ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 151

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
28 ta' April 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 151/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7850 — EDF/CGN/NNB Group of Companies) ( 1 )

1

2016/C 151/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7802 — Amadeus/Navitaire) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 151/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2016/C 151/04

Rapport Speċjali Nru 6/2016 — Programmi ta’ qerda, kontroll u monitoraġġ għat-trażżin tal-mard tal-annimali

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2016/C 151/05

Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

4

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2016/C 151/06

Komunikazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tal-Kapitolu II tal-Protokoll 4 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (Il-Każ Nru 76958 — Color Line vs. Il-Muniċipalità ta’ Sandefjord) — Impenji offruti minn Color Line

6

2016/C 151/07

Komunikazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tal-Kapitolu II, il-Protokoll 4 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (Il-Każ Nru 76958 — Color Line/Sandefjord Municipality) — Impenji offruti mill-Muniċipalità ta’ Sandefjord

9


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2016/C 151/08

Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali

12


 

Rettifika

2016/C 151/09

Rettifika għad-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 ( ĠU C 113, 30.3.2016 )

13


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7850 — EDF/CGN/NNB Group of Companies)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 151/01)

Fl-10 ta’ Marzu 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M7850. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


28.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7802 — Amadeus/Navitaire)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 151/02)

Fid-19 ta’ Jannar 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M7802. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-27 ta’ April 2016

(2016/C 151/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1303

JPY

Yen Ġappuniż

125,79

DKK

Krona Daniża

7,4428

GBP

Lira Sterlina

0,77475

SEK

Krona Żvediża

9,1613

CHF

Frank Żvizzeru

1,0998

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,2013

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,034

HUF

Forint Ungeriż

312,12

PLN

Zloty Pollakk

4,3918

RON

Leu Rumen

4,4640

TRY

Lira Turka

3,1908

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4885

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4223

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7671

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6504

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5251

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 299,53

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,3510

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3411

HRK

Kuna Kroata

7,4773

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 915,43

MYR

Ringgit Malażjan

4,4318

PHP

Peso Filippin

52,973

RUB

Rouble Russu

73,7837

THB

Baht Tajlandiż

39,707

BRL

Real Brażiljan

3,9826

MXN

Peso Messikan

19,6578

INR

Rupi Indjan

75,1273


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

28.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/3


Rapport Speċjali Nru 6/2016

“Programmi ta’ qerda, kontroll u monitoraġġ għat-trażżin tal-mard tal-annimali”

(2016/C 151/04)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 6/2016 “Programmi ta’ qerda, kontroll u monitoraġġ għat-trażżin tal-mard tal-annimali” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu jew mill-EU Bookshop: https://bookshop.europa.eu


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

28.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/4


Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(2016/C 151/05)

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta’ kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

IL-LUSSEMBURGU

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 108, 7.4.2011

Carte d’identité d’étranger

(Karta tal-identità għal persuni Barranin)

N.B. Valida biss sal-iskadenza ta’ kards maħruġa diġà

Carte de séjour de membre de famille d’un ressortissant d’un Etat membre de l’Union européenne, de l’Espace économique européen ou de la Confédération Suisse — série g

(Karta ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, taż-Żona Ekonomika Ewropea jew tal-Konfederazzjoni Żvizzera — serje G)

N.B. Valida biss sal-iskadenza ta’ kards maħruġa diġà

Carte de séjour de membre de famille d’un citoyen de l’Union ou d’un ressortissant d’un des autres Etats ayant adhéré à l’Espace économique européen ou de la Confédération suisse — série M

(Karta ta’ residenza bħala membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni jew ta’ persuna bin-nazzjonalità ta’ xi Stati ieħor li aċċeda għall-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea jew tal-Konfederazzjoni Żvizzera — Serje M)

Carte de séjour permanent de membre de famille d’un citoyen de l’Union ou d’un ressortissant d’un des autres Etats ayant adhéré à l’Espace économique européen ou de la Confédération suisse — série M

(Karta ta’ residenza permanenti ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni jew ta’ persuna bin-nazzjonalità ta’ xi wieħed mill-Istati l-oħra li aċċedew għall-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea jew tal-Konfederazzjoni Żvizzera — serje M)

Liste des elèves participant à un voyage scolaire dans l’Union européenne.

(Lista ta’ studenti li qed jieħdu sehem f’ġita skolastika fl-Unjoni Ewropea)

Cartes diplomatiques, consulaires et de légitimation délivrées par le Ministère des Affaires étrangères

(Karti tal-identità diplomatiċi, karti tal-identità u ta’ leġitimmazzjoni konsulari/kards tas-servizz maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin)

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

 

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1

 

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5

 

ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11

 

ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14

 

ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31

 

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14

 

ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12

 

ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13

 

ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5

 

ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15

 

ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9

 

ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2

 

ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15

 

ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20

 

ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5

 

ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26

 

ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8

 

ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6

 

ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5

 

ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1

 

ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26

 

ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7

 

ĠU C 199, 7.7.2012, p. 5

 

ĠU C 214, 20.7.2012, p. 7

 

ĠU C 298, 4.10.2012, p. 4

 

ĠU C 51, 22.2.2013, p. 6

 

ĠU C 75, 14.3.2013, p. 8

 

ĠU C 77, 15.3.2014, p. 4

 

ĠU C 118, 17.4.2014, p. 9

 

ĠU C 200, 28.6.2014, p. 59

 

ĠU C 304, 9.9.2014, p. 3

 

ĠU C 390, 5.11.2014, p. 12

 

ĠU C 210, 26.6.2015, p. 5

 

ĠU C 286, 29.8.2015, p. 3.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fi tmiem dan l-aġġornament.

(2)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

28.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/6


Komunikazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tal-Kapitolu II tal-Protokoll 4 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti

(Il-Każ Nru 76958 — Color Line vs. Il-Muniċipalità ta’ Sandefjord)

Impenji offruti minn Color Line

(2016/C 151/06)

1.   Introduzzjoni

Skont l-Artikolu 9 tal-Kapitolu II tal-Protokoll 4 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (Surveillance and Court Agreement - “SCA”), l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (l-“Awtorità”) tista’ tiddeċiedi – f’każijiet fejn ikollha l-ħsieb li tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li jitwaqqaf ksur u fejn il-partijiet ikkonċernati joffru li jintrabtu li jindirizzaw it-tħassib espress lilhom mill-Awtorità fil-Valutazzjoni Preliminari tagħha – li tagħmel dak l-irbit vinkolanti fuq l-impriżi. Deċiżjoni bħal din tista’ tiġi adottata għal perjodu speċifiku u tikkonkludi li ma hemmx aktar raġunijiet għal azzjoni mill-Awtorità. Skont l-Artikolu 27(4) tal-Kapitolu II tal-Protokoll 4 tal-SCA, l-Awtorità tippubblika sommarju konċiż tal-każ u l-kontenut prinċipali tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jressqu l-kummenti tagħhom sal-limitu ta’ żmien stabbilit mill-Awtorità.

2.   Sommarju tal-każ

Fil-5 ta’ Marzu 2015, l-Awtorità bdiet proċedimenti formali kontra Color Line AS, Color Transport AS u Color Group AS (“Color Line”) dwar ksur possibbli tal-Artikoli 53 u/jew 54 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea billi daħlet u/jew żammet ftehimiet tal-port mal-Muniċipalità ta’ Sandefjord li tagħti aċċess esklussiv fit-tul, u/jew protezzjoni għall-iskeda ta’ tbaħħir ta’ Color Line għad-detriment potenzjali tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ ġarr ta’ passiġġieri fuq il-baħar għal distanzi qosra b’bejgħ ħieles mit-taxxa bejn in-Norveġja u l-Iżvezja.

Fl-24 ta’ Awwissu 2015, Color Line, Fjord Line AS (“Fjord Line”) (1), u l-Muniċipalità ta’ Sandefjord daħlu fi ftehim ta’ soluzzjoni (is-“Soluzzjoni”) skont l-Artikolu 19 tal-Att dwar it-Tilwim Norveġiż. Is-Soluzzjoni temmet il-proċedimenti ċivili mibdija minn Fjord Line kontra Color Line u l-Muniċipalità ta’ Sandefjord li fost l-oħrajn kienu pendenti quddiem il-Qorti Distrettwali ta’ Sandefjord, in-Norveġja. Is-Soluzzjoni tistabbilixxi drittijiet u obbligi li jaqgħu fuq Fjord Line, Color Line u l-Muniċipalità ta’ Sandefjord dwar il-ħinijiet ta’ tbaħħir mill-Portijiet ta’ Sandefjord (in-Norveġja) u Strömstad (l-Iżvezja), u aċċess għal xi infrastruttura ġewwa l-Portijiet ta’ Sandefjord u Strömstad.

Kopja tas-Soluzzjoni ġiet ikkomunikata lill-Awtorità fl-24 ta’ Awwissu 2015. Sussegwentement, l-Awtorità għamlet ċerti riżervi għas-Soluzzjoni fir-rigward tad-drittijiet mogħtija lil Color Line u l-Muniċipalità ta’ Sandefjord. Sabiex jiġu indirizzati dawn ir-riżervi, fis-7 ta’ Settembru 2015, Color Line daħlet fi ftehim mal-Muniċipalità ta’ Sandefjord li rreveda xi obbligi u drittijiet dwar it-tqassim ta’ ħinijiet ta’ tbaħħir mill-Portijiet ta’ Sandefjord.

Wara diskussjonijiet dwar impenji ma’ Color Line u l-Muniċipalità ta’ Sandefjord, fis-7 ta’ Ottubru 2015, l-Awtorità adottat Valutazzjonijiet Preliminari skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tal-Kapitolu II tal-Protokoll 4 tal-SCA, indirizzati għal Color Line u l-Muniċipalità ta’ Sandefjord rispettivament.

Fil-Valutazzjoni Preliminari tagħha lil Color Line, l-Awtorità kienet tal-fehma li Color Line impenjat ruħha fil-prattiki kummerċjali li ġejjin li jistgħu jiksru l-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim taż-ŻEE:

Il-ftehimiet dwar il-port (qabel is-soluzzjoni tal-24 ta’ Awwissu u s-7 ta’ Settembru 2015) bejn Color Line u l-Muniċipalità ta’ Sandefjord impedixxew lill-kompetituri ta’ Color Line dħul vijabbli fuq ir-rotta ta’ trasport bil-baħar bejn Sandefjord u Strömstad. Permezz tal-ftehim fit-tul tal-Muniċipalità ma’ Color Line, u wara perjodu ta’ aċċess esklussiv diġà eċċessivament twil għal Color Line, meta mqabbel mal-investimenti magħmula, Color Line kompliet tirriżerva għaliha nfisha l-aktar ħinijiet attraenti ta’ tbaħħir u parti kbira tal-kapaċità fil-port ta’ Sandefjord għal perjodu twil ħafna ta’ żmien.

B’hekk, bid-dħul tagħha fi ftehimiet fit-tul tal-port, il-Muniċipalità ta’ Sandefjord, kif ukoll biż-żamma tad-drittijiet intenzjonati ta’ Color Line abbażi tal-ftehimiet tal-port, Color Line pprekludiet dħul u espansjoni vijabbli fis-suq rilevanti għal servizzi ta’ ġarr ta’ passiġġieri fuq il-baħar għal distanzi qosra b’bejgħ ħieles mit-taxxa fuq ir-rotta bejn Sandefjord u Strömstad.

3.   Il-kontenut prinċipali tal-impenji offruti

Color Line ma taqbilx mad-deskrizzjoni tal-Awtorità tal-prattiki tan-negozju tagħha jew mal-analiżi legali fil-Valutazzjoni Preliminari tal-Awtorità. Hija madankollu offriet impenji skont l-Artikolu 9(1) tal-Kapitolu II tal-Protokoll 4 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti biex tissodisfa t-tħassib preliminari ta’ kompetizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prattiki kummerċjali msemmija hawn fuq.

L-impenji offruti huma s-Soluzzjoni (tal-24 ta’ Awwissu 2015) u l-ftehim sussegwenti bejn Color Line u l-Muniċipalità ta’ Sandefjord (tas-7 ta’ Settembru 2015). L-impenji offruti minn Color Line u l-Muniċipalità ta’ Sandefjord għalhekk huma l-istess.

L-elementi prinċipali tal-impenji huma kif ġej:

Il-Muniċipalità ta’ Sandefjord tagħti lil Fjord Line id-dritt li topera servizzi tal-laneċ fil-port ta’ Sandefjord sal-31 ta’ Diċembru 2025. Id-dritt ta’ Color Line li topera servizz tal-laneċ fil-port ta’ Sandefjord għandu mill-1 ta’ Jannar 2020 ikun kondizzjonali fuq il-fatt li Color Line tkun allokata ħinijiet tat-tbaħħir, kif deskritt hawn taħt.

Bħala parti mill-implimentazzjoni tas-Soluzzjoni, il-pjan ta’ tbaħħir li ġej sejjer japplika kemm għal Color Line u kif ukoll Fjord Line mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2019:

Lanċa

Tluq

Wasla

Tluq:

Wasla

 

Sandefjord

Strömstad

Strömstad

Sandefjord

Color Line

07:00

09:30

10:00

12:30

Fjord Line

08:30

11:00

12:00

14:30

Color Line

10:00

12:30

13:40

16:10

Color Line

13:30

16:00

17:00

19:30

Fjord Line

15:20

17:50

18:30

21:00

Color Line

17:00

19:30

20:00

22:30

Dan il-pjan ta’ tbaħħir issostitwixxa d-deċiżjonijiet jew il-ftehimiet preċedenti dwar il-ħinijiet tat-tbaħħir.

Fir-rigward ta’ Color Line, il-ħinijiet għat-tbaħħir allokati lilha hawn fuq, japplikaw biss sal-31 ta’ Diċembru 2019. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2020, Color Line tirrinunzja għad-dritt tagħha skont il-ftehim fil-qorti għall-ħinijiet ta’ tbaħħir allokati lilha fil-pjan ta’ tbaħħir ta’ hawn fuq (2).

Fjord Line min-naħa l-oħra, għandu jkollha d-dritt li tkompli bit-tbaħħir tagħha skont dan il-pjan sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Sa tmiem il-31 ta’ Diċembru 2019, il-Muniċipalità ta’ Sandefjord għandha talloka l-ħinijiet tat-tbaħħir imħaddma minn Color Line sal-aħħar tal-2019, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2025. Din l-allokazzjoni għandha ssir skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli fiż-żmien rilevanti. L-allokazzjoni ta’ dawn il-ħinijiet tat-tbaħħir issir abbażi ta’ kriterji stabbiliti mill-Muniċipalità u mħabbra mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2016, bi skadenza ta’ applikazzjoni tal-1 ta’ Settembru 2016. Il-kriterji għandhom iħarsu l-kompetizzjoni, it-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni fundamentali, u għandhom jiġu applikati għal partijiet ġodda u eżistenti.

Mill-1 ta’ Jannar 2026, ebda kumpannija tat-tbaħħir ma tkun intitolata tuża l-port ta’ Sandefjord għal servizzi tal-laneċ, jekk il-Muniċipalità ta’ Sandefjord tixtieq tużail-port għal skopijiet oħra. Jekk is-servizzi tal-laneċ għandhom ikomplu joperaw mill-port wara l-31 ta’ Diċembru 2025, il-Muniċipalità għandha tistabbilixxi kriterji għall-allokazzjoni ta’ ħinijiet ta’ tbaħħir sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Fit-tħabbira tal-kriterji għall-għoti (għall-perjodu 2020-2025) ta’ dawk il-ħinijiet ta’ tbaħħir attwalment operati minn Color Line (3), il-Muniċipalità tiddikjara li kumpannija ta’ tbaħħir li tiġi allokata għal dak il-perjodu, u li abbażi ta’ din l-allokazzjoni daħlet fis-servizz vapur materjalment mibni mill-ġdid u vapur adattat apposta, jew vapur ġdid, ikollha dritt preferenzjali li żżomm dawk il-ħinijiet ta’ tbaħħir għal dak il-bastiment sakemm il-port jinżamm miftuħ għal servizzi tal-laneċ, għalkemm mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2030.

Dawn l-impenji jinsabu ppubblikati kollha bl-Ingliż fuq is-sit web tal-Awtorità, fuq:

www.eftasurv.int

4.   Stedina għall-Kummenti

L-Awtorità għandha l-intenzjoni li tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 9, il-Kapitolu II tal-Protokoll 4 SCA li torbot lil Color Line bl-impenji mqassra hawn fuq u ppubblikati fuq l-Internet, fuq is-sit web tal-Awtorità.

Skont l-Artikolu 27(4) tal-Kapitolu II tal-Protokoll 4 tal-SCA, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-impenji. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand l-Awtorità sa mhux aktar tard minn xahar wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-partijiet terzi interessati huma wkoll mistiedna jippreżentaw verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom, li fiha kull informazzjoni li jiddikjaraw li hija sigriet kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra għandha titħassar u tiġi ssostitwita kif xieraq b’sommarju mhux kunfidenzjali jew bil-kliem “sigrieti kummerċjali” jew “kunfidenzjali”.

Ir-risposti u l-kummenti għandhom preferibbilment ikunu motivati u għandhom jistabbilixxu l-fatti rilevanti. Jekk tidentifika problema f’kull parti tal-impenji proposti, l-Awtorità tistiednek ukoll biex tissuġġerixxi soluzzjoni possibbli.

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Awtorità skont in-numru ta’ referenza 76958 Color Line/Il-Muniċipalità ta’ Sandefjord jew bil-posta elettronika competition@eftasurv.int jew bil-posta, fl-indirizz li ġej:

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Id-Direttorat għall-Kompetizzjoni u l-Għajnuna Statali

Rue Belliard 35/Belliardstraat 35

1040 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  Fjord Line hija operatriċi ġdida fis-suq u l-ilmentatur f’dan il-każ.

(2)  Ara l-Anness 1 tas-soluzzjoni fil-qorti, fejn il-ħinijiet ta’ tbaħħir ta’ Color Line huma indikati bil-blu u l-aħdar.

(3)  Dan jirreferi għall-ħinijiet ta’ tbaħħir indikati minn linji blu u ħodor fil-pjan ta’ tbaħħir fl-Anness 1 tal-pjan ta’ soluzzjoni fil-qorti (il-ħinijiet ta’ tbaħħir attwalment operati minn Color Line).


28.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/9


Komunikazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tal-Kapitolu II, il-Protokoll 4 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti

(Il-Każ Nru 76958 — Color Line/Sandefjord Municipality)

Impenji offruti mill-Muniċipalità ta’ Sandefjord

(2016/C 151/07)

1.   Introduzzjoni

Skont l-Artikolu 9 tal-Kapitolu II tal-Protokoll 4 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (“SCA”), l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”) tista’ tiddeċiedi — f’każijiet fejn ikollha l-ħsieb li tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li jitwaqqaf proċediment ta’ ksur u fejn il-partijiet ikkonċernati joffru li jintrabtu sabiex jindirizzaw it-tħassib espress lilhom mill-Awtorità fil-Valutazzjoni Preliminari tagħha — li tagħmel dawk l-impenji vinkolanti fuq l-impriżi. Deċiżjoni bħal din tista’ tiġi adottata għal perjodu speċifiku u tikkonkludi li ma hemmx aktar raġunijiet għal azzjoni mill-Awtorità. Skont l-Artikolu 27(4) tal-Kapitolu II tal-Protokoll 4 SCA, l-Awtorità tippubblika sommarju konċiż tal-każ u l-kontenut prinċipali tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jressqu l-kummenti tagħhom sal-limitu ta’ żmien stabbilit mill-Awtorità.

2.   Sommarju tal-Każ

Fil-5 ta’ Marzu 2015, l-Awtorità bdiet proċeduri formali kontra l-Muniċipalità ta’ Sandefjord dwar ksur possibbli tal-Artikoli 53 u/jew 54 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea billi din daħlet fi u/jew sostniet ftehimiet tal-port ma’ Color Line AS u/jewColor Transport AS u/jew Color Group AS (“Color Line”) meta tagħthom aċċess esklussiv fit-tul, u/jew protezzjoni għall-iskeda ta’ tbaħħir tagħhom għad-detriment potenzjali tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-għoti ta’ servizzi bil-laneċ għal distanzi qosra b’bejgħ ħieles mit-taxxa bejn in-Norveġja u l-Iżvezja.

Fl-24 ta’ Awwissu 2015 il-Muniċipalità ta’ Sandefjord, Fjord Line AS (“Fjord Line”) (1), u Color Line daħlu fi ftehim ta’ akkordju (l-“Akkordju”) skont it-Taqsima 19 tal-Att Norveġiż dwar it-Tilwim. L-Akkordju temm il-proċeduri ċivili mibdija minn Fjord Line kontra Color Line u l-Muniċipalità ta’ Sandefjord li fost l-oħrajn kienu pendenti quddiem il-Qorti Distrettwali ta’ Sandefjord. L-Akkordju jistabbilixxi drittijiet u obbligazzjonijiet rikjesti minn Fjord Line, Color Line u l-Muniċipalità ta’ Sandefjord l-aktar rigward il-ħinijiet tat-tbaħħir mill-Portijiet ta’ Sandefjord u Strömstad, u l-aċċess għal ċerta infrastruttura fil-Portijiet ta’ Sandefjord u Strömstad.

Kopja tal-Akkordju ġiet ikkomunikata lill-Awtorità fl-24 ta’ Awwissu 2015. Sussegwentement, l-Awtorità għamlet ċerti riżervi għall-Akkordju fir-rigward tad-drittijiet mogħtija lil Color Line u lill-Muniċipalità ta’ Sandefjord. Sabiex tindirizza dawn ir-riżervi, fis-7 ta’ Settembru 2015, il-Muniċipalità ta’ Sandefjord daħlet fi ftehim ma’ Color Line li rreveda ċerti obbligi u drittijiet relatati mal-ħinijiet ta’ tbaħħir attribwiti lilha mill-port ta’ Sandefjord.

Wara li saru diskussjonijiet dwar l-impenji ma’ Color Line u l-Muniċipalità ta’ Sandefjord, fis-7 ta’ Ottubru 2015, l-Awtorità adottat Valutazzjonijiet Preliminari skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tal-Kapitolu II tal-Protokoll 4 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, indirizzati lil Color Line u lill-Muniċipalità ta’ Sandefjord rispettivament.

Fil-valutazzjoni preliminari tagħha lill-Muniċipalità ta’ Sandefjord, l-Awtorità kienet tal-fehma li l-Muniċipalità ta’ Sandefjord kienet involuta fil-prattiki kummerċjali li ġejjin li jistgħu jiksru l-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim ŻEE:

Il-ftehimiet dwar il-port (qabel l-akkordju tal-24 ta’ Awwissu u l-ftehim tas-7 ta’ Settembru 2015) bejn l-Muniċipalità ta’ Sandefjord u Color Line impedixxew lill-kompetituri ta’ Color Line dħul vijabbli fuq ir-rotta ta’ trasport bil-laneċ Sandefjord-Strömstad. Permezz tal-ftehim fit-tul bejn il-Muniċipalità ta’ Sandefjord u Color Line, u wara żmien diġà eċċessivament twil ta’ aċċess esklussiv għal Color Line, meta mqabbel mal-investimenti li saru, Color Line kompliet tirriżerva għaliha nnifisha l-aktar ħinijiet attraenti għat-tbaħħir u parti kbira tal-kapaċità fil-Port ta’ Sandefjord għal perjodu twil ħafna ta’ żmien.

B’hekk, billi daħlet fi ftehimiet tal-port fit-tul ma’ Color Line, kif ukoll billi sostniet id-drittijiet intenzjonati ta’ Color Line skont il-ftehimiet tal-port, il-Muniċipalità ta’ Sandefjord ma ppermettietx dħul vijabbli u l-espansjoni fis-suq rilevanti għal servizzi tal-laneċ għal distanzi qosra b’bejgħ ħieles mit-taxxa fuq ir-rotta bejn Sandefjord u Strömstad.

3.   Il-kontenut prinċipali tal-impenji offruti

Il-Muniċipalità ta’ Sandefjord offriet impenji skont l-Artikolu 9(1) tal-Kapitolu II tal-Protokoll 4 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti biex tissodisfa t-tħassib preliminari ta’ kompetizzjoni tal-Awtorità fir-rigward tal-prattiki kummerċjali msemmija hawn fuq.

L-impenji offruti huma l-Akkordju (tal-24 ta’ Awwissu 2015) u l-ftehim sussegwenti bejn Color Line u l-Muniċipalità ta’ Sandefjord (tas-7 ta’ Settembru 2015). L-impenji offruti minn Color Line u mill-Muniċipalità ta’ Sandefjord għalhekk huma l-istess.

L-elementi prinċipali tal-impenji huma kif ġej:

Il-Muniċipalità ta’ Sandefjord tagħti lil Fjord Line id-dritt li topera servizzi bil-laneċ fil-port ta’Sandefjord sal-31 ta’ Diċembru 2025. Id-dritt ta’ Color Line li topera servizz tal-laneċ fil-port ta’ Sandefjord għandu mill-1 ta’ Jannar 2020 ikun kondizzjonali fuq li Color Line tiġi allokata ħinijiet ta’ tbaħħir, kif deskritt hawn taħt.

Bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Akkordju, il-pjan ta’ tbaħħir li ġej se japplika kemm għal Color Line kif ukoll għal Fjord Line mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2019:

Servizz

Tluq

Wasla

Tluq

Wasla

 

Sandefjord

Strömstad

Strömstad

Sandefjord

Color Line

07:00

09:30

10:00

12:30

Fjord Line

08:30

11:00

12:00

14:30

Color Line

10:00

12:30

13:40

16:10

Color Line

13:30

16:00

17:00

19:30

Fjord Line

15:20

17:50

18:30

21:00

Color Line

17:00

19:30

20:00

22:30

Dan il-pjan ta’ tbaħħir issostitwixxa kull deċiżjoni jew ftehim preċedenti dwar il-ħinijiet tat-tbaħħir.

Fir-rigward Color Line, il-ħin allokat lilha għat-tbaħħir ta’ hawn fuq, għandu japplika biss sal-31 ta’ Diċembru 2019. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2020, Color Line għandha tirrinunzja d-dritt tagħha taħt akkordju li sar fil-qorti għall-ħin allokat lilha għat-tbaħħir fil-pjan ta’ tbaħħir ta’ hawn fuq (2).

Fjord Line min-naħa l-oħra, għandu jkollha d-dritt li tkompli bit-tbaħħir tagħha skont dan il-pjan sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Sa tmiem il-31 ta’ Diċembru 2019, il-Muniċipalità ta’ Sandefjord għandha talloka l-ħinijiet ta’ tbaħħir imħaddma minn Color Line sal-aħħar tal-2019, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2025. Din l-allokazzjoni għandha ssir skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli fiż-żmien rilevanti. L-allokazzjoni ta’ dawn il-ħinijiet ta’ tbaħħir għandha ssir abbażi tal-kriterji stabbiliti mill-Muniċipalità u mħabbra mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2016 bi skadenza tal-applikazzjoni tal-1 ta’ Settembru 2016. Il-kriterji għandhom iħarsu l-kompetizzjoni fundamentali, it-trattament indaqs u r-rekwiżiti ta’ nondiskriminazzjoni, u għandhom jiġu applikati għal partijiet eżistenti u kwalunkwe partijiet ġodda.

Mill-1 ta’ Jannar 2026, l-ebda waħda mill-kumpaniji ta’ tbaħħir ma għandha tkun intitolata li tuża l-port ta’ Sandefjord għal servizzi tal-laneċ, jekk il-Muniċipalità ta’ Sandefjord tkun tixtieq tuża l-port għal skopijiet oħra. Jekk is-servizzi tal-laneċ għandhom ikomplu joperaw mill-port wara l-31 ta’ Diċembru 2025, il-Muniċipalità għandha tistabbilixxi kriterji għall-allokazzjoni ta’ ħinijiet ta’ tbaħħir sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Meta tħabbar il-kriterji għall-għoti (għall-perjodu 2020-2025) ta’ dawk il-ħinijiet ta’ tbaħħir attwalment operati minn Color Line (3), il-Muniċipalità għandha tiddikjara li kumpannija ta’ tbaħħir li tiġi allokata ħinijiet ta’ tbaħħir għal dak il-perjodu, u li fuq il-bażi ta’ din l-allokazzjoni qiegħdet fis-servizz vapur materjalment mibni mill-ġdid u adattat apposta, jew vapur ġdid, għandu jkollha dritt preferenzjali li żżomm dawn li il-ħinijiet ta’ tbaħħir għal dak il-vapur sakemm il-port jinżamm miftuħ għal servizzi tal-laneċ, iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2030.

L-impenji offerti huma ppubblikati kollha bl-Ingliż fuq is-sit tal-Internet tal-Awtorità fuq:

www.eftasurv.int

4.   Stedina biex jintbagħtu kummenti

L-Awtorità għandha l-intenzjoni li tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 9, Kapitolu II tal-Protokoll 4 SCA li torbot lil Color Line bl-impenji li jinsabu fis-sommarju hawn fuq u ppubblikati fuq l-Internet, fuq is-sit tal-Awtorità.

Skont l-Artikolu 27(4) tal-Kapitolu II, tal-Protokoll 4 SCA, l-Awtorità tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-impenji. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand l-Awtorità sa mhux aktar tard minn xahar wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-partijiet terzi interessati huma wkoll mistiedna jippreżentaw verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom, li fiha kwalunkwe informazzjoni li jiddikjaraw li hija sigriet kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra għandha titħassar u tiġi ssostitwita kif xieraq b’sommarju mhux kunfidenzjali jew bil-kliem “sigrieti kummerċjali” jew “kunfidenzjali”.

Ir-risposti u l-kummenti għandhom preferibbilment ikunu motivati u għandhom jistabbilixxu l-fatti rilevanti. Jekk tidentifika problema fi kwalunkwe parti tal-impenji proposti, l-Awtorità tistiednek ukoll biex tissuġġerixxi soluzzjoni possibbli.

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Awtorità bin-numru ta’ referenza 76958 Color Line/Sandefjord Municipality jew bil-posta elettronika competition@eftasurv.int jew bil-posta, fl-indirizz li ġej:

EFTA Surveillance Authority

Competition and State Aid Directorate

Rue Belliard 35/Belliardstraat 35

1040 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  Fjord Line hija operatriċi ġdida fis-suq u f’dan il-każ hija l-ilmentatur.

(2)  Ara l-anness 1 tal-akkordju li sar fil-qorti, fejn il-ħinijiet ta’ tbaħħir ta’ Color Line huma indikati bil-blu u bl-aħdar.

(3)  Dan jirreferi għall-ħinijiet ta’ tbaħħir indikati minn linji blu u ħodor fil-pjan ta’ tbaħħir fl-anness 1 tal-akkordju fil-qorti (il-ħinijiet ta’ tbaħħir attwalment operati minn Color Line).


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

28.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/12


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI

(2016/C 151/08)

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjoni ġenerali li ġejja:

 

EPSO/AST/137/16 — Assistenti Lingwistiċi (AST 1) fil-lingwi li ġejjin:

 

id-Daniż (DA)

 

l-Irlandiż (GA)

 

il-Kroat (HR)

 

l-Ungeriż (HU)

 

il-Malti (MT)

 

l-Olandiż (NL)

 

is-Slovakk (SK)

 

is-Sloven (SL)

L-avviż ta’ kompetizzjoni huwa ppubblikat f’24 lingwa f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 151 A tat-28 ta’ April 2016.

Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq il-websajt tal-EPSO:

http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/


Rettifika

28.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/13


Rettifika għad-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2016

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 113 tat-30 ta’ Marzu 2016 )

(2016/C 151/09)

F’paġna 81, it-tabella tal-persunal tinbidel b’din:

“Grupp ta' Funzjoni u grad

Karigi permanenti

Karigi temporanji

2014

2015

2016

2014

2015

2016

AD 16

AD 15

1

AD 14

1

1

AD 13

AD 12

AD 11

4

5

6

AD 10

11

11

14

AD 9

29

29

31

AD 8

21

21

20

AD 7

12

13

13

AD 6

24

24

14

AD 5

Sub-total AD

102

104

99

AST 11

AST 10

AST 9

2

2

3

AST 8

3

3

4

AST 7

3

3

4

AST 6

2

2

3

AST 5

5

5

7

AST 4

7

6

6

AST 3

8

7

6

AST 2

8

5

3

AST 1

Sub-total AST

38

33

36

Total

140

137

135