ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 205

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
9 ta' Ġunju 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 205/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8012 — HAL Investments/Coolblue) ( 1 )

1

2016/C 205/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7910 — Kesko/Onninen) ( 1 )

1

2016/C 205/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8031 — 3i Group/Wood Creek/Wireless Infrastructure Group) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 205/04

Rata tal-kambju tal-euro

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2016/C 205/05

Komunikazzjoni mill-Ministru Għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

4

2016/C 205/06

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

8

2016/C 205/07

Komunikazzjoni mill-Ministru Għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ Awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ Idrokarburi

12


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2016/C 205/08

Avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa

16

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 205/09

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

17

2016/C 205/10

Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE — Talba mingħand Entità Kontraenti

22


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8012 — HAL Investments/Coolblue)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 205/01)

Fl-1 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

tit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8012. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


9.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7910 — Kesko/Onninen)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 205/02)

Fl-24 ta’ Mejju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M7910. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


9.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8031 — 3i Group/Wood Creek/Wireless Infrastructure Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 205/03)

Fit-2 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8031. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-8 ta’ Ġunju 2016

(2016/C 205/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1378

JPY

Yen Ġappuniż

121,77

DKK

Krona Daniża

7,4364

GBP

Lira Sterlina

0,78048

SEK

Krona Żvediża

9,2283

CHF

Frank Żvizzeru

1,0942

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,2055

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

310,09

PLN

Zloty Pollakk

4,3228

RON

Leu Rumen

4,5064

TRY

Lira Turka

3,2799

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5228

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4430

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8338

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6226

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5337

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 311,38

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,7612

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4727

HRK

Kuna Kroata

7,5285

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 025,79

MYR

Ringgit Malażjan

4,5811

PHP

Peso Filippin

52,223

RUB

Rouble Russu

72,5458

THB

Baht Tajlandiż

39,994

BRL

Real Brażiljan

3,8786

MXN

Peso Messikan

20,6820

INR

Rupi Indjan

75,7210


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

9.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/4


Komunikazzjoni mill-Ministru Għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2016/C 205/05)

STEDINA PUBBLIKA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAL-OFFERTI GĦAL KONĊESSJONI GĦALL-PROSPETTAR, ESPLORAZZJONI U PRODUZZJONI TA’ IDROKARBURI TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA BUCSA

F’isem l-Istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”) bħala l-Ministru responsabbli għall-minjieri u għas-sorveljanza tal-assi li huma proprjetà tal-istat, hawnhekk qiegħed joħroġ stedina pubblika għall-preżentazzjoni tal-offerti għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi b’kuntratt ta’ konċessjoni abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), l-Att XVI tal-1991 dwar il-Konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u l-Att XLVIII tal-1993 dwar il-minjieri (“l-Att dwar il-Minjieri”), soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin.

1.

Il-Ministru se jippubblika l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, jiġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni f’kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (Magyar Bányászati és Földtani Hivatal) f’konformità mal-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar il-Minjieri. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti se jiġu evalwati minn Kumitat ta’ Evalwazzjoni mwaqqaf mill-Ministru.

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni l-Ministru se joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha, il-Ministru jista’ mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni mal-offerent rebbieħ f’konformità mat-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1).

Il-lingwa tal-proċedura tal-offerti hija l-Ungeriż.

2.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti hija miftuħa għal kwalunkwe persuna fiżika domestika jew barranija u għal kwalunkwe organizzazzjoni transparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, sakemm dawn jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti; huma permessi wkoll offerti konġunti. Fil-każ ta’ offerti konġunti għal din l-attività ta’ konċessjoni, l-offerenti għandhom jinnominaw wieħed minn fosthom bħala rappreżentant, imma jassumu obbligazzjoni in solidum għall-prestazzjoni tal-kuntratt ta’ konċessjoni. Skont il-proċedura tal-offerti, l-offerenti domestiċi u barranin se jiġu ttrattati fuq bażi ugwali.

Sabiex iwettaq l-attività soġġetta għal konċessjoni, filwaqt li juża r-riżorsi tiegħu stess, l-offerent li jiffirma l-kuntratt ta’ konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”) għandu jwaqqaf kumpanija b’uffiċċju reġistrat fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”) fi żmien 90 jum mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta’ konċessjoni; id-Detentur tal-Konċessjoni għandu jkollu l-maġġoranza tal-ishma, l-interessi tan-negozju u d-drittijiet tal-vot fil-kumpanija meta tiġi mwaqqfa u sakemm tkun qed twettaq l-operat tagħha, u bħala sid, għandu jimpenja ruħu li jinforza r-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt ta’ konċessjoni fi ħdan il-Kumpanija tal-Konċessjoni. Il-Kumpanija tal-Konċessjoni għandha tgawdi d-drittijiet u tkun soġġetta għall-obbligi skont il-kuntratt ta’ konċessjoni bħala operatur tal-minjieri.

3.

Id-durata tal-konċessjoni: 20 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta’ konċessjoni; id-durata oriġinali tista’ tiġi estiża darba mingħajr ebda sejħa għall-offerti oħra għal massimu ta’ nofs id-durata oriġinali tagħha jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw mal-obbligi kollha tagħhom f’konformità mal-kuntratt u fil-ħin.

4.

Id-dejta dwar iż-żona magħżula għall-konċessjoni:

Iż-żona magħżula għall-konċessjoni: iż-żona tinsab bejn il-muniċipalitajiet mogħtija fit-tabella ta’ hawn taħt fil-kontej ta’ Békés, Hajdú–Bihar u Jász–Nagykun–Szolnok.

Muniċipalità

Kontea

Muniċipalità

Kontea

Abádszalók

Jász–Nagykun–Szolnok

Kunhegyes

Jász–Nagykun–Szolnok

Berekfürdő

Jász–Nagykun–Szolnok

Kunmadaras

Jász–Nagykun–Szolnok

Bucsa

Békés

Nádudvar

Hajdú–Bihar

Dévaványa

Békés

Nagyiván

Jász–Nagykun–Szolnok

Ecsegfalva

Békés

Püspökladány

Hajdú–Bihar

Karcag

Jász–Nagykun–Szolnok

Tiszaörs

Jász–Nagykun–Szolnok

Kenderes

Jász–Nagykun–Szolnok

Tiszaszentimre

Jász–Nagykun–Szolnok

Kertészsziget

Békés

Tomajmonostora

Jász–Nagykun–Szolnok

Kisújszállás

Jász–Nagykun–Szolnok

Túrkeve

Jász–Nagykun–Szolnok

Is-saff fuqani taż-żona magħżula għall-konċessjoni: il-wiċċ u s-sodda ta’ blat: 5 000 metru taħt il-livell tal-Baħar Baltiku.

Żoni mnaddfa biex jagħmlu spazju għal minjiera stabbilita għall-estrazzjoni ta’ riżorsi minerali ta’ idrokarburi mhumiex inklużi fiż-żona magħżula għall-konċessjoni.

Wieħed jista’ jara l-koordinati tal-angoli li jiddelimitaw iż-żona magħżula għall-konċessjoni fis-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali, filwaqt li d-dejta dwar iż-żoni mnaddfa biex jagħmlu spazju għal minjiera stabbilita għall-estrazzjoni ta’ riżorsi minerali ta’ idrokarburi, li mhumiex inklużi fiż-żona magħżula għall-konċessjoni, tista’ tiġi kkonsultata fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (www.mbfh.hu, billi wieħed jikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió”) u/jew fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

Id-daqs taż-żona magħżula għall-konċessjoni: 866 km2.

Iż-żoni tal-minjiera li s-saff fuqani tagħhom jinsab f’pożizzjoni ogħla mis-saff fuqani taż-żona magħżula għall-konċessjoni u li għandhom sodda ta’ blat li tikkorrispondi għal jew testendi taħt is-sodda ta’ blat taż-żona magħżula għall-konċessjoni mhumiex inklużi fiż-żona magħżula għall-konċessjoni.

5.

Miżata minima netta tal-konċessjoni: HUF 372 000 000 (tliet mija u tnejn u sebgħin miljun forint) + VAT, iżda tista’ tiddaħħal offerta għal ammont fiss akbar fil-proċedura tal-offerti. Hekk kif ir-riżultat jiġi ppubblikat, l-offerent rebbieħ għandu jħallas il-miżata tal-konċessjoni għall-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta’ konċessjoni.

6.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni hija soġġetta għall-ħlas ta’ miżata għall-parteċipazzjoni ta’ HUF 7 000 000 (seba’ miljun forint) + VAT; dan l-ammont għandu jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

7.

Minbarra li jħallsu l-miżata għall-parteċipazzjoni, biex l-offerta tagħhom tkun valida l-offerenti għandhom jippreżentaw garanzija tal-offerta ta’ HUF 50 000 000 (ħamsin miljun forint) sal-jum qabel id-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti, bħala garanzija li l-offerta hija vinkolanti. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tkun konfiskata mill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jikseb suċċess iżda mbagħad ma jikkonkludix il-kuntratt jew jonqos milli jħallas il-miżata tal-konċessjoni offruta, għall-ammont, skont il-mod u sad-data tal-iskadenza stipulata fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

8.

L-aktar rata baxxa tar-royalty tal-minjieri pagabbli abbażi tal-kuntratt ta’ konċessjoni se tkun 16 % f’konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru; fil-proċedura tal-offerti tista’ tiddaħħal offerta għal royalty ogħla tal-minjieri, li jekk ikun hemm qbil tiġi rreġistrata fil-kuntratt ta’ konċessjoni u għandha titħallas għad-durata tal-konċessjoni.

9.

Il-kundizzjonijiet legali, finanzjarji, tekniċi u kundizzjonijiet oħra u informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti jistgħu jinsabu fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

10.

Id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti jista’ jinġabar sal-jum qabel id-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-offerti, fuq preżentazzjoni ta’ prova dokumentarja adegwata li l-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti jkun tħallas. Ix-xerrej se jingħata ċertifikat f’ismu li jikkonferma li hu rċieva d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

Meta jixtri d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, sabiex jiġi kkuntattjat u sabiex jirċievi l-informazzjoni, ix-xerrej għandu jippreżenta wkoll Skeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent tal-Konċessjoni, li tista’ titniżżel mis-sit web tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (www.mbfh.hu) billi wieħed jikklikkja fuq l-opzjoni “Koncessziós pályázatok közzététele” (“Avviżi dwar l-offerti għall-konċessjonijiet”) fil-menu li jinżel imsejjaħ “Koncesszió” (“Konċessjonijiet”) u/jew mis-sit web tal-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

11.

Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti huwa ta’ HUF 100 000 (mitt elf forint) + VAT, li għandu jitħallas permezz ta’ trasferiment bankarju. Il-messaġġ li jakkumpanja t-trasferiment għandu jiddikjara l-kodiċi BUCCHDV u l-isem tal-parti li qed tixtri d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti. Il-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti ma jistax jitħallas fi flus kontanti u mhuwiex rifondibbli, la parzjalment u lanqas b’mod sħiħ. Jekk id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti ma jiġix riċevut, il-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti jitħallas lura lill-pagatur fi żmien ħamest ijiem mid-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni.

L-informazzjoni dwar it-trasferiment tal-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti u dwar ir-riċevuta tad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti tista’ titniżżel mis-sit web tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (www.mbfh.hu) u/jew il-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

12.

L-offerti jistgħu jiġu ppreżentati biss minn persuni li xtraw id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti u li ħallsu kemm il-miżata tal-parteċipazzjoni u kemm il-garanzija tal-offerta. Jekk tiġi ppreżentata offerta konġunta, huwa biżżejjed li wieħed mill-offerenti jixtri d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

13.

L-offerti għandhom jiġu ppreżentati personalment fis-27 ta’ Settembru 2016 bejn l-10:00 u 12:00, bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti. Aktar informazzjoni dwar il-post tal-preżentazzjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (www.mbfh.hu) u/jew tal-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

14.

Hekk kif l-offerta tiġi ppreżentata hija ssir vinkolanti fuq l-offerent u tibqa’ vinkolanti sakemm il-proċedura tal-offerti tispiċċa. L-offerenti ma jistgħux jeskludu r-responsabbiltà għan-nuqqas ta’ konformità mal-offerta tagħhom.

15.

Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara li l-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni ma kinitx ta’ suċċess. L-ebda pretensjoni li tirriżulta mill-proċedura tal-offerti li tkun ġiet iddikjarata li ma kinitx ta’ suċċess ma tista’ tiġi mressqa kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż rappreżentat mill-Ministru, jew il-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru.

16.

L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklussiv għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona magħżula għall-konċessjoni għad-durata tal-konċessjoni permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni, imwaqqfa b’mod obbligatorju għal dak l-iskop. Ladarba d-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sit għax-xogħol tal-minjieri ssir finali u infurzabbli, id-dritt ta’ konċessjoni għaż-żona għall-prospettar ikun limitat għaż-żona tas-sit għax-xogħol tal-minjieri.

17.

Kull offerent jista’ jippreżenta offerta waħda biss.

18.

Il-limitu ta’ żmien għall-aġġudikazzjoni tal-offerti għall-konċessjoni: fi żmien 90 jum mid-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti.

19.

L-Awtorità Kontraenti se tiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u mhi se tapplika l-ebda kriterju preferenzjali.

20.

Il-kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-offerta:

(I)

Il-kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-kontenut tal-Programm ta’ Xogħol ta’ Riċerka soġġett għall-konċessjoni:

il-merti professjonali tal-Programm ta’ Xogħol ta’ Riċerka (it-tfassil tal-programm li jimmira għall-prospettar massimu tal-idrokarburi);

id-durata ppjanata għar-riċerka;

l-impenn finanzjarju mwettaq fl-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Xogħol ta’ Riċerka;

kemm huma aġġornati s-soluzzjonijiet tekniċi previsti;

il-miżuri previsti għall-ħarsien tal-ambjent u l-prevenzjoni u tnaqqis ta’ ħsara matul ix-xogħol soġġett għall-konċessjoni;

kemm huwa previst malajr il-bidu tal-produzzjoni (skont il-liġi, f’inqas minn ħames snin).

(II)

Il-kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-kapaċità tal-offerent li jwettaq il-kuntratt ta’ konċessjoni:

il-kapaċità finanzjarja tal-offerent, id-disponibbiltà tar-riżorsi meħtieġa biex jiġi ffinanzjat ix-xogħol li għandu jitwettaq skont il-konċessjoni, u l-proporzjon ta’ dan kostitwit minn riżorsi proprji;

il-valur totali tax-xogħol imwettaq f’konnessjoni ma’ minjieri tal-idrokarburi fit-tliet snin ta’ qabel l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti.

(III)

Il-kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-obbligi ta’ pagament meħuda fil-kuntratt ta’ konċessjoni:

il-miżata netta tal-konċessjoni offruta meta mqabbla mal-miżata minima tal-konċessjoni stabbilita mill-Ministru;

l-ammont tar-royalty tal-minjieri offruta b’paragun mar-royalty minima tal-minjieri stabbilita mill-Ministru.

Il-kriterji tal-aġġudikazzjoni dettaljati u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura tal-awtorizzazzjoni tax-xogħol ta’ konċessjoni u kif din għandha ssir u titlesta huma speċifikati fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

21.

Il-kuntratt ta’ konċessjoni

Il-kuntratt ta’ konċessjoni għandu jiġi konkluż fi żmien 90 jum wara li jitħabbar ir-riżultat. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż mill-Ministru darba biss, b’massimu ta’ 60 jum.

L-offerent rebbieħ huwa intitolat li jwettaq l-attività ekonomika esklussiva kkontrollata mill-istat (il-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi f’żona delimitata) permessa skont il-konċessjoni għad-durata tal-konċessjoni skont il-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt ta’ konċessjoni.

Meta jippreżentaw l-offerta, l-offerenti għandhom iqisu t-Taqsima 22/A(13) tal-Att dwar il-Minjieri, li tiddikjara li fil-każ tal-idrokarburi d-dritt tal-operatur tal-minjieri għall-prospettar jew il-permess tiegħu għall-prospettar jista’ jkopri total ta’ mhux aktar minn 15 000 km2 ta’ territorju għall-prospettar. Meta jiġi stabbilit it-territorju għall-prospettar, għandu jitqies ukoll it-territorju għall-prospettar tal-operatur tal-minjieri li jikkontrolla — skont it-tifsira tal-Kodiċi Ċivili — l-operatur tal-minjieri li jixtieq jikseb id-dritt jew il-permess għall-prospettar. Fil-każ ta’ offerti konġunti, kull wieħed mill-offerenti għandu jissodisfa dan il-kriterju individwalment.

L-abbozz tal-kuntratt ta’ konċessjoni huwa anness mad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

22.

Wara li jinxtara d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, l-informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti tista’ tintalab esklussivament bl-Ungeriż, bil-miktub, skont il-mod stipulat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti; it-tweġibiet se jkunu disponibbli għall-partijiet kollha mill-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija permezz tal-indirizz tal-e-mail indikat fuq l-Iskeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent li ġiet ippreżentata meta nxtara d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

Budapest, il-5 ta’ April 2016.

Dr Miklós SESZTÁK

Ministru


(1)  Fid-data li fiha din l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti qiegħda tiġi ppubblikata, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi li huma proprjetà tal-istat u għall-minjieri huwa l-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali f’konformità mat-Taqsima 109(3) u (5) tad-Digriet tal-Gvern Nru 152/2014 tas-6 ta’ Ġunju 2014 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta’ ċerti Ministri u membri tal-Gvern.


9.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/8


Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2016/C 205/06)

STEDINA PUBBLIKA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAL-OFFERTI GĦAL KONĊESSJONI GĦALL-PROSPETTAR, L-ESTRAZZJONI U L-ISFRUTTAMENT TA’ ENERĠIJA ĠEOTERMALI TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA GYŐR

F’isem l-Istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”) bħala l-Ministru responsabbli għall-minjieri u għas-sorveljanza tal-assi li huma proprjetà tal-istat, hawnhekk qiegħed joħroġ stedina pubblika għall-preżentazzjoni tal-offerti għall-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttament ta’ enerġija ġeotermali b’kuntratt ta’ konċessjoni abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), l-Att XVI tal-1991 dwar il-Konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u l-Att XLVIII tal-1993 dwar il-minjieri (“l-Att dwar il-Minjieri”), soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin.

1.

Il-Ministru se jippubblika l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, jiġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni f’kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (Magyar Bányászati és Földtani Hivatal) f’konformità mal-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar il-Minjieri. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti se jiġu evalwati minn Kumitat ta’ Evalwazzjoni mwaqqaf mill-Ministru.

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni l-Ministru se joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha, il-Ministru jista’ mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni mal-offerent rebbieħ f’konformità mat-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1).

Il-lingwa tal-proċedura tal-offerti hija l-Ungeriż.

2.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti hija miftuħa għal kwalunkwe persuna fiżika domestika jew barranija u għal kwalunkwe organizzazzjoni transparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, sakemm dawn jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti; huma permessi wkoll offerti konġunti. Fil-każ ta’ offerti konġunti għal din l-attività ta’ konċessjoni, l-offerenti għandhom jinnominaw wieħed minn fosthom bħala rappreżentant, imma jassumu obbligazzjoni in solidum għall-prestazzjoni tal-kuntratt ta’ konċessjoni. Skont il-proċedura tal-offerti, l-offerenti domestiċi u barranin se jiġu ttrattati fuq bażi ugwali.

Sabiex iwettaq l-attività soġġetta għal konċessjoni, filwaqt li juża r-riżorsi tiegħu stess, l-offerent li jiffirma l-kuntratt ta’ konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”) għandu jwaqqaf kumpanija b’uffiċċju reġistrat fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”) fi żmien 90 jum mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta’ konċessjoni; id-Detentur tal-Konċessjoni għandu jkollu l-maġġoranza tal-ishma, l-interessi tan-negozju u d-drittijiet tal-vot fil-kumpanija meta tiġi mwaqqfa u sakemm tkun qed twettaq l-operat tagħha, u bħala sid, għandu jimpenja ruħu li jinforza r-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt ta’ konċessjoni fi ħdan il-Kumpanija tal-Konċessjoni. Il-Kumpanija tal-Konċessjoni għandha tgawdi d-drittijiet u tkun soġġetta għall-obbligi skont il-kuntratt ta’ konċessjoni bħala operatur tal-minjieri.

3.

Id-durata tal-konċessjoni: 35 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta’ konċessjoni; id-durata oriġinali tista’ tiġi estiża darba mingħajr ebda sejħa għall-offerti oħra għal massimu ta’ nofs id-durata oriġinali tagħha jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw mal-obbligi kollha tagħhom f’konformità mal-kuntratt u fil-ħin.

4.

Id-dejta dwar iż-żona magħżula għall-konċessjoni:

Iż-żona magħżula għall-konċessjoni: iż-żona tinsab bejn il-muniċipalitajiet mogħtija fit-tabella ta’ hawn taħt fil-kontej ta’ Győr-Moson-Sopron u Komárom–Esztergom.

Muniċipalità

Kontea

Muniċipalità

Kontea

Ács

Komárom–Esztergom

Nagyszentjános

Győr–Moson–Sopron

Bábolna

Komárom–Esztergom

Nyalka

Győr–Moson–Sopron

Bana

Komárom–Esztergom

Nyúl

Győr–Moson–Sopron

Bőny

Győr–Moson–Sopron

Pannonhalma

Győr–Moson–Sopron

Écs

Győr–Moson–Sopron

Pázmándfalu

Győr–Moson–Sopron

Gic

Veszprém

Pér

Győr–Moson–Sopron

Gönyű

Győr–Moson–Sopron

Ravazd

Győr–Moson–Sopron

Győr

Győr–Moson–Sopron

Rétalap

Győr–Moson–Sopron

Győrság

Győr–Moson–Sopron

Sokorópátka

Győr–Moson–Sopron

Győrszemere

Győr–Moson–Sopron

Táp

Győr–Moson–Sopron

Győrújbarát

Győr–Moson–Sopron

Tarjánpuszta

Győr–Moson–Sopron

Koroncó

Győr–Moson–Sopron

Tárkány

Komárom–Esztergom

Mezőörs

Győr–Moson–Sopron

Tényő

Győr–Moson–Sopron

Nagydém

Veszprém

Töltéstava

Győr–Moson–Sopron

Is-saff fuqani taż-żona magħżula għall-konċessjoni: 2 500 metru taħt il-livell tal-Baħar Baltiku u s-sodda ta’ blat: 6 000 metru taħt il-livell tal-Baħar Baltiku.

Wieħed jista’ jara l-koordinati tal-angoli li jiddelimitaw iż-żona magħżula għall-konċessjoni fis-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (www.mbfh.hu, billi jikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió”) u/jew fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

Id-daqs taż-żona magħżula għall-konċessjoni: 520,8 km2.

5.

Miżata minima netta tal-konċessjoni: HUF 45 000 000 (ħamsa u erbgħin miljun forint) + VAT, iżda tista’ tiddaħħal offerta għal ammont fiss akbar fil-proċedura tal-offerti. Hekk kif ir-riżultat jiġi ppubblikat, l-offerent rebbieħ għandu jħallas il-miżata tal-konċessjoni għall-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta’ konċessjoni.

6.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni hija soġġetta għall-ħlas ta’ miżata għall-parteċipazzjoni ta’ HUF 1 500 000 (miljun u ħames mitt elf forint) + VAT; dan l-ammont għandu jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

7.

Minbarra li jħallsu l-miżata għall-parteċipazzjoni, biex l-offerta tagħhom tkun valida l-offerenti għandhom jippreżentaw garanzija tal-offerta ta’ HUF 15 000 000 (ħmistax-il miljun forint) sal-jum qabel id-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti, bħala garanzija li l-offerta hija vinkolanti. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tkun konfiskata mill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jikseb suċċess iżda mbagħad ma jikkonkludix il-kuntratt jew jonqos milli jħallas il-miżata tal-konċessjoni offruta, għall-ammont, skont il-mod u sad-data tal-iskadenza stipulata fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

8.

L-aktar rata baxxa tar-royalty tal-minjieri pagabbli abbażi tal-kuntratt ta’ konċessjoni se tkun 2 % f’konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru; fil-proċedura tal-offerti tista’ tiddaħħal offerta għal royalty ogħla tal-minjieri, li jekk ikun hemm qbil tiġi rreġistrata fil-kuntratt ta’ konċessjoni u għandha titħallas għad-durata tal-konċessjoni.

9.

Il-kundizzjonijiet legali, finanzjarji, tekniċi u kundizzjonijiet oħra u informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti jistgħu jinsabu fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

10.

Id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti jista’ jinġabar sal-jum qabel id-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-offerti, fuq preżentazzjoni ta’ prova dokumentarja adegwata li l-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti jkun tħallas. Ix-xerrej se jingħata ċertifikat f’ismu li jikkonferma li hu rċieva d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

Meta jixtri d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, sabiex jiġi kkuntattjat u sabiex jirċievi l-informazzjoni, ix-xerrej għandu jippreżenta wkoll Skeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent tal-Konċessjoni, li tista’ titniżżel mis-sit web tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (www.mbfh.hu) billi wieħed jikklikkja fuq l-opzjoni “Koncessziós pályázatok közzététele” (“Avviżi dwar l-offerti għall-konċessjonijiet”) fil-menu li jinżel imsejjaħ “Koncesszió” (“Konċessjonijiet”) u/jew mis-sit web tal-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

11.

Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti huwa ta’ HUF 100 000 (mitt elf forint) + VAT, li għandu jitħallas permezz ta’ trasferiment bankarju. Il-messaġġ li jakkumpanja t-trasferiment għandu jiddikjara l-kodiċi GYOGTDV u l-isem tal-parti li qed tixtri d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti. Il-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti ma jistax jitħallas fi flus kontanti u mhuwiex rifondibbli, la parzjalment u lanqas b’mod sħiħ. Jekk id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti ma jiġix riċevut, il-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti jitħallas lura lill-pagatur fi żmien ħamest ijiem mid-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni.

L-informazzjoni dwar it-trasferiment tal-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti u dwar ir-riċevuta tad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti tista’ titniżżel mis-sit web tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (www.mbfh.hu) u/jew il-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

12.

L-offerti jistgħu jiġu ppreżentati biss minn persuni li xtraw id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti u li ħallsu kemm il-miżata tal-parteċipazzjoni u kemm il-garanzija tal-offerta. Jekk tiġi ppreżentata offerta konġunta, huwa biżżejjed li wieħed mill-offerenti jixtri d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

13.

L-offerti għandhom jiġu ppreżentati personalment fis-27 ta’ Settembru 2016 bejn l-10:00 u 12:00, bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti. Aktar informazzjoni dwar il-post tal-preżentazzjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (www.mbfh.hu) u/jew tal-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

14.

Hekk kif l-offerta tiġi ppreżentata hija ssir vinkolanti fuq l-offerent u tibqa’ vinkolanti sakemm il-proċedura tal-offerti tispiċċa. L-offerenti ma jistgħux jeskludu r-responsabbiltà għan-nuqqas ta’ konformità mal-offerta tagħhom.

15.

Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara li l-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni ma kinitx ta’ suċċess. L-ebda pretensjoni li tirriżulta mill-proċedura tal-offerti li tkun ġiet iddikjarata li ma kinitx ta’ suċċess ma tista’ tiġi mressqa kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż rappreżentat mill-Ministru, jew il-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru.

16.

L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklussiv għall-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttament tal-enerġija ġeotermali fiż-żona magħżula għall-konċessjoni għad-durata tal-konċessjoni permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni mwaqqfa b’mod obbligatorju għal dak l-iskop. Ladarba d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-konfini tal-protezzjoni ġeotermali ssir finali u infurzabbli, id-dritt ta’ konċessjoni għaż-żona ta’ prospettar ikun limitat għaż-żona tal-konfini tal-protezzjoni ġeotermali.

17.

Kull offerent jista’ jippreżenta offerta waħda biss.

18.

Il-limitu ta’ żmien għall-aġġudikazzjoni tal-offerti għall-konċessjoni: fi żmien 90 jum mid-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti.

19.

L-Awtorità Kontraenti se tiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u mhi se tapplika l-ebda kriterju preferenzjali.

20.

Il-kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-offerta:

(I)

Il-kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-kontenut tal-Programm ta’ Xogħol ta’ Riċerka soġġett għall-konċessjoni:

il-merti professjonali tal-Programm ta’ Xogħol ta’ Riċerka (it-tfassil tal-programm li jimmira għal prospettar massimu tal-enerġija ġeotermali);

id-durata ppjanata għar-riċerka;

l-impenn finanzjarju mwettaq fl-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Xogħol ta’ Riċerka;

kemm huma aġġornati s-soluzzjonijiet tekniċi previsti;

il-miżuri previsti għall-ħarsien tal-ambjent u l-prevenzjoni u tnaqqis ta’ ħsara matul ix-xogħol soġġett għall-konċessjoni;

kemm huwa previst malajr l-isfruttament għal skopijiet ta’ enerġija (skont il-liġi, f’inqas minn tliet snin).

(II)

Il-kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-kapaċità tal-offerent li jwettaq il-kuntratt ta’ konċessjoni:

il-kapaċità finanzjarja tal-offerent, id-disponibbiltà tar-riżorsi meħtieġa biex jiġi ffinanzjat ix-xogħol li għandu jitwettaq skont il-konċessjoni, u l-proporzjon ta’ dan kostitwit minn riżorsi proprji;

il-valur totali tax-xogħol imwettaq f’konnessjoni mal-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttament tal-enerġija ġeotermali.

(III)

Il-kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-obbligi ta’ pagament meħuda fil-kuntratt ta’ konċessjoni:

il-miżata netta tal-konċessjoni offruta meta mqabbla mal-miżata minima tal-konċessjoni stabbilita mill-Ministru;

l-ammont tar-royalty tal-minjieri offruta b’paragun mar-royalty minima tal-minjieri stabbilita mill-Ministru.

Il-kriterji tal-aġġudikazzjoni dettaljati u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura tal-awtorizzazzjoni tax-xogħol ta’ konċessjoni u kif din għandha ssir u titlesta huma speċifikati fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

21.

Il-kuntratt ta’ konċessjoni

Il-kuntratt ta’ konċessjoni għandu jiġi konkluż fi żmien 90 jum wara li jitħabbar ir-riżultat. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż mill-Ministru darba biss, b’massimu ta’ 60 jum.

L-offerent rebbieħ huwa intitolat li jwettaq l-attività ekonomika esklussiva kkontrollata mill-istat (il-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttament tal-enerġija ġeotermali f’żona delimitata) permessa skont il-konċessjoni għad-durata tal-konċessjoni skont il-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt ta’ konċessjoni.

L-abbozz tal-kuntratt ta’ konċessjoni huwa anness mad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

22.

Wara li jinxtara d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, l-informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti tista’ tintalab esklussivament bl-Ungeriż, bil-miktub, skont il-mod stipulat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti; it-tweġibiet se jkunu disponibbli għall-partijiet kollha mill-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija permezz tal-indirizz tal-e-mail indikat fuq l-Iskeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent li ġiet ippreżentata meta nxtara d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

Budapest, il-5 ta’ April 2016.

Dr Miklós SESZTÁK

Ministru


(1)  Fid-data li fiha din l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti qiegħda tiġi ppubblikata, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi li huma proprjetà tal-istat u għall-minjieri huwa l-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali f’konformità mat-Taqsima 109(3) u (5) tad-Digriet tal-Gvern Nru 152/2014 tas-6 ta’ Ġunju 2014 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta’ ċerti Ministri u membri tal-Gvern.


9.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/12


Komunikazzjoni mill-Ministru Għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ Awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ Idrokarburi

(2016/C 205/07)

STEDINA PUBBLIKA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAL-OFFERTI GĦAL KONĊESSJONI GĦALL-PROSPETTAR, ESPLORAZZJONI U PRODUZZJONI TA’ IDROKARBURI TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA HEVES

F’isem l-Istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”) bħala l-Ministru responsabbli għall-minjieri u għas-sorveljanza tal-assi li huma proprjetà tal-istat, hawnhekk qiegħed joħroġ stedina pubblika għall-preżentazzjoni tal-offerti għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi b’kuntratt ta’ konċessjoni abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), l-Att XVI tal-1991 dwar il-Konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u l-Att XLVIII tal-1993 dwar il-minjieri (“l-Att dwar il-Minjieri”), soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin.

1.

Il-Ministru se jippubblika l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, jiġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni f’kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (Magyar Bányászati és Földtani Hivatal) f’konformità mal-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar il-Minjieri. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti se jiġu evalwati minn Kumitat ta’ Evalwazzjoni mwaqqaf mill-Ministru.

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni l-Ministru se joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha, il-Ministru jista’ mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni mal-offerent rebbieħ f’konformità mat-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1).

Il-lingwa tal-proċedura tal-offerti hija l-Ungeriż.

2.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti hija miftuħa għal kwalunkwe persuna fiżika domestika jew barranija u għal kwalunkwe organizzazzjoni transparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, sakemm dawn jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti; huma permessi wkoll offerti konġunti. Fil-każ ta’ offerti konġunti għal din l-attività ta’ konċessjoni, l-offerenti għandhom jinnominaw wieħed minn fosthom bħala rappreżentant, imma jassumu obbligazzjoni in solidum għall-prestazzjoni tal-kuntratt ta’ konċessjoni. Skont il-proċedura tal-offerti, l-offerenti domestiċi u barranin se jiġu ttrattati fuq bażi ugwali.

Sabiex iwettaq l-attività soġġetta għal konċessjoni, filwaqt li juża r-riżorsi tiegħu stess, l-offerent li jiffirma l-kuntratt ta’ konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”) għandu jwaqqaf kumpanija b’uffiċċju reġistrat fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”) fi żmien 90 jum mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta’ konċessjoni; id-Detentur tal-Konċessjoni għandu jkollu l-maġġoranza tal-ishma, l-interessi tan-negozju u d-drittijiet tal-vot fil-kumpanija meta tiġi mwaqqfa u sakemm tkun qed twettaq l-operat tagħha, u bħala sid, għandu jimpenja ruħu li jinforza r-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt ta’ konċessjoni fi ħdan il-Kumpanija tal-Konċessjoni. Il-Kumpanija tal-Konċessjoni għandha tgawdi d-drittijiet u tkun soġġetta għall-obbligi skont il-kuntratt ta’ konċessjoni bħala operatur tal-minjieri.

3.

Id-durata tal-konċessjoni: 20 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta’ konċessjoni; id-durata oriġinali tista’ tiġi estiża darba mingħajr ebda sejħa għall-offerti oħra għal massimu ta’ nofs id-durata oriġinali tagħha jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw mal-obbligi kollha tagħhom f’konformità mal-kuntratt u fil-ħin.

4.

Id-dejta dwar iż-żona magħżula għall-konċessjoni:

Iż-żona magħżula għall-konċessjoni: iż-żona tinsab bejn il-muniċipalitajiet mogħtija fit-tabella ta’ hawn taħt fil-kontej ta’ Heves u Jász–Nagykun–Szolnok.

Muniċipalità

Kontea

Muniċipalità

Kontea

Aldebrő

Heves

Kápolna

Heves

Andornaktálya

Heves

Kerecsend

Heves

Átány

Heves

Kisköre

Heves

Besenyőtelek

Heves

Kisnána

Heves

Boconád

Heves

Kompolt

Heves

Demjén

Heves

Kömlő

Heves

Detk

Heves

Maklár

Heves

Domoszló

Heves

Nagytálya

Heves

Dormánd

Heves

Nagyút

Heves

Eger

Heves

Ostoros

Heves

Egerszalók

Heves

Pély

Heves

Egerszólát

Heves

Sirok

Heves

Erdőtelek

Heves

Tarnabod

Heves

Feldebrő

Heves

Tarnaméra

Heves

Füzesabony

Heves

Tarnaszentmária

Heves

Heves

Heves

Tarnaszentmiklós

Heves

Hevesvezekény

Heves

Tarnazsadány

Heves

Jászapáti

Jász–Nagykun–Szolnok

Tenk

Heves

Jászivány

Jász–Nagykun–Szolnok

Tófalu

Heves

Jászkisér

Jász–Nagykun–Szolnok

Vécs

Heves

Jászszentandrás

Jász–Nagykun–Szolnok

Verpelét

Heves

Kál

Heves

Zaránk

Heves

Is-saff fuqani taż-żona magħżula għall-konċessjoni: il-wiċċ u s-sodda ta’ blat: 5 000 metru taħt il-livell tal-Baħar Baltiku.

Żoni mnaddfa biex jagħmlu spazju għal minjiera stabbilita għall-estrazzjoni ta’ riżorsi minerali ta’ idrokarburi mhumiex inklużi fiż-żona magħżula għall-konċessjoni.

Wieħed jista’ jara l-koordinati tal-angoli li jiddelimitaw iż-żona magħżula għall-konċessjoni fis-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali, filwaqt li d-dejta dwar iż-żoni mnaddfa biex jagħmlu spazju għal minjiera stabbilita għall-estrazzjoni ta’ riżorsi minerali ta’ idrokarburi, li mhumiex inklużi fiż-żona magħżula għall-konċessjoni, tista’ tiġi kkonsultata fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (www.mbfh.hu, billi wieħed jikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió”) u/jew fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

Id-daqs taż-żona magħżula għall-konċessjoni: 903,00 km2.

Iż-żoni tal-minjiera li s-saff fuqani tagħhom jinsab f’pożizzjoni ogħla mis-saff fuqani taż-żona magħżula għall-konċessjoni u li għandhom sodda ta’ blat li tikkorrispondi għal jew testendi taħt is-sodda ta’ blat taż-żona magħżula għall-konċessjoni mhumiex inklużi fiż-żona magħżula għall-konċessjoni.

5.

Miżata minima netta tal-konċessjoni: HUF 363 000 000 (tliet mija u tlieta u sittin miljun forint) + VAT, iżda tista’ tiddaħħal offerta għal ammont fiss akbar fil-proċedura tal-offerti. Hekk kif ir-riżultat jiġi ppubblikat, l-offerent rebbieħ għandu jħallas il-miżata tal-konċessjoni għall-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta’ konċessjoni.

6.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni hija soġġetta għall-ħlas ta’ miżata għall-parteċipazzjoni ta’ HUF 7 000 000 (seba’ miljun forint) + VAT; dan l-ammont għandu jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

7.

Minbarra li jħallsu l-miżata għall-parteċipazzjoni, biex l-offerta tagħhom tkun valida l-offerenti għandhom jippreżentaw garanzija tal-offerta ta’ HUF 50 000 000 (ħamsin miljun forint) sal-jum qabel id-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti, bħala garanzija li l-offerta hija vinkolanti. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tkun konfiskata mill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jikseb suċċess iżda mbagħad ma jikkonkludix il-kuntratt jew jonqos milli jħallas il-miżata tal-konċessjoni offruta, għall-ammont, skont il-mod u sad-data tal-iskadenza stipulata fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

8.

L-aktar rata baxxa tar-royalty tal-minjieri pagabbli abbażi tal-kuntratt ta’ konċessjoni se tkun 16 % f’konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru; fil-proċedura tal-offerti tista’ tiddaħħal offerta għal royalty ogħla tal-minjieri, li jekk ikun hemm qbil tiġi rreġistrata fil-kuntratt ta’ konċessjoni u għandha titħallas għad-durata tal-konċessjoni.

9.

Il-kundizzjonijiet legali, finanzjarji, tekniċi u kundizzjonijiet oħra u informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti jistgħu jinsabu fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

10.

Id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti jista’ jinġabar sal-jum qabel id-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-offerti, fuq preżentazzjoni ta’ prova dokumentarja adegwata li l-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti jkun tħallas. Ix-xerrej se jingħata ċertifikat f’ismu li jikkonferma li hu rċieva d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

Meta jixtri d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, sabiex jiġi kkuntattjat u sabiex jirċievi l-informazzjoni, ix-xerrej għandu jippreżenta wkoll Skeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent tal-Konċessjoni, li tista’ titniżżel mis-sit web tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (www.mbfh.hu) billi wieħed jikklikkja fuq l-opzjoni “Koncessziós pályázatok közzététele” [“Avviżi dwar l-offerti għall-konċessjonijiet”] fil-menu li jinżel imsejjaħ “Koncesszió” [“Konċessjonijiet”] u/jew mis-sit web tal-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

11.

Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti huwa ta’ HUF 100 000 (mitt elf forint) + VAT, li għandu jitħallas permezz ta’ trasferiment bankarju. Il-messaġġ li jakkumpanja t-trasferiment għandu jiddikjara l-kodiċi HEVCHDV u l-isem tal-parti li qed tixtri d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti. Il-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti ma jistax jitħallas fi flus kontanti u mhuwiex rifondibbli, la parzjalment u lanqas b’mod sħiħ. Jekk id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti ma jiġix riċevut, il-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti jitħallas lura lill-pagatur fi żmien ħamest ijiem mid-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni.

L-informazzjoni dwar it-trasferiment tal-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti u dwar ir-riċevuta tad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti tista’ titniżżel mis-sit web tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (www.mbfh.hu) u/jew il-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

12.

L-offerti jistgħu jiġu ppreżentati biss minn persuni li xtraw id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti u li ħallsu kemm il-miżata tal-parteċipazzjoni u kemm il-garanzija tal-offerta. Jekk tiġi ppreżentata offerta konġunta, huwa biżżejjed li wieħed mill-offerenti jixtri d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

13.

L-offerti għandhom jiġu ppreżentati personalment fis-27 ta’ Settembru 2016 bejn l-10:00 u 12:00, bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti. Aktar informazzjoni dwar il-post tal-preżentazzjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (www.mbfh.hu) u/jew tal-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

14.

Hekk kif l-offerta tiġi ppreżentata hija ssir vinkolanti fuq l-offerent u tibqa’ vinkolanti sakemm il-proċedura tal-offerti tispiċċa. L-offerenti ma jistgħux jeskludu r-responsabbiltà għan-nuqqas ta’ konformità mal-offerta tagħhom.

15.

Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara li l-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni ma kinitx ta’ suċċess. L-ebda pretensjoni li tirriżulta mill-proċedura tal-offerti li tkun ġiet iddikjarata li ma kinitx ta’ suċċess ma tista’ tiġi mressqa kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż rappreżentat mill-Ministru, jew il-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru.

16.

L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklussiv għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona magħżula għall-konċessjoni għad-durata tal-konċessjoni permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni, imwaqqfa b’mod obbligatorju għal dak l-iskop. Ladarba d-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sit għax-xogħol tal-minjieri ssir finali u infurzabbli, id-dritt ta’ konċessjoni għaż-żona għall-prospettar ikun limitat għaż-żona tas-sit għax-xogħol tal-minjieri.

17.

Kull offerent jista’ jippreżenta offerta waħda biss.

18.

Il-limitu ta’ żmien għall-aġġudikazzjoni tal-offerti għall-konċessjoni: fi żmien 90 jum mid-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti.

19.

L-Awtorità Kontraenti se tiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u mhi se tapplika l-ebda kriterju preferenzjali.

20.

Il-kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-offerta:

(I)

Il-kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-kontenut tal-Programm ta’ Xogħol ta’ Riċerka soġġett għall-konċessjoni:

il-merti professjonali tal-Programm ta’ Xogħol ta’ Riċerka (it-tfassil tal-programm li jimmira għall-prospettar massimu tal-idrokarburi);

id-durata ppjanata għar-riċerka;

l-impenn finanzjarju mwettaq fl-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Xogħol ta’ Riċerka;

kemm huma aġġornati s-soluzzjonijiet tekniċi previsti;

il-miżuri previsti għall-ħarsien tal-ambjent u l-prevenzjoni u tnaqqis ta’ ħsara matul ix-xogħol soġġett għall-konċessjoni;

kemm huwa previst malajr il-bidu tal-produzzjoni (skont il-liġi, f’inqas minn ħames snin).

(II)

Il-kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-kapaċità tal-offerent li jwettaq il-kuntratt ta’ konċessjoni:

il-kapaċità finanzjarja tal-offerent, id-disponibbiltà tar-riżorsi meħtieġa biex jiġi ffinanzjat ix-xogħol li għandu jitwettaq skont il-konċessjoni, u l-proporzjon ta’ dan kostitwit minn riżorsi proprji;

il-valur totali tax-xogħol imwettaq f’konnessjoni ma’ minjieri tal-idrokarburi fit-tliet snin ta’ qabel l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti.

(III)

Il-kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-obbligi ta’ pagament meħuda fil-kuntratt ta’ konċessjoni:

il-miżata netta tal-konċessjoni offruta meta mqabbla mal-miżata minima tal-konċessjoni stabbilita mill-Ministru;

l-ammont tar-royalty tal-minjieri offruta b’paragun mar-royalty minima tal-minjieri stabbilita mill-Ministru.

Il-kriterji tal-aġġudikazzjoni dettaljati u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura tal-awtorizzazzjoni tax-xogħol ta’ konċessjoni u kif din għandha ssir u titlesta huma speċifikati fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

21.

Il-kuntratt ta’ konċessjoni

Il-kuntratt ta’ konċessjoni għandu jiġi konkluż fi żmien 90 jum wara li jitħabbar ir-riżultat. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż mill-Ministru darba biss, b’massimu ta’ 60 jum.

L-offerent rebbieħ huwa intitolat li jwettaq l-attività ekonomika esklussiva kkontrollata mill-istat (il-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi f’żona delimitata) permessa skont il-konċessjoni għad-durata tal-konċessjoni skont il-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt ta’ konċessjoni.

Meta jippreżentaw l-offerta, l-offerenti għandhom iqisu t-Taqsima 22/A(13) tal-Att dwar il-Minjieri, li tiddikjara li fil-każ tal-idrokarburi d-dritt tal-operatur tal-minjieri għall-prospettar jew il-permess tiegħu għall-prospettar jista’ jkopri total ta’ mhux aktar minn 15 000 km2 ta’ territorju għall-prospettar. Meta jiġi stabbilit it-territorju għall-prospettar, għandu jitqies ukoll it-territorju għall-prospettar tal-operatur tal-minjieri li jikkontrolla — skont it-tifsira tal-Kodiċi Ċivili — l-operatur tal-minjieri li jixtieq jikseb id-dritt jew il-permess għall-prospettar. Fil-każ ta’ offerti konġunti, kull wieħed mill-offerenti għandu jissodisfa dan il-kriterju individwalment.

L-abbozz tal-kuntratt ta’ konċessjoni huwa anness mad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

22.

Wara li jinxtara d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, l-informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti tista’ tintalab esklussivament bl-Ungeriż, bil-miktub, skont il-mod stipulat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti; it-tweġibiet se jkunu disponibbli għall-partijiet kollha mill-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija permezz tal-indirizz tal-e-mail indikat fuq l-Iskeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent li ġiet ippreżentata meta nxtara d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

Budapest, il-5 ta’ April 2016.

Dr Miklós SESZTÁK

Ministru


(1)  Fid-data li fiha din l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti qiegħda tiġi ppubblikata, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi li huma proprjetà tal-istat u għall-minjieri huwa l-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali f’konformità mat-Taqsima 109(3) u (5) tad-Digriet tal-Gvern Nru 152/2014 tas-6 ta’ Ġunju 2014 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta’ ċerti Ministri u membri tal-Gvern.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

9.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/16


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONIJIET MIFTUĦA

(2016/C 205/08)

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjonijiet miftuħa li ġejjin:

 

EPSO/AD/325/16 — TRADUTTURI TAL-LINGWA DANIŻA (DA) (AD 5)

 

EPSO/AD/326/16 — TRADUTTURI TAL-LINGWA IRLANDIŻA (GA) (AD 5)

 

EPSO/AD/327/16 — TRADUTTURI TAL-LINGWA KROATA (HR) (AD 5)

 

EPSO/AD/328/16 — TRADUTTURI TAL-LINGWA LITWANA (LT) (AD 5)

 

EPSO/AD/329/16 — TRADUTTURI TAL-LINGWA MALTIJA (MT) (AD 5)

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat f’24 lingwa f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 205 A tad-9 ta’ Ġunju 2016.

Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit web tal-EPSO: http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

9.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/17


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2016/C 205/09)

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed jopponi għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

“CHAPON DU PERIGORD”

Nru tal-UE: FR-PGI-0005-01377 — 24.9.2015

DPO ( ) IGP ( X )

1.   Denominazzjoni(jiet)

“Chapon du Périgord”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.1. Laħam (u ġewwieni) frisk

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1

Ix-“Chapon du Périgord” hija tajra li ġejja minn razez li jikbru bil-mod tat-tip bl-għonq mikxuf (b’ġilda safra) u/jew tat-tip mhux bl-għonq mikxuf (ħasi b’ġilda bajda).

Imrobbi għal mill-inqas 150 jum, ix-“Chapon du Périgord” huwa serduk, ikkastrat b’mod kirurġiku qabel ma jkun laħaq il-maturità sesswali tiegħu. Huwa tajra smina, bi gruppi muskolari żviluppati u mpaħpħin sew madwar skeletru fin. Minn taħt il-ġilda rqiqa ħafna, ta’ kulur qawwi u uniformi (isfar jew abjad), jidher ammont importanti ta’ xaħam. Il-gruppi muskolari kollha jikkostitwixxu kisja ta’ xaħam fil-muskoli magħrufin bħala “mraħħma”.

Il-ħasi jista’ jinbiegħ bħala karkassa jew f’biċċiet, frisk jew iffriżat. Jista’ jiġi mgeżwer f’film, jew ippakkjat f’vakum jew f’atmosfera protetta.

Il-karkassi tax-“Chapon du Périgord” huma ppreżentati f’forma ta’:

karkassa mnaddfa (tjur imnittfin, imnaddfin, bir-ras, saqajn u ġewwieni),

karkassa “lesta għat-tisjir” (PAC) (tjur imnittfin, imnaddfin, bla ras, bit-tarsu jew mingħajru),

karkassa “métifet” jew “méti-fait” (tjur imnittfin, imnaddfin, bit-tarsu jew mingħajru, u bir-ras milwija taħt il-ġewnaħ).

Il-kwalità tal-preżentazzjoni tal-karkassi sħaħ hija partikolarment tajba u ma għandha l-ebda difett.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Matul il-perjodu kollu tat-trobbija, l-għalf imqassam jikkonsisti biss f’ħaxix, minerali u vitamini.

Fost il-ħxejjex li għandu jkun hemm fit-taħlita, insibu:

il-qamħirrun, b’rata varjabbli skont l-età;

mill-inqas ċereal ieħor, fosthom b’mod partikolari nsibu l-qamħ, ix-xgħir, it-triticale, is-sorgu, il-ħafur;

ħxejjex tal-proteini sabiex l-għalf ikun ibbilanċjat.

Matul il-perjodu ta’ trobbija huwa xieraq li jiġu distinti 4 fażijiet li jikkorrispondu għal ħtiġijiet fiżjoloġiċi differenti li magħhom huma assoċjati rati ta’ ċereali differenti:

il-fażi tal-bidu, mill-ewwel jum sat-28 jum,

L-għalf tal-bidu jikkonsisti (fil-piż) mill-inqas f’50 % ta’ ċereali mħalltin (ċereali u prodotti li joħorġu miċ-ċereali). Fost iċ-ċereali għandu jkun hemm il-qamħirrun u mill-inqas ċereal ieħor tat-tibna (il-qamħ, ix-xgħir, it-triticale, il-ħafur) jew is-sorgu.

F’din it-taħlita ta’ ċereali, ir-rata minima ta’ qamħirrun (fil-piż) hija ta’ 25 % għall-ħasi l-isfar u ta’ 15 % għall-ħasi l-abjad.

il-fażi ta’ tkabbir, mid-29 jum sat-52 jum,

L-għalf tat-tkabbir jikkonsisti (fil-piż) mill-inqas f’70 % ta’ ċereali mħalltin (ċereali u prodotti li joħorġu miċ-ċereali). Fost iċ-ċereali għandu jkun hemm il-qamħirrun u mill-inqas ċereal ieħor tat-tibna (il-qamħ, ix-xgħir, it-triticale, il-ħafur) jew is-sorgu.

F’din it-taħlita ta’ ċereali, ir-rata minima ta’ qamħirrun (fil-piż) hija ta’ 30 % għall-ħasi l-isfar u ta’ 15 % għall-ħasi l-abjad.

il-fażi tal-aħħar, mit-53 jum sal-81 jum,

L-għalf tal-aħħar jikkonsisti (fil-piż) mill-inqas fi 80 % ta’ ċereali mħalltin (ċereali u prodotti li joħorġu miċ-ċereali). Fost iċ-ċereali għandu jkun hemm il-qamħirrun u mill-inqas ċereal ieħor tat-tibna (il-qamħ, ix-xgħir, it-triticale, il-ħafur) jew is-sorgu.

F’din it-taħlita ta’ ċereali, ir-rata minima ta’ qamħirrun (fil-piż) hija ta’ 30 % għall-ħasi l-isfar u ta’ 15 % għall-ħasi l-abjad.

il-fażi tat-tismin sa mill-inqas 150 jum.

L-għalf jikkonsisti (fil-piż) mill-inqas f’40 % ta’ qamħirrun għall-ħasi l-isfar u 15 % għall-ħasi l-abjad.

L-għalf supplementari bit-tafal (bentonite) huwa sistematiku f’kull tip ta’ għalf. Il-livell ta’ inkorporazzjoni tiegħu fl-għalf huwa ta’ mill-inqas 2 kg/t.

3.4.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

It-trobbija kif ukoll it-tbiċċir tax-“Chapon du Périgord” isiru fiż-żona ġeografika.

Il-biċċeriji ta’ Périgord fil-fatt żviluppaw u żammew għarfien speċifiku għall-għażla tal-karkassi, li jikkontribwixxi għar-reputazzjoni tal-prodott u għall-kwalità finali tal-preżentazzjoni tal-prodotti.

L-operazzjonijiet tat-tismit u tat-tintif, l-evixxerazzjoni, l-irbit u t-tkessiħ għandhom jitwettqu bl-akbar attenzjoni peress li l-karkassi mingħajr difetti biss jinbiegħu sħaħ. Għal dan il-għan, isiru żewġ selezzjonijiet qabel l-irbit u wara t-tkessiħ.

Fir-rigward tat-tiġieġ “métifet” jew “métifait”, l-operazzjonijiet ta’ evixxerazzjoni u ta’ finitura jsiru b’mod manwali.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-imballaġġ, eċċ., tal-prodott li għalih jirreferi l-isem

It-tqattigħ u l-imballaġġ isiru fis-sit tat-tbiċċir. Dan jippermetti sekwenza ta’ operazzjonijiet u jevita bidla fil-kwalità tal-laħam meta jiġi f’kuntatt mal-arja. Il-laħam frisk u ffriżat, it-tnejn li huma għandhom jiġu ppreżentati mingħajr difett, it-tqandil għandu jkun limitat, aktar u aktar peress li x-“Chapon du Périgord” għandu ġilda rqiqa ħafna. L-iffriżar għandu jsir mhux aktar tard minn 24 siegħa wara t-tbiċċir. Dawn l-elementi diversi jeħtieġu mballaġġ mgħaġġel li jsir fiż-żona biex b’hekk jiżgura konformità mal-kriterji ta’ preżentazzjoni.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem

It-tikkettar jinkludi l-isem tal-IGP “Chapon du Périgord”.

It-tikketti u d-dokumenti tal-bejgħ għandhom jinkludu l-logo komuni:

Image

4.   Deskrizzjoni fil-qosor tal-limiti taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika hija mifruxa fuq id-dipartimenti ta’:

Charente, limitata għad-distretti ta’: Aubeterre-sur-Dronne, Chalais, Montbron, Montemboeuf, Montmoreau-Saint-Cybard, Villebois-Lavalette;

Charente-Maritime, limitata għad-distrett ta’ Montguyon;

Corrèze, limitata għad-distretti ta’: Argentat, Ayen, Beaulieu-sur-Dordogne, Beynat, Brive-la-Gaillarde-Centre, Brive-la-Gaillarde-Nord-Est, Brive-la-Gaillarde-Nord-Est, Brive-la-Gaillarde-Sud-Est, Brive-la-Gaillarde-Sud-Ouest, Corrèze, Donzenac, Égletons, Juillac, Larche, Lubersac, Malemort-sur-Corrèze, Meyssac, Seilhac, Treignac, Tulle-Campagne-Nord, Tulle-Campagne-Sud, Tulle-Urbain-Nord, Tulle-Urbain-Sud, Uzerche, Vigeois;

Dordogne;

Gironde, limitata għad-distretti ta’: Castillon-la-Bataille, Coutras, Lussac, Pujols, Sainte-Foy-la-Grande;

Haute-Vienne, limitata għad-distretti ta’: Aixe-sur-Vienne, Ambazac, Châlus, Châteauneuf-la-Forêt, Eymoutiers, Laurière, Limoges-Beaupuy, Limoges-Isle, Limoges-Landouge, Limoges-Couzeix, Limoges-Cité, Limoges-Le Palais, Limoges-Condat, Limoges-Panazol, Limoges-Corgnac, Limoges-Puy-las-Rodas, Limoges-Grand-Treuil, Limoges-Vigenal, Limoges-Émailleurs, Limoges-Carnot, Limoges-Centre, Limoges-La Bastide, Nexon, Nieul, Oradour-sur-Vayres, Pierre-Buffière, Rochechouart, Saint-Germain-les-Belles, Saint-Junien-Est, Saint-Junien-Ouest, Saint-Laurent-sur-Gorre, Saint-Léonard-de-Noblat, Saint-Mathieu, Saint-Yrieix-la-Perche;

Lot, limitata għad-distretti ta’: Bretenoux, Cahors-Nord-Est, Cahors-Nord-Ouest, Cahors-Sud, Cajarc, Castelnau-Montratier, Catus, Cazals, Gourdon, Gramat, Labastide-Murat, Lacapelle-Marival, Lalbenque, Lauzès, Limogne-en-Quercy, Livernon, Luzech, Martel, Montcuq, Payrac, Puy-l’Évêque, Saint-Céré, Saint-Germain-du-Bel-Air, Saint-Géry, Salviac, Souillac, Vayrac;

Lot-et-Garonne, limitata għad-distretti ta’: Cancon, Castelmoron-sur-Lot, Castillonnès, Duras, Fumel, Lauzun, Marmande-Est, Marmande-Ouest, Monclar, Monflanquin, Sainte-Livrade-sur-Lot, Seyches, Tonneins, Tournon-d’Agenais, Villeneuve-sur-Lot-Sud, Villeréal, Le Mas-d’Agenais

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tinsab fil-Lbiċ ta’ Franza, iffukata fuq id-dipartiment ta’ Dordogne.

Il-Périgord kif definit hawnhekk jikkorrispondi għal żona vasta ta’ għoljiet inklinati lejn il-Grigal u l-Lbiċ. Id-diversi xmajjar li jaqsmu l-blat samm varjat ta’ din iż-żona ffurmaw netwerk ta’ widien żgħar, orjentati u pprofilati b’modi differenti, iżda li jikkostitwixxu wieħed mill-elementi ewlenin tat-topografija tal-Périgord. Huma biss il-widien li fihom ħafna alluvjonijiet li huma verament favorevoli għall-kultivazzjoni taċ-ċereali. L-għoljiet, spiss inklinati sew u bis-siġar, huma aktar adattati għat-trobbija.

Il-kumplessità ġeoloġika ffavorrixxiet il-preżenza ta’ depożiti minerali numerużi (ħadid, deheb, ġebla tal-ġir, kaolina). Fosthom, xi wħud huma soġġetti għall-produzzjoni tat-tafal smettiku (fuller’s earth), tat-tip bentonite u montmorillonite, bi proprjetajiet speċifiċi.

Il-klima taż-żona ġeografika hija ġeneralment moderata, tat-tip “oċeaniku mtaffi”, jiġifieri hija soġġetta għas-sistema tal-klima tat-Tramuntana tal-Oċean Atlantiku, iżda b’influwenzi evidenti, kemm tat-tip kontinentali kif ukoll tat-tip Mediterranju.

Il-kultivazzjoni tal-qamħirrun hija mifruxa fiż-żona ġeografika kollha. Iċ-ċereali tat-tiben huma kkultivati ħafna; il-qamħ komuni u t-triticale huma predominanti.

Fir-rigward tal-fatturi umani, huwa mis-seklu 14 li t-trobbija tat-tjur tal-Périgord żviluppat b’mod sinifikanti.

Huwa biss matul is-seklu 19 li l-Périgord saret art għall-produzzjoni tat-tjur kollha kemm hi, fejn il-produzzjoni madankollu żżomm il-karattru tradizzjonali tagħha, tat-tip familjari.

L-ewwel “Syndicat de défense du Poulet Fermier du Périgord” ġie stabbilit fl-1953. Fir-regolament tekniku tagħha ta’ dak iż-żmien, tiddefinixxi l-mod ta’ kif jitrabbew it-tjur “skont il-metodu agrikolu li jintuża fil-Périgord”.

L-iżvilupp u r-reputazzjoni miksuba jħeġġu lill-bdiewa tat-tjur taż-żona jiżviluppaw produzzjoni ta’ tjur fuq il-bażi ta’ għarfien tradizzjonali miżmumin f’Périgord.

It-trobbija tal-ħosien issir bl-istess prattiki bħal dawk tat-trobbija tat-tiġieġ: razez “lokali li jikbru bil-mod” adattati għal trobbija fil-miftuħ li tipproduċi mill-ġdid il-kundizzjonijiet tat-trobbija ta’ qabel.

L-għarfien dwar l-għalf huwa b’mod partikolari adatt għall-estensjoni tat-trobbija ta’ dawn it-tiġieġ u t-tismin tagħhom. Bħal qabel, ir-raħħala tal-Périgord iqassmu ftit ċereali kuljum fil-forma ta’ żerriegħa sħiħa fl-imfierex tal-bini. Barra minn hekk, dan jikkumplimenta l-għalf taċ-ċereali bil-bentonite, tafal magħruf sew għall-proprjetajiet diġestivi tiegħu fost it-tjur fil-Périgord.

Speċifiċità tal-prodott

Ix-“Chapon du Périgord” hija tajra smina, bi gruppi muskolari żviluppati u mpaħpħa sew. Il-gruppi muskolari kollha jikkostitwixxu kisja ta’ xaħam fil-muskoli magħrufin bħala “imrammla” u ammont importanti ta’ xaħam taħt il-ġilda.

Il-kwalità tal-preżentazzjoni tal-karkassi sħaħ hija partikolarment tajba u ma għandha l-ebda difett.

Dawn l-ispeċifiċitajiet jagħtu lix-“Chapon du Périgord” reputazzjoni tajba ħafna.

Rabta kawżali

Ir-rabta mal-oriġini tax-“Chapon du Périgord” hija bbażata fuq il-kwalità u r-reputazzjoni.

Iż-żona ġeografika, minħabba l-klima oċeanika moderata u l-altitudni baxxa jew medja tagħha, tikkostitwixxi post favorevoli għat-trobbija tat-tjur.

Ix-xmajjar li fihom ħafna alluvjonijiet jintużaw għall-kultivazzjoni taċ-ċereali u l-għoljiet, spiss inklinati sew u bis-siġar, għaż-żoni tat-tjur.

L-assoċjazzjoni ta’ dawn iċ-ċereali fir-razzjon tal-għalf hija bbażata fuq il-preżenza regolari u evidenzjata tagħhom tul iż-żmien fin-newba tal-għelieqi tal-Périgord u tippreżenta profil nutrittiv speċifiku u partikolarment ibbilanċjat tajjeb għat-trobbija u t-tismin tat-tjur.

Fost iċ-ċereali użati, il-qamħirrun, li għandu kultivazzjoni dominanti, jokkupa post privileġġjat: in-nuqqas ta’ qoxra taż-żerriegħa jagħtih diġestibilità aħjar u b’hekk kwalità aħjar ta’ assimilazzjoni; ir-rata għolja tiegħu ta’ xaħmijiet u ta’ lamtu fil-fatt jagħmluh ċereal partikolarment enerġetiku, li jwassal sabiex it-tjur ikunu mlaħħmin jew anke smini.

Is-supplimentazzjoni tar-razzjon tal-għalf sistematiku bit-tafal (il-bentonite) jiżgura stat tas-saħħa tajjeb ħafna u kundizzjonijiet ambjentali aħjar fil-bini, li jwasslu għat-tkabbir aktar armonjuż u regolari tat-tjur. Din l-għażla tar-raħħala tal-Périgord tidher partikolarment importanti u ġġustifikata għall-iżvilupp tal-gruppi muskolari u t-tismin tax-“Chapon du Périgord” li ġej minn razez li jikbru bil-mod u li l-perjodu ta’ trobbija tiegħu huwa partikolarment twil.

Is-supplimentazzjoni tal-għalf kollu bil-bentonite jkollha teħid aħjar tar-razzjon matul il-ħajja kollha tal-annimal. Din l-assimilazzjoni mtejba tippromwovi żvilupp aħjar tat-tessuti kollha, b’mod partikolari l-muskoli, u tippromwovi tqassim aħjar tax-xaħam. Minħabba f’hekk, il-karkassi tax-“Chapon du Périgord” jikkostitwixxu ammont ta’ xaħam fil-muskoli magħrufin bħala “mraħħma” u ammont ta’ xaħam ta’ taħt il-ġilda importanti ħafna.

Din il-prattika hija assoċjata ma’ dik li ntirtet mit-tradizzjoni li jitqassmu ftit ċereali kuljum fil-forma ta’ żerriegħa sħiħa fl-imfierex tal-bini. Dan il-metodu tradizzjonali li qabel kien jippermetti lill-bidwi jiġbor it-tjur, u jsaħħaħ ir-rabta bejn ir-raħħal u t-tjur tiegħu, jistimula fost il-flieles l-istint tagħhom li jnaqqru u mbagħad jiffaċilita l-esplorazzjoni tal-passaġġi. Dan l-aġir iwassal għal aktar attività fiżika li mbagħad twassal għall-iżvilupp ta’ muskolatura aħjar bi tqassim aħjar tax-xaħam fil-muskoli.

Dan jikkontribwixxi wkoll biex sa minn età bikrija jkun stimulat il-funzjonament tal-qanżħa u b’hekk itejjeb l-assimilazzjoni tal-komponenti tal-għalf li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-gruppi muskolari.

Barra minn hekk, jippromwovi l-grif kontinwu tal-imfierex mill-flieles, li jikkontribwixxi għaċ-ċirkolazzjoni tal-arja sabiex il-mifrex jibqa’ niexef għal żmien twil, b’konsiderazzjoni tal-perjodu tat-trobbija ta’ dawn it-tjur.

Din id-drawwa ta’ kuljum tal-grif u t-tqallib tal-imfierex hija partikolarment importanti għall-ħosien minħabba l-perjodu twil ta’ trobbija ta’ dawn it-tjur li jintemm b’perjodu ta’ għeluq. Filfatt, il-preżenza tal-ħosien ġol-bini fuq imfierex nodfa ħafna, fl-aħħar tal-perjodu tat-tismin, iwassal għall-istat tajjeb ħafna tal-kisja tagħhom tar-rix. Dan iwassal għal tintif aktar faċli, u b’hekk kwalità impekkabbli tal-preżentazzoni tal-karkassi sħaħ, b’mod partikolari fil-verżjoni tradizzjonali tagħha msejjħa “méti-fait”.

It-trobbija fil-miftuħ f’żoni spiss inklinati u bis-siġar, ukoll għandha impatt fuq l-ispeċifiċitajiet tax-“Chapon du Périgord”: din tfisser bażi aktar soda li tawtorizza l-iżvilupp aħjar tal-gruppi muskolari (fillets u koxox).

Għax-“Chapon du Périgord”, il-perjodu tat-tismin fil-bini jiffaċilita xaħam fil-muskoli li jagħti lil-laħam tal-ħasi sensazzjoni speċifika, magħrufa bħala “imrammla”.

Dawn l-elementi kollha ġew identifikati fl-1929 minn La Mazille, kok famuż tar-reġjun, fil-ġabra ta’ riċetti lokali tiegħu: “Waħda mir-raġunijiet ewlenin tal-eċċellenza tat-tjur fil-Périgord hija minħabba l-mod ta’ kif jingħataw l-għalf u jiġu msemmna bil-qamħirrun”

Ir-reputazzjoni tax-“Chapon du Périgord” hija ppruvata wkoll sa mis-seklu 19 bis-saħħa ta’ konkorsi, organizzati għall-ewwel darba fid-Dordogne (1862) imbagħad fid-dipartimenti kollha ġirien (Limoges 1862, Agen 1863, Niort 1866), li fil-biċċa l-kbira tagħhom jippremjaw dawk il-persuni li jrabbu f’Périgord.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-9fbe6c7d-d7b1-48e8-9e9f-81929c980559


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


9.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/22


Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba mingħand Entità Kontraenti

(2016/C 205/10)

Fil-21 ta’ Marzu 2016, il-Kumissjoni waslitilha talba f’konformità mal-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1). L-ewwel jum tax-xogħol wara li waslet it-talba kien it-22 ta’ Marzu 2016.

Din it-talba mingħand l-Assoċjazzjoni Federali tal-Industrija tal-Enerġija u tal-Ilma (BDEW Bundesverband der Energie- und Wasserwirtschaft e.V.) f’isem l-entitajiet kontraenti fis-settur, tikkonċerna ċertu attivitajiet fis-suq bl-imnut tal-elettriku u tal-gass fil-Ġermanja.

L-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE jipprevedi li l-aħħar Direttiva ma tapplikax meta l-attività rilevanti tkun esposta direttament għall-kompetizzjoni fis-swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex ristrett. Dawn il-kundizzjonijiet huma evalwati biss għall-finijiet tad-Direttiva 2014/25/UE u ma jaffettwawx l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni jew xi oqsma oħra tal-politiki tal-UE.

Skont l-ittra (a) tal-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, il-Kummissjoni għandha 90 jum tax-xogħol biex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba, li jibda jgħodd mill-jum tax-xogħol imsemmi hawn fuq. Għalhekk dawn id-90 jum jiskadu fl-4 ta’ Awwissu 2016.


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.