiġi eskluża f’terminu raġonevoli, din l-awtorità għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tintemm il-proċedura ta’ konsenja.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2015

ĠU C 59, 15.2.2016


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/22


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2016 minn Continental Reifen Deutschland GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-8 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża T-525/14 – Compagnie générale des établissements Michelin vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-84/16)

(2016/C 211/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Continental Reifen Deutschland GmbH (rappreżentanti: S. O. Gillert, K. Vanden Bossche, B. Köhn-Gerdes, J. Schumacher, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea; Compagnie générale des établissements Michelin

Talbiet

tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-8 ta’ Diċembru 2015, fil-Kawża T-525/14;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex teżamina mill-ġdid l-karattru distintiv intrinsiku tas-sinjali kontenzjużi, inklużi l-elementi li jikkostitwixxu dawn is-sinjali, u l-livell ta’ xebh bejn dawn is-sinjali, u

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa bbażat fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-Qorti Ġenerali sa fejn hija kisret, fis-sentenza tagħha tat-8 ta’ Diċembru 2015, l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Fil-qosor, il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-evalwazzjoni tagħha tal-karattru distintiv tal-applikazzjoni għat-trade mark ikkontestata “Image 1”, inkluż l-elementi “Image 2” u “Image 3” li jikkostitwixxu s-sinjali, u ta’ dak tat-trade mark preċedenti “Image 4”. Barra minn hekk, din l-evalwazzjoni żbaljata tal-Qorti Ġenerali hija bbażata wkoll kemm fuq żnaturament tal-fatti li jikkonċernaw l-għarfien lingwistiku tal-pubbliku rilevanti u kif jifhem is-sens tal-elementi tas-sinjali kontenzjużi kif ukoll fuq żnaturament tal-provi li ġew prodotti minn Michelin fl-Annessi C.1 u C.4, ippreżentati f’din l-istanza bħala l-Anness 6.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma tatx raġunijiet għaliex ma ħaditx inkunsiderazzjoni ċerti aspetti tas-sinjali kontenzjużi, pereżempju l-elementi figurattivi tagħhom, fl-evalwazzjoni tagħha tax-xebh tagħhom.

Billi bbażat ruħha fuq dawn l-evalwazzjonijiet żbaljati, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li, minħabba x-xebh qawwi jew l-identiċità tal-prodotti indikati, ix-xebh medju bejn it-trade mark li għaliha saret applikazzjoni u t-trade mark Franċiża preċedenti u l-karattru distintiv intrinsiku normali ta’ din it-trade mark preċedenti, kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU 2009, L 78, p. 1.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (Il-Polonja) fit-22 ta’ Frar 2016 – Polbud – Wykonawstwo sp. z o.o.

(Kawża C-106/16)

(2016/C 211/29)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Polbud – Wykonawstwo sp. z o.o.

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 49 u 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludu lil Stat Membru, li fih kienet ġiet inizjalment ikkostitwita kumpannija kummerċjali (kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata), milli japplika dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jirrendu t-tħassir mir-reġistru kummerċjali dipendenti fuq ix-xoljiment tal-kumpannija wara li jkun sar l-istralċ tagħha, f’każ li l-kumpannija tkun ġiet ikkostitwita mill-ġdid fi Stat Membru ieħor skont deċiżjoni tal-azzjonisti favur il-kontinwazzjoni tal-personalità ġuridika miksuba fl-Istat Membru ta’ kostituzzjoni inizjali?

2)

F’każ li r-risposta għal dik id-domanda tkun waħda negattiva: L-Artikoli 49 u 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistgħu jiġu interpretati fis-sens li r-rekwiżit fid-dritt nazzjonali li l-proċeduri għall-istralċ tal-kumpannija għandhom isiru – inklużi t-terminazzjoni ta’ kull negozju pendenti, l-irkupru ta’ djun, l-eżekuzzjoni tal-obbligi u l-bejgħ tal-attiv tal-kumpannija, is-sodisfazzjon tal-kredituri jew il-provvista ta’ garanziji favurihom, is-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni finanzjarja dwar l-istat attwali ta’ dawn l-atti, u l-indikazzjoni tal-persuna li ser tiġi fdata bil-kotba u d-dokumenti – qabel ix-xoljiment tal-kumpannija, liema xoljiment iseħħ fil-mument tat-tħassir tagħha mir-reġistru kummerċjali, huwa miżura li hija adegwata, neċessarja u proporzjonata għal interess pubbliku li jimmerita protezzjoni fil-forma ta’ salvagwardja tal-kredituri, tal-azzjonisti f’minoranza u tal-impjegati tal-kumpannija migranti?

3)

L-Artikoli 49 u 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-restrizzjonijiet għal-libertà tal-istabbiliment jinkludu sitwazzjoni li fiha – għall-finijet tal-konverżjoni f’kumpannija ta’ Stat Membru ieħor – kumpannija tittrasferixxi l-uffiċċju rreġistrat tagħha lejn l-Istat Membru l-ieħor mingħajr ma tibdel il-post tal-istabbiliment prinċipali tagħha, li jibqa’ fl-Istat ta’ kostituzzjoni inizjali?


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (L-Ungerija) fis-26 ta’ Frar 2016 – Günter Horváth vs Vas Megyei Kormányhivatal

(Kawża C-113/16)

(2016/C 211/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Günter Horváth

Konvenut: Vas Megyei Kormányhivatal

Domandi preliminari

1)

Leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta ż-żamma tad-drittijiet ta’ użufrutt u tad-drittijiet ta’ użu kkostitwiti fuq art agrikola għall-prova tal-eżistenza ta’ rabta ta’ parentela mill-qrib mal-persuna li kkostitwixxiet id-drittijiet ta’ użufrutt u d-drittijiet ta’ użu u li skontha d-drittijiet ta’ użufrutt u d-drittijiet ta’ użu jiġu estinti ipso jure, mingħajr ebda kumpens patrimonjali, meta d-detentur tal-imsemmija drittijiet ma jistax jistabbilixxi din ir-rabta ta’ parentela mill-qrib, għandha titqies li hija restrizzjoni li tmur kontra l-Artikoli 49 u 63 TFUE?

2)

Leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta ż-żamma tad-drittijiet ta’ użufrutt u tad-drittijiet ta’ użu kkostitwiti fuq art agrikola għall-prova tal-eżistenza ta’ rabta ta’ parentela mill-qrib mal-persuna li kkostitwixxiet id-drittijiet ta’ użufrutt u d-drittijiet ta’ użu u li skontha d-drittijiet ta’ użufrutt u d-drittijiet ta’ użu jiġu estinti ipso jure, mingħajr ebda kumpens patrimonjali, meta d-detentur tal-imsemmija drittijiet ma jistax jistabbilixxi din ir-rabta ta’ parentela mill-qrib, taffettwa realment b’mod ugwali ċ-ċittadini tal-Istat Membru inkwistjoni u ċ-ċittadini tal-Istati Membri l-oħrajn, fid-dawl tal-Artikoli 49 u 63 TFUE?


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fis-26 ta’ Frar 2016 – Damien Zöldség, Gyümölcs Kereskedelmi és Tanácsadó Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

(Kawża C-114/16)

(2016/C 211/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria (qorti suprema)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Damien Zöldség, Gyümölcs Kereskedelmi és Tanácsadó Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság (uffiċċju nazzjonali tat-taxxa u tad-dwana, diviżjoni tal-appell, l-Ungerija)

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 167, 168, 178 u 179 tad-Direttiva tal-VAT (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-amministrazzjoni fiskali għandha l-obbligu, meta jsir il-kontroll fiskali, li tirrikonoxxi d-dritt għal tnaqqis tal-persuna taxxabbli meta t-taxxa tal-input imħallsa ma tissemmiex fid-dikjarazzjoni tal-imsemmija persuna taxxabbli, iżda meta din il-persuna tkun tinsab fil-pussess ta’ fatturi konformi mad-Direttiva tal-VAT u titlob ir-rikonoxximent tad-dritt għal tnaqqis meta jsir il-kontroll?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szolnoki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-1 ta’ Marzu 2016 – Túrkevei Tejtermelő Kft. vs Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség

(Kawża C-129/16)

(2016/C 211/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szolnoki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Túrkevei Tejtermelő Kft.

Konvenuta: Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 191 TFUE u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (1) jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, filwaqt li tmur lil hinn mill-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, tipprevedi li awtorità amministrattiva responsabbli għall-protezzjoni tal-ambjent tista’ tqiegħed fuq il-persuna li għandha d-dritt għall-proprjetà, taħt forma partikolari, ir-responsabbiltà għar-rimbors tad-danni kkawżati lill-ambjent mingħajr ma tkun meħtieġa, qabel ma tagħmel dan, li teżamina jekk teżistix rabta kawżali bejn l-aġir ta’ din il-persuna (impriża kummerċjali) u l-każ ta’ tniġġis?

2)

Jekk għandha tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda u meta, fir-rigward tat-tniġġis tal-arja, ma jidhirx li kien hemm dannu lill-ambjent li għandu jiġi rrimedjat, tista’ tiġi imposta multa fil-qasam tal-protezzjoni tal-kwalità tal-arja billi tiġi invokata leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li hija iktar ħarxa minn dik prevista fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/35/KE u fl-Artikolu 193 TFUE, jew din il-leġiżlazzjoni li hija iktar ħarxa ma tista’ bl-ebda mod tirriżulta f’sitwazzjoni fejn multa li għandha esklużivament in-natura ta’ sanzjoni tiġi imposta fuq proprjetarju li ma huwiex responsabbli għat-tniġġis ikkawżat?


(1)  Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 357).


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajowa Izba Odwoławcza (il-Polonja) fl-1 ta’ Marzu 2016 – Archus sp. z o.o., Gama Jacek Lipik vs Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo S.A.

(Kawża C-131/16)

(2016/C 211/33)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Krajowa Izba Odwoławcza

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Archus sp. z o.o., Gama Jacek Lipik

Konvenuta: Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo S.A.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità kontraenti għandha tistieden operaturi ekonomiċi li, fit-terminu stabbilit (jiġifieri, it-terminu stabbilit għas-sottomissjoni tal-offerti), ma pprovdewx id-“dikjarazzjonijiet jew id-dokumenti” mitluba, jattestaw li l-offerti tal-provvisti, tas-servizzi jew tax-xogħlijiet huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti mill-awtorità kontraenti (liema kunċett ikopri wkoll il-kampjuni tas-suġġett tal-kuntratt), jew li ssottomettew id-“dikjarazzjonijiet jew dokumenti” mitluba mill-awtorità kontraenti, iżda li jinkludu żbalji, jissottomettu d-“dikjarazzjonijiet jew dokumenti” (kampjuni) nieqsa jew jikkorreġu żbalji f’terminu ġdid, mingħajr ma tistabbilixxi li huma preklużi milli jemendaw il-kontenut tal-offerta meta jissupplementaw dawn id-“dikjarazzjonijiet jew dokumenti” (kampjuni)?

2)

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/17/KE jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità kontraenti tista’ żżomm id-depożitu li jkun tħallas mill-operatur ekonomiku meta dan, b’risposta għall-istedina tal-awtorità kontraenti li jiġu ssupplementati d-dokumenti, ma jkunx issottometta d-“dikjarazzjonijiet jew dokumenti” (kampjuni) li jattestaw li l-offerti tal-provvisti, tas-servizzi jew tax-xogħlijiet huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti mill-awtorità kontraenti, peress li jkun sar bdil fil-kontenut tal-offerta, jew peress li l-imsemmi operatur ma jkunx ta l-kunsens tiegħu għall-korrezzjoni tal-offerta mill-awtorità kontraenti, li renda impossibbli l-għażla tal-offerta sottomessa mill-operatur ekonomiku bħala dik l-iktar vantaġġuża?

3)

L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni, emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, għandu jiġi interpretat fis-sens li “kuntratt partikolari”, kif imsemmi fil-frażi li tikkonċerna l-“interess f’li tikseb kuntratt partikolari” ifisser “proċedura partikolari għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku” (fil-każ ineżami, dik ippubblikata fl-avviż tat-3 ta’ Ġunju 2015) jew “is-suġġett partikolari tal-kuntratt” (fil-każ ineżami, is-servizz relatat mad-diġitaliżżazzjoni tad-dokumenti tal-arkivji tal-awtorità kontraenti), indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk, bħala konsegwenza tal-fatt li l-appell ikun intlaqa’, l-awtorità kontraenti tkunx marbuta tannulla l-proċedura tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku u tista’ possibbilment tintalab tagħti bidu għal proċedura sussegwenti għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku?


(1)  ĠU L 134, p. 1.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Marzu 2016 – Georgsmarienhütte GmbH et vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-135/16)

(2016/C 211/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Georgsmarienhütte GmbH, Stahlwerk Bous GmbH, Schmiedag GmbH, Harz Guss Zorge GmbH

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domanda preliminari

Id-Deċiżjoni li l-Kummissjoni Ewropea adottat fil-25 ta’ Novembru 2014 [Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1585, tal-25 ta’ Novembru 2014, dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) [implimentata mill-Ġermanja għall-appoġġ tal-elettriku rinnovabbli u tal-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija] C (2014) 8786 finali] (1) tmur kontra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sa fejn il-Kummissjoni tikkwalifika l-limitu massimu tas-soprataxxa tal-EEG bħala għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE?


(1)  ĠU 2015, L 250, p. 122.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Setúbal (il-Portugall) fl-14 ta’ Marzu 2016 – Município de Palmela vs ASAE – Divisão de Gestão de Contraordenações

(Kawża C-144/16)

(2016/C 211/35)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca de Setúbal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Município de Palmela

Konvenuta: ASAE – Divisão de Gestão de Contraordenações

Domandi preliminari

a) –

Peress li d-Digriet-Liġi Nru 379/97, tas-27 ta’ Diċembru [1997], approva r-regolament li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ sigurtà li għandhom jiġu osservati fil-lokalizzazzjoni, fl-implementazzjoni, fil-ħolqien u fl-organizzazzjoni funzjonali tal-ispazji ta’ logħob u ta’ rikreazzjoni, tat-tagħmir relatat u tas-superfiċji ta’ impatt.

b) –

Peress li d-Digriet-Liġi Nru 119/2009, tad-19 ta’ Mejju [2009], emenda d-Digriet-Liġi Nru 379/97, tas-27 ta’ Diċembru [1997], fejn saru emendi fuq ir-redazzjoni ta’ ċerti regoli tekniċi u ġew miżjuda regoli tekniċi oħrajn, u ppubblika mill-ġdid l-imsemmi regolament li minnu jagħmel parti sħiħa.

c) –

Peress li l-ebda waħda mill-imsemmija leġiżlazzjonijiet nazzjonali ma ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni Ewropea fl-ambitu ta’ proċedura ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regoli u tar-regolamentazzjoni teknika stabbilita permezz tad-Direttiva 98/34/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998, u trasposta fl-ordinament ġuridiku intern permezz tad-Digriet-Liġi Nru 58/2000, tat-18 ta’ April [2000]:

1)

Il-qorti nazzjonali għandha tiddeċiedi fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali li tintroduċi regoli tekniċi u li, bi ksur tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/34/KE, ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni Ewropea hija kollha kemm hi mhux applikabbli, jew għandha tillimita d-deċiżjoni dwar nuqqas ta’ applikabbiltà għar-regoli tekniċi ġodda introdotti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali? Jew,

2)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tintroduċi regoli tekniċi u li, bi ksur tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/34/KE, ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni Ewropea għandha tiġi ssanzjonata bin-nuqqas ta’ applikabbiltà sħiħa tagħha jew id-deċiżjoni dwar nuqqas ta’ applikabbiltà għandha tillimita lilha nnifisha għar-regoli tekniċi ġodda introdotti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali?

3)

Ir-regoli tekniċi kollha li jirriżultaw fl-imsemmi regolament għandhom jitqiesu li ma humiex applikabbli, jew huma biss dawk ir-regoli tekniċi emendati jew introdotti bid-Digriet-Liġi Nru 119/2009, tad-19 ta’ Mejju [2009], li ma humiex applikabbli?


(1)  Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337).


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vredegerecht te Antwerpen (il-Belġju) fl-14 ta’ Marzu 2016 – Karel de Grote – Hogeschool Katholieke Hogeschool Antwerpen VZW vs Susan Romy Jozef Kuijpers

(Kawża C-147/16)

(2016/C 211/36)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Vredegerecht te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Karel de Grote – Hogeschool Katholieke Hogeschool Antwerpen VZW

Konvenuta: Susan Romy Jozef Kuijpers

Domandi preliminari

1)

Meta hija adita b’azzjoni imressqa kontra konsumatur li tirrigwarda l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt u li għandha biss is-setgħa, skont ir-regoli interni tal-proċedura, li teżamina ex officio jekk it-talba hijiex kontra r-regoli nazzjonali ta’ ordni pubbliku, il-qorti nazzjonali għandha bl-istess mod is-setgħa li teżamina u tistabbilixxi ex officio, anki fil-kontumaċja tal-konsumatur, jekk il-kuntratt ikkonċernat jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumaturi, kif trasposta fid-dritt Belġjan?

2)

Istituzzjoni edukattiva awtonoma li tipprovdi edukazzjoni sussidjata lil konsumatur għandha titqies li hija impriża fis-sens tad-dritt tal-Unjoni fil-kuntest ta’ kuntratt għall-provvista ta’ dan it-tagħlim bi ħlas ta’ miżata ta’ reġistrazzjoni li possibbilment tista’ tiżdied b’ammonti intiżi għar- rimbors tal-ispejjeż sostnuti mill-istituzzjoni edukattiva?

3)

Kuntratt konkluż bejn konsumatur u istituzzjoni edukattiva awtonoma ssussidjata għall-provvista ta’ tagħlim issussidjat ipprovdut minn din l-istituzzjoni jaqa’ taħt id-Direttiva 93/13/KEE u istituzzjoni edukattiva awtonoma li tipprovdi edukazzjoni ssussidjata lil konsumatur għandha titqies li hija bejjiegħ jew fornitur fis-sens ta’ din id-direttiva fil-kuntest tal-kuntratt dwar il-provvista ta’ dan it-tagħlim?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Marzu 2016 – Tigers GmbH vs Hauptzollamt Landshut

(Kawża C-156/16)

(2016/C 211/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tigers GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Landshut

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 (1), tat-13 ta’ Mejju 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jippermetti, fil-kuntest tal-ewwel determinazzjoni ta’ rata ta’ dazju antidumping definittiv, li tiġi ppreżentata a posteriori fattura kummerċjali valida, meta l-kundizzjonijiet neċessarji l-oħra kollha sabiex tinkiseb rata ta’ dazju antidumping individwali jkunu ssodisfatti?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

L-Artikolu 78 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nruo2913/92 (2), tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000, jipprekludi li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ reviżjoni, l-awtorità doganali tirrifjuta r-rimbors ta’ dazju antidumping minħabba li d-dikjarant ikun ippreżenta fattura kummerċjali valida biss wara d-dikjarazzjoni doganali?


(1)  ĠU L 131, p. 1.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 10, p. 239.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo no1 de Oviedo (Spanja) fis-16 ta’ Marzu 2016 – Margarita Isabel Vega González vs Consejería de Hacienda y Sector Público de la Administración del Principado de Asturias

(Kawża C-158/16)

(2016/C 211/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo no 1 de Oviedo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Margarita Isabel Vega González

Konvenuta: Consejería de Hacienda y Sector Público de la Administración del Principado de Asturias

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ “kondizzjonijiet tax-xogħol” imsemmi fil-klawżola 4 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (1), tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat], għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi s-sitwazzjoni legali li tippermetti lil ħaddiem impjegat għal żmien determinat li ġie elett għal mandat ta’ rappreżentanza politika li jitlob u li jikseb, l-istess bħall-persunal permanenti, sospensjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu mal-persuna li timpjegah li tippermettilu li jirritorna fil-post tax-xogħol tiegħu mal-iskadenza tal-mandat parlamentari kkonċernat?

2)

Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni […] imsemmi fil-klawżola 4 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat], għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni reġjonali, bħall-Liġi tal-Prinċipat ta’ Asturias Nru 3/1985, tas-26 ta’ Diċembru 1985, dwar l-organizzazzjoni tas-servizz pubbliku tal-amministrazzjoni tal-Prinċipat ta’ Asturias, li l-Artikolu 59(2) tagħha jeskludi totalment u assolutament l-għoti ta’ leave speċjali lil membru tal-persunal mhux permanenti fil-pożizzjoni amministrattiva meta dan jiġi elett deputat fil-Parlament ta’ Asturias, filwaqt li dan id-dritt huwa rrikonoxxut lill-uffiċjali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-21 ta’ Marzu 2016 – Christian Louboutin, Christian Louboutin SAS vs Van Haren Schoenen BV

(Kawża C-163/16)

(2016/C 211/39)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Christian Louboutin, Christian Louboutin SAS

Konvenuta: Van Haren Schoenen BV

Domanda preliminari

Il-kunċett ta’ “għamla” fis-sens tal-Artikolu 3(1)(e)(iii) tad-Direttiva 2008/95/KE (1) (fil-verżjoni Ġermaniża, fil-verżjoni Ingliża u fil-verżjoni Franċiża tad-Direttiva dwar it-trade marks, rispettivament: Form, shape u forme) huwa limitat għall-karatteristiċi tridimensjonali tal-prodotti, bħall-kontorni, il-kejl u l-volumi tagħhom (espressi tridimensjonalment) jew jinkludi karatteristiċi (mhux tridimensjonali) oħrajn tal-prodotti, bħall-kulur tagħhom?


(1)  Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata) (ĠU 2008 L 299, p. 25).


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgerichts Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Marzu 2016 – Ljiljana Kammerer, Frank Kammerer vs Swiss International Air Lines AG

(Kawża C-172/16)

(2016/C 211/40)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ljiljana Kammerer, Frank Kammerer

Konvenuta: Swiss International Air Lines AG

Domanda preliminari

Il-ftehim bejn il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Komunità Ewropea dwar it-trasport bl-ajru tal-21 ta’ Ġunju 1999 fil-verżjoni tad-Deċiżjoni Nru 2/2010 tal-Kumitat tat-trasport bl-ajru tal-Komunità/Svizzera tas-26 ta’ Novembru 2010 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) japplika, konformement mal-Artikolu 3(1)(a) tiegħu, għall-passiġġieri li jipprevedu li jinżlu f’ajruport Svizzeru permezz ta’ titjira provenjenti minn pajjiż terz?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fid-29 ta’ Marzu 2016 – M.H. vs M.H.

(Kawża C-173/16)

(2016/C 211/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (qorti tal-appell)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M.H.

Konvenut: M.H.

Domandi preliminari

Il-frażi “fiż-żmien li d-dokument li istitwixxa l-proċedimenti […] [jiġi ppreżentat] [i]l-qorti,” fis-sens tal-Artikolu 16(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003 (1), għandha tiġi interpretata bħala:

i)

iż-żmien li fih il-qorti tirċievi l-att promotur tal-istanza, anki jekk, konformement mad-dritt nazzjonali, il-proċedura ma tinbediex immedjatament fuq il-bażi biss tal-wasla ta’ dan l-att; jew

ii)

iż-żmien li fih, wara li l-att promotur tal-istanza jkun ġie riċevut mill-qorti, il-proċedura tinbeda konformement mad-dritt nazzjonali?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243).


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/32


Appell ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2016 minn Tilly-Sabco mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-14 ta’ Jannar 2016 fil-Kawża T-397/13, Tilly-Sabco vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-183/16 P)

(2016/C 211/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Tilly-Sabco (rappreżentanti: R. Milchior, F. Le Roquais, S. Charbonnel, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2016 fil-Kawża T-397/13, għajr l-ammissibbiltà tal-azzjoni;

tiddeċiedi, konformement mal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, li taqta’ l-kawża direttament u tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 689/2013 tat- 18 ta’ Lulju 2013 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (1), għal żero;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell preżenti.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata mill-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (2). L-appellanti ssostni li l-Kummissjoni ma awtorizzatx lill-kumitat jeżamina, fit-termini stabbiliti, l-informazzjoni kollha neċessarja, inkluża r-rata ta’ ħlas lura, sabiex jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz ta’ regolament.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 164(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (3). L-appellanti ssostni, b’mod partikolari, li l-Qorti Ġenerali kklassifikat b’mod żbaljat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 689/2013 bħala “strument agrikolu perijodiku”.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq l-assenza ta’ ġustifikazzjoni jew tal-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 689/2013 u jikkonċerna b’mod partikolari l-klassifikazzjoni tiegħu bħala “regolament standard” u r-raġuni għalfejn ir-rata ta’ ħlas lura ġiet stabbilita għal “żero”. Barra minn hekk, l-appellanti ssostni li l-metodu għad-determinazzjoni tar-rata ta’ ħlas lura ma hijiex suġġetta għal stħarriġ ġudizzarju u li l-motivazzjoni tas-sentenza appellata hija kontradittorja fir-rigward tat-tnaqqis gradwali tar-rati ta’ ħlas lura.

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-liġi jew żball manifest ta’ evalwazzjoni, peress li l-Qorti Ġenerali naqset milli tinterpreta b’mod korrett il-kriterji fl-Artikolu 164(3) tar-Regolament Nru 1234/2007. L-appellanti ssostni li, fir-rigward ta’ ċerti kriterji, il-Qorti Ġenerali vvalidat il-fatt li l-Kummissjoni, diskrezzjonalment u mingħajr ġustifikazzjoni, ħadet inkunsiderazzjoni l-perijodu ta’ referenza 2009/2013, jiġifieri perijodu twil ħafna mill-passat, u mhux is-sena 2013 biss kif meħtieġ mid-dispożizzjonijiet rilevanti u, b’mod partikolari, mill-Artikolu 164(3)(a) tar-Regolament Nru 1234/2007. Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni wkoll, meta kkunsidrat b’mod partikolari li d-differenza fil-prezz fir-rigward ta’ tiġieġ Brażiljani ma kinitx timplika n-neċessità ta’ ħlas lura għall-esportazzjoni sabiex jiġi żgurat il-bilanċ tas-suq tal-Unjoni tal-laħam tat-tiġieġ kif ukoll żvilupp naturali fuq il-livell ta’ prezz u ta’ skambju. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali rrikonoxxiet li l-Kummissjoni kienet wettqet żball meta qajmet quddiemha argumenti differenti minn dawk ippreżentati quddiem il-kumitat ta’ ġestjoni.


(1)  ĠU L 196, p. 13

(2)  ĠU L 55, p. 13

(3)  ĠU L 299, p. 1


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Dioikitiko Protodikeio Thessalonikis (il-Greċja) fl-1 ta’ April 2016 – Ovidiu-Mihaita Petrea vs Ypourgos Esoterikon kai Dioikitikis Anasygrotisis

(Kawża C-184/16)

(2016/C 211/43)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Dioikitiko Protodikeio Thessalonikis

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ovidiu-Mihaita Petrea

Konvenut: Ypourgos Esoterikon kai Dioikitikis Anasygrotisis

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 27 u 32 tad-Direttiva 2004/38/KE (1), interpretati fid-dawl tal-Artikoli 45 TFUE u 49 TFUE – b’teħid inkunsiderazzjoni wkoll tal-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri u tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ amministrazzjoni tajba – għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma awtorizzati r-revoka taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni preċedentement maħruġ, skont l-Artikolu 8(1) tad-Digriet Presidenzjali Nru 106/2007, lil ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, kif ukoll l-adozzjoni mill-Istat ospitanti, fil-konfront ta’ dan l-individwu, ta’ miżura ta’ ritorn, fil-każ fejn, minkejja l-fatt li kien ġie rreġistrat fir-reġistru nazzjonali tal-barranin mhux mixtieqa meta kienet ittieħdet kontrih miżura ta’ tkeċċija għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku u ta’ sigurtà pubblika, l-individwu reġa’ daħal fit-territorju tal-Istat Membru inkwistjoni u beda attività kummerċjali mingħajr ma segwa l-proċedura – prevista fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2004/38/KE – li tikkonsisti fit-talba għat-tneħħija tal-ordni ta’ tkeċċija, meta din l-ordni ta’ tkeċċija kienet imposta għal raġuni awtonoma ta’ ordni pubbliku li tiġġustifika r-revoka taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ ċittadin ta’ Stat Membru?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti: dan il-każ huwa identiku għal każ ta’ residenza irregolari ta’ ċittadin ta’ Stat Membru fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti, fatt li jippermetti l-adozzjoni – skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/115/KE (2) – ta’ deċiżjoni ta’ ritorn mill-awtorità kompetenti għar-revoka taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, minkejja l-fatt li, minn naħa, bħal ma huwa komunament ammess, iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ma jikkostitwixxix permess ta’ residenza validu fil-pajjiż u, min-naħa l-oħra, biss iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tad-Direttiva 2008/115/KE?

3)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għal din l-istess domanda: meta l-awtoritajiet nazzjonali, li jkunu qegħdin jaġixxu fil-kuntest tal-awtonomija proċedurali tal-Istat Membru ospitanti jirrevokaw għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku u ta’ sigurtà pubblika ċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, ċertifikat li ma jikkostitwixxix permess ta’ residenza validu fil-pajjiż, u jimponu simultanjament fuq dan l-individwu miżura ta’ ritorn, hemm lok li jitqies li, skont klassifikazzjoni ġuridika korretta, dan huwa att amministrattiv wieħed u uniku ta’ tneħħija amministrattiva skont l-Artikoli 27 u 28 tad-Direttiva 2004/38/KE suġġett għal stħarriġ ġudizzjarju skont il-kundizzjonijiet stabbiliti minn dawn id-dispożizzjonijiet, li jistabbilixxu proċedura potenzjalment esklużiva ta’ tneħħija amministrattiva ta’ ċittadini tal-Unjoni mit-territorju tal-Istat Membru ospitanti?

4)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domandi preċedenti: il-prinċipju ta’ effettività jipprekludi prassi ġurisprudenzjali nazzjonali li tipprojbixxi lill-awtoritajiet amministrattivi u, sussegwentement, lill-qrati li jkollhom ġurisdizzjoni aditi bit-tilwima, milli jeżaminaw – fil-kuntest tar-revoka ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni jew fil-kuntest tal-adozzjoni mill-Istat Membru ospitanti ta’ miżura ta’ tneħħija mmotivata mill-eżistenza ta’ ordni ta’ tkeċċija fil-konfront taċ-ċittadin tal-Istat Membru l-ieħor – sa fejn ġew osservati l-garanziji proċedurali tal-Artikoli 30 u 31 tad-Direttiva 2004/38 fl-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija,

5)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti: l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2004/38/KE inissel fir-rigward tal-awtoritajiet amministrattivi kompetenti tal-Istat Membru l-obbligu li jinnotifikaw liċ-ċittadin ikkonċernat ta’ Stat Membru ieħor, fil-każijiet kollha u irrispettivament minn jekk il-persuna kkonċernata titlobx dan jew le, id-deċiżjoni tat-tneħħija tiegħu f’lingwa li huwa jifhem, sabiex huwa jkun jista’ jeżerċita b’mod effikaċi d-drittijiet proċedurali mogħtija mill-imsemmija dispożizzjonijiet tad-Direttiva?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5. Vol. 5, p. 46).

(2)  Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98).


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fl-4 ta’ April 2016 – Boguslawa Zaniewicz-Dybeck vs Pensionsmyndigheten

(Kawża C-189/16)

(2016/C 211/44)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Boguslawa Zaniewicz-Dybeck

Konvenuta: Pensionsmyndigheten

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 47(1)(d) tar-Regolament Nru 1408/71 jimplikaw li huwa possibbli li, fil-mument tal-kalkolu tal-pensjoni ggarantita Żvediża, jingħata għall-perijodi ta’ assigurazzjoni miksuba fi Stat Membru ieħor tal-UE valur ta’ pensjoni li jikkorrispondi għall-valur medju tal-perijodi miksuba fl-Iżvezja meta l-istituzzjoni kompetenti twettaq kalkolu prorata skont l-Artikolu 46(2) ta’ dan ir-regolament?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-istituzzjoni kompetenti tista’, fil-kalkolu tagħha tad-drittijiet għall-pensjoni ggarantita, tieħu inkunsiderazzjoni d-dħul ta’ pensjoni li l-assigurat jirċievi minn Stat Membru ieħor tal-UE mingħajr ma dan il-fatt jidħol f’kunflitt mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1408/71?


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/35


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fis-7 ta’ April 2016 – Bolagsupplysningen OÜ, Ingrid Ilsjan vs Svensk Handel AB

(Kawża C-194/16)

(2016/C 211/45)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Riigikohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bolagsupplysningen OÜ, Ingrid Ilsjan

Konvenuta: Svensk Handel AB

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li d-drittijiet tagħha allegatament inkisru minħabba l-pubblikazzjoni fuq l-internet ta’ data żbaljata dwarha u minħabba l-ommissjoni ta’ tneħħija ta’ kummenti dwarha tista’ tippreżenta rikors quddiem il-qrati ta’ kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu hija, jew kienet, aċċessibbli l-informazzjoni ppubblikata fuq l-internet għad-danni kkawżati fl-imsemmi Stat Membru, sabiex tikseb ir-rettifika tad-data żbaljata kif ukoll it-tneħħija tal-kummenti li jippreġudikaw id-drittijiet tagħha?

2)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna ġuridika li d-drittijiet tagħha allegatament inkisru minħabba l-pubblikazzjoni fuq l-internet ta’ data żbaljata dwarha u minħabba l-ommissjoni ta’ tneħħija ta’ kummenti dwarha tista’ tinvoka d-dritt għar-rettifika tal-indikazzjonijiet, għall-obbligu ta’ tneħħija tal-kummenti u għall-kumpens tad-dannu materjali kollu subit minħabba l-pubblikazzjoni tad-data żbaljata fuq l-internet, quddiem il-qrati tal-Istat li fih jinsab iċ-ċentru tal-interessi tagħha?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

għandu jitqies li ċ-ċentru tal-interessi ta’ persuna ġuridika u, għaldaqstant, il-post fejn seħħ id-dannu li hija subit jinsab fl-Istat Membru fejn din għandha s-sede tagħha jew

fid-determinazzjoni taċ-ċentru tal-interessi tal-persuna ġuridika u, għaldaqstant, tal-post fejn seħħ id-dannu li hija subit, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ speċifiku, pereżempju s-sede u l-istabbimenti tal-persuna ġuridika, is-sede tal-klijenti tagħha u l-modi kif hija tikkonkludi l-operazzjonijiet tagħha?


(1)  ĠU L 351, p. 1.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/36


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fil-11 ta’ April 2016 – État belge vs Max-Manuel Nianga

(Kawża C-199/16)

(2016/C 211/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: État belge

Konvenut: Max-Manuel Nianga

Domanda preliminari

Moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fid-dawl tad-dritt għal smigħ fi kwalunkwe proċedura, li jifforma parti integrali mir-rispett tad-drittijiet tad-difiża, prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, kif applikat fil-kuntest tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1), l-Artikolu 5 ta’ din tal-aħħar għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq l-awtorità nazzjonali li tieħu inkunsiderazzjoni l-aħjar interessi tal-minuri, il-ħajja tal-familja u l-istat tas-saħħa taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, meta tieħu d-deċiżjoni ta’ ritorn, prevista fl-Artikoli 3(4) u 6(1) tad-Direttiva, jew meta ssir it-tneħħija, fis-sens tal-Artikoli 3(5) u 8 tal-istess direttiva?


(1)  ĠU L 348, p. 98.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/36


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fit-12 ta’ April 2016 – Securitas – Serviços e Tecnologia de Segurança SA vs ICTS Portugal – Consultadoria de Aviação Comercial SA et

(Kawża C-200/16)

(2016/C 211/47)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal de Justiça

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Securitas – Serviços e Tecnologia de Segurança SA

Konvenuti: ICTS Portugal – Consultadoria de Aviação Comercial SA, Arthur George Resendes, Jorge Alberto Rodrigues Pereira, José Manuel Duque Medeiros, José Octávio Pimentel do Couto Macedo, Márcio Aurélio Mendes, Marco Paulo Viveiros Câmara, Milton César Pimentel Freitas, Milton Miguel Miranda Santos, Nelson Manuel Rego Sousa, Osvaldo Manuel Rego Arruda, Pedro Miguel Amaral Pacheco, Pedro Miguel Costa Tavares, Rui Miguel Costa Tavares, Rui Sérgio Gouveia Terra, Jaime Amorim Amaral Melo, Marcos Daniel Varandas Carvalho, Valter Eurico Rocha da Silva e Sousa

Domandi preliminari

1)

Is-sitwazzjoni deskritta fil-kawża inkwistjoni tikkostitwixxi trasferiment ta’ impriża jew ta’ stabbiliment, fid-dawl tat-trasferiment tal-impriża “ICTS” mill-impriża “SECURITAS”, wara li saret sejħa għal offerti li fiha ntagħżlet l-offerta ta’ “SECURITAS”, li rebħet il-kuntratt għall-provvista ta’ servizzi ta’ viġilanza u ta’ sigurtà li għandhom jitwettqu fil-port ta’ Ponta Delgada, fil-gżira ta’ São Miguel, l-Azores, u t-trasferiment ta’ entità ekonomika jaqa’ taħt l-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE (1), tat-12 ta’ Marzu [2001]?

2)

Is-sitwazzjoni deskritta fil-kawża inkwistjoni tikkostitwixxi sempliċi sitwazzjoni ta’ impriżi kompetituri li jissuċċedu lil xulxin, skont l-għoti tal-provvista ta’ servizzi lill-impriża li rebħet l-imsemmija sejħa pubblika għal offerti, fejn għalhekk għandha tiġi eskluża mill-kunċett ta’ trasferiment ta’ impriża jew stabbiliment, fis-sens tal-imsemmija direttiva?

3)

Sa fejn il-Klawżola 13(2) tal-kuntratt kollettiv tax-xogħol konkluż bejn l-AES u AESIRF u l-iSTAD u assoċjazzjonijiet sindakali oħra tipprovdi li: “It-telf ta’ klijent min-naħa ta’ operatur minħabba l-għoti ta’ kuntratt ta’ servizz lil operatur ieħor ma jaqax taħt il-kunċett ta’ trasferiment ta’ impriża jew ta’ stabbiliment”, din tmur kontra d-dritt Komunitarju dwar id-definizzjoni ta’ trasferiment ta’ impriża jew ta’ stabbiliment li tirriżulta mid-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu [2001]?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98)


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/37


Appell ippreżentat fit-12 ta’ April 2016 minn Dirk Andres (likwidatur tal-assi ta’ Heitkamp BauHolding GmbH), li kienet Heitkamp BauHolding GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-4 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-287/11 – Heitkamp BauHolding GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-203/16 P)

(2016/C 211/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Dirk Andres (likwidatur tal-assi ta’ Heitkamp BauHolding GmbH) (rappreżentanti: W. Niemann, S. Geringhoff, P. Dodos, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

tannulla parzjalment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-287/11, fil-forma tad-dispożittiv tagħha, sa fejn tiċħad ir-rikors (il-punti 2 u 3 tad-dispożittiv) u, filwaqt li tilqa’ t-talbiet imressqa fl-ewwel istanza, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/527/EU, tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C 7/10 (ex CP 250/09 u NN 5/10) implimentata mill-Ġermanja “Skema għar-riport ta’ telf ta’ taxxa fil-każ tar-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà (Sanierungsklausel)” (1);

sussidjarjament, tannulla parzjalment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali msemmija fl-ewwel talba tal-appell, fil-forma tad-dispożittiv tagħha, sa fejn tiċħad ir-rikors (il-punti 2 u 3 tad-dispożittiv), u tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka l-aggravji segwenti:

Fl-ewwel lok, l-appellanti tinvoka difetti proċedurali. Il-Qorti Ġenerali ma mmotivatx jew immotivat b’mod kontradittorju l-konklużjonijiet tagħha dwar id-determinazzjoni tal-qafas ta’ referenza, dwar is-selettività tal-miżuri u dwar il-ġustifikazzjoni tagħhom u, barra minn hekk, billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-argumenti tal-appellanti, kisret id-dritt tagħha għal smigħ xieraq.

Fit-tieni lok, l-appellanti tinvoka ksur tal-Artikolu 107 TFUE u f’dan ir-rigward tibbaża ruħha fuq tliet aggravji:

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali ddeterminat b’mod mhux preċiż il-qafas ta’ referenza sa fejn, billi naqset milli tagħmel distinzjoni bejn l-ewwel u t-tieni fażi tal-eżami tas-selettività, ikkunsidrat b’mod żbaljat li r-regola dwar l-esklużjoni tal-eliminazzjoni tat-telf prevista fl-Artikolu 8c(1) tal-Körperschaftsteuergesetz (Liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul tal-kumpanniji, iktar ’il quddiem il-“KStG”) kienet tikkostitwixxi l-prinċipju ewlieni u li ż-żamma tat-telf skont is-“Sanierungsklausel” prevista fl-Artikolu 8c(1a) tal-KStG kienet tikkostitwixxi eċċezzjoni ta’ dan il-prinċipju. B’hekk, il-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni li s-Sanierungsklausel tikkostitwixxi parti mir-regola fiskali normali tar-riport ta’ telf, skont l-Artikolu 10d tal-Einkommensteuergesetz (Liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul), li hija regola ġenerali u li hija bbażata fuq id-dritt kostituzzjonali Ġermaniż.

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta qieset li s-“Sanierungsklausel” hija ta’ natura selettiva. Il-Qorti Ġenerali injorat il-fatt li s-“Sanierungsklausel” fil-fatt ma tiddefinixxi ebda kamp ta’ applikazzjoni ratione personae iżda, għall-kuntrarju, tapplika għall-impriżi kollha irrispettivament mit-tip u mill-għan tagħhom. Is-“Sanierungsklausel” tapplika, mingħajr ebda distinzjoni, għall-impriżi kollha li jinsabu f’diffikultajiet ekonomiċi. F’dan il-kuntest, il-Qorti Ġenerali naqset ukoll milli tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li kumpanniji li jkunu f’diffikultà u kumpanniji b’saħħithom ma jinsabux f’sitwazzjoni komparabbli minn aspett fattwali u minn aspett legali fir-rigward tal-għan ewlieni tar-regola tal-eliminazzjoni tat-telf, li huwa li jiġi eskluż ir-riskju tal-użu abbużiv tat-telf. Fil-każijiet tas-“Sanierungsklausel” huwa eskluż, bis-setgħa ta’ standardizzazzjoni tal-leġiżlatur, l-użu abbużiv tat-telf.

It-tielet nett, fi kwalunkwe każ, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li s-“Sanieuringsklausel” ma kinitx ġustifikata. L-appellanti targumenta li s-“Sanierungsklausel” ma hijiex intiża li tiffavorixxi lill-impriżi f’diffikultà iżda hija intiża li tiżgura li dawn l-impriżi jiġu intaxxati skont il-prinċipju tal-kapaċità tal-ħlas li huwa għan inerenti għad-dritt fiskali Ġermaniż. B’mod partikolari, iż-żamma tat-telf hija intiża li l-hekk imsejħa “profitti immaġinarji”, li jirriżultaw mir-rinunzja għal djun marbut ma’ self, jitqiesu li huma eżenti mit-taxxa permezz ta’ tpaċija mat-telf.


(1)  ĠU L 235, p. 26.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/38


Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2016 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-4 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-287/11, Heitkamp BauHolding GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-208/16 P)

(2016/C 211/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u R. Kanitz, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Heitkamp BauHolding GmbH, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-287/11, sa fejn din tiċħad ir-rikors bħala infondat,

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011)275 finali, tas-26 ta’ Jannar 2011, fil-każ “Għajnuna mill-Istat C 7/2010 – KStG, Sanierungsklausel [klawżola ta’ ristrutturazzjoni]” skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka aggravju wieħed.

Ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma qisitx li l-Artikolu 8c(1a) tal-KStG, l-hekk imsejħa klawżola ta’ ristrutturazzjoni, ma huwiex selettiv:

L-hekk imsejħa klawżola ta’ ristrutturazzjoni ma hijiex prima facie selettiva, minħabba li ma hemm l-ebda devjazzjoni mill-għan rilevanti tas-sistema ta’ referenza, u minħabba li hija miżura ġenerali li minnha tista’ tibbenefika kull kumpannija fit-territorju tal-Istat Membru.

L-hekk imsejħa klawżola ta’ ristrutturazzjoni hija ġġustifikata kemm min-natura u kemm mill-istruttura interna tas-sistema fiskali. Il-klawżola ta’ ristrutturazzjoni hija ġġustifikata l-ewwel nett mill-prinċipju ta’ tassazzjoni skont il-kapaċità kontributtiva, it-tieni nett mill-miżuri kontra l-abbuż, jiġifieri l-prevenzjoni ta’ skemi abbużivi, u t-tielet nett mid-differenzi oġġettivi bejn l-akkwist ta’ azzjonijiet li jikkawża preġudizzju u l-akkwist iġġustifikat ta’ azzjonijiet għall-finijiet ta’ ristrutturazzjoni


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/39


Appell ippreżentat fit-22 ta’ April 2016 mid-Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-639/16, Dimosia Epicheirisi Ilektrismou A.E. (DEI) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-228/16 P)

(2016/C 211/50)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou A.E. (DEI) (rappreżentanti: Efthymios Bourtzalas, Anargiros Oikonomou, Efstathia Salaka, Charalampos Synodinos, Charisios Tagaras, Denis Waelbroeck, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

l-annullament tad-digriet appellat,

l-ordni mill-Qorti tal-Ġustizzja tar-rinviju tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi fir-rigward tat-talbiet tal-appellanti diretti lejn l-annullament tal-att ikkontestat tat-12 ta’ Ġunju 2014,

il-kundanna tal-konvenuta għall-ispejjeż kolllha, kemm tal-kawża fl-ewwel istanza, kif ukoll tal-preżenti appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti ssostni li d-digriet appellat huwa vvizjat minn żbalji ta’ liġi rilevanti u għandu jiġi annullat għar-raġunijiet segwenti:

1)

żball manifest ta’ liġi u nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni li l-Kawża T-639/14 saret mingħajr suġġett, sal-punt li din l-evalwazzjoni hija bbażata fuq l-allegata “sostituzzjoni” tal-att ikkontestat bl-att tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Marzu 2015;

2)

ksur tal-prinċipji tal-amministrazzjoni tajba, ċertezza legali u protezzjoni ġudizzjarja effettiva meta sostniet li l-att tal-25 ta’ Marzu 2015 issostitwixxa l-att ikkontestat;

3)

żball manifest ta’ liġi f’dak li jirrigwarda l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ legalità tal-atti tal-korpi tal-Unjoni Ewropea;

4)

interpretazzjoni żbaljata tal-fatti u ksur tad-dritt għal smigħ xieraq fir-rigward tad-deċiżjoni li l-motivazzjoni tal-att ikkontestat “ma jagħmel ebda riferiment għan-natura statali tal-għajnuna eventwali fil-forma ta’ għotja arbitrali” u l-valutazzjoni manifestament żbaljata meta kkonkludiet li l-iżbalji ta’ liġi tal-att ikkontestat invokati mid-DEI “neċessarjament se jkunu suġġetti għal evalwazzjoni fil-[…] Kawża T-352/15”.

5)

żnaturament tal-motivazzjoni tad-DEI fir-rigward tal-kriterji skont liema kellu jiġi deċiż l-annullament tal-proċeduri f’din il-kawża fir-rigward tal-ilment tal-2012 u żball manifest ta’ liġi f’dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni li l-ilment tal-2012 ġie miċħud “impliċitament” bl-att tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Marzu 2015 u

6)

żball ta’ liġi u evalwazzjoni manifestament żbaljata meta ddeċidiet li kull parti għandha tħallas l-ispejjeż tagħha.


Il-Qorti Ġenerali

13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2016 – Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-221/08) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nruo1049/2001 - Dokumenti marbuta ma’ fajl ta’ investigazzjoni tal-OLAF - Rikors għal annullament - Rifjuti impliċiti u espliċiti ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2016/C 211/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Tettenborn u N. Lödler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn P. Costa de Oliveira u B. Eggers, sussegwentement minn B. Eggers u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet impliċiti u espliċiti kollha tal-Kummissjoni adottati wara talbiet inizjali ta’ aċċess għad-dokumenti ppreżentati minn G. Strack fit-18 u fid-19 ta’ Jannar 2008 u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok iktar li tingħata deċiżjoni dwar il-legalità tad-deċiżjonijiet impliċiti ta’ rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti mogħtija fil-kuntest tat-talbiet ta’ aċċess magħmula minn Guido Strack.

2)

Ma hemmx lok iktar li tingħata deċiżjoni dwar il-legalità tad-deċiżjonijiet espliċiti ta’ rifjut parzjali jew totali ta’ aċċess għal dokumenti, adottati mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) fil-kuntest tat-talbiet konfermattivi ta’ aċċess għal dokumenti ta’ G. Strack, tat-22 ta’ Frar u tal-21 ta’ April 2008, sa fejn dawn id-dokumenti ma kinux jeżistu jew ma kinux għadhom disponibbli, sa fejn dawn id-dokumenti, jew partijiet minnhom, ġew reżi aċċessibbli għall-pubbliku jew sa fejn G. Strack jammetti l-legalità tar-rifjuti ta’ aċċess li ġew deċiżi.

3)

Id-deċiżjoni tal-OLAF tat-30 ta’ April 2010 hija annullata sa fejn:

l-aċċess għad-dokumenti indikati bil-frażi “PD” ġie rrifjutat;

l-isem ta’ G. Strack inħeba fid-dokumenti indikati bil-frażi “PA”;

dokumenti tħallew barra mil-lista tal-OLAF tat-30 ta’ April 2010 jew ma ġewx ikkomunikati lil G. Strack għas-sempliċi raġunijiet li huwa kien l-awtur tagħhom, li huwa kien qed iżommhom skont ir-Regolament (KE) Nruo45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data, jew taħt kwalunkwe titolu ieħor, mingħajr ma kienu ġew żvelati lill-pubbliku, jew li kienu esklużi mit-talba ta’ aċċess, sa fejn huma kienu qed jirreferu għall-iskambji bejn l-OLAF u l-Ombudsman Ewropew jew bejn l-OLAF u G. Strack u li kienu jikkonċernaw lil dan tal-aħħar, mingħajr ma kienu parti mill-fajl marbut mal-investigazzjoni inkwistjoni.

4)

Id-deċiżjoni tal-OLAF tas-7 ta’ Lulju 2010 hija annullata sa fejn:

l-aċċess għad-dokument Nru 266 ġie rrifjutat abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni,

l-aċċess għad-dokument Nru 268 ġie rrifjutat, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni li G. Strack seta’ kellu aċċess għaliha abbażi tar-Regolament Nruo1049/2001 fil-kuntest tat-trażmissjoni ta’ dokumenti oħra;

l-isem ta’ G. Strack inħeba fl-iskedi ta’ ċirkulazzjoni annessi mal-imsemmija deċiżjoni;

5)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

6)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll tliet kwarti mill-ispejjeż ta’ G. Strack.

7)

G. Strack għandu jbati kwart mill-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 223, 30.8.2008.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 – European Dynamics Luxembourg et vs EUIPO

(Kawża T-556/11) (1)

((Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Żvilupp ta’ softwer u servizzi ta’ manutenzjoni - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Klassifikazzjoni ta’ offerenti fi proċedura ta’ kaskata - Raġunijiet għall-esklużjoni - Kunflitt ta’ interessi - Ugwaljanza fit-trattament - Dmir ta’ diliġenza - Kriterji ta’ għoti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Telf ta’ opportunità))

(2016/C 211/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu), European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju), Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment N. Korogiannakis, M. Dermitzakis u N. Theologou, sussegwentement I. Ampazis u finalment M. Sfyri, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: inizjalment N. Bambara u M. Paolacci, sussegwentement N. Bambara, aġenti, assistiti minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EUIPO, ikkomunikata permezz tal-ittra tal-11 ta’ Awwissu 2011 u adottata fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti AO/029/10, intitolata “Żvilupp ta’ softwer u servizzi ta’ manutenzjoni”, li tiċħad l-offerta ppreżentata minn European Dynamics Luxembourg d-deċiżjonijiet l-oħra kollha konnessi tal-EUIPO adottati fil-kuntest tal-istess proċedura, inklużi dawk li jagħtu l-kuntratt lil offerenti oħra, u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), ikkomunikata permezz tal-ittra 11 ta’ Awwissu 2011, adottata fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti AO/029/10, intitolata “Żvilupp ta’ softwer u servizzi ta’ manutenzjoni”, li tiċħad l-offerta ppreżentata minn European Dynamics Luxembourg SA u d-deċiżjonijiet l-oħra relatati tal-EUIPO, adottati fil-kuntest tal-istess proċedura, fosthom dawk li jagħtu l-kuntratt lil tliet offerenti oħra, bħala offerenti magħżula tal-ewwel sat-tielet postijiet skont il-proċedura ta’ kaskata, huma annullati.

2)

L-EUIPO għandu jikkumpensa d-dannu subit minn European Dynamics Luxembourg għal telf ta’ opportunità li tingħata l-kuntratt qafas bħala, minn tal-inqas, it-tielet kontraenti skont il-proċedura ta’ kaskata.

3)

Il-partijiet għandhom jittrażmettu lill-Qorti Ġenerali, f’terminu ta’ tliet xhur dekorribbli mid-data tal-għoti tas-sentenza, l-ammont pagabbli tal-kumpens, stabbilit bi ftehim komuni.

4)

Fin-nuqqas ta’ ftehim, il-partijiet għandhom jibagħtu lill-Qorti Ġenerali, fl-istess terminu, it-talbiet tagħhom espressi f’ċifri.

5)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 6, 7/1/2012.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 – Pappalardo et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-316/13) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Sajd - Konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd - Kostituzzjonimill-ġdid tal-istokkijiet ta’ tonn - Miżuri ta’ emerġenza li jipprojbixxu s-sajd permezz tal-bastimenti bil-purse seines - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi))

(2016/C 211/53)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Salvatore Aniello Pappalardo (Cetara, l-Italja), Pescatori La Tonnara Soc. coop. (Cetara), Fedemar Srl (Cetara), Testa Giuseppe E C. Snc (Catania, l-Italja), Pescatori San Pietro Apostolo Srl (Cetara), Camplone Arnaldo & C. Snc di Camplone Arnaldo EC (Pescara, l-Italja), u Valentino Pesca Sas di Camplone Arnaldo & C. (Pescara) (rappreżentanti:V. Cannizzaro u L. Caroli, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-12 ta’ Ġunju 2008, li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 oW, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Salvatore Aniello Pappalardo, Pescatori La Tonnara Soc. coop., Fedemar Srl, Testa Giuseppe E C. Snc, Pescatori San Pietro Apostolo Srl, Camplone Arnaldo & C. Snc di Camplone Arnaldo EC u Valentino Pesca Sas di Camplone Arnaldo & C. huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 226, 3.8.2013.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 – ANKO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-154/14) (1)

([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) - Proġetti Perform u Oasis - Spejjeż eliġibbli - Rimbors tas-somom imħallsa - Kontrotalba - Interessi moratorji”])

(2016/C 211/54)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos, S. Paliou u A. Skoulikis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u P. Arenas, aġenti, assistiti minn O. Lytra, avukat)

Suġġett

Talbiet, skont l-Artikolu 272 TFUE, intiżi, minn naħa, l-ewwel nett, sabiex tiġi ddikjarata infondata t-talba tal-Kummissjoni intiża għar-rimbors tas-sussidji mħallsa lir-rikorrenti fl-eżekuzzjoni tal-ftehimiet nru 215754 “Arkitettura miftuħa għas-servizzi aċċessibbli, għall-integrazzjoni u għall-istandardizzazzjoni”, u numru 215952, “Sistema multiparametrika kumplessa għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ effettivi u kontinwi tal-kapaċità ta’ moviment fil-każijiet tal-marda Parkinson u ta’ mard ieħor li jikkawża deġenerazzjoni newroloġika”, konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013), u, it-tieni nett, għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tal-bilanċ tas-sussidji mhux imħallsa skont dawn il-ftehimiet, kif ukoll, min-naħa l-oħra, sabiex ir–rikorrenti tiġi kkundannata, skont kontrotalba, għar-rimbors tas-sussidji indebitament imħallsa fil-kuntest ta’ dawn il-ftehimiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors ippreżentat minn ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias huwa miċħud.

2)

ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 650 625,37, li tikkorrispondi mar-rimbors tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li hija bbenefikat minnhom skont ftehimiet nru 215754 “Arkitettura miftuħa għas-servizzi aċċessibbli, għall-integrazzjoni u għall-istandardizzazzjoni”, u nru 215952, “Sistema multiparametrika kumplessa għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ effettivi u kontinwi tal-kapaċità ta’ moviment fil-każijiet tal-marda Parkinson u ta’ mard ieħor li jikkawża deġenerazzjoni newroloġika” konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013), miżjuda bl-intersssi moratorji kkalkolati mit-3 ta’ Mejju 2014, bir-rata ta’ 3,75 %.

3)

ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 175, 10.6.2014.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 – ANKO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-155/14) (1)

([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2002-2006) - Proġetti Persona u Terregov - Spejjeż eliġibbli - Rimbors ta’ ammonti mħallsa - Kontrotalba - Interessi moratorji])

(2016/C 211/55)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos, S. Paliou u A. Skoulikis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u P. Arenas, aġenti, assistiti minn O. Lytra, avukat)

Suġġett

Talbiet, ibbażati fuq l-Artikolu 272 TFUE, bil-għan, minn naħa, l-ewwel nett, li t-talba tal-Kummissjoni għar-rimbors tas-sussidji mħallsa lir-rikorrenti skont il-Ftehimiet Nru 045459, “Spazji perċettivi għal promozzjoni ta’ anzjanità indipendenti” u Nru 507749, “L-impatt tal-governanza elettronika fuq is-servizzi ta’ amministrazzjonijiet territorjali”, konklużi taħt is-Sitt Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2002-2006) tiġi ddikjarata infondata, u, it-tieni nett, li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas il-bilanċ tas-sussidji mhux imħallsa taħt l-ewwel wieħed minn dawn il-ftehimiet, kif ukoll, min-naħa l-oħra, li tikkundanna lir-rikorrenti, fuq il-bażi ta’ kontrotalba, għar-rimbors tas-sussidji indebitament imħallsa fil-kuntest tal-imsemmija ftehimiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors ippreżentat minn ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias huwa miċħud.

2)

ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 606 570,61, li tikkorrispondi għar-rimbors tal-kontribuzjonijiet finanzjarji li bbenefikat minnhom taħt il-Ftehimiet Nru 045459, “Spazji perċettivi għal promozzjoni ta’ anzjanità indipendenti” u Nru 507749, “L-impatt tal-governanza elettronika fuq is-servizzi ta’ amministrazzjonijiet territorjali”, konklużi taħt is-Sitt Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2002-2006), inklużi l-interessi moratorji mit-3 ta’ Mejju 2014, bir-rata ta’ 3,75 %.

3)

ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 175, 10.6.2014.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2016 – Zehnder Group International vs EUIPO – Stiebel Eltron (comfotherm)

(Kawża T-267/14) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali comfotherm - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KOMFOTHERM - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Pubbliku rilevanti - Interdipendenza tal-kriterji”))

(2016/C 211/56)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Zehnder Group International AG (Gränichen, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement S. Hanne, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Stiebel Eltron GmbH & Co. KG (Holzminden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Eberhardt, H. Förster u Y. Holderied, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Frar 2014 (Każ R 1318/2013-4), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn Stiebel Eltron GmbH & Co. KG u Zehnder Group International AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Zehnder Group International AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 194, 24.06.2014


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 – Österreichische Post vs Il Kummissjoni

(Kawża T-463/14) (1)

((“Direttiva 2004/17/KE - Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali - Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li teżenta ċertu servizzi fis-settur postali fl-Awstrija mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17 - Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

(2016/C 211/57)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Österreichische Post AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: H. Schatzmann, J. Bleckmann u M. Oder, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Tokár u C. Vollrath, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annuallament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/184/UE tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ April 2014, li teżenta ċertu servizzi fis-settur postali fl-Awstrija mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali (ĠU L 101, p. 4), sa fejn din id-direttiva tkompli tapplika għall-għoti ta’ kuntratti għal ċerti servizzi postali fl-Awstrija.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/184/UE tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ April 2014, li teżenta ċertu servizzi fis-settur postali fl-Awstrija mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali, hija annullata sa fejn hija tindika li din id-direttiva tkompli tapplika għas-suq tas-servizzi postali ta’ ittri b’indirizz bejn klijenti professjonisti, u bejn klijenti professjonisti u klijenti privati fuq livell internazzjonali fl-Awstrija.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Österreichische Post AG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll tmienja minn għaxra ta’ dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2016 – Fon Wireless vs EUIPO – Henniger (Neofon)

(Kawża T-777/14) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Neofon - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FON - Raġuni assoluta ta’ rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2016/C 211/58)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Fon Wireless Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. B. Devaureix u L. Montoya Terán, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Andreas Henniger (Starnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. von Groll-Schacht, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Settembru 2014 (Każ R 2519/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Fon Wireless Ltd u Andreas Henniger.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Settembru 2014 (Każ R 2519/2013-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Fon Wireless Ltd.

3)

A. Henniger għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2015.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2016 – Gervais Danone vs EUIPO – Mahou (B’lue)

(Kawża T-803/14) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva B’lue - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti BLU DE SAN MIGUEL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 211/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Compagnie Gervais Danone (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Lakits-Josse, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Parti intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali, li daħlet fid-drittijiet ta’ San Miguel, Fabricas de Cerveza y Malta, SA, parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Mahou, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: A. Gómez-López, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-30 ta’ Settembru 2014 (Każ R 1382/2013-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn San Miguel, Fabricas de Cerveza y Malta, SA u Compagnie Gervais Danone.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Compagnie Gervais Danone hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 34, 2.2.2015.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2016 – Franmax vs EUIPO – Ehrmann (Dino)

(Kawża T-21/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Dino - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti li tirrappreżenta dinosawru - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 211/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Franmax UAB (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentant: E. Saukalas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo, aġent, assistit minn B. Uriarte Valiente, avukat)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ehrmann AG Oberschönegg im Allgäu (Oberschönegg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Gaul, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-23 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 2012/2013-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ehrmann AG Oberschönegg im Allgäu u Franmax UAB.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Franmax UAB hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 107, 30.3.2015.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2016 – Sharif University of Technology vs Il-Kunsill

(Kawża T-52/15) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi diretti kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Appoġġ lill-Gvern Iranjan - Attivitajiet ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku fil-qasam militari jew f’oqsma marbuta miegħu - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball ta’ liġi u żball ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità - Użu ħażin ta’ poter - Talba għad-danni”))

(2016/C 211/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sharif University of Technology (Tehran, l-Iran) (rappreżentant: M. Happold, barrister)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/776/PESK, tas-7 ta’ Novembru 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 325, p. 19), sa fejn din inkludiet l-isem tar-rikorrenti fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1202/2014, tas-7 ta’ Novembru 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 325, p. 3), sa fejn dan inkluda l-isem tar-rikorrent fil-lista li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni bl-interessi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sharif University of Technology għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 138, 27.4.2015.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2016 – Jääkiekon SM-liiga vs EUIPO (Liiga)

(Kawża T-54/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Liiga - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 211/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Jääkiekon SM-liiga Oy (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: L. Laaksonen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: A. Schifko u E. Śliwińska, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 576/2014-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Liiga bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jääkiekon SM-liiga Oy hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 107, 30.3.2015.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/50


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 – Niagara Bottling vs EUIPO (NIAGARA)

(Kawża T-89/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali NIAGARA - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 211/63)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Niagara Bottling LLC (Ontario, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: A. Jakab, A. Schifko u D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-12 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 784/2014-5), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali NIAGARA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Niagara Bottling LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 118, 13.4.2015.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/51


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2016 – L’Oréal vs EUIPO – Theralab (VICHY LABORATOIRES V IDÉALIA)

(Kawża T-144/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva VICHY LABORATOIRES V IDÉALIA - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti IDEALINA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 211/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J. Sena Mioludo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Theralab – Produtos Farmacêuticos e Nutracêuticos, Lda (Viseu, il-Portugall)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22 ta’ Jannar 2015 (Każ R 1097/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Theralab – Produtos Farmacêuticos e Nutracêuticos, Lda u L’Oréal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L’Oréal, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 26.5.2015.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ April 2016 – Inclusion Alliance for Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-539/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) - Proġetti MARE, Senior u ECRN - Irkupru ta’ parti mill-għajnuna finanzjarja mħallsa - Deċiżjoni li tagħti titolu eżekuttiv - Natura tal-motivi invokati - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”))

(2016/C 211/65)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Inclusion Alliance for Europe GEIE (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: S. Famiani, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Di Paolo u F. Moro, aġenti, assistiti minn D. Gullo, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 4696 finali, tas-17 ta’ Lulju 2013, dwar l-irkupru tas-somma ta’ EUR 212 411,89, flimkien mal-interessi, dovuta mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proġetti MARE, Senior u ECRN.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Inclusion Alliance for Europe GEIE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 15, 18.1.2014.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/52


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2016 – Banca Monte dei Paschi di Siena u Banca Widiba vs EUIPO – ING-DIBa (WIDIBA)

(Kawża T-83/16)

(2016/C 211/66)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Banca Monte dei Paschi di Siena SpA (Siena, l-Italja), Wise Dialog Bank SpA (Banca Widiba SpA) (Milan, l-Italja) (rappreżentanti minn: L. Trevisan u D. Contini, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ING-DIBa AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark tal-UE “WIDIBA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 192 308

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Novembru 2015 fil-Każijiet Magħquda R 112/2015-2 u R 190/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn din ma laqgħetx it-talba għal restitutio in integrum, u tirrinvijja l-kawża lura quddiem il-Bord tal-Appell;

F’każ li tiġi miċħuda l-ewwel talba suesposta,

tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn din laqgħet id-Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Nru 12 192 308 għal għadd ta’ oġġetti u servizzi speċifiċi, u tiddikjara li l-applikazzjoni għat-trade mark tal-UE Nru 12 192 308 hija eliġibbli għar-reġistrazzjoni għal tali oġġetti u servizzi jew alternattivament tirrinvijja l-kawża lura quddiem l-EUIPO sabiex dan tal-aħħar jadotta l-miżuri konsegwenti;

Fi kwalunkwe każ,

tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn din laqgħet l-appell ta’ ING-DIBa dwar il-karti ta’ kreditu, u tiddikjara li l-applikazzjoni għat-trade mark tal-UE Nru 12 192 308 hija eliġibbli għar-reġitsrazzjoni għal tali oġġetti u servizzi jew alternattivament tirrinvijja l-kawża lura quddiem l-EUIPO sabiex dan tal-aħħar jadotta l-miżuri konsegwenti;

Fi kwalunkwe każ,

tikundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu, kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti minn Banca Monte dei Paschi di Siena SpA u Wise Dialog Bank SpA inkonnessjoni mal-proċeduri odjerni u ma’ dawk quddiem l-EUIPO;

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 81(1) u 60 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/53


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2016 – Banca Monte dei Paschi di Siena u Banca Widiba vs EUIPO – ING-DIBa (widiba)

(Kawża T-84/16)

(2016/C 211/67)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Banca Monte dei Paschi di Siena SpA (Siena, l-Italja), Wise Dialog Bank SpA (Banca Widiba SpA) (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: L. Trevisan u D. Contini, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ING-DIBa AG (Frankfurt am Main, Il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikanti għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “widiba” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 192 415

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Novembru 2015 fil-Każijiet R 113/2015-2 u R 174/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija ċaħdet it-talba ta’ restitutio in integrum u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell

Fil-każ ta’ ċaħda tal-ewwel talba hawn fuq,

tannulla d-deċiżjoni kkontestata inkwistjoni sa fejn hija kkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li ċaħdet l-Applikazzjoni għal trade mark Nru 12 192 415 għal ċerti prodotti u servizzi u tiddikjara li l-Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 192 415 tista’ tiġi rreġistrata għal dawn il-prodotti u servizzi jew, sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO sabiex dan jadotta l-miżuri neċessarji;

F’kull każ,

tannulla d-deċiżjoni kkontestata inkwistjoni sa fejn hija kkonfermat l-appell ta’ ING-DIBa dwar il-karti ta’ kreditu u tiddikjara li l-Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 192 415 tista’ tiġi rreġistrata għal dawn il-prodotti jew, sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO sabiex dan jadotta l-miżuri neċessarji;

F’kull każ,

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll għall-ispejjeż u għall-onorarji sostnuti mill-Banca Monte dei Paschi di Siena SpA u mill-Wise Dialog Bank SpA għall-finijiet ta’ din il-proċedura u tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 81(1) u 60 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/54


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Sandvik Intellectual Proġperty vs EUIPO – Unipapel (ADVEON)

(Kawża T-115/16)

(2016/C 211/68)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sandvik Intellectual Property AB (Sandviken, l-Isvezja) (rappreżentanti: S. Maaßen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Unipapel Industria, Comercio y Servicios, SL (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-kelma b’karattri standart “ADVEON” – reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 164 374

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 738/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

temenda d-deċiżjoni kkontestata b’tali mod li l-oppożizzjoni tiġi miċħuda u li l-indikazzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali IR 1164374 għall-Unjoni Ewropea tiġi aċċettata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, jew

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti għall-ispejjeż;

tissospendi l-proċeduri sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tiddeċiedi fil-kuntest tat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fis-7 ta’ Diċembru 2015 fil-kawża Länsförsäkringar AB v A/S Matek (Kawża C-654/15).

Motiv(i) invokat(i)

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/55


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2016 – Dröge et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-142/16)

(2016/C 211/69)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Katharina Dröge (Berlin, il-Ġermanja), Britta Haßelmann (Berlin) u Anton Hofreiter (Berlin) (rappreżentant: Professor W. Cremer)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla, u sussidjarjament tiddikajara bħala kontra d-dritt tal-Unjoni, id-dikjarazzjoni ta’ volontà mhux ippubblikata u espressa oralment mill-konvenuta intiża għall-konklużjoni ta’ trattat vinkolanti għall-partijiet kontraenti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka, fir-rigward tal-modalitajiet ta’ aċċess għad-dokument tan-negozjar dwar il-partenarjat transatlantiku ta’ kummerċ u ta’ investiment (id-dokumenti msejħa TTIP) sa fejn huwa strettament ipprojbit għall-membri tal-parlamenti tal-Istati Membri li jiġu akkumpanjati minn kollaboraturi (li jkunu għaddew mill-kontrolli ta’ sigurtà) inklużi kollaboraturi tal-grupp politiku waqt il-konsultazzjoni tad-dokumenti fis-swali tal-qari TTIP imħejja għal dan il-għan (ara, għas-sistema ta’ aċċess l-Anness III tad-dokument tal-Kunsill Nru 14029/15);

tannulla d-deċiżjoni preliminari tal-konvenuta mhux ippubblikata (espressa oralment) intiża għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ volontà ċċitata iktar ’il fuq dwar l-awtorizzazzjoni tal-ftehim (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni”) sa fejn skont din id-deċiżjoni huwa strettament ipprojbit lill-membri tal-parlamenti tal-Istati Membri li jiġu akkumpanjati minn kollaboraturi (li jkunu għaddew minn kontrolli ta’ sigurità) inklużi kollaboraturi tal-grupp politiku waqt il-konsultazzjoni tad-dokumenti fis-swali tal-qari TTIP imħejja għal dan il-għan;

tannulla d-deċiżjoni (orali) tal-konvenuta marbuta mal-konklużjoni tat-trattat jew ftehim politiku mhux vinkolanti mal-Istati Uniti tal-Amerka fir-rigward tas-sistema ta’ aċċess TTIP u tiddefinixxi din is-sistema bħala vinkolanti fid-dritt tal-Unjoni sa fejn huwa strettament ipprojbit lill-membri tal-parlamenti tal-Istati Membri li jiġu akkumpanjati minn kollaboraturi (li jkunu għaddew minn kontrolli ta’ sigurtà) inklużi kollaboraturi tal-grupp politiku waqt il-konsultazzjoni tad-dokumenti fis-swali tal-qari TTIP imħejja għal dan il-għan.

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq it-tieni sentenza tal-Artikolu 10(3) TUE moqrija mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 TUE.

Ir-rikorrenti jaffermaw li t-tieni sentenza tal-Artikolu 10(3) TUE tistabbilixxi prinċipju legali oġġettiv vinkolanti għall-Unjoni u għall-istituzzjonijiet tagħha li jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom bl-iktar mod miftuħ possibbli. Dan il-prinċipju tal-aħjar użu msaħħaħ bit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 TUE u intiż għall-ikbar trasparenza possibbli tal-azzjoni tal-Unjoni jista’ ċertament jitwarrab jekk fil-każ konkret dan seta’ jiġi kkontestat minn motiv ġustifikattiv fil-forma ta’ għan leġittimu tad-dritt tal-Unjoni u li r-restrizzjoni kienet xierqa, neċessarja u proporzjonata sabiex jintlaħaq l-għan inkwistjoni. Sa fejn jikkonċerna l-possibbiltà rrifjutata lill-membri parlamentari nazzjonali li jiġu akkumpanjati minn kollaboraturi tal-grupp politiku li jkunu għaddew minn kontrolli ta’ sigurità waqt l-aċċess għad-dokumenti TTIP, tali motivi ma jeżistux.

Minbarra dan, ma jistax jiġi ġġustifikat li ċ-ċittadini tal-Unjoni ma jistgħux ikollhom aċċess għad-dokumenti TTIP hekk kif ġew ippreżentati fis-swali tal-qari.

Hemm ksur sussegwenti tat-tieni sentenza tal-Artikolu 10(3) TUE peress li l-mandat ta’ negozjar tat-TTIP riċevut mill-konvenuta jestendi għal persuni suġġetti li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 15(1) TFUE moqri mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 TUE għall-motivi ċċitati fl-ewwel motiv.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/56


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2016 – Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-149/16)

(2016/C 211/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV (Amsterdam, l-Olanda) (rappreżentant: P. Glazener, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5274 tal-31 ta’ Lulju 2015 li tistabbilixxi l-lista ta’ proposti magħżula għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja tal-UE fil-qasam ta’ Faċilità ta’ Konnessjoni Ewropea (Connecting Europe Facility)(CEF)-settur tat-Trasport wara s-sejħa għal proposti li bdiet fil-11 ta’ Settembru 2014 abbażi tal-Programm ta’ Xogħol Multi Annwali;

tordna lill-Kummissjoni biex tadotta deċiżjoni ġdida fir-rigward tal-proposta tar-rikorrenti, billi tieħu inkunsiderazzjoni s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, fi żmien tliet xhur mid-data tas-sentenza;

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, li jallega żball manifest ta’ evalwazzjoni.

L-evalwazzjoni tal-proposta tar-rikorrenti hija żbaljata fir-rigward tar-rilevanza, tal-impatt u tal-kwalità tal-kriterji għall-għoti. B’evalwazzjoni xierqa ta’ dawk il-kriterji għall-għoti, il-proposta kellha tintgħażel għall-kofinanzjament tal-UE.

2.

It-tieni motiv, li jallega ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.

Il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali fid-deċiżjoni kkontestata għaliex ma għażlitx il-proposta tar-rikorrenti, filwaqt li għażlet proposti oħra simili relatati ma’ teknoloġiji għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/57


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2016 – Ecolab USA vs EUIPO (ECOLAB)

(Kawża T-150/16)

(2016/C 211/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ecolab USA, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. Töbelmann u C. Menebröcker, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea “ECOLAB” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 180 255

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 644/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO sabiex ibati l-ispejjeż tiegħu stess u kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), (c) u 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ ċertezza legali;

Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/58


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2016 – Megasol Energie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-152/16)

(2016/C 211/72)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Megasol Energie AG (Deitingen, l-Isvizzera) (rappreżentant: T. Wegner, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolamenti ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/185 u 2016/184, tal-11 ta’ Frar 2016;

sussidjarjament, tannulla r-Regolamenti ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/185 u 2016/184, tal-11 ta’ Frar 2016, sa fejn jimponu dazju antidumping u kumpensatorju fuq il-moduli solari esportati lejn l-Unjoni mir-rikorrenti, sa fejn il-moduli solari jinkludu ċelluli solari, esportati oriġinarjament mit-Tajwan minn impriżi eżentati mill-applikazzjoni tal-miżuri;

sussidjarjament, tannulla r-Regolamenti ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/185 u 2016/184, tal-11 ta’ Frar 2016, sa fejn jimponu dazju antidumping u kumpensatorju fuq il-moduli solari esportati lejn l-Unjoni mir-rikorrenti, sa fejn il-moduli solari jinkludu ċelluli solari, esportati oriġinarjament mit-Tajwan minn diversiimpriżi;

sussidjarjament, tannulla r-Regolamenti ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/185 u 2016/184, tal-11 ta’ Frar 2016, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ investigazzjoni għall-esportazzjoni mill-Isvizzera

Ir-rikorrenti ssostni li d-dazji antidumping jistgħu jiġu estiżi biss fil-każ fejn ikunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 13 tar-Regolament antidumping bażiku (iktar ’il quddiem ir-“Regolament antidumping bażiku”). Dan jimplika, b’mod partikolari, li tkun inbdiet u tkun effettivament twettqet investigazzjoni kontra l-evażjoni fuq l-esportazzjonijiet inkwistjoni.

Peress li r-rikorrenti tesporta moduli solari mill-Isvizzera lejn l-Unjoni, iżda kuntrarjament għall-Artikolu 13(3) tar-Regolament antidumping bażiku ma nbdiet ebda investigazzjoni fil-konfront tal-Isvizzera, il-moduli solari tar-rikorrenti ma jistgħux jiġu suġġetti għal miżuri.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti relatati mat-Tajwan

Il-Kummissjoni, kuntrarjament għat-tielet sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament antidumping bażiku, stabbilixxiet b’mod żbaljat il-fatti marbuta mal-bidla fit-tendenza tal-kummerċ bejn iċ-Ċina u t-Tajwan. B’mod partikolari, il-valuri tal-istatistiċi kummerċjali ma humiex konklużivi. Dawn il-valuri ma jippermettux li tintlaħaq il-konklużjoni li l-merkanzija ġiet ittrasportata permezz ta’ tranżitu mit-Tajwan. Lanqas ma teżisti bidla sinjifikattiva fit-tendenza tal-kummerċ fir-rigward tat-Tajwan, peress li ż-żieda tal-esportazzjonijiet mit-Tajwan kienet biss marġinali.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti relatati mal-Isvizzera

Ma jistgħux għalhekk jiġu imposti dazji estiżi fuq moduli solari esportati mir-rikorrenti, peress li fir-rigward tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Isvizzera ma seħħet ebda bidla fit-tendenza tal-kummerċ fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament antidumping bażiku.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bidliet inġustifikati tat-tendenza tal-kummerċ.

Anki jekk teżisti bidla fit-tendenza tal-kummerċ li tikkonċerna t-Tajwan u l-Isvizzera, quod non, il-Kummissjoni ma stabbilixxietx li ma teżisti ebda ġustifikazzjoni.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni fl-adozzjoni tar-Regolamenti kkontestati minħabba li r-rikorrenti ma kellhiex il-possibbiltà li tiġi eżentata permezz tal-impenn ta’ preżentazzjoni ta’ fattura.

Filwaqt li l-impriżi tal-Unjoni jistgħu, permezz tal-impenn ta’ preżentazzjoni ta’ fattura, jimportaw prodotti eżentati mill-miżura, dan ma huwiex possibbli għar-rikorrenti. Dan għaliex il-formulazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ impenn ma hijiex intiża għal impriżi ta’ Stati terzi, li jużaw ċelluli provenjenti mill-Malasja jew mit-Tajwan.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni fl-adozzjoni tar-Regolamenti kkontestati minħabba l-ksur tal-drittijiet fundamentali tal-Unjoni u tal-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera (iktar ’il quddiem il-“ftehim KEE-Svizzera”).

Fl-aħħar nett ir-rikorrenti tirrileva l-ksur tal-libertà professjonali u ta’ intrapriża (Artikoli 15 u 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, iktar ’il quddiem il-“Karta”), tal-garanzija għall-proprjetà (Artikolu 17 tal-Karta), u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza (Artikolu 20 tal-Karta) peress li hija tinsab b’mod partikolari f’sitwazzjoni inqas favorevoli meta pparagunata mal-impriżi tal-Unjoni. Il-ftehim KEE-Svizzera jipprekludi diskriminazzjoni tal-impriżi li ġejjin mill-Istati kontraenti.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/59


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2016 – CFA Institute vs EUIPO – Bloss u Oħrajn (CERTIFIED FINANCIAL ENGINEER CFE)

(Kawża T-155/16)

(2016/C 211/73)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CFA Institute (Charlottesville, Virginia, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Rohlfing u G. Engels, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Michael Bloss (Nürtingen, il-Ġermanja), Dietmar Ernst (Nürtingen), Joachim Häcker (Nürtingen)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant tat-trade mark ikkontestata: il-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “CERTIFIED FINANCIAL ENGINEER CFE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 569 765

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21/1/2016 fil-Każ R 454/2015-2

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-oppożizzjoni ppreżentata mir-rikorrenti kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark Nruo9 569 765 mitluba mill-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, jew;

fil-każ li l-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell jintervjenu fil-kawża, tikkundannhom għall-ispejjeż imġarrba mir-rikorrenti kemm fil-proċeduri tal-appell quddiem l-EUIPO kif ukoll fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/60


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2016 – CFA Institute vs EUIPO – Ernst and Häcker (CERTIFIED FINANCIAL MODELER CFM)

(Kawża T-156/16)

(2016/C 211/74)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: CFA Institute (Charlottesville, Virginia, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Rohlfing u G. Engels, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dietmar Ernst (Nürtingen, il-Ġermanja), Joachim Häcker (Nürtingen)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “CERTIFIED FINANCIAL MODELER CFM” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 569 658

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 9/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-oppożizzjoni magħmula mir-rikorrent kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 9 569 658 li għaliha saret l-applikazzjoni mill-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;

fil-każ li l-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell jintervjenu fil-kawża, tikkundannhom għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent kemm fil-proċedura ta’ appell quddiem l-EUIPO kif ukoll fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/61


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2016 – Metronia vs EUIPO – Zitro IP (TRIPLE O NADA)

(Kawża T-159/16)

(2016/C 211/75)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Metronia, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Vela Ballesteros, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zitro IP Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “TRIPLE O NADA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 603 529

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-15 ta’ Frar 2016, fil-Każ R 2605/2014-4

Talbiet

tilqa’ r-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-15 ta’ Frar 2016, billi tippermetti r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/61


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2016 – Centro Clinico e Diagnostico G.B. Morgagni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-172/16)

(2016/C 211/76)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Centro Clinico e Diagnostico G.B. Morgagni SRL (Catania, l-Italja) (rappreżentanti: E. Castorina, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/195, tal-14 ta’ Awwissu 2015, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ Frar 2016, fil-parti li fiha [Artikolu 4(5)] tistabbilixxi li “[l-]Italja għandha wkoll tannulla l-ħlasijiet kollha stabbiliti mill-għajnuna skont l-iskemi kollha li jissemmew fl-Artikolu 1 b’seħħ mid-data meta tiġi adottata din id-deċiżjoni” u, fi kwalunkwe każ, f’kull parti li minnha tista’ tiddependi l-preklużjoni għall-kumpannija rikorrenti milli tikseb il-ħlas lura tal-ammonti mħallsa lill-Agenzia delle Entrate tal-Istat Taljan ’il fuq mill-10 % ta’ definizzjoni b’rata fissa tal-pożizzjoni fiskali tagħha (snin 1990-1992), fis-sens tal-Artikolu 9(17) tal-Liġi Nru 289/2002, dritt li sar res judicata fl-ordinament nazzjonali Taljan.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed.

F’dan ir-rigward, hija ssostni li, filwaqt li ġiet iddikjarata mill-Kummissjoni, permezz tad-deċiżjoni kkontestata, l-impossibbiltà oġġettiva tal-irkupru (fil-konfront tal-impriżi l-oħra li llimitaw ruħhom għall-ħlas ta’ 10 % tal-ammont dovut) tal-għajnuna mill-Istat meqjus illegali, kemm fil-fatt kif ukoll fid-dritt, ċertament ma jistax jiġi miċħud, b’osservanza tal-prinċipji msemmija iktar ’il fuq, id-dritt tar-rikorrenti għar-rimbors tal-ammonti mħallsa żejda b’riferiment għad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 289/2002: jekk jiġi sostnut mod ieħor, isseħħ inugwaljanza fit-trattament odjuża u gravissima bejn iċ-Centro rikorrenti u l-impriżi tal-provinċja ta’ Catania li d-deċiżjoni issa eżentat minn kwalunkwe ħlas sal-kopertura ta’ 90 % tal-ammont tat-taxxa mhux imħallsa.

Fil-fatt, preċiżament b’effett tad-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni Ewropea, inħoloq vantaġġ kompetittiv indebitu għall-impriżi l-oħra kollha, iżda għad-detriment taċ-Centro Morgagni, f’dak li jirrigwarda d-danni mġarrba b’effett tad-diżastru naturali li seħħ iktar minn għaxar snin qabel id-deċiżjoni tal-14 ta’ Awwissu 2015. Skont il-leġiżlazzjoni Taljana, l-impriżi ma humiex obbligati jżommu dokumenti amministrattivi u ta’ kontabbiltà għal perijodu ta’ iktar minn għaxar snin. Għalhekk, iċ-Centro Morgagni ma għadux f’pożizzjoni li jipprova li ġarrab dannu b’mod kompatibbli mal-Artikolu 107 TFUE, bi ksur ċar tal-prinċipji ta’ ugwaljanza, tad-drittijiet tad-difiża, ta’ aspettattivi leġittimi (Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 2, 6, 9, 21 TUE) u ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni f’kundizzjonijiet ta’ ugwaljanza bejn l-operaturi.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/62


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2016 – Wessel-Werk vs EUIPO – Wolf PVG (aċċessorji tat-tindif ta’ magna li tiġbed it-trab)

(Kawża T-174/16)

(2016/C 211/77)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wessel-Werk GmbH (Reichshof, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Becker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wolf PVG GmbH & Co. KG (Vlotho, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għad-disinn inkwistjoni: ir-rikorrenti

Disinn inkwistjoni: id-disinn Komunitarju Nru 725932-0004 (aċċessorji tat-tindif tal-vacuum cleaner)

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 1652/2014-3

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-partjiet telliefa għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/63


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2016 – Wessel-Werk vs EUIPO – Wolf PVG (aċċessorji tat-tindif ta’ magna li tiġbed it-trab)

(Kawża T-175/16)

(2016/C 211/78)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wessel-Werk GmbH (Reichshof, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Becker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wolf PVG GmbH & Co. KG (Vlotho, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għad-disinn inkwistjoni: ir-rikorrenti

Disinn inkwistjoni: id-disinn Komunitarju Nru 725932-0004 (aċċessorji tat-tindif tal-vacuum cleaner)

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 1725/2014-3

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-partijiet telliefa għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/64


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2016 – Mema vs CPVO (Braeburn 78 [11078])

(Kawża T-177/16)

(2016/C 211/79)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mema GmbH kumpannija agrikola (Terlano, l-Italja) (rappreżentanti: B. Breitinger u S. Kirschstein-Freund, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem is-CPVO

Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti kkonċernati: Braeburn 78 (11078) – Applikazzjoni għal dritt ta’ varjetajiet ta’ pjanti Nru 2009/0954

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tat-12 ta’ Frar 2016 fil-Każ A001/2015

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-każ quddiem il-Bord tal-Appell għal deċiżjoni mill-ġdid bl-istruzzjoni li dan jannulla d-deċiżjoni kkontestata u jordna lis-CPVO iwettaq eżami komplementari skont l-Artikolu 57(3) tar-Regolament Nru 2100/94;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tat-12 ta’ Frar 2016 (Każ A001/2015);

sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti Ġenerali ma tilqax l-ewwel u t-tieni talba, tissospendi l-proċedura tar-rikors skont l-Artikolu 69(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2015 (iktar ’il quddiem ir-“Regoli tal-Proċedura”) sakemm tingħata deċiżjoni finali fil-proċedura skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament Nru 2100/94 dwar it-tħassir tad-dritt ta’ varjetajiet ta’ pjanti mogħi għall-Varjetà ta’ Referenza “Royal Braeburn” (Applikazzjoni Nru 1998/1082; Varjetà Nru 11960). Din l-azzjoni tikkundizzjoni l-proċedura preżenti peress li skont l-eżitu tagħha l-varjetà ta’ referenza ma tibqax eżistenti jew ikun jidher li s-sit ta’ Angers-Beaucouzé ma kienx adattat u ma huwiex adattat għall-eżamijiet (ara l-punt 12) u li eżami komplementari kien neċessarju jew ma kienx neċessarju;

tikkundanna lis-CPVO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Eċċess ta’ poter – Ksur tal-Artikolu 57(3) tar-Regolament Nru 2100/94;

Ksur ta’ regola ta’ dritt applikabbli fl-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2100/94;

Ksur tal-punt 57 tal-protokoll tekniku tas-CPVO dwar varjetajiet tat-tuffieħ;

Ksur tat-Titolu IV tal-protokoll tekniku tas-CPVO dwar varjetajiet tat-tuffieħ;

Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 ta-Regolament Nru 2100/94 – dritt għal smigħ;

Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 2100/94 – motivazzjoni insuffiċjenti.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/65


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2016 – Policolor vs EUIPO – CWS-Lackfabrik Conrad W. Schmidt (Policolor)

(Kawża T-178/16)

(2016/C 211/80)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Policolor SA (Bucharest, ir-Rumanija) (rappreżentati minn: M. Comanescu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: CWS-Lackfabrik Conrad W. Schmidt GmbH & Co. KG (Düren-Merken, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark fugurattiva tal-UE li tinkludi l-element verbali “Politicolor” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 277 176

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 346/2015-1

Talbiet

temenda d-deċiżjoni kkontestata kollha kemm hi;

konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO tas-16 ta’ Diċembru 2014 fl-oppożizzjoni Nru B 1 991 457;

tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-intervenjenti fir-rigward tar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 277 176;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009

Ksur tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament Nru 2015/2424.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/66


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-141/15)

(2016/C 211/81)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tirrimborsa lir-rikorrent it-tnaqqis li sar fuq ir-remunerazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 24(4) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Marzu 2015, li ċaħdet it-talba tar-rikorrent għar-rimbors tas-somom imnaqqsa mir-remunerazzjoni tiegħu b’applikazzjoni tad-deċiżjoni tal-14 ta’ Diċembru 2006;

jikkundanna lill-Kummissjoni tirrimborsa lir-rikorrent l-imsemmi tnaqqis b’interessi komposti bir-rata ddefinita fl-Artikolu 12 tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/66


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-26 ta’ April 2016 – Claus vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-101/12) (1)

(2016/C 211/82)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 147, 25.5.2013, p. 36