ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 146

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
26 ta' April 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 146/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7988 — Rhône Capital/AP/GardaWorld Security) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 146/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2016/C 146/03

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

3

2016/C 146/04

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

4

2016/C 146/05

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

5

2016/C 146/06

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

6

2016/C 146/07

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

7

2016/C 146/08

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

8

2016/C 146/09

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

9

2016/C 146/10

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

10

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea

2016/C 146/11

Kompożizzjoni tal-Awli u assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli

11

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2016/C 146/12

Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

12


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 146/13

Sejħa għal proposti 2016 — EAC/A04/2015 — Il-Programm Erasmus+: Bidla fid-data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ fil-Greċja

14

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 146/14

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7985 — SEGRO/PSPIB/Target Assets) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

15

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 146/15

Avviż għall-attenzjoni ta' Turki Mubarak Abdullah Ahmad Al-Binali, Faysal Ahmad Bin Ali Al-Zahrani, Tuah Febriwansyah, Husayn Juaythini u Muhammad Sholeh Ibrahim li żdiedu mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da’esh) u tal-Al-Qaida, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/647

16


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

26.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7988 — Rhône Capital/AP/GardaWorld Security)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 146/01)

Fl-20 ta’ April 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M7988. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

26.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-25 ta’ April 2016

(2016/C 146/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1264

JPY

Yen Ġappuniż

124,95

DKK

Krona Daniża

7,4418

GBP

Lira Sterlina

0,77640

SEK

Krona Żvediża

9,1570

CHF

Frank Żvizzeru

1,0973

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,2735

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,047

HUF

Forint Ungeriż

311,30

PLN

Zloty Pollakk

4,3911

RON

Leu Rumen

4,4801

TRY

Lira Turka

3,2074

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4587

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4286

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7373

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6399

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5215

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 291,46

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,3141

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3145

HRK

Kuna Kroata

7,4818

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 864,34

MYR

Ringgit Malażjan

4,3982

PHP

Peso Filippin

52,808

RUB

Rouble Russu

74,6713

THB

Baht Tajlandiż

39,499

BRL

Real Brażiljan

4,0168

MXN

Peso Messikan

19,8036

INR

Rupi Indjan

75,0190


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


26.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/3


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2016/C 146/03)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikulari li tintuża biss id-denominazzjoni ta' EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta' EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti : Il-Belġju

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-Jum Dinji tat-Tfal Neqsin

Deskrizzjoni tad-disinn : Il-parti interna tal-munita tirrappreżenta fiċ-ċentru tagħha wiċċ ta' tifel mdawwar b'iskrizzjonijiet “MISSING-DISPARU-VERMIST”, “WWW.CHILDFOCUS.BE” u l-indikazzjoni trilingwa tan-nazzjonalità “BELIGIQUE-BELGIE-BELGIEN” segwita mis-sena 2016. Il-marka taz-zekka ta' Brussell, il-profil bl-elmu tal-Arkanġlu Mikiel u l-marka tal-mastru taz-zekka jinsabu rispettivament fuq ix-xellug u l-lemin tal-wiċċ.

Iċ-ċirku estern tal-munita jirrappreżenta t-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu : 1 020 000 munita

Data tal-ħruġ : Mejju 2016


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


26.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/4


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2016/C 146/04)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ : Il-Finlandja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-kittieb Finlandiż u l-poeta liriku Eino Leino

Deskrizzjoni tad-disinn : Fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-munita hemm fjamma, u seffud jippunta’ l fuq lejn il-lemin. L-iskrizzjoni “EINO LEINO”, f’nofs tond u s-sena tal-ħruġ “2016” huma mqiegħda fuq il-lemin. Fuq in-naħa tal-lemin isfel hemm l-indikazzjoni tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “FI” u l-marka taz-zekka.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

Data tal-ħruġ : April 2016


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


26.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/5


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2016/C 146/05)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż tal-ħruġ : Il-Finlandja

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-100 Anniversarju mit-twelid tal-filosfu Georg Henrik von Wright

Deskrizzjoni tad-disinn : Fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-munita hemm pilastru doriku antik, u fergħa tal-ballut fuq ix-xellug. L-iskrizzjoni “GEORG HENRIK VON WRIGHT” tinsab f’nofs ċirku mix-xellug għal-lemin u s-sena tal-ħruġ “2016” tinsab fuq in-naħa ta’ fuq, fuq il-lemin. Fuq in-naħa ta’ fuq tal-lemin hemm l-indikazzjoni tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “FI” u l-marka taz-zekka.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

Data tal-ħruġ : Ottubru 2016


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


26.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/6


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2016/C 146/06)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikulari li tintuża biss id-denominazzjoni ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti : Franza

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : François Mitterrand

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn jirrappreżenta l-profil ta’ François Mitterand qed jirrifletti. Fuq il-ġenb, is-simbolu personali tiegħu, siġra tal-ballut u taż-żebbuġ flimkien. Id-disinn huwa mdawwar fuq in-naħa ta’ fuq bid-dati taċ-ċentenarju tat-twelid tiegħu (“1916” u “2016”) kif ukoll b’ismu. Fuq in-naħa t’isfel, l-indikazzjoni tal-pajjiż emittenti “RF”.

Iċ-ċirku estern tal-munita jirrappreżenta t-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu : 10 miljuni

Data tal-ħruġ : Ottubru 2016


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


26.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/7


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2016/C 146/07)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ : Il-Latvja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Vidzeme

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-arma araldika storiċi fir-reġjun ta’ Vidzeme, il-Latvja — jew Livland. Fin-naħa ta’ fuq hemm l-iskrizzjoni tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “LATVIJA” u fin-naħa t’isfel l-iskrizzjoni “VIDZEME”. Fuq in-naħa tal-lemin hemm is-sena tal-ħruġ “2016”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

Data tal-ħruġ : Novembru 2016


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


26.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/8


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2016/C 146/08)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikulari li tintuża biss id-denominazzjoni ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti : Ir-Repubblika ta’ San Marino

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-550 anniversarju tal-mewt ta’ Donatello

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn jirrappreżenta, fuq quddiem fuq in-naħa tax-xellug, ix-xbiha tal-wiċċ ta’ David, dettall tal-iskultura fil-bronz li għamel Donatello. Fuq, fiċ-ċentru, il-marka tal-atelier “R”; fuq il-lemin, l-isem tal-pajjiż emittenti “San Marino”; isfel fuq in-naħa tal-lemin, l-iskrizzjoni “Donatello”, id-dati “1466-2016” u, fiċ-ċentru, l-inizjali tal-artist “MB”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu : 85 000 munita

Data tal-ħruġ : Il-5 ta’ April 2016


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


26.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/9


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2016/C 146/09)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż tal-ħruġ : L-Istat tal-Belt tal-Vatikan

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-200 anniversarju tal-Gwardji tal-Vatikan

Deskrizzjoni tad-disinn : Il-wiċċ nazzjonali juri membru tal-Gwardja tal-Vatikan quddiem il-Koppla tal-Bażilika ta’ San Pietru. Fin-naħa ta’ fuq, f’nofs-ċirku hemm l-iskrizzjoni “CORPO DELLA GENDARMERIA 1816-2016”. F’nofs ċirku, fil-qiegħ, hemm l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “CITTÀ DEL VATICANO”. Il-marka taz-zekka “R” tidher fuq in-naħa tax-xellug tad-disinn u l-isem tad-disinjatur “D. LONGO” jidher fuq il-lemin.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

Data tal-ħruġ : Ġunju 2016


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


26.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/10


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2016/C 146/10)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : L-Istat tal-Belt tal-Vatikan

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-Ġubilew tal-Ħniena

Deskrizzjoni tad-disinn : Il-wiċċ nazzjonali ikun fih lil San Martin ta’ Tours li qasam il-mantar tiegħu ma’ raġel fqir. Id-disinn huwa mdawwar bl-iskrizzjonijiet “GIUBILEO DELLA MISERICORDIA” fuq ix-xellug u “CITTÀ DEL VATICANO” fuq il-lemin, it-tnejn li huma f’nofs ċirku. Fuq il-lemin hemm ukoll is-sena tal-ħruġ “2016” u isfel hemm il-marka taz-zekka “R” u l-isem tal-artist “M. CRISCIOTTI”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

Data tal-ħruġ : Ottubru 2016


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea

26.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/11


Kompożizzjoni tal-Awli u assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli

(2016/C 146/11)

B’deċiżjoni tat-30 ta’ Novembru 2005 (1), it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li jiltaqa’ fi tliet Awli u f’seduta plenarja. B’deċiżjoni tal-14 ta’ April 2016, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, għall-perijodu mill-14 ta’ April 2016 sat-31 ta’ Awwissu 2016, assenja l-imħallfin lill-Awli kif ġej:

 

L-Ewwel Awla

R. BARENTS, President tal-Awla

E. PERILLO u J. SVENNINGSEN, Imħallfin

 

It-Tieni Awla

K. BRADLEY, President tal-Awla

J. SANT’ANNA u A. KORNEZOV, Imħallfin

 

It-Tielet Awla, bi tliet imħallfin

S. VAN RAEPENBUSCH, President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

E. PERILLO, J. SVENNINGSEN, J. SANT’ANNA u A. KORNEZOV, Imħallfin

F’din l-aħħar Awla, il-President ipoġġi, f’alternanza, jew mal-Imħallfin E. PERILLO u A. KORNEZOV, jew mal-Imħallfin J. SVENNINGSEN u J. SANT’ANNA, bla ħsara għall-konnessjoni bejn il-kawżi.


(1)  ĠU C 322, 17.12.2005, p. 16.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

26.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/12


Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

(2016/C 146/12)

Il-pubblikazzjoni ta’ ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fil-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (1) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen

Barra mill-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

L–ESTONJA

Informazzjoni li tieħu post l-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 434 tat-4.12.2014

Skond il-liġi ta' l-Estonja, persuni barranin li jaslu l-Estonja mingħajr ittra ta' stedina, fuq talba ta' xi gwardja uffiċjali tal-fruntiera, għandhom jipprovdu evidenza meta jidħlu fil-pajjiż li għandhom mezzi finanzjarji suffiċjenti sabiex ikopru l-ispejjeż taż-żjara tagħhom fl-Estonja u għal meta jħalluha. Mezzi finanzjarji suffiċjenti għall kull jum permess huma kkonsidrati li huma 0,2-il darba tas-salarju minimu fix-xahar implimentatati mill-Gvern tar-Repubblika, jiġifieri EUR 86.

Inkella, il-persuna li tagħmel l-istedina jkollha tieħu r-responsabbiltà għall-ispejjeż taż-żjara tal-barrani u tat-tluq tiegħu mill-Estonja.

Lista ta' pubblikazzjonijiet preċedenti

 

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19

 

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22

 

ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18

 

ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38

 

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19

 

ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8

 

ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7

 

ĠU C 304, 10.11.2010, p. 5

 

ĠU C 24, 26.1.2011, p. 6

 

ĠU C 157, 27.5.2011, p. 8

 

ĠU C 203, 9.7.2011, p. 16

 

ĠU C 11, 13.1.2012, p. 13

 

ĠU C 72, 10.3.2012, p. 44

 

ĠU C 199, 7.7.2012, p. 8

 

ĠU C 298, 4.10.2012, p. 3

 

ĠU C 56, 26.2.2013, p. 13

 

ĠU C 98, 5.4.2013, p. 3

 

ĠU C 269, 18.9.2013, p. 2

 

ĠU C 57, 28.2.2014, p. 1

 

ĠU C 152, 20.5.2014, p. 25

 

ĠU C 224, 15.7.2014, p. 31

 

ĠU C 434, 4.12.2014, p. 3

 

ĠU C 447, 13.12.2014, p. 32

 

ĠU C 38, 4.2.2015, p. 20

 

ĠU C 96, 11.3.2016, p. 7.


(1)  Ara l-lista ta' pubblikazzjonijiet preċedenti fi tmiem dan l-aġġornament.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

26.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/14


Sejħa għal proposti 2016 — EAC/A04/2015 — Il-Programm Erasmus+:

Bidla fid-data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ fil-Greċja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 347 tal-20 ta’ Ottubru 2015 )

(2016/C 146/13)

Il-Punt 5 “L-iskadenza biex jitressqu l-applikazzjonijiet” ġie emendat kif ġej, fir-rigward tad-data ta’ skadenza tas-26 ta’ April 2016 għall-qasam taż-żgħażagħ fil-Greċja:

L-Azzjoni Ewlenija 1

Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

Il-31 ta’ Mejju 2016

L-Azzjoni Ewlenija 2

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ

Il-31 ta’ Mejju 2016

L-Azzjoni Ewlenija 3

Laqgħa bejn iż-żgħażagħ u min jieħu d-deċiżjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ

Il-31 ta’ Mejju 2016

Dawn l-iskadenzi emendati japplikaw biss għall-applikazzjonijiet imressqa fil-Greċja.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

26.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/15


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7985 — SEGRO/PSPIB/Target Assets)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 146/14)

1.

Fit-18 ta’ April 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriżi SEGRO plc (“SEGRO”, ir-Renju Unit) u l-Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar ir-Regolament il-kontroll konġunt ta’ erba’ assi loġistiċi fir-Repubblika Ċeka (The Damco Building f’Hostivice, Praga) u l-Italja (Bologna DC 6 — Geodis, Bologna DC 7 — One Express, Castel San Giovanni (CSC) Building N) (flimkien “Target Assets”) permezz ta’ xiri tal-assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal SEGRO: huma propjetarji, jieħdu ħsieb il-ġestjoni u l-iżvilupp industrijali moderna tal-ħżin, id-dawl u ċ-ċentru tad-data rilevanti,

—   għal PSPIB: il-ġestjoni tal-istokkijiet, bonds u titoli oħra bi dħul fiss kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura u riżorsi naturali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7985 — SEGRO/PSPIB/Target Assets, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

26.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/16


Avviż għall-attenzjoni ta' Turki Mubarak Abdullah Ahmad Al-Binali, Faysal Ahmad Bin Ali Al-Zahrani, Tuah Febriwansyah, Husayn Juaythini u Muhammad Sholeh Ibrahim li żdiedu mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da’esh) u tal-Al-Qaida, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/647

(2016/C 146/15)

1.

Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (1) titlob lill-Unjoni sabiex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista mħejjija skont l-UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont l-UNSCR 1267(1999).

Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:

l-Al Qaida;

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati ma' Al Qaida; kif ukoll

persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma proprjetà ta’ kull waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi jew huma kkontrollati minnhom, jew b’xi mod iservu ta’ appoġġ lilhom.

Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità huma “assoċjati ma’” Al Qaida, jinkludu:

(a)

il-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija jew it-twettiq ta’ atti jew attivitajiet li jsiru minn, flimkien ma’, taħt isem, f’isem jew b’appoġġ għal Al-Qaida jew minn kull ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata’ minnha jew derivat tagħha;

(b)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat lil xi ħadd minnhom;

(c)

ir-reklutaġġ għal xi wieħed minnhom; jew

(d)

xi forma oħra ta' appoġġ ta' atti jew attivitajiet ta' xi wieħed minnhom.

2.

Fl-20 ta' April 2016 il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU approva ż-żieda ta' Turki Mubarak Abdullah Ahmad Al-Binali, Faysal Ahmad Bin Ali Al-Zahrani, Tuah Febriwansyah, Husayn Juaythini u Muhammad Sholeh Ibrahim mal-lista tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet fuq Al-Qaida.

Fi kwalunkwe ħin Turki Mubarak Abdullah Ahmad Al-Binali, Faysal Ahmad Bin Ali Al-Zahrani, Tuah Febriwansyah, Husayn Juaythini u Muhammad Sholeh Ibrahim jistgħu jissottomettu talba lill-Ombudsman tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex tiġi rrikonsidrata d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista tan-NU msemmija hawn fuq. Tali talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

United Nations — Office of the Ombudsperson

Room TB-08041D

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Tel: +1 2129632671

Faks: +1 2129631300/3778

Posta elettronika: ombudsperson@un.org

Għal aktar informazzjoni ara https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/1267/aq_sanctions_list/procedures-for-delisting

3.

B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) 2016/647 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al Qaida (3). L-emenda, magħmula f'konformità mal-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolment (KE) Nru 881/2002, iżżid lil Turki Mubarak Abdullah Ahmad Al-Binali, Faysal Ahmad Bin Ali Al-Zahrani, Tuah Febriwansyah, Husayn Juaythini u Muhammad Sholeh Ibrahim mal-lista f'Anness I ta' dak ir-Regolament (“Anness I”).

Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-individwi u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:

(1)

l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati, jew li huma proprjetà tagħhom jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni (fuq kulħadd) milli jagħmel disponibbli fondi u riżorsi ekonomiċi lill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati jew għall-benefiċċju tagħhom, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikoli 2 u 2a); kif ukoll

(2)

il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta’ pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari lil kull individwu jew entità kkonċernati, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikolu 3).

4.

L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jipprovdi għal proċess ta’ rieżami fejn jiġu ppreżentati l-osservazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista minn dawk li jkunu elenkati. L-individwi u l-entitajiet miżjudin fl-Anness I permezz tar-Regolament (UE) 2016/647 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex isiru jafu r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom fil-lista. Din it-talba għandha tintbagħat lil:

European Commission

“Restrictive measures”

Rue de la Loi/Wetstraat 200

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

5.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u tal-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament (UE) 2016/647 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

6.

Għall-korrettezza, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/i rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati għal bżonnijiet essenzjali jew għal pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dan ir-Regolament.


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 109, 26.4.2016, p. 23.

(3)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.