ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 181

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
19 ta' Mejju 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

 

IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2013–2014
Seduti tas-7 sal-10 ta’ Ottubru 2013
Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 13 E, 17.1.2014 .
It-test adottat tad-9 ta’ Ottubru 2013 rigward il-kwittanzi għall-baġit tal-2011 ġie ppubblikat fil- ĠU L 328, 7.12.2013 .
TESTI ADOTTATI

1


 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta, 8 ta’ Ottubru 2013

2016/C 181/01

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar il-korruzzjoni fis-settur pubbliku u f'dak privat: l-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi (2013/2074(INI))

2

2016/C 181/02

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar ippjanar tal-politika bil-quddiem u tendenzi fuq perjodu twil ta’ żmien: implikazzjonijiet baġitarji għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet (2012/2290(INI))

16

2016/C 181/03

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar It-titjib tad-dritt internazzjonali privat: regoli dwar il-ġurisdizzjoni applikabbli għall-impjieg (2013/2023(INI))

19

2016/C 181/04

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar il-Ġeneruċidju: in-nisa li għebu? (2012/2273(INI))

21

2016/C 181/05

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar effetti tar-restrizzjonijiet baġitarji għall-awtoritajiet reġjonali u lokali rigward in-nefqa tal-Fondi Strutturali tal-UE fl-Istati Membri (2013/2042(INI))

29

2016/C 181/06

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar strateġija komprensiva tal-UE dwar is-sajd fir-reġjun tal-Paċifiku (2012/2235(INI))

35

2016/C 181/07

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar ir-restrizzjonijiet tas-sajd u l-ibħra ġuriżdizzjonali fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed – mezzi għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti (2011/2086(INI))

41

 

L-Erbgħa, 9 ta’ Ottubru 2013

2016/C 181/08

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar in-negozjati UE-Ċina għal ftehim ta' investiment bilaterali (2013/2674(RSP))

45

2016/C 181/09

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar relazzjonijiet kummerċjali UE-Tajwan (2013/2675(RSP))

52

2016/C 181/10

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar miżuri tal-UE u tal-Istati Membri biex jindirizzaw il-fluss ta' rifuġjati b'riżultat tal-kunflitt fis-Sirja (2013/2837(RSP))

56

 

Il-Ħamis, 10 ta’ Ottubru 2013

2016/C 181/11

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar l-allegati trasportazzjoni u żamma illegali ta’ priġunieri f’pajjiżi Ewropej mis-CIA (2013/2702(RSP))

61

2016/C 181/12

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni transkonfinali fil-qasam tal-infurzar tal-liġi fl-UE: l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Prüm u l-Mudell Ewropew ta' Skambju ta' Informazzjoni (EIXM) (2013/2586(RSP))

67

2016/C 181/13

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta (2013/2676(RSP))

69

2016/C 181/14

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2012 (2013/2013(INI))

73

2016/C 181/15

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar każijiet reċenti ta' vjolenza u persekuzzjoni kontra Nsara, partikolarment f'Maaloula (Sirja) u Peshawar (Pakistan) u l-każ tal-Pastor Saeed Abedini (Iran) (2013/2872(RSP))

82

2016/C 181/16

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar konflitti fis-Sudan u ċ-ċensura sussegwenti tal-midja (2013/2873(RSP))

87

2016/C 181/17

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar il-vjolenza reċenti fl-Iraq (2013/2874(RSP))

92


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

L-Erbgħa, 9 ta’ Ottubru 2013

2016/C 181/18

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar il-konklużjoni ta' ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-modalitajiet prattiċi tal-eżerċizju tar-responsabbiltà demokratika u tas-superviżjoni tal-eżerċizju tal-kompiti mogħtija lill-BĊE fl-ambitu tal-mekkaniżmu superviżorju uniku (2013/2198(ACI))

95

2016/C 181/19

Deċizjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar is-saħħa numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u tad-delegazzjonijiet għall-kumitati għall-kooperazzjoni parlamentari u tal-Assemblej Parlamentari multilaterali (2013/2853(RSO))

96


 

III   Atti preparatorji

 

IL-PARLAMENT EWROPEW

 

It-Tlieta, 8 ta’ Ottubru 2013

2016/C 181/20

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni dwar Sistema Globali ta’ Navigazzjoni Ċivili bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukraina (06373/2013 – C7-0070/2013 – 2012/0274(NLE))

98

2016/C 181/21

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/025 IT/Lombardia mill-Italja) (COM(2013)0470 – C7-0206/2013 – 2013/2138(BUD))

98

2016/C 181/22

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (l-applikazzjoni EGF/2012/008 IT/De Tomaso Automobili mill-Italja) (COM(2013)0469 – C7-0207/2013 – 2013/2139(BUD))

102

2016/C 181/23

P7_TA(2013)0397
Ir-responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera għall-infurzar tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera għall-infurzar tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE (COM(2012)0134 – C7-0083/2012 – 2012/0065(COD))
P7_TC1-COD(2012)0065
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ottubru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera għall-konformità mal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu 2006 u l-infurzar tagħha

105

2016/C 181/24

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-8 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati (COM(2012)0788 – C7-0420/2012 – 2012/0366(COD))

106

2016/C 181/25

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal perjodu ta' sentejn (15777/2012 – C7-0419/2012 – 2012/0258(NLE))

164

 

L-Erbgħa, 9 ta’ Ottubru 2013

2016/C 181/26

P7_TA(2013)0407
Id-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali (COM(2011)0456 – C7-0212/2011 – 2011/0197(COD))
P7_TC1-COD(2011)0197
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Ottubru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE

166

2016/C 181/27

P7_TA(2013)0408
Ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u l-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u r-Regolament […] dwar kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern. (COM(2011)0883 – C7-0512/2011 – 2011/0435(COD))
P7_TC1-COD(2011)0435
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropeq adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Ottubru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (ir-Regolament tal-IMI)

167

2016/C 181/28

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi (05835/2013 – C7-0112/2013 – 2012/0334(NLE))

168

2016/C 181/29

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (05859/2013 – C7-0113/2013 – 2012/0332(NLE))

169

2016/C 181/30

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tat-9 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (COM(2012)0628 – C7-0367/2012 – 2012/0297(COD))

170

 

Il-Ħamis, 10 ta’ Ottubru 2013

2016/C 181/31

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fil-programmi tal-Unjoni (12138/2012 – C7-0008/2013 – 2012/0108(NLE))

212

2016/C 181/32

P7_TA(2013)0416
L-istabbiliment tas-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR) (COM(2011)0873 – C7-0506/2011 – 2011/0427(COD))
P7_TC1-COD(2011)0427
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Ottubru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur)

213

2016/C 181/33

P7_TA(2013)0417
Batteriji u akkumulaturi portabbli li jkun fihom il-kadmju ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ batteriji u akkumulaturi portabbli li jkun fihom il-kadmju maħsuba għall-użu f’għodda mingħajr fil (COM(2012)0136 – C7-0087/2012 – 2012/0066(COD))
P7_TC1-COD(2012)0066
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-10 ta' Ottubru 2013 bil-ħsieb li tadotta d-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ batteriji u akkumulaturi portabbli li jkun fihom il-kadmju maħsuba għall-użu f’għodda mingħajr fil imħaddma bl-enerġija, u ta’ ċelluli buttuna li fihom kontenut baxx ta’ merkurju, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/603/KE

214


Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

***

Proċedura ta' approvazzjoni

***I

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari

***II

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari

***III

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att)

Emendi tal-Parlament:

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

MT

 


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/1


IL-PARLAMENT EWROPEW

SESSJONI 2013–2014

Seduti tas-7 sal-10 ta’ Ottubru 2013

Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 13 E, 17.1.2014.

It-test adottat tad-9 ta’ Ottubru 2013 rigward il-kwittanzi għall-baġit tal-2011 ġie ppubblikat fil-ĠU L 328, 7.12.2013.

TESTI ADOTTATI

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta, 8 ta’ Ottubru 2013

19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/2


P7_TA(2013)0394

Il-korruzzjoni fis-settur pubbliku u f'dak privat: l-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar il-korruzzjoni fis-settur pubbliku u f'dak privat: l-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi (2013/2074(INI))

(2016/C 181/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (UNCAC), li nfetħet għall-firem f'Merida fid-9 ta' Diċembru 2003,

wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar il-Ġlieda kontra it-Tixħim ta' Uffiċjali Pubbliċi Barranin fit-Tranżazzjonijiet Kummerċjali Internazzjonali, li nfetħet għall-firem f’Pariġi fis-17 ta' Diċembru 1997, u r-rakkomandazzjonijiet li jissuplimentawha,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2011 dwar “Id-Drittijiet tal-Bniedem u Demokrazija fil-Qalba tal-Azzjoni Esterna tal-UE – Lejn Approċċ Aktar Effettiv” (COM(2011)0886),

wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija kif adottati fit-3179 laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-25 ta' Ġunju 2012,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2001 dwar ir-rwol tal-Unjoni Ewropea fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni fil-pajjiżi terzi (COM(2001)0252),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar “Strateġija rinnovata tal-UE 2011-14 għar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva” (COM(2011)0681),

wara li kkunsidra l-ġabra ta' dokumenti tal-Kunsill “L-Integrazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Politika Ewropea ta' Sigurtà u ta' Difiża” (1) u speċifikament id-dokument tal-Kunsill “Standards Ġeneriċi ta' Mġiba għall-Operazzjonijiet tal-PESD” (dokument 08373/3/2005),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta' Settembru 2000,

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Globali “Inżommu l-wegħda tagħna: magħqudin biex nilħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal- Millennju”, adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-10 ta' Ottubru 2010,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-27 ta' Frar 2013 dwar “Ħajja diċenti għal kulħadd: Neqirdu l-faqar u nagħtu lid-dinja futur sostenibbli” (COM(2013)0092),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) intitolat “Il-politika dwar il-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tal-korruzjoni, il-frodi, il-kollużjoni, il-koerċizzjoni, il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fl-attivitajiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment” (“il-Politika tal-BEI Kontra l-Frodi”) adottata fl-2008,

wara li kkunsidra l-Politika u l-Proċeduri ta’ Infurzar tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) li daħlu fis-seħħ f’Marzu 2009,

wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida dwar il-Kummerċ u d-Drittijiet tal-Bniedem: Implimentazzjoni tal-Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti “Protezzjoni, Rispett u Rimedju” (HR/PUB/11/04),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2011 dwar politiki esterni tal-UE favur id-demokratizzazzjoni (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Diċembru 2012 dwar strateġija dwar il-libertà diġitali fil-politika barranija tal-UE (3),

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem kif adottati fl-2914-il laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tat-8 ta' Diċembru 2008,

wara li kkunsidra d-“Dokument ta' Montreux dwar l-obligazzjonijiet legali internazzjonali pertinenti u prattiki tajbin għall-Istati relatati mal-operazzjonijiet ta' kumpaniji militari u ta' sigurtà privati matul kunflitt armat”, adottat f'Montreux fis-17 ta' Settembru 2008,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Liġi Kriminali tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Korruzzjoni, li nfetħet għall-firem fis-27 ta' Jannar 1999 u l-Konvenzjoni tal-Liġi Ċivili tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Korruzzjoni li nfetħet għall-firem fl-4 ta' Novembru 1999, u r-riżoluzzjonijiet (98)7 u (99)5, adottati mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa rispettivament fil-5 ta' Mejju 1998 u l-1 ta' Mejju 1999, li jistabbilixxu l-Grupp tal-Istati kontra l-Korruzzjoni (GRECO),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Ġakarta dwar il-Prinċipji għall-Aġenziji Kontra l-Korruzzjoni, adottata fis-26 u s-27 ta' Novembru 2012,

wara li kkunsidra l-Prinċipji ta' Pariġi għall-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem (4),

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali (5),

wara li kkunsidra “Id-dikjarazzjoni tripartitika tal-prinċipji rigward l-impriżi multinazzjonali u l-politika soċjali” tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) (6),

wara li kkunsidra l-Inizjattiva għall-Patt Globali tan-NU (7),

wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta Internazzjonali għall-Fornituri Privati ta' Servizzi ta' Sigurtà,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, adottat fil-Konferenza Finali tan-Nazzjonijet Uniti rigward it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi li saret f'New York mit-18 sat-28 ta' Marzu 2013 (8),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0250/2013),

A.

billi l-korruzzjoni tista’ tiġi definita bħala l-abbuż ta’ setgħa fdata għal gwadann personali individwali jew kolletiv, dirett jew indirett, u billi l-atti ta’ korruzzjoni jinkludu r-reati ta’ tixħim, approprjazzjoni indebita, eżerċitar tal-influwenza għal qligħ, l-abbuż tal-funzjonijiet u l-arrikkiment illeċitu, kif definiti mill-UNCAC; billi l-frodi, l-estorsjoni, ir-rikatti, l-abbuż tas-setgħat diskrezzjonali, il-favoritiżmu, in-nepotiżmu, il-klijenteliżmu u l-kontribuzzjonijiet politiċi illegali huma marbutin mill-qrib mal-korruzzjoni; billi l-korruzzjoni tista' tkun marbuta mal-kriminalità organizzata li topera taħt tmexxija kollettiva b'mod parallel għall-istrutturi uffiċjali, b'mod partikolari meta l-awtoritajiet jonqsu milli jinforzaw il-liġi;

B.

billi l-korruzzjoni tipperpetwa u taggrava eżiti inugwali, inġusti u diskriminatorji fir-rigward tat-tgawdija indaqs tad-drittijiet tal-bniedem, kemm jekk huma drittijiet ċivili, politiċi u ekonomiċi jew soċjali u kulturali; billi l-korruzzjoni jista' jkollha riperkussjonijiet negattivi fuq l-ambjent u taffettwa b'mod sproporzjonat lill-gruppi l-aktar żvantaġġjati u marġinalizzati fis-soċjetà, speċfikament billi teskludihom mill-aċċess indaqs għall-parteċipazzjoni politika, is-servizzi pubbliċi, il-ġustizzja, is-sikurezza, l-art, ix-xogħol, l-edukazzjoni, is-saħħa u d-djar, u billi l-korruzzjoni taffettwa b’mod partikolari l-progress biex jinkisbu t-tmiem tad-diskriminazzjoni, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa peress li trażżan il-kapaċitajiet tan-nisa li jitolbu b'jedd id-drittijiet tagħhom;

C.

billi l-korruzzjoni tista’ ddgħajjef lill-iżvilupp ekonomiku billi xi kultant tkun ostakolu għall-kummerċ u l-investiment;

D.

billi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni hija parti mill-prinċipju ta’ governanza tajba, kif inhu sostnut u definit mill-Artikoli 9(3) u 97 tal-Ftehim ta’ Cotonou;

E.

billi l-atti ta’ korruzzjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem tipikament jinvolvu l-użu ħażin tas-setgħa, in-nuqqas ta’ responsabbiltà u l-istituzzjonalizzazzjoni ta' diversi forom ta’ diskriminazzjoni; billi l-korruzzjoni hi invarjabilment aktar frekwenti fejn hemm nuqqas jew ma hemm ebda infurzar tad-drittijiet tal-bniedem, u billi l-korruzzjoni ħafna drabi ddgħajjef l-effikaċja tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet li normalment jipprovdu kontrolli u limitazzjonijiet u li huma intenzjonati biex jiżguraw ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi u għad-drittijiet tal-bniedem, bħall-parlamenti, l-awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi, is-sistemi ġuridiċi u s-soċjetà ċivili;

F.

billi l-korruzzjoni ġeneralment ikollha għeruq fil-fond fil-mentalità tas-soċjetajiet fejn din tifrex u billi l-isforzi kollha biex tiġi miġġielda għandhom jiffokaw l-ewwel u qabel kollox fuq is-sistema edukattiva u jiffokalizzaw fuq il-persuni mill-iżgħar età possibbli;

G.

billi xi stati kultant jonqsu milli jaġixxu biex jipprevjenu jew jikkastigaw il-korruzzjoni fis-settur pubbliku u f'dak privat, bi ksur tal-obbligi internazzjonali tagħhom skont il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-istrumenti internazzjonali u reġjonali rilevanti l-oħra fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

H.

billi l-korruzzjoni tiddeforma d-daqs u l-kompożizzjoni tal-infiq governattiv, peress li tagħmel ħsara serja fuq il-kapaċità tal-istat li jisfrutta l-massimu tar-riżorsi disponibbli tiegħu biex isarraf bis-sħiħ id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali f'realtà, u billi l-korruzzjoni tiddevja ammonti kbar ta' finanzjament mill-investiment fl-ekonomija, biex b'hekk ixxekkel l-irkupru tal-pajjiżi li għaddejjin minn diffikultajiet ekonomiċi, inklużi l-Istati Membri tal-UE;

I.

billi l-korruzzjoni ta' min ikollu pożizzjoni għolja tista’ ddgħajjef u tiddestabilizza l-pajjiżi kkonċernati, kif ukoll tpoġġi fil-periklu l-bażi nnifisha tal-Istat;

J.

billi, skont il-Bank Dinji, il-korruzzjoni tirrappreżenta 5 % tal-PDG globali (USD 2,6 triljun), u kull sena, jintużaw iżjed minn USD 1 triljun għat-tixħim; u billi l-korruzzjoni tammonta għal madwar 10 % tal-ispiża totali biex jitmexxa negozju fuq bażi globali u 25 % tal-ispiża għall-kuntratti ta' akkwist pubbliku fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (9);

K.

billi hu stmat mill-Bank Dinji li kull sena, USD 20-40 biljun, li jikkorrispondu għal 20-40 % tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp, jinsterqu mill-baġits pubbliċi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jinħbew barra mill-pajjiż permezz ta’ korruzzjoni f'livell għoli (10);

L.

billi mill-2000 sal-2009, il-pajjiżi li qed jiżviluppaw tilfu USD 8,44 triljun minħabba flussi finanzjarji illegali, ekwivalenti għal għaxar darbiet aktar mill-għajnuna barranija li rċevew. billi kull sena għal dan l-aħħar deċennju, il-pajjiżi li qed jiżviluppaw tilfu USD 585,9 biljun permezz ta’ flussi illegali. billi l-flus misruqa kull sena permezz tal-korruzzjoni huma biżżejjed biex jitimgħu għal 80 darba lil kull min hu bil-ġuħ madwar id-dinja, filwaqt li t-tixħim u s-serq ikabbru l-ispiża totali tal-proġetti li jipprovdu ilma tajjeb għax-xorb u servizzi sanitarji madwar id-dinja b'rata li tista' tilħaq l-40 % (11);

M.

billi l-korruzzjoni, peress li thedded il-konsolidazzjoni tad-demokrazija u l-infurzar tad-drittijiet tal-bniedem, għadha kawża fundamentali u l-katalizzatur tal-kunflitti, tal-ksur mifrux tad-dritt umanitarju internazzjonali u tal-impunità fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u billi l-istatus quo tal-korruzzjoni u l-arrikkiment illeċitu fil-pożizzjonijiet ta' setgħa statali wasslu għall-ħtif tas-setgħa u l-perpetwazzjoni tal-poter kif ukoll għall-ħolqien ta' milizji ġodda u vjolenza mifruxa;

N.

billi l-korruzzjoni fis-settur ġudizzjarju tmur kontra l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, l-aċċess għall-ġustizzja u d-dritt għal proċess ġust u għal rimedju effikaċi, li huma strumentali fl-infurzar tad-drittijiet tal-bniedem l-oħrajn kollha, u billi l-korruzzjoni tiddeforma serjament l-indipendenza, il-kompetenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura u tal-amministrazzjoni pubblika, peress li trawwem in-nuqqas ta' fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi, iddgħajjef l-istat tad-dritt u tagħti bidu għall-vjolenza;

O.

billi l-forniment tas-servizzi pubbliċi jippermetti lill-istati jwettqu l-obbligi internazzjonali tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, biex jiżguraw il-provvista tal-ilma, l-ikel, is-saħħa, l-edukazzjoni, id-djar, is-sigurtà u l-ordni bħala elementi tal-iżvilupp tal-bniedem, u billi l-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku tistagħna fin-nuqqas ta' ftuħ, trasparenza, informazzjoni, kompetizzjoni, inċentivi, regoli u regolamenti ċari li jkunu strettament infurzati u anke fejn ma hemm l-ebda mekkaniżmi indipendenti ta' monitoraġġ u sanzjoni;

P.

billi livell mifrux ta' korruzzjoni, nuqqas ta' trasparenza, laċċess għall-informazzjoni u parteċipazzjoni inklużiva fit-teħid tad-deċiżjonijiet jipprevjeni liċ-ċittadini milli jeżiġu li l-gvernijiet u r-rappreżentanti politiċi jagħtu rendikont ta' għemilhom b'mod li jiġi żgurat li d-dħul relatat mal-esplorazzjoni tar-riżorsi u tas-suq jintuża biex jiżgura d-drittijiet tal-bniedem tagħhom; billi hija kompetenza tal-gvernijiet li jagħmlu kull ma jistgħu biex jiġġieldu kontra l-korruzzjoni fil-kumpaniji pubbliċi u f'dawk privati;

Q.

billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-midja, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, it-trejdunjins u l-ġurnalisti investigattivi jiżvolġu rwol kruċjali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni billi jwettqu skrutinju tal-baġits pubbliċi, monitoraġġ tal-attivitajiet tal-gvernijiet u tal-kumpaniji l-kbar – b'mod partikolari l-kumpaniji multinazzjonali – u tal-iffinanzjar tal-partiti politiċi, waqt li joffru ħiliet u kompetenza esperta għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u jesiġu trasparenza u responsabbiltà; billi l-ġurnalisti li jirrapportaw dwar il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata qed jiġu dejjem aktar soġġetti għal azzjonijiet immirati u molestati mill-gruppi tal-kriminalità organizzata, “is-setgħat paralleli” u l-awtoritajiet pubbliċi, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

R.

billi l-istampa u l-midja liberi u indipendenti, kemm fuq l-internet u kemm jekk le, huma essenzjali biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-iskrutinju – li t-tnejn huma meħtieġa għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni – billi jipprovdu pjattaforma biex tinkixef il-korruzzjoni u billi jagħtu aċċess liċ-ċittadini u s-soċjetà għall-informazzjoni;

S.

billi data miftuħa u gvern miftuħ jagħtu s-setgħa liċ-ċittadini peress li jagħtuhom aċċess għall-informazzjoni dwar il-baġits u l-ispejjeż governattivi;

T.

billi l-iżvelaturi huma essenzjali biex jikxfu l-korruzzjoni, il-frodi, il-ġestjoni ħażina u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, minkejja r-riskju personali għoli, u billi n-nuqqas ta’ protezzjoni kontra r-ritaljazzjoni, il-kontrolli fuq l-informazzjoni, il-liġijiet dwar il-libell u l-malafama, u l-investigazzjoni inadegwata tad-dikjarazzjonijiet tal-iżvelaturi jistgħu kollha jiskoraġġixxu lill-persuni milli jitkellmu, u ta' spiss jistgħu jikkompromettu s-sikurezza personali tagħhom kif ukoll dik tal-familji tagħhom; billi l-UE għandha dmir li tħarishom, b'mod partikolari billi tuża bl-aktar mod effikaċi possibbli l-istrumenti ta’ kooperazzjoni bħall-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR);

U.

billi s-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u l-għajnuna li tkun qed tingħata joffru opportunitajiet ta’ korruzzjoni minħabba n-natura tal-attivitajiet u l-kumplessità tal-azzjonijiet u tal-atturi li jeżegwuhom, u billi dawn “l-opportunitajiet” jinkludu t-tixħim, it-tixkil, l-estorsjoni li jħabbat wiċċu magħha l-persunal tal-aġenziji tal-għajnuna, l-imġiba ħażina tal-persunal tal-aġenziji tal-għajnuna, il-frodi, ir-reġistrazzjoni falza fil-kontijiet, id-devjazzjoni tal-għajnuna li tasal u l-isfruttament ta' min hu fil-bżonn, u jalimentaw sens mifrux ta' disperazzjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet pubbliċi ta' kull tip; billi l-miżapproprjazzjoni tal-għajnuna umanitarja hija ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali,

V.

billi 25 % tal-investigazzjonijiet kollha miftuħa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandhom x'jaqsmu mal-għajnuna esterna Ewropea lill-pajjiżi terzi, u billi EUR 17,5 miljun ġew irkuprati b'riżultat ta’ dawn l-investigazzjonijiet (12);

W.

billi jista' jkun li l-għajnuna tal-UE lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw tinħela mingħajr sistema li ma tinkludix il-kontrolli u l-limitazzjonijiet xierqa fil-pajjiżi benefiċjarji u l-monitoraġġ indipendenti komplut tas-sistema ta' integrità li takkumpanja l-użu tal-fondi;

X.

billi l-banek pubbliċi Ewropej, kemm dawk li huma istituzzjonijiet tal-UE (il-BEI) u kemm dawk li l-azzjonisti tagħhom huma l-Istati Membri tal-UE (il-BERŻ), allegatament kienu involuti fi skandli ta' korruzzjoni fl-operazzjonijiet tagħhom barra l-Unjoni Ewropea;

Y.

billi d-donaturi tal-għajnuna u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, bħall-Bank Dinji u l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), għandhom irawmu riforma effettiva tal-governanza fil-pajjiżi debituri u jikkontribwixxu għal ġlieda effikaċi kontra l-korruzzjoni anke billi jivvalutaw b'mod kritiku u jindirizzaw ir-riskji evidenzjati tal-korruzzjoni u d-degradazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem assoċjati ma' ħafna miżuri imposti fil-kuntest tal-programmi ta' aġġustament strutturali, bħall-privatizzazzjoni tal-impriżi u r-riżorsi tal-istat;

Z.

billi t-traffikar tal-bnedmin jiddependi ħafna fuq netwerks kumplessi u korrotti li jinsabu transversalment f'kull fergħa tal-gvern, l-amministrazzjoni pubblika, l-infurzar tal-liġi u s-settur privat fil-pajjiżi ta' oriġini, ta' tranżitu u ta' destinazzjoni tal-vittmi, u billi l-korruzzjoni ddgħajjef l-azzjonijiet tal-atturi li jiġġieldu kontra t-traffikar, minħabba l-korruzzjoni tal-pulizija u tal-persunal ġudizzjarju u fil-proċeduri għall-arrest u l-prosekuzzjoni tat-traffikanti u l-forniment tal-għajnuna legali u l-protezzjoni tax-xhieda għall-vittmi tat-traffikar;

AA.

billi l-korruzzjoni u l-imġiba ħażina min-naħa tal-forzi armati, is-settur tad-difiża, l-awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi u l-forzi għaż-żamma tal-paċi jikkawżaw riskji serji għall-ħajjiet, l-integrità fiżika, il-protezzjoni, il-libertà u d-drittijiet taċ-ċittadini fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u billi s-settur tad-difiża u l-proċeduri ta' akkwist fil-qasam tad-difiża għadhom ikkaratterizzati minn livelli inaċċettabbli ta’ korruzzjoni u huma partikolarment imħarsa mis-segretezza abbażi tas-sigurtà nazzjonali; billi għandu jkun hemm skrutinju mill-qrib tal-proċeduri ta' akkwist pubbliku għall-forniment ta' tagħmir ta' sigurtà;

AB.

billi l-użu tal-kumpaniji militari u ta' sigurtà privati, kemm minn atturi pubbliċi, kif ukoll minn atturi privati, kiber b'mod esponenzjali matul dawn l-aħħar għoxrin sena, u billi, minħabba n-natura tal-attivitajiet tagħhom, il-kumpaniji militari u ta' sigurtà privati huma partikolarment vulnerabbli għall-korruzzjoni u ġew akkużati b'abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, minkejja li l-biċċa l-kbira tad-drabi joperaw f'qasam li ma jaqax taħt regolamentazzjoni stretta, mingħajr r-responsabilità fil-konfront tal-pubbliku li ġeneralment hu rikjest mill-forzi armati;

AC.

billi l-livell ta' implimentazzjoni, użu u effiċjenza tal-assistenza legali reċiproka u l-mekkaniżmi għall-irkupru tal-assi skont il-Kapitoli IV u V tal-UNCAC għadu baxx fost l-Istati Parteċipanti fil-UNCAC, u billi dawk l-Istati Parteċipanti għad iridu jwettqu b'mod sħiħ l-obbligi tagħhom skont il-Kapitolu IV (“Kooperazzjoni Internazzjonali”) u V (“Irkupru tal-Assi”) tal-Konvenzjoni fir-rigward tal-kooperazzjoni internazzjonali u, aktar speċifikament, għad iridu jwettqu b'mod suffiċjenti l-obbligi tagħhom ta' assistenza legali reċiproka skont l-Artikolu 46 tal-UNCAC;

AD.

billi l-kummerċ globali f'armi konvenzjonali u munizzjoni li hu nieqes minn regolamentazzjoni tajba u mhuwiex trasparenti jalimenta l-kunflitt, il-korruzzjoni, il-faqar. l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u l-impunità;

AE.

billi l-korruzzjoni fl-ogħla livelli tal-gvern fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw isseħħ l-aktar bil-kompliċità kif ukoll bl-għajnuna ta' ċerti negozjanti, avukati, istituzzjonijiet finanzjarji u uffiċjali pubbliċi fil-pajjiżi żviluppati, inkluż fl-Istati Membri tal-UE, u billi dawn l-istituzzjonijiet u l-korporazzjonijiet, waqt li injoraw sfaċċatament ir-regolamenti kontra l-ħasil tal-flus fil-livell tal-UE u dak internazzjonali, ipprovdew il-kanali għall-ħasil tal-irkaptu mill-korruzzjoni fil-pajjiżi żviluppati u f'dawk li qed jiżviluppaw, għall-ħolqien ta' strutturi opaki u għall-ħabi ta' assi fil-“ġurisdizzjonijiet ta' segretezza”;

AF.

billi approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem fir-rigward tal-politiki kontra l-korruzzjoni jsaħħaħ il-kuxjenza ġenerali li mhumiex biss il-fondi pubbliċi li jintlaqtu mill-korruzzjoni, imma anke d-drittijiet individwali u l-opportunitajiet taċ-ċittadini; billi l-assoċjazzjoni mill-qrib tal-movimenti internazzjonali kontra l-korruzzjoni u l-movimenti għad-drittijiet tal-bniedem se jissensibilizzaw aktar lill-pubbliku u jrawmu d-domanda min-naħa tal-pubbliku għal ftuħ, responsabbiltà u ġustizzja, u billi l-irbit tal-atti ta’ korruzzjoni mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem joħloq possibilitajiet ġodda għal azzjoni, speċjalment fejn il-korruzzjoni tista’ tiġi sfidata bl-użu tal-mekkaniżmi nazzjonali, reġjonali u internazzjonali eżistenti għall-monitoraġġ tal-konformità mad-drittijiet tal-bniedem;

Il-koerenza bejn il-politiki interni u dawk esterni

1.

Jemmen li l-uniku mod kif l-UE tista' ssir mexxej kredibbli u influwenti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, hu li tindirizza l-problemi tal-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus fi ħdan il-fruntieri tagħha stess b'mod adegwat; jilqa’, f’dan ir-rigward, ir-“Rapport tal-UE Kontra l-Korruzzjoni” li għandu jinħareġ mill-Kummissjoni; jittama li l-identifikazzjoni mill-Kummissjoni tal-oqsma vulnerabbli għall-korruzzjoni fl-Istati Membri tgħin biex jiġu intensifikati l-isforzi kontra l-korruzzjoni, biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-aħjar prattiċi, jiġu identifikati t-tendenzi fl-UE, u jitqanqal it-tagħlim bejn il-pari u konformità ulterjuri mal-impenji tal-UE u dawk internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta inizjattivi ta’ politika tal-UE fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni bħal Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra l-Korruzzjoni;

2.

Jilqa’, f’dan ir-rigward, in-negozjar mill-ġdid tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq it-Tfaddil, maħsub effettivament sabiex tintemm is-segretezza bankarja; jikkunsidra li t-tisħiħ tar-regolamentazzjoni u t-trasparenza fir-rigward tar-reġistri tal-kumpaniji u r-reġistri tat-trusts fl-Istati Membri kollha tal-UE hu prerekwiżit biex tiġi affaċċjata l-korruzzjoni, kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi terzi; jemmen li r-regoli tal-UE għandhom jimponu obbligu li jiġu rreġistrati l-istrutturi legali kollha u d-data relatata mas-sjieda benefiċjarja tagħhom, u li din l-informazzjoni tiġi ppubblikata fuq l-internet, tiġi mmarkata elettronikament b'tags, f’format li jippermetti tfittxija, sabiex tkun tista' tiġi aċċessata mingħajr ħlas;

3.

Hu tal-opinjoni li l-UE għandha ssegwi l-eżempju tal-Istati Uniti fil-promulgazzjoni tal-Att Sergei Magnitsky dwar ir-Responsabbiltà fil-konfront tal-Istat tad-Dritt ta' tal-2012 u tadotta leġiżlazzjoni simili fil-livell tal-UE, bħala qafas emblematiku u operattiv li jistabbilixxi r-rabta bejn il-korruzzjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden għaldaqstant lill-Kunsill jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi lista komuni tal-UE tal-uffiċjali involuti fil-mewt ta’ Sergei Magnitsky, fil-ħabi ġudizzjarju sussegwenti u fil-fastidju kontinwu u sostnut tal-familja tiegħu; iżid li din id-Deċiżjoni tal-Kunsill għandha timponi sanzjonijiet immirati fuq dawk l-uffiċjali, bħall-projbizzjoni tal-viża madwar l-Ewropa kollha u ordni għall-iffriżar ta’ kwalunkwe assi finanzjarji li huma jew il-familja immedjata tagħhom jista’ jkollhom fl-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni tfassal pjan ta' azzjoni, bl-għan li toħloq mekkaniżmu għall-elenkar u l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet simili mmirati kontra l-uffiċjali tal-pajjiżi terzi (inklużi uffiċjali tal-pulizija, prosekuturi u mħallfin) involuti fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u f'“manipulazzjonijiet” ġudizzjarji kontra l-iżvelaturi, il-ġurnalisti li jirrapportaw dwar il-korruzzjoni u l-attivisti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi terzi; jisħaq fuq il-fatt li l-kriterji ta' inklużjoni fil-lista għandhom ikunu mibnija fuq il-bażi ta’ sorsi ddokumentati tajjeb, konverġenti u indipendenti u fuq evidenza konvinċenti, waqt li jiġu previsti mekkaniżmi ta’ rimedju għad-destinatarji;

Ir-responsabilità u t-trasparenza tal-għajnuna esterna u l-baġits pubbliċi

4.

Jappoġġa bi sħiħ l-impenn tal-UE li tħaddan u tintegra l-kunċett ta' sjieda demokratika fil-politiki ta' żvilupp kollha tagħha, jiġifieri l-parteċipazzjoni effettiva u sħiħa tal-persuni fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ tal-istrateġiji ta' żvilupp u l-politiki tad-donaturi u tal-gvernijiet sħab; hu tal-opinjoni li tali politika trawwem l-involviment tal-benefiċjarji tal-programm u għalhekk tikkontribwixxi għal monitoraġġ u responsabilità akbar fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri japplikaw il-prinċipju li l-kundizzjoni għall-programmi ta' għajnuna għall-iżvilupp tagħhom għandha tkun il-konformità mal-istandards internazzjonali kontra l-korruzzjoni u jintroduċu klawżola kontra l-korruzzjoni fil-kuntratti dwar akkwist pubbliku kif irrakkomandat mill-OECD; jitlob li l-Kummissjoni tkompli trawwem livelli għoljin ta' trasparenza tal-għajnuna f'format diġitali li jista' jinqara elettronikament u tuża standard komuni biex tiżgura komparabilità kemm ma' donaturi oħrajn, u anke, b'mod aktar partikolari, b'mod konformi mal-ħtiġijiet tal-gvernijiet benefiċjarji;

5.

Jisħaq fuq il-fatt li, biex jiġi żgurat li l-faċilitajiet ta’ taħlit jespandu l-effikaċja tal-finanzjament għall-iżvilupp, il-governanza ta’ dawk l-istrumenti teħtieġ li tiġi eżaminata mill-ġdid, bl-għan li tintwera trasparenza akbar fil-kriterji tal-għażla ta’ proġetti u responsabbiltà fil-konfront tas-soċjetà b’mod ġenerali; ifakkar li l-istabbiliment ta’ għadd kritiku ta’ rekwiżiti minimi għall-għażla, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ proġetti jista’ jiffaċilita l-komparabilità u jservi ta' bażi koerenti għall-informazzjoni dwar ir-rendiment tal-operazzjonijiet; jinnota li l-progress u l-impatt fuq l-iżvilupp tal-proġetti għandhom jiġu rrappurtati b’mod sistematiku biex jiġġustifikaw l-użu tar-riżorsi tal-għajnuna minn faċilitajiet ta’ taħlit, mhux biss lid-donaturi u l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej involuti, iżda anke lill-pubbliku ġenerali;

6.

Hu tal-fehma li l-Kummissjoni għandha timponi l-aktar livelli stretti ta' integrità fil-proċessi tal-akkwist għall-implimentazzjoni tal-proġetti ffinanzjati mill-UE, b'mod partikolari billi tippromwovi aċċessibilità akbar għal sejħiet għal offerti għall-organizzazzjonijiet lokali; jisħaq fuq il-fatt li approċċ għall-akkwist ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem jibbenefika mill-parteċipazzjoni ta’ firxa usa’ ta’ atturi, partikolarment dawk affettwati mill-proċess tal-offerti (bħall-assoċjazzjonijiet tas-sidien tal-art, kif ukoll gruppi żvantaġġati); jikkunsidra li approċċ għall-akkwist ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem jinkoraġġixxi wkoll lill-awtoritajiet jagħtu s-setgħa lill-gruppi żvantaġġati biex dawn ikunu jistgħu jikkompetu fil-proċessi tal-akkwist u jwessgħu l-kriterji li fil-konfront tagħhom jiġu vvalutati l-kumpaniji fil-proċessi ta' akkwist; ifakkar li l-monitoraġġ tar-riżultati tal-proġetti b’kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili u l-fatt li l-awtoritajiet lokali jinżammu responsabbli huma essenzjali biex jiġi stabbilit jekk il-fondi tal-UE humiex qegħdin jintużaw kif xieraq; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ma tagħtix proġetti lill-kuntratturi li s-sidien benefiċjarji tagħhom mhumiex magħrufa, jew li jkollhom struttura korporattiva li tippermettilhom jieħdu sehem faċilment fl-ipprezzar tat-trasferimenti;

7.

Iħeġġeġ lill-UE tkompli testendi t-trasparenza billi tappoġġa l-ħolqien ta’ sistema globali li tintraċċa l-wegħdiet ta’ għajnuna, b'mod li tkun tista' tobbliga lill-pajjiżi donaturi jżommu l-wegħdiet ta’ għajnuna tagħhom u jinżammu responsabbli għall-proġetti, l-istituzzjonijiet jew il-gruppi li huma jappoġġaw;

8.

Ifakkar, barra minn hekk, il-ħtieġa għal prevenzjoni ta' tekniki korrotti bħall-inflazzjoni tal-ispejjeż proġettwali, il-ħlasijiet għal proġetti u ħaddiema fittizji, l-użu mhux xieraq u korrott ta' kumpensi ekonomiċi u/jew industrijali, is-serq bla rażan ta' fondi tal-istat, l-ispejjeż ta' vjaġġar minfuħin u t-tixħim, fost affarijiet oħrajn, fl-implimentazzjoni tal-proġetti ffinanzjati mill-UE; jinsisti, għalhekk, fuq il-ħtieġa ta' monitoraġġ tul il-katina kollha ta' finanzjament tal-UE, inklużi t-tfassil tal-politiki u r-regolamentazzjoni, l-ippjanar u l-ibbaġitjar, l-iffinanzjar, it-trasferimenti fiskali, l-iżvilupp tal-ġestjoni u tal-programmi, is-sejħiet għal offerti u l-proċeduri ta' akkwist, il-kostruzzjoni, l-operat u l-manutenzjoni u l-pagament tas-servizzi;

9.

Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tirriklama l-mekkaniżmi ta' rappurtar fi ħdan l-OLAF fir-rigward tal-użu ħażin tal-fondi tal-UE fost il-parteċipanti fis-sejħiet għal offerti pubbliċi u l-benefiċjarji tal-għajnuna tal-UE, u tipproduċi linji gwida politiċi dwar it-trattament tal-informazzjoni li jipprovdu l-iżvelaturi fir-rigward ta' dawk l-abbużi f'pajjiżi terzi, li jippermettu segwitu, l-għoti ta’ feedback u ħarsien mir-ritaljazzjoni adegwati, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni tal-gruppi l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni, b’mod speċjali dik tan-nisa, f’ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw peress li huma partikolarment suxxettibbli li jkunu l-objettivi ta’ korruzzjoni u li jikkooperaw fil-kxif tagħha, iżda huma suxxettibbli wkoll li jkunu aktar vulnerabbli u stigmatizzati talli jikkooperaw;

10.

Jisħaq fuq il-fatt li l-UE trid tenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni tad-dritt għal parteċipazzjoni u tad-dritt għal aċċess għall-informazzjoni u l-mekkaniżmi ta’ responsabbiltà pubblika bħal data miftuħa bħala l-prinċipji fil-qalba tad-demokrazija fil-pjattaformi kollha ta’ djalogu ma' pajjiżi terzi, inkluż f’relazzjonijiet bilaterali u fl-ogħla livell; jisħaq fuq il-fatt li l-libertà tal-istampa u tal-midja, kemm jekk fuq l-internet u kemm jekk le, hija vitali f’dan ir-rigward; jissuġġerixxi li l-UE tiffinanzja proġetti f'pajjiżi terzi biex tappoġġa l-infurzar ta’ dawn il-prinċipji, speċjalment fil-pajjiżi li għaddejjin mill-proċessi ta’ demokratizzazzjoni, biex tiżgura l-integrazzjoni tal-ġeneri fil-politiki u l-azzjonijiet predominanti, waqt li tiżgura li l-proċessi ta' dan it-tip ikunu jinvolvu lis-soċjetà ċivili, b’mod speċjali lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, it-trejdunjins, in-nisa u l-gruppi partikolarment vulnerabbli tal-popolazzjoni u tassisti fit-tfassil tal-liġijiet għal protezzjoni effikaċi tal-iżvelaturi;

11.

Jinnota, f’dan ir-rigward, li l-UE trid tmexxi bl-eżempju; jinsisti li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jieħdu sehem b'mod attiv fl-inizjattivi internazzjonali għal trasparenza baġitarja akbar, bħas-Sħubija għal Gvern Miftuħ, l-Inizjattiva għal Baġit Miftuħ u l-Inizjattiva Internazzjonali għat-Trasparenza tal-Għajnuna, sabiex jippromwovu tali impenn mill-pajjiżi sħab bħala elementi imperattivi tal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi estensjoni tad-definizzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem biex tinkludi l-attivisti kontra l-korruzzjoni, il-ġurnalisti investigattivi u, b’mod speċjali, l-iżvelaturi;

13.

Jindika li l-UE, bħala waħda mill-ikbar donaturi fid-dinja, għandha ssegwi u tespandi l-każijiet riċenti fejn l-għoti tal-għajnuna esterna tal-UE ntrabat ma' riformi baġitarji lejn trasparenza akbar, aċċess għad-data u proċessi parteċipatorji u tarmonizza l-prinċipji gwida f’dan ir-rigward ma’ donaturi oħrajn; hu tal-opinjoni li l-UE għandha tistabbilixxi punti ta’ riferiment u kriterji ċari u pubbliċi, f’approċċ ibbażat fuq l-inċentivi, għall-gvernijiet benefiċjarji biex jiftħu l-proċessi baġitarji tagħhom u jinkorporaw it-trasparenza, il-parteċipazzjoni pubblika u komponenti ta’ sorveljanza fl-isforzi tagħhom, permezz ta’ taħriġ jew assistenza teknika; iħeġġeġ lill-UE tippromwovi u tappoġġa l-iżvilupp ta’ ambjent li jippermetti li l-korpi ta’ sorveljanza fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (inklużi l-parlamenti, il-qrati tal-awdituri, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-midja) iwettqu l-funzjonijiet fundamentali tagħhom u għaldaqstant jiġġieldu kontra l-korruzzjoni;

14.

Jindika li, minn naħa, l-UE għandha tuża l-qafas ta' “sħubijiet avvanzati” mal-pajjiżi terzi biex tinsisti f'mod effikaċi ma' dawk ir-reġimi li jbatu minn korruzzjoni endemika biex jadottaw riformi biex jimplimentaw il-prinċipji msemmijin hawn fuq. hu tal-fehma li d-djalogu politiku, il-pressjoni u l-kooperazzjoni mill-UE lejn il-ħtieġa għal riforma għandhom ikunu viżibbli u trasparenti u għandhom jintegraw mekkaniżmi ta' monitoraġġ adegwati u ambizzjużi; hu tal-fehma li l-UE għandha tikkundanna b’mod pubbliku d-dħul fis-seħħ ta' liġijiet li jrażżnu l-libertà tal-midja u l-attivitajiet tas-soċjetà ċivili bħala pedamenti fundamentali għar-responsabilità u għandha tfassal strateġiji biex tadatta r-relazzjonijiet ma’ dawk il-pajjiżi sabiex trawwem ir-riforma b’mod viżibbli; jisħaq fuq il-ħtieġa għal klawżoli rigward id-drittijiet tal-bniedem, li jkunu definiti b'mod ċar u li jiġu osservati, fil-ftehimiet ma' pajjiżi terzi li jkunu jippermettu li kull ftehim ta' sħubija jiġi sospiż meta jiġi kkostatat ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem;

15.

Jappoġġa aktar trasparenza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-investimenti tal-flus pubbliċi Ewropej, speċifikament fil-proġetti tal-BEI u l-BERŻ li jista' jkollhom impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-BEI u l-BERŻ isaħħu l-politiki tagħhom kontra l-frodi u l-korruzzjoni, b'mod li jiżguraw it-trasparenza sħiħa tal-investimenti barra mill-Unjoni Ewropea; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-BEI u l-BERŻ jaffermaw ir-rieda tagħhom li jevitaw investimenti riskjużi, speċjalment permezz ta’ intermedjarji finanzjarji, u li jadottaw approċċ ibbażat fuq ir-riskju u valutazzjonijiet imtejba tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-proġetti li huma jappoġġaw, flimkien ma' kontroll sod tad-diliġenza dovuta fil-konfront tad-drittijiet tal-bniedem u l-integrità tal-operazzjonijiet kollha tal-klijenti tagħhom; hu tal-fehma li għandha tingħata attenzjoni partikolari sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni pubblika kif ukoll konsultazzjoni informata bla ħlas minn qabel mal-komunitajiet affettwati fl-istadji kollha tal-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-proġetti ffinanzjati; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea jużaw l-influwenza tagħhom bħala l-membri esklużivi tal-BEI u l-azzjonisti prinċipali tal-BERŻ biex irawmu riforma sinifikanti ta’ dawn l-istituzzjonijiet sabiex ikun possibbli li jsir skrutinju demokratiku akbar tad-deċiżjonijiet u tar-responsabbiltà tagħhom;

16.

Jikkunsidra li l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, bħall-FMI u l-Grupp tal-Bank Dinji, għandhom iwettqu valutazzjoni tar-riskju ta' korruzzjoni fil-miżuri proposti lill-pajjiżi debituri permezz tal-Proċessi ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni, flimkien ma' valutazzjoni tal-impatt ta' dawn tal-aħħar fuq id-drittijiet tal-bniedem; hu tal-fehma li l-Proċessi ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni għandhom jinkludu riformi għat-titjib tal-governanza u t-trasparenza; jinsisti li sistemi ta’ sorveljanza adegwati, b’riżorsi tajbin u indipendenti għandhom isegwu l-implimentazzjoni tal-programmi billi jwettqu eżerċizzji ta’ awditjar u spezzjonijiet frekwenti; iżid li għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-kapparrament tal-art, l-evizzjonijiet sfurzati, l-akkwist fil-qasam tad-difiża, baġits għad-difiża separati u l-iffinanzjar ta' attivitajiet militari u paramilitari f’pajjiżi debituri; jistieden lill-Istati Membri jużaw l-influwenza tagħhom bħala membri tal-FMI u tal-Bank Dinji biex jinsistu fuq aktar trasparenza u fuq mekkaniżmi parteċipatorji fin-negozjar tal-Proċessi ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u ta' programmi ta' finanzjament oħra u biex irawmu aktar skrutinju demokratiku tad-deċiżjonijiet u r-responsabilità tagħhom;

17.

Jitlob lill-istituzzjonijiet finanzjarji bilaterali u multilaterali, inklużi l-Grupp tal-Bank Dinji, il-FMI, il-banek tal-iżvilupp reġjonali, l-aġenziji ta' kreditu għall-esportazzjoni u l-banek tas-settur privat, jirrikjedu li l-kumpaniji tal-estrazzjoni u l-gvernijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kampanja “Ippubblika Dak Li Tħallas” u/jew l-istandards tal-Inizjattiva għat-trasparenza tal-industriji estrattivi dwar it-trasparenza tal-ħlasijiet bħala prekundizzjoni għall-appoġġ kollu għall-proġetti;

18.

Jilqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni Kontra l-Korruzzjoni tal-G20 f’Seoul u jemmen li l-momentum maħluq għandu jiġi sostnut sabiex jiġi żgurat sforz internazzjonali kkoordinat maħsub biex jiġġieled kontra l-korruzzjoni f’oqsma kruċjali;

Il-korruzjoni u l-politiki ta' żvilupp

19.

Jenfasizza li l-ifqar nies fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, peress li huma jiddependu ħafna fuq is-servizzi pubbliċi, jintlaqtu b’mod sproporzjonat mill-korruzzjoni minuri, inkluża l-hekk imsejħa “korruzzjoni kwieta” meta l-uffiċjali pubbliċi jonqsu milli jipprovdu servizzi jew kontributi li għalihom ikunu tħallsu mill-gvern (bħal fil-każ ta’ għalliema assenti fl-iskejjel pubbliċi jew tobba assenti fil-kliniċi primarji);

20.

Jisħaq fuq il-fatt li l-korruzzjoni toħloq ostakoli għall-investiment dirett barrani (IDB) u tiskoraġġixxi lill-atturi esterni milli jinvolvu ruħhom f’kooperazzjoni ekonomika mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

21.

Jemmen li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, inklużi r-rifuġji fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u d-delokalizzazzjonijiet illeċiti tal-kapital, hija parti minn sforz usa' għall-promozzjoni ta' governanza tajba, li hija definita bħala waħda mill-prijoritajiet fundamentali biex tissaħħaħ l-effikaċja tal-politika tal-iżvilupp tal-UE fl-Aġenda għall-Bidla tal-2011 (COM(2011)0637). jenfasizza l-ħtieġa li l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni tiġi infurzata bis-sħiħ u minnufih.

22.

Jindika li l-isforzi kollha kontra l-korruzzjoni għandhom jiġu akkumpanjati minn appoġġ għall-programmi maħsuba biex jipprevjenu l-korruzzjoni permezz tal-edukazzjoni u l-kampanji ta' sensibilizzazzjoni;

23.

Ifakkar fl-impenji li ttieħdu fil-qafas tas-Sħubija ta’ Busan għal Żvilupp Effikaċi għall-Iżvilupp, u jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jimplimentawhom sabiex jintensifikaw l-isforzi konġunti favur il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u kontra l-flussi illeċiti ta’ flus;

24.

Jemmen li huwa essenzjali li tiġi żgurata l-konsistenza tal-politiki ta’ żvilupp sabiex il-korruzzjoni tiġi indirizzata u eliminata; jenfasizza wkoll li jeħtieġ li tiżdied l-assistenza tal-UE fl-oqsma tal-governanza fiskali u l-azzjoni kontra l-frodi fiskali, taħt l-Istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp strument (DCI) u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ);

It-titjib tal-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri

25.

Jitlob lill-Istati Membri jemendaw il-liġijiet kriminali tagħhom, fejn ikun meħtieġ, biex jistabbilixxu ġurisdizzjoni fuq l-individwi ta’ kwalunkwe nazzjonalità li jinstabu fit-territorju tagħhom u li jkunu wettqu atti ta' tixħim jew tbagħbis fil-fondi pubbliċi, irrispettivament fejn ikun twettaq ir-reat, sakemm l-irkaptu ta' dawk l-attivitajiet kriminali ikun instab fl-Istat Membru kkonċernat jew ikun inħasel hemm, jew il-persuna jkollha “konnessjoni mill-qrib” mal-Istat Membru, speċifikament permezz taċ-ċittadinanza, ir-residenza jew is-sjieda benefiċjarja ta' kumpanija li jkollha l-kwartieri ġenerali fl-Istat Membru, jew ma' kumpaniji sussidjarji fl-Istat Membru;

26.

Jindika li, madankollu, l-Istati Membri għandhom jeżerċitaw ġudizzju attent meta jipprovdu informazzjoni lil pajjiżi terzi rigward individwi akkużati b'korruzzjoni, tbagħbis jew evażjoni fiskali, sabiex id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ma jiġux involuti b'mod inġust, kif ġara fil-każ ta' Ales Bialiatski;

27.

Hu tal-fehma li l-liġijiet dwar id-diffamazzjoni/il-libell jistgħu jiskoraġġixxu lil persuni milli jirrapportaw dwar korruzzjoni f'pajjiżi terzi; iħeġġeġ għaldaqstant lill-Istati Membri kollha jmexxu bl-eżempju u jiddekriminalizzaw il-liġijiet dwar id-diffamazzjoni/il-libell fis-sistemi ġuridiċi tagħhom, tal-anqas fil-każijiet fejn ikunu kkonċernati allegazzjonijiet ta’ kriminalità organizzata, korruzzjoni u ħasil tal-flus fl-Istati Membri u barra;

28.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw, kif irrakkomandat mill-UNCAC, miżuri leġiżlattivi u ta' tip ieħor biex jistabbilixxu bħala reat kriminali, meta jitwettaq intenzjonalment, l-istagħnar illeċitu – jiġifieri, żieda sinifikanti fl-assi ta’ uffiċjal pubbliku li dan ma jkunx jista’ jispjega b’mod raġonevoli meta mqabbel mad-dħul legali tiegħu;

It-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-istituzzjonijiet kontra l-korruzzjoni

29.

Jilqa' d-Dikjarazzjoni ta' Ġakarta ta' Novembru 2012 dwar il-Prinċipji tal-Aġenziji Kontra l-Korruzzjoni; jinkoraġġixxi lill-UE u lill-Istati Membri jieħdu pass ieħor u jibnu momentum fil-livell internazzjonali dwar il-ħtieġa li jiġi indirizzat in-nuqqas ta' effikaċja fl-indirizzar tal-korruzzjoni min-naħa tal-istituzzjonijiet kontra l-korruzzjoni maħluqa f'ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-aktar minħabba l-arranġamenti istituzzjonali tagħhom, in-nuqqas ta' indipendenza funzjonali mis-setgħa eżekuttiva, in-nuqqas ta' appoġġ politiku, is-sors tal-finanzi tagħhom, ir-regoli tagħhom għall-għażla u l-ħatra tal-uffiċjali u s-setgħat tagħhom ta' infurzar;

30.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jagħtu bidu għall-iżvilupp ta' standards internazzjonali dwar l-indipendenza u l-effikaċja tal-awtoritajiet kontra l-korruzzjoni, imfassla b'mod intergovernattiv bl-għan li finalment jiġu adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-NU, standards li jkunu ekwivalenti għall-Prinċipji ta' Pariġi għall-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u bl-istess kamp ta' applikazzjoni b'saħħtu tagħhom; jenfasizza li dawn il-principji għandhom jintużaw bħala punti ta' riferiment għar-responsabbiltà permezz ta' evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjonijiet ta' rendiment;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkonsolida l-kooperazzjoni ma’ donaturi oħrajn u mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar biex tiżviluppa l-kapaċitajiet tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar fil-pajjiżi benefiċjarji tal-għajnuna, b'mod li jiġu implimentati l-Istandards Internazzjonali għall-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

32.

Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jrawmu u juru appoġġ għall-ħolqien ta' Kummissjoni Internazzjonali Kontra l-Korruzzjoni stabbilita permezz ta' trattat internazzjonali jew permezz ta' Protokoll għall-UNCAC, li kieku jirriżulta f'korp internazzjonali ta' investigaturi kriminali mogħti setgħat ekwivalenti għal dawk tal-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u tal-prosekuzzjoni biex jinvestiga u jwettaq prosekuzzjoni tar-reati ta' korruzzjoni fit-territorji domestiċi tal-Istati firmatarji, u li jkun kapaċi wkoll iħarrek individwi fil-qrati kriminali nazzjonali;

33.

Jistieden lill-Istati Membri tal-UE jappoġġaw it-twaqqif ta’ Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-kriminalità finanzjarja, il-korruzzjoni u d-drittijiet tal-bniedem b’mandat komprensiv, inklużi pjan orjentat lejn l-objettivi u evalwazzjoni perjodika tal-miżuri kontra l-korruzzjoni meħuda mill-Istati; jistieden lil dawk l-Istati Membri tal-UE li ffirmaw iżda għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni tal-Liġi Kriminali dwar il-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa li nfetħet għall-firem fis-27 ta’ Jannar 1999, jirratifikawha mill-aktar fis;

Ir-responsabilità korporattiva

34.

Jiġbed l-attenzjoni għall-eżistenza ta’ manwal ibbażat fuq il-Konvenzjoni tal-OECD dwar il-Ġlieda kontra t-Tixħim ta’ Uffiċjali Pubbliċi Barranin fit-Tranżazzjonijiet Kummerċjali Internazzjonali, li jippermetti li l-kumpaniji jadottaw miżuri effikaċi ta’ kontroll intern, ta’ etika u ta’ konformità għall-finijiet ta' prevenzjoni u identifikazzjoni tal-korruzzjoni transkonfinali;

35.

Jitlob lill-impriżi kollha tal-UE jwettqu r-responsabbiltà korporattiva tagħhom biex jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem bi qbil mal-Prinċipji Gwida tan-NU; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni hi lesta tiżviluppa gwida dwar id-drittijiet tal-bniedem għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jiżviluppaw il-pjanijiet nazzjonali proprji tagħhom għall-implimentazzjoni tal-Prinċipji Gwida tan-NU u jinsistu fuq il-ħtieġa li anke l-pajjiżi sħab jaderixxu mal-istandards ta' responsabbiltà soċjali korporattiva rikonoxxuti internazzjonalment, bħal-Linji Gwida tal-OECD għall-Impriżi Multinazzjonali u d-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO tal-prinċipji li jikkonċernaw l-impriżi multinazzjonali u l-politika soċjali;

36.

Jitlob li jiġu żviluppati standards ta’ trasparenza u ta’ responsabbiltà aktar effettivi għal kumpaniji teknoloġiċi tal-UE marbuta mal-esportazzjoni tat-teknoloġiji li jistgħu jintużaw biex jiksru d-drittijiet tal-bniedem, jgħinu l-korruzzjoni jew jaġixxu kontra l-interessi ta’ sigurtà tal-UE;

37.

Jinnota li l-biċċa l-kbira tal-inizjattivi għat-titjib tal-prattika korporattiva fil-pajjiżi terzi, speċjalment fiż-żoni ta' kunflitt, bħall-Patt Globali tan-NU u l-Linji gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, ma jistabbilixxux bażi komuni u infurzar xieraq tal-linji gwida, u jiddependu fuq l-inizjattiva volontarja tal-kumpaniji biex jikkonformaw magħhom; jistieden lill-UE biex tkun minn ta' quddiem fl-isforzi internazzjonali biex jiġu stabbiliti l-istandards normattivi ta' dan it-tip, tal-anqas fil-ġurisdizzjoni tal-UE, filwaqt li tiffoka fuq ir-responsabbiltà tad-diretturi ta' korporazzjonijiet transnazzjonali u l-mekkaniżmi ta' rimedju għall-vittmi;

38.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni li tirrikjedi li l-kumpaniji tal-UE jiżguraw li l-akkwisti tagħhom ma jappoġġawx lil min iwettaq korruzzjoni, kunflitti u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, speċifikament billi jwettqu kontrolli u eżerċizzji ta' awditjar fuq il-ktajjen ta' provvista tal-materja prima tagħhom u jippubblikaw ir-riżultati; hu tal-fehma li d-diliġenza dovuta li l-kumpaniji tal-UE huma obbligati jwettqu, f’konformità mal-linji gwida ppubblikati mill-OECD, kieku tagħti spinta lin-negozji Ewropej u tagħmel id-drittijiet tal-bniedem u l-politiki tal-iżvilupp tal-UE aktar koerenti, speċjalment fiż-żoni mifluġa mill-kunflitti;

39.

Jenfasizza għal darba oħra l-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri jieħdu miżuri adegwati, anke taħt il-liġi kriminali, biex jimmonitorjaw u eventwalment jissanzjonaw lill-kumpaniji bbażati fit-territorju tagħhom li jkunu involuti f’korruzzjoni f'pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni tifformula lista pubblika tal-kumpaniji li jkunu nstabu ħatja ta’ prattiki korrotti jew li l-uffiċjali korporattivi tagħhom ikunu qed jiġu mħarrka għal prattiki korrotti fi Stati Membri jew f’pajjiżi terzi; hu tal-opinjoni li tali elenkar għandu jipprojbixxi lil dawk il-kumpaniji milli jipparteċipaw fi proċessi ta’ akkwist pubbliku jew milli jibbenefikaw mill-fondi tal-UE fl-Istati Membri tal-UE jew f’pajjiżi terzi fil-każ ta’ kundanna, u sakemm il-qorti ma tiħux deċiżjoni finali ta’ eżonerazzjoni; jevidenzja l-fatt li l-elenkar f’“listi suwed” jista’ jkun effettiv biex jiskoraġġixxi lill-kumpaniji milli jinvolvu rwieħhom f’attivitajiet korrotti u jipprovdi inċentiv tajjeb għalihom biex itejbu u jsaħħu l-proċeduri interni ta’ integrità tagħhom;

40.

Jilqa’ l-ftehimiet li ntlaħqu bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jirrikjedu li l-kumpaniji fis-settur tal-estrazzjoni u l-operaturi li jaqtgħu is-siġar fil-foresti primarji jiżvelaw il-ħlasijiet lill-gvernijiet għal kull pajjiż u għal kull proġett; iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-pajjiżi sħab kollha jirrikjedu żvelar ekwivalenti tal-ħlasijiet tal-kumpaniji transnazzjonali rreġistrati jew elenkati fis-swieq finanzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom; iħeġġeġ lill-UE tippromwovi dan l-istandard ta’ rappurtar fil-kuntest tar-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi sħab; hu tal-fehma li l-Kummissjoni, fir-reviżjoni futura tal-leġiżlazzjoni kkonċernata, għandha tikkunsidra li twessa' l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rappurtar għal kull pajjiż individwali biex jinkludi l-kumpaniji transnazzjonali tas-setturi kollha u r-rappurtar ta’ aktar informazzjoni, bħal bejgħ, assi, impjegati, profitti u taxxi;

L-operazzjonijiet ta' paċi u stabilità

41.

Jisħaq fuq il-fatt li l-korruzzjoni spiss talimenta l-kriminalità u tikkontribwixxi għall-kunflitti u għall-fraġilità u huwa tal-fehma li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni għandha tingħata aktar importanza fl-isforzi tal-UE għall-prevenzjoni tal-kunflitti u fl-azzjonijiet tagħha biex tindirizza s-sitwazzjonijiet ta’ fraġilità;

42.

Jisħaq fuq ir-rwol kruċjali ta' standards stretti ta' integrità fost il-forzi għaż-żamma tal-paċi fi ħdan in-NU u l-UA, speċifikament fil-kuntest tal-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika; jappoġġa t-talbiet għal riforma tas-sistema tal-miżuri ta’ integrità tan-NU, speċifikament il-ħtieġa li jiġu kkonsolidati l-investigazzjonijiet kollha dwar imġiba ħażina min-naħa tal-uffiċjali – inklużi l-investigazzjonijiet fuq il-post – f’entità interna waħda ta’ sorveljanza; jistieden, għalhekk, lin-NU tieħu passi biex tiżgura li dawk li jkunu vittimizzati minn min ikun responsabbli għaż-żamma tal-paċi ikollhom id-dritt għal rimedju, u biex ittejjeb il-mekkaniżmi ta' rappurtar u l-politika għall-ħarsien tal-iżvelaturi;

43.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Istandards Ġeneriċi ta’ Mġiba u l-Kodiċi ta’ Kondotta għall-missjonijiet tal-PSDK tal-UE jiġu żviluppati u aġġornati, biex jirriflettu b’mod xieraq l-isforzi kontra l-korruzzjoni kemm fil-missjonijiet u kemm fiż-żoni ta' missjoni; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jieħdu passi biex jiżguraw li dawk li jiġu vittimizzati mill-persunal Ewropew fil-missjonijiet ta’ paċi u tal-istat tad-dritt ikollhom dritt ta’ rimedju effikaċi; iħeġġeġ lill-Kunsill jistabbilixxi mekkaniżmi sikuri u adegwati ta' rappurtar u politika effikaċi għall-ħarsien tal-iżvelaturi; jisħaq fuq il-fatt li dawn il-mekkaniżmi jridu jkunu sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi;

44.

Jilqa’ l-inizjattivi bħad-Dokument ta’ Montreux u l-Kodiċi ta’ Kondotta Internazzjonali għall-Fornituri Privati ta’ Servizzi ta' Sigurtà (ICoC); jilqa’ l-appoġġ reċenti tal-Unjoni Ewropea għad-Dokument ta’ Montreux u n-numru kbir u dejjem jikber ta’ Stati Membri tal-UE li approvawh; jevidenzja, madankollu, li hemm bżonn ikun hemm infurzar aħjar tal-prinċipji stabbiliti; jistieden lill-Istati Membri kollha tal-UE jiżviluppaw aktar il-liġi u r-regolamenti nazzjonali tagħhom bi qbil mal-istandards stabbiliti fid-Dokument ta’ Montreux u jirrakkomanda li huma u l-UE jidħlu biss f’kuntratti li jirrispettaw il-prinċipji tal-inizjattivi mal-kumpaniji militari u ta' sigurtà privati; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġaw il-ħolqien tal-mekkaniżmu ta' sorveljanza tal-ICoC, li għandu jkun korp ta' konformità kapaċi li jittratta l-ilmenti u jimponi sanzjonijiet dissważivi (inklużi l-modifiki għall-kuntratti li jkunu jirrikjedu restrizzjonijiet addizzjonali, il-ħruġ ta' twissijiet uffiċjali, pieni finanzjarji u t-tneħħija temporanja jew permanenti tal-kumpanija militari u ta' sigurtà privata mis-sistema tal-ICoC) b'mod li jiżguraw konformità mal-impenji tal-kumpaniji militari u ta' sigurtà privati taħt l-ICoC u, u fl-aħħar mill-aħħar, iżommuhom responsabbli għalihom;

45.

Jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġaw il-ħolqien ta’ qafas internazzjonali biex jirregola l-attivitajiet tal-kumpaniji militari u ta' sigurtà privati, li jistabbilixxi kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, ħalli l-istati ospitanti jkollhom l-awtorità li jirregolaw il-kumpaniji militari u ta' sigurtà privati u l-istati kontraenti jkunu jistgħu jużaw is-setgħa tagħhom biex iħarsu d-drittijiet tal-bniedem u jipprevjenu l-korruzzjoni; jenfasizza li qafas ta' dan it-tip irid jinkludi sanzjonijiet dissważivi għall-ksur, ir-responsabilità għal min iwettaq vjolazzjonijiet u aċċess effikaċi għar-rimedji għall-vittmi, flimkien ma’ sistema ta’ liċenzjar u monitoraġġ li tirrikjedi li l-kumpaniji militari u ta' sigurtà privati kollha jiġu awditjati b’mod indipendenti u jipparteċipaw f’taħriġ obbligatorju tal-persunal kollu rigward id-drittijiet tal-bniedem;

Il-kooperazzjoni u l-assistenza internazzjonali

46.

Jirrakkomanda li l-Istati Membri jsaħħu l-implimentazzjoni tal-Kapitoli IV (Kooperazzjoni Internazzjonali) u V (Irkupru tal-Assi) tal-UNCAC, speċjalment biex jipprovdu aktar effiċjenza għall-assistenza legali reċiproka mitluba mill-pajjiżi terzi, speċifikament billi jinterpretaw il-leġiżlazzjoni domestika b’mod li jiffaċilita l-assistenza mitluba u billi jisseparaw il-konfiska mill-kundanna fl-istat li jagħmel it-talba bl-iskop li tkun ipprovduta assistenza legali reċiproka u billi jipprovdu lis-sistemi ġudizzjarji tagħhom bil-mezzi umani u finanzjarji meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jitrattaw il-kawżi kif xieraq u malajr; iħeġġeġ lill-UE tagħti prijorità lil din il-kwistjoni ta’ relevanza kbira fil-pajjiżi terzi li jkunu għaddejjin mill-proċess ta’ demokratizzazzjoni, speċifikament billi jindirizzaw l-ostakoli legali u n-nuqqas ta’ rieda għal kooperazzjoni miċ-ċentri finanzjarji fl-UE, li bosta drabi jżommu skema ta’ assistenza legali reċiproka mhux reattiva u ineffiċjenti;

47.

Hu tal-opinjoni li l-klawżola standard dwar id-drittijiet tal-bniedem introdotta fil-ftehimiet kollha mal-pajjiżi terzi għandha tinkludi wkoll impenn lejn il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-governanza tajba;

48.

Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tipproponi r-rispett tal-governanza tajba bħala element essenzjali fir-reviżjoni li jmiss tal-Ftehim ta’ Cotonou u twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni tal-korruzzjoni, sabiex tippermetti s-sanzjonar tal-ksur tal-klawżola ta’ governanza tajba fiċ-ċirkostanzi serji kollha, u mhux biss meta dan ikun relatat mal-politiki u l-programmi ekonomiċi u settorjali li l-Unjoni Ewropea tkun sieħba importanti fihom f’termini ta’ appoġġ finanzjarju;

49.

Jilqa’ d-deċiżjoni tat-Task Forces UE-Eġittu u UE-Tuneżija li jiffinalizzaw pjan direzzjonali għar-ritorn tal-assi miksuba b’mod illegali li għadhom iffriżati f’għadd ta’ pajjiżi terzi; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jaderixxu kompletament man-normi internazzjonali eżistenti li jirregolaw l-irkupru tal-assi, bħall-Kapitolu V tal-UNCAC, il-pjan ta' azzjoni dwar l-irkupru tal-assi kif żviluppat mis-Sħubija mal-Pajjiż Għarab fi Tranżizzjoni tal-G8 f'Deauville, u l-qafas leġiżlattiv ġdid żviluppat mill-Kunsill fis-26 ta' Novembru 2012; jikkunsidra li dispożizzjonijiet dwar l-irkupru tal-assi jservu ta' appoġġ għall-isforzi tal-pajjiżi biex jirrimedjaw l-agħar effetti tal-korruzzjoni, u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jagħmlu sforzi sinifikanti bl-għan li jiġi ffaċilitat ir-ritorn tal-assi miżapproprjati li nsterqu mir-reġimi preċedenti lill-poplu tal-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija; jisħaq fuq l-importanza ta' approċċ li jkun ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem għat-trattament tal-irkupra tal-assi u tad-dejn sovran mill-istati li jkunu qed ifeġġu minn reġimi fejn il-korruzzjoni tkun endemika; jappoġġa l-inizjattivi għall-awditjar tad-dejn sovran estern u intern bl-għan li tiġi skoperta l-korruzzjoni u l-impatt tagħha fuq id-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw l-inizjattivi għall-awditjar tad-dejn;

50.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jipprovdu assistenza legali u teknika lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jixtiequ jirkupraw assi misruqa (jew assi akkumulati illegalment minn dittatorjati) li jkunu qed jinżammu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea;

51.

Jindika li l-korruzzjoni fil-kummerċ tal-armi tirrapreżenta proporzjon kbir mill-korruzzjoni preżenti fit-tranżazzjonijiet globali; jilqa' t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-2 ta' April 2013, li jistabbilixxi standards u kriterji vinkolanti komuni għall-valutazzjoni tat-trasferimenti tal-armi internazzjonali; jilqa’ l-impenn tal-Istati Membri li jiffirmaw it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi fl-aktar data kmieni possibbli u jistedinhom li jkunu wkoll minn ta’ quddiem fl-isforzi tan-NU għar-ratifika u l-implimentazzjoni rapidi tat-Trattat Internazzjonali dwar l-Armi mill-Istati Membri kollha tan-NU; jinkoraġġixxi lill-UE tiżgura viġilanza akbar fir-rigward tal-esportazzjonijiet tal-manifatturi Ewropej tal-armi u tiġġieled kontra l-opaċità fis-settur tal-kummerċ tal-armi, b'mod speċjali fir-rigward tal-użu ta' intermedjarji u ta' kumpensi ekonomiċi/industrijali, bi qbil mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari;

o

o o

52.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, tal-istati kandidati u tal-pajjiżi assoċjati, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Unjoni Afrikana, lill-Fond Monetarju Internazzjonali, lill-Bank Dinji, lill-Bank Ewropew tal-Investiment, lill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u lin-Nazzjonijiet Uniti.


(1)  Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 2008

(2)  ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 165.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2012)0470.

(4)  Ara r-riżoluzzjoni A/RES/48/134 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.

(5)  OECD (2011), Linji gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, OECD Publishing.

(6)  Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, 2006 ISBN 92-2-119010-2 u 978-92-2-119010-3.

(7)  New York, Kwartieri Ġenerali tan-NU, 26 ta' Lulju 2000.

(8)  Assemblea Ġenerali tan-NU A/CONF.217/2013/L.3.

(9)  Inizjattiva CleanGovBiz, OECD 2013.

(10)  Inizjattiva CleanGovBiz, OECD 2013.

(11)  Flussi Finanzjari Illegali mill-Pajjiżi li qed jiżviluppaw matul id-Deċennju li spiċċa fl-2009, Global Financial Integrity.

(12)  Rapport Annwali 2011 tal-OLAF


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/16


P7_TA(2013)0395

Ippjanar tal-politika bil-quddiem u tendenzi fuq perjodu twil ta' żmien: implikazzjonijiet baġitarji għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar ippjanar tal-politika bil-quddiem u tendenzi fuq perjodu twil ta’ żmien: implikazzjonijiet baġitarji għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet (2012/2290(INI))

(2016/C 181/02)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (1) u, b’mod partikolari l-azzjoni preparatorja “Sistema interistituzzjonali għall-identifikazzjoni ta’ xejriet fit-tul” fil-baġit 2013,

wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju (UE, Euratom) Nru 966/2012, b’mod partikolari l-Artikoli 54(2)(a) u (b) u 54(e) tiegħu, applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u r-regoli ta’ applikazzjoni tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-ESPAS (Sistema Ewropea ta’ Analiżi tal-Istrateġiji u l-Politiki) “Tendenzi Globali 2030 – Ċittadini f’Dinja Interkonnessa u Poliċentrika”, maħruġ mill-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà (EUISS) (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0265/2013),

A.

billi għaddejjin minn perjodu ta’ tranżizzjoni rapida – evidenti fir-rigward tad-dinamiċi tas-setgħa, it-tibdil demografiku, it-tibdil fil-klima, l-urbanizzazzjoni u t-teknoloġija – li kulma jmur qed iżidu l-ħtieġa li dawk li jfasslu l-politiki fil-ġurisdizzjonijiet kollha jinvestu sforzi akbar fl-istudju u l-monitoraġġ tat-tendenzi globali ewlenin;

B.

billi l-baġit tal-UE tal-2010 pprovda, fuq inizjattiva tal-Parlament, li l-Kummissjoni twettaq proġett pilota fuq tul ta’ sentejn bil-għan li tesplora l-possibbiltà li tistabbilixxi “sistema interistituzzjonali li tidentifika x-xejriet fit-tul dwar kwistjonijiet ta’ politika ewlenin li tħabbat wiċċha magħhom l-UE”;

C.

billi l-baġit tal-UE 2012 awtorizza li l-proġett jgħaddi għall-fażi ta’ wara bħala azzjoni ta’ tħejjija għat-tliet snin mill-2012 sal-2014, bil-għan li, sa tmiem l-2014, tiġi stabbilita “Sistema Ewropea ta’ Analiżi tal-Istrateġiji u l-Politiki” (ESPAS) li tiffunzjona kompletament u tinvolvi lill-istituzzjonijiet rilevanti kollha tal-UE, bl-iżvilupp ta’ “kooperazzjoni ta’ xogħol aktar mill-qrib fost id-dipartimenti ta’ riċerka tal-istituzzjonijiet u korpi differenti tal-Unjoni li xogħolhom hu li janalizzaw xejriet politiċi fuq perjodu ta’ żmien medju u fit-tul” (3);

D.

billi l-istabbiliment ta’ sistema interistituzzjonali sostenibbli fil-livell amministrattiv għall-identifikazzjoni u l-immappjar ta’ tendenzi ewlenin li x’aktarx li se jsawru l-kuntest politiku tal-futur ikun jassisti u jappoġġja lill-istituzzjonijiet tal-UE fit-tħejjija u r-rispons għall-isfidi u fid-definizzjoni ta’ għażliet possibbli strateġiċi koerenti għas-snin futuri;

E.

billi sistema stabbilita u rikonoxxuta ferm bħal din tista’ tipprovdi bażi għal riflessjoni fil-kuntest tat-tħejjija tal-baġit tal-UE u l-istabbiliment ta’ prijoritajiet politiċi fuq bażi annwali u multiannwali u l-konnessjoni aktar diretta ta’ riżorsi finanzjarji ma' objettivi politiċi;

F.

billi l-potenzjament tan-nisa ma jistax jiġi rrealizzat mingħajr ir-rikonoxximent u l-implimentazzjoni effettiva tad-drittijiet tagħhom; billi l-ESPAS tista’ wkoll tipprovdi analiżi effettiva tal-isfidi ffaċċjati fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, mill-potenzjament politiku sal-ġlieda kontra kull sura ta’ diskriminazzjoni kontra n-nisa;

G.

billi l-ewwel rapport sponsorjat mill-ESPAS, “Tendenzi Globali 2030 – Ċittadini f’Dinja Interkonnessa u Poliċentrika”, ikkummissjonat mill-EUISS, jidentifika diversi tendenzi globali li jidhru li x’aktarx se jsawru d-dinja fid-diċennji li ġejjin;

H.

billi dawn it-tendenzi jinkludu, b’mod partikolari: il-potenzjament dejjem akbar tal-individwu, imsaħħa parzjalment mill-bidla teknoloġika; enfasi akbar fuq l-iżvilupp sostenibbli fuq sfond ta’ skarsezza ta’ riżorsi u faqar persistenzi li qed jikbru, u li qed jiġu aggravati mill-effetti tat-tibdil fil-klima; u t-tfaċċar ta’ sistema internazzjonali kkaratterizzata minn ċaqliq tas-setgħa lil hinn mill-istati, b’diskrepanzi dejjem akbar fil-governanza hekk kif il-mekkaniżmi tradizzjonali għar-relazzjonijiet interstatali qed jonqsu milli jirrispondu b’mod adegwat għad-domandi pubbliċi;

1.

Jemmen li tfassil koerenti u effettiv tal-politiki tal-UE se jiddependi aktar u aktar fuq l-identifikazzjoni f’waqtha ta’ dawk it-tendenzi globali ta’ perjodu twil li għandhom influwenza fuq l-isfidi u l-għażliet li tiffaċċja l-Unjoni f’dinja dejjem aktar kumplessa u interdipendenti;

2.

Jenfasizza kemm hu importanti li l-istituzzjonijiet tal-UE jikkooperaw b’mod effettiv biex jimmonitorjaw u janalizzaw dawn it-tendenzi li jseħħu fuq perjodu twil, kif ukoll jikkooperaw u jingħaqdu f’netwerk ma’ atturi oħra, inkluża l-komunità aktar wiesgħa tar-riċerka, kemm ġewwa u kemm barra l-Unjoni Ewropea, li huma interessati fi kwistjonijiet simili f’pajjiżi terzi; jenfasizza, f’dan il-kuntest, kemm hu importanti li jkompli għaddej il-proċess tal-iżvilupp ta’ kapaċità effettiva għall-għoti ta’ analiżi u parir interistituzzjonali indipendenti u ta’ kwalità għolja dwar it-tendenzi ewlenin li qed isibu ma’ wiċċhom dawk li jfasslu l-politiki fi ħdan is-sistema tal-UE;

3.

Jindika li, bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-iżvilupp ta’ strateġiji soċjoekonomiċi fit-tul u l-implimentazzjoni tal-politiki fl-UE jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ diversi oraganizzazzjonijiet pubbliċi, bħalma huma l-istituzzjonijiet Ewropej, il-ministeri tal-gvern, id-dipartimenti tal-awtorità lokali jew reġjonali u aġenziji speċifiċi; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-sħab ekonimċi u soċjali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u partijiet interessati oħra għandhom ukoll rwol fl-iżvilupp ta' strateġiji fit-tul flimkien ma' korpi pubbliċi fl-Istati Membri u fl-istituzzjonijiet Ewropej; għalhekk, jenfasizza li għandu jiġi applikat approċċ ta’ governanza f’diversi livelli;

4.

Jenfasizza li, minħabba l-karattru multiannwali, fit-tul u orizzontali tagħha, il-politika ta' koeżjoni hija, sforz in-neċessità, politika b'komponent qawwi ta' ppjanar progressiv, u li, minħabba s-sehem sinifikanti tagħha mill-baġit tal-UE, teħtieġ li jkollha pożizzjoni prominenti f’kull ippjanar baġitjaru progressiv;

5.

Jemmen li l-formolazzjoni tal-politiki fir-rigward tal-politika ta’ koeżjoni u oqsma oħra tiddependi dejjem aktar mill-identifikazzjoni f’waqtha tat-tendenzi globali fit-tul; jinnota, f’dan ir-rigward, diversi rapporti progressivi bħalma hu l-Proġett Ewropa 2030 (ir-rapport li tressaq lill-Kunsill Ewropew mill-Grupp ta’ Riflessjoni dwar il-Futur tal-UE 2030) u “Tendenzi Globali 2030 – Ċittadini f’Dinja Interkonnessa u Poliċentika” li tħejja mill-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà (EUISS) bħala parti mill-proġett tas-Sistema Ewropea ta’ Analiżi tal-Istrateġiji u l-Politiki (ESPAS); jirrakkomanda koordinazzjoni aktar mill-qrib ta’ tali inizjattivi ta’ rappurtar;

6.

Jitlob li l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi integrata fil-valutazzjoni tat-tendenzi globali fit-tul u fir-rapporti futuri bħala mezz biex jiġu miġġielda l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, id-diskriminazzjoni u l-faqar;

7.

Jilqa’ b’mod speċifiku l-eżitu s’issa tal-proġett pilota fil-livell amministrattiv (2010-2011) u l-azzjoni ta’ tħejjija (2012-2014) mfassla biex tiġi żviluppata Sistema Ewropea ta’ Analiżi tal-Istrateġiji u l-Politiki (ESPAS), sabiex tkun tista’ ssir l-identifikazzjoni ta’ tendenzi fit-tul dwar kwistjonijiet ewlenin li qed tiffaċċja l-Unjoni, u jirrakkomanda bil-qawwa li dan il-proċess jibqa’ għaddej wara li l-azzjoni ta’ tħejjija attwali tkun skadiet; u jqis li tali sistema għandha tinvolvi persunal mill-istituzzjonijiet u l-korpi rilevanti kollha tal-UE, inkluż il-Kumitat tar-Reġjuni; jemmen li l-mekkaniżmu ta’ rappurtar jeħtieġ li jkun is-suġġett ta’ diskussjoni li tinvolvi l-gruppi, in-negozji u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi kollha li huma ta’ interess;

8.

Iħeġġeġ lill-erba’ istituzzjonijiet u korpi li attwalment huma involuti fil-proċess tal-ESPAS – il-Kummissjoni, il-Parlament, il-Kunsill u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna – biex jelaboraw u jiffirmaw xi sura ta’ ftehim interistituzzjonali, li idealment jiġi konkluż fir-rebbiegħa tal-2014, fejn kull sieħeb jieħu l-impenn li jżomm u jipparteċipa fil-ftehim fuq bażi kontinwa;

9.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet u l-korpi parteċipanti jiddedikaw il-persunal u r-riżorsi finanzjarji meħtieġa għas-sistema ESPAS permezz ta’ kull wieħed mill-baġits rispettivi tagħhom, f’konformità sħiħa mar-Regolament Finanzjarju, u b’mod partikolari l-Artikolu 54(e) tiegħu, u fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali, ħalli jiġi żgurat li din il-kapabilità tkun tista’ tiġi żviluppata b’mod baġitarjament newtrali fis-snin li ġejjin, jenfasizza l-ħtieġa li l-istituzzjonijet tal-UE jinvestu f'persunal b’ħiliet esperti speċifiċi biex jikkontribwixxu bis-sħiħ għall-analizzar u l-monitoraġġ tax-xejriet globali kif ukoll il-ħiliet esperti biex jidentifikaw l-għażliet possibbli u jagħmlu rakkomandazzjonijiet ta’ politiki għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kull istituzzjoni tal-UE;

10.

Jinsisti li l-ESPAS titmexxa u tiġi sorveljata minn bord interistituzzjonali kompost kif jixraq, li jkun jistabbilixxi l-mandat u l-prijoritajiet tal-ESPAS u jaħtar kwalunkwe direttur jew uffiċjali oħra, u li fih il-Parlament, jekk jagħżel, se jiġi rappreżentat minn Membri – filwaqt li hu mifhum li, fi ħdan il-qafas tal-mandat tagħha, ix-xogħol dettaljat tal-ESPAS għandu jitwettaq fuq bażi indipendenti.

11.

Jilqa’ l-intenzjoni li jintuża l-proċess tal-ESPAS, u li wieħed jibni fuq in-netwerk globali tagħha, biex jinbena repożitorju globali online ta’ dokumenti u materjal minn sorsi multipli marbuta ma’ tendenzi ta’ perjodu medju u fit-tul, miftuħ liberament għal dawk li jfasslu l-politiki u għaċ-ċittadini fid-dinja kollha;

12.

Jilqa’ l-fatt li dik il-kooperazzjoni amministrattiva aktar mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet tal-UE permezz tal-proċess tal-ESPAS se twassal għall-preżentazzjoni, bħala parti mill-azzjoni ta’ tħejjija, ta’ rapport ta’ previżjoni li janalizza t-tendenzi ta’ perjodu twil u l-implikazzjonijiet tagħhom għall-isfidi u l-għażliet li se tiffaċċja l-Unjoni matul il-perjodu 2014-2019, li għandu jiġi sottomess għall-attenzjoni tal-Presidenti li jmiss tal-istituzzjonijiet fl-2014; iqis li dan l-eżerċizzju huwa suċċess u li wara għandu jiġi ripetut tal-anqas fuq bażi ta’ kull ħames snin;

13.

Jemmen li sistema permanenti – li timmira li tipprovdi analiżi regolari tat-tendenzi ta’ perjodu medju u fit-tul għall-istituzzjonijiet tal-UE sabiex tħeġġeġ approċċ aktar strateġiku għat-teħid ta’ deċiżjonijiet – għandha tinkludi dispożizzjonijiet għat-tressiq annwali ta’ “rapport strateġiku dwar it-tendenzi” lill-istituzzjonijiet, qabel ma jsir id-dibattitu fuq l-Istat tal-Unjoni, u l-pubblikazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali tal-Kummissjoni sabiex tidentifika u ssegwi u tivvaluta x-xejra hi u tinbidel tat-tendenzi ta’ perjodu twil, u wkoll biex tipprovdi kontribut speċifiku lill-awtorità baġitarja fit-tħejjija għan-negozjar ta’ Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għal wara l-2020, kif ukoll għal kwalunkwe reviżjoni ta’ nofs it-term tal-QFP 2014-2020;

14.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi dan ir-rapport lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.


(1)  ĠU L 66, 8.3.2013.

(2)  27 ta' April 2012; http://www.iss.europa.eu/uploads/media/ESPAS_report_01.pdf.

(3)  http://europa.eu/espas/pdf/espas-preparatory-action-amendment_en.pdf.


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/19


P7_TA(2013)0396

It-titjib tad-dritt internazzjonali privat: regoli dwar il-ġurisdizzjoni applikabbli għall-impjieg

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar “It-titjib tad-dritt internazzjonali privat: regoli dwar il-ġurisdizzjoni applikabbli għall-impjieg” (2013/2023(INI))

(2016/C 181/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 12, 15, 16, 27, 28, 30, 31 u 33 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 45, 81 u 146 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea 18/02 (1), C-341/05 (2) u C-438/05 (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0291/2013),

A.

billi r-reviżjoni tar-Regolament Brussell I (4) kien suċċess kbir, billi daħħlet titjib imdaqqas għar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenza f’materji ċivili u kummerċjali fl-Unjoni Ewropea;

B.

billi l-kamp ta' applikazzjoni ta' dik il-proċedura ta' riformulazzjoni ma kienx jinkludi ċerti kwestjonijiet tad-dritt tax-xogħol;

C.

billi l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 (5) tiddisponi li t-teknika tar-riformulazzjoni tintuża għal atti li jkunu emendati ta’ sikwit;

D.

billi hu importanti li tkun żgurata l-koerenza bejn ir-regoli li jiggvernaw il-ġurisdizzjoni f’kwistjoni u r-regoli li jiggvernaw id-dritt applikabbli għal kwistjoni;

E.

billi hu ta’ tħassib maġġuri għad-dritt internazzjonali privat f’livell Ewropew li jkun hemm il-prevenzjoni tat-tiftix tal-aħjar ġurisdizzjoni – l-aktar meta dan jista' jwassal għad-detriment tal-parti li tkun l-aktar dgħajfa, bħalma huma l-impjegati b'mod partikolari – u biex ikun żgurat li tkun magħrufa bil-quddiem bl-akbar livell possibbli ta' preċiżjoni l-ġurisdizzjoni;

F.

billi, bħala prinċipju ġenerali, il-qorti li jkollha l-eqreb ness mal-kawża ta’ azzjoni hi dik li għandu jkollha ġurisdizzjoni;

G.

billi għadd ta’ kawżi Ewropej ta’ profil għoli fuq il-ġurisdizzjoni u d-dritt applikabbli b’rabta mal-kuntratti ta’ impjieg individwali u ma’ azzjoni industrijali wasslu għal biżgħat li d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar id-dritt tax-xogħol jistgħu jisfaw imminati mir-regoli Ewropej li jistgħu jwasslu, f’ċerti każijiet, li d-dritt ta’ Stat Membru wieħed jiġi applikat mill-qorti ta’ Stat Membru ieħor (6);

H.

billi, invista tal-importanza ewlenija tad-dritt tax-xogħol għall-identitajiet kostituzzjonali u poltiċi tal-Istati Membri, hu importanti li d-dritt Ewropew jirrispetta t-tradizzjonijiet nazzjonali f’dan il-kamp;

I.

billi hu wkoll fl-interess tal-amministrazzjoni xierqa tal-ġustizzja li tallinja kemm jista' jkun ir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni mar-regoli dwar id-dritt applikabbli;

J.

billi jidher li hu xieraq li jkun ivvalutat jekk hemm ħtieġa ta' bidliet fir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni fil-kamp tad-dritt tax-xogħol;

K.

billi, b’mod partikolari, f’dak li għandu x’jaqsam mal-azzjoni industrijali, il-qrati tal-Istat Membru jekk l-azzjoni industrijali ttieħdet jew se tittieħed għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni;

L.

billi, f'dak li għandu x’jaqsam mal-kuntratti ta’ impjieg individwali, għandu jkun żgurat, sa kemm hu mixtieq, li l-qrati tal-Istat Membru li jkollu l-eqreb ness mar-relazzjoni tal-impjieg għandhom ikollhom ġurisdizzjoni;

1.

Jifraħ lill-istituzzjonijiet tar-reviżjoni b’suċċess tar-Regolament Brussell I;

2.

Iqis li l-kwestjonijiet ta' dritt tax-xogħol għandha tkun indirizzata ulterjorment mill-Kummissjoni għall-fini ta' rieżami possibbli fil-futur;

3.

Jinnota li wieħed mill-prinċipji ewlenin tad-dritt internazzjonali privat dwar il-ġurisdizzjoni huwa l-protezzjoni tal-parti l-aktar dgħajfa u li l-għan tal-protezzjoni tal-ħaddiem huwa stipulat fir-regoli ta' ġurisdizzjoni attwali;

4.

Jinnota li l-ħaddiema huma ġeneralment protetti sew mir-regoli ta' ġurisdizzjoni, f’materji ta’ impjieg, meta jkunu konvenuti f'kawżi mressqa mill-impjegaturi tagħhom permezz tal-kriterji ta’ ġurisdizzjoni esklużivi stabbiliti fir-Regolament Brussell I;

5.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta jekk il-qafas ġuridiku kurrenti skont ir-Regolament Brussell I iqisx suffiċjentement l-ispeċifiċitajiet tal-azzjonijiet fis-settur tal-impjiegi;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari għall-kwestjonijiet li ġejjin:

(a)

jekk f’dak li għandu x’jaqsam mar-responsabilità ta’ ħaddiem jew ta’ impjegat, jew ta’ organizzazzjoni li tirrappreżenta l-interessi professjonali tal-ħaddiema jew tal-impjegati, għad-danni kkawżati minn azzjoni industrijali, l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Brussell I kif riformulat jirreferix għal-lok fejn se ttieħed l-azzjoni industrijali jew fejn tkun ittieħdet l-istess azzjoni, u jekk l-allinjament mal-Artikolu 9 tar-Regolament Ruma II ikunx necessarju;

(b)

Jekk, fil-każijiet fejn l-impjegat ifittex lil min iħaddmu, il-klawżola standard sekondarja li tkun tapplika fejn ma jkunx hemm lok abitwali tax-xogħol għandha tinbidlilha d-diċitura għal-lok tan-negozju li minnu l-impjegat jirċievi jew ikun irċieva l-istruzzjonijiet kwotidjani aktar milli l-lok tan-negozju fejn ġie ingaġġat;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.


(1)  Sentenza tal-Qorti (is-Sitt Kamra) tal-5 ta’ Frar 2004 fil-kawża C-18/02, Danmarks Rederiforening, inrappreżentanza ta’ DFDS Torline A/S v LO Landsorganisationen i Sverige, inrappreżentanza ta’ SEKO Sjöfolk Facket för Service och Kommunikation, ECR 2004 p. I-01417.

(2)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Diċembru 2007 fil-Kawża C-341/05, Laval un Partneri Ltd v Svenska Byggnadsarbetareförbundet, Svenska Byggnadsarbetareförbundets avdelning 1, Byggettan and Svenska Elektrikerförbundet, ECR 2007 p. I-11767.

(3)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta’ Diċembru 2007 fil-Kawża Case C-438/05, International Transport Workers’ Federation and Finnish Seamen’s Union v Viking Line ABP and OÜ Viking Line Eesti, ECR 2007 p. I-10779.

(4)  Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).

(5)  Il-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali, (ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1).

(6)  Ara, b’mod partikolari, iċ-ċirkostanzi marbutin mal-Kawża Case C-438/05, International Transport Workers’ Federation and Finnish Seamen’s Union v Viking Line ABP and OÜ Viking Line Eesti, ECR 2007 p. I-10779.


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/21


P7_TA(2013)0400

Ġeneruċidju: in-nisa li għebu?

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar il-Ġeneruċidju: in-nisa li għebu? (2012/2273(INI))

(2016/C 181/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) li jenfasizza valuri komuni għall-Istati Membri, bħall-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li jistabbilixxi l-prinċipju tal-mainstreaming tal-ġeneru, peress li jgħid li l-Unjoni għandha fl-attivitajiet kollha tagħha timmira biex telimina l-inugwaljanzi, u l-promozzjoni tal-ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa,

wara li kkunsidra l-Artikolu 19 tat-TFUE li jirreferi għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru,

wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tat-18 ta’ Diċembru 1979 dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma għal Azzjoni ta’ Bejġing adottata mir-Raba’ Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta’ Settembru 1995, u r-riżoluzzjonijiet tagħha tat-18 ta’ Mejju 2000 (1), l-10 ta’ Marzu 2005 (Bejġing + 10) (2), u l-25 ta’ Frar 2010 (Bejġing + 15) (3),

wara li kkunsidra l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs) adottati fis-Samit tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti f’Settembru 2000, u b’mod partikolari l-MDG dwar il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-għoti tas-setgħa lin-nisa bħala rekwiżit sabiex jingħelbu l-ġuħ, il-faqar u l-mard, jinkisbu l-ugwaljanza fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u fl-oqsma kollha tax-xogħol, il-kontroll ugwali fuq ir-riżorsi u r-rappreżentanza ugwali fil-ħajja pubblika u politika,

wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011–2020), adottat mill-Kunsill Ewropew f’Marzu 2011,

wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar il-promozzjoni tal-osservanza tad-dritt umanitarju internazzjonali (IHL), dwar il-piena tal-mewt, dwar it-tortura u trattamenti krudili, inumani jew degradanti oħra, dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll dwar id-djalogi tad-drittijiet tal-bniedem ma’ pajjiżi mhux membri tal-UE, dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal u dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra kull xorta ta’ diskriminazzjoni kontrihom,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxu li l-evalwazzjoni annwali tal-implimentazzjoni tal-Pjattaforma għal Azzjoni ta’ Bejġing se tkun ibbażata fuq indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi u parametri referenzjarji,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 u t-3 ta’ Ġunju 2005 li fihom l-Istati Membri u l-Kummissjoni ġew mistiedna biex isaħħu l-mekkaniżmi istituzzjonali għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u biex joħolqu qafas għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjattaforma għal Azzjoni ta’ Bejġing sabiex jinħoloq monitoraġġ aktar konsistenti u sistematiku tal-progress,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 u s-6 ta’ Diċembru 2007 dwar ir-reviżjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjattaforma għal Azzjoni ta’ Bejġing mill-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri, kif ukoll ir-rapport ta’ akkumpanjament tal-Presidenza Portugiża, li japprova l-indikaturi dwar in-nisa u l-faqar,

wara li kkunsidra l-'Istrateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel: 2010–2015', preżentata fil-21 ta’ Settembru 2010, u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament dwar l-azzjonijiet li jimplimentaw l-istrateġija,

wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Għoti tas-Setgħa lin-Nisa fl-Iżvilupp (2010–2015),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni komuni mill-ministri tal-UE għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri magħmula fl-4 ta’ Frar 2005, fil-kuntest tar-reviżjoni wara 10 snin tal-Pjattaforma għal Azzjoni ta’ Bejġing, li fiha, fost l-oħrajn, kien ikkonfermat mill-ġdid l-appoġġ qawwi u l-impenn sħiħ tagħhom għall-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tad-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma għal Azzjoni ta’ Bejġing,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet adottati fil-15 ta’ Marzu 2013 mis-57 sessjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istatut tan-Nisa tan-NU li, għall-ewwel darba f’test internazzjonali, jirrikonoxxu speċifikament il-fenomenu tal-qtil marbut mal-ġeneru jew femminiċidju,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-interaġenzija tal-2011 dwar il-prevenzjoni tal-għażla tal-ġeneru li tiffavorixxi ġeneru minn ieħor ippreżentata mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR), il-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Popolazzjoni (UNFPA), il-Fond tat-Tfal tan-Nazzjonijiet Uniti (UNICEF), il-UN Nisa u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Programm ta’ Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD), li saret fil-Kajr fl-1994, l-azzjonijiet ewlenin għal implimentazzjoni ulterjuri tagħhom kif ukoll ir-Riżoluzzjoni 65/234 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Segwitu għall-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp lil hinn mill-2014 (Diċembru 2010),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2008 dwar L-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa fil-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (4), b’mod partikolari l-paragrafu 37,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem 2009 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (5), b’mod partikolari l-paragrafu 76 li jenfasizza l-ħtieġa li jiġu eliminati kwalunkwe forom ta’ diskriminazzjoni u vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, inkluż l-abort fuq il-bażi tal-ġeneru,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2012 dwar ir-rapport annwali tal-2011 dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Ottubru 2007 dwar il-qtil ta’ nisa (femminiċidju) fil-Messiku u l-Amerika Ċentrali u r-rwol tal-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra dan il-fenomenu (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7–0245/2013),

A.

billi “ġeneruċidju” huwa terminu newtrali f'termini ta' ġeneru li jirreferi għall-qtil tal-massa sistematiku, deliberat u b’għażla tal-ġeneru tal-persuni, li huwa problema li qed tiżdied iżda mhix qed tiġi rrapurtata biżżejjed f’diversi pajjiż, b'konsegwenzi letali; billi dan ir-rapport jesplora speċifikament il-kawżi, it-tendenzi kurrenti, il-konsegwenzi u l-modi kif jiġu miġġielda l-prattiki tal-għażla tal-ġeneru li jippreferu ġeneru flok ieħor, prattiki li jieħdu wkoll il-forom ta' infantiċidju u vjolenza permezz tal-għażla tal-ġeneru (termi oħra, bħal “femminiċidju”, li għalihom diġà jeżisti rapport speċjali tal-Parlament (8),

B.

billi, minkejja leġiżlazzjoni riċenti kontra prattiki li jagħżlu bejn il-ġeneri, il-bniet huma fi grad sproporzjonat fil-mira ta’ diskriminazzjoni sesswali mingħajr skrupli, li spiss tiġi estiża biex tinkludi l-feti ta’ bniedt predeterminati li għadhom ma tweldux, u li jiġu abortiti, abbandunati jew maqtula, għall-ebda raġuni oħra ħlief il-fatt li huma femminili;

C.

billi ġie stmat li, anke fi żmien bikri tal-1990, iżjed minn 100 miljun mara ġew demografikament “nieqsa” mill-popolazzjoni dinjija minħabba l-ġeneruċidju (9); billi skont stimi riċenti, dan in-numru żdied għal madwar 200 miljun mara “nieqsa” mill-popolazzjoni dinjija (10);

D.

billi l-ġeneruċidju huwa kwistjoni globali ta’ tħassib mhux biss fl-Asja u fl-Ewropa iżda wkoll fl-Amerika ta’ Fuq, l-Afrika u l-Amerika Latina; billi l-ġeneruċidju jitwettaq kullimkien meta nisa tqal, deliberatement jew taħt pressjoni, jiddeċiedu li ma jwelldux il-feti bniet peress li dawn jitqiesu bħala piż fuq is-soċjetà;

E.

billi fl-Asja, u b’mod partikolari fiċ-Ċina, l-Indja u l-Vjetnam, hemm partikolarment proporzjonijiet tal-ġeneri distorti; billi fl-2012, twieldu 113-il tifel għal kull 100 tifla fiċ-Ċina, u 112-il tifel għal kull 100 tifla fl-Indja u l-Vjetnam (11);

F.

billi fl-Ewropa hemm proporzjonijiet tal-ġeneri partikolarment distorti f’xi pajjiżi, peress li fl-2012 twieldu 112-il tifel għal kull 100 tifla fl-Albanija, l-Armenja, l-Ażerbajġan u l-Ġorġja (12);

G.

billi l-prattika tal-ġeneruċidju spiss tinstab profondament fil-kulturi li juru “preferenza ta’ wlied subien”, inugwaljanza bejn il-ġeneri, diskriminazzjoni persistenti u stereotipi kontra wlied bniet u, f’ċertu każijiet, fil-pajjiżi li japplikaw politiki governattivi li jisfurzaw;

H.

billi l-perċezzjonijiet ta’ “preferenza ta’ wlied subien” huma profondi u jikkostitwixxu parti mit-tradizzjonijiet li ilhom stabbiliti u li huma rilevanti għal kwistjonijiet bħal wirt ta’ proprjetà, id-dipendenza tal-ġenituri anzjani fuq uliedhom subien għall-appoġġ ekonomiku u s-sigurtà, il-kontinwità tal-isem u l-linja tal-parentela tal-familja, u xewqa li wieħed jiffranka spejjeż għoljin ta’ dota għal bniet sabiex jiġu evitati diffikultajiet finanzjarji;

I.

billi sistemi, skemi u opzjonijiet tal-assigurazzjoni tas-sigurtà soċjali mhux adegwati għal familji f’diversi kulturi jistgħu, b’mod li jiżgwidaw, iwasslu għal “preferenza ta’ wlied subien” u għal prattiki tal-għażla tal-ġeneru;

J.

billi l-prattiki ta’ għażla tal-ġeneru jħarbtu l-bilanċ bejn il-ġeneri fis-soċjetajiet, iwasslu għal proporzjonijiet tal-ġeneri fil-popolazzjoni mħarbta u jkollhom impatti ekonomiċi u soċjali; billi l-iżbilanċ bejn il-ġeneri fil-forma ta' “rġiel eċċessivi” teffettwa l-istabilità soċjali għat-terminu twil u twassal għal żieda globali fil-kriminalità, il-frustrazzjoni, il-vjolenza, it-traffikar, l-iskjavitù sesswali, l-isfruttament sesswali, il-prostituzzjoni u l-istupru;

K.

billi kultura patrijarkali ta’ “preferenza ta’ wlied subien” persistenti mhux biss tippreserva l-istereotipi, id-defiċits demokratiċi u l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri iżda tiddiskrimina wkoll kontra n-nisa u b’hekk tippreżenta ostakli għalihom sabiex igawdu trattament u opportunitajiet ugwali fl-oqsma kollha tal-ħajja;

L.

billi t-twettiq ta’ prattiki tal-għażla tal-ġeneru, ir-rati ogħla ta’ mortalità fost bniet żgħar ħafna u rati aktar baxxi ta’ attendenza fl-iskola għal bniet milli għas-subien, jistgħu jissuġġerixxu li kultura ta’ “preferenza ta’ wlied subien” hija prevalenti f’xi soċjetajiet; huwa importanti li jiġi investigat u analizzat jekk tali fenomeni humiex akkumpanjati b’iżjed defiċits demokratiċi kontra t-tfal bniet, bħad-deterjorazzjoni fl-aċċess tagħhom għan-nutrizzjoni, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, il-faċilitajiet sanitarji, l-ilma tajjeb għax-xorb, il-kura medika u l-assistenza soċjali, sabiex jinstabu modi effettivi li jikkombattuhom;

M.

billi d-defiċits demografiċi tan-nisa f’ħafna pajjiżi ma jistgħux jiġu indirizzati minħabba nuqqas ta’ data statistika affidabbli għall-monitoraġġ ta’ twelid u mwiet;

N.

billi l-għoti tas-setgħat lin-nisa se jgħin fil-promozzjoni tat-tibdil tal-imġiba u tas-soċjetà meħtieġ għall-eliminazzjoni tal-prattiki tal-għażla tal-ġeneru għat-terminu twil;

O.

billi l-eliminazzjoni tal-prattiki tal-għażla tal-ġeneru hija proċess kumpless li jeħtieġ firxa ta’ approċċi u metodi interkonnessi inkluż it-taħriġ speċjalizzat tal-persunal mediku sabiex dan jagħti parir u jevita l-prattiki tal-għażla tal-ġeneru fl-UE u fid-dinja kollha;

P.

billi l-promozzjoni, il-miżuri ta’ politika u l-prattiki tajbin bħall-kampanja 'Care for Girls' fiċ-Ċina, li għandha l-għan li titqajjem kuxjenza tal-valur tal-bniet, u l-iskema “Balika Samriddhi Yojana” fl-Indja, li tipprovdu inċentivi monetarji għall-edukazzjoni tal-bniet minn familji fqar, huma essenzjali sabiex jinbidlu l-attitudnijiet ta’ mġiba lejn il-bniet u nisa;

Q.

billi l-eżempju ta’ suċċess tal-Korea t’Isfel huwa notevoli peress li l-pajjiż irnexxielu jreġġa’ lura l-proporzjon tal-ġeneri li kien distort ħafna ta’ 114-il tifel imwielda għal kull 100 tifla fl-1994 għal 107 tifel imwieled għal kull 100 tifla fl-2010 (13);

1.

Jenfasizza li l-ġeneruċidju jibqa’ reat kriminali u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li jeħtieġ modi effettivi sabiex jiġu indirizzati u eliminati l-kawżi fundamentali kollha tiegħu li jwasslu għal kultura patrijarkali;

2.

Jinsisti fuq l-obbligu tal-istati u l-gvernijiet kollha biex jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u jevitaw id-diskriminazzjoni bħala bażi tal-azzjoni lejn l-eliminazzjoni ta’ kull tip ta’ vjolenza fuq in-nisa;

3.

Jitlob lill-gvernijiet jelaboraw u japplikaw miżuri li jippromwovu bidliet fundamentali fil-mentalitajiet u l-attitudnijiet tan-nies fir-rigward tan-nisa biex għalhekk jiġu miġġielda t-twemmin u l-imġiba negattivi li jipperpetraw il-vjolenza fir-rigward tan-nisa;

4.

Jitlob lill-gvernijiet biex jikkategorizzaw speċifikament il-femminiċidju jew il-ġeneruċidju bħala reat u jelaboraw u jinfurzaw miżuri leġiżlattivi li għalihom il-każijiet ta’ femminiċidju jkunu soġġetti għal inkjesta, li l-aggressuri jiġu kkundannati u li s-superstiti jista' jkollhom aċċess faċli għas-servizzi tas-saħħa u appoġġ għat-terminu twil;

5.

Jenfasizza l-fatt li, skont il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika u skont id-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma għal Azzjoni ta’ Bejġing, kwalunkwe pressjoni mill-familja jew mis-soċjetà fuq in-nisa sabiex jagħmlu abort b’għażla tal-ġeneru hija meqjusa bħala vjolenza fiżika u psikoloġika;

6.

Jinnota li l-qerda tal-prattiki tal-għazla tal-ġeneru hija proċess kumpless li jirrikjedi sensiela ta' approċċi u metodi interkonnessi, mill-istudju tal-kawżi oriġinarji u l-fatturi kulturali u soċjoekonomiċi li jikkaratterizzaw il-pajjiżi fejn teżisti l-preferenza tas-subien, għal kampanji favur id-drittijiet u l-istatus tal-bniet u tan-nisa, u l-introduzzjoni ta' liġijiet u regolamenti; f'sens iktar wiesa', iqis li l-uniku mod sostenibbli biex jiġu evitati iktar żviluppi fil-prattiki tal-għażla tal-ġeneru huwa li jiġi promoss il-valur tal-ġeneri f'kull soċjetà;

7.

Jenfasizza l-ħtieġa, u jitlob lill-Kummissjoni, biex tippromwovi investigazzjoni xjentifika bir-reqqa u eżami tal-kawżi li jwasslu għall-prattiki tal-għażla tal-ġeneru bl-għan li tippromwovi r-riċerka dwar dawk id-drawwiet u tradizzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jistgħu jwasslu għal għażla tal-ġeneru u l-konsegwenzi għat-terminu twil fuq is-soċjetà tal-għażla tal-ġeneru;

8.

Jitlob li ssir analiżi dettaljata tar-raġunijiet finanzjarji u ekonomiċi sottostanti li jikkontribwixxu għall-prattiki tal-għażla tal-ġeneru; jistieden, barra minn hekk, lill-gvernijiet jindirizzaw b'mod attiv il-piżijiet li jista' jkollhom il-familji u li jistgħu jwasslu għall-fenomenu taż-żieda eċċessiva fl-ammont ta' rġiel;

9.

Jenfasizza l-importanza li titfassal leġiżlazzjoni kontra l-għażla tal-ġeneru, li għandha tinkludi pakketti ta' protezzjoni soċjali għan-nisa, monitoraġġ aħjar tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti u attenzjoni aktar b'saħħitha fuq il-kawżi kulturali u soċjoekonomiċi tal-fenomenu, sabiex tiġi trattata l-kwistjoni b'mod sostenibbli u olistiku, filwaqt li tiġi promossa l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u titħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva min-naħa tas-soċjetà ċivili;

10.

Jitlob lill-gvernijiet sabiex jeliminaw defiċits demokratiċi u leġiżlattivi, jikkombattu l-ostakli persistenti li jiddiskriminaw kontra t-tfal bniet, jiżguraw drittijiet ta’ wirt għan-nisa, jinfurzaw leġiżlazzjoni nazzjonali li tiggarantixxi l-ugwaljanza tan-nisa mal-irġiel f’għajnejn il-liġi fis-setturi kollha tal-ħajja, u jipprovdu għoti ta’ setgħa ekonomika, edukattiva u politika lill-bniet u n-nisa;

11.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tappoġġa u tinkoraġġixxi t-tipi kollha ta’ inizjattivi għaż-żieda ta’ kuxjenza fuq id-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru, inkluż il-ġeneruċidju, u biex issib metodi effettivi biex tikkombattieh, billi toffri gwida, għajnuna, politiki u finanzjament xierqa, bħala parti mir-relazzjonijiet esterni tagħha, għajnuna umanitarja u mainstreaming tal-ġeneru;

12.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li n-nuqqas ta' emanċipazzjoni tan-nisa u l-bniet, kif ukoll in-nuqqas ta' sforzi biex jinbidlu n-normi u l-istrutturi soċjali, għandhom effetti legali, etiċi, fuq is-saħħa u fuq id-drittijiet tal-bniedem u konsegwenzi potenzjalment serji għat-terminu itwal li jagħmlu ħsara lis-soċjetajiet ikkonċernati;

13.

Jenfasizza l-fatt li, skont diversi studji, l-iżbilanċi bejn il-ġeneri jistgħu jwasslu għal: żidiet fit-traffikar għal skopijiet ta' żwieġ jew sfruttament sesswali; vjolenza fuq in-nisa; żwiġijiet tat-tfal, bikrija u sfurzati; u HIV/AIDS u mard ieħor trażmess sesswalment; jenfasizza li l-iżbilanċi bejn il-ġeneri, għalhekk, huma theddida għall-istabilità u s-sigurtà tas-soċjetà, u jitlob, għalhekk, li jiġu rieżaminati fil-fond il-konsegwenza possibbli ta' din iż-żieda eċċessiva u kontinwa fl-ammont ta' rġiel fuq is-saħħa, l-ekonomija u s-sigurtà;

14.

Jappoġġa riformi rilevanti, monitoraġġ kontinwu u implimentazzjoni effettiva ta’ leġiżlazzjoni ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri u nondiskriminazzjoni, b’mod partikolari fil-pajjiżi b'introjtu baxx u medju u fil-pajjiżi fi tranżizzjoni;

15.

Jitlob lill-Kummissjoni biex taħdem b’mod intensiv biex timpedixxi l-għażla tal-ġeneru, mhux billi timponi restrizzjonijiet fuq l-aċċess għal servizzi tas-saħħa riproduttiva u t-teknoloġija iżda billi tippromwovi l-użu responsabbli tiegħu, iddaħħal u ssaħħaħ il-linji gwida, tipprovdi taħriġ speċjalizzat għal persunal mediku sabiex jagħti pariri u jipprekludi l-prattiki tal-għażla tal-ġeneru, bl-eċċezzjoni rari ta’ każijiet ġustifikati għal mard ġenetiku relatat mal-ġeneri, u għall-prevenzjoni tal-użu u l-promozzjoni ta’ teknoloġiji għal skopijiet għażla tal-ġeneru u/jew għal skopijiet ta’ profitt;

16.

Jenfasizza li l-leġiżlazzjoni għall-ġestjoni jew il-limitazzjoni tal-għażla tal-ġeneru għandha tipproteġi d-dritt tan-nisa li jkollhom aċċess għal teknoloġiji u servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva leġittimi mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' żwiġijiethom, li tali leġiżlazzjoni għandha tiġi implimentata b’mod effettiv, u li għandhom jiġu imposti sanzjonijiet xierqa fuq dawk li jiksru l-liġi;

17.

Iħeġġeġ involviment u kooperazzjoni iżjed mill-qrib bejn il-gvernijiet u l-komunità medika u jitlob li jkun hemm linji gwida iżjed stretti għall-awtoregolazzjoni tal-kliniki u l-isptarijiet, sabiex attivament jevitaw l-għażla tal-ġeneri bħala negozju għal qligħ finanzjarju;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex kliniki fl-Ewropa li jagħmlu aborti abbażi tal-għażla tal-ġeneru, jipprovdu statistiki u jelaboraw l-aqwa prattiki sabiex jevitawhom;

19.

Jirrikonoxxi li l-iżgurar u l-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa u l-bniet, b’mod partikolari fl-edukazzjoni u l-impjieg, huma essenzjali għall-ġlieda kontra s-sessiżmu u l-iżgurar ta’ bini ta’ soċjetà li fiha l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa huwa realtà; jenfasizza l-fatt li t-titjib fil-livelli ta' edukazzjoni, l-opportunitajiet ta' impjieg u s-servizzi tas-saħħa integrati għan-nisa, inklużi s-servizzi tal-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva għan-nisa, għandhom rwol ta' importanza vitali fl-isforzi biex jinqerdu l-prattiki tal-għażla tal-ġeneru – mill-abort sal-infantiċidju – kif ukoll biex jinkiseb tkabbir ekonomiku globali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jitnaqqas il-faqar; jissottolinja li l-għoti ta' setgħa lin-nisa u l-involviment tal-irġiel huma elementi prinċipali fil-ġlieda kontra l-inugwaljanza tal-ġeneri u fil-promozzjoni tat-tibdil fl-imġiba u fis-soċjetà meħtieġa biex jinqerdu l-prattiki tal-għażla tal-ġeneru għat-terminu twil;

20.

Jitlob, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tippromwovi ambjent edukattiv u soċjali li fih iż-żewġ ġeneri jkunu rispettati u trattati ugwalment u li fih iż-żewġ ġeneri jirċievu rikonoxximent għall-ħiliet u l-potenzjal tagħhom, mingħajr stereotipi u diskriminazzjoni, filwaqt li tissaħħaħ l-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru, l-opportunitajiet ugwali u s-sħubija ugwali;

21.

Jitlob lill-Kummissjoni, u jħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, jappoġġaw programmi edukattivi li jagħtu s-setgħa lin-nisa, li jagħmluha possibbli dawn jiżviluppaw il-fiduċja fihom infushom, jiksbu għarfien, jieħdu deċiżjonijiet u jerfgħu r-responsabbiltà għal ħajjithom, saħħithom u l-impjieg tagħhom sabiex ikunu jistgħu jgħixu ħajja finanzjarjament indipendenti;

22.

Jitlob lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-gvernijiet tal-istati terzi jelaboraw kampaniji ta’ informazzjoni li jippromwovu l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u li jfittxu li jissensibilizzaw lil-nies dwar il-ħtieġa li kull parti mill-koppja tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem tas-sieħeb jew sieħba tagħha, partikolarment id-drittijiet għall-proprjetà, l-impjieg, kura tas-saħħa xierqa, ġustizzja u edukazzjoni;

23.

Ifakkar fl-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju (l-MDGs) u jenfasizza li l-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, inklużi s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, huma drittijiet bażiċi tal-bniedem; jenfasizza l-ħtieġa li ssir referenza speċjali u speċifika għall-ġeneruċidju u kwistjonijiet ta’ għażla tal-ġeneru fid-djalogi u r-rapporti dwar l-MDGs u f’forums oħra internazzjonali ta’ kondiviżjoni tal-esperjenzi;

24.

Jenfasizza li l-abilità tan-nisa li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom hija neċessarjament marbuta mal-kapaċità li dawn jieħdu deċiżjonijiet individwalment u indipendentament mill-konjuġi tagħhom, u għalhekk huwa essenzjali li jiġi żgurat li n-nisa jkollhom aċċess għall-edukazzjoni, ix-xogħol, il-kura tas-saħħa u aċċess għal kontraċettivi u għal kont bankarju mingħajr ma jkollhom bżonn l-awtorizzazzjoni jew il-kunsens ta’ persuna oħra;

25.

Jistieden lill-gvernijiet tal-pajjiżi msieħba jnaqqsu l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa għat-trattament tat-tfal, partikolarment il-bniet, li xi drabi jmutu minħabba l-kura ħażina jew inadegwata li jirċievu;

26.

Jitlob lill-gvernijiet biex itejbu l-aċċess tan-nisa għall-kura tas-saħħa, b’mod partikolari ta’ qabel it-twelid u materna, l-edukazzjoni, l-agrikoltura, il-kreditu u l-mikroself, l-opportunitajiet ekonomiċi u l-proprjetà;

27.

Jitlob biex ikun hemm enfasi speċjali fuq il-ħolqien tal-kundizzjonijiet għas-solidarjetà fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, inter alia permezz tal-istabbiliment ta' fondi ta’ pensjonijiet, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet ekonomiċi fuq il-familji u l-individwi, u b’hekk jitnaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq l-ulied subien u l-preferenza tagħhom li għas-subien;

28.

Jinnota li l-prattiki tal-għażla tal-ġeneru għadhom jippersistu anke f’reġjuni għonja b’popolazzjonijiet litterati;

29.

Iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi ta’ appoġġ għal nisa u familji li jistgħu jipprovdu informazzjoni u pariri lin-nisa dwar il-perikli u l-ħsara tal-prattiki tal-għażla tal-ġeneru u li jipprovdu konsulenza li tappoġġa lin-nisa li jistgħu jkunu taħt pressjoni biex jeliminaw feti femminili;

30.

Iħeġġeġ is-soċjetà ċivili u l-aġenziji tal-gvern biex jieħdu azzjoni konġunta għall-promozzjoni ta’ kampanji ta’ informazzjoni u kuxjenza pubblika dwar il-konsegwenzi negattivi ta’ prattiki tal-għażla tal-ġeneru għall-omm;

31.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi appoġġ tekniku u finanzjarju għal attivitajiet innovattivi u programmi edukattivi li għandhom l-għan li jistimulaw dibattitu u ftehim tal-valur ugwali tal-bniet u s-subien, bl-użu tal-mezzi kollha disponibbli u n-netwerks soċjali, li għandhom fil-mira tagħhom u li jinvolvu ż-żgħażagħ, mexxejja reliġjużi u spiritwali, għalliema, mexxejja fil-komunità u personalitajiet oħra ta’ influwenza, fi sforz sabiex jiġu mmodifikati l-perċezzjonijiet kulturali tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri ta’ soċjetà partikolari u biex tiġi enfasizzata l-ħtieġa għal imġiba nondiskriminatorja;

32.

Jitlob li l-UE tinkludi komponent b'saħħtu tad-dimensjoni tal-ġeneri u enfasi fuq l-għoti tas-setgħa lin-nisa fis-sħubijiiet u d-djalogi kollha tagħha mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif ġie ddikjarat fil-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp; iqis, barra minn hekk, li hemm bżonn li l-kunċett tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri jiġi assimilat f'kull stadju tal-appoġġ baġitarju, fosthom billi jiġi promoss id-djalogu bejn l-assoċjazzjonijiet tan-nisa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u billi jiddaħħlu indikaturi ddifferenzjati skont il-ġeneru;

33.

Jitlob lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati jtejbu l-monitoraġġ u l-ġbir tad-data statistika dwar il-proporzjonijiet tal-ġeneri, u biex jieħdu passi sabiex jindirizzaw kwalunkwe żbilanċ possibbli; jitlob, f'dan ir-rigward, li jkun hemm kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE, l-aġenziji tan-NU u s-sħab internazzjonali u l-gvernijiet sħab l-oħra;

34.

Jitlob lill-Kummissjoni u l-partijiet interessati rilevanti kollha biex jieħdu l-miżuri legiżlattivi jew miżuri oħra meħtieġa sabiex jiżguraw li l-prattika tal-abort sfurzat u tal-operazzjonijiet tal-għażla tal-ġeneru li jitterminaw it-tqala mingħajr kunsens minn qabel u infurmat jew mingħajr għarfien tal-proċeduri min-nisa involuti tiġi kriminalizzata;

35.

Jitlob lill-gvern u l-partijiet interessati rilevanti kollha biex jiżguraw li l-leġiżlazzjoni dwar l-għażla tal-ġeneru tiġi implimentata b’mod effettiv u li jiġu imposti sanzjonijiet xierqa fuq dawk li jiksru l-liġi;

36.

Jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali oħra bħan-NU, WHO, UNCEF, OHCHR, UNFPA u UN Nisa biex jindirizzaw il-prattiki tal-għażla tal-ġeneru u biex jikkombattu l-kawżi warajhom fil-pajjiżi kollha, u biex jaħdmu id f’id mal-gvernijiet, il-parlamenti, id-diversi partijiet interessati, il-midja, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-organizzazzjonijiet tan-nisa u korpi oħra komunitarji sabiex iżidu l-kuxjenza dwar il-ġeneruċidju u dwar modi kif dan jista' jiġi evitat;

37.

Jitlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex jikkollaboraw mal-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija hawn fuq biex jindirizzaw il-prattiki tal-għażla tal-ġeneru u biex jikkombattu l-kawżi warajhom fil-pajjiżi kollha, u biex jaħdmu id f’id mal-gvernijiet, il-parlamenti, id-diversi partijiet interessati, il-midja, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-organizzazzjonijiet tan-nisa u korpi oħra komunitarji sabiex iżidu l-kuxjenza dwar il-ġeneruċidju u dwar modi kif dan jista' jiġi evitat;

38.

Jitlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex, meta jiddiskutu l-pakketti ta' għajnuna umanitarja, jagħtu prijorità lill-ġeneruċidju bħala kwistjoni li għandha tiġi indirizzata mill-pajjiżi terzi kkonċernati, filwaqt li jħeġġuhom biex jimpenjaw ruħhom sabiex jagħmlu l-qerda tal-ġeneruċidju prijorità, sabiex iżidu l-għarfien dwar din il-kwistjoni u jagħmlu pressjoni biex jievitawh;

39.

Jistieden lill-UE u lill-pajjiżi msieħba tagħha sabiex itejbu, permezz ta’ kooperazzjoni fl-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-ġbir ta’ data dwar il-proporzjonijiet tal-ġeneri fit-twelid, u sabiex jieħdu azzjoni minnufih sabiex jindirizzaw kwalunkwe żbilanċ possibbli; jenfasizza bl-istess mod li klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem rigward id-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru għandhom jiddaħħlu fil-ftehimiet internazzjonali ta’ kummerċ u kooperazzjoni;

40.

Jitlob lill-Unjoni Ewropea biex tiżgura approċċ abbażi ta’ drittijiet li jinkludi d-drittijiet kollha tal-bniedem u biex tinkludi ffukar qawwi fuq l-għoti tas-setgħat u l-promozzjoni, ir-rispett u l-kisba tad-drittijiet tan-nisa u l-bniet, inklużi d-drittijiet sesswali u riproduttivi tagħhom u l-ugwaljanza bejn il-ġenerii bħala prekundizzjonijiet għall-ġlieda kontra l-ġeneruċidju bħala kwistjoni ewlenija fl-aġenda tal-politika tal-iżvilupp wara l-2015;

41.

Jasserixxi li fl-implimentazzjoni ta’ klawżoli speċifiċi dwar il-projbizzjoni tal-koerċizzjoni jew l-obbligu fi kwistjonijiet tas-saħħa sesswali u riproduttiva miftiehma fil-Konferenza tal-Kajr dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp, kif ukoll l-istrumenti tad-drittijiet tal-bniedem legalment vinkolanti, l-acquis communautaire tal-UE u l-kompetenzi tal-politika tal-Unjoni f’dawk il-kwistjonijiet, l-assistenza tal-Unjoni m’għandhiex tiġi provduta lill-awtoritajiet, organizzazzjonijiet jew programmi li jippromwovu, jappoġġaw jew jipparteċipaw fi kwalunkwe azzjoni li tinvolvi abbużi tad-drittijiet tal-bniedem bħal pereżempju abort koerċittiv, sterilizzazzjoni furzata tan-nisa jew tal-irġiel, jew l-iddeterminar tas-sess tal-fetu li jwassal għal għażliet abbażi tas-sess tat-tarbija jew għal infantiċidju;

42.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 59, 23.2.2001, p. 258.

(2)  ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 247.

(3)  ĠU C 348 E, 21.12.2010, p. 11

(4)  ĠU C 66 E, 20.3.2009, p. 57.

(5)  ĠU C 169 E, 15.6.2012, p. 81.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2012)0503.

(7)  ĠU C 227 E, 4.9.2008, p. 140.

(8)  Fil-11 ta' Ottubru 2007 l-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar il-qtil tan-nisa (il-femminiċidju) fil-Messiku u fl-Amerika Ċentraliu u r-rwol tal-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra dan il-fenomenu, Il-Parlament irrepeta l-kundanna tiegħu tal-femminiċidju fl-aħħar Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tiegħu adottat f'Diċembru 2010. Il-femminiċidju jissemma wkoll fil-Linji Gwida tal-UE dwar il-Vjolenza fuq in-Nisa, adottati mill-Kunsill tal-UE f'Diċembru 2008. F'April 2009, il-Presidenza tal-UE ħarġet dikjarazzjoni li laqgħet il-bidu tal-proċediment Qorti Interamerikana tad-Drittijiet tal-Bniedem (IACrtHR), u f'Ġunju 2010, ir-Rappreżentant Għoli tal-UE Catherine Ashton, ħarġet dikjarazzjoni f'isem l-UE li esprimiet it-tħassib tagħha dwar il-femminiċidju fl-Amerika Latina, ikkundannat kull forma ta' vjolenza fuq il-bażi tal-ġeneru u reati aborrenti tal-femminiċidju, u laqgħet is-sentenza tal-Qorti Interamerikana.

(9)  Amartya Sen, More Than 100 Million Women Are Missing, Ir-Revista tal-Kotba ta' New York, Vol. 37, Nru. 20, (Diċembru 20, 1990), disponibbli minn: http://www.nybooks.com/articles/3408

(10)  Skeda Informattiva tan-Nazzjonijiet Uniti: Jum Internazzjonali tan-Nisa 2007, disponibbli minn: http://www.un.org/events/women/iwd/2007/factsfigures.shtml

(11)  Map of the World by Sex ratio at birth, http://en.worldstat.info/World/List_of_countries_by_Sex_ratio_at_birth

(12)  http://en.worldstat.info/World/List_of_countries_by_Sex_ratio_at_birth

(13)  UNFPA, Rapport tal-Grupp ta' Ħidma Internazzjonali dwar 'Skewed Sex Ratios at Birth: Addressing the Issue and the Way Forward', Ottubru 2011.


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/29


P7_TA(2013)0401

Effetti tar-restrizzjonijiet baġitarji għall-awtoritajiet reġjonali u lokali rigward in-nefqa tal-Fondi Strutturali tal-UE fl-Istati Membri

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar effetti tar-restrizzjonijiet baġitarji għall-awtoritajiet reġjonali u lokali rigward in-nefqa tal-Fondi Strutturali tal-UE fl-Istati Membri (2013/2042(INI))

(2016/C 181/05)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2012 (1),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 u l-15 ta' Marzu 2013 (2),

wara li kkunsidra n-negozjati interistituzzjonali kurrenti dwar il-futur tal-Politika ta' Koeżjoni u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2012 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar ir-rapport tal-Presidenti tal-Kunsill Ewropew, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Grupp tal-Euro bl-isem “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina” (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2011 dwar l-Aġenda Urbana Ewropea u l-futur tagħha fil-Politika ta’ Koeżjoni (4),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (5),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-11 ta' Marzu 2009 dwar il-Politika ta' Koeżjoni: investiment fl-ekonomija reali (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta' Frar 2013 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (8),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' opinjoni tal-Kumitat għar-Reġjuni tas-6 ta' Marzu 2013 bl-isem “Sinerġiji bejn l-investiment privat u l-finanzjament pubbliku fil-livelli lokali u reġjonali –Sħubijiet għat-tkabbir ekonomiku u l-prosperità”,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-1 ta' Frar 2013 bl-isem “Noħolqu sinerġiji ikbar bejn il-baġits tal-UE, nazzjonali u sottonazzjonali”,

wara li kkunsidra l-memo tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-2012 dwar l-impatt tal-awsterità baġitarja fuq il-finanzji u l-investimenti lokali,

wara li kkunsidra n-nota tal-Bank Ewropew tal-Investiment tal-14 ta' Diċembru 2012 dwar l-impatt tar-riċessjoni fl-2008–2009 fuq il-konverġenza reġjonali tal-UE (9),

wara li kkunsidra d-dokument okkażjonali tal-Kummissjoni ta' Diċembru 2012 dwar il-kwalità tal-infiq pubbliku fl-UE (10),

wara li kkunsidra r-rapport tal-FMI bl-isem “World Economic Outlook” (Ix-Xejra Ekonomika Dinjija) ta' Ottubru 2012,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0269/2013),

A.

billi l-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija xekklet il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali fl-UE u kkawżat qgħad ogħla, inqas PDG u żiedet id-disparitajiet reġjonali u d-defiċits baġitarji fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali;

B.

billi l-ħin u s-severità tal-kriżi varjat ħafna fir-reġjuni tal-UE, filwaqt li enfasizzat id-dgħjufijiet strutturali eżistenti minn qabel u ġabet tnaqqis serju fit-tkabbir tal-PDG, rati rekord ta' qgħad, tfaqqir kbir tal-iktar kategoriji soċjali fraġli, u klima tan-negozju deterjorata u fiduċja mnaqqsa tal-konsumatur;

C.

billi l-banek u s-swieq finanzjarji qed joqogħdu dejjem iktar lura milli jsellfu, peress li ddeterjorat l-affidabilità kreditizja tal-gvernijiet sovrani u sottonazzjonali;

D.

billi ntwera li l-patt fiskali wera mhux xieraq biex jiffaċċja l-isfidi tal-kriżi u billi huwa previst patt tat-tkabbir li jippermetti investimenti importanti fuq skala Komunitarja bħala l-iktar soluzzjoni vijabbli, peress li llum hemm kunsens li l-awsterità finanazjarja u t-tnaqqis baġitarju mingħajr investimenti ma jirxoxtawx l-ekonomija u mhux se joħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-ħolqien tal-imjiegi u t-tkabbir ekonomiku;

E.

billi l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej huma maħsuba biex jippromwovu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE kollha, jnaqqsu d-disparitajiet reġjonali, jippromwovu l-konverġenza u jistimulaw l-iżvilupp, l-impjiegi u l-progress soċjali permezz ta' investiment produttiv;

F.

billi l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej huwa bl-istess mod infiq dedikati għall-appoġġ tat-tkabbir u l-kompetittività intelliġenti, inklużivi u sostenibbli u b'hekk għandhom impatt pożittiv fuq id-denominatur tal-proporzjon tad-defiċit għall-PDG;

G.

billi l-kollass tal-finanzi pubbliċi fl-UE kollha skattat mill-kriżi tad-dejn sovran irriżulta fit-tixrid ta' politiki ta' awsterità; billi l-effetti tagħhom fuq il-finanzi lokali kienu devastanti, billi kkawżat tnaqqis u moderazzjoni f'diversi linji baġitarji u pperikolaw serjament il-kapaċitajiet ta' finanzjament/kofinanzjament għal investiment produttiv tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali;

H.

billi ftit stati biss baqgħu jappoġġaw l-investiment lokali, filwaqt li oħrajn, iffaċċjati mill-kriżi tad-dejn sovran, iddeċidew li jiffriżaw jew inaqqsu l-appoġġ finanzjarju għall-investiment tal-awtoritajiet lokali, b'tendenza qawwija li jiġu ċentralizzati u jiddaħħlu regoli interni tal-patt ta' stabilità li naqqsu drastikament l-investiment;

I.

billi t-tnaqqis baġitarju sostanzjali li sar f'oqsma u f'setturi importanti jikkostitwixxi wieħed mill-ikbar problemi li bħalissa qed jiffaċċjaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

J.

billi l-gvernijiet sottonazzjonali huma atturi reġjonali ewlenin tal-iżvilupp: dawn jirrapreżentaw 60 % tal-investiment pubbliku u 38 % tal-infiq statali konsolidat “għall-affarijiet ekonomiċi”, u b'hekk jinkludu l-parti l-kbira tal-infiq li jista' jinfluwenza l-iżvilupp reġjonali, bħal dak għall-affarijiet kummerċjali u tal-impjiegi, l-agrikola, it-trasport u r-R&Ż;

K.

billi fl-UE, l-investiment aġixxa bħala aġġustament varjabbli f'żewġ pajjiżi minn tlieta, parzjalment minħabba l-isforzi li saru fl-2009 fil-ġlieda kontra l-kriżi; billi naqas l-investiment dirett fi sbatax-il stat Membru fl-2011, meta mqabbel mal-2010, u naqas b'iktar minn 10 % f'għaxar pajjiżi fl-2011 (l-Awstrija, il-Latvja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, il-Bulgarija, il-Greċja, il-Portugall, l-Ungerija u Spanja); billi t-tnaqqis fl-investiment li beda fl-2010 (l-għotjiet ta' investiment mill-gvernijiet ċentrali niżlu bi -8,7 %) qed ikompli u jidher li se jidħol fi spirali negattiva;

L.

billi l-livell ta' dejn tal-kollettivitajiet lokali huwa ferm iktar baxx minn dak tal-protagonisti nazzjonali;

M.

billi l-awtoritajiet sottonazzjonali huma meħtieġa jipparteċipaw fl-isforz ta' konsolidazzjoni u jnaqqsu d-defiċits u d-dejn tagħhom filwaqt li l-kundizzjonijiet tas-self iddeterjoraw għall-gvernijiet subonazzjonali finanzjarjament dgħajfa;

N.

billi l-investiment pubbliku huwa essenzjali għall-inklużjoni soċjali u billi l-ħtiġijiet ta' investiment huma sostanzjali f'ħafna setturi kruċjali fl-ekonomija tal-UE, bħas-suq tax-xogħol, l-infrastruttura, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju;

O.

billi, wara perjodu ta' żieda fil-konverġenza fl-UE bejn l-2000 u l-2007, il-konverġenza naqqset il-pass tagħha b'mod sostanzjali matul il-riċessjoni; billi r-reġjuni l-aktar milquta kienu dawk b'investimenti mhux sostenibbli u spekulattivi u dawk b'setturi tal-manifattura tal-esportazzjoni qawwija;

P.

billi l-mekkaniżmu ta' assorbiment tal-fondi strutturali tal-Unjoni jimplika li l-Kummissjoni tista' biss tirrimborża ħlasijiet intermedji abbażi ta' dikjarazzjonijiet ta' nefqa diġà appoġġati fl-Istati Membri;

Q.

billi l-kofinanzjament nazzjonali pubbliku tal-fondi strutturali tal-Ue-27 għall-perjoud ta' programmazzjoni 2007-2013 jammonta għal madwar EUR 132 biljun, u billi ċifra bħal din tirrappreżenta prekundizzjoni għall-assorbiment regolari ta' dawn il-fondi kif ukoll għall-kwalità tal-investimenti, billi tiżdied l-awtonomizzazzjoni u r-responsabbiltà fil-qasam tal-użu tal-fondi tal-Unjoni;

R.

billi l-kofinanzjament pubbliku tal-programmi appoġġati mill-Politika ta' Koeżjoni jista' jiġi kompromess minħabba n-nuqqas ta' flessibilità fl-applikazzjoni tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir (PST), u dan jillimita l-kontribuzzjoni tal-Politika ta' Koeżjoni għat-titjib tal-kompetittività u biex tingħeleb il-kriżi attwali;

Osservazzjonijiet ġenerali

1.

Jinnota bi tħassib kbir il-mudell ċar ta' żieda fl-inugwaljanza reġjonali fl-UE llum, billi bosta reġjuni relattivament foqra jinsabu fl-Istati Membri l-ġodda u fin-Nofsinhar tal-Ewropa u l-parti l-kbira tar-reġjuni sinjuri jinsabu fl-Ewropa Ċentrali u tat-Tramuntana, u anke fl-Istati Membri nnifishom u r-reġjuni tagħhom; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza primarja tal-Politika ta' Koeżjoni tal-UE bħala għodda ewlenija għall-investiment immirat lejn il-konverġenza u l-iżvilupp sostenibbli fl-UE;

2.

Jenfasizza li l-ekonomija lokali hija fattur ta' rkupru ewlieni għall-komunitajiet u li dan huwa importanti fis-sitwazzjoni attwali ta' kriżi; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-effetti ekonomiċi u soċjali tal-ekonomija soċjali fit-titjib tal-koeżjoni soċjali fil-livell lokali; Jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu opportunitajiet ta' ffinanzjar għall-ekonomija soċjali permezz tal-Fondi Strutturali għall-perjodu 2014–2020;

3.

Itenni l-importanza tal-Politika ta' Koeżjoni bħala l-istrument ewlieni ta' investiment tal-Unjoni, li għandu rwol ċentrali fil-ġlieda kontra l-kriżi, it-tnaqqis fl-inugwaljanzi u l-involviment tal-UE u r-reġjuni tagħha fit-triq tat-tkabbir sostenibbli; jenfasizza r-rwol speċjali tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) fl-appoġġar tal-investiment soċjali u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020, b'mod partikolari billi jikkontribwixxi għal livelli għoljin ta' impjieg sostenibbli u produttività u, fl-istess ħin, jiġġieled b'mod effettiv il-faqar u l-esklużjoni soċjali kif ukoll tiżdied il-koeżjoni soċjali; jenfasizza, għalhekk, l-importanza li jkunu żgurati dispożizzjonijiet baġitarji suffiċjenti fil-kuntest tan-negozjati tal-QFP għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment, filwaqt li jitqies partikolarment is-sehem ewlieni tagħhom ta' investiment f'oqsma bħall-impjiegi, l-innovazzjoni, l-iżvilupp sostenibbli, l-ekonomija b'karbonju baxx u l-appoġġ għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju;

4.

Jirrimarka li l-Politika ta' Koeżjoni wriet li tiflaħ għall-kriżi, bl-adattament tal-programmi tagħha u l-istrumenti ta' finanzjament u b'hekk tipprovdi flessibilità akbar u tagħti kontribut kruċjali f'oqsma fejn huwa meħtieġ investiment għall-modernizzazzjoni ekonomika u l-kompetittività mtejba u għat-tnaqqis fid-disparitajiet ġeografiċi;

Il-kapaċità ta' finanzjament tar-reġjuni tal-UE u s-sinerġiji bejn il-livell reġjonali, il-livell nazzjonali u dak tal-UE

5.

Jenfasizza r-rwol li għandhom bosta kollettivitajiet lokali fl-ibbilanċjar mill-ġdid tal-baġit billi jżommu l-livell ta' investiment pubbliku u jikkofinanzjaw proġetti ġodda u jipprovdu effett ta' lieva, speċjalment meta l-investiment privat ikun baxx; jenfasizza l-fatt li, fi żmien ta' riċessjoni u tkabbir dgħajjef, l-akkwisti pubbliċi sostenibbli u l-kapaċità ta' finanzjament/kofinanzjament u tal-teħid ta' impenji għall-investiment hija kruċjali sabiex jinżamm il-potenzjal tat-tkabbir;

6.

Huwa mħasseb li l-miżuri ta' awsterità mtawla u l-governanza ekonomika stretta mwettqa fl-2011 u l-2012, li żiedu l-pressjoni u naqqsu l-baġits pubbliċi, qed jirriskjaw li jnaqqsu l-ambitu tal-politiki lokali mmirati li jissodisfaw l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020;

7.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi restawrata u tijieb il-kapaċità finanzjarja, fil-livell sottonazzjonali, u li tiġi provduta assistenza teknika adegwata, speċjalment fl-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti kumplessi mmexxija lokalment, sabiex jiġi żgurat l-investiment pubbliku għall-programmi u l-proġetti mmirati lejn it-tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u r-ristawr tat-tessut soċjali, il-forniment ta' servizzi soċjali u ta' kura tas-saħħa adegwati u l-iżgurar tal-impjiegi, speċjalment fil-livell reġjonali u f'dak lokali; itenni li l-allokazzjoni addizzjonali speċifika għar-reġjuni l-aktar imbiegħda m'għandhiex tkun soġġetta għall-konċentrazzjoni tematika u għandha tintuża sabiex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali marbuta mal-karatteristiċi u r-restrizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE, li jġarrbu r-reġjuni l-aktar mbiegħda jinnota, barra minn hekk, li l-allokazzjoni addizzjonali speċifika tista' tintuża ukoll sabiex tgħin fil-finanzjament ta' għajnuna operattiva u ta' nfiq li jkopri obbligi tas-servizz pubbliku u kuntratti fir-reġjuni l-aktar mbiegħda;

8.

Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ iktar il-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u li jsiru iktar sforzi biex titnaqqas il-burokrazija li taffettwa b'mod negattiv ukoll lil dawn l-awtoritajiet bħala benefiċjarji u tirrestrinġi l-kapaċità tagħhom li jimplimentaw il-proġetti ffinanzjati mill-UE;

9.

Jitlob lill-istituzzjonijiet itejbu d-dispożizzjonijiet eżistenti sabiex ir-reġjuni ta’ ċerti Stati Membri li ntlaqtu partikolarment ħażin mill-kriżi finanzjarja jkunu jistgħu jkomplu jtejbu l-kapaċità tagħhom li jassorbu l-fondi strutturali u ta’ koeżjoni u jipprevjenu d-diżimpenji enormi antiċipati;

10.

Jitlob li r-regoli jiġu simplifikati iktar u li jkun hemm flessibilità u trasparenza miżjuda fl-ipprogrammar u l-ġestjoni tal-Fondi Strutturali, li se jippermettu implimentazzjoni aħjar tal-proġetti kif ukoll reazzjonijiet aktar fil-pront u aktar xieraq għall-isfidi u t-theddid soċjali;

11.

Jilqa' r-Rapport tal-2012 tal-Kummissjoni dwar il-Finanzi Pubbliċi fl-UEM u speċjalment il-kapitolu dwar id-Deċentralizzazzjoni Fiskali fl-UE, li jenfasizza l-validità ta' mudell fiskali federalista li jagħti r-responsabilitajiet għall-ħolqien tal-introjtu kif ukoll l-infiq lill-awtoritajiet substatali; jitlob lill-Kummissjoni tinkludi tali kapitolu dwar l-istat tal-finanzi pubbliċi u r-riformi substatali fir-rapport tas-sena d-dieħla dwar il-Finanzi Pubbliċi fl-UEM;

12.

Jenfasizza l-ħtieġa għal sinerġiji akbar bejn il-baġit tal-infiq pubbliċi nazzjonali, dak sottonazzjonali u dak Ewropew permezz tal-istabbiliment ċar tar-rwoli u r-responsabilitajiet tal-awtoritajiet baġitarji differenti fil-livell tal-UE, tal-Istati Membri u dak substatali, inkluż li dawn ikunu ċari dwar ir-rwol u r-raġuni għall-politika tal-UE u l-intervent tal-finanzjament, jirrispettaw il-perjodi ta' pagament iffissati fid-Direttiva 2011/7/UE dwar il-Ħlas Tardiv, jirrispettaw is-sussidjarjetà u d-drittijiet baġitarji tal-awtoritajiet lokali u reġjonali (ir-rwol tagħhom fit-teħid ta' deċiżjonijiet u fl-iskrutinju), jiġifieri r-responsabilizzazzjoni demokratika tagħhom għall-komunitajiet li jeleġġuhom, u li jiżguraw l-awtonomija ta' kull livell ta' governanza fid-determinazzjoni tal-prijoritajiet u tal-infiq; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi data fattwali ċara dwar kif jista’ jissaħħaħ ir-rwol tal-baġit tal-UE li juża l-influwenza tiegħu biex iqanqal investimenti fil-livelli differenti;

13.

Jappoġġa bil-qawwa aktar trasparenza u semplifikazzjoni tal-proċessi baġitarji fil-livelli kollha ta' governanza (inkluża l-identifikazzjoni tas-sorsi ta' finanzjament tal-UE espliċitament fil-baġits nazzjonali u substatali), kif ukoll li tiġi żgurata d-disponibilità tad-data fil-livell tal-UE dwar il-profili ta' nfiq tal-programmi ta' finanzjament tal-UE fil-livell reġjonali (meta dan ikun possibbli), iżda wkoll li jiġi ċċarat kif il-prijoritajiet u l-finanzjament huma allinjati fil-livell tal-UE, tal-Istati Membri u dak substatali lejn il-prijoritajiet mifthiema fil-livell tal-tal-UE;

14.

Jenfasizza l-importanza tal-adattament għal-limiti baġitarji li għaddejjin fl-Ewropa, filwaqt li jibqa' jsir investiment fil-ġejjieni; ifakkar lill-Istati Membri li l-isfida mhijiex li jintnefaq aktar, imma li jsir infiq b'mod aktar effiċjenti;

15.

Jilqa' l-fatt li taħt il-Politika ta' Koeżjoni l-applikazzjoni tal-istrumenti finanzjarji qed tiġi estiża għall-objettivi tematiċi kollha u għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej kollha; jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel analiżi u valutazzjoni bir-reqqa tal-potenzjal tal-mezzi u s-sorsi l-ġodda ta' finanzjament biex jiġi appoġġat l-investiment għat-tkabbir, bħas-suq tal-bonds, l-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju u l-użu ta' strumenti finanzjarji innovattivi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jipproponu modi innovattivi ta' finanzjament tal-investimenti għat-terminu twil tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, anke billi jiġi attirat il-kapital privat; jenfasizza r-rwol ewlieni tal-iskemi ta' self tal-BEI fil-finanzjament ta' proġetti ta' interess Ewropew, u jitlob li jkun hemm iktar koordinazzjoni u sinerġija bejn tali skemi u l-Fondi Strutturali;

16.

Jenfasizza l-importanza ta' Jessica għall-appoġġ tal-iżvilupp sostenibbli fil-bliet u r-rijabilitazzjoni taż-żoni urbani permezz ta' mekkaniżmi ta' inġinerija finanzjarja u jitlob li jiżdied l-użu ta' Jessica għall-perjodu ta' programmazzjoni futur;

Il-governanza ekonomika tal-UE u l-investiment għat-tkabbir u l-impjiegi

17.

Jenfasizza r-rwol li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jista' jkollhom fl-ilħiq tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; itenni l-importanza tas-sħubija bejn l-awtoritajiet ċentrali u dawk reġjonali u lokali fl-istabbiliment tal-prijoritajiet u fl-għoti tal-kofinanzjament meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-programmi bħala prekundizzjoni għall-kisba ta' effett massimu b'riżorsi limitati fit-tentattivi li jintlaħqu dawn l-objettivi; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza tal-istrumenti l-ġodda għal żvilupp lokali mmexxi mill-komunità, li jippermetti gruppi ta' azzjoni fil-livell lokali biex jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji lokali għat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; jistieden lill-Istati Membri biex jipprevedu opportunitajiet bħal dawn bħala parti mill-proċess ta' programmar attwali sabiex isir użu mill-potenzjal kbir tal-gruppi ta' azzjoni lokali fir-rigward tal-innovazzjoni; jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u, meta applikabbli, tas-sħab soċjali u sħab relevanti oħra fl-ipprogrammar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Fondi Strutturali u l-preparazzjoni tal-ftehimiet ta' sħubija, li jistgħu jirriżultaw f'rabtiet aħjar bejn l-istrateġiji tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali;

18.

Jesprimi t-twemmin li hemm bżonn konċentrazzjoni tematika fuq għadd żgħir ta' prijoritajiet; jenfasizza, madankollu, li l-flessibilità hija meħtieġa biex l-Istati Membri u r-reġjuni jkunu jistgħu jirreaġixxu b'mod kemm jista' jkun effettiv għal miri komuni, filwaqt li jiġu rrispettati wkoll l-ispeċifiċitajiet territorjali, ekonomiċi u soċjali;

19.

Itenni bil-qawwa l-oppożizzjoni tiegħu għall-introduzzjoni ta' kundizzjonalità makroekonomika fil-Politika ta' Koeżjoni 2014–2020 li tippenalizza r-reġjuni u l-gruppi soċjali li diġà huma mdgħajfa mill-kriżi permezz tas-sospensjoni tal-pagamenti li possibbilment ikollhom effetti sproporzjonati f'xi Stati Membri u speċjalment fir-reġjuni, minkejja l-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fl-isforzi biex jibbilanċjaw il-baġits pubbliċi, u li sservi biss biex iddgħajjef lill-istati li jinsabu f'diffikultà finanazjarja u tagħmel ħsara lill-isforzi ta' solidarjetà li huma essenzjali biex jinżamm il-bilanċ makroekonomiku fl-Unjoni; hu tal-fehma, barra minn hekk, li approċċ ta' sanzjonijiet bħal dan jista' ma jinftiehemx mill-pubbliku in ġenerali u jista' jżid in-nuqqas ta' fiduċja f'mument meta n-nies diġà tinsab affettwata minn kriżi u mill-effetti tal-politiki ta' awsterità;

20.

Iqis li f'dan il-perjodu ta' tnaqqis fil-finanzjamenti pubbliċi, għandu jiġi rikunsidrat il-prinċipju tal-addizzjonalità biex l-applikazzjoni ssir koerenti mal-kuntest tal-governanza ekonomika Ewropea, u jitlob li jsir dibattitu dwar din il-kwistjoni fil-kuntest tan-negozjati dwar il-Politika ta' Koeżjoni wara l-2013;

21.

Jinnota li l-kummenti riċenti tal-FMI li l-awsterità ddgħajjef il-pajjiżi fejn tiġi applikata bla ħsieb, minħabba li meta l-perspettiva ekonomika globali tkun fqira, it-tnaqqis preċipitat tad-defiċit tal-gvern ixekkel l-irkupru għat-terminu qasir billi jbaxxi d-dħul mit-taxxi u b'hekk iżid iktar id-defiċit; jaqbel mal-FMI li jeħtieġ li titqiegħed enfasi fuq il-bilanċ mill-ġdid bejn it-tindif u t-tkabbir, u mhux biss fuq it-tindif tal-finanzi pubbliċi;

22.

Jilqa' l-proposta mressqa minn bosta Stati Membri biex, fil-kuntest tan-negozjati dwar il-QFP, tiġi inkluża “klawsola ta' reviżjoni” tal-kontijiet bejn l-2015 u l-2016 li tippermetti żieda fil-baġit matul l-eżekuzzjoni tiegħu favur oqsma kruċjali, bħall-impjieg taż-żgħażagħ u l-impriżi żgħar u ta' daqs medju;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jisfruttaw il-marġnijiet kollha ta' flessibilità li jeżistu fil-parti preventiva tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir (PST) għall-bilanċ tal-ħtiġijiet tal-investiment pubbliku produttiv u sostenibbli mal-objettivi tad-dixxiplina fiskali; iqis li dan jista' jsir, pereżempju, bl-esklużjoni tal-volumi aggregati tal-kofinanzjament nazzjonali taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej mil-limiti imposti mill-PST, billi l-kalkoli għall-iskopijiet tal-Patt jiġu bbażati fuq ir-rekwiżiti ta' awtofinanzjament netti ta' Stat Membru, u mhux fuq ir-rekwiżiti grossi, jiġifieri n-nett tat-taxxi pagabbli fuq l-ispejjeż effettivi (partikolarment il-VAT), jew inkella bl-applikazzjoni ta' fażijiet skont skadenzi differenti taż-żewġ sorsi (Ewropew u nazzjonali) ta' finanzjament tal-programmi, sabiex l-fondi jkunu kompletament Ewropej matul l-ewwel snin ta' programm u jiġu fl-intier tagħhom minn sors nazzjonali fl-aħħar snin, filwaqt li wieħed jassumi li l-Istat Membru individwali kkonċernat sa dakinhar ikun irnexxielu jikseb riżultati tanġibbli f'termini tal-politika tal-osservanza tal-proporzjoni tad-dejn f'paragun mal-PDG;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li n-nefqa pubblika mġarrba mill-Istati Membri għall-programmi ta' kofinanzjament appoġġati mill-Fondi Strutturali ma tidhirx fost l-ispejjeż strutturali, pubbliċi jew assimilati, ikkunsidrati fil-qafas ta' ftehim ta' sħubija għall-kontroll tar-rispett tal-PTS, sakemm dan ikun obbligu dovut direttament għall-osservanza tal-prinċipju ta' addizzjonalità; jitlob, għalhekk, li n-nefqa pubblika relatata mal-implimentazzjoni tal-programmi kofinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej tkunu eskluża kompletament mid-definizzjoni ta' defiċits strutturali tal-PST għax din hija nefqa dedikat għall-ilħiq tal-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020 u li tappoġġa l-kompetittività, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, speċjalment f'dak li jikkonċerna l-impjiegi għaż-żgħażagħ;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar il-kamp ta' applikazzjoni għal azzjoni possibbli fil-konfini tal-qafas fiskali eżistenti tal-UE sabiex tiġi indirizzata iktar il-kwistjoni tas-separazzjoni tal-infiq kurrenti u l-investiment fil-kalkoli tad-defiċit tal-baġit sabiex jiġi evitat li l-investimenti pubbliċi b'benefiċċji netti fit-tul jiġu kkalkolati bħala negattivi;

26.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu, fil-kuntest tan-negozjati kurrenti dwar l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-futur, il-marġni kollha ta' flessibbiltà fil-qafas ta' governanza makroekonomika sabiex jippermettu l-investiment produttiv, b'mod partikolari billi terġa' tifformula l-relazzjoni bejn il-Patt ta' Stabilità u Tkabbir u l-investiment pubbliku produttiv u teskludi n-nefqa pubblika relatata mal-implimentazzjoni tal-programmi kofinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment fil-qafas ta' politiki favur it-tkabbir mir-regoli ta' sorveljanza baġitarja skont il-Patt ta' Stabilità u Tkabbir;

o

o o

27.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/ec/131388.pdf.

(2)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/ec/136151.pdf.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2012)0430.

(4)  ĠU C 390 E, 18.12.2012, p. 10.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2013)0070.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2013)0069.

(7)  ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 113.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2013)0078.

(9)  http://www.eib.org/infocentre/publications/all/econ-note-2012-regional-convergence.htm.

(10)  http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/occasional_paper/2012/pdf/ocp125_en.pdf.


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/35


P7_TA(2013)0402

Għal strateġija komprensiva tal-UE dwar is-sajd fir-reġjun tal-Paċifiku

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar strateġija komprensiva tal-UE dwar is-sajd fir-reġjun tal-Paċifiku (2012/2235(INI))

(2016/C 181/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sajd, u b’mod partikolari l-paragrafu 157 tar-riżoluzzjoni 66/68 rigward l-obbligi li għandhom l-istati żviluppati lejn l-istati l-inqas żviluppati u lejn l-istati gżejjer żghar li qed jiżviluppaw,

wara li kkunsidra l-Ftehim tal-1995 għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Dritt tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 rigward il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Stokkiijiet ta’ Ħut Transżonali u Stokkijiet ta’ Ħut li Jpassi Ħafna,

wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali tal-FAO għall-Ġestjoni tal-Kapaċità tas-Sajd, approvat mill-Kunsill tal-FAO f’Novembru 2000 (Kapaċità IPOA),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (minn hawn ’il quddiem IUU) (1),

wara li kkunsidra l-Ftehim dwar Miżuri tal-Istat tal-Port li Jimpedixxu, Jiskoraġixxu u Jeliminaw is-Sajd Illegali, Mhux Rapportat u Mhux Regolat approvat mill-Konferenza tal-FAO fis-Sitta u Tlettin Seduta tagħha li nżammet fit-22 ta’ Novembru 2009,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-22 ta' Novembru 2012 dwar id-dimensjoni esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd (2),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat għar-Reġjuni tal-21 ta' Marzu 2012 bit-titolu “Lejn sħubija għall-iżvilupp imġedda bejn l-UE u l-Paċifiku” (3),

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Immaniġġjar ta’ Stokkijiet ta’ Ħut Migratorju tal-Oċean Paċifiku Ċentrali u tal-Punent, li l-UE tagħmel parti kontraenti minnha b’effett mill-25 ta’ Jannar 2005 skont id-Deċiżjoni 2005/75/KE (4),

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/539/KE, tat-22 ta’ Mejju 2006, dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni għat-Tisħiħ tal-Kummissjoni Inter-Amerikana tat-Tonn Tropikali (IATTC) stabbilita mill-Konvenzjoni tal-1949 bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u r-Repubblika ta’ Costa Rica (5),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Riżorsi tas-Sajd f’Ibħra Miftuħa fin-Nofsinhar tal-Oċean Paċifiku (6), approvata f’isem l-UE taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/130/UE (7), u li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/144/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (8),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmata f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (9) (minn hawn ’il quddiem il-Ftehim ta’ Cotonou),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (10),

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikronesja dwar is-sajd fl-Istati Federali tal-Mikronesja (11),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra (12),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-UE u l-Gżejjer Solomon (13),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2012, li għaliha tiġi ppreżentata notifika lill-pajjiżi terzi li l-Kummissjoni temmen li għandhom jiġu meqjusa bħala pajjiżi terzi mhux kooperattivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li għalih jiġi stabbilit sistema komunitarja li tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (14),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0297/2013),

A.

billi biex tiġi implimentata l-koerenza politika għall-iżvilupp, politiki tal-UE li għandhom impatt fuq is-sajd tal-pajjiżi AKP tal-Paċifiku (AKPP) – jiġifieri l-politiki tas-sajd, il-kummerċ u l-iżvilupp – għandhom ikunu implimentati b’tali mod li jiżgura li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ żvilupp sostenibbli tas-sajd kif stabbilit mill-pajjiżi tal-AKPP; billi dan l-approċċ għandu jiġi integrat fit-tiġdid li se jsir dalwaqt tal-Ftehim ta’ Cotonou jew fl-istrumenti li jistgħu jiġu wara dan il-Ftehim;

B.

billi l-UE trid timmira għall-koerenza tal-politika għall-iżvilupp abbażi tal-Artikolu 208(1) tat-TFUE li jgħid li “L-Unjoni għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-objettivi ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x’aktarx tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw”;

C.

billi l-UE hija t-tieni donatur wara l-Awstralja f’dan ir-reġjun, fejn twassal l-għajnuna tagħha permezz tal Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) u, minkejja li r-riżorsi tas-sajd huma s-sors ewlieni tal-ġid tal-pajjiżi AKP tal-Paċifiku, u l-unika wieħed komuni għalihom kollha, u minkejja li l-pajjiżi tal-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Centrali ripetutament esprimew l-intenzjoni tagħhom biex is-sajd tat-tonn isir il-magna tal-iżvilupp soċjoekonomiku tar-reġjun, 2,3 % biss tal-għajnuna tal-10 FEŻ huma ddedikati għall-attivitajiet relatati mas-sajd;

D.

billi l-ftehimiet kummerċjali bilaterali u multilaterali li jiġu negozjati mill-UE għandhom ikunu preċeduti minn valutazzjonijiet tal-impatt, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-konservazzjoni tar-riżorsi marini ħajjin u l-konsegwenzi tal-ftehimiet għall-popolazzjonijiet lokali; billi ftehimiet bilaterali u multilaterali bħal dawn għandhom jipu ggwidati mill-konklużjonijiet ta’ dawn il-valutazzjonijiet tal-impatt;

E.

billi, fin-negozjati li għaddejjin bħalissa tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (FSE) bejn l-UE u l-Pajjiżi AKP immirati biex jadattaw is-sistema ta’ preferenzi ġeneralizzata derivata mill-Ftehim ta’ Cotonou għar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), il-prodotti tas-sajd għandhom rwol kruċjali kemm għall-aċċess għas-swieq Ewropej kif ukoll għall-aċċess għar-riżorsi u governanza tajba tas-sajd sabiex jintlaħaq żvilupp sostenibbli;

F.

filwaqt li wieħed jiftakar fin-natura perikoluża tad-deroga għar-regoli ta’ oriġini fl-Artikolu 6, il-paragrafu 6, tal-Protokoll II dwar ir-regoli ta’ oriġini anness mal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati tal-Paċifiku u r-riskji li jirriżultaw minnha ta’ kompetizzjoni inġusta fis-suq Ewropew tal-prodotti tas-sajd;

G.

billi huwa fl-interess tal-UE li tiżviluppa r-relazzjonijiet ma’ dan ir-reġjun tal-Paċifiku u li tikkoopera bil-għan li tilħaq il-għan ta’ żvilupp, filwaqt li żżomm bħala premessa l-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd, il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli ta-sajd u l-promozzjoni tat-trasparenza fil-ġestjoni tas-sajd;

H.

billi viċin in-nofs tal-qabdiet dinjija tat-tonn iseħħu fl-ibħra tal-Paċifiku tal-Punent u tal-Paċifiku Ċentrali, li 80 % minnhom jinsabu fiż-Żoni Ekonomiċi Esklussivi (ŻEE) tal-istati gżejjer u 20 % biss minnhom f’ibħra internazzjonali;

I.

billi l-aktar valutazzjonijiet riċenti tal-istokkijiet li saru mill-Kumitat Xjentifiku tad-WCPFC fl-2012 jindikaw li mhu qed isir l-ebda sajd żejjed la tal-palamit (Katsuwonus pelamis) u l-anqas tat-tonna ta’ denbu safrani (Thunnus albacares) fiż-żona regolatorja tagħha, iżda jindikaw li qed isir sajd żejjed tat-tonn ta’ għajnejh kbar (Thunnus obesus); billi l-mortalità tat-tonn ta’ għajnejh kbar żgħir f’sajd bil-purse seiner, b’mod partikulari dawk assoċjati mal-irkapti biex jinġema’ l-ħut, hija inkwetanti ħafna;

J.

billi għalkemm kien hemm titjib żgħir fil-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd f’din iż-żona tal-Paċifiku, jinstab li ż-żieda kbira fin-numru ta’ bastimenti li jistadu bil-purse seiners (l-aktar dawk mil-Asja u mill-istati gżejjer), iż-żieda fl-isforz tas-sajd u s-sajd illegali qed jheddu s-sostenibbiltà tar-riżorsi tar-reġjun;

K.

billi l-approċċ tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tas-sajd fil-baħar Paċifiku għandu jappoġġja b’mod attiv l-isforzi reġjonali attwali biex jindirizzaw il-kapacità żejda u jtejbu l-ġestjoni tas-sajd;

L.

billi fil-Paċifiku teżisti tradizzjoni ta’ aġenziji u strutturi reġjunali għall-ġestjoni tas-sajd tat-tonn, bħall-Aġenzija tal-Forum tas-Sajd tal-Gżejjer Paċifiċi (Pacific Islands Forum Fisheries Agency), magħrufa bħala l-FFA, u l-korp subreġjonali tal-Pajjiżi Firmatarji tal-Ftehim ta’ Nauru (Parties to the Nauru Agreement), minn hawn ’il quddiem PNA;

M.

billi l-iskema tal-jiem ta’ sajd (vessel day scheme – VDS) ġiet introdotta mill-Pajjiżi Firmatarji tal-Ftehim ta’ Nauru fl-2008 f’tentattiv biex jiġi ġestit l-aċċess għall-ibħra tal-PNA, biex jiġi llimitat l-isforz tas-sajd f’dawk l-ibħra u biex jiġu massimizzati l-benefiċċji mis-sajd għall-istati gżejjer żgħar tal-Paċifiku li qed jiżviluppaw;

N.

billi l-isforz eċċessiv tal-partijiet huwa realtà, id-diskussjonijiet qed isiru fi ħdan id-WCPFC dwar Miżura ġdida ta' Konservazzjoni u Ġestjoni għas-snin li jmiss, fejn qed jiġu indirizzati l-limiti fuq l-isforz;

O.

billi l-Istati Uniti ffirmat ftehim multilaterali mal-Istati tal-Paċifiku fl-1988, u dak il-Ftehim, li bħalissa qed jiġi nnegozjat mill-ġdid, jiżgura l-aċċess għal madwar 20 % tal-ġranet tas-sajd fir-reġjun;

P.

billi jeħtieġ li l-iskema tal-jiem ta’ sajd (VDS) tkun kompletament trasparenti u d-dispożizzjonijiet tagħha jeħtieġ li jiġu mtejba u implimentati mill-membri kollha tagħha, biex tkun tista’ twettaq l-objettivi tagħha u tiżgura kompatibilità sħiħa tal-miżuri meħuda kemm fiż-ŻEE kif ukoll fl-ibħra miftuħa;

Q.

billi l-ispejjeż tal-aċċess għall-flotot li jivvjaġġaw fuq distanzi twal mistennija jkomplu jogħlew b’mod sinifikanti fis-snin li ġejjin, minħabba l-fatt li huma għajn importanti ta’ dħul għall-pajjiżi f’din iż-żona; billi l-ispiża ta’ ġurnata tas-sajd kif deċiża fil-laqgħa annwali tal-PNA ġiet stabbilita għal minimu ta’ USD 6 000 għall-2014;

R.

billi l-ftehimiet ta’ sħubija tas-sajd konklużi mill-UE, inklużi dawk mal-pajjiżi tar-Reġjun tal-Paċifiku, ġew ibbażati tradizzjonalment fuq limitazzjoni fuq in-numru ta’ bastimenti b’riferenza indikattiva għat-tunnellaġġ, u dan wassal għal disparitajiet minħabba l-introduzzjoni tal-VDS mill-PNA u x-xewqa tagħhom li l-VDS tiġi applikata għall-ftehimiet ta’ sħubija mal-UE;

S.

billi skema tal-jiem ta’ sajd li tkun imfassla tajjeb u nfurzata kif suppost għandha l-potenzjal li tipprovdi l-mezzi biex jiġu pprevenuti aktar żidiet fl-isforz fir-reġjun;

T.

billi, fir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi terzi, l-UE stabbiliet kooperazzjoni u konformità fil-qasam tas-sajd IUU bħala prerekwiżit għall-konklużjoni tal-ftehimiet ta’ sħubija tas-sajd; billi l-Artikolu 38(9) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 dwar il-ġlieda kontra s-sajd IUU jiddikjara li l-Kummissjoni m’għandhiex tidħol f’negozjati biex tikkonkludi tali ftehimiet ta’ sħubija ma’ pajjiżi li ma jikkooperawx f’dan ir-rigward;

U.

billi l-FSE għandhom jinkludu riferenza speċifika għall-implimentazzjoni tar- regolament dwar is-sajd IUU, iktar milli sempliċement diċitura ġenerali dwar il-ħtieġa ta’ ġlieda kontra s-sajd IUU, u m’għandhomx jiġu konklużi ma' pajjiżi terzi identifikati bħala “li ma jikkooperawx”;

V.

billi l-Kummissjoni, fid-Deċiżjoni tagħha tal-15 ta’ Novembru 2012, notifikat lill-Fiġi u Vanuatu, fost oħrajn, bħala pajjiżi li possibilment mhumiex kooperattivi skont ir-Regolament IUU, minħabba n-nuqqas ta’ miżuri u penali ta’ deterrent kontra l-bastimenti li jtajru bandiera ta’ dawk il-pajjiżi li jipprattikaw sajd IUU kif ukoll minħabba li ma implimentawx ir-rakkomandazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet reġjunali tas-sajd;

W.

billi, storikament, l-operazzjonijiet tas-sajd tal-flotta tal-Ewropa li tistad bil-purse seiners kienu jseħħu prinċipalment fil-Paċifiku Ċentrali, kemm f’ibħra internazzjonali u kemm fiż-ŻEE ta’ Kiribati, kif ukoll dawk ta’ Tuvalu, Tokelau u Nauru, permezz ta’ ftehimiet tas-settur privat;

X.

billi, madankollu, minbarra l-Ftehim ta’ Sħubija tas-Sajd ma’ Kiribati, l-UE nnegozjat ftehim ta’ sħubija tas-sajd ukoll ma’ ċerti tal-Paċifiku tal-Punent, imma dawn ma’ daħlux fis-seħħ, peress li l-Ftehim mal-Istati Federali tal-Mironesja ma kienx ġie ratifikat mill-Parlament ta’ dak il-pajjiż u n-negozjati għat-tiġdid tal-Ftehim mal-Gżejjer Solomon ilhom imblukkati mill-2012;

Y.

billi l-Kummissjoni lestiet il-valutazzjonijiet preċedenti mal-Gżejjer Cook u Tuvalu sabiex jinbdew negozjati dwar ftehimiet tas-sajd ma’ dawk il-pajjiżi, u billi ġew iffirmati l-Memorandi ta’ Qbil korrispondenti bħala prerekwiżit biex jintalbu l-mandati tan-negozjar lill-Kunsill;

Z.

billi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna s’issa huwa nieqes mill-persunal responsabbli mill-kwistjonijiet tas-sajd fid-delegazzjoni tiegħu f’Fiġi;

Strateġija Ġenerali

1.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura koerenza fost il-politiki tal-Unjoni kollha li għandhom impatt f’dan ir-reġjun, kif meħtieġ mill-Artikolu 208 TFUE, u b'mod speċifiku dawk dwar tas-sajd, tal-kummerċ u tal-iżvilupp, filwaqt li ssaħħaħ is-sinerġiji potenzjali, bl-għan li jintlaħaq effett multiplikatur, li jimmassimizza l-effetti ta’ benefiċċju, kemm għall-Istati ta’ dan ir-reġjun tal-Paċifiku kif ukoll għall-Istati Membri tal-UE, filwaqt li tippromwovi wkoll id-dimensjoni internazzjonali, issaħħaħ il-preżenza strateġika tal-UE, iżżid il-viżibbiltà tal-UE tal-Paċifiku tal-Punent u l-Paċifiku Ċentrali, u tikkontribwixxi għall-isfruttament sostenibbli tar-rizorsi tal-Paċifiku;

2.

Iqis li fil-qafas futur tar-relazzjonijiet post-Cotonou mal-pajjiżi AKP tal-Paċifiku, l-istrateġija tas-sajd għandu jkollha approċċ li jikkonċentra fuq il-lat reġjonali li jsaħħaħ il-pożizzjoni u r-rwol tal-UE fir-reġjun tal-Paċifiku tal-Punent u l-Paċifiku Ċentrali;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li fil-11-il FEŻ tieħu din l-istrateġija, kif ukoll il-possibilità li jiżdied il-perċentwal tal-għajnuna speċifika għas-settur għall-indirizzar tal-ħtiġijiet tal-komunitajiet tas-sajd (inkluż it-titjib fil-kontribuzzjoni tagħhom għas-sigurtà lokali tal-ikel), li tiġi żviluppata l-infrastruttura tas-sajd għall-iżbark u l-ipproċessar lokalment tal-qabdiet, peress li s-sajd huwa wieħed mir-riżorsi ekonomiċi ewlenin tar-reġjun;

4.

Jilqa’ b’mod pożittiv iż-żieda reċenti ta’ persunal mad-Delegazzjoni tal-UE f’Fiġi biex ikun responsabbli speċifikament mill-kwistjonijiet tas-sajd, u jittama li dan se jgħin biex tiġi stabbilita rabta permanenti u speċjalizzata mal-pajjiżi tar-reġjun fil-qasam tas-sajd;

5.

Jitlob, ukoll, li jkun hemm aktar koordinazzjoni u kumplementarjetà akbar ma' atturi oħra fir-reġjun f'rabta mal-għajnuna għall-iżvilupp, f'konformità mal-Patt ta' Cairns ta' Awwissu 2009; jilqa' l-fatt li fit-12 ta' Ġunju 2012 saret it-tieni laqgħa ministerjali tal-UE u l-Forum tal-Ġzejjer tal-Paċifiku (PIF), li saħħet id-djalogu politiku bejn l-UE u l-Paċifiku, b'mod partikolari fl-oqsma tas-sajd u l-iżvilupp, u b'hekk ġie żgurat li l-azzjonijiet meħuda f'dawn l-oqsma mill-UE u l-pajjiżi fir-reġjun se jkunu iktar effettivi;

6.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-flotot tal-ilmijiet mbiegħda, f'kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-Paċifiku, jikkontribwixxu għal tnaqqis fil-pressjoni tas-sajd fuq l-istokkijiet tat-tonn tropikali, inkluż billi jitnaqqsu sostanzjalment il-livelli ta' mortalità tat-tonn ta’ għajnejh kbar żgħir, li huwa stokk ta' importanza ekonomika kbira għar-reġjun u wieħed li bħalissa qed jiġi mistad iżżejjed;

Strateġija tas-Sajd

A.   Għall-ġejjieni qrib:

7.

Jenfasizza l-importanza li tiġi stabbilita strateġija tas-sajd għall-Paċifiku tal-Punent u għall-Paċifiku Ċentrali, minħabba r-relevanza ta’ dan ir-reġjun mill-aspett tas-sajd u l-valur tiegħu għall-flotta tal-UE u għas-suq u l-industrija tal-UE tal-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd, kif ukoll li tingħata ċertezza ġuridika għall-bastimenti li joperaw hemmhekk;

8.

Jinnota li l-istrateġija tal-UE ta’ aċċess għar-riżorsi fiż-ŻEE tal-pajjiżi tar-reġjun permezz ta’ ftehimiet ta’ sħubija tas-sajd ma ħadmitx kif suppost ħlief fil-każ ta’ Kiribati, u jemmen li għar-rivitalizzazzjoni u l-konsolidazzjoni tal-ftehim hemm il-ħtieġa ta’ qafas ġdid għal relazzjonijiet vantaġġjużi u mill-qrib bejn id-diversi partijiet involuti;

9.

Iqis li parti mill-problema ġejja mill-fatt li l-UE għamlet negozjati mingħajr suċċess dwar ftehimiet ma’ pajjiżi tal-Paċifiku tal-Punent, fejn jinsabu ż-ŻEE tal-Gżejjer Solomon u l-Istati Federali tal-Mikronesja, minflok ma ggwidat l-isforzi tagħha lejn il-Paċifiku Ċentrali, fejn il-flotta tal-bastimenti purse-seiner tal-Unjoni tradizzjonalment iffukat l-operazzjonijiet tagħha;

10.

Jilqa’ b’mod pożittiv ħafna l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea lestiet il-valutazzjonijiet preċedenti mal-Gżejjer Cook u Tuvalu bil-ħsieb li tibda negozjati dwar ftehim ta’ sħubija tas-sajd, u li ġew iffirmati l-Memoranda ta’ Qbil rilevanti bħala prerekwiżit biex jintalbu l-mandati ta’ negozjar lill-Kunsill;

11.

Jemmen li dan l-approċċ ġdid għan-negozjar huwa aktar konformi mal-approċċ reġjonali ripetutament mitlub mill-Parlament, speċjalment b’referenza għas-sajd ta’ speċijiet li jpassu ħafna; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura konformità mad-dispożizzjonijiet tad-WCPFC fil-kaz ta’ negozjati ma’ partijiet firmatarji tal-PNA u pajjiżi oħra tal-AKP tal-Paċifiku;

12.

Jinnota li l-approċċ tal-UE għall-Paċifiku għandu jgħin lill-istati li qed jiżviluppaw, u b’mod partikolari l-istati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw, fl-isforzi tagħhom biex jiżguraw sehem akbar mill-benefiċċji li jiġu mill-esplojtazzjoni sostenibbli ta' stokkijiet ta' ħut transżonali u stokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna u għandu jgħin ukoll biex jissaħħu l-isforzi reġjonali biex jikkonservaw b’mod sostenibbli u jimmaniġġjaw is-sajd għal dawn l-stokkijiet, kif mitlub mill-Konferenza ta’ Rieżami tal-UNFSA;

13.

Juri t-tħassib tiegħu dwar l-eżistenza tas-sajd IUU fiż-żona, u, filwaqt li jirrikonoxxi li saru ċerti titjibiet fil-governanza tas-sajd, iqis li dawn l-avvanzi għadhom inadegwati, speċjalment fir-rigward tal-introduzzjoni tal-istrumenti bażiċi li jikkumbattu s-sajd IUU;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi referenza espliċita għar-Regolament IUU (KE) Nru 1005/2008 fid-dispożizzjonijiet tal-FSE negozjati mal-pajjiżi tal-Paċifiku;

15.

Jistieden lill-istati tal-AKP jkomplu jwettqu parti attiva fi ħdan l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO), u jżommu infurmati b'mod regolari lis-soċjetà ċivili u lill-organizzazzjonijiet soċjoprofessjonali tagħhom bid-deċiżjonijiet meħuda rigward is-sajd.

B.   Għall-ġejjieni fuq żmien medju sa ġejjieni fit-tul

16.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi l-possibbiltà li tiġi stabbilita strateġija fit-tul għall-aċċess tal-flotta tal-UE għaż-ŻEE tal-pajjiżi ta’ dan ir-reġjun, ibbażata fuq ftehim ta’ qafas reġjonali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Paċifiku tal-Punent u l-Paċifiku Ċentrali, negozjat mal-FFA u ċċentrat fuq l-aspetti li ġejjin:

a)

il-ftehim għandu jistabbilixxi l-arranġament ta’ aċċess għall-flotta tal-UE, li aktar tard għandhom jiġu riflessi fi ftehim bilaterali ta’ kooperazzjoni fis-settur tas-sajd mal-pajjiżi kkonċernati;

b)

il-ftehim għandu jistabbilixxi sistema ta’ governanza trasparenti li tiżgura b’mod speċjali l-ġlieda kontra s-sajd IUU u li jispeċifika l-istrumenti li għandhom jiġu applikati, li jinkludu l-Ftehim dwar Miżuri tal-Istat tal-Port;

c)

il-ftehim għandu jkun ibbażat fuq il-VDS, kemm-il darba jiġu adottati miżuri biex tiġi żgurata t-trasparenza tagħha, tittejjeb l-effettività u l-implimentazzjoni tagħha mill-partijiet kollha relevanti, u jiżgura l-konformità tagħha mal-aħjar parir xjentifiku disponibbli;

d)

in-negozjar tal-ftehim għandu jesplora t-toroq għal kanalizzar possibbli tal-għajnuna għall-iżvilupp taħt il-FEŻ għar-reġjun permess tal-FFA, peress li l-pajjiżi AKP tal-Paċifiku ma għandhomx ir-riżorsi umani u tekniċi biex ikunu jistgħu jużaw dawn il-fondi b’mod adegwat;

17.

Jenfasizza li fl-aħħar stadju ta’ dan il-proċess għandu jieħu approċċ purament reġjonali, jiġifieri, għanu jieħu s-sura ta’ ftehim multilaterali ta’ kooperazzjoni fis-settur tas-sajd mal-pajjiżi li ffirmaw l-FSE li jagħti aċċess għar-riżorsi taż-ŻEE ta’ dawk il-pajjiżi għall-flotta tal-Unjoni;

18.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tqis din l-istrateġija tas-sajd għar-reġjun tal-Paċifiku kif ukoll il-karatteristiċi speċifiċi tal-istati gżejjer meta tiġi biex tirrevedi l-Ftehim ta’ Cotonou;

19.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-Parlament ikun involut b’mod adegwat fil-proċess tat-tħejjija u tan-negozjar u fil-monitoraġġ fit-tul u l-valutazzjoni tal-funzjonament tal-ftehimiet bilaterali skont id-dispożizzjonijiet tat-TFUE; jinsisti li l-Parlament jiġi infurmat immedjatament u kompletament, fuq l-istess livell tal-Kunsill, fl-istadji kollha tal-proċedura relatati mal-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd, skont l-Artikoli 13(2) u 218(10) TFUE; ifakkar fil-konvinzjoni tiegħu li l-Parlament għandu jkun irrappreżentat minn osservaturi fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt ikkontemplat fil-ftehimiet tas-sajd; jinsisti li l-osservaturi tas-soċjetà ċivili, inklużi kemm rappreżentanti tas-sajd tal-UE u kemm tal-pajjiżi terzi, ukoll għandhom jattendu għal dawk il-laqgħat;

o

o o

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi dan ir-Rapport lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.


(1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2012)0461

(3)  JOIN(2012)0006.

(4)  ĠU L 32, 4.2.2005, p. 1, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: il-Kapitolu 11, il-Volum 27, p. 52-54.

(5)  ĠU L 224, 16.8.2006, p. 22.

(6)  ĠU L 67, 6.3.2012, p. 3.

(7)  ĠU L 67, 6.3.2012, p. 1.

(8)  ĠU L 60, 5.3.2011, p. 2.

(9)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(10)  ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.

(11)  ĠU L 151, 6.6.2006, p. 3.

(12)  ĠU L 205, 7.8.2007, p. 3.

(13)  ĠU L 190, 22.7.2010, p. 3.

(14)  ĠU C 354, 17.11.2012, p. 1.


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/41


P7_TA(2013)0403

Ir-restrizzjonijiet tas-sajd u l-ibħra ġuriżdizzjonali fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed – mezzi għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar ir-restrizzjonijiet tas-sajd u l-ibħra ġuriżdizzjonali fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed – mezzi għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti (2011/2086(INI))

(2016/C 181/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 (UNCLOS),

wara li kkunsidra l-Ftehim tal-1995 għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 rigward il-konservazzjoni u l-immaniġġjar ta’ stokkiijiet transżonali tal-ħut u ta’ stokkijiet ta’ ħut migratorju ħafna,

wara li kkunsidra l-kodiċi ta' kondotta għal sajd responsabbli tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO), adottat f’Ottubru 1995 mill-Konferenza tal-FAO,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Baħar l-Iswed kontra t-Tniġġis, iffirmata f’Bukarest f’April 1992,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar u r-Reġjun Kostali tal-Mediterran u tal-Protokolli tagħha, iffirmata f’Barċellona fi Frar 1976 u emendata f’Barċellona f’Ġunju 1995,

wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni Strateġiku għall-Protezzjoni Ambjentali u r-Riabilitazzjoni tal-Baħar l-Iswed, adottat f’Sofija f’April 2009,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marina) (1),

wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta (COM(2013)0133),

wara li kkunsidra [il-Parti VII dwar il-Politika Esterna] tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (2),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Jannar 2011 dwar strateġija tal-UE għall-Baħar l-Iswed (3),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Settembru 2011 dwar il-ġestjoni attwali u futura tas-sajd fil-Baħar l-Iswed (4),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2012 dwar id-dimensjoni esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd (5),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta' Ottubru 2007 bl-isem “Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea” (COM(2007)0575),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-Politika Marittima Integrata (IMP) – Evalwazzjoni tal-progress li sar u sfidi ġodda (6),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Settembru 2009 bl-isem “Lejn Politika Marittima Integrata għal governanza aħjar fil-Mediterran” (COM(2009)0466),

wara li kkunsidra l-Politika Ewropea tal-Viċinat u Strumenti relatati ta’ finanzjament;

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-8 ta’ Settembru 2010 dwar “Għarfien dwar il-Baħar 2020 – dejta u osservazzjoni yal-baħar għat-tkabbir intelliġenti u sostenibbli (COM(2010)0461),

wara li kkunsidra l-Programm ENPI ta' kooperazzjoni transkonfinali “Baċir Marittimu tal-Mediterran” 2007-2013, adottat mill-Kummissjoni fl-14 ta' Awwissu 2008,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta’ Settembru 2012 dwar “It-Tkabbir Blu – Opportunitajiet għal tkabbir sostenibbli fis-settur tal-baħar u dak marittimu” (COM(2012)0494),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0288/2013),

A.

billi sal-2025 l-iżvilupp urban fil-Mediterran jista’ jilħaq livell ta’ 60 %, b’terz tal-popolazzjoni kkonċentrata f’żoni kostali, u b’hekk tirdoppja d-domanda għall-ilma u r-riżorsi tas-sajd;

B.

billi l-Baħar Mediterran għandu sehem ta’ 30 % tat-traffiku marittimu dinji;

C.

billi l-Mediterran u l-Baħar l-Iswed għandhom karatteristiċi speċifiċi minn perspettiva oċeanografika, mill-perspettiva tas-sajd, mill-perspettiva ambjentali u dik soċjoekonomika;

D.

billi l-ġestjoni taż-żoni marittimi u kostali hija kumplessa u tinvolvi awtoritajiet privati u pubbliċi varji;

E.

billi l-baċini tal-Mediterran u tal-Baħar l-Iswed għandhom rata baxxa ta’ tiġdid tal-ilma (80-90 sena u 140 sena rispettivament) u għalhekk huma estremament sensittivi għat-tniġġis marittimu;

F.

billi madwar 75 % tal-istokkijiet tal-ħut fil-Baħar Mediterran huma sfruttati żżejjed;

G.

billi sistemi legali li jirregolaw l-aċċess minn bastimenti għal attivajiet tas-sajd nazzjonali jvarjaw skont in-nazzjonalità tal-bastiment;

1.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar kompetizzjoni akbar għal inqas stokkijiet u riżorsi tal-baħar, li twassal għall-ħolqien ta’ tensjoni reġjonali u possibbilment tilwim bejn l-istati kostali dwar iż-żoni marittimi; Jitlob, f’dan il-kuntest, sforzi akbar fil-livelli reġjonali, nazzjonali u tal-UE favur it-tisħiħ tar-regolazzjoni tal-aċċess għar-riżorsi;

2.

Iħeġġeġ lill-istati littorali kollha jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex iwaqqfu gradwalment is-sajd żejjed fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed, hekk kif it-tnaqqis fl-istokkijiet tal-ħut iżid il-potenzjal ta’ konflitti f’din iż-żona;

3.

Jemmen bil-qawwa li riżoluzzjoni paċifika tat-tilwimiet rigward iż-żoni marittimi u d-delimitazzjoni ta’ fruntieri marittimi, f’konformità mad-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri u l-pajjiżi terzi skont id-dritt tal-UE u d-dritt internazzjonali, b’mod partikolari l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-dritt tal-Baħar, hija element essenzjali ta’ governanza tajba tal-oċeani;

4.

Jemmen li l-ġestjoni tal-baħar fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed teħtieġ grad ogħla ta’ koeżjoni u kooperazzjoni politika fost l-istati kostali kkonċernati; jissottolinja r-rwol importanti tal-kooperazzjoni bilaterali u tal-ftehimiet internazzjonali, billi l-biċċa l-kbira tal-istati tal-Baħar l-Iswed u tal-Mediterran mhumiex membri tal-UE u għalhekk mhumiex suġġetti għal-leġiżlazzjoni Komunitarja;

5.

Jilqa’ r-rwol tal-Kummissjoni fil-promozzjoni ta’ djalogu aktar solidu u strutturat ma’ stati li mhumiex membri tal-UE u li għandhom kosta mal-Mediterran u l-Baħar l-Iswed għall-ġestjoni ta’ stokkijiet maqsuma f’dawn il-baċini; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tintensifika l-isforzi tagħha għal dan l-iskop billi ssegwi approċċ reġjonali;

6.

Jemmen li l-ġestjoni tal-baħar fir-reġjun tal-Mediterran u tal-Baħar l-Iswed tippreżenta opportunitajiet għal relazzjonijiet internazzjonali u għal governanza effettiva tar-reġjun;

7.

Jenfasizza li l-kompetizzjoni għal livelli aktar baxxi ta’ stokkijiet tal-ħut u riżorsi tal-baħar tista’ ssir sors ta’ tilwim ma’ pajjiżi terzi; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jaħdmu flimkien biex jiżguraw monitoraġġ, kontroll, sigurtà u sikurezza tal-ilmijiet kostali u territorjali, iż-Żoni Ekonomiċi Esklussivi (EEZs), il-blata kontinentali u l-infrastruttura marittima u r-riżorsi tal-baħar; jinnota li l-UE għandha żżomm profil politiku għoli f'dan ir-rigward u tfittex li tipprekludi nuqqas ta' ftehim internazzjonali;

8.

Iħeġġeġ lill-UE tuża r-riżorsi diplomatiċi tagħha biex tippromwovi d-djalogu bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi sabiex tiżgura li japprezzaw il-prinċipji tal-Politika Komuni tas-Sajd tal-UE u biex timmonitorja l-konformità mar-regoli tagħha; Jenfasizza li l-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni mal-UE, b’mod partikolari, għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-politika tas-sajd tal-UE kif ukoll il-liġijiet relevanti tal-UE u dawk internazzjonali li japplikaw għall-attivitajiet tas-sajd;

9.

Jinnota li mill-21 stat Mediterran, tlieta la ffirmaw u lanqas irratifikaw l-UNCLOS; jitlob lill-Kummissjoni tħeġġeġ lil dawn il-pajjiżi, b’mod partikolari il-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni mal-UE, isiru partijiet fil-konvenzjoni u biex jimplimentaw il-UNCLOS bħala parti integrali tal-qafas regolatorju tal-UE għall-affarijiet marittimi;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi terzi jiżviluppaw approċċ reġjonali favur il-konservazzjoni tal-ħut u s-sajd fl-ilmijiet tal-Mediterran u tal-Baħar l-Iswed, filwaqt li jikkunsidraw id-dimensjoni transkonfinali tas-sajd u n-natura migratorja ta’ ċerti speċijiet; jenfasizza, f’dan ir-rigward, ir-rwol sinifikanti tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM) biex tiżgura sitwazzjoni ugwali għal kulħadd u bħala forum reġjonali biex tiżgura sajd sostenibbli fil-Baħar l-Iswed;

11.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ ħarsien ambjentali u żvilupp sostenibbli f’dawn il-baċini, u ta’ sforzi msaħħa lejn governanza u kontroll tal-baħar, skont id-dritt internazzjonali, b’mod partikolari il-UNCLOS, bħala mezz biex jingħata kontribut għal protezzjoni ambjentali msaħħa tal-ispazju kostali u tal-baħar;

12.

Jemmen li l-Politika Marittima Integrata, u b’mod partikolari l-ippjanar spazjali marittimu, jista’ jkollhom rwol ċentrali fil-prevenzjoni tal-konflitti bejn l-Istati Membri tal-UE kif ukoll pajjiżi terzi;

13.

Iħeġġeġ l-implimentazzjoni, min-naħa tal-Istati Membri, tal-ġestjoni integrata taż-żoni kostali u tal-ippjanar spazjali marittimu (fir-rigward tal-produzzjoni ta' enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta, it-tqegħid ta' kejbils u tubi taħt il-baħar, it-trasport marittimu, is-sajd u l-akkwakultura, il-ħolqien ta' żoni ta' ripopolazzjoni), fil-qafas tal-istrateġija għal Tkabbir Blu, fil-kuntest tal-konvenzjonijiet eżistenti ma' pajjiżi ġirien, inklużi pajjiżi terzi, li jużaw l-istess baħar reġjonali;

14.

Jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta’ żoni marittimi, b’mod partikolari ż-żoni ekonomiċi esklussivi u ż-żoni marittimi protetti, li mhux biss itejjeb il-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-attivitajiet tas-sajd lil hinn mill-ibħra territorjali, iżda jippromwovi wkoll ir-riżorsi sostenibbli tal-attivitajiet tas-sajd, jiffaċilita l-kontroll u l-ġlieda kontra l-IUU (sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat), kif ukoll itejjeb il-ġestjoni tal-baħar ġewwa dawn il-baċini; jenfasizza l-bżonn li l-UE tipprovdi gwida, koordinazzjoni u appoġġ adegwati lill-Istati Membri f’dan ir-rigward;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis iżjed dawn il-kwistjonijiet bil-ħsieb li tiżgura l-koerenza fl-oqsma tal-politika tal-UE rilevanti, b'mod partikolari l-Politika Komuni tas-Sajd u l-Politika Marittima Integrata, u tippromwovi din il-koerenza u kundizzjonijiet ekwi, kemm fl-UE kif ukoll ma’ pajjiżi sħab tal-viċinat, permezz ta’ kooperazzjoni u djalogu mtejbin

16.

Jenfasizza l-importanza tal-valutazzjonijiet tal-istokkijiet u jitlob kooperazzjoni msaħħa bejn l-istituti xjentifiċi fiż-żewġ baċini, inkluż l-iskambju ta’ data xjentifika u l-qsim ta’ informazzjoni; jemmen li l-UE għandha tippromwovi, tistimula u tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-ħidma konġunta bejn it-timijiet xjentifiċi tal-UE u l-kontroparti tagħhom fil-pajjiżi l-oħra involuti li mhumiex stati membri; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-inizjattiva “Għarfien dwar il-Baħar 2020”, li għandha l-għan li tagħmel id-data dwar l-ambjent tal-baħar disponibbli għal numru kbir ta’ partijiet potenzjalment interessati, inklużi korpi pubbliċi, industrijali, edukattivi u ta’ riċerka u s-soċjetà ċivili;

17.

Jitlob sistema msaħħa ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza ta’ attivitajiet tas-sajd f’perspettiva integrata għat-titjib tal-konservazzjoni tal-ekosistema fiż-żewġ baċini, f’konformità mad-dritt tal-UE u d-dritt internazzjonali, partikolarment il-UNCLOS, u b’hekk jingħata kontribut lill-isfruttament sostenibbli fuq żmien twil tal-istokkijiet tal-ħut u lill-ġlieda kontra s-sajd IUU b’mod aktar effiċjenti;

18.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.

(2)  Ara d-dokument tal-Kunsill Nru…

(3)  ĠU C 136 E, 11.5.2012, p. 81.

(4)  ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 37.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2012)0461.

(6)  ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 70.


L-Erbgħa, 9 ta’ Ottubru 2013

19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/45


P7_TA(2013)0411

Negozjati UE-Ċina għal ftehim ta' investiment bilaterali

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar in-negozjati UE-Ċina għal ftehim ta' investiment bilaterali (2013/2674(RSP))

(2016/C 181/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 6 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 153, 191, 207 u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 12, 21, 28, 29, 31 u 32 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija tal-25 ta’ Ġunju 2012,

wara li kkunsidra l-Protokoll ta' Adeżjoni tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ tat-23 ta' Novembru 2001,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2012 bit-titolu “L-UE u ċ-Ċina: Kummerċ Żbilanċjat?” (1) u r-rapport tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni tiegħu ta' Lulju 2011 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi maċ-Ċina,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2013 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina (2),

wara li kkunsidra l-prinċipji u l-prattiki aċċettati b’mod ġenerali (GAPP) magħrufa bħala l-“Prinċipji ta’ Santjago”, li ġew adottati f’Ottubru 2008 mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Fond Monetarju Internazzjonali dwar il-Fondi ta' Investimenti Sovrani,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta li nħarġet fl-okkażjoni tat-13-il Summit UE-Ċina li sar fi Brussell fl-20 ta' Settembru 2012,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Kummerċ, Tkabbir u Affarijiet Dinjija – Il-Politika tal-Kummerċ bħala element prinċipali mill-Istrateġija tal-UE 2020” (COM(2010)0612) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar Politika Kummerċjali Ġdida għall-Ewropa fl-ambitu tal-Istrateġija Ewropa 2020 (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ostakoli għall-Kummerċ u l-Investiment (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2011 dwar il-politika Ewropea futura ta' investiment internazzjonali (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali (6), dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-Ftehimiet ta' Kummerċ Internazzjonali (7) u dwar il-Politika dwar il-Kummerċ Internazzjonali fil-kuntest tal-imperattivi marbuta mat-tibdil fil-klima (8),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titolu “UE – Ċina: Imsieħba aktar mill-qrib, tkabbir tar-responsabbiltajiet” (COM(2006)0631), u d-dokument ta' politika li jakkumpanjaha “dwar il-kummerċ u l-investiment bejn l-UE u ċ-Ċina: Kompetizzjoni u Partnerjat” (COM(2006)0632),,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2009 dwar it-tisħiħ tar-rwol tal-SMEs Ewropej fil-kummerċ internazzjonali (9),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni reċenti tiegħu dwar l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni għal industriji estrattivi u tal-qtugħ tas-siġar rigward il-pagamenti tagħhom lill-gvernijiet (10),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni konġunta tal-UE u ċ-Ċina, meħuda fl-14-il Summit bejn l-UE u ċ-Ċina li sar fi Frar 2012 f’Pekin, sabiex jiġu mnedija negozjati dwar ftehim ta’ investiment bilaterali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-kummerċ bejn l-UE u ċ-Ċina żdied b’mod rapidu u kontinwu tul dawn l-aħħar tletin sena, u laħaq l-ogħla livell ta’ kummerċ totali ta’ EUR 433,8 biljun fl-2012, u billi l-iżbilanċ fil-kummerċ bilaterali ilu favur iċ-Ċina mill-1997; billi dan id-defiċit fil-kummerċ kien jammonta għal EUR 146 biljun fl-2012, meta mqabbel ma’ EUR 49 biljun fl-2000;

B.

billi fl-2011, l-istokk ta’ investimenti barranin tal-UE fiċ-Ċina ammonta għal EUR 102 biljun, filwaqt li fl-istess sena l-istokk ta’ investimenti barranin taċ-Ċina fl-UE kien jammonta għal EUR 15-il biljun; billi l-istokk ta' investimenti barranin taċ-Ċina fl-UE kien jammonta għal EUR 3,5 biljun biss fl-2006;

C.

billi t-Trattat ta’ Lisbona għamel l-investiment dirett barrani (IDB) kompetenza esklużiva tal-Unjoni;

D.

billi 26 Stat Membru tal-UE għandhom ftehimiet bilaterali ta' investiment individwali fis-seħħ maċ-Ċina; billi l-UE għadha ma żviluppatx politika industrijali fit-tul u sostenibbli li sservi sabiex twassal l-interessi offensivi u difensivi tagħha fil-qasam tal-politika ta’ investiment barrani ġdida tagħha;

E.

billi anke b'żieda fl-ispejjeż tax-xogħol ta' 10 % fis-sena fis-snin reċenti, iċ-Ċina għadha fost l-aqwa tliet swieq fid-dinja għall-investiment;

F.

billi l-għanijiet ta’ żvilupp previsti fit-12-il pjan ta’ ħames snin taċ-Ċina u l-istrateġija UE 2020, rispettivament, jinkludu numru kbir ta’ interessi kondiviżi u sfidi komuni; billi livell ogħla ta’ integrazzjoni u skambji teknoloġiċi bejn l-ekonomija tal-UE u dik Ċiniża jista’ jwassal għal sinerġiji u benefiċċji reċiproċi;

G.

billi l-kumpaniji pubbliċi u privati għandhom jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni;

H.

billi dan il-ftehim ta' investiment huwa l-ewwel wieħed innegozjat mill-UE abbażi tal-kompetenza ġenerali tagħha wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona; billi n-negozjati dwar dan il-ftehim ta' investiment, inkluż l-aċċess għas-suq, għandhom il-potenzjal li jiġġeneraw interess kbir kif ukoll tħassib pubbliku possibbli, u għalhekk għandhom isiru bl-ogħla livell ta' trasparenza possibbli sabiex tkun tista' ssir is-sorveljanza parlamentari meħtieġa, u b'hekk tiġi ssodisfata waħda mill-prekundizzjonijiet għall-approvazzjoni meħtieġa tal-Parlament Ewropew għall-eżitu tan-negozjati;

I.

billi l-investituri għandhom jikkonformaw kemm mal-liġijiet tal-pajjiż ospitanti kif ukoll mad-dispożizzjonijiet ta’ kwalunkwe ftehim konkluż mill-UE u ċ-Ċina ladarba jidħol fis-seħħ sabiex jibbenefikaw b’mod sħiħ mill-aħjar protezzjoni possibbli tal-investimenti tagħhom;

J.

billi l-implimentazzjoni batuta jew in-nuqqas ta’ implimentazzjoni miċ-Ċina ta’ ċerti drittijiet fundamentali soċjali u tax-xogħol kif ukoll l-istandards ambjentali, li huma, madankollu, rikonoxxuti internazzjonalment, huma fost il-kawżi tal-iżbilanċ attwali fil-flussi tal-kummerċ bejn l-UE u ċ-Ċina, li jistgħu jaggravaw iżjed b’relazzjonijiet tal-investimenti iżjed fil-fond jekk ma jinkisibx il-progress fl-implimentazzjoni ta’ dawk id-drittijiet u standards; billi l-ftehim ta’ investiment għaldaqstant m’għandux ikollu l-effett li jkompli jbaxxi l-istandards soċjali u ambjentali fiċ-Ċina, iżda għandu, għall-kuntrarju, jikkontribwixxi għat-titjib tagħhom bħala prekundizzjoni, u jwassal għal relazzjoni ta’ kummerċ u investiment iżjed ibbilanċjata u li ġġib magħha benefiċċju reċiproku;

K.

billi ftehim ta’ investiment għandu jinkludi wkoll obbligi għall-investitur, anke fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tat-trade unions u ta' drittijiet oħra tax-xogħol, it-trasparenza u l-protezzjoni tal-ambjent, kif definiti fil-liġi ta’ kull waħda miż-żewġ partijiet, u li għandhom jiġu konklużi b’konformità mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (WTO) u ftehimiet internazzjonali rilevanti oħra u konvenzjonijiet ewlenin iffirmati u ratifikati mill-partijiet; billi l-ftehimiet ta’ investiment m’għandhomx ikopru investimenti f’oqsma maħluqa b’mod speċjali li jipprevedu l-evitar ta’ drittijiet u standards tax-xogħol u rekwiżiti legali oħra;

L.

billi l-oġġetti għall-esportazzjoni lejn l-UE li jiġu magħmula f'kampijiet tax-xogħol furzat, bħal taħt is-sistema ta' Riedukazzjoni permezz tax-Xogħol (RTL), magħrufa ġeneralment bħala Laogai, m'għandhomx jibbenefikaw minn investimenti li saru skont dan il-ftehim ta' investiment bilaterali;

M.

billi l-Kummissjoni u l-Kunsill impenjaw ruħhom sabiex jiżguraw li l-politika ta’ investiment tal-UE tikkunsidra l-prinċipji u l-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, inklużi d-drittijiet tal-bniedem, u impenjaw ruħhom li jagħmlu dan mill-2013;

N.

billi, peress li ftehim ta’ investiment maċ-Ċina jtejjeb sostanzjalment ir-relazzjonijiet ekonomiċi bejn l-UE u ċ-Ċina, għandu jagħti wkoll kontribuzzjoni għat-titjib fid-djalogu politiku bejn l-UE u ċ-Ċina, notevolment fuq tali kwistjonijiet bħad-drittijiet tal-bniedem – fil-qafas ta’ djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem effettiv u mmirat biex jikseb riżultati – u l-istat tad-dritt, bl-għan li r-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi jinżammu fuq livell parallel, skont l-ispirtu tas-Sħubija Strateġika;

O.

billi l-investituri u l-investimenti għandhom jagħmlu sforzi, permezz tal-politiki u l-prattiki ta’ ġestjoni tagħhom, sabiex ikunu konformi mal-għanijiet ta’ żvilupp tal-istati ospitanti u l-awtoritajiet lokali ta’ fejn jinsab l-investiment;

1.

Jilqa' t-tisħiħ tar-relazzjonijiet ekonomiċi bejn l-UE u ċ-Ċina; jistieden lill-UE u liċ-Ċina jsegwu relazzjoni bilanċjata sew ta’ sħubija, djalogu f’livell għoli regolari, u benefiċċji reċiproċi aktar milli jidħlu f’kompetizzjoni ta' konfrontazzjoni;

2.

Jirrimarka li ċ-Ċina, li saret membru tad-WTO fl-2001, għandha tqiegħed iżjed enfasi fuq il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tagħha u l-ftuħ tas-suq tagħha sabiex tiżgura kundizzjonijiet iżjed ekwi, u għandha taċċellera t-tneħħija tal-ostakli artifiċjali li jiffaċċjaw il-kumpaniji biex jaċċessaw is-suq Ċiniż;

3.

Jinnota li l-impriżi Ewropej jiddeploraw l-eżistenza ta’ għadd kbir ta’ ostakli tariffarji u mhux tariffarji għas-suq Ċiniż, bħal ċerti forom ta’ diskriminazzjoni kontra operaturi barranin, kif ukoll il-kumplessità tal-istruttura tariffarja u l-ostakli tekniċi għall-kummerċ;

4.

Jilqa’ l-inklużjoni tal-aċċess għas-suq fil-mandat tan-negozjar; jemmen li riassigurazzjoni min-naħa taċ-Ċina li l-aċċess għas-suq se jiġi inkluż fin-negozjati għandha tikkostitwixxi prekundizzjoni biex dawn jitnedew;

5.

Jenfasizza l-ħtieġa li espliċitament jiġu inklużi kemm l-IDB kif ukoll investimenti ta' portafoll fil-proċess ta’ negozjar;

6.

Jinnota li l-impriżi Ċiniżi jqisu lill-Unjoni ġeneralment bħala ambjent ta' investiment stabbli, iżda jiddeploraw dak li jqisu bħala s-sussidji għall-esportazzjoni li baqa' tal-UE għall-prodotti agrikoli Ewropej u l-eżistenza ta' ċerti ostakli għall-kummerċ għas-suq tal-UE, bħal ostakli tekniċi għall-kummerċ u ostakli maħluqa biex jimblokkaw investiment minn pajjiżi terzi f'ċerti Stati Membri, u li qed jitolbu li jitneħħew l-ostakli inġustifikati li baqa' u li jiġi ffaċilitat l-investiment fl-Istati Membri; ifakkar, madankollu, li reċentement fiċ-Ċina ġie stabbilit mekkaniżmu ta' rieżami tas-sigurtà bħala skrutinju tal-investimenti barranin u li l-użu ta' tali mekkaniżmi miż-żewġ partijiet jista' jkun ibbażat fuq raġunijiet leġittimi; jirrimarka li l-UE u ċ-Ċina jista' jkollhom preokkupazzjonijiet ta' sigurtà leġittimi li jiġġustifikaw l-esklużjoni totali jew parzjali ta' ċerti setturi mill-investiment barrani fuq bażi temporanja jew fit-tul;

7.

Jirrimarka li attwalment il-forma ewlenija li fiha kumpaniji barranin jitħallew jiftħu fiċ-Ċina hija permezz ta' impriżi konġunti, li spiss huma assoċjati mat-trasferiment ta' teknoloġiji strateġiċi li jippromwovu l-iżvilupp kompetittiv taċ-Ċina għad-detriment tal-industrija Ewropea; huwa konvint li aktar aċċettazzjoni min-naħa taċ-Ċina fir-rigward ta' regolamenti legali oħra li jippermettu lil investituri barranin jistabbilixxu ruħhom, flimkien ma' protezzjoni dovuta tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (IPR), tal-proprjetà industrijali, tal-marki kummerċjali u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti, hija kruċjali u tkun ta' benefiċċju reċiproku, filwaqt li tiffavorixxi livell ogħla ta' integrazzjoni tal-ekonomiji Ewropej u Ċiniżi abbażi ta' approċċ aktar strateġiku favur kooperazzjoni ekonomika li tkun orjentata, fost affarijiet oħra, lejn teknoloġija u innovazzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

8.

Huwa konvint li ħarsien aħjar tal-IPRs u l-implimentazzjoni effettiva tar-regoli relatati fiċ-Ċina jippromwovu ħafna l-għan tal-UE u ta’ investituri barranin oħra li jinvestu, jaqsmu kapaċitajiet teknoloġiċi ġodda u jaġġornaw teknoloġiji eżistenti f’dak il-pajjiż, b’mod partikolari fir-rigward ta’ teknoloġiji ambjentalment sodi;

9.

Jilqa’ l-isforzi li saru mill-awtoritajiet Ċiniżi biex itejbu r-rispett għall-IPRs wara l-adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO, iżda xorta waħda jiddeplora l-protezzjoni inadegwata tagħhom fiċ-Ċina u jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ mezzi speċifiċi disponibbli għall-impriżi Ewropej, partikolarment l-SMEs, għall-ġlieda effikaċi kontra l-ksur tal-IPRs;

10.

Jinsab imħasseb dwar l-inaffidabbiltà tas-sistema ġudizzjarja Ċiniża, li ma tinforzax l-obbligi kuntrattwali, u dwar in-nuqqas ta’ trasparenza u uniformità fl-applikazzjoni tar-reġim regolatorju li jirregola l-investimenti;

11.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim ta' investiment ambizzjuż u bilanċjat bejn l-UE u ċ-Ċina li l-għan tiegħu jkun li joħloq ambjent aħjar għal investituri tal-UE fiċ-Ċina u viċe versa, inkluż aċċess aħjar għas-suq, sabiex jiżdied il-livell ta' flussi ta' kapital reċiproċi u tiġi garantita t-trasparenza rigward il-governanza tal-kumpaniji, kemm pubbliċi kif ukoll privati, li jinvestu fl-ekonomija msieħba; jirrakkomanda l-linji gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar il-governanza korporattiva bħala dokument ta' referenza; jinsisti wkoll fuq infurzar tal-liġi aħjar sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn parteċipanti pubbliċi u privati, titnaqqas il-korruzzjoni u tittejjeb iċ-ċertezza legali u l-previdibbiltà tal-ambjent kummerċjali fiċ-Ċina;

12.

Jenfasizza l-importanza li jiġu stabbiliti, permezz ta’ dan il-ftehim, il-prekundizzjonijiet għal kompetizzjoni ġusta bejn l-UE u ċ-Ċina; jirrakkomanda, għal dan il-għan, li l-Kummissjoni tinnegozja dispożizzjonijiet b’saħħithom u vinkolanti dwar it-trasparenza u l-kompetizzjoni ġusta sabiex ikunu japplikaw kundizzjonijiet ekwi anke għal intrapriżi tal-istat u prattiki ta’ investiment tal-fondi ta' investimenti sovrani;

13.

Jitlob li l-ftehim li qed jiġi nnegozjat ikopri kemm l-aċċess għas-suq kif ukoll il-protezzjoni tal-investituri;

14.

Jenfasizza li xejn f'dan il-ftehim ta' investiment m'għandu jnaqqas l-ispazju ta' politika tal-partijiet u l-kapaċità tagħhom li jilleġiżlaw sabiex jilħqu għanijiet leġittimi u ġustifikati ta' politika pubblika filwaqt li jippruvaw ma jxejnux il-benefiċċji li joriġinaw mill-impenji tal-partijiet; jenfasizza li l-garanzija tal-istat tad-dritt għall-investituri u ċ-ċittadini kollha Ċiniżi u tal-UE trid tibqa' l-prijorità;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura trasparenza sħiħa fir-rigward tal-fondi ta' investimenti sovrani;

16.

Jinnota li għandu jiġi stabbilit żmien ċar tan-negozjati, u għandhom jiġu kkunsidrati perjodi tranżitorji raġonevoli u sinifikanti;

17.

Jikkunsidra li ftehim ta’ investiment maċ-Ċina għandu jkun ibbażat fuq l-aħjar prattiki meħuda mill-esperjenzi tal-Istati Membri, jikkontribwixxi għal koerenza akbar u jinkludi l-istandards li ġejjin:

in-nondiskriminazzjoni (trattament nazzjonali u trattament tal-aktar nazzjon favorit għal investituri u investimenti f’ċirkostanzi simili);

il-projbizzjoni ta’ arbitrarjetà manifesta fit-teħid ta' deċiżjonijiet;

il-projbizzjoni taċ-ċaħda mill-ġustizzja u nuqqas ta' osservanza tal-prinċipji fundamentali tal-proċess ġust;

l-obbligu li ma tinċaħadx il-ġustizzja fi proċedimenti ġudizzjarji kriminali, ċivili jew amministrattivi f’konformità mal-prinċipju tal-proċess ġust imħaddan mis-sistemi legali prinċipali tad-dinja;

il-projbizzjoni ta’ trattament abbużiv ta’ investituri, inklużi l-koerċizzjoni, it-theddid u l-fastidju;

il-protezzjoni mill-esproprjazzjoni diretta u indiretta, u l-provvediment ta’ kumpens adegwat għal kwalunkwe ħsara mġarrba fil-każ ta’ esproprjazzjoni;

l-osservanza tal-prinċipju ta’ legalità fil-każ ta’ nazzjonalizzazzjoni;

18.

Jafferma mill-ġdid li fid-dawl tal-konklużjoni b’suċċess tan-negozjati, il-kwalità għandha dejjem tirbaħ fuq il-ħeffa;

19.

Jinnota li l-ftehim ta’ protezzjoni tal-investiment għandu jinkludi definizzjonijiet ċari tal-investiment u l-investitur li għandhom jiġu protetti u li l-forom purament spekulattivi ta’ investiment m’għandhomx jiġu protetti;

20.

Jiltob li l-ftehim ikun kompatibbli mal-obbligi multilaterali skont il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) sabiex jiġu ssodisfati l-kriterji għal ftehim ta' integrazzjoni ekonomika;

21.

Jilqa' l-fatt li t-titjib mistennni fiċ-ċertezza legali se jgħin lill-SMEs jinvestu barra minn pajjiżhom, u jenfasizza li l-vuċi tal-SMEs trid tinstema' matul in-negozjati (anke permezz tal-involviment taċ-Ċentru l-ġdid tal-SMEs tal-UE fiċ-Ċina, il-Helpdesk tal-UE għall-SMEs dwar l-IPR u l-Kamra tal-Kummerċ tal-UE fiċ-Ċina), sabiex il-ftehim li għandu jiġi konkluż jippromwovi l-internazzjonalizzazzjoni ta' dawk l-SMEs li jridu jaċċessaw is-suq tal-parti l-oħra;

22.

Jenfasizza li prekundizzjoni għall-konklużjoni tal-ftehim għandha tkun l-inklużjoni ta’ impenn qawwi min-naħa tal-partijiet favur l-iżvilupp sostenibbli u inklużiv, fid-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tiegħu u fir-rigward tal-investimenti, sabiex tinbena relazzjoni kummerċjali u ta' investiment iżjed ibbilanċjata bejn l-UE u ċ-Ċina li ma tkunx primarjament ibbażata fuq spejjeż tax-xogħol baxxi u standards ambjentali batuti fiċ-Ċina;

23.

Jenfasizza li l-ftehimiet ta’ investiment konklużi mill-UE m’għandhomx imorru kontra l-valuri fundamentali li l-UE tixtieq tippromwovi permezz tal-politiki esterni tagħha u li m'għandhomx idgħajjfu l-kapaċità għal intervent pubbliku, b’mod partikolari meta jkunu qed jiġu segwiti objettivi ta’ politika pubblika bħal kriterji soċjali, ambjentali, drittijiet tal-bniedem, il-ġlieda kontra l-iffalsifikar, is-sigurtà, id-drittijiet tal-ħaddiema u l-konsumaturi, is-saħħa u s-sikurezza pubblika, il-politika industrijali u d-diversità kulturali; jitlob li jiġu inklużi l-klawżoli speċifiċi u vinkolanti rispettivi fil-ftehim;

24.

Jitlob li, bħal impenji kummerċjali oħra li jsiru mill-UE, il-ħarsien tas-servizzi pubbliċi jibqa’ prinċipju fundamentali fil-kuntest ta’ dan il-ftehim;

25.

Jenfasizza l-fatt li l-iżvilupp futur tal-ftehim ta’ investiment bejn l-UE u ċ-Ċina għandu jkun ibbażat fuq fiduċja reċiproka u konformità sħiħa mal-obbligi tad-WTO; jiddeplora l-livelli kbar ta' sussidjar pubbliku ta’ ċerti setturi b’potenzjal ta’ tkabbir, inklużi l-pannelli solari, u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-effetti negattivi ta’ tali dumping u sussidjar jitneħħew kompletament sabiex jitħaffu n-negozjati;

26.

Jirrakkomanda, fir-rigward tal-aċċess tas-suq, li ż-żewġ partijiet jimpenjaw ruħhom favur perjodi ta’ introduzzjoni gradwali u ftehimiet tranżitorji għal ċerti setturi sabiex titħaffef it-triq għal-liberalizzazzjoni totali jew parzjali tagħhom; jirrikonoxxi wkoll li jista' jkun li ż-żewġ partijiet ma jkunux jistgħu jieħdu impenji f’ċerti setturi; jitlob, f'dan il-kuntest, l-esklużjoni tas-servizzi kulturali u awdjoviżivi min-negozjati dwar l-aċċess għas-suq, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-politiki industrijali intervenzjonisti, il-protezzjoni inadegwata tal-IPRs, l-ambigwitajiet fis-sustanza u fl-applikazzjoni tar-regoli, u l-ostakli tariffarji u mhux tariffarji tagħhom għall-kummerċ;

27.

Jikkunsidra li minħabba n-nuqqas ta’ aċċess għas-suq Ċiniż minħabba ir-rwol tal-impriżi pubbliċi, il-ftehim, biex ikun bilanċjat, għandu jikkostitwixxi opportunità ewlenija biex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet indaqs kemm għall-kumpaniji pubbliċi kif ukoll għal dawk privati;

28.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-ftehim jiżgura l-kapaċità tal-UE li teskludi ċerti setturi strateġiċi mill-investituri Ċiniżi;

29.

Jenfasizza li l-ftehim għandu jippermetti lill-partijiet, u fil-każ tal-UE, l-Istati Membri individwali tagħha, jiddefinixxu u jimplimentaw politiki ewlenin għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-diversità kulturali;

30.

Jenfasizza li l-ftehim għandu jippromwovi investiment li huwa sostenibbli, inklużiv u li jirrispetta l-ambjent, b’mod partikolari fil-qasam ta’ industriji estrattivi, u li jinkoraġġixxi kundizzjonijiet tax-xogħol ta' kwalità tajba fl-intrapriżi fil-mira tal-investiment;

31.

Jappella għal klawżola li tiddikjara li investitur għandu jipprovdi lil parti statali ospitanti potenzjali bi kwalunkwe informazzjoni li dik il-parti tista' teħtieġ rigward l-investiment inkwistjoni, għal skopijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet b'rabta mal-investiment jew unikament għal skopijiet ta’ statistika, filwaqt li l-parti statali għandha tipproteġi kull informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali minn kwalunkwe żvelar li jista’ jippreġudika l-pożizzjoni kompetittiva tal-investitur jew l-investiment;

32.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu inklużi fil-ftehim futur dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza u l-governanza tal-impriżi pubbliċi u tal-fondi ta' investimenti sovrani, abbażi tal-Prinċipji ta’ Santiago, li ġew adottati taħt l-awspiċji tal-FMI u jiddefinixxu l-prinċipji applikabbli għall-governanza u l-istruttura istituzzjonali tal-fondi ta' investimenti sovrani u għat-trasparenza tal-istrateġiji tagħhom ta’ investiment;

33.

Itenni t-talba tiegħu għal klawżola effikaċi ta' responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji b'konformità mal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar id-Drittijiet Kummerċjali u tal-Bniedem; jafferma li l-investituri għandhom, rispettivament, japplikaw id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, kif ukoll standards internazzjonali speċifiċi jew settorjali ta' prattika responsabbli fejn dawn jeżistu; jitlob li jiddaħħlu klawżoli vinkolanti soċjali u ambjentali bħala parti minn kapitolu għall-iżvilupp sostenibbli komplut li jkun soġġett għall-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim; jistieden liż-żewġ partijiet jimplimentaw strateġija ta' investiment sostenibbli u inklużiva li tinkludi klawżola dwar ir-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji b'linji gwida konkreti għall-investituri, kif ukoll metodoloġija ta' valutazzjoni effiċjenti għall-awtoritajiet pubbliċi li jissorveljaw l-investimenti konsegwenti f'termini tal-impatt soċjali u ambjentali tagħhom;

34.

Jenfasizza li l-ftehim għandu jobbliga lill-investituri Ċiniżi fl-UE jikkonformaw mal-istandards soċjali u l-arranġamenti tad-djalogu soċjali Ewropej;

35.

Jenfasizza l-ħtieġa li ftehim ta’ investiment bilaterali bejn l-UE u ċ-Ċina jagħti riżultati kemm fuq tkabbir sostenibbli u kif ukoll fuq il-ħolqien tal-impjiegi, u jrawwem sinerġiji u effetti sekondarji pożittivi ma’ ftehimiet oħra ta’ kummerċ reġjonali u ta' investiment li l-UE jew iċ-Ċina huma parti għalihom;

36.

Jitlob lill-Kummissjoni tikkomplementa l-valutazzjoni tal-impatt tagħha billi tivvaluta wkoll l-impatt fuq il-ftehim ta’ investiment bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem, kif impenjat ruħha li tagħmel fil-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija;

37.

Huwa tal-fehma li l-ftehim għandu jinkludi dispożizzjoni li tiddikjara li l-investituri kollha huma obbligati jikkonformaw b’mod sħiħ mal-liġi tal-parti ospitanti fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u, fejn applikabbli, sovranazzjonali, u li l-investituri li ma jirrispettawx l-istat tad-dritt għandhom ikunu soġġetti għal azzjonijiet ċivili għad-danni fil-proċess ġudizzjarju tal-ġurisdizzjoni rilevanti għal kwalunkwe atti jew deċiżjonijiet illegali magħmula b’rabta mal-investiment, b'mod partikolari f'każijiet li fihom tali atti jew deċiżjonijiet wasslu għal ħsara ambjentali sinifikanti, korrimenti personali jew telf ta’ ħajja;

38.

Jinsisti li l-ftehim għandu jinkludi klawżola li tipprojbixxi l-indeboliment progressiv tal-leġiżlazzjoni soċjali u ambjentali sabiex jiġi attirat l-investiment, u li tiżgura li l-ebda parti ma tista' tonqos milli effettivament tinforza l-leġiżlazzjoni relevanti permezz ta’ kors ta’ azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni sostnuti jew rikorrenti, bħala inkoraġġiment għat-twaqqif, l-akkwist, l-espansjoni jew iż-żamma ta’ investiment fit-territorju tagħha;

39.

Jinsisti li l-ftehim ta’ investiment bilaterali bejn l-UE u ċ-Ċina għandu jikkonforma mal-acquis tal-UE, inkluża l-leġiżlazzjoni soċjali u ambjentali fis-seħħ, u li l-ebda parti ma tista' tonqos milli tinforza effettivament il-leġiżlazzjoni tagħha f’dawn l-oqsma, sabiex id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-ftehim jinkoraġġixxu l-istabbiliment, l-akkwist, l-espansjoni, jew iż-żamma legali ta’ investiment fit-territorju rispettiv taż-żewġ partijiet, u jrawwem l-aħjar prattiki imprenditorjali u “fair play” fin-negozju;

40.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li l-ftehim jesiġi l-konformità tal-investituri barranin mal-istandards tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data;

41.

Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar il-livell ta’ diskrezzjoni tal-arbitri internazzjonali li jużaw interpretazzjoni wiesgħa tal-klawżoli dwar il-protezzjoni tal-investitur, li b’hekk twassal għall-esklużjoni ta’ regolamenti pubbliċi leġittimi; jitlob li l-arbitri maħtura mill-partijiet fil-kuntest ta' tilwima jkunu indipendenti u imparzjali, u li l-arbitraġġ provdut isegwi kodiċi ta’ kondotta bbażat fuq ir-regoli adottati mill-Kummissjoni tan-NU għad-Dritt Kummerċjal Internazzjonali (UNCITRAL), fuq dawk taċ-Ċentru Internazzjonali għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim dwar l-Investimenti (ICSID) jew fuq kwalunkwe ftehimiet u standards internazzjonali oħra rikonoxxuti u aċċettati mill-partijiet;

42.

Jikkunsidra li l-ftehim għandu jinkludi, bħala prijorità ewlenija, mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim effikaċi bejn stat u stat u bejn investitur u stat sabiex, minn naħa waħda, ikun evitat li talbiet frivoli jwasslu għal arbitraġġ mhux ġustifikati, u, min-naħa l-oħra, biex jiġi żgurat li l-investituri kollha jkollhom aċċess għal proċess ġust, segwit b’infurzar tal-arbitraġġ kollu mingħajr dewmien;

43.

Huwa tal-fehma l-ftehim għandu jipprevedi proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn stat u stat u mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn investitur u stat li jkunu stabbiliti f'qafas legali adegwat u jkunu soġġetti għal kriterji stretti ta’ trasparenza;

44.

Jitlob lill-UE u ċ-Ċina biex jistabbilixxu b’mod konġunt mekkaniżmu ta’ twissija bikrija sabiex jagħtu ċans lilhom infushom biex isolvu proattivament kwalunkwe tilwima inizjali fuq il-kummerċ jew l-investiment fl-iżjed stadju bikri possibbli bl-użu tal-miżuri xierqa kollha, inklużi setgħat ta’ persważjoni u diplomazija dwar il-kummerċ;

45.

Jikkunsidra wkoll li l-ftehim għandu jinkludi dispożizzjonijiet għal soluzzjoni tat-tilwim straġudizzjarju sabiex titħeġġeġ soluzzjoni tat-tilwim veloċi, affordabbli u amikevoli bejn il-partijiet li jiddeċiedu liberament li jkollhom rikors għaliha;

46.

Jissuġġerixxi li mekkaniżmi flessibbli għas-soluzzjoni tat-tilwim bħall-medjazzjoni jiġu definiti b’mod preċiż fil-ftehim fir-rigward, pereżempju, tat-tul, l-ispiża u l-implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet aċċettati mill-partijiet;

47.

Jesprimi l-fehma tiegħu li, ladarba konkluż u ratifikat b’mod sħiħ, ftehim ta’ investiment bejn l-UE u ċ-Ċina għandu jissostitwixxi l-ftehimiet ta' investiment bilaterali eżistenti kollha bejn Stati Membri individwali tal-UE u ċ-Ċina, skont id-dritt tal-Unjoni;

48.

Jirrakkomanda li n-negozjati jinfetħu biss b’kundizzjoni li tingħata minn qabel approvazzjoni formali mill-Kunsill tal-Istat taċ-Ċina biex l-aċċess għas-suq jiġi inkluż fil-ftehim ta’ investiment;

49.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 33.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2013)0097.

(3)  ĠU C 56 E, 26.2.2013, p. 87.

(4)  ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 1.

(5)  ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 34.

(6)  ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 101.

(7)  ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 31.

(8)  ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 94.

(9)  ĠU C 67 E, 18.3.2010, p. 101.

(10)  Testi adottati ta' 12.6.2013, P7_TA(2013)0261 and 0262.


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/52


P7_TA(2013)0412

Relazzjonijiet kummerċjali UE-Tajwan

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar relazzjonijiet kummerċjali UE-Tajwan (2013/2675(RSP))

(2016/C 181/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Frar 2011 dwar l-Istrateġija Ewropa 2020 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 3(5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jistabbilixxu, rispettivament, li “Fir-relazzjonijiet tagħha mal-bqija tad-dinja l-Unjoni għandha […] tikkontribwixxi […] għar-rispett sħiħ u għall-iżvilupp tad-dritt internazzjonali” u li “L-Unjoni għandha tara li jkun hemm koerenza bejn il-politika u l-attivitajiet differenti tagħha”.

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Mejju 2011 dwar ir-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) fl-2009 (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2012 dwar ir-Rapport Annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2013 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-bniedem u standards soċjali u ambjentali fil-ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2009 dwar it-tisħiħ tar-rwol tal-SMEs Ewropej fil-kummerċ internazzjonali (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-impatt tal-iffalsifikar fuq il-kummerċ internazzjonali (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Settembru 2008 dwar il-kummerċ fis-servizzi (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2008 dwar il-kummerċ ta' materja prima u ta' prodotti bażiċi (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Frar 2008 dwar l-istrateġija tal-UE li tassigura l-aċċess għas-swieq għall-kumpaniji Ewropej (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2007 dwar l-Ewropa Globali – l-aspetti esterni tal-kompetittività (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2005 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE, iċ-Ċina u t-Tajwan u dwar is-sigurtà fil-Lvant Imbiegħed (12),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Kummerċ, Tkabbir u Affarijiet Dinjija – Il-Politika tal-Kummerċ bħala element prinċipali mill-Istrateġija tal-UE 2020” (COM(2010)0612),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “L-Ewropa Globali: kompetizzjoni dinjija. Kontribut lill-istrateġija tal-UE għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi” (COM(2006)0567),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-ostakoli għall-kummerċ u l-investiment 2013, ippubblikat fit-28 ta' Frar 2013 (COM(2013)0103),

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u t-Tajwan (O-000093/2013 – B7-0509/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi s-sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli, stabbilita permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), hi l-aktar qafas xieraq biex ikun hemm kummerċ dinji miftuħ u ġust; billi hu essenzjali, madankollu, li wieħed jifhem li l-ftehimiet bilaterali huma wkoll parti mill-istess pakkett ta' għodda komuni dwar ir-relazzjonijiet internazzjonali;

B.

billi l-UE tibqa' kompletament impenjata li tilħaq eżitu bilanċjat u ġust għall-Aġenda ta' Żvilupp ta' Doha (DDA) bħala l-approċċ preferut, u billi l-progress b'mod parallel mal-ftehimiet ta' kummerċ bilaterali ma' pajjiżi industrijalizzati oħra hu alternattiva valida oħra;

C.

billi l-ammont totali ta' kummerċ bilaterali bejn l-UE u t-Tajwan żdied b'aktar minn tnax-il darba fl-aħħar għoxrin sena, filwaqt li qabeż l-EUR 40 biljun fl-2011;

D.

billi t-Tajwan hu s-seba' l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE fl-Asja u t-tlieta w għoxrin l-akbar sieħeb kummerċjali fid-dinja;

E.

billi fl-2010 l-UE kellha 31,5 % tal-fluss ta' investiment dirett barrani (FDI) u 21 % tal-istokks tal-FDI fit-Tajwan, u kienet l-akbar investitur barrani fil-pajjiż;

F.

billi r-relazzjonijiet kummerċjali globali bejn l-UE u t-Tajwan attwalment qed jirrendu ferm anqas mill-potenzjal tagħhom;

G.

billi kummerċ miftuħ u ġust hu mezz b'saħħtu biex jinħoloq aktar tkabbir u benessri, billi jibni fuq il-vantaġġi kumparattivi ta' kull ekonomija u fuq is-sinerġiji potenzjali li joħorġu minn integrazzjoni ekonomika akbar u minn inputs ġodda f'ekonomiji bbażati fuq l-għarfien;

H.

billi d-dazji diġà jinsabu f'livelli ġeneralment baxxi bejn iż-żewġ sieħba kummerċjali; billi l-UE u t-Tajwan għandhom djalogu regolari u strutturat li jindirizza l-kummerċ u l-kwistjonijiet ta' investiment ta' interess u ta' tħassib komuni; billi, f'dan il-qafas, erba' gruppi ta' ħidma tekniċi ġew stabbiliti biex jittrattaw kwistjonijiet relatati mal-IPR-, TBT- u SPS u mas-settur farmaċewtiku;

I.

billi, minkejja t-tariffi relattivament baxxi, il-volum tal-kummerċ bilaterali bejn l-UE u t-Tajwan huwa aktar baxx mill-ammont ta' skambji kummerċjali li l-UE għandha mas-sħab kummerċjali ewlenin l-oħra tagħha;

J.

billi l-industrija tal-ICT hi settur ta' valur miżjud għoli u sors ta' tkabbir kemm fl-UE u kemm fit-Tajwan, speċjalment fir-rigward ta' żvilupp akbar ta' prodotti u servizzi intelliġenti;

K.

billi l-UE u t-Tajwan jistgħu japprofondixxu aktar ir-relazzjonijiet ekonomiċi tagħhom b'mod li jkunu ġenwinament ta' benefiċċju reċiproku, anke sabiex ikunu indirizzati sfidi soċjetali komuni;

L.

billi t-Tajwan ilu membru sħiħ tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) sa mill-2002 u hu wkoll membru sħiħ tal-Kooperazzjoni Ekonomika Asja-Paċifiku (APEC) u tal-Bank Asjatiku tal-Iżvilupp;

M.

billi l-adeżjoni tat-Tajwan mal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA) tad-WTO f'Lulju 2009 kien pass sostanzjali u pożittiv, li ppermetthielu li mhux biss jibbenefika minn ftuħ reċiproku tas-swieq tal-GPA imma wkoll li jtejjeb l-effiċjenza fis-suq intern tiegħu;

N.

billi t-Tajwan u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina (PRC) adottaw approċċ kostruttiv li kkontribbwixxa għall-konklużjoni ta’ 19-il ftehim iffirmati bejn il-Fondazzjoni għall-Iskambju fl-Istrett – għat-Tajwan – u l-Assoċjazzjoni għar-Relazzjonijiet fl-Istrett tat-Tajwan – għall-PRC; billi dawn il-ftehimiet jinkludu l-Ftehim Qafas għall-Kooperazzjoni Ekonomika (ECFA) Cross-Straits u l-Ftehim dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali (IPR) iffirmati fid-29 ta’ Ġunju 2010 kif ukoll il-Ftehim dwar l-Investiment u l-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Doganali ffirmati fid-9 ta’ Awwissu 2012;

O.

billi alternattivi kostruttivi oħra wasslu lit-Tajwan jikkonkludi 31 Ftehim Bilaterali ta' Investiment (BIAs) ma' pajjiżi terzi, inkluż il-Ġappun fit-22 ta' Settembru 2011, u Ftehim ta' Kooperazzjoni Ekonomika man-New Zealand fl-10 ta' Lulju 2013, li jerġa' jibda taħditiet dwar Ftehim Qafas dwar il-Kummerċ u l-Investiment (TIFA) mal-Istati Uniti fl-10 ta' Marzu 2013, u sabiex qiegħed attwalment jinnegozja ftehim ta' investiment mar-Repubblika tal-Korea kif ukoll ftehim ta' kummerċ ħieles ma' Singapor (ASTEP);

P.

billi l-Uffiċċju ta' Rappreżentanza Ekonomika u Kulturali ta' Tajpei fl-Istati Uniti u l-Istitut Amerikan fit-Tajwan qablu dwar Dikjarazzjonijiet Konġunti rigward Prinċipji għall-Investiment Internazzjonali u s-servizzi tal-ICT; billi, bl-istess mod, it-Tajwan ikkonkluda ftehimiet komprensivi dwar it-taxxa tad-dħul ma' 25 pajjiż, inkluż ma' disa' Stati Membri tal-UE;

Q.

billi rabtiet ekonomiċi iktar mill-qrib mat-Tajwan ma jikkontradixxu bl-ebda mod il-politika tal-UE dwar ''Ċina waħda'', fid-dawl tal-fatt li ċ-Ċina u t-Tajwan ingħaqdu rispettivament mal-Kooperazzjoni Ekonomika Asja-Paċifiku (APEC) fl-1991, u ngħaqdu mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) fl-2002;

1.

Iqis li s-sistema kummerċjali multilaterali, inkorporata fid-WTO, tibqa' bil-bosta l-aktar qafas effettiv biex jintlaħaq il-kummerċ miftuħ u ġust fid-dinja kollha; jemmen li l-UE u t-Tajwan għandhom jikkontribwixxu għall-progress tan-negozjati kummerċjali multilaterali;

2.

Iqis li, waqt li l-UE qiegħda taħdem fuq l-aġġornament tar-relazzjonijiet ekonomiċi tagħha maċ-Ċina, għandha tikkunsidra l-possibbiltà li tagħmel l-istess mat-Tajwan sabiex b'mod konsistenti ssegwi t-triq li tagħti appoġġ lis-sistema demokratika tat-Tajwan, il-pluraliżmu soċjali u r-rekord tajjeb tat-Tajwan fir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

3.

Iqis, għaldaqstant, li l-UE għandha tirrispondi wkoll b’mod pożittiv għar-rieda tat-Tajwan li jnedi negozjati paralleli għal ftehimiet bilaterali dwar il-ħarsien tal-investiment u l-aċċess għas-suq sabiex tkompli tissaħħaħ iċ-ċertezza legali tal-investimenti, u jiżdiedu l-volum u l-kwalità tal-flussi ta’ investiment;

4.

Jemmen li d-deċiżjoni li jinbdew dawn in-negozjati mat-Tajwan għandha tkun ibbażata fuq raġunijiet ekonomiċi, u m’għandhiex tkun interkonnessa mal-evalwazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina;

5.

Jenfasizza li l-Parlament huwa favur ftehimiet dwar il-ħarsien tal-investiment u l-aċċess għas-suq mat-Tajwan, li jwasslu għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet ekonomiċi eżistenti bejn l-UE u t-Tajwan;

6.

Iqis li l-ftehimiet bejn l-UE u t-Tajwan dwar il-ħarsien tal-investiment u l-aċċess għas-suq għandhom il-potenzjal reali sabiex iwasslu għal sitwazzjoni pożittiva għaż-żewġ naħat, li tkun ta' benefiċċju għaż-żewġ ekonomiji;

7.

Jinnota li kwalunkwe ftehim għandu jikkunsidra kif xieraq l-SMEs u jtejjeb il-ħila tagħhom li jinvestu barra l-pajjiż;

8.

Ifakkar ukoll li l-UE u t-Tajwan diġà għandhom relazzjoni ekonomika integrata tajjeb, dazji doganali baxxi fuq iż-żewġ naħat u djalogu strutturat tajjeb, fejn iż-żewġ partijiet jiltaqgħu b’mod regolari sabiex isolvu kwistjonijiet bilaterali dwar il-kummerċ u l-investiment;

9.

Jenfasizza li l-ftehim għandu jinkludi impenn qawwi min-naħa tal-partijiet favur żvilupp sostenibbli u inklużiv fid-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali fir-rigward tal-investimenti;

10.

Jenfasizza li l-ftehimiet ta’ investiment konklużi mill-UE għandhom jirrispettaw il-kapaċità għal intervent pubbliku, b’mod partikolari meta jkunu qed jiġu segwiti objettivi ta’ politika pubblika bħall-istandards soċjali u ambjentali, id-drittijiet tal-bniedem, is-sigurtà, id-drittijiet tal-ħaddiema u l-konsumaturi, is-saħħa u s-sikurezza pubblika u d-diversità kulturali; jitlob sabiex klawsoli speċifiċi dwar dawn l-objettivi jkunu inklużi fil-ftehim;

11.

Jirrakkomanda li, fir-rigward tal-aċċess għas-suq, iż-żewġ partijiet jitħallew jeskludi ċerti setturi mill-impenji ta' liberazzjoni tagħhom sabiex jipproteġu interessi strateġiċi nazzjonali;

12.

Itenni t-talba tiegħu li tiġi inkluża klawsola effettiva dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji u klawsoli effikaċi fil-qasam soċjali u dak ambjentali;

13.

Jenfasizza li l-ftehim għandu jobbliga lill-investituri barranin fl-UE josservaw l-istandards soċjali u r-rekwiżiti tad-djalogu soċjali Ewropej;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni tibda taħditiet dwar tali ftehimiet bejn l-UE u t-Tajwan;

15.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-Gvern Tajwaniż u lill-Yuan Leġiżlattiv.


(1)  ĠU C 188 E, 28.6.2012, p. 42.

(2)  ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 35.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2012)0334.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2013)0097.

(5)  ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 31.

(6)  ĠU C 67 E, 18.3.2010, p. 101.

(7)  ĠU C 45 E, 23.2.2010, p. 47.

(8)  ĠU C 295 E, 4.12.2009, p. 67.

(9)  ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 5.

(10)  ĠU C 184 E, 6.8.2009, p. 16.

(11)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 128.

(12)  ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 471.


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/56


P7_TA(2013)0414

Miżuri tal-UE u tal-Istati Membri biex jiġi affrontat il-fluss tar-refuġjati li rriżulta mill-konflitt fis-Sirja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar miżuri tal-UE u tal-Istati Membri biex jindirizzaw il-fluss ta' rifuġjati b'riżultat tal-kunflitt fis-Sirja (2013/2837(RSP))

(2016/C 181/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sirja, b’mod partikolari dawk tas-16 ta’ Frar 2012 (1), tat-13 ta’ Settembru 2012 (2), tat-23 ta’ Mejju 2013 (3) u tat-12 ta’ Settembru 2013 (4), u dwar ir-rifuġjati li qed jaħarbu mill-kunflitt armat,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar is-Sirja tat-23 ta’ Jannar, tat-18 ta’ Frar, tal-11 ta’ Marzu, tat-22 ta’ April, tas-27 ta’ Mejju, tal-24 ta’ Ġunju, u tad-9 u tat-22 ta’ Lulju 2013; wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar is-Sirja tat-8 ta' Frar 2013,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ), Catherine Ashton, tal-21 ta' Awissu 2013 rigward l-aħħar rapporti dwar l-użu ta’ armi kimiċi f’Damasku, tat-23 ta' Awissu 2013 dwar l-urġenza kbira li tinstab soluzzjoni politika għall-kunflitt Sirjan (li tirrifletti l-pożizzjoni tal-UE li sar qbil dwarha rigward is-Sirja tas-7 ta' Settembru 2013), tal-10 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta li l-armi kimiċi tas-Sirja jitqiegħdu taħt kontroll internazzjonali, u tal-14 ta’ Settembru 2013 wara l-ftehim milħuq bejn l-Istati Uniti u r-Russja dwar l-armi kimiċi fis-Sirja, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet li saru mill-VP/RGħ waqt id-dibattitu tal-Parlament fil-plenarja fi Strasburgu fil-11 ta’ Settembru 2013;

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet li saru mill-Kummissarju għall-Kooperazzjoni Internazzjonali, l-Għajnuna Umanitarja u r-Reazzjoni għall-Kriżijiet, Kristalina Georgieva, dwar ir-rifuġjati Sirjani u r-reazzjoni tal-UE, b’mod partikolari d-dikjarazzjoni tagħha tat-3 ta’ Settembru 2013 dwar l-aħħar ċifri rigward ir-refuġjati li qed jaħarbu mill-kriżi Sirjana, u r-rapporti dwar is-sitwazzjoni u l-iskedi informattivi dwar is-Sirja maħruġa mill-ECHO (DĠ Għajnuna Umanitarja u Protezzjoni Ċivili),

wara li kkunsidra r-rimarki li saru mill-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati, António Guterres, waqt il-Laqgħa Informali tal-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni f’Vilnius, fit-18 ta’ Lulju 2013 (5),

wara li kkunsidra d-dokumenti ta’ informazzjoni u istruzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar is-Sirja maħruġa mis-Sottosegretarju Ġenerali għall-Affarijiet Umanitarji u Koordinatur tal-Għajnuna ta’ Emerġenza, Valerie Amos, b’mod partikolari dak tat-18 ta’ April 2013,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Laqgħa Ministerjali tal-Pajjiżi li Jmissu mas-Sirja organizzata mill-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati fl-4 ta’ Settembru 2013,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar is-Sirja,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Economiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Protokoll Fakultattiv ta’ magħha dwar l-Involviment tat-Tfal fil-Kunflitti Armati, u l-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta’ Ġenoċidju, li tagħhom kollha s-Sirja hija firmatarja,

wara li kkunsidra l-Artikoli 78, 79 u 80 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra tal-1949 u l-protokolli addizzjonali marbuta magħhom,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi sal-20 ta’ Settembru 2013 l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati (UNHCR) kellu rreġistrati total ta’ 1 929 227 rifuġjat Sirjan fil-pajjiżi ġirien u fl-Afrika ta’ Fuq; billi l-għadd totali ta’ rifuġjati, inklużi dawk li mhumiex irreġistrati, huwa stmat li hu ta’ 2 102 582; billi skont l-istess għejun 76 % tal-popolazzjoni tar-rifuġjati Sirjani huma nisa u tfal; billi mit-tfal rifuġjati Sirjani 410 000 huma ta’ età tal-iskola primarja (bejn il-5 snin u l-11-il sena); billi skont l-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA) l-għadd ta’ persuni spustati f’pajjiżhom (IDPs) fid-data tad-9 ta’ Settembru 2013 kien ta’ 4,25 miljun ruħ;

B.

billi skont l-UNHCR il-għadd ta’ rifuġjati (inklużi dawk li kienu qed jistennew li jiġu rreġistrati) li kienu jinsabu fil-pajjiżi ospitanti fid-data tal-20 ta’ Settembru 2013 kien kif ġej: it-Turkija, 492 687; il-Libanu, 748 608; il-Ġordan, 531 768; l-Iraq, 190 857; l-Eġittu, 124 373; il-Marokk, l-Alġerija u l-Libja, 14 289 (irreġistrati); billi eluf ta’ Sirjani qed jaħarbu kuljum lejn pajjiżi ġirien u l-Pjan ta’ Rispons Reġjonali tan-NU għas-Sirja qed ibassar total ta’ 3,5 miljun rifuġjat mis-Sirja sa tmiem l-2013;

C.

billi t-talbiet minn Sirjani għall-asil fl-UE komplew jiżdiedu fl-2013, fejn intlaħaq total ta' 52 000 talba għall-asil li bdew isiru mill-bidu tal-kunflitt fl-2011 fl-UE u fil-ġirien l-aktar qrib tiegħu (l-Isvizzera u n-Norveġja);

D.

billi, fi ħdan l-UE-28, il-Ġermanja (14 842) u l-Isvezja (14 083) rċevew 59 % tat-talbiet li tressqu; billi, filwaqt li pajjiżi oħra esperjenzaw żidiet sinifikanti fl-applikazzjonijiet, huwa biss Stat Membru wieħed ieħor li rċieva aktar minn 2 000 talba (ir-Renju Unit, b'2 634 talba);

E.

billi hemm nuqqas ta’ dejta għalkollox eżatta u affidabbli dwar il-għadd totali ta' Sirjani ġejjin l-Ewropa, kif ukoll nuqqas ta' tagħrif dwar in-numri li qed ifittxu asil f'pajjiżi Ewropej, u dwar l-għadd totali preżenti; billi, skont il-UNHCR, minkejja dawn il-lakuni, u l-fatt li l-istatistika u d-dejta dwar il-prattiki tal-aġġudikazzjoni fir-rigward tat-talbiet għall-asil fl-Istati Membri tal-UE huma difettużi, hemm indikazzjonijiet li għad hemm lakuni fil-protezzjoni tas-Sirjani fi ħdan l-UE;

F.

billi l-kriżi tar-rifuġjati Sirjani tikkostitwixxi l-ewwel prova tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (CEAS);

G.

billi l-leġiżlazzjoni tal-UE diġà tipprovdi xi għodod, bħalma hu l-Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (6) u l-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (7), li jagħmluha possibbli li jingħataw viżi umanitarji;

H.

billi l-Istati Membri għandhom jiġu inkoraġġiti jagħmlu użu mill-fondi li se jkunu disponibbli taħt il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil u l-fondi disponibbli taħt l-Azzjoni Preparatorja “Il-possibilità tar-risistemazzjoni ta' refuġjati f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza” li tkopri, fost ħwejjeġ oħra, il-miżuri li ġejjin: appoġġ lill-persuni li diġà huma rikonoxxuti bħala rifuġjati mill-UNHCR; appoġġ għal azzjoni ta’ emerġenza fil-każ ta’ gruppi ta’ rifuġjati, identifikati bħala prijoritarji, li jinsabu taħt attakk armat u li jiffaċċjaw ċirkostanzi ta’ vulnerabilità estrema u ta’ natura li thedded il-ħajja tagħhom; l-għoti, fejn meħtieġ, ta' appoġġ finanzjarju ulterjuri waqt l-emerġenzi lill-UNHCR u lill-organizzazzjonijiet marbuta magħha fl-Istati Membri u fil-livell tal-UE;

I.

billi t-traġedja l-aktar riċenti li seħħet ’il barra minn Lampedusa, fit-3 ta’ Ottubru 2013, ħalliet 130 migrant mejjet, filwaqt li mijiet oħra jinsabu nieqsa; billi għaxriet ta’ eluf ta’ migranti sfaw mejta huma u jippruvaw jaslu l-UE; filwaqt li għal darba oħra jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li jsir dak kollu li hu possibbli biex jiġu salvati l-ħajjiet tan-nies li jinsabu f’periklu u lejn il-ħtieġa li l-Istati Membri jirrispettaw l-obbligi internazzjonali tagħhom rigward is-salvataġġ fuq il-baħar;

1.

Jinsab imħasseb serjament dwar il-kriżi umanitarja li għaddejja bħalissa fis-Sirja u l-pressjoni qawwija li qed titfa’ fuq il-pajjiżi ġirien; jesprimi t-tħassib tiegħu li l-eżodu ta’ rifuġjati għadu qed jaċċelera mingħajr ebda sinjal li dan il-ħruġ ta’ nies se jintemm dalwaqt;

2.

Ifaħħar l-isforzi u s-solidarjetà tal-awtoritajiet ta’ dawk il-pajjiżi u l-ġenerożità tal-popolazzjonijiet tagħhom fil-għajnuna li qed jagħtu lir-rifuġjati mis-Sirja;

3.

Jilqa’ l-politika ta’ bieb miftuħ tal-pajjiżi ġirien tas-Sirja u jħeġġiġhom iżommu l-fruntieri tagħhom miftuħa għar-rifuġjati kollha li qed jaħarbu mis-Sirja;

4.

Jesprimi t-tħassib tiegħu li għadd dejjem akbar ta’ Sirjani qed jissugraw ħajjithom billi jitilqu fuq vjaġġi perikolużi bid-dgħajjes biex jaqsmu l-Mediterran lejn l-UE;

5.

Jilqa’ l-fatt li l-UE u l-Istati Membri tagħha impenjaw aktar minn EUR 1 biljun f’għajnuna umanitarja u mhux umanitarja lis-Sirjani kemm ġewwa s-Sirja u kemm barra minnha; jinnota li l-UE hija l-akbar donatriċi ta’ għajnuna umanitarja lill-kriżi Sirjana; jistieden ukoll lill-UE tissorvelja t-tqassim ta’ dak il-finanzjament;

6.

Jitlob li l-UE tkompli bil-finanzjament ġeneruż tagħha tal-isforzi kemm umanitarji u kemm mhux umanitarji bħala rispons għall-ħtiġijiet tan-nies fis-Sirja u tar-rifuġjati mis-Sirja li jinsabu fil-pajjiżi ġirien;

7.

Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jindirizzaw il-ħtiġijiet akuti permezz tar-risistemazzjoni b’żieda mal-kwoti nazzjonali eżistenti u permezz tal-ammissjoni umanitarja; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-fondi li għadhom disponibbli taħt l-azzjoni preparatorja/il-proġett pilota dwar ir-risistemazzjoni;

8.

Jistieden lill-komunità internazzjonali, lill-UE u lill-Istati Membri jkomplu jipprovdu appoġġ b'rispons għall-din il-kriżi umanitarja eċċezzjonali u jimpenjaw ruħhom li jagħtu għajnuna effettiva lill-pajjiżi ġirien tas-Sirja;

9.

Jistieden lill-UE tlaqqa’ konferenza umanitarja dwar il-kriżi tar-rifuġjati Sirjana, fejn il-prijorità tingħata lill-azzjonijiet indirizzati lill-pajjiżi ospitanti fir-reġjun (b’mod partikolari l-Libanu, il-Ġordan, it-Turkija u l-Iraq) bil-għan li tagħtihom appoġġ fl-isforz tagħhom li jospitaw popolazzjonijiet dejjem akbar ta’ rifuġjati u jżommu għaddejja politika ta’ bieb miftuħ; jenfasizza li tali konferenza għandha tinvolvi lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE u lill-organizzazzjonijiet kollha tas-soċjetà ċivili u tiffoka fuq l-isforzi umanitarji u fuq it-tisħiħ tar-rwol u tal-involviment tal-UE fl-isforzi diplomatiċi biex tgħin ħalli jintemm il-kunflitt fis-Sirja;

10.

Jenfasizza kemm hu importanti f’dan l-istadju li jiġi esplorat b’mod konkret jekk, kif u meta l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu aktar biex isaħħu r-rispons ta’ protezzjoni tagħhom għas-Sirja; jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li jkun hemm solidarjetà u li jsir tisħiħ proattiv tar-rispons ġenerali ta’ protezzjoni fl-UE permezz ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib, il-qsim ta’ informazzjoni, il-bini tal-kapaċitajiet u d-djalogu rigward politiki;

11.

Jilqa’ l-kunsens ġenerali li jeżisti fost l-Istati Membri li ċ-ċittadini Sirjani ma għandhomx jitreġġgħu lura s-Sirja; jenfasizza, madankollu, li huma meħtieġa approċċ aktar koerenti u solidarjetà akbar mal-Istati Membri li qed jiffaċċjaw pressjoni partikolari biex jilqgħu għandhom ir-rifuġjati mis-Sirja; jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet kollha tal-istrumenti differenti tas-SEKA jiġu implimentati b’mod korrett;

12.

Jistieden lill-Istati Membri jesploraw il-liġi u l-proċeduri kollha tal-UE għall-provvediment ta' dħul sikur fl-UE bil-għan li temporanjament jaċċettaw għandhom Sirjani li jkunu qed jaħarbu minn pajjiżhom; jinnota li huwa ppreferut li wieħed jidħol legalment fl-UE milli jidħol b’mod irregolari u aktar perikoluż, li jista’ jinvolvi riskji ta’ ttraffikar tan-nies; jinnota li xi wħud mill-Istati Membri taw lis-Sirjani jew residenza permanenti (eż. l-Isvezja) jew ammissjoni temporanja (eż. l-Ġermanja);

13.

Ifakkar lill-Istati Membri li s-Sirjani li qed jaħarbu l-kunflitt li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali għandhom jiġu riferuti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-asil u għandu jkollhom aċċess għal proċeduri tal-asil ġusti u effiċjenti;

14.

Jistieden lill-UE tieħu miżuri responsabbli xierqa rigward influss ta’ rifuġjati li jista’ jseħħ fl-Istati Membri tagħha; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jimmoniterjaw is-sitwazzjoni attwali u jaħdmu fuq ippjanar ta’ kontinġenza, inkluża l-possibilità li japplikaw id-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja (8), jekk u meta l-kundizzjonijiet jirrikjedu hekk;

15.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-Istati Membri huma rekwiżiti joħorġu jgħinu lill-migranti li jinsabu fuq il-baħar, u jistieden lill-Istati Membri li naqsu milli jirrispettaw l-obbligi internazzjonali tagħhom ħalli jieqfu milli jibagħtu lura d-dgħajjes bil-migranti abbord;

16.

Jistieden lill-Istati Membri jirrispettaw il-prinċipju ta’ non-refoulement, skont id-dritt internazzjonali u d-dritt tal-UE eżistenti; jistieden lill-Istati Membri jwaqqfu b’effett immedjat kwalunkwe prattiki ta' detenzjoni li jkunu mhux xierqa jew estiżi bi ksur tad-dritt internazzjonali u tad-dritt Ewropew, u jirrimarka li l-miżuri biex migranti jiġu detenuti għandhom dejjem ikunu soġġetti għal deċiżjoni amministrattiva, u għandhom ikunu sostanzjati kif dovut u temporanji;

17.

Jistieden lill-kumitati rilevanti tiegħu jkomplu jimmonitorjaw is-sitwazzjoni fis-Sirja u fil-pajjiżi ġirien u l-miżuri meħuda mill-Istati Membri f’dan ir-rigward;

18.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati, lis-Segretarju Ġenerali tal-Lega Għarbija, lill-Parlament u lill-Gvern tar-Repubblika Għarbija Sirjana, u lill-parlamenti u lill-gvernijiet ta’ dawk il-pajjiżi ġirien tas-Sirja u lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt fis-Sirja.


(1)  ĠU C 249 E, 30.8.2013, p. 37.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2012)0351.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2013)0223.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2013)0378.

(5)  http://www.unhcr.org/51b7149c9.html

(6)  Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).

(7)  Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1).

(8)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).


Il-Ħamis, 10 ta’ Ottubru 2013

19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/61


P7_TA(2013)0418

L-allegati trasportazzjoni u żamma illegali ta' priġunieri f'pajjiżi Ewropej mis-CIA

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar l-allegati trasportazzjoni u żamma illegali ta’ priġunieri f’pajjiżi Ewropej mis-CIA (2013/2702(RSP))

(2016/C 181/11)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) tat-13 ta' Diċembru 2012 li tikkundanna lil Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM) għas-“serjetà estrema” tal-ksur tagħha tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (Artikoli 3, 5, 8 u 13) matul il-konsenja straordinarja ta' Khaled El-Masri,

wara li kkunsidra l-każijiet pendenti tal-QEDB li ġejjin: Al-Nashiri v il-Polonja, Abu Zubaydah v il-Litwanja, Abu Zubaydah v il-Polonja u Nasr u Ghali v l-Italja; wara li kkunsidra l-applikazzjoni ppreżentata mis-Sur Al-Nashiri kontra r-Rumanija f'Awwissu 2012 u l-applikazzjoni ppreżentata f'Diċembru 2012 mill-Istitut tal-Monitoraġġ tad-Drittijiet tal-Bniedem (HRMI) u l-Inizjattiva tal-Ġustizzja għal Soċjetà Miftuħa kontra l-Litwanja għall-ksur tad-dritt tagħhom għall-informazzjoni u d-dritt għal rimedju effettiv,

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Suprema Taljana ta' Settembru 2012 li sostniet il-kundanna ta' 23 ċittadin tal-Istati Uniti b’konnessjoni mal-ħtif fl-2003 ta' Abu Omar, u fosthom l-ex-Kap tal-uffiċju tas-CIA f'Milan, Robert Seldon Lady, li ġie kkundannat għal disa' snin ħabs,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell ta' Milan ta' Frar 2013 li kkundannat tliet aġenti oħra tas-CIA (1), preċedentement ikkunsidrati bħala koperti mill-immunità diplomatika, għal bejn sitta u seba' snin ħabs; wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-istess qorti li tikkundanna wkoll lil Nicolò Pollari, ex Kap tas-Servizz Taljan tal-Intelligence Militari u s-Sigurtà (SISMI), għal għaxar snin ħabs, lil Marco Mancini, ex Viċi Kap tas-SISMI, għal disa' snin ħabs, u tliet aġenti tas-SISMI għal sitt snin kull wieħed,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-President Taljan tal-5 ta' April 2013 li jaħfer lill-Kurunell tal-Istati Uniti Joseph Romano, li ġie kkundannat fl-Italja għar-responsabilità tiegħu fil-ħtif ta' Abu Omar f'dak il-pajjiż,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2012 dwar “l-allegati trasportazzjoni u żamma illegali ta' priġunieri f'pajjiżi Ewropej mis-CIA: segwitu tar-rapport tal-Kumitat tat-TDIP tal-Parlament Ewropew” (2),

wara li kkunsidra d-dokumenti mgħoddija lir-rapporteur mill-Kummissjoni, inklużi ittri mhux speċifiċi għal pajjiż, mibgħuta f'Marzu 2013 lill-Istati Membri kollha, li weġbuhom biss ftit Stati Membri (il-Finlandja, l-Ungerija, Spanja u l-Litwanja),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar Guantánamo, l-aktar riċenti minnhom hija dik tat-23 ta’ Mejju 2013 dwar “Guantanamo: strajk tal-ġuħ tal-priġunieri” (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2010-2011) (4),

wara li kkunsidra d-data tat-titjiriet mibgħuta mill-Eurocontrol sa Settembru 2012,

wara li kkunsidra t-talba mibgħuta f'April 2013 mir-rapporteur lill-Aġenzija għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni fl-Ajru fl-Afrika u l-Madagaskar (ASECNA) għall-kooperazzjoni dwar l-iżvelar tad-data tat-titjiriet u għar-risposta pożittiva li waslet f'Ġunju 2013,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt u dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2012 dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Lussemburgu, 6 u 7 ta' Ġunju 2013),

wara li kkunsidra “l-Programm ta’ Stokkolma – Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini (2010-2014)”,

wara li kkunsidra l-bosta rapporti tal-midja u atti ta' ġurnaliżmu investigattiv, b’mod partikolari – iżda mhux b’mod eżawrjenti – ix-xogħol investigattiv imxandar fuq l-istazzjon televiżiv Rumen Antena 1 f'April 2013,

wara li kkunsidra r-riċerka u l-investigazzjonijiet imwettqa speċjalment minn Interights, Redress u Reprieve, u r-rapporti li nħarġu sa mill-adozzjoni tal-imsemmija riżoluzzjoni tal-Parlament tal-11 ta' Settembru 2012, minn riċerkaturi indipendenti, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet mhux governattivi nazzjonali u internazzjonali, b'mod partikolari r-rapport tal-“Justice Initiative” tal-fondazzjoni “Open Society” dwar il-globalizzazzjoni tat-tortura: id-Detenzjoni u l-Konsenji Straordinarji Sigrieti tas-CIA (Globalising Torture: CIA Secret Detention and Extraordinary Rendition) (Frar 2013), l-istudju indipendenti, bl-involviment taż-żewġ partiti politiċi ewlenin, li sar fl-Istati Uniti tal-Amerika mit-Task Force dwar it-Trattament tad-Detenuti (Task Force on Detainee Treatment) tal-grupp ta’ riflessjoni ‘The Constitution Project (April 2013), il-Bażi tad-Data dwar it-Titjiriet ta' Konsenja ppubblikata mis-sit elettroniku akkademiku Brittaniku (The Rendition Project) (Mejju 2013), ir-rapport tal-organizzazzjoni Amnesty International “Unlock the truth: Poland’s involvement in CIA secret detention” (Ġunju 2013) u l-ittra mibgħuta mill-organizzazzjoni Human Rights Watch lill-awtoritajiet Litwani (Ġunju 2013),

wara li kkunsidra l-Mistoqsijiet imressqa mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (O-000079/2013 – B7-0215/2013 u O-000080/2013 – B7-0216/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi r-rispett għad-drittijiet fundamentali huwa element essenzjali tal-politiki kontra t-terroriżmu;

B.

billi l-Parlament ikkundanna l-programm ta' konsenja u detenzjoni sigrieta tas-CIA mmexxija mill-Istati Uniti li jinvolvi ksur multiplu tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom id-detenzjoni illegali u arbitrarja, it-tortura u maltrattament ieħor, il-ksur tal-prinċipju ta’ non-refoulement u l-għajbien imġiegħel bl-użu mis-CIA tal-ispazju tal-ajru u t-territorju Ewropew; billi l-Parlament kemm-il darba talab li jsiru investigazzjonijiet sħaħ dwar il-kollaborazzjoni mill-gvernijiet u aġenziji nazzjonali mal-programmi tas-CIA;

C.

billi l-Parlament impenja ruħu li jkompli jwettaq il-mandat mogħti lilu mill-Kumitat Temporanju, skont l-Artikoli 2, 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u ta istruzzjonijiet lill-kumitati relevanti tiegħu biex jindirizzaw lill-Parlament fil-plenarja dwar il-kwistjoni sena wara l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni msemmija qabel tal-11 ta' Settembru 2012, peress li jqis li huwa essenzjali li jiġi vvalutat il-punt sa fejn ġew implimentati r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Parlament;

D.

billi l-obbligu ta’ rendikont għall-konsenji hu essenzjali biex jiġu protetti u promossi b'mod effettiv id-drittijiet tal-bniedem fil-politiki interni u esterni tal-UE, u biex jiġu żgurati politiki tas-sigurtà leġittimi u effettivi msejsa fuq l-istat tad-dritt; billi riċentement l-istituzzjonijiet tal-UE pparteċipaw f'dibattitu dwar kif l-UE tista' tipproteġi u tippromwovi aħjar id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt;

E.

billi ma kien hemm l-ebda risposta sostantiva mill-Kunsill u l-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament;

F.

billi l-awtoritajiet Litwani tennew l-impenn tagħhom li jerġgħu jiftħu l-investigazzjoni kriminali dwar l-involviment tal-Litwanja fil-programm tas-CIA jekk joħorġu elementi ġodda, iżda s’issa għadhom m'għamlux dan; billi fl-osservazzjonijiet tagħhom lill-QEDB fil-każ ta' Abu Zubaydah, l-awtoritajiet Litwani wrew nuqqasijiet gravi fl-investigazzjonijiet tagħhom, u nuqqas ta’ komprensjoni tat-tifsira tal-informazzjoni ġdida; billi l-Litwanja għandha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fit-tieni nofs tal-2013; billi, fit-13 ta' Settembru 2013, tressaq ilment lill-Prosekutur Ġenerali Litwan li jsejjaħ għal investigazzjoni tal-allegazzjonijiet li Mustafa al-Hawsawi, li attwalment qed jgħaddi ġuri mill-kummissjoni militari fil-Bajja ta' Guantánamo, ġie illegalment trasferit, u b'mod sigriet miżmum u ttorturat fil-Litwanja bħala parti minn programm immexxi mis-CIA;

G.

billi x-xogħol investigattiv profond imxandar fuq l-istazzjon televiżiv Antena 1 f'April 2013 ipprovda indikazzjonijiet ulterjuri tar-rwol ċentrali tar-Rumanija fin-netwerk ta’ ħabsijiet; billi l-ex konsulent tas-sigurtà nazzjonali Ioan Talpeş iddikjara li r-Rumanija pprovdiet appoġġ loġistiku lis-CIA; billi ex senatur Rumen ammetta l-limitazzjonijiet tal-inkjesta parlamentari preċedenti u talab lill-prosekuturi biex jibdew proċedimenti ġudizzjarji;

H.

billi ġiet ippreżentata talba mal-prosekuturi Pollakki fil-11 ta' Ġunju 2013 sabiex it-tielet raġel, il-Jemenita Walid Mohammed Bin Attash, jiġi uffiċjalment rikonoxxut bħala vittma wara li ġie arrestat illegalment fil-Pakistan fl-2003, miżmum f'ħabs sigriet fil-Polonja minn Ġunju sa Settembru 2003 u konsegwentement mibgħut fi Guantánamo, fejn jinsab attwalment; billi l-prosekuturi Polakki estendew sa Ottubru 2013 investigazzjoni kriminali li għaddejja bħalissa;

I.

billi l-awtoritajiet Britanniċi qed iżidu ostakli proċedurali għat-talba ċivili mressqa fir-Renju Unit mil-Libjan Abdel Hakim Belhadj, li allegatament ingħata t-tortura fil-Libja mis-CIA bl-għajnuna Britannika, u esprimew l-intenzjoni tagħhom li jfittxu li x-xhieda tinstema' fi proċedimenti sigrieti;

J.

billi f'Diċembru 2012 l-Italja ħarġet mandat ta' arrest internazzjonali kontra Robert Seldon Lady, li ġie arrestat fil-Panama f'Lulju 2013; billi t-talba ta' estradizzjoni sussegwentement magħmula mill-Italja ma ġietx aċċettata mill-Panama, u Robert Seldon Lady ġie rritornat lill-Istati Uniti f'Lulju 2013; billi l-President Taljan iddeċieda, fil-5 ta' April 2013, li jaħfer lill-Kurunell tal-Istati Uniti Joseph Romano, li ġie kkundannat minn Qorti Taljana għar-responsabilità tiegħu fil-ħtif ta' Abu Omar fl-Italja;

K.

billi f'Novembru 2012, l-Ombudsman Parlamentari tal-Finlandja beda investigazzjoni dwar l-użu tat-territorju, l-ispazju tal-ajru u s-sistemi ta' rekords tat-titjir tal-Finlandja fil-programm ta' konsenja tas-CIA, bagħat talbiet bil-miktub u dettaljati għal informazzjoni lil 15-il aġenzija tal-gvern u talab lill-awtoritajiet Litwani għal informazzjoni speċifika dwar titjiriet relatati;

L.

billi l-inkjesta mwettqa mid-Danimarka sa Mejju 2012 ma tikkostitwixxix investigazzjoni indipendenti, imparzjali, bir-reqqa u effettiva kif meħtieġ mid-dritt u l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, minħabba n-nuqqas ta’ setgħat suffiċjenti u l-kamp ta’ applikazzjoni limitat tagħha;

M.

billi żewġ Stati Membri biss (il-Ġermanja u r-Renju Unit) irrispondew għall-ittri ta' segwitu mibgħuta minn tmien Stati Membri (Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija, l-Isveżja u r-Renju Unit) permezz tal-Proċeduri Speċjali tan-NU, fejn talbu informazzjoni addizzjonali wara l-Istudju Konġunt tan-NU dwar il-prattiki globali fir-rigward tad-detenzjoni sigrieta fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu (5);

N.

billi l-President Obama tal-Istati Uniti tenna l-impenn tiegħu li jagħlaq il-ħabs ta’ Guantánamo, u ħabbar fit-23 ta' Mejju 2013 li se jerġa' jibda l-ħelsien tad-detenuti u li jneħħi moratorju fuq il-ħelsien ta’ priġunieri Jemeniti li diġa' kien meqjus li hu sikuri li jiġu trasferiti lura lejn il-Jemen, minkejja reżistenza fil-Kungress tal-Istati Uniti; billi l-awtoritajiet tal-Istati Uniti jridu jonoraw l-obbligi internazzjonali tagħhom billi jipproċessaw legalment lil Robert Seldon Lady;

O.

billi, fid-dikjarazzjoni ta' ftuħ li hi tat fit-23 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem (Ġinevra, Mejju 2013), il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Navi Pillay, ikkwotatat ir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tal-Parlament tal-11 ta' Settembru 2012 u talbet għal 'investigazzjonijiet kredibbli u indipendenti' bħala 'l-ewwel pass vitali lejn ir-responsabilità' u ‘[talbet] lill-Istati jagħmlu dan prijorità tagħhom';

P.

billi, fir-rapport annwali tal-2013 (6) tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali filwaqt li jiġi miġġieled it-terroriżmu, Ben Emmerson, ikkwota l-ħidma tal-Parlament u approva wħud mir-rakkomandazzjonijiet li saru fir-riżoluzzjoni msemmija qabel tal-11 ta' Settembru 2012;

1.

Jiddeplora profondament in-nuqqas ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Settembru 2012, partikolarment mill-Kunsill, il-Kummissjoni, il-gvernijiet tal-Istati Membri, l-istati kandidati u l-pajjiżi assoċjati, in-NATO u l-awtoritajiet tal-Istati Uniti, speċjalment fid-dawl tal-ksur serju tad-drittijiet fundamentali tal-vittmi tal-programmi tas-CIA;

2.

Iqis li l-klima ta’ impunità fir-rigward tal-programmi tas-CIA ippermettiet li jkompli l-ksur tad-drittijiet fundamentali fil-politiki ta' kontra t-terroriżmu tal-UE u tal-Istati Uniti, kif żvelat b’mod ulterjuri mill-attivitajiet ta’ spjunaġġ tal-massa tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Aġenzija tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Istati Uniti u l-korpi ta’ sorveljanza f’diversi Stati Membri, li bħalissa qed jiġu investigati mill-Parlament;

Il-proċess ta’ obbligu ta’ rendikont fl-Istati Membri

3.

Itenni t-talba tiegħu lil dawk l-Istati Membri li ma wettqux l-obbligu pożittiv tagħhom li jagħmlu inkjesti indipendenti u effettivi biex jinvestigaw il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li jqisu l-evidenza ġdida kollha li ħarġet fid-deher, u li jiżvelaw l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-ajruplani kollha assoċjati mas-CIA u t-territorju tagħhom li jqajmu suspett; jitlob b’mod partikolari lill-Istati Membri biex jinvestigaw jekk sarux operazzjonijiet li fihom persuni nżammu taħt il-programmi tas-CIA f’faċilitajiet sigrieti fit-territorju tagħhom; jistieden lill-Istati Membri konċernati (Franza, l-Italja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija u l-Isvezja) jwieġbu l-ittri mibgħuta mill-Proċeduri Speċjali tan-NU;

4.

Iħeġġeġ lil-Litwanja terġa' tiftaħ l-investigazzjonijiet kriminali tagħha dwar il-faċilitajiet ta' detenzjoni sigrieta tas-CIA u twettaq investigazzjoni rigoruża filwaqt li tqis l-evidenza fattwali kollha li ġiet żvelata, l-aktar dwar il-każ tal-QEBD ta' Abu Zubaydah v il-Litwanja; jistieden lil-Litwanja tippermetti lill-investigaturi jwettqu eżami komprensiv tan-netwerk ta’ titjiriet ta’ konsenja u l-persuni ta’ kuntatt li huma magħrufa pubblikament li organizzaw jew ipparteċipaw fit-titjiriet konċernati; jistieden lill-awtoritajiet Litwani jwettqu eżami forensiku tas-sit tal-ħabs u analiżi tar-reġistri tat-telefonati; iħeġġiġhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-QEDB fil-każijiet ta' Abu Zubaydah v il-Litwanja u HRMI v il-Litwanja; jistieden lil-Litwanja, fil-kuntest tal-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni kriminali, tikkunsidra l-applikazzjonijiet għal status/parteċipazzjoni fl-investigazzjoni minn vittmi possibbli oħra; iħeġġeġ lil-Litwanja twieġeb bis-sħiħ għat-talbiet għal informazzjoni minn Stati Membri oħra tal-UE, b'mod partikolari t-talba għall-informazzjoni mill-Ombudsman Finlandiż dwar titjira jew titjiriet li jistgħu jistabbilixxu rabta tal-Finlandja u l-Litwanja bħala rotta possibbli ta' konsenja; iħeġġeġ lill-Prosekutur Ġenerali Litwan iwettaq investigazzjonijiet kriminali dwar l-ilment ta' Mustafa al-Hawsawi;

5.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Rumeni biex mingħajr telf ta' żmien jiftħu investigazzjoni indipendenti, imparzjali, bir-reqqa u effettiva, biex isibu d-dokumenti ta' inkjesta parlamentari nieqsa u biex jikkooperaw bis-sħiħ mal-QEBD fil-każ ta' Al Nashiri v ir-Rumanija; jistieden lir-Rumanija tikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi tad-drittijiet fundamentali tagħha;

6.

Jistieden lill-Polonja tkompli l-investigazzjoni tagħha b’mod aktar trasparenti, partikolarment billi toffri evidenza ta’ żviluppi konkreti meħuda, billi tippermetti lir-rappreżentanti tal-vittmi sabiex dawn jirrappreżentaw verament lill-klijenti tagħhom billi tippermettilhom li jkollhom aċċess bi dritt għall-materjal klassifikat relevanti kollu u billi taġixxi fuq il-materjal li jkun inġabar; jitlob lill-awtoritajiet Pollakki biex jibdew il-prosekuzzjonijiet kontra kull attur statali implikat; iħeġġeġ lill-Prosekutur Ġenerali Pollakk biex bħala kwistjoni ta' urġenza jagħmel rieżami tal-applikazzjoni ta' Walid Bin Attash u jieħu deċiżjoni dwarha; jitlob lill-Polonja tikkoopera bis-sħiħ mal-QEDB dwar il-każijiet ta' Al-Nashiri v il-Polonja u Abu Zubaydah v il-Polonja;

7.

Jistieden lill-awtoritajiet Britanniċi jikkooperaw bis-sħiħ ma' investigazzjonijiet kriminali li għaddejjin bħalissa u biex iħallu talbiet ċivili jkomplu bi trasparenza sħiħa sabiex jiġu konklużi dawk l-investigazzjonijiet u t-talbiet dwar il-konsenja ta' ċittadini barranin li jinsabu barra 'l pajjiż; jitlob lill-awtoritajiet Britanniċi jistabbilixxu inkjesta konformi mad-drittijiet tal-bniedem dwar il-konsenja, it-tortura u t-trattament ħażin ta' priġunieri barra 'l pajjiż;

8.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Taljani jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jiksbu ġustizzja dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem mis-CIA fit-territorju Taljan, billi jinsistu li Robert Seldon Lady jiġi estradit u jitolbu l-estradizzjoni ta' 22 ċittadin ieħor tal-Istati Uniti kkundannati fl-Italja;

9.

Iħeġġeġ lill-Ombudsman Finlandiż biex ilesti l-investigazzjoni tiegħu fuq bażi ta’ trasparenza u obbligu ta’ rendikont u, għal dan l-għan, iħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali biex jikkooperaw bis-sħiħ; jitlob lill-Finlandja ssegwi kull informazzjoni li timplika lill-atturi statali Finlandiżi fil-programm ta' konsenja;

Rispons tal-istituzzjonijiet tal-UE

10.

Jinsab diżappuntat ħafna dwar il-fatt li l-Kummissjoni rrifjutat li tirreaġixxi fis-sustanza għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament, u jqis li l-ittri mibgħuta mill-Kummissjoni lill-Istati Membri mhumiex biżżejjed għat-twettiq tal-obbligu ta’ rendikont, għax huma ta’ natura ġenerika;

11.

Itenni r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi lill-Kummissjoni:

li tinvestiga jekk id-dispożizzjonijiet tal-UE, b'mod partikolari dawk dwar l-asil u l-kooperazzjoni ġudizzjarja, ġewx miksura permezz ta’ kollaborazzjoni mal-programm tas-CIA,

li tiffaċilita u tappoġġa għajnuna legali reċiproka konformi mad-drittijiet tal-bniedem u kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-awtoritajiet investigattivi u kooperazzjoni bejn l-avukati involuti fil-ħidma relatata mal-obbligu ta’ rendikont fl-Istati Membri,

li tadotta qafas, inklużi rekwiżiti ta' rappurtar għall-Istati Membri, għall-monitoraġġ u l-appoġġ ta' proċessi nazzjonali ta' obbligu ta' rendikont,

li tadotta miżuri għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-UE li tipprevjeni u tipprovdi rimedju għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-livell tal-UE u biex tipprovdi għat-tisħiħ tal-irwol tal-Parlament,

li tressaq proposti għall-iżvilupp ta' arranġamenti għas-sorveljanza demokratika tal-attivitajiet ta' intelligenza transkonfinali fil-kuntest tal-politiki tal-UE kontra t-terroriżmu;

12.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Litwani jaħtfu l-opportunità tal-Presidenza tal-Kunsill tal-UE biex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapport tal-Parlament u għaldaqstant biex ipoġġu l-kwistjoni fuq l-aġenda tal-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni (ĠAI) qabel tmiem il-presidenza Litwana;

13.

Itenni r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tiegħu lill-Kunsill:

li jiskuża ruħu talli kiser il-prinċipju stabbilit fit-Trattati ta' kooperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, meta b’mod inkorrett ipprova jipperswadi lill-Parlament jaċċetta verżjonijiet deliberatament imqassra tal-minuti tal-laqgħat tal-grupp ta' ħidma dwar id-dritt internazzjonali pubbliku (COJUR) u dwar ir-relazzjonijiet transatlantiċi (COTRA) ma' uffiċjali għolja tal-Istati Uniti,

li joħroġ dikjarazzjoni li fiha jagħraf l-involviment tal-Istati Membri fil-programm tas-CIA u d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom l-Istati Membri fil-kuntest tal-inkjesti,

li jagħti l-appoġġ kollu tiegħu lill-proċessi tas-sejba tal-verità u tal-obbligu ta’ rendikont fl-Istati Membri billi jindirizza l-kwistjoni formalment fil-laqgħat tal-ĠAI, jaqsam l-informazzjoni kollha, jipprovdi assistenza fl-inkjesti u, b’mod partikolari, jilqa’ talbiet ta’ aċċess għad-dokumenti,

li jorganizza seduti ta' smigħ ma' aġenziji tas-sigurtà relevanti tal-UE biex jistabbilixxi biċ-ċar x’jafu dwar l-involviment tal-Istati Membri fil-programm tas-CIA u r-rispons tal-UE,

li jipproponi salvagwardji sabiex ikun żgurat ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-kondiviżjoni tal-intelligence, u delimitazzjoni stretta tar-rwoli bejn attivitajiet għall-ġbir tal-intelligence u l-infurzar tal-liġi, sabiex l-aġenziji tal-intelligence ma jitħallewx jieħdu setgħat ta' arrest u detenzjoni;

14.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jinkludu, fil-programmi pluriennali rispettivi tagħhom ta’ wara l-programm ta’ Stokkolma, miżuri speċifiċi biex ikunu żgurati l-istat tad-dritt u l-obbligu ta’ rendikont f'każ ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali, speċjalment minn servizzi tal-intelligence u awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-kwistjoni tal-obbligu ta’ rendikont fuq l-aġenda tal-“Assises de la Justice” f'Novembru 2013;

15.

Ifakkar li hu essenzjali, biex tkun żgurata l-kredibilità tal-Parlament, li jissaħħu sostanzjalment id-drittijiet tiegħu ta’ inkjesta biex jinvestiga każi ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali fl-UE, li għandhom jinkludu s-setgħa kollha li jisma' x-xhieda bil-ġurament tal-persuni involuti, inklużi ministri governattivi (7);

16.

Jitlob lil Eurocontrol tirrikonoxxi, bħalma tagħmel l-Awtorità Federali Amerikana tal-Avjazzjoni, li data dwar ir-rotot tat-titjiriet m’għandhiex tkun meqjusa li hi konfidenzjali, u tirrilaxxa tali data meħtieġa bl-iskop li l-investigazzjonijiet li jsiru jkunu effettivi;

17.

Jistenna l-inkjesta tiegħu dwar il-programm ta' sorveljanza tal-Aġenzija tal-Sigurtà Nazzjonali tal-Istati Uniti u s-sorveljanza tal-korpi f'diversi Stati Membri tipproponi miżuri għal sorveljanza parlamentari demokratika u effettiva tas-servizzi tal-intelligence, filwaqt li jikkunsidra li l-iskrutinju demokratiku ta' dawk il-korpi u l-attivitajiet tagħhom permezz ta' superviżjoni interna, eżekuttiva, indipendenti, ġudizzjarja u parlamentari hi essenzjali;

18.

Jesprimi d-dispjaċir tiegħu dwar in-nuqqas ta’ progress li sar mill-Istati Membri tal-UE lejn l-adeżjoni mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Persuni minn Għajbien Imġiegħel, bl-eċċezzjoni tal-Litwanja li rratifikatha f’Awwissu 2013; jistieden lill-21 Stat Membru li għadhom ma rratifikawx dik il-konvenzjoni biex jagħmlu dan bħala kwistjoni ta’ urġenza;

19.

Jistieden lill-Belġju, il-Finlandja, il-Greċja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja u s-Slovakkja jirratifikaw il-Protokoll Fakultattiv tal-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura (OPCAT) bħala kwistjoni prijoritarja; jiddispjaċih dwar l-appoġġ limitat provdut mill-Fond Speċjali tal-OPCAT ġestit min-NU, u jistieden lill-Istati Membri tal-UE u lill-Kummissjoni jappoġġaw il-ħidma tal-Fond Speċjali permezz ta' kontribuzzjonijiet volontarji sostanzjali; iħeġġeġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Kummissjoni biex iżidu l-isforzi tagħhom ħalli jiffaċilitaw it-twaqqif u l-funzjonament ta’ Mekkaniżmi ta’ Prevenzjoni Nazzjonali taħt l-OPCAT f’pajjiżi terzi;

20.

Jistieden lill-UE tagħmel rieżami bir-reqqa tal-progress tal-FYROM fl-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-QEDB fil-każ ta’ El-Masri v Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, li l-Kumitat tal-Ministri issa ssuġġetta għal proċedura mtejba fil-kuntest tat-talba għall-adeżjoni tal-FYROM; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-FYROM jiftħu investigazzjoni kriminali dwar il-kumpliċità ta’ atturi statali fil-każ ta’ El-Masri u jaraw li l-persuni responsabbli jwieġbu għal għemilhom;

21.

Jistieden lill-Gvern tal-Istati Uniti jikkoopera mat-talbiet kollha magħmula mill-Istati Membri tal-UE għal informazzjoni jew estradizzjoni b’konnessjoni mal-programm tas-CIA; iħeġġu jieqaf juża ordnijiet protettivi ħorox li jżommu lill-avukati tad-detenuti ta' Guantánamo milli jiżvelaw informazzjoni rigward kwalunkwe dettall tad-detenzjoni sigrieta tagħhom fl-Ewropa; iħeġġu jwettaq sat-tmiem il-pjan tiegħu li jagħlaq il-ħabs ta' Guantánamo malajr kemm jista’ jkun;

22.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE sabiex iżidu l-isforzi għar-risistemazzjoni tad-detenuti mhux Ewropej rilaxxati minn Guantánamo li ma jistgħux jiġu ripatrijati lejn l-istati tagħhom minħabba li huma mhedda bil-mewt, it-tortura jew trattament krudili u diżuman (8); jistieden lill-UE terġa’ tqajjem l-inizjattivi konġunti tal-2009 billi tipprovdi qafas għar-risistemazzjoni ta’ detenuti minn Guantánamo fl-Istati Membri tal-UE u biex timpenja ruħha fi djalogu dwar pjanijiet konkreti għall-kooperazzjoni ma’ Clifford Sloan, il-Mibgħut Speċjali tal-Istati Uniti dwar it-trasferimenti tad-detenuti minn Guantánamo;

23.

Jistieden lill-Aġenzija għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u l-Madagaskar biex tibda tikkoopera mal-Parlament mill-aktar fis billi tipprovdi l-informazzjoni mitluba dwar data ta’ titjiriet;

24.

Jistieden lill-Parlament li jmiss (2014-2019) ikompli jwettaq u jimplimenta l-mandat tal-Kumitat Temporanju u konsegwentement jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet tiegħu jiġu segwiti, jistudja l-elementi ġodda li jistgħu jfeġġu u jagħmel użu sħiħ tad-drittijiet ta' inkjesta tiegħu, u jiżviluppahom;

o

o o

25.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Inkluż Jeffrey W. Castelli, ex Kap tal-uffiċċju tas-CIA f'Ruma.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2012)0309.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2013)0231.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2012)0500.

(5)  A/HRC/13/42.

(6)  Prinċipji qafas għall-iżgurar tar-responsabilità tal-uffiċjali pubbliċi għall-ksur gravi jew sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa fil-kuntest tal-inizjattivi kontra t-terroriżmu tal-Istat, A/HRC/22/52, 1 ta' Marzu 2013.

(7)  Ara: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew dwar id-dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew li jħassar id-Deċiżjoni 95/167/EC, Euratom, ECSC tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU C 264 E 13.9.2013, p. 41).

(8)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2012 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni inklużi l-implikazzjonijiet għall-politika strateġika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem ĠU C 258 E, 7.9.2013, p. 8.


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/67


P7_TA(2013)0419

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni transkonfinali fil-qasam tal-infurzar tal-liġi fl-UE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni transkonfinali fil-qasam tal-infurzar tal-liġi fl-UE: l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Prüm u l-Mudell Ewropew ta' Skambju ta' Informazzjoni (EIXM) (2013/2586(RSP))

(2016/C 181/12)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2012 dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni għall-infurzar tal-liġi fl-UE: il-mudell Ewropew għall-Iskambju tal-Informazzjoni (EIXM) (COM(2012)0735),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2012 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (id-“Deċiżjoni ta’ Prüm”) (COM(2012)0732),

wara li kkunsidra l-Programm ta' Stokkolma, l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna u l-Istrateġija ta' Ġestjoni tal-Informazzjoni għas-sigurtà interna tal-UE,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2012 dwar l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna tal-Unjoni Ewropea (1),

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 87 tiegħu,

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar l-infurzar transkonfinali tal-liġi fl-UE permezz tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Prüm u l-Mudell Ewropew għall-Iskambju ta' Informazzjoni (EIXM) (O-000067/2013 – B7-0501/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) u l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Programm ta’ Stokkolma għaraf il-ħtieġa għal aktar koerenza u konsolidazzjoni fis-sett ta' għodod disponibbli għall-ġbir, l-ipproċessar u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-UE sabiex titjieb is-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE;

B.

billi l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna irrakkomandat l-iżvilupp ta' mudell komprensiv għall-iskambju ta' informazzjoni;

C.

billi l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-attivitajiet kriminali bejn il-fruntieri hu l-bażi għall-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi fl-UE u hu partikolarment rilevanti f'zona mingħajr kontrolli interni tal-fruntieri; billi l-kriminalità transkonfinali qed tiżdied fl-UE, u b'hekk qed tqiegħed aktar enfasi fuq il-ħtieġa ta' skambju effiċjenti u sigur ta' informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi li jirrispetta l-protezzjoni tad-data u d-drittijiet fundamentali;

1.

Jinnota li l-Komunikazzjonijiet wiżnu l-istrumenti, il-kanali u l-għodod transkonfinali differenti eżistenti għall-iskambju ta' informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi fl-UE; jemmen li l-'panorama' attwali tal-istrumenti, il-kanali u l-għodod differenti hi kkumplikata u mferrxa, u twassal għal użu ineffiċjenti tal-istrumenti u superviżjoni demokratika inadegwata fil-livell tal-UE, kif ukoll f'xi każijiet għal twessigħ tal-funzjoni u tal-aċċess (“function and access creep”);

2.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq eżerċizzju ta' mmappjar tal-leġiżazzjoni tal-UE u nazzjonali, inklużi ftehimiet internazzjonali (bilaterali), li jirregolaw l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi; jaqbel mal-Kummissjoni li hija meħtieġa statistika aktar rilevanti biex jitkejjel il-valur reali tal-istrumenti u jitlob li ssir evalwazzjoni indipendenti u esterna tal-istrumenti eżistenti għall-iskambju ta' informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi fl-UE sabiex jiġi vvalutat l-impatt tagħhom li jista' jitkejjel;

3.

Jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni li jkun razzjonalizzat l-użu tal-istrumenti u l-kanali eżistenti (bħalma hu l-użu awtomatiku tal-kanal tal-Europol u l-ħolqien ta' Punti Uniċi ta' Kuntatt nazzjonali integrati) u jittejbu t-taħriġ u l-kuxjenza dwar l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni; huwa ddiżappuntat, madankollu, li l-Kummissjoni ma ħejjietx viżjoni aktar ambizzjuża li tħares lejn il-futur, kif intalab fil-Programm ta' Stokkolma u fl-Istrateġija ta' Sigurtà Interna, li tista' tkun il-punt tat-tluq għal dibattitu politiku dwar kif tissawwar u tkun ottimizzata l-kondiviżjoni tad-data dwar l-infurzar tal-liġi fl-UE, filwaqt li jkun iggarantit livell robust ta’ protezzjoni tad-data u privatezza; iħeġġeġ bil-kbir lill-Kummissjoni biex tressaq din il-viżjoni u tistabbilixxi qafas imħejji tajjeb għall-iskambju ta' informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi fl-UE li jkun imsejjes fuq prinċipji bħalma huma n-neċessità, il-kwalità, il-proporzjonalità, l-effiċjenza u r-responsabilità politika u jkun jinkludi valutazzjoni xierqa tal-prinċipju tad-disponibilità u l-kunċett tal-konformità trasversali;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tistudja l-possibilità li jiġu awtomatizzati l-proċessi manwali għall-implimentazzjoni tal-istrumenti eżistenti sabiex tiġi żgurata effikaċja akbar skont il-prinċipji stabbiliti fl-istudju tad-DAPIX imwettaq minn xi Stati Membri, u tipprevedi l-implimentazzjoni ta' format universali tal-iskambju ta' informazzjoni biex jiġi aċċelerat l-ipproċessar tat-talbiet approvati;

5.

Jirrimarka li l-istrumenti differenti ta' skambju ta' informazzjoni transkofinali dwar l-infurzar tal-liġi, inkluż l-għoti ta' aċċess transkonfinali għall-bażijiet ta' data nazzjonali, iwasslu għal reġim ta' protezzjoni tad-data mferrex u mhux ċar, li hu ta' spiss imsejjes fuq l-iżgħar denominatur komuni u jsegwi approċċ frammentat; f'dan ir-rigward, itenni l-pożizzjoni tiegħu li d-Direttiva proposta dwar il-Protezzjoni tad-Data għandha tkun adottata malajr kemm jista' jkun;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, bil-għan li tikkonsolida u ttejjeb is-sistema ta' skambju ta' informazzjoni, tieħu miżuri maħsuba biex jirfdu sistema effettiva li sservi wkoll biex tkun żgurata l-protezzjoni tad-data, kif imsemmi fl-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD), billi tuża l-qafas ta' referenza pprovdut mill-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Europol u li jħassar id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI;

7.

Jieħu nota tal-fatt li għal grupp dejjem jikber ta' Stati Membri, Prüm saret għodda ta' rutina fil-kooperazzjoni bejn il-pulizija u fl-investigazzjonijiet kriminali transkonfinali; jiddeplora d-dewmien konsiderevoli fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Prüm f'diversi Stati Membri; jaqbel mal-Kummissjoni li ma għandux jitqies aktar żvilupp tal-istrument qabel ma tkun inkisbet implimentazzjoni sħiħa; jistieden lill-Istati Membri kkonċernati jimplimentaw id-Deċiżjoni ta' Prüm bis-sħiħ u kif xieraq sabiex ikun jista' jiġi sfruttat il-potenzjal kollu tagħha;

8.

Jirrimarka li d-Deċiżjoni ta' Prüm ġiet adottata skont dak li kien it-tielet pilastru u li l-implimentazzjoni tagħha hija nieqsa mis-superviżjoni u l-kontroll demokratiċi xierqa mill-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni tressaq malajr il-proposti li jġibu lill-istrumenti ta' kooperazzjoni transkonfinali bejn il-pulizija adottati skont dak li kien it-tielet pilastru – bħalma huma d-Deċiżjoni ta' Prüm u l-Inizjattiva Svediża – fil-qafas ġuridiku tat-Trattat ta' Lisbona;

9.

Jirrimarka li t-taħriġ tal-pulizija Ewropea għandu jgħin biex tissaħħaħ il-fiduċja reċiproka bejn il-pulizija u b'hekk isaħħaħ l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni transkonfinali, u għaldaqstant jeħtieġ ikun preservat u msaħħaħ;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 1.


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/69


P7_TA(2013)0420

Diskriminazzjoni abbażi tal-kasti

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta (2013/2676(RSP))

(2016/C 181/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tat-13 ta' Diċembru 2012 dwar id-diskriminazzjoni abbażi tal-kasta fl-Indja (1), tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-vjolenza fuq in-nisa fl-Indja (2), tal-1 ta' Frar 2007 dwar il-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem tad-Daliti fl-Indja (3), tat-18 ta' April 2012 dwar ir-Rapporti Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni inklużi l-implikazzjonijiet għall-politika strateġika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem (4),

wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Razzjali (CERD) u r-Rakkomandazzjoni Ġenerali XXIX tal-Kumitat għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Prinċipji u l-Linji Gwida tan-NU dwar l-Eliminazzjoni Effikaċi tad-Diskriminazzjoni bbażata fuq ix-Xogħol u d-Dixxendenza (5), ppubblikat mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra t-tħassib serju, l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar id-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet reċenti mill-korpi tat-trattati tan-NU u d-detenturi tal-mandati tal-Proċeduri Speċjali tan-NU dwar is-suġġett ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta,

wara li kkunsidra r-rapport tal-24 ta' Mejju 2011 tar-Rapporteur Speċjali dwar il-forom kontemporanji ta' razziżmu, diskriminazzjoni razzjali, ksenofobija u intolleranza relatata (6), u r-rapporti tal-Eżamijiet Perjodiċi Universali tal-pajjiżi kkonċernati mis-sistema tal-kasti,

wara li kkunsidra l-istudju tal-Parlament Ewropew intitolat “A human rights and poverty review: EU action in addressing caste-based discrimination” (Analiżi dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-faqar: Azzjoni tal-UE biex tittratta d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta),

wara li kkunsidra l-mistoqsija orali lill-Kummissjoni dwar id-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta (O-000091/2013 – B7-0507/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-kasta tindika kuntest soċjo-reliġjuż, bħal fl-Asja, fejn dawk li jaqgħu barra s-sistema tal-kasti huma meqjusa fin-natura tagħhom mhux puri u m'għandhomx jintmessu, iżda wkoll, b’mod usa', sistema ta’ stratifikazzjoni soċjali riġida fi gruppi kklassifikati definiti mid-dixxendenza u l-okkupazzjoni; billi d-diskriminazzjoni bbażata fuq ix-xogħol u d-dixxendenza, bħala t-terminu l-aktar komprensiv ippreferut min-NU, hija forma ta’ diskriminazzjoni projbita mil-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem ipproklamati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, fil-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni Razzjali, fil-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u fil-Konvenzjoni Nru 111 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol;

B.

billi f’Ġunju 2011, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar ir-razziżmu Githu Muigai enfasizza li huwa essenzjali li jiġi evitat l-istabbiliment ta' kwalunkwe ġerarkija fost il-manifestazzjonijiet differenti ta’ diskriminazzjoni, anke jekk jistgħu jvarjaw fin-natura u l-grad skont il-kuntesti storiċi, ġeografiċi u kulturali, inkluża l-'Komunità Rom fl-Ewropa u l-vittmi tas-sistemi tal-kasti fl-Afrika, l-Asja u l-Lvant Nofsani';

C.

billi minkejja l-miżuri li ħadu l-gvernijiet ta' ċerti pajjiżi li tikkonċernahom is-sistema tal-kasti biex jagħtu protezzjoni kostituzzjonali u leġiżlattiva u jintroduċu miżuri speċjali kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta u l-prattika li ċerti persuni m'għandhomx jintmessu, id-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta għadha mifruxa u persistenti u tolqot madwar 260 miljun ruħ fid-dinja kollha;

D.

billi d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta teżisti f'bosta pajjiżi madwar id-dinja kollha, filwaqt li l-ogħla numru ta' vittmi jinsab fl-Asja tan-Nofsinhar; billi, madankollu, hemm konċentrazzjonijiet kbar ta' vittmi f'inħawi oħra, fosthom l-Afrika, il-Lvant Nofsani u l-komunità tad-dijaspora;

E.

billi n-nuqqas ta' implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politiki u n-nuqqas ta' rimedji effikaċi u ta' istituzzjonijiet statali li jiffunzjonaw b'mod effettiv, inkluża l-ġudikatura u l-pulizija, għadhom ostakli kbar biex tinqered id-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta;

F.

billi l-forniment ta' data diżaggregata u ħtieġa ta' leġiżlazzjoni u miżuri speċjali ta' protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta għadhom mhux qed jiġu trattati f'ħafna pajjiżi konċernati;

G.

billi minkejja l-isforzi tal-gvernijiet u, dejjem aktar, ta’ xi aġenziji internazzjonali, ċerti kasti għadhom iġarrbu forom gravi ta’ esklużjoni soċjali, faqar, vjolenza, segregazzjoni, u abbużi fiżiċi u verbali marbuta mal-preġudizzji u kunċett ta’ safa u ta' tniġġis;

H.

billi l-prattiki li ċerti persuni ma jistgħux jintmessu għadhom mifruxa u qed jieħdu forom moderni; billi l-komunitajiet milquta jħabbtu wiċċhom ma' restrizzjonijiet fil-parteċipazzjoni politika u diskriminazzjoni serja fis-suq tax-xogħol;

I.

billi fi ftit pajjiżi, bħal pereżempju l-Indja, l-azzjoni affermattiva mandatorja għenet, sa ċertu punt, l-inklużjoni ta’ Daliti fis-settur pubbliku, iżda billi n-nuqqas ta’ miżuri protettivi kontra d-diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol u s-settur privat ikompli jżid l-esklużjoni u l-inugwaljanzi li dejjem jiżdiedu;

J.

billi skont l-estimi tal-ILO, il-maġġoranza enormi tal-vittmi tax-xogħol skjavizzat fl-Asja tan-Nofsinhar ġejjin minn Kasti Skedati u Tribujiet Skedati; billi x-xogħol furzat u skjavizzat huwa partikolarment mifrux fis-setturi tal-agrikoltura, il-minjieri u l-industriji tal-produzzjoni tal-ħwejjeġ, li jfornu l-prodotti lil għadd ta' kumpaniji multinazzjonali u Ewropej;

K.

billi n-nondiskriminazzjoni fl-impjiegi hija wieħed mill-erba' drittijiet fundamentali tax-xogħol u hija inkluża wkoll fil-linji gwida u fl-oqfsa internazzjonali għall-impriżi bħal-Prinċipji Gwida dwar l-Impriżi u d-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, il-Linji Gwida tal-OECD u l-Gwida dwar ir-Responsabilità Soċjali ISO 26000, fejn id-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta tissemma b'mod speċifiku bħala forma serja ta' diskriminazzjoni;

L.

billi l-gvernijiet u l-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati huma mħeġġa jieħdu nota tal-abbozz tal-Prinċipji u l-Linji Gwida tan-NU dwar l-Eliminazzjoni Effikaċi tad-Diskriminazzjoni bbażata fuq ix-Xogħol u fuq id-Dixxendenza, jieħdu kull miżura neċessarja biex jeliminaw u jipprevjenu d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta, jindirizzaw il-lakuni fl-implimentazzjoni fil-livell federali, statali, reġjonali u lokali u li jimplimentaw, jemendaw jew jintroduċu leġiżlazzjoni speċjali u miżuri tal-politika għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tad-Daliti u gruppi oħra milquta mis-sistema tal-kasti;

1.

Jikkundanna l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li għadu għaddej kontra persuni li jsofru minħabba ġerarkiji tal-kasti u diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasti, inkluż iċ-ċaħda tal-ugwaljanza u ta' aċċess għas-sistema legali u għax-xogħol, is-segregazzjoni li għadha għaddejja u l-ostakli indotti mill-kasti għall-kisba tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem u l-iżvilupp;

2.

Iqis li l-karti tal-identità għandhom jevitaw referenzi għall-kasta, peress li dawn imorru kontra l-prinċipji tal-ugwaljanza u tal-mobilità soċjali;

3.

Jilqa’ r-rapport minn Githu Muigai, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar ir-razziżmu, u jenfasizza li l-vittmi kollha tad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta madwar id-dinja għandhom jirċievu l-istess attenzjoni u protezzjoni; b’mod usa', jenfasizza li kull forma ta’ razziżmu u diskriminazzjoni għandha tiġi indirizzata bl-istess enfasi u determinazzjoni, inkluż fl-Ewropa;

4.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-fatt li l-esklużjoni soċjali tad-Daliti u ta' komunitajiet milquta bl-istess mod twassal għal livelli għoljin ta' faqar fost il-gruppi tal-popolazzjoni milquta u għall-esklużjoni, jew għal inqas benefiċċji, mill-proċessi tal-iżvilupp; Jenfasizza, barra minn hekk, li din tkompli tipprekludi l-involviment tagħhom fit-teħid tad-deċiżjonijiet, fil-governanza u fil-parteċipazzjoni sinifikattiva tagħhom fil-ħajja pubblika u ċivili;

5.

Għadu allarmat bin-numru dejjem kbir ta' każijiet, rapportati u mhumiex, ta' atroċitajiet u ta' prattiki li ċerti persuni ma jistgħux jintmessu fil-pajjiżi milquta mis-sistema tal-kasti, inkluża l-Indja, u l-impunità mifruxa li jgawdu minnha dawk responsabbli ta' delitti kontra d-Daliti u vittmi oħra tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ibbażat fuq il-kasta; ifakkar li f’ċerti pajjiżi, dawk responsabbli ta’ diskriminazzjoni bħal din għandhom pożizzjonijiet governattivi għolja;

6.

Itenni t-tħassib serju tiegħu dwar il-vjolenza mwettqa kontra n-nisa Daliti u nisa oħra minn komunitajiet milquta bl-istess mod f'soċjetajiet b'sistemi tal-kasti, li sikwit ma jirrapportawx il-vjolenza ta' dan it-tip minħabba l-biża' ta' theddidiet kontra s-sikurezza personali tagħhom jew ta' esklużjoni soċjali, u dwar il-forom multipli u interkonnessi ta' diskriminazzjoni bbażati fuq il-kasta, il-ġeneru u r-reliġjon li jolqtu n-nisa Daliti u n-nisa minn komunitajiet minoritarji, li jwasslu għal konverżjonijiet furzati, ħtif, prostituzzjoni furzata, u abbużi sesswali minn membri tal-kasti dominanti;

7.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi promoss ambjent abilitanti għas-soċjetà ċivili u għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jaħdmu ma' persuni milquta minn diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta sabiex jiggarantixxu s-sigurtà tagħhom u jevitaw kwalunkwe impediment, stigmatizzjoni jew restrizzjoni tax-xogħol tagħhom; Jenfasizza li ambjent ta' dan it-tip għandu jinkludi aċċess għall-finanzjament, kooperazzjoni mal-entitajiet tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU u akkreditazzjoni tal-Kunsil Ekonomiku u Soċjali (Ecosoc);

8.

Jistieden lill-UE tippromwovi l-abbozz tal-Prinċipji u l-Linji Gwida tan-NU dwar l-Eliminazzjoni Effikaċi tad-Diskriminazzjoni bbażata fuq ix-Xogħol u fuq id-Dixxendenza bħala qafas ta' riferiment għall-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta, u tippromwovi l-approvazzjoni tagħhom min-naħa tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-kasti bħala forma distinta ta' diskriminazzjoni li għandha l-għeruq tagħha fil-kuntest soċjali u/jew reliġjuż, li trid tiġi indirizzata flimkien ma' raġunijiet l-oħra għad-diskiminazzjoni, bħall-etniċità, ir-razza, id-dixxendenza, ir-reliġjon, il-ġeneru u s-sesswalità, fl-isforzi tal-UE fil-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni; jistieden lill-UE biex fil-politiki u l-programmi tagħha tqis lill-persuni milquta minn diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta bħala grupp identifikabbli;

10.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jintegraw il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta fil-leġiżlazzjoni, fil-politiki u fid-dokumenti tal-ipprogrammar tal-UE u jadottaw linji gwida operattivi għall-implimentazzjoni tagħha; jistieden lis-SEAE jsaħħaħ il-mekkaniżmi ta' monitoraġġ u valutazzjoni biex jivvalutaw b'mod effikaċi l-impatt tal-azzjoni tal-UE fuq il-qagħda tal-persuni milquta minn din il-forma ta' diskriminazzjoni;

11.

Jirrakkomanda li l-UE tagħmel valutazzjoni sistematika tal-impatt tal-ftehimiet kummerċjali u/jew ta' investiment fuq il-gruppi milquta mid-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta, u tittratta dawn il-kwistjonijiet mar-rappreżentanti industrijali, l-awtoritajiet governattivi u l-organizzazzjonijiet relevanti tas-soċjetà ċivili;

12.

Jitlob li d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta tiġi inkluża bħala kwistjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-politiki, fl-istrateġiji u fil-pjanijiet ta' azzjoni tal-ġejjieni tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħti sostenn aktar qawwi lill-proġetti ta' żvilupp li jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta bħala ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li jaggrava l-faqar u tqis din il-forma ta' diskriminazzjoni fil-proġetti kollha b'enfasi fuq l-edukazzjoni, in-nisa, l-aċċess għall-ġustizzja, il-parteċipazzjoni politika u x-xogħol fil-pajjiżi relevanti;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa u tapplika approċċi sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mal-kasti fi żminijiet ta' kriżi umanitarja u tiżgura li l-għajnuna umanitarja tasal għand il-gruppi emarġinati kollha, fosthom il-persuni li jġarrbu diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta;

15.

Iħeġġeġ lill-UE tqajjem il-kwistjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta fl-ogħla livell mal-gvernijiet tal-pajjiżi milquta matul samits bilaterali u laqgħat internazzjonali oħrajn;

16.

Jinkoraġġixxi lis-SEAE jsaħħaħ id-djalogi tal-politika u tad-drittijiet tal-bniedem u jippromwovi inizjattivi konġunti bil-għan li tinqered id-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta mal-gvernijiet ta' stati bħall-Indja, in-Nepal, il-Pakistan, il-Bangladexx u s-Sri Lanka, fejn il-komunitajiet milquta mill-kasti huma soġġetti għal hekk imsejħa “prattiki ta’ persuni li ma għandhomx jintmessu”, u b’mod usa', biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni bbażata fuq ix-xogħol u d-dixxendenza, li sseħħ f’diversi pajjiżi, fosthom il-Jemen, il-Mawritanja, in-Niġerja, is-Senegal u s-Somalja; ifakkar li d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta ma ssemmietx fil-ftehimiet ma’ ħafna minn dawn l-istati;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jinkludu, f'każ li jkun relevanti, “klawżola dwar id-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta” fil-ftehimiet kollha kummerċjali u ta' assoċjazzjoni;

18.

Jirrakkomanda li l-UE tippromwovi politiki u proċeduri nondiskriminatorji u inklużivi f’operazzjonijiet kummerċjali ma’ pajjiżi milquta mill-kasti, fosthom azzjoni affermattiva għad-Daliti u l-persuni milquta b’mod simili fis-suq tax-xogħol u fis-settur privat;

19.

Jistieden lill-UE tippromwovi konsultazzjoni regolari u estiża mas-soċjetà ċivili dwar id-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta u talloka riżorsi adegwati lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta;

20.

Jistieden lill-UE tippromwovi aġenda ta' żvilupp għall-wara l-2015 li tkun sensittiva għall-kwistjonijiet tal-kasta, li tkun tinkludi t-tnaqqis tal-inugwaljanzi bbażati fuq il-kasta jew aggravati minħabba fiha bħala għan kruċjali u li jista' jitkejjel, li jiggarantixxi li d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta tiġi indirizzata espliċitament bħala fattur strutturali ewlieni fil-bażi tal-faqar, u bħala kawża primarja tal-inugwaljanzi strutturali;

21.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Speċjali għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2012)0512.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2013)0031.

(3)  ĠU C 250 E, 25.10.2007, p. 87.

(4)  ĠU C 258 E, 7.9.2013, p. 8.

(5)  A/HRC/11/CRP.3.

(6)  A/HRC/17/40.


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/73


P7_TA(2013)0421

Rapport Annwali tal-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2012

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2012 (2013/2013(INI))

(2016/C 181/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-riżultat tad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,

wara li kkunsidra l-Artikoli 10 u 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TEU)

wara li kkunsidra l-Artikoli 24, 227, 228, 258 u 260 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikoli 48 u 202(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A7-0299/2013),

A.

billi, soġġett għal Protokoll 30 tat-Trattat, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea saret legalment vinkolanti mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona;; billi l-istess Trattat jistabbilixxi wkoll il-bażi legali għall-UE biex taderixxi mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll tintroduċi l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropea;

B.

billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu d-dmir li jagħmel reviżjoni kostanti u, fejn hu possibbli, itejjeb ir-rwol tiegħu, b’mod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp ta’ prinċipji demokratiċi, bħal ma hija l-parteċipazzjoni miżjuda taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u ż-żieda fit-trasparenza u responsabilità; billi fl-attività regolari tiegħu, il-Kumitat jaħdem mill-qrib mal-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-Ombudsman Ewropew u korpi oħra sabiex jiżgura li l-liġi tal-UE tkun għal kollox rispettata kemm fil-prattika kif ukoll fl-ispirtu;

C.

billi fl-2012 il-Kumitat għall-Petizzjonijiet irreġistra 1986 petizzjoni, li l-maġġorparti tagħhom jirreferu għat-temi tad-drittijiet fundamentali, l-ambjent, is-suq intern u l-kriżi ekonomika u soċjali; billi 1 406 petizzjonijiet ġew iddikjarati ammissibbli, u minn dawk 853 tressqu quddiem il-Kummissjoni għal aktar investigazzjoni skont l-Artikoli 258 u 260 tat-Trattat, u 580 petizzjoni ġew dikjarati inammissibbli; billi s-suġġetti ta' mill-inqas 5 petizzjonijiet imressqa fl-2012 tressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikoli 258 u 260 tat-Trattat; billi s-Sentenza tal-14 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-308/07 iċċarat li anke d-deċiżjonijiet proċedurali tal-Parlament fi kwistjonijiet tal-petizzjonijiet huma soġġetti għal reviżjoni legali; billi, fir-rigward tal-analiżi statistika li tinsab f’dan ir-rapport, l-ogħla numru ta’ petizzjonijiet jirreferi għall-każijiet fl-UE kollha (27,3 %), segwit mill-każijiet Spanjoli (15,0 %), Ġermaniżi (12,5 %) u Taljani (8,6 %);

D.

billi, fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, il-Kumitat ta ħafna attenzjoni fl-2012 lid-drittijiet tal-persuni b’diżabilitajiet, drittijiet tat-tfal, drittijiet tal-konsumaturi, drittijiet ta’ proprjetà, drittijiet ta’ moviment liberu mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta’ kwalunkwe kriterju, il-ħarsien tal-libertà tal-espressjoni u l-privatezza, u d-dritt għall-aċċess għad-dokumenti u t-tagħrif, id-drittijiet relatati mal-libertà ta’ assoċjazzjoni politika u industrijali; billi s-sitwazzjoni tal-kriżi ekonomika qanqlet għadd ta’ petizzjonijiet dwar problemi soċjali, bħall-akkomodazzjoni, l-impjieg u prattiki ħżiena fis-settur bankarju fir-rigward ta' min ifaddal;

E.

billi l-petizzjonijiet sottomessi miċ-ċittadini jagħtu evidenza li hemm diskriminazzjoni persistenti kontra ċittadini bħala riżultat tad-diżabilità, l-appartenenza għal grupp ta’ minoranza jew etniku, il-ġeneru, l-età jew l-orjentament sesswali;

F.

billi l-inizjattivi tal-UE għat-taqbida kontra d-diskriminazzjoni, bħalma kien l-Qafas tal-UE dwar l-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma, iridu jiġu adottati minnufih fl-istrateġiji nazzjonali u jiġu rieżaminati u monitorjati kontinwament fid-dawl tas-sitwazzjonijiet ekonomiċi u soċjali li qed jevolvu;

G.

billi, b’rabta mal-ħarsien tal-ambjent, it-theddid tat-tniġġis u tal-prattiki ambjentali ħżiena qatt ma jistgħu jissemmew biżżejjed, minħabba fir-riskji dejjiema għall-bijodiversità u l-ekosistemi, kif ukoll ir-riskji għas-saħħa pubblika, li kollha kemm huma jibqgħu jippersistu fit-tul u huma ta’ sikwit ta’ periklu għall-ħajja; billi fir-rigward tal-bijodiversità xi Stati Membri għadhom ma stabbilewx it-totalità taż-żoni ta’ protezzjoni minimi ta’ Natura 2000 u lanqas implimentaw bis-sħiħ il-protezzjoni effettiva tagħhom; billi jitqiesu l-miri tal-ġlieda kontra t-tniġġis u t-tibdil fil-klima; billi fl-2012 il-Kumitat ta ħafna attenzjoni għall-implementazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart u l-ilma, kif ukoll għall-valutazzjoni tal-impatt tal-proġetti u l-attivitajiet fuq l-ambjent u fuq is-saħħa pubblika;

H.

billi titqies il-ħtieġa li jiġu ppreservati r-riżorsi naturali sabiex jiġu evitati r-riskji dwar il-futur tal-pjaneta; billi titqies il-ħtieġa li jiġu ppreservati r-riżorsi naturali sabiex jiġu evitati r-riskji dwar il-futur tal-pjaneta;

I.

billi fil-kwistjoni dwar il-ġestjoni tal-iskart, iż-żjara fl-Italja għas-sejbien tal-fatti enfasizzat il-ħtieġa urġenti għall-awtoritajiet Taljani kollha involuti biex isibu soluzzjoni sostenibbli għall-ħtiġijiet tal-ġestjoni tal-iskart fil-provinċja ta’ Ruma biex jiġi żgurat ir-rispett għas-saħħa u d-dinjità taċ-ċittadini; billi, minkejja t-tmiem tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza fil-belt ta’ Napli, għad baqa’ ħafna sfidi għal approċċ komprensiv għall-ġestjoni tal-iskart fir-reġjun ta’ Campania mal-ġerarkija tal-iskart stabbilita fid-Direttiva 2008/98/KE (Id-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart) u s-sentenza tal-QĠUE ta’ Marzu 2010;

J.

billi, minkejja li l-Kummissjoni ma tistax tivverifika l-konformità mal-liġi Ewropea qabel ma tittieħed deċiżjoni finali mill-awtoritajiet nazzjonali, huwa importanti, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwistjonijiet ambjentali, li minn stadju bikri jiġi vverifikat li l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali japplikaw b’mod korrett ir-rekwiżiti proċedurali relevanti kollha skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea, u anke li japplikaw il-prinċipju tal-prekawzjoni;

K.

billi l-ħidma tal-kumitat wasslet biex l-ilma jiġi ddikjarat bħala beni pubbliku mill-Parlament; billi l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Id-Dritt għall-Ilma” kienet l-ewwel waħda li laħqet il-miljun firma ta’ ċittadini Ewropej;

L.

billi għandhom jiġu evitati telfiet ulterjuri irreparabbli fil-bijodiversità, partikolarment f'siti maħtura bħala siti ta' Natura 2000; billi l-Istati Membri ħadu l-impenn li jiżguraw il-protezzjoni taż-żoni speċjali ta' konservazzjoni skont id-Direttiva 92/43/KEE (id-Direttiva dwar il-Ħabitats) u d-Direttiva 79/409/KEE (id-Direttiva dwar l-Għasafar);

M.

billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2012 dwar industrija tal-azzar ġdida sostenibbli u kompetittiva, abbażi ta' petizzjoni rċevuta (1), il-Parlament appoġġa l-prinċipju ta' “min iniġġes, iħallas”;

N.

billi minkejja l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament u l-Kummissjoni, tal-aħħar donnha riluttanti li tagħti tagħrif mill-ewwel dwar in-natura tad-deliberi tagħha, kif ukoll dwar id-deċiżjonijiet meħuda, fi proċedimenti ta’ ksur relatati mal-petizzjonijiet u marbutin mal-implementazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali; billi dan hu għajn ewlieni ta’ preokkupazzjoni minħabba fil-ħsara u l-qirda irreversibbli li jistgħu jkunu inflitti fuq l-ekosistemi tagħna u saħħitna; billi l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jipprovdu aktar informazzjoni u jkunu aktar trasparenti fir-relazzjonijiet tagħhom maċ-ċittadini Ewropej;

O.

billi l-2013 inħatret bħala s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, u huma sewwasew iċ-ċittadini u r-residenti tal-UE, individwalment jew f’tisħib ma’ oħrajn, li huma f’qagħda tajba biex jivvalutaw l-effikaċja tal-leġiżlazzjoni Ewropea kif inhi applikata, u biex jidentifikaw lakuni possibbli li jistgħu jimpedixxu l-implementazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni u l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet; billi jitqies il-kontenut tal-“Aġenda tal-Konsumatur Ewropew sabiex jissaħħu l-fiduċja u t-tkabbir”; billi rekwiżit bażiku għal dan huwa l-provvista prattikabbli liċ-ċittadini tal-informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni Ewropea;

P.

billi, għal dik ir-raġuni, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet ta ħafna ħin u għamel sforz kbir fl-2012 għad-diskussjoni ta’ tifsir iċ-ċittadinanza Ewropea, li hi tassew marbuta mill-qrib mal-libertà tal-moviment u tar-residenza totali fl-UE, kif definit fil-Parti III TFUE, iżda wkoll tikkonċerna ammont ta’ drittijiet oħra u hija ta’ benefiċċju għal kull ċittadin li ma jitlaqx mill-pajjiż nattiv tiegħu; billi l-petizzjonijiet jagħtu xhieda li ċ-ċittadini u r-residenti tal-Unjoni għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ xkiel mifrux u tanġibbli għall-eżerċizzju partikolarment ta’ drittijiethom bejn il-fruntieri, sitwazzjoni din li għandha impatt dirett u ta’ kuljum fuq ħajjet eluf ta’ familji u l-benessri tagħhom;

Q.

billi l-proċess tal-petizzjonijiet jista’ jikkumplimenta strumenti oħra Ewropej li huma disponibbli għaċ-ċittadini, bħall- possibilità li jippreżentaw l-ilmenti lill-Ombudsman Ewropew jew lill-Kummissjoni; billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jaħdem id f’id mal-Ombudsman Ewropew, kumitati parlamentari oħra tal-Parlament, korpi u aġenti u netwerks Ewropej, kif ukoll mal-Istati Membri;

R.

billi l-proċess tal-petizzjonijiet jista’, u għandu, jibqa’ komplementari għal mekkaniżmi oħra ta’ rimedju disponibbli għaċ-ċittadini, bħalma hi l-preżentazzjoni tal-ilmenti mal-Kummissjoni jew l-Ombudsman Ewropew; filwaqt li SOLVIT, b’mod partikolari, hu għodda importanti li jista’ jintuża miċ-ċittadini tal-UE ħalli jinstabu soluzzjonijiet malajr għall-problemi kkawżati mill-applikazzjoni ħażina tad-dritt tas-suq intern min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi; billi għandhom isiru avvanzi f’azzjonijiet kollettivi ta’ riżoluzzjoni ta’ ilmenti mill-konsumaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom; billi l-portal web singolu “Ħaddem drittijietek” fih tagħrif siewi għaċ-ċittadini li jixtiequ jdaħħlu ilment dwar l-applikazzjoni tajba tad-dritt tal-UE;

S.

billi l-qasam ta’ azzjoni, u l-modus operandi, tad-dritt għal petizzjoni mogħti liċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE, skont it-termini tat-Trattat, ivarjaw minn rimedji oħra disponibbli għaċ-ċittadini, bħal pereżempju t-tressiq ta’ lmenti lill-Kummissjoni jew lill-Ombudsman;

T.

billi jeħtieġ li tikber il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea bl-għan li tissaħħaħ il-leġittimità u r-responsabbiltà tagħha;

U.

billi strument ġdid għal demokrazija parteċipattiva, l-“Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej”, daħal fis-seħħ nhar l-1 ta’ April 2012 u ġie iskritt total ta’ sittax-il (16) inizjattiva matul il-kors tas-sena; billi tqajjem tħassib rilevanti minn inizjaturi differenti tal-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej dwar l-ostakli tekniċi li ltaqgħu magħhom għall-ġbir attwali tal-firem; billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet se jkollu rwol primordjali fl-organizzazzjoni tas-smigħ pubbliku għall-inizjattivi li jirnexxu;

V.

billi għadu evidenti li hemm kemm nuqqas ta’ tagħrif kjarament strutturat u ampjament pubbliċizzat, kif ukoll nuqqas ta’ kuxjenza fost iċ-ċittadini tal-UE dwar drittijiethom; billi dawn jikkostitwixxu xkiel deċiżiv għall-eżerċizzjoni taċ-ċittadini attiva tal-UE; billi, b'rabta ma' dan, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw b'mod iktar komprensiv mal-obbligu tagħhom li jipprovdu informazzjoni u jrawmu s-sensibilizzazzjoni;

W.

billi ċ-ċittadini u r-residenti Ewropej huma leġittimament intitolati li jistennew li l-kwestjonijiet li jqajmu mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet jistgħu jsibu soluzzjoni mingħajr dewmien żejjed fi ħdan il-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, li huma jistennew minnu li jirrispetta d-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni, u b’mod partikolari li l-Membri tal-kumitat jiddefendu l-ambjent naturali, is-saħħa, il-moviment ħieles, id-dinjità u l-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-petizzjonant; billi l-effiċjenza tal-ħidma tal-kumitat hija, fil-parti l-kbira tagħha, ir-riżultat tar-ritmu tal-operazzjonijiet u r-reqqa tas-Segretarjat, u dan jista’ jkompli jitjieb b’mod partikolari billi jiġi ottimizzat it-tul ta’ żmien tal-proċess tal-petizzjonijiet, kif ukoll permezz ta’ sistematizzazzjoni tal-proċeduri għall-valutazzjoni tagħhom; billi, minħabba n-numru dejjem jikber ta’ petizzjonijiet riċevuti kull sena, għandhom jiġu ddedikati aktar riżorsi u ħin għal-laqgħat tal-kumitat għal dan l-iskop; billi għandha tiġi enfasizzata l-ħtieġa ta’ kontinwità fl-ipproċessar tal-petizzjonijiet waqt il-perjodi differenti tal-leġiżlaturi u l-konsegwentement bidla tal-persunal wkoll; billi jitqiesu l-petizzjonijiet numerużi li tqajmu fir-rigward tal-vittmi tal-Frankiżmu u tat-tfal misruqa fi Spanja;

X.

billi ċerti petizzjonijiet għadhom pendenti bejn il-Kummissjoni, il-Parlament, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u l-awtoritajiet nazzjonali mingħajr ma nstabet soluzzjoni, u b’mod li ħallew lill-petizzjonanti f’qagħdiet inċerti mingħajr ħjiel ta’ konklużjoni;

Y.

billi kien hemm żieda konsiderevoli fl-għadd ta’ petizzjonijiet b'rabta mal-ksur tal-prinċipji tad-drittijiet demokratiċi fundamentali u l-istat tad-dritt protetti mit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea fl-Istati Membri, u dan juri li ċ-ċittadini Ewropej qed ikollhom aktar fiduċja fl-istituzzjonijiet Komunitarji sabiex jitħarsu d-drittijiet fundamentali tagħhom;

Z.

billi individwi u komunitajiet lokali, kif ukoll għaqdiet volontarji u negozji, qegħdin f’pożizzjoni tajba biex jivvalutaw l-effettività tal-leġiżlazzjoni Ewropea ta’ kif tapplika għalihom, u biex jissenjalaw lakuni possibbli li jeħtieġu li jiġu analizzati sabiex tkun żgurata implimentazzjoni aħjar, iktar uniformi u kumparabbli tal-liġi tal-UE fl-Istati Membri kollha;

1.

Jieħu nota li l-petizzjonijiet riċevuti fl-2012 miċ-ċittadini u r-residenti tal-Unjoni Ewropea jiffokaw fuq l-allegat ksur tad-Dritt tal-UE fl-oqsma tad-drittijiet fundamentali, l-ambjent, is-suq intern u d-drittijiet ta’ proprjetà; iqis li l-petizzjonijiet jagħtu xhieda li għad hemm ħafna każijiet spissi u mifruxin ta’ traspożizzjoni inkompleta tad-dritt tal-UE jew ta’ applikazzjoni ħażina tiegħu;

2.

Jinnota li d-drittijiet fundamentali għadhom suġġett ewlieni tal-petizzjonijiet sottomessi, l-aktar billi jqanqlu kwistjonijiet marbutin mad-drittijiet tal-persuni b’diżabilitajiet, id-drittijiet tat-tfal, drittijiet ta’ proprjetà, id-dritt tal-libertà tal-moviment, inkluża l-portabbiltà ta’ benefiċċji soċjali mingħajr ebda forma ta’ diskriminazzjoni fuq l-ebda bażi, il-ħarsien tal-libertà tal-espressjoni u l-privatezza, il-libertà tal-assoċjazzjoni, u d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti u għat-tagħrif; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw b’mod korrett u jirrispettaw dawk id-drittijiet kif iddelineati fit-Trattati u jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri neċessarji ħalli tobbliga lill-Istati Membri non-ottemperanti ħalli ma jħallux aktar l-avarija bejn il-liġijiet nazzjonali u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE; iqis li għandha tingħata attenzjoni speċjali lid-dritt għall-memorja storika u d-drittijiet għall-verità, il-ġustizzja u r-rimedju għal familji li batew taħt id-dittatorjat ta' Franco, kif ukoll id-dritt tat-tfal sekwestrati fi Spanja li jkunu jafu l-identità tal-ġenituri bijoloġiċi tagħhom;

3.

Jemmen li gwida interattiva, aċċessibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament Ewropew, bi qbil ma' dik fuq is-sit tal-internet tal-Ombudsman Ewropew, tista’ tnaqqas l-għadd ta’petizzjonijiet imressqa dwar suġġetti li ma jaqgħux fl-ambitu tal-attività tal-UE;

4.

Jikkonferma lir-rwol ewlieni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet li jidentifika rimedji mhux ġudizzjarji għaċ-ċittadini, li permezz tagħhom joħroġ fid-deher il-mod kif in-nies tal-Ewropa jaraw l-Unjoni Ewropea, u wara jippermetti konklużjonijiet rigward jekk fil-fatt il-leġiżlazzjoni Ewropea tagħtix ir-riżultat mistenni u tirrispondix għal dak li jistennew in-nies mill-Unjoni;

5.

Jitlob lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet biex jeżamina l-effetti tal-ġurisprudenza ERT tal-QĠUE fuq l-affidabbiltà tal-petizzjonijiet, li anke f'każijiet purament ta' liġi nazzjonali, tagħti liċ-ċittadini tal-Unjoni livell ogħla ta' protezzjoni f'każ li sentenza tal-qorti nazzjonali jkollha effetti fuq l-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-UE; Jitlob li ssir investigazzjoni dwar l-ostakli li jeżistu attwalment għaċ-ċittadini tal-Unjoni sabiex dawn jiksbu interpretazzjoni affidabbli tal-leġiżlazzjoni Ewropea f'każijiet li jinsabu quddiem qrati nazzjonali permezz tal-applikazzjoni għal sentenza preliminari mill-Qorti;

6.

Jitlob li, sabiex tittejjeb il-ħidma tal-kumitat, issir proċedura skont il-missjonijiet għal ġbir ta’ informazzjoni li, fuq naħa waħda, tiżgura d-dritt li kull membru tal-missjoni għal ġbir ta’ informazzjoni jista’ jippreżenta l-fatti skont il-fehma tiegħu, u fuq in-naħa l-oħra tiżgura li kull membru tal-kumitat ikollu l-opportunità li jipparteċipa fit-teħid tad-deċiżjonijiet fid-dawl tal-konklużjonijiet li jittieħdu mill-kumitat għall-Petizzjonijiet;

7.

Huwa deċiż li l-proċedura tal-petizzjonijiet għandha tiġi organizzata b’mod iktar effiċjenti, trasparenti, imparzjali u b’mod li jiġu rrispettati d-drittijiet parteċipatorji tal-membri tal-PETI b’tali mod, li t-trattament tal-petizzjonijiet ikun jista’ jiflaħ għar-reviżjonijiet ġudizzjarji anke fil-passi proċedurali;

8.

Jiġbed l-attenzjoni għad-diskriminazzjoni persistenti kontra ċittadini abbażi tar-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-appartenenza għal grupp ta’ minoranza, l-età jew l-orjentament sesswali tagħhom; iwissi, b’mod partikolari, li l-popolazzjoni Roma fil-pajjiżi tal-UE għadha tħabbat wiċċha max-xkiel għall-inklużjoni; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tiffaċilita l-kooperazzjoni intergovernattivi f’dan il-qasam, ħalli tagħti finanzjament adegwat għall-implementazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali għall-inklużjoni tar-Roma, u għall-monitoraġġ attiv ta’ jekk dawn l-istrateġiji jkunux qed jiġu implementati b’mod effettiv fl-Istati Membri;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ bi proposta għal leġiżlazzjoni ħalli fl-aħħar jissolvew il-problemi marbutin mar-rikonoxximent reċiproku min-naħa tal-Istati Membri tad-dokumenti tal-istat ċivili u l-effetti tagħhom u konsegwentement fl-istess waqt tirrispetta, fid-dawl tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, it-tradizzjoni politika komunitarja tal-Istati Membri individwali;

10.

Itenni t-talbiet preċedenti li għamel lill-Istati Membri sabiex jiżguraw il-moviment liberu għaċ-ċittadini kollha tal-UE u tal-familji tagħhom, mingħajr diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-orjentament sesswali jew tan-nazzjonalità tagħhom; itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex jimplimentaw b’mod sħiħ id-drittijiet mogħtija skont l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/38/KE, mhux biss lill-konjuġi ta’ sess differenti, imma wkoll lil sieħeb/sieħba reġistrati, membru li jgħix fl-istess dar jew sieħeb/sieħba li magħha/miegħu ċittadin tal-UE għandu/ha relazzjoni stabbli u attestata b’mod xieraq, inklużi koppji tal-istess sess, fuq bażi tal-prinċipji tar-rikonoxximent reċiproku, l-ugwaljanza, in-nondiskriminazzjoni, id-dinjità, ir-rispett tal-ħajja privata u tal-familja; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, tiżgura li d-Direttiva tiġi applikata strettament u eventwalment riveduta għal dan l-iskop, jekk ikun hemm bżonn, u biex tibda proċeduri ta’ ksur tat-Trattat kontra l-Istati Membri li ma japplikawh, jekk dan ikun meħtieġ;

11.

Josserva li l-ambjent għadu tema ewlenija oħra tal-petizzjonijiet, u jagħti xhieda li l-awtoritajiet pubbliċi fl-Istati Membri ripetutament ma żgurawx la l-preżervazzjoni tal-bijodiversità, ir-riżorsi naturali u l-ekosistemi, u lanqas li l-ogħla standards tas-saħħa pubblika jkunu ggarantiti; jirrimarka, b’mod partikolari, l-għadd kbir ta’ petizzjonijiet imressqin dwar il-ġestjoni tal-iskart, dwar l-ilma, il-perikli potenzjali tal-enerġija nukleari u l-inġinerija ġenetika, dwar l-ispeċijiet protetti u dwar il-valutazzjoni tal-impatt tal-proġetti u tal-attivitajiet fuq l-ambjent u fuq is-saħħa pubblika, bħall-estrazzjoni tal-gass tax-shale permezz tat-tkissir idrawliku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-qafas leġiżlattiv dwar l-ambjent u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u, b’mod speċifiku, l-implementazzjoni korretta tiegħu; jiddispjaċih li xi Stati Membri, minkejja l-isforzi tagħhom, ma rnexxielhomx isibu soluzzjonijiet sostenibbli għall-problemi marbutin mal-ġestjoni tal-iskart;

12.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tieħu l-miżuri xierqa sabiex l-Istati Membri jintegraw il-kunsiderazzjoni tal-ilma bħala ġid komuni; iqis li l-prinċipju ta’ prekawzjoni għandu jiġi applikat b’mod strett fl-użu tal-bijoteknoloġija u n-nanoteknoloġija fil-prodotti li jistgħu jaffettwaw serjament saħħet il-konsumaturi;

13.

Jistenna li d-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali, li tirrevedi d-Direttiva 2011/92/UE, mhux biss ser tissaħħaħ bil-provvediment ta’ parametri aktar ċari iżda, fuq kollox, se tiġi implimentata b’mod xieraq mill-Istati Membri,

14.

Jemmen li b’urġenza għandhom jiġu żviluppati proċeduri għall-petizzjonijiet, fejn il-missjonijiet ta’ ġbir ta’ informazzjoni jkunu possibbli wkoll fil-ħin twil ta’ mingħajr laqgħat waqt l-elezzjonijiet tal-Ewropa u saħansitra, jekk in-natura tal-petizzjoni tippermetti dan, waqt il-ħin li fih ma jsirux laqgħat fis-sajf (pereżempju f’Damüls, fejn il-perjodu ta’ missjoni ta’ ġbir ta’ informazzjoni kien illimitat għax-xhur tas-sajf);

15.

Jilqa’ t-tmiem tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza fil-belt ta’ Napli u l-inizjattivi l-ġodda dwar il-ġestjoni tal-iskart u jistenna li l-isfidi persistenti fir-reġjun ta’ Campania se jiġu indirizzati kif xieraq, jiġifieri permezz ta’ impjant tal-immaniġġjar tal-iskart reġjonali u komprensiv skont id-Direttiva Qafas dwar il-ġerarkija tal-iskart tal-UE u s-sentenza tal-QĠUE tal-2010; għad għandu tħassib serju dwar l-approċċ għall-ġestjoni tal-iskart fir-reġjun ta’ Lazio, partikolarment is-segwitu wara l-għeluq tal-miżbla Malagrotta;

16.

Jinnota, barra minn hekk, li ċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea jkomplu jiffaċċjaw ostakli fis-suq intern, l-aktar huma u jeżerċitaw il-libertà ta’ moviment tagħhom bħala individwi, fornituri u konsumaturi ta’ oġġetti u servizzi u bħala ħaddiema, bħal, pereżempju, il-każ ta’ ħaddiema Rumeni u Bulgari li jkomplu jiffaċċjaw restrizzjonijiet fuq is-suq tax-xogħol f’xi Stati Membri; jindika, b’mod partikolari, li l-kooperazzjoni u effikaċja ġudizzjarja bejn il-fruntieri għadha qasam ta’ tħassib primarju; jikkonludi, kollox ma’ kollox, li l-kooperazzjoni u l-armonizzazzjoni msaħħin bejn il-fruntieri jkunu ta' benefiċċju kbir għall-ħarsien ta' drittijiet iċ-ċittadini u l-istimolu ekonomiku;

17.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex tiffaċilita l-aċċess tal-konsumaturi għat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, bil-garanziji xierqa ta’ sigurtà u trasparenza, u b’mod partikolari, tiffaċilita l-aċċessibilità tal-websajts tal-korpi tas-settur pubbliku;

18.

Jindika l-isforzi magħmulin minn dan il-Kumitat għal biex titwassal it-talba ta’ bosta ċittadini għal qafas legali tal-UE li jkun joffri ħarsien isħaħ u titjib fil-benessri tal-annimali, inklużi dawk domestiċi u dawk li jiġġerrew fit-toroq;

19.

Jisħaq dwar l-importanza tal-ħolqien tal-Grupp ta’ Ħidma Spanjol għal-Liġi Kostiera, li tista’ sservi bħala preċedent għal esperjenzi simili oħra, li kien qed jistudja mill-qrib il-petizzjonijiet relattivi u l-modifika tal-liġi; itenni s-siwi tal-kuntatt dirett mal-awtoritajiet nazzjonali Spanjoli f’dan is-sens u jenfasizza l-ħtieġa urġenti ta’ aktar kooperazzjoni msaħħa ħalli jinstab ekwilibriju aħjar bejn id-drittijiet ta’ proprjetà u l-funzjoni soċjali tagħhom, u soluzzjonijiet imtejba meta l-għan aħħari tal-ħarsien tal-ambjent ikun jirrikjedi esproprjazzjoni; jesprimi l-biżgħat tiegħu li l-liġi l-ġdida tal-kosta approvata mill-Parlament Spanjol mhix qed jirnexxielha ssolvi t-tħassib tal-petizzjonanti, u lanqas hemm pjanijiet għal aktar protezzjoni ambjentali taż-żoni kostali fi Spanja;

20.

Jissottolinja l-ħtieġa li tiġi rregolata b’mod effettiv il-protezzjoni tal-kosta, iżda jinnota li l-liġi kostiera mhix koerenti mal-objettivi mfittxija, peress li qiegħda taffettwa l-patrimonju storiku u l-popolazzjoni tradizzjonali, u qed ikollha impatt negattiv fuq l-abitanti ta’ bliet kostali żgħar li dejjem għexu b’mod sostenibbli mal-baħar u l-ekosistemi tiegħu;

21.

Jilqa’ l-konklużjonijiet tal-Kumitat miż-żjara għas-sejbien tal-fatti f’Berlin dwar kwistjonijiet taż-żgħażagħ u l-benessri tal-familja, l-aktar fil-każijiet ta’ kustodja bejn il-fruntieri; jinnota, b’danakollu, abbażi tal-fluss dieħel b’mod kontinwu ta’ petizzjonijiet ta’ din ix-xorta, li hu ċar li l-kwistjoni tal-każijiet ta’ kustodja transkonfinali għadha għaddejja, u li każijiet simili tressqu għall-attenzjoni tal-Kumitat ukoll minn Stati Membri oħrajn, l-aktar id-Danimarka; jagħraf ukoll li fir-rigward tad-Danimarka, każijiet tal-barranin li jgħixu fil-pajjiżhuma kkonċernati wkoll, f’liema pajjiżisir il-ħtif tat-tfal (anke minn barra l-pajjiż);

22.

Huwa tal-fehma li hemm rabta diretta bejn il-governanza aħjar u l-mekkaniżmi aktar effiċjenti ta’ rimedju minn banda, u t-trasparenza u l-aċċess għat-tagħrif mill-banda l-oħra skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001;

23.

Jikkunsidra l-importanza li tittejjeb il-kooperazzjoni mal-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri, fuq bażi ta’ reċiproċità, u, fejn hu meħtieġ, li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiġu inkoraġġiti sabiex jittrasponu u japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-UE bi trasparenza sħiħa; jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni tal-Kummissjoni mal-Istati Membri u jiddeplora d-dewmien żejjed min-naħa ta’ ċerti Stati Membri fir-rigward tal-traspożizzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-ambjent;

24.

Jiġbed l-attenzjoni, f’dan is-sens, għall-Ewrobarometru tal-opinjoni pubblika li jindika li huma biss 36 % taċ-ċittadini tal-UE li jqisu lilhom infushom infurmati tajjeb dwar drittijiet u 24 % biss dawk li jħossuhom infurmati tajjeb dwar x’jistgħu jagħmlu jekk drittijiethom ma jkunux rispettati; jisħaq, għalhekk, dwar il-ħtieġa urġenti ta’ aċċess imtejjeb għat-tagħrif u għal distinzjoni aktar ċara bejn il-funzjonijiet tal-varji istituzzjonijiet nazzjonali u Ewropej, ħalli l-petizzjonijiet u l-ilmenti jiġu indirizzati mill-korpi t-tajbin;

25.

Jitlob b’mod speċifiku lill-Kummissjoni tagħmel lill-portal web “Eżerċita drittijietek” eħfef biex jintuża mill-utenti u tqanqal kuxjenza fost iċ-ċittadini tal-UE dwar l-eżistenza ta' dak il-portal;

26.

Hu determinat li jħaddem portal web għall-petizzjonijiet li jkun aktar prattiku u aktar viżibbli sa tmiem l-2013, ħalli jiffaċilita l-aċċess għall-proċess tal-petizzjonijiet u jagħti tagħrif siewi dwar il-petizzjonijiet, it-tixrid pubbliku tiegħu u approċċ interattiv għall-proċess tal-petizzjonijiet kif ukoll dwar mekkaniżmi oħrajn ta’ rimedju; jitlob li d-dritt ta’ petizzjoni jingħata aktar viżibilità fil-homepage tal-websajt tal-Parlament;

27.

Jagħmel enfasti li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet, flimkien ma’ istituzzjonijiet, korpi u strumenti oħrajn bħalma hi l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, l-Ombudsman Ewropew, il-Kummissjoni, u l-kumitati ta’ inkjesta, għandhom rwol importanti u kjarament definit bħala punti ta’ kuntatt għal kull ċittadin individwali; inoltre jissottolinja li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet irid jissokta jkun punt ta’ riferiment għaċ-ċittadini li drittijiethom qed ikunu allegatament miksurin;

28.

Jilqa’ l-koperazzjoni kostruttiva bejn il-Kumitat u l-Ombudsman Ewropew, bħal pereżempju fil-każ tar-Rapport Speċjali tal-Ombudsman dwar l-Ajruport ta’ Vjenna, f’dak li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni xierqa tad-Direttiva dwar l-Impatt Ambjentali; jappoġġa l-attivitajiet tal-Ombudsman li jirrigwardaw każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-UE; jistenna li dan il-kompitu jitkompla fuq il-bażi ta’ indipendenza sħiħa, kif kien il-każ sa issa;

29.

Jiddikjara li c-ċittadini tal-Unjoni, mhux kollha għandhom Ombudsman fil-livell nazzjonali li gġandu setgħat wiesgħa, u dan ifisser li ċ-ċittadini tal-Unjoni mhux kollha għnadhom l-istess possibilitajiet ta’ rimedji; jemmen li permezz ta’ Ombudsman nazzjonali f’kull Stat Membru, in-netwerk Ewropew tal-Ombudsman jista’ jagħti għajnuna mhux negliġibbli lill-Ombudsman Ewropew;

30.

Jilqa’ l-koperazzjoni kontinwata mal-Kummissjoni fir-rigward tal-eżami tal-petizzjonijiet fil-qasam tal-applikazzjoni tad-Dritt tal-UE mill-Istati Membri; jisħaq, b’danakollu, li l-Kumitat jistenna li jinżamm infurmat tajjeb u minnufih dwar l-iżvilupp konċernanti l-proċedimenti ta’ ksur; jitlob lill-Kummissjoni tagħti kundiserazzjoni ndaqs lill-petizzjonijiet u lmenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-funzjonament tal-proċedimenti ta’ ksur; jitlob, barra minn hekk, lill-Kummissjoni illi lill-Kumitat tagħtih ukoll id-dettalji u l-analiżi statistika għall-ilmenti kollha li tkun qed tinvestiga; jenfasizza li, biex id-dritt ta’ petizzjoni jiġi rrispettat b’mod sħiħ, hija fundamentali l-analiżi bir-reqqa u t-tweġiba mill-Kummissjoni meta dawn jintalbu, fejn tiġi pprovduta valutazzjoni mhux biss dwar il-kwistjonijiet formali jew proċedurali iżda wkoll dwar il-kontenut essenzjali tas-suġġett;

31.

Jagħmel enfasi li l-aċċess għat-tagħrif miżmum mill-istituzzjonijiet tal-UE, kif speċifikat mir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, hu ta’ interess primarju għaċ-ċittadini li jkunu jridu jifhmu aħjar il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, b'mod partikolari meta jkun jittratta proġetti b'impatt fuq l-ambjent; huwa tal-fehma li li aċċess akbar għall-informazzjoni dwar il-fajls ta’ investigazzjoni u ta’ ksur jista’ jingħata mill-Kummissjoni mingħajr ma jiġi pperikolat l-għan tal-investigazzjoni u li interess pubbliku prevalenti jista’ jiġġustifika l-aċċess għal dawn il-fajls, partikularment fil-każijiet fejn id-drittijiet fundamentali, is-saħħa tal-bniedem u l-ħarsien tal-ambjent kontra ħsara irreparabbli jew fejn il-proċedimenti jkunu għaddejjin dwar diskriminazzjoni kontra minoranza jew vjolazzjonijiet tad-dinjità tal-bniedem, jistgħu jkunu f’riskju sakemm il-ħarsien ta’ sigrieti kummerċjali u informazzjoni sensittiva relatata ma' każijiet fil-qrati, każijiet relatati mal-kompetizzjoni u l-fajls tal-persunal jiġu salvagwardjati;

32.

Jitlob għal approċċ ta’ prekawzjoni u prevenzjoni mill-Kummissjoni meta tivvaluta proġetti b’impatt negattiv potenzjali fuq l-ambjent jew is-saħħa pubblika, f’kooperazzjoni bikrija mal-Istati Membri kkonċernati; jinnota l-possibbiltà ta’ miżuri ta’ inibizzjoni li għandhom jiġu stabbiliti waqt id-deliberi f’każijiet fejn hija antiċipata ħsara irriversibbli;

33.

Jieħu nota, b’mod partikolari, tal-kontribut siewi tan-netwerk SOLVIT fil-kxif u r-riżoluzzjoni tal-kwestjonijiet marbutin mal-implementazzjoni tal-leġiżlazzjoni interna tas-suq; jikoraġġixxi t-titjib ta’ din l-għodda tal-UE billi jkun żgurat li l-Istati Membri jagħtu persunal adegwat liċ-Ċentri Nazzjonali ta’ SOLVIT; għandhom jiġu żviluppati wkoll l-azzjonijiet kollettivi ta’ riżoluzzjoni tal-kunflitti mill-konsumaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom;

34.

Jissottolinja li, kif ikkonfermat mis-Servizz Legali fl-Opinjoni tiegħu tad-29 ta’ Frar 2012, l-oqsma ta’ attività tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, kif jinsabu fit-Trattat, huma usa’ mill-mera somma tal-kompetenzi eżerċitati mill-Unjoni; iqis ukoll l-opinjoni tas-Servizz Legali tal-Parlament li l-Parlament huwa intitolat li jadotta deċiżjonijiet amministrattivi interni li għandhom l-għan li jistabbilixxu proċedura għall-ipproċessar ta’ sottomissjonijiet miċ-ċittadini; jiddispjaċih f’dan ir-rigward bin-nuqqas mis-servizz xieraq tal-Parlament li jsegwi r-Riżoluzzjoni tal-Parlament tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet 2011 (2),; finalment, jieħu nota tad-deċiżjoni legali mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Kawża T-280/09), li tispeċifika li petizzjoni għandha titfassal b’mod ċar u preċiż b’tali mod li tinftiehem sew, fid-dawl tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 227 tat-TFUE;

35.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jittrasponu u japplikaw l-leġiżlazzjoni tal-UE bi trasparenza sħiħa u, b’dak l-objettiv miżmum amment, iqis li hu indispensabbli li titjieb il-koperazzjoni bikrija tal-Kummissjoni mal-parlament u l-gvernijiet tal-Istati Membri, fuq bażi reċiproka;

36.

Jiddeplora l-ostakli burokratiċi li jikkonċernaw l-inizzjattivi taċ-ċittadini Ewropej minħabba nuqqas ta’ appoġġ tal-informatika; jiddispjaċih l-aktar li jeżisti kuntrast tant kbir f’tali strument f’idejn iċ-ċittadini bejn l-amministrazzjonijiet u l-proċessi ta’ funzjonament differenti tal-Istati Membri;

37.

Jilqa’ s-Sena taċ-Ċittadinanza Ewropea fl-2013; jistieden lill-istituzzjonijiet u l-korpi kollha kemm tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-Istati Membri li jtejbu u jikkommunikaw b’mod iktar sħiħ is-servizz tagħhom liċ-ċittadini u r-residenti Ewropej matul din is-sena, fid-dawl tal-prinċipji li jinsabu fit-Trattati u l-fatti rivelati f’dan ir-rapport;

38.

Jinnota li l-mekkaniżmu tal-petizzjonijiet mhux biss servizz, imma dritt għaċ-ċittadini u residenti Ewropej kollha; jieħu l-impenn li jagħmel il-proċedura tal-petizzjonijiet aktar effiċjenti, trasparenti u imparzjali, filwaqt li jinżammu d-drittijiet parteċipattivi tal-Membri tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, ħalli t-trattament tal-petizzjonijiet jgħaddi mill-eżami ġudizzjarju wkoll f’livell ta’ proċedura;

39.

Jagħmel enfasi fuq ir-rwol essenzjali taż-żjarat għas-sejbien tal-fatti fil-proċedura tal-petizzjonijiet, mhux biss bħala dritt parlamentari ta’ parteċipazzjoni, imma wkoll bħala obbligu relattiv għall-petizzjonanti; jafferma mill-ġdid, kif ġa ngħad fir-rapport preċedenti tal-Kumitat, il-ħtieġa għal regoli ta' proċedura aktar preċiżi u bil-miktub b’rabta mal-preparazzjoni, l-implementazzjoni u l-valutazzjoni taż-żjarat, billi jkun żgurat min-naħa l-waħda li l-membri kollha taż-żjara għas-sejbien tal-fatti jkollhom id-dritt jippreżentaw il-fatti mill-puntodivista tagħhom filwaqt li, min-naħa l-oħra, ikun iggarantit lill-Membri kollha tal-Kumitat li jipparteċipaw fil-proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li għandhom jiġu redatti mill-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet;

40.

Jitlob lill-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament issaħħaħ ir-rwol investigattiv tal-Kumitat;

41.

Iqis l-organizzazzjoni tas-smigħ pubbliku bħala mezz utli għall-istudju fil-fond tal-kwistjonijiet imqanqlin mill-petizzjonanti; jixtieq jiġbed l-attenzjoni, pereżempju, għas-smigħ pubbliku li sar dwar l-esplorazzjoni u l-isfruttament ta’ sorsi mhux konvenzjonali tal-enerġija, li ħa nota tat-tħassib imqanqal f’dan ir-rigward miċ-ċittadini tal-UE permezz tal-petizzjonijiet tagħhom; jirrikonoxxi d-dritt tal-Istati Membri li jagħżlu t-taħlita tal-enerġija tagħhom u l-ħtieġa ta’ koordinazzjoni aħjar fl-UE, fil-kisba tat-tliet għanijiet tal-politika tal-enerġija kollha kemm hi tal-UE, jiġifieri l-kompetittività, is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-provvista;

42.

Jistenna b’ħerqa l-organizzazzjoni tas-smigħ pubbliku għall-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej li jkunu rnexxew, flimkien mal-Kumitat leġiżlattiv responsabbli skont ir-Regola 197A tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew; jafferma mill-ġdid it-twemmin tiegħu li din l-għodda l-ġdida se ssaħħaħ l-istituzzjonijiet demokratiċi tal-Unjoni u tagħti tifsir lin-nozzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea;

43.

Madankollu, huwa mħasseb dwar l-ostakli tekniċi u burokratiċi għaċ-ċittadini mmanifestati fl-ewwel xhur tal-applikazzjoni prattika tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej; għaldaqstant, iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħseb serjament biex tressaq reviżjoni deskritta skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011;

44.

Jenfasizza l-ħtieġa għal reviżjoni regolari tal-qagħda preżenti fir-rigward tal-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej, bil-għan li tittejjeb il-proċedura u tippermetti li jinstabu soluzzjonijiet effikaċi malajr kemm jista’ jkun malajr għal kwalunkwe ostaklu f’kull stadju tal-proċedura;

45.

Jemmen li r-rwol u r-responsabilitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet ikunu mwettqin l-aħjar, u l-viżibilità, l-effiċjenza, ir-responsabilità politika u t-trasparenza tiegħu mtejbin l-aħjar, bit-titjib tal-mezzi tiegħu biex iressaq il-kwestjonijiet ta’ importanza liċ-ċittadini Ewropej quddiem il-plenarja, u jgħolli l-livell tal-abilitajiet tiegħu li jsejjaħ ix-xhieda, imexxi l-investigazzjonijiet u jorganizza smigħ;

46.

Jiddeċiedi li jikkunsidra kemm titqies xierqa l-emendi għar-Regoli ta’ Proċedura sabiex jiġu implementati dawn ir-rekwiżiti formali għall-proċedura tal-petizzjonijiet imsemmijin aktar ’il fuq dwar iż-żjarat għas-sejbien tal-fatti u r-riżoluzzjonijiet tal-plenarja skont l-Artikolu 202 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu;

47.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-kumitati għall-petizzjonijiet tagħhom u lill-ombudsmen tagħhom jew lil entitajiet simili kompetenti.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2012)0510.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2012)0445.


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/82


P7_TA(2013)0422

Każijiet reċenti ta' vjolenza u persekuzzjoni kontra Nsara, partikolarment f'Maaloula (Sirja) u Peshawar (Pakistan) u l-każ tal-Pastor Saeed Abedini (Iran)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar każijiet reċenti ta' vjolenza u persekuzzjoni kontra Nsara, partikolarment f'Maaloula (Sirja) u Peshawar (Pakistan) u l-każ tal-Pastor Saeed Abedini (Iran) (2013/2872(RSP))

(2016/C 181/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Novembru 2007 dwar ġrajjiet serji li jikkompromettu l-eżistenza ta' komunitajiet Kristjani u dik ta' komunitajiet reliġjużi oħra (1), tal-21 ta' Jannar 2010 dwar l-attakki reċenti fuq komunitajiet Insara (2), tas-6 ta' Mejju 2010 dwar l-atroċitajiet tal-massa f'Jos, fin-Niġerja (3), tal-20 ta' Mejju 2010 dwar il-libertà reliġjuża fil-Pakistan (4), tal-25 ta' Novembru 2010 dwar l-Iraq: il-piena kapitali (speċifikament il-każ ta' Tariq Aziz) u l-attakki kontra l-komunitajiet Insara (5), tal-20 ta' Jannar 2011 dwar is-sitwazzjoni tal-Insara fil-kuntest tal-libertà reliġjuża (6), tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu u s-Sirja, b'mod partikolari dik tal-Komunitajiet Insara (7), u tat-13 ta' Diċembru 2012 dwar ir-Rapport Annwali tal-2011 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni (8),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2013 dwar l-abbozz ta' Linji gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Libertà ta' Reliġjon jew ta' Twemmin (9),

wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Libertà ta' Reliġjon jew ta' Twemmin,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-23 ta’ Settembru 2013 ta' Catherine Ashton, Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni, li tikkundanna l-attakk fuq il-komunità Nisranija f'Peshawar, il-Pakistan,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2011 dwar l-intolleranza, id-diskriminazzjoni u l-vjolenza abbażi tar-reliġjon jew it-twemmin, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2009 li jissottolinjaw l-importanza strateġika tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin u li tiġi miġġielda l-intolleranza reliġjuża,

wara li kkunsidra l-Artikolu 18 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Artikolu 18 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Intolleranza u ta' Diskriminazzjoni abbażi tar-Reliġjon u t-Twemmin tal-1981,

wara li kkunsidra r-rapporti tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin,

wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Unjoni Ewropea ripetutament esprimiet l-impenn tagħha favur il-libertà tar-reliġjon, il-libertà tal-kuxjenza u l-libertà tal-ħsieb, u enfasizzat li l-gvernijiet għandhom dmir li jiggarantixxu dawn il-libertajiet madwar id-dinja kollha; billi l-mexxejja politiċi u reliġjużi għandhom id-dmir f'kull livell li jiġġieldu kontra l-estremiżmu u jippromwovu r-rispett reċiproku bejn l-individwi u l-gruppi reliġjużi; billi l-iżvilupp tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-libertajiet ċivili huwa l-bażi komuni li fuqha l-Unjoni Ewropea tibni r-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi, u ġie previst mill-klawżola dwar id-demokrazija fil-ftehimiet bejn l-UE u pajjiżi terzi;

B.

billi, skont id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u, b'mod partikolari, l-Artikolu 18 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, kulħadd għandu d-dritt għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon; billi dan id-dritt jinkludi l-libertà li wieħed jidbel ir-reliġjon jew it-twemmin, u l-libertà li b'mod individwali jew f'komunità ma' oħrajn u fil-pubbliku jew fil-privat, jimmanifesta r-reliġjon jew it-twemmin tiegħu bil-qima, it-tagħlim, il-prattika u l-osservanza; billi skont il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin tkopri t-twemmin kollu, inkluż it-twemmin teistiku, nonteistiku u ateistiku;

C.

billi bosta riżoluzzjonijiet tal-UNHRC jistiednu “lill-Istati kollha biex, fi ħdan il-qafas legali nazzjonali tagħhom, f'konformità ma' strumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, jieħdu l-miżuri kollha f'lokhom ħalli jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni, l-intolleranza, u l-atti ta' vjolenza, intimidazzjoni u ġegħil motivati mill-intolleranza reliġjuża, inklużi attakki fuq il-postijiet reliġjużi, u biex jinkoraġġixxu l-fehim, it-tolleranza u r-rispett fi kwistjonijiet rigward il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin”;

D.

billi skont diversi rapporti, ir-repressjoni tal-gvernijiet u l-ostilità soċjali kontra individwi u gruppi li jappartjenu għal reliġjonijiet jew twemmin differenti qed jiżdiedu, b'mod partikolari fil-Pakistan, fil-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija u f'partijiet tal-Afrika; billi f'xi każijiet is-sitwazzjoni li qed jaffaċċjaw il-komunitajiet Insara hija tali li tipperikola l-eżistenza tagħhom fil-ġejjieni u, jekk kellhom jgħibu, dan jimplika t-telf ta' parti sinifikanti mill-wirt reliġjuż tal-pajjiżi kkonċernati;

Maaloula, is-Sirja

E.

billi fl-4 ta' Settembru 2013, militanti minn Jabhat al-Nusra, grupp b'rabtiet ma' al-Qaeda, nedew attakk fuq ir-raħal Sirjan ta' Maaloula;

F.

billi Maaloula hija simbolu tal-preżenza Nisranija fis-Sirja u ospitat lil komunitajiet reliġjużi differenti li għal sekli għexu f'koeżistenza paċifika; billi f'Settembru ta' kull sena Sirjani ta' kull reliġjon ipparteċipaw fil-festival ta' Jum is-Salib f'dan ir-raħal; billi Maaloula hija waħda mit-tlett irħula fil-pajjiż fejn l-Aramajk għadu mitkellem mill-popolazzjoni lokali;

G.

billi l-attakki vjolenti f'Maaloula huma l-ewwel attakki li kellhom fil-mira tagħhom speċifikament lill-komunità Nisranija mill-bidu tal-kriżi vjolenti fis-Sirja; billi tal-anqas erba' persuni – Michael Thaalab, Antoine Thaalab, Sarkis Zakem u Zaki Jabra – inqatlu f'dan il-ġlied filwaqt li oħrajn – Shadi Thaalab, Jihad Thaalab, Moussa Shannis, Ghassan Shannis, Daoud Milaneh u Atef Kalloumeh – inħatfu jew għebu; billi minn mindu beda l-ġlied fir-raħal, il-biċċa l-kbira tal-5 000 resident tagħha ħarbu lejn irħula tal-viċinat jew lejn Damasku; billi avvenimenti f'Maaloula huma evidenza tas-settarjanizzazzjoni ulterjuri tal-kunflitt Sirjan;

H.

billi l-Kunvent ta' Santa Tekla (Mar Takla) storikament ospita lil sorijiet u orfni kemm tar-reliġjon Nisranija kif ukoll ta' dik Musulmana; billi madwar 40 soru u orfni baqgħu f'Maaloula minkejja l-ġlied kbir u jinsabu maqbudin fil-kunvent f'kundizzjonijiet li qed jiddeterjoraw minħabba n-nuqqas ta' ilma u provvisti oħra;

Peshawar, il-Pakistan

I.

billi fit-22 ta' Settembru 2013, f'attakk bomba suwiċida doppju fuq il-Knisja tal-Qaddisin Kollha f'Kohati Gate, subborg ta' Peshawar, tal-anqas 82 ruħ inqatlu u aktar minn 120 indarbu;

J.

billi l-grupp Iżlamist Jundullah b'rabtiet ma' Tehrik-i-Talibaan Pakistan assuma r-responsabbiltà għall-attakk, u qal li se jissokta bl-attakki fuq l-Insara u fuq dawk li mhumiex Musulmani għaliex huma għedewwa tal-Iżlam u li mhuwiex se jieqaf sakemm jieqfu l-attakki bid-drones Amerikani fil-Pakistan; billi Tehrik-i-Talibaan Pakistan ċaħad kull involviment fl-isplużjoni u kull rabta ma' Jundullah;

K.

billi l-Prim Ministru tal-Pakistan, Nawaz Sharif, ikkundanna l-attakk, u qal li l-attakki fuq persuni innoċenti huma kontra t-tagħlim tal-Iżlam;

L.

billi l-Insara, li jirrappreżentaw madwar 1,6 % tal-popolazzjoni fir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan, ibatu minħabba preġudizzju u attakki sporadiċi ta' vjolenza tal-massa;

M.

billi l-biċċa l-kbira tal-Insara Pakistani kellhom eżistenza prekarja, spiss imbeżża' minħabba allegazzjonijiet ta' dagħa, suġġett li jista' jwassal għal tifqigħat ta' vjolenza pubblika;

N.

billi fid-9 ta' Marzu 2013, Musulmani f'Lahore taw in-nar lil aktar minn 150 dar Nisranija u lil żewġ knejjes b'reazzjoni għal allegazzjoni ta' dagħa;

O.

billi l-liġijiet tal-Pakistan dwar id-dagħa jagħmluha diffiċli biex minoranzi reliġjużi jesprimu ruħhom liberament jew li jorganizzaw attivitajiet reliġjużi fil-beraħ;

Il-każ tal-Pastor Saeed Abedini, l-Iran

P.

billi Saeed Abedini, pastor Iranjan-Amerikan li ilu l-ħabs fl-Iran mis-26 ta' Settembru 2012, ġie kkundannat fis-27 ta' Jannar 2013 minn qorti rivoluzzjonarja fl-Iran għal perjodu ta' tmien snin fil-ħabs fuq l-akkużi li fixkel is-sigurtà nazzjonali permezz tal-ħolqien ta' netwerk ta' knejjes Insara fi djar privati; billi huwa rrappurtat li Saeed Abedini sofra abbużi fiżiċi u psikoloġiċi fil-ħabs;

Q.

billi r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran isostni li l-Insara m'għandhomx jaffaċċjaw sanzjonijiet talli jimmanifestaw u jipprattikaw il-fidi tagħhom, u għalhekk jibqa' mħasseb dwar rapporti li l-Insara qed jiġu arrestati u pproċessati fuq il-bażi ta' reati ta' sigurtà nazzjonali miktubin b'mod vag talli jeżerċitaw it-twemmin tagħhom;

1.

Jikkundanna bil-qawwa l-attakki reċenti kontra l-Insara u jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-familji tal-vittmi; jesprimi għal darb'oħra t-tħassib profond tiegħu dwar il-proliferazzjoni ta' episodji ta' intolleranza u repressjoni, u dwar attakki vjolenti kontra komunitajiet Insara, partikolarment fil-pajjiżi tal-Afrika, tal-Ażja u tal-Lvant Nofsani; iħeġġeġ lill-gvernijiet ikkonċernati biex jiżguraw li dawk li wettqu dawn ir-reati u dawk il-persuni kollha responsabbli għall-attakki, kif ukoll għal atti vjolenti oħra kontra l-Insara jew kontra minoranzi reliġjużi oħra, jinġiebu quddiem il-ġustizzja u jingħataw proċess ġust;

2.

Jikkundanna bil-qawwa kull forma ta' diskriminazzjoni u intolleranza abbażi tar-reliġjon u t-twemmin u atti ta' vjolenza kontra kull komunità reliġjuża; jenfasizza mill-ġdid li d-dritt tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon huwa dritt fundamentali tal-bniedem;

3.

Itenni t-tħassib tiegħu dwar l-eżodu tal-Insara minn diversi pajjiżi, b'mod speċjali mill-pajjiżi tal-Lvant Nofsani, f'dawn l-aħħar snin;

Maaloula, is-Sirja

4.

Jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni attwali li qed jaffaċċjaw l-Insara fis-Sirja; jikkundanna l-azzjonijiet ta' Jabhat al-Nusra u l-militanti assoċjati f'Maaloula u ż-żoni tal-madwar; jinnota li sal-lum l-Insara u l-Musulmani għexu flimkien b'mod paċifiku f'dan il-villaġġ, anke matul il-kunflitt, u qabel li l-villaġġ irid jibqa' post ta' paċi; jirrikonoxxi li l-attakk fuq Maaloula huwa biss aspett wieħed tal-gwerra ċivili Sirjana;

5.

Jenfasizza li l-monasterji ta' Maaloula jridu jiġu protetti sabiex jiġu ppreservati l-ħajja, l-attivitajiet reliġjużi u t-teżori arkitettoniċi, u biex l-Insara u l-Musulmani jkunu jistgħu jgħixu flimkien fil-paċi;

6.

Jitlob għal appoġġ u għajnuna umanitarja immedjati għas-sorijiet u l-orfni maqbudin fil-Kunvent ta' Santa Tekla (Mar Takla); jistieden lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt biex jippermettu l-aċċess għall-kunvent lill-gruppi umanitarji;

7.

Jinsab imħasseb dwar il-konsegwenzi ta' dawn l-attakki u r-riskji possibbli għall-komunità Nisranija; huwa konxju mill-fatt li l-Insara u komunitajiet oħra qed jinqabdu bejn iż-żewġ naħat u qed jiġu sfurzati biex iżommu ma' naħa jew oħra fi gwerra li tkompli tissetterjanizza;

8.

Jenfasizza li l-atturi kollha għandhom id-dmir li jipproteġu l-minoranzi differenti kollha preżenti fis-Sirja, inklużi x-Xiti, l-Alawiti, il-Kurdi, id-Drużi u l-Insara;

Peshawar, il-Pakistan

9.

Jikkundanna bil-qawwa l-attakk fuq il-Knisja tal-Qaddisin Kollha f'Peshawar u l-attakki terroristiċi reċenti l-oħrajn;

10.

Jilqa' l-kundanna ġenerali tal-attakki mill-atturi u s-sezzjonijiet politiċi tas-soċjetà ċivili tal-Pakistan;

11.

Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Pakistan biex jagħmel kull ma jista' biex iressaq il-qorti lill-awturi tal-attakk fuq il-Knisja tal-Qaddisin Kollha f'Peshawar; jitlob għal azzjoni aktar b'saħħitha ħalli tiġi żgurata l-protezzjoni taċ-ċittadini Pakistani kollha – irrispettivament mir-reliġjon jew mit-twemmin tagħhom – u ħalli l-gruppi u l-individwi responsabbli kollha għat-tixwix u t-twettiq ta' atti ta' terrur jitressqu l-qorti;

12.

Jistieden lill-Gvern tal-Pakistan biex jieħu azzjoni ħalli jipproteġi l-vittmi ta' vjolenza tal-massa motivata mir-reliġjon, biex jindirizza b'mod attiv l-ostilità reliġjuża mill-atturi tas-soċjetà, biex jiġġieled kontra l-intolleranza reliġjuża, l-atti ta' vjolenza u l-intimidazzjoni, u biex jaġixxi kontra l-perċezzjoni tal-impunità;

13.

Jinsab imħasseb sew dwar il-periklu dejjem jikber għall-Insara fil-Pakistan, meta titqies iż-żieda reċenti fl-attakki fuq dawn il-minoranzi, bħall-persekuzzjoni tal-mijiet ta' Nsara mill-fanatiċi Islamisti f'Marzu f'Lahore minħabba l-allegazzjonijiet ta' dagħa kontra l-Iżlam;

14.

Jinsab imħasseb sew dwar is-sitwazzjoni ġenerali li qed jaffaċċjaw il-minoranzi reliġjużi fil-Pakistan u speċjalment il-knejjes Insara, li rċevew theddid mit-Taliban u minn gruppi estremisti oħra;

15.

Jesprimi t-tħassib profond tiegħu li l-liġijiet kontroversjali kontra d-dagħa jistgħu jintużaw ħażin u jistgħu jaffettwaw in-nies ta' kull tip ta' fidi fil-Pakistan; jesprimi t-tħassib partikolari tiegħu li l-użu tal-liġijiet tad-dagħa, li kienu pubblikament opposti mill-mejjet ex Ministru Shahbaz Bhattiand u mill-mejjet ex Gvernatur Salman Taseer, qiegħed attwalment jiżdied biex jolqot l-Insara fil-Pakistan;

16.

Jistieden lill-Gvern tal-Pakistan biex iwettaq rieżami dettaljat tal-liġijiet tad-dagħa u l-applikazzjoni attwali tagħhom, b'mod partikolari it-Taqsimiet 295 B u C tal-Kodiċi Penali, li jippreskrivu s-sentenzi obbligatorji ta' għomor il-ħabs (295 B u C) jew anki l-piena tal-mewt (295 C) għal atti allegati ta' dagħa;

17.

Ifakkar li l-libertà tar-reliġjon u d-drittijiet tal-minoranzi huma ggarantiti mill-kostituzzjoni tal-Pakistan; iħeġġeġ lill-Pakistani kollha biex jaħdmu flimkien biex jippromwovu u jiżguraw it-tolleranza u l-fehim reċiproku;

18.

Jilqa' l-miżuri meħuda fl-interess tal-minoranzi reliġjużi mill-Gvern tal-Pakistan minn Novembru 2008 'l hawn, bħalma huwa t-twaqqif ta' kwota ta' ħamsa fil-mija għall-minoranzi fis-settur tal-impjiegi federali, ir-rikonoxximent tal-vaganzi pubbliċi mhux Musulmani u d-dikjarazzjoni ta' Jum Nazzjonali tal-Minoranzi;

Il-każ tal-Pastor Saeed Abedini, l-Iran

19.

Jinsab imħasseb sew dwar id-destin tal-Pastor Saeed Abedini, li ilu l-ħabs għal aktar minn sena u ġie kkundannat għal tmien snin ħabs fl-Iran fuq akkużi relatati mat-twemmin reliġjuż tiegħu;

20.

Jistieden lill-Gvern tal-Iran biex jiskaġuna u jeħles minnufih lil Saeed Abedini u lill-individwi l-oħra kollha miżmuma jew akkużati abbażi tar-reliġjon tagħhom;

21.

Itenni l-istedina tiegħu lill-Iran biex jieħu passi ħalli jiżgura li jintwera r-rispett sħiħ għad-dritt tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin, fosthom billi jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni u l-prattiki tiegħu jikkonformaw għalkollox mal-Artikolu 18 tal-ICCPR; jirrimarka li dan jeħtieġ ukoll li d-dritt ta' kull min ibiddel ir-reliġjon tiegħu jew tagħha, jekk huwa jew hija tagħżel li jagħmel/tagħmel dan, jiġi garantit b'mod sħiħ u inkundizzjonat;

22.

Jilqa' d-diskors ta' moderazzjoni u tolleranza mill-President il-ġdid tal-Iran, Hassan Rouhani; jemmen li l-UE għandha tniedi djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-Iran;

23.

Itenni l-istedina tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea biex jagħtu aktar attenzjoni għas-suġġett tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin u għas-sitwazzjoni tal-komunitajiet reliġjużi, inklużi l-Insara, fil-ftehimiet u fl-arranġamenti ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, kif ukoll fir-rapporti dwar id-drittijiet tal-bniedem;

24.

Jilqa' l-adozzjoni mill-Kunsill fl-24 ta' Ġunju 2013 tal-Linji gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Libertà tar-Reliġjon jew tat-Twemmin; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ dawn il-linji gwida u jużaw bis-sħiħ kwalunkwe għodda u suġġeriment li jinsabu fihom;

25.

Jappoġġa l-inizjattivi kollha li għandhom l-għan li jippromwovu d-djalogu u r-rispett reċiproku bejn il-komunitajiet; jistieden lill-awtoritajiet reliġjużi kollha jippromwovu t-tolleranza u jieħdu inizjattivi kontra l-mibegħda u r-radikalizzazzjoni vjolenti u estremista;

o

o o

26.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, lill-UN Women, lill-Gvern tas-Sirja, lill-Kunsill Nazzjonali tas-Sirja, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Pakistan, u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Iran.


(1)  ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 474.

(2)  ĠU C 305 E, 11.11.2010, p. 7.

(3)  ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 143.

(4)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 147.

(5)  ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 115.

(6)  ĠU C 136 E, 11.5.2012, p. 53.

(7)  ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 108.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2012)0503.

(9)  Testi adottati, P7_TA(2013)0279.


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/87


P7_TA(2013)0423

Ġlied fis-Sudan u ċensura sussegwenti tal-midja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar konflitti fis-Sudan u ċ-ċensura sussegwenti tal-midja (2013/2873(RSP))

(2016/C 181/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sudan u s-Sudan t'Isfel,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-30 ta' Settembru 2013 mill-Kelliem għall-Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-vjolenza fil-protesti attwali fis-Sudan,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-27 ta' Settembru 2013 mill-Kelliem għall-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU li tħeġġeġ kontroll minħabba li l-għadd ta' mwiet fis-Sudan qiegħed iwassal biex jiżdiedu l-protesti,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Espert Indipendenti tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan, tat-18 ta' Settembru 2013,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-6 ta' Settembru 2013 mill-Kelliem għall-Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-Summit bejn il-Presidenti tas-Sudan u tas-Sudan t'Isfel f'Khartoum fis-Sudan,

wara li kkunsidra l-eżitu maqbul tal-laqgħa bejn il-Gvern tas-Sudan, l-Unjoni Afrikana u l-Mekkaniżmu ta' Koordinazzjoni Tripartitika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-UNAMID, li saret fit-28 ta' Settembru 2013,

wara li kkunsidra l-Pjan direzzjonali għas-Sudan u s-Sudan t'Isfel stabbilit fil-komunikat maħruġ mill-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana fl-24 ta' April 2012, li hu appoġġat kompletament mill-UE,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

wara li kkunsidra l-Prinċipji Bażiċi tan-NU dwar l-Użu tal-Forza u tal-Armi mill-Uffiċjali tal-Infurzar tal-Liġi,

wara li kkunsidra l-Prinċipji ta' Johannesburg dwar is-Sigurtà Nazzjonali, il-Libertà tal-Espressjoni u l-Aċċess għall-Informazzjoni, U.N. Doc. E/CN.4/1996/39 (1996),

wara li kkunsidra l-Ftehim Sudaniż ta' Paċi Komprensiv (CPA) tal-2005,

wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq l-oħra, iffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000 u suċċessivament rivedut fl-2005 u fl-2010,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar Strateġija dwar il-Libertà Diġitali fil-Politika Barranija tal-UE (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar il-libertà tal-istampa u tal-midja fid-dinja (2),

wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi s-Sudan għaddej minn mewġiet li qed jiżdiedu ta' protesti popolari u s-sitwazzjoni politika fil-pajjiż hi fraġli;

B.

billi fit-23 ta' Settembru 2013 bdew dimostrazzjonijiet u protesti mas-Sudan kollu wara li l-President Omar Al-Bashir ħabbar qtugħ fis-sussidji tal-fjuwil f'tentattiv biex jirriforma l-ekonomija, li wassal għal żieda qawwija ta' 75 % fil-prezz tal-petrol u tal-gass;

C.

billi fil-protesti eluf ta' dimostranti ħarġu fit-toroq tal-bliet tal-pajjiż inkluż Wad Madani, Khartoum, Omdurman, Port Sudan, Atbara, Gedarif, Nyala, Kosti, u Sinnar, minħabba li l-miżuri ta' awsterità introdotti mill-gvern flimkien mal-prezzijiet kważi rduppjati tal-fjuwil laqtu l-aktar lill-fqar;

D.

billi s-sitwazzjoni ekonomika tas-Sudan tibqa' estremament diffiċli, ikkaratterizzata b'żieda fl-inflazzjoni, b'munita mdgħajfa u nuqqas kbir ta' dollari biex titħallas l-importazzjoni minħabba li s-Sudan t'Isfel ħa l-indipendenza sentejn ilu, u ħa miegħu kważi 75 % tal-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum tal-pajjiż;

E.

billi n-nuqqas ta' ftehim dwar arranġamenti ekonomiċi tranżitorji bejn is-Sudan u s-Sudan t'isfel, inkluż dwar l-użu taż-żejt, kien użat bħala theddida miż-żewġ partijiet, u dan ikkontribwixxa sew għall-kriżi attwali; billi n-nuqqas ta' fiduċja bejn iż-żewġ pajjiżi ġirien dwar id-diviżjoni tad-dejn nazzjonali u dwar kemm il-parti t'Isfel tas-Sudan, li hi mdawra bl-art, għandha tħallas għat-trasport taż-żejt tagħha mis-Sudan hi waħda mill-kwistjonijiet mhux solvuti;

F.

billi skont rapporti, tal-inqas 800 attivist, inklużi membri tal-partiti tal-oppożizzjoni u ġurnalisti ġew arrestati waqt dimostrazzjonijiet li kienu għaddejjin, li fihom sa 100 persuna kienu rrappurtati maqtula mill-forzi tas-sigurtà, ammont li wassal lill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) tan-NU biex jistieden għal “l-akbar kontroll” mill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi; billi skont rapporti l-maġġoranza ta' persuni maqtula kienu bejn l-età ta' 15 u 25 sena, imma kien hemm saħansitra tfal ta' bejn 10 u 12-il sena li ntlaqtu minn tiri mill-forzi tas-sigurtà;

G.

billi l-ministeru tal-edukazzjoni ddikkjara li l-iskejjel se jibqgħu magħluqa sal-20 ta' Ottubru 2013;

H.

billi t-trażżin vjolenti mill-gvern Sudaniż jinkludi l-użu ta' munizzjon attiv kontra dimostranti paċifiċi u detenzjonijiet fuq skala kbira; billi għadd ta' attivisti, membri tal-partiti politiċi tal-oppożizzjoni u mexxejja tas-soċjetà ċivili, inklużi għalliema, u studenti kienu arrestati fi djarhom, jew miżmuma incommunicado, bi tfittix fid-djar tagħhom mill-aġenti tal-Intelligence Nazzjonali u tas-servizzi tas-Sigurtà (NISS); billi kien hemm proċessi sommarji, bħal dak li seħħ wara l-arrest ta' Majdi Saleem, difensur ferm magħruf tad-drittijiet tal-bniedem, u billi minn tmiem Settembru, kien hemm qtugħ komplet tal-informazzjoni permezz ta' ċensura qawwija tal-istampa u l-għeluq tal-internet;

I.

billi s-Sudan hu meqjus fost l-agħar pajjiżi fid-dinja fir-rigward tar-rispett għal-libertà tal-informazzjoni; billi fil-25 ta' Settembru 2013 l-NISS marru pass ieħor lura billi pprojbixxew lill-edituri tal-gazzetti ewlenin milli jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni dwar il-protesti li ma tkunx ġejja minn sorsi tal-gvern;

J.

billi kien hemm għadd kbir ta' każi ta' ksur tal-libertà tal-istampa, bħall-qtugħ tal-internet, il-ħtif ta' gazzetti, fastidju ta' ġurnalisti u ċ-ċensura tal-aħbarijiet fuq il-websajts; billi l-uffiċċji ta' Al-Arabiya u l-istazzjonijiet tat-televiżjoni tas-Servizz Għarbi tal-iSky News ġew magħluqa; billi l-gazzetti ta' kuljum bħall-Al-Sudani, Al-Meghar, Al Gareeda, Almash’had Alaan, Al-Siyasi u dik favur il-gvern Al-Intibaha kienu pprojbiti mill-pubblikazzjoni fid-19 ta' Settembru 2013, u l-edizzjonijiet ta' tliet gazzetti, inkluża Al-Intibaha, inħatfu hekk kif ġew stampati;

K.

billi aċċess bla ċensura għal internet miftuħ, telefowns ċellulari u l-ICT għandhom impatt pożittiv fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, billi jespandu l-kamp ta' applikazzjoni għal-libertà tal-espressjoni, għall-aċċess għal informazzjoni u l-libertà tal-assemblea fid-dinja kollha; billi l-ġabra u d-disseminazzjoni diġitali tal-evidenza tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem jistgħu jikkontribwixxu għall-ġlieda globali kontra l-impunità;

L.

billi l-aċċess għall-internet hu dritt fundamentali, ugwali għal drittijiet bażiċi tal-bniedem oħrajn, rikonoxxut mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU (UNHRC), u għandu jiġi difiż u miżmum kif xieraq;

M.

billi l-awtorità regolatorja tal-istat stabbiliet unità speċjali biex timmonitorja u timplimenta filtering, u l-awtoritajiet Sudaniżi jagħrfu b'mod miftuħ li huma jiffilterjaw kontenut li jmur kontra l-moralità u l-etika pubblika, jew li jkun ta' theddida għall-ordni;

N.

billi fil-25 ta' Settembru 2013 l-awtoritajiet skonnettjaw l-internet fil-pajjiż kollu għal aktar minn 24 siegħa fi qtugħ komplet fuq skala li qatt ma kien hemm bħalha sa mill-irvellijiet tal-Eġittu fl-2011; billi l-qawwa tal-internet tnaqqset drastikament f'Ġunju 2012 matul għadd ta' protesti;

O.

billi, fir-rapport ta' Freedom House '2013 Freedom on the Net' ('Libertà tal-Internet 2013') li ħareġ fit-3 ta' Ottubru 2013, is-Sudan kien kwalifikat bħala “mhux liberu” u kien jinsab fit-63 post minn 100 pajjiż; billi s-Sudan hu klassifikat il-170 minn 179 pajjiż fl-Indiċi tal-Libertà tal-Istampa tal-Korrispondenti mingħajr fruntieri 2013; billi l-Korrispondenti Mingħajr Fruntieri kkundannaw il-miżuri meħuda mill-gvern;

P.

billi ħafna mill-attivisti jużaw l-internet biex jikkomunikaw ma' xulxin, jitrasferixxu informazzjoni 'l barra mill-pajjiż u juru l-opinjonijiet u t-tħassib tagħhom; billi ċ-ċittadini rrappurtaw li anke s-servizz tat-text-messaging kien interrot matul il-qtugħ komplet;

Q.

billi l-elezzjonijiet ġenerali li saru f'April 2010 – l-ewwel elezzjoni b'diversi partiti li saret fis-Sudan sa mill-1986 – Omar al-Bashir reġa' ġie elett President tas-Sudan; billi l-Missjoni ta' Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet tal-UE, li sabet ħafna irregolaritajiet u nuqqasijiet fil-proċess elettorali, qalet li l-elezzjoni ma laħqetx l-istandards internazzjonali;

R.

billi nħarġu żewġ mandati ta' arrest għall-President al-Bashir fl-2009 u l-2010 mill-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC), li akkużawh b'responsabbiltà għal reati tal-gwerra, reati kontra l-umanità u atti ta' ġenoċidju, u billi, għalkemm is-Sudan mhuwiex parti mill-Istatut ta' Ruma, ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1593 (2005) titolbu jikkoopera mal-ICC, u s-Sudan għandu għalhekk jikkonforma mal-mandat ta' arrest tal-ICC;

S.

billi skont l-estimi tan-NU 50 % tal-popolazzjoni tas-Sudan (total ta' 34 miljun) huma iżgħar minn 15-il sena, u madwar 46 % tal-popolazzjoni tgħix taħt is-soll tal-faqar;

T.

billi l-konflitt f'żoni tranżitorji tas-Sudan affettwa 'l fuq minn 900 000 persuna, inkluż aktar minn 220 000 li sabu rifuġju fl-Etjopja u fis-Sudan t'Isfel, u billi sa mill-bidu tal-2013 madwar 300 000 persuna kienu spustati mill-ġdid bħala riżultat tal-ġlied fost it-tribujiet ta' Darfur;

U.

billi fl-2012-2013 l-UE allokat aktar minn EUR 76 miljun f'għajnuna umanitarja għas-Sudan (ċifra sal-20 ta' Awissu 2013); billi s-Sudan ma rratifikax il-Ftehim ta' Cotonou rivedut fl-2005 u għalhekk ma jistax jirċievi appoġġ finanzjarju permezz tal-Għaxar Fond ta' Żvilupp Ewropew;

1.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu għas-sitwazzjoni politika, ekonomika u soċjali li qed teħżien fis-Sudan, ikkaratterizzata minn vjolenza u telf tal-ħajja matul il-protesti li reċentement seħħew fil-pajjiż kollu;

2.

Jikkundanna l-qtil, il-vjolenza kontra d-dimostranti, iċ-ċensura tal-midja, l-intimidazzjoni politika u l-fastidju u l-arrest arbitrarju tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u dawk politiċi u tal-ġurnalisti;

3.

Jistieden lill-Gvern tas-Sudan itemm il-fastidju u immedjatament jeħles lid-dimostranti paċifiċi kollha, lill-attivisti politiċi, lill-membri tal-oppożizzjoni, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, lill-persunal mediku, lill-bloggers u ġurnalisti arrestati waqt li kienu qed jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-libertà tal-kelma u tal-assemblea; jenfasizza li d-detenuti kollha għandhom jingħataw l-opportunità għal proċess ġust fuq investigazzjoni kredibbli, id-dritt għal avukat u rispett għall-preżunzjoni tal-innoċenza, u li l-gvern għandu jippermetti lid-detenuti aċċess għall-familji tagħhom u għall-kura medika;

4.

Jiddeplora l-użu ta' munizzjon attiv kontra d-dimostranti, li wassal għal qtil illegali, għall-użu ta' forza sproporzjonata u għal allegazzjonijiet ta' qtil intenzjonat tad-dimostranti mill-forzi tas-sigurtà; iħeġġeġ lill-Gvern Sudaniż biex immedjatament iwaqqaf ir-repressjoni u jtemm l-impunità li jgawdu l-membri tal-NISS; jitlob biex jitneħħa l-Att dwar is-Sigurtà Nazzjonali tal-2010 li hu ferm aħrax;

5.

Jistieden lill-forzi tas-sigurtà Sudaniżi biex jirrispettaw il-Prinċipji Bażiċi tan-NU dwar l-Użu tal-Forza u tal-Armi tan-Nar mill-Uffiċjali tal-Infurzar tal-Liġi, li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li fihom tista' tintuża l-forza b'mod legali mingħajr ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt għall-ħajja;

6.

Jistieden lill-awtoritajiet Sudaniżi jirrestawraw u jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali skont il-liġi internazzjonali, inkluż il-libertà tal-espressjoni, kemm online u kemm offline, il-libertà tal-assemblea, il-libertà tar-reliġjon, id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi, u biex immedjatament itemmu r-restrizzjonijiet kollha fuq l-aċċess għat-tekonoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

7.

Iħeġġeġ lill-Gvern Sudaniż iwaqqaf il-forom kollha ta' repressjoni kontra dawk li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni, kemm online u offline, u jipproteġi lill-ġurnalisti; jenfasizza r-rwol li għandha l-midja biex tipprovdi liċ-ċittadini b'informazzjoni u pjattaforma biex jitressaq it-tħassib leġittimu tagħhom, u għalhekk jikkundanna bil-qawwa l-qtugħ komplet tat-22 ta' Settembru 2013 u l-operazzjoni ta' intimidazzjoni mmexxija mill-NISS;

8.

Iħeġġeġ lill-Gvern Sudaniż jippermetti lill-popolazzjoni tiegħu aċċess liberu għall-internet f'kull ħin; jenfasizza li l-aċċess għall-internet hu dritt fundamentali, rikonoxxut mill-UNHRC, li għandu jinżamm u jiġi difiż bħal kull dritt tal-bniedem ieħor;

9.

Jistieden lill-Gvern Sudaniż ikompli jimplimenta r-riformi politiċi meħtieġa biex jipprovdi soluzzjonijiet għat-tmexxija ħażina u kronika tal-ekonomija, għall-faqar, għal-livelli ta' korruzzjoni u insigurtà li qed jogħlew fil-Punent u fin-Nofsinhar, u jirrakkomanda li l-awtoritajiet Sudaniżi u s-sħab reġjonali u internazzjonali kollha jimplimentaw il-programmi għaż-żgħażagħ sabiex jippromwovu l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjiegi;

10.

Jistieden lill-awtoritajiet Sudaniżi jimpenjaw lilhom infushom fi proċess ġenwin ta' djalogu nazzjonali komprensiv mal-oppożizzjoni, speċjalment f'Darfur; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Gvernijiet tas-Sudan u tas-Sudan t'Isfel jilħqu ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi dwar l-arranġamenti ekonomiċi tranżizzjonali li mhumiex solvuti, inkluż l-użu taż-żejt, li kkontribwixxa għall-irvellijiet attwali fis-Sudan;

11.

Ifakkar fil-konklużjonijiet tal-GAERC ta' Ġunju 2008 li jindirizzaw il-falliment kontinwu tal-Gvern tas-Sudan li jikkoopera mal-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) u jirrimarka li l-Gvern tas-Sudan hu obbligat, u kapaċi, jikkoopera u li kull mandat ta' arrest maħruġ mill-ICC għandu jkun rispettat; iħeġġeġ lill-Omar al-Bashir jikkonforma mad-dritt internazzjonali u jidher quddiem l-ICC għal reati tal-gwerra, reati kontra l-umanità u ġenoċidju;

12.

Jistieden lill-Gvern tas-Sudan jirrevedi l-Att dwar is-Sigurtà Nazzjonali, li jippermetti d-detenzjoni ta' persuni suspetti sa erba' xhur u nofs mingħajr ebda forma ta' stħarriġ ġudizzjarju u jistieden ukoll lill-Gvern tas-Sudan jirriforma s-sistema legali tiegħu bi qbil mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

13.

Jistieden lill-Gvern Sudaniż ineħħi l-piena tal-mewt, li għadha fis-seħħ, u li jbiddel sentenzi ta' mewt f'sanzjonijiet alternattivi xierqa;

14.

Jistieden lill-awtoritajiet, filwaqt li jilqa' d-deċiżjoni tagħhom biex jistabilixxu kumitat investigattiv sabiex iressqu quddiem il-ġustizzja lil dawk responsabbli għal qtil, biex jipproċedu b'investigazzjoni komprensiva u indipendenti dwar il-każi kollha ta' qtil rappurtati;

15.

Jistieden lill-Unjoni Afrikana, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-proċeduri speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, biex tibgħat b'mod urġenti kummissjoni ta' inkjesta ħalli tinvestiga allegazzjonijiet ta' użu eċċessiv u intenzjonali ta' forza letali mill-awtoritajiet Sudaniżi u ċ-ċirkustanzi li wasslu għall-mewt tad-dimostranti, inklużi ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni, bħala każ ta' urġenza, biex tirrestrinġi legalment l-esportazzjoni ta' teknoloġiji tas-sorveljanza tal-massa mill-UE lejn pajjiżi fejn hemm possibbiltà li jintużaw biex jiksru drittijiet diġitali u drittijiet tal-bniedem oħrajn;

17.

Jiddispjaċih mid-deċiżjoni meħuda mir-Rappreżentant Għoli tal-UE li ttemm il-mandat tarRappreżentant Speċjali tal-UE għas-Sudan/Sudan t-Isfel, minħabba l-irvellijiet politiċi fis-Sudan u l-konflitti armati li matulhom il-forzi Sudaniżi u tal-milizzji sponsorjati mill-gvern ikompli jwettqu reati tal-gwerra b'impunità; iqis li mingħajr Rappreżentant Speċjali tal-UE maħtur għas-Sudan/Sudan t'Isfel l-UE se titħalla fil-ġenb fin-negozjati u l-isforzi internazzjonali, speċjalment minħabba l-fatt li l-Istati Uniti, ir-Russja u ċ-Ċina kollha għandhom mibgħuta speċjali fis-Sudan; jitlob, għalhekk lir-Rappreżentant Għoli tbiddel id-deċiżjoni tagħha u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali għas-Sudan/Sudan t'Isfel;

18.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvern tas-Sudan, lill-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari tal-AKP-UE u lill-Parlament Pan-Afrikan (PAP).


(1)  Testi adottati, P7_TA(2012)0470.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2013)0274.


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/92


P7_TA(2013)0424

Il-vjolenza reċenti fl-Iraq

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar il-vjolenza reċenti fl-Iraq (2013/2874(RSP))

(2016/C 181/17)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Iraq, b'mod partikolari dik tal-14 ta' Marzu 2013 dwar “l-Iraq: il-qagħda mwiegħra tal-gruppi ta' minornza, partikolarment it-Turkmen Iraqini” (1),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra, u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Iraq (2),

wara li kkunsidra d-Dokument Strateġiku Konġunt tal-Kummissjonigħall-Iraq (2011-2013),

wara li kkunsidra r-“Rapport dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fl-Iraq: minn Jannar sa Ġunju 2012”, ippreżentat b'mod konġunt mill-Missjoni ta' Assistenza tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iraq (UNAMI) u l-Uffiċċju tan-NU tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem fid-19 ta' Diċembru 2012,

wara li kkunsidra r-Rapport dwar il-Lvant Nofsani tal-Grupp ta' Kriżi Internazzjonali Nru 144 tal-14 ta' Awwissu 2013, bit-titolu “Make or Break: Iraq’s Sunnis and the State”,

wara li kkunsidra ċ-ċifri ta' diżgrazzji tan-NU għal Settembru, li nħarġu fl-1 ta' Ottubru 2013,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tad-29 ta' Lulju 2013 mis-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon, li jħeġġeġ lill-mexxejja jiġbdu lill-Iraq “lura mix-xifer”,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-1 ta' Settembru 2013 mis-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon dwar il-ġrajjiet traġiċi fil-Kamp ta' Ashraf li qatlu 52 persuna,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU tal-1981 dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha tal-Intolleranza u d-Diskriminazzjoni abbażi tar-Reliġjon jew it-Twemmin,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, li l-Iraq hu firmatarju tiegħu,

wara li kkunsidra l-istqarrija tal-5 ta’ Settembru 2013 mill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Catherine Ashton, dwar il-vjolenza reċenti fl-Iraq,

wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

A.

billi l-Iraq għadu qed jaffaċċja sfidi politiċi, tas-sigurtà u soċjoekonomiċi serji, u billi x-xena politika tiegħu hija frammentata immens u kkaratterizzata mill-vjolenza u l-politika tas-setet, għad-detriment serju tal-aspirazzjonijiet leġittimi tal-poplu tal-Iraq għall-paċi, il-prosperità u għal tranżizzjoni ġenwina għad-demokrazija;

B.

billi, skont iċ-ċifri tad-diżgrazzji ppubblikati mill-UNAMI, b'kollox kienu 979 iċ-ċittadini Iraqini li nqatlu, u 2 133 oħra sfaw midruba, f'atti ta' terroriżmu u vjolenza f'Settembru 2013; billi Bagdad kien il-governorat li ntlaqat bl-agħar mod f'Settembru 2013, fejn kien hemm 1 429 vittma ċivili (418 maqtula u 1 011 midruba), segwit minn Ninewa, Diyala, Salahuddin u Anbar; billi Kirkuk, Erbil, Babil, Wasit, Dhi-Qar u Basra wkoll irrapportaw imwiet;

C.

billi l-impatt tal-vjolenza fuq il-popolazzjoni ċivili baqa' qawwi b'mod inkwetanti u għadu qed jikber, hekk kif inqatlu sa 5 000 persuna u sa 10 000 sfaw midruba sa mill-bidu tal-2013, li huwa l-ogħla numru f'dawn l-aħħar ħames snin;

D.

billi l-problemi soċjali u ekonomiċi – faqar mifrux, rata tal-qgħad għolja, staġnar ekonomiku, degradazzjoni ambjentali u nuqqas ta' servizzi pubbliċi bażiċi – qed ikomplu jaffettwaw parti kbira mill-popolazzjoni; billi għadd ta' protesti paċifiċi favur aktar drittijiet soċjali, ekonomiċi u politiċi għadhom qed jirriżultaw f'repressjoni sistematika ħafna mill-forzi tas-sigurtà, li qed titwettaq b'impunità;

E.

billi l-kostituzzjoni Iraqina tiggarantixxi l-ugwaljanza quddiem il-liġi għaċ-ċittadini kollha, flimkien mad-“drittijiet amministrattivi, politiċi, kulturali u edukattivi tad-diversi nazzjonalitajiet”;

F.

billi l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Iraq, u b'mod partikolari l-klawżola tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem, jenfasizza li d-djalogu politiku bejn l-UE u l-Iraq għandu jiffoka fuq id-drittijiet tal-bniedem u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi;

1.

Jikkundanna bil-qawwa l-atti reċenti ta' terroriżmu u l-vjolenza intensifikata bejn is-setet, li ġġib magħha l-periklu li l-pajjiż jerġa' jaqa' lura għal konflitti bejn is-setet u jiġġeneraw biża' ta' konflitti aktar mifruxa bejn is-setet fir-reġjun kollu; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li għalkemm il-vjolenza sseħħ abbażi ta' setet, il-kawżi tagħha huma aktar politiċi milli reliġjużi;

2.

Jestendi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji u l-ħbieb ta' dawk li mietu jew li sfaw midruba;

3.

Jikkundanna l-attakki reċenti li saru f'dawn id-dati: it-3 ta' Settembru 2013, meta nqatlu mill-inqas 60 persuna, prinċipalment fid-distretti tax-Xiti ta' Bagdad; il-15 ta' Settembru 2013 meta nqatlu aktar minn 40 persuna fi splużjonijiet fl-Iraq, l-aktar dawk li kellhom fil-mira żoni tax-Xiti; il-21 ta' Settembru 2013, meta nqatlu mill-inqas 60 persuna waqt funeral f'SadrCity, Bagdad; it-30 ta' Settembru 2013, meta mietu 54 persuna minħabba splużjonijiet minn karozza bomba l-aktar f'żoni tax-Xiti ta' Bagdad; il-5 ta' Ottubru 2013, meta nqatlu mill-inqas 51 persuna u aktar minn 70 persuna sfaw midruba f'attakk suwiċida f'Bagdad li kellu fil-mira pellegrini Xiti fid-distrett ta' al-Adhamiya, filwaqt li mill-inqas 12-il persuna nqatlu u mill-inqas 25 oħrajn sfaw midruba waqt attakk suwiċida f'kafetterija f'Balad, fit-Tramuntana ta' Bagdad; is-6 ta' Ottubru 2013, meta mill-inqas 12-il tifel u tifla ta' bejn is-sitta u t-tnax-il sena nqatlu, u ħafna aktar tfal sfaw midruba minħabba attakk suwiċida maġenb l-iskola primarja tal-villaġġ tax-Xiti Turkmen ta' Qabak; is-7 ta' Ottubru 2013, meta nqatlu mill-inqas 22 persuna f'mewġa ġdida ta' splużjonijiet f'Bagdad; u t-8 ta' Ottubru 2013, meta nqatlu mill-inqas 9 persuni minħabba karozza bomba f'Bagdad u attakki fuq il-forzi tas-sigurtà fit-Tramuntana tal-pajjiż;

4.

Jikkundanna bil-qawwa l-attakk fuq il-Kamp Ashraf tal-1 ta' Settembru 2013 mill-forzi tal-Iraq, li ħalla 52 refuġjat Iraqi mejta u wassal għas-sekwestru ta' 7 residenti, inklużi 6 nisa li, kif iddikjarat mill-Viċi-President/Rappreżentant Għoli, Catherine Ashton, huwa mifhum li qed jinżammu Bagdad, u jitlob għall-ħelsien immedjat u mhux kondizzjonat tagħhom; jesprimi l-appoġġ tiegħu għax-xogħol tal-UNAMI, li qed tipprova tirriloka madwar 3 000 resident barra mill-Iraq;

5.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-mewġa ġdida ta' instabbiltà u jistieden lill-mexxejja politiċi kollha fl-Iraq, mill-isfondi etniċi u reliġjużi kollha, jaħdmu flimkien biex itemmu l-vjolenza bejn is-setet u n-nuqqas ta' fiduċja u joħolqu għaqda fost il-poplu tal-Iraq;

6.

Jistieden kemm lill-Gvern tal-Iraq kif ukoll lill-gvernijiet reġjonali biex jikkundannaw l-attakki u jiffaċilitaw l-investigazzjoni internazzjonali indipendenti sħiħa u mgħaġġla dwar l-attakki terroristi reċenti fir-reġjun, u jistieden lill-Gvern tal-Iraq jikkoopera bis-sħiħ f'dik l-investigazzjoni biex iressaq lil dawk responsabbli quddiem il-ġustizzja;

7.

Jinsab imħasseb dwar l-effetti konsegwenzjali li qed iġarrab l-Iraq minħabba l-vjolenza mill-konflitt fis-Sirja, fejn ribelli ġiħadisti b'rabtiet mal-Istat Islamiku tal-Iraq, grupp militanti Sunni li jinkludi diversi movimenti, inkluż l-al-Qaeda, kisbu prominenza;

8.

Jitlob, bħala kwistjoni ta' urġenza, lil mexxejja politiċi, reliġjużi u ċivili u lill-forzi tas-sigurtà biex jibdew jaħdmu flimkien sabiex itemmu t-tixrid ta' demm u jiżguraw li ċ-ċittadini kollha tal-Iraq iħossuhom protetti b'mod ugwali;

9.

Jistieden lill-Gvern tal-Iraq u lill-mexxejja politiċi kollha jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprovdu sigurtà u protezzjoni għall-persuni kollha fl-Iraq u b'mod partikolari għall-membri ta' minoranzi vulnerabbli; jistieden lill-Gvern tal-Iraq jiżgura li l-forzi tas-sigurtà jikkonformaw mal-istat tad-dritt u mal-istandards internazzjonali;

10.

Jistieden lill-Komunità Internazzjonali u lill-UE jappoġġaw lill-Gvern tal-Iraq billi jippromwovu inizjattivi għal djalogu nazzjonali, il-konsolidament tal-istat tad-dritt u l-forniment ta' servizzi bażiċi, bl-għan li joħolqu Iraq sikur, stabbli, unifikat, prosperu u demokratiku, fejn jiġu mħarsa d-drittijiet tal-bniedem u dawk politiċi ta' kulħadd;

11.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Iraq, biex peress li s-sitwazzjoni ta' sigurtà kompliet taggrava l-problemi għall-aktar gruppi vulnerabbli bħan-nisa, iż-żgħażagħ jew l-attivisti tad-drittijiet fundamentali, inklużi l-membri tat-trade unions, jieħdu azzjoni urġenti biex jallokaw aktar riżorsi għal programmi u jtejbu s-sitwazzjoni;

12.

Iħeġġeġ id-djalogu reliġjuż bejn ir-reliġjużi Sunni u dawk Xiti bħala għodda meħtieġa għar-riżoluzzjoni tal-konflitti; iqis li t-taħditiet reċenti bejn l-Istati Uniti u l-Iran iservu wkoll bħala opportunità għall-Iraq biex jaġixxi bħala pont, peress li huwa wieħed mill-ftit pajjiżi li għandu relazzjonijiet b'saħħithom mat-tnejn li huma; jitlob lill-mexxejja Iranjani jaħdmu b'mod kostruttiv fl-istabbilizzazzjoni tar-reġjun;

13.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u l-Kunsill tar-Rappreżentanti tal-Iraq, lill-Gvern Reġjonali tal-Kurdistan, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti.


(1)  Testi adottati P7_TA(2013)0101.

(2)  Testi adottati P7_TA(2013)0022.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

L-Erbgħa, 9 ta’ Ottubru 2013

19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/95


P7_TA(2013)0404

Il-ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-BĊE dwar il-koperazzjoni rigward proċeduri relatati mal-mekkaniżmu superviżorju uniku

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar il-konklużjoni ta' ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-modalitajiet prattiċi tal-eżerċizju tar-responsabbiltà demokratika u tas-superviżjoni tal-eżerċizju tal-kompiti mogħtija lill-BĊE fl-ambitu tal-mekkaniżmu superviżorju uniku (2013/2198(ACI))

(2016/C 181/18)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittra tal-President tiegħu tat-12 ta' Settembru 2013,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-modalitajiet prattiċi tal-eżerċizju tar-responsabbiltà demokratika u tas-superviżjoni tal-eżerċizju tal-kompiti mogħtija lill-Bank Ċentrali Ewropew fil-kwadru tal-mekkaniżmu superviżorju uniku,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 127(6), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 284(3), u l-Artikolu 295,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fit-12 ta' Settembru 2013 rigward l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill li jagħti kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1) u r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali dwar proposta għal tali regolament (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew u tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Settembru 2013, waqt il-votazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-adozzjoni tal-proposta għal regolament tal-Kunsill li jagħti kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (3),

wara li kkunsidra l-Artikoli 127(1) u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0302/2013),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-ftehim anness hawn taħt u, waqt li jqis il-kontenut tal-ftehim, jiddeċiedi li jehmżu mar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-ftehim flimkien mal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi d-deċiżjoni preżenti, flimkien mal-anness, lill-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-parlamenti nazzjonali.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2013)0372.

(2)  A7-0392/2012 (rapporteur: Marianne Thyssen u rapporteur għal: Andrew Duff).

(3)  Ara l-anness għar-riżolużżjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta għal tali regolament (Testi adottati, P7_TA(2013)0372).


ANNESS

Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-modalitajiet prattiċi tal-eżerċizzju tar-responsabbiltà demokratika u tas-superviżjoni tal-eżerċizzju tal-kompiti mogħtija lill-BĊE fil-qafas tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-ftehim interistituzzjonali kif ippubblikat fil-ĠU L 320 tat-30 ta' Novembru 2013, p. 1.)


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/96


P7_TA(2013)0405

Numru u kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari, id-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u d-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari ta' kooperazzjoni u għall-Assemblej Parlamentari multilaterali

Deċizjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar is-saħħa numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u tad-delegazzjonijiet għall-kumitati għall-kooperazzjoni parlamentari u tal-Assemblej Parlamentari multilaterali (2013/2853(RSO))

(2016/C 181/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009 (1), tal-14 ta' Settembru 2009 (2), tal-15 ta' Ġunju 2010 (3) u tal-14 ta' Diċembru 2011 (4) dwar in-numru tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u tal-Assemblej Parlamentari multilaterali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 198 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jiddeċiedi li, wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, id-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt bejn l-UE u l-Kroazja mhux se tibqa' jeżisti:

2.

Jiddeċiedi li jemenda kif ġej is-saħħa numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari li ġejjin:

 

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo: 30 membru

 

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Peniżola Għarbija 19 membru

 

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Istati Uniti: 57 membru

 

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Kanada: 21 membru

 

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali: 16-il membru

 

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Ġappun: 26 membru

 

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina: 42 membru

 

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Indja: 29 membru

 

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN): 25 membru

 

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Awstralja u New Zealand 19-il membru

 

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Afrika t'Isfel 21 membru;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.


(1)  ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 136.

(2)  ĠU C 224 E, 19.8.2010, p. 36.

(3)  ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 159.

(4)  ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 132.


III Atti preparatorji

IL-PARLAMENT EWROPEW

It-Tlieta, 8 ta’ Ottubru 2013

19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/98


P7_TA(2013)0391

Il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Koperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni Ċivili bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukraina ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni dwar Sistema Globali ta’ Navigazzjoni Ċivili bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukraina (06373/2013 – C7-0070/2013 – 2012/0274(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 181/20)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (06373/2013),

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ ftehim ta’ koperazzjoni bejn l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukraina (13242/2005),

wara li kkunsidra t-talba għal kunsens preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 172 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0070/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81, 90(7) u 46(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0298/2013),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ukraina.


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/98


P7_TA(2013)0392

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: (EGF/2011/025 IT/Lombardija – Italja)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/025 IT/Lombardia mill-Italja) (COM(2013)0470 – C7-0206/2013 – 2013/2138(BUD))

(2016/C 181/21)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0470 – C7-0206/2013),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (FII tas-17 ta’ Mejju 2006) (1), u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ir-Regolament FEG) (2),

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 28 tal-FII tas-17 ta’ Mejju 2006,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0294/2013),

A.

billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex jingħata appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija u biex jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw ruħhom fis-suq tax-xogħol;

B.

billi l-kamp ta' applikazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 biex jinkludi sostenn għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali;

C.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli malajr u b’mod effiċjenti kemm jista’ jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-FEG;

D.

billi l-Italja ressqet l-applikazzjoni EGF/2011/025 IT/Lombardia għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b'segwitu għall-529 sensja fil-Lombardia, b'480 ħaddiem fil-mira tal-miżuri kofinanzjati mill-FEG, matul il-perjodu ta' referenza mill-20 ta’ Marzu 2011 sal-20 ta’ Diċembru 2011;

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG;

1.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament dwar il-FEG huma sodisfatti u li l-Italja hi għalhekk intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dak ir-Regolament;

2.

Jinnota b'dispjaċir li l-awtoritajiet Taljani ressqu l-applikazzjoni għall-kontribuzzjoni finanzjarja FEG fit-30 ta' Diċembru 2011, u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli mill-Kummissjoni fit-28 ta' Ġunju 2013; jiddispjaċih dwar il-perjodu ta’ evalwazzjoni twil ta’ 18-il xahar;

3.

Jinnota li l-Lombardia, ir-reġjun bl-akbar prosperità fl-Italja li jipproduċi 20 % tal-PDG Taljan, għandu bżonn jindirizza sfidi strutturali prinċipali aggravati mill-kriżi ekonomika u finanzjarja; jilqa' l-fatt li għat-tieni darba, il-Lombardia qed tagħmel użu mill-għajnuna tal-FEG sabiex titratta d-diffikultajiet ekonomiċi u soċjali;

4.

Jistieden lill-awtoritajiet Taljani jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tal-appoġġ mill-FEG u jinkoraġġixxu n-numru massimu ta' ħaddiema jipparteċipaw fil-miżuri; ifakkar li l-ewwel interventi tal-FEG fl-Italja kienu kkaratterizzati minn rata relattivament baxxa ta' implimentazzjoni tal-baġit l-aktar minħabba rati ta' parteċipazzjoni baxxi;

5.

Jenfasizza li l-Kummissjoni diġà rrikonoxxiet l-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja fuq is-settur tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni(ICT) u li l-FEG appoġġa ħaddiema li ngħataw is-sensja f'dan is-settur (każijiet: EGF/2011/016 IT/Agile u EGF/2010/012 NL/Noord Holland);

6.

Jinnota li s-settur Taljan tal-ICT ilu jbati minn kompetizzjoni qawwija minn pajjiżi bi prezzijiet baxxi għal dawn l-aħħar għaxar snin; jirrikonoxxi l-ħtieġa li s-settur jerġa' jiġi organizzat mill-ġdid minħabba l-ħolqien rapidu ta' teknoloġiji ġodda bħall-cloud computing, tipi differenti ta' servizzi elettroniċi, netwerks soċjali li ilhom rikonoxxuti bħala sfida għal għadd ta' snin; jinnota li d-distakk diġitali bejn l-Italja u pajjiżi Ewropej ewlenin kif ukoll pajjiżi oħra fid-dinja twessa' aktar minħabba t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kkawżat mill-kriżi; jinnota li dawk l-iżviluppi kollha wasslu għat-tnaqqis fil-persunal fis-settur tal-ICT fin-negozji Taljani mill-2009;

7.

Jilqa' pożittivament il-fatt li, biex il-ħaddiema jingħataw assistenza rapida, l-awtoritajiet Taljani ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tal-miżuri personalizzati fl-1 ta' Marzu 2012, ferm qabel id-deċiżjoni finali dwar l-għoti tal-appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost;

8.

Jinnota li sabiex l-impatt soċjali tas-sensji fis-settur tal-ICT ikun limitat, ġew użati b'mod estensiv xbieki ta' sigurtà soċjali bħall-fond għall-kumpens tal-pagi (CIG) li pprovdew benefiċċji finanzjarji lill-ħaddiema bħala kumpens għall-pagamenti tas-salarji; jinnota b'sodisfazzjoni li l-awtoritajiet Taljani ma talbu l-ebda appoġġ tal-FEG biex jiffinanzjaw l-allowances għas-sussistenza;

9.

Jinnota li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi kofinanzjat, jinkludi miżuri għall-integrazzjoni mill-ġdid ta' 480 ħaddiem lura f'impjieg, bħal tekniki tal-intervisti, it-tfassil ta' profili ta' ħiliet, id-definizzjoni tal-perkors, il-monitoraġġ, il-koordinazzjoni u l-ġestjoni tal-pjan ta' intervent personali, tutoring u gwida dwar ix-xogħol, l-esplorazzjoni ta' opportunitajiet ta' xogħol ma' impjegaturi ġodda, it-tqabbil ta' ħiliet mal-impjiegi, servizz ta' mentoring matul l-ewwel fażi ta' impjieg ġdidu pariri u appoġġ għal impjieg indipendenti, tutoring u appoġġ matul l-apprendistat;

10.

Jinnota li miżuri ta' taħriġ u taħriġ mill-ġdid mhumiex inklużi fil-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati minħabba l-fatt li dawk il-miżuri se jkunu ffinanzjati permezz ta' sorsi reġjonali;

11.

Jilqa' l-fatt li s-sħab soċjali, u partikolarment trejdjunjins fil-livell lokali (CGIL, CISL, UIL, CISAL) (3), ġew ikkonsultati dwar it-tfassil tal-miżuri tal-pakkett koordinat tal-FEG; li politika ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni se jiġu applikati matul id-diversi fażijiet tal-implimentazzjoni tal-FEG u aċċess għalih;

12.

Ifakkar fl-importanza li tittejjeb l-impjegabilità tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, iżda wkoll għall-ambjent kummerċjali reali;

13.

Jinnota li l-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati, wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, jinkludi miżuri relatati mal-parir dwar il-karrieri u l-ippjanar, mentoring, tqabbil ta' ħiliet u xogħol kif ukoll appoġġ għall-impjieg indipendenti u l-apprendistat;

14.

Jinnota li l-informazzjoni mogħtija dwar il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandhom jiġu ffinanzjati mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; jisħaq li l-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dik id-data fir-rapporti annwali tagħha sabiex ikun żgurat ir-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma jkun hemm l-ebda duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

15.

Jitlob li l-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi neċessarji biex itejbu l-arranġamenti proċedurali sabiex jaċċeleraw il-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza l-proċedura mtejba implimentata mill-Kummissjoni, b'segwitu għat-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni għall-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG; jittama li jiġi integrat aktar titjib proċedurali u li jinkisbu effiċjenza, trasparenza u viżibilità akbar tal-FEG;

16.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa l-integrazzjoni mill-ġdid f'impjieg stabbli ta' ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-fatt li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri attivi fis-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjieg sostenibbli u fit-tul; itenni li l-assistenza mill-FEG ma għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma l-kompetenza tal-kumpaniji skont id-dritt nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas ma għandha tissostitwixxi l-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

17.

Jilqa' l-ftehim li ntlaħaq fil-Kunsill dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tar-regolament FEG, għall-perjodu 2014-2020, il-kriterju tal-mobilizzazzjoni b'rabta mal-kriżi, li jippermetti l-għoti ta' assistenza finanzjarja lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali apparti lil dawk li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba bidliet fix-xejriet kummerċjali dinjija;

18.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

(3)  CGIL (Confederazione generale italiana del lavoro), CISL (Confederazione italiana sindacati lavoratori), UIL (Unione italiana del lavoro), CISAL (Confederazione Italiana Sindacati Autonomi Lavoratori).


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/025 IT/Lombardia mill-Italja)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2013/526/UE.)


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/102


P7_TA(2013)0393

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2012/008 IT/DE TOMASO AUTOMOBILI – Italja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (l-applikazzjoni EGF/2012/008 IT/De Tomaso Automobili mill-Italja) (COM(2013)0469 – C7-0207/2013 – 2013/2139(BUD))

(2016/C 181/22)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0469 – C7-0207/2013),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2),

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0292/2013),

A.

billi l-Unjoni stabbilixxiet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex jingħata appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji u biex jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw ruħhom fis-suq tax-xogħol;

B.

billi l-kamp ta' applikazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali;

C

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u wara li jkun ġie kkunsidrat kif dovut il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-FEG;

D.

billi l-Italja ressqet l-applikazzjoni EGF/2012/008 IT/De Tomaso Automobili għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b'segwitu għall-1 030 sensja fil-kumpanija De Tomaso Automobili S.p.A. b'1 010 ħaddiema destinatarji ta' miżuri kofinanzjati mill-FEG, matul il-perjodu ta' referenza mill-5 ta' Lulju 2012 sat-28 ta' Awwissu 2012;

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEG;

1.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament FEG ġew sodisfatti u li, għalhekk, l-Italja hi intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dak ir-Regolament;

2.

Jinnota li l-awtoritajiet Taljani ressqu l-applikazzjoni għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fil-5 ta' Novembru 2012 u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli mill-Kummissjoni Ewropea fit-28 ta' Ġunju 2013; jilqa' l-perjodu ta' valutazzjoni relattivament rapidu ta' 7 xhur;

3.

Jinnota li l-1 030 sensja f'De Tomaso Automobili S.p.A., manifattur awtomobilistiku fl-Italja, kienu kkawżati minn bidliet fit-tendenzi ġeografiċi ta' konsum, b'mod partikolari t-tkabbir rapidu fis-swieq Asjatiċi li l-produtturi tal-Unjoni huma anqas kapaċi jibbenefikaw minnu, peress li tradizzjonalment il-pożizzjoni tagħhom f'dawn is-swieq hi anqas tajba milli fi mkejjen oħra, flimkien mat-tnaqqis fid-disponibilità tal-kreditu li segwa l-kriżi ekonomika u finanzjarja u li qiegħed piż żejjed fuq l-impriża, li ma setgħatx issib soluzzjoni li trendi qligħ u daħlet fi proċedimenti ta' likwidazzjoni f'April 2012;

4.

Jenfasizza li l-Kummissjoni diġà rrikonoxxiet l-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja fuq is-settur awtomobilistiku u li dan is-settur kellu l-akbar numru ta' applikazzjonijiet (16) għall-appoġġ tal-FEG, fejn 7 minnhom huma bbażati fuq globalizzazzjoni marbuta man-negozju (3);

5.

Jistieden lill-awtoritajiet Taljani jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tal-appoġġ mill-FEG u jinkoraġġixxu n-numru massimu ta' ħaddiema jipparteċipaw fil-miżuri; ifakkar li l-ewwel interventi tal-FEG fl-Italja batew minn rata relattivament baxxa ta' implimentazzjoni tal-baġit, l-aktar minħabba r-rati ta' parteċipazzjoni baxxi;

6.

Jenfasizza l-fatt li s-sensji minn De Tomaso Automobili huma mifruxin fir-reġjuni tal-Pjemonte u t-Toskana, u b'mod partikolari fil-provinċji ta' Turin u Livorno, fejn kienu jinsabu l-impjanti ta' produzzjoni ta' De Tomaso Automobili S.p.A.;

7.

Jilqa' pożittivament il-fatt li, biex il-ħaddiema jingħataw assistenza rapida, l-awtoritajiet Taljani ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tal-miżuri personalizzati fil-15 ta' Jannar 2013, ferm qabel id-deċiżjoni finali dwar l-għoti tal-appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost;

8.

Jinnota li s-sensji kienu koperti mill-fond għall-kumpens tal-pagi (CIG), xibka tas-sigurtà soċjali Taljana, li pprovda benefiċċji finanzjarji lill-ħaddiema bħala kumpens għall-pagamenti tas-salarji; jinnota li l-awtoritajiet Taljani talbu l-appoġġ tal-FEG sabiex jiffinanzjaw allowances għas-sussistenza, li għandhom madankollu valur addizzjonali għall-pagamenti tas-siġurtà soċjali normalment previsti fid-dritt Taljan dwar ix-xogħol għall-persuni qiegħda;

9.

Ifakkar li fil-futur il-FEG għandu jkun primarjament allokat għat-taħriġ u t-tiftix ta' impjieg kif ukoll għall-programmi ta' orjentazzjoni professjonali, u li l-kontribut finanzjarju tiegħu għall-allowances għandu dejjem ikun ta' natura addizzjonali u b'mod parallel ma' dak previst fid-dritt nazzjonali jew fil-ftehimiet kollettivi għall-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja; ifakkar f'dan il-kuntest il-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali Nru 7/2013 dwar il-FEG li 'Terz tal-finanzjament mill-FEG jikkumpensa l-iskemi nazzjonali ta' appoġġ għall-introjtu tal-ħaddiema, mingħajr l-ebda valur miżjud tal-UE' u r-rakkomandazzjoni li tali miżuri għandhom ikunu limitati fil-futur;

10.

Jinnota li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi kofinanzjat jinkludi miżuri għall-integrazzjoni mill-ġdid ta' 1 010 ħaddiema f'pożizzjoni ta' impjieg, bħal gwida vokazzjonali, għajnuna għar-rikollokament u t-tiftix ta' xogħol, taħriġ, taħriġ mill-ġdid u taħriġ vokazzjonali, miżuri ta' akkumpanjament lejn il-ħolqien ta' negozju, kontribuzzjoni għall-bidu ta' negozju, benefiċċji għall-impjegar, allowance għat-tiftix ta' xogħol, kontribuzzjonijiet lejn spejjeż speċjali, bħall-kontribuzzjoni għal min jieħu ħsieb persuni dipendenti u l-kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar;

11.

Jilqa' pożittivament il-fatt li s-sħab soċjali, u b'mod partikolari t-trade unions fil-livell lokali, ġew ikkonsultati dwar id-disinn tal-miżuri tal-pakkett koordinat tal-FEG; jinnota li politika ta' parità bejn in-nisa u l-irġiel, kif ukoll il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni se jiġu applikati matul id-diversi fażijiet tal-implimentazzjoni tal-FEG u fl-aċċess għalih;

12.

Jilqa' l-fatt li s-sħab soċjali kienu kkonsultati dwar it-tfassil tal-pakkett; jilqa' l-fatt li kumitat tat-tmexxija se jissorvelja l-implimentazzjoni tal-pakkett;

13.

Ifakkar fl-importanza li tittejjeb l-impjegabilità tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, iżda wkoll għall-ambjent kummerċjali reali;

14.

Jistieden lill-Istati Membri biex f'applikazzjonijiet futuri jinkludu l-informazzjoni li ġejja dwar il-miżuri ta' taħriġ biex ikunu appoġġati mill-FEG: it-tipi ta' taħriġ provdut, f'liema setturi ta' taħriġ huwa pprovdut, jekk l-offerta tissodisfax il-bżonnijiet previsti f’termini ta’ ħiliet fir-reġjun/lokalità u jekk hix allinjata mal-prospetti ekonomiċi futuri tar-reġjun;

15.

Jikkonstata li l-informazzjoni mogħtija dwar il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandhom jiġu ffinanzjati mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; jisħaq fuq il-fatt li l-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dik id-data fir-rapporti annwali tagħha b'mod li jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u jiġi garantit li ma tkun tista' sseħħ l-ebda duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

16.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi neċessarji biex itejbu l-arranġamenti proċedurali sabiex tiġi aċċelerata l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza l-proċedura mtejba implimentata mill-Kummissjoni, b'segwitu għat-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bil-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni għall-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG; jittama li fir-Regolament il-ġdid dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014–2020) jiġi integrat titjib proċedurali ulterjuri, u li jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza u viżibilità tal-FEG;

17.

Jisħaq fuq il-fatt li, bi qbil mal-Artikolu 6 tar-Regolament FEG, għandu jiġi żgurat li l-FEG jappoġġa r-riintegrazzjoni f'impjieg stabbli tal-ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-fatt li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri attivi fis-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjieg sostenibbli u fit-tul; itenni li l-assistenza mill-FEG m'għandha tieħu post la tal-azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji bis-saħħa tad-dritt nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas tal-miżuri għar-ristrutturar ta’ kumpaniji jew setturi;

18.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

19.

Jilqa' l-ftehim li ntlaħaq fil-Kunsill dwar ir-riintroduzzjoni fir-Regolament FEG, għall-perjodu 2014-2020, tal-kriterju tal-mobilizzazzjoni minħabba l-kriżi, li jippermetti l-provvista ta' għajnuna finanzjarja għall-ħaddiema li jingħataw is-sensja b'riżultat tal-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali, minbarra dawk li jitilfu l-impjieg b'riżultat ta' bidliet fl-andament tal-kummerċ globali;

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

21.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

(3)  EGF/2012/008 De Tomaso Automobili (is-suġġett ta' din il-proposta għal deċiżjoni), EGF/2012/005 Saab Automotive (COM(2012)0622), EGF/2009/013 Karmann (COM(2010)0007), EGF/2008/004 Castilla y Leon Aragon (COM(2009)0150), EGF/2008/002 Delphi (COM(2008)0547), EGF/2007/010 Lisboa Alentejo (COM(2008)0094), EGF/2007/001 PSA Suppliers (COM(2007)0415).


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (l-applikazzjoni EGF/2012/008 IT/De Tomaso Automobili mill-Italja)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2013/514/UE.)


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/105


P7_TA(2013)0397

Ir-responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera għall-infurzar tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera għall-infurzar tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE (COM(2012)0134 – C7-0083/2012 – 2012/0065(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 181/23)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0134),

having regard to Article 294(2) wara li kkunsidra Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0083/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2012 (1),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Ġunju 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport (A7-0037/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (2);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 299, 4.10.2012, p. 153.

(2)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-13 ta' Marzu 2013 (Testi adottati P7_TA(2013)0080).


P7_TC1-COD(2012)0065

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ottubru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera għall-konformità mal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu 2006 u l-infurzar tagħha

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva 2013/54/UE.)


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/106


P7_TA(2013)0398

Il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-8 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati (COM(2012)0788 – C7-0420/2012 – 2012/0366(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 181/24)

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

It-twissijiet tas-saħħa jservu bħala parti minn strateġija kontra t-tipjip organizzata, effettiva u fuq żmien twil, b’ambitu u objettivi definiti sewwa.

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Id-daqs tas-suq intern tat-tabakk u prodotti relatati, ix-xejra li qed tikber tal-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk li jikkonċentraw il-produzzjoni għall-Unjoni kollha f’numru żgħir biss ta’ impjanti tal-produzzjoni fl-Istati Membri u l-kummerċ transkonfinali sinifikanti konsegwenti tat-tabakk u prodotti relatati, jitolbu għal azzjoni leġiżlattiva fil-livell tal-Unjoni minflok f'dak nazzjonali biex jinkiseb it-tħaddim mingħajr xkiel tas-suq intern.

(6)

Id-daqs tas-suq intern tat-tabakk u prodotti relatati, ix-xejra li qed tikber tal-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk li jikkonċentraw il-produzzjoni għall-Unjoni kollha f’numru żgħir biss ta’ impjanti tal-produzzjoni fl-Istati Membri u l-kummerċ transkonfinali sinifikanti konsegwenti tat-tabakk u prodotti relatati, jitolbu għal azzjoni leġiżlattiva iktar qawwija fil-livell tal-Unjoni biex jinkiseb it-tħaddim mingħajr xkiel tas-suq intern.

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Tinħtieġ ukoll azzjoni leġiżlattiva fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata l-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk (minn hawn 'il quddiem: (“FCTC”) ta' Mejju 2003 li għaliha huma Partijiet l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha . Ta' rilevanza huma b'mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha (ir-regolamentazzjoni tal-kontenuti tal-prodotti tat-tabakk), l-Artikolu 10 (ir-regolamentazzjoni dwar l-informazzjoni li trid tidher fuq il-prodotti tat-tabakk), l-Artikolu 11 (l-ippakkjar u l-ittikkettjar tal-prodotti tat-tabakk), l-Artikolu 13 (ir-reklamar) u l-Artikolu 15 (il-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk). Ġie adottat b'kunsens, sett ta' linji gwida għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-FCTC, waqt diversi Konferenzi tal-Partijiet għall-FCTC bl-appoġġ tal-Unjoni u tal-Istati Membri.

(7)

Tinħtieġ ukoll azzjoni leġiżlattiva fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata l-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO bħala punt ta' riferiment dwar il-Kontroll tat-Tabakk (“FCTC”) ta' Mejju 2003. L-Istati Membri kollha u l-Unjoni Ewropea nnifisha ffirmaw u rratifikaw l-FCTC u bħala riżultat huma marbuta skont il-liġi internazzjonali bid-dispożizzjonijiet tagħha. Ta' rilevanza partikolari huma l-Artikolu 9 tagħha (ir-regolamentazzjoni tal-kontenuti tal-prodotti tat-tabakk), l-Artikolu 10 (ir-regolamentazzjoni dwar l-informazzjoni li trid tidher fuq il-prodotti tat-tabakk), l-Artikolu 11 (l-ippakkjar u l-ittikkettjar tal-prodotti tat-tabakk), l-Artikolu 13 (ir-reklamar) u l-Artikolu 15 (il-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk). Ġie adottat b'kunsens, sett ta' linji gwida għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-FCTC, waqt diversi Konferenzi tal-Partijiet għall-FCTC bl-appoġġ tal-Unjoni u tal-Istati Membri.

Emenda 4

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Skont l-Artikolu 114(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem: “it-Trattat”), għandu jittieħed bħala bażi livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, filwaqt li jitqies, b'mod partikolari, kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. Il-prodotti tat-tabakk mhumiex komoditajiet ordinarji u minħabba l-effetti partikolarment dannużi tat-tabakk, il-protezzjoni tas-saħħa għandha tingħata importanza kbira, b’mod partikolari, biex titnaqqas il-prevalenza tat-tipjip fost iż-żgħażagħ.

(8)

Skont l-Artikolu 114(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”), għandu jittieħed bħala bażi livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, filwaqt li jitqies, b'mod partikolari, kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. Il-prodotti tat-tabakk mhumiex komoditajiet ordinarji u minħabba l-effetti partikolarment dannużi tat-tabakk, il-protezzjoni tas-saħħa għandha tingħata importanza kbira, b’mod partikolari, biex titnaqqas il-prevalenza tat-tipjip fost iż-żgħażagħ. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri għandhom jippromwovu kampanji ta' prevenzjoni mit-tipjip, speċjalment fl-iskejjel u permezz tal-media. F’konformità mal-prinċipju ta’ responsabilità tal-produttur, il-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk għandhom ikunu responsabbli għall-ispejjeż kollha tas-saħħa li jirriżultaw mill-konsum tat-tabakk.

Emenda 5

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

Meta jitqies li f’bosta Stati Membri proporzjonijiet kbar ta’ persuni li jpejpu diffiċli jieqfu milli jpejpu għalkollox, il-leġiżlazzjoni għandha tqis id-dritt tagħhom li jkunu jafu oġġettivament l-impatt li l-użu potenzjali tat-tabakk għandu fuq saħħithom, u din l-informazzjoni jirċevuha wkoll permezz tal-pakkett tal-prodott li aktarx jużaw.

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Sabiex jitkejjel il-kontenut tal-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju, għandha ssir referenza għall-istandards ISO 4387, 10315 u 8454, li huma standards rikonoxxuti internazzjonalment. Għal emissjonijiet oħra ma jeżistux standards jew testijiet miftiemha internazzjonalment biex jiġi kkwantifikat il-kontenut, iżda qegħdin isiru sforzi sabiex dawn jiġu żviluppati.

(10)

Sabiex jitkejjel il-kontenut tal-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju, għandha ssir referenza għall-istandards ISO 4387, 10315 u 8454, li huma standards rikonoxxuti internazzjonalment. Għal emissjonijiet oħra ma jeżistux standards jew testijiet miftiehma internazzjonalment biex jiġi kkwantifikat il-kontenut, iżda l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxu attivament l-isforzi li qed isiru fil-livell internazzjonali sabiex jiġu żviluppati tali standards jew testijiet.

Emenda 7

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)

Ġie ppruvat li l-Polonju 210 huwa sustanza karċinoġena sinifikanti fit-tabakk. Il-preżenza tiegħu fis-sigaretti tista' tiġi eliminata kważi kompletament permezz ta' għadd ta' miżuri sempliċi. Hu għalhekk xieraq li jiġi stabbilit rendiment massimu għall-Polonju 210 li jwassal għal tnaqqis ta' 95 % tal-medja attwali tal-kontenut tal-Polonju 210 fis-sigaretti. Għandu jiġi żviluppat standard ISO li jkejjel il-Polonju 210 fit-tabakk.

Emenda 8

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Fir-rigward tal-iffissar tal-kontenut massimu, jista’ jkun meħtieġ u xieraq li aktar tard jiġi adattat il-kontenut stabbilit jew li jiġu ffissati l-livelli limiti massimi għall-emissjonijiet, filwaqt li jitqiesu t-tossiċità jew l-effett ta' dipendenza tagħhom.

(11)

Fir-rigward tal-iffissar tar-rendimenti massimi, jista’ jkun meħtieġ u xieraq li aktar tard jitnaqqsu r-rendimenti stabbiliti jew li jiġu ffissati l-limiti massimi għall-emissjonijiet, filwaqt li jitqiesu t-tossiċità jew l-effett ta' dipendenza tagħhom.

Emenda 9

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

L-użu attwali ta’ formati differenti ta' rappurtar jagħmilha diffiċli għall-manifatturi u l-importaturi biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta' rappurtar u huwa ta' piż għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni biex iqabblu, janalizzaw u jfasslu l-konklużjonijiet mill-informazzjoni li jkunu rċevew. F’dan id-dawl għandu jkun hemm format obbligatorju komuni għar-rappurtar tal-ingredjenti u l-emissjonijiet. L-akbar trasparenza possibbli dwar l-informazzjoni tal-prodott għandha tiġi żgurata għall-pubbliku ġenerali, filwaqt li jiġi żgurat li jitqiesu kif xieraq id-drittijiet kummerċjali u ta' proprjetà intelletwali tal-manufatturi tal-prodotti tat-tabakk.

(13)

L-użu attwali ta’ formati differenti ta' rappurtar jagħmilha diffiċli għall-manifatturi u l-importaturi biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta' rappurtar u huwa ta' piż għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni biex iqabblu, janalizzaw u jfasslu l-konklużjonijiet mill-informazzjoni li jkunu rċevew. F’dan id-dawl għandu jkun hemm format obbligatorju komuni għar-rappurtar tal-ingredjenti u l-emissjonijiet. L-akbar trasparenza possibbli dwar l-informazzjoni tal-prodott għandha tiġi żgurata għall-pubbliku ġenerali, filwaqt li jiġi żgurat li jitqiesu kif xieraq id-drittijiet kummerċjali u ta' proprjetà intellettwali tal-manufatturi tal-prodotti tat-tabakk , b'mod partikolari id-drittijiet tal-impriżi ta' daqs żgħir u medju (SME's) .

Emenda 10

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

In-nuqqas ta’ approċċ armonizzat fuq ir-regolamentazzjoni tal-ingredjenti jaffettwa t-tħaddim tas-suq intern u għandu impatt fuq il-moviment liberu tal-prodotti mal-UE kollha. Ċerti Stati Membri adottaw leġiżlazzjoni jew daħlu fi ftehimiet vinkolanti mal-industrija li jippermettu jew jipprojbixxu ċerti ingredjenti. Bħala riżultat, xi ingredjenti huma rregolati f'xi Stati Membri, iżda mhux f'oħrajn. L-Istati Membri qegħdin ukoll jieħdu approċċi differenti fir-rigward tal-addittivi integrati fil-filtru tas-sigaretti kif ukoll tal-addittivi koloranti tad-duħħan tat-tabakk. Mingħajr armonizzazzjoni, l-ostakli fis-suq intern huma mistennija li jiżdiedu fis-snin li ġejjin meta titqies l-implimentazzjoni tal-FCTC u l-linji gwida tagħha u meta titqies l-esperjenza miksuba f’ġurisdizzjonijiet oħra barra l-Unjoni. Il-linji gwida dwar l-Artikoli 9 u 10 tal-FCTC jitolbu partikolarment it-tneħħija tal-ingredjenti li jżidu l-palat, joħolqu l-impressjoni li prodotti tat-tabakk għandhom benefiċċji għas-saħħa, huma assoċjati mal-enerġija u l-vitalità jew ikollhom proprjetajiet koloranti.

(14)

In-nuqqas ta’ approċċ armonizzat fuq ir-regolamentazzjoni tal-ingredjenti jaffettwa t-tħaddim tas-suq intern u għandu impatt fuq il-moviment liberu tal-prodotti mal-UE kollha. Ċerti Stati Membri adottaw leġiżlazzjoni jew daħlu fi ftehimiet vinkolanti mal-industrija li jippermettu jew jipprojbixxu ċerti ingredjenti. Bħala riżultat, xi ingredjenti huma rregolati f'xi Stati Membri, iżda mhux f'oħrajn. L-Istati Membri qegħdin ukoll jieħdu approċċi differenti fir-rigward tal-addittivi integrati fil-filtru tas-sigaretti kif ukoll tal-addittivi koloranti tad-duħħan tat-tabakk. Mingħajr armonizzazzjoni, l-ostakli fis-suq intern huma mistennija li jiżdiedu fis-snin li ġejjin meta titqies l-implimentazzjoni tal-FCTC u l-linji gwida tagħha u meta titqies l-esperjenza miksuba f’ġurisdizzjonijiet oħra barra l-Unjoni. Il-linji gwida dwar l-Artikoli 9 u 10 tal-FCTC jitolbu partikolarment it-tneħħija tal-ingredjenti li jżidu l-palat, joħolqu l-impressjoni li prodotti tat-tabakk għandhom benefiċċji għas-saħħa, huma assoċjati mal-enerġija u l-vitalità jew ikollhom proprjetajiet koloranti. Għandhom jitneħħew ukoll l-ingredjenti li jżidu d-dipendenza u t-tossiċità.

Emenda 11

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)

Sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem għandha ssir valutazzjoni dwar is-sikurezza tal-addittivi għall-użu fil-prodotti tat-tabakk. L-addittivi għandhom jiġu permessi għall-użu fil-prodotti tat-tabakk biss jekk ikunu inklużi f’lista tal-Unjoni ta’ addittivi awtorizzati. Dik il-lista għandha tindika wkoll kwalunkwe kundizzjoni jew restrizzjoni dwar l-użu tal-addittivi permessi. Il-prodotti tat-tabakk li jkun fihom addittivi mhux inklużi fil-lista tal-Unjoni jew li jintużaw b'mod li ma jikkonformax ma' din id-Direttiva m'għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.

Emenda 12

Proposta għal direttiva

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)

Hu importanti mhux biss li jitqiesu l-proprjetajiet ta' addittivi fihom infushom, imma wkoll tal-prodotti tagħhom meta jinħarqu. L-addittivi, kif ukoll il-prodotti ta’ kombustjoni tagħhom, m'għandomx jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala dannużi skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet  (2) .

Emenda 13

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

Il-probabbiltà tar-regolamentazzjoni diverġenti qed tiżdied aktar minħabba t-tħassib dwar il-prodotti tat-tabakk , inklużi l-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux, li jkollhom togħma karatterizzanti oħra għajr it-tabakk, li jistgħu jiffaċilitaw il-bidu tal-konsum tat-tabakk jew jaffettwaw ix-xejriet tal-konsum. Pereżempju, f’ħafna pajjiżi, il-bejgħ ta' prodotti mentolati żdied gradwalment anki jekk il-prevalenza tat-tipjip naqset b'mod ġenerali. Għadd ta' studji indikaw li l-prodotti tat-tabakk mentolati jistgħu jiffaċilitaw l-inalazzjoni kif ukoll il-bidu tat-tipjip fost iż-żagħżagħ. Għandhom jiġu evitati l-miżuri li jintroduċu differenzi mhux ġustifikati tat-trattament bejn is-sigaretti mħawra (eż. is-sigaretti bil-mentol u bl-imsiemer tal-qronfol).

(15)

Il-probabbiltà tar-regolamentazzjoni diverġenti qed tiżdied aktar minħabba t-tħassib dwar il-prodotti tat-tabakk li jkollhom togħma karatterizzanti oħra għajr it-tabakk, li jistgħu jiffaċilitaw il-bidu tal-konsum tat-tabakk jew jaffettwaw ix-xejriet tal-konsum. Pereżempju, f’ħafna pajjiżi, il-bejgħ ta' prodotti mentolati żdied gradwalment anki jekk il-prevalenza tat-tipjip naqset b'mod ġenerali. Għadd ta' studji indikaw li l-prodotti tat-tabakk mentolati jistgħu jiffaċilitaw l-inalazzjoni kif ukoll il-bidu tat-tipjip fost iż-żagħżagħ. Għandhom jiġu evitati l-miżuri li jintroduċu differenzi mhux ġustifikati tat-trattament bejn is-sigaretti mħawra (eż. is-sigaretti bil-mentol u bl-imsiemer tal-qronfol).

Emenda 14

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Il-projbizzjoni tal-prodotti tat-tabakk b'togħmiet karatterizzanti ma tipprojbixxix għal kollox l-użu ta' addittivi individwali, iżda tobbliga lill-manifatturi biex inaqqsu l-addittiv jew it-taħlita ta' addittivi sal-punt li l-addittivi ma jibqgħux jirriżultaw f'togħma karatterizzanti. L-użu ta' addittivi meħtieġa għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk għandu jitħalla, sakemm dawn ma jirriżultawx f'togħma karatterizzanti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni dwar it-togħmiet karatterizzanti. Għandhom jintużaw bordijiet indipendenti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni biex jassistu fit-tali teħid ta’ deċiżjonijiet. L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva ma għandhiex tiddiskrimina bejn il-varjetajiet tat-tabakk differenti.

imħassar

Emenda 15

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

Ċerti addittivi jintużaw biex joħolqu l-impressjoni li l-prodotti tat-tabakk huma ta' benefiċċju għas-saħħa, jippreżentaw inqas periklu għas-saħħa jew iżidu l-istat ta' viġilanza u l-prestazzjoni fiżika. Dawn l-addittivi għandhom jiġu pprojbiti sabiex jiġu żgurati regoli uniformi u livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa.

(17)

Ċerti addittivi jintużaw biex joħolqu l-impressjoni li l-prodotti tat-tabakk huma ta' benefiċċju għas-saħħa, jippreżentaw inqas periklu għas-saħħa jew iżidu l-istat ta' viġilanza u l-prestazzjoni fiżika. Sabiex jiġu żgurati regoli uniformi u livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, dawk l-addittivi m'għandhomx jiġu approvati. Barra minn hekk, l-addittivi li jagħtu togħma karaterizzanti m'għandhomx ikunu approvati. Dan m'għandux jirriżulta fil-projbizzjoni tal-użu tal-addittivi individwali kollha. Il-manifatturi, madankollu, għandhom jintalbu jnaqqsu l-użu ta' addittiv jew kumbinazzjoni ta' addittivi għal tali punt li l-addittivi ma jibqgħux jirriżultaw f'togħma karatterizzanti. Għandu jkun possibbli li jiġi approvat l-użu ta' addittivi li huma essenzjali għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk, sakemm dawk l-addittivi ma jirriżultawx f'togħma karatterizzanti u ma jkunux marbuta mal-attrazzjoni ta' tali prodotti..

Emenda 16

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)

Ammont dejjem jiżdied ta’ persuni, li l-parti l-kbira minnhom huma tfal, isofru mill-ażma u allerġiji varji. Mhux il-kawżi kollha tal-ażma huma mifhuma, kif indikat mid-WHO, iżda jeħtieġ li l-fatturi ta' riskju, inklużi l-allerġeni, it-tabakk u l-irritanti kimiċi, jiġu evitati sabiex titjieb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.

Emenda 17

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Meta wieħed jikkunsidra l-fokus tad-Direttiva fuq iż-żgħażagħ, il-prodotti tat-tabakk għajr is-sigaretti, it-tabakk tal-brim u t-tabakk li ma jdaħħanx li prinċipalment jiġu kkunsmati minn konsumaturi ta' età akbar, għandhom jingħataw eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' ċerti ingredjenti sakemm ma jkunx hemm bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi f'termini ta' volumi ta' bejgħ jew xejriet tal-konsum fir-rigward taż-żgħażagħ.

(18)

Meta wieħed jikkunsidra l-fokus tad-Direttiva fuq iż-żgħażagħ, il-prodotti tat-tabakk għajr is-sigaretti, it-tabakk tal-brim u t-tabakk tal-pipa tal-ilma li prinċipalment jiġu kkunsmati minn konsumaturi ta' età akbar, għandhom jingħataw eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' ċerti ingredjenti sakemm ma jkunx hemm bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi f'termini ta' volumi ta' bejgħ jew xejriet tal-konsum fir-rigward taż-żgħażagħ.

Emenda 18

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)

L-Istati Membri għandhom jitħeġġu, jekk ma għamlux dan diġà, jifformulaw il-liġijiet nazzjonali tagħhom dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ b’tali mod li l-prodotti tat-tabakk ma jistgħux jinbiegħu liż-żgħażagħ taħt it-18-il sena, jew jiġu kkunsmati minnhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li dawn il-projbizzjonijiet jiġu rispettati;

Emenda 19

Proposta għal direttiva

Premessa 18b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b)

L-FCTC fl-Artikolu 16 jirreferi għar-responsabilità tal-Partijiet fil-Konvenzjoni biex jindirizzaw prodotti mmirati lejn konsumaturi taħt l-età, bħal prodotti tal-ikel u ġugarelli fil-forma ta’ prodotti tat-tabakk li jistgħu għall-minuri. Fis-snin reċenti, bosta prodotti, bħax-shisha vaping sticks, tpoġġew fis-suq; dawn ma fihomx nikotina iżda għandhom il-forma ta’ sigaretti u jipprovaw jimitaw il-proċess tat-tipjip permezz ta’ sustanzi ta’ vaporizzar, li n-natura innokwa tagħhom għadha mhijiex ipprovata xjentifikament, u permezz ta’ dawl elettriku li jimita l-proċess ta’ ħruq ta’ sigarett. Tali oġġetti huma prodotti b’mod ċar biex jappellaw liż-żgħażagħ u lill-konsumaturi taħt l-età, u dejjem qed isiru aktar popolari minn minuri f’bosta Stati Membri. Qed jiġi espress tħassib dejjem ikbar fil-konfront tad-drawwiet maħluqa minn konsumaturi żgħażagħ u minuri permezz tal-użu ta’ tali sigaretti ta’ imitazzjoni.

Emenda 20

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

Dawn id-disparitajiet jistgħu joħolqu ostaklu għall-kummerċ u jxekklu t-tħaddim tas-suq intern tal-prodotti tat-tabakk, u għandhom għalhekk jiġu eliminati. Barra minn hekk, il-konsumaturi f'uħud mill-Istati Membri jistgħu jkunu informati aħjar dwar ir-riskji għas-saħħa tal-prodotti tat-tabbakk, milli f'oħrajn. Mingħajr azzjoni ulterjuri fil-livell tal-Unjoni, id-disparitajiet eżistenti x'aktarx jiżdiedu fis-snin li ġejjin.

(20)

Dawn id-disparitajiet jistgħu joħolqu ostaklu għall-kummerċ u jxekklu t-tħaddim tas-suq intern tal-prodotti tat-tabakk, u għandhom għalhekk jiġu eliminati. Barra minn hekk, il-konsumaturi f'uħud mill-Istati Membri jistgħu jkunu informati aħjar dwar ir-riskji għas-saħħa tal-prodotti tat-tabbakk, milli f'oħrajn. Mingħajr azzjoni armonizzanti ulterjuri fil-livell tal-Unjoni, id-disparitajiet eżistenti x'aktarx jiżdiedu fis-snin li ġejjin.

Emenda 21

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)

Jeħtieġ ukoll li d-dispożizzjonijiet tal-ittikkettjar jiġu adattati għall-evidenza xjentifika ġdida. Pereżempju l-indikazzjoni tal-kontenut għall-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju fuq il-pakketti tas-sigaretti rriżultat li hija qarrieqa billi twassal biex il-konsumaturi jemmnu li ċerti sigaretti huma anqas ta' ħsara minn oħrajn. L-evidenza tissuġġerixxi wkoll li t-twissijiet tas-saħħa kkombinati ta' daqs kbir huma aktar effettivi mit-twissijiet bil-miktub biss. F'dan id-dawl, it-twissijiet tas-saħħa kkombinati għandhom isiru obbligatorji fl-Unjoni kollha u jkopru partijiet sinifikanti u viżibbli tal-wiċċ tal-pakkett. Għandu jiġi stabbilit daqs minimu għat-twissijiet tas-saħħa kollha biex jiġu żgurati l-viżibbiltà u l-effettività tagħhom.

(22)

Jeħtieġ ukoll li d-dispożizzjonijiet tal-ittikkettjar jiġu adattati għal evidenza xjentifika ġdida. Pereżempju l-indikazzjoni tar-rendimenti għall-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju fuq il-pakketti tas-sigaretti rriżultat li hija qarrieqa billi twassal biex il-konsumaturi jemmnu li ċerti sigaretti jagħmlu anqas ħsara minn oħrajn. L-evidenza tissuġġerixxi wkoll li t-twissijiet tas-saħħa bl-istampi u bil-miktub ikkombinati ta' daqs kbir huma aktar effettivi mit-twissijiet bil-miktub biss. F'dan id-dawl, it-twissijiet tas-saħħa kkombinati għandhom isiru obbligatorji fl-Unjoni kollha u jkopru partijiet sinifikanti u viżibbli fil-parti viżiva tal-wiċċ tal-pakkett. Għandu jiġi stabbilit daqs minimu għat-twissijiet tas-saħħa kollha biex jiġu żgurati l-viżibbiltà u l-effettività tagħhom.

Emenda 22

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

Sabiex jiġu żgurati l-integrità u l-viżibbiltà tat-twissijiet tas-saħħa u tiġi mmassimizzata l-effikaċja tagħhom, għandhom isiru dispożizzjonijiet rigward id-daqs tat-twissijiet kif ukoll rigward ċerti aspetti tad-dehra tal-pakkett tat-tabakk , inkluż il-mekkaniżmu tal-ftuħ . Il-pakkett u l-prodotti jistgħu jqarrqu lill-konsumaturi, b'mod partikolari liż-żgħażagħ, billi jissuġġerixxu li l-prodotti huma anqas ta' ħsara. Pereżempju, dan huwa l-każ b'ċerti testi jew karatteristiċi, bħalma huma “qatran baxx”, “ħfief”, “ħfief ħafna”, “mhux qawwija”“naturali”, “organiċi”, “mingħajr addittivi”, “mingħajr aromi”, “irqaq” ismijiet, stampi, u sinjali ta' figuri jew oħrajn. Bl-istess mod, id-daqs u d-dehra tas-sigaretti individwali jista’ jqarraq lill-konsumaturi billi joħloq l-impressjoni lu huma ta’ anqas ħsara. Studju riċenti wera wkoll li dawk li jpejpu sigaretti rqaq kienu aktar probabbli li jemmnu li l-marka tagħhom stess tista’ tkun ta’ anqas ħsara. Dan għandu jiġi indirizzat.

(23)

Sabiex jiġu żgurati l-integrità u l-viżibbiltà tat-twissijiet tas-saħħa u tiġi mmassimizzata l-effikaċja tagħhom, għandhom isiru dispożizzjonijiet rigward id-daqs tat-twissijiet kif ukoll rigward ċerti aspetti tad-dehra tal-pakkett tat-tabakk. Il-pakkett u l-prodotti jistgħu jqarrqu lill-konsumaturi, b'mod partikolari liż-żgħażagħ, billi jissuġġerixxu li l-prodotti huma anqas ta' ħsara. Pereżempju, dan huwa l-każ b'ċerti testi jew karatteristiċi, bħalma huma “qatran baxx”, “ħfief”, “ħfief ħafna”, “mhux qawwija”“naturali”, “organiċi”, “mingħajr addittivi”, “mingħajr aromi”, “irqaq” ismijiet, stampi, u sinjali ta' figuri jew oħrajn. Bl-istess mod, id-daqs u d-dehra tas-sigaretti individwali jista’ jqarraq lill-konsumaturi billi joħloq l-impressjoni li jagħmlu anqas ħsara. Studju riċenti wera wkoll li dawk li jpejpu sigaretti rqaq kienu aktar probabbli li jemmnu li l-marka tagħhom stess tista’ tagħmel anqas ħsara. Dan għandu jiġi indirizzat.

Emenda 23

Proposta għal direttiva

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)

Il-prodotti tat-tabakk ġie dimostrat li għandhom jew li jarmu bosta sustanzi li jagħmlu ħsara jew magħrufa bħala sustanzi karċinoġeni li huma ta' dannu għas-saħħa tal-bniedem meta jinħarqu. Studji xjentifiċi taw prova ċara tal-fatt li t-tipjip passiv huwa kawża ta’ mwiet, mard u diżabilità u li t-tipjip passiv huwa perikoluż, b’mod partikolari għat-trabi qabel jitwieldu u t-tfal żgħar. It-tipjip jista’ jikkawża jew jaggrava problemi ta’ nifs f’persuni li jinalaw id-duħħan. It-twissijiet tas-saħħa, għalhekk, għandhom jiġbdu l-attenzjoni lejn il-perikli għas-saħħa tat-tipjip passiv.

Emenda 24

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)

Il-prodotti tat-tabakk għat-tipjip, għajr is-sigaretti u l-prodotti tat-tabakk tal-brim, li prinċipalment jiġu kkunsmati minn konsumaturi ta' età akbar, għandhom jingħataw eżenzjoni minn ċerti rekwiżiti tal-ittikkettjar sakemm ma jkunx hemm bidla sostanzjali ta' ċirkostanzi f'termini ta' volumi ta' bejgħ jew fix-xejriet tal-konsum fir-rigward taż-żgħażagħ. L-ittikkettjar ta' dawn il-prodotti l-oħra tat-tabakk għandu jsegwi regoli speċifiċi. Jeħtieġ li tiġi żgurata l-viżibbiltà tat-twissijiet tas-saħħa fuq prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux. It-twissijiet għandhom għalhekk jitqiegħdu fuq iż-żewġ uċuħ ewlenin tal-pakkett tal-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux.

(24)

Il-prodotti tat-tabakk għat-tipjip, għajr is-sigaretti , il-prodotti tat-tabakk tal-brim u t-tabakk tal-pipa tal-ilma , li prinċipalment jiġu kkunsmati minn konsumaturi ta' età akbar, għandhom jingħataw eżenzjoni minn ċerti rekwiżiti tal-ittikkettjar sakemm ma jkunx hemm bidla sostanzjali ta' ċirkostanzi f'termini ta' volumi ta' bejgħ jew fix-xejriet tal-konsum fir-rigward taż-żgħażagħ. L-ittikkettjar ta' dawn il-prodotti l-oħra tat-tabakk għandu jsegwi regoli speċifiċi. Jeħtieġ li tiġi żgurata l-viżibbiltà tat-twissijiet tas-saħħa fuq prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux. It-twissijiet għandhom għalhekk jitqiegħdu fuq iż-żewġ uċuħ ewlenin tal-pakkett tal-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux.

Emenda 25

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)

Qed jitqiegħdu fis-suq volumi konsiderevoli ta' prodotti illegali, li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2001/37/KE, u l-indikazzjonijiet huma li dawn il-volumi jistgħu jiżdiedu. Dawn il-prodotti jimminaw iċ-ċirkolazzjoni libera ta' prodotti konformi u l-protezzjoni prevista mil-leġiżlazzjonijiet dwar il-kontroll tat-tabakk. Barra minn hekk, l-FCTC tobbliga lill-Unjoni biex tiġġieled kontra l-prodotti illeċiti, bħala parti minn politika komprensiva għall-kontroll tat-tabakk. Għalhekk, għandha ssir dispożizzjoni biex il-pakketti bil-wieħed ta’ prodotti tat-tabakk ikunu mmarkati b'mod uniku u sikur u l-movimenti tagħhom ikunu rreġistrati sabiex dawn il-prodotti jkunu jistgħu jiġu traċċati u rintraċċati fl-Unjoni u l-konformità tagħhom ma' din id-Direttiva tkun tista' tiġi mmonitorjata u infurzata aħjar. Barra minn hekk, għandha ssir dispożizzjoni għall-introduzzjoni ta' karatteristiċi ta' sigurtà li se jiffaċilitaw il-verifika dwar jekk il-prodotti humiex awtentiċi.

(26)

Jitqiegħdu fis-suq volumi konsiderevoli ta' prodotti illegali, li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2001/37/KE, u l-indikazzjonijiet huma li dawn il-volumi jistgħu jiżdiedu. Dawn il-prodotti jimminaw iċ-ċirkolazzjoni libera ta' prodotti konformi u l-protezzjoni prevista mil-leġiżlazzjonijiet dwar il-kontroll tat-tabakk. Barra minn hekk, l-FCTC tobbliga lill-Unjoni biex tiġġieled kontra l-prodotti illeċiti, bħala parti minn politika komprensiva għall-kontroll tat-tabakk. Għalhekk, għandha ssir dispożizzjoni biex il-pakketti bil-wieħed u kwalunkwe ppakkjar estern għat-trasport ta’ prodotti tat-tabakk ikunu mmarkati b'mod uniku u sikur u l-movimenti tagħhom ikunu rreġistrati sabiex dawn il-prodotti jkunu jistgħu jiġu traċċati u rintraċċati fl-Unjoni u l-konformità tagħhom ma' din id-Direttiva tkun tista' tiġi mmonitorjata u infurzata aħjar. Barra minn hekk, għandha ssir dispożizzjoni għall-introduzzjoni ta' karatteristiċi ta' sigurtà li se jiffaċilitaw il-verifika dwar jekk il-prodotti humiex awtentiċi , u biex ikun żgurat li l-identifikaturi uniċi tal-pakketti indiviwali jkunu marbuta mal-identifikatur uniku fuq l-ippakkjar estern għat-trasport .

Emenda 26

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)

Sabiex jiġu żgurati l-indipendenza u t-trasparenza, il-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk għandhom jikkonkludu kuntratti għall-ħażna tad-dejta ma' partijiet terzi indipendenti , taħt l-awspiċji ta' awditur estern. Id-dejta relatata mas-sistema ta' provenjenza u traċċar għandha tinżamm separata minn dejta oħra relatata tal-kumpanija u tinżamm taħt kontroll u tkun aċċessibbli f’kull ħin mill-awtoritajiet kompetenti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni.

(28)

Sabiex jiġu żgurati l-indipendenza u t-trasparenza, il-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk għandhom jikkonkludu kuntratti għall-ħażna tad-dejta ma' partijiet terzi indipendenti. Il-konvenjenza ta' tali kuntratti għandha tiġi approvata u mmonitorjata mill-Kummissjoni, megħjuna minn awditur estern indipendenti . Id-dejta relatata mas-sistema ta' provenjenza u traċċar għandha tinżamm separata minn dejta oħra relatata tal-kumpanija u tinżamm taħt kontroll u tkun aċċessibbli f’kull ħin mill-awtoritajiet kompetenti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni.

Emenda 27

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/622/KEE tat-13 ta' Novembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward l-ittikkettar tal-prodotti tat-tabakk u l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti tipi ta' tabakk għall-użu orali, pprojbixxiet il-bejgħ fl-Istati Membri ta' ċerti tipi ta' tabakk għall-użu orali. Id-Direttiva 2001/37/KE kkonfermat din il-projbizzjoni. L-Artikolu 151 tal-Att ta' Adeżjoni tal-Awstrija, tal-Finlandja u tal-Isvezja jagħti lir-Renju tal-Isvezja deroga minn din il-projbizzjoni. Il-projbizzjoni tal-bejgħ tat-tabakk għall-użu orali għandha tinżamm sabiex tiġi evitata l-introduzzjoni fis-suq intern ta' prodott li jagħmlek dipendenti, għandu effetti negattivi fuq is-saħħa u jattira liż-żgħażagħ. Għal prodotti oħra tat-tabakk li ma jdaħħnux, li mhumiex prodotti għas-suq tal-massa, jitqies li regolamentazzjoni stretta fil-qasam tal-ittikkettar u tal-ingredjenti hija biżżejjed biex tikkontrolla l-espansjoni tas-suq lil hinn mill-użu tradizzjonali tagħhom.

(29)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/622/KEE tat-13 ta' Novembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward l-ittikkettar tal-prodotti tat-tabakk u l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti tipi ta' tabakk għall-użu orali, pprojbixxiet il-bejgħ fl-Istati Membri ta' ċerti tipi ta' tabakk għall-użu orali. Id-Direttiva 2001/37/KE kkonfermat din il-projbizzjoni. L-Artikolu 151 tal-Att ta' Adeżjoni tal-Awstrija, tal-Finlandja u tal-Isvezja jagħti lir-Renju tal-Isvezja deroga minn din il-projbizzjoni. Il-projbizzjoni tal-bejgħ tat-tabakk għall-użu orali għandha tinżamm sabiex tiġi evitata l-introduzzjoni fis-suq intern ta' prodott li jagħmlek dipendenti, għandu effetti negattivi fuq is-saħħa u jattira liż-żgħażagħ.

Emenda 28

Proposta għal direttiva

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a)

Minħabba l-projbizzjoni ġenerali tal-bejgħ ta' tabakk orali (snus) fl-Unjoni, m'hemmx interess transkonfinali fir-regolamentazzjoni tal-kontenut ta' snus. Ir-responsabbiltà għar-regolamentazzjoni tal-kontenut ta' snus għalhekk tinsab f'idejn l-Istat Membru fejn hu permess il-bejgħ ta' snus bi qbil mal-Artikolu 151 tal-Att ta' Adeżjoni tal-Awstrija, tal-Finlandja u tal-Isvezja. Għalhekk l-isnus għandu jiġi eżentat mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva.

Emenda 29

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)

Il-bejgħ transkonfinali bid-distanza tat-tabakk jiffaċilita l-aċċess taż-żgħażagħ għall-prodotti tat-tabakk u jhedded li jimmina l-konformità mar-rekwiżiti provduti mil-leġiżlazzjoni dwar il-kontroll tat-tabakk ta’ din id-Direttiva. Ir-regoli komuni dwar is-sistema ta' notifika huma meħtieġa biex jiżguraw li din id-Direttiva tikseb il-potenzjal sħiħ tagħha. Id-dispożizzjoni dwar in-notifika tal-bejgħ tat-tabakk transkonfinali bid-distanza f'din id-Direttiva għandha tapplika minkejja l-proċedura ta' notifika stabbilita fid-Direttiva 2001/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni. Il-bejgħ mill-bogħod ta' prodotti tat-tabakk bejn l-intrapriżi u l-konsumaturi huwa rregolat ulterjorment mid-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod, li mit-13 ta' Ġunju 2014 se tiġi sostitwita mid-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur.

(30)

Il-bejgħ transkonfinali bid-distanza tat-tabakk għandu jiġi pprojbit għax dan jiffaċilita l-aċċess taż-żgħażagħ għall-prodotti tat-tabakk u jhedded li jimmina l-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Emenda 30

Proposta għal direttiva

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a)

Id-Direttiva 2003/33/KE dwar ir-riklamar u l-patrunaġġ tal-prodotti tat-tabakk diġà tipprojbixxi d-distribuzzjoni libera ta' tali prodotti fil-kuntest tal-patrunaġġ tal-avvenimenti. Din id-Direttiva, li tirregola l-aspetti relatati mal-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u timmira li tilħaq livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-konsum tat-tabakk fost iż-żgħażagħ, testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-projbizzjoni fuq id-distribuzzjoni libera f'postijiet pubbliċi u speċifikament tipprojbixxi d-distribuzzjoni ta' materjal stampat, ta' kupuni ta' skontijiet u ta' offerti speċjali simili fil-pakketti u fit-tgeżwir.

Emenda 31

Proposta għal direttiva

Premessa 30b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30b)

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom fl-implimentazzjoni effettiva tal-Protokoll għall-FCTC sabiex jiġi eliminat il-kummerċ illegali tal-prodotti tat-tabakk. Għandhom isiru sforzi għall-prevenzjoni u t-titjib fil-kontroll tat- traffikar illegali ta’ prodotti tat-tabakk manifatturati f’pajjiżi terzi.

Emenda 32

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)

Il-prodotti kollha tat-tabakk għandhom il-potenzjal li jikkawżaw mortalità, morbożità u diżabilità u l-konsum tagħhom għandu jinżamm limitat . Għalhekk, huwa importanti li jiġu mmonitorjati l-iżviluppi rigward prodotti tat-tabakk innovattivi. L-obbligu ta’ notifika għall-prodotti ġodda tat-tabakk għandu jiġi impost fuq il-manifatturi u l-importaturi, mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-Istati Membri li jipprojbixxuhom jew jawtorizzawhom. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżvilupp u tissottometti rapport ħames snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġi vvalutat jekk humiex meħtieġa emendi għal din id-Direttiva.

(31)

Il-prodotti kollha tat-tabakk għandhom il-potenzjal li jikkawżaw mortalità, morbożità u diżabilità u  l-manifattura, id-distribuzzjoni u l-konsum tagħhom għandhom jiġu regolamentati . Għalhekk, huwa importanti li jiġu mmonitorjati l-iżviluppi rigward prodotti tat-tabakk innovattivi. L-obbligu ta’ notifika għall-prodotti ġodda tat-tabakk għandu jiġi impost fuq il-manifatturi u l-importaturi, mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-Istati Membri li jipprojbixxuhom jew jawtorizzawhom. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżvilupp u tissottometti rapport tliet snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġi vvalutat jekk humiex meħtieġa emendi għal din id-Direttiva.

Emenda 165

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)

Il-prodotti li fihom in-nikotina jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni. L-approċċi regolatorji differenti meħuda mill-Istati Membri biex jindirizzaw it-tħassib dwar is-saħħa u s-sikurezza marbuta ma’ dawn il-prodotti , għandhom impatt negattiv fuq il-funzjonament tas-suq intern, b’mod partikolari meta wieħed jikkunsidra li dawn il-prodotti huma soġġetti għal bejgħ transfkonfinali mill-bogħod sinifikanti inkluż permezz tal-internet .

(33)

Il-prodotti li fihom in-nikotina – inklużi s-sigaretti elettroniċi - jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni. Madankollu l-Istati Membri ħadu approċċi regolatorji differenti biex jindirizzaw it-tħassib dwar is-saħħa u s-sikurezza marbuta ma' dawn il-prodotti . Hemm bżonn ta' regoli armonizzati, u għalhekk il-prodotti kollha li fihom in-nikotina għandhom ikunu regolati taħt din id-Direttiva bħala prodott relatat mat-tabakk. Peress li prodotti li fihom in-nikotina għandhom potenzjal li jgħinu biex wieħed jieqaf ipejjep, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn ikunu jistgħu jsiru disponibbli b'mod wiesa' kemm jista' jkun .

Emendi 118 u 137 REV

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)

Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem  (3) tipprovdi qafas legali biex jiġu vvalutati l-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodotti mediċinali inklużi l-prodotti li fihom in-nikotina. Għadd sinifikanti ta' prodotti li fihom in-nikotina diġà ġew awtorizzati skont dan ir-reġim regolatorju. L-awtorizzazzjoni tqis il-kontenut ta' nikotina tal-prodott in kwistjoni. Jekk il-prodotti li fihom in-nikotina, li l-kontenut ta' nikotina tagħhom ikun ugwali jew jaqbeż il-kontenut ta' prodott li fih in-nikotina awtorizzat preċedentement skont id-Direttiva 2001/83/KE, ikunu suġġetti għall-istess qafas legali, dan jiċċara s-sitwazzjoni legali, ineħħi d-differenzi bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali, jiżgura trattament indaqs tal-prodotti kollha li fihom in-nikotina li jistgħu jintużaw għal skopijiet ta' waqfien mit-tipjip u joħloq inċentivi għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-waqfien mit-tipjip. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83/KE għal prodotti koperti b’din id-Direttiva jekk il-kundizzjonijiet stipulati jiġu sodisfatti.

imħassar

Emenda 35

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)

Id-dispożizzjonijiet dwar l-ittikkettjar għandhom jiġu introdotti għal prodotti li fihom in-nikotina taħt il-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva, b'mod li jattiraw l-attenzjoni tal-konsumaturi għar-riskji potenzjali għas-saħħa.

imħassar

Emenda 36

Proposta għal direttiva

Recital 35 a (new)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35a)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti li fihom in-nikotina ma jinbigħux lil persuni taħt l-età meħtieġa għax-xiri ta' prodotti tat-tabakk jew prodotti relatati.

Emenda 37

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-format tar-rappurtar tal-ingredjenti u d-determinazzjoni ta' prodotti b'aromi karatterizzanti jew b'livelli miżjuda ta' tossiċità u effett ta' dipendenza u l-metodoloġija biex jiġi determinat jekk l-prodott tat-tabakk għandux aroma karatterizzanti, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(37)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-format tar-rappurtar tal-ingredjenti, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda 38

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)

Sabiex din id-Direttiva tkun totalment operattiva u sabiex iżżomm il-pass mal-iżviluppi tekniċi, xjentifiċi u internazzjonali fil-manifattura, il-konsum u r-regolamentazzjoni tat-tabakk, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni u tal-adattament tal-kontenut massimu għall-emissjonijiet u l-metodi ta' kejl tagħhom, l-iffissar tal-livelli massimi għall-ingredjenti li jżidu t-tossiċità , l-effett ta' dipendenza jew l-attrazzjoni, l-użu tat-twissijiet tas-saħħa, l-identifikaturi uniċi u l-karatteristiċi ta' sigurtà fl-ittikkettjar u fl-ippakkjar, id-definizzjoni tal-elementi ewlenin għall-kuntratti dwar il-ħażna tad-dejta ma' partijiet terzi indipendenti li jirrevedu ċerti eżenzjonijiet mogħtija lill-prodotti tat-tabakk li mhumiex sigaretti, tabakk tal-brim u  prodotti tat-tabakk li ma jdaħħanx u li jirrevedu l-livelli tan-nikotina għall-prodotti li fihom in-nikotina . Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(38)

Sabiex din id-Direttiva tkun operattiva b'mod sħiħ u sabiex iżżomm il-pass mal-iżviluppi tekniċi, xjentifiċi u internazzjonali fil-manifattura, il-konsum u r-regolamentazzjoni tat-tabakk, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni u tal-adattament tar-rendimenti massimi għall-emissjonijiet u l-metodi ta' kejl tagħhom, l-approvazzjoni tal-addittivi u l-iffissar tal-livelli massimi għall-addittivi kif meħtieġ , l-użu tat-twissijiet tas-saħħa, l-identifikaturi uniċi u l-karatteristiċi ta' sigurtà fl-ittikkettjar u fl-ippakkjar, id-definizzjoni tal-elementi ewlenin għall-kuntratti dwar il-ħażna tad-dejta ma' partijiet terzi indipendenti , u r-reviżjoni ta' ċerti eżenzjonijiet mogħtija lill-prodotti tat-tabakk li mhumiex sigaretti, tabakk tal-brim u  tabakk tal-pipa tal-ilma . Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda 39

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżviluppi u tippreżenta rapport ħames snin wara d-data tat-trapożizzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġi vvalutat jekk humiex meħtieġa emendi għal din id-Direttiva.

(39)

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżviluppi u tippreżenta rapport tliet snin wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġi vvalutat jekk humiex meħtieġa emendi għal din id-Direttiva , b'mod partikolari fir-rigward tal-ippakkjar .

Emenda 40

Proposta għal direttiva

Premessa 39a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(39a)

L-Istati Membri għandhom responsabbiltà importanti li jipproteġu s-saħħa pubblika u jieħdu azzjoni preventiva, li tipprovdi garanziji pubbliċi, monitoraġġ u konsulenza għaż-żgħażagħ, u t-twettiq ta' kampanji pubbliċi preventivi kontra t-tipjip, partikolarment fl-iskejjel. L-aċċess liberu universali għal konsultazzjonijiet dwar it-twaqqif tat-tipjip u t-trattamenti korrispondenti huma meqjusa vitali.

Emenda 41

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)

Stat Membru li jidhirlu li jeħtieġ iżomm dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti għall-aspetti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandu jitħalla jagħmel dan, għall-prodotti kollha bl-istess mod , fuq il-bażi ta' ħtiġijiet urġenti relatati mal-protezzjoni tas-saħħa pubblika . Stat Membru għandu jitħalla jintroduċi dispożizzjonijiet aktar stretti, li japplikaw għall-prodotti kollha bl-istess mod, abbażi ta' raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni speċifika ta' dan l-Istat Membru u sakemm id-dispożizzjonijiet huma ġġustifikati mill-ħtieġa li titħares is-saħħa pubblika. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti għandhom ikunu meħtieġa u proporzjonati, ma jikkostitwixxux mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti jeħtieġu notifika minn qabel lill-Kummissjoni, kif ukoll approvazzjoni mingħandha, filwaqt li jitqies il-livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa miksub permezz ta’ din id-Direttiva.

(40)

Stat Membru li jidhirlu li jeħtieġ iżomm dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti għall-aspetti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandu jitħalla jagħmel dan, għall-prodotti kollha bl-istess mod, sakemm tali miżuri jkunu kompatibbli mat-TFUE . Dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti jeħtieġu notifika minn qabel lill-Kummissjoni, kif ukoll approvazzjoni mingħandha, filwaqt li jitqies il-livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa miksub permezz ta’ din id-Direttiva.

Emenda 42

Proposta għal direttiva

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta personali tiġi pproċessata biss skont ir-regoli u s-salvagwardji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta.

(42)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta personali tiġi pproċessata biss skont ir-regoli u s-salvagwardji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta. Hu essenzjali li d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.

Emenda 43

Proposta għal direttiva

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)

Il-proposta taffettwa diversi drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, partikolarment il-protezzjoni tad-dejta personali (l-Artikolu 8), il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni (Artikolu 11), il-libertà tal-intrapriża (Artikolu 16), u d-dritt għall-proprjetà (Artikolu 17). L-obbligi imposti fuq il-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri tal-prodotti tat-tabakk huma meħtieġa sabiex jitjieb il-funzjonament tas-suq intern filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u tal-konsumatur kif stabbilit fl-Artikoli 35 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea . L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tirrispetta l-liġi tal-UE u l-obbligi internazzjonali rilevanti.

(45)

Il-proposta taffettwa diversi drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, partikolarment il-protezzjoni tad-dejta personali (l-Artikolu 8), il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni (Artikolu 11), il-libertà tal-intrapriża (Artikolu 16), u d-dritt għall-proprjetà tad-detenturi tal-marka kummerċjali (Artikolu 17). Għaldaqstant huwa neċessarju li jkun żgurat li l-obbligi imposti fuq il-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri tal-prodotti tat-tabakk mhux biss jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u tal-konsumatur , iżda jipproteġu wkoll id-drittijiet fundamentali l-oħrajn kollha huma proporzjonati mar-rispett għall-funzjonament tas-suq intern . L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tirrispetta l-liġi tal-Unjoni u l-obbligi internazzjonali rilevanti.

Emenda 44

Proposta għal direttiva

Premessa 45a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(45a)

L-Istati Membri għandhom jirrispettaw id-dritt għall-arja nadifa fl-ispirtu tal-Artikoli 7(b) u l-Artikolu 12 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali li jipprovdi għal drittijiet għal kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u tajbin għas-saħħa u d-dritt għal kulħadd li jgawdi mill-ogħla standard possibbli ta' saħħa fiżika u mentali. Dan jikkorrispondi mal-għan tal-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fejn il-livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u t-titjib fil-kwalità tal-ambjent għandhom jiġu integrati fil-politiki tal-Unjoni.

Emenda 45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li japprossima l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward:

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li japprossima l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward:

(a)

l-ingredjenti u l-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk u l-obbligi tar-rappurtar relatati inkluż il-kontenut massimu għall-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju għas-sigaretti;

(a)

l-ingredjenti u l-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk u l-obbligi tar-rappurtar relatati inkluż ir-rendimenti massimi għall-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju għas-sigaretti;

(b)

l-ittikkettjar u l-ippakkjar tal-prodotti tat-tabakk inklużi t-twissijiet tas-saħħa li jridu jidhru fuq il-pakketti bil-wieħed tal-prodotti tat-tabakk u fuq l-ippakkjar estern kif ukoll il-miżuri ta' traċċabbiltà u l-karatteristiċi ta' sigurtà biex tiġi żgurata l-konformità ma' din id-Direttiva;

(b)

l-ittikkettjar u l-ippakkjar tal-prodotti tat-tabakk inklużi t-twissijiet tas-saħħa li jridu jidhru fuq il-pakketti bil-wieħed tal-prodotti tat-tabakk u fuq l-ippakkjar estern kif ukoll il-miżuri ta' traċċabbiltà u l-karatteristiċi ta' sigurtà biex tiġi żgurata l-konformità ma' din id-Direttiva;

(c)

il-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq tat-tabakk għall-użu orali;

(c)

il-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq tat-tabakk għall-użu orali;

(d)

il-bejgħ transkonfinali mill-bogħod ta' prodotti tat-tabakk;

(d)

il-projbizzjoni tal-bejgħ transkonfinali mill-bogħod ta’ prodotti tat-tabakk;

(e)

l-obbligu tan-notifika għal prodotti tat-tabakk innovattivi;

(e)

l-obbligu tan-notifika għal prodotti tat-tabakk innovattivi;

(f)

it-tqegħid fis-suq u l-ittikkettjar ta’ ċerti prodotti, li huma relatati mal-prodotti tat-tabakk, jiġifieri prodotti li fihom in-nikotina u prodotti erbali għat-tipjip;

(f)

it-tqegħid fis-suq u l-ittikkettjar ta’ ċerti prodotti, li huma relatati mal-prodotti tat-tabakk, jiġifieri prodotti li fihom in-nikotina u prodotti erbali għat-tipjip;

Sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament tas-suq intern tal-prodotti tat-tabakk u prodotti relatati, billi jittieħed bħala bażi l-livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa.

sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi li jaqgħu taħt il-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk u sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament tas-suq intern tal-prodotti tat-tabakk u prodotti relatati, billi jittieħed bħala bażi l-livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa , speċjalment għaż-żgħażagħ .

Emenda 46

Proposta għal direttiva

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“l-effett ta' dipendenza” tfisser il-potenzjal farmakoloġiku ta' sustanza li tikkawża d-dipendenza, stat li jaffettwa l-kapaċità tal-individwu li jikkontrolla l-imġiba tipikament permezz ta' mekkaniżmu ta' kumpens jew solliev mis-sintomi tal-astinenza, jew it-tnejn li huma;

(1)

“l-effett ta' dipendenza” tfisser il-potenzjal farmakoloġiku ta' sustanza li tikkawża d-dipendenza, stat li jaffettwa l-kapaċità tal-individwu li jikkontrolla l-imġiba tipikament permezz ta' mekkaniżmu ta' kumpens jew solliev mis-sintomi tal-astinenza, jew it-tnejn li huma;

(2)

“addittiv” tfisser sustanza li jkun hemm fi prodott tat-tabakk, kull pakkett wieħed tiegħu jew kull ippakkjar estern għajr għall-weraq tat-tabakk u partijiet oħra naturali jew mhux ipproċessati mill-pjanti tat-tabakk;

(2)

“addittiv” tfisser sustanza li jkun hemm fi prodott tat-tabakk, kull pakkett wieħed tiegħu jew kull ippakkjar estern għajr għall-weraq tat-tabakk u partijiet oħra naturali jew mhux ipproċessati mill-pjanti tat-tabakk;

(3)

“sistema ta' verifika tal-età” tfisser sistema tal-kompjuter li tikkonferma mingħajr ambigwità l-età tal-konsumatur f'forma elettronika skont ir-rekwiżiti nazzjonali;

(3)

“sistema ta' verifika tal-età” tfisser sistema tal-kompjuter li tikkonferma mingħajr ambigwità l-età tal-konsumatur f'forma elettronika skont ir-rekwiżiti nazzjonali;

(4)

“togħma karatterizzanti” tfisser riħa jew togħma oħra li tista' tiġi distinta għajr it-tabakk, li tirriżulta minn addittiv jew taħlita ta' addittivi, li tinkludi iżda mhijiex limitata għall-frott, il-ħwawar, il-ħxejjex aromatiċi, l-alkoħol, il-ħelu, il-mentol jew il-vanilla li jistgħu jinħassu qabel jew mal-użu maħsub tal-prodott tat-tabakk;

(4)

“togħma karatterizzanti” tfisser riħa jew togħma oħra li tista' tiġi distinta għajr it-tabakk, li tirriżulta minn addittiv jew taħlita ta' addittivi, li tinkludi iżda mhijiex limitata għall-frott, il-ħwawar, il-ħxejjex aromatiċi, l-alkoħol, il-ħelu, il-mentol jew il-vanilla li jistgħu jinħassu qabel jew mal-użu tal-prodott tat-tabakk;

(5)

“tabakk tal-magħda” tfisser prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux maħsuba esklussivament għall-magħda;

(5)

“tabakk tal-magħda” tfisser prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux maħsuba esklussivament għall-magħda;

(6)

“sigarru” tfisser romblu tat-tabakk ikkonsmat permezz ta' proċess ta' kombustjoni u definit ulterjorment fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat;

(6)

“sigarru” tfisser romblu tat-tabakk ikkonsmat permezz ta' proċess ta' kombustjoni u definit ulterjorment fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat;

(7)

“sigarett” tfisser romblu tat-tabakk ikkonsmat permezz ta' proċess ta' kombustjoni u definit ulterjorment fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE;

(7)

“sigarett” tfisser romblu tat-tabakk ikkonsmat permezz ta' proċess ta' kombustjoni u definit ulterjorment fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE;

(8)

“sigarru żgħir” tfisser tip żgħir ta’ sigarru b'dijametru ta' mhux aktar minn 8 mm ;

(8)

“sigarru żgħir” tfisser tip żgħir ta' sigarru u hu definit ulterjorment fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE ;

(9)

“twissija tas-saħħa kkombinata” tfisser twissija tas-saħħa prevista f'din id-Direttiva u li tikkonsisti f'kombinazzjoni ta' twissija bil-miktub u stampa jew immaġni korrispondenti;

(9)

“twissija tas-saħħa kkombinata” tfisser twissija tas-saħħa prevista f'din id-Direttiva u li tikkonsisti f'kombinazzjoni ta' twissija bil-miktub u stampa jew immaġni korrispondenti;

(10)

“konsumatur” tfisser persuna fiżika li qed taġixxi għal għanijiet li m’għandhomx x’jaqsmu mal-attività kummerċjali, imprenditorjali, artiġjanali jew professjonali;

(10)

“konsumatur” tfisser persuna fiżika li qed taġixxi għal għanijiet li m’għandhomx x’jaqsmu mal-attività kummerċjali, imprenditorjali, artiġjanali jew professjonali;

(11)

“bejgħ transkonfinali mill-bogħod” tfisser servizz tal-bejgħ mill-bogħod fejn, fiż-żmien meta l-konsumatur jordna l-prodott, il-konsumatur jinsab fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru jew il-pajjiż terz fejn hu stabbilit il-post tal-bejgħ bl-imnut; il-post tal-bejgħ bl-imnut jitqies li hu stabbilit fi Stat Membru:

(11)

“bejgħ transkonfinali mill-bogħod” tfisser servizz tal-bejgħ mill-bogħod fejn, fiż-żmien meta l-konsumatur jordna l-prodott, il-konsumatur jinsab fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru jew il-pajjiż terz fejn hu stabbilit il-post tal-bejgħ bl-imnut; il-post tal-bejgħ bl-imnut jitqies li hu stabbilit fi Stat Membru:

 

(a)

fil-każ ta' persuna fiżika, jekk hu/hi jkollu/jkollha l-post tan-negozju tiegħu/tagħha f’dak l-Istat Membru;

 

(a)

fil-każ ta' persuna fiżika, jekk hu/hi jkollu/jkollha l-post tan-negozju tiegħu/tagħha f’dak l-Istat Membru;

 

(b)

f'każijiet oħra, jekk persuna jkollha s-sede statutorja tagħha, amministrazzjoni ċentrali jew post tan-negozju tagħha, inkluż fergħa, aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor f'dak l-Istat Membru;

 

(b)

f'każijiet oħra, jekk persuna jkollha s-sede statutorja tagħha, amministrazzjoni ċentrali jew post tan-negozju tagħha, inkluż fergħa, aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor f'dak l-Istat Membru;

(12)

“emissjonijiet” tfisser sustanzi li huma rilaxxati meta prodott tat-tabakk jintuża kif maħsub, bħal sustanzi li jinsabu fid-duħħan, jew sustanzi rilaxxati waqt il-proċess tal-użu ta' prodotti tat-tabakk li ma jdaħħanx;

(12)

“emissjonijiet” tfisser sustanzi li huma rilaxxati meta prodott tat-tabakk jintuża kif maħsub, bħal sustanzi li jinsabu fid-duħħan, jew sustanzi rilaxxati waqt il-proċess tal-użu ta' prodotti tat-tabakk li ma jdaħħanx;

(13)

“aroma” tfisser addittiv li jagħti riħa u/jew togħma;

(13)

“aroma” tfisser addittiv li jagħti riħa u/jew togħma;

(14)

“twissija tas-saħħa” tfisser twissija prevista f’din id-Direttiva, inklużi t-twissijiet bil-miktub, it-twissijiet tas-saħħa kkombinati, it-twissijiet ġenerali u l-messaġġi ta' informazzjoni;

(14)

“twissija tas-saħħa” tfisser twissija prevista f’din id-Direttiva, inklużi t-twissijiet bil-miktub, it-twissijiet tas-saħħa kkombinati, it-twissijiet ġenerali u l-messaġġi ta' informazzjoni;

(15)

“prodott erbali għat-tipjip” tfisser prodott ibbażat fuq il-pjanti jew il-ħxejjex aromatiċi li ma fihx tabakk u li jiġi kkunsmat permezz ta’ proċess ta’ kombustjoni;

(15)

“prodott erbali għat-tipjip” tfisser prodott ibbażat fuq il-pjanti jew il-ħxejjex aromatiċi li ma fihx tabakk u li jiġi kkunsmat permezz ta’ proċess ta’ kombustjoni;

(16)

“importazzjoni tat-tabakk u prodotti relatati” tfisser id-dħul fit-territorju tal-Unjoni ta’ tali prodotti sakemm il-prodotti, mad-dħul tagħhom fl-Unjoni, ma jitqegħdux taħt proċedura jew arranġament doganali ta’ sospensjoni, kif ukoll ir-rilaxx tagħhom mill-proċedura u l-arranġament doganali ta’ sospensjoni;

(16)

“importazzjoni tat-tabakk u prodotti relatati” tfisser id-dħul fit-territorju tal-Unjoni ta’ tali prodotti sakemm il-prodotti, mad-dħul tagħhom fl-Unjoni, ma jitqegħdux taħt proċedura jew arranġament doganali ta’ sospensjoni, kif ukoll ir-rilaxx tagħhom mill-proċedura u l-arranġament doganali ta’ sospensjoni;

(17)

“importatur tat-tabakk u prodotti relatati” tfisser is-sid jew persuna li għandu d-dritt li jiddisponi mit-tabakk u l-prodotti relatati li ddaħħlu fit-territorju tal-Unjoni;

(17)

“importatur tat-tabakk u prodotti relatati” tfisser is-sid jew persuna li għandu d-dritt li jiddisponi mit-tabakk u l-prodotti relatati li ddaħħlu fit-territorju tal-Unjoni;

(18)

“ingredjent” tfisser addittiv, tabakk (weraq u partijiet oħra naturali, ipproċessati jew mhux ipproċessati mill-pjanti tat-tabakk inkluż it-tabakk estiż u magħmul mill-ġdid) , kif ukoll kull sustanza preżenti fi prodott tat-tabakk lest inklużi l-karta, il-filtru, il-linka, il-kapsuli u l-adeżivi;

(18)

“ingredjent” tfisser addittiv, tabakk, kif ukoll kull sustanza preżenti fi prodott tat-tabakk lest inklużi l-karta, il-filtru, il-linka, il-kapsuli u l-adeżivi;

 

(18a)

“tabakk” tfisser weraq u partijiet naturali oħra tat-tabakk, ipproċessati jew mhux ipproċessati inkluż it-tabakk estiż u rikostitwit.

(19)

“livell massimu” jew “kontenut massimu” tfisser il-kontenut jew l-emissjoni massima, inkluż 0, ta’ sustanza fi prodott tat-tabakk imkejjel fi grammi;

(19)

“livell massimu” jew “rendiment massimu” tfisser il-kontenut jew l-emissjoni massima, inkluż 0, ta’ sustanza fi prodott tat-tabakk imkejjel fi grammi;

(20)

“it-tabakk tal-imnieħer” tfisser prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux ikkonsmati mill-imnieħer;

(20)

“it-tabakk tal-imnieħer” tfisser prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux ikkonsmati mill-imnieħer;

(21)

“nikotina” tfisser nicotinic alkaloids;

(21)

“nikotina” tfisser nicotinic alkaloids;

(22)

“prodott li fih in-nikotina” tfisser prodott li jista' jintuża għall-konsum mill-konsumaturi permezz ta' inalazzjoni, ta' inġestjoni jew f'għamliet oħra u li miegħu n-nikotina jew tiġi miżjuda matul il-proċess ta' manifattura jew tiġi awtoamministrata mill-utent qabel jew waqt il-konsum;

(22)

“prodott li fih in-nikotina” tfisser prodott li jista' jintuża għall-konsum mill-konsumaturi permezz ta' inalazzjoni, ta' inġestjoni jew f'għamliet oħra u li miegħu n-nikotina jew tiġi miżjuda matul il-proċess ta' manifattura jew tiġi awtoamministrata mill-utent qabel jew waqt il-konsum;

(23)

“prodott tat-tabakk innovattiv” tfisser prodott tat-tabakk għajr is-sigarett, it-tabakk tal-brim, it-tabakk tal-pipa, it-tabakk tal-pipa tal-ilma, is-sigarru, is-sigarru żgħir, it-tabakk tal-magħda, it-tabakk tal-imnieħer jew it-tabakk għall-użu orali mqiegħed fis-suq wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva;

(23)

“prodott tat-tabakk innovattiv” tfisser prodott tat-tabakk għajr is-sigarett, it-tabakk tal-brim, it-tabakk tal-pipa, it-tabakk tal-pipa tal-ilma, is-sigarru, is-sigarru żgħir, it-tabakk tal-magħda, it-tabakk tal-imnieħer jew it-tabakk għall-użu orali mqiegħed fis-suq wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva;

(24)

“ippakkjar estern” tfisser kwalunkwe ppakkjar li fih il-prodotti jitqiegħdu fis-suq u li jinkludu pakkett wieħed jew aggregazzjoni ta' pakketti waħedhom; it-tgeżwir trasparenti ma jitqiesx bħala ppakkjar estern;

(24)

“ippakkjar estern” tfisser kwalunkwe ppakkjar li fih il-prodotti jitqiegħdu fis-suq u li jinkludu pakkett wieħed jew aggregazzjoni ta' pakketti waħedhom; it-tgeżwir trasparenti ma jitqiesx bħala ppakkjar estern;

 

(24a)

“ippakkettjar estern għat-trasport” tfisser kull ippakkettjar, li jikkonsisti f'aggregazzjoni ta' pakkett wieħed, fejn il-prodotti tat-tabakk jiġu ttrasportati mill-manifattur lill-operaturi ekonomiċi sussegwenti qabel ma jitqiegħdu fis-suq, bħal pereżempju kartun, kaxex u pelits;

(25)

“imqiegħda fis-suq” tfisser li l-prodotti jsiru disponibbli għall-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, bi ħlas jew mingħajr ħlas, inkluż permezz ta’ bejgħ mill-bogħod fil-każ ta' bejgħ transkonfinali mill-bogħod, il-prodott jitqies li tqiegħed fis-suq fl-Istat Membru fejn jinsab il-konsumatur;

(25)

“imqiegħda fis-suq” tfisser li l-prodotti jsiru disponibbli għall-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, bi ħlas jew mingħajr ħlas, inkluż permezz ta’ bejgħ mill-bogħod fil-każ ta' bejgħ transkonfinali mill-bogħod, il-prodott jitqies li tqiegħed fis-suq fl-Istat Membru fejn jinsab il-konsumatur;

(26)

“tabakk tal-pipa” tfisser tabakk ikkonsmat permezz ta' proċess ta' kombustjoni u maħsub esklussivament biex jintuża f’pipa;

(26)

“tabakk tal-pipa” tfisser tabakk ikkonsmat permezz ta' proċess ta' kombustjoni u maħsub esklussivament biex jintuża f’pipa;

 

(26a)

“tabakk tal-pipa tal-ilma” tfisser tabakk maħsub biss għall-użu f'pipa tal-ilma;

(27)

“stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut” tfisser kull stabbiliment fejn il-prodotti tat-tabakk jitqiegħdu fis-suq inkluż minn persuna fiżika;

(27)

“stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut” tfisser kull stabbiliment fejn il-prodotti tat-tabakk jitqiegħdu fis-suq inkluż minn persuna fiżika;

(28)

“tabakk tal-brim” tfisser tabakk li jista' jintuża għall-manifattura tas-sigaretti mill-konsumaturi jew stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut;

(28)

“tabakk tal-brim” tfisser tabakk li jista' jintuża għall-manifattura tas-sigaretti mill-konsumaturi jew stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut;

(29)

“prodott tat-tabakk li ma jdaħħanx” tfisser prodott tat-tabakk li ma jinvolvix il-proċess ta' kombustjoni, inkluż it-tabakk tal-magħda, it-tabakk tal-imnieħer u t-tabakk għall-użu orali;

(29)

“prodott tat-tabakk li ma jdaħħanx” tfisser prodott tat-tabakk li ma jinvolvix il-proċess ta' kombustjoni, inkluż it-tabakk tal-magħda, it-tabakk tal-imnieħer u t-tabakk għall-użu orali;

(30)

“bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi” tfisser żieda tal-volumi tal-bejgħ skont il-kategorija tal-prodotti, bħat-tabakk tal-pipa, is-sigarru, is-sigarru żgħir, b'mill-inqas 10 % f'mill-anqas 10 Stati Membri, ibbażata fuq il-dejta tal-bejgħ trażmessa skont l-Artikolu 5(4); jew żieda fil-livell ta' prevalenza fil-grupp tal-konsumaturi li għandhom inqas minn 25 sena b’ħames punti perċentwali f’mill-anqas 10  Stati Membri għall-kategorija tal-prodott rispettiva bbażata fuq____[din id-data se tiġi stabbilita fil-mument tal-adozzjoni tad-Direttiva] rapport tal-Ewrobarometru jew studji ta' prevalenza ekwivalenti;

(30)

“bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi” tfisser żieda tal-volumi tal-bejgħ skont il-kategorija tal-prodotti, bħat-tabakk tal-pipa, is-sigarru, is-sigarru żgħir, b'mill-inqas 10 % f'mill-anqas ħames Stati Membri, ibbażata fuq il-dejta tal-bejgħ trażmessa skont l-Artikolu 5(4); jew żieda fil-livell ta' prevalenza fil-grupp tal-konsumaturi li għandhom inqas minn 25 sena b’ħames punti perċentwali f’mill-anqas ħames  Stati Membri għall-kategorija tal-prodott rispettiva bbażata fuq____[din id-data se tiġi stabbilita fil-mument tal-adozzjoni tad-Direttiva] rapport tal-Ewrobarometru jew studji ta' prevalenza ekwivalenti;

(31)

“qatran” tfisser il-kondensazzjoni ħielsa min-nikotina anidruża mhux ipproċessata tad-duħħan;

(31)

“qatran” tfisser il-kondensazzjoni ħielsa min-nikotina anidruża mhux ipproċessata tad-duħħan;

(32)

“tabakk għall-użu orali” tfisser il-prodotti kollha għall-użu orali, ħlief dawk maħsuba għall-inalazzjoni jew għall-magħda, magħmula kompletament jew parzjalment minn tabakk, fi trab jew f’forma ta’ partikuli jew fi kwalunkwe taħlita ta' dawk il-forom, partikolarment dawk ippreżentati f’porzjonijiet fi qratas jew qratas porużi;

(32)

“tabakk għall-użu orali” tfisser il-prodotti kollha għall-użu orali, ħlief dawk maħsuba għall-inalazzjoni jew għall-magħda, magħmula kompletament jew parzjalment minn tabakk, fi trab jew f’forma ta’ partikuli jew fi kwalunkwe taħlita ta' dawk il-forom, partikolarment dawk ippreżentati f’porzjonijiet fi qratas jew qratas porużi;

(33)

“tabakk għat-tipjip” tfisser prodott tat-tabakk għajr prodotti tat-tabakk li ma jdaħħanx;

(33)

“tabakk għat-tipjip” tfisser prodott tat-tabakk għajr prodotti tat-tabakk li ma jdaħħanx;

(34)

“prodotti tat-tabakk” tfisser prodotti li jistgħu jintużaw għall-konsum mill-konsumaturi u li jikkonsistu, anki parzjalment, mit-tabakk, kemm jekk ġenetikament modifikati kemm jekk le;

(34)

“prodotti tat-tabakk” tfisser prodotti li jistgħu jintużaw għall-konsum mill-konsumaturi u li jikkonsistu, anki parzjalment, mit-tabakk, kemm jekk ġenetikament modifikati kemm jekk le;

(35)

“tossiċità” tfisser il-grad li fih sustanza tista' tikkawża effetti ta' ħsara fl-organiżmu uman, inklużi l-effetti li jseħħu matul iż-żmien, normalment mal-konsum jew l-espożizzjoni ripetuta jew kontinwa;

(35)

“tossiċità” tfisser il-grad li fih sustanza tista' tikkawża effetti ta' ħsara fl-organiżmu uman, inklużi l-effetti li jseħħu matul iż-żmien, normalment mal-konsum jew l-espożizzjoni ripetuta jew kontinwa;

(36)

“pakkett wieħed” tfisser l-iżgħar ippakkjar individwali ta' prodott li jitqiegħed fis-suq.

(36)

“pakkett wieħed” tfisser l-iżgħar ippakkjar individwali ta' prodott li jitqiegħed fis-suq.

 

(36a)

“tipjip passiv” tfisser il-ġbid man-nifs involontarju tad-duħħan mill-kombustjoni tas-sigaretti jew sigarri jew mit-tefgħa ta' duħħan minn min ipejjep.

Emendi 89 u 149

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.     Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 22 biex tadatta l-kontenuti massimi stabbiliti fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis l-iżvilupp xjentifiku u l-istandards miftiehma internazzjonalment.

imħassar

Emenda 90

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.     L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kontenuti massimi stabbiliti minnhom għal emissjonijiet oħra tas-sigaretti u għall-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigaretti. Meqjusa l-istandards miftiehma internazzjonalment, fejn disponibbli, u abbażi tal-evidenza xjentifika u tal-kontenut notifikat mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 22 biex tadotta u tadatta l-kontenuti massimi għal emissjonijiet oħra tas-sigaretti u għall-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigaretti li jżidu b’mod apprezzabbli l-effett tossiku jew ta' dipendenza tal-prodotti tat-tabakk lil hinn mil-limitu tat-tossiċità u l-effett ta' dipendenza li joriġina mill-kontenuti tal-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju stabbiliti fil-paragrafu 1.

imħassar

Emenda 48

Proposta għal direttiva

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-ħruġ ta' qatran, nikotina u monossidu tal-karbonju tas-sigaretti għandu jitkejjel fuq il-bażi tal-istandards ISO 4387 għall-qatran, 10315 għan-nikotina, u 8454 għall-monossidu tal-karbonju.

1.   Il-ħruġ ta' qatran, nikotina u monossidu tal-karbonju tas-sigaretti għandu jitkejjel fuq il-bażi tal-istandards ISO 4387 għall-qatran, 10315 għan-nikotina, u 8454 għall-monossidu tal-karbonju.

L-eżattezza tal-indikazzjonijiet tal-qatran u tan-nikotina għandha tiġi verifikata skont l-istandard ISO 8243.

L-eżattezza tal-indikazzjonijiet tal-qatran, tan-nikotina u tal-monossidu tal-karbonju għandha tiġi verifikata skont l-istandard ISO 8243.

2.   Il-kejl imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq jew jiġi verifikat minn laboratorji tal-ittestjar li huma approvati u monitorjati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

2.   Il-kejl imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq jew jiġi verifikat minn laboratorji tal-ittestjar indipendenti li huma approvati u monitorjati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni lista tal-laboratorji approvati, filwaqt li jispeċifikaw il-kriterji użati għall-approvazzjoni u l-metodi ta' monitoraġġ applikati, u jaġġornawha kull meta ssir xi bidla. Il-Kummissjoni għandha tagħmel għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, il-lista tal-laboratorji approvati kif indikat mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni lista tal-laboratorji approvati, filwaqt li jispeċifikaw il-kriterji użati għall-approvazzjoni u l-metodi ta' monitoraġġ applikati, u jaġġornawha kull meta ssir xi bidla. Il-Kummissjoni għandha tagħmel għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, il-lista tal-laboratorji approvati kif indikat mill-Istati Membri.

 

2a.     Testijiet li jivverifikaw il-validità tar-riżultat pprovdut mill-kumpaniji tat-tabakk għandhom isiru fuq bażi regolari f'laboratorji ta' ttestjar indipendenti mmonitorjati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tadatta l-metodi ta' kejl tal-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju, filwaqt li tqis l-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi u l-istandards miftiehma internazzjonalment.

3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tissumplimenta jew temenda l-metodi ta' kejl tal-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju, filwaqt li tqis l-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi u l-istandards miftiehma internazzjonalment.

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-metodi ta' kejl li jużaw għal emissjonijiet oħra tas-sigaretti u għall-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigaretti. Abbażi ta' dawn il-metodi, u billi jitqiesu l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi kif ukoll l-istandards miftiehma internazzjonalment, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 22 biex tadotta u tadatta l-metodi ta’ kejl.

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-metodi ta' kejl li jużaw għal emissjonijiet oħra tas-sigaretti u għall-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigaretti. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 22 biex tintegra fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni metodi maqbula bejn il-partijiet kontraenti tal-FCTC jew tal-WHO .

 

4a.     L-eżattezza tal-indikazzjonijiet għal emissjonijiet oħra ta' prodotti kombustibbli tat-tabakk trid tiġi verifikata bi qbil mal-istandard ISO 8243.

Emendi 91, 92 u 49

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jibgħatu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom lista tal-ingredjenti kollha, u l-kwantitajiet tagħhom, użati fil-manifattura tal-prodotti tat-tabakk skont l-isem tad-ditta u t-tip, kif ukoll l-emissjonijiet tagħhom u l-kontenuti. Il-manifatturi jew l-importaturi għandhom jinformaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jekk il-kompożizzjoni ta' prodott tiġi modifikata u taffettwa l-informazzjoni pprovduta skont dan l-Artikolu. L-informazzjoni meħtieġa skont dan l-Artikolu għandha tiġi ppreżentata qabel it-tqegħid fis-suq ta’ prodott tat-tabakk ġdid jew modifikat.

1.   L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jibgħatu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom lista tal-ingredjenti kollha, u l-kwantitajiet tagħhom, użati fil-manifattura tal-prodotti tat-tabakk skont l-isem tad-ditta u t-tip, kif ukoll l-emissjonijiet tagħhom u l-kontenuti li jirriżultaw mill-użu maħsub . Il-manifatturi jew l-importaturi għandhom jinformaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jekk il-kompożizzjoni ta' prodott tiġi modifikata u taffettwa l-informazzjoni pprovduta skont dan l-Artikolu. L-informazzjoni meħtieġa skont dan l-Artikolu għandha tiġi ppreżentata qabel it-tqegħid fis-suq ta’ prodott tat-tabakk ġdid jew modifikat.

Il-lista għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni li tagħti r-raġunijiet għall-inklużjoni ta' tali ingredjenti f'dawk il-prodotti tat-tabakk. Din għandha tindika l-istatus tagħhom, inkluż jekk l-ingredjenti ġewx irreġistrati u evalwati, skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH)47 kif ukoll il-klassifikazzjoni tagħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet48. Il-lista għandha tkun akkumpanjata wkoll bid-dejta tossikoloġika disponibbli lill-manifattur jew l-importatur fir-rigward ta' dawn l-ingredjenti fil-forma maħruqa jew mhux maħruqa skont kif xieraq, filwaqt li ssir referenza b'mod partikolari għall-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-konsumaturi u filwaqt li jitqies, inter alia, kull effett ta' dipendenza. Il-lista għandha tkun stabbilita f'ordni mill-kbir għaż-żgħir tal-piż ta' kull ingredjent inkluż fil-prodott. Minbarra l-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju u għall-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 paragrafu 4, il-manifatturi u l-importaturi għandhom jindikaw il-metodi tal-kejl użati. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll li l-manifatturi jew l-importaturi jwettqu testijiet oħra kif jistgħu jkunu stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jivvalutaw l-effetti ta' sustanzi fuq is-saħħa, billi jitqiesu, inter alia, it-tossiċità u l-effett ta' dipendenza tagħhom.

Il-lista għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni li tagħti r-raġunijiet għall-inklużjoni ta' tali ingredjenti f'dawk il-prodotti tat-tabakk. Din għandha tindika l-istatus tagħhom, inkluż jekk l-ingredjenti ġewx irreġistrati u evalwati, skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH)47 kif ukoll il-klassifikazzjoni tagħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet48. Il-lista għandha tkun akkumpanjata wkoll bid-dejta tossikoloġika disponibbli lill-manifattur jew l-importatur fir-rigward ta' dawn l-ingredjenti fil-forma maħruqa jew mhux maħruqa skont kif xieraq, u li tkun għallinqas biżżejjed biex tikklassifika dawk is-sustanzi skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, filwaqt li ssir referenza b'mod partikolari għall-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-konsumaturi u filwaqt li jitqies, inter alia, kull effett ta' dipendenza. Il-lista għandha tkun stabbilita f'ordni mill-kbir għaż-żgħir tal-piż ta' kull ingredjent inkluż fil-prodott. Minbarra l-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju u għall-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 paragrafu 4, il-manifatturi u l-importaturi għandhom jindikaw il-metodi tal-kejl użati. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll li l-manifatturi jew l-importaturi jwettqu testijiet oħra kif jistgħu jkunu stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jivvalutaw l-effetti ta' sustanzi fuq is-saħħa, billi jitqiesu, inter alia, it-tossiċità u l-effett ta' dipendenza tagħhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-tixrid tal-informazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 1 fuq websajt apposta , li tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali. Huma u jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom iqisu kif xieraq il-ħtieġa li jipproteġu l-informazzjoni li tikkostitwixxi sigriet kummerċjali.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-tixrid tal-informazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 1 fuq websajt, li tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali. Huma u jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom iqisu kif xieraq il-ħtieġa li jipproteġu l-informazzjoni li tikkostitwixxi sigriet kummerċjali.

3.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi u jekk meħtieġ taġġorna l-format għall-preżentazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni speċifikata fil-paragrafi 1 u 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21.

3.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi u jekk meħtieġ taġġorna l-format għall-preżentazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni speċifikata fil-paragrafi 1 u 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21.

4.   L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-manifatturi u l-importaturi jippreżentaw studji interni u esterni disponibbli għalihom dwar ir-riċerka tas-suq u l-preferenzi ta' diversi gruppi ta' konsumaturi, inklużi ż-żgħażagħ, rigward l-ingredjenti u l-emissjonijiet. L-Istati Membri għandhom jeżiġu wkoll li l-manifatturi u l-importaturi jirrappurtaw id-dejta tal-volum tal-bejgħ għal kull prodott, irrappurtat f'unitajiet jew kilogrammi, u għal kull Stat Membru fuq bażi annwali li tibda mis-sena kalendarja sħiħa wara dik tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta dwar il-bejgħ alternattiva jew addizzjonali, kif xieraq, biex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar il-bejgħ mitluba skont dan il-paragrafu tkun affidabbli u kompluta.

4.   L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-manifatturi u l-importaturi jippreżentaw studji interni u esterni disponibbli għalihom dwar ir-riċerka tas-suq u l-preferenzi ta' diversi gruppi ta' konsumaturi, inklużi ż-żgħażagħ, u dawk li jpejpu ħafna u ta' spiss, rigward l-ingredjenti u l-emissjonijiet , kif ukoll sommarji tax-xogħol ta' kwalunkwe stħarriġ li jkunu wettqu dwar is-suq meta jkunu se jvaraw prodotti ġodda. . L-Istati Membri għandhom jeżiġu wkoll li l-manifatturi u l-importaturi jirrappurtaw id-dejta tal-volum tal-bejgħ għal kull prodott, irrappurtat f'unitajiet jew kilogrammi, u għal kull Stat Membru fuq bażi annwali li tibda mis-sena kalendarja sħiħa wara dik tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta dwar il-bejgħ alternattiva jew addizzjonali, kif xieraq, biex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar il-bejgħ mitluba skont dan il-paragrafu tkun affidabbli u kompluta.

5.   Id-dejta u l-informazzjoni kollha li trid tingħata mill-Istati Membri u lilhom skont dan l-Artikolu, għandhom jingħataw f'forma elettronika. L-Istati Membri għandhom iżommu l-informazzjoni elettronikament u għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni jkollha aċċess għall-informazzjoni f'kull ħin. L-Istati Membri l-oħra għandu jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni fuq talba ġġustifikata. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li s-sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali.

5.   Id-dejta u l-informazzjoni kollha li trid tingħata mill-Istati Membri u lilhom skont dan l-Artikolu, għandhom jingħataw f'forma elettronika. L-Istati Membri għandhom iżommu l-informazzjoni elettronikament u għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni jkollha aċċess għall-informazzjoni f'kull ħin. L-Istati Membri l-oħra għandu jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni fuq talba ġġustifikata. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li s-sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali.

 

5a.     Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-informazzjoni kollha li ssir disponibbli skont dan l-Artikolu (partikolarment l-informazzjoni relatata ma kemm joħolqu dipendenza u kemm huma tossiċi l-ingredjenti, ir-riċerka dwar is-suq u d-dejta dwar il-bejgħ) u għandha tipproduċi rapport regolari għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jagħmel sommarju tas-sejbiet ewlenin.

 

5b.     L-informazzjoni miġbura skont dan l-Artikolu għandha titqies għall-finijiet tal-approvazzjoni ta' addittivi f'konformità mal-Artikolu 6(10a).

6.    It-tariffi applikati mill-Istati Membri biex jirċievu, jaħżnu, jimmaniġġaw, janalizzaw u jippubblikaw l-informazzjoni mibgħuta lilhom skont dan l-Artikolu , jekk hemm, ma għandhomx jaqbżu l-ispiża attribwibbli għal dawk l-attivitajiet .

6.    L-Istati Membri jistgħu japplikaw tariffi proporzjonati biex jirċievu, jaħżnu, jimmaniġġaw, janalizzaw u jippubblikaw l-informazzjoni mibgħuta lilhom skont dan l-Artikolu.

Emendi 50, 87 u 95

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tat-tabakk b’aroma karatterizzanti.

1.     L-addittivi m'għandhomx jintużaw fil-prodotti tat-tabakk sakemm ma jiġux approvati f'konformità ma' din id-Direttiva. L-addittivi approvati għandhom jiddaħħlu fil-lista stipulata fl-Anness [-I]. Kwanlunkwe kundizzjoni jew restrizzjoni dwar l-użu ta' addittivi approvati għandha wkoll tiġi indikata fil-lista. It-tqegħid fis-suq ta' prodotti tat-tabakk li jkun fihom l-addittivi mhux fl-Anness [-I] jew li ma jintużawx skont il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness ta' din id-Direttiva għandu jkun ipprojbit.

 

L-addittivi li ġejjin ma jistgħux jiġu approvati:

 

(a)

vitamini u addittivi oħra li joħolqu l-impressjoni li prodott tat-tabakk huwa ta' benefiċċju għas-saħħa jew jippreżenta inqas perikli għas-saħħa, jew

 

(b)

kafeina u tawrina u addittivi oħra u komposti stimulanti li huma assoċjati mal-enerġija u l-vitalità, jew

 

(c)

addittivi li għandhom proprjetajiet koloranti għall-emissjonijiet;

 

(d)

addittivi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala sustanzi perikolużi skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, jew li jirriżultawx f'tali sustanzi meta jinħarqu;

 

(e)

addittivi li, meta jintużaw, jistgħu jagħtu togħma karatterizzanti;

 

(f)

addittivi li fl-istadju tal-konsom iżidu l-effett tossiku jew ta' dipendenza ta' prodott tat-tabakk.

 

Minkejja l-punt (e) tas-subparagrafu preċedenti, meta ċertu addittiv jew taħlita ta' addittivi tipikament tagħti togħma karatterizzanti meta jaqbżu ċertu livell ta' preżenza jew konċentrazzjoni biss, l-addittiv jew l-addittivi kkonċernati jistgħu jiġu approvati sakemm jiġu stabbiliti livelli massimi permessi.

 

Minkejja l-punt (f) tat-tieni subparagrafu, meta ċertu addittiv fl-istadju tal-konsum iżid l-effett tossiku jew ta' dipendenza ta' prodott tat-tabbakk meta jaqbeż ċertu livell ta' preżenza jew konċentrazzjoni biss, inklużi l-marġni standard ta' sikurezza, l-addittiv ikkonċernat jista' jiġi approvat sakemm jiġu stabbiliti livelli massimi permessi.

L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu l-użu ta' addittivi li huma essenzjali għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk, sakemm l-addittivi ma jirriżultawx fi prodott b'togħma karatterizzanti.

L-addittivi li huma essenzjali għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk jistgħu jiġu approvati sakemm l-addittivi ma jirriżultawx fi prodott b'togħma karatterizzanti. Ir-rikostituzzjoni tal-komposti taz-zokkor fil-prodotti tat-tabakk sal-livelli preżenti fil-weraq tat-tabakk qabel ma jinqatgħu għandha titqies li ma tirriżultax f'togħma karatterizzanti.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skont dan il-paragrafu.

 

2.     Il-Kummissjoni għandha wara talba ta' Stat Membru jew tista' fuq inizjattiva tagħha stess, tiddetermina permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni jekk prodott tat-tabakk jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21.

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni regoli uniformi tal-proċeduri biex jiġi determinat jekk prodott jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21.

 

3.     Fil-każ li l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 turi li ċertu addittiv jew taħlita ta' addittivi tipikament tagħti togħma karatterizzanti meta taqbeż ċertu livell ta' preżenza jew konċentrazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tistabbilixxi livelli massimi għal dawk l-addittivi jew taħlita ta' addittivi li jikkawżaw togħma karatterizzanti.

 

4.     L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu tal-addittivi li ġejjin fi prodotti tat-tabakk:

 

(a)

vitamini u addittivi oħra li joħolqu l-impressjoni li prodott tat-tabakk huwa ta' benefiċċju għas-saħħa jew jippreżenta inqas perikli għas-saħħa, jew

 

(b)

kafeina u tawrina u addittivi oħra u komposti stimulanti li huma assoċjati mal-enerġija u l-vitalità, jew

 

(c)

addittivi li għandhom proprjetajiet koloranti għall-emissjonijiet.

 

5.    L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu ta' ħwawar fil-komponenti tal-prodotti tat-tabakk bħal filtri, karti, pakketti, kapsuli jew kwalunkwe karatteristika teknika li tippermetti l-modifika tat-togħma jew tal-intensità tad-duħħan. Il-filtri u l-kapsuli ma għandux ikun fihom it-tabakk.

5.   L-użu ta' ħwawar fil-komponenti tal-prodotti tat-tabakk bħal filtri, karti, pakketti, kapsuli jew kwalunkwe karatteristika teknika li tippermetti l-modifika tat-togħma jew tal-intensità tad-duħħan għandu jiġi pprojbit . Il-filtri u l-kapsuli ma għandux ikun fihom it-tabakk.

6.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet jew il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huma applikati fuq il-prodotti tat-tabakk kif inhu xieraq.

 

7.     L-Istati Membri għandhom, abbażi ta' evidenza xjentifika, jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tat-tabakk b’adittivi fi kwantitajiet li jżidu b’mod apprezzabbli fl-istadju tal-konsum l-effett tossiku jew ta' dipendenza tal-prodott tat-tabakk.

 

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skont dan il-paragrafu.

 

8.     Il-Kummissjoni għandha wara talba ta' Stat Membru jew tista' fuq inizjattiva tagħha stess, tiddetermina permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni jekk prodott tat-tabakk jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 7. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 u għandhom ikunu bbażati fuq l-aħħar evidenza xjentifika.

 

9.     Fil-każ li l-evidenza xjentifika u l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-paragrafi 7 u 8 juru li ċertu addittiv jew ċerta kwantità tiegħu tamplifika b'mod apprezzabbli fl-istadju tal-konsum l-effett tossiku jew ta' dipendenza ta' prodott tat-tabakk, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tistabbilixxi livelli massimi għal dawk l-addittivi.

 

10.   Il-prodotti tat-tabakk għajr is-sigaretti, it-tabakk tal-brim u  l-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux għandhom ikunu eżentati mill-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tirtira din l-eżenzjoni jekk ikun hemm bidla sostanzjali fiċ-ċirkostanzi kif stabbilit f'rapport tal-Kummissjoni.

10.   Il-prodotti tat-tabakk għajr is-sigaretti, it-tabakk tal-brim u  t-tabakk tal-pipa tal-ilma għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, u mill-paragrafu 5 . Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tirtira din l-eżenzjoni jekk ikun hemm bidla sostanzjali fiċ-ċirkostanzi kif stabbilit f'rapport tal-Kummissjoni.

 

10a.     Sabiex jiksbu l-approvazzjoni ta' addittiv, il-manifatturi u l-importaturi għandhom japplikaw għand il-Kummissjoni. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mid-dettalji li ġejjin:

 

(a)

l-isem jew l-isem korporattiv u l-indirizz permanenti tal-applikant;

 

(b)

l-isem kimiku tal-addittiv;

 

(c)

il-funzjoni tal-addittiv u l-kwantità massima li għandha tintuża għal kull sigarett;

 

(d)

evidenza ċara, sostnuta minn dejta xjentifika, li l-addittiv ma jaqa taħt l-ebda waħda mill-kriterji ta' esklużjoni elenkati f'dan l-Artikolu.

 

Il-Kummissjoni tista' tistaqsi lill-kumitat xjentifiku rilevanti jekk l-addittiv ikkonċernat jaqax taħt xi wieħed mill-kriterji ta' esklużjoni elenkati f'dan l-Artikolu bħala tali, jew f'ċerta konċentrazzjoni biss. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni wara li tirċievi l-applikazzjoni.

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 22 biex tapprova l-addittiv, b'livelli massimi permessi meta jkunu rilevanti, u temenda l-Anness [-I] konsegwentement.

 

10b.     L-użu tal-mentol fil-forom kummerċjali kollha tiegħu magħrufa fid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-direttiva għandu jkun eżentat mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għal perjodu ta’ 5 snin mid-data msemmija fl-Artikolu 25(1).

 

10c.     It-tabakk għall-użu orali (snus) għandu jkun eżentat mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

 

10d.     Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni għall-prodotti tat-tabakk tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew ta' kwalunkwe kundizzjoni stipulata skont dak ir-Regolament.

 

10e.     Dan l-Artikolu għandu japplika minn …  (*) .

Emenda 51

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Kull pakkett wieħed ta' prodotti tat-tabakk u kull ippakkjar estern għandu jkollu fuqu twissijiet tas-saħħa bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-prodott ikun qed jitqiegħed fis-suq.

1.   Kull pakkett wieħed ta' prodotti tat-tabakk u kull ippakkjar estern għandu jkollu fuqu twissijiet tas-saħħa bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-prodott ikun qed jitqiegħed fis-suq.

2.   It-twissijiet tas-saħħa għandhom ikopru l-wiċċ sħiħ riżervat għalihom u ma għandhomx ikunu oġġett ta' kumment, parafrażi jew riferiment fi kwalunkwe forma.

2.   It-twissijiet tas-saħħa għandhom ikopru l-wiċċ sħiħ riżervat għalihom u ma għandhomx ikunu oġġett ta' kumment, parafrażi jew riferiment fi kwalunkwe forma.

3.   Biex tkun żgurata l-integrità grafika u l-viżibilità tagħhom, it-twissijiet tas-saħħa għandhom jiġu stampati b'mod li ma jkunux jistgħu jitneħħew, b'mod indelibbli u bl-ebda mod moħbijin jew interrotti, inkluż permezz ta' bolol tat-taxxi, marki tal-prezz, marki ta' provenjenza u traċċar, karatteristiċi ta' sigurtà jew kwalunkwe tip ta' tqartis, borża, għata, kaxxa jew mezz ieħor jew bil-ftuħ tal-pakkett individwali.

3.   Biex tkun żgurata l-integrità grafika u l-viżibilità tagħhom, it-twissijiet tas-saħħa għandhom jiġu stampati b'mod li ma jkunux jistgħu jitneħħew, b'mod indelibbli u bl-ebda mod moħbijin jew interrotti, inkluż permezz ta' bolol tat-taxxi, marki tal-prezz, marki ta' provenjenza u traċċar, karatteristiċi ta' sigurtà jew kwalunkwe tip ta' tqartis, borża, għata, kaxxa jew mezz ieħor jew bil-ftuħ tal-pakkett individwali. Fil-każ tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigaretti, it-tabakk tal-brim, it-tabakk tal-pipa tal-ilma u l-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux, it-twissijiet tas-saħħa jistgħu jitwaħħlu permezz ta' stikers, sakemm tali stikers ma jkunux jistgħu jitneħħew.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-twissijiet tas-saħħa fuq il-wiċċ prinċipali tal-pakkett jew fuq xi ppakkjar ta’ barra huma kompletament viżibbli, inkluż li ma jkunux parzjalment jew totalment moħbija jew interrotti b'tqartis, b’boroż, b’għata, b’kaxex jew mezzi oħrajn meta l-prodotti tat-tabakk jitqiegħdu fis-suq.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-twissijiet tas-saħħa fuq il-partijiet viżibbli fuq in-naħat kollha tal-pakkett jew fuq xi ppakkjar ta’ barra huma kompletament viżibbli, inkluż li ma jkunux parzjalment jew totalment moħbija jew interrotti b'tqartis, b’boroż, b’għata, b’kaxex jew mezzi oħrajn meta l-prodotti tat-tabakk jitqiegħdu fis-suq.

5.   It-twissijiet tas-saħħa ma għandhom bl-ebda mod jaħbu jew jinterrompu l-bolol tat-taxxa, il-marki tal-prezz, il-marki tal-provenjenza u t-traċċar, jew il-karatteristiċi tas-sigurtà fuq kull pakkett individwali.

5.   It-twissijiet tas-saħħa ma għandhom bl-ebda mod jaħbu jew jinterrompu l-bolol tat-taxxa, il-marki tal-prezz, il-marki tal-provenjenza u t-traċċar, jew il-karatteristiċi tas-sigurtà fuq kull pakkett individwali.

6.   L-Istati Membri ma għandhomx ikabbru d-daqs tat-twissijiet tas-saħħa inkluż bl-introduzzjoni ta' obbligu biex jiċċirkondaw it-twissijiet tas-saħħa b’burdura. Id-daqs effettiv tat-twissijiet tas-saħħa għandu jkun ikkalkulat f’relazzjoni mal-wiċċ li fuqu jitqiegħdu qabel ma l-pakkett individwali jinfetaħ.

6.   L-Istati Membri ma għandhomx ikabbru d-daqs tat-twissijiet tas-saħħa inkluż bl-introduzzjoni ta' obbligu biex jiċċirkondaw it-twissijiet tas-saħħa b’burdura. Id-daqs effettiv tat-twissijiet tas-saħħa għandu jkun ikkalkulat f’relazzjoni mal-wiċċ li fuqu jitqiegħdu qabel ma l-pakkett individwali jinfetaħ.

7.   Stampi ta’ pakketti individwali u xi ppakkjar estern li għandhom fil-mira tagħhom il-konsumaturi fl-Unjoni għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu.

7.   Stampi ta’ pakketti individwali u xi ppakkjar estern li għandhom fil-mira tagħhom il-konsumaturi fl-Unjoni għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu.

 

7a.     Ir-regolamentazzjoni ta' aspetti oħra tal-pakkett taqa' barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

 

7b.     Il-pakkett individwali u l-ippakkjar tal-madwar tiegħu m'għandhomx jinkludu vawċers stampati li joffru skontijiet, distribuzzjoni b'xejn, tnejn għal prezz ta' wieħed jew offerti simili oħra li jinvolvu kwalunkwe tip ta' prodott tat-tabakk kopert minn din id-Direttiva.

Emenda 52

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafi 1 sa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Kull pakkett individwali u xi ppakkjar estern tat-tabakk għat-tipjip għandhom juru t-twissija ġenerali li ġejja:

1.   Kull pakkett individwali u xi ppakkjar estern tat-tabakk għat-tipjip għandhom juru t-twissija ġenerali li ġejja:

It-tipjip joqtol – Ieqaf issa

It-tipjip joqtol – Ieqaf issa

2.   Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tat-tabakk għat-tipjip għandhom juru l-messaġġ ta’ informazzjoni li ġej:

2.   Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tat-tabakk għat-tipjip għandhom juru l-messaġġ ta’ informazzjoni li ġej:

Id-duħħan tat-tabakk fih aktar minn 70 sustanzi magħrufa li jikkawżaw il-kanċer

Id-duħħan tat-tabakk fih aktar minn 70 sustanzi magħrufa li jikkawżaw il-kanċer

3.   Għall-pakketti tas-sigaretti t-twissija ġenerali u l-messaġġ ta’ informazzjoni għandhom ikunu stampati fuq in-naħat laterali tal-pakketti individwali. Dawn it-twissijiet għandhom ikollhom wisa’ ta' mhux inqas minn 20 mm u għoli ta’ mhux inqas minn 43 mm . Għat-tabakk tal-brim, il-messaġġ ta' informazzjoni għandu jiġi stampat fuq il-wiċċ li jsir viżibbli meta jinfetaħ kull pakkett individwali. Kemm it-twissija ġenerali u kif ukoll il-messaġġ tal-informazzjoni għandhom ikopru 50 % tal-wiċċ li fuqu jkunu stampati.

3.   Għall-pakketti tas-sigaretti t-twissija ġenerali u l-messaġġ ta’ informazzjoni għandhom ikunu stampati fuq in-naħat laterali tal-pakketti individwali miktuba f'tipa grossa sewda Helvetica fuq sfond abjad jew ikkulurit . Dawn it-twissjijiet għandu jkollhom wisa' ta' mhux inqas minn 20 mm. Għat-tabakk tal-brim fil-boroż , il-messaġġ ta' informazzjoni għandu jiġi stampat fuq il-wiċċ li jsir viżibbli meta jinfetaħ kull pakkett individwali , għall-kontenituri ċilindiriċi t-twissijiet għandhom jiġu stampati fuq l-għatu, u għall-kontenituri f'forma ta' kubu t-twissijiet għandu jiġu stampati fuq in-naħat laterali. Kemm it-twissija ġenerali u kif ukoll il-messaġġ tal-informazzjoni għandhom ikopru 50 % tal-wiċċ li fuqu jkunu stampati.

Emenda 96

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

biex tiddefinixxi l-pożizzjoni, il-format, il-layout u d-disinn tat-twissijiet tas-saħħa definiti f’dan l-Artikolu, inklużi l-karattru tat-tipa u l-kulur tal-isfond tagħhom.

imħassar

Amendments 168 u 181

Proposal for a directive

Article 9 – paragraph 1 – point c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

ikopru 75 % tal-erja esterna tal-wiċċ ta’ quiddiem u ta’ wara tal-pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern;

(c)

ikopru 65  % tal-erja esterna tal-wiċċ ta’ quiddiem u ta’ wara tal-pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern;

Emenda 111

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt g – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

għoli: mhux inqas minn 64 mm ;

(i)

għoli: mhux inqas minn 50 mm ;

Emendi 100, 112, 141 u 182

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt g – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

wisa’: mhux inqas minn 55 mm ;

(ii)

wisa’: mhux inqas minn 52 mm ;

Emenda 54

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   It-twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien għandhom ikunu diviżi fi tliet settijiet li jinbidlu fuq bażi annwali L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull twissija kkombinata tas-saħħa tidher kemm jista’ jkun possibbli fl-istess ammont ta’ drabi ta’ kull marka kummerċjali;

2.   It-twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien għandhom ikunu diviżi fi tliet settijiet li jinbidlu fuq bażi annwali L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull twissija kkombinata tas-saħħa disponibbli għall-użu f'kwalunkwe sena tidher kemm jista’ jkun possibbli fl-istess ammont ta’ drabi ta’ kull marka kummerċjali;

Emenda 101

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

tiddefinixxi l-pożizzjoni, il-format, l-layout, id-disinn, ir-rotazzjoni u l-proporzjonijiet tat-twissijiet tas-saħħa;

imħassar

Emenda 55

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

b’deroga mill-Artikolu 7(3), tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom it-twissijiet tas-saħħa jistgħu jinkisru fil-ftuħ tal-pakkett b’tali mod li jkunu żgurati l-integrità grafika u l-viżibilità tal-kitba, ir-ritratti u l-informazzjoni dwar il-waqfien mit-tipjip.

imħassar

Emenda 56

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafi 1 sa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ittikkettar tat-tabakk għat-tipjip għajr sigaretti u t-tabakk tal-brim

L-ittikkettar tat-tabakk għat-tipjip għajr sigaretti , tabakk tal-brim u tabakk tal-pipa tal-ilma

1.   It-tabakk għat-tipjip barra s-sigaretti u t-tabakk tal-brim għandhom ikunu eżentati mill-obbligi li jintwera l-messaġġ tal-informazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 8(2) u t-twissijiet tas-saħħa kkombinati skont l-Artikolu 9. Barra mit-twissija ġenerali speċifikata fl-Artikolu 8(1), kull pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern ta' dawn il-prodotti għandhom juru kliem ta' twissija elenkat fl-Anness I. It-twissija ġenerali speċifikata fl-Artikolu 8(1) għandha tinkludi referenza għas-servizzi għall-waqfien mit-tipjip skont l-Artikolu 9(1)(b).

1.   It-tabakk għat-tipjip barra s-sigaretti , it-tabakk tal-brim u t-tabakk tal-pipa tal-ilma għandhom ikunu eżentati mill-obbligi li jintwera l-messaġġ tal-informazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 8(2) u t-twissijiet tas-saħħa kkombinati skont l-Artikolu 9. Barra mit-twissija ġenerali speċifikata fl-Artikolu 8(1), kull pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern ta' dawn il-prodotti għandhom juru kliem ta' twissija elenkat fl-Anness I. It-twissija ġenerali speċifikata fl-Artikolu 8(1) għandha tinkludi referenza għas-servizzi għall-waqfien mit-tipjip skont l-Artikolu 9(1)(b).

It-twissija ġenerali għandha tkun stampata fuq il-wiċċ l-aktar li jidher tal-pakkett individwali u kull ippakkjar estern. Il-kliem tat-twissijiet elenkati fl-Anness I għandhom jinbidlu b’tali mod li tiġi garantita d-dehra regolari tagħhom. Dawn it-twissijiet għandhom ikunu stampati fuq il-wiċċ li jidher l-aktar tal-pakkett individwali u kull ippkajjar estern.

It-twissija ġenerali għandha tkun stampata fuq il-wiċċ l-aktar li jidher tal-pakkett individwali u kull ippakkjar estern. Il-kliem tat-twissijiet elenkati fl-Anness I għandhom jinbidlu b’tali mod li tiġi garantita d-dehra regolari tagħhom. Dawn it-twissijiet għandhom ikunu stampati fuq il-wiċċ li jidher l-aktar tal-pakkett individwali u kull ippkajjar estern.

2.   It-twissija ġenerali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri 30 % tal-erja esterna tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali jew kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.

2.   It-twissija ġenerali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri 30 % tal-erja esterna tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali jew kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ lingwi uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri b'iktar minn żewġ lingwi uffiċjali.

3.   Il-kliem tat-twissija msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkopri 40 % tal-erja esterna tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali u kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 45 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 50 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.

3.   Il-kliem tat-twissija msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkopri 40 % tal-erja esterna tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali u kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 45 % għall-Istati Membri b'żewġ lingwi uffiċjali u 50 % għall-Istati Membri b'iktar minn żewġ lingwi uffiċjali.

 

3a.     F’każ ta’ pakketti li l-ispazju li jidher l-aktar tagħhom ikun fih aktar minn 75 cm2, madankollu t-twissijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 jridu jkopru spazju ta’ mill-anqas 22,5  cm2 fuq kull spazju. Dik il-parti għandha tiżdied għal 24 cm2 għal Stati Membri b’żewġ lingwi uffiċjali u 26,25  cm2 għal Stati Membri bi tliet lingwi uffiċjali.

4.   It-twissija ġenerali u l-kliem tat-twissija msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:

4.   It-twissija ġenerali u l-kliem tat-twissija msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:

(a)

stampati b'tipa Helvetica sewda grassa fuq sfond abjad. Biex jiġu akkommodati l-ħtiġijiet lingwistiċi, l-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jistabbilixxu d-daqs tat-tipa, bil-kundizzjoni illi d-daqs tat-tipa speċifikat fil-leġiżlazzjoni tagħhom ikun tali li jokkupa l-akbar proporzjon possibbli tal-erja merfugħa għall-kliem meħtieġ;

(a)

stampati b'tipa Helvetica sewda grassa fuq sfond abjad. It-twissijiet jistgħu jitwaħħlu permezz ta' stikers, bil-patt li dawn l-istikers ma jistgħux jitneħħew. Biex jiġu akkommodati l-ħtiġijiet lingwistiċi, l-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jistabbilixxu d-daqs tat-tipa, bil-kundizzjoni illi d-daqs tat-tipa speċifikat fil-leġiżlazzjoni tagħhom ikun tali li jokkupa l-akbar proporzjon possibbli tal-erja merfugħa għall-kliem meħtieġ;

(b)

iċċentrati fil-erja li fiha huwa meħtieġ li jiġu stampati, paralleli mat-tarf ta' fuq tal-pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern;

(b)

iċċentrati fil-erja li fiha huwa meħtieġ li jiġu stampati, paralleli mat-tarf ta' fuq tal-pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern;

(c)

imdawra minn burdura sewda ta’ mhux anqas minn 3 mm u mhux aktar minn 4 mm fil-wisa’ ġewwa l-wiċċ riżervat għall-kliem tat-twissija.

(c)

imdawra minn burdura sewda ta’ mhux anqas minn 3 mm u mhux aktar minn 4 mm fil-wisa’ ġewwa l-wiċċ riżervat għall-kliem tat-twissija.

Emenda 102

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.     Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22, sabiex tirtira l-eżenzjoni stipulata fil-paragrafu 1 jekk ikun hemm bidla sostanzjali taċ-ċirkustanzi kif stabbilit f’rapport tal-Kummissjoni.

imħassar imħassar

Emenda 58

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafi 1 sa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tal-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux għandhom juru t-twissija tas-saħħa li ġejja:

1.   Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tal-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux għandhom juru t-twissija tas-saħħa li ġejja:

“Dan il-prodott tat-tabakk jista’ jagħmillek ħsara għal saħħtek u jagħmlek dipendenti.”

“Dan il-prodott tat-tabakk jagħmillek ħsara għal saħħtek u jagħmlek dipendenti.”

2.   It-twissija tas-saħħa stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 10(4) (a) sa (c). Barra minn hekk, għandha:

2.   It-twissija tas-saħħa stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 10(4) (a) sa (c). Barra minn hekk, għandha:

(a)

tiġi stampata fuq l-akbar żewġ uċuħ tal-pakkett individwali, u kull ippakkjar estern.

(a)

tiġi stampata fuq l-akbar żewġ uċuħ tal-pakkett individwali, u kull ippakkjar estern.

(b)

tkopri 30 % tal-erja esterna tal-wiċċ li tikkorrispondi mal-pakket individwali u kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.

(b)

tkopri 30 % tal-erja esterna tal-wiċċ li tikkorrispondi mal-pakket individwali u kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ lingwi uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri b'iktar minn żewġ lingwi uffiċjali.

Emenda 59

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tadatta r-rekwiżiti fil-paragrafi 1 u 2 billi jittieħdu in konsiderazzjoni l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq.

3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tadatta r-rekwiżiti fil-paragrafu  2 billi jittieħdu in konsiderazzjoni l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq.

Emendi 60, 103 u 153

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   It-tikkettar tal-pakkett individwali u kull ppakkjar estern u l-prodott tat-tabakk innifsu ma għandhomx jinkludi kwalunkwe element jew karattersitika li:

1.   It-tikkettar tal-pakkett individwali u kull ppakkjar estern u l-prodott tat-tabakk innifsu u/jew l-isem tad-ditta tiegħu ma għandhom jinkludu ebda element jew karattersitika li:

(a)

tippromwovi prodott tat-tabakk b’mezzi li huma foloz, qarrieqa, żleali jew li aktarx toħloq impressjoni żbaljata dwar il-karatteristiċi tiegħu, l-effetti fuq is-saħħa, il-perikli jew l-emissjonijiet;

(a)

jippromwovu prodott tat-tabakk u jħeġġu l-konsum tiegħu b’mezzi li huma foloz, qarrieqa, żleali jew li aktarx toħloq impressjoni żbaljata dwar il-karatteristiċi tiegħu, l-effetti fuq is-saħħa, il-perikli jew l-emissjonijiet; It-tikketti m'għandhom jinkludu ebda informazzjoni dwar il-kontenut ta' nikotina, qatran jew monossidu tal-karbonju;

(b)

tissuġġerixxi li prodott tat-tabakk partikolari huwa anqas ta’ ħsara minn oħrajn jew għandu effetti ta’ vitalità, enerġetiċi, ta’ fejqan, li jirriġovinaw, naturali, organiċi jew inkella effetti pożittivi fuq is-saħħa jew soċjali ;

(b)

tissuġġerixxi li prodott tat-tabakk partikolari huwa anqas ta’ ħsara minn oħrajn jew għandu effetti ta’ vitalità, enerġetiċi, ta’ fejqan, li jirriġovinaw, naturali, organiċi jew inkella effetti pożittivi fuq is-saħħa;

(c)

tirreferi għall-palat, it-togħma, kwalunkwe ħwawar jew addittivi oħra jew l-assenza tagħhom;

(c)

jirreferu għall-palat, it-togħma, kwalunkwe ħwawar jew addittivi oħra jew l-assenza tagħhom;

(d)

tixbah prodott tal-ikel.

(d)

jixbhu prodott tal-ikel jew prodott kosmetiku;

 

(da)

jimmiraw li jnaqqsu ċerti komponenti dannużi tat-tipjip jew li jżidu l-bijodegradabilità tal-prodotti tat-tabakk.

Emendi 104, 121 u 148

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-elementi u l-karatteristiċi pprojbiti jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati, għal kliem, simboli, ismijiet, marki kummerċjali, sinjali figurattivi jew sinjali oħrajn, kuluri qarrieqa, inserzjonijiet jew materjal addizzjonali ieħor bħalma huma tikketti li jeħlu, stickers, onserts, scratch-offs u sleeves jew jirreferu għall-għamla tal-prodott tat-tabakk innifsu. Is-sigaretti b’dijametru ta’ inqas minn 7,5  mm għandhom jitqiesu bħala qarrieqa.

2.   L-elementi u l-karatteristiċi pprojbiti jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati, għal kliem, simboli, ismijiet, marki kummerċjali, sinjali figurattivi jew sinjali oħrajn, kuluri qarrieqa, inserzjonijiet jew materjal addizzjonali ieħor bħalma huma tikketti li jeħlu, stickers, onserts, scratch-offs u sleeves jew jirreferu għall-għamla tal-prodott tat-tabakk innifsu.

Emenda 61

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ tas-sigaretti bil-filtru, il-karta tal-filter għandu jkollha protezzjoni biżżejjed kontra l-iffalsifikar tal-prodott permezz tal-kumplessità tagħha. Għal dan il-għan din għandu jkollha mill-inqas il-karatteristiċi li ġejjin:

 

(a)

diversi kuluri viżibbli ta’ stampar u produzzjoni bil-fotoinċiżjoni;

 

(b)

il-partijiet bojod kollha miksija;

 

(c)

stampar kumpless parzjalment bi strutturi rqaq;

 

(d)

stampar fuq karta bażika bajda;

 

(e)

preperforazzjoni li tkun f’distanza adegwata mit-tarf tas-sigarett.

Emenda 62

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-karta tas-sigarett għandha tinkludi l-marki tal-ilma.

Emenda 63

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Fuq il-pakkett individwali jistgħu jiġu indikati l-varjetà tat-tabakk użata għall-manifattura tal-prodott u/jew il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu.

Emenda 105

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Pakkett individwali tas-sigaretti għandu jkun forma ta’ kubu. Pakkett individwali tat-tabakk tal-brim għandu jkollu l-forma ta’ borża, jiġifieri, but rettangulari b’għatu li jkopri l-fetħa. L-għatu tal-borża għandu jkopri ta’ mill-anqas 70 % tal-wiċċ ta’ quddiem tal-pakkett. Pakkett individwali tas-sigaretti għandu jinkludi mill-inqas 20 sigarett. Pakkett individwali tat-tabakk tal-brim għandu jkollu tabakk li jiżen mill-inqas 40  gr.

1.   Pakkett individwali tas-sigaretti għandu jinkludi mill-inqas 20 sigarett. Pakkett individwali tat-tabakk tal-brim għandu jkollu tabakk li jiżen mill-inqas 20  gr.

Emenda 66

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.     Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tiddefinixxi regoli aktar dettaljati għall-forma u d-daqs ta’ pakketti individwali sakemm dawn ir-regoli huma meħtieġa biex tkun żgurata l-viżibbiltà sħiħa u l-integrità tat-twissijiet tas-saħħa qabel l-ewwel ftuħ, matul il-ftuħ u wara l-għelqu mill-ġdid ta' pakkett individwali.

imħassar

Emenda 107, 125 u 154

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.     Il-Kummisjsoni għandha tingħata s-setgħat li taddotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tagħmel il-forma kubika jew ċilindrika obbligatorja għall-pakketti individwali tal-prodotti tat-tabakk minbarra s-sigaretti u t-tabakk tal-brim jekk ikun hemm bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi kif stabbilit fir-rapport tal-Kummissjoni.

imħassar

Emendi 156, 67, 185, 189 u 108

Proposta għal direttiva

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pakketti individwali kollha tal-prodotti tat-tabakk imqiegħda fis-suq għandhom jiġu mmarkati b’identifikatur uniku. Sabiex tkun żgurata l-integrità tagħhom, l-identifikaturi uniċi għandhom ikunu stampati/imwaħħla b’tali mod li ma jistgħux jinqalgħu, ma jistgħux jitħassru u bl-ebda mod jinħbew jew interrotti b’xi mod, inkluż permezz ta’ bolol tat-taxxa jew il-marki tal-prezz, jew bil-ftuħ tal-pakkett. Fir-rigward tal-prodotti manifatturati barra mill-Unjoni l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu japplikaw biss għal dawk destinati jew imqiegħda fis-suq tal-Unjoni.

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pakketti individwali kollha u kwalunkwe ippakkettjar estern għat-trasport tal-prodotti tat-tabakk imqiegħda fis-suq għandhom jiġu mmarkati b’identifikatur uniku bil-għan li jiġu rintraċċati l-prodotti mal-katina tal-provvista sħiħa . Sabiex tkun żgurata l-integrità tagħhom, l-identifikaturi uniċi għandhom ikunu sikuri, stampati/imwaħħla b’tali mod li ma jistgħux jinqalgħu, ma jistgħux jitħassru u bl-ebda mod jinħbew jew interrotti b’xi mod, inkluż permezz ta’ bolol tat-taxxa jew il-marki tal-prezz, jew bil-ftuħ tal-pakkett. Fir-rigward tal-prodotti manifatturati barra mill-Unjoni l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu japplikaw biss għal dawk destinati jew imqiegħda fis-suq tal-Unjoni.

 

1a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-identifikaturi uniċi tal-pakketti individwali jkunu marbutin mal-identifikatur uniku fuq l-ippakkjar tat-trasport estern. Kwalunkwe bidla fir-rabtiet bejn il-pakketti individwali u l-ippakkjar tat-trasport estern għandha tiġi rreġistrata fid-database imsemmija fil-paragrafu 6.

2.   L-identifikatur uniku għandu jippermetti li jiġu determinati:

2.   L-identifikatur uniku għandu jippermetti li jiġu determinati:

(a)

id-data u l-post tal-manifattura;

(a)

id-data u l-post tal-manifattura;

(b)

il-faċilità tal-manifattura;

(b)

il-faċilità tal-manifattura;

(c)

il-magna użata fil-produzzjoni tal-prodotti;

(c)

il-magna użata fil-produzzjoni tal-prodotti;

(d)

ix-xift tal-produzzjoni jew iż-żmien tal-manifattura;

(d)

ix-xift tal-produzzjoni jew iż-żmien tal-manifattura;

(e)

l-isem tal-prodott;

(e)

id-deskrizzjoni tal-prodott;

(f)

is-suq intiż tal-bejgħ bl-imnut;

(f)

is-suq intiż tal-bejgħ bl-imnut;

(g)

ir-rotta tal-kunsinja intenzjonata;

(g)

ir-rotta tal-kunsinja intenzjonata u reali mill-post tal-manifattura għall-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, inklużi l-imħażen kollha użati, id-data tal-kunsinja, id-destinazzjoni tal-kunsinja, id-destinatarju u l-punt tat-tluq ;

(h)

fejn applikabbli, l-importatur fl-Unjoni;

(h)

fejn applikabbli, l-importatur fl-Unjoni;

(i)

Ir-rotta tal-kunsinja attwali mill-manifattura għall-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, inklużi l-imħażen kollha użati;

 

(j)

l-identità tax-xerrejja kollha mill-manifattura għall-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut;

(j)

l-identità tax-xerrejja kollha mill-manifattura għall-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut;

(k)

il-fattura, in-numru tal-ordni u r-rekords tal-ħlas tax-xerrejja kollha mill-manifattura għall-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut.

(k)

il-fattura, in-numru tal-ordni u r-rekords tal-ħlas tax-xerrejja kollha mill-manifattura għall-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, mill-manifattur sal-aħħar operatur ekonomiku, qabel l-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, jirreġistraw id-dħul tal-pakketti kollha individwali fil-pussess tagħhom, kif ukoll, il-movimenti kollha intermedjarji u l-aħħar ħruġ mill-pussess tagħhom. Dan l-obbligu jista’ jiġi ssodisfat billi jkunu rreġistrati f’forma aggregata, eż. tal-ippakkjar estern , bil-kundizzjoni li l-identifikazzjoni tal-provenjenza u t-traċċar tal-pakketti individwali tibqa’ possibbli .

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, mill-manifattur sal-aħħar operatur ekonomiku, qabel l-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, jirreġistraw id-dħul tal-pakketti individwali u l-ippakkjar ta' barra kollha fil-pussess tagħhom, kif ukoll, il-movimenti kollha intermedjarji u l-aħħar ħruġ mill-pussess tagħhom , u jittrażmettu d-dejta elettronikament f'faċilità għall-ħżin tad-dejta skont il-paragrafu 6 . Dan l-obbligu jista’ jiġi ssodisfat billi jkunu rreġistrati f’forma aggregata, eż. tal-ippakkjar estern.

 

3a.     It-teknoloġija użata fl-identifikazzjoni tal-provenjenza u t-traċċar għandha tappartjeni u titwettaq minn entitajiet ekonomiċi li ma għandhom l-ebda rabta legali jew kummerċjali mal-industrija tat-tabakk.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk jipprovdu lill-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, mill-manifattur sal-aħħar operatur ekonomiku, qabel l-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, inklużi l-importaturi, l-imħażen u l-kumpaniji tat-trasport bit-tagħmir meħtieġ li jippermetti r-reġistrazzjoni tal-prodotti tat-tabakk mixtrija, mibjugħa, maħżuna, trasportati jew ittrattati b’mod ieħor. It-tagħmir għandu jkun kapaċi li jaqra u jittrasmetti d-dejta b’mod elettroniku lil faċilità tal-ħżin tad-dejta skont il-paragrafu 6.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk jipprovdu lill-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, mill-manifattur sal-aħħar operatur ekonomiku, qabel l-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, inklużi l-importaturi, l-imħażen u l-kumpaniji tat-trasport bit-tagħmir meħtieġ , kif determinat minn dawk l-Istati Membri, li jippermetti r-reġistrazzjoni tal-prodotti tat-tabakk mixtrija, mibjugħa, maħżuna, trasportati jew ittrattati b’mod ieħor. It-tagħmir għandu jkun kapaċi li jaqra u jittrasmetti d-dejta b’mod elettroniku lil faċilità tal-ħżin tad-dejta skont il-paragrafu 6.

5.   Id-dejta reġistrata ma tistax tiġi modifikata jew imħassra minn kwalunkwe operatur ekonomiku involut fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, iżda l-operatur ekonomiku li introduċa d-dejta u operaturi ekonomiċi oħra direttament ikkonċernati mit-tranżazzjoni, bħalma huma l-fornitur jew ir-riċevitur, jistgħu jikkummentaw dwar id-dejta introdotta qabel. L-operaturi ekonomiċi kkonċernati għandhom iżidu d-dejta korretta u referenza għall-entrata preċedenti li, fil-fehma tagħhom, teħtieġ rettifika. F’ċirkustanzi eċċezzjonali u fuq preżentazzjoni tal-evidenza adegwata, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li fih saret ir-reġistrazzjoni jew jekk ir-reġistrazzjoni saret barra l-Unjoni, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-importazzjoni, tista’ tawtorizza l-modifika jew tħassar id-dejta reġistrata qabel.

5.   Id-dejta reġistrata ma tistax tiġi modifikata jew imħassra minn kwalunkwe operatur ekonomiku involut fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, iżda l-operatur ekonomiku li introduċa d-dejta u operaturi ekonomiċi oħra direttament ikkonċernati mit-tranżazzjoni, bħalma huma l-fornitur jew ir-riċevitur, jistgħu jikkummentaw dwar id-dejta introdotta qabel. L-operaturi ekonomiċi kkonċernati għandhom iżidu d-dejta korretta u referenza għall-entrata preċedenti li, fil-fehma tagħhom, teħtieġ rettifika. F’ċirkustanzi eċċezzjonali u fuq preżentazzjoni tal-evidenza adegwata, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li fih saret ir-reġistrazzjoni jew jekk ir-reġistrazzjoni saret barra l-Unjoni, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-importazzjoni, tista’ tawtorizza l-modifika jew tħassar id-dejta reġistrata qabel.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jikkonkludu kuntratti ta' ħżin ta' dejta ma' parti terza indipendenti li għandha tospita l-faċilità tal-ħżin tad-dejta għal dejta relatata mal-manifattur u l-importatur ikkonċernat. Il-faċilità tal-ħżin tad-dejta għandha tkun fiżikament lokata fit-territorju tal-Unjoni. Il-konvenjenza tal-parti terza, b’mod partikolari l-indipendenza u l-kapaċitajiet tekniċi tagħha, kif ukoll il-kuntratt, għandhom ikunu approvati u sorveljati minn awditur estern, propost u mħallas mill-manifattur tat-tabakk u approvat mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-trasparenza u l-aċċessibilità sħaħ tal-faċilitajiet tal-ħżin tad-dejta għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-parti terza indipendenti fuq bażi permanenti. F’każijiet ġustifikati b’mod xieraq l-Istati Membri jew il-Kummissjoni jistgħu jipprovdu lill-manifatturi jew l-importaturi aċċess għal din l-informazzjoni, bil-kundizzjoni li informazzjoni kummerċjalment sensittiva tibqa’ protetta b’mod adegwat skont il-leġiżlazzjonijiet rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni.

6.   L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jikkonkludu kuntratti ta' ħżin ta' dejta ma' parti terza indipendenti li għandha tospita l-faċilità tal-ħżin tad-dejta għal dejta relatata mal-manifattur u l-importatur ikkonċernat. Il-faċilità tal-ħżin tad-dejta għandha tkun fiżikament lokata fit-territorju tal-Unjoni. Il-parti terza indipendenti għandha tkun ħielsa mill-interessi kummerċjali u interessi vestiti oħra tal-industrija tat-tabakk u industriji relatati oħra. Il-konvenjenza tal-parti terza, b'mod partikolari l-indipendenza u l-kapaċitajiet tekniċi tagħha, kif ukoll il-kuntratt, għandhom ikunu approvati u sorveljati mill-Kummissjoni, megħjuna minn awditur estern indipendenti , li jkun imħallas mill-manifattur tat-tabakk u approvat mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-trasparenza u l-aċċessibilità sħaħ tal-faċilitajiet tal-ħżin tad-dejta għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-parti terza indipendenti fuq bażi permanenti. F’każijiet ġustifikati b’mod xieraq l-Istati Membri jew il-Kummissjoni jistgħu jipprovdu lill-manifatturi jew l-importaturi aċċess għal din l-informazzjoni, bil-kundizzjoni li informazzjoni kummerċjalment sensittiva tibqa’ protetta b’mod adegwat skont il-leġiżlazzjonijiet rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta personali tiġi pproċessata skont ir-regoli u s-salvagwardji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta personali tiġi pproċessata skont ir-regoli u s-salvagwardji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE.

8.   Barra l-identifikatur uniku, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-pakketti kollha individwali tal-prodotti tat-tabakk li jitqiegħdu fis-suq ikollhom karatteristika viżibbli tas-sigurtà li ma tistax tintbagħbas b’ħxuna ta' mill-inqas 1 cm2, li għandha tkun stampata jew imwaħħla b’tali mod li ma tinqalax, ma tistax titħassar u bl-ebda mod tiġi moħbija jew interrotta b’xi mod, inkluż permezz tal-bolol tat-taxxa jew il-marki tal-prezz, jew elementi oħra stipulati bil-liġi.

8.   Barra l-identifikatur uniku, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-pakketti kollha individwali tal-prodotti tat-tabakk li jitqiegħdu fis-suq ikollhom karatteristika viżibbli , u inviżibbli, tas-sigurtà li ma tistax tintbagħbas b’ħxuna ta' mill-inqas 1 cm2, li għandha tkun stampata jew imwaħħla b’tali mod li ma tinqalax, ma tistax titħassar u bl-ebda mod tiġi moħbija jew interrotta b’xi mod, inkluż permezz tal-bolol tat-taxxa jew il-marki tal-prezz, jew elementi oħra stipulati bil-liġi. F'dawk l-Istati Membri fejn il-bolol tat-taxxa jiġu applikati fuq il-prodotti tat-tabbakk u fejn il-bolol tat-taxxa applikati ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu, mhi meħtieġa ebda karatteristika addizzjonali ta' sigurtà.

9.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 22:

9.    B'kunsiderazzjoni tal-prattiki, teknoloġiji u aspetti tal-operat kummerċjali eżistenti, kif ukoll l-istandards globali għat-traċċabbiltà, ir-rintraċċabbiltà u l-awtentikazzjoni ta' oġġetti tal-konsumatur u r-rekwiżiti rilevanti skont il-Protokoll tad-WHO dwar il-Kummerċ Illegali tal-Prodotti tat-Tabakk, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 22:

(a)

biex tiddefinixxi l-elementi ewlenin (bħalma huma t-tul taż-żmien, ir-rinnovalibità, l-għarfien espert meħtieġ, il-kunfidenzjalità) tal-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 6, inkluż il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni regolari tiegħu;

(a)

biex tiddefinixxi l-elementi ewlenin (bħalma huma t-tul taż-żmien, ir-rinnovalibità, l-għarfien espert meħtieġ, il-kunfidenzjalità) tal-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 6, inkluż il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni regolari tiegħu;

(b)

biex tiddefinixxi l-istandards tekniċi li jiżguraw li s-sistemi użati għall-identifikaturi uniċi u l-funzjonijiet relatati huma kompatibbli bis-sħiħ ma’ xulxin fl-UE kollha u

(b)

biex tiddefinixxi l-istandards tekniċi li jiżguraw li s-sistemi użati għall-identifikaturi uniċi u l-funzjonijiet relatati huma kompatibbli bis-sħiħ ma’ xulxin fl-UE kollha u f’konformità mal-istandards internazzjonali .

(c)

biex tiddefinixxi l-istandards tekniċi għall-element komuni tas-sigurtà u r-rotazzjoni possibbli tagħhom u li tadattahom għall-iżviluppi xjentifiċi, tekniċi u tas-suq.

 

10.   Prodotti tat-tabakk minbarra s-sigaretti u t-tabakk tal-brim għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sat-8 għall-perjodu ta’ 5 snin wara d-data msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 25.

10.   Prodotti tat-tabakk minbarra s-sigaretti u t-tabakk tal-brim għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sat-8 għall-perjodu ta’ sebà snin wara d-data msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 25.

Emenda 68

Proposta għal direttiva

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 16

Artikolu 16

Bejgħ bid-distanza transkonfinali ta’ prodotti tat-tabakk

Bejgħ bid-distanza ta’ prodotti tat-tabakk

1.   L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut li biħsiebhom jinvolvu ruħhom fil-bejgħ bid-distanza transkonfinali lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni li jirreġistraw mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn l-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut huwa stabbilit u fl-Istat Membru fejn jinsab il-konsumatur attwali jew potenzjali . Punti tal-bejgħ bl-imnut stabbiliti barra l-Unjoni għandhom jirreġistraw mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn jinsabu l-konsumaturi attwali jew potenzjali. L-istabbilimenti kollha tal-bejgħ bl-imnut li biħsiebhom jinvolvu ruħhom fil-bejgħ bid-distanza bejn il-fruntieri għandhom jissottomettu ta' mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti:

1.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu lill-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut stabbiliti fit-territorju tagħhom milli jidħlu f'bejgħ bid-distanza transkonfinali.

(a)

l-isem jew l-isem korporattiv u l-indirizz permanenti tal-post tal-attività minn fejn il-prodotti tat-tabakk jiġu fornuti;

 

(b)

Id-data ta’ meta bdiet l-attività li qed toffri l-prodotti tat-tabakk għall-bejgħ bid-distanza bejn il-fruntieri lill-pubbliku permezz tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni;

 

(c)

l-indirizz tal-websajt/s użati għal dak l-iskop u l-informazzjoni rilevanti kollha neċessarja biex tkun identifikata l-websajt.

 

 

1a.     L-Istati Membri għandhom iżommu l-awtorità fuq id-deċiżjoni biex jestendu, fil-qasam tal-bejgħ nazzjonali bid-distanza, il-projbizzjoni li tinsab fil-paragrafu preċedenti. Meta l-Istati Membri jippermettu l-bejgħ nazzjonali bid-distanza, dawn għandhom jiżguraw li l-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut ikunu mgħammra b'sistema tal-verifika tal-età.

 

1b.     Stat Membru jista’, minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika, jillimita l-importazzjonijiet tat-tabakk għal finijiet personali. Din il-limitazzjoni għandha b’mod partikolari tapplika meta l-prezz fl-Istat Membru tal-akkwist ikun sinifikattivament inferjuri għall-prezz tal-Istat Membru tal-oriġini jew jekk it-twissijiet tas-saħħa ma jkunux bil-lingwa jew bil-lingwi uffiċjali tiegħu.

2.    L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jippubblikaw lista sħiħa tal-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut reġistrati magħhom skont ir-regoli u s-salvagwardji stipulati fid-Direttiva 95/46/KE. L-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jistgħu jibdew biss t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tat-tabakk fil-forma ta' bejgħ bid-distanza mill-mument li l-isem tal-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut huwa ppubblikat fl-Istati Membri rilevanti.

2.    L-Istati Membri li jkunu implimentaw strateġija nazzjonali ta’ ġlieda kontra t-tipjip jistgħu jistabbilixxu limiti kwantitattivi fuq il–movimenti transkonfinali.

3.     Jekk ikun neċessarju biex tkun żgurata l-konformità u jiġi ffaċilitat l-infurzar, l-Istati Membri tad-destinazzjoni jistgħu jesiġu li punt ta’ bejgħ bl-imnut jinnomina persuna naturali li hija responsabbli biex tivverifika il-prodotti tat-tabakk qabel ma jaslu għand il-konsumatur jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

 

4.     L-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut involuti f’bejgħ bid-distanza għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta' verifika tal-età, li tivverifika fil-mument tal-bejgħ, li l-konsumatur li qed jixtri jirrispetta l-età minima prevista skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Il-bejjiegħ bl-imnut jew il-persuna naturali nominata għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti deskrizzjoni tad-dettalji u t-tħaddim tas-sistema tal-verifika tal-età.

 

5.     Id-dejta personali tal-konsumatur għandha tiġi pproċessata biss skont id-Direttiva 95/46/KE u ma tiġix żvelata lill-manifattur tal-prodotti tat-tabakk jew il-kumpaniji li jiffurmaw parti mill-istess grupp ta’ kumpaniji jew lil kwalunkwe partijiet terzi oħra. Id-dejta personali ma għandhiex tintuża jew tiġi ttrasferita lil hinn mill-iskop tax-xiri effettiv. Dan japplika wkoll jekk l-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut jifforma parti minn manifattur ta’ prodotti tat-tabakk.

 

Emenda 69

Proposta għal direttiva

Artikolu 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16a

 

stati Membri għandhom jipprojbixxu lill-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut stabbiliti fit-territorju tagħhom milli jqassmu prodotti tat-tabakk b'xejn jew bi skont permezz ta' mezzi transkonfinali bid-distanza jew permezz ta' kwalunkwe mezz ieħor.

Emenda 70

Proposta għal direttiva

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Notifika tal-prodotti ġodda tat-tabakk

Notifika tal-prodotti ġodda tat-tabakk

1.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bi kwalunkwe prodotti ġodda tat-tabakk li beħsiebhom iqegħdu fis-swieq tal-Istati Membri kkonċernati. In-notifika għandha tkun sottomessa f’forma elettronika sitt xhur qabel it-tqegħid maħsub fis-suq u għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni dettaljata tal-prodott in kwistjoni kif ukoll informazzjoni dwar l-ingredjenti u l-emissjonijiet skont l-Artikolu 5. Il-manifatturi u l-importaturi li jinnotifikaw prodotti ġodda tat-tabakk għandhom ukoll jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti in kwistjoni bi:

1.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bi kwalunkwe prodotti ġodda tat-tabakk li beħsiebhom iqegħdu fis-swieq tal-Istati Membri kkonċernati. In-notifika għandha tkun sottomessa f’forma elettronika sitt xhur qabel it-tqegħid maħsub fis-suq u għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni dettaljata tal-prodott in kwistjoni kif ukoll minn kwalunkwe tikkettar propost, istruzzjoni tal-użu, dettall tal-kompożizzjoni tal-prodott, il-proċess ta’ manifattura u l-kontrolli korrispondenti u informazzjoni dwar l-ingredjenti u l-emissjonijiet skont l-Artikolu 5. Il-manifatturi u l-importaturi li jinnotifikaw prodotti ġodda tat-tabakk għandhom ukoll jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti in kwistjoni bi:

(a)

l-istudji xjentifiċi disponibbli dwar it-tossiċità, l-effett tad-dipendenza u l-attrazzjoni tal-prodott, b’mod partikolari fir-rigward tal-ingredjenti u l-emissjonijiet tiegħu;

(a)

l-istudji xjentifiċi disponibbli dwar it-tossiċità, l-effett tad-dipendenza u l-attrazzjoni tal-prodott, b’mod partikolari fir-rigward tal-ingredjenti u l-emissjonijiet tiegħu;

(b)

l-istudji disponibbli u r-riċerka dwar is-suq fuq preferenzi ta’ diversi gruppi tal-konsumaturi, inklużi ż-żgħażagħ u

(b)

sommarji operattivi tal-istudji disponibbli u r-riċerka dwar is-suq fuq preferenzi ta’ diversi gruppi ta’ konsumaturi, inklużi ż-żgħażagħ u  dawk li jpejpu ħafna u ta' spiss;

(c)

informazzjoni oħra disponibbli u relevanti, inkluża l-analiżi riskju/benefiċċju tal-prodott, l-effetti mistennija fuq il-waqfien tal-konsum tat-tabakk, l-effetti mistennija fuq il-bidu tal-konsum tat-tabakk u perċezzjoni oħra tal-konsumatur prevista.

(c)

informazzjoni oħra disponibbli u relevanti, inkluża l-analiżi riskju/benefiċċju tal-prodott, l-effetti mistennija fuq il-waqfien tal-konsum tat-tabakk, l-effetti mistennija fuq il-bidu tal-konsum tat-tabakk u perċezzjoni oħra tal-konsumatur prevista.

2.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jinformaw l-awtoritajiet kompetenti tagħhom b’xi tagħrif ġdid jew aġġornat imsemmi fil-punti (a) sa (c) fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jeħtieġu mill-manifatturi jew l-importaturi tat-tabakk li jwettqu testijiet addizzjonali jew jissottomettu informazzjoni addizzjonali. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li jirċievu skont dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jintroduċu sistema ta’ awtorizzazzjoni u jitolbu ħlas proporzjonat..

2.    Wara t-tqegħid fis-suq ta' prodott tat-tabakk l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jinformaw l-awtoritajiet kompetenti tagħhom b’xi tagħrif ġdid jew aġġornat imsemmi fil-punti (a) sa (c) fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jeħtieġu mill-manifatturi jew l-importaturi tat-tabakk li jwettqu testijiet addizzjonali jew jissottomettu informazzjoni addizzjonali. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li jirċievu skont dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jintroduċu sistema ta’ awtorizzazzjoni u jitolbu ħlas proporzjonat..

3.   Prodotti ġodda tat-tabakk imqiegħda fis-suq għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva. Id-dispożizzjonijiet applikabbli jiddependu fuq jekk il-prodotti jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ prodott tat-tabakk li ma jdaħħanx fil-punt (29) tal-Artikolu 2 jew tabakk għat-tipjip fil-punt (33) tal-Artikolu 2.

3.   Prodotti ġodda tat-tabakk imqiegħda fis-suq għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva. Id-dispożizzjonijiet applikabbli jiddependu fuq jekk il-prodotti jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ prodott tat-tabakk li ma jdaħħanx fil-punt (29) tal-Artikolu 2 jew tabakk għat-tipjip fil-punt (33) tal-Artikolu 2.

Emenda 170

Proposta għal direttiva

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-prodotti li ġejjin li fihom in-nikotina jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk ikunu ġew awtorizzati skont id-Direttiva 2001/83/KE :

1.   Il-prodotti li fihom in-nikotina jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss b'konformità mal-proċedura ta' notifika stabbilita fl-Artikolu 17 ta' din id-Direttiva.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti li fihom in-nikotina jkunu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni kollha relevanti tal-Unjoni, u b'mod partikolari mad-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti.

(a)

prodotti b’livell ta’ nikotina ogħla minn 2 mg għal kull unità, jew

 

(b)

prodotti b’konċentrazzjoni ta’ nikotina aktar minn 4 mg għal kull ml, jew

 

(c)

prodotti li l-użu maħsub tagħhom jirriżulta f’konċentrazzjoni plażma bl-ogħla massimu medju li jaqbeż 4 ng ta’ nikotina għal kull ml.

 

2.    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 22 sabiex taġġorna l-kwantitajiet tan-nikotina stipulati fil-paragrafu 1 filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi u l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mogħtija lil prodotti li fihom in-nikotina skont id-Direttiva 2001/83/KE.

2.    Il-prodotti li fihom in-nikotina li jkunu ppreżentati bħallikieku għandhom proprjetajiet għat-trattament jew għall-prevenzjoni ta’ mard, jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk ikunu ġew awtorizzati skont id-Direttiva 2001/83/KE.

 

3 .     Fir-rigward tal-prodotti li fihom in-nikotina li jkunu se jitqiegħdu fis-suq skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

 

(a)

prodotti li fihom in-nikotina b'livell ta' nikotina li jaqbeż it-30 mg/ml ma jitqiegħdux fis-suq;

 

(b)

il-manifatturi u l-importaturi ta' prodotti li fihom in-nikotina jippreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti lista tal-ingredjenti kollha li jkun fih il-prodott u l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-użu tiegħu, skont l-isem tad-ditta u t-tip, inklużi l-kwantitajiet tagħhom, kif ukoll kwalunkwe bidla. L-Istati Membri mbagħad għandhom jiżguraw li din l-informazzjoni tinxtered fuq websajt filwaqt li tiġi kkunsidrata l-protezzjoni tas-sigrieti tal-mestier. Il-Manifatturi u l-importaturi għandhom jirrapportaw ukoll lill-awtoritajiet dwar il-volumi tal-bejgħ nazzjonali skont l-isem tad-ditta u t-tip;

 

(c)

prodotti li jkun fihom in-nikotina b'addittivi elenkati fl-Artikolu 6(4) ma jitqiegħdux fis-suq;

 

(d)

il-pakkett bil-wieħed ta' prodotti li fihom in-nikotina jkun jinkludi fuljett bl-istruzzjonijiet għall-użu, inkluż ir-referenza li l-prodott mhuwiex rakkomandat biex jintuża minn dawk li ma jpejpux, kontraindikazzjonijiet, twissijiet għal gruppi speċifiċi fir-riskju, ir-rapportar ta' reazzjonijiet negattivi, il-post tal-manifattura u d-dettalji tal-kuntatt tal-manifattur jew l-importatur;

3.   Kull pakkett individwali u kull ippakkjar ta’ prodotti li fihom in-nikotina taħt il-limiti bażiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom juru t-twissija tas-saħħa li ġejja:

Dan il-prodott fih in-nikotina u jista’ joħloq ħsara għal saħħtek.

(e)

kull pakkett individwali u kull ippakkjar ta’ prodotti li fihom in-nikotina juru t-twissija tas-saħħa li ġejja:

Dan il-prodott huwa maħsub biex jintuża minn min ipejjep. Il-prodott fih in-nikotina , li hija sustanza li tagħmlek dipendenti ħafna fuqha;

 

(f)

il-bejgħ tal-prodott jiġi ristrett b’konformità mal-età legali għall-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk fl-Istat Membru rilevanti; fi kwalunkwe każ m’għandux ikun permess taħt l-età ta’ 18-il sena;

 

(g)

il-prodotti jkunu disponibbli għall-bejgħ barra mill-ispiżeriji;

 

(h)

it-togħmiet ikunu permessi fil-prodotti;

 

(i)

il-limiti fuq ir-reklamar, l-isponserizzazzjoni, il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi u t-tqegħid tal-prodott għall-prodotti tat-tabakk kif stabbilit fid-Direttiva 2003/33/KE u d-Direttiva 2010/13/KE għandhom japplikaw għall-prodotti li fihom in-nikotina;

 

(j)

il-bejgħ transkonfinali mill-bogħod ta' prodotti li fihom in-nikotina jiġi rreogolat b'konformità mal-Artikolu 16;

 

(k)

il-marki kummerċjali tat-tabakk, ismijiet ta' ditti u simboli ma jintużawx fuq prodotti li fihom in-nikotina.

4.   It-twissija tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 3 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 10 (4) . Barra minn hekk, għandha:

4.   It-twissija tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 3 (e) għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 10.

(a)

tiġi stampata fuq l-akbar żewġ uċuħ tal-pakkett individwali, u kull ippakkjar estern.

 

(b)

tkopri 30 % tal-erja esterna tal-wiċċ li tikkorrispondi mal-pakket individwali u kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.

 

5.     Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tadatta r-rekwiżiti fil-paragrafi 3 u 4 filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq u biex tadotta u tadatta l-pożizzjoni, il-format, il-layout, id-disinn u r-rotazzjoni tat-twissijiet tas-saħħa.

5.    L-Istati Membri għandhom iwettqu monitoraġġ tal-iżvilupp tas-suq ta' prodotti li fihom in-nikotina, inkluża kull evidenza ta' użu inizjali fost iż-żgħażagħ u jirrapportaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni. Abbażi tal-evidenza ppreżentata kif ukoll l-istudji xjentifiċi, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-prodotti li fihom in-nikotina ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jivvaluta jekk meħtieġa emendi għal din id-Direttiva jew kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra.

Emenda 72

Proposta għal direttiva

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Prodotti erbali għat-tipjip

Prodotti erbali għat-tipjip

1.   Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tal-prodotti erbali għat-tipjip għandhom juru t-twissija tas-saħħa li ġejja:

1.   Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tal-prodotti erbali għat-tipjip għandhom juru t-twissija tas-saħħa li ġejja:

Dan il-prodott jista’ joħloq ħsara għal saħħtek.

Dan il-prodott jista’ joħloq ħsara għal saħħtek.

2.   It-twissija tas-saħħa għandha tkun stampata fuq il-wiċċ u d-dahar esterni tal-pakkett individwali, u fuq kull ippakkjar estern.

2.   It-twissija tas-saħħa għandha tkun stampata fuq il-wiċċ u d-dahar esterni tal-pakkett individwali, u fuq kull ippakkjar estern.

3.   It-twissija tas-saħħa għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10(4). Din għandha tkopri mhux anqas minn 30 % tal-erja tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali, u ta’ kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.

3.   It-twissija tas-saħħa għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10(4). Din għandha tkopri mhux anqas minn 30 % tal-erja tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali, u ta’ kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ lingwi uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri b'iktar minn żewġ lingwi uffiċjali.

Emenda 73

Proposta għal direttiva

Artikolu 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 19a

 

Prodotti ta’ imitazzjoni tat-tabakk

 

Il-prodotti ta' imitazzjoni tat-tabakk li jiġbdu l-attenzjoni tal-minorenni u konsegwentment jippreżentaw pont potenzjali biex dawn jibdew jużaw il-prodotti tat-tabakk għandhom jiġu projbiti.

Emenda 74

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – Paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li dawn jiġu infurzati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li dawn jiġu infurzati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Kwalunkwe penali finanzjarja applikabbli għall-ksur intenzjonat għandha tkun b'tali mod li tpatti għall-vantaġġ ekonomiku mfittex minn dan il-ksur.

Emenda 75

Proposta għal direttiva

Artikolu 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

1.   Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħat biex jiġu adottati l-atti delegati msemmijin fl-Artikoli 3(2), 3(3), 4(3), 4(4), 6( 3 ), 6(9), 6(10), 8(4), 9(3), 10(5), 11(3), 13( 3), 13( 4), 14(9) , 18(2) u 18(5) għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien minn [L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jj daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

2.   Is-setgħat biex jiġu adottati l-atti delegati msemmijin fl-Artikoli 3(2), 3(3), 4(3), 4(4), 6( 10a ), 8(4), 9(3), 10(5), 11(3), 13(4) u 14(9) għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn [L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jj daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha testendi b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul ta' żmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmijin fl-Artikoli 3(2), 3(3), 4(3), 4(4), 6( 3 ), 6(9), 6(10), 8(4), 9(3), 10(5), 11(3), 13( 3), 13( 4), 14(9) , 18(2) u 18(5) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmijin fl-Artikoli 3(2), 3(3), 4(3), 4(4), 6( 10a ), 8(4), 9(3), 10(5), 11(3), 13(4) u 14(9) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta l-att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.   Hekk kif tadotta l-att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat skont l-Artikoli 3(2), 3(3), 4(3), 4(4), 6( 3 ), 6(9), 6(10), 8(4), 9(3), 10(5), 11(3), 13( 3), 13( 4), 14(9) , 18(2) u 18(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni espressa mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel jispiċċa dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li ma joġġezzjonawx. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5.   Att delegat skont l-Artikoli 3(2), 3(3), 4(3), 4(4), 6( 10a ), 8(4), 9(3), 10(5), 11(3), 13(4) u 14(9) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni espressa mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel jispiċċa dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li ma joġġezzjonawx.. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda 76

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux aktar tard minn ħames snin mid-data speċifikata fl-Artikolu 25 paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Mhux aktar tard minn tliet snin mid-data speċifikata fl-Artikolu 25 paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Emenda 77

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

valutazzjoni tal-effetti ta’ dipendenza ta’ dawk l-ingredjenti li jħeġġu d-dipendenza

Emenda 78

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)

żvilupp ta’ metodi standardizzati ta’ ttestjar għall-valutazzjoni tal-kontenut ta’ komponenti oħra tad-duħħan tas-sigaretti minbarra qatran, nikotina u monossidu tal-karbonju

Emenda 79

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc)

dejta tossikoloġika, li l-manifatturi għandhom jiddikjaraw, dwar l-ingredjenti u l-metodu kif għandhom jiġu ttestjati, biex jippermettu lill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika jivvalutaw l-użu tagħhom

Emenda 80

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt cd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cd)

żvilupp ta’ standards relatati ma’ prodotti oħra minbarra sigaretti

Emenda 81

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 23a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a.     L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kull sentejn dwar l-infurzar tal-miżuri meħuda skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/54/KE tat-2 ta’ Diċembru 2002 dwar il-prevenzjoni tat-tipjip u inizjattivi mmirati biex isaħħu l-ġlieda kontra t-tabakk, b’mod partikolari fir-rigward ta’ limiti tal-età stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, kif ukoll il-pjanijiet tagħhom biex iżidu l-limitu tal-età biex jinkiseb l-għan ta’ “ġenerazzjoni ta’ ambjent ħieles mid-dħaħen”.

Emenda 82

Proposta għal direttiva

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-importazzjoni, il-bejgħ jew il-konsum ta' tabakk jew prodotti relatati li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.

1.    F'konformità mal-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-importazzjoni, il-bejgħ jew il-konsum ta' tabakk jew prodotti relatati li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.

2.   Madankollu, Stat Membru jista’ jżomm disposizzjonijiet nazzjonali aktar stretti , applikabbli għall-prodotti kollha bl-istess mod, f’oqsma koperti bid-Direttiva , fuq bażi tal-ħtiġijiet urġenti dwar il-ħarsien tas-saħħa pubblika . Stat Membru jista’ wkoll jintroduċi dispożizzjonijiet iktar stretti, għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni speċifika ta' dan l-Istat Membru u bil-kundizzjoni li d-dispożizzjonijiet huma ġġustifikati għall-ħtieġa li titħares is-saħħa pubblika. Dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni flimkien mar-raġunijiet għaż-żamma jew l-introduzzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur mid-data li tirċievi n-notifika, tapprova jew tirrifjuta d-dispożizzjonijiet wara li tkun ivverifikat, filwaqt li ħadet in konsiderazzjoni l-livell għoli tal-ħarsien tas-saħħa miksub permezz ta’ din id-Direttiva, jekk humiex ġustifikati, meħtieġa u proporzjonati jew le għall-għan tagħhom u jekk humiex mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni matul dan il-perjodu, id-disposizzjonijiet nazzjonali għandhom ikunu meqjusa bħala approvati.

2.   Madankollu, Stat Membru jista’ jżomm jew jintroduċi dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti f’oqsma koperti bid-Direttiva sakemm tali miżuri jkunu kumpatibbli mat-Trattat . Dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom japplikaw għall-prodotti kollha, inklużi dawk importati minn Stat Membru ieħor jew pajjiż terz. Dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni flimkien mar-raġunijiet għaż-żamma jew l-introduzzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur mid-data li tirċievi n-notifika, tapprova jew tirrifjuta d-dispożizzjonijiet wara li tkun ivverifikat, filwaqt li ħadet in konsiderazzjoni l-livell għoli tal-ħarsien tas-saħħa miksub permezz ta’ din id-Direttiva, jekk humiex ġustifikati, meħtieġa u proporzjonati jew le għall-għan tagħhom u jekk humiex mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni matul dan il-perjodu, id-disposizzjonijiet nazzjonali għandhom ikunu meqjusa bħala approvati.

3.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jżommu jew jintroduċu , skont it-Trattat, id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar aspetti mhux regolati b’din id-Direttiva. Dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom ikunu ġustifikati minn raġunijiet prevalenti ta’ interess pubbliku u jkunu meħtieġa u proporzjonati għall-għan tagħhom. Dawn ma għandhomx ikunu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u ma għandhomx jipperikolaw l-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-Direttiva.

3.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali dwar aspetti mhux regolati b’din id-Direttiva sakemm dawn ikunu kumpatibbli mat-Trattat . Dawn għandhom japplikaw għall-prodotti kollha b'mod ugwali, inklużi dawk importati minn Stat Membru jew pajjiż terz ieħor, ma għandhomx ikunu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u ma għandhomx jipperikolaw l-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-Direttiva.

Emenda 83

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti, id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva [L-Uffiċcju tal-Pubblikazzjonijiet, jj daħħal id-data eżatta mhux aktar tard minn: dħul fis-seħħ + 18-il xahar]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti, id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa … (**) u fil-każ tal-Artikolu 6 sa …  (***) mhux aktar tard . Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Emenda 84

Proposta għal direttiva

Artikolu 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dispożizzjoni tranżitorja

Dispożizzjoni tranżitorja

stati Membri jistgħu jippermettu l-prodotti li ġejjin, li mhumiex konformi ma’ din id-Direttiva, biex jitqiegħdu fis-suq sa [l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data eżatta: dħul fis-seħħ + 24 xahar]:

stati Membri jistgħu jippermettu l-prodotti li ġejjin, li mhumiex konformi ma’ din id-Direttiva, biex jitqiegħdu fis-suq sa… (****):

(a)

prodotti tat-tabakk;

(a)

prodotti tat-tabakk;

(b)

prodotti li fihom nikotina taħt il-limitu stabbilit fl-Artikolu 18(1);

 

(c)

prodotti erbali għat-tipjip

(b)

prodotti erbali għat-tipjip

 

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-prodotti li jkun fihom in-nikotina li mhumiex konformi ma’ din id-Direttiva jitqiegħdu fis-suq sa …  (*****) :

Emenda 85

Proposta għal direttiva

Anness -I (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness -I

 

Addittivi approvati għall-użu fi prodotti tat-tabakkk

 

L-isem kimiku tal-addittiv – il-funzjoni – il-livell massimu permess

Emenda 86

Proposta għal direttiva

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Lista ta' kliem ta' twissijiet

Lista ta' kliem ta' twissijiet

(imsemmija fl-Artikolu 9 u fl-Artikolu 10(1))

(imsemmija fl-Artikolu 9 u fl-Artikolu 10(1))

(1)

It-tipjip jikkawża 9 minn 10 każijiet ta' kanċer fil-pulmun

(1)

It-tipjip jikkawża 9 minn 10 każijiet ta' kanċer fil-pulmun

(2)

It-tipjip jikkawża kanċer fil-ħalq u fil-gerżuma.

(2)

It-tipjip jikkawża kanċer fil-ħalq u fil-gerżuma.

 

(2a)

It-tipjip jikkawża kanċer tal-bużżieqa tal-awrina

(3)

It-tipjip jagħmel ħsara fil-pulmuni

(3)

It-tipjip jagħmel ħsara fil-pulmuni

(4)

It-tipjip jikkawża l-attakki tal-qalb

(4)

It-tipjip jikkawża l-attakki tal-qalb

(5)

It-tipjip jikkawża attakki ta' puplesija u diżabilità

(5)

It-tipjip jikkawża attakki ta' puplesija u diżabilità

(6)

It-tipjip isoddlok l-arterji

(6)

It-tipjip isoddlok l-arterji

(7)

It-tipjip iżidlek ir-riskju li tagħma

(7)

It-tipjip iżidlek ir-riskju li tagħma

(8)

It-tipjip iħassarlek snienek u l-ħanek

(8)

It-tipjip iħassarlek snienek u l-ħanek

(9)

It-tipjip jista' joqtol it-tarbija tiegħek qabel it-twelid

(9)

It-tipjip jista' joqtol it-tarbija tiegħek qabel it-twelid

10)

It-tipjip tiegħek jagħmel ħsara lil uliedek, familtek u ħbiebek

10)

It-tipjip tiegħek jagħmel ħsara lil uliedek, familtek u ħbiebek

(11)

It-tfal ta' min ipejjep għandhom possiblità akbar li jibdew ipejpu wkoll

(11)

It-tfal ta' min ipejjep għandhom possiblità akbar li jibdew ipejpu wkoll

(12)

Aqta' t-tipjip issa – ibqa' ħaj għal dawk li tħobb

(12)

Aqta' t-tipjip issa – ibqa' ħaj għal dawk li tħobb

(13)

It-tipjip inaqqas il-fertilità

(13)

It-tipjip inaqqas il-fertilità

(14)

It-tipjip iżid ir-riskju ta' impotenza

(14)

It-tipjip iżid ir-riskju ta' impotenza

 

(14 a)

It-tipjip jista' jikkawża l-imwiet ta' trabi waqt l-irqad.

 

(14 b)

It-tipjip waqt it-tqala jikkawża twelid qabel iż-żmien.

 

(14 c)

It-tipjip passiv jista' jiggrava l-ażma jew il-meninġite fit-tfal.

(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa' jiġi eżaminat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0276/2013).

(2)   ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(3)   ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2011/62/KE, ĠU L 174, 1.7.2011, p. 74.

(*)   36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(**)   Dħul fis-seħħ + 18-il xahar.

(***)   Dħul fis-seħħ + 36 xahar .

(****)   Dħul fis-seħħ + 24 xahar.

(*****)   Dħul fis-seħħ + 36 xahar.


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/164


P7_TA(2013)0399

Protokoll bejn l-UE u r-Republika Iżlamika tal-Mawritanja li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal perjodu ta' sentejn (15777/2012 – C7-0419/2012 – 2012/0258(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 181/25)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15777/2012),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd fis-seħħ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal perjodu ta’ sentejn (15781/2012),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0419/2012),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Baġits (A7-0184/2013),

1.

Tapprova l-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja.


L-Erbgħa, 9 ta’ Ottubru 2013

19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/166


P7_TA(2013)0407

Id-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali (COM(2011)0456 – C7-0212/2011 – 2011/0197(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 181/26)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0456),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0212/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta' Diċembru 2011 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-31 ta' Mejju 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0213/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 43, 15.2.2012, p. 30.


P7_TC1-COD(2011)0197

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Ottubru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva 2013/53/UE.)


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/167


P7_TA(2013)0408

Ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u l-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u r-Regolament […] dwar kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern. (COM(2011)0883 – C7-0512/2011 – 2011/0435(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 181/27)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0883),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 46, l-Artikolu 53(1), u l-Artikoli 62 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0512/2011),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3), l-Artikolu 46, l-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 62 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tisħaq li l-abbozz ta' att leġiżlattiv mhuwiex konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-Opinjoni tas-26 ta’ April 2012 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-26 ta' Ġunju 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0038/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 103.


P7_TC1-COD(2011)0435

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropeq adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Ottubru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva 2013/55/UE.)


ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

Meta tkun qed tħejji l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 57c(2), il-Kummissjoni se tiżgura li d-dokumenti relevanti jintbagħtu b'mod simultanju, xieraq u fil-ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u se twettaq konsultazzjonijiet xierqa u trasparenti minn qabel sew, b'mod partikolari ma' esperti mill-awtoritajiet u l-korpi kompetenti, assoċjazzjonijiet professjonali u l-istabbilimenti edukattivi tal-Istati Membri kollha, u fejn xieraq ma' esperti mill-imsieħba soċjali.


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/168


P7_TA(2013)0409

Ftehim UE-Armenja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi (05835/2013 – C7-0112/2013 – 2012/0334(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 181/28)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05835/2013),

wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-viżi (16913/2012),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0112/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0290/2013),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Armenja.


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/169


P7_TA(2013)0410

Ftehim bejn l-UE u l-Armenja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (05859/2013 – C7-0113/2013 – 2012/0332(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 181/29)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (05859/2013),

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (05860/2013),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 79(3) u l-Artikolu 218(6) it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0113/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0289/2013),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Armenja.


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/170


P7_TA(2013)0413

Stima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tat-9 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (COM(2012)0628 – C7-0367/2012 – 2012/0297(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 181/30)

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Id-Direttiva 2011/92/UE armonizzat il-prinċipji għall-istima ambjentali ta' proġetti billi introduċiet rekwiżiti minimi (fir-rigward tat-tip ta’ proġetti soġġetti għal stima, l-obbligi ewlenin tal-iżviluppaturi, il-kontenut tal-istima u l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u tal-pubbliku), u tikkontribwixxi għal livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem.

(1)

Id-Direttiva 2011/92/UE armonizzat il-prinċipji għall-istima ambjentali ta' proġetti billi introduċiet rekwiżiti minimi (fir-rigward tat-tip ta’ proġetti soġġetti għal stima, l-obbligi ewlenin tal-iżviluppaturi, il-kontenut tal-istima u l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u tal-pubbliku), u tikkontribwixxi għal livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem. L-Istati Membri għandhom ikunu permessi jistabbilixxu regoli aktar stretti għall-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Jinħtieġ li tkun emendata d-Direttiva 2011/92/UE biex tissaħħaħ il-kwalità tal-proċedura ta’ stima ambjentali, jiġu razzjonalizzati d-diversi stadji tal-proċedura u jiżdiedu l-koerenza u s-sinerġiji ma’ leġiżlazzjoni u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll ma’ strateġiji u politiki żviluppati mill-Istati Membri f’oqsma ta’ kompetenza nazzjonali.

(3)

Jinħtieġ li tkun emendata d-Direttiva 2011/92/UE biex tissaħħaħ il-kwalità tal-proċedura ta’ stima ambjentali, jiġu razzjonalizzati d-diversi stadji tal-proċedura , tiġi allinjata l-proċedura mal-prinċipji ta’ regolamentazzjoni intelliġenti u jiżdiedu l-koerenza u s-sinerġiji ma’ leġiżlazzjoni u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll ma’ strateġiji u politiki żviluppati mill-Istati Membri f’oqsma ta’ kompetenza nazzjonali. L-iskop ewlieni li għalih qed tiġi emendata din id-Direttiva huwa li jkun hemm implimentazzjoni aktar effettiva fil-livell ta’ Stat Membru. F’bosta każijiet il-proċeduri amministrattivi saru kumplikati u jġebbdu fit-tul wisq, tant li jikkawżaw dewmien u joħolqu riskji addizzjonali għall-protezzjoni tal-ambjent. F’dan ir-rigward, is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċedimenti għandhom ikunu waħda mill-għanijiet tad-Direttiva. Għandha titqies il-konvenjenza li jinħoloq punt ta’ kuntatt waħdieni bil-għan li jkunu jistgħu jsiru stima koordinata jew proċeduri konġunti meta jkunu meħtieġa għadd ta’ stimi tal-impatt fuq l-ambjent (VIA), pereżempju f’każijiet ta’ proġetti transkonfinali, kif ukoll biex jiġu definiti kriterji aktar speċifiċi għal stimi mandatarji.

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

Sabiex tiġi ggarantita l-applikazzjoni armonizzata u l-protezzjoni ugwali tal-ambjent fl-Unjoni kollha, il-Kummissjoni għandha, fir-rwol tagħha bħala l-gwardjana tat-Trattati, tiżgura konformità kwalitattiva kif ukoll proċedurali mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE, inklużi dawk dwar il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni pubblika.

Emenda 4

Proposta għal direttiva

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)

F’każ ta’ proġetti li jista' jkollhom effetti transkonfinali fuq l-ambjent, l-Istati Membri involuti għandhom joffru punt ta’ kuntatt b’rappreżentanza komuni u ugwali, li jkun responsabbli għall-passi kollha tal-proċedura. Għall-approvazzjoni finali tal-proġett hija meħtieġa l-approvazzjoni tal-Istati Membri kollha kkonċernati.

Emenda 5

Proposta għal direttiva

Premessa 3c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c)

Id-Direttiva 2011/92/UE għandha wkoll tiġi riveduta b’tali mod li jiġi żgurat li l-protezzjoni tal-ambjent tiġi mtejba, li tiżdied l-effiċjenza tar-riżorsi u li jkun appoġġjat it-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa. Għal dan il-għan huwa meħtieġ li l-proċeduri li tistabbilixxi jiġu simplifikati u armonizzati.

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Matul l-aħħar għaxar snin, il-kwistjonijiet ambjentali, bħall-effiċjenza fir-riżorsi, il-bijodiversità , it-tibdil fil-klima, u r-riskju ta’ diżastri, saru aktar importanti fit-tfassil tal-politika u għalhekk għandhom ikunu wkoll elementi kritiċi fi proċessi ta’ stima u tat-teħid tad-deċiżjonijiet, speċjalment għal proġetti ta’ infrastruttura.

(4)

Matul dawn l-aħħar għaxar snin, il-kwistjonijiet ambjentali, bħall-effiċjenza fir-riżorsi u s-sostenibilità , il-protezzjoni tal-bijodiversità , l-użu tal-art, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u r-riskju ta' diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem , saru aktar importanti fit-tfassil tal-politika. Għalhekk għandhom ikunu wkoll elementi importanti fi proċessi ta’ stima u tat-teħid tad-deċiżjonijiet għal kwalunkwe proġett pubbliku jew privat li x’aktarx li jkollu impatt sinifikanti fuq l-ambjent , speċjalment għal proġetti ta’ infrastruttura u peress li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx linji gwida għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE fir-rigward tal-konservazzjoni tal-Wirt Storiku u Kulturali, il-Kummissjoni għandha tipproponi lista ta’ kriterji u indikazzjonijiet, inkluż f’relazzjoni mal-impatt viżiv, bil-ħsieb li ssir implimentazzjoni aħjar tad-Direttiva.

Emenda 7

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

Il-fatt li tiġi stipulata l-ħtieġa li tingħata aktar kunsiderazzjoni lill-kriterji ambjentali fil-proġetti kollha jista' jirriżulta wkoll li jkun kontroproduċenti jekk dan iservi biex iżid mal-kumplessità tal-proċeduri involuti u biex itawwal iż-żmien meħtieġ biex jiġi awtorizzat u validat kull stadju. Dan jista’ jżid il-kostijiet u jista’ saħansitra, fih innifsu, ikun ta’ theddida għall-ambjent jekk il-proġetti ta’ infrastruttura jieħdu wisq żmien biex jitlestew.

Emenda 8

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)

Huwa essenzjali li l-kwistjonijiet ambjentali li għandhom x’jaqsmu ma’ proġetti ta’ infrastruttura ma jiddevjawx l-attenzjoni minn fuq il-fatt li kwalunkwe proġett inevitabilment se jkollu impatt fuq l-ambjent. Huwa meħtieġ ukoll li l-attenzjoni tkun iffukata fuq il-bilanċ bejn il-valur ta’ proġett u l-impatt ambjentali tiegħu.

Emenda 9

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Fil-Komunikazzjoni tagħha intitolata “Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi”, il-Kummissjoni impenjat ruħha favur l-inklużjoni ta' kunsiderazzjonijiet usa' dwar l-użu effiċjenti tar-riżorsi fil-kuntest tar-reviżjoni tad-Direttiva 2011/92/UE.

(5)

Fil-Komunikazzjoni tagħha intitolata “Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi”, il-Kummissjoni impenjat ruħha favur l-inklużjoni ta' kunsiderazzjonijiet usa' dwar l-użu effiċjenti u sostenibbli tar-riżorsi fil-kuntest tar-reviżjoni tad-Direttiva 2011/92/UE.

Emenda 10

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali u l-pajsaġġi, li huma parti integrali mid-diversità kulturali li l-Unjoni hija impenjata li tirrispetta u tippromwovi skont l-Artikolu 167(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jibnu b'mod utli fuq definizzjonijiet u prinċipji żviluppati f'Konvenzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tal-Ewropa, b’mod partikolari l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Arkitettoniku tal-Ewropa, il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Pajsaġġi u l-Konvenzjoni Qafas dwar il-Valur tal-Wirt Kulturali għas-Soċjetà.

(11)

Il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali u l-pajsaġġi, li huma parti integrali mid-diversità kulturali li l-Unjoni hija impenjata li tirrispetta u tippromwovi skont l-Artikolu 167(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jibnu b’mod utli fuq definizzjonijiet u prinċipji żviluppati f’Konvenzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tal-Ewropa, b’mod partikolari l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Arkitettoniku tal-Ewropa, il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Pajsaġġi , il-Konvenzjoni Qafas dwar il-Valur tal-Wirt Kulturali għas-Soċjetà u r-Rakkomandazzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien u r-Rwol Kontemporanju taż-Żoni Storiċi adottata mill-UNESCO f’Najrobi fl-1976 .

Emenda 11

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)

L-impatt viżiv huwa kriterju essenzjali fl-istimi tal-impatt fuq l-ambjent f’dawk li huma l-konservazzjoni tal-wirt storiku u kulturali, il-pajsaġġi naturali u ż-żoni urbani; dan huwa element ieħor li għandu jintuża fl-istimi.

Emenda 12

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE, jinħtieġ li jiġi żgurat ambjent kummerċjali kompetittiv, speċjalment għall-impriżi żgħar u medji, sabiex jiġġeneraw tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, skont l-objettivi stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv'.

(12)

Fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE, jinħtieġ li jiġi żgurat tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, skont l-objettivi stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv”.

Emenda 13

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)

Bil-għan li jissaħħu l-aċċess pubbliku u t-trasparenza, f’kull Stat Membru għandu jkun hemm disponibbli portal ċentrali li elettronikament jipprovdi informazzjoni ambjentali f’waqtha fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Emenda 14

Proposta għal direttiva

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b)

Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jiġi ffaċilitat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jitnaqqsu l-ispejjeż tal-proġetti, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa għall-istandardizzazzjoni tal-kriterji li għandhom jiġu segwiti kif meħtieġ mir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea  (2) , bil-għan li jkun jista’ jiġi appoġġjat l-użu tal-aħjar teknoloġiji disponibbli (BAT), tittejjeb il-kompetittività u jiġu pprevenuti interpretazzjonijiet differenti tal-istandards.

Emenda 15

Proposta għal direttiva

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12c)

Dejjem bil-għan ta’ aktar simplifikazzjoni u faċilitazzjoni tal-ħidma tal-amministrazzjonijiet kompetenti, għandhom jiġu mfassla kriterji ta’ gwida li jieħdu kont tal-karatterstiċi tas-setturi varji ta’ attività ekonomika jew industrijali. Din il-miżura għandha tiġi bbażata fuq l-istruzzjonijiet taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa  (3) .

Emenda 16

Proposta għal direttiva

Premessa 12d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12d)

Bil-għan li tiġi żgurata l-aħjar konservazzjoni possibbli tal-wirt storiku u kulturali, għandhom jiġu mfassla kriterji ta’ gwida mill-Kummissjoni u/jew l-Istati Membri.

Emenda 17

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

L-esperjenza wriet li f’każijiet ta’ emerġenza ċivili, konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE jista’ jkollha effetti negattivi, u għalhekk għandu jsir provvediment sabiex l-Istati Membri jkunu awtorizzati li ma japplikawx din id-Direttiva f’każijiet xierqa .

Emenda 18

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)

L-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2011/92/UE, li jistabbilixxi li dik id-Direttiva ma tapplikax għal proġetti adottati b’att speċifiku ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, jipprovdi għal deroga miftuħa b’garanziji proċedurali limitati u jkun jista’ jevita b’mod sostanzjali l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva.

Emenda 19

Proposta għal direttiva

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b)

L-esperjenza wriet li jeħtieġ li jiġu introdotti regoli speċifiċi biex jiġi evitat il-kunflitt ta' interess li jista' jkun hemm bejn l-iżviluppatur ta' proġett li jkun suġġett għal stima tal-impatt fuq l-ambjent u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 1(2)(f) tad-Direttiva 2011/92/UE. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx ikunu wkoll l-iżviluppatur u lanqas m'għandhom ikunu b'xi mod dipendenti mill-iżviluppatur, kollegati miegħu jew subordinati għalih. Għall-istess raġunijiet, awtorità li tkun ġiet maħtura bħala awtorità kompetenti skont id-Direttiva 2011/92/UE m’għandhiex tkun tista’ twettaq dak ir-rwol fir-rigward ta' proġetti li jkunu suġġetti għal stima tal-impatt fuq l-ambjent li l-awtorità nnifisha tkun ikkummissjonat.

Emenda 20

Proposta għal direttiva

Premessa 13c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13c)

Fl-istima tal-impatt fuq l-ambjent tal-proġetti għandha tiġi kkunsidrata l-proporzjonalità. Ir-rekwiżiti li jintalbu fl-istima tal-impatt fuq l-ambjent ta’ proġett għandhom ikunu proporzjonati mad-daqs u l-istadju tiegħu.

Emenda 21

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Meta jiġi determinat jekk hemmx probabbiltà li jiġu kkawżati effetti ambjentali sinifikanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw l-aktar kriterji rilevanti li għandhom jitqiesu u jużaw l-informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun disponibbli wara stimi oħrajn meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni sabiex tapplika proċedura ta' skrinjar b'mod effettiv. F'dan ir-rigward, huwa xieraq li jiġi speċifikat il-kontenut tad-deċiżjoni dwar l-iskrinjar, b'mod partikolari fejn ma tkun meħtieġa l-ebda stima ambjentali.

(16)

Meta jkun qed jiġi determinat jekk hemmx probabbiltà li jiġu kkawżati effetti ambjentali sinifikanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddefinixxu b’mod ċar u strett l-aktar kriterji rilevanti li għandhom jitqiesu u jużaw l-informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun disponibbli wara stimi oħrajn meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni sabiex tapplika l-proċedura ta' skrinjar b'mod effettiv u trasparenti . F'dan ir-rigward, huwa xieraq li jiġi speċifikat il-kontenut tad-deċiżjoni dwar l-iskrinjar, b'mod partikolari fejn ma tkun meħtieġa l-ebda stima ambjentali.

Emenda 22

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)

Sabiex jiġu evitati sforzi u spejjeż bla bżonn, il-proġetti taħt l-Anness II għandhom jinkludu dikjarazzjoni ta’ intenzjoni li qatt ma għandha tkun itwal minn 30 paġna u l-karatteristiċi tal-proġetti u l-informazzjoni dwar il-lok tal-proġetti li għandhom jgħaddu mill-iskrinjar, li għandu jikkonsisti f’ valutazzjoni inizjali dwar il-vijabbiltà tal-proġett. Dak l-iskrinjar għandu jkun pubbliku u jirrifletti l-fatturi spjegati fl-Artikolu 3. Għandu juri l-effetti diretti u indiretti sinifikanti tal-proġett.

Emenda 23

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu meħtieġa li jiddeterminaw l-ambitu u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni ambjentali li għandha tiġi sottomessa fl-għamla ta’ rapport ambjentali (definizzjoni tal-ambitu). Sabiex titjieb il-kwalità tal-istima u jiġi razzjonalizzat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, huwa importanti li jiġu speċifikati fil-livell tal-Unjoni l-kategoriji ta’ informazzjoni li fuqhom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dik id-determinazzjoni.

(17)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom , meta jidhrilhom li hu meħtieġ jew jekk jagħmel talba l-iżviluppatur, joħorġu opinjoni li tiddetermina l-ambitu u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni ambjentali li għandha tiġi sottomessa fl-għamla ta’ rapport ambjentali (definizzjoni tal-ambitu). Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-istima , is-simplifikazzjoni tal-proċeduri biex jiġi razzjonalizzat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, huwa importanti li jiġu speċifikati fil-livell tal-Unjoni l-kategoriji ta’ informazzjoni li fuqhom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dik id-determinazzjoni.

Emenda 24

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Ir-rapport ambjentali ta' proġett li għandu jiġi pprovvdut mill-iżviluppatur għandu jinkludi stima ta' alternattivi raġonevoli rilevanti għall-proġett propost, inkluża l-evoluzzjoni probabbli tal-istat eżistenti tal-ambjent mingħajr l-implimentazzjoni tal-proġett (xenarju bażi), bħala mezz biex tittejjeb il-kwalità tal-proċess ta' stima u biex jippermetti l-integrazzjoni ta' konsiderazzjonijiet ambjentali fi stadju bikri tat-tfassil tal-proġett.

(18)

Ir-rapport ambjentali ta' proġett li għandu jiġi pprovvdut mill-iżviluppatur għandu jinkludi stima ta' alternattivi raġonevoli rilevanti għall-proġett propost, inkluża l-evoluzzjoni probabbli tal-istat eżistenti tal-ambjent mingħajr l-implimentazzjoni tal-proġett (xenarju bażi), bħala mezz biex tittejjeb il-kwalità tal-proċess ta' stima komparattiva u biex jippermetti l-integrazzjoni ta' konsiderazzjonijiet ambjentali fi stadju bikri tat-tfassil tal-proġett , bil-għan li tkun tista' ssir l-għażla li tkun l-aktar sostenibbli u li jkollha l-anqas impatt fuq l-ambjent .

Emenda 25

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)

Għandhom jittieħdu miżuri li jiżguraw li d-dejta u l-informazzjoni inkluża f'rapporti ambjentali, b'konformità mal-Anness IV tad-Direttiva 2011/92/UE, huma kompleti u ta' kwalità għolja biżżejjed. Bil-għan li tkun evitata ripetizzjoni tal-istima, l-Istati Membri għandhom iqisu l-fatt li l-istimi ambjentali jistgħu jitwettqu f'livelli differenti jew minn strumenti differenti.

(19)

Għandhom jittieħdu miżuri li jiżguraw li d-dejta u l-informazzjoni inkluża f'rapporti ambjentali, b'konformità mal-Anness IV tad-Direttiva 2011/92/UE, huma kompleti u ta' kwalità għolja biżżejjed.

Emenda 102

Proposta għal direttiva

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)

Għandu jiġi żgurat li l-persuni li jivverifikaw l-istimi ambjentali jkollhom, bis-saħħa tal-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom, il-kompetenza esperta teknika meħtieġa biex iwettqu l-karigi stabbiliti fid-Direttiva 2011/92/UE b'mod xjentifikament oġġettiv u b'indipendenza sħiħa mill-iżviluppatur u mill-awtoritajiet kompetenti nfushom.

Emenda 27

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

Bl-għan li tiġi żgurata t-trasparenza u r-responsabbiltà, l-awtorità kompetenti tinħtieġ li tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha li tagħti l-kunsens għall-iżvilupp fir-rigward ta' proġett, billi tindika li qieset ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet imwettqa u l-informazzjoni rilevanti miġbura.

(20)

Bl-għan li jiġu żgurati t-trasparenza u r-responsabbiltà, l-awtorità kompetenti għandha tkun meħtieġa li tiġġustifika b’mod komprensiv u fid-dettall id-deċiżjoni tagħha li tagħti l-kunsens għall-iżvilupp fir-rigward ta' proġett, billi tindika li qieset ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet imwettqa mal-pubbliku kkonċernat u l-informazzjoni rilevanti miġbura kollha . Jekk dik il-kundizzjoni ma tiġix irrispettata, il-pubbliku kkonċernat għandu jkollu d-dritt li jappella kontra d-deċiżjoni.

Emenda 28

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi komuni għall-monitoraġġ ta’ effetti negattivi sinifikanti tal-kostruzzjoni tat-tħaddim ta' proġetti biex jiġi żgurat approċċ komuni fl-Istati Membri kollha u biex jiġi żgurat li, wara l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni u kumpens, l-ebda impatt ma jissupera dawk previsti fil-bidu. Monitoraġġ bħal dan ma għandux jirrepeti l-monitoraġġ meħtieġ skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew iżid miegħu.

(21)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi komuni għall-monitoraġġ ta’ effetti negattivi sinifikanti tal-implimentazzjoni tal-ġestjoni ta' proġetti biex jiġi żgurat approċċ komuni fl-Istati Membri kollha u biex jiġi żgurat li, wara l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni u kumpens, l-ebda impatt ma jissupera dawk previsti fil-bidu. Monitoraġġ bħal dan ma għandux jirrepeti l-monitoraġġ meħtieġ skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew iżid miegħu. Jekk ir-riżultat tal-monitoraġġ jindika l-preżenza ta' effetti negattivi mhux previsti, għandu jsir provvediment għal azzjoni korrettiva xierqa biex tirrimedja l-problema, fis-sura ta’ miżuri ulterjuri ta' mitigazzjoni u/jew ta' kumpens.

Emenda 29

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)

Għandhom jiġu introdotti termini ta' żmien għad-diversi stadji tal-istimi ambjentali ta' proġetti, sabiex jiġi stimulat teħid tad-deċiżjonijiet aktar effiċjenti u tiżdied iċ-ċertezza legali, billi jitqiesu wkoll in-natura, il-kumplessità, il-lokalizzazzjoni u d-daqs tal-proġett propost. Tali termini ta’ żmien ma għandhomx jikkompromettu, taħt l-ebda ċirkustanza, l-istandards għoljin għall-protezzjoni tal-ambjent, partikolarment dawk li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni ambjentali oħra tal-Unjoni, u l-parteċipazzjoni pubblika effettiva u l-aċċess għall-ġustizzja.

(22)

Għandhom jiġu introdotti termini ta’ żmien raġonevoli u prevedibbli għad-diversi stadji tal-istimi ambjentali ta’ proġetti, sabiex jiġi stimulat teħid tad-deċiżjonijiet aktar effiċjenti u tiżdied iċ-ċertezza legali, billi jitqiesu wkoll in-natura, il-kumplessità, il-lokalizzazzjoni u d-daqs tal-proġett propost. Tali termini ta' żmien ma għandhomx jikkompromettu, taħt l-ebda ċirkustanza, l-istandards għoljin għall-protezzjoni tal-ambjent, partikolarment dawk li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni ambjentali oħra tal-Unjoni, u l-parteċipazzjoni pubblika effettiva u l-aċċess għall-ġustizzja , u kull estensjoni tal-iskadenzi għandha tingħata biss f'każijiet eċċezzjonali .

Emenda 30

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)

Wieħed mill-objettivi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (KEE/NU) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (il-Konvenzjoni ta’ Århus), li l-Unjoni rratifikat u ttrasponiet fid-dritt tal-Unjoni  (4) , hu li jiġi żgurat id-dritt tal-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-kwistjonijiet ambjentali. Għalhekk, dik il-parteċipazzjoni, inkluża l-parteċipazzjoni mill-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u l-gruppi, b’mod partikolari, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent, għandha tkompli tiġi mrawma. Barra minn hekk, l-Artikolu 9(2) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Århuss jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-possibbiltà li jinbdew proċeduri ġudizzjarji jew proċeduri oħra sabiex tiġi kkontestata l-legalità sostantiva jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-ommissjonijiet li jinvolvu l-parteċipazzjoni tal-pubbliku. Elementi ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu msaħħa wkoll fil-proġetti tat-trasport transkonfinali, filwaqt li jsir użu ta’ strutturi eżistenti għall-iżvilupp ta' kurituri tat-trasport u ta’ għodod biex jiġi identifikat l-impatt potenzjali fuq l-ambjent.

Emenda 31

Proposta għal direttiva

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a).

Il-livelli limitu tal-produzzjoni stabbiliti għaż-żejt mhux maħdum u għall-gass naturali fl-Anness I tad-Direttiva 2011/92/UE ma jqisux l-ispeċifiċità tal-livelli ta' produzzjoni ta' kuljum tal-idrokarburi mhux konvenzjonali, li sikwit ivarjaw ħafna u huma iktar baxxi. Konsegwentement, minkejja l-impatt ambjentali tagħhom, il-proġetti li jikkonċernaw dawn l-idrokarburi mhumiex suġġetti għal stima tal-impatt fuq l-ambjent obbligatorja. Abbażi tal-prinċipju tal-prekawzjoni, kif mitlub fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 dwar l-impatti ambjentali tal-attivitajiet ta' estrazzjoni ta' gass tax-shale u ta’ żejt tax-shale, ikun xieraq li jiddaħħlu l-idrokarburi mhux konvenzjonali (gass tax-shale u żejt tax-shale, “tight gas”, u “metanu estratt mis-saffi tal-faħam”), definiti skont il-karatteristiċi ġeoloġiċi tagħhom, fl-Anness I tad-Direttiva 2011/92/UE, irrispettivament mill-ammont estratt, sabiex il-proġetti li jikkonċernaw tali idrokarburi jiġu sistematikament sottoposti għal stima tal-impatt fuq l-ambjent.

Emenda 32

Proposta għal direttiva

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a)

L-Istati Membri u promoturi oħra tal-proġetti għandhom jiżguraw li l-valutazzjonijiet ta’ proġetti transkonfinali jitwettqu b’mod effiċjenti, filwaqt li jiġi evitat id-dewmien bla bżonn.

Emenda 33

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)

Sabiex jiġu aġġustati l-kriterji tal-għażla u l-informazzjoni li għandha tingħata fir-rapport ambjentali bl-aħħar żviluppi fit-teknoloġija u prattiki rilevanti, is-setgħa li jiġu adottati atti, b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Annessi II.A, III u IV tad-Direttiva 2011/92/UE. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti.

(26)

Sabiex jiġu aġġustati l-kriterji tal-għażla u l-informazzjoni li għandha tingħata fir-rapport ambjentali bl-aħħar żviluppi fit-teknoloġija u prattiki rilevanti, is-setgħa li jiġu adottati atti, b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Annessi II.A, III u IV tad-Direttiva 2011/92/UE. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(Ara l-emenda tal-Premessa 27)

Emenda 34

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)

Il-Kummissjoni, waqt il-preparazzjoni u t-tfassil tal-atti ddelegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, fil-mument opportun, u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

imħassar

(Ara l-emenda tal-Premessa 26)

Emenda 36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt aa (ġdid)

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

it-tieni inċiż fil-punt (a) tal-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

interventi oħra fil-madwar u l-pajsaġġ naturali inklużi dawk li jinvolvu r-riċerka u l-estrazzjoni ta’ riżorsi minerali;”

Emenda 37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt ab (ġdid)

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)

il-paragrafu 2(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

‘kunsens għall-iżvilupp’ tfisser id-deċiżjoni tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li tawtorizza lill-iżviluppatur biex jibda bil-proġett.”

Emenda 38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

fil-paragrafu 2, għandha tiżdied id-definizzjoni li ġejja :

(b)

fil-paragrafu 2, għandhom jiżdiedu d-definizzjonijiet li ġejjin :

Emenda 39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

“stima tal-impatt fuq l-ambjent”għandha tfisser il-proċess ta' tħejjija ta' rapport ambjentali, it-twettiq ta' konsultazzjonijiet (inkluż mal-pubbliku kkonċernat u l-awtoritajiet ambjentali), l-istima mill-awtorità kompetenti, billi jitqiesu r-rapport ambjentali u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet fil-proċedura ta' kunsens għall-iżvilupp kif ukoll li tingħata informazzjoni dwar id-deċiżjoni skont l-Artikoli 5 sa 10."

(g)

“stima tal-impatt fuq l-ambjent” għandha tfisser il-proċess ta’ tħejjija ta’ rapport ambjentali mill-iżviluppatur, li jwettaq tal-konsultazzjonijiet (inkluż mal-pubbliku kkonċernat u l-awtoritajiet ambjentali), l-istima mill-awtorità kompetenti u/jew mill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) , billi jitqiesu r-rapport ambjentali , inkluża d-dejta rigward it-tniġġis mill-emissjonijiet, u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet fil-proċedura ta’ kunsens għall-iżviluppkif ukoll tingħata informazzjoni dwar id-deċiżjoni skont l-Artikoli 5 sa 10.”

Emenda 41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt gb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gb)

“sezzjoni transkonfinali” tfisser is-sezzjoni li tiżgura l-kontinwità ta' proġett ta' interess komuni bejn l-eqreb nodi urbani fuq iż-żewġ naħat tal-konfini ta' żewġ Stati Membri jew bejn Stat Membru u pajjiż ġar.

Emenda 42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt gc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gc)

“standard” tfisser speċifikazzjoni teknika, adottata minn korp tal-istandardizzazzjoni rikonoxxut, għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa, li l-konformità magħha mhijiex obbligatorja, u li hija waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

“standard internazzjonali” tfisser standard adottat minn organizzazzjoni internazzjonali tal-istandardizzazzjoni;

(ii)

“standard Ewropew” tfisser standard adottat minn organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni;

(iii)

“standard armonizzat” tfisser standard Ewropew adottat fuq il-bażi ta’ talba mill-Kummissjoni għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(iv)

“standard nazzjonali” tfisser standard adottat minn korp nazzjonali tal-istandardizzazzjoni;

Emenda 43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt gd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gd)

“siti storiċi urbani” huma parti minn totalità usa’, li tikkonsisti fl-ambjent naturali u dak mibni u l-esperjenza tal-ħajja ta' kuljum ta' dawk li jgħixu fihom ukoll. Fi ħdan dan l-ambjent usa’, mogħnija b’valuri ta’ oriġini antika u riċenti u permanentement għaddejja minn proċess dinamiku ta’ trasformazzjonijiet suċċessivi, l-ispazji urbani l-ġodda jistgħu jitqiesu bħala evidenza ambjentali fl-istadji ta’ formazzjoni tagħhom.

Emenda 44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ge (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ge)

“azzjoni korrettiva” tfisser miżuri ulterjuri ta’ mitigazzjoni u/jew ta’ kumpens li jistgħu jitwettqu mill-iżviluppatur biex jirrimedja effetti negattivi mhux previsti jew kwalunkwe telf nett ta’ bijodiversità identifikat bl-implimentazzjoni tal-proġett, bħal dak li jista’ jinħoloq minn nuqqasijiet fil-mitigazzjoni tal-impatti ġġenerati mill-kostruzzjoni jew mill-operazzjoni ta' proġett, li għalih ikun diġà ngħata kunsens għall-iżvilupp.

Emenda 45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt gf (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gf)

“Stima tal-Impatt Viżiv”: Impatt viżiv huwa definit bħala bidla fid-dehra, jew fil-veduta, tal-pajsaġġ mibni jew naturali u taż-żoni urbani li tirriżulta minħabba l-iżvilupp li jista’ jkun pożittiv (titjib) jew negattiv (deterjorament). Stima tal-Impatt Viżiv tkopri wkoll it-twaqqigħ ta’ binjiet li huma protetti jew dawk bi rwol strateġiku fl-immaġni tradizzjonali ta’ post jew pajsaġġ. Din għandha tkopri tibdil evidenti tat-topografija ġeoloġika u kull ostaklu ieħor bħal binjiet jew ħitan li jillimitaw il-veduta tan-natura kif ukoll l-armonija tal-pajsaġġ. L-impatt viżiv fil-biċċa l-kbira huwa vvalutat minn ġudizzji kwalitattivi, li jinvolvu l-apprezzament tal-pajsaġġ mill-bniedem u l-interazzjoni tal-bniedem mal-pajsaġġ u l-valur li dawn jagħtu lil post (genius loci).

Emenda 46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt gg (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gg)

“Proċedura Konġunta”: Skont il-Proċedura Konġunta, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ stima waħda tal-impatt fuq l-ambjent, li tintegra l-istimi ta' awtorità waħda jew aktar, mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet oħra ta’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.

Emenda 47

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt gh (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gh)

“simplifikazzjoni” tfisser it-tnaqqis ta’ formoli u proċeduri amministrattivi, il-ħolqien ta’ proċeduri konġunti jew għodod ta’ koordinament biex l-istimi li jsiru minn ħafna awtoritajiet jiġu integrati. Tfisser li jiġu stabbiliti kriterji kondiviżi, jitqassru l-iskadenzi għat-tressiq ta’ rapporti u jissaħħu l-istimi oġġettivi u xjentifiċi.

Emenda 48

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt c

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

(c)

il-paragrafu 3 għandhu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fuq bażi ta’ każ każ u jekk previst mil-liġi nazzjonali, li ma japplikawx din id-Direttiva għall-proġetti li l-għan ewlieni tagħhom huwa d-difiża nazzjonali jew ir-reazzjoni għal emerġenzi ċivili , jekk jidhrilhom li tali applikazzjoni jkollha effett negattiv fuq dawk l-għanijiet.

 

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fuq bażi ta’ każ każ u jekk previst mil-liġi nazzjonali, li ma japplikawx din id-Direttiva għall-proġetti li l-għan ewlieni tagħhom huwa d-difiża nazzjonali, jekk jidhrilhom li tali applikazzjoni jkollha effett negattiv fuq dawk l-għanijiet.

Emenda 49

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt c

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.     Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal proġetti li d-dettalji tagħhom huma adottati b'att leġiżlattiv nazzjonali speċifiku, bil-kundizzjoni li jinkisbu l-objettivi ta’ din id-Direttiva, inkluż dak li tiġi pprovduta l-informazzjoni, permezz tal-proċess leġiżlattiv. Kull sentejn mid-data speċifikata fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva XXX [OPOCE jekk jogħġbok daħħal in-numru ta’ din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kull applikazzjoni li huma jkunu għamlu ta’ din id-dispożizzjoni.”

imħassar

Emenda 50

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt ca (ġdid)

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 1 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4a.     L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti b'tali mod li tiġi żgurata l-indipendenza totali tagħhom fit-twettiq tad-dmirijiet assenjati lilhom skont din id-Direttiva. B'mod partikolari, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinħatru b'tali mod li jiġi evitat li jkun hemm xi relazzjoni ta' dipendenza, xi kollegament jew subordinazzjoni bejnhom jew bejn il-membri tagħhom u l-iżviluppatur. Awtorità kompetenti ma tistax twettaq il-funzjonijiet mogħtija lilha skont din id-Direttiva fir-rigward ta' proġett li hija stess tkun ikkummissjonat.”.

Emenda 51

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.     L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li, qabel ma jingħata l-kunsens, il-proġetti li x’aktarx ikollhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent minħabba, fost l-oħrajn, in-natura, id-daqs u l-lokalizzazzjoni tagħhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit li jkun hemm kunsens għall-iżvilupp u stima rigward l-effetti tagħhom wara li jkun ġie kkonsultat il-pubbliku. Għandhom jittieħdu miżuri sabiex ikun hemm monitoraġġ tal-effetti ambjentali negattivi sinifikanti u miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens, jekk ikun xieraq, mill-awtorità kompetenti meta jingħata kunsens għall-iżvilupp. Dawk il-proġetti huma ddefiniti fl-Artikolu 4.”.

Emenda 52

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Proġetti li għalihom l-obbligu li jitwettqu stimi tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament minn din id-Direttiva u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal proċeduri koordinati jew konġunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

3.   Proġetti li għalihom l-obbligu li jitwettqu stimi tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament minn din id-Direttiva u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jistgħu jkunu soġġetti għal proċeduri koordinati jew konġunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni , ħlief f’każijiet fejn l-Istati Membri jidhrilhom li l-applikazzjoni ta’ dawk il-proċeduri tkun sproporzjonata.

Taħt proċedura koordinata, l-awtorità kompetenti għandha tikkoordina l-istimi individwali differenti meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kkonċernata u maħruġa minn diversi awtoritajiet, mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni kuntrarja li tinsab f'leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.

Għall-proġetti soġġetti għall-proċedura koordinata, l-awtorità kompetenti għandha tikkoordina l-istimi individwali differenti meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kkonċernata u maħruġa mid-diversi awtoritajiet, mingħajr ħsara għal leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.

Taħt il-proċedura konġunta, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ stima waħda tal-impatt fuq l-ambjent, li tintegra l-istimi ta' awtorità waħda jew aktar, mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni kuntrarja li tinsab leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.

Għall-proġetti soġġetti għall-proċedura konġunta, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ stima waħda tal-impatt fuq l-ambjent, li tintegra l-istimi ta' awtorità waħda jew aktar, mingħajr ħsara għal leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità waħda , li tkun responsabbli biex tiffaċilita l-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp għal kull proġett.

L-Istati Membri jistgħu jaħtru awtorità waħda responsabbli biex tiffaċilita l-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp għal kull proġett.

 

Fuq talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tagħti l-għajnuna meħtieġa bil-għan li jiddefinixxi u jimplimenta l-proċeduri koordinati jew konġunti skont dan l-Artikolu.

 

Fl-istimi kollha tal-impatt fuq l-ambjent, l-iżviluppatur għandu juri fir-rapport ambjentali li kkunsidra kull leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni rilevanti għall-iżvilupp propost li għalih huma meħtieġa stimi individwali tal-impatt fuq l-ambjent.

Emenda 53

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 2 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.     Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, l-Istati Membri jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali jekk provdut mil-liġi nazzjonali, jeżentaw proġett speċifiku li għandu bħala l-għan uniku tiegħu r-reazzjoni għal emerġenzi ċivili fl-intier tiegħu jew f’parti minnu mid-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva, jekk tali applikazzjoni jkollha effett negattiv fuq dawn l-iskopijiet.

F’dak il-każ, l-Istati Membri jistgħu jgħarrfu u jikkonsultaw lill-pubbliku kkonċernat u għandhom:

(a)

jikkunsidraw jekk tkunx tixraq għamla oħra ta’ stima;

(b)

jagħmlu disponibbli għall-pubbliku kkonċernat it-tagħrif miksub taħt għamliet oħra tal-istima msemmija fil-punt (a), it-tagħrif li jkollu x’jaqsam mad-deċiżjoni dwar l-għotja tal-eżenzjoni u r-raġunijiet għaliex tkun ġiet mogħtija;

(c)

jinformaw lill-Kummissjoni, qabel ma jingħata kunsens, bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-eżenzjoni mogħtija, u jipprovdulha l-informazzjoni li jkunu għamlu disponibbli, fejn japplika, liċ-ċittadini tagħhom stess.

Il-Kummissjoni għandha immedjatament tibgħat id-dokumenti li tkun irċeviet lill-Istati Membri l-oħra.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta ta’ kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.”.

Emenda 54

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

L-istima tal-impatt fuq l-ambjent għandha tidentifika, tiddeskrivi u tistma b’mod xieraq, fid-dawl ta’ kull każ individwali u b’mod konformi mal-Artikoli 4 sa 11, l-effetti diretti u indiretti ta’ proġett fuq il-fatturi li ġejjin:

L-istima tal-impatt fuq l-ambjent għandha tidentifika, tiddeskrivi u tistma b’mod xieraq, fid-dawl ta’ kull każ individwali u b’mod konformi mal-Artikoli 4 sa 11, l-effetti diretti u indiretti ta’ proġett fuq il-fatturi li ġejjin:

(a)

il-popolazzjoni, is-saħħa tal-bniedem, u l-bijodiversità, b'attenzjoni partikolari għal speċijiet u ħabitats protetti skont id-Direttiva tal-Kunsill  92/43/KEE(*) u d-Direttiva  2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ;

(a)

il-popolazzjoni, is-saħħa tal-bniedem, u l-bijodiversità, inklużi l-fawna u l-flora , b'attenzjoni partikolari għal speċijiet u ħabitats protetti skont id-direttivi 92/43/KEE, 2009/147/KE u 2009/147/KE;

(b)

l-art, il-ħamrija, l-ilma, l-arja u  t-tibdil fil-klima ;

(b)

l-art, il-ħamrija, l-ilma, l-arja u  l-klima ;

(c)

l-assi materjali, il-wirt kulturali u l-pajsaġġ;

(c)

l-assi materjali, il-wirt kulturali u l-pajsaġġ;

(d)

l-interazzjoni bejn il-fatturi msemmija fil punti (a), (b) u (c).

(d)

l-interazzjoni bejn il-fatturi msemmija fil punti (a), (b) u (c).

(e)

l-esponiment, il-vulnerabbiltà u r-reżiljenza tal-fatturi msemmija fil-punti (a), (b) u (c), fir-rigward ta' riskji ta' diżastri naturali u dawk kawżati mill-bniedem.

(e)

l-esponiment, il-vulnerabbiltà u r-reżiljenza tal-fatturi msemmija fil-punti (a), (b) u (c), għal riskji ta' diżastri naturali u dawk kawżati mill-bniedem li x’aktarx iseħħu . "

Emendi 55 u 127/REV

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 4 – paragrafi 3, 4, 5 u 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

L-Artikolu 4 hu emendat kif ġej:

(4)

L-Artikolu 4 hu emendat kif ġej:

 

(a)

Il-paragrafi 3 u 4 jinbidlu b’dan li ġej:

 

(a)

Il-paragrafi 3 u 4 jinbidlu b’dan li ġej:

 

 

3.   Għall-proġetti elenkati fl-Anness II, l-iżviluppatur għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-proġett, l-impatt potenzjali tiegħu fuq l-ambjent u l-miżuri previsti sabiex jevitaw u jnaqqsu effetti sinifikanti. Il-lista dettaljata tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta hija speċifikata fl-Anness II.A.

 

 

“3.   Għall-proġetti elenkati fl-Anness II, u meta jitqies li hu ta' relevanza mill-Istat Membru, l-iżviluppatur għandu jipprovdi informazzjoni sommarja dwar il-karatteristiċi tal-proġett, l-impatt potenzjali tiegħu fuq l-ambjent u l-miżuri previsti sabiex jevitaw u jnaqqsu effetti sinifikanti. Il-lista dettaljata tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta hija speċifikata fl-Anness II.A.  L-ammont ta’ informazzjoni li għandha tingħata mill-iżviluppatur għandha tinżamm minima u tkun limitata għall-aspetti ewlenin li jippermettu lill-awtorità kompetenti tieħu d-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 2.

 

 

4.   Meta titwettaq evalwazzjoni każ b’każ jew jiġu stabbiliti parametri jew kriterji għall-fini tal-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tqis kriterji tal-għażla relatati mal-karatteristiċi u l-lokalizzazzjoni tal-proġett u l-impatt potenzjali tiegħu fuq l-ambjent. Il-lista dettaljata tal-kriterji tal-għażla li għandhom jintużaw hija speċifikata fl-Anness III."

 

 

4.   Meta titwettaq evalwazzjoni każ b’każ jew jiġu stabbiliti parametri jew kriterji għall-fini tal-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tqis il-kriterji rilevanti tal-għażla relatati mal-karatteristiċi u l-lokalizzazzjoni tal-proġett u l-impatt potenzjali tiegħu fuq l-ambjent. Il-lista dettaljata tal-kriterji tal-għażla hija speċifikata fl-Anness III.”

 

(b)

Il-paragrafi 5 u 6 li ġejjin huma miżjuda:

 

(b)

Il-paragrafi 5 u 6 li ġejjin huma miżjuda:

 

 

“5.   L-awtorità kompetenti għandha tagħmel id-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 2, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-iżviluppatur filwaqt li tqis, meta jkun rilevanti, ir-riżultati tal-istudji, il-verifiki preliminari jew l-istimi tal-effetti fuq l-ambjent li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Id-deċiżjoni skont il-paragrafu 2 għandha:

 

 

“5.   L-awtorità kompetenti għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 2, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-iżviluppatur skont il-paragrafu 3 filwaqt li tqis, meta jkun rilevanti, kull kumment mill-pubbliku u mill-awtoritajiet lokali interessati, ir-riżultati tal-istudji, il-verifiki preliminari jew l-istimi tal-effetti fuq l-ambjent li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Id-deċiżjoni skont il-paragrafu 2 għandha:

 

 

(a)

tiddikjara kif tqiesu l-kriterji fl-Anness III;

 

 

 

(b)

tinkludi r-raġunijiet għaliex kienet meħtieġa jew ma kinitx meħtieġa stima tal-impatt fuq l-ambjent b'konformità mal-Artikoli 5 sa 10;

 

 

(a)

tinkludi r-raġunijiet għaliex kienet meħtieġa jew ma kinitx meħtieġa stima tal-impatt fuq l-ambjent b'konformità mal-Artikoli 5 sa 10 , b’mod partikolari b’referenza għall-kriterji relevanti elenkati fl-Anness III ;

 

 

(c)

tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jevitaw, jipprevjenu u jnaqqsu kwalunkwe effett sinifikanti fuq l-ambjent, fejn jiġi deċiż li ma għandha titwettaq l-ebda stima tal-impatt fuq l-ambjent b'konformità mal-Artikoli 5 sa 10.

 

 

(b)

tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jevitaw, jipprevjenu u jnaqqsu kwalunkwe effett sinifikanti fuq l-ambjent, fejn jiġi deċiż li ma għandha titwettaq l-ebda stima tal-impatt fuq l-ambjent b'konformità mal-Artikoli 5 sa 10.

 

 

(d)

tkun disponibbli għall-pubbliku

 

 

(c)

tkun disponibbli għall-pubbliku

 

 

6.   L-awtorità kompetenti għandha tagħmel id-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 2 fi żmien tliet xhur mit-talba għal kunsens għall-iżvilupp u bil-kundizzjoni li l-iżviluppatur ikun issottometta l-informazzjoni kollha meħtieġa. Skont in-natura, il-kumplessità, il-lok u d-daqs tal-proġett propost, l-awtorità kompetenti tista’ testendi dik l-iskadenza b’3 xhur oħra ; f’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma l-iżviluppatur bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni u d-data sa meta hija mistennija d-determinazzjoni tagħha.

 

 

6.   L-awtorità kompetenti għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 2 fi żmien perjodu stabbilit mill-Istat Membru li ma jaqbiżx id-90 jum mit-talba għal kunsens għall-iżvilupp u bil-kundizzjoni li l-iżviluppatur ikun issottometta l-informazzjoni kollha meħtieġa skont il-paragrafu 3 . Skont in-natura, il-kumplessità, il-lok u d-daqs tal-proġett propost, l-awtorità kompetenti tista’ b’mod eċċezzjonali testendi dik l-iskadenza darba b’perjodu ieħor stabbilit mill-Istat Membru li ma jaqbiżx is-60 jum ; f’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-iżviluppatur bil-miktub bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni u bid-data meta hija mistennija d-determinazzjoni tagħha , filwaqt li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2) .

 

 

Fejn il-proġett ikun soġġett għal stima tal-impatt fuq l-ambjent skont l-Artikoli 5 sa 10, id-deċiżjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 5(2).”

 

 

Fejn il-proġett ikun soġġett għal stima tal-impatt fuq l-ambjent skont l-Artikoli 5 sa 10, id-deċiżjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi l-opinjoni mogħtija fl-Artikolu 5(2) , jekk tali opinjoni ġiet mitluba skont dak l-Artikolu .”

Emenda 56

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Meta għandha titwettaq stima tal-impatt fuq l-ambjent skont l-Artikoli 5 sa 10, l-iżviluppatur għandu jħejji rapport ambjentali. Ir-rapport ambjentali għandu jkun ibbażat fuq determinazzjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u jinkludi informazzjoni li tista' tkun raġonevolment meħtieġa biex jittieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-impatti ambjentali tal-proġett propost, filwaqt li jitqiesu l-għarfien u l-metodi attwali tal-istima, il-karatteristiċi, il-kapaċità teknika u l-lok tal-proġett , il-karatteristiċi tal-impatt potenzjali, alternattivi għall-proġett propost u sa fejn huma vvalutati b'mod aktar xieraq ċerti kwistjonijiet (inkluża l-evalwazzjoni ta' alternattivi) f’livelli differenti inkluż il-livell ta' ppjanar, jew abbażi ta' rekwiżiti oħra ta' stima . Il-lista dettaljata tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fir-rapport ambjentali hija speċifikata fl-Anness IV.

1.   Meta għandha titwettaq stima tal-impatt fuq l-ambjent skont l-Artikoli 5 sa 10, l-iżviluppatur għandu jressaq rapport ambjentali. Ir-rapport ambjentali għandu jkun ibbażat fuq l-opinjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu , jekk tkun inħarġet tali opinjoni, u jinkludi informazzjoni li tista' tkun raġonevolment meħtieġa biex jittieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-impatti ambjentali tal-proġett propost, filwaqt li jitqiesu l-għarfien u l-metodi attwali tal-istima u l-karatteristiċi, il-kapaċità teknika u l-lok tal-proġett u l-karatteristiċi tal-impatt potenzjali . Ir-rapport ambjentali għandu jinkludi wkoll alternattivi raġonevoli kkunsidrati mill-iżviluppatur, li jkunu relevanti għall-proġett propost u għall-karatteristiċi speċifiċi tiegħu . Il-lista dettaljata tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fir-rapport ambjentali hija speċifikata fl-Anness IV. Fir-rapport ambjentali għandu jiġi inkluż sommarju mhux tekniku tal-informazzjoni mogħtija.

Emenda 57

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-awtorità kompetenti, wara li tkun kkonsultat l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) u l-iżviluppatur, għandha tiddetermina l-ambitu u l-livell ta' dettall tal-informazzjoni li għandha tkun inkluża mill-iżviluppatur fir-rapport ambjentali, skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu . B’mod partikolari għandha tiddetermina:

2.    Fejn issir talba mill-iżviluppatur , l-awtorità kompetenti, wara li tkun ikkonsultat l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) u l-iżviluppatur, għandha toħroġ opinjoni fejn tiddetermina l-ambitu u l-livell ta' dettall tal-informazzjoni li għandha tkun inkluża mill-iżviluppatur fir-rapport ambjentali, skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu , inkluż b’mod partikolari:

(a)

id-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet li għandhom jinkisbu;

 

(b)

l-awtoritajiet u l-pubbliku li x’aktarx ikunu kkonċernati;

(b)

l-awtoritajiet u l-pubbliku li x’aktarx ikunu kkonċernati;

(c)

l-istadji individwali tal-proċedura u  t-tul tagħhom;

(c)

l-istadji individwali tal-proċedura u  l-oqfsa taż-żmien għat-tul tagħhom;

(d)

alternattivi raġonevoli għall-proġett propost u l-karatteristiċi speċifiċi tiegħu;

(d)

alternattivi raġonevoli li jistgħu jiġu kkunsidrati mill-iżviluppatur, li jkunu relevanti għall-proġett propost , il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu u l-impatti sinifikanti tiegħu fuq l-ambjent ;

(e)

il-karatteristiċi ambjentali msemmija fl-Artikolu 3 li x'aktarx ikunu affettwati b'mod sinifkanti;

 

(f)

l-informazzjoni li għanda tiġi sottomessa skont il-karatteristiċi speċifiċi ta' proġett partikolari jew tip ta' proġett;

(f)

l-informazzjoni li għanda tiġi sottomessa skont il-karatteristiċi speċifiċi ta' proġett partikolari jew tip ta' proġett;

(g)

l-informazzjoni u l-għarfien disponibbli u miksuba fil-livelli l-oħra tat-teħid tad-deċiżjonijiet jew permezz ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, u l-metodi ta' stima li għandhom jintużaw.

(g)

l-informazzjoni u l-għarfien disponibbli u miksuba fil-livelli l-oħra tat-teħid tad-deċiżjonijiet jew permezz ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, u l-metodi ta' stima li għandhom jintużaw.

L-awtorità kompetenti tista’ wkoll tfittex assistenza minn esperti akkreditati u teknikament kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Talbiet sussegwenti lill-iżviluppatur għal informazzjoni addizzjonali jistgħu jsiru jekk ikunu ġustifikati minn ċirkostanzi ġodda u spjegati kif dovut mill-awtorità kompetenti.

L-awtorità kompetenti tista’ wkoll tfittex assistenza minn esperti kkwalifikati indipendenti u teknikament kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Talbiet sussegwenti lill-iżviluppatur għal informazzjoni addizzjonali jistgħu jsiru jekk ikunu ġustifikati minn ċirkostanzi ġodda u spjegati kif dovut mill-awtorità kompetenti.

Emenda 106

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Biex jiġu garantiti l-kompletezza u kwalità suffiċjenti tar-rapporti ambjentali msemmija fl-Artikolu 5(1):

3.   Biex jiġu garantiti l-kompletezza u kwalità suffiċjenti tar-rapporti ambjentali msemmija fl-Artikolu 5(1):

(a)

l-iżviluppatur għandu jiżgura li r-rapport ambjentali huwa mħejji minn esperti akkreditati jew teknikament kompetenti jew

(a)

l-iżviluppatur għandu jiżgura li r-rapport ambjentali huwa mħejji minn esperti kompetenti ; u

(b)

l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-rapport ambjentali huwa verifikat minn esperti akkreditati u teknikament kompetenti u/jew kumitati ta' esperti nazzjonali.

(b)

l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-rapport ambjentali huwa verifikat minn esperti kompetenti u/jew kumitati ta’ esperti nazzjonali li isimhom jixxandar pubblikament .

Meta esperti akkreditati u teknikament kompetenti jkunu assistew l-awtorità kompetenti biex tħejji d-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2), l-istess esperti ma għandhomx jintużaw mill-iżviluppatur għat-tħejjija tar-rapport ambjentali.

Meta esperti kompetenti jkunu assistew l-awtorità kompetenti biex tħejji d-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2), l-istess esperti ma għandhomx jintużaw mill-iżviluppatur għat-tħejjija tar-rapport ambjentali.

:L-arranġamenti dettaljati għall-użu u l-għażla ta' esperti akkreditati u teknikament kompetenti (pereżempju l-kwalifiki meħtieġa, l-assenjazzjoni ta' evalwazzjoni, il-liċenzjar u l-iskwalifika), għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri."

L-arranġamenti dettaljati għall-użu u l-għażla ta' esperti kompetenti (pereżempju l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa, l-assenjazzjoni ta' evalwazzjoni, il-liċenzjar u l-iskwalifika), għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri."

 

L-Awtorità li tirrevedi l-Istima tal-Impatt Ambjentali hija mitluba li ma jkollha l-ebda interess fil-fajl jew relazzjoni mal-fajl sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess.

Emenda 59

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 5a (ġdid)

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 5a

Għal proġetti transfruntiera, l-Istati Membri u l-pajjiżi ġirien involuti għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi jikkooperaw biex jipprovdu b’mod konġunt stima tal-impatt fuq l-ambjent transkonfinali unika integrata u koerenti minn stadju bikri tal-ippjanar, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-kofinanzjament mill-Unjoni.

Fil-każ ta’ proġetti ta’ trasport tan-netwerk tat-trasport Ewropew, l-impatt potenzjali fuq in-netwerk tan-Natura 2000 għandu jiġi identifikat billi tintuża s-sistema TENTec u s-softwer Natura 2000 tal-Kummissjoni u alternattivi possibbli.”

Emenda 61

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6 – punt -a (ġdid)

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)

il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.     L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet li x’aktarx ikunu kkonċernati mill-proġett minħabba r-responsabilitajiet ambjentali speċifiċi tagħhom jew minħabba l-ġurisdizzjoni lokali jingħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar it-tagħrif fornut mill-iżviluppatur u dwar it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet li għandhom jiġu kkonsultati, jew f’termini ġenerali jew fuq il-bażi ta’ każ b’każ. It-tagħrif miġbur skont l-Artikolu 5 għandu jintbagħat lil dawk l-awtoritajiet. Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti dettaljati mill-Istati Membri dwar il-konsultazzjoni.”;

Emenda 107

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6 – punt -aa (ġdid)

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-aa)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2.     Il-pubbliku għandu jiġi infurmat permezz ta’ portal ċentrali li jkun aċċessibbli għall-pubbliku b’mod elettroniku skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali*, permezz ta’ avviżi pubbliċi u mezzi oħra xierqa bħall-midja elettronika fi stadju bikri tal-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet ambjentali msemmija fl-Artikolu 2(2) u, l-iktar tard, hekk kif l-informazzjoni tkun tista’ tingħata b’mod raġonevoli:

Emenda 63

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6 – punt -ab (ġdid)

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-ab)

il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’perjodi ta’ żmien raġonevoli, dan li ġej isir disponibbli tal-inqas permezz ta' portal ċentrali li jkun aċċessibbli għall-pubbliku b’mod elettroniku:

(a)

kwalunkwe informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 5;

(b)

skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ir-rapporti ewlenin u l-parir maħruġa għall-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien meta l-pubbliku kkonċernat jiġi infurmat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(c)

skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali, it-tagħrif għajr dak imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li jkun rilevanti għad-deċiżjoni skont l-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva u li jsir disponibbli biss wara ż-żmien meta l-pubbliku kkonċernat ikun ġie mgħarraf skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.”;

Emenda 108

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6 – punt -ac (ġdid

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-ac)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.     L-arranġamenti dettaljati sabiex il-pubbliku konċernat jiġi infurmat u kkonsultat għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti tiġi pprovduta permezz ta’ portal ċentrali li jkun aċċessibbli għall-pubbliku b’mod elettroniku skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/4/KE.”:

Emenda 65

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6 – punt b

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 6 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   "It-termini ta' żmien sabiex il-pubbliku kkonċernat jiġi kkonsultat dwar ir-rapport ambjentali msemmi fl-Artikolu 5(1) ma għandhomx ikunu iqsar minn 30 jum jew aktar minn 60 jum. F'każijiet eċċezzjonali, fejn in-natura, il-kumplessità, il-lok jew id-daqs tal-proġett propost jesiġu hekk, l-awtorità kompetenti tista’ testendi dan it-terminu ta’ żmien bi 30 jum oħra ; f’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma l-iżviluppatur bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni.

7.   “It-termini ta' żmien sabiex il-pubbliku kkonċernat jiġi kkonsultat dwar ir-rapport ambjentali msemmi fl-Artikolu 5(1) ma għandhomx ikunu iqsar minn 30 jum jew aktar minn 60 jum. F'każijiet eċċezzjonali, fejn in-natura, il-kumplessità, il-lok jew id-daqs tal-proġett propost jesiġu hekk, l-awtorità kompetenti tista’ testendi dan it-terminu ta’ żmien b’massimu ta’ 30 jum; f’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma l-iżviluppatur bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni.”

Emenda 66

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt ba (ġdid)

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 6 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“7a.     Bil-għan li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni effettiva tal-pubbliku kkonċernat fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tal-kuntatti tal-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli mit-twettiq tad-dmirijiet li jirriżultaw minn din id-Direttiva, u l-aċċess faċli u malajr għal din l-awtorità jew awtoritajiet, ikunu disponibbli għall-pubbliku fi kwalunkwe ħin u irrispettivament minn kwalunkwe proġett speċifiku li jkun għaddej soġġett għal stima tal-impatt fuq l-ambjent, u li tingħata l-attenzjoni dovuta lill-kummenti li jsiru u lill-opinjonijiet espressi mill-pubbliku.”.

Emenda 67

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 7 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)

Fl-Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5a.     Fil-każ ta’ proġetti transkonfinali ta’ interess komuni fil-qasam tat-trasport inklużi f’wieħed mill-kurituri spjegati fl-Anness I tar-Regolament…  (*) li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, l-Istati Membri għandhom jiġu involuti fil-ħidma ta’ koordinazzjoni tal-konsultazzjonijiet pubbliċi. Il-koordinatur għandu jiżgura li jseħħ proċess estensiv ta' konsultazzjoni pubblika mal-partijiet interessati kollha u mas-soċjetà ċivili waqt l-ippjanar ta' infrastruttura ġdida. Fi kwalunkwe każ, il-koordinatur jista' jipproponi modi kif jiġi żviluppat il-pjan tal-kuritur u kif dan jiġi implimentat b'mod bilanċjat.”.

Emendi 93, 109 u 130

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Għandhom jitqiesu r-riżultati tal-konsultazzjonijiet u l-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 fil-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp. Għal dan il-għan, id-deċiżjoni li jingħata l-kunsens għall-iżvilupp għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

1.   Għandhom jitqiesu debitament u jiġu vvalutati fid-dettall ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet u l-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 fil-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp. Meta tkun ittieħdet deċiżjoni li jingħata jew jiġi rrifjutat kunsens għall-iżvilupp , l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-pubbliku biha skont il-proċeduri xierqa u għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-istima tal-impatt fuq l-ambjent tal-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 3 u l-kundizzjonijiet ambjentali marbuta mad-deċiżjoni, inkluża deskrizzjoni tal-miżuri ewlenin sabiex jiġu evitati, imnaqqsa u, jekk possibbli, ikkontrobilanċjati l-effetti negattivi sinifikanti;

(a)

ir-riżultati tal-istima tal-impatt fuq l-ambjent tal-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 3 , inkluż sommarju tal-osservazzjonijiet u l-opinjonijiet li jkunu waslu skont l-Artikoli 6 u 7, u l-kundizzjonijiet ambjentali marbuta mad-deċiżjoni, inkluża deskrizzjoni tal-miżuri ewlenin sabiex jiġu evitati, imnaqqsa u, jekk possibbli, ikkontrobilanċjati l-effetti negattivi sinifikanti;

(b)

ir-raġunijiet ewlenin għall-għażla l-proġett kif adottat, fid-dawl tal-alternattivi l-oħra meqjusa, inkluża l-evoluzzjoni probabbli tal-istat eżistenti tal-ambjent mingħajr l-implimentazzjoni tal-proġett (xenarju ta' referenza);

(b)

il-punti prinċipali tal-alternattivi ewlenin studjati mill-iżviluppatur u indikazzjoni tar-raġunijiet prinċipali għall-għażla tiegħu, fil-qies tal-effetti fuq l-ambjent;

(c)

sommarju tal-kummenti li waslu skont l-Artikoli 6 u 7;

 

(d)

dikjarazzjoni li tiġbor fil-qosor il-mod kif kunsiderazzjonijiet ambjentali ġew integrati fil-kunsens għall-iżvilupp u kif ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet u l-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 ikunu ġew inkorporati jew inkella indirizzati.

(d)

dikjarazzjoni li tiġbor fil-qosor il-mod kif kunsiderazzjonijiet ambjentali ġew integrati fil-kunsens għall-iżvilupp u kif ir-rapport ambjentali u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet u l-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 ikunu ġew inkorporati jew inkella indirizzati.

Għal proġetti li x'aktarx ikollhom effetti transfruntieri negattivi sinifikanti, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi informazzjoni dwar għalfejn ma qisitx il-kummenti li waslu għand l-Istat Membru affettwat matul il-konsultazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 7.

Għal proġetti li x'aktarx ikollhom effetti transfruntieri negattivi sinifikanti, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi informazzjoni dwar għalfejn ma qisitx il-kummenti li waslu għand l-Istat Membru affettwat matul il-konsultazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 7.

2.     Jekk il-konsultazzjonijiet u l-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 jikkonkludu li proġett se jkollu effetti ambjentali negattivi sinifikanti, l-awtorità kompetenti għandha tqis, kemm jista' jkun malajr u  b'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) u l-iżviluppatur, jekk ir-rapport ambjentali msemmi fl-Artikolu 5(1) għandux jiġi rivedut u l-proġett ikun immodifikat biex jiġu evitati jew imnaqqsa dawn l-effetti negattivi u jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali ta' mitigazzjoni jew kumpens.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tqis, kemm jista' jkun malajr u  wara li tkun ikkonsultat mal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) u l-iżviluppatur, jekk għandhiex tirrifjuta l-kunsens għall-iżvilupp jew jekk ir-rapport ambjentali msemmi fl-Artikolu 5(1) għandux jiġi rivedut u l-proġett ikun immodifikat biex jiġu evitati jew imnaqqsa dawn l-effetti negattivi u jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali ta' mitigazzjoni jew kumpens abbażi tal-leġiżlazzjoni rilevanti .

Jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti kunsens għall-iżvilupp, għandha tiżgura li l-kunsens għall-iżvilupp jinkludi miżuri biex jiġu mmonitorjati effetti ambjentali negattivi sinifikanti , sabiex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni u l-effettività mistennija ta' miżuri ta' mitigazzjoni u kumpens, u sabiex jiġu identifikati kwalunkwe effetti negattivi mhux mistennija .

Jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti kunsens għall-iżvilupp, għandha tiżgura , skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni rilevanti, li l-kunsens għall-iżvilupp jinkludi miżuri biex jiġu mmonitorjati l-effetti ambjentali negattivi sinifikanti.

It-tip ta' parametri li għandhom jiġu mmonitorjati u t-tul ta' żmien tal-monitoraġġ għandhom ikunu proporzjonati man-natura, il-lokalizzazzjoni u d-daqs tal-proġett propost u s-sinifikat tal-effetti ambjentali tiegħu.

 

L-arranġamenti eżistenti ta' monitoraġġ li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jistgħu jintużaw fejn dan ikun xieraq.

 

3.   Meta l-informazzjoni kollha neċessarja miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 tkun ġiet ipprovduta lill-awtorità kompetenti, inkluż, fejn rilevanti, stimi speċifiċi meħtieġa taħt leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, u l-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 6 u 7 ikunu ġew ikkompletati, l-awtorità kompetenti għandha tikkonkludi l-istima tal-impatt tal-proġett fuq l-ambjent fi żmien tliet xhur .

3.   Meta l-informazzjoni kollha neċessarja miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 tkun ġiet ipprovduta lill-awtorità kompetenti, inkluż, fejn rilevanti, stimi speċifiċi meħtieġa taħt leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, u l-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 6 u 7 ikunu ġew ikkompletati, l-awtorità kompetenti għandha tikkonkludi l-istima tal-impatt tal-proġett fuq l-ambjent f’perjodu ta’ żmien stabbilit mill-Istat Membru ta’ mhux aktar minn 90 jum .

Skont in-natura, il-kumplessità, il-lok u d-daqs tal-proġett propost, l-awtorità kompetenti tista’ testendi dik l-iskadenza b'3 xhur oħra. F’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma l-iżviluppatur bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni u d-data meta hija mistennija d-deċiżjoni tagħha.

Skont in-natura, il-kumplessità, il-lok u d-daqs tal-proġett propost, l-awtorità kompetenti tista’ , b’mod eċċezzjonali, testendi dik l-iskadenza b’perjodu ieħor ta’ żmien stabbilit mill-Istat Membru ta’ mhux aktar minn 90 jum; f’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma, bil-miktub, lill-iżviluppatur bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni u d-data meta hija mistennija d-deċiżjoni tagħha.

4.     Qabel ma tittieħed deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta kunsens għall-iżvilupp, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk l-informazzjoni fir-rapport ambjentali msemmi fl-Artikolu 5(1) hijiex aġġornata, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri previsti biex jipprevjenu, inaqqsu u, jekk possibbli, jikkontrobilanċjaw kull effett negattiv sinifikanti.

 

 

4a.     Id-deċiżjoni li jingħata kunsens għall-iżvilupp tista’ tittieħed ukoll billi jiġi adottat att speċifiku ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, kemm-il darba l-awtorità kompetenti tkun wettqet l-elementi kollha tal-istima tal-impatt fuq l-ambjent skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

 

*

ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3

Emenda 69

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 9 – punt a

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Meta tkun ittieħdet deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta kunsens għall-iżvilupp, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-pubbliku u l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) biha, skont il-proċeduri xierqa , u  għandha tkun disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni li ġejja:

1.   Meta tkun ittieħdet deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta kunsens għall-iżvilupp, jew deċiżjoni oħra maħruġa bil-għan li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-pubbliku u l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) biha, mill-aktar fis possibbli skont il-proċeduri nazzjonali , u  sa mhux aktar tard minn 10 ijiem tax-xogħol. L-awtorità jew l-awtoritajiet kompenti għandhom iqiegħdu d-deċiżjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u tal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) skont id-Direttiva 2003/4/KE.

(a)

il-kontenut tad-deċiżjoni u kull kundizzjoni mehmuża magħha;

 

(b)

wara li jkunu ġew eżaminati r-rapport ambjentali u t-tħassib u l-opinjonijiet espressi mill-pubbliku kkonċernat, ir-raġunijiet u l-konsiderazzjonijiet ewlenin li fuqhom hija msejsa d-deċiżjoni, inkluża informazzjoni dwar il-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku;

 

(c)

deskrizzjoni tal-miżuri ewlenin sabiex jiġu evitati, imnaqqsa u, jekk possibbli, kontrobilanċjati l-effetti negattivi sinifikanti.

 

(d)

deskrizzjoni, fejn xieraq, tal-miżuri ta' monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 8(2)."

 

Emenda 120

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 9a (ġdid)

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

L-artikolu li ġej jiżdied wara l-Artikolu 9:

“Artikolu 9a

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti, meta jwettqu d-dmirijiet li jirriżultaw minn din id-Direttiva, ma jsibux ruħhom f'kunflitt ta' interess skont kwalunkwe leġiżlazzjoni li tapplika għalihom.”

Emenda 72

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 9b (ġdid)

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)

Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw l-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jirrispettaw il-limitazzjonijiet imposti bil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali u bil-prassi legali aċċettati rigward il-kunfidenzjalità kummerċjali u industrijali, inkluża l-proprjetà intellettwali, u s-salvagwardja tal-interess pubbliku, sakemm ikunu konformi mad-Direttiva 2003/4/KE.”.

Emenda 73

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 9c (ġdid)

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9c)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 10a

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penalitajiet ipprovduti jridu jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.”.

Emenda 75

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 9d (ġdid)

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9d)

Fl-Artikolu 11, it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“Kull proċedura bħal din għandha tkun adegwata u effettiva, tippermetti l-applikazzjonijiet għal rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni, u tkun ġusta, retta, f’waqtha u ma tiswiex tant li tkun projbittiva.”

Emenda 76

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 11

Direttiva 2011/92/UE

Artikolu 12b – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     Meta, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi ta’ setturi partikolari ta’ attività ekonomika, dan jitqies xieraq fl- interess ta' stima korretta tal-impatt ambjentali, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri u s-settur ikkonċernat, għandha tfassal linji gwida speċifiċi għas-settur u kriterji li għandhom jiġu segwiti b’tali mod li jissimplifika l-istima tal-impatt fuq l-ambjent u jiffaċilita l-istandardizzazzjoni tagħha.

Emenda 77

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [ DATA ]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u dokument li jispjega r-relazzjoni bejnhom u din id-Direttiva.

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard minn … (**). Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u dokument li jispjega r-relazzjoni bejnhom u din id-Direttiva.

Emenda 110

Proposta għal direttiva

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proġetti li għalihom it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp ġiet introdotta qabel id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) u li għalihom l-istima tal-impatt fuq l-ambjent ma ġietx konkluż aqabel dik id-data għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi msemmija fl-Artikoli 3 sa 11 tad-Direttiva 2011/92/UE kif emendata b'din id-Direttiva.

Proġetti li għalihom it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp ġiet introdotta qabel id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) u li għalihom l-istima tal-impatt fuq l-ambjent ma ġietx konkluża qabel dik id-data għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi msemmija fl-Artikoli 3 sa 11 tad-Direttiva 2011/92/UE kif emendata b'din id-Direttiva , jekk l-iżviluppatur jitlob li l-istima tal-impatt fuq l-ambjent għall-proġett tiegħu tkompli ssir skont id-dispożizzjonijiet emendati .

Emendi 79, 112 u 126

Proposta għal direttiva

Anness – punt - 1 (ġdid)

Direttiva 2011/92/UE

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

 

 

(a)

it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

 

 

 

“PROĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(1) (PROĠETTI SUĠĠETTI GĦAL STIMA TAL-IMPATT FUQ L-AMBJENT MANDATARJA)”

 

 

(b)

jiddaħħal il-punt li ġej:

 

 

 

“4a.

Ix-xogħol fil-minjieri miftuħa mill-wiċċ u industriji ta' estrazzjoni fil-miftuħ simili.”

 

 

(c)

fil-punt 7, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

 

 

 

“(a)

il-bini ta’ linji ferrovjarji għat-traffiku fuq distanzi twal u ta’ ajruporti […];”

 

 

(d)

jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

 

 

 

"14a.

L-esplorazzjoni, limitata għall-fażi li tinvolvi l-applikazzjoni ta’ fratturar idrawliku, u l-estrazzjoni tal-petroleum u/jew tal-gass naturali maqbuda fis-safef ta’ shales tal-gass u f’formazzjonijiet oħra ta’ blat sedimentarju b’permeabilità u porożità similarment baxxi jew aktar baxxi, indipendentement mill-kwantità estratta.

14b.

L-esplorazzjoni, limitata għall-fażi li tinvolvi l-applikazzjoni ta’ fratturar idrawliku, u l-estrazzjoni tal-gass naturali minn safef tal-faħam, indipendentement mill-kwantità estratta.

 

 

(e)

il-punt 19 jinbidel b’dan li ġej:

 

 

 

“19.

Il-barrieri u x-xogħol fil-minjieri miftuħa mill-wiċċ fejn l-erja l-wiċċ tas-sit jaqbeż il-25 ettaru, minjieri tad-deheb fejn jintużaw proċessi permezz ta’ ċattra taċ-ċjanur, jew estrazzjoni tal-pit, fejn l-erja tal-wiċċ tal-art tas-sit jaqbeż il-150 ettaru.”

 

 

(f)

jiżdied il-punt 24a li ġej:

 

 

 

“24a.

Parks b’tema u kampijiet tal-golf ipproġettati f’żoni b’defiċit ta’ ilma, riskju għoli ta’ deżertifikazzjoni jew nixfa.”

Emenda 80

Proposta għal direttiva

Anness – punt - 1a (ġdid)

Direttiva 2011/92/UE

Anness II

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1a)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

 

 

(a)

it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

 

 

 

“PROĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(2) (PROĠETTI SUĠĠETTI GĦAL STIMA TAL-IMPATT FUQ L-AMBJENT SKONT ID-DISKREZZJONI TAL-ISTATI MEMBRI)”;

 

 

(b)

il-punt li ġej jiddaħħal fil-paragrafu 1:

 

 

 

“(fa)

Attivitajiet ta’ sajd ta’ qbid selvaġġ;”;

 

 

(c)

il-punt (c) tal-paragrafu 2 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

 

 

“(c)

Ir-riċerka u l-esplorazzjoni ta’ minerali u l-estrazzjoni ta’ minerali permezz tat-taħmil mill-baħar jew mix-xmajjar;”;

 

 

(d)

il-punt (d) tal-paragrafu 10 jitħassar.

 

 

(e)

il-punt li ġej jiddaħħal fil-paragrafu 13:

 

 

 

“(aa)

Kwalunkwe twaqqigħ ta’ proġetti elenkati fl-Anness I jew f’dan l-Anness, li jista’ jkollhom effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent.”

Emenda 81

Proposta għal direttiva

Anness – punt 1

Direttiva 2011/92/UE

Anness IIA

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ANNESS II.A – INFORMAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(3)

ANNESS II.A – INFORMAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(3) (INFORMAZZJONI SOMMARJA PROVDUTA MILL-I — VILUPPATUR DWAR IL-PROĠETTI ELENKATI FL-ANNESS II)

1.

Deskrizzjoni tal-proġett, inklużi b'mod partikolari :

1.

Deskrizzjoni tal-proġett, inklużi:

 

(a)

deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi tal-proġett kollu, inkluż, fejn rilevanti, is-sottosuperfiċje tiegħu, matul il-fażijiet ta' kostruzzjoni u operazzjonali;

 

(a)

deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi tal-proġett kollu, inkluż, fejn rilevanti, is-sottosuperfiċje u l-parti ta’ taħt l-art tiegħu, matul il-fażijiet tal-kostruzzjoni , tal- operazzjoni u tat-twaqqigħ ;

 

(b)

deskrizzjoni tal-lok tal-proġett, partikolarment fir-rigward tas-sensisittività taż-żoni ġeografiċi li x'aktarx ikunu affettwati.

 

(b)

deskrizzjoni tal-lok tal-proġett, partikolarment fir-rigward tas-sensisittività taż-żoni ġeografiċi li x'aktarx ikunu affettwati.

2.

Deskrizzjoni tal-aspetti ambjentali li x'aktarx jiġu affettwati b'mod sinifikanti mill-proġett propost.

2.

Deskrizzjoni tal-aspetti ambjentali li x'aktarx jiġu affettwati b'mod sinifikanti mill-proġett propost.

3.

Deskrizzjoni tal-effetti sinifikanti probabbli tal-proġett propost fuq l-ambjent li jirriżultaw:

3.

Deskrizzjoni tal-effetti sinifikanti probabbli tal-proġett propost fuq l-ambjent , inklużi r-riskji għas-saħħa tal-popolazzjoni kkonċernata u l-effetti fuq il-pajsaġġ u l-wirt kulturali, li jirriżultaw:

 

(a)

mir-residwi u l-emissjonijiet mistennija u l-produzzjoni tal-iskart;

 

(a)

mir-residwi u l-emissjonijiet mistennija u mill-produzzjoni tal-iskart fejn rilevanti ;

 

(b)

mill-użu ta' riżorsi naturali, partikolarment il-ħamrija, l-art, l-ilma u l-bijodiversità inklużi bidliet idromorfoloġiċi.

 

(b)

mill-użu ta' riżorsi naturali, partikolarment il-ħamrija, l-art, l-ilma u l-bijodiversità (inklużi bidliet idromorfoloġiċi).

4.

Deskrizzjoni tal-miżuri previsti biex jevitaw, jipprevjenu jew inaqqsu u kwalunkwe effett negattiv sinifikanti fuq l-ambjent.

4.

Deskrizzjoni tal-miżuri previsti biex jevitaw, jipprevjenu jew inaqqsu l-effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent , b’mod partikolari meta jitqiesu irreversibbli .

Emenda 124

Proposta għal direttiva

Anness – punt 2

Direttiva 2011/92/UE

Anness III – punt 2 – punt c – subpunt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

żoni kostali,

(ii)

żoni kostali u l-ambjent tal-baħar ;

Emenda 83 u 129/REV

Proposta għal direttiva

Anness – punt 2

Direttiva 2011/92/UE

Anness IV

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ANNESS IV – INFORMAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(1)

ANNESS IV – INFORMAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(1) (INFORMAZZJONI LI L-IŻVILUPPATUR IRID JAGĦTI FIR-RAPPORT AMBJENTALI)

1.

Id-deskrizzjoni tal-proġett, inklużi b'mod partikolari:

1.

Id-deskrizzjoni tal-proġett, inklużi b'mod partikolari:

 

 

(-a)

deskrizzjoni tal-lok tal-proġett;

 

(a)

deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi tal-proġett kollu inkluż, fejn rilevanti, fis-sottosuperfiċje tiegħu, u l-użu tal-ilma u r-rekwiżiti tal-użu tal-art matul il-fażijiet tal-kostruzzjoni u tax-xogħlijiet;

 

(a)

deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi tal-proġett kollu, inkluż, fejn rilevanti, is-sottosuperfiċje tiegħu, u r-rekwiżiti tal-użu tal-ilma u tal-użu tal-art matul il-fażijiet tal-kostruzzjoni, tal-operazzjoni u, fejn relevanti, tat-twaqqigħ ;

 

 

(aa)

deskrizzjoni tal-ispejjeż tal-enerġija, l-ispejjeż tar-riċiklaġġ tal-iskart ikkawżat mit-twaqqigħ, il-konsum ta’ riżorsi naturali addizzjonali meta jitwettaq proġett ta’ twaqqigħ;

 

(b)

deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-proċessi tal-produzzjoni, pereżempju, in-natura u l-kwantità tal-materjali, l-enerġija u r-riżorsi naturali (inkluż l-ilma, l-art, il-ħamrija u l-bijodiversità) użati;

 

(b)

deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-proċessi tal-produzzjoni, pereżempju, in-natura u l-kwantità tal-materjali, l-enerġija u r-riżorsi naturali (inkluż l-ilma, l-art, il-ħamrija u l-bijodiversità) użati;

 

(c)

stima, skont it-tip u l-kwantità, tar-residwi u emissjonijiet mistennija (l-ilma, l-arja, it-tniġġis tal-ħamrija u tas-sottoswol, l-istorbju, il-vibrazzjoni, id-dawl, is-sħana, ir-radjazzjoni, eċċ.) li jirriżultaw mit-tħaddim tal-proġett propost.

 

(c)

stima, skont it-tip u l-kwantità, tar-residwi u emissjonijiet mistennija (l-ilma, l-arja, it-tniġġis tal-ħamrija u tas-sottoswol, l-istorbju, il-vibrazzjoni, id-dawl, is-sħana, ir-radjazzjoni, eċċ.) li jirriżultaw mit-tħaddim tal-proġett propost.

2.

Deskrizzjoni tal-aspetti tekniċi, lokazzjonali jew oħrajn (eż. f’termini ta’ disinn tal-proġett, kapaċità teknika, daqs u skala) tal-alternattivi meqjusa, inkluża l-identifikazzjoni ta' dik bl-inqas impatt ambjentali , u indikazzjoni tar-raġunijiet prinċipali għall-għażla , filwaqt li jitqiesu l-effetti ambjentali .

2.

Deskrizzjoni tal-aspetti tekniċi, lokazzjonali jew oħrajn (eż. f’termini ta’ disinn tal-proġett, kapaċità teknika, daqs u skala) tal-alternattivi raġonevoli meqjusa mill-iżviluppatur, li huma rilevanti għall-proġett propost u għall-karatteristiċi speċifiċi tiegħu , u indikazzjoni tar-raġunijiet prinċipali għall-għażla li ssir.

3.

Deskrizzjoni tal-aspetti rilevanti tal-istat eżistenti tal-ambjent u l-evoluzzjoni li x’aktarx tirriżulta mingħajr l-implimentazzjoni tal-proġett (xenarju bażi) . Din id-deskrizzjoni għandha tkopri kwalunkwe problema ambjentali eżistenti rilevanti għall-proġett, inkluż, b’mod partikolari, dawk li jikkonċernaw xi żoni ta’ importanza ambjentali partikolari u l-użu tar-riżorsi naturali.

3.

Deskrizzjoni tal-aspetti rilevanti tal-istat attwali tal-ambjent (xenarju bażi) u l-evoluzzjoni tiegħu li x’aktarx tirriżulta mingħajr l-implimentazzjoni tal-proġett , fejn it-tibdiliet naturali jew soċjali mix-xenarju bażi jistgħu jiġu mbassra b'mod raġonevoli . Din id-deskrizzjoni għandha tkopri kwalunkwe problema ambjentali eżistenti rilevanti għall-proġett, inkluż, b’mod partikolari, dawk li jikkonċernaw xi żoni ta’ importanza ambjentali partikolari u l-użu tar-riżorsi naturali.

4.

Deskrizzjoni tal-aspetti ambjentali li x'aktarx jiġu affettwati b'mod sinifikanti mill-proġett propost inklużi, b'mod partikolari, il-popolazzjoni, is-saħħa tal-bniedem, il-fawna, il-flora, il-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema li tipprovdi, l-art (it-teħid tal-art), il-ħamrija (il-materja organika, l-erożjoni, il-kompattazzjoni, l-impermeabilità), l-ilma (kwantità u kwalità), l-arja, il-fatturi klimatiċi, it-tibdil fil-klima (l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, inkluż mill-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija, il-potenzjal ta' mitigazzjoni, l-impatti rilevanti għall-adattament, jekk il-proġett iqis ir-riskji assoċjati mat-tibdil fil-klima), l-assi materjali, il-wirt kulturali, inkluż dak arkitettoniku u arkeoloġiku, il-pajsaġġ; deskrizzjoni bħal din għandha tinkludi l-interrelazzjonijiet bejn il-fatturi msemmija hawn fuq, kif ukoll l-esponiment, il-vulnerabbiltà u r-reżiljenza tal-fatturi msemmija hawn fuq fir-rigward tar-riskji ta’ diżastri naturali u dawk magħmula mill-bniedem.

4.

Deskrizzjoni tal-fatturi ambjentali li x’aktarx jiġu affettwati b’mod sinifikanti mill-proġett propost inklużi, b’mod partikolari, il-popolazzjoni, is-saħħa tal-bniedem, il-fawna, il-flora, il-bijodiversità, permezz tal-fawna u l-flora tagħha , l-art (it-teħid tal-art), il-ħamrija (il-materja organika, l-erożjoni, il-kompattazzjoni, l-impermeabilità), l-ilma (kwantità u kwalità), l-arja, il-fatturi klimatiċi, il-klima (l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, inkluż mill-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija, il-potenzjal ta’ mitigazzjoni, l-impatti rilevanti għall-adattament, jekk il-proġett iqis ir-riskji assoċjati mat-tibdil fil-klima), l-assi materjali), il-wirt kulturali, inkluż dak arkitettoniku u arkeoloġiku, il-pajsaġġ; deskrizzjoni bħal din għandha tinkludi l-interrelazzjonijiet bejn il-fatturi msemmija hawn fuq, kif ukoll l-esponiment, il-vulnerabbiltà u r-reżiljenza tal-fatturi msemmija hawn fuq fir-rigward tar-riskji ta’ diżastri naturali u dawk magħmula mill-bniedem.

5.

Deskrizzjoni tal-effetti sinifikanti probabbli tal-proġett propost fuq l-ambjent li jirriżultaw minn:

5.

Deskrizzjoni tal-effetti sinifikanti probabbli tal-proġett propost fuq l-ambjent li jirriżultaw minn:

 

(a)

l-eżistenza tal-proġett;

 

(a)

l-eżistenza tal-proġett;

 

(b)

l-użu tar-riżorsi naturali, b'mod partikolari l-art, il-ħamrija, l-ilma, il-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema li tipprovdi meta titqies, sa fejn huwa possibbli, id-disponibbiltà ta' dawn ir-riżorsi anke fid-dawl ta' kundizzjonijiet klimatiċi li qed jinbidlu;

 

(b)

l-użu tar-riżorsi naturali, b’mod partikolari l-art, il-ħamrija, l-ilma, il-bijodiversità inklużi l-flora u l-fawna ;

 

(c)

l-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu, l-istorbju, il-vibrazzjoni, id-dawl, is-sħana, ir-radjazzjoni, il-ħolqien ta' elementi ta' fastidju u l-eliminazzjoni tal-iskart;

 

(c)

l-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu, l-istorbju, il-vibrazzjoni, id-dawl, is-sħana, ir-radjazzjoni, il-ħolqien ta' elementi ta' fastidju u l-eliminazzjoni tal-iskart;

 

(d)

ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem, il-wirt kulturali jew l-ambjenti (eż. minħabba aċċidenti jew diżastri);

 

(d)

ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem, il-wirt kulturali jew l-ambjenti (eż. minħabba aċċidenti jew diżastri) li huma raġonevolment meqjusa bħala karatteristiċi għan-natura tal-proġett) ;

 

(e)

il-kumulazzjoni tal-effetti ma' proġetti u attivitajiet oħra;

 

(e)

l-akkumulazzjoni tal-effetti ma' proġetti u attivitajiet oħra eżistenti u/jew approvati, sal-punt li jinsab fiż-żona ġeografika li probabbilment se tiġi affettwata u li ma tkunx għadha nbniet jew li tkun għadha mhix operazzjonali, mingħajr l-obbligu li tiġi kkunsidrata informazzjoni oħra minbarra informazzjoni eżistenti jew informazzjoni disponibbli għall-pubbliku ;

 

(f)

l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, inkluż mill-użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija;

 

(f)

l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, inkluż mill-użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija;

 

(g)

it-teknoloġiji u s-sustanzi użati;

 

(g)

it-teknoloġiji u s-sustanzi użati;

 

(h)

tibdiliet idromorfoloġiċi.

 

(h)

tibdiliet idromorfoloġiċi.

 

Id-deskrizzjoni tal-effetti sinifikanti probabbli għandha tkopri l-effetti diretti u kwalunkwe effett indirett, sekondarju, kumulattiv, transfruntier, għal żmien qasir, medju jew twil, permanenti u temporanju, pożittiv u negattiv tal-proġett. Din id-deskrizzjoni għandha tqis l-objettivi tal-protezzjoni tal-ambjent stabbiliti fil-livell tal-UE jew tal-Istati Membri li huma rilevanti għall-proġett.

 

Id-deskrizzjoni tal-effetti sinifikanti probabbli għandha tkopri l-effetti diretti u kwalunkwe effett indirett, sekondarju, kumulattiv, transfruntier, għal żmien qasir, medju jew twil, permanenti u temporanju, pożittiv u negattiv tal-proġett. Din id-deskrizzjoni għandha tqis l-objettivi tal-protezzjoni tal-ambjent stabbiliti fil-livell tal-Unjoni jew tal-Istati Membri li huma rilevanti għall-proġett.

6.

Id-deskrizzjoni tal-metodi tat-tbassir użati biex jiġu stmati l-effetti fuq l-ambjent imsemmija fil-punt 5, kif ukoll rendikont tal-inċertezzi ewlenin involuti u l-influwenza tagħhom fuq l-estimi tal-effetti u l-għażla tal-alternattiva preferuta.

6.

Id-deskrizzjoni tal-metodi tat-tbassir użati biex jiġu stmati l-effetti fuq l-ambjent imsemmija fil-punt 5, kif ukoll rendikont tal-inċertezzi ewlenin involuti u l-influwenza tagħhom fuq l-estimi tal-effetti u l-għażla tal-alternattiva preferuta.

7.

Deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jipprevjenu , inaqqsu u,  fejn huwa possibbli , jikkontrobilanċjaw kull effett negattiv sinifikanti fuq l-ambjent imsemmija fil-punt 5 u, fejn xieraq, ta’ kwalunkwe arranġament ta’ monitoraġġ propost, li jinkludi t-tħeħħija ta’ analiżi ta’ wara li jitlesta l-proġett tal-effetti negattivi fuq l-ambjent. Din id-deskrizzjoni għandha tispjega sa fejn l-effetti negattivi sinifikanti huma mnaqqsa jew kontrobilanċjati u għandha tkopri kemm il-fażijiet tal-kostruzzjoni kif ukoll dawk operazzjonali.

7.

Deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex , bħala prijorità, jipprevjenu u jnaqqsu u,  bħala l-aħħar miżura , jikkontrobilanċjaw kull effett negattiv sinifikanti fuq l-ambjent imsemmija fil-punt 5 u, fejn xieraq, ta’ kwalunkwe arranġament ta’ monitoraġġ propost, li jinkludi t-tħeħħija ta’ analiżi ta’ wara li jitlesta l-proġett tal-effetti negattivi fuq l-ambjent. Din id-deskrizzjoni għandha tispjega sa fejn l-effetti negattivi sinifikanti huma prevenuti, imnaqqsa jew kontrobilanċjati u għandha tkopri kemm il-fażi tal-kostruzzjoni kif ukoll dik operazzjonali.

8.

Stima tar-riskji ta' diżastri naturali u dawk kawżati mill-bniedem u r-riskju ta' aċċidenti li l-proġett jista' jkun vulnerabbli għalihom u, fejn xieraq, deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jipprevjenu dawn ir-riskji, kif ukoll miżuri dwar il-livell ta' tħejjija u reazzjoni għall-emerġenzi (eż. miżuri meħtieġa taħt id-Direttiva 96/82/KE kif emendata ).

8.

Stima tar-riskji probabbli ta' diżastri naturali u dawk kawżati mill-bniedem u r-riskju ta' aċċidenti li l-proġett jista' jkun vulnerabbli għalihom u, fejn xieraq, deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jipprevjenu dawn ir-riskji, kif ukoll miżuri dwar il-livell ta' tħejjija u reazzjoni għall-emerġenzi (eż. miżuri meħtieġa taħt id-Direttiva  2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi, jew rekwiżiti li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew minn konvenzjonijiet internazzjonali ).

9.

Sommarju mhux tekniku tal-informazzjoni pprovvduta skont l-intestaturi ta' hawn fuq.

9.

Sommarju mhux tekniku tal-informazzjoni pprovvduta skont l-intestaturi ta' hawn fuq.

10.

Indikazzjoni ta' kull diffikultà (nuqqasijiet tekniċi jew nuqqas ta' għarfien) li jiltaqa' magħhom l-iżviluppatur fil-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa u tas-sorsi użati għal deskrizzjonijiet u stimi mwettqa, kif ukoll rendikont tal-inċertezzi ewlenin involuti u l-influwenza tagħhom fuq l-estimi tal-effetti u l-għażla tal-alternattiva preferuta.

10.

Indikazzjoni ta' kull diffikultà (nuqqasijiet tekniċi jew nuqqas ta' għarfien) li jiltaqa' magħhom l-iżviluppatur fil-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa u tas-sorsi użati għal deskrizzjonijiet u stimi mwettqa, kif ukoll rendikont tal-inċertezzi ewlenin involuti u l-influwenza tagħhom fuq l-estimi tal-effetti u l-għażla tal-alternattiva preferuta.


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa' jiġi eżaminat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0277/2013).

(2)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(3)   ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(4)   Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta' Frar 2005 (ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1).

(*)   Numru, data u titolu tar-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (2011/0302(COD)).

(**)   24 xahar mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva.


Il-Ħamis, 10 ta’ Ottubru 2013

19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/212


P7_TA(2013)0415

Il-parteċipazzjoni tal-Ġordan fil-programmi tal-Unjoni ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fil-programmi tal-Unjoni (12138/2012 – C7-0008/2013 – 2012/0108(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 181/31)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12138/2012),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fil-programmi tal-Unjoni (12135/2012),

wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 flimkien mat-tieni subparagrafu, punt (a) tal-Artikolu 218(6) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0008/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0305/2013),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokol;

2.

Jenfasizza l-importanza li jitkomplew jiġu promossi l-kooperazzjoni u d-djalogu mill-qrib mar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fi ħdan il-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat kif ukoll li jsir aktar progress fid-djalogu politiku u ekonomiku bejn l-Unjoni u l-Ġordan;

3.

Ifakkar li, skont stimi mill-awtoritajiet tal-Ġordan, iżjed minn 500 000 rifuġjat mis-Sirja fittxew rifuġju fil-Ġordan u li l-kriżi Sirjana qed ikollha konsegwenzi gravi fuq l-ekonomija u fuq il-baġit tal-Ġordan minħabba r-riżorsi finanzjarji meħtieġa sabiex tingħata assistenza umanitarja lir-rifuġjati; jiddispjaċih tal-fatt, madankollu, li minn Awwissu 2012 il-fruntiera tal-Ġordan ingħalqet lir-rifuġjati Palestinjani li jkunu ġejjin mis-Sirja;

4.

Jenfasizza għalhekk l-importanza li jingħata sostenn finanzjarju, tekniku u umanitarju adegwat lil-Ġordan;

5.

Jesprimi apprezzament kbir għall-impenn muri mill-M.T. ir-Re Abdullah II tal-Ġordan fil-promozzjoni ta' proċess ta' riformi estensiv ħafna għall-benefiċċju tal-Ġordan u tal-poplu tiegħu; jenfasizza l-importanza li jinkisbu riżultati sostenibbli permezz ta' dawn ir-riformi, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġustizzja soċjali;

6.

Jilqa' pożittivament u jsostni wkoll ir-rwol proattiv u kostruttiv ta' medjazzjoni li żvolġa l-Ġordan, fl-ambitu tal-isforzi mmirati biex jinstabu soluzzjonijiet dejjiema għad-diversi kunflitti fil-Lvant Nofsani;

7.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan.


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/213


P7_TA(2013)0416

L-istabbiliment tas-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR) (COM(2011)0873 – C7-0506/2011 – 2011/0427(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 181/32)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0873),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0506/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mil-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Ġunju 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0232/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova l-istqarrija tiegħu annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tirreferi l-kwistjoni għal darb’oħra lill-Parlament jekk hija għandha l-intenzjoni li temenda l-proposta tagħha sostanzjalment jew tissostitwiha b’test ieħor;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


P7_TC1-COD(2011)0427

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Ottubru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1052/2013.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew jisħaq li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jagħmlu ħilithom u jużaw terminoloġija xierqa u newtra fit-testi leġiżlattivi meta jindirizzaw il-kwestjoni ta’ nazzjonali ta’ pajjiżi terzi li l-preżenza tagħhom fit-territorju tal-Istati Membri ma tkunx ġiet awtorizzata mill-awtoritajiet tal-Istati Membri jew ma tkunx għadha awtorizzata. F'każijiet bħal dawn, l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jevitaw li jużaw it-terminu “illegali” fejn ikun possibbli li jinstabu kliem oħra, u fi kwalunkwe każ, meta jirreferu għal persuni, għandha tintuża “migranti irregolari”.


19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/214


P7_TA(2013)0417

Batteriji u akkumulaturi portabbli li jkun fihom il-kadmju ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ batteriji u akkumulaturi portabbli li jkun fihom il-kadmju maħsuba għall-użu f’għodda mingħajr fil (COM(2012)0136 – C7-0087/2012 – 2012/0066(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 181/33)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0136),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 192(1) u 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0087/2012),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar l-użu tal-atti delegati u fuq il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-24 ta' Mejju 2012 (1),

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Ġunju 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunisdra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0131/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 229, 31.7.2012, p. 140.


P7_TC1-COD(2012)0066

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-10 ta' Ottubru 2013 bil-ħsieb li tadotta d-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ batteriji u akkumulaturi portabbli li jkun fihom il-kadmju maħsuba għall-użu f’għodda mingħajr fil imħaddma bl-enerġija, u ta’ ċelluli buttuna li fihom kontenut baxx ta’ merkurju, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/603/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva 2013/56/UE.)