ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 191

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
30 ta' Mejju 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 191/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2016/C 191/02

Kawża C-328/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Lulju 2015 – Andreea Corina Târșia vs Statul român, Universitatea Lucian Blaga Sibiu, Consiliul National pentru Combaterea Discriminşrii

2

2016/C 191/03

Kawża C-440/15 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 minn AgriCapital Corp. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-10 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-514/13 – AgriCapital Corp. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

2

2016/C 191/04

Kawża C-487/15: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2015 minn Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-8 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-548/12 – Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

3

2016/C 191/05

Kawża C-537/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Koninie (il-Polonja) fil-15 ta’ Ottubru 2015 – Euro Bank SA vs Marek Łopaciński

3

2016/C 191/06

Kawża C-653/15: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2015 minn Carsten Bopp mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-25 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-209/14 – Carsten Bopp vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

3

2016/C 191/07

Kawża C-53/16 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2016 minn Carsten René Beul mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-23 ta’ Novembru 2015 fil-Kawża T-640/14, Beul vs Il-Parlament u Il-Kunsill

4

2016/C 191/08

Kawża C-57/16 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2016 minn ClientEarth mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-13 ta’ Novembru 2015 fil-Kawżi magħquda T-424/14 u T-425/15, ClientEarth vs Il-Kummissjoni Ewropea

5

2016/C 191/09

Kawża C-71/16 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2016 minn Comercializadora Eloro, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-9 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża T-354/14, Comercializadora Eloro vs UASI – Zumex Group (Zumex)

6

2016/C 191/10

Kawża C-111/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Udine (L-Italja) fl-24 ta’ Frar 2016 – proċeduri kriminali kontra Giorgio Fidenato et

8

2016/C 191/11

Kawża C-122/16 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2016 minn British Airways plc mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża T-48/11 – British Airways plc vs Il-Kummissjoni Ewropea

9

2016/C 191/12

Kawża C-123/16 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2016 minn Orange Polska SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-17 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża T-486/11, Orange Polska SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

10

2016/C 191/13

Kawża C-125/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (Malta) fid-29 ta’ Frar 2016 – Malta Dental Technologists Association et vs Superintendent tas-Saħħa Pubblika, Kunsill tal-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina

11

2016/C 191/14

Kawża C-133/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fl-4 ta’ Marzu 2016 – Christian Ferenschild vs1 JPC Motor SA

12

2016/C 191/15

Kawża C-141/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale di Milano (l-Italja) fit-2 ta’ Marzu 2016 – Stanleybet Malta Ltd, Mario Stoppani vs Agenzia delle dogane e dei Monopoli

12

2016/C 191/16

Kawża C-151/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fl-14 ta’ Marzu 2016 – UAB Vakarų Baltijos laivų statykla vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

13

2016/C 191/17

Kawża C-152/16: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Grand Dukat tal-Lussemburgu

13

2016/C 191/18

Kawża C-154/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Il-Latvja) fil-15 ta’ Marzu 2016 – Latvijas dzelzceļš VAS vs Valsts ieņēmumu dienests

14

2016/C 191/19

Kawża C-159/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fis-17 ta’ Marzu 2016 – Starptautiskā lidosta Rīga VAS vs Konkurences padome

15

2016/C 191/20

Kawża C-164/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fil-21 ta’ Marzu 2016 – Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Mercedes Benz Financial Services UK Ltd

16

2016/C 191/21

Kawża C-165/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fil-21 ta’ Marzu 2016 – Toufik Lounes vs Secretary of State for the Home Department

17

2016/C 191/22

Kawża C-168/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour du travail de Mons (il-Belġju) fil-25 ta’ Marzu 2016 – Sandra Nogueira, Victor Perez-Ortega, Virginie Mauguit, Maria Sanchez-Odogherty, José Sanchez-Navarro vs Crewlink Ltd

18

2016/C 191/23

Kawża C-169/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour du travail de Mons (il-Belġju) fil-25 ta’ Marzu 2016 – Miguel José Moreno Osacar vs Ryanair Ltd

19

2016/C 191/24

Kawża C-175/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeeus (il-Finlandja) fid- 29 ta’ Marzu 2016 – Hannele Hälvä, Sari Naukkarinen, Pirjo Paajanen, Satu Piik vs SOS-Lapsikylä ry

20

2016/C 191/25

Kawża C-176/16 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2016 minn Proforec Srl mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-21 ta’ Jannar 2016 fil-Kawża T-120/15, Proforec Srl vs Il-Kummissjoni

20

2016/C 191/26

Kawża C-181/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fil-31 ta’ Marzu 2016 – Sadikou Gnandi vs L-Istat tal-Belġju

21

2016/C 191/27

Kawża C-187/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

22

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 191/28

Kawża T-198/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2016 – 100 % Capri Italia vs EUIPO – IN.PRO.DI (100 % Capri) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea 100 % Capri — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea CAPRI — Raġuni relattiva għal rifjut — Karattru distintiv — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

23

2016/C 191/29

Kawża T-200/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2016 – Ben Ali vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Iffriżar ta’ fondi — Bażi legali — Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent ibbażata fuq motivazzjoni ġdida wara l-annullament tal-miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi preċedenti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dritt għall-proprjetà — Proporzjonalità — Żball ta’ fatt — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjara effettiva — Użu ħażin ta’ poter — Dritt għall-ħajja — Dritt għar-rispett tal-ħajja tal-familja — Responsabbiltà mhux kuntrattwali

23

2016/C 191/30

Kawża T-326/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2016 – Novomatic vs EUIPO – Granini France (HOT JOKER) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva HOT JOKER — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Joker — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009]

24

2016/C 191/31

Kawża T-613/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ April 2016 – Industrias Tomás Morcillo vs EUIPO – Aucar Trailer (Polycart A Whole Cart Full of Benefits) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Polycart A Whole Cart Full of Benefits — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti POLICAR — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE)Nru 207/2009]

25

2016/C 191/32

Kawża T-638/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ April 2016 – Frinsa del Noroeste vs EUIPO – Frisa Frigorífico Rio Doce (FRISA) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea FRISA — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea Frinsa — Raġuni relattiva għal rifjut — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Produzzjoni ta’ fatti u ta’ provi ġodda insostenn tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali — Setgħa ta’ bidla — Artikolu 42(2) u (3), Artikolu 65 u l-aħħar parti tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Regola 22(2) sa (4) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95]

25

2016/C 191/33

Kawża T-8/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2016 – Auyantepui Corp. vs EUIPO – Magda Rose (Mr Jones) (Trade Mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Mr. Jones — Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti Jones — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

26

2016/C 191/34

Kawża T-20/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2016 – Henkell & Co. Sektkellerei vs EUIPO – Ciacci Piccolomini d’Aragona di Bianchini (PICCOLOMINI) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PICCOLOMINI — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea PICCOLO — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark — Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

27

2016/C 191/35

Kawża T-81/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2016 – Facchinello vs EUIPO – Olimpia Splendid (Synthesis) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ revoka — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Synthesis — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark — Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Provi ppreżentati għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali]

27

2016/C 191/36

Kawża T-261/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2016 – Spirig Pharma vs EUIPO (Daylong) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Daylong — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

28

2016/C 191/37

Kawża T-361/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2016 – Choice vs EUIPO (Choice chocolate & ice cream) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Choice chocolate & ice cream — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

29

2016/C 191/38

Kawża T-580/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ April 2016 – Aduanas u Servicios Fornesa vs Il-Kummissjoni [Unjoni doganali — Importazzjoni tal-ġuleppijiet taz-zokkor imħawrin jew ikkuluriti li ġejjin minn Andorra — Frodi — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Talba għal maħfra ta’ dazji tal-importazzjoni — Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nruo2913/92 — Tmiem ta’ interess ġuridiku — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni]

29

2016/C 191/39

Kawża T-644/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ April 2016 – ADR Center vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehimiet konklużi sabiex jiġu mwettqa proġetti ffinanzjati mill-Unjoni fil-kuntest tal-programm Ġustizzja Ċivil — Deċiżjoni eżekuttiva tal-Kummissjoni li tipproċedi għall-irkupru tas-somom imħallsa — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

30

2016/C 191/40

Kawża T-181/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2016 – Sopra Steria Group vs Il-Parlament (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Deċiżjoni tal-Parlament sabiex jibda proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ sejħa għal offerti għal provvista ta’ servizzi tal-informatika — Irtirar tal-att — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

30

2016/C 191/41

Kawża T-364/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ April 2016 – ADR Center vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehimiet konklużi sabiex jiġu mwettqa proġetti ffinanzjati mill-Unjoni fil-kuntest tal-programm Ġustizzja Ċivil — Deċiżjoni eżekuttiva tal-Kummissjoni li tipproċedi għall-irkupru tas-somom imħallsa — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

31

2016/C 191/42

Kawża T-535/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2016 – CBM vs UASI – ÏD Group (Fashion ID) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

32

2016/C 191/43

Kawża T-725/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – Chemtura Netherlands vs EFSA (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Proċedura ta’ tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Pubblikazzjoni ta’ dokumenti li jirrigwardaw ir-reġistrazzjoni ta’ sustanza attiva — Ċaħda ta’ talba intiża li tikseb trattament kunfidenzjali ta’ ċerta informazzjoni — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza)

32

2016/C 191/44

Kawża T-10/16 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2016 – GABO:mi vs Il-Kummisjsoni [Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sussidji — Is-sitt u s-Seba’ Programmi Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2002-2006 u 2007-2013) — Ittri li jitolbu ir-rimbors ta’ parti mis-sussidji mogħtija — Nota ta’ debitu — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Ammissibbiltà — Nuqqas ta’ urġenza]

33

2016/C 191/45

Kawża T-41/16 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2016 – Cyprus Turkish Chamber of Industry et vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Proċedura għar-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta — Halloumi jew Hellim — Ċaħda ta’ oppożizzjoni — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

33

2016/C 191/46

Kawża T-771/15: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2015 – Bittorrent Marketing vs EUIPO – BitTorrent (bittorrent)

34

2016/C 191/47

Kawża T-117/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2016 – Isdin vs EUIPO – Spirig Pharma (ERYFOTONA ACTINICA)

35

2016/C 191/48

Kawża T-131/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2016 – Il-Belġju vs Il-Kummissjoni

36

2016/C 191/49

Kawża T-132/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2016 – PayPal vs EUIPO – Hub Culture (VENMO)

37

2016/C 191/50

Kawża T-140/16: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2016 – Le Pen vs Il-Parlament

37

2016/C 191/51

Kawża T-141/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs IEM

39

2016/C 191/52

Kawża T-143/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2016 – Intesa Sanpaolo vs EUIPO – Intesia Group Holding (INTESA)

39

2016/C 191/53

Kawża T-144/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2016 – Mundipharma vs EUIPO – Multipharma (MULTIPHARMA)

40

2016/C 191/54

Kawża T-146/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2016 – Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland et vs Il-Kummissjoni

41

2016/C 191/55

Kawża T-147/16: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

42

2016/C 191/56

Kawża T-148/16 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ April 2016 minn Adrian Barnett u Sven-Ole Mogensen mis-sentenza mogħtija fil-5 ta’ Frar 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 56/15, Barnett u Mogensen vs Il-Kummissjoni

42

2016/C 191/57

Kawża T-157/16 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2016 minn Ingrid Fedtke mid-digriet mogħti fil-5 ta’ Frar 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-107/15, Fedtke vs KESE

43

2016/C 191/58

Kawża T-158/16 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2016 minn Inge Barnett, Suzanne Ditlevsen, Annie Madsen mis-sentenza mogħtija fil-5 ta’ Frar 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 66/15, Barnett et vs KESE

44

2016/C 191/59

Kawża T-833/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2016 – Søndagsavisen vs Il-Kummissjoni

45

2016/C 191/60

Kawża T-834/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2016 – Forbruger-Kontakt vs Il-Kummissjoni

45

2016/C 191/61

Kawża T-24/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2016 – NICO vs Il-Kunsill

45

2016/C 191/62

Kawża T-285/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2016 – Syria Steel u Al Buroj Trading vs Il-Kunsill

45

2016/C 191/63

Kawża T-524/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2016 – NICO vs Il-Kunsill

46

2016/C 191/64

Kawża T-525/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2016 – Petro Suisse Intertrade vs Il-Kunsill

46

2016/C 191/65

Kawża T-526/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2016 – HK Intertrade vs Il-Kunsill

46

2016/C 191/66

Kawża T-571/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2016 – Bimbo vs UASI – ISMS (BIMBO BEL SIMPLY)

46

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2016/C 191/67

Kawża F-59/13 RENV: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2016 – Rouffaud vs SEAE (Servizz pubbliku — Kawża mibgħuta lura quddiem it-Tribunal wara annullament — Persunal tas-SEAE — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt — Klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt bħala kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt għal żmien indeterminat — Rifjut)

47

2016/C 191/68

Kawża F-41/15 DISS II: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ April 2016 – FN, FP u FQ vs CEPOL (Servizz pubbliku — Persunal taċ-CEPOL — Membri tal-persunal temporanju — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Post tal-impjieg li jikkorrispondi għas-sede taċ-CEPOL — Ċaqliq taċ-CEPOL lejn Budapest (l-Ungerija) — Bdil korrelattiv tal-post tal-impjieg tal-membri tal-persunal — Konsegwenzi kuntrattwali — Ħtieġa tal-kunsens tal-membri tal-persunal — Koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli għall-post tal-impjieg il-ġdid — Aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

47

2016/C 191/69

Kawża F-49/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2016 – FU vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Proċedura dixxiplinari — Bord Dixxiplinari — Membru tal-persunal temporanju tal-Qorti tal-Awdituri maħtur bħala uffiċjal bi prova mal-Kummissjoni — Bidla fil-post tal-impjieg — Assenza ta’ dikjarazzjoni ta’ bidla fil-post tal-impjieg lill-amministrazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri — Talbiet simultanji għall-allowance ta’ reinstallazzjoni fil-pajjiż tal-oriġni u l-allowance ta’ installazzjoni fi Brussell — Talba għal rimbors tal-ispejjeż taċ-ċaqliq mil-Lussemburgu lejn il-pajjiż tal-oriġini — Investigazzjoni tal-OLAF — Sanzjoni dixxiplinari — Klassifikazzjoni fi grupp iktar baxx tal-funzjoni mingħajr tnaqqis fil-grad — Artikolu 25 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju — Fatt ġdid — Obbligu li terġa’ tinfetaħ il-proċedura dixxiplinari — Proportzjonalità tas-sanzjoni — Terminu proċedurali)

48

2016/C 191/70

Kawża F-77/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2016 – Zink vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Allowance tal-espatrijazzjoni — Żball amministrattiv li wassal għan-nuqqas ta’ ħlas tal-allowance tal-espatrijazzjoni għal diversi snin — Att li jikkawża ħsara — Dikjarazzjonijiet tas-salarju ma jirriflettux deċiżjoni — Artikolu 82 tar-Regoli tal-Proċedura — Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku — Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża — Talba skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Terminu raġjonevoli)

49

2016/C 191/71

Kawża F-94/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2016 – Wolff vs SEAE (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal tas-SEAE — Kumitat tal-Persunal — Elezzjoni tal-membri tal-Kumitat tal-Persunal — Validità — Il-ħames paragrafu tal-Artikolu 1 tal-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal — Regolament elettorali tas-SEAE — L-ewwel sensiela ta’ votazzjoni — Assenza ta’ quorum — Estensjoni tal-perijodu ta’ votazzjoni — Estenzjoni supplimentari tal-perijodu ta’ votazzjoni — Assenza ta’ organizzazzjoni tat-tieni sensiela ta’ votazzjoni — Illegalità)

49

2016/C 191/72

Kawża F-98/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ April 2016 – CP vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Kap ta’ diviżjoni — Perijodu ta’ prova — Nuqqas ta’ konferma fil-funzjonijiet ta’ kap ta’ diviżjoni — Eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament — Telf ta’ opportunità)

50

2016/C 191/73

Kawża F-135/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ April 2016 – Beiner vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni — Kundizzjonijiet għall-ammissjoni — Esperjenza professjonali — Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jiġix ammess fil-kompetizzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

51

2016/C 191/74

Kawża F-10/16: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2016 – ZZ vs L-Ombudsman Ewropew

51

2016/C 191/75

Kawża F-15/16: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs SEAE

52

2016/C 191/76

Kawża F-16/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs EUIPO

52

2016/C 191/77

Kawża F-17/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

53

2016/C 191/78

Kawża F-29/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ April 2016 – Hill et vs Il-Kummissjoni

53

2016/C 191/79

Kawża F-99/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta’ April 2016 – Chevalier vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

54

2016/C 191/80

Kawża F-72/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ April 2016 – Glowacz-De-Chevilly vs Il-Kummissjoni

54


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 191/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 175, 17.5.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 165, 10.5.2016

ĠU C 156, 2.5.2016

ĠU C 145, 25.4.2016

ĠU C 136, 18.4.2016

ĠU C 118, 4.4.2016

ĠU C 111, 29.3.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Lulju 2015 – Andreea Corina Târșia vs Statul român, Universitatea “Lucian Blaga” Sibiu, Consiliul National pentru Combaterea Discriminşrii

(Kawża C-328/15)

(2016/C 191/02)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Andreea Corina Târșia

Konvenuti: Statul român, Universitatea “Lucian Blaga” Sibiu, Consiliul National pentru Combaterea Discriminşrii

B’digriet tal-14 ta’ April 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) iddikjarat li hija manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) permezz ta’ deċiżjoni tat-8 ta’ Ġunju 2015.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/2


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 minn AgriCapital Corp. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-10 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-514/13 – AgriCapital Corp. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

(Kawża C-440/15 P)

(2016/C 191/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: AgriCapital Corp. (rappreżentanti: P. Meyer, avukat, M. Gramsch, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

B’digriet tat-3 ta’ Marzu 2016 il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) ddikjarat li l-appell kien inammissibbli.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/3


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2015 minn Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-8 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-548/12 – Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-487/15)

(2016/C 191/04)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Appellanti: Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

B’digriet tal-25 ta’ Frar 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell bħala manifestament inammissibbli.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Koninie (il-Polonja) fil-15 ta’ Ottubru 2015 – Euro Bank SA vs Marek Łopaciński

(Kawża C-537/15)

(2016/C 191/05)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Koninie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Euro Bank SA

Konvenut: Marek Łopaciński

Domandi preliminari

B’digriet tat-3 ta’ Marzu 2016, il-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) ddeċidiet li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni f’din il-kawża.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/3


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2015 minn Carsten Bopp mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-25 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-209/14 – Carsten Bopp vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-653/15)

(2016/C 191/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Carsten Bopp (rappreżentant: C. Russ, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tas-7 ta’ April 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell u ddeċidiet li l-appellant għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/4


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2016 minn Carsten René Beul mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-23 ta’ Novembru 2015 fil-Kawża T-640/14, Beul vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża C-53/16 P)

(2016/C 191/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Carsten René Beul (rappreżentanti: H.-M. Pott u T. Eckhold, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali fit-23 ta’ Novembru 2015,

tannulla r-Regolament (UE) Nru 537/2014 ikkontestat jew, sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali,

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tiegħu quddiem il-Qorti Ġenerali, ir-rikorrent talab l-annullament tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE.

Ir-rikorrent huwa kontabilista awtorizzat jeżerċita fil-Ġermanja (u, barra minn hekk, ukoll awditur statutorju, skont il-leġiżlazzjoni tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u tar-Repubblika Taljana). Huwa awtorizzat li jwettaq awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku. Bħala kontabilista, huwa suġġett, fir-rigward tal-attività kollha tiegħu, għall-kontroll tal-Wirtschaftsprüferkammer (ordni tal-kontabilisti, il-Ġermanja), organu rregolat mid-dritt pubbliku li l-kontabilisti tiegħu huma l-membri tiegħu u li jaħtru l-korpi tiegħu.

Ir-Regolament ikkontestat (iktar ’il quddiem ir-“Regolament”) jipprevedi li s-sorveljanza tal-awdituri statutorji fir-rigward tal-verifika ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku ser tiġi żgurata minn awtorità indipendenti, jiġifieri minn awtorità li b’mod partikolari ma tirċievi ebda istruzzjoni mill-Istat. Kontabilista f’attività bl-ebda mod ma jista’ jeżerċita fi ħdan din l-awtorità u kontabilista li ma għadux jaħdem jista’ jeżerċita fiha biss wara terminu relattivament twil li jibda mit-tmiem tal-attività tiegħu.

Ir-rikorrent jikkunsidra li l-leġiżlazzjoni l-ġdida tippreġudikah. Huwa jsostni li r-Regolament imur kontra d-dritt tal-Unjoni.

Il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tiegħu bħala inammissibbli. Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li r-rikorrent ma għandux dritt ta’ rikors kontra r-Regolament. Hija mmotivat id-deċiżjoni tagħha bil-fatt li r-rikorrent ma huwiex individwalment ikkonċernat mir-Regolament sa fejn jagħmel parti miċ-ċirku ta’ persuni suġġetti b’mod astratt għar-regola u li huwa ma jistax jinvoka drittijiet individwali.

Ir-rikorrent isostni, min-naħa l-oħra, li huwa direttament u individwalment ikkonċernat mir-regola. Huwa jqis b’mod partikolari li ċ-ċirku ta’ destinatarji huwa ċirku miftuħ, b’mod partikolari peress li, bejn l-adozzjoni tar-Regolament u d-dħul fis-seħħ tiegħu, jgħaddi terminu li matulu numru indeterminat ta’ persuni jista’ jiżdied maċ-ċirku ta’ professjonisti.

Il-Qorti ma ħaditx inkunsiderazzjoni dan l-interess dirett u individwali. Huwa jqis li ċ-ċirku ta’ professjonisti huwa b’mod partikolari ddeterminat f’kull mument skont stħarriġ li jirriżulta mid-dritt tal-Unjoni. Huwa jikkunsidra li l-fatt li jeżisti intervall bejn l-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ ma jistax ikun determinanti dwar jekk teżistix protezzjoni ġudizzjarja.

Minbarra dan, ir-rikorrent iqis li, jekk jingħad li huwa ma kienx individwalment ikkonċernat, dan joħloq lakuna fil-qasam ta’ protezzjoni ġudizzjarja. Fid-dawl tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Eworpea, li tipproteġi wkoll il-libertà professjonali, u l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fil-fehma tiegħu din il-lakuna għandha timtela. Huwa jqis li dan jirriżulta mir-responsabbiltà u mill-istħarriġ tal-qrati tal-Unjoni Ewropea, sa fejn hija l-Unjoni Ewropea li ħolqot il-kundizzjonijiet li setgħu jwasslu għal din il-lakuna fil-qasam ta’ protezzjoni ġudizzjarja.


(1)  ĠU 2014, L 158, p. 77.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/5


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2016 minn ClientEarth mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-13 ta’ Novembru 2015 fil-Kawżi magħquda T-424/14 u T-425/15, ClientEarth vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-57/16 P)

(2016/C 191/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ClientEarth (rappreżentanti: O. W. Brouwer, F. Heringa, J. Wolfhagen, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

i.

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-13 ta’ Novembru 2015, li permezz tagħha hija:

ċaħdet ir-rikorsi miġjuba mill-appellanti;

ikkundannat lill-appellanti tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż imġarrba mill-Kummissjoni Ewropea.

ii.

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż, inklużi dawk ta’ intervenjenti eventwali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti titlob bir-rispett li s-sentenza appellata tiġi annullata għall-motivi li ġejjin:

L-ewwel motiv : il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta aċċettat preżunzjoni ġenerali fil-qafas tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1), fir-rigward tad-dokumenti mitluba.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi sa fejn hija:

i.

għamlet applikazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

ii.

ma rrikonoxxietx li l-Artikolu 17(1) sa (3) TUE ma jikkostitwixxix bażi legali għal tali preżunzjoni ġenerali;

iii.

irrikonoxxiet l-eżistenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar tad-dokumenti mitluba mingħajr applikazzjoni tat-test ta’ preġudizzju attwali u speċifiku;

iv.

ma rrikonoxxietx il-fatt li d-dokumenti mitluba huma intrinsikament marbuta mad-deċiżjoni tat-tkomplija jew le ta’ inizjattivi politiċi ta’ natura leġiżlattiva; u

It-tieni motiv: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ma rrikonoxxietx l-eżistenza ta’ interess pubbliku akbar.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi sa fejn hija:

i.

ma eżaminatx l-interessi pubbliċi akbar speċifiċi invokati minn ClientEarth;

ii.

qieset li l-iżvelar sussegwenti tad-dokumenti mitluba jeskludi l-eżistenza ta’ kull interess pubbliku akbar għall-iżvelar tad-dokumenti mitluba;

iii.

qieset li l-iżvelar ta’ dokumenti oħrajn għajr id-dokumenti mitluba jeskludi l-eżistenza ta’ kull interess pubbliku akbar għall-iżvelar tad-dokumenti mitluba;

iv.

ma rrikonoxxietx in-natura tal-interess pubbliku rrappreżentat minn ClientEarth;

v.

naqset milli tinterpreta l-motivi ta’ rifjut b’mod strett, fid-dawl tal-interess pubbliku fl-iżvelar, bħalma tipprevedi t-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 (2);

vi.

ma rrikonoxxietx l-interess pubbliku fit-titjib tal-aċċess għall-ġustizzja fil-qasam tal-ambjent.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Regolament (KE) Nru 1367/2006, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13).


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/6


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2016 minn Comercializadora Eloro, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-9 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża T-354/14, Comercializadora Eloro vs UASI – Zumex Group (Zumex)

(Kawża C-71/16 P)

(2016/C 191/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Comercializadora Eloro, S.A. (rappreżentant: J. L. de Castro Hermida, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u Zumex Group, S.A.

Talbiet

tikkunsidra li ġiet prodotta l-prova u tilqa’ d-dokumentazzjoni trażmessa fi tmiem il-proċedimenti ta’ appell, u li ġiet trażmessa mill-ġdid flimkien mat-talba tar-rikors kontenzjuż, innumerata fid-dokumenti Nri 1 sa 7, hekk kif huwa speċifikat fil-lista ta’ dokumenti annessi trażmessi mal-imsemmi rikors;

tikkunsidra li, fid-dawl tal-provi dokumentali prodotti fil-proċediment amministrattiv, l-appellanti (Comercializadora Eloro, S.A), stabbiliet suffiċjentement l-użu reali u effettiv, matul il-perijodu u fit-territorju rilevanti, tat-trade mark tagħha JUMEX, għal meraq tal-frott fil-klassi 32;

tiċħad, ladarba jkun ġie pprovat l-użu tat-trade mark prijoritarja mill-appellanti (il-parti li ressqet l-oppożizzjoni), r-reġistrazzjoni tat-trade mark ZUMEX li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, fir-rigward tal-prodotti kollha fil-klassi 32 minħabba probabbiltà ta’ konfużjoni għall-konsumatur dovuta għall-koeżistenza fis-suq taż-żewġ trade marks, meta jitqiesu x-xebh fl-isem u l-applikazzjoni kompetittiva identika bejniethom.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: Ksur tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja  (1) u tar-Regola 22(2) u (3) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni  (2)

Id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO qieset li l-prova ta’ użu prodotta mill-parti li ressqet l-oppożizzjoni kienet tissodisfa l-minimu neċessarju sabiex jiġi ddikjarat li sar użu effettiv tat-trade mark matul il-perijodu ta’ referenza u fit-territorju ta’ referenza.

Id-dubji espressi mis-sentenza appellata fir-rigward ta’ jekk il-prodotti mibjugħa lill-kumpannija Olandiża “Nidera General Merchandise, B.V.” daħlux realment fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, huma bbażati esklużivament fuq indizju dokumentali l-paġna internet ta’ din il-kumpannija, aċċessibli fuq l-indirizz internet www.ngm-int.com, li fiha l-istess kumpannija tinforma li l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha huma diretti lejn il-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent.

F’dan is-sens, għandu jiġi miċħud il-valur probatorju tal-estratti ta’ din il-paġna internet peress li nkisbu fiż-żmien meta ġew prodotti l-provi, jiġifieri, f’data fil-madwar tal-5 ta’ Awwissu 2011, speċifikament: tmien snin wara l-bidu tal-perijodu rilevanti għall-prova ta’ użu u tliet snin wara li ntemm dan il-perijodu. Fl-imsemmi perijodu ta’ żmien l-attività kummerċjali tal-kumpannija inkwistjoni u l-portata ġeografika tal-aġir setgħu varjaw kunsiderevolment. Il-loġika ġuridika timponi li l-prova prodotta biex jiġi kkonfutat l-istabbiliment tal-użu tat-trade mark, tkun tirreferi wkoll għal-perijodu rilevanti u mhux għal varji snin wara li jkun intemm dan il-perijodu.

L-irċevuti prodotti bħala prova jindikaw li l-kumpannija Olandiża “Nidera General Merchandise, B.V.”, li għandha s-sede tagħha f’Rotterdam, ma hijiex biss ix-xerrejja tal-prodotti iżda wkoll il-fornitriċi tal-merkanzija mibjugħa, fatt li jindika li din il-merkanzija daħlet fit-territorju tal-Unjoni Ewropea.

Il-parti li ressqet l-oppożizzjoni pproduċiet provi tal-appartenenza ta’ din il-kumpannija fil-grupp ta’ impriżi “Nidera”, b’diversi sede f’varji pajjiżi Ewropej, inkluża Spanja permezz tas-sussidjarja “Nidera Agro Comercial, S.A.”, fatt li jagħti indikazzjoni ċara li d-destinazzjoni tal-merkanzija mixtrija kien is-suq Ewropew.

Peress li l-parti li ressqet l-oppożizzjoni sostniet l-oneru tal-prova tal-użu tat-trade mark tagħha u peress li l-istabbiliment tal-użu ġie vverifikat permezz tal-produzzjoni ta’ rċevuti li juru l-bejgħ ta’ prodotti li fuqhom hemm it-trade mark, fil-mument li tiġi kkontestata n-natura virtwali ta’ din il-prova, jeħtieġ li jinqabel l-oneru tal-prova, fejn il-persuna li tressaq l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark ikollha l-obbligu li tipprova n-natura insuffiċjenti tal-prova prodotta lilhinn minn kull konġettura jew suspett.

It-tieni aggravju: Ksur tal-Artikolu 15(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja

Il-fatt li l-kumpannija Olandiża “Nidera General Merchandise, B.V.” tidher fl-irċevuti prodotti bħala l-fornitriċi tal-merkanzija jeskludi li l-prodotti għaddew mid-dwana tal-Unjoni Ewropea taħt is-sistema ta’ tranżitu doganali estern u jagħti x’jifhem li l-merkanzija effettivament ġiet introdotta fit-territorju rilevanti minkejja li sussegwentement ġiet esportata mill-ġdid lejn l-Afrika.

Is-senenza appellata tikkontesta l-fatt li l-importazzjoni bil-għan esklużiv ta’ esportazzjoni mill-ġdid kien jikkostitwixxi użu ġenwin tat-trade mark, fuq il-bażi li din l-attività ma tippermettix il-ħolqien jew iż-żamma ta’ kwoti tas-suq. Madankollu, dan huwa identiku għar-raġunament previst fl-Artikolu 15(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja: iffissar tat-trade mark b’finijiet esklużivi ta’ esportazzjoni, attività li lanqas ma tippermetti li jinħolqu jew li jinżammu kwoti tas-suq fit-territorju tal-Unjoni.

It-tielet aggravju: Ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja

Minn dan l-artikolu u mill-ġurisprudenza jirriżulta li r-regola ġenerali hija li jiġu aċċettati allegazzjonijiet u provi, anki jekk jiġu prodotti barra mit-terminu, fejn għalhekk, il-marġni ta’ diskrezzjoni mogħtija lill-EUIPO għandu jiġi interpretat fis-sens restrittiv u li jirrikjedi motivazzjoni li tiġġustifika ċ-ċaħda. Diskrezzjonalità ma tfissirx arbitrarjetà jew suġġettività.

L-irċevuti u l-etiketti tal-imballaġġi ġodda prodotti fi tmiem il-proċedimenti ta’ appell, fid-dokument Nri. 1 sa 7, kienu fundamentali peress li, inkwantu nħarġu minn kumpanniji Ewropej oħra, ippermettew li jitneħħew id-dubji li rriżultaw fir-rigward tal-irċevuti maħruġa mill-kumpannija Olandiża “Nidera General Merchandise, B.V.”.

Meta ġiet biex tipproduċi l-prova tal-użu tat-trade mark tagħha, il-parti li ressqet l-oppożizzjoni sabet diffikultajiet ta’ natura kronoloġika: l-attività probatorja żvolġiet tliet snin wara dan l-użu, u ta’ natura ġeografika: il-parti li ressqet l-oppożizzjoni hija kumpannija Messikana, b’interessi prinċipali fil-kontinent Amerikan.

It-teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi kronoloġiċi u ġeografiċi inkwistjoni u l-importanza fundamentali, għas-soluzzjoni tat-tilwima, tad-dokumenti prodotti tardivament imisshom ippermettew li dawn tal-aħħar jiġu ammessi, billi kienu jikkonkludu l-prova tal-użu effettiv u reali tat-trade mark prijoritarja li fir-rigward tagħha tressqet l-oppożizzjoni u kienu jippermettu l-paragun neċessarju bejn it-trade marks kunfliġġenti sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni għall-konsumatur.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 78, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189)


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Udine (L-Italja) fl-24 ta’ Frar 2016 – proċeduri kriminali kontra Giorgio Fidenato et

(Kawża C-111/16)

(2016/C 191/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Udine

Proċeduri kriminali kontra

Giorgio Fidenato, Leandro Taboga u Luciano Taboga

Domandi preliminari

1)

Skont l-Artikolu 54(1) tar-Regolament Nru 178/2002 (1), il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tadotta miżuri ta’ emerġenza skont l-Artikolu 53 tal-istess regolament, meta tirċievi talba minn Stat Membru f’dan is-sens, anki jekk tqis li ma jeżistix, fir-rigward ta’ ikel jew għalf speċifiku, riskju gravi u manifest għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-ambjent?

2)

Fil-każ li l-Kummissjoni tikkomunika lill-Istat Membru li jressaq it-talba konstatazzjoni li tmur kontra t-talbiet ta’ dan tal-aħħar, liema konstatazzjoni kunċettwalment tipprekludi l-ħtieġa li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza u għal din ir-raġuni ma tadottax il-miżuri ta’ emerġenza skont l-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003 (2) mitluba mill-istess Stat Membru, l-Istat Membru li jressaq it-talba huwa awtorizzat, skont l-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 178/2002, jadotta miżuri ta’ emerġenza provviżorji?

3)

Kunsiderazzjonijiet marbuta mal-prinċipju ta’ prekawzjoni li jmorru lil hinn mill-parametri ta’ riskju gravi u manifest għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew għal-ambjent fl-użu ta’ ikel jew għalf, jistgħu jiġġustifikaw l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza provviżorji min-naħa ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003?

4)

Jekk ikun ċar u manifest li l-Kummissjoni Ewropea kkonstatat li ma jissussistux il-kundizzjonijiet essenzjali għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ ikel jew għalf, liema konstatazzjonijiet ikunu sussegwentement ġew ikkonfermati permezz ta’ Opinjoni xjentifika tal-EFSA, u dawn il-konstatazzjonijiet ikunu ġew ikkomunikati bil-miktub lill-Istat Membru li jressaq it-talba, l-Istat Membru jista’ jkompli jżomm fis-seħħ il-miżuri ta’ emerġenza provviżorji tiegħu u/jew iġedded tali miżuri ta’ emerġenza provviżorji, fil-mument li jkun skada l-perijodu provviżorju għal dawn il-miżuri?


(1)  Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463).

(2)  Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 432).


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/9


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2016 minn British Airways plc mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża T-48/11 – British Airways plc vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-122/16 P)

(2016/C 191/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: British Airways plc (rappreżentanti: J. Turner QC, R. O’Donoghue, Barristers, A. Lyle-Smythe, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali sa fejn tillimita l-portata tal-annullament tad-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni Ewropea għall-forma tal-ordni mfittxija mill-British Airways fir-rikors oriġinali tagħha għal annullament;

tannulla l-paragrafu 1 tal-parti operattiva tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni Ewropea fl-intier tagħha; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors British Airways plc qiegħda tfittex li tiġi annullata parzjalment id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali mogħtija fis-16 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża T-48/11, British Airways plc vs Il-Kummissjoni Ewropea. Is-sentenza annullat parzjalment id-Deċiżjoni finali tal-Kummissjoni C(2010) 7694 fil-Każ COMP/39258 – Merkanzija bl-ajru, sa fejn tikkonċerna lil British Airways.

Insostenn tal-azzjoni, ir-rikorrenti tibbaża fuq żewġ aggravji.

1.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi applikat il-kunċett ta’ ultra petita biex twaqqaf l-azzjonijiet tagħha anki meta l-Qorti Ġenerali kellha fil-mozzjoni tagħha sabet li kien hemm difetti fundamentali ta’ politika pubblika li vvizzjaw id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fl-intier tagħha. Billi qajmet il-kwistjoni tal-politika pubblika bħala l-mozzjoni tagħha, u billi ddeċidiet il-kawża quddiemha fuq dik il-bażi, il-Qorti Ġenerali ma tatx deċiżjoni ultra petita; għalhekk il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi kkunsidrat lilha nnifisha bħala ristretta minn ultra petita meta kellha tiddiċiedi fuq il-konsegwenzi tad-deċiżjoni tagħha fil-parti operattiva tas-sentenza tagħha.

2.

It-tieni aggravju, li alternativament, anke jekk il-prinċipju ta’ ultra petita kien intuża, il-Qorti Ġenerali missha qalet li kienet, minkejja dan kollu, libera – saħansitra obbligata – li tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha sabiex timplementa l-konklużjonijiet tagħha li kien hemm difett fid-deċiżjoni kkontestata li kisret id-dispożizzjonijiet superjuri tal-liġi, jiġifieri l-prinċipji ta’ legalità u ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/10


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2016 minn Orange Polska SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-17 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża T-486/11, Orange Polska SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-123/16 P)

(2016/C 191/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Orange Polska SA (rappreżentanti: D.M. Beard QC, A. Howard, Barristers, M. Modzelewska de Raad, avukat, P. Paśnik, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji, European Competitive Telecommunications Association

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

tannulla d-deċiżjoni fl-intier tagħha; u sussidjarjament,

tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni fl-intier tiegħu, jew sussidjarjament,

tnaqqas l-ammont tal-multa li hija ffissata fih meta jkun xieraq, jew sussidjarjament

tirrinvija d-deċiżjoni dwar il-multa quddiem il-Kummissjoni; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha l-appellanti tinvoka tliet aggravji: l-ewwel aggravju jikkontesta l-validità tal-mertu tat-talba dwar l-eżistenza ta’ ksur fid-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni, filwaqt li ż-żewġ aggravji l-oħra jirrigwardaw l-ammont tal-multa imposta skont l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni.

a.

L-ewwel nett, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u fir-raġunament billi ma talbitx lill-Kummissjoni li tipprova li hija għandha interess ġuridiku sabiex tkompli bl-investigazzjoni tagħha u bl-adozzjoni ta’ deċiżjoni [li tikkonstata] ksur f’dak li jirrigwarda l-aġir fil-passat.

b.

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali wettqet ċertu numru ta’ żbalji ta’ liġi u/jew żnaturat il-provi billi sostniet l-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni tal-effetti tal-ksur għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont tal-multa.

c.

It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi u manifestament wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-provi billi rrifjutat li tirrikonoxxi l-investimenti li wettqet Orange bil-għan li tiġi mnaqqsa l-multa minħabba ċirkustanzi attenwanti.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (Malta) fid-29 ta’ Frar 2016 – Malta Dental Technologists Association et vs Superintendent tas-Saħħa Pubblika, Kunsill tal-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina

(Kawża C-125/16)

(2016/C 191/13)

Lingwa tal-kawża: il-Malti

Qorti tar-rinviju

Prim’Awla tal-Qorti Ċivili

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Malta Dental Technologists Association, John Salomone Reynaud

Konvenuti: Superintendent tas-Saħħa Pubblika, Kunsill tal-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina

Domandi preliminari

1)

Jekk il-projbizzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa f’Malta, ossia r-rifjut tagħhom li jagħtu għarfien lill-professjoni ta’ Clinical Dental Technologists/Denturists minnkejja li ma hemmx diskriminazzjoni fil-liġi iżda fil-prattika, applikanti minn Stati Membri oħra qed jiġu projbiti li jistabbilixxu l-professjoni tagħhom f’Malta hijiex inkompatibbli mal-prinċipji u d-dispożizzjonijiet tal-ħolqien tas-Single Market, partikolarment kif jemanaw mill-Artikoli 49 TFEU, 52 TFEU u 56 TFEU meta ma hemmx periklu għas-saħħa pubblika.

2)

Jekk id-Direttiva 2005/36/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, imsejħa l-Professional Qualifications Directive, għandhiex tiġi applikata fir-rigward ta’ Clinical Dental Technologists peress illi jekk dentiera tkun difettuża, l-unika konsegwenza tkun li dik id-“dental appliance” difettuża tkun trid tiġi aġġustata jew mibdula, mingħajr l-ebda periklu għall-pazjent.

3)

Jekk il-projbizzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa f’Malta li qiegħda tiġi kkontestata ma tistax isservi biex tassigura l-objettiv li jkun hawn livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa pubblika peress li kull dentiera difettuża tista’ tiġi mibdula mingħajr l-ebda periklu għall-pazjent.

4)

Jekk hux qed jiġi vvjolat il-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba l-mod kif iI-konvenut Superintendent tas-Saħħa Pubblika qed jinterpreta u jenforza d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, fir-rigward ta’ Clinical Dental Technologists li japplikaw għal rikonoxximent mill-istess awtoritajiet tas-saħħa f’Malta.


(1)  Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (ĠU L 255, p. 22).


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fl-4 ta’ Marzu 2016 – Christian Ferenschild vs1 JPC Motor SA

(Kawża C-133/16)

(2016/C 191/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Christian Ferenschild

Konvenuta: JPC Motor SA

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 5(1) u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Mejju 1999, dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali interpretata fis-sens li tippermetti, li għall-oġġetti użati, it-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni tal-konsumatur tiskadi qabel it-tmiem tat-terminu ta’ sentejn, li jibdew jiddekorru mill-kunsinna tal-oġġett li ma jikkonformax mal-kuntratt, meta l-bejjiegħ u l-konsumatur ikunu ftehmu fuq terminu ta’ garanzija ta’ inqas minn sentejn?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 223.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale di Milano (l-Italja) fit-2 ta’ Marzu 2016 – Stanleybet Malta Ltd, Mario Stoppani vs Agenzia delle dogane e dei Monopoli

(Kawża C-141/16)

(2016/C 191/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Regionale di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stanleybet Malta Ltd, Mario Stoppani

Konvenuta: Agenzia delle dogane e dei Monopoli

Domandia preliminari

L-Artikoli 56 u 52 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, moqrija fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja stess kif tirriżulta, fil-qasam tas-servizzi tal-logħob tal-ażżard u tal-imħatri, mis-sentenzi Gambelli, Placanica, kif ukoll Costa u Cifone, u, fil-qasam tad-diskriminazzjoni fiskali, mis-sentenzi Lindman, Il-Kummissjoni vs Spanja, kif ukoll Bianco u Fabretti, u l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza fit-trattament, il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni u l-aspettattivi leġittimi, jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħal dik Taljana li hija s-suġġett ta’ din it-tilwima, li tissuġġetta, anki b’mod retroattiv, għall-imposta unika fuq l-imħatri u l-logħob ta’ tbassir, prevista fl-Artikoli 1 sa 3 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504 tat-23 ta’ Diċembru 1998, kif emendati bl-Artikolu 1(66)(b) tal-Liġi ta’ Stabbiltà 2011, lill-intermedjarji nazzjonali li jittrażmettu d-data tal-logħob fl-interess ta’ operaturi tal-imħatri, stabbiliti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, li jkollhom b’mod partikolari l-karatteristiċi tal-kumpannija Stanleybet Malta Ltd., u fi kwalunkwe każ, lill-istess operaturi tal-imħatri, in solidum mal-intermedjarji nazzjonali tagħhom?


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fl-14 ta’ Marzu 2016 – UAB “Vakarų Baltijos laivų statykla” vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-151/16)

(2016/C 191/16)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Vakarų Baltijos laivų statykla”

Konvenuta: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003 (1), li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, kif l-aħħar emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/75/KE, tad-29 ta’ April 2004 (2), għandu jiġi interpretat bħala li jfisser li d-dazji tas-sisa ma jistgħux jinġabru fuq il-proviżjon ta’ prodotti ta’ enerġija f’ċirkustanzi fejn, bħal f’dan il-każ, dawn il-prodotti huma pprovduti bħala karburant lil bastiment sabiex jintużaw għal skopijiet ta’ navigazzjoni fl-ibħra tal-[Unjoni Ewropea] bil-għan, li ma jinvolvix remunerazzjoni diretta, li dan il-bastiment ibaħħar bil-mezzi tiegħu stess mill-post fejn ġie mibni għal port fi Stat Membru ieħor sabiex jimbarka l-ewwel merkanzija kummerċjali tiegħu?

2)

L-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/96 jipprekludi dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, bħal dawk applikabbli f’dan il-każ, li jipprekludu l-benefiċċju tal-eżenzjoni fiskali previst f’din id-dispożizzjoni fil-każ fejn il-proviżjon tal-prodotti ta’ enerġija sar bi ksur tal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru, anki jekk dan il-proviżjon jissodisfa l-kundizzjonijiet essenzjali għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni msemmija f’din id-dispożizzjoni tad-Diretttiva 2003/96?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 2, p. 21.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/13


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Grand Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-152/16)

(2016/C 191/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Hottiaux, aġent)

Konvenut: Il-Grand Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tiddikjara li billi ma ħoloqx ir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-transport bit-triq tiegħu, u għaldaqstant, billi ma stabbilixxiex interkonnessjoni mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra, il-Grand Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 16(1) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (1);

tikkundanna lill-Grand Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1071/2009, kull Stat Membru għandu jżomm reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-transport bit-triq li ġew awtorizzati mill-awtorità kompetenti nazzjonali sabiex jeżerċitaw il-professjoni ta’ trasportatur bit-triq.

Issa, mir-risposta tal-Istat Lussemburgiż għall-ittra ta’ intimazzjoni jirriżulta ma ġiex stabbilit tali reġistru nazzjonali.

Konsegwentement, l-Istat Lussemburgiż ma jinsabx konformi mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1071/2009.

Skont l-Artikolu 16(5) tar-Regolament Nru 1071/2009, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji kollha sabiex ir-reġistri elettroniċi nazzjonali jkunu interkonnessi u aċċessibbli fl-Unjoni kollha.

Fl-assenza ta’ reġistru nazzjonali, ma hemm l-ebda dubju li l-amministrazzjoni Lussemburgiża ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex ir-reġistru nazzjonali tagħha, li ma jeżistix, jiġi interkonness mar-reġistri nazzjonali l-oħra.

Konsegwentement, l-Istat Lussemburgiż ma kkonformax ruħu mal-Artikolu 16(5) tar-Regolament Nru 1071/2009.


(1)  ĠU L 300, p. 51.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Il-Latvja) fil-15 ta’ Marzu 2016 – “Latvijas dzelzceļš” VAS vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-154/16)

(2016/C 191/18)

Lingwa tal-kawża: il-Latvijan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VAS “Latvijas dzelzceļš”

Konvenuti: Valsts ieņēmumu dienests

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 203(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika f’kull każ fejn il-volum totali tal-merkanzija ma jkunx ġie ippreżentat lill-uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni tal-proċedura ta’ tranżitu estern, inkluż meta d-distruzzjoni totali jew it-telf irrimedjabbli tal-merkanzija jiġu pprovati b’mod soddisfaċenti?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, il-prova soddisfaċenti tad-distruzzjoni totali tal-merkanzija u, għaldaqstant, tal-fatt li huwa eskluż li l-merkanzija tidħol fis-sistema ekonomika tal-Istat Membru, tista’ tagħti lok għall-applikazzjoni tal-Artikoli 204(1)(a) u 206 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, mingħajr ma l-volum ta’ merkanzija mitlufa taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern ma jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tad-dejn doganali?

3)

Jekk l-Artikoli 203(1), 204(1)(a) u 206 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġu interpretati fis-sens li dazju fuq l-importazzjoni għandu jiġi kkalkolat fuq il-volum ta’ merkanzija meqruda matul il-proċedura ta’ tranżitu estern, l-Artikoli 2(1)(d), 70 u 71 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li, flimkien mad-dazji fuq l-importazzjoni, hija wkoll dovuta t-taxxa fuq il-valur miżjud, anki jekk jiġi eskluż il-fatt li l-merkanzija tidħol effettivament fis-sistema ekonomika tal-Istat Membru?

4)

L-Artikolu 96 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipal jibqa’ suġġett għall-ħlas tad-dejn doganali li jirriżulta mill-proċedura ta’ tranżitu estern, sew jekk it-trasportatur ikunx osserva l-obbligi msemmija fl-Artikolu 96(2) tal-imsemmi regolament, sew jekk le?

5)

L-Artikoli 94(1), 96(1) u 213 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-uffiċċju doganali ta’ Stat Membru għandu l-obbligu li jżomm responsabbli in solidum lill-persuni kollha li, flimkien mal-prinċipal, għandhom, fil-każ inkwistjoni, jitqiesu bħala persuni responsabbli għall-ħlas tad-dejn doganali konformement mad-dispożizzjonijiet tal-kodiċi doganali?

6)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, u jekk il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru torbot bħala prinċipju l-obbligu ta’ ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud relatata mal-importazzjoni ta’ oġġett mal-proċedura ta’ rilaxx għal ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija, l-Artikoli 201, 202 u 205 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istat Membru għandu l-obbligu li jżomm responsabbli in solidum lill-persuni kollha li għandhom, f’każ speċifiku, jitqiesu bħala persuni responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud konformement mad-dispożizzjonijiet tar- Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità?

7)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ħames u/jew għas-sitt domanda, l-Artikoli 96(1) u 213 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif ukoll l-Artikoli 201, 202 u 205 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, jekk l-uffiċċju doganali kien iġġustifikat li, għall-finijiet tal-ħlas tad-dejn doganali, iżomm responsabbli in solidum lil waħda mill-persuni responsabbli għall-ħlas tat-taxxa flimkien mal-prinċipal, dan jista’ fih innifsu jiġġustifika li dan tal-aħħar jiġi eżentat mill-obbligu li jħallas id-dejn doganali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307

(2)  ĠU L 347, p. 1


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fis-17 ta’ Marzu 2016 – “Starptautiskā lidosta ‘Rīga’ VAS” vs Konkurences padome

(Kawża C-159/16)

(2016/C 191/19)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Starptautiskā lidosta ‘Rīga’ VAS”

Konvenut: Konkurences padome

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 102 u 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-uniku u l-istess aġir ta’ impriża pubblika jista’ jiġi analizzat kemm mill-perspettiva tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat (fil-forma ta’ għoti eventwali ta’ għajnuna mill-Istat lil klijent jew lil sieħeb kummerċjali) kif ukoll minn dik tal-operat abbużiv ta’ pożizzjoni dominanti?

2)

Teżisti bejn dawn iż-żewġ analiżijiet ċertu ordni jew ġerarkija?

3)

Awtorità jew qorti adita b’kawża ta’ ksur [tad-dritt] tal-kompetizzjoni, li jikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ tarifikazzjoni diskriminatorja għall-klijenti jew għas-sħab kummerċjali ta’ impriża pubblika, tista’ tikkonstata li l-aġir ta’ operatur ekonomiku jikser l-Artikolu 102 TFUE, jekk dan il-ksur jikkonsisti fl-għoti ta’ għajnuna mill-Istat mingħajr ma tkun ġiet segwita l-proċedura ta’ verifika minn qabel stabbilita fl-Artikolu 108(3) TFUE?


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fil-21 ta’ Marzu 2016 – Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Mercedes Benz Financial Services UK Ltd

(Kawża C-164/16)

(2016/C 191/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs.

Konvenuta: Mercedes Benz Financial Services UK Ltd.

Domandi preliminari

1)

Xi jfissru il-kliem “kuntratt […] li jipprovdi li normalment proprjetà għandha tgħaddi mhux aktar tard minn meta jsir l-aħħar ħlas akkont” li tinsab fl-Artikolu 14(2)(b) tad-Direttiva 2006/112 (1)?

2)

B’mod iktar partikolari, il-kelma “normalment” tobbliga lil awtorità fiskali, f’ċirkustanzi bħal dawk eżistenti fil-każ odjern, li tikkuntenta ruħha b’sempliċi konstatazzjoni dwar l-eżistenza ta’ għażla ta’ xiri li għandha tiġi eżerċitata sa mhux iktar mill-ħlas tal-aħħar ħlas akkont?

3)

Alternattivament, il-kelma “normalment” tobbliga lill-awtorità nazzjonali li tmur lil hinn u li tiddetermina l-għan ekonomiku tal-kuntratt?

4)

F’każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda (3):

a)

l-interpretazzjoni tal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/112 għandha tkun influwenzata mill-analiżi dwar kemm huwa probabbli li l-klijent jeżerċita tali għażla?

b)

il-portata tal-ammont tal-prezz li għandu jitħallas waqt l-eżerċizzju tal-għażla ta’ xiri hija element rilevanti għad-determinazzjoni tal-għan ekonomiku tal-kuntratt?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fil-21 ta’ Marzu 2016 – Toufik Lounes vs Secretary of State for the Home Department

(Kawża C-165/16)

(2016/C 191/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Toufik Lounes

Konvenuta: Secretary of State for the Home Department.

Domandi preliminari

Meta persuna li għandha n-nazzjonalità Spanjola u hija ċittadin tal-Unjoni:

i.

tmur tgħix fir-Renju Unit fl-eżerċizzju tad-dritt tagħha għall-moviment liberu skont id-Direttiva 2004/38/KE (1); u

ii.

tirrisjedi fir-Renju Unit fl-eżerċizzju tad-dritt li jipprovdilha l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/38/KE; u

iii.

sussegwentement tikseb iċ-ċittadinanza Brittanika, li hija tippossjedi flimkien maċ-ċittadinanza tagħha Spanjola bħala ċittadinanza doppja; u

iv.

bosta snin wara li tikseb iċ-ċittadinanza Brittanika, tiżżewweġ ċittadin ta’ pajjiż terz li miegħu tirrisjedi fir-Renju Unit;

hija u l-konjuġi tagħha t-tnejn li huma jibbenefikaw mid-Direttiva 2004/38/KE fis-sens tal-Artikolu 3(1) meta hija tirrisjedi fir-Renju Unit u għandha kemm iċ-ċittadinanza Spanjola kif ukoll dik Brittanika?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour du travail de Mons (il-Belġju) fil-25 ta’ Marzu 2016 – Sandra Nogueira, Victor Perez-Ortega, Virginie Mauguit, Maria Sanchez-Odogherty, José Sanchez-Navarro vs Crewlink Ltd

(Kawża C-168/16)

(2016/C 191/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sandra Nogueira, Victor Perez-Ortega, Virginie Mauguit, Maria Sanchez-Odogherty, José Sanchez-Navarro

Konvenuta: Crewlink Ltd

Domanda preliminari

Meta jittieħdu inkunsiderazzjoni:

r-rekwiżiti ta’ previdibbiltà ta’ soluzzjonijiet u ta’ ċertezza legali li wasslu għall-adozzjoni tar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali kif stabbiliti mill-Konvenzjoni, tas-27 ta’ Settembru 1968, dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU 1972, L 299, p. 32) kif emendata bil-Konvenzjoni, tad-29 ta’ Novembru 1996, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja (ĠU 1997, L 15, p. 1) imsejħa l-“Konvenzjoni ta’ Brussell” kif ukoll mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2012, Mahamdia, C-154/11, punti 44 u 46),

il-karatteristiċi partikolari tas-settur tal-avjazzjoni Ewropea li fih l-ekwipaġġ tal-ajru li jaħdem f’isem kumpannija tal-ajru li s-sede tagħha tinsab f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ din il-kumpannija tal-ajru minn kumpannija oħra li s-sede tagħha hija stabbilita fi ħdan l-istess Stat, ekwipaġġ li ta’ kuljum itir fuq it-territorju tal-Unjoni Ewropea minn bażi ta’ residenza li tista’ tinsab, bħal f’dan il-każ, fi ħdan Stat Membru ieħor,

karatteristiċi speċifiċi għal din it-tilwima kif deskritti fil-motivi ta’ din is-sentenza,

il-kriterju dedott mill-kunċett ta’ “bażi ta’ residenza” (kif iddefinit fl-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91) użat mir-Regolament Nru 883/2004 sabiex jiddetermina l-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-membri tal-ekwipaġġ ta’ tmexxija u tal-ekwipaġġ tal-kabina mit-28 ta’ Ġunju 2012,

it-tagħlim dedott mill-ġurisprudenza żviluppata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont is-sentenzi ċċitati fil-motivi ta’ din id-deċiżjoni,

il-kunċett ta’ “post fejn l-impjegat abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu” kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 44/2001, tat-22 Diċembru 2000, jista’ jiġi interpretat fis-sens li jista’ jiġi assimilat ma’ dak ta’ “bażi ta’ residenza” kif iddefinit fl-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91, tas-16 ta’ Diċembru 1991, bħala “[i]l-post nominat mill-operatur lill-membru ta’ l-ekwipaġġ li minnu l-membru ta’ l-ekwipaġġ normalment jibda’ u jispiċċa perjodu ta’ dmir jew sensiela ta’ perjodi ta’ dmir u fejn, taħt kundizzjonijiet normali, l-operatur mhux responabbli għall-akkomodazzjoni tal-membru ta’ l-ekwipaġġ konċernat” u dan għall-finijiet li jiġi ddeterminat l-Istat kontraenti (u, għaldaqstant, il-ġurisdizzjoni tiegħu) li fit-territorju tiegħu l-ħaddiema jwettqu abitwalment il-ħidma tagħhom meta dawn il-ħaddiema, fil-kwalità tagħhom ta’ membri tal-ekwipaġġ tal-ajru, ikunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ kumpannija suġġetta għad-dritt ta’ wieħed mill-pajjiżi tal-Unjoni li twettaq it-trasport internazzjonali bl-ajru ta’ passiġġieri fit-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea, peress li dan il-kriterju ta’ rabta, dedott mill-“bażi ta’ residenza” mifhuma bħala “ċentru effettiv tar-relazzjoni ta’ impjieg” sa fejn il-ħaddiema kollha jibdew u jtemmu b’mod sistematiku l-ġurnata tax-xogħol tagħhom f’dan il-post, billi hemmhekk jorganizzaw ix-xogħol tagħhom ta’ kuljum, u jkunu stabbilixxew fil-viċinanza tiegħu, matul il-perijodu ta’ relazzjonijiet kuntrattwali li fihom huma kienu tqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ din il-kumpannija tal-ajru, ir-residenza effettiva tagħhom, huwa dak il-kriterju li, fl-istess waqt, għandu l-eqreb rabtiet ma’ Stat kontraenti u jiżgura l-protezzjoni l-iktar adegwata għall-parti l-iktar dgħajfa fir-relazzjoni kuntrattwali?


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour du travail de Mons (il-Belġju) fil-25 ta’ Marzu 2016 – Miguel José Moreno Osacar vs Ryanair Ltd

(Kawża C-169/16)

(2016/C 191/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Miguel José Moreno Osacar

Konvenuta: Ryanair Ltd

Domanda preliminari

Meta jittieħdu inkunsiderazzjoni:

r-rekwiżiti ta’ previdibbiltà ta’ soluzzjonijiet u ta’ ċertezza legali li wasslu għall-adozzjoni tar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali kif stabbiliti mill-Konvenzjoni, tas-27 ta’ Settembru 1968, dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU 1972, L 299, p. 32) kif emendata bil-Konvenzjoni, tad-29 ta’ Novembru 1996, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja (ĠU 1997, L 15, p. 1) imsejħa l-“Konvenzjoni ta’ Brussell” kif ukoll mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2012, Mahamdia, C-154/11, punti 44 u 46),

il-karatteristiċi partikolari tas-settur tal-avjazzjoni Ewropea li fih l-ekwipaġġ tal-ajru ta’ kumpanniji tal-ajru, li s-sede tagħhom tinsab f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni, ta’ kuljum itir fuq it-territorju tal-Unjoni Ewropea minn bażi ta’ residenza li tista’ tinsab, bħal f’dan il-każ, fi Stat Membru ieħor,

karatteristiċi speċifiċi għal din it-tilwima kif deskritti fil-motivi ta’ din is-sentenza,

il-kriterju dedott mill-kunċett ta’ “bażi ta’ residenza” (kif iddefinit fl-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91) użat mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 sabiex jiddetermina l-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-membri tal-ekwipaġġ ta’ tmexxija u tal-ekwipaġġ tal-kabina mit-28 ta’ Ġunju 2012,

it-tagħlim dedott mill-ġurisprudenza żviluppata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont is-sentenzi ċċitati fil-motivi ta’ din id-deċiżjoni,

il-kunċett ta’ “post fejn l-impjegat abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu” kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 44/2001, tat-22 Diċembru 2000, jista’ jiġi interpretat fis-sens li jista’ jiġi assimilat ma’ dak ta’ “bażi ta’ residenza” kif iddefinit fl-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91, tas-16 ta’ Diċembru 1991, bħala “[i]l-post nominat mill-operatur lill-membru ta’ l-ekwipaġġ li minnu l-membru ta’ l-ekwipaġġ normalment jibda’ u jispiċċa perjodu ta’ dmir jew sensiela ta’ perjodi ta’ dmir u fejn, taħt kundizzjonijiet normali, l-operatur mhux responabbli għall-akkomodazzjoni tal-membru ta’ l-ekwipaġġ konċernat” u dan għall-finijiet li jiġi ddeterminat l-Istat kontraenti (u, għaldaqstant, il-ġurisdizzjoni tiegħu) li fit-territorju tiegħu ħaddiem iwettaq abitwalment il-ħidma tiegħu meta dan il-ħaddiem huwa rreklutat bħala membru tal-ekwipaġġ tal-ajru ta’ kumpannija suġġetta għad-dritt ta’ wieħed mill-pajjiżi tal-Unjoni li twettaq it-trasport internazzjonali bl-ajru ta’ passiġġieri fit-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea, peress li dan il-kriterju ta’ rabta, dedott mill-“bażi ta’ residenza” mifhuma bħala “ċentru effettiv tar-relazzjoni ta’ impjieg” sa fejn il-ħaddiem jibda u jtemm b’mod sistematiku l-ġurnata tax-xogħol tiegħu f’dan il-post, billi hemmhekk jorganizza x-xogħol tiegħu ta’ kuljum, u jkun stabbilixxa fil-viċinanza tiegħu, matul il-perijodu ta’ relazzjonijiet kuntrattwali, ir-residenza effettiva tiegħu, huwa dak il-kriterju li, fl-istess waqt, għandu l-eqreb rabtiet ma’ Stat kontraenti u jiżgura l-protezzjoni l-iktar adegwata għall-parti l-iktar dgħajfa fir-relazzjoni kuntrattwali?


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeeus (il-Finlandja) fid- 29 ta’ Marzu 2016 – Hannele Hälvä, Sari Naukkarinen, Pirjo Paajanen, Satu Piik vs SOS-Lapsikylä ry

(Kawża C-175/16)

(2016/C 191/24)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hannele Hälvä, Sari Naukkarinen, Pirjo Paajanen, Satu Piik

Konvenuta: SOS-Lapsikylä ry

Domanda preliminari

L-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jista’ jkopri xogħol f’dar tat-tfal, kif deskritt iktar ’il fuq, fejn il-ħaddiem li jissostitwixxi l-persuna li taġixxi bħala ġenitur għat-tfal li jieħu responsabbiltà għalihom matul il-leave tagħha jgħix ma’ dawn it-tfal f’ambjent tal-familja, u jieħu responsabbiltà, f’dan il-perijodu, b’mod awtonomu, għall-bżonnijiet tat-tfal u tal-familja b’mod simili bħallikieku kien ġenitur veru?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/20


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2016 minn Proforec Srl mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-21 ta’ Jannar 2016 fil-Kawża T-120/15, Proforec Srl vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-176/16 P)

(2016/C 191/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Proforec Srl (rappreżentanti: G. Durazzo, M. Mencoboni, G. Pescatore, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-digriet għal inammissibbiltà Nru 704600 tal-21 ta’ Jannar 2016 fil-Kawża T-120/15 għall-aggravji invokati, li ser isir riferiment sħiħ għalihom;

tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat, u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, sabiex tagħti deċiżjoni dwar ir-rikors, bla ħsara li tadotta, jekk ikun il-każ, miżuri xierqa;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. Fl-ipoteżi fejn dan ir-rikors jiġi miċħud (quad non), qed jintalab il-kumpens għall-ispejjeż legali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka tliet aggravji relatati mal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà:

L-EWWEL AGGRAVJU bbażat fuq il-motivazzjoni żbaljata fid-dritt u fil-fatt tal-assenza ta’ interess ġuridiku. Fil-punti 28 sa 31 tad-digriet, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea b’mod inkorrett ikkonkludiet li ma kienx hemm interess tar-rikorrenti li titlob l-annullament tar-Regolament, wara raġunament illoġiku li identifika bħala l-uniċi benefiċjarji tal-annullament tar-Regolament ikkontestat id-distributuri tat-trade marks terzi u mhux direttament Proforec.

IT-TIENI AGGRAVJU bbażat fuq in-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE mill-Qorti Ġenerali sa fejn ċaħdet li r-rikorrenti kellha kwalunkwe interess sabiex tippreżenta r-rikors.

IT-TIELET AGGRAVJU bbażat fuq il-motivazzjoni insuffiċjenti, fil-punti 32 sa 35 tad-digriet għal inammissibiltà, tal-assenza ta’ interess tar-rikorrenti sa fejn il-Qorti Ġenerali tat rappreżentazzjoni żbaljata tal-fatti li jikkonċernaw l-assenza ta’ riskju ta’ azzjoni ġudizzjarja fir-rigward tar-rikorrenti billi ma kkunsidratx dan ir-riskju bħala reali u attwali fid-data ta’ preżentata tar-rikors u billi ma tatx deċiżjoni dwar l-illegalità manifesta tar-Regolament li ma jipprevedi ebda perijodu tranżitorju sabiex tkun tista’ sseħħ l-eliminazzjoni tal-istokk u tal-imballaġġi.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fil-31 ta’ Marzu 2016 – Sadikou Gnandi vs L-Istat tal-Belġju

(Kawża C-181/16)

(2016/C 191/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sadikou Gnandi

Konvenut: L-Istat tal-Belġju

Domanda preliminari

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1), li jobbliga lill-Istati Membri josservaw il-prinċipju ta’ non-refoulement fl-implementazzjoni ta’ din id-direttiva, kif ukoll id-dritt għal rimedju effettiv, previst mill-Artikolu 13(1) tal-istess direttiva u mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn, bħal dik prevista mill-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/115/KE ċċitata iktar ’il fuq kif ukoll mill-Artikolu 52/3, § 1, tal-Liġi tal-15 ta’ Diċembru 1980 dwar l-aċċess għat-territorju, ir-residenza, l-istabbiliment u t-tneħħija tal-barranin u mill-Artikolu 75, § 2, tad-Digriet Irjali tat-8 ta’ Ottubru 1981 dwar l-aċċess għat-territorju, ir-residenza, l-istabbiliment u t-tneħħija tal-barranin, maċ-ċħid tat-talba għal ażil mill-Kummissarju Ġenerali għar-refuġjati u għall-persuni mingħajr Stat u għaldaqstant qabel ma l-azzjonijiet ġudizzjarji kontra din id-deċiżjoni ta’ ċaħda jkunu jistgħu jiġu eżawriti u qabel ma l-proċedura ta’ ażil tingħalaq b’mod definittiv?


(1)  ĠU L 348, p. 98.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/22


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-187/16)

(2016/C 191/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Tokár, B.-R. Killmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet

1.

tiddikjara li r-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 49 u 56 TFUE jew taħt l-Artikolu 4 flimkien mal-Artikoli 11 sa 37 tad-Direttiva 92/50/KEE (1) kif ukoll l-Artikoli 14, 20 u 23 sa 55 tad-Direttiva 2004/18/KE (2),

li tat direttament kuntratti għal servizzi għall-produzzjoni ta’ dokumenti partikolari bħal passaporti biċ-ċipp, passaporti ta’ emerġenza, permessi ta’ residenza, karti ta’ identità, permessi għal wirjiet ta’ logħob tan-nar, liċenzji tas-sewqan fil-forma ta’ kard bankarja u ċertifikati ta’ reġistrazzjoni fil-forma ta’ kard bankarja, taħt jew ogħla mil-livell applikabbli għad-Direttivi 92/50/KEE u 2004/18/KE fil-perijodu qabel u wara t-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE lil Österreichische Staatsdruckerei GmbH, u

iżżomm id-dispożizzjonijiet nazzjonali, bħal b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tal-liġi federali dwar ir-riorganizzazzjoni tar-relazzjonijiet tal-Österreichische Staatsdruckerei, li jobbligaw lill-awtoritajiet kontraenti li jagħtu dawn il-kuntratti għal servizzi esklużivament lil Österreichische Staatsdruckerei GmbH;

2.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin:

Österreichische Staatsdruckerei GmbH hija impriża pubblika.

Id-dritt Awstrijak jirrikjedi li l-produzzjoni tad-dokumenti kollha li jeħtieġu l-osservanza tal-kunfidenzjalità jew l-osservanza ta’ regoli relatati mas-sigurtà tingħata esklużivament lil Österreichische Staatsdruckerei GmbH.

L-awtoritajiet kontraenti Awstrijaċi kienu għalhekk taw il-kuntratti għal servizzi għall-produzzjoni ta’ passaporti biċ-ċipp, passaporti ta’ emerġenza, permessi ta’ residenza, karti ta’ identità, liċenzji tas-sewqan fil-forma ta’ kard bankarja, ċertifikati ta’ reġistrazzjoni fil-forma ta’ kard bankarja u permessi għal wirjiet ta’ logħob tan-nar lil Österreichische Staatsdruckerei GmbH.

L-awtoritajiet kontraenti Awstrijaċi madankollu kienu obbligati li jagħtu l-produzzjoni ta’ dawn id-dokumenti lil impriżi li kienu ntagħżlu fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ għoti li kienu jikkonformaw kemm mar-rekwiżiti tad-Direttiva 92/50/KEE u tad-Direttiva 2004/18/KE jew kienu ġew irreklamati suffiċjentement lill-pubbliku skont it-TFUE.

B’dan il-mod, billi l-awtoritajiet kontraenti Awstrijaċi taw il-produzzjoni ta’ dawn il-kuntratti lil Österreichische Staatsdruckerei GmbH mingħajr ma implementaw proċeduri ta’ għoti, u abbażi tad-dritt nazzjonali kienu obbligati li jagħtu l-produzzjoni ta’ dawn id-dokumenti esklużivament lil Österreichische Staatsdruckerei GmbH, l-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dritt tal-Unjoni.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 322).

(2)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).


Il-Qorti Ġenerali

30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2016 – 100 % Capri Italia vs EUIPO – IN.PRO.DI (100 % Capri)

(Kawża T-198/14) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea 100 % Capri - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea CAPRI - Raġuni relattiva għal rifjut - Karattru distintiv - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 191/28)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: 100 % Capri Italia Srl (Capri, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani, G. Ghisletti u F. Braga, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Inghirami produzione distribuzione SpA (IN.PRO.DI), li qabel kienet Cantoni ITC SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: V. Piccarreta u M. Franzosi, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-10 ta’ Jannar 2014 (Każ R 2122/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Inghirami produzione distribuzione SpA (IN.PRO.DI) u 100 % Capri Italia Srl.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

100 % Capri Italia Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 159, 26.5.2014.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2016 – Ben Ali vs Il-Kunsill

(Kawża T-200/14) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija - Iffriżar ta’ fondi - Bażi legali - Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent ibbażata fuq motivazzjoni ġdida wara l-annullament tal-miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi preċedenti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità - Żball ta’ fatt - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjara effettiva - Użu ħażin ta’ poter - Dritt għall-ħajja - Dritt għar-rispett tal-ħajja tal-familja - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

(2016/C 191/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali (Saint-Étienne-du-Rouvray, Franza) (rappreżentant: A. de Saint Remy, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u A. de Elera-San Miguel Hurtado, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/49/PESK, tat-30 ta’ Jannar 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 38), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 81/2014, tat-30 ta’ Jannar 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 2), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 202, 30.06.2014.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2016 – Novomatic vs EUIPO – Granini France (HOT JOKER)

(Kawża T-326/14) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva HOT JOKER - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Joker - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 191/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novomatic AG (Gumpoldskirchen, l-Awstrija) (rappreżentant: W. Mosing, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Granini France (Mâcon, Franza) (rappreżentant: D. Lichtlen, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2014 (Każ R 589/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Granini France u Novomatic AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Novomatic AG hija kkunannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 245, 28.7.2014.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ April 2016 – Industrias Tomás Morcillo vs EUIPO – Aucar Trailer (Polycart A Whole Cart Full of Benefits)

(Kawża T-613/14) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Polycart A Whole Cart Full of Benefits - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti POLICAR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE)Nru 207/2009”])

(2016/C 191/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Industrias Tomás Morcillo, SL (Albuixech, Spanja) (rappreżentant: A. Sanz-Bermell y Martínez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Aucar Trailer, SL (Premia de Mar, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-7 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1735/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aucar Trailer, SL u Industrias Tomás Morcillo, SL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Industrias Tomás Morcillo, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 339, 29.9.2014.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ April 2016 – Frinsa del Noroeste vs EUIPO – Frisa Frigorífico Rio Doce (FRISA)

(Kawża T-638/14) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea FRISA - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea Frinsa - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Produzzjoni ta’ fatti u ta’ provi ġodda insostenn tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali - Setgħa ta’ bidla - Artikolu 42(2) u (3), Artikolu 65 u l-aħħar parti tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regola 22(2) sa (4) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”])

(2016/C 191/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Frinsa del Noroeste, SA (Santa Eugenia de Ribeira, Spanja) (rappreżentant: J. Botella Reyna, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Frisa Frigorífico Rio Doce, SA (Espírito Santo, il-Brażil)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ Lulju 2014 (Każijiet magħquda R 1547/2013-4 u R 1851/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Frinsa del Noroeste, SA u Frisa Frigorífico Rio Doce, SA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-1 ta’ Lulju 2014 (Każijiet magħquda R 1547/2013-4 u R 1851/2013-4), hija annullata.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 380, 27.10.2014.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2016 – Auyantepui Corp. vs EUIPO – Magda Rose (Mr Jones)

(Kawża T-8/15) (1)

((“Trade Mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Mr. Jones - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti Jones - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2016/C 191/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Auyantepui Corp., SA (Panama, Panama) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Magda Rose GmbH & Co. KG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: R. Kornfeld, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 49/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Magda Rose GmbH & Co. KG u Auyantepui Corp., SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Auyantepui Corp., SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 118, 13.4.2015.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2016 – Henkell & Co. Sektkellerei vs EUIPO – Ciacci Piccolomini d’Aragona di Bianchini (PICCOLOMINI)

(Kawża T-20/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PICCOLOMINI - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea PICCOLO - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2016/C 191/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Henkell & Co. Sektkellerei KG (Wiesbaden, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Flick, avukat)

Konvenut: L Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Kusturovic u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ciacci Piccolomini d’Aragona di Bianchini Società Agricola (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: F. Cecchi, P. Pozzi u F. Ghisletti Giovanni, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-31 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 2265/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Henkell & Co. Sektkellerei KG u Ciacci Piccolomini d’Aragona di Bianchini Società Agricola

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Henkell & Co. Sektkellerei KG, hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Ciacci Piccolomini d’Aragona di Bianchini Società Agricola.


(1)  ĠU C 89, 16.03.2015.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2016 – Facchinello vs EUIPO – Olimpia Splendid (Synthesis)

(Kawża T-81/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Synthesis - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Provi ppreżentati għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”])

(2016/C 191/35)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Danila Facchinello (Molinella, l-Italja) (rappreżentant: F. Torlontano, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Capostagno u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Olimpia Splendid SpA (Gualtieri, l-Italja) (rappreżentanti: A. Ferrarese u G. Ferrarese, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Novembru 2014 (Każ R 2169/2013-1), dwar proċedura ta’ revoka bejn Olimpia Splendid SpA u Danila Facchinello.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Danila Facchinello hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 118, 13.4.2015.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2016 – Spirig Pharma vs EUIPO (Daylong)

(Kawża T-261/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Daylong - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 191/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Spirig Pharma AG (Egerkingen, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Melgar u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-24 ta’ Marzu 2015 (Każ R 2455/2014-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Daylong bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Spirig Pharma AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2016 – Choice vs EUIPO (Choice chocolate & ice cream)

(Kawża T-361/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Choice chocolate & ice cream - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 191/37)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Choice sp. z o.o. (Legnica, il-Polonja) (rappreżentant: T. Mielke, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-30 ta’ April 2015 (Każ R 2221/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Choice chocolate & ice cream bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Choice sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ April 2016 – Aduanas u Servicios Fornesa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-580/14) (1)

([“Unjoni doganali - Importazzjoni tal-ġuleppijiet taz-zokkor imħawrin jew ikkuluriti li ġejjin minn Andorra - Frodi - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Talba għal maħfra ta’ dazji tal-importazzjoni - Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nruo2913/92 - Tmiem ta’ interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”])

(2016/C 191/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Aduanas u Servicios Fornesa, SL (Lleida, Spanja) (rappreżentanti: I. Toda Jiménez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros, B.R. Killmann u L. Lozano Palacios, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2376 finali, tal-15 ta’ April 2014, li tikkonstata f’każ partikolari li l-maħfra ta’ dazji tal-importazzjoni ma hijiex iġġustifikata (REM 02/2012).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Aduanas y Servicios Fornesa, SL għandha tbati terz tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll l-ispejjeż tagħha.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 315, 15.9.2014.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/30


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ April 2016 – ADR Center vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-644/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehimiet konklużi sabiex jiġu mwettqa proġetti ffinanzjati mill-Unjoni fil-kuntest tal-programm ‘Ġustizzja Ċivil’ - Deċiżjoni eżekuttiva tal-Kummissjoni li tipproċedi għall-irkupru tas-somom imħallsa - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2016/C 191/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ADR Center Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: L. Tantalo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Cappelletti u J. Estrada de Solà, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni forzata tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 4485 finali, tas-27 ta’ Ġunju 2014, dwar l-irkupru tal-ammont ta’ EUR 194 275,34, miżjud bl-interessi, dovut minn ADR Center Srl b’referenza għan-noti ta’ debitu Nri 3241311168, 3241311170 u 3241311175 li rispettivament jirrigwardaw EUR 62 649,47, EUR 78 991,12 u EUR 52 634,75.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tat-22 ta’ Jannar 2016 huwa mħassar, peress li jirrigwarda l-Karża T-644/14 R.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2016 – Sopra Steria Group vs Il-Parlament

(Kawża T-181/15) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Deċiżjoni tal-Parlament sabiex jibda proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ sejħa għal offerti għal provvista ta’ servizzi tal-informatika - Irtirar tal-att - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2016/C 191/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sopra Steria Group SA (Annecy-le-Vieux, Franza) (rappreżentanti: A. Verlinden, R. Martens u J. Joossen, avukati)

Konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Tapper Brandberg u B. Simon, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tintuża l-proċedura nnegozjata PE/ITEC NPE – 15.8 mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ sejħa għal offerti għall-provvista ta’ servizzi tal-informatika fil-Parlament u f’istituzzjonijiet u f’aġenziji oħra tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2015.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/31


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ April 2016 – ADR Center vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-364/15 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehimiet konklużi sabiex jiġu mwettqa proġetti ffinanzjati mill-Unjoni fil-kuntest tal-programm ‘Ġustizzja Ċivil’ - Deċiżjoni eżekuttiva tal-Kummissjoni li tipproċedi għall-irkupru tas-somom imħallsa - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2016/C 191/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ADR Center Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: L. Tantalo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Cappelletti u J. Estrada de Solà, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni forzata tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2015) 3117 finali, tal-4 ta’ Mejju 2015, dwar l-irkupru tal-ammont ta’ EUR 432 637,97, miżjud bl-interessi, dovut minn ADR Center Srl b’referenza għan-noti ta’ debitu Nri 3241408192 u 3241409206 li rispettivament jirrigwardaw EUR 155 507,97 u EUR 277 130.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tat-22 ta’ Jannar 2016 huwa mħassar, peress li jirrigwarda l-Karża T-364/15 R.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2016 – CBM vs UASI – ÏD Group (Fashion ID)

(Kawża T-535/15) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2016/C 191/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CBM Creative Brands Marken GmbH (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: U. Lüken u J. Bärenfänger, avukati)

Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: ÏD Group (Roubaix, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Lulju 2015 (Każ R 2470/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ÏD Group u CBM Creative Brands Marken GmbH.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

CBM Creative Brands Marken GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 371, 9.11.2015.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/32


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – Chemtura Netherlands vs EFSA

(Kawża T-725/15 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Proċedura ta’ tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Pubblikazzjoni ta’ dokumenti li jirrigwardaw ir-reġistrazzjoni ta’ sustanza attiva - Ċaħda ta’ talba intiża li tikseb trattament kunfidenzjali ta’ ċerta informazzjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2016/C 191/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chemtura Netherlands BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) (rappreżentanti: D. Detken u S. Gabbi, aġenti, assistiti minn R. van der Hout u C. Wagner, avukati)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-EFSA tal-10 ta’ Diċembru 2015 dwar il-pubblikazzjoni integrali tal-konklużjoni tal-evalwazzjoni tal-esperti tal-EFSA rigward eżami mill-ġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva diflubenżuron dwar il-metabolit 4-chloroaniline (PCA), fejn ir-rikorrenti kienet talbet għal trattament kunfidenzjali parzjali.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tal-15 ta’ Diċembru 2015 mogħti fil-Kawża T 725/15 R huwa annullat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/33


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2016 – GABO:mi vs Il-Kummisjsoni

(Kawża T-10/16 R)

([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sussidji - Is-sitt u s-Seba’ Programmi Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2002-2006 u 2007-2013) - Ittri li jitolbu ir-rimbors ta’ parti mis-sussidji mogħtija - Nota ta’ debitu - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ammissibbiltà - Nuqqas ta’ urġenza”])

(2016/C 191/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: GABO:mi Gesellschaft für Ablauforganisation:milliarium mbH & Co. KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Ahlhaus u C. Mayer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummisjsoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude, S. Lejeune u M. Sickierzyńska, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa waħda, ta’ żewġ ittri tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Diċembru 2015 li jinformaw lir-rikorrenti li hija tista’ tirkupra parti mis-sussidji li kienu ġew mogħtija lilha fil-kuntest tas-Sitt u s-Seba’ Programmi Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2002-2006 u 2007-2013) u, min-naħa l-oħra, nota ta’ debitu tal-Kummissjoni li tordnalha li tħallas is-somma ta’ EUR 1 770 417,29 mhux iktar tard mill-15 ta’ Jannar 2016.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tat-18 ta’ Jannar 2016 mogħti fil-Kawża T–10/16 R huwa rrevokat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/33


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2016 – Cyprus Turkish Chamber of Industry et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-41/16 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Proċedura għar-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta - ‘Halloumi’ jew ‘Hellim’ - Ċaħda ta’ oppożizzjoni - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2016/C 191/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cyprus Turkish Chamber of Industry (Nikosija, Ċipru), Animal Breeders Association (Nikosija), Milk and Oil Products Production and Marketing Cooperative Ltd (Nikosija), Süt Ürünleri İmalatçulari Birliği Milk Processors Association (Nikosija), et Fatma Garanti (Güzelyurt, Ċipru) (rappreżentanti: B. O’Connor, solicitor, S. Gubel u E. Bertolotto, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis, J. Guillem Carrau u P. Aalto, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE intiża għall-kisba ta’ miżuri provviżorji dwar il-proċedura għar-reġistrazzjoni tal-ġobon imsejjaħ “halloumi/hellim” bħala denominazzjoni ta’ oriġini protetta taħt ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, p. 1).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/34


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2015 – Bittorrent Marketing vs EUIPO – BitTorrent (bittorrent)

(Kawża T-771/15)

(2016/C 191/46)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bittorrent Marketing GmbH (Neu-Isenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Hoppe, avukat)

Konvenut: L Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BitTorrent, Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “bittorrent” Trade mark Komunitarja Nru 3 216 439

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Awwissu 2015 fil-Każ R 2275/2013-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-talba għal revoka ta’ BitTorrent, Inc. fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-EUIPO u lil BitTorrent, Inc. għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-ewwel frażi tal-Artikolu 76(1) u ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/35


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2016 – Isdin vs EUIPO – Spirig Pharma (ERYFOTONA ACTINICA)

(Kawża T-117/16)

(2016/C 191/47)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Isdin, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: G. Macías Bonilla, P. López Ronda, G. Marín Raigal u E. Armero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Spirig Pharma AG (Egerkingen, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem il-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “ERYFOTONA ACTINICA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 853 116

Proċedimenti quddiem il-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 1387/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż essenzjali sostnuti fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motivi invokati

Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li ma tissospendix il-proċedimenti tikkostitwixxi żball manifest ta’ evalwazzjoni, abbuż ta’ poter u ksur tar-Regola 20(7) flimkien mar-Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95, tar-Regola 52(1) tar-Regolament Nru 2868/95, tal-Artikoli 75, 76(1) u 99(1) tar-Regolament Nru 207/2009 u ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza quddiem il-liġi, ta’ proporzjonalità, ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba;

Sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/36


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2016 – Il-Belġju vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-131/16)

(2016/C 191/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet u J. Halleux, bħala aġenti, assistiti minn M. Segura Catalán u M. Clayton, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tilqa’ il-motivi għall-annullament invokati fir-rikors;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat permezz ta’ eżenzjoni għall-profitt eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implementata mir-Renju tal-Belġju safejn din ma tidentifikax adegwatament il-miżura ta’ għajnuna mill-Istat, tikklassifika s-sistema ta’ deċiżjonijiet dwar profitt eċċessiv bħala skema, u tikkunsidraha bħala għanjuna mill-Istat inkompatibbli fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE;

alternattivament, tannulla l-Artikoli 1 u 2 tad-deċiżjoni kkontestata safejn dawn jikkunsidraw is-sistema ta’ deċiżjonijiet dwar profitt eċċessiv bħala inkompatibbli mas-suq intern u tordna l-irkupru tal-allegata għajnuna mill-Istat mill-gruppi ta’ kumpanniji li huma proprjetarji tar-reċipjenti bi ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 2(6) TFUE u tal-Artikolu 5(1) u (2) TUE permezz tal-użu tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat sabiex unilateralment tiġi ddefinita il-ġurisdizzjoni fiskali tal-Istat Belġjan.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-identifikazzjoni tal-allegata miżura ta’ għajnuna mill-Istat u fil-klassifikazzjoni tagħha bħala skema ta’ għajnuna mill-Istat li ma tirrikjedix miżuri implementattivi ulterjuri fis-sens tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament Nru 2015/1589 u l-Artikolu 107 TFUE.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolku 107 TFUE safejn ġie kkunsidrat li s-sistema ta’ deċiżjonijiet dwar profitt eċċessiv tikkostitwixxi miżura ta’ għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni ma pproduċietx prova tar-riżorsi Statali li huma involuti, ma identifikatx l-eżistenza ta’ vantaġġ u evalwat b’mod żbaljat is-selettività u d-distorzjoni tal-kompetizzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-identifikazzjoni bħala benefiċċjarji tal-għajnuna allegata mhux biss l-entitajiet Belġjani taxxabbli fil-Belġju iżda wkoll il-gruppi multinazzjonali li huma l-proprjetarji tagħhom.

5.

Sussidjarjament, il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ġenerali tal-legalità u tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1) peress li l-irkupru jista’ jintalab mill-gruppi multinazzjonali li huma l-proprjetarji tal-entitajiet Belġjani li ngħataw deċiżjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, p. 9).


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/37


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2016 – PayPal vs EUIPO – Hub Culture (VENMO)

(Kawża T-132/16)

(2016/C 191/49)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PayPal (San Jose, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Renck, avukat u I. Junkar, Solicitor)

Konvenut: L Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hub Culture Ltd (Hamilton, Bermuda)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “VENMO” – trade mark tal-Unjoni Nru 9 509 357

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 2974/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċeduri u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell jekk tkun intervenjenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/37


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2016 – Le Pen vs Il-Parlament

(Kawża T-140/16)

(2016/C 191/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Marie Le Pen (La Trinité-sur-Mer, Franza) (rappreżentanti: M. Ceccaldi u J.-P. Le Moigne, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew datata d-29 ta’ Jannar 2016, innotifikata permezz ta’ posta Nru D 302191 datata l-5 ta’ Frar 2016, meħuda skont l-Artikolu 68 tad-Deċiżjoni 2009/C 159/01 tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008“dwar il-Miżuri ta’ Implimentazjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew”, kif emendata, li tikkonstata dejn fil-konfront tar-rikorrent fl-ammont ta’ EUR 320 026,23 fuq il-bażi ta’ ammonti indebitament imħallsa fil-kuntest tal-assistenza parlamentari u li timmotiva l-irkupru tiegħu;

tannulla n-nota ta’ debitu Nru 2016-195 tal-4 ta’ Frar 2016 li tinforma lir-rikorrent li ġie kkonstatat dejn fil-konfront tiegħu skont deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2016, irkupru ta’ somom indebitament imħallsa fuq il-bażi tal-assistenza parlamentari, skont l-Artikolu 68 tal-Miżuri ta’ Implimentezzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u l-Artikoli 78, 79 u 80 tar-Regolament Finanzjarju;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-istanza;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas lil Jean-Marie Le Pen, bħala rimbors ta’ spejjeż rekuperabbli, is-somma ta’ EUR 50 000,00.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq vizzji li jaffettwaw il-legalità esterna tal-atti esterni. Dan il-motiv huwa diviż f’żewġ partijiet.

L-ewwel parti, li tipprovdi li l-kompetenza fil-qasam ta’ deċiżjonijiet finanzjarji li jinteressaw lill-partijiet politiċi u, għalhekk, lill-membri tal-Parlament Ewropew, hija tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew u mhux tas-Segretarju Ġenerali.

It-tieni parti, li tipprovdi li l-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew ma jistax jemenda n-natura u l-estent tal-kompetenza tiegħu. Issa, is-Segretarju Ġenerali ma għandu ebda delega regolari min-naħa tal-President tal-Uffiċċju tal-Parlament li tagħtih is-setgħa li jadotta u li jinnotifika l-atti kkontestati fir-rigward tar-riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet finanzjarji li jikkonċernaw membru tal-Parlament Ewropew.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq vizzji li jaffettwaw l-legalità interna tal-atti kkontestati. Dan il-motiv huwa diviż f’erba’ partijiet.

L-ewwel parti ssostni li l-atti kkontestati huma vvizzjati minn żball manifest ta’ evalwazzjoni.

It-tieni parti ssostni li l-Uffiċċju tal-Parlament ma pprovda ebda prova li tiġġustifika l-atti kkontestati.

It-tielet parti ssostni li l-atti kkontestati huma vvizzjati minn użu ħażin ta’ poter u ta’ proċedura.

Ir-raba’ parti ssostni li l-atti kkontestati huma ta’ natura diskriminatorja.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/39


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs IEM

(Kawża T-141/16)

(2016/C 191/51)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: S. Lejeune, rappreżentant)

Konvenuta: IEM – Erga – Erevnes – Meletes Perivallontos kai Chorotaxias AE (Ateni, il-Greċja)

Talbiet

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ammont ta’ EUR 105 416,47 flimkien mal-interessi moratorji, bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament mill-ġdid prinċipali fl-1 ta’ Lulju 2010 (2 %) flimkien ma wieħed fil-mija (1 %), jiġifieri b’kollox b’rata ta’ tlieta fil-mija (3 %), li għandu jiġi kkalkolat mis-6 ta’ Lulju 2010 u sal-jum tal-ħlas totali ta’ tali ammont, bit-tnaqqis ta’ EUR 30 208 (imħallsa bħala kumpens fl-4 ta’ Settembru 2010), u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż legali u għal dawk ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

B’dan ir-rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 272 TFUE quddiem il-Qorti Ġenerali, tintalab il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas lill-Kummissjoni Ewropea l-ammont ta’ EUR 75 208,47, flimkien mal-interessi, marbut mal-kuntratt FAIR-CT98-9544 għall-azzjoni bl-isem “Individwazzjoni ta’ metodu ġdid sabiex jitnaddaf u jitqaxxar il-frott”.

Il-Kummissjoni Ewropea tinvoka, bħala bażi legali prinċipali, il-ksur tal-obbligi kuntrattwali tal-konvenuta filwaqt li ssostni, b’mod partikolari, li l-ammont imħallas lill-konvenuta skont il-kuntratt inkwistjoni ma ntużax għat-twettiq ta’ kwalunkwe azzjoni marbuta mal-kuntratt, u li l-konvenuta ma ressqet l-ebda att probatorju f’dan ir-rigward. Sussidjarjament, il-Kummissjoni Ewropea ssostni l-arrikiment indebitu tal-konvenuta, kif previst fl-Artikoli 904 u 908 tal-Kodiċi Ċivili.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/39


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2016 – Intesa Sanpaolo vs EUIPO – Intesia Group Holding (INTESA)

(Kawża T-143/16)

(2016/C 191/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Intesa Sanpaolo SpA (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi u G. Ghisletti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Intesia Group Holding GmbH (Böblingen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “INTESA” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 3 105 277

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 632/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-partijiet l-oħra għall-ispejjeż quddiem din l-istanza, kif ukoll għal dawk għat-talba għal revoka quddiem l-EUIPO u għall-proċedimenti ta’ appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 51(1)(a) u 51(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/40


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2016 – Mundipharma vs EUIPO – Multipharma (MULTIPHARMA)

(Kawża T-144/16)

(2016/C 191/53)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mundipharma AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Multipharma SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MULTIPHARMA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 537 887

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 2950/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/41


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2016 – Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-146/16)

(2016/C 191/54)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland (‘s-Graveland, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stichting Het Groninger Landschap (Haren, il-Pajjiżi l-Baxxi), It Fryske Gea (Opsterland, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stichting Het Drentse Landschap (Assen, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stichting Het Overijssels Landschap (Dalfsen, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stichting Het Geldersch Landschap (Arnhem, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stichting Flevo-Landschap (Lelystad, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stichting Het Utrechts Landschap (De Bilt, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stichting Landschap Noord-Holland (Heiloo, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stichting Het Zuid-Hollands Landschap (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stichting Het Zeeuwse Landschap (Heinkenszand, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stichting Het Noordbrabants Landschap (‘s Hertogenbosch, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stichting Het Limburgs Landschap (Maastricht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. Kuypers u M. de Wit, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat02 ta’ Settembru 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.27301 (2015/NN) – il-Pajjiżi l-Baxxi, bin-numru C(2015) 5929 finali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1)TFUE

Ir-rikorrenti jsostnu li fil-Pajjiżi l-Baxxi il-protezzjoni tan-natura hija servizz ta’ interess ġenerali fis-sens tal-Artikolu 2 tal-Protokoll (Nru 26) dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali (ĠU 2012 C 326 , p. 308) u mhux attività ekonomika.

Ir-rikorrenti, b’mod żbaljat, ġew ikklassifikati bħala impriżi fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Huma jsostnu qabel kollox li huma organi ta’ ġestjoni ta’ artijiet mingħajr skop ta’ lukru, ikkostitwiti sabiex jintlaħaq għan ta’ interess pubbliku (mhux ekonomiku). Huma jinvokaw sussidjarjament li huma ma humiex impriżi meta huma jakkwista artijiet permezz ta’ suissidji miksuba skont ir-Regeling bijdragen particuliere terreinbeherende natuurbeschermingsorganisaties (skema ta’ sussidji għal organi privati ta’ protezzjoni tal-ambjent li jiġġestixxu artijiet).

L-iskema ta’ sussidji ma tiġġenera l-ebda vantaġġ ekonomiku fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, minħabba l-kundizzjonijiet marbuta magħha.

L-iskema ta’ għajnuna ma toħloqx distorsjoni tal-kompetizzjoni.

L-iskema ta’ għajnuna ma jistax ikollha effett dannuż fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/42


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-147/16)

(2016/C 191/55)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: S. Fiorentino, avvocato dello stato) G. Palmieri, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C (2016) 366 finali tat-28 ta’ Jannar 2016, innotifikata fid-29 ta’ Jannar 2016 li skontha, b’eżekuzzjoni tas-sentenza tas-17 ta’ Novembru 2011, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-496/09, Ġabra, EU:C:2011:740, il-Kummissjoni ordnat lill-Italja il-ħlas ta’ EUR 5 382 000 u ta’ EUR 2 106 000 bħala penalitajiet ta’ dewmien li tikkorrispondu rispettivament għat-tielet u r-raba semestru wara li ġiet depożitata s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitata iktar 'il fuq;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) tat-22 ta’ Marzu 1999 Nru 659/1999, fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) tal-21 ta’ April 2004 Nru 794/2004 kif ukoll fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

Huwa sostnut li d-deċiżjoni kkontestata timponi li jiġu applikati għall-ammonti dovuti mill-impriżi għall-ħlas lura tal-għajnuna mill-Istat, ta’ interessi komposti, konformement mal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 794/2004. Il-gvern Taljan jikkritika din il-miżura sa fejn, anki fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, din l-iskema ta’ kalkolu tal-imgħaxijiet ma hijiex applikabbli għad-deċiżjonijiet ta’ rkupru preċedenti għad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 794/2004, u, wisq inqas, għad-deċiżjonijiet preċedenti għall-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rata ta’ interessi applikabbli fil-każ ta’ rkupru ta’ għajnuna illegali tat-8 ta’ Mejju 2003 (ĠU 2003, C 110, p. 21). L-argument dwar l-eżistenza, invokata mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, ta’ allegat ftehim bejn ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni li huwa fis-sens ta’ l-applikazzjoni ta’ rata ta’ interessi komposti huwa irrilevanti.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/42


Appell ippreżentat fil-11 ta’ April 2016 minn Adrian Barnett u Sven-Ole Mogensen mis-sentenza mogħtija fil-5 ta’ Frar 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 56/15, Barnett u Mogensen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-148/16 P)

(2016/C 191/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Adrian Barnett (Roskilde, id-Danimarka), Sven-Ole Mogensen (Hellerup, id-Danimarka) (rappreżentant: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummisjsoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

Li tiddikjara u tiddeċiedi,

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-56/15, Barnett u Mogensen vs Il-Kummissjoni, hija annullata;

tiddikjara u tiddeċiedi permezz ta’ dispożizzjonijiet ġodda li:

id-deċiżjonijiet li jinsabu fid-dikjarazzjonijiet tal-pensjoni tax-xahar ta’ Ġunju 2014 li permezz tagħhom il-koeffiċjent korrettur applikabbli għall-pensjoni tal-appellanti huwa mnaqqas mill-1 ta’ Jannar 2014, huma annullati;

il-Kummissjoni għandha tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti jinvokaw żewġ aggravji.

1.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi li twettaq mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP), billi interpreta d-dispożizzjonijiet ċari u speċifiċi tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti”) fid-dawl tal-allegata “rieda reali tal-leġiżlatur” fir-rigward tal-portata tas-sospensjoni tal-mekkaniżmu ta’ attwalizzazzjoni fl-2013 u l-2014 tal-pensjonijiet u tar-remunerazzjonijiet. Billi għamel hekk, it-TSP wettaq interpretazzjoni contra legem tal-Artikolu 65(4) tar-Regolamenti, u tar-regoli għall-implementazzjoni tiegħu previsti fl-Anness XI tal-imsemmi Regolamenti.

2.

It-tieni aggravju, huwa bbażat fuq żball ta’ liġi li twettaq mit-TSP, sa fejn il-kundizzjonijiet imposti mir-Regolamenti sabiex titwettaq l-attwalizzazzjoni intermedjarja kkontestata, previsti fl-Anness XI tar-Regolamenti, ma ġewx sodisfatti, u l-Kummissjoni, billi wettqet din l-attwalizzazzjoni, għamlet użu ħażin ta’ poter. Fil-fatt, wara li ġie kkonstatat, fis-sentenza kkontestata, li l-koeffiċjent korrettur preċedenti kien ġie kkalkolat b’mod żbaljat fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1416/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jaġġusta l-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni li japplikaw għar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013, it-TSP wettaq żball ta’ liġi billi ddeċieda li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jawtorizza l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) sabiex twettaq l-attwalizzazzjoni intermedjarja kkontestata, kuntrarjament għad-dottrina ta’ rtirar tal-atti amministrattivi illegali li joħolqu dritt jew benefiċċji simili.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/43


Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2016 minn Ingrid Fedtke mid-digriet mogħti fil-5 ta’ Frar 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-107/15, Fedtke vs KESE

(Kawża T-157/16 P)

(2016/C 191/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Ingrid Fedtke (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Talbiet

tannulla d-digriet tal-5 ta’ Frar 2016 tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) fil-Kawża F-107/15;

tibgħat il-kawża lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex jiddeċiedi fuq il-mertu;

tiddeċiedi skont id-dritt fuq l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi u/jew fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni li jivvizzjaw id-digriet ikkontestat, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) qies, fil-punti 19 sa 21 u 25 tal-imsemmi digriet li, kemm fil-każ ta’ talba għall-eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni mhux ikkontestata fit-termini kif ukoll fil-każ ta’ talba li indirettament tikkontesta tali deċiżjoni, in-natura ġdida ta’ fatt invokat insostenn tat-talba jeħtieġ li la l-appellanti u lanqas l-amministrazzjoni ma kienu jafu, jew ma setgħu ikunu jafu, bih waqt l-adozzjoni tad-deċiżjoni li saret definittiva, u sa fejn applika dan il-prinċipju fil-punti 27 sa 32 tal-imsemmi digriet, filwaqt li mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-assenza ta’ għarfien tal-fatt invokat ma hijiex rikjesta fil-każ ta’ talba għall-eżami mill-ġdid.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi u/jew żnaturament tal-proċess u fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni li jivvizzjaw id-digriet ikkontestat, sa fejn it-TSP qies, fil-punt 32 tal-imsemmi digriet, minħabba li ebda fatt ġdid u sostanzjali ma kien jiġġustifika t-talba għall-eżami mill-ġdid, li l-proċedura prekontenzjuża ma kinitx segwiet il-proċess regolari u li t-talbiet kontra d-deċiżjoni tat-30 ta’ Settembru 2014 u ċ-ċaħda tat-22 ta’ April 2015 tal-ilment kienu inammissibbli, filwaqt li n-natura purament konfermatorja ta’ dawn id-deċiżjonijiet kienet tippreżupponi mhux biss li dawn ma kinux ippreċeduti minn eżami mill-ġdid iżda wkoll li dawn ma kinu jinvolvu ebda element ġdid, u li, kif kienet sostniet l-appellanti, id-deċiżjoni tat-30 ta’ Settembru 2014 kienet tinvolvi element ġdid meta mqabbla ma dik tas-7 ta’ April 2014, l-istess bħad-deċiżjoni tat-22 ta’ April 2015 meta mqabbla ma dik tat-30 ta’ Settembru 2014.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi u/jew żnaturament tal-proċess u fuq l-assenza ta’ risposta għall-argumenti tal-appellanti, li jivvizzjaw id-digriet ikkontestat, sa fejn it-TSP qies, fil-punt 26 tal-imsemmi digriet, li n-natura ġdida tal-fatt invokat insostenn tat-talba għall-eżami mill-ġdid kienet tippresupponi li l-partijiet ma kinux jafu jew ma setgħux ikunu jafu bih, u li fit-talba tagħha l-appellanti ma kinitx indikat il-fatti l-ġodda u sostanzjali li jistgħu jiġġustiffikaw it-tressiq tagħha, iżda kienet invokat, b’riferiment għan-nota tal-Kap tal-Unità tagħha, l-emenda tar-Regolamenti tal-Persunal, filwaqt li l-assenza ta’ għarfien tal-fatt invokat ma kinitx rikjesta f’dan il-każ u li fit-talba nnifisha għall-eżami mill-ġdid tagħha l-appellanti kienet, kif kienet sostniet, indikat li hija kienet qed twessa l-bażi ġuridika tagħha u, b’riferiment għan-nota tal-Kap tal-Unità tagħha, li l-amministrazzjoni ma kinitx tat attenzjoni suffiċjenti għal dak li huwa stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, u dawn kienu jikkostitwixxu elementi ġodda u sostanzjali.

4.

It-raba’ aggravju bbażat fuq ksur tar-regoli tal-prova u tal-prinċipju ta’ oġġettività, sa fejn it-TSP qies, fil-punt 28 tal-imsemmi digriet, li r-rikorrenti ma kinitx ipprovdiet indikazzjonijiet fir-rigward tad-data ta’ meta l-amministrazzjoni saret taf jew setgħet issir taf bil-ħruġ, fil-futur, fuq leave tal-maternità u parentali tal-kollega tagħha, u fil-punt 29 tal-imsemmi digriet, li ma setgħax jiġi eskluż li dan seta’ kien il-każ fis-7 ta’ April 2014 fid-dawl tat-tul ta’ dan il-leave kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal, tal-prevedibbiltà bil-quddiem ħafna tad-data tal-ħlas u tal-użanza li d-dipartiment jiġi avżat mill-iktar fis possibbli dwar assenza fit tul, sabiex minn dan iddeduċa, fil-punti 30 sa 32 tal-imsemmi digriet li l-appellanti ma kinitx stabbiliet li la hija nnifisha u lanqas l-amministrazzjoni ma kienu jafu jew ma setgħu ikunu jafu, fis-7 ta’ April 2014 bl-assenza futura tal-kollega tagħha, li t-talba għall-eżami mill-ġdid tagħha ma kienet iġġustifikata minn ebda fatt ġdid u sostanzjali u li t-talbiet tagħha kienu inammissibbli, filwaqt li l-prova ta’ fatt negattiv u minn terz kienet impossibbli u li kien il-KESE li kellu jindika d-data tat-talbiet għal-leave, u li t-TSP la setgħa jibbaża ruħu fuq preżunzjonijiet suċċessivi u lanqas fuq preżunzjoni sempliċi sabiex jinverti l-oneru tal-prova u jiġġustifika l-konklużjonijiet tiegħu.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/44


Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2016 minn Inge Barnett, Suzanne Ditlevsen, Annie Madsen mis-sentenza mogħtija fil-5 ta’ Frar 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 66/15, Barnett et vs KESE

(Kawża T-158/16 P)

(2016/C 191/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Inge Barnett (Roskilde, id-Danimarka), Suzanne Ditlevsen (Copenhagen, id-Danimarka), Annie Madsen (Frederiksberg, id-Danimarka) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Talbiet

tiddikjara u tiddeċiedi li,

is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-66/15, Barnett et vs KESE, hija annullata;

tiddeċiedi permezz ta’ dispożizzjonijiet ġodda li,

id-deċiżjonijiet li jinsabu fl-islips tal-pensjoni tax-xahar ta’ Ġunju 2014 li permezz tagħhom il-koeffiċjent korrettur applikabbli għall-pensjoni tar-rikorrenti huwa mnaqqas b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, huma annullati,

il-KESE huwa kkundannat għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti jinvokaw żewġ aggravji li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-148/16 P, Barnett u Mogensen vs Il-Kummissjoni.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2016 – Søndagsavisen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-833/14) (1)

(2016/C 191/59)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 138, 27.4.2015.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2016 – Forbruger-Kontakt vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-834/14) (1)

(2016/C 191/60)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 138, 27.4.2015.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2016 – NICO vs Il-Kunsill

(Kawża T-24/15) (1)

(2016/C 191/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 89, 16.3.2015.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2016 – Syria Steel u Al Buroj Trading vs Il-Kunsill

(Kawża T-285/15) (1)

(2016/C 191/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 302, 14.09.2015.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/46


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2016 – NICO vs Il-Kunsill

(Kawża T-524/15) (1)

(2016/C 191/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 371, 9.11.2015


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/46


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2016 – Petro Suisse Intertrade vs Il-Kunsill

(Kawża T-525/15) (1)

(2016/C 191/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 371, 9.11.2015.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/46


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2016 – HK Intertrade vs Il-Kunsill

(Kawża T-526/15) (1)

(2016/C 191/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 371, 9.11.2015.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/46


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2016 – Bimbo vs UASI – ISMS (BIMBO BEL SIMPLY)

(Kawża T-571/15) (1)

(2016/C 191/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 406 07.12.2015.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/47


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2016 – Rouffaud vs SEAE

(Kawża F-59/13 RENV) (1)

((Servizz pubbliku - Kawża mibgħuta lura quddiem it-Tribunal wara annullament - Persunal tas-SEAE - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt - Klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt bħala kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt għal żmien indeterminat - Rifjut))

(2016/C 191/67)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Thierry Rouffaud (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex il-kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi tiegħu jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala kuntratt għal żmien indeterminat u sabiex il-perijodu mwettaq bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt jiġi rrikonoxxut bħala perijodu ta’ servizz imwettaq bħala membru tal-persunal bil-kuntratt.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha sostnuti fil-Kawżi F-59/13 u F-59/13 RENV.

3)

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu sostnuti fil-Kawża T-457/14 P u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn Thierry Rouffaud fil-Kawża T-457/14 P.


(1)  ĠU C 233, 10.8.2013, p. 14 (Kawża inizjali F-59/13).


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/47


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ April 2016 – FN, FP u FQ vs CEPOL

(Kawża F-41/15 DISS II) (1)

((Servizz pubbliku - Persunal taċ-CEPOL - Membri tal-persunal temporanju - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Post tal-impjieg li jikkorrispondi għas-sede taċ-CEPOL - Ċaqliq taċ-CEPOL lejn Budapest (l-Ungerija) - Bdil korrelattiv tal-post tal-impjieg tal-membri tal-persunal - Konsegwenzi kuntrattwali - Ħtieġa tal-kunsens tal-membri tal-persunal - Koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli għall-post tal-impjieg il-ġdid - Aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba))

(2016/C 191/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FN, FP u FQ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (rappreżentanti: F. Bánfi u R. Woldhuis, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li bħala konsegwenza kellhom jew li r-rikorrenti rriżenjaw mill-impjieg tagħhom mal-aġenzija jew inkella li minn Londra ttrasferixxew ruħhom għal Budapest bir-riżultat li sostnew telf pekunjarju, u talba għad-danni u interessi għad-danni morali u materjali allegatament sostnuti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FN, FP u FQ għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u huma kkundannati għall-ispejjeż sostnuti mill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija.


(1)  ĠU C 178, 1.6.2015, p. 28.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/48


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2016 – FU vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-49/15) (1)

((Servizz pubbliku - Proċedura dixxiplinari - Bord Dixxiplinari - Membru tal-persunal temporanju tal-Qorti tal-Awdituri maħtur bħala uffiċjal bi prova mal-Kummissjoni - Bidla fil-post tal-impjieg - Assenza ta’ dikjarazzjoni ta’ bidla fil-post tal-impjieg lill-amministrazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri - Talbiet simultanji għall-allowance ta’ reinstallazzjoni fil-pajjiż tal-oriġni u l-allowance ta’ installazzjoni fi Brussell - Talba għal rimbors tal-ispejjeż taċ-ċaqliq mil-Lussemburgu lejn il-pajjiż tal-oriġini - Investigazzjoni tal-OLAF - Sanzjoni dixxiplinari - Klassifikazzjoni fi grupp iktar baxx tal-funzjoni mingħajr tnaqqis fil-grad - Artikolu 25 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju - Fatt ġdid - Obbligu li terġa’ tinfetaħ il-proċedura dixxiplinari - Proportzjonalità tas-sanzjoni - Terminu proċedurali))

(2016/C 191/69)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: FU [rappreżentant: S. Pappas, avukat]

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: inizjalment J. Currall u C. Ehrbar, aġenti, sussegwentement C. Ehrbar u F. Simonetti, aġenti]

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiġi imposta fuq ir-rikorrent is-sanzjoni dixxiplinari ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid fil-grad AST5, filwaqt li r-rikorrent kien inħatar fil-grad AD5, għal dikjarazzjonijiet meqjusa qarrieqa sabiex jibbenefika mill-allowance ta’ reinstallazzjoni kif ukoll mill-ħlas tal-ispejjeż taċ-ċaqliq.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FU għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 190, 8.6.2015, p. 36.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/49


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2016 – Zink vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-77/15) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Allowance tal-espatrijazzjoni - Żball amministrattiv li wassal għan-nuqqas ta’ ħlas tal-allowance tal-espatrijazzjoni għal diversi snin - Att li jikkawża ħsara - Dikjarazzjonijiet tas-salarju ma jirriflettux deċiżjoni - Artikolu 82 tar-Regoli tal-Proċedura - Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku - Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża - Talba skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Terminu raġjonevoli))

(2016/C 191/70)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Richard Zink (Bamako, Mali) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. S. Bohr u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li jiġi limitat il-ħlas retroattiv tal-allowance tal-espatrijazzjoni għal perijodu ta’ ħames snin, mid-data li fiha ġie skopert in-nuqqas ta’ ħlas ta’ din l-allowance u l-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas tal-interessi moratorji.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Richard Zink għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 245, 27.07.2015, p. 51.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/49


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2016 – Wolff vs SEAE

(Kawża F-94/15) (1)

((Servizz pubbliku - Membri tal-persunal tas-SEAE - Kumitat tal-Persunal - Elezzjoni tal-membri tal-Kumitat tal-Persunal - Validità - Il-ħames paragrafu tal-Artikolu 1 tal-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal - Regolament elettorali tas-SEAE - L-ewwel sensiela ta’ votazzjoni - Assenza ta’ quorum - Estensjoni tal-perijodu ta’ votazzjoni - Estenzjoni supplimentari tal-perijodu ta’ votazzjoni - Assenza ta’ organizzazzjoni tat-tieni sensiela ta’ votazzjoni - Illegalità))

(2016/C 191/71)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Oren Wolff (Etterbeek, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuti: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: inizjalment M. Silva u S. Marquardt, aġenti, sussegwentement G.-J. van Hegelsom, S. Marquardt u E. Chaboureau, aġenti, finalment G.-J. van Hegelsom, S. Marquardt u E. Chaboureau, aġenti, M. Troncoso Ferrer, F.-M. Hislaire u S. Moya Izquierdo, avukati)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad il-kontestazzjoni tar-rikorrent tar-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Kumitat tal-Persunal tas-SEAE.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-23 ta’ April 2015 li permezz tagħha s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ċaħad it-talba ta’ Oren Wolff sabiex jiġi invalidat ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-membri tal-Kumitat tal-Persunal hija annullata.

2)

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż esposti minn Oren Wolff.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015, p. 83


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/50


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ April 2016 – CP vs Il-Parlament

(Kawża F-98/15) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kap ta’ diviżjoni - Perijodu ta’ prova - Nuqqas ta’ konferma fil-funzjonijiet ta’ kap ta’ diviżjoni - Eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament - Telf ta’ opportunità))

(2016/C 191/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CP (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: V. Montebello-Demogeot u O. Caisou-Rousseau, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni, tat-18 ta’ Lulju 2014, li, wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża F-8/13, CP vs Il-Parlament Ewropew, tas-26 ta’ Marzu 2014, ikkonfermat lir-rikorrent fil-funzjonijiet tiegħu ta’ kap ta’ diviżjoni, sa fejn din id-deċiżjoni ma tipprevedix ir-rikonoxximent retroattiv tal-istatus ta’ kap ta’ diviżjoni u l-għoti retroattiv taż-żieda fis-salarju bażiku għall-pożizzjoni tiegħu (allowance għall-pożizzjoni maniġerjali), u talba għad-danni fir-rigward tad-dannu materjali u morali allegatament imġarrab.

Dispożittiv

1)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil CP is-somma ta’ EUR 3 219,55. Din is-somma għandha tiżdied bl-interessi moratorji kkalkolati bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament u applikabbli matul il-perijodu inkwistjoni, miżjud b’żewġ punti, mill-1 ta’ Lulju 2011 sad-data tal-ħlas effettiv.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015, p. 86.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/51


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ April 2016 – Beiner vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-135/15) (1)

((Servizz pubbliku - Kompetizzjoni - Kundizzjonijiet għall-ammissjoni - Esperjenza professjonali - Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jiġix ammess fil-kompetizzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni))

(2016/C 191/73)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Laurent Beiner (Knutange, Franza) (rappreżentant: B. Sahki, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST/130/14 li li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-eżami ta’ evalwazzjoni, minħabba li ma għandux il-livell ta’ studju meħtieġ kif ukoll l-esperjenza professjonali ta’ tul minimu ta’ sitt snin relatata man-natura tal-kariga.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment, manifestament infondat.

2)

Laurent Beiner għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 7, 11.1.2016, p. 37


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/51


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2016 – ZZ vs L-Ombudsman Ewropew

(Kawża F-10/16)

(2016/C 191/74)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: Vasileios A. Christianos, avukat)

Konvenut: L-Ombudsman Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li ma tiġix aċċettata l-kandidatura tar-rikorrent għall-pożizzjoni ta’ segretarju ġenerali tal-uffiċċju tal-Ombudsman u l-kundanna tal-konvenut għall-ħlas tad-danni fir-rigward tad-danni materjali u morali allegatament subiti mir-rikorrent.

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tad-9 ta’ Novembru 2015 tal-Ombudsman Ewropew, li permezz tagħha dan tal-aħħar ċaħad l-ilmenti amministrattivi tar-rikorrent;

tannulla d-deċiżjoni tal-10 ta’ April 2015, li ċaħdet lir-rikorrent minn intervista, u d-deċiżjoni tas-16 ta’ Lulju 2015 li taħtar lil B.G. fil-pożizzjoni ta’ segretarju ġenerali tal-uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew;

tordna lill-Ombudsman Ewropew iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 112 472,64 bħala kumpens għad-dannu materjali subit minn dan tal-aħħar;

tordna lill-Ombudsman Ewropew iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR tletin elf (30 000) bħala kumpens għad-dannu morali subit minn dan tal-aħħar;

tikkundanna lill-Ombudsman Ewropew għall-ispejjeż kollha tar-rikorrent.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/52


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-15/16)

(2016/C 191/75)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni li tiċħadilha il-permess li tippubblika artiklu, fl-assenza ta’ emenda tat-test propost.

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti talbet li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku:

jannulla d-deċiżjoni kkontestata u, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;

jikkundanna s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għall-ispejjeż.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/52


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs EUIPO

(Kawża F-16/16)

(2016/C 191/76)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ uffiċjali promossi skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2015.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-24 ta’ Lulju 2015 li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-grad li jmiss (AST 8) fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni tal-konvenut għall-2015 billi isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ uffiċjali promossi skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2015, maħruġa fl-24 ta’ Lulju 2015.

tikkundanna lil konvenut għall-ispejjeż.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/53


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-17/16)

(2016/C 191/77)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) li ma tiħux inkunsiderazzjoni t-talba mressqa tardivament, intiża għall-eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma titħalliex tgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15 – 3, kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni impliċita li ma tintlaqax din it-talba.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO), tas-17 ta’ Awwissu 2015, indirizzata lilha b’posta elettronika, li ma tiħux inkunsiderazzjoni t-talba li hija kienet ressqet fit-13 ta’ Awwissu 2015, intiża għall-eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni mogħtija mill-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15 – 3 li hija ma titħalliex tgħaddi għall-fażi segwenti ta’ din il-kompetizzjoni;

jannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15 – 3 li ma tintlaqax it-talba li hija kienet ressqet fit-13 ta’ Awwissu 2015, intiża għall-eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni mogħtija minn dan il-Bord tal-Għażla li hija ma titħalliex tgħaddi għall-fażi segwenti ta’ din il-kompetizzjoni;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/53


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ April 2016 – Hill et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-29/12) (1)

(2016/C 191/78)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 133, 5.5.2012, p. 31.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/54


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta’ April 2016 – Chevalier vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża F-99/12) (1)

(2016/C 191/79)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 343, 10.11.2012, p. 24.


30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/54


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ April 2016 – Glowacz-De-Chevilly vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-72/15) (1)

(2016/C 191/80)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015, p. 55.