|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 176 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 176/01 |
||
|
2016/C 176/02 |
||
|
2016/C 176/03 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2016/C 176/04 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
|
2016/C 176/05 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel |
|
|
2016/C 176/06 |
||
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 176/07 |
||
|
2016/C 176/08 |
||
|
2016/C 176/09 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
18.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 176/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-16 ta’ Mejju 2016
(2016/C 176/01)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1324 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
123,27 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4385 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,78800 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,3370 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1059 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,2370 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,023 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
315,50 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3718 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4876 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,3760 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5526 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4634 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,7910 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6657 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5511 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 335,90 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
17,6310 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,3865 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4965 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 069,75 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,5639 |
|
PHP |
Peso Filippin |
52,652 |
|
RUB |
Rouble Russu |
73,5759 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
40,064 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,9999 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,6176 |
|
INR |
Rupi Indjan |
75,6940 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
18.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 176/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-17 ta’ Mejju 2016
(2016/C 176/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1318 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
123,93 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4386 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,78150 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,3513 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1080 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,2558 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,022 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
315,25 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3621 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4865 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,3575 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5457 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4631 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,7849 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6651 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5501 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 331,66 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
17,6561 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,3867 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4928 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 074,64 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,5481 |
|
PHP |
Peso Filippin |
52,581 |
|
RUB |
Rouble Russu |
73,3700 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
40,168 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,9451 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,7275 |
|
INR |
Rupi Indjan |
75,6285 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
18.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 176/3 |
Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Ġunju 2016
(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))
(2016/C 176/03)
Rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu biex tkun stabbilita r-rata ta’ riferenza u ta’ tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad għandhom ikunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ tnaqqis, dan ifisser li għandu jiżdied marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, jekk mhux speċifikat diversament f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru għandha tkun ikkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punti bażi fuq ir-rata bażi.
Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.
It-tabella ta’ qabel din hija ppubblikata-ĠU C 135, 16.4.2016, p. 2.
|
Minn |
sa |
AT |
BE |
BG |
CY |
CZ |
DE |
DK |
EE |
EL |
ES |
FI |
FR |
HR |
HU |
IE |
IT |
LT |
LU |
LV |
MT |
NL |
PL |
PT |
RO |
SE |
SI |
SK |
UK |
|
1.6.2016 |
… |
- 0,01 |
- 0,01 |
1,00 |
- 0,01 |
0,46 |
- 0,01 |
0,30 |
- 0,01 |
- 0,01 |
- 0,01 |
- 0,01 |
- 0,01 |
1,18 |
1,37 |
- 0,01 |
- 0,01 |
- 0,01 |
- 0,01 |
- 0,01 |
- 0,01 |
- 0,01 |
1,83 |
- 0,01 |
1,40 |
- 0,26 |
- 0,01 |
- 0,01 |
1,04 |
|
1.5.2016 |
31.5.2016 |
0,01 |
0,01 |
1,00 |
0,01 |
0,46 |
0,01 |
0,30 |
0,01 |
0,01 |
0,01 |
0,01 |
0,01 |
1,50 |
1,37 |
0,01 |
0,01 |
0,01 |
0,01 |
0,01 |
0,01 |
0,01 |
1,83 |
0,01 |
1,40 |
- 0,26 |
0,01 |
0,01 |
1,04 |
|
1.4.2016 |
30.4.2016 |
0,03 |
0,03 |
1,19 |
0,03 |
0,46 |
0,03 |
0,30 |
0,03 |
0,03 |
0,03 |
0,03 |
0,03 |
1,50 |
1,37 |
0,03 |
0,03 |
0,03 |
0,03 |
0,03 |
0,03 |
0,03 |
1,83 |
0,03 |
1,40 |
- 0,22 |
0,03 |
0,03 |
1,04 |
|
1.3.2016 |
31.3.2016 |
0,06 |
0,06 |
1,63 |
0,06 |
0,46 |
0,06 |
0,30 |
0,06 |
0,06 |
0,06 |
0,06 |
0,06 |
1,92 |
1,37 |
0,06 |
0,06 |
0,06 |
0,06 |
0,06 |
0,06 |
0,06 |
1,83 |
0,06 |
1,65 |
- 0,22 |
0,06 |
0,06 |
1,04 |
|
1.2.2016 |
29.2.2016 |
0,09 |
0,09 |
1,63 |
0,09 |
0,46 |
0,09 |
0,36 |
0,09 |
0,09 |
0,09 |
0,09 |
0,09 |
1,92 |
1,37 |
0,09 |
0,09 |
0,09 |
0,09 |
0,09 |
0,09 |
0,09 |
1,83 |
0,09 |
1,65 |
- 0,22 |
0,09 |
0,09 |
1,04 |
|
1.1.2016 |
31.1.2016 |
0,12 |
0,12 |
1,63 |
0,12 |
0,46 |
0,12 |
0,36 |
0,12 |
0,12 |
0,12 |
0,12 |
0,12 |
1,92 |
1,37 |
0,12 |
0,12 |
0,12 |
0,12 |
0,12 |
0,12 |
0,12 |
1,83 |
0,12 |
1,65 |
- 0,22 |
0,12 |
0,12 |
1,04 |
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
18.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 176/4 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
(2016/C 176/04)
F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella li ġejja:
|
Data u ħin tal-għeluq |
23.2.2016 |
|
Tul ta’ żmien |
mit-23.2.2016 sat-30.6.2016 |
|
Stat Membru |
L-Unjoni Ewropea (Kull Stat Membru) |
|
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
RED/N3M |
|
Speċi |
Redfish (Sebastes spp.) |
|
Żona |
NAFO 3M |
|
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
|
Numru ta’ referenza |
01/TQ72 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
|
18.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 176/4 |
Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku
(2016/C 176/05)
|
Stat Membru |
Spanja |
|||||||||
|
Rotta konċernata |
Menorca-Madrid |
|||||||||
|
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Żewġ perjodi ta' tmien xhur (minn Ottubru sa Mejju) mill-bidu tal-operat |
|||||||||
|
Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti |
Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż |
|||||||||
|
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mas-sejħa pubblika għall-offerti u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel
|
18.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 176/5 |
Sejħa għal espressjoni ta' interess għal sħubija f'Bordijiet Xjentifiċi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (Parma, l-Italja)
(2016/C 176/06)
|
“Bord dwar l-addittivi tal-ikel u s-sorsi tan-nutrijenti miżjuda mal-ikel” (ANS) u “Bord dwar il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel, l-enzimi, l-aromatizzanti u l-aġenti tal-ipproċessar” (CEF) Ref: EFSA/E/2016/001 |
Din is-sejħa hija indirizzata għal xjenzati li jixtiequ jiġu kkunsidrati għal sħubija jew fil-Bord xjentifiku fuq l-addittivi tal-ikel u s-sorsi tan-nutrijenti miżjuda mal-ikel (ANS) jew fil-Bord xjentifiku dwar il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel, l-enzimi, l-aromatizzanti u l-aġenti tal-ipproċessar (CEF) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA).
Il-membri attwali tal-Bordijiet Xjentifiċi tal-ANS u s-CED għandhom mandat ta' tliet snin li huwa mistenni li jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2017. Ix-xjenzati li sejrin jintgħażlu fis-sejħa attwali sejrin jinħatru bħala membri ta' wieħed mill-Bordijiet imsemmijin hawn fuq għal perjodu ta' tliet snin li jibda mill-1 ta' Lulju 2017.
Jekk jogħġbok innota li minħabba bidliet leġiżlattivi possibbli li għad iridu jidħlu, il-mandat tal-Bordijiet tal-ANS u tas-CEF imġeddin li jibda mill-1 ta' Lulju 2017 jista' jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2018.
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) hija parti integrali mis-sistema dwar is-sigurtà fl-ikel tal-UE. Il-missjoni tal-Awtorità hija li tikkontribwixxi għas-sigurtà fil-katina tal-ikel u l-għalf tal-UE u għal-livell għoli ta protezzjoni tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, l-aktar billi:
|
— |
Tipprovdi lill-maniġers tar-riskju tal-UE b'parir xjentifiku indipendenti, aġġornat u adatt għall-iskop dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel u l-għalf, mas-saħħa u l-bennesseri tal-annimali, mas-saħħa tal-pjanti, man-nutrizzjoni, u ma' kwistjonijiet ambjentali speċifiċi għal dawn t'hawn fuq; |
|
— |
Tikkomunika mal-pubbliku fuq l-outputs tagħha u l-informazzjoni li huma bbażati fuqha; |
|
— |
Tikkoopera mal-Istati Membri, mas-sħab istituzzjonali u partijiet interessati/partijiet ikkonċernati oħrajn fl-UE biex jiġi promoss parir koerenti u tiżdied il-fiduċja fis-sistema dwar is-sigurtà fl-ikel tal-UE; |
|
— |
Twassal metodoloġiji uniformi u tiġbor u tanalizza data biex tippermetti l-identifikazzjoni, il-karatterizzazzjoni u l-monitoraġġ ta' riskji emerġenti li għandhom impatt dirett jew indirett fuq is-sigurtà tal-ikel u l-għalf. |
L-EFSA tiġbor flimkien l-aħjar esperti disponibbli tal-Ewropa fil-valutazzjoni tar-riskju fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel u l-għalf, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-ambjent, li jaġixxu f'kapaċità indipendenti għal organizzazzjoni awtonoma u mmexxija minnha stess sabiex tipprovdi parir xjentifiku tal-ogħla standard lill-Istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri.
Fis-snin li ġejjin il-prijoritajiet ewlenin tal-EFSA huma li:
|
— |
Tipprijoritizza impenn pubbliku u tal-partijiet ikkonċernati fil-proċess tal-valutazzjoni xjentifika; |
|
— |
Twessa' l-bażi ta' evidenza tagħha u tottimizza l-aċċess għad-data tagħha; |
|
— |
Tibni l-kapaċità tal-valutazzjoni xjentifika tal-UE u tal-komunità tal-għarfien; |
|
— |
Tipprepara għal sfidi tal-valutazzjoni tar-riskju futuri; |
|
— |
Toħloq ambjent u kultura li jirriflettu l-valuri tal-EFSA: eċċellenza fix-xjenza, indipendenza, ftuħ, innovazzjoni u kooperazzjoni (1). |
Sir af aktar dwar EFSA, żurna fuq http://www.efsa.europa.eu/
Ir-rwol tal-Bordijiet Xjentifiċi u tal-Kumitat Xjentifiku tal-EFSA
Il-Bordijiet Xjentifiċi u l-Kumitat Xjentifiku huma responsabbli biex jipprovdu l-opinjonijiet xjentifiċi tal-Awotrità u pariri oħrajn kif huma xierqa, kull wieħed fi ħdan l-isfera ta' kompetenza proprja tiegħu kif stabbilit fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 li jistabbilixxi l-EFSA (2). Huma jipproduċu opinjonijiet u pariri xjentifiċi għal maniġers tar-riskju. Dan jgħin biex tiġi pprovduta fondazzjoni soda għall-formulazzjoni ta' politiki u leġiżlazzjoni Ewropej u dan jappoġġja lill-maniġers tar-riskju fit-teħid tad-deċiżjonijiet.
Il-Bordijiet Xjentifiċi normalment huma magħmulin minn wieħed u għoxrin (21) espert xjentifiku indipendenti. Il-Kumitat Xjentifiku huwa magħmul mill-Presidenti ta' kull Bord Xjentifiku u sitt (6) esperti xjentifiċi oħrajn.
Bħala regola ġenerali, il-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi u tal-Kumitat Xjentifiku jinħatru għal mandat ta' tliet snin li jista' jiġġedded darbtejn.
Minħabba l-fatt li l-mandat tal-esperti li japplikaw għas-sejħa attwali probabbilment jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2018, il-Bord tal-Amministrazzjoni tal-EFSA ddeċieda (3) li eċċezzjonalment jidderoga mid-dispożizzjoni (4) u b'hekk jagħmel il-kandidati ineliġibbli biex iservu għal raba' perjodu konsekuttiv fl-istess Bord Xjentifiku. Din id-deroga hija applikabbli biss għas-sejħa attwali. Għalhekk, il-membri tal-Bord li diġà temmew tliet mandati konsekuttivi fil-Bordijiet Xjentifiċi tal-ANS jew is-CEF jistgħu jerġgħu japplikaw għal sħubija tal-istess Bord.
Il-membri huma mistennija jattendu u jikkontribwixxu b'mod attiv fil-laqgħat tal-Bordijiet Xjentifiċi fejn huma adottati opinjonijiet, dikjarazzjonijiet jew dokumenti ta' gwida.
Dawn l-opinjonijiet xjentifiċi, dikjarazzjonijiet u dokumenti ta' gwida huma ppubblikati fil-Ġurnal tal-EFSA, pubblikazzjoni li toħroġ kull xahar u li hija indiċizzata f'bażijiet ta' data bibljografiċi (pereżempju, CAB Abstracts, Food Science and Technology Abstracts, ISI Web of Knowledge) rilevanti għall-ħidma tal-EFSA.
Bord dwar l-Addittivi tal-Ikel u s-Sorsi tan-Nutrijenti miżjuda mal-ikel (ANS)
Il-Bord ANS jipprovdi parir xjentifiku għal maniġers tar-riskju dwar sustanzi li ġew miżjuda intenzjonalment mal-ikel jew li huma preżenti b'mod naturali fl-ikel. Il-Bord ANS jindirizza kwistjonijiet relatati mas-sigurtà fl-użu ta':
|
— |
Addittivi tal-ikel; |
|
— |
Sorsi ta' nutrijenti (pereżempju, sorsi ta' vitamini u minerali); |
|
— |
Sustanzi oħrajn miżjudin b'mod intenzjonali fl-ikel (pereżempju, pjanti u estratti ta' ħxejjex), bl-esklużjoni tal-aromatizzanti u l-enzimi. |
Il-maġġoranza tal-ħidma tal-Bord hija u fis-snin li ġejjin sejra tkun il-programm ta' evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi tal-ikel għal sustanzi li kienu permessi għall-użu qabel l-2009. Għal dan il-għan l-EFSA għandha u qiegħda tiġbor data xjentifika minn sejħiet pubbliċi għal tiftix tad-data u tal-letteratura. B'mod partikolari, il-Bord huwa mistenni jiffoka fuq addittivi tal-ikel għajr il-koloranti u s-sweeteners (pereżempju, preservattivi u aġenti emulsjonanti, stabbilizzanti u ġellifikanti). Barra dan, il-Bord sejjer jevalwa applikazzjonijiet ġodda għall-awtorizzazzjoni (jiġifieri, addittivi tal-ikel u sorsi ta' nutrijenti ġodda) jew bidliet fl-awtorizzazzjonijiet eżistenti (pereżempju, estensjoni tal-użu għal dawn is-sustanzi). Dawn il-proċeduri ta' evalwazzjoni huma bbażati fuq applikazzjonijiet sottomessi mill-industrija lill-Kummissjoni Ewropea fil-qasam ta' addittivi tal-ikel u sorsi ta' nutrijenti. Il-Bord jista' jiżviluppa wkoll dokumenti xjentifiċi ta' gwida biex jiċċara l-approċċ ta' evalwazzjoni u jassisti lill-industrija fil-preparazzjoni ta' applikazzjonijiet ġodda.
Aktar informazzjoni tista' tinstab fis-sezzjoni tal-ANS fuq is-sit web tal-EFSA: http://www.efsa.europa.eu/en/panels/ans.htm
F'dan il-kuntest, is-sejħa attwali hija intiża speċjalment għal xjenzati li għandhom għarfien espert fil-valutazzjoni tar-riskju ta' sustanzi kimiċi u fil-valutazzjoni tas-sigurtà ta' addittivi tal-ikel, sorsi tan-nutrijenti jew sustanzi ta' oriġini botanika fl-ikel.
B'mod aktar speċifiku, il-Bord jeħtieġ għarfien espert fl-oqsma li ġejjin:
|
— |
Tossikoloġija, fl-oqsma li ġejjin: tossiċità subkronika u kronika, ġenotossiċità, karċinoġeneċità, tossiċità tal-iżvilupp u riproduttiva, allerġeniċità u immunotossiċità; |
|
— |
Ittestjar tat-tossiċità f'annimali sperimentali u testijiet ta' tossiċità alternattivi (pereżempju, testijiet in vitro); |
|
— |
Tossikokinetika u metaboliżmu, li jfissru assorbiment, distribuzzjoni, metaboliżmu, u eskrezzjoni (ADME) ta' sustanzi; |
|
— |
Kimika (kimika organika, inorganika, analitika u sintetika), speċjalment għall-identifikazzjoni u speċifikazzjoni kimika tas-sustanzi kimiċi; |
|
— |
Stħarriġ dwar il-konsum u l-valutazzjoni tal-esponiment; |
|
— |
Teknoloġija alimentari (proċessi ta' manifattura u użu ta' addittivi tal-ikel); |
|
— |
Nutrizzjoni (bnedmin inkl. tfal żgħar ħafna); |
|
— |
Epidemijoloġija. |
Bord dwar il-Materjali li jiġu f'Kuntatt mal-Ikel, l-Aromatizzanti, l-Enzimi u l-Aġenti tal-Ipproċessar (CEF)
Il-Bord CEF jipprovdi parir xjentifiku għal maniġers tar-riskju dwar sustanzi li ġew miżjuda intenzjonalment mal-ikel (aromatizzanti u enzimi) u materjali f'kuntatt mal-ikel. Il-Bord CEF jindirizza kwistjonijiet relatati mas-sigurtà fl-użu ta':
|
— |
Materjali f'kuntatt mal-ikel (sustanzi użati biex jimmanifatturaw l-ippakkjar tal-ikel, ippakkjar attiv u intelliġenti u materjal ieħor f'kuntatt mal-ikel) u proċessi biex jiġi rriċiklat il-plastik maħsub għal kuntatt mal-ikel; |
|
— |
Enzimi tal-ikel; |
|
— |
Sustanzi aromatizzanti; |
|
— |
Proċessi u aġenti tal-ipproċċessar. |
Il-Bord iwettaq il-proċeduri ta' evalwazzjoni wara li l-applikazzjonijiet ikunu ġew sottomessi mill-industrija lill-Kummissjoni Ewropea jew l-Istati Membri fl-oqsma tal-materjali f'kuntatt mal-ikel (kif ukoll proċessi ta' riċiklaġġ), aromatizzanti, proċessi u aġenti tal-ipproċessar.
Fil-qasam tal-enzimi tal-ikel hija antiċipata żieda sinifikanti fl-ammont ta' xogħol. Fis-snin li ġejjin wieħed mill-kompiti ewlenin sejjer ikun l-evalwazzjoni ta' enzimi tal-ikel inkluż dawk minn mikroorganiżmi ġenetikament modifikati, bl-għan li tiġi stabbilita lista tal-UE. B'kollox, ġew riċevuti 300 applikazzjoni għall-evalwazzjoni tas-sigurtà mill-Bord CEF. Xogħol fuq monomeri u addittivi li sejrin jintużaw f'materjali tal-plastik maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel huwa mistenni jiżdied u l-evalwazzjoni tas-sustanzi l-ġodda aromatizzanti mhux fir-Reġistru tal-UE sejra tkompli. Il-Bord jista' jiżviluppa wkoll dokumenti xjentifiċi ta' gwida biex jiċċara l-approċċ ta' evalwazzjoni u jassisti lill-industrija fil-preparazzjoni ta' applikazzjonijiet ġodda.
Aktar informazzjoni tista' tinstab fis-sezzjoni tas-CEF fuq is-sit web tal-EFSA: http://www.efsa.europa.eu/en/panels/cef.htm
F'dan l-isfond, is-sejħa attwali hija intiża speċjalment għal xjenzati li għandhom għarfien espert fil-valutazzjoni tar-riskju ta' sustanzi kimiċi, b'enfasi speċjali fuq l-enzimi tal-ikel, sustanzi aromatizzanti, kimiċi użati fil-produzzjoni tal-plastik jew materjali oħrajn f'kuntatt mal-ikel.
B'mod aktar speċifiku, il-Bord jeħtieġ għarfien espert f'dawn l-oqsma li ġejjin:
|
— |
Tossikoloġija, f'dawn l-oqsma li ġejjin: tossiċità subkronika u kronika, ġenotossiċità, karċinoġeneċità, tossiċità tal-iżvilupp u riproduttiva, allerġeniċità u immunotossiċità; |
|
— |
Ittestjar tat-tossiċità f'annimali sperimentali u testijiet ta' tossiċità alternattivi (pereżempju, testijiet in vitro); |
|
— |
Tossikokinetika u metaboliżmu, li jfissru assorbiment, distribuzzjoni, metaboliżmu, u eskrezzjoni (ADME) ta' sustanzi; |
|
— |
Kimika (kimika organika, inorganika, analitika u sintetika), speċjalment għall-identifikazzjoni u speċifikazzjoni kimika tas-sustanzi kimiċi u għall-ittestjar tal-migrazzjoni ta' materjali f'kuntatt mal-ikel; |
|
— |
Stħarriġ dwar il-konsum u l-valutazzjoni tal-esponiment; |
|
— |
Teknoloġija alimentari (proċessi ta' manifattura u użu ta' aġenti tal-ipproċessar); |
|
— |
Mikrobijoloġija tal-ikel inkluż bijoteknoloġija tal-enzimi bl-użu ta' mikroorganiżmi ġenetikament modifikati u evalwazzjoni tal-effikaċja tal-kimiċi użati fid-dekontaminazzjoni ta' karkassi; |
|
— |
Valutazzjoni tar-riskju ambjentali ta' kimiċi (pereżempju, użati fid-dekontaminazzjoni ta' karkassi); |
|
— |
Epidemijoloġija. |
Ir-rwol tal-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi tal-EFSA
Il-Membri tal-Bordijiet Xjentifiċi huma xjenzati speċjalizzati fil-kompetenza ta' Bord Xjentifiku, magħżula u maħtura fil-kapaċità personali tagħhom skont ir-Regolament li jistabbilixxi l-EFSA u r-regoli tal-EFSA.
Il-Membri tal-Bordijiet Xjentifiċi sejrin jintalbu jwettqu l-kompiti li ġejjin:
|
— |
Jikkontribwixxu għall-preparazzjoni, id-diskussjoni u l-adozzjoni tal-opinjonijiet xjentifiċi, id-dokumenti ta' gwida u d-dikjarazzjonijiet tal-Bord Xjentifiku u l-attivitajiet tal-gruppi ta' ħidma tagħhom; |
|
— |
Jikkontribwixxu għal parir xjentifiku dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Bord Xjentifiku; |
|
— |
Jipprovdu parir dwar it-twettiq u l-organizzazzjoni tal-attivitajiet xjentifiċi tal-Bord Xjentifiku. |
Il-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi jistgħu jintgħażlu bħala President, viċi president jew rapporteurs tal-Bordijiet Xjentifċi u tal-gruppi ta' ħidma tagħhom.
|
Għal aktar informazzjoni dwar l-istabbiliment u l-operazzjonijiet tal-Bordijiet Xjentifiċi u l-Gruppi ta' Ħidma tagħhom, jekk jogħġbok irreferi għad-“Deċiżjoni tal-Bord tal-Amministrazzjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel dwar l-istabbiliment u l-operazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku, tal-Bordijiet Xjentifiċi u tal-Gruppi ta' Ħidma tagħhom”. http://www.efsa.europa.eu/sites/default/files/efsa_rep/blobserver_assets/paneloperation.pdf |
Kundizzjonijiet ġenerali
Il-Membri tal-Bord Xjentifiku sejrin jintalbu jattendu laqgħat minn jumejn sa tlett ijiem f'Parma, l-Italja. Dawn il-laqgħat sejrin isiru madwar sitt darbiet kull sena.
Barra dan, il-Membri tal-Bordijiet Xjentifiċi huma mistennija jipparteċipaw f'uħud mill-gruppi ta' ħidma li huma stabbiliti mill-Bordijiet Xjentifiċi.
L-attendenza fil-laqgħat tal-Bordijiet Xjentifiċi jew tal-gruppi ta' ħidma teħtieġ ħidma preparatorja, inkluż qabel il-qari u l-abbozzar tad-dokumenti. Il-laqgħat u l-maġġoranza tad-dokumenti huma bl-Ingliż.
Sabiex jikkumplimentaw l-esperjenza tagħhom, il-membri sejrin jiġu offruti moduli differenti ta' taħriġ kif ukoll tagħlim ta' informazzjoni ta' segwitu, dwar metodoloġiji ta' valutazzjoni tar-riskju u dokumenti ta' gwida tal-EFSA. Il-membri huma rrakkomandati bis-sħiħ jattendu dawn is-sessjonijiet.
Bħala parti mill-impenn għall-ftuħ u t-trasparenza tal-EFSA, uħud mil-laqgħat plenarji tal-Bordijiet Xjentifiċi jistgħu jkunu miftuħin għall-osservaturi.
L-applikanti huma mitluba jesprimu l-impenn tagħhom li, jekk jinħatru, huma sejrin jipparteċipaw b'mod attiv fl-attivitajiet tal-Bordijiet Xjentifiċi.
L-EFSA sejra, skont ir-regoli finanzjarji tagħha, tħallas l-ispejjeż tal-vjaġġi, il-gratifika ta' kuljum u tal-akkomodazzjoni tal-membri. Sejjer jitħallas indennizz speċjali għal kull ġurnata sħiħa ta' attendenza tal-laqgħat (5).
Proċedura tal-Għażla
L-applikanti huma mitluba jindikaw fil-formola ta' applikazzjoni l-Bord Xjentifiku li jixtiequ japplikaw għalih u li l-aktar li jikkorrispondi għall-qasam ta' għarfien espert tagħhom.
L-applikanti jistgħu jindikaw iż-żewġ Bordijiet (f'ordni ta' preferenza) jekk l-oqsma tagħhom ta' għarfien espert ikopru l-kompetenza taż-żewġ Bordijiet.
L-applikanti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin fid-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni:
A. Il-kriterji ta’ eliġibbiltà
Kull applikazzjoni sejra tiġi eżaminata kontra r-rekwiżiti ta' eleġibiltà li ġejjin:
|
— |
Ċittadinanza ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (l-UE), jew ta' pajjiż tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (l-EFTA) jew ta' pajjiżi kandidati tal-UE. Esperti minn pajjiżi terzi jistgħu japplikaw ukoll, u sejrin jitqiesu għal sħubija tal-Bordijiet Xjentifiċi, jekk il-livell meħtieġ ta' għarfien espert ma jistax jinstab fost iċ-ċittadini nazzjonali tal-UE, tal-EFTA jew pajjiżi kandidati tal-UE; |
|
— |
Għarfien tajjeb ħafna tal-lingwa Ingliża (6); |
|
— |
Impenn biex jattendu l-laqgħat u jikkontribwixxu b'mod attiv fil-ħidma tal-Bordijiet Xjentifiċi u l-Gruppi ta' Ħidma tagħhom; |
|
— |
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma ta' mill-inqas erba' (4) snin attestati b'diploma f'wieħed mill-oqsma li ġejjin: agrikoltura, bijokimika, bijoinformatika, bijoloġija, bijometrija, bijoteknoloġija, kimika, esponiment djetetiku, xjenzi ambjentali, epidemijoloġija, xjenza alimentari, teknoloġija alimentari, ġenetika, saħħa u sikurezza alimentari, mediċina umana, xjenzi tal-ħajja, matematika, mikrobijoloġija, bijoloġija molekulari, xjenzi naturali, nutrizzjoni, farmaċija, saħħa pubblika, statisitika, tossikoloġija, mediċina veterinarja jew oqsma relatati (7); |
|
— |
Għallinqas għaxar (10) snin ta' esperjenza professjonali rilevanti għall-kompetenza tal-Bord(ijiet) miksuba wara l-kisba tad-diploma mitluba. |
B. Kriterji tal-għażla
L-applikazzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà sejrin jiġu ammessi għal evalwazzjoni komparattiva mwettqa mill-EFSA fuq il-bażi tal-kriterji tal-għażla indikati hawn taħt.
L-applikanti huma mħeġġa bis-sħiħ jimlew il-formola ta' applikazzjoni fis-sezzjonijiet kollha bl-informazzjoni u evidenza meħtieġa, għaliex din sejra tifforma l-bażi għall-evalwazzjoni tagħhom.
L-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet kollha meqjusin eliġibbli sejra ssir permezz ta' mezzi ta' punteġġ minn żero (0) sa ħamsa (5) għal kull kriterju ta' għażla indikat hawn taħt. Sabiex tiġi riflessa l-importanza relattiva tal-kriterji differenti tal-għażla, sejjer jiġi attribwit koeffiċjent ta' ppeżar. Kull applikazzjoni sejra tikseb punteġġ li jvarja bejn żero (0) u mija (100).
Kull applikazzjoni eliġibbli sejra tiġi evalwata kontra l-kriterji tal-għażla li ġejjin:
|
— |
Esperjenza fit-twettiq tal-valutazzjoni tar-riskju xjentifiku u/jew il-provvediment ta' parir xjentifiku fl-oqsma relatati mas-sigurtà tal-ikel fl-oqsma ta' kompetenza u għarfien espert tal-Bord(ijiet) Xjentifiku(ċi) ppreferut(i) (koeffiċjent ta' ppeżar: 6, massimu ta' 30 punt minn 100); |
|
— |
Eċċellenza xjentifika mixhuda bi prova f'wieħed jew bosta oqsma marbuta mal-qasam kopert mill-Bord(ijiet) Xjentifiku(ċi) ppreferut(i) (koeffiċjent ta' ppeżar: 5, massimu ta' 25 punt minn 100); |
|
— |
Esperjenza f'ħidma u f'pubblikazzjonijiet xjentifiċi tar-rieżami bejn il-pari, f'oqsma relatati mal-qasam kopert mill-Bord(ijiet) Xjentifiku(ċi) ppreferut(i) (koeffiċjent ta' ppeżar: 3, massimu ta' 15-il punt minn 100); |
|
— |
Esperjenza fl-analiżi ta' informazzjoni kumplessa u ta' dossiers, ta' spiss minn firxa wiesgħa ta' dixxiplini u sorsi xjentifiċi u għall-preparazzjoni ta' abbozzar ta' opinjonijiet u rapporti xjentifiċi (koeffiċjent ta' ppeżar: 2, massimu ta' 10 punti minn 100); |
|
— |
Esperjenza fil-ġestjoni tal-proġetti relatati ma' kwistjonijiet xjentifiċi (koeffiċjent ta' ppeżar: 2, massimu ta' 10 punti minn 100); |
|
— |
Esperjenza fil-komunikazzjoni, ibbażata fuq l-esperjenza tat-tagħlim, preżentazzjonijiet pubbliċi, partiċipazzjoni attiva fil-laqgħat (koeffiċjent ta' ppeżar: 2, massimu ta' 10 punti minn 100). |
L-applikanti jiġu kkunsidrati ulterjorment biss għal sħubija jekk l-applikazzjoni tagħhom tikseb punteġġ li huwa ogħla mill-punteġġ ta' limitu ta' 66 punt (minn 100).
L-EFSA tirriserva d-dritt li jiġu kkonsultati partijiet terzi dwar esperjenza professjonali ta' applikanti fil-kuntest tal-applikazzjoni tagħhom.
|
Għal aktar informazzjoni dwar l-għażla ta' Membri tal-Bordijiet Xjentifiċi jekk jogħġbok irreferi għad-“Deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv dwar l-għażla ta' membri tal-Kumitat Xjentifiku, il-Bordijiet Xjentifiċi, u l-għażla ta' esperti esterni biex jassistu lill-EFSA bix-xogħol xjentifiku tagħha”. http://www.efsa.europa.eu/sites/default/files/corporate_publications/files/expertselection.pdf |
C. Dikjarazzjoni ta' interess
L-applikanti eliġibbli kollha li jkunu ġabu punteġġ ogħla mil-livell limitu sejrin jintalbu jissottomettu d-Dikjarazzjoni ta' Interessi Annwali mimlija, li sejra tiġi eżaminata mill-EFSA skont il-“Politika dwar Indipendenza u Proċessi tat-Teħid tad-Deċiżjonijiet Xjentifiċi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel” u bir-regoli tagħha dwar Dikjarazzjonijiet ta' Interess (8), fis-seħħ fil-mument li ssir l-eżaminazzjoni. L-estent ta' kwalunkwe kunflitt potenzjali ta' interess sejjer jitqies fid-deċiżjoni jekk kandidat hux sejjer jiġi kkunsidrat b'mod ulterjuri għal sħubija.
Jekk jogħġbok innota li jekk tonqos milli tissottometti d-Dikjarazzjoni ta' Interessi Annwali mimlija, dan sejjer jirriżulta fir-rifjut tal-kandidat u l-applikazzjoni ma tiġix ipproċessata b'mod ulterjuri. L-applikanti jistgħu jiġu kkuntattjati għal aktar kjarifika dwar id-Dikjarazzjoni ta' Interessi Annwali.
Lista ta' riserva u Ħatra
Xjenzati li jissodisfaw ir-rekwiżiti għal sħubija (jiġifieri, applikanti eliġibbli li ġabu punteġġ ogħla mil-livell limitu u b'Dikjarazzjoni ta' Interessi Annwali kompatibbli mal-politika u regoli ta' Indipendenza tal-EFSA) jistgħu jinħatru bħala membri tal-Bordijiet Xjentifiċi tal-ANS jew tas-CEF, fuq il-bażi ta' deċiżjoni mill-Bord tal-Amministrazzjoni tal-EFSA wara proposta mid-Direttur Eżekuttiv tal-EFSA. Il-proposta tal-EFSA dwar il-ħatra sejra tikkunsidra fatturi bħall-għarfien espert meħtieġ għall-Bord Xjentifiku rilevanti kif speċifikat fis-sejħa attwali għall-espressjonijiet ta' interess - dan jirrelata b'mod partikolari għall-għarfien espert xjenitifiku u speċifiku tal-kandidat u l-esperjenza u t-taħlita ġenerali ta' kompetenzi disponibbli għall-Bord Xjentifiku biex ikopri l-ħtiġijiet previsti tiegħu - kif ukoll in-nazzjonalità u l-bilanċ bejn is-sessi.
Qabel il-ħatra, l-EFSA tirriserva d-dritt li wieħed jiċċekkja l-applikazzjoni ta' kandidati kkunsidrati għal sħubija kontra dokumenti u ċertifikati sabiex tiġi kkonfermata l-preċiżjoni u l-eliġibbiltà tal-applikazzjoni.
Xjenzati li jissodisfaw ir-rekwiżiti għal sħubija, iżda li mhumiex magħżula għal sħubija f'Bord Xjentifiku, sejrin jiġu inklużi fil-lista ta' riserva. Ix-xjenzati għandhom jinnotaw li l-inklużjoni fuq il-lista ta' riserva ma tiggarantix ħatra bħala membru tal-Bord Xjentifiku.
Xjenzati li jinsabu fuq il-lista ta' riserva u li jirriżultaw minn din is-sejħa jistgħu, bil-kunsens minn qabel tagħhom, jinħatru bħala membri ta' Bord Xjentifiku u/jew Kumitat Xjentfiku anke jekk dawn ma applikawx speċifikament għal sħubija tal-Bord Xjentifiku u/jew Kumitat Xjentifiku.
Indipendenza u dikjarazzjonijiet ta' impenn u interess
Il-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi jinħatru f'kapaċità personali. L-applikanti huma mitluba jinkludu dikjarazzjoni li jintrabtu li jaġixxu indipendentement minn kwalunkwe influwenza esterna kif ukoll dikjarazzjoni tal-interessi li tista' titqies ta' preġudizzju għall-indipendenza tagħhom (ara s-Sezzjoni Dikjarazzjoni ta' Interess). L-applikanti huma responsabbli mill-kontenut tad-dikjarazzjoni sottomessa li sejra tiġi vvalutata mill-EFSA skont id-Deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv dwar id-Dikjarazzjonijiet ta' Interess (9) li jimplimentaw il-Politika dwar Indipendenza u Proċessi tat-Teħid tad-Deċiżjonijiet Xjentifiċi tal-EFSA.
Ara hawn taħt żewġ eżempji ta' x'inhuwa meqjus Kunflitt ta' Interess Dawn mhuma bl-ebda mod eżawrjenti u huma biss rappreżentattivi tas-sitwazzjonijiet deskritti hemmhekk:
|
— |
Is-Sħubija ta' Bordijiet Xjentifiċi mhijiex permessa għal kandidati li, fil-mument tas-sottomissjoni tad-DoI tagħhom, ikunu impjegati minn kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet li fuqhom outputs xjentifiċi tal-EFSA joħolqu impatt dirett jew indirett, bħal produzzjoni tal-ikel, ipproċessar u distribuzzjoni, agrikoltura jew trobbija tal-annimali. Dan jinkludi kwalunkwe forma ta' impjieg jew negozju regolari, part-time jew full-time, imħallas jew mhux imħallas, inkluż impjieg indipendenti (pereżempju, konsultazzjoni) għall-benefiċċju tal-persuni msemmijin hawn fuq. |
|
— |
Is-Sħubija ta' Bordijiet Xjentifiċi mhijiex permessa għal kandidati li, fil-mument tas-sottomissjoni tad-DoI tagħhom, huma involuti f'konsultazzjoni ad hoc jew okkażjonali bħal Assoċjazzjoni Ewropea ta' produtturi ta' prodotti li l-Bord rilevanti jivvaluta, dwar varjetà ta' suġġetti vasti ħafna tant li din l-attività b'mod regolari tkun f'kunflitt mal-punti fuq l-aġenda tal-Bord Xjentifiku rilevanti. |
Opportunitajiet indaqs
L-EFSA tiżgura li tapplika l-prinċipji tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni fil-proċeduri tagħha.
Sottomissjoni ta' applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2016 f'nofsillejl (Ħin lokali, GMT +1).
L-applikanti huma mitluba jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom onlajn disponibbli fuq is-sit web tal-EFSA: http://www.efsa.europa.eu/.
L-applikazzjonijiet sejrin jitqiesu ammissibbli biss jekk formola ta' applikazzjoni onlajn mimlija kif dovut tiġi sottomessa fi żmien l-iskadenza. L-ebda forma oħra ta' applikazzjoni mhija sejra tiġi aċċettata.
L-applikanti huma ġentilment mistiedna biex jimlew il-formola tagħhom ta' applikazzjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-proċedura tal-għażla.
L-applikanti kollha sejrin jiġu informati b'e-mail dwar ir-riżultat tal-proċess tal-għażla.
L-applikanti huma rrakkomandati ħafna biex ma jistennewx sal-aħħar ġurnata qabel l-iskadenza minħabba li konġestjoni tal-internet jew xi problemi fil-konnessjoni tal-internet jistgħu jwasslu għal diffikultajiet fis-sottomissjoni fil-ħin.
L-informazzjoni personali mitluba lill-kandidati mill-EFSA sejra tiġi pproċessata b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (10).
L-iskop tal-ipproċessar tad-data huwa biex jiġu ġestiti applikazzjonijiet għal sħubija tal-Bordijiet Xjentifiċi tal-EFSA.
Il-mistoqsijiet kollha relatati ma' din is-sejħa għandhom jiġu indirizzati lil: call.experts@efsa.europa.eu.
Il-kandidati jistgħu jressqu azzjoni kontra kwalunkwe deċiżjoni li taffettwa s-sitwazzjoni legali tagħhom fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu jsir fi żmien xahrejn mill-wasla jew notifika tad-deċiżjoni kkontestata. L-azzjoni għandha titressaq kontra l-EFSA quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea:
|
Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea |
||||||||
|
Rue du Fort Niedergrünewald |
||||||||
|
2925 Luxembourg |
||||||||
|
LUXEMBOURG |
||||||||
|
Bħala alternattiva, il-kandidati jistgħu jressqu ilment dwar allegata amministrazzjoni ħażina fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea għall-attenzjoni tal-Ombudsman Ewropew. Fost rekwiżiti oħrajn, ilment għandu jsir fi żmien sentejn mid-data li fiha l-fatti li l-ilment huwa bbażat fuqhom isiru magħrufa. Barra dan, qabel jikkuntattjaw lill-Ombudsman Ewropew, l-ilmentaturi għandhom ikunu diġà kkuntattjaw lill-EFSA dwar dan l-ilment.
|
L-Ombudsman Ewropew |
||||||
|
1 Avenue du President Robert Schuman |
||||||
|
CS 30403 |
||||||
|
67001 Strasbourg Cedex |
||||||
|
FRANCE |
||||||
|
NOTA
F'każ ta' inkonsistenza jew diskrepanza bejn il-verżjoni Ingliża u kwalunkwe verżjoni lingwistika oħra ta' pubblikazzjoni, il-lingwa Ingliża għandha tipprevali.
(1) Strateġija 2020 tal-EFSA Xjenza fdata għal ikel sigur (Trusted science for safe food: (http://www.efsa.europa.eu/en/corporate/pub/strategy2020).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(3) Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Amministrazzjoni tal-EFSA, biex eċċezzjonalment jidderoga r-regoli msemmijin hawn fuq, ittieħdet fis-16 ta' Marzu 2016. Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Amministrazzjoni hija rreġistrata fil-minuti tal-laqgħa numru 68: (http://www.efsa.europa.eu/en/events/event/160316a).
(4) L-Artikolu 1(3) u 1(4) tad-Deċiżjoni tal-Bord tal-Amministrazzjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel dwar l-istabbiliment u l-operazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku, tal-Bordijiet Xjentifiċi u tal-Gruppi ta' Ħidma tagħhom.
(5) Għal aktar informazzjoni rreferi għal: http://www.efsa.europa.eu/sites/default/files/Experts_compensation_guide.pdf
(6) “Għarfien profond” għandu jikkorrispondi għal-livell B 2 jew ogħla (jiġifieri, livelli C 1 u C 2) kif speċifikat fid-dokument ta' referenza tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Portafoll Ewropew tal-Lingwi (Qafas Ewropew Komuni ta' Referenza: Tagħlim (Learning/Teaching) u Valutazzjoni"). Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok irreferi għal: https://www.coe.int/t/dg4/linguistic/Source/Framework_EN.pdf
(7) Sejrin jiġu aċċettati biss kwalifiki maħruġa mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u kwalifiki rikonoxxuti bħala ekwivalenti mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri tal-UE. F'istanzi fejn jinkisbu diplomi minn Stati Membri mhux tal-UE, l-EFSA tista' titlob lill-kandidat jipprovdi dokument rilevanti ta' kompatibbiltà maħruġ minn awtorità rikonoxxuta.
(8) Għal aktar informazzjoni ara s-sit web tal-EFSA fuq http://www.efsa.europa.eu/sites/default/files/efsa_rep/blobserver_assets/independencepolicy.pdf and http://www.efsa.europa.eu/en/howwework/doi
(9) EFSA/LRA/DEC/02/2014 – Deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel dwar Dikjarazzjoniijiet ta' Interess (http://www.efsa.europa.eu/sites/default/files/corporate_publications/files/independencerules2014.pdf)
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
18.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 176/13 |
Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel fir-rigward ta’ denominazzjoni għal speċjalità tradizzjonali garantita
(2016/C 176/07)
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1), l-Italja ppreżentat (2) id-denominazzjoni “Pizza Napoletana” bħala denominazzjoni ta’ Speċjalità Tradizzjonali Garantita (STG), li tikkonforma mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Id-denominazzjoni “Pizza Napoletana” kienet ġiet irreġistrata qabel bir-Regolament (UE) Nru 97/2010 (3) bla riżerva tal-isem skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 (4) bħala speċjalità tradizzjonali garantita u bħalissa hija protetta skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni qiegħda b’dan tippubblika d-denominazzjoni
“PIZZA NAPOLETANA”
bil-ħsieb li tippermetti li tiġi rreġistrata fir-reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti previst fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni li d-denominazzjoni “Pizza Napoletana” tiddaħħal fir-reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti previst fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, skont l-Artikolu 51 ta’ dak ir-Regolament.
F’każ li d-denominazzjoni “Pizza Napoletana” tiddaħħal fir-reġistru, skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-ispeċifikazzjoni tal-prodott attwali tal-STG “Pizza Napoletana”, kif ippubblikata fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 97/2010, għandha titqies li tkun l-ispeċifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għall-STG “Pizza Napoletana” protetta bir-riżerva tal-isem.
Għal raġunijiet ta’ kompletezza u skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, din il-pubblikazzjoni tinkludi l-ispeċifikazzjoni tal-STG “Pizza Napoletana” kif ippubblikata fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 97/2010 tal-4 ta’ Frar 2010 (5).
APPLIKAZZJONI GĦAR-REĠISTRAZZJONI TA’ STG
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 509/2006
“PIZZA NAPOLETANA”
Nru tal-KE: IT/TSG/007/0031/9.2.2005
1. Isem u indirizz tal-kumpanija li qed tressaq l-applikazzjoni:
|
Isem: |
Associazione Verace Pizza Napoletana |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+39 0814201205 |
|||
|
Faks: |
+39 0814201205 |
|||
|
E-mail: |
info@pizzanapoletana.org |
|
Isem: |
Associazione Pizzaiuoli Napoletani |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+39 0815590781 |
|||
|
Faks: |
+39 0815590781 |
|||
|
E-mail: |
info@pizzaiuolinapoletani.it direttivo@pizzaiuolinapoletani.it |
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Italja
3. Speċifikazzjoni tal-prodott
3.1. Denominazzjoni għar-reġistrazzjoni
“Pizza Napoletana”
Ir-reġistrazzjoni hija mitluba bil-lingwa Taljana biss.
Il-frażi “Prodotta secondo la Tradizione napoletana” (Prodotta skont it-tradizzjoni Naplitana) u l-akronimu STG li jidhru fuq il-logo/tikketta tal-STG “Pizza Napoletana”, huma tradotti bil-lingwa tal-pajjiż fejn saret il-produzzjoni.
3.2. Jekk id-denominazzjoni
|
— |
☒ |
huwiex speċifiku fih innifsu |
|
— |
☐ |
jesprimix in-natura speċifika tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel |
Id-denominazzjoni “Pizza Napoletana” tradizzjonalment tintuża biex tiddeskrivi dan il-prodott, kif juru sorsi differenti indikati fil-punt 3.8.
3.3. Jekk hix mitluba r-riżerva tal-isem skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006
|
— |
☐ |
Reġistrazzjoni flimkien ma’ riżerva tal-isem |
|
— |
☒ |
Reġistrazzjoni mingħajr riżerva tal-isem |
3.4. Tip ta’ prodott:
Klassi 2.3 Ħelu, ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u ħwejjeġ oħra tal-furnar
3.5. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel li għaliha tapplika d-denominazzjoni mogħtija fil-punt 3.1
L-STG “Pizza Napoletana” hija ppreżentata bħala prodott ta’ għamla tonda li jinħema fil-forn, b’dijametru li jista’ jkollu daqsijiet differenti bla ma jaqbeż il-35 cm, b’xifer imtella’ “l fuq u bil-parti tan-nofs miksija b’xi ingredjenti. Il-parti tan-nofs ikollha ħxuna ta’ 0,4 cm b’limitu li jista” jvarja b’± 10 %, filwaqt li x-xifer ikollu ħxuna ta’ 1-2 cm. B’mod ġenerali l-pizza għandha tkun ratba, elastika, u li faċilment tintlewa f’erbgħa.
L-STG “Pizza Napoletana” hija kkaratterizzata minn xifer imtella’ “l fuq, ta’ lewn dehbi, bħal kull prodott li jinħema fil-forn, u hija ratba kemm meta tmissha kif ukoll meta dduqha; minn parti tan-nofs miksija b’xi ingredjenti, fejn jispikka l-aħmar tat-tadam, imħallat perfettament maż-żejt u, skont l-ingredjenti użati, l-aħdar tal-origanu u l-abjad tat-tewm; mill-abjad tal-mozzarella mqatta” f’biċċiet imqiegħda qrib xulxin jew iktar imbegħdin, u mill-aħdar tal-weraq tal-ħabaq, li jkunu aktar jew inqas skuri, skont il-ħami.
Il-konsistenza tal-“Pizza Napoletana” għandha tkun ratba, elastika, u li faċilment tintlewa; il-prodott jinqata’ faċilment; għandha togħma karatteristika, mhux ħelwa, liema togħma ġejja mix-xifer imtella’, li għandu t-togħma tipika ta’ ħobż li għola sew bil-ħmira u li huwa moħmi tajjeb, imħallta mat-togħma aċiduża tat-tadam, mal-aroma, rispettivament, tal-origanu, tat-tewm u tal-ħabaq u mat-togħma bnina tal-mozzarella moħmija.
Fi tmiem il-proċess tal-ħami, mill-pizza toħroġ riħa karatteristika tfuħ u delizzjuża; it-tadam, li jitlef biss l-ilma żejjed tiegħu, jibqa’ magħqud u solidu; il-“Mozzarella di Bufala Campana AOP” jew il-“Mozzarella STG” ikunu maħlula fuq il-wiċċ tal-pizza; kemm il-ħabaq kif ukoll it-tewm u l-origanu joħolqu aroma intensa, u ma għandhomx dehra maħruqa.
3.6. Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel li għaliha tapplika d-denominazzjoni mogħtija fil-punt 3.1
Il-materja prima bażika li tikkaratterizza l-“Pizza Napoletana” tinkludi: dqiq tal-qamħ komuni, ħmira tal-birra, ilma naturali tajjeb għax-xorb, tadam imqaxxar u/jew tadam żgħir frisk (“pomodorini”), melħ tal-baħar jew melħ tat-tisjir, u żejt taż-żebbuġa straverġni. Ingredjenti oħra li jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal-“Pizza Napoletana” huma: tewm u origanu; “Mozzarella di Bufala Campana AOP”, ħabaq frisk u “Mozzarella STG”.
Il-karatteristiċi tad-dqiq huma dawn li ġejjin:
— W: 220 – 380
— P/L: 0,50 – 0,70
— Assorbiment: 55 - 62
— Stabbiltà: 4 – 12
— Indiċi ta’ valur E10: massimu ta’ 60
— In-numru tal-waqgħa: 300 - 400
— Glutina mnixxfa: 9,5 – 11 g %
— Proteina: 11 – 12,5 g %
It-tħejjija tal-“Pizza Napoletana” tinvolvi biss il-fażijiet ta’ xogħol li ġejjin, li jitwettqu f’ċiklu kontinwu fl-istess stabbiliment kummerċjali.
Ħawwad flimkien id-dqiq, l-ilma, il-melħ u l-ħmira. Ferra’ litru ilma fil-magna tal-għaġina, ħoll kwantità ta’ bejn 50 u 55 g melħ tal-baħar, żid 10 % tad-dqiq skont il-kwantità totali prevista, imbagħad żid 3 g ħmira tal-birra. Ħaddem il-magna tal-għaġina u żid 1,8 kg dqiq W 220-380 bil-mod il-mod sakemm it-taħlita tilħaq il-konsistenza mixtieqa, fejn tista’ titqies bħala għaġina. Din il-biċċa xogħol għandha tieħu 10 minuti.
It-taħlita għandha tinħadem f’magna tal-għaġina, u preferibbilment din ikollha ganċ tal-għaġina, għal 20 minuta sakemm issir biċċa għaġina sħiħa. Biex it-taħlita tilħaq l-aħjar konsistenza, importanti ħafna l-kwantità ta’ ilma li d-dqiq jista’ jassorbi. L-għaġina ma għandhiex tinħass twaħħal, u għandha tkun ratba u elastika.
Il-karatteristiċi tat-taħlita huma dawn li ġejjin, liema karatteristiċi jista’ jkollhom tibdil ta’ ± 10 %:
— Temperatura ta’ fermentazzjoni: 25 °C
— pH finali:
— Aċidità totali titrattabbli:
— Densità: 0,79 g/cm3 (+ 34 %)
L-ewwel fażi: ladarba l-għaġina tinħareġ mill-magna, titqiegħed fuq il-wiċċ tal-mejda fil-pizzerija u titħalla toqgħod għal sagħtejn, mgħottija b’biċċa umda, sabiex il-wiċċ tagħha ma jibbiesx, u biex ma tiffurmax xorta ta’ qoxra minħabba l-evaporazzjoni tal-umdità li titla’ minn ġot-taħlita stess. Kif jgħaddu s-sagħtejn li titħalla togħla, l-għaġina tiġi ffurmata f’għamla ta’ ħobżiet żgħar. Biex jagħmel dan il-pizzar irid juża jdejh biss. Bl-għajnuna ta’ spatula, fuq il-wiċċ fejn qed tinħadem tinqata’ parti mill-għaġina li tkun għoliet biex tingħata l-għamla ta’ ħobża żgħira. Għall-“Pizza Napoletana”, il-ħobżiet żgħar għandhom jiżnu bejn 180 u 250 g.
It-tieni fażi: meta dawn il-ħobżiet żgħar jiġu ffurmati, it-teħmir isir għat-tieni darba ġo kontenituri tal-ikel. Din il-fażi tieħu minn 4 sa 6 sigħat. Din l-għaġina, li tinżamm f’temperatura tal-kamra, tkun lesta biex tintuża sa sitt sigħat wara.
Wara li jgħaddi l-perjodu tat-teħmir, il-ħobża tinħareġ minn ġol-kontenitur permezz ta’ spatula u titqiegħed fuq il-bank tal-pizzerija fuq kisja rqiqa ta’ dqiq biex jiġi evitat li l-għaġina teħel mal-wiċċ li fuqu qed tinħadem. B’moviment li jimxi miċ-ċentru lejn ix-xifer, u bil-pressjoni tas-swaba’ taż-żewġ idejn fuq il-biċċa għaġina forma ta’ ħobża, li tinqaleb bosta drabi, il-pizzar jagħti forma tonda lill-għaġina b’mod li fiċ-ċentru l-ħxuna ma tkunx aktar minn 0,4 cm, li tista’ tiżdied jew titnaqqas b’± 10 %, u li x-xifer ma jaqbiżx 1 sa 2 cm, u b’hekk jifforma xifer imtella’ ‘l fuq.
Għat-tħejjija tal-STG “Pizza Napoletana” mhumiex aċċettati metodi oħra ta’ kif tinħadem l-għaġina, speċjalment bl-użu ta’ xi lembuba u/jew xi makkinarju li jippressal-għaġina u jaqtagħha tonda.
Il-“Pizza Napoletana” tiġi mħawra kif ġej:
|
— |
bi mgħarfa poġġi minn 70 sa 100 g tadam imqaxxar u mqatta’ biċċiet żgħar fiċ-ċentru tal-għaġina, |
|
— |
b’moviment spirali, xerred it-tadam mal-parti tan-nofs kollha, |
|
— |
b’moviment spirali, żid il-melħ fuq it-tadam, |
|
— |
bl-istess mod, roxx ftit origanu, |
|
— |
qatta’ sinna tewm imqaxxra fi flieli rqaq, u poġġihom fuq it-tadam, |
|
— |
b’kontenitur taż-żejt li jkollu żennuna u b’moviment spirali, ibda xerred fuq il-wiċċ fejn qed taħdem minn 4 sa 5 g żejt taż-żebbuġa straverġni min-nofs ‘il barra, liema ammont jista’ jiżdied jew jitnaqqas b’+ 20 %. |
Jew:
|
— |
bi mgħarfa, poġġi fin-nofs tal-għaġina bejn 60 sa 80 g tadam imqaxxar u mqatta’ biċċiet żgħar u/jew tadam żgħir frisk imqatta’, |
|
— |
b’moviment spirali, xerred it-tadam mal-parti tan-nofs kollha, |
|
— |
b’moviment spirali, żid il-melħ fuq it-tadam, |
|
— |
poġġi minn 80 sa 100 g “Mozzarella di Bufala Campana AOP” mqatta’ biċċiet fuq it-tadam, |
|
— |
fuq il-pizza poġġi xi weraq tal-ħabaq frisk, |
|
— |
b’kontenitur taż-żejt li jkollu żennuna u b’moviment spirali, ibda xerred fuq il-wiċċ fejn qed taħdem minn 4 sa 5 g żejt taż-żebbuġa straverġni min-nofs ‘il barra, liema ammont jista’ jiżdied jew jitnaqqas b’+ 20 %. |
Jew:
|
— |
bi mgħarfa, poġġi fin-nofs tal-għaġina bejn 60 sa 80 g tadam imqaxxar u mqatta’ biċċiet żgħar, |
|
— |
b’moviment spirali, xerred it-tadam mal-parti tan-nofs kollha, |
|
— |
b’moviment spirali, żid il-melħ fuq it-tadam, |
|
— |
poġġi minn 80 sa 100 g “Mozzarella STG” mqatta’ biċċiet fuq it-tadam, |
|
— |
fuq il-pizza poġġi xi weraq tal-ħabaq frisk, |
|
— |
b’kontenitur taż-żejt li jkollu żennuna u b’moviment spirali, ibda xerred fuq il-wiċċ fejn qed taħdem minn 4 sa 5 g żejt taż-żebbuġa straverġni min-nofs ‘il barra, liema ammont jista’ jiżdied jew jitnaqqas b’+ 20 %. |
Il-“pizzaiolo” (il-pizzar) ipoġġi l-pizza bil-mili fuq pala tal-injam (jew tal-aluminju) bl-għajnuna ta’ ftit dqiq li jxerrdu b’moviment rotatorju u jżerżaqha għal fuq il-qiegħa tal-forn b’moviment ħafif tal-polz sabiex il-mili ma jiġrix. Il-ħami tal-STG “Pizza Napoletana” isir biss fi fran tal-ħatab, fejn tintlaħaq temperatura ta’ 485 °C, essenzjali biex tinkiseb il-“Pizza Napoletana” STG.
Il-pizzar għandu jiċċekkja l-ħami tal-pizza billi jgħolliha mill-ġenb, permezz ta’ pala tal-metall, u jdawwar il-pizza lejn in-nar, filwaqt li joqgħod attent li juża l-istess sezzjoni tal-qiegħa tal-forn, sabiex id-differenza fit-temperaturi ma taħraqx il-pizza. Importanti li l-pizza tinħema b’mod uniformi mad-dawra taċ-ċirkonferenza kollha.
Dejjem permezz tal-pala tal-metall, fi tmiem il-ħami, il-pizzar joħroġ il-pizza mill-forn u jpoġġiha fuq platt tal-ikel. Il-ħin tal-ħami ma għandux jieħu aktar minn 60 sa 90 sekonda.
Wara li ssir, il-pizza għandu jkollha l-karatteristiċi li ġejjin: it-tadam, wara li tilef biss l-ilma żejjed tiegħu, jibqa’ magħqud u solidu; il-“Mozzarella di Bufala Campana AOP” jew il-“Mozzarella STG” ikunu maħlula fuq il-wiċċ tal-pizza; kemm il-ħabaq kif ukoll it-tewm u l-origanu jemettu aroma intensiva, u ma jidhrux maħruqin.
— It-temperatura tal-ħami fil-qiegħa tal-forn: bejn wieħed u ieħor 485 °C
— It-temperatura mal-ħnejja tal-forn: bejn wieħed u ieħor 430 °C
— Il-ħin tal-ħami: minn 60 sa 90 sekonda
— It-temperatura li tilħaq l-għaġina: 60 – 65 °C
— It-temperatura li jilħaq it-tadam: 75 – 80 °C
— It-temperatura li jilħaq iż-żejt: 75 – 85 °C
— It-temperatura li tilħaq il-mozzarella: 65 – 70 °C
Idealment il-“Pizza Napoletana” tittiekel malli tinħareġ mill-forn, fl-istess post fejn tkun saret. Madankollu, jekk mhux possibbli li tiġi kkunsmata fil-post fejn saret, ma għandhiex titpoġġa fil-friża jew tiġi ffriżata jew tiġi ssiġillata f’kontenitur mingħajr arja biex tiġi mibjugħa aktar tard.
3.7. In-natura speċifika tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
L-elementi ewlenin li jiddefinixxu n-natura speċifika tal-prodott imsemmi huma bosta u huma direttament marbutin mad-durata u mal-mod kif jinħadem, kif ukoll mal-ħila u l-esperjenza ta’ min qed jaħdmu.
B’mod partikolari, il-proċess ta’ kif tiġi maħduma l-“Pizza Napoletana” huwa kkaratterizzat minn: it-tagħġin, il-konsistenza u l-elastiċità tal-għaġina (“reologia”) u n-natura partikolari tal-proċess tat-teħmir (fuq żewġ fażijiet b’kundizzjonijiet speċifiċi tat-temperatura u d-durata); it-tħejjija u l-iffurmar tal-għaġina f’għamla ta’ ħobżiet żgħar; it-tħaddim u t-tħejjija tal-għaġina tonda li tkun għoliet bil-ħmira; it-tħejjija tal-forn u l-karatteristiċi tal-ħami (id-durata/it-temperatura) u dak li jikkaratterizza l-forn li bilfors għandu jkun tal-ħatab.
Pereżempju, għandha tiġi enfasizzata l-importanza tat-tieni proċess ta’ teħmir, u tat-tħaddim u l-għodda li tintuża, jiġifieri il-forn, li bilfors irid ikun tal-ħatab, u l-paliet.
Wara t-tieni proċess ta’ teħmir, l-għaġina f’għamla ta’ ħobża żgħira għandha tiżdied fil-volum u fl-umdità meta mqabbla mal-perjodu ta’ qabel. Meta min qed jaħdimha jagħmel pressjoni bis-swaba’ taż-żewġ idejn, il-forza ta’ dan il-moviment toħloq ċaqliq tal-arja li tinsab fil-bżieżaq tal-arja tal-għaġina min-nofs ‘il barra, u b’hekk jiġi ffurmat ix-xifer imtella’ tal-pizza. Din it-teknika tirrappreżenta karatteristika fundamentali tal-STG “Pizza Napoletana” għax ix-xfar imtellgħin jiżguraw li l-ingredjenti tal-mili jibqgħu kollha ġewwa u ma joħorġux. Sabiex l-għaġina tikseb dijametru ikbar, il-pizzar ikompli bit-tħejjija billi jħabbat l-għaġina bejn idejh b’ritmu mgħaġġel filwaqt li jżomm idu l-leminija f’pożizzjoni mmejla ta’ 45-60 ° mal-wiċċ li fuqu tkun qed tinħadem l-għaġina. L-għaġina tonda titqiegħed fuq dan il-wiċċ u ddur b’moviment sinkronizzat tal-id ix-xellugija.
Mill-banda l-oħra, jekk l-għaġina tinħadem mod ieħor, bl-użu ta’ xi lembuba jew xi magna li taqtal-għaġina tonda (bħal makkinarju li jippressal-għaġina), ma jkunx possibbli li ċ-ċaqliq ‘il barra tal-arja fil-bżieżaq li jkunu fl-għaġina jsir b’mod omoġenju, u dan huwa neċessarju biex tinħoloq għaġina tonda li tkun uniformi fil-partijiet kollha tagħha. B’dan il-mod, fin-nofs tal-għaġina tonda jiġu ffurmati livelli differenti ta’ għaġina mifruda minħabba l-arja li jkun hemm bejn l-għaġina nnifisha. Għaldaqstant, jekk jintużaw dawn il-metodi, il-pizza ma jkollhiex ix-xifer imtella’ tipiku tagħha wara l-ħami, u dan huwa meqjus bħala wieħed mill-karatteristiċi prinċipali tal-STG “Pizza Napoletana”.
Barra minn hekk, it-teknika Naplitana titlob li l-pizzar, wara li jkun ħejja minn tliet sa sitt biċċiet ta’ għaġina tonda lesti bil-mili, b’movimenti tal-idejn preċiżi u ħfief, ipoġġi b’ħila kbira l-pizza minn fuq il-wiċċ fejn qed jaħdimha għal fuq il-pala, b’tali mod li din ma titlifx il-forma tonda oriġinali tagħha (din tiżżerżaq bil-mod mill-pizzar b’idejh it-tnejn, u, wara li jdawwarha fuqha nnifisha bejn wieħed u ieħor b’90 °, ipoġġiha fuq pjanċa biex iserviha). Il-pizzar ixerred ftit dqiq fuq il-pala li ħa jdaħħal fil-forn, biex b’hekk il-pizza tkun tista’ tiżżerżaq faċilment minn fuq il-pala għal ġol-forn. Dan isir b’moviment ħafif tal-polz, filwaqt li jżomm il-pala f’angolatura ta’ 20-25 ° mal-wiċċ tal-forn biex il-mili ma jaqax minn fuq wiċċ il-pizza.
L-użu ta’ tekniki li huma differenti mid-deskrizzjoni li ngħatat hawn fuq mhuwiex xieraq, minħabba li t-teħid tal-pizza bil-pala direttament minn fuq il-wiċċ li fuqu tkun inħadmet joħloq ir-riskju li l-pizza li se tinħema fil-forn titħassar.
Il-forn tal-ħatab huwa ta’ importanza fundamentali fil-ħami u l-kwalità tal-“Pizza Napoletana”. Il-karatteristiċi tekniċi tiegħu huma marbutin b’mod assolut mas-suċċess tal-“Pizza Napoletana” tradizzjonali. Il-forn Naplitan tal-pizza jikkonsisti minn bażi ta’ ġebel tat-tufu, li fuqu għandu wiċċ għat-tond magħrufa bħala l-qiegħa tal-forn, li fuqu tiġi mibnija ħnejja forma ta’ koppla. Il-ħnejja tal-forn hija magħmula minn materjal rifrattiv li jipprevjeni s-sħana milli tinfirex. Fil-fatt, il-proporzjonijiet ta’ bejn il-partijiet differenti tal-forn huma essenzjali biex il-pizza tinħema sew. Il-karatteristika partikolari ta’ dan il-forn hija d-daqs tal-qiegħa tal-forn, li hija ffurmata minn erba’ sezzjonijiet ċirkolari rifrattivi. Il-pizza tiġi mgħollija b’pala tal-azzar u/jew tal-aluminju u mwassla sal-bokka tal-forn, fejn din titpoġġa u tiġi mdawra b’180 °. Imbagħad il-pizza terġa’ titpoġġa fl-istess post ta’ qabel, fejn it-temperatura tal-qiegħa tkun naqset mis-sħana li tkun ħadet il-pizza waqt il-ħami.
Jekk il-pizza titpoġġa f’post differenti, din terġa’ tikseb it-temperatura tal-bidu, u b’hekk tispiċċa tinħaraq minn taħt.
Dawn il-karatteristiċi kollha jikkreaw il-fenomenu tal-arja li jkun hemm fil-pizza u l-aspett viżiv tal-prodott finali, il-“Pizza Napoletana”, li fil-fatt hija ratba u magħquda; bix-xifer imtella’, bin-nofs tal-għaġina mgħolli minħabba l-ħmira, partikolarment ratba u tintlewa faċilment f’erbgħa. Huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-prodotti simili l-oħra kollha li jinkisbu bi proċeduri ta’ tħejjija differenti minn dak deskritt ma jistax ikollhom l-istess karatteristiċi viżivi u organolettiċi bħal dawk tal-“Pizza Napoletana”.
3.8. Il-karattru tradizzjonali tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
Tista’ tgħid li l-“Pizza Napoletana” tmur lura għall-perjodu ta’ bejn l-1715 u l-1725. Vincenzo Corrado, mill-belt żgħira ta’ Oria, u l-kok prinċipali tal-Prinċep Emanuele ta’ Francavilla, fi trattat fuq l-oġġetti tal-ikel l-aktar użati f’Napli, iddikjara li t-tadam kien jintuża biex iħawwar il-pizza u l-imqarrun, b’hekk assoċja żewġ prodotti li saru s-sors tal-fama tal-belt ta’ Napli u poġġewha fl-istorja tal-gastronomija. Ma’ dan huwa marbut il-bidu uffiċjali tal-“Pizza Napoletana”, għaġina tonda mħawra bit-tadam.
Għadd kbir ta’ dokumenti storiċi jiċċertifikaw l-oriġini Naplitana ta’ din l-ispeċjalità kulinarja. Il-kittieb Franco Salerno ddikjara li dan il-prodott huwa wieħed mill-ikbar invenzjonijiet tat-tisjir Naplitan.
Saħansitra d-dizzjunarji tal-lingwa Taljana u l-enċiklopedija Treccani speċifikament isemmu l-“Pizza Napoletana”. L-espressjoni “Pizza Napoletana” hija wkoll ikkwotata f’bosta testi letterarji.
Bla dubju, l-ewwel “pizzerie” (pizzeriji) dehru f’Napli u, sal-ewwel nofs tas-seklu għoxrin, dan il-prodott kien jeżisti biss f’Napli u fil-pizzeriji tagħha. Fis-seklu tmintax, kien hemm bosta ħwienet magħrufin bħala “pizzeriji” fil-belt. Ir-reputazzjoni tagħhom waslet saħansitra għand ir-Re ta’ Napli, Ferdinandu ta’ Bourbon li, biex iduq dan il-platt tipiku tat-tradizzjoni Naplitana, ma rrispettax l-etikett monarkiku u daħal f’waħda mill-pizzeriji l-aktar famużi. Minn dak iż-żmien il-“pizzerija” saret post popolari, post iddedikat biss għat-tħejjija tal-“pizza”. Il-pizez l-aktar popolari u famużi minn Napli kienu l-“Marinara”, li bdiet fl-1734, u l- “Margherita”, li tmur lura għal bejn l-1796 u l-1810. Din tal-aħħar ġiet ppreżentata lir-Reġina tal-Italja meta żaret lil Napli fl-1889, speċifikament minħabba l-kulur tal-ħwawar tagħha (tadam, mozzarella u ħabaq) li jfakkru l-kuluri tal-bandiera Taljana.
Maż-żmien, il-pizzeriji bdew jidhru fl-ibliet kollha tal-Italja u anke f’pajjiżi oħra. Madankollu, dawn il-pizzeriji, għalkemm ma kinux ġewwa Napli, baqgħu jsemmu din il-belt permezz tal-frażi “pizzeria napoletana” jew inkella użaw xi terminu li b’xi mod seta’ jfakkar ir-rabta tagħhom ma’ Napli, fejn, għal iktar minn 300 sena, dan il-prodott baqa’ awtentiku.
Fix-xahar ta’ Mejju tal-1984, il-“pizzaioli napoletani” ħejjew speċifikazzjoni tal-prodott qasira ffirmata minnhom kollha u rreġistrata bħala att uffiċjali għand in-nutar Antonio Carannante ta’ Napli.
Matul is-sekli, it-terminu “Pizza Napoletana” tant infirex li kullimkien, anke barra mill-Ewropa, fl-Amerka tan-Nofs u t’Isfel (bħall-Messiku u l-Gwatemala) u fl-Asja (bħat-Tajlandja u l-Malasja), dan il-prodott baqa’ magħruf bħala “Pizza Napoletana”, anke jekk l-abitanti saħanistra lanqas għandhom idea tal-pożizzjoni ġeografika tal-belt ta’ Napli.
3.9. Rekwiżiti minimi u proċeduri għall-verifika tal-karattru speċifiku
Il-kontrolli maħsubin għall-STG “Pizza Napoletana” huma relatati mal-aspetti li ġejjin:
Fil-kumpaniji, waqt il-fażi tat-tagħġin, tat-teħmir u tat-tħejjija tal-pizza, jiċċekkjaw l-eżekuzzjoni korretta tal-fażijiet deskritti; filwaqt li jimmonitorjaw bir-reqqa l-punti kruċjali tal-kumpanija; jiċċekkjaw li l-materja prima tikkonforma ma’ dik deskritta fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott; jiċċekkjaw li l-materja prima li se tiġi użata tkun ippreżervata u maħżuna bl-aħjar mod u jiżguraw li l-karatteristiċi tal-prodott finali jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet previsti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
3.10. Il-logo
L-akronimu “STG”, u l-frażijiet “Specialità Tradizionale Garantita” (Speċjalità Tradizzjonali Garantita) u “Prodotta secondo la Tradizione napoletana” (Prodotta skont it-tradizzjoni Naplitana) jiġu tradotti bil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż fejn saret il-produzzjoni.
Il-logo li jikkaratterizza l-“Pizza Napoletana” huwa kif ġej: stampa ovali orizzontali ta’ lewn abjad b’bordura griża ċara, li tirrappreżenta l-platt li fuqu titpoġġa l-pizza, li tidher b’mod realistiku imma fl-istess ħin id-disinn ikun stilizzat u jirrispetta bis-sħiħ it-tradizzjoni filwaqt li juri l-ingredjenti klassiċi li huma t-tadam, il-mozzarella, il-weraq tal-ħabaq u qatra żejt taż-żebbuġa.
Taħt il-platt, hemm l-effett ta’ dell ta’ lewn aħdar ħiereġ ‘il barra, li, flimkien mal-kuluri l-oħra, jagħti prominenza lill-kuluri Taljani fejn oriġina l-prodott.
Kemm kemm sovrapposta quddiem il-platt li fih il-pizza, tidher tieqa rettangolari ta’ lewn aħmar bil-kantunieri għat-tond, li fiha hemm miktub b’ittri bojod imdawra bl-iswed, b’dell aħdar ħiereġ ‘il barra u b’bordura bajda l-kliem: “PIZZA NAPOLETANA STG”. ‘Il fuq minn din id-didaskalija, u kemxejn lejn il-lemin, miktubin b’karattri bojod ta’ tipa iżgħar u differenti, hemm miktub “Speċjalità Tradizzjonali Garantita” (Specialità Tradizionale Garantita). Imbagħad isfel, fin-nofs, bl-istess tipa tal-logo, PIZZA NAPOLETANA STG, b’ittri kapitali ta’ daqs żgħir miktubin bl-abjad u b’bordura sewda, hemm id-didaskalija: “Prodotta skont it-tradizzjoni Naplitana” (Prodotta secondo la Tradizione napoletana).
|
Kliem |
Tipa |
|
PIZZA NAPOLETANA STG |
Varga |
|
Speċjalità Tradizzjonali Garantita |
Alternate Gothic |
|
Prodotta skont it-tradizzjoni Naplitana |
Varga |
|
L-ilwien tal-pizza |
PantoneProSim |
C |
M |
Y |
K |
|
Il-beige skur tax-xifer |
466 |
11 |
24 |
43 |
0 % |
|
L-isfond aħmar taz-zalza tat-tadam |
703 |
0 % |
83 |
65 |
18 |
|
Weraq tal-ħabaq |
362 |
76 |
0 % |
100 |
11 |
|
Il-vini tal-weraq tal-ħabaq |
562 |
76 |
0 % |
100 |
11 |
|
L-aħmar tat-tadam |
032 |
0 % |
91 |
87 |
0 % |
|
Qatra żejt taż-żebbuġa |
123 |
0 % |
31 |
94 |
0 % |
|
Mozzarella |
600 |
0 % |
0 % |
11 |
0 % |
|
Riflessi fuq il-mozzarella |
5 807 |
0 % |
0 % |
11 |
9 |
|
L-ilwien tal-grafika u t-tipa |
PantoneProSim |
C |
M |
Y |
K |
|
Il-griż tal-bordura tal-platt ovali |
P. Grey – 3CV |
0 % |
0 % |
0 % |
18 |
|
L-aħdar tad-dell tal-platt ovali |
362 |
76 |
0 % |
100 |
11 |
|
L-aħmar tar-rettangolu bil-kantunieri għat-tond |
032 |
0 % |
91 |
87 |
0 % |
|
L-abjad bil-bordura sewda tal-frażi “PIZZA NAPOLETANA STG” |
|
0 % |
0 % |
0 % |
0 % |
|
L-abjad bil-bordura sewda tal-frażi “Prodotta skont it-tradizzjoni Naplitana” |
|
0 % |
0 % |
0 % |
0 % |
|
Il-frażi bl-abjad “Speċjalità Tradizzjonali Grantita” |
|
0 % |
0 % |
0 % |
0 % |
4. L-awtoritajiet jew il-korpi li huma responsabbli mill-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
4.1. Isem u indirizz
|
Isem: |
Certiquality SRL |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+39 028069171 |
|||
|
Faks: |
+39 0286465295 |
|||
|
E-mail: |
certiquality@certiquality.it |
|
☐ Pubbliku |
☒ Privat |
|
Isem: |
DNV Det Norske Veritas Italia |
||||
|
Indirizz: |
|
||||
|
Tel. |
+39 0396899905 |
||||
|
Faks: |
+39 0396899930 |
||||
|
E-mail: |
— |
|
☐ Pubbliku |
☒ Privat |
|
Isem: |
ISMECERT |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+39 0815636647 |
|||
|
Faks: |
+39 0815534019 |
|||
|
E-mail: |
info@ismecert.com |
|
☐ Pubbliku |
☒ Privat |
4.2. Kompiti speċifiċi tal-awtorità jew tal-korp
It-tliet korpi ta’ spezzjoni msemmijin hawn fuq huma responsabbli mill-kontrolli fuq diversi persuni li joperaw fiż-żoni differenti tat-territorju nazzjonali.
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).
(2) Nru tal-UE IT-TSG-0107-01408 - 29.12.2015.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 97/2010 tal-4 ta’ Frar 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Pizza Napoletana (STG)] (ĠU L 34, 5.2.2010, p. 7).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1). Ir-Regolament tħassar u ġie sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(5) Ara n-nota 3 f’qiegħ il-paġna.
|
18.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 176/21 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2016/C 176/08)
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed jopponi għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
TALBA GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEGORAFIKA PROTETTA
Talba għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“MAROILLES”/“MAROLLES”
Nru tal-UE: FR-PDO-0217-01378 – 28.9.2015
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
|
Syndicat du Maroilles (is-Sindikat ta’ Maroilles) |
|
148, avenue du Général de Gaulle |
|
02 260 La Capelle |
|
FRANCE |
|
Tel. +33 323975757 |
|
Fax: +33 323975758 |
|
Posta elettronika: sfam@uriane.com |
Il-grupp huwa ffurmat minn produtturi tal-ħalib, bdiewa u dawk li jipproċessaw u jimmaturaw il-“Maroilles/Marolles”. Għaldaqstant, għandu d-dritt leġittimu li jipproponi emendi.
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Franza
3. L-intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwat mill-emenda
|
— |
☐ |
Isem il-prodott |
|
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
☐ |
Żona ġeografika |
|
— |
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
— |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
— |
☐ |
Rabta |
|
— |
☒ |
Tikkettar |
|
— |
☒ |
Oħrajn: Dettalji tal-kuntatt tal-korpi ta’ spezzjoni, ir-rekwiżiti nazzjonali |
4. Tip ta’ emenda(i)
|
— |
☒ |
Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma tistax titqies bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
|
— |
☐ |
Emenda tal-Ispeċifikazzjoni ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda dokument uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
5. Emenda(i)
L-intestatura “Deskrizzjoni tal-prodott”
In-natura tal-materja prima (esklussivament mill-ħalib tal-baqra) hija indikata f’din l-intestatura minħabba li ġie kkunsidrat li din kienet tikkostitwixxi element tad-deskrizzjoni tal-prodott. Għalhekk dan l-element qed jiġi mċaqlaq mill-intestatura “Metodu tal-produzzjoni” għall-intestatura “Deskrizzjoni tal-prodott”.
Id-deskritturi qed jissaħħu biex il-prodott jiġi identifikat aħjar.
|
— |
Id-dehra tal-prodott: jista’ jkollu elevazzjoni ħafifa u fuq il-ġnub ikun hemm il-marki tal-gradilji tal-maturazzjoni; |
|
— |
Id-dehra tal-qoxra: il-kulur tagħha huwa omoġenu u hija xi ftit jew wisq umda; |
|
— |
Maturazzjoni ċentralizzata (minn barra għall-ġewwa); |
|
— |
Id-dehra tal-konsistenza: il-kelmiet “kremuż u xaħmi” u “omoġenu” jitneħħew minħabba li mhumiex speċifiċi u preċiżi biżżejjed. Il-kuluri aċċettabbli huma speċifikati (il-kulur tal-konsistenza tal-ġobon jista’ jvarja minn abjad għal-lewn il-krema). Il-ġobon fih aperturi żgħar mekkaniċi ikkawżati bil-fermentazzjoni u jinħass artab meta jintmess b’qalba aktar iebsa li tirtab bi proċess ta’ maturazzjoni itwal; |
|
— |
Il-karatteristiċi organolettiċi: riħa qawwija tal-kantina, ta’ briks imxarrab u ta’ veġetazzjoni, kemmxejn ammonijaka u b’togħma ta’ ħalib kemxejn mielħa b’konsistenza aċiduża u kemxejn morra, b’togħmiet ta’ baqta (fi tmiem il-perjodu ta’ maturazzjoni) u ta’ ġellewż imżewqa bl-allium. Jekk il-proċess ta’ maturzzjoni jkun itwal, it-togħma titqawwa u tinħass aktar. |
Il-karatteristiċi analitiċi (il-materja grassa u niexfa) huma speċifikati: Il-kontenut tax-xaħam huwa mogħti bħala grammi għal kull mitt gramma ta’ ġobon wara dessikazzjoni totali (minflok perċentwali), u l-kontenut tal-materja niexfa huwa speċifikat: il-“Maroilles”/“Marolles” fih mill-inqas 50 gramma ta’ materja niexfa (MN) għal kull mitt gramma ġobon. Qed jiġi speċifikat ukoll li l-“Maroilles”/“Marolles” fih mill-inqas 22,5 gramma ta’ materja niexfa (MN) għal kull mitt gramma ġobon.
Minħabba li t-tul tal-maturazzjoni jvarja skont l-għamla, ġie kkunsidrat li dan jikkostitwixxi element tad-deskrizzjoni tal-prodott. Għalhekk, dawn l-elementi qed jiġu mċaqalqa mill-intestatura “Metodu tal-produzzjoni” għall-intestatura “Deskrizzjoni tal-prodott”. Barra minnhekk, qed jiġi korrett żball fit-traskrizzjoni tat-test nazzjonali li kellu x’jaqsam mal-ispeċifikazzjoni rreġistrata qabel (dan l-iżball ma kienx preżenti fis-sommarju jew fis-sommarju tal-ispeċifikazzjoni rreġistrata): il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni għall-“Maroilles”/“Marolles” mhuwiex 4 iżda 5 ġimgħat jew 35 ġurnata. Barra minn hekk, il-perjodi tal-maturazzjoni għall-għamliet Mignon u Quart ittawlu b’ sebat ijiem biex isiru 28 u 21 ġurnata rispettivament b’konformità mal-prattiċi attwali. Perjodi ta’ maturazzjoni bħal dawn jippermettu li l-prodott jesprimi aħjar il-karatteristiċi organolettiċi u d-diversità aromatika tiegħu.
Sabiex id-deskrizzjoni tal-għamliet differenti tal-ġobon tkun aktar ċara, barra mid-dimensjonijiet interni tal-forom, kull għamla qed tiġi deskritta skont il-piż totali tal-materja niexfa u skont it-tul tal-perjodu ta’ maturazzjoni (li biex ikun aktar preċiż qed jiġi kkalkulat mid-data meta jiżdied it-tames u jingħata bħala ġranet minflok tul ta’ ġimgħat):
|
— |
“Maroilles”/“Marolles”: 360 gramma, 35 ġurnata, |
|
— |
Il-“Maroilles”/“Marolles” Sorbais: 270 gramma, 28 ġurnata, |
|
— |
Il-“Maroilles”/“Marolles” Mignon: 180 gramma, 28 ġurnata, |
|
— |
Il-“Maroilles”/“Marolles” Quart: 90 gramma, 21 ġurnata, |
Barra minn hekk, sabiex il-kontrolli jkunu aktar oġġettivi, id-dimensjonijiet tal-ġobnijiet issa qed jingħataw ukoll permezz tad-dimensjonijiet interni tal-forom. Fil-fatt, id-dimensjonijiet tal-ġobnijiet jistgħu ma jkunux preċiżi proprju minħabba d-deformazzjoni tal-ġobnijiet.
L-intestatura “Evidenza li turi li l-prodott ġej miż-żona ġeografika”
Ġew ippreċiżati l-obbligi tal-operaturi f’dak li jirrigwarda d-dikjarazzjonijiet. Dawn il-modifiki huma marbuta ma’ evoluzzjonijiet leġiżlattivi u regolatorji nazzjonali. Huwa speċifikament previst li jiġu identifikati l-operaturi bil-ħsieb li jingħataw rikonoxximent tal-abbiltà tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, kif ukoll l-istqarrijiet neċessarji li jixhdu li għandhom l-għarfien meħtieġ u li l-prodotti li jkunu se jinbiegħu skont id-denominazzjoni tal-oriġini jkunu ġew immoniterjati u kkontrollati.
L-intestatura “Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni”
Qed tingħata definizzjoni tal-frażi “baqar tal-ħalib” (baqar li jreddgħu u baqar xotti). Din id-definizzjoni hija intiża biex tistabbilixxi b’mod ċar għal liema annimali qiegħda ssir referenza bl-użu tat-terminu “baqar li jipproduċu l-ħalib” fil-kumplament tal-ispeċifikazzjonijiet, sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni u jiġu ffaċilitati l-kontrolli.
— Il-bur
Ir-rwol ċentrali tar-ragħa, identifikat bħala aspett importanti tar-rabta maż-żona ġeografika, huwa affermat bl-iffissar ta’ perjodu minimu tar-ragħa ta’ 170 ġurnata.
Iż-żona minima disponibbli għal kull baqra tal-ħalib hija 30 ares, li minnhom tal-inqas 15 huma mergħa u l-15-il ares l-oħra huma jew mergħat jew inkella foraġġ aħdar. Dawn ir-rekwiżiti taż-żona jippermettu li żgur ikun hemm porzjon ta’ ħaxix fl-għalf tal-baqra tal-ħalib u li jittieħed kont tal-irqajja’ tal-art u tad-daqs tal-merħla, speċjalment meta l-art aċċessibbli suffiċjenti mhux dejjem tkun biżżejjed biex jinkisbu t-30 ares għal kull baqra tal-ħalib.
Sabiex jittieħed kont tal-impatt tal-flora diversifikata tal-bur fuq ir-rikkezza aromatika tal-prodott, in-natura tal-azjendi b’ringieli ta’ sġajriet fiż-żona ġeografika li tipproduċi l-ħalib biex isir il-“Maroilles”/“Marolles” hija affermata:
|
— |
90 metru lineari ta’ ringieli ta’ sġajriet għal kull ettaru taż-żona tal-foraġġ, fejn ringiela ta’ sġajriet hija definita bħala waħda li tikkonsisti prinċipalment minn weraq wesgħin. Ir-ringieli ta’ sġajriet għandhom rwol fil-preżervazzjoni tal-bur billi jiżolawh, jipproteġuh mill-bidliet imprevisti tat-temperatura u mill-umidtà u jżommu u jippromwovu r-rikkezza tal-flora li taffettwa l-kwalità tal-ħalib. Ir-ringieli ta’ sġajriet jipproteġu lill-baqar tal-ħalib mir-riħ u mix-xemx. |
|
— |
Proporzjon ta’ mill-inqas 0,65 bejn it-total tal-bur permanenti u tal-bur temporanju u ż-żona prinċipali tal-foraġġ, bl-għan li jkun hemm garanzija li mill-inqas żewġ terzi taż-żona prinċipali tal-foraġġ tkun tikkonsisti minn bur permanenti jew temporanju. Xi operaturi li oġġezzjonaw għal waħda jew aktar minn dawn id-dispożizzjonijiet (15-il ares ta’ ragħa għal kull baqra tal-ħalib, 90 metru lineari ta’ ringieli ta’ sġajriet għal kull ettaru, proporzjoni minimu ta’ 0,65) matul il-perjodu tal-oġġezzjonijiet fil-livell nazzjonali u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 15.4 tar-Regolament Nru 1151/2012 ingħataw perjodu tranżizzjonali sat-30 ta’ Ġunju 2020. |
— Ir-razzjonijiet tal-baqar tal-ħalib
Bħala indikazzjoni tal-karattru tal-għalf ibbażat fuq il-ħaxix, il-proporzjon tal-ħaxix fir-razzjoni tal-għalf (ikkalkulat fuq il-materja niexfa tal-għalf oħxon) fil-medja huwa mill-inqas 65 % fil-perjodu tar-ragħa u qatt ma jkun inqas minn 25 %. Qed jiġi speċifikat li l-porzjon tal-ħaxix jista’ jkun ħaxix tar-ragħa, ħuxlief aħdar jew mogħti fil-forma ta’ ħaxix maħżun b’aktar minn 35 % ta’ materja niexfa.
L-għalf oħxon awtorizzat huwa elenkat. Jikkorrispondi għal dak tradizzjonalment użat fiż-żona ġeografika u jirrappreżenta mill-inqas 60 % tal-materja niexfa tar-razzjoni totali ta’ kuljum.
Il-provvista ta’ għalf ikkonċentrat hija limitata għal 1 800 kg ta’ materja niexfa għal kull baqra tal-ħalib kull sena. L-ispeċifikazzjoni tinkludi lista ta’ komponenti awtorizzati f’dan l-ikel.
— Awtonomija alimentari
Biex tissaħħaħ ir-rabta maż-żona ġeografika, huwa speċifikat li mill-inqas 80 % tal-materja niexfa tal-għalf oħxon ikkunsmati annwalment minn kull baqra tal-ħalib ikunu oriġinaw fiż-żona ġeografika.
Qed tiżdied sezzjoni ma’ din il-parti biex tiddeskrivi l-itinerarju teknoloġiku tal-“Maroilles”/“Marolles”. Timmira li tiċċara liema huma l-prattiċi li jirriflettu l-għarfien tal-operaturi filwaqt li tirregola l-valuri mmirati sabiex ikunu żgurati l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott.
— Il-ħalib użat:
Biex żgur ma jintużawx prattiċi tal-ipproċessar tal-ħalib oħra, qed jiġu speċifikati l-prattiċi tal-ipproċessar tal-ħalib approvati: mhux imsajjar, termizzat jew pasturizzat. Huma awtorizzati biss it-trattamenti bis-sħana.
B’rispett għall-metodu tradizzjonali tal-produzzjoni, b’mod partikolari l-użu tal-Brevibacterium linens (il-fermentazzjoni ħamra) li jagħti lil-qoxra l-kulur tagħha, l-użu tal-koloranti huwa kompletament projbit. Qed jiġi speċifikat ukoll li l-pass tal-ixkumar tal-ħalib huwa permess iżda l-omoġenizzazzjoni tal-proteini hija projbita: l-aġġustament tal-kompożizzjoni tal-ħalib hija limitata għall-ixkumar biss.
— L-ipproċessar
Il-perjodu bejn l-ewwel ħalba u l-bidu tal-produzzjoni, li jikkorrispondi għall-inokulazzjoni mal-enżimi, huwa stabbilit għal 72 siegħa, sabiex tiġi limitata d-deterjorazzjoni fil-kwalità tal-ħalib.
L-itinerarju teknoloġiku qabel iż-żieda tat-tames huwa deskritt b’kunsiderazzjoni għall-prattiki kurrenti: fażi ta’ aċidifikazzjoni b’ fermentazzjonijiet lattiċi fil-biċċa l-kbira meżofili u l-għażla li l-ħalib jiġi inokulat bi flora speċifika għall-maturazzjoni.
Il-valuri mmirati għaż-żieda tat-tames (aċidità bejn it-18 u l-24 °D, temperatura tal-ħalib bejn it-32 u 38 °C) huma stipulati minħabba li jgħinu jiddeskrivu l-itinerarju teknoloġiku tal-prodott.
Ġiet speċifikata n-natura tat-tames. Din tiġi mix-xorrox tal-għoġġiela u tames ta’ oriġini veġetali jew mikrobika huwa projbit. Id-dożi użati huma stipulati wkoll: minn 18 sa 30 ml għal 100 l ta’ ħalib, għal estratt tames ta’ 520 g/l ta’ kimożina.
Il-frażi “Il-baqta tiġi sseparata u ma tinħasilx” titħassar u tiġi sostitwita għal aktar preċiżjoni:
|
— |
il-frażi “ma tinħasilx” tiġi sostitwita bil-frażi “u l-lattożju ma jistax jitneħħa b’mod tekniku”; |
|
— |
il-frażi “sseparata” hija sostitwita b’“il-baqta tiġi ffurmata f’kubi”, li hija deskrizzjoni aktar preċiża f’dak li għandu x’jaqsam mal-għarfien u t-teknika użata mill-operaturi. Qed jiġi indikat ukoll li l-formazzjoni tal-baqta ssir “Qabel ma l-ġobon jitqiegħed fil-forom”. |
It-terminu “spontanju” li jikkwalifika l-iskular jitħassar u jiġi sostitwit b’mod aktar preċiż b’“l-iskular fil-forma (…)”. L-intervall minimu bejn it-tpoġġija fil-forom u t-tneħħija minnhom huwa ta’ 16-il siegħa, li matulu l-ġobon irid jiddawwar mill-inqas 3 darbiet, f’kamra fejn it-temperatura mhijiex inqas minn 16 °C. Dawn il-valuri mmirati jikkorrispondu għal prattiki kurrenti li jikkonċernaw il-proċess tal-iskular.
L-istadju tat-tmelliħ ukoll qed jiġi deskritt aħjar:
|
— |
“melħ niexef” titħassar u tiġi sostitwita bil-frażi korretta “tmelliħ fin-niexef” li tiddeskrivi l-proċedura tat-tmelliħ fin-niexef u mhux in-natura tal-melħ; |
|
— |
l-ispeċifikazzjoni rreġistrata ġiet abbozzata b’mod li jista’ jagħti x’jifhem li jeżistu żewġ fażijiet fl-istadju tat-tmelliħ, iżda fil-verità l-operaturi jipprattikaw metodi differenti, jiġifieri: “tmelliħ fin-niexef; tmelliħ fin-niexef u fis-salmura, jew fis-salmura biss”. |
Sabiex id-deskrizzjoni tal-itinerarju tekniku qabel il-maturazzjoni tkun kompluta, it-tul tal-fażi tal-iskular/tal-ħmira qabel it-trasferiment lejn il-kantina tal-maturazzjoni qed tiġi definita: minimu ta’ 48 siegħa. Skont l-użanza, qed jiġi speċifikat li din il-fażi trid issir f’kamra apposta sabiex ikun hemm kontroll fuq din l-ewwel fażi tad-deaċidifikazzjoni tal-wiċċ permezz tat-tkabbir tal-ħmira u tal-moffa, li jiddetermina s-suċċess tat-tieni fażi tal-maturazzjoni bl-iżvilupp tal-fermentazzjoni ħamra.
Sabiex ikunu rregolati l-kondizzjonijiet tal-maturazzjoni li jikkontribwixxu għall-ispeċifiċità tal-prodott:
|
— |
qed jiġi deskritt il-kisi tal-kantini tal-maturazzjoni: briks jew ġebel espost, jew materjali iġjenikament inerti; |
|
— |
il-kundizzjonijiet tal-maturazzjoni qed jiġu definiti skont l-użanzi attwali: umdità minima ta’ 90 % u temperaturi li jvarjaw bejn id-9 u s-16 °C; |
|
— |
it-trattamenti li jgħaddi minnhom il-ġobon qed jiġu deskritti: mill-inqas xkupiljatura waħda, imbagħad skont l-iżvilupp tal-prodott, xkupiljatura u/jew ħasil b’soluzzjoni tal-melħ u possibiltà ta’ inokulazzjoni b’fermentazzjonijiet tal-wiċċ, li prinċipalment jikkonsistu mill-Brevibacterium linens. Id-dispożizzjoni “Il-qoxra tinħasel diversi drabi f’ilma mielaħ” titħassar minħabba li t-trattamenti tal-wiċċ qed jiġu deskritti f’aktar dettall. |
Id-dispożizzjoni “Jiddependi mill-għamla tal-ġobon, il-maturazzjoni tvarja mill-inqas ġimagħtejn għall-ġobniet iż-żgħar għal erba’ ġimgħat minimu.” titħassar minħabba li l-perjodu ta’ maturazzjoni għal kull għamla huwa speċifikat fil-Kapitolu 2 “Deskrizzjoni tal-prodott”.
Id-dispożizzjoni “Il-kulur oranġjo akkwistat matul dan il-proċess ta’ maturazzjoni huwa kompletament dovut għall-fermentazzjonijiet naturali ħomor” titħassar minħabba li fil-punt “Produzzjoni tal-ġobon - ħalib użat” qed jingħad li l-koloranti huma pprojbiti u li l-“fermentazzjonijiet naturali ħomor” huma wkoll identifikati (“Brevibacterium linens”).
L-intestatura “Tikkettar”
Ir-referenza għal-lowgo tal-INAO tħassret u ġiet sostitwita bl-obbligu li jitwaħħal is-simbolu tal-lowgo DOP tal-Unjoni Ewropea.
Qed jiġi speċifikat li, irrispettivament mir-referenzi regolatorji applikabbli għall-ġobnijiet kollha, l-użu ta’ kull tip ta’ terminu kwalifikattiv jew referenza oħra li takkumpanja d-denominazzjoni ta’ oriġini huwa projbit, bl-eċċezzjoni ta’ trademarks jew referenzi addizzjonali li jridu jintużaw skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-intestatura “Deskrizzjoni tal-prodott”.
L-intestatura “Oħrajn”
Referenzi dwar l-istruttura tal-korp ta’ kontroll: L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korpi uffiċjali huma aġġornati
Rekwiżiti nazzjonali: B’mod konformi mar-riforma nazzjonali tas-sistema ta’ kontroll tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini msemmija aktar ‘il fuq, ġiet miżjuda tabella li tippreżenta l-punti prinċipali li għandhom jiġu kkontrollati u l-metodu ta’ kif jiġu evalwati.
DOKUMENT UNIKU
“MAROILLES”/“MAROLLES”
Nru tal-UE: FR-PDO-0217-01378 – 28.9.2015
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Isem
“Maroilles”/“Marolles”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.3. Ġobnijiet
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Il-“Maroilles”/“Marolles” huwa ġobon prodott esklussivament mill-ħalib tal-baqra, b’konsistenza ratba, b’qoxra maħsula ta’ kulur aħmar fl-oranġjo u omoġena, li għandu għamla kwadra b’elevazzjonijiet ħfief. Il-marki tal-gradilji jidhru fuq l-uċuh kollha. Il-qalba hija ta’ kulur abjad f’lewn il-krema u fiha aperturi mekkaniċi jew ta’ fermentazzjoni u tinħass ratba meta tintmess.
Il-“Maroilles”/“Marolle” għandu għamla kwadra bi ħxuna ta’ madwar 12,5 sa 13-il cm (din hija d-dimensjoni interna tal-forom) u jieħu għamla differenti skont l-ismijiet addizzjonali tiegħu: Sorbais: 12 sa 12,5 cm; Mignon: 11 sa 11,5 cm u Quart: 8 sa 8,5 cm;
Il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni, ikkalkulat minn meta jiżdied it-tames, huwa:
|
— |
35 ġurnata għall-“Maroilles”/“Marolles”; |
|
— |
28 ġurnata għall-“Maroilles”/“Marolles” Sorbais u għall-“Maroilles”/“Marolles” Mignon; |
|
— |
21 ġurnata għall-“Maroilles”/“Marolles” Quart: |
Fih minimu ta’ 45 g xaħam għal kull 100 g ġobon wara d-dessikazzjoni totali u mill-inqas 50 g MN għal kull 100 g ġobon, jew mill-inqas 22,5 g xaħam għal kull 100 g ġobon.
Il-“Maroilles”/“Marolles” għandu riħa qawwija tal-kantina, briks imxarrab u veġetazzjoni, kemxejn ammonijaka u b’togħma ta’ ħalib kemxejn mielħa b’konsistenza aċiduża u kemxejn morra, b’togħmiet ta’ baqta (fi tmiem il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni) u ġellewż imżewqa bl-allium. Jekk il-proċess ta’ maturazzjoni jkun itwal, it-togħma tiegħu titqawwa u tinħass aktar.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-baqar tal-ħalib jirgħu mill-inqas 170 ġurnata kull sena u kull baqra għandha minimu ta’ 30 ares li minnhom mill-inqas 15-il ares huma mergħa; Il-bqija tal-ares huma fil-forma ta’ ħaxix maħsud.
Matul il-perjodu tar-ragħa, il-parti tal-ħaxix tirrappreżenta mill-inqas 65 % tal-medja tal-materja niexfa tal-għalf oħxon. Tul is-sena, il-proporzjon tal-ħaxix fir-razzjon ta’ kuljum ma jistax ikun inqas minn 25 % tal-materja niexfa tal-għalf oħxon.
Il-provvista addizzjonali ta’ għalf ikkonċentrata hija limitata għal 1 800 kg ta’ materja niexfa għal kull baqra tal-ħalib kull sena.
Mill-inqas 80 % tal-materja niexfa tal-għalf oħxon huma ġejjin miż-żona ġeografika. Il-materja prima l-oħra maħsuba għall-ikel tal-baqar tal-ħalib tista’ tiġi wkoll miż-żona speċjalment meta l-azjenda agrikola jkollha l-kultivazzjonijiet. Madankollu, minħabba d-daqs żgħir taż-żona ġeografika u l-fatt li l-azjendi agrikoli ma jipproduċux din il-materja prima kollha, mhuwiex obbligatorju li l-għalf ikkonċentrat jiġi miż-żona ġeografika. Għal konsum annwali ta’ madwar 7 000 kg ta’ materja niexfa għal kull baqra, li minnhom 1 800 kg ġej mill-konċentrati, il-proporzjon tal-għalf li joriġina miż-żona ġeografika jrid ikun mill-inqas 59 %.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-produzzjoni tal-ħalib, il-manifattura u l-maturazzjoni tal-ġobon jridu jsiru fiż-żona ġeografika deskritta fil-paragrafu 4 tad-dokument uniku.
3.5. Regolamenti speċifiċi applikabbli għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li għalih tagħmel referenza d-denominazzjoni
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem
It-tikketta jrid ikollha l-isem tad-denominazzjoni tal-oriġini miktub b’ittri b’kobor ta’ bejn wieħed u ieħor żewġ terzi tal-akbar ittri li jinsabu fuq it-tikketta kif ukoll is-simbolu DOP tal-Unjoni Ewropea.
L-ismijiet supplimentari skont il-każ iridu jidru qrib isem id-denominazzjoni.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Id-Dipartiment ta’ Nord: Aibes, Anor, Aulnoye-Aymeries, Avesnelles, Avesnes-sur-Helpe, Bachant, Baives, Bas-Lieu, Bazuel, Beaufort, Beaurepaire-sur-Sambre, Beaurieux, Bérelles, Berlaimont, Beugnies, Boulogne-sur-Helpe, Bousignies-sur-Roc, Cartignies, Catillon-sur-Sambre, Choisies, Clairfayts, Cousolre, Damousies, Dimechaux, Dimont, Dompierre-sur-Helpe, Dourlers, Eccles, Eclaibes, Ecuélin, Eppe-Sauvage, Étroeungt, Felleries, Féron, Flaumont-, Floursies, Floyon, Fontaine-au-Bois, Fourmies, Glageon, Grand-Fayt, Haut-Lieu, Hecq, Hestrud, La Groise, Landrecies, Larouillies, Le Favril, Leval, Lez-Fontaine, Limont-Fontaine, Liessies, Locquignol, Marbaix, Maroilles, Monceau-Saint-Waast, Moustier-en-Fagne, Noyelles-Sur-Sambre, Obrechies, Ohain, Ors, Petit-Fayt, Pommereuil, Pont-sur-Sambre, Preux-aux-Bois, Prisches, Quievelon, Rainsars, Ramousies, Rejet-de-Beaulieu, Robersart, Solre-le-Château, Solrinnes, Trélon, Saint-Aubin, Sains-du-Nord, Saint-Hilaire-sur-Helpe, Saint-Rémy-Chaussée, Sars-Poteries, Sassegnies, Sémeries, Semousies, Taisnières-en-Thiérache, Wallers-en-Fagne, Wattignies-la-Victoire, Waudrechies, Wignehies, Willies.
Id-Dipartiment ta’ l’Aisne: Any-Martin-Rieux, Archon, Aubenton, Autreppes, Bancigny, Barzy-en-Thiérache, Beaumé, Bergues-sur-Sambre, Besmont, Brunehamel, Boué, Bucilly, Buire, Burelles, Buironfosse, Braye-en-Thiérache, Chigny, Clairfontaine, Coingt, Cuiry-lès-Iviers, Crupilly, Dagny-Lambercy, Dohis, Dorengt, Englancourt, Effry, Éparcy, Erloy, Esquéhéries, Étréaupont, Etreux, Fesmy-le-Sart, Flavigny-le-Grand-et-Beaurain, Fontaine-lès-Vervins, Fontenelle, Froidestrées, Gercy, Gergny, Grandrieux, Gronard, Guise, Harcigny, Hary, Haution, Hirson, Houry, Iron, Iviers, Jeantes, La Bouteille, La Capelle, La Flamengrie, La Hérie, Laigny, Landouzy-la-Cour, Landouzy-la-Ville, La Neuville-lès-Dorengt, La-Vallée-au-Blé, Lavaqueresse, Lemé, Le-Nouvion-en-Thiérache, Lerzy, Les Autels, Leschelles, Le-Sourd, Leuze, Logny-lès-Aubenton, Lugny, Luzoir, Malzy, Marly-Gomont, Martigny, Monceau-sur-Oise, Mondrepuis, Mont-Saint-Jean, Morgny-en-Tiérache, Nampcelles-la-Cour, Neuve-Maison, Ohis, Oisy, Origny-en-Thiérache, Papleux, Parfondeval, Plomion, Prisces, Proizy, Résigny, Rocquigny, Rogny, Romery, Sommeron, Sorbais, Saint-Algis, Saint-Clément, Saint-Michel, Thenailles, Vervins, Villers-lès-Guise Voulpaix, Watigny, Wiège-Faty, Wimy.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Speċifiċità taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tal-“Maroilles”/“Marolles” tikkorrispondi għar-reġjun naturali ta’ Thiérache li jinsab fin-Nofsinhar tad-distrett ta’ Avesnes (id-dipartiment ta’ Nord) u fit-Tramuntana tad-distrett ta’ Vervins (id-dipartiment ta’ l’Aisne). Tikkonsisti f’pajsaġġ bocage ġenwin, partikolari mmens bejn il-pjanura ta’ Nord u l-pjattaforma ġibsija ta’ Picardie. L-identità ta’ Thiérache hija marbuta mill-qrib ħafna ma’ bwar ikkurazzati b’ringieli ta’ sġajriet.
Thiérache hija kkaratterizzata minn riżalt medju b’għoljiet baxxi u weqfin koperti bil-bwar u bl-injam (partikolarment tal-fraxxnu u tal-fagu), u bi preċipitazzjonijiet abbondanti (‘il fuq minn 900 mm kull sena). Il-formazzjonijiet ġeoloġiċi notevoli tagħha huma l-ħamrija Cenomanien u l-ħama taflija ramlija, sottostrati li jikkonservaw umdità għolja u temperatura relattivament kostanti. Sar stħarriġ tal-flora fuq din il-ħamrija taflija, rikka u impermeabbli li żvela l-preżenza ta’ flora rikka u diversifikata.
Minħabba li hija miftuħa ħafna għall-irjiħat tal-Lvant, li jġibu magħhom xita qawwija, l-umdità ta’ Thiérache hija aktar għolja mill-impermeabbiltà tal-ħamrija tagħha u għalhekk jikber ħafna ħaxix. Madankollu, l-ħaxix ma jinbitx b’mod kostanti u allura l-ħsad mhuwiex regolari.
Lura fl-1930, fil-Kungress Nazzjonali tal-Industrija tal-Ħalib, Albert Ledant kien diġà ġibed l-attenzjoni lejn il-karatteristiċi partikolari ta’ Thiérache, b’mod partikolari għas-substrati tal-ħamrija u l-klima umda tagħha, minħabba fid-daqs tal-foresti, il-firxa wiesgħa tal-veġetazzjoni erbaċea, il-kenn konsiderevoli maħluq bir-ringieli ta’ sġajriet u affarijiet oħrajn.
Mil-lat uman, l-oriġni tal-“Maroilles”/“Marolles” bla dubju ta’ xejn hija marbuta mal-Abbatija ta’ Saint-Humbert ta’ Maroilles, imwaqqfa fis-seklu seba’ u li l-azjendi agrikoli tagħha kienu jinsabu prinċipalment fid-distretti preżenti ta’ Avesnes u Vervins.
Fis-seklu dsatax sar żvilupp fit-trobbija tal-bhejjem fi Thiérache u fl-użu aktar mifrux tal-biedja tal-mergħat, ikkaratterizzati mill-konverżjoni ta’ art agrikola fi bwar parzjalment iċċirkondati b’ringieli ta’ sġajriet. Minħabba li l-ammonti maħsuda tal-ħuxlief mill-artijiet kienu rregolari, l’“herbagers” (hekk kif kienu jissejħu l-bdiewa fi Thiérache) irrikorrew għal foraġġ ieħor prodott lokalment (it-tiben, u aktar riċenti l-qamħirrum) u għal foraġġ li joriġina minn prodotti sekondarji ta’ prodotti ta’ ikel lokali: qmuħ tal-birra, għeruq taċ-ċikwejra, u polpa tal-pitravi pereżempju. Illum il-ġurnata s-sistema ta’ trobbija tal-baqar tal-ħalib li l-ħalib tagħhom huwa maħsub għall-produzzjoni tal-“Maroilles”/“Marolles” xorta għadha tissodisfa dawk il-karatteristiċi.
Il-“Maroilles”/“Marolles” oriġinarjament kien prodott esklussivament mill-irziezet. L-irziezet kellhom kantini magħmula mill-briks u xi kultant mill-ġebel blu, umdi, orjentati lejn il-Lbiċ, b’ċirkolazzjoni tajba tal-arja u b’temperatura moderata. Dawn il-kundizzjonijiet jiffavorixxu l-iżvilupp tal-fermentazzjoni ħamra fuq il-ġobon prodott fuq l-azjenda agrikola. Mill-aħħar tas-seklu dsatax ‘il quddiem, l-ispeċjalisti tal-maturazzjoni li jixtru l-ġobon lokalment jew mir-razzett, iwassluh għall-maturità fil-kantini tagħhom stess. Saħansitra llum il-ġurnata, il-kundizzjonijiet ambjentali ta’ dawn il-kantini ġew ippreżervati u qed jiġu prodotti mill-ġdid f’istallazzjonijiet aktar moderni. L-ispeċjalisti tal-maturazzjoni jieħdu ħsieb il-ġobon il-ħin kollu, jixkupiljawh u/jew jaħsluh (b’ilma xi ftit jew wisq immellaħ, bil-fermentazzjonijiet jew mingħajrhom), skont kif jiżviluppa l-ġobon sabiex jaċċelleraw l-impjantazzjoni jew l-iżvilupp tal-fermentazzjonijiet u biex jipprevjenu li l-moffa (tipikament il-moffa blu) tibqa’ fuq il-wiċċ.
Speċifiċità tal-prodott
Il-“Maroilles”/“Marolles” huwa ġobon bil-qoxra maħsula, li għandu konsistenza ratba u ffermentata. L-għamla tiegħu hija kwadra bi ħxuna ta’ bejn it-12,5 u t-13-il ċentimetru. Jista’ jinbiegħ ukoll f’għamliet iżgħar: is-Sorbais, il-Mignon u l-Quart.
Il-karatteristiċi tal-“Maroilles”/“Marolles” huma:
|
— |
qoxra ħamra fl-oranġjo omoġena |
|
— |
qalba li tinħass ratba meta tintmess |
|
— |
riħa qawwija u karatteristika, kemxejn ammonijaka, |
|
— |
riħa qawwija tal-kantina, briks imxarrab u veġetazzjoni, kemxejn ammonijaka u b’togħma ta’ ħalib kemxejn mielħa b’konsistenza aċiduża u kemxejn morra, b’togħmiet ta’ baqta (fi tmiem il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni) u ġellewż imżewqa bl-allium. Dawn il-karattarestiċi jinħassu aktar u aktar jekk il-perjodu ta’ maturazzjoni jkun itwal. |
Rabta kawżali
L-elementi karatteristiċi tal-ambjent naturali taż-żona ġeografika jispjegaw il-bur permanenti, saħansitra fil-perjodu tas-Sajf, iżda jispjegaw ukoll il-permeabbiltà fjakka tal-ħamrija f’ċertu perjodi u d-diffikultà tar-ragħa tal-ħaxix. Ix-xita abbondanti u regolari toħloq diffikultà għall-ġbir u l-konservazzjoni tal-ħaxix. Minkejja dawn ir-restrizzjonijiet, Thiérache jibqa’ reġjun iddedikat għall-produzzjoni tal-ħalib. Il-produzzjoni ta’ foraġġ lokali ieħor tippermetti li tingħalef il-merħla matul perjodi meta l-ħaxix ma jkunx aċċessibbli jew ikun disponibbli biss fi kwantitajiet insuffiċjenti. Il-pajsaġġ huwa idealment adattat għall-produzzjoni tal-foraġġ u għar-ragħa tal-bhejjem. Ir-ringieli ta’ sġajriet jipproteġu kontra bidliet imprevisti fit-temperatura u jżommu l-umdità. Għandhom rwol ukoll fir-rikkezza tal-flora fil-bwar u b’hekk jinfluwenzaw il-kwalità tal-ġobon.
Il-forma kwadra karatteristika tal-“Maroilles”/“Marolles” tirriżulta mill-forom tradizzjonali kwadri, li kienu msawra mill-injam iebes tas-siġar tipiċi taż-żona ġeografika (il-fraxxnu, il-fagu, eċċ.), li mhuwiex faċli li jitgħawweġ għal kuntrarju ta’ materjali oħra użati f’żoni fejn isir il-ġobon oħra fejn ġew żviluppati ġobnijiet tondi.
Il-klima umda taż-żona ġeografika, li tippermetti ż-żamma ta’ atmosfera partikolari fil-kantini tal-maturazzjoni, ikkumbinata mal-għarfien tal-ispeċjalisti tal-maturazzjoni fit-trattament tal-ġobon, jiffavorixxu l-iżvilupp ta’ qoxra omoġena ħamra fl-oranġjo minħabba l-fermentazzjoni ħamra u jikkontribwixxu għall-iżvilupp tat-togħma u l-aroma karatterisitika tal-“Maroilles”/“Marolles”.
Il-“Maroilles”/“Marolles” huwa ġobon verament marbut mar-reġjun tiegħu, hekk kif tixhed is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali ta’ Château-Thierry datata s-17 ta’ Lulju 1955: “Il-ġobon manifatturat f’dan ir-reġjun jakkwista l-valur tiegħu minn ħalib mhux misjur, flora batterjoloġika speċifika għar-reġjun u l-kantini tal-maturazzjoni li huma uniċi u speċifiċi għas-substrati tal-ħamrija. Dawn l-elementi kollha jirriżultaw f’ġobon li għandu dehra speċjali u togħma li ma tinsab fl-ebda reġjun ieħor.”.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-d2d8b040-611d-4631-94ed-6dc1141858c6/telechargement
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
|
18.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 176/29 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2016/C 176/09)
Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MINURI
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (2)
“VULTURE”
Nru tal-UE: IT-PDO-0105-01390 - 21.10.2015
DOP ( X ) IĠP ( ) STG ( )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
|
Consorzio di Tutela della Denominazione di Origine Protetta per l’olio extravergine di oliva Vulture |
|
Via Piano di Chiesa |
|
85027 Rapolla (PZ) |
|
ITALIA |
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Italja
3. Titlu fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwat mill-emenda
|
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
— |
☒ |
Metodu tal-produzzjoni |
|
— |
☐ |
Rabta |
|
— |
☐ |
Tikkettar |
|
— |
☒ |
Oħrajn: referenzi għall-entità ta’ kontroll miżjuda |
4. Tip ta’ emenda
|
— |
☐ |
Emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrat li tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-dokument uniku ppubblikat. |
|
— |
☒ |
Emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrat li tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li teħtieġ emenda tad-dokument uniku ppubblikat. |
|
— |
☐ |
Emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrat li tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda dokument uniku (jew xi dokument ekwivalenti). |
|
— |
☐ |
Emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ STG irreġistrat li tikkwalifika bħala minuri skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda (emendi)
Deskrizzjoni tal-prodott
Kultivar
Is-sentenza li ġejja:
Iż-Żejt taż-Żebbuġa Extraverġni DOP “Vulture” jingħasar miż-żebbuġ tal-varjetajiet li ġejjin: talanqas 70 % kultivar “Ogliarola del Vulture”; jistgħu jkunu preżenti wkoll dawn il-varjetajiet: “Coratina”, “Cima di Melfi”, “Palmarola”, “Provenzale”, “Leccino”, “Frantoio”, “Cannellino”, u “Rotondella”, sakemm l-ammont tagħhom ma jaqbiżx it-30 %, individwalment jew kollha flimkien.
tinbidel bis-sentenza:
“Iż-Żejt taż-Żebbuġa Extraverġni DOP ‘Vulture’ jingħasar miż-żebbuġ tal-varjetajiet li ġejjin: talanqas 60 % kultivar ‘Ogliarola del Vulture’; jistgħu jkunu preżenti wkoll dawn il-varjetajiet: ‘Coratina’, ‘Cima di Melfi’, ‘Palmarola’, ‘Provenzale’, ‘Leccino’, ‘Frantoio’, ‘Cannellino’, u ‘Rotondella’, ‘Nocellara’, ‘Laudolia’, sakemm l-ammont tagħhom ma jaqbiżx l-40 %, individwalment jew kollha flimkien.”
Il-proporzjon tal-kultivar “Ogliarola del Vulture” jonqos minn 70 % għal 60 % tal-ammont totali ta’ żebbuġ li minnu jinkiseb iż-żejt Vulture. Għalhekk il-proporzjon tal-varjetajiet l-oħra li jistgħu jintużaw biex jinkiseb iż-żejt Vulture DOP jiżdiedu minn 30 għal 40 %. Barra min dan, il-varjetajiet Nocellara u Laudonia ġew miżjuda ma’ dawk li jistgħu jintużaw sal-limitu ta’ 40 %.
Din l-emenda tqis il-bżonn li jiġi sfruttat it-tkabbir taż-żebbuġ fiż-żona kollha u hija ġġustifikata mill-fatt li għal ħafna snin saru analiżijiet ta’ żejt prodott fiż-żona ġeografika, kemm mill-Kamra tal-Kummerċ ta’ Potenza, li hija l-awtorità ta’ kontroll, kif ukoll mill-Università tal-Bażilikata, u rriżulta li l-proporzjonijiet ġodda ma jaffettwawx il-kwalitajiet tal-taż-żejt Vulture. Il-karatteristiċi ta’ dan iż-żejt huma ggarantiti peress li l-kultivar Ogliarola del Vulture għadha tirrappreżenta l-akbar sehem ta’ 60 %.
Permezz ta’ din iż-żieda ta’ dawn iż-żewġ varjetajiet, in-Novellara u l-Laudolia, l-art totali tal-imsaġar fiż-żona ġeografika tista’ tiġi sfruttata aħjar, filwaqt li l-karatteristiċi ewlenin tal-prodott jibqgħu jiġu ppreżervati
Aċidità
L-aċidità espressa f’aċidu olejku tonqos minn ≤ 0,5 % sa ≤ 0,38 %
Bis-saħħa tat-titjib fil-metodi u fil-proċessi ta’ produzzjoni ta’ dawn l-aħħar snin, dan il-limitu seta’ jonqos u l-kwalità taż-żejt tjiebet.
Valur tal-perossidu
Il-valur tal-perossidi (mEq O2/Kg) naqas: minn ≤ 11 sa ≤ 10 biex titjieb il-kwalità taż-żejt;
Barra minn hekk, anki fir-rigward tal-perossidi, bis-saħħa tat-titjib fil-metodi u fil-proċessi ta’ produzzjoni ta’ dawn l-aħħar snin, dan il-limitu seta’ jonqos u l-kwalità taż-żejt tjiebet.
Evalwazzjoni organolettika
Is-sentenza li ġejja titħassar:
|
|
“tadam: medja 4 – 6” |
Din l-emenda hija neċessarja minħabba li wara snin ta’ kontrolli u analiżi nstab li din il-karatteristika mhix dejjem preżenti fl-evalwazzjoni organolettika taż-żejt, anki jekk l-ispeċifikazzjoni tal-prodott ġiet imħarsa. Probabbilment din il-karatteristika ġiet inkluża fl-ispeċifikazzjoni bi żball, abbażi ta’ analiżi magħmula fuq għadd mhux rappreżentattiv ta’ kampjuni u ta’ snin, mingħajr ma ttieħed kont tal-varjabbiltà dovuta għas-snin ta’ produzzjoni differenti.
Prova tal-oriġini:
Jiżdiedu s-sentenzi li ġejjin:
Il-pjanti ta’ Ogliarola del Vulture u ta’ varjetajiet oħra jistgħu jinstabu fuq art li tikkorrispondi għall-istess medda katastali, u fuq art mifruxa fuq diversi meded tal-istess produttur jew ta’ bosta produtturi taż-żebbuġ.
F’każ li jkun hemm diversi produtturi, dawn iridu jressqu applikazzjoni waħda konġunta biex jipparteċipaw fis-sistema ta’ kontroll, jiġbru ż-żebbuġ fl-istess jum u jġibu ż-żebbuġ fl-istess ċentru ta’ għasir sabiex jippermettu u jiffaċilitaw il-kontrolli.
Dan ifisser b’mod ċar li d-distribuzzjoni meħtieġa tal-varjetajiet tista’ tiġi ssodisfata mhux biss fil-livell tal-istess medda, iżda wkoll fil-livell ta’ diversi meded li jappartjenu għal produttur wieħed jew għal diversi produtturi. F’każ li jkun hemm diversi produtturi, dawn iridu jressqu applikazzjoni waħda konġunta biex jipparteċipaw fis-sistema ta’ kontroll, jiġbru ż-żebbuġ fl-istess jum u jġibu ż-żebbuġ fl-istess ċentru ta’ għasir sabiex jippermettu u jiffaċilitaw il-kontrolli. Imsaġar taż-żebbuġ b’varjetajiet oħra tħawlu fi żminijiet differenti u wara l-imsaġar ta’ Ogliarola del Vulture u dawn il-varjetajiet ġeneralment ma jinsabux fost is-siġar taż-żebbuġ tal-varjetà ta’ Ogliarola del Vulture iżda f’diversi meded. Minħabba dan kellhom jiġu aġġustati l-ħtiġijiet tal-qtugħ u tat-tħin.
Metodu tal-produzzjoni
Is-sentenza li ġejja:
“Il-produzzjoni massima taż-żebbuġ ma tistax taqbeż it-tmien tunnellati għal kull ettaru”
tinbidel bis-sentenza:
“Il-produzzjoni massima taż-żebbuġ ma tistax taqbeż it-tmien tunnellati għal kull ettaru +20 % fis-snin ta’ abbundanza”
Ir-raġuni għal din il-bidla hija li l-produzzjoni massima ta’ tmien tunnellati hija raġonevoli matul snin normali iżda kienet ta’ ħsara għall-produtturi fis-snin ta’ abbundanza, filwaqt li għandu jitqies ukoll li l-produzzjoni taż-żebbuġ hija bbażata fuq sena iva u sena le.
L-analiżijiet imwettqa f’dawn l-aħħar snin urew li żieda ta’ 20 % fil-produzzjoni fis-snin ta’ abbundanza ma taffettwax il-karatteristiċi tal-kwalità taż-żejt “Vulture” li jibqgħu ppreżervati f’konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Tikkettar
Is-sentenza:
“Id-denominazzjoni ‘Vulture’ għandha tidher b’dawn il-karatteristiċi:
|
— |
: |
font |
: |
Korinna regular; |
|
— |
: |
daqs ta’ barra tal-ittri |
: |
24,3; |
|
— |
: |
il-kulur tas-saff ta’ fuq tal-ittri |
: |
deheb 872 U |
|
— |
: |
daqs ta’ ġewwa tal-ittri |
: |
17,9; |
|
— |
: |
kulur id-dell tal-ittri |
: |
pantone 8 580 cv; |
|
— |
: |
kulur tal-bażi kwadranti |
: |
pantone 8 580 cv |
”;
Inbidlet:
“Id-denominazzjoni tal-oriġini protetta ‘Vulture’ trid tidher fuq it-tikketta b’ittri ċari li ma jitħassrux b’kulur li jikkuntrasta sew ma’ dak tat-tikketta innifisha, b’tali mod li tingħaraf sew mill-bqija tal-indikazzjonijiet li jidhru fl-istess tikketta, hekk kif jidher fil-logo li ġej fit-Tipa Sabon Bold:
”
Din l-emenda tqis il-ħtieġa tal-produtturi li jkollhom logo aktar effettiv għal finijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni.
Żdiedet is-sentenza li ġejja:
“It-tikketta għandha turi d-dettalji mitluba mil-liġi u mir-regoli kummerċjali, is-sena ta’ produzzjoni u l-lott tal-produzzjoni.”
Din l-emenda tqis il-ħtieġa li l-ispeċifikazzjonijiet jiġu adattati għal kull bidla regolatorja.
Oħrajn
Żdiedet is-sentenza li ġejja:
“Il-kontroll tal-konformità tal-prodott għall-ispeċifikazzjoni jsir minn din l-entità ta’ kontroll skont ir-regolamenti attwali tal-UE. L-awtorità pubblika ta’ kontroll magħżula hija l-Kamra tal-Kummerċ ta’Potenza; e-mail: segreteriagenerale@pz.camcom.it – pec – ccia.potenza@pz.legalmail.it – Tel. 0971 41211 – fax 0971 412226.”
Ir-referenzi dwar l-Entità ta’ Kontroll li ma kinux inklużi fl-ispeċifikazzjoni attwali, għaldaqstant ġew miżjuda.
DOKUMENT UNIKU
“VULTURE”
Nru tal-UE: IT-PDO-0105-01390 - 21.10.2015
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Isem
“Vulture”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Fil-mument tal-ippakkjar iż-żejt taż-żebbuġa extraverġni “Vulture” DOP għandu jkollu dawn il-karatteristiċi li ġejjin:
1 -
Aċidità espressa bħala aċidu olejku: ≤ 0,38 %;
Valur tal-perossidi (mEq O2/Kg): ≤ 10;
Total ta’ polifenoli: ≥ 150;
K 232: ≤ 2,0.
2 -
Kulur: isfar ambra jagħti fl-aħdar;
Riħa/togħma:
|
element ta’ togħma ta’ frott |
: |
medja 4-6 b’riħa ta’ ħaxix maqtugħ kultant; |
|
morr |
: |
baxx/moderat, medja 2-6; |
|
pikkanti |
: |
baxx/moderat, medja 2-6. |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Iż-Żejt taż-Żebbuġa Extraverġni DOP “Vulture” jingħasar miż-żebbuġ tal-varjetajiet li ġejjin: talanqas 60 % kultivar “Ogliarola del Vulture”; jistgħu jkunu preżenti wkoll dawn il-varjetajiet: “Coratina”, “Cima di Melfi”, “Palmarola”, “Provenzale”, “Leccino”, “Frantoio”, “Cannellino”, u “Rotondella”, “Nocellara”, “Laudolia”, sakemm l-ammont tagħhom ma jaqbiżx l-40 %, individwalment jew kollha flimkien.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-proċessi kollha, jiġifieri l-produzzjoni u l-ipproċessar taż-żebbuġ u l-ħażna taż-żejt li minnu jiġi prodott id-DOP “Vulture”, jridu jitwettqu fiż-żona tal-produzzjoni.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
L-ippakkjar jista’ jsir kemm ġewwa ż-żona tal-produzzjoni, kif ukoll barra miż-żona: f’kull każ għandhom jiġu ggarantiti l-kontroll u t-traċċabbiltà billi dejjem ikun hemm imniżżel il-kunsinna taż-żejt u l-impjant tal-għasir fuq id-dokument tat-trasferiment.
Il-kummerċjalizzazzjoni għandha ssir f’kontenituri tal-ħġieġ jew tal-landa b’kapaċità li tkun inqas minn ħames litri. Il-prodott jista’ jiġi ppakkjat ukoll f’pakketti żgħar għal użu ta’ darba.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Id-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Vulture” trid tidher fuq it-tikketta b’ittri ċari li ma jitħassrux b’kulur li jikkuntrasta sew ma’ dak tat-tikketta innifisha, b’tali mod li tingħaraf sew mill-bqija tal-indikazzjonijiet li jidhru fl-istess tikketta, hekk kif jidher fil-logo li ġej fit-Tipa Sabon Bold:
Jista’ jiżdied il-kliem: “olio extravergine di oliva a denominazione di origine protetta” (żejt taż-żebbuġa extraverġni tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta), jew “olio extravergine di oliva DOP” (żejt taż-żebbuġa extraverġni DOP).
It-tikketta għandha turi d-dettalji mitluba mil-liġi u mir-regoli kummerċjali, is-sena ta’ produzzjoni u l-lott tal-produzzjoni.
L-ebda żieda mad-denominazzjoni msemmija hawn fuq hija permessa, sakemm ma tkunx stipulata espressament f’din l-ispeċifikazzjoni: il-kliem “Olio imbottigliato dal produttore all’origine”, (żejt ibbottiljat mill-produttur fil-post fejn joriġina) jew “olio imbottigliato nella zona di produzione” (żejt ibbottiljat fiż-żona tal-produzzjoni), jekk l-ibbottiljar isir minn parti terza.
Tista’ ssir referenza għal azjendi, ismijiet ta’ negozji u marki kummerċjali privati, sakemm ma jkunux b’mod li l-konsumatur jista’ jiġi mqarraq.
Tista’ ssir referenza għaż-żejt miksub bil-metodu bijoloġiku fit-tismija jew fil-logo.
Il-prodott li jinbiegħ f’ippakkjar ta’ doża waħda jrid ikollu fuqu d-denominazzjoni protetta, il-kunsinna, is-sena ta’ produzzjoni u n-numru tas-serje mogħti mill-Unità ta’ kontroll.
Tikketti sekondarji u tikketti mal-għonq tal-flixkun fl-ippakkjar huma permessi.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żebbuġ użat biex jiġi prodott iż-żejt taż-żebbuġa extraverġni “Vulture” DOP irid jiġi prodott u pproċessat fi ħdan il-limiti amministrattivi tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Melfi, Rapolla, Barile, Rionero in Vulture, Atella, Ripacandida, Maschito, Ginestra u Venosa.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika definita hija kkaraterizzata u magħrufa bl-isem tal-għolja “Vulture”, vulkan estint li jinsab fiż-żona ċentrali fin-Nofsinhar tal-Appennini, madwar 60 km mill-baħar. L-imsaġar taż-żebbuġ użati fil-produzzjoni taż-żejt “Vulture” jinsabu fuq il-pendil tal-vulkan Vulture faċċata tal-Lvant u x-Xlokk, billi l-għolja tinfluwenza l-mikroklima u tipproteġi s-siġar taż-żebbuġ mill-irjieħ kesħin tax-xitwa. It-territorju definit jestendi bejn l-altitudni ta’ 400 u 700 m ‘il fuq mil-livell tal-baħar, u għandu mikroklima partikolarment karatterizzata minn klima tat-tip kontinentali bi xtiewi ġeneralment twal u kesħin, u sjuf qosra u ta’ sikwit nexfin.
Il-preċipitazzjoni medja tilħaq 750 mm fis-sena u tlaħħaq sa 1 000 mm fiż-żoni l-iżjed interni. Din hija kkonċentrata fil-perjodu tal-ħarifa u x-xitwa, u tissokta l-aktar fil-bidu tar-rebbiegħa; iżda il-preċipitazzjoni ma tonqosx anke tard fir-rebbiegħa u matul is-sajf.
It-temperatura medja annwali tvarja bejn l-14 u l-15 °C u l-iktar xhur kesħin huma Jannar u Frar b’temperaturi medji ta’ bejn 4 – 6 °C u li ta’ sikwit jinżlu wkoll taħt iż-żero: dawn huma kundizzjonijiet klimatiċi estremi li fihom jistgħu jitkabbru s-siġar taż-żebbuġ, infatti fil-partijiet l-iktar għoljin jikbru flimkien mas-siġar tal-qastan. Il-klima pjuttost kiesħa taż-żona tal-produzzjoni tirriżulta, kif isemmu bosta awturi, f’kontenut għoli ta’ polifenol fiż-żejt. Il-ħamrija tal-oriġini vulkanika hija partikolarment fertili minħabba li ġejja minn tufu vulkaniku lewċitiferu, b’kontenut għoli ta’ anidride fosforiku, potassju u ġebla tal-franka, li fiha wkoll kontenut tajjeb ta’ sustanza organika ta’ madwar 6 %. Skont riċerka li saret mill-Università tal-Bażilikata, minn Metapontum Agrobios u mill-istess Dipartiment Reġjonali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-ħamrija ta’ Vulture għandha kontenut għoli ta’ elementi li jistgħu jinbidlu - potassju (ogħla minn 450 ppm bħala medja), kalċju (ogħla minn 3 000 ppm bħala medja), manjeżju (ogħla minn 170 ppm bħala medja). Il-potassju fis-siġra jinsab prinċipalment fil-kavitajiet ċellulari f’forma jonika. Għandu rwol importanti fil-formazzjoni ta’ gluċidi u protiti, fil-proċessi ta’ assimilazzjoni, respirazzjoni u moviment tal-ilma fis-siġar. Element ieħor importanti li jikkaratterizza t-territorju u d-denominazzjoni hija l-preżenza tal-varjetà “Ogliarola del Vulture”, varjetà indiġena li tnisslet matul is-sekli b’mod naturali u bl-għajnuna tal-bdiewa li jkabbru ż-żebbuġ, u issa tokkupa ż-żona ġeografika definita. Il-varjetà ma setgħetx tikber fl-għoljiet l-iktar għoljin minħabba l-qilla tax-xitwa, u fiż-żoni l-iktar sħan minħabba l-preżenza ta’ varjetà aktar produttiva b’siġar iktar b’saħħithom u li jirreżistu temperaturi għoljin. Infatti bosta awturi jsemmu li hemm rabta bejn l-oriġini tal-varjetà u t-tolleranza għat-temperatura: il-varjetajiet indiġeni tal-lokalitajiet iktar kesħin juru tolleranza anqas għal temperaturi għoljin, waqt li l-varjetajiet indiġeni tal-lokalitajiet aktar sħan huma iktar tolleranti, u viċe versa. B’riżultat ta’ dan l-Ogliarola del Vulture tokkupa biss iż-żona tal-produzzjoni taż-żejt Vulture DOP. Fuq l-għolja Vulture, is-siġra taż-żebbuġ mhux biss hija riżors produttiv, iżda hija wkoll element li jikkaratterizza l-identità tal-pajsaġġ u tal-ambjent tat-territorju, li tipproteġi l-istess żona mid-diżastri atmosferiċi li ta’ sikwit jolqtu din iż-żona. Peress li s-siġar taż-żebbuġ jikbru fuq ix-xaqlibiet esposti tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-għolja Vulture, dawn jinsabu fuq pendil u jipproteġu l-ħamrija bl-istess mod tal-foresti fuq il-muntanji. Fi kliem ieħor jipproteġu l-istabbiltà idroġeoloġika taż-żona u jagħmluha ospitabbli għall-bniedem billi jokkupaw artijiet li minħabba l-pendil tagħhom ma setgħux jintużaw għal kwalunkwe kultivazzjoni oħra. Is-siġra taż-żebbuġ ilha tikber fiż-żona tal-Vulture sa minn żminijiet antiki, kif jidher minn diversi dokumenti storiċi fl-Arkivju Statali ta’ Potenza, fejn jinżammu bosta statistiki u rapporti storiċi li jiddeskrivu t-territorju u t-tkabbir tas-siġra taż-żebbuġ. Minn din id-dokumentazzjoni jidher li s-siġra taż-żebbuġ u l-produzzjoni taż-żejt fiż-żona ta’ Vulture ilhom għal żmien twil, u matul is-snin saru iżjed importanti fil-kuntest ekonomiku taż-żona.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit tal-Internet li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/MT/IDPagina/3335
Jew
billi żżur il-paġna uffiċjali tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u l-Forestrija (www.politicheagricole.it) u tagħfas fuq “Prodotti DOP IGP” (fuq in-naħa ta’ fuq fil-lemin tal-iskrin), u wara fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fil-ġenb, fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.
(1) ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.
(2) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.