ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 165

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
10 ta' Mejju 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 165/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 165/02

Teħid ta’ ġurament minn membri ġodda tal-Qorti Ġenerali

2

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2016/C 165/03

Teħid ta’ ġurament minn membri ġodda tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2016/C 165/04

Kawża C-476/15 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2015 minn Grupo Bimbo, S.A.B. de C.V. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-29 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-618/14, Grupo Bimbo vs UASI

4

2016/C 165/05

Kawża C-627/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Câmpulung (ir-Rumanija) fit-23 ta’ Novembru 2015 – Dumitru Gavrilescu, Liana Gavrilescu vs SC Volksbank România SA, SC Volksbank România SA – sucursala Câmpulung

4

2016/C 165/06

Kawża C-32/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Dresden (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Jannar 2016 – Ute Wunderliche vs Bulgarian Air Charter Limited

5

2016/C 165/07

Kawża C-73/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fl-10 ta’ Frar 2016 – Peter Puškár vs Finančné riaditel’stvo Slovenskej republiky

6

2016/C 165/08

Kawża C-99/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Lyon (Franza) fid-19 ta’ Frar 2016 – Jean-Philippe Lahorgue vs Ordre des avocats du barreau de Lyon, Conseil national des barreaux CNB, Conseil des barreaux européens CCBE, Ordre des avocats du barreau de Luxembourg

7

2016/C 165/09

Kawża C-102/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Belġju) fid-19 ta’ Frar 2016 – Vaditrans BVBA vs Belgische Staat

8

2016/C 165/10

Kawża C-103/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña – Sala Social (Spanja) fid-19 ta’ Frar 2016 – Jessica Porras Guisado vs Bankia SA et

9

2016/C 165/11

Kawża C-107/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Pordenone (l-Italja) fit-22 ta’ Frar 2016 – proċeduri kriminali kontra Giorgio Fidenato

10

2016/C 165/12

Kawża C-126/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Midden-Nederland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Frar 2016 – Federatie Nederlandse Vakvereniging et vs Smallsteps BV

10

2016/C 165/13

Kawża C-136/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (Il-Portugall) fis-7 ta’ Marzu 2016 – Sociedade Metropolitana de Desenvolvimento SA vs Banco Santander Totta SA

11

2016/C 165/14

Kawża C-142/16: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

13

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 165/15

Kawża T-69/16: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2016 – Ateknea Solutions Catalonia vs Il-Kummissjoni

14

2016/C 165/16

Kawża T-77/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2016 – Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni

15

2016/C 165/17

Kawża T-104/16: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2016 – Puma vs EUIPO (FOREVER FASTER)

16

2016/C 165/18

Kawża T-109/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Laboratoire de la mer vs EUIPO – Boehringer Ingelheim Pharma (RESPIMER)

16

2016/C 165/19

Kawża T-114/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Delfin Wellness vs EUIPO – Laher (Kabini infra-ħomor u sawni)

17

2016/C 165/20

Kawża T-118/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2016 – Deutsche Post vs EUIPO – bpost (BEPOST)

18

2016/C 165/21

Kawża T-126/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2016 – 1. FC Köln vs EUIPO (SPÜRBAR ANDERS)

19

2016/C 165/22

Kawża T-130/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2016 – Coesia vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ forma ċirkolari, iffurmata minn żewġ linji oblikwi ta’ kulur aħmar fejn waħda hija rifless tal-oħra)

19

2016/C 165/23

Kawża T-375/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2016 – Al Naggar vs Il-Kunsill

20

2016/C 165/24

Kawża T-376/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2016 – Yassin vs Il-Kunsill

20

2016/C 165/25

Kawża T-377/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2016 – Ezz vs Il-Kunsill

20

2016/C 165/26

Kawża T-378/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2016 – Salama vs Il-Kunsill

21

2016/C 165/27

Kawża T-528/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2016 – Bimbo vs UASI – Globo (Bimbo)

21

2016/C 165/28

Kawża T-589/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2016 – Eurorail vs Il-Kummissjoni u INEA

21

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2016/C 165/29

Kawża F-12/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2016 – ZZ vs Frontex

22

2016/C 165/30

Kawża F-14/16: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs Il-Parlament

22


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 165/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 156, 2.5.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 145, 25.4.2016

ĠU C 136, 18.4.2016

ĠU C 118, 4.4.2016

ĠU C 111, 29.3.2016

ĠU C 106, 21.3.2016

ĠU C 98, 14.3.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti Ġenerali

10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/2


Teħid ta’ ġurament minn membri ġodda tal-Qorti Ġenerali

(2016/C 165/02)

Wara l-ħatra tagħhom bħala Mħallfin tal-Qorti Ġenerali b’deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Marzu 2016 (1), għall-perijodu mit-3 ta’ April 2016 sal-31 ta’ Awwissu 2016, Z. Csehi, C. Iliopoulos, A. Marcoulli, N. Półtorak u D. Spielmann ħadu l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fit-13 ta’ April 2016.

Wara l-ħatra tagħhom bħala Mħallfin tal-Qorti Ġenerali bl-istess deċiżjoni għall-perijodu mit-3 ta’ April 2016 sal-31 ta’ Awwissu 2019, L. Calvo-Sotelo Ibáñez-Martín u V. Valančius ukoll ħadu l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fit-13 ta’ April 2016.


(1)  ĠU L 87, 2.4.2016, p. 31.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/3


Teħid ta’ ġurament minn membri ġodda tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

(2016/C 165/03)

Wara l-ħatra tagħhom bħala Mħallfin tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku b’deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Marzu 2016 (1), mill-1 ta’ April 2016, J. Sant’Anna u A. Kornezov ħadu l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fit-13 ta’ April 2016.


(1)  ĠU L 79, 30.3.2016, p. 30.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/4


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2015 minn Grupo Bimbo, S.A.B. de C.V. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-29 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-618/14, Grupo Bimbo vs UASI

(Kawża C-476/15 P)

(2016/C 165/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Grupo Bimbo, S.A.B. de C.V. (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (UASI)

Permezz ta’ digriet tal-15 ta’ Marzu 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lil Grupo Bimbo, S.A.B. de C.V. għall-ispejjeż rispettivi tagħha.


10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Câmpulung (ir-Rumanija) fit-23 ta’ Novembru 2015 – Dumitru Gavrilescu, Liana Gavrilescu vs SC Volksbank România SA, SC Volksbank România SA – sucursala Câmpulung

(Kawża C-627/15)

(2016/C 165/05)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Câmpulung

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dumitru Gavrilescu, Liana Gavrilescu

Konvenuti: SC Volksbank România SA, SC Volksbank România SA – sucursala Câmpulung

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċetti ta’ “kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt” u ta’ “suffiċjenza [adegwatezza] tal-prezz u r-remunerazzjoni, fuq naħa waħda, kontra s-servizzi jew il-merkanzija provduti bi tpartit, fuq in-naħa l-oħra” jkopru klawżola, inkluża f’kuntratt ta’ kreditu fformulat f’munita barranija bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur u li ma kinitx suġġetta għal negozjati individwali, li permezz tagħha, għall-ħlas lura tal-pagamenti mensili, id-debitur huwa obbligat isostni b’mod esklużiv ir-“riskju tal-kambju”, jiġifieri l-effett negattiv potenzjali li jikkonsisti fiż-żieda tal-obbligu tal-pagament mensili kkawżat mill-fluttwazzjoni tar-rati tal-kambju, li huwa għandu jsostni bħal konsegwenza tal-konlużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu u tar-rimbors tas-somom imħallsa abbażi tal-kuntratt ta’ kreditu f’munita li ma hijiex il-munita nazzjonali tar-Rumanija?

2)

Skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13, wieħed għandu jifhem li l-obbligu tal-konsumatur li jsostni, matul il-ħlas lura tas-self, id-differenza li tirriżulta miż-żieda tal-munita li fiha s-self ġie fformulat (CHF), jirrappreżenta ħlas li l-adegwatezza tiegħu meta mqabbel mas-servizz ipprovdut ma jistax jiġi analizzat bl-għan tal-evalwazzjoni tan-natura inġusta tiegħu?

3)

Jekk ir-risposta għal din id-domanda hija li tali klawżola ma tevitax l-evalwazzjoni tan-natura inġusta, wieħed għandu jqis li din tissodisfa r-rekwiżiti ta’ bona fide, ta’ bilanċ u ta’ trasparenza previsti mid-Direttiva, billi tippermettti lill-konsumatur jipprevedi, abbażi ta’ kriterji ċari u li jinfthiemu, il-konsegwenzi li jirriżultaw minnha fir-rigward tiegħu?

4)

Klawżola kuntrattwali bħall-[punt] 4.2 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kunratt, li permezz tagħha d-dritt li wieħed jaqleb f’munita nazzjonali kreditu fformulat fi CHF huwa rrikonoxxut lill-bank fil-każ ta’ żieda fir-rata tal-kambju li taqbeż l-10 % tal-valur tagħha fil-mument tal-iffirmar tal-kuntratt, sabiex jiġi evitat li l-[bank] ikompli jżid l-espożizzjoni tiegħu għar-riskju tal-kambju, mingħajr ma jiġi rrikonoxxut dritt simili lill-konsumatur, taqa’ fil-qasam ta’ protezzjoni tad-Direttiva 93/13 jew inkella tevita l-evalwazzjoni tan-natura inġusta?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Dresden (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Jannar 2016 – Ute Wunderliche vs Bulgarian Air Charter Limited

(Kawża C-32/16)

(2016/C 165/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Dresden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ute Wunderlich

Konvenuta: Bulgarian Air Charter Limited

Domanda preliminari

Ikun hemm kanċellazzjoni fis-sens tal-Artikolu 2(l) tar-Regolament Nru 261/2004 (1) meta l-ajruplan li jwettaq it-titjira prevista jkun telaq konformement mal-programm u jkun niżel fid-destinazzjoni b’dewmien inferjuri għal tliet sigħat, iżda jkun madankollu wettaq waqfa mhux prevista?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10)


10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fl-10 ta’ Frar 2016 – Peter Puškár vs Finančné riaditel’stvo Slovenskej republiky

(Kawża C-73/16)

(2016/C 165/07)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Peter Puškár

Konvenuti: Finančné riaditel’stvo Slovenskej republiky, Kriminálny úrad finančnej správy

Domandi preliminari

1)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea [iktar 'il quddiem il-“Karta”], li jgħid li kull persuna li d-drittijiet tiegħu nkisru, f’dan il-każ id-dritt tar-rispett għall-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, kif stabbilit fl-Artikolu 1(1) u d-dispożizzjonijiet l-oħra tad-Direttiva 95/46/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data [iktar 'il quddiem id-“Direttiva 95/46”], għandha dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-imsemmi Artikolu 47, jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju ta’ tali rimedju quddiem il-qorti amministrattiva għal obbligu fuq ir-rikorrent, sabiex jiddefendi d-drittijiet u l-libertajiet tiegħu, li qabel ikun eżawrixxa r-rimedji disponibbli għalih taħt leġiżlazzjoni speċifika, bħal-liġi Slovakka dwar l-ilmenti amministrattivi?

2)

Fil-każ ta’ ksur allegat tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, li, għall-Unjoni Ewropea, huwa prinċipalment implementat permezz tad-Direttiva 95/36 95/46, [u li jimlika] b’mod partikolari:

l-obbligu tal-Istati Membri biex jipproteġu d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali [Artikolu 1(1)],

id-dritt tal-Istati Membri li jipproċessaw data personali jekk l-ipproċessar ikun meħtieġ sabiex issir ħidma fl-interess pubbliku [Artikolu 7(e)] jew it-twettiq tal-interess leġittimi segwit mill-kontrollur jew mit-terz jew mit-terzi li d-data tagħha jiġu kkomunikati u

setgħa [ta’ restrizzjoni] eċċezzjonali tal-Istati Membri [Artikolu 13(1)(e) u (f)] meta tali restrizzjoni tikkostitwixxi miżura neċessarja sabiex tissalvagwardja interess ekonomiku jew finanzjarju importanti ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni Ewropea, inklużi fl-oqsma monetarju, baġitarju u fiskali,

id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, tad-dar u tal-komunikazzjonijiet, stabbilit fl-Artikolu 7, u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta,

jistgħu jkunu interpretati fis-sens li ma jippermettux lil Stat Membru li joħloq, mingħajr il-kunsens tal-persuna kkonċernata, listi ta’ data personali għall-finijiet tal-ġbir tat-taxxa, għalkemm il-ksib ta’ data personali mill-awtoritajiet pubbliċi għall-qirda tal-evażjoni tat-taxxa jippreżenta riskju fih innifsu?

3)

Jista’ jistiqes li lista ta’ istituzzjoni finanzjarja ta’ Stat Membru, li fiha data personali tar-rikorrent u li n-nuqqas ta’ disponibbiltà tagħha huwa ggarantit mill-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex jipproteġu din id-data kontra żvelar jew l-aċċess mhux awtorizzat fis-sens tal-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 95/46, tikkostitwixxi, sa fejn hija nkisbet mir-rikorrent mingħajr il-kunsens meħtieġ legalment tal-imsemmija istituzzjoni, motiv ta’ prova illegali li l-preżentazzjoni tiegħu għandhu jiġu miċħud mill-qorti nazzjonali skont ir-rekwiżit ta’ smigħ ġust ifformulat, fid-dritt tal-Unjoni, fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta?

4)

Qorti nazzjonali taġixxi b’mod konformi mad-dritt għal rimedju effettiv u għal smigħ ġust (li jinsabu b’mod partikolari fl-Artikolu 47 tal-Karta) jekk, wara li kkonstatat li, fil-kawża li biha hija adita, hemm differenzi bejn il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u risposta li ntbagħtet lilha mill-Qorti tal-Ġustizzja, tiffavorixxi l-pożizzjoni ta’ din tal-aħħar skont il-prinċipju ta’ lealtà stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE u fl-Artikolu 267 TFUE?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355.


10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Lyon (Franza) fid-19 ta’ Frar 2016 – Jean-Philippe Lahorgue vs Ordre des avocats du barreau de Lyon, Conseil national des barreaux “CNB”, Conseil des barreaux européens “CCBE”, Ordre des avocats du barreau de Luxembourg

(Kawża C-99/16)

(2016/C 165/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Lyon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jean-Philippe Lahorgue

Konvenuti: Ordre des avocats du barreau de Lyon, Conseil national des barreaux “CNB”, Conseil des barreaux européens “CCBE”, Ordre des avocats du barreau de Luxembourg

Domanda preliminari

Ir-rifjut li jiġi pprovdut router sikur għal aċċess għan-Netwerk Privat Virtwali tal-Avukati (RPVA) lil avukat debitament iskritt mal-Kamra tal-Avukati ta’ Stat Membru li fih huwa jixtieq jeżerċità l-professjoni ta’ avukat bħala fornitur liberu ta’ servizz huwa kuntrarju għall-Artikolu 4 tad-Direttiva 77/249/KEE (1) minħabba li jikkostitwixxi miżura diskriminatorja li tista’ tostakola l-eżerċizzju tal-professjoni bħala fornitur liberu ta’ servizzi?


(1)  Direttiva tal-Kunsill, tat-22 ta’ Marzu 1977, biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 52).


10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Belġju) fid-19 ta’ Frar 2016 – Vaditrans BVBA vs Belgische Staat

(Kawża C-102/16)

(2016/C 165/09)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vaditrans BVBA

Konvenut: Belgische Staat

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 8(6) u (8) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa msemmija fl-Artikolu 8(6) tal-istess regolament ma jistgħux jittieħdu fil-vettura?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 8(6) u (8) tar-Regolament Nru 561/2006, moqri flimkien mal-Artikolu 19 tal-istess regolament, jikser il-prinċipju ta’ legalità f’materji kriminali kif stabbilit fl-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2) sa fejn id-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq tar-Regolament Nru 561/2006 ma jipprevedux espliċitament il-projbizzjoni li l-perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa msemmija fl-Artikolu 8(6) ta’ dan l-istess regolament jittieħdu fil-vettura?

3)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, ir-Regolament Nru 561/2006 jippermetti lill-Istati Membri jipprevedu, fid-dritt nazzjonali tagħhom, il-projbizzjoni li l-perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa msemmija fl-Artikolu 8(6) ta’ dan l-istess regolament jittieħdu fil-vettura?


(1)  ĠU 2006, L 102, p. 1

(2)  ĠU 2000, C 364, p. 1.


10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña – Sala Social (Spanja) fid-19 ta’ Frar 2016 – Jessica Porras Guisado vs Bankia SA et

(Kawża C-103/16)

(2016/C 165/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Cataluña – Sala Social

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jessica Porras Guisado

Konvenuti: Bankia SA, Sección Sindical de Bankia de CCOO, Sección Sindical de Bankia de UGT, Sección Sindical de Bankia de ACCAM, Sección Sindical de Bankia de SATE, Sección Sindical de Bankia de CSICA, Fondo de Garantía Salarial (Fogasa)

Domandi preliminari

1)

Il-punt 1 tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/85 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċirkustanza ta’ “każijiet eċċezzjonali mhux konnessi mal-kundizzjoni tagħhom li huma permessi taħt il-liġi u/jew prattika nazzjonali”, bħala eċċezzjoni għall-projbizzjoni tat-tkeċċija ta’ ħaddiema tqal, li welldu jew li qed ireddgħu, hija ċirkustanza li ma hijiex ekwivalenti għal dik ta’ “raġuni waħda jew aktar mhux relatati mal-ħaddiema individwali kkonċernati” li għaliha jirreferi l-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 98/59/KE (2) tal-20 ta’ Lulju 1998, inkwantu hija iktar ristretta?

2)

Fil-każ ta’ tkeċċija kollettiva, sabiex tiġi evalwata l-eżistenza ta’ każijiet eċċezzjonali, li jiġġustifikaw it-tkeċċija ta’ ħaddiema tqal, li welldu jew li qed ireddgħu konformement mal-punt 1 tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/85, għandu jkun impost li l-ħaddiema affetwata ma tistax tiġi ttrasferita mill-ġdid f’post tax-xogħol ieħor, jew huwa suffiċjenti li jintużaw bħala ġustifikazzjoni raġunijiet ekonomiċi, tekniċi u produttivi li jaffettwaw il-post tax-xogħol tagħha?

3)

Hija konformi mal-punt 1 tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/85/KE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, li tipprojbixxi t-tkeċċija tal-ħaddiema tqal, li welldu jew li qed ireddgħu, leġiżlazzjoni, bħal dik Spanjola, li tittrasponi l-imsemmija projbizzjoni billi tistabbilixxi garanzija li skontha jekk ikun hemm nuqqas ta’ prova tar-raġunijiet li jiġġustifikaw it-tkeċċija tagħha din it-tkeċċija tiġi ddikjarata nulla (protezzjoni riparattiva) mingħajr ma tistabbilixxi projbizzjoni mit-tkeċċija (protezzjoni preventiva)?

4)

Hija konformi mal-punt 1 tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/85/KE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, leġiżlazzjoni, bħal dik Spanjola, li fil-każ ta’ tkeċċija kollettiva ma tikkontemplax prijorità għaż-żamma fl-impriża tal-ħaddiema tqal, li welldu jew li qed ireddgħu?

5)

Skont il-punt 2 tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/85, hija konformi leġiżlazzjoni nazzjonali li tqis bħala suffiċjenti ittra ta’ tkeċċija bħal dik inkwistjoni f’din il-kawża li ma tagħmel ebda riferiment għall-eżistenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali, minbarra għall-dawk li jimmotivaw it-tkeċċija kollettiva, sabiex il-ħaddiema tiġi affettwata bid-deċiżjoni ta’ terminazzjoni kollettiva?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 110).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327)


10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Pordenone (l-Italja) fit-22 ta’ Frar 2016 – proċeduri kriminali kontra Giorgio Fidenato

(Kawża C-107/16)

(2016/C 165/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Pordenone

Proċeduri kriminali kontra

Giorgio Fidenato

Domandi preliminari

1)

Skont l-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 178/02 (1), il-Kummissjoni hija marbuta, fuq talba tal-Istat Membru, li tadotta miżuri ta’ emerġenza anki meta ma jkunx hemm riskju serju u manifest għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-ambjent?

2)

Fl-ipoteżi ta’ komunikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni dwar l-ineżistenza tal-kundizzjonijiet għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza, l-Istat Membru jista’ jipproċedi skont l-Artikolu 53 tar-regolament imsemmi?

3)

L-Istat Membru jista’ jadotta miżuri ta’ emerġenza skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1829/03 (2) minkejja n-nuqqas tal-kundizzjonijiet ta’ riskju serju u manifest, abbażi tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, u jżomm tali miżuri anki wara l-komunikazzjoni tal-evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, wara li tkun eżaminat l-opinjoni tal-EFSA, dwar l-ineżistenza tal-kundizzjonijiet għall-adozzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza?


(1)  Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463).

(2)  Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 432).


10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Midden-Nederland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Frar 2016 – Federatie Nederlandse Vakvereniging et vs Smallsteps BV

(Kawża C-126/16)

(2016/C 165/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Midden-Nederland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Federatie Nederlandse Vakvereniging et

Konvenuta: Smallsteps BV

Domandi preliminari

1)

Fil-każ ta’ trasferiment tal-impriża ddikjarata f’falliment, li jseħħ fil-kuntest ta’ falliment preċedut minn pre-pack taħt l-istħarriġ tal-qorti, u intiż b’mod espliċitu sabiex jinżammu (partijiet tal-)impriża, il-proċedura Olandiża ta’ falliment hija konformi mal-għan u l-iskop tad-Direttiva 2001/23 (1) u l-Artikolu 7:666, paragrafu 1, il-parti inizjali u s-subparagrafu (a), BW, f’dan ir-rigward, (għadu) effettivament konformi mad-Direttiva?

2)

Id-Direttiva 2001/23 hija applikabbli fil-każ fejn, qabel saħansitra l-bidu tal-falliment, il-“kuratur mistenni” maħtur mill-qorti jinforma ruħu dwar is-sitwazzjoni tad-debitur, jeżamina l-possibbiltajiet ta’ eventwali bidu mill-ġdid tal-attivitajiet tal-impriża minn terz u jħejji ruħu wkoll sabiex jgħaddi għall-atti li għandhom isiru eżatt wara l-falliment sabiex jitwettaq dan il-bidu mill-ġdid permezz ta’ operazzjoni fuq assi li tinvolvi trasferiment tal-impriża tad-debitur jew ta’ parti minnha fid-data tal-falliment jew eżatt wara, u dawn l-attivitajiet huma segwiti, totalment jew parzjalment b’mod (prattikament) mhux interrott?

3)

Hemm differenza f’dan ir-rigward skont jekk il-pre-pack għandux bħala għan prinċipali t-tkomplija tal-impriża jew jekk, permezz tal-pre-pack u l-bejgħ tal-assi fil-forma ta’ “tkomplija tal-impriża” eżatt wara l-falliment, il-kuratur (mistenni) jkollux prinċipalment l-għan li jżid sal-massimu tiegħu d-dħul tat-trasferiment għall-kredituri kollha jew jekk il-qbil għat-trasferiment tal-assi jkun seħħ qabel il-falliment fil-kuntest ta’ pre-pack (tkomplija tal-impriża) u l-eżekuzzjoni tiegħu tiġi fformalizzata jew imwettqa wara l-falliment? U kif għandha tiġi analizzata din il-kwistjoni jekk l-għan huwa kemm it-tkomplija tal-impriża kif ukoll iż-żieda massima tad-dħul tat-trasferiment?

4)

Fil-kuntest ta’ pre-pack qabel il-falliment tal-impriża, il-mument tat-trasferiment tal-impriża jiġi stabbilit, għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/23 u tal-Artikoli 7:662 et seq BW li jirriżultaw minnha, bil-qbil effettiv, li jseħħ qabel il-falliment, li l-impriża tiġi ttrasferita jew dan il-mument huwa stabbilit permezz tad-data li fiha effettivament tgħaddi, miċ-ċedent għaċ-ċessjonarju, il-kwalità ta’ imprenditur tal-entità inkwistjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98).


10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (Il-Portugall) fis-7 ta’ Marzu 2016 – Sociedade Metropolitana de Desenvolvimento SA vs Banco Santander Totta SA

(Kawża C-136/16)

(2016/C 165/13)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal de Justiça

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sociedade Metropolitana de Desenvolvimento SA

Konvenut: Banco Santander Totta SA

Domandi preliminari

1)

F’tilwima bejn żewġ impriżi nazzjonali ta’ Stat Membru fir-rigward ta’ kuntratti, l-eżistenza f’tali kuntratti ta’ klawżoli ta’ ġurisdizzjoni favur Stat Membru ieħor jikkostitwixxi element ta’ natura barranija li huwa suffiċjenti sabiex jingħata lok għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 44/2001 (1) u (UE) Nru 1251/2012 (2) għad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni internazzjonali, jew huwa neċessarju li tiġi vverifikata wkoll l-eżistenza ta’ elementi oħra ta’ natura barranija?

2)

L-applikazzjoni tal-ftehim dwar ġurisdizzjoni tista’ tiġi eskluża jekk l-għażla ta’ qrati ta’ Stat Membru differenti minn dak tan-nazzjonalità tal-partijiet toħloq inkonvenjenti serji għal waħda minnhom mingħajr ma jkun jeżisti interess validu tal-parti l-oħra li jiġġustifika din l-għażla?

Fil-każ fejn jiġi konkluż li huma neċessarji elementi oħra ta’ natura barranija minbarra l-ftehim dwar ġurisdizzjoni:

3)

Il-kuntratti ta’ swap konklużi bejn SMD u Banco Santander Totta għandhom elementi ta’ natura barranija suffiċjenti sabiex jingħata lok għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 44/2001 u (UE) Nru 1215/2012 għad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni internazzjonali għad-deċiżjoni tat-tilwim li jirrigwardahom meta:

a)

Dawn l-entitajiet huma rreġistrati fi Stat Membru, il-Portugall, ikkonkludew fil-Portugall żewġ kuntratti ta’ swap komposti minn ISDA Master Agreements u żewġ konfermi, innegozjati mir-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira li kien qiegħed jirrappreżenta lil SMD;

b)

F’din in-negozzjazzjoni, ir-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira, assistit minn Banco BPI, S.A., u minn kumpannija ta’ avukati, stieden lil iktar minn bank internazzjonali wieħed sabiex jippreżentaw proposti, fejn wieħed mill-banek mistiedna kien JPMorgan;

c)

Banco Santander Totta, S.A., huwa 100 % miżmum minn Banco Santander, u huwa ddomiċiljat fi Spanja;

d)

Banco Santander Totta, S.A., aġixxa fil-kapaċità tiegħu bħala bank internazzjonali, b’sussidjarji f’varji Stati Membri, u taħt l-isem kummerċjali uniku Santander;

e)

Banco Santander Totta, S.A., ġie kkunsidrat fl-ISDA Master Agreement bħala Multibranch Party, fejn jista’ jwettaq jew jirċievi pagamenti fi kwalunkwe tranżazzjoni permezz tas-sussidjarji tiegħu f’Londra jew fil-Lussemburgu;

f)

Skont l-ISDA Master Agreement magħmul, il-partijiet jistgħu, f’każijiet speċifiċi, jittrasferixxu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom favur uffiċċji ta’ rappreżentanza jew sussidjarji oħrajn;

g)

Il-partijiet fil-kuntratti ta’ swap għażlu l-liġi Ingliża bħala dik applikabbli u kkonkludew ftehim ta’ ġurisdizzjoni fejn taw ġurisdizzjoni esklużiva u sħiħa lill-qrati Ingliżi;

h)

Il-kuntratti ġew redatti bl-Ingliż u t-terminoloġija u l-kunċetti użati huma anglo-sassoni;

i)

Il-kuntratti ta’ swap ġew konklużi bil-għan li jiġi kopert ir-riskju ta’ varjazzjoni tar-rata tal-interessi ta’ żewġ kuntratti ta’ finanzjament, it-tnejn li huma redatti bl-Ingliż u ffirmati ma’ żewġ entitajiet barranin (waħda bis-sede tagħha fil-Pajjiżi l-Baxxi u l-oħra fl-Italja), fejn f’wieħed mill-kuntratti ta’ finanzjament huwa previst li l-pagamenti tad-debituri f’self ta’ flus għandhom isiru lejn kont tal-bank HSBC Bank plc. f’Londra, f’dati ddefiniti b’riferiment għaż-żona orarja ta’ Londra, u huwa suġġett għal-liġi Ingliża u għall-qrati Ingliżi;

j)

Banco Santander Totta, S.A. aġixxa bħala intermedjarju fis-suq internazzjonali, fejn ikkonkluda kuntratti simmetriċi ta’ kopertura fil-kuntest tas-suq internazzjonali?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).

(2)  Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, p. 1).


10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/13


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-142/16)

(2016/C 165/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes u E. Manhaevem, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma wettqitx, fl-awtorizzazzjoni għall-istabbiliment ta’ impjant tal-enerġija li jaħdem bil-faħam ta’ Hamburg-Moorburg, evalwazzjoni kompleta u korretta tal-effetti fuq is-sit, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 6(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KE (1), tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa;

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-belt ta’ Hamburg ħarġet permess taħt il-leġiżlazzjoni dwar l-ilma għall-impjant tal-enerġija li jaħdem bil-faħam ta’ Moorburg li jawtorizza t-tkessiħ tal-impjant permezz tar-riċirkulazzjoni ta’ ilma li ġej mix-xmara Elbe. Fl-evalwazzjoni tal-effetti mwettqa preċedentement kien ġie indikat il-perikolu li t-teħid ta’ ilma għat-tkessiħ mill-Elbe jista’ jikkawża l-mewt tal-ħut li jemigraw kontra l-kurrent tal-Elbe, b’impatt sinjifikattiv fuq is-siti Natura 2000 li jinstabu eqreb għajn ix-xmara, li l-għanijiet ta’ konservazzjoni tagħhom jinkludu l-ispeċi kkonċernati. Finalment, l-evalwazzjoni tal-effetti nnegat madankollu impatt sinjifikattiv fuq is-siti protetti, sa fejn ikklassifikat bħala miżura ta’ attenwazzjoni tad-dannu sistema ta’ tlugħ għall-ħut installata bejn l-impjant u s-siti protetti inkwistjoni. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni tal-effetti ma twettaqx analiżi tal-effetti kumulattivi possibbli ta’ ċerti impjanti eżistenti jew li fir-rigward tagħhom intalab permess u li jinsabu eqreb għajn ix-xmara minn Moorburg.

Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE, proġett jista’ jiġi approvat, fid-dawl tal-evalwazzjoni tal-effett tiegħu, fuq is-sit biss jekk ikun jista’ jiġi eskluż li dan jippreġudika l-integrità tas-siti Natura 2000. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-eventwali approvazzjoni tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet stretti previsti fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva.

Fil-fehma tal-Kummissjoni, l-evalwazzjoni tal-effetti fuq is-sit inkwistjoni ma hijiex korretta, jew hija inkompleta, minn żewġ perspettivi. Fl-ewwel lok, is-sistema ta’ tlugħ għall-ħut ġiet kklassifikata bħala miżura ta’ attenwazzjoni fil-kuntest tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva, minkejja li skont il-kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Briels (C-521/12 (2)) din tikkostitwixxi, l-iktar l-iktar, miżura kumpensatorja fis-sens tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva. L-evalwazzjoni tħalli barra l-eżami tal-effetti kumulattivi possibbli msemmija hawn fuq. Peress li, abbażi ta’ dan, il-belt ta’ Hamburg eskludiet impatt sinjifikattiv fuq is-siti protetti fis-sens tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva, hija naqset milli tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva, bħall-eżami ta’ soluzzjonijiet alternattivi u l-interess pubbliku kbir.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.

(2)  ECLI:EU:C:2014:330


Il-Qorti Ġenerali

10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/14


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2016 – Ateknea Solutions Catalonia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-69/16)

(2016/C 165/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ateknea Solutions Catalonia, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: M. Troncoso Ferrer, C. Ruixó Claramunt u S. Moya Izquierdo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-azzjoni ammissibbli u fondata;

tiddikjara li l-Kummissjoni kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha u tordnalha tħallas lir-rikorrenti s-somma totali ta’ EUR 1 634 990,62 (li tikkorrispondi għal (i) EUR 943 046,54 minħabba dikjarazzjoni tal-ispejjeż ta’ CTT bħala konsultenti interni, flimkien mal-ispejjeż indiretti rispettivi; (ii) EUR 96 358,10 bħala danni llikwidati mitluba illegalment; u (iii) EUR 595 585,98 bħala danni kuntrattwali), miżjuda bl-interessi taħt l-Artikolu II.28.7 tal-Kuntratt bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament, kif ippubblikat fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar tad-data tal-iskadenza, miżjuda bi tliet punti perċentwali u nofs sal-ħlas komplut u sħiħ;

sussidjarjament, tordna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti s-somma totali ta’ EUR 1 303 303,98 (li tikkorrispondi għal (i) EUR 753 533,00 minħabba dikjarazzjoni tal-ispejjeż ta’ CTT bħala riżorsi ta’ partijiet terzi, flimkien mal-ispejjeż indiretti rispettivi, (ii) EUR 73 873,27 bħala danni llikwidati mitluba illegalment, u (iii) EUR 475 897,71 bħala danni kuntrattwali), miżjuda bl-interessi taħt l-Artikolu II.28.7 tal-Kuntratt bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament, kif ippubblikat fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar tad-data tal-iskadenza, miżjuda bi tliet punti perċentwali u nofs sal-ħlas komplut u sħiħ; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors imressaq mir-rikorrenti huwa bbażat fuq l-Artikolu 272 TFUE fir-rigward tal-klawżola ta’ arbitraġġ inkluża f’diversi kuntratti ffirmati bejn ir-rikorrenti u l-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (“PQ 6”).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ evalwazzjoni manifesti fir-rigward tal-fatti li jwasslu għal ksur tal-Kundizzjonijiet Ġenerali applikabbli għal kuntratti PQ 6 u l-Gwidi Finanzjarji.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji li jirregolaw l-eżekuzzjoni ta’ kuntratti mill-Kummissjoni, jiġifieri l-prinċipju ta’ bona fide u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/15


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2016 – Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-77/16)

(2016/C 165/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) u Airport Marketing Services Ltd (Dublin) (rappreżentanti: G. Berrisch, E. Vahida u I. Metaxas-Maragkidis, avukati, u B. Byrne, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, sa fejn taffettwa lir-rikorrenti, l-Artikoli 1(2), 3, 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.27339, li tiddikjara li Ryanair u Airport Marketing Services kienu rċivew għajnuna mill-Istat illegali mingħand Flugplatz GmbH Aeroville Zweibrücken (“FGAZ”) /Flughafen Zweibrücken GmbH (“FZG”) u mil-Land Rhineland-Palatine, inkompatibbli mas-suq intern; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur, mid-Deċiżjoni, tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, u tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, peress li l-Kummissjoni ma ppermettietx lir-rikorrenti jaċċedu għall-fajl tal-investigazzjoni u ma poġġithomx f’sitwazzjoni fejn ikunu jistgħu jagħmlu validament l-osservazzjonijiet tagħhom.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat it-test tal-operatur f’ekonomija tas-suq (“OES”) billi wettqet analiżi konġunta tal-ftehim għas-servizzi tal-ajruport ma’ Ryanair u l-ftehim għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ AMS. Barra minn hekk, b’mod żbaljat il-Kummissjoni rrifjutat li tibbaża ruħha fuq analiżi komparattiva. Sussidjarjament, il-Kummissjoni ma assenjatx valur xieraq lis-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, żbaljat meta ċaħdet ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tal-Land li jakkwista dawn is-servizzi; b’mod żbaljat ċaħdet il-possibbiltà li parti mis-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni setgħu ġew akkwistati għal raġunijiet ta’ interess ġenerali, ibbażat il-konklużjonijiet tagħha fuq informazzjoni inkompleta u mhux xierqa sabiex tikkalkola l-profitabbiltà, ħadet inkunsiderazzjoni perijodu ta’ żmien qasir wisq, b’mod żbaljat ibbażat l-evalwazzjoni tagħha unikament fuq ir-rotot miftiehma, u ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-esternalitajiet tan-netwerk li l-ajruport seta’ jistenna li jikseb mir-relazzjoni ma’ Ryanair.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) peress li l-Kummissjoni naqset milli tistabbilixxi selettività.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq il-ksur tal-Artikoli 107(1) u 108(2) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni wettqet żball ta’ evalwazzjoni u żball ta’ liġi meta waslet għall-konklużjoni li l-għajnuna mogħtija lil Ryanair u lil AMS kienet ekwivalenti għat-telf marġinali akkumulat tal-ajruport minflok għall-benefiċċju reali ta’ Ryanair u AMS. Il-Kummissjoni missha eżaminat sa liema punt l-allegat benefiċċju kien effettivament ġie ttrasferit lill-passiġġieri ta’ Ryanair. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma kkwantifikatx il-vantaġġ kompetittiv li Ryanair allegatament ibbenefikat minnu bis-saħħa tal-flussi ta’ ħlas (allegatament) b’telf tal-ajruport. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ma spjegatx b’mod xieraq għaliex l-irkupru tal-ammont tal-għajnuna msemmi fid-deċiżjoni kien neċessarju sabiex jiġi żgurat l-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel l-għoti tal-għajnuna.


10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/16


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2016 – Puma vs EUIPO (FOREVER FASTER)

(Kawża T-104/16)

(2016/C 165/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schunke, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali “FOREVER FAST” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 217 411

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Jannar 2016 fil-Kawża R 770/2015-1

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tordna li l-konvenut jawtorizza r-reġistrazzjoni tat-terminu “FOREVER FASTER” għall-prodotti kkontestati;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk esposti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ amministrazzjoni tajba stabbilita mil-liġijiet Ewropej.


10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/16


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Laboratoire de la mer vs EUIPO – Boehringer Ingelheim Pharma (RESPIMER)

(Kawża T-109/16)

(2016/C 165/18)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratoire de la mer (Saint-Malo, Franza) (rappreżentant: S. Szilvasi, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG (Ingelheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “RESPIMER” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 228 004

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-21 ta’ Jannar 2016, fil-Każ R 3109/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tawtorizza r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea “RESPIMER” Nru 11 228 004, għall-prodotti indikati kollha fil-klassijiet 3, 5 u 10;

tordna lil Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG tirrimborsa lir-rikorrenti l-ispejjeż kollha sostnuti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO, il-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO u l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Motivi invokati

Billi naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni d-deċiżjoni tal-4 ta’ April 2013 tal-istitut nazzjonali Franċiż tal-proprjetà intellettwali fir-rigward tal-istess trade marks, il-Ħames Bord tal-Appell naqas milli jipprovdi bażi legali għad-deċiżjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2016;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/17


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Delfin Wellness vs EUIPO – Laher (Kabini infra-ħomor u sawni)

(Kawża T-114/16)

(2016/C 165/19)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Delfin Wellness GmbH (Leonding, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Riedler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sabine Laher (Weyer, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn ikkontestat ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 1058812-0001, Nru 1058812-0002 u Nru 1058812-0003

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjonijiet tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Jannar 2016 fil-Każijiet R 849/2014-3, R 850/2014-3 u R 851/2014-3

Talbiet

tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO li għandhom in-numri ta’ Każ R 849/2014-3, R 850/2014-3 u R 851/2014-3

tikkundanna lill-EUIPO kif ukoll il-part l-oħra għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 64 tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 65(f) tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 65(1)(d) tar-Regolament Nru 6/2002.


10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/18


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2016 – Deutsche Post vs EUIPO – bpost (BEPOST)

(Kawża T-118/16)

(2016/C 165/20)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Hamacher u G. Müllejans, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: bpost NV (Brussell, il-Belġju)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “BEPOST” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 897 829

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 3107/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(4) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009.


10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/19


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2016 – 1. FC Köln vs EUIPO (SPÜRBAR ANDERS)

(Kawża T-126/16)

(2016/C 165/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: 1. FC Köln GmbH & Co. KGaA (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt, V. Töbelmann, S. Stier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “SPÜRBAR ANDERS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 468 103

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 718/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009.


10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/19


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2016 – Coesia vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ forma ċirkolari, iffurmata minn żewġ linji oblikwi ta’ kulur aħmar fejn waħda hija rifless tal-oħra)

(Kawża T-130/16)

(2016/C 165/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Coesia SpA (Bologna, l-Italja) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ forma ċirkolari, iffurmata minn żewġ linji oblikwi ta’ kulur aħmar fejn waħda hija rifless tal-oħra) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 681 151

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 1933/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2016 – Al Naggar vs Il-Kunsill

(Kawża T-375/14) (1)

(2016/C 165/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 245, 28.7.2014.


10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2016 – Yassin vs Il-Kunsill

(Kawża T-376/14) (1)

(2016/C 165/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 245, 28.7.2014.


10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2016 – Ezz vs Il-Kunsill

(Kawża T-377/14) (1)

(2016/C 165/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 245, 28.7.2014.


10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2016 – Salama vs Il-Kunsill

(Kawża T-378/14) (1)

(2016/C 165/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 245, 28.7.2014.


10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2016 – Bimbo vs UASI – Globo (Bimbo)

(Kawża T-528/15) (1)

(2016/C 165/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingiż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 381, 16.11.2015.


10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2016 – Eurorail vs Il-Kummissjoni u INEA

(Kawża T-589/15) (1)

(2016/C 165/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/22


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2016 – ZZ vs Frontex

(Kawża F-12/16)

(2016/C 165/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix imġedded il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent kif ukoll it-talba għal kumpens għad-dannu allegatament imġarrab.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni kkontestata;

jagħti lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 12 000 għal dannu mġarrab fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/22


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-14/16)

(2016/C 165/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Tymen, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix imġedded il-kuntratt bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt tar-rikorrenti kif ukoll it-talba għal danni għad-dannu morali allegatament imġarrab.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tat-28 ta’ Mejju 2015 li tiċħad it-tiġdid tal-kuntratt tagħha;

sa fejn meħtieġ, jannulla d-deċizjoni impliċita li tiċħad it-tiġdid tal-kuntratt tagħha tal-31 ta’ Mejju 2015;

sa fejn meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tas-7 ta’ Diċembru 2015 li tiċħad l-ilment tagħha;

jordna l-kundanna tal-konvenut għall-ħlas ta’ danni, stabbiliti ex aequo et bono għal EUR 115 000, bħala kumpens għad-dannu morali tagħha;

jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.